ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 245

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
24 ta' Ġunju 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 245/01

Irtirar tal-avviż dwar konċentrazzjoni (Il-Każ M.9854 - KHS/FERRUM) ( 1 )

1

2021/C 245/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10294 — MUFG/SMFG/MHFG/Resona HD/JV) ( 1 )

2

2021/C 245/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10279 — TFS/Mitsui/MAF Colombia) ( 1 )

3

2021/C 245/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10241 — Colony Capital/Liberty Global/JV) ( 1 )

4

2021/C 245/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ Nru M.9686 – Mitsui/Belchim Crop Protection) ( 1 )

5

2021/C 245/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10329 — Fairfax/Eurolife) ( 1 )

6

2021/C 245/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ Nru M.9677 — DIC/BASF Colors & Effects) ( 1 )

7


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 245/08

Rata tal-kambju tal-euro — It-22 ta’ Ġunju 2021

8

2021/C 245/09

Rata tal-kambju tal-euro — It-23 ta’ Ġunju 2021

9

2021/C 245/10

Opinjonital-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti waqt il-laqgħa tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-Każ AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel bl-imnut — Relatur: L-Irlanda

10

2021/C 245/11

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Il-kawża AT.39563 – Ippakkjar tal-Ikel bl-Imnut (Adozzjoni mill-ġdid)

11

2021/C 245/12

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2020 li tissostitwixxi l-multi stabbiliti bid-Deċiżjoni C(2015) 4336 final tal-24 ta’ Ġunju 2015 relatata ma’ proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sa fejn tikkonċerna CCPL S.c., Coopbox Group S.p.A. u Coopbox Eastern s.r.o. (Il-Każ AT.39563 – Ippakkjar tal-Ikel bl-Imnut) (notifikat tad-dokument C(2020) 8940)

13

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

Il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA

2021/C 245/13

Emendi għall-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja

16

 

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

2021/C 245/14

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

17


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-EFTA

2021/C 245/15

Sentenza tal-qorti tad-9 ta’ Frar 2021 fil-Kawża E-1/20 — Kerim vs Il-Gvern Norveġiż, rappreżentat mill-Bord tal-Appelli tal-Immigrazzjoni (Utlendingsnemnda – UNE) (Moviment liberu tal-ħaddiema - id-Direttiva 2004/38/KE - Abbuż - Żwiġijiet ta’ konvenjenza – Drittijiet derivati għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi)

19

2021/C 245/16

Sentenza tal-qorti tal-25 ta’ Frar 2021 fil-Kawża E-5/20 — SMA SA u Société Mutuelle d’Assurance du Bâtiment et des Travaux Publics vs Finanzmarktaufsicht Liechtenstein (Responsabbiltà tal-Istat - id-Direttiva 2009/138/KE - Obbligi superviżorji - Talbiet tal-assigurazzjoni - detenturi ta’ polza u benefiċjarji)

20

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 245/17

Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Russja u t-Turkija

21

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 245/18

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10318 — Apollo Management/Verizon Media Group) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

33

2021/C 245/19

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10252 — Transgourmet Group/General Markets Food Iberica) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

35

2021/C 245/20

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10263 — Ardian/Deli Home) ( 1 )

36

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 245/21

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

37

2021/C 245/22

Avviż għall-attenzjoni ta’ MOHAMMAD ALI AL HABBO, li ismu żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida, bis-saħħa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1016

57


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/1


Irtirar tal-avviż dwar konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9854 - KHS/FERRUM)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 245/01)

Fi 17 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż (1) ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

Fi 15 ta’ Ġunju 2021, il-partijiet notifikanti infurmaw lill-Kummissjoni li huwa rtiraw l-avviż tagħhom.


(1)  ĠU C 199, 27.5.2021, p. 12.

(2)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10294 — MUFG/SMFG/MHFG/Resona HD/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 245/02)

Fit 18 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10294. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10279 — TFS/Mitsui/MAF Colombia)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 245/03)

Fit 18.6.2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10279. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10241 — Colony Capital/Liberty Global/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 245/04)

Fit 18 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10241. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ Nru M.9686 – Mitsui/Belchim Crop Protection)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 245/05)

Fi 11 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M9686. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/6


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10329 — Fairfax/Eurolife)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 245/06)

Fit 18 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10329. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/7


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ Nru M.9677 — DIC/BASF Colors & Effects)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 245/07)

Fi 7 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9677. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/8


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta’ Ġunju 2021

(2021/C 245/08)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1894

JPY

Yen Ġappuniż

131,50

DKK

Krona Daniża

7,4360

GBP

Lira Sterlina

0,85560

SEK

Krona Żvediża

10,1570

CHF

Frank Żvizzeru

1,0943

ISK

Krona Iżlandiża

146,60

NOK

Krona Norveġiża

10,2198

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,533

HUF

Forint Ungeriż

355,16

PLN

Zloty Pollakk

4,5328

RON

Leu Rumen

4,9255

TRY

Lira Turka

10,3395

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5818

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4726

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

9,2365

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7011

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6009

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 350,72

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

17,0431

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7014

HRK

Kuna Kroata

7,4985

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 196,34

MYR

Ringgit Malażjan

4,9497

PHP

Peso Filippin

57,892

RUB

Rouble Russu

87,0550

THB

Baht Tajlandiż

37,728

BRL

Real Brażiljan

5,9682

MXN

Peso Messikan

24,4812

INR

Rupi Indjan

88,3735


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/9


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-23 ta’ Ġunju 2021

(2021/C 245/09)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1951

JPY

Yen Ġappuniż

132,44

DKK

Krona Daniża

7,4362

GBP

Lira Sterlina

0,85435

SEK

Krona Żvediża

10,1288

CHF

Frank Żvizzeru

1,0963

ISK

Krona Iżlandiża

146,40

NOK

Krona Norveġiża

10,1725

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,408

HUF

Forint Ungeriż

349,34

PLN

Zloty Pollakk

4,5227

RON

Leu Rumen

4,9263

TRY

Lira Turka

10,3334

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5762

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4667

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

9,2807

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6945

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6064

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 357,96

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,9387

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7393

HRK

Kuna Kroata

7,5009

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 265,33

MYR

Ringgit Malażjan

4,9734

PHP

Peso Filippin

58,218

RUB

Rouble Russu

86,6975

THB

Baht Tajlandiż

37,986

BRL

Real Brażiljan

5,9203

MXN

Peso Messikan

24,2265

INR

Rupi Indjan

88,6476


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/10


Opinjonital-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet ristrettivi u pożizzjonijiet dominanti waqt il-laqgħa tiegħu tal-15 ta’ Diċembru 2020 dwar abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-Każ AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel bl-imnut

Relatur: L-Irlanda

(2021/C 245/10)

1.   

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li tindirizza d-deċiżjoni tat-tliet entitajiet ġuridiċi tas-CCPL Group.

2.   

Il-Kumitat Konsultattiv (13 Stati Membru) jaqbel mal-Kummissjoni li jerġgħu jiġu impost multi fuq CCPL S.c., Coopbox Group S.p.A. u Coopbox Eastern s.r.o. permezz ta’ deċiżjoni konformi mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

3.   

Il-Kumitat Konsultattiv (13 Stati Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar il-kalkolu tal-multi, abbażi tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-metodu tal-iffissar ta’ multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003.

4.   

Il-Kumitat Konsultattiv (13 Stati Membru) jaqbel li l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni tipprovdi informazzjoni u motivazzjoni biżżejjed dwar kif ġew ikkalkolati l-multi.

5.   

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multa imposta fuq CCPL S.c., Coopbox Group S.p.A. u Coopbox Eastern s.r.o..

6.   

Il-Kumitat Konsultattiv (13-il Stat Membru) jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

B’dan nikkonferma li l-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, Spanja, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, l-Ungerija, in-Netherlands, is-Slovenja u l-Iżvezja pparteċipaw f’din il-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv permezz ta’ konferenza awdjo u talbuni niffirma l-Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv f’isimhom.

Dirk VAN ERPS

Il-President tal-laqgħa tal-Kumitat Konsultattiv


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/11


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Il-kawża AT.39563 – Ippakkjar tal-Ikel bl-Imnut (Adozzjoni mill-ġdid)

(2021/C 245/11)

L-abbozz tad-deċiżjoni huwa indirizzat lil tliet kumpaniji tal-impriża li jikkostitwixxu l- “Grupp CCPL”, jiġifieri CCPL S.c., Coopbox Group S.p.A., u Coopbox Eastern s.r.o. (id- “destinatarji”).

SFOND

Fl-24 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4336 final fir-rigward ta’ proċediment skont l-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 ŻEE (id-“Deċiżjoni tal-2015”), fil-Kawża AT.39653 Ippakkjar tal-Ikel bl-Imnut. Id-Deċiżjoni tal-2015 ikkonkludiet investigazzjoni tal-Kummissjoni f’ħames kartelli fir-rigward ta’ trays tal-plastik tal-polistiren (“trays tal-foam”) u, fir-rigward ta’ kartell wieħed, anke trays tal-plastik tal-polipropilen (“trays riġidi”) li jintużaw għall-ippakkjar ta’ ikel frisk bl-imnut, bħal-laħam, it-tjur tat-trobbija u l-ħut, li fost l-oħrajn tinvolvi lis-CCPL Group. Id-Deċiżjoni tal-2015 stabbilixxiet ħamest iksur separat tal-Artikoli 101 TFUE u 53 ŻEE, kull wieħed minnhom delinjat minn ambitu ġeografiku differenti u b’durati differenti. Id-Deċiżjoni tal-2015 imponiet multi fuq, fost l-oħrajn, il-ħames entitajiet ġuridiċi li ġejjin li dak iż-żmien kienu parti mis-CCPL Group: CCPL S.c., Coopbox Group S.p.A., Poliemme S.r.l., Coopbox Hispania S.l.u. u Coopbox Eastern s.r.o., talli pparteċipaw fit-tliet kartelli mill-ħames kartelli kkonċernati mid-Deċiżjoni tal-2015 (2).

Bid-Deċiżjoni tal-2015 il-Kummissjoni imponiet ammont totali ta’ multi li jilħaq it-EUR 33 694 000 fuq il-ħames entitajiet ġuridiċi tas-CCPL Group imsemmija hawn fuq. L-ammont totali ġie deċiż wara li ġie konċess tnaqqis ta’ 25 % fl-ammont tal-multi li kienu jkunu applikabbli abbażi tal-kapaċità kontributtiva mnaqqsa ta’ dawn l-entitajiet li jħallsu kif ġie stabbilit mill-Kummissjoni wara l-valutazzjoni tat-talba ta’ assenza ta’ kapaċità kontributtiva li ppreżentaw skont il-punt 35 tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Multi (3).

Fil-11 ta’ Lulju 2019, il-Qorti Ġenerali qatgħet is-sentenza fil-Kawża T-522/15 (is- “Sentenza tal-2019”) (4), li annullat il-multi imposti fuq il-ħames entitajiet ġuridiċi tas-CCPL Group imsemmija hawn fuq fit-totalità tagħhom u laqgħat l-eċċezzjoni li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni suffiċjentement l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva, filwaqt li rrifjutat l-eċċezzjonijiet l-oħrajn kollha tal-applikanti. F’konformità ma’ dan il-Qorti Ġenerali annullat il-partijiet operattivi tad-Deċiżjoni tal-2015 li imponiet l-imsemmija multi li jammontaw għal EUR 33 694 000 fuq il-ħames entitajiet ġuridiċi tas-CCPL Group imsemmija hawn fuq (5).

PROĊEDURA TA’ ADOZZJONI MILL-ĠDID

Bl-ittra tat-18 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni informat lil CCPL S.c., bħala l-entità omm apikali tas-CCPL Group u li taġixxi f’isem l-entitajiet ġuridiċi tal-grupp meta għamlet ħlasijiet proviżorji u rċeviet rimborżi ta’ dawn il-ħlasijiet wara s-Sentenza tal-2019, dwar l-intenzjoni tagħha li tadotta deċiżjoni ġdida li timponi multi fuq l-entitajiet rilevanti tas-CCPL Group, u stiednet lill-entitajiet ikkonċernati jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom. B’dik l-ittra, il-Kummissjoni infurmat ukoll lil CCPL S.c. bl-intenzjoni tagħha li ssegwi l-istess metodu ta’ kalkolu tal-ammont bażiku aġġustat kif applikat fid-Deċiżjoni tal-2015. Permezz tal-ittra tagħha l-Kummissjoni ċċarat ukoll li dak il-metodu kien ifisser l-applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat totali ta’ 10 % tas-CCPL Group fl-aħħar sena finanzjarja sħiħa qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni l-ġdida fuq kull totali tal-ammonti tal-multa ikkalkolat għal kull wieħed mit-tlett iksur. Fl-aħħar nett l-ittra informat lil CCPL S.c li kull talba possibbli biex jitnaqqsu l-multi abbażi tal-punt 35 tal-Linji Gwida dwar il-Multi tiġi analizzata abbażi tal-altar sitwazzjoni finanzjarja attwali tas-CCPL Group.

Fl-4 ta’ Ottubru 2019 id-destinatarji talbu lill-Kummissjoni tqis l-assenza ta’ kapaċità kontributtiva tagħhom skont il-punt 35 tal-Linji Gwida dwar il-Multi. Biex tagħmel il-valutazzjoni tat-talba l-Kummissjoni bagħtet diversi talbiet lis-CCPL Group b’konformità mal-Artikolu 18(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (6) fejn talbet għal informazzjoni dwar is-sitwazzjoni finanzjarja u l-kuntest soċjali u ekonomiku speċifiku li tinsab fih.

Bl-ittra tat-28 ta’ Ottubru 2019 is-CCPL ippreżentat l-osservazzjonijiet tiegħu fi tweġiba tal-ittra tat-18 ta’ Settembru 2019. B’mod partikolari, is-CCPL ġibed l-attenzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-livell aktar baxx tal-fatturat totali mistenni għall-2019 meta mqabbel mal-2018 (u l-waqfien tal-operazzjonijiet f’ċerti negozji preċedenti) u talab lill-Kummissjoni tqis il-livell anqas ta’ fatturat biex jiġi applikat l-10 % tal-limitu tal-fatturat previst fl-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

Bl-ittra tal-15 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni kkonfermat l-intenzjoni tagħha li tadotta deċiżjoni ġdida li tissostitwixxi t-taqsimiet rilevanti tal-parti operattiva tad-Deċiżjoni tal-2015 li ġiet annullata bis-Sentenza tal-2019 billi timponi l-multi applikabbli fuq id-destinatarji u żżommhom responsabbli għall-parteċipazzjoni tagħhom fi tliet kartelli fis-settur tal-provvista ta’ trays tal-foam għall-ippakkjar tal-ikel bl-imnut, li jkopru ż-żoni ġeografiċi separati tal-Italja, il-Lbiċ tal-Ewropa (“SWE”) u l-Ewropa tal-Lvant Ċentrali. Fir-rigward tal-kalkolu tal-limitu ta’ żieda tal-multi applikabbli, il-Kummissjoni kkonfermat l-intenzjoni tagħha li tapplika l-limitu ta’ 10 % tal-fatturat totali tas-sena ta’ qabel dik meta ġiet adottata d-deċiżjoni l-ġdida fuq kull ammont totali tal-multi applikabbli għal kull ksur (7).

Bl-ittra tal-15 ta’ Ġunju 2020, is-CCPL Group ippreżenta aktar osservazzjonijiet fi tweġiba għall-ittra tat-15 ta’ Mejju 2020, u tenna dak li kien stqarr fl-ittri tal-4 u tat-28 ta’ Ottubru 2019. Is-CCPL sostna li l-ammonti tal-multa li jridu jiġu deċiżi jenħtieġ li jkunu raġonevoli, ekwi, u konformi mal-multi imposti lid-destinatarji l-oħra tad-Deċiżjoni tal-2015, sabiex ikunu konformi mal-prinċipji tal-proporzjonalità u tat-trattament indaqs.

ABBOZZ TAD-DEĊIŻJONI

B’konformità mal-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jien eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni jittrattax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom is-CCPL Group ingħata l-opportunità li jesprimi l-opinjonijiet tagħha. Fl-abbozz tad-deċiżjoni “dan il-każ il-Kummissjoni ma tindirizza ebda oġġezzjoni ġdida għad-destinatarji, u lanqas ma tipprova tibdel is-sustanza tal-oġġezzjonijiet kif stabbiliti fid-Dikjarazzjoni ta” Oġġezzjonijiet tal-21 ta’ Settembru 2012. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2015 sar definittiv, inkluż fir-rigward tad-destinatarji li huma kkonċernati bil-proċedimenti ta’ bħalissa. Fl-abbozz tad-deċiżjoni, minħabba l-applikazzjoni tal-massimu legali ta’ 10 % tal-fatturat totali tas-CCPL Group fl-2019 fir-rigward tal-ksur fl-Italja u fl-SWE, il-Kummissjoni tasal għal ammont totali tal-multi li jilħaq id-EUR 9 441 000 u tikkonkludi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt 35 tal-Linji Gwida dwar il-Multi fir-rigward tal-assenza ta’ kapaċità kontributtiva mhumiex issodisfati fil-preżent.

Fid-dawl ta’ dan kollu li jissemma hawn fuq, u b’kunsiderazzjoni tal-fatt li s-CCPL Group ma indirizzali l-ebda talba jew ilment, inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet fil-proċedimenti ta’ dan il-każ ġie rrispettat.

Brussell, is-17 ta’ Diċembru 2020.

WILS WOUTER


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni, ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29 (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).

(2)  Fl-4 ta’ Ottubru 2019, is-CCPL Group informa lill-Kummissjoni li fl-2018 Coopbox Hispania S.l.u kienet bdiet proċeduri ta’ likwidazzjoni ġudizzjarja u Poliemme S.r.l. Kienet ġiet inkorporata f’Coopbox Group S.p.A fl-2017.

(3)  Il-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2).

(4)  Is-Sentenza tal-11 ta’ Lulju 2019, CCPL u Oħrajn vs il-Kummissjoni, T-522/15, EU:T:2019:500, kif rettifikata bid-Digriet tas-6 ta’ Settembru 2019, CCPL u Oħrajn vs il-Kummissjoni, T-522/15, EU:T:2019:599.

(5)  Il-Qorti Ġenerali annullat l-Artikolu 2, il-paragrafu (1), l-ittri (f), (g) u (h), il-paragrafu (2), l-ittri (d) u (e), u l-paragrafu 4, l-ittri (c) u (d) tad-Deċiżjoni tal-2015.

(6)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(7)  B’dik l-ittra il-Kummissjoni kkonfermat li d-deċiżjoni ppjanata timponi multi fuq tliet entitajiet tas-CCPL Group, jiġifieri d-destinatarji. Dwar iż-żewġ entitajiet l-oħra tas-CCPL Group li ġew indirizzati mid-Deċiżjoni tal-2015, jiġifieri Poliemme S.r.l. u Coopbox Hispania S.l.u., il-Kummissjoni ddikjarat li, minħabba li l-ewwel kumpanija ma kinitx għadha teżisti b’mod formali u t-tieni kumpanija daħlet fi proċedimenti ta’ likwidazzjoni, dawk iż-żewġ entitajiet ma jiġux indirizzati mid-deċiżjoni ppjanata.


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/13


SOMMARJU TAD-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-17 ta’ Diċembru 2020

li tissostitwixxi l-multi stabbiliti bid-Deċiżjoni C(2015) 4336 final tal-24 ta’ Ġunju 2015 relatata ma’ proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea sa fejn tikkonċerna CCPL S.c., Coopbox Group S.p.A. u Coopbox Eastern s.r.o.

(Il-Każ AT.39563 – Ippakkjar tal-Ikel bl-Imnut)

(notifikat tad-dokument C(2020) 8940)

(It-testi bl-Ingliż u bit-Taljan biss huma awtentiċi)

(2021/C 245/12)

Fis-17 ta’ Diċembru 2020 il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tissostitwixxi l-multi stabbiliti b’deċiżjoni preċedenti relatata ma’ proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. F’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluża kull penali imposta, b’kunsiderazzjoni tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Fl-24 ta’ Ġunju 2015 il-Kummissjoni Ewropea adottat deċiżjoni indirizzata lil għaxar impriżi (tmien manifatturi u żewġ distributuri) talli kisru l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u, fil-każ ta’ uħud mid-destinatarji, anke l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u imponiet ammont totali ta’ multi li jilħaq il-EUR 115 865 000 (id-“Deċiżjoni tal-2015”). Id-Deċiżjoni tal-2015 tikkonċerna trays tal-plastik tal-polistiren (“trays tal-foam”) li jintużaw għall-ippakkjar ta’ ikel frisk bl-imnut, bħal-laħam, it-tjur, il-frott, u l-ħut. Hija sabet ħames kartelli separati li kull wieħed minnhom kien jikkwalifika bħala uniku, kontinwu u delinjat mill-ambitu ġeografiku tiegħu: l-Italja, il-Lbiċ tal-Ewropa (South-West Europe, “SWE”), Franza u l-Ewropa tal-Lvant Ċentrali (Central-Eastern Europe, “CEE”).

(2)

Id-Deċiżjoni tal-2015 imponiet multi li jammontaw għal EUR 33 694 000 fuq il-ħames destinatarji tas-CCPL Group (2)talli pparteċipaw fil-ksur relatat mal-Italja, mas-SWE u mas-CEE.

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Proċedura

(3)

Fil-11 ta’ Lulju 2019, il-Qorti Ġenerali annullat il-multi imposti fuq l-entitajiet ġuridiċi indirizzati tas-CCPL Group fit-totalità tagħhom (il-kawża T-522/15, “is-Sentenza tal-2019”). Hija laqgħet l-eċċezzjoni tal-applikanti li l-Kummissjoni ma kinitx ikkunsidrat biżżejjed il-valutazzjoni tal-assenza ta’ kapaċità kontributtiva tagħhom u rrifjutat l-eċċezzjonijiet l-oħrajn kollha.

(4)

Fit-18 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni informat lis-CCPL li kienet biħsiebha tadotta deċiżjoni ġdida li timponi multi fuq l-entitajiet rilevanti tas-CCPL Group għat-tlett iksur li pparteċipaw fihom u stiednet lil dawn l-entitajiet jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom. Fl-4 ta’ Ottubru 2019 is-CCPL ippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu u informa lill-Kummissjoni li Coopbox Hispania S.l.u. daħlet f’likwidazzjoni fl-2018 u li Poliemme Srl ġiet inkorporata f’Coopbox Group SpA fl-2017.

(5)

Fil-15 ta’ Diċembru 2020, il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ppubblika opinjoni favorevoli dwar id-deċiżjoni.

2.2.   Destinatarji u durata

(6)

Din id-deċiżjoni preżenti hija indirizzata lil tliet entitajiet ġuridiċi tas-CCPL Group: CCPL S.c., Coopbox Group S.p.A. u Coopbox Eastern s.r.o..

(7)

Kif kien instab fid-Deċiżjoni tal-2015, dawn l-entitajiet ipparteċipaw fi tlett iksur separati tal-Artikolu 101 TFUE li jkopri ż-żoni ġeografiċi u l-perjodi li ġejjin:

a)

l-Italja: Coopbox Group S.p.A. u CCPL S.c. għall-perjodu mit-18 ta’ Ġunju 2002 sas-17 ta’ Diċembru 2007;

b)

SWE: CCPL S.c. għall-perjodu mis-26 ta’ Ġunju 2002 sat-13 ta’ Frar 2008 u;

c)

CEE: Coopbox Eastern s.r.o. Għall-perjodu mill-5 ta’ Novembru 2004 sal-24 ta’ Settembru 2007, u CCPL S.c. għall-perjodu mit-8 ta’ Diċembru 2004 sal-24 ta’ Settembru 2007.

2.3.   Sommarju tal-ksur

(8)

Il-ksur huwa kif deskritt fid-Deċiżjoni tal-2015. It-tliet kartelli separati kienu jikkonsistu minn żidiet fil-prezz (CEE, l-Italja u SWE), it-tqassim tas-suq (CEE u SWE), l-allokazzjoni tal-klijenti (CEE u l-Italja) u immanuvrar tal-offerti (CEE u l-Italja) fir-rigward ta’ trays tal-foam.

2.4.   Rimedji

(9)

Id-Deċiżjoni tapplika għall-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi (3) u timponi multi fuq it-tliet entitajiet ġuridiċi tal-Grupp CCPL kif elenkati taħt il-punt 2.2 hawn fuq.

2.4.1.   L-ammont bażiku tal-multa

(10)

Fl-ikkalkolar tal-multi l-Kummissjoni qieset il-bejgħ tal-impriżi ta’ trays tal-foam (inkluż trays standard, assorbenti u ta’ separazzjoni) għall-ippakkjar tal-ikel bl-imnut fl-aħħar sena sħiħa tal-parteċipazzjoni tagħhom f’kull wieħed mit-tliet kartelli, il-fatt li fin-natura tagħhom l-iffissar orizzontali tal-prezzijiet, it-tqassim tas-suq u l-immanuvrar tal-offerti huma fost l-aktar restrizzjonijiet dannużi fuq il-kompetizzjoni, id-durata tal-kartelli u l-ammont addizzjonali li jipprevjeni lill-impriżi milli jidħlu f’akkordji ta’ kartell.

2.4.2.   Aġġustamenti għall-ammont bażiku

(11)

Il-Kummissjoni ma applikat l-ebda ċirkostanza aggravanti jew mitiganti.

2.4.3.   L-applikazzjoni tal-limitu tal-fatturat ta’ 10 %

(12)

Il-multi jaqbżu l-massimu legali ta’ 10 % tal-fatturat totali tas-CCPL Group fl-2019 fir-rigward tal-ksur fl-Italja u fis-SWE. Għaldaqstant, il-multi għal dan iż-żewġ ksur tnaqqas għal dak il-perċentwal.

2.4.4.   Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006

(13)

Il-Kummissjoni tat tnaqqis ta’ 20 %, 30 % u 30 % tal-multi rispettivament fir-rigward tal-ksur fl-Italja, fis-SWE u fis-CEE.

2.4.5.   Tnaqqis ta’ multi minħabba skadenza ta’ żmien

(14)

B’mod eċċezzjonali, il-Kummissjoni tat tnaqqis ta’ 5 % tal-multa f’kull kartell li jirrifletti t-tul taż-żmien konsiderevoli tal-proċedura u taċ-ċirkostanzi speċjali ta’ dan il-każ. It-tnaqqis ġie applikat wara l-applikazzjoni tal-limitu ta’ 10 % tal-fatturat sabiex jiġi żgurat li jkollha impatt fuq l-ammont tal-multi imposti fuq id-destinatarji kollha.

2.4.6.   Kapaċità Kontributtiva

(15)

Is-CCPL talab tnaqqis tal-multa abbażi tal-punt 35 tal-Linji Gwida dwar il-Multi (“Assenza ta’ Kapaċità Kontributtiva”). Din id-deċiżjoni tikkonkludi li l-kundizzjonijiet għall-“Assenza ta’ Kapaċità Kontributtiva” ma ġewx issodisfati u għaldaqstant abbażi ta’ dan ma tnaqqasx il-multa.

3.   KONKLUŻJONIJIET

(16)

Il-multi li ġejjin ġew imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003:

 

Għall-ksur relatat għall-Italja:

a)

Coopbox Group S.p.A. u CCPL S.c., b’mod konġunt u separatament: EUR 4 627 000.

 

Għall-ksur relatat mas-SWE:

a)

CCPL S.c.: EUR 4 010 000.

 

Għall-ksur relatat mas-CEE:

a)

Coopbox Eastern s.r.o. u CCPL S.c., b’mod konġunt u separatament: EUR 789 000;

b)

Coopbox Eastern s.r.o.: EUR 15 000.


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 411/2004 (ĠU L 68, 6.3.2004, p. 1).

(2)  Dawn l-entitajiet huma CCPL S.c., Coopbox Group S.p.A., Poliemme S.r.l., Coopbox Hispania S.l.u. u Coopbox Eastern s.r.o.

(3)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

Il-Kumitat Permanenti tal-Istati tal-EFTA

24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/16


Emendi għall-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar l-Istabbiliment ta’ Awtorità tas-Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja

(2021/C 245/13)

Il-Ftehim li jemenda l-Protokoll 9 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja, iffirmat fi Brussell fit-18 ta’ Novembru 2020, daħal fis-seħħ fit-22 ta’ Diċembru 2020 u huwa applikat mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan il-Ftehim u l-verżjoni konsolidata aġġornata tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja issa ġew ippubblikati fil-website tas-Segretarjat tal-EFTA.

Huma jistgħu jinstabu permezz tal-links li ġejjin:

https://www.efta.int/Agreement-Annexes-and-Protocols-2477

kif ukoll

https://www.efta.int/legal-texts/the-surveillance-and-court-agreement/amendments-protocol-9


L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/17


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

(2021/C 245/14)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-Istat li ġejja:

Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

L-10 ta’ Marzu 2021

Il-Każ Nru

86460

Id-Deċiżjoni Nru

016/21/COL

L-Istat tal-EFTA

In-Norveġja

Ir-reġjun

It-territorju kollu tan-Norveġja

It-titlu (u / jew isem il-benefiċjarju)

Emendi għall-iskema ta’ Għotja tal-COVD-19 għall-impriżi li jsofru telf sostanzjali ta’ fatturat

Il-bażi ġuridika

L-Att dwar skema ta’ għotja temporanja għall-impriżi li jsofru telf sostanzjali ta’ fatturat wara Awwissu 2020

It-tip ta’ miżura

Skema

L-objettiv

Li l-impriżi jiġu kkumpensati għad-danni kkawżati mit-tifqigħa tal-COVID-19 biex jiġu żgurati l-impjiegi u jiġi żgurat irkupru aktar mgħaġġel tal-ekonomija wara l-kriżi

Il-forma tal-għajnuna

Għotjiet

Il-baġit

Qabel l-emenda, l-implikazzjoni baġitarja massima stmata għall-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2020 sat-28 ta’ Frar 2021 kienet ta’ NOK 5 biljun. Dan flimkien ma’ implikazzjoni baġitarja massima stmata ta’ NOK 30 biljun għall-perjodu mill-1 ta’ Marzu sal-31 ta’ Awwissu 2020.

L-awtoritajiet Norveġiżi jistmaw li l-emenda tal-fattur ta’ aġġustament applikat għal Jannar u Frar 2021, se tirriżulta f’żieda tal-implikazzjoni baġitarja stmata ta’ NOK 125 miljun.

L-intensità

100 %

Għal kemm żmien

L-iskema, kif estiża qabel, tkopri t-telf mill-1 ta’ Settembru 2020 sat-28 ta’ Frar 2021, iż-żewġ dati inklużi

Is-setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ħlief għall-kumpaniji involuti fl-estrazzjoni u l-produzzjoni taż-żejt mhux raffinat, il-kumpaniji involuti fil-produzzjoni, it-trażmissjoni, id-distribuzzjoni u l-kummerċ tal-enerġija elettrika, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-kumpaniji li l-għan ewlieni tagħhom huwa l-attivitajiet ta’ investiment u l-kindergartens privati u l-linji tal-ajru

L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti

The Brønnøysund Register Centre

Brønnøysundregistrene

Postboks 900

N-8910 Brønnøysund

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-EFTA

24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/19


SENTENZA TAL-QORTI

tad-9 ta’ Frar 2021

fil-Kawża E-1/20

Kerim vs Il-Gvern Norveġiż, rappreżentat mill-Bord tal-Appelli tal-Immigrazzjoni (Utlendingsnemnda – UNE)

(Moviment liberu tal-ħaddiema - id-Direttiva 2004/38/KE - Abbuż - Żwiġijiet ta’ konvenjenza – Drittijiet derivati għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi)

(2021/C 245/15)

Fil-Kawża E-1/20, Kerim vs Il-Gvern Norveġiż, irrappreżentat mill-Bord tal-Appelli tal-Immigrazzjoni (Utlendingsnemnda - UNE) - TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u ta’ Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti Suprema tan-Norveġja (Norges Høyesterett) rigward l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(b), moqrija flimkien mal-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 35 tiegħu, il-Qorti, komposta minn Páll Hreinsson, President (Imħallef-Relatur), Per Christiansen, u Bernd Hammermann, Imħallfin, taw is-sentenza fid-9 ta’ Frar 2021, il-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

1.

Biex jiġi ddeterminat jekk żwieġ ta’ konvenjenza għall-finijiet tal-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri jeżistix, f’ċirkustanzi fejn ikun hemm dubji raġonevoli dwar jekk iż-żwieġ inkwistjoni huwiex ġenwin, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jistabbilixxu, fuq il-bażi ta’ eżami każ b’każ, li mill-inqas konjuġi wieħed fiż-żwieġ ikun essenzjalment daħal fih għall-fini li jikseb b’mod mhux xieraq id-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza minn konjuġi minn pajjiż terz flok għat-twaqqif ta’ żwieġ ġenwin.

2.

Biex jiġi determinat jekk jeżistix żwieġ ta’ konvenjenza għall-finijiet tal-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/38, f’ċirkustanzi fejn jeżistu dubji raġonevoli dwar jekk iż-żwieġ inkwistjoni huwiex ġenwin, il-fatti jridu jiġu stabbiliti u evalwati fl-intier tagħhom, li jinkludi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-intenzjoni soġġettiva ta’ ċittadin taż-ŻEE li jidħol fi żwieġ ma’ ċittadin ta’ pajjiż terz.


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/20


SENTENZA TAL-QORTI

tal-25 ta’ Frar 2021

fil-Kawża E-5/20

SMA SA u Société Mutuelle d’Assurance du Bâtiment et des Travaux Publics vs Finanzmarktaufsicht Liechtenstein

(Responsabbiltà tal-Istat - id-Direttiva 2009/138/KE - Obbligi superviżorji - Talbiet tal-assigurazzjoni - detenturi ta’ polza u benefiċjarji)

(2021/C 245/16)

Fil-Kawża E-5/20, SMA SA u Société Mutuelle d’Assurance du Bâtiment et des Travaux Publics vs Finanzmarktaufsicht Liechtenstein - TALBA lill-Qorti skont l-Artikolu 34 tal-Ftehim bejn l-Istati tal-EFTA dwar it-Twaqqif ta’ Awtorità ta’ Sorveljanza u Qorti tal-Ġustizzja mill-Qorti Suprema tal-Ġustizzja, il-Qorti Suprema tal-Prinċipat tal-Liechtenstein (Fürstlicher Oberster Gerichtshof) dwar l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-25 ta’ Novembru 2009 dwar dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assikurazzjoni u tar-riassikurazzjoni (Solvibbiltà II), b’mod partikolari l-Artikoli 27 u 28 u l-predeċessuri tagħha, id-Direttiva 73/239/KEE, id-Direttiva 88/357/KEE u d-Direttiva 92/49/KEE, il-Qorti, komposta minn Páll Hreinsson, President, Per Christiansen (Imħallef-Relatur), u Bernd Hammermann, Imħallfin, taw is-sentenza fil-25 ta’ Frar 2021, li l-parti operattiva tagħha hija kif ġej:

L-Artikoli 27 u 28 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assikurazzjoni u tar-riassikurazzjoni (Solvibbiltà II), id-Direttiva 73/239/KEE, id-Direttiva 88/357/KEE u d-Direttiva 92/49/KEE ma jagħtu l-ebda dritt espress lill-operaturi ekonomiċi li jiddikjaraw li huma kredituri ta’ impriża tal-assikurazzjoni f’ċirkostanzi bħal dawk tal-proċedimenti prinċipali u ma jistgħux jagħtu lok għal xi pretensjoni ta’ responsabbiltà kontra awtorità superviżorja skont il-prinċipju tar-responsabbiltà tal-Istat.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/21


Notifika ta’ bidu ta’ proċediment antidumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Russja u t-Turkija

(2021/C 245/17)

Il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċeviet ilment skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), li jallega li l-importazzjonijiet ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni li joriġina mir-Russja u mit-Turkija, huwa l-oġġett ta’ dumping u b’hekk qed ikun ta’ dannu (2) għall-industrija tal-Unjoni.

1.   Ilment

L-ilment tressaq fit-12 ta’ Mejju 2021 minn Eurofer (“l-ilmentatur”). L-ilment sar f’isem l-industrija tal-Unjoni ta’ ċertu azzar reżistenti għall-korrużjoni fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

Verżjoni pubblika tal-ilment u tal-analiżi tal-livell ta’ appoġġ mill-produtturi tal-Unjoni għall-ilment jinsabu fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl mill-partijiet interessati.

2.   Prodott li qed jiġi investigat

Il-prodott soġġett għal din l-investigazzjoni huwa prodotti rrumblati ċatti tal-ħadid jew tal-azzar illigat jew tal-azzar mhux illigat; miksi jew mgħotti permezz ta’ galvanizzazzjoni hot dip biż-żingu u/jew bl-aluminju u/jew bil-manjeżju, sew jekk ligat bis-siliċju sew jekk le; b’passivazzjoni kimika; bi kwalunkwe trattament ta’ wiċċ addizzjonali bħal żejt jew issiġillar jew mingħajru; li skont il-piż, fihom: mhux aktar minn 0,5 % ta’ karbonju, mhux aktar minn 1,1 % ta’ aluminju, mhux iktar minn 0,12 % ta’ nijobju, mhux aktar minn 0,17 % ta’ titanju u mhux iktar minn 0,15 % ta’ vanadju; ippreżentati f’koljaturi, folji maqtugħin skont it-tul u strixxi dojoq (“il-prodott li qed jiġi investigat”).

Il-prodotti li ġejjin huma esklużi:

tal-azzar inossidabbli, tal-azzar tas-siliċju manjetiku, u tal-azzar b’veloċità għolja,

mhux maħdumin aktar ħlief illaminati bis-sħana jew illaminati kesħin (cold-reduced).

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jippreżentaw informazzjoni dwar l-ambitu tal-prodott iridu jagħmlu dan fi żmien għaxart (10) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika (3).

3.   Allegazzjoni ta’ dumping

Il-prodott li allegatament qed ikun oġġett ta’ dumping huwa l-prodott investigat, li joriġina mir-Russja u mit-Turkija (“il-pajjiżi kkonċernati”), li bħalissa huwa kklassifikat taħt il-kodiċijiet NM ex 7210 41 00, ex 7210 49 00, ex 7210 61 00, ex 7210 69 00, ex 7210 90 80, ex 7212 30 00, ex 7212 50 61, ex 7212 50 69, ex 7212 50 90, ex 7225 92 00, ex 7225 99 00, ex 7226 99 30, ex 7226 99 70 (kodoċijiet TARIC: 7210410020, 7210410030, 7210490020, 7210490030, 7210610020, 7210610030, 7210690020, 7210690030, 7210908092, 7212300020, 7212300030, 7212506120, 7212506130, 7212506920, 7212506930, 7212509014, 7212509092, 7225920020, 7225920030, 7225990022, 7225990023, 7225990041, 7225990092, 7225990093, 7226993010, 7226993030, 7226997013, 7226997093, 7226997094). Il-kodiċijiet NM u TARIC qed jingħataw għall-informazzjoni biss. L-ambitu ta’ din l-investigazzjoni huwa soġġett għad-definizzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat kif tinsab fit-taqsima 2.

L-allegazzjoni ta’ dumping mill-pajjiżi kkonċernati hija bbażata fuq tqabbil tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ex-works) tal-prodott li qed jiġi investigat meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni.

Il-marġnijiet tad-dumping ikkalkulati fuq il-bażi ta’ dan it-tqabbil huma sinifikanti għall-pajjiżi kollha kkonċernati.

4.   Allegazzjoni ta’ dannu u kawżalità

L-ilmentatur ipprovda evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat li ġej mill-pajjiżi kkonċernati żdiedu b’mod ġenerali f’termini assoluti u f’termini ta’ sehem mis-suq.

L-evidenza li ngħatat mill-ilmentatur turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi investigat kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħin, fuq il-livelli tal-prezzijiet mitluba u fuq is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, li rriżultaw f’effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni kumplessiva u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-industrija tal-Unjoni.

5.   Proċedura

Il-Kummissjoni, wara li stabbiliet u infurmat lill-Istati Membri, li l-ilment ġie ppreżentat mill-industrija tal-Unjoni jew f’isimha, u li hemm biżżejjed evidenza biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ proċediment, b’dan qed tibda investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku.

L-investigazzjoni se tistabbilixxi jekk il-prodott li qed jiġi investigat, li joriġina fil-pajjiżi kkonċernati, huwiex oġġett ta’ dumping, u jekk l-importazzjonijiet li huma oġġett ta’ dumping kinux ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

Jekk il-konklużjonijiet ikunu fl-affermattiv, l-investigazzjoni se teżamina jekk l-impożizzjoni ta’ miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet għan-Notifika (4), dwar il-konsegwenzi tal-pandemija tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji li tista’ tkun applikabbli għal dan il-proċediment.

5.1.    Perjodu tal-investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

L-investigazzjoni tad-dumping u tad-dannu se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (“il-perjodu tal-investigazzjoni”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tad-dannu se jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Kummenti dwar l-ilment u l-bidu tal-investigazzjoni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar l-ilment (inklużi kwistjonijiet li jirrigwardaw id-dannu u l-kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għall-ilment) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Kull talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.3.    Proċedura ta’ kif jiġi stabbilit id-dumping

Il-produtturi esportaturi (5) tal-prodott li qed jiġi investigat mill-pajjiżi kkonċernati huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   Investigazzjoni tal-produtturi esportaturi

5.3.1.1.   Proċedura għall-għażla tal-produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati fil-pajjiżi kkonċernati

(a)   Kampjunar

Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ produtturi esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati li huma involuti f’dan il-proċediment u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ produtturi esportaturi li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi esportaturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi (“TRON”) fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/AD682_SAMPLING_FORM_FOR_EXPORTING_PRODUCER. L-informazzjoni dwar l-aċċess għal TRON tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.8 ta’ hawn taħt.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi esportaturi, il-Kummissjoni kkuntattjat ukoll lill-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, il-produtturi esportaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ esportazzjonijiet lejn l-Unjoni li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi esportaturi magħrufa kollha, l-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati u l-assoċjazzjonijiet tal-produtturi esportaturi se jiġu mgħarrfa mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiżi kkonċernati jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi esportaturi, se tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk ġewx inklużi fil-kampjun. Il-produtturi esportaturi fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se żżid nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2531).

Il-kwestjonarju se jkun disponibbli wkoll għal kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa tal-produtturi esportaturi, u għall-awtoritajiet ta’ dawk il-pajjiżi.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi li jkunu qablu li jiġu inklużi fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu parti mill-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw”). Mingħajr preġudizzju għat-Taqsima 5.3.1.1(b) hawn taħt, id-dazju anti-dumping li jista’ jiġi applikat għall-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw iżda li mhumiex inklużi fil-kampjun mhuwiex se jaqbeż il-marġni tal-medja ponderata ta’ dumping stabbilit għall-produtturi esportaturi fil-kampjun (6).

(b)   Marġni ta’ dumping individwali għall-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun

Skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament bażiku, il-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi l-marġnijiet ta’ dumping individwali tagħhom. Il-produtturi esportaturi li jixtiequ jagħmlu talba għal marġni ta’ dumping individwali jridu jimlew il-kwestjonarju u jirritornawh mimli kif xieraq fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi esportaturi hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2531). Il-Kummissjoni se teżamina jekk il-produtturi esportaturi li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun jistgħux jingħataw dazju individwali f’konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regolament bażiku.

Madankollu, jenħtieġ li l-produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw li jitolbu marġni ta’ dumping individwali jkunu konxji li l-Kummissjoni xorta waħda tista’ tiddeċiedi li ma tistabbilixxix il-marġni ta’ dumping individwali tagħhom jekk, pereżempju, l-għadd ta’ produtturi esportaturi mhux inklużi fil-kampjun li kkooperaw tant ikun kbir li jkun wisq diffiċli biex dan jiġi stabbilit u minħabba f’hekk l-investigazzjoni ma tkunx tista’ titlesta fil-ħin.

5.3.2.   Investigazzjoni tal-importaturi mhux relatati (7) (8)

L-importaturi mhux relatati tal-prodott li qed jiġi investigat li jimportaw mill-pajjiżi kkonċernati lejn l-Unjoni huma mistiedna jieħdu sehem f’din l-investigazzjoni.

Fid-dawl tal-għadd potenzjalment kbir ta’ importaturi mhux relatati involuti f’dan il-proċediment, u sabiex l-investigazzjoni titlesta sal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi mhux relatati li jridu jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar se jsir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi kollha li mhumiex relatati, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, huma mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom mitluba fl-Anness ta’ din in-Notifika fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk kampjun ikun meħtieġ, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-ikbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott investigat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar il-kampjun tal-importaturi. Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota li tirrifletti l-għażla tal-kampjun fil-fajl għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem min-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li tkun meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati inklużi fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jippreżentaw il-kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-importaturi hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit elettroniku tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2531).

5.4.    Proċedura għall-istabbiliment tad-dannu u għall-investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Kalkolu tad-dannu huwa bbażat fuq evidenza pożittiva u jinvolvi l-eżami oġġettiv tal-volum tal-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping, tal-effett tagħhom fuq il-prezzijiet fis-suq tal-Unjoni u tal-impatt konsegwenti ta’ dawn l-importazzjonijiet fuq l-industrija tal-Unjoni. Sabiex jiġi stabbilit jekk l-industrija tal-Unjoni ġarrbitx xi dannu, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott li qed jiġi investigat huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Fil-dawl tal-għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni kkonċernati, u sabiex tlesti l-investigazzjoni sal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet kampjun proviżorju ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, li jqisu li hemm raġunijiet għaliex jenħtieġ li jiġu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tinnotifika lill-produtturi u lill-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi tal-Unjoni magħrufa kollha dwar il-kumpaniji li finalment ikunu ntgħażlu biex ikunu parti mill-kampjun.

Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2531).

5.5.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ dumping u ta’ dannu kkawżat, se tittieħed deċiżjoni, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, dwar jekk l-adozzjoni ta’ miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar jekk l-impożizzjoni tal-miżuri tmurx kontra l-interess tal-Unjoni. Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew f’format ta’ test liberu jew inkella billi jimtela kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni. Kopja tal-kwestjonarju, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott investigat, hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ (https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2531). L-informazzjoni mogħtija skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku se titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali.

5.6.    Partijiet interessati

Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati bħall-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tal-konsumatur, iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Il-produtturi esportaturi, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li ppreżentaw informazzjoni skont il-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.3, 5.4 u 5.5 ta’ hawn fuq, jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat.

Partijiet oħra jkunu jistgħu jipparteċipaw biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt investigazzjoni. Il-fatt li wieħed jitqies bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ TRON.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Segwi l-istruzzjonijiet fuq din il-paġna sabiex ikollok aċċess (9).

5.7.    Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu seduta ta’ smigħ mas-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni.

Kull talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti waqt is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.

L-iskeda ta’ żmien għas-seduti ta’ smigħ hija kif ġej:

Għal seduti ta’ smigħ li jsiru qabel ma tiskadi l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, jenħtieġ li t-talba ssir fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Is-smigħ normalment isir fi żmien 60 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Wara l-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji, jenħtieġ li ssir talba fi żmien ħamest (5) ijiem mid-data tad-divulgazzjoni tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew tad-dokument ta’ informazzjoni. Is-smigħ normalment isir fi żmien 15-il jum mid-data tan-notifika tad-divulgazzjoni jew mid-data tad-dokument ta’ informazzjoni.

Fl-istadju tal-konstatazzjonijiet definittivi, jenħtieġ li ssir talba fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tad-divulgazzjoni finali. Is-smigħ normalment isir fil-perjodu mogħti għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali. Jekk ikun hemm divulgazzjoni finali addizzjonali, jenħtieġ li ssir talba minnufih malli tasal din id-divulgazzjoni finali addizzjonali. Is-seduta ta’ smigħ normalment issir fi żmien l-iskadenza biex isiru l-kummenti dwar din id-divulgazzjoni.

L-iskeda ta’ żmien deskritta hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tas-servizzi tal-Kummissjoni li jaċċettaw seduti ta’ smigħ lil hinn mill-iskeda ta’ żmien f’każijiet debitament ġustifikati u għad-dritt tal-Kummissjoni li tiċħad seduti ta’ smigħ f’każijiet debitament ġustifikati. Meta s-servizzi tal-Kummissjoni jirrifjutaw talba għal seduta ta’ smigħ, il-parti kkonċernata tiġi infurmata bir-raġunijiet għal tali rifjut.

Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ mhux se jintużaw biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhux fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.

5.8.    Struzzjonijiet biex isiru preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Qabel ma l-partijiet interessati jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data li jkunu soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni (a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-finijiet ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom iħaddmu d-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, fosthom l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive” (10). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni mmarkata “Sensitive” huma mitlubin jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, filwaqt li jimmarkawha “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Dawn is-sommarji jenħtieġ li jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tkun raġonevolment tinftiehem.

Jekk parti li tipprovdi l-informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi d-dokumenti ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni skennjati. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES (Korrispondenza mal-Kummissjoni Ewropea f’każijiet ta’ difiża tal-kummerċ)” ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefown u indirizz validu tal-posta elettronika u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika li jipprovdu jkun indirizz tal-posta elettronika uffiċjali tax-xogħol li jiffunzjona u li jiġi ċċekkjat kuljum. Ladarba tirċievi d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, sakemm ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni oħra dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet bi TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate G

Office: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email għal aspetti ta’ dumping mir-Russja:

 

TRADE-AD682-CRS-DUMPING-Russia@ec.europa.eu

Email għal aspetti ta’ dumping mit-Turkija:

 

TRADE-AD682-CRS-DUMPING-Turkey@ec.europa.eu

Email għall-aspetti tad-dannu u tal-interessi tal-Unjoni:

 

TRADE-AD682-CRS-INJURY@ec.europa.eu

6.   Skeda tal-investigazzjoni

Skont l-Artikolu 6(9) tar-Regolament bażiku, l-investigazzjoni tiġi konkluża fi żmien 13-il xahar, u mhux aktar minn 14-il xahar, mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. F’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku, normalment il-miżuri proviżorji jistgħu jiġu imposti sa mhux aktar tard minn seba’ (7) xhur mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, iżda fi kwalunkwe każ sa mhux iktar tard minn tmien (8) xhur mill-pubblikazzjoni tagħha.

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni se tipprovdi informazzjoni dwar l-impożizzjoni ppjanata ta’ dazji proviżorji erba’ (4) ġimgħat qabel l-impożizzjoni ta’ miżuri proviżorji. Il-partijiet interessati jingħataw tlett (3) ijiem tax-xogħol biex jikkummentaw bil-miktub dwar kemm huma preċiżi l-kalkoli.

F’każijiet fejn il-Kummissjoni jkollha l-ħsieb li ma timponix dazji proviżorji iżda li tkompli l-investigazzjoni, il-partijiet interessati jiġu infurmati, permezz ta’ dokument ta’ informazzjoni, li mhux se jiġu imposti dazji erba’ ġimgħat qabel ma tiskorri l-iskadenza, skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet interessati jingħataw 15-il jum biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-konstatazzjonijiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, u għaxart (10) ijiem biex jikkummentaw bil-miktub dwar il-konstatazzjonijiet definittivi, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor. Fejn ikun applikabbli, id-divulgazzjoni finali addizzjonali tispeċifika l-iskadenza li fiha l-partijiet interessati jridu jagħtu l-kummenti tagħhom bil-miktub.

7.   Preżentazzjoni tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fl-iskedi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsimiet 5 u 6 ta’ din in-Notifika. Il-preżentazzjoni ta’ kull informazzjoni oħra mhux koperta minn dawn it-taqsimiet jenħtieġ li tirrispetta l-iskeda li ġejja:

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, kull informazzjoni għall-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji jenħtieġ li tiġi ppreżentata fi żmien 70 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, jenħtieġ li l-partijiet interessati ma jippreżentawx informazzjoni fattwali ġdida wara l-iskadenza għal kummenti dwar id-divulgazzjoni tal-kostatazzjonijiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni fl-istadju tal-konstatazzjonijiet proviżorji. Wara din l-iskadenza, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss informazzjoni fattwali ġdida jekk ikunu jistgħu juru li tali informazzjoni fattwali ġdida tkun meħtieġa biex jirribattu l-allegazzjonijiet fattwali magħmula minn partijiet interessati oħra u dment li tali informazzjoni fattwali ġdida tista’ tiġi vverifikata fiż-żmien disponibbli biex l-investigazzjoni titlesta fil-ħin.

Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali addizzjonali.

8.   Possibbiltà ta’ kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imsemmijin fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux jintroduċu kwistjonijiet ġodda.

Tali kummenti jenħtieġ li jsiru skont l-iskeda ta’ żmien li ġejja:

Jenħtieġ li kwalunkwe kumment dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra qabel l-iskadenza tal-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji, isir fi żmien 75 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għad-divulgazzjoni tal-konstatazzjonijiet proviżorji jew tad-dokument ta’ informazzjoni, jiġu ppreżentati fi żmien sebat (7) ijiem mill-iskadenza għall-kummenti dwar il-konstatazzjonijiet proviżorji jew dwar id-dokument ta’ informazzjoni, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għad-divulgazzjoni finali jiġu ppreżentati fi żmien teltt (3) ijiem mill-iskadenza għall-kummenti dwar id-divulgazzjoni finali, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm divulgazzjoni finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal din id-divulgazzjoni jsiru fi żmien ġurnata (1) mill-iskadenza għall-kummenti dwar din id-divulgazzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

L-iskeda ta’ żmien indikata hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   Estensjoni għal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

Kull estensjoni għal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jenħtieġ li jintalbu biss f’ċirkostanzi ta’ eċċezzjoni, u jingħataw biss jekk ikunu debitament ġustifikati meta tingħata raġuni tajba.

Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tar-risposta għall-kwestjonarji tkun limitata għal tlett (3) ijiem u bħala regola ma taqbiżx is-sebat (7) ijiem.

Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu, l-estensjonijiet ikunu limitati għal tlett (3) ijiem sakemm ma jintwerewx xi ċirkostanzi eċċezzjonali.

10.   Nuqqas ta’ kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess jew ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limitu tal-iskadenzi, jew tfixkel l-investigazzjoni b’mod sinifikanti, il-konstatazzjonijiet proviżorji jew finali, pożittivi jew negattivi, jistgħu jsiru abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Jekk jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u l-konstatazzjonijiet għalhekk ikunu bbażati fuq fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal din il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandux jiġi kkunsidrat bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew fi spiża addizzjonali mhux raġonevoli. F’dan il-każ, jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.

11.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti dwar il-kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina t-talbiet għal aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kull talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jitħaddmu kompletament. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Dawn is-seduti ta’ smigħ jenħtieġ li jsiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jsegwu l-iskedi ta’ żmien stabbiliti fit-Taqsina 5.7 ta’ din in-Notifika anki fir-rigward tal-interventi, inklużi s-seduti ta’ smigħ, mill-Uffiċjal tas-Seduta. Kull talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. L-Uffiċjal tas-Smigħ se jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet għal intervent, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis b’mod xieraq l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni.

Għal iktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

12.   Ipproċessar ta’ data personali

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

Notifika dwar il-protezzjoni tad-data li tinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni tinsab fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/.


(1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(2)  It-terminu ġenerali “dannu” jirreferi għal dannu materjali kif ukoll għat-theddida ta’ dannu materjali jew għad-dewmien materjali biex tiġi stabbilita industrija, kif stipulat fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament bażiku.

(3)  Ir-referenzi għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika jirreferu għall-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(4)  Avviż dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

(5)  Produttur esportatur huwa kull kumpanija fil-pajjiżi ikkonċernati li tipproduċi u tesporta l-prodott li qed jiġi investigat lejn is-suq tal-Unjoni, jew direttament inkella permezz ta’ parti terza, inkluża kull kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjoni tal-prodott li qed jiġi investigat.

(6)  Skont l-Artikolu 9(6) tar-Regolament bażiku, kwalunkwe marġni żero u de minimis, u l-marġnijiet stabbiliti f’konformità maċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku mhumiex se jitqiesu.

(7)  Din it-taqsima tkopri biss l-importaturi li mhumiex relatati mal-produtturi esportaturi. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi esportaturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(8)  Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni għajr biex jiġi stabbilit id-dumping.

(9)  F’każ ta’ problemi tekniċi kkuntattja lis-servizz ta’ assistenza tad-DĠ Kummerċ (Trade Service Desk) permezz ta’ email lil trade-service-desk@ec.europa.eu jew ċempel +32 22979797.

(10)  Dokument “Sensitive” huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-Dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Verżjoni “kunfidenzjali”

Verżjoni “għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati”

(immarka l-kaxxa rilevanti)

PROĊEDIMENT ANTI-DUMPING LI JIRRIGWARDA IMPORTAZZJONIJIET TA’ ĊERTU AZZAR REŻISTENTI GĦALL-KORRUŻJONI LI JORIĠINA MIR-RUSSJA U T-TURKIJA

INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TA’ IMPORTATURI MHUX RELATATI

Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu għat-talba għal informazzjoni rigward il-kampjunar li saret fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ Bidu.

Kemm il-verżjoni “kunfidenzjali” kif ukoll il-verżjoni “għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati” jenħtieġ li jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ bidu.

1.   DETTALJI TA’ IDENTITÀ U KUNTATT

Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:

Isem il-kumpanija

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

 

Indirizz tal-posta elettronika

 

Numru tat-telefon

 

2.   FATTURAT U VOLUM TAL-BEJGĦ

Indika l-fatturat totali tal-kumpanija f’euro (EUR), u l-valur f’euro (EUR) u l-volum f’tunnellati tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-Russja u mit-Turkija, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, tal-prodott li qed jiġi investigat, kif definit fin-notifika ta’ bidu.

 

Tunnellati

Valur f’euro (EUR)

Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR)

 

 

Importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott investigat li joriġina mir-Russja

 

 

Importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott investigat li joriġina mit-Turkija

 

 

L-importazzjonijiet fl-Unjoni (minn kullimkien) tal-prodott li qed jiġi investigat

 

 

Bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mir-Russja u mit-Turkija tal-prodott li qed jiġi investigat

 

 

3.   ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (1)

Agħti dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija u tal-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott li qed jiġi investigat. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott li qed jiġi investigat jew il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni tiegħu, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.

Isem u lokalità tal-kumpanija

Attivitajiet

Relazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.   INFORMAZZJONI OĦRA

Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li l-kumpanija tqis li tkun utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

5.   ĊERTIFIKAZZJONI

Meta tipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-kumpanija tkun qed taqbel mal-inklużjoni possibbli tagħha fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fil-post sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat:

Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:

Data:


(1)  F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom xi waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/33


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10318 — Apollo Management/Verizon Media Group)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 245/18)

1.   

Fil-15 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Fondi ta’ investiment ġestiti mill-affiljati ta’ Apollo Management, L.P. (“Apollo Management”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Verizon Media Netherlands B.V., (in-Netherlands) u Oath Inc. (l-Istati Uniti tal-Amerka) u ċerti sussidjarji (flimkien, il-“Verizon Media Group”)

Apollo takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll esklużiv ta’ Verizon Media Group kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Apollo Management: portafoll ta’ investiment,

Verizon Media Group: attivitajiet tal-media u t-teknoloġija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10318 — Apollo Management/Verizon Media Group

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/35


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10252 — Transgourmet Group/General Markets Food Iberica)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 245/19)

1.   

Fil-15 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

General Markets Food Ibérica Group (“GM Food”, SPANJA), ikkontrollat minn Bright Food Group (IĊ-ĊINA);

TransGourmet Holding AG (“Transgourmet”, L-ISVIZZERA), ikkontrollata minn Coop-Gruppe Genossenschaft (L-ISVIZZERA).

TransGourmet takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ GM Food kollu kemm hu.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

GM Food: id-distribuzzjoni ta’ ikel ta’ kuljum u provvisti ta’ prodotti li joqorbu l-ikel għall-ħwienet bħas-supermarkets u għall-operaturi tas-servizzi tal-ikel (ristoranti, lukandi u kumpaniji tal-catering) prinċipalment fi Spanja.

Transgourmet: l-akkwist u l-provvista bl-ingrossa ta’ prodotti tal-konsum ta’ kuljum f’diversi pajjiżi tal-UE u mhux tal-UE u, permezz tal-Bell Food Group, il-produzzjoni ta’ prodotti tal-laħam ipproċessat, ħwawar / kondimenti u varjetà ta’ prodotti ta’ konvenjenza.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10252 — Transgourmet Group/General Markets Food Iberica

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/36


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10263 — Ardian/Deli Home)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 245/20)

1.   

Fis-16 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Ardian France SA (Franza) (“Ardian”); kif ukoll

Deli Home Holding B.V. (in-Netherlands) (“Deli Home”).

Ardian takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Deli Home kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Ardian: ġestjoni tal-assi ta’ ekwità privata; kif ukoll

Deli Home: il-manifattura u l-provvista ta’ prodotti għat-titjib tad-dar ibbażati fuq l-injam lill-bejjiegħa bl-imnut, lin-negozjanti tal-bennejja u lis-swieq online.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10263 — Ardian/Deli Home

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/37


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 245/21)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

NOTIFIKA TA’ EMENDA STANDARD FID-DOKUMENT UNIKU

“Etyek-Buda/Etyek-Budai”

PDO-HU-A1350-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 1 ta’ April 2021

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Espansjoni taż-żona demarkata – Biatorbágy

(a)

L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

IV. Żona demarkata

VIII. Kundizzjonijiet ulterjuri

(b)

L-intestaturi tad-Dokument Uniku affettwati:

Żona ġeografika demarkata

Rekwiżiti addizzjonali

(c)

Ġustifikazzjoni:

L-emenda taż-żona demarkata ma taffettwax ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni u l-prodott, peress li l-karatteristiċi taż-żoni inklużi fil-katast tal-vinja jikkorrispondu għaż-żona demarkata tad-DOP Etyek-Buda. Il-klassifikazzjoni tar-reġjun tal-inbid u l-possibbiltà tal-produzzjoni tad-DOP Etyek-Buda jagħmluha possibbli li Biatorbágy jikkummerċjalizza dawn l-inbejjed f’kategorija ta’ kwalità ogħla, li tista’ tkun inċentiv biex aktar produtturi jidħlu fis-suq u biex il-produzzjoni tal-inbid tkun ta’ kwalità ogħla u tgħin fl-iżvilupp tas-settur lokali tat-turiżmu u l-ospitalità.

2.   Espansjoni taż-żona demarkata – Distrett XII ta’ Budapest, Nru tar-reġistru tal-artijiet 9597/1

(a)

L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

IV. Żona demarkata

(b)

L-intestaturi tad-Dokument Uniku affettwati:

Żona ġeografika demarkata

(c)

Ġustifikazzjoni:

L-emenda taż-żona demarkata ma taffettwax ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni u l-prodott, peress li l-karatteristiċi taż-żona inkluża fil-katast tal-vinja jikkorrispondu għaż-żona demarkata tad-DOP Etyek-Buda.

3.   Espansjoni taż-żona demarkata – Aba, Seregélyes

(a)

L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

IV. Żona demarkata

VIII. Kundizzjonijiet ulterjuri

(b)

L-intestaturi tad-Dokument Uniku affettwati:

Żona ġeografika demarkata

Rekwiżiti addizzjonali

(c)

Ġustifikazzjoni:

Iż-żewġ muniċipalitajiet jinsabu fin-naħa tan-Nofsinhar tal-Lag Velence u għandhom l-istess kundizzjonijiet naturali u klimatiċi u l-istess struttura tal-ħamrija bħall-muniċipalitajiet li jmissu magħhom li diġà huma inklużi fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott tad-DOP Etyek-Buda. L-emenda taż-żona demarkata ma taffettwax ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni u l-prodott, peress li l-karatteristiċi taż-żona inkluża fil-katast tal-vinja jikkorrispondu għaż-żona demarkata tad-DOP Etyek-Buda.

4.   Espansjoni taż-żona demarkata – Tabajd

(a)

L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

IV. Żona demarkata

VIII. Kundizzjonijiet ulterjuri

(b)

L-intestaturi tad-Dokument Uniku affettwati:

Żona ġeografika demarkata

Rekwiżiti addizzjonali

(c)

Ġustifikazzjoni:

Ir-raħal ta’ Tabajd u ż-żona amministrattiva tiegħu jinsabu fit-Tramuntana tal-Kontea Fejér. Fil-limiti tal-muniċipalità jalternaw serbut għoljiet baxxi u żoni ċatti. Il-kundizzjonijiet hawnhekk huma eċċellenti għall-produzzjoni ta’ nbejjed Muscat ħfief u armonjużi u nbejjed frizzanti u varjetajiet oħra ta’ nbid abjad. L-emenda taż-żona demarkata ma taffettwax ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni u l-prodott, peress li l-karatteristiċi taż-żona inkluża fil-katast tal-vinja jikkorrispondu għaż-żona demarkata tad-DOP Etyek-Buda.

5.   Espansjoni taż-żona demarkata – Perbál

(a)

L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

IV. Żona demarkata

VIII. Kundizzjonijiet ulterjuri

(b)

L-intestaturi tad-Dokument Uniku affettwati:

Żona ġeografika demarkata

Rekwiżiti addizzjonali

(c)

Ġustifikazzjoni:

Perbál tinsab fuq l-għoljiet Buda u Nyakas fil-Baċir Zsámbék. L-għeneb għall-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità ilu jiġi mkabbar fil-muniċipalità għal sekli sħaħ.

L-emenda taż-żona demarkata ma taffettwax ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni u l-prodott, peress li l-karatteristiċi taż-żona inkluża fil-katast tal-vinja jikkorrispondu għaż-żona demarkata tad-DOP Etyek-Buda.

6.   Żieda ta’ inklinazzjonijiet ġodda (Páty)

(a)

L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

IV. Żona demarkata

(b)

L-intestaturi tad-Dokument Uniku affettwati:

Żona ġeografika demarkata

(c)

Ġustifikazzjoni:

Fuq talba tal-muniċipalità ta’ Páty, żdiedu ħames inklinazzjonijiet (Hegyi-dűlő, Lövöldöző-hegy, Mézes-hegy, Nagy-hegy, Zsámbéki úti dűlő) mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Hemm tradizzjoni twila ta’ produzzjoni tal-inbid fuq l-inklinazzjonijiet Mézes-hegy u Nagy-hegy, li jiffurmaw il-maġġoranza taż-żona tal-vinji ta’ Páty. Hegyi-dűlő u Lövöldöző-hegy jinsabu bejn il-fillieri tal-kantini straordinarji ta’ Páty u Mézes-hegy, fuq inklinazzjoni ġentili fil-Lbiċ, fejn igawdu minn ambjent straordinarju. Zsámbéki úti dűlő hija inklinazzjoni ġentili fil-Punent/Lbiċ. Bl-inklużjoni tal-ismijiet tal-inklinazzjonijiet li fuqhom jiġu prodotti dawn l-inbejjed partikolari, jistgħu jiġu ppreżentati fis-suq inbejjed ta’ kwalità minn żona definita b’mod aktar ristrett.

7.   Żieda ta’ inklinazzjoni ġdida (Tök)

(a)

L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

IV. Żona demarkata

(b)

L-intestaturi tad-Dokument Uniku affettwati:

Żona ġeografika demarkata

(c)

Ġustifikazzjoni:

Fuq talba tal-Komunità tal-Inbid ta’ Nyakas, żdied l-isem ta’ inklinazzjoni ġdida (Felső-somos) mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Qabel operazzjoni fuq skala kbira, l-inklinazzjoni ta’ Somos/Felső-somos kienet maqsuma f’vinji żgħar u privati. Din l-inklinazzjoni hija klassifikata bħala Klassi I fil-katast tal-vinji. Iż-żona ilha mill-ġdid bid-dwieli mill-2015, u tipproduċi għeneb eċċellenti għall-produzzjoni tal-inbid.

8.   Żieda ta’ inklinazzjoni ġdida (Etyek)

(a)

L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

IV. Żona demarkata

(b)

L-intestaturi tad-Dokument Uniku affettwati:

Żona ġeografika demarkata

(c)

Ġustifikazzjoni:

Sakemm miet fl-2004, Tibor Báthori kien figura eminenti fir-reġjun tal-inbid ta’ Etyek-Buda. Huwa għamel ħafna għar-reġjun tal-inbid u għall-inbejjed tiegħu, speċjalment fir-rigward tal-promozzjoni tal-għarfien dwar l-Etyek Chardonnay. Fl-1992, kien ivvotat il-vitikultur tas-sena. Ġiet żvelata plakka kommemorattiva li tfakkar lil Tibor Báthori f’Etyek, u ismu intuża għall-isem ta’ inklinazzjoni – Báthori-dűlő – fil-parti ta’ Öreg-hegy fejn kienet tinsab il-kantina tiegħu.

9.   Mhuwiex obbligatorju li tiġi indikata l-vendemmja fuq l-inbejjed bid-DOP Etyek-Buda

(a)

L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

IV. Żona demarkata

(b)

L-intestaturi tad-Dokument Uniku affettwati:

Żona ġeografika demarkata

(c)

Ġustifikazzjoni:

Għat-tpaċija tal-effetti tal-vendemmja. Huwa ħafna eħfef li tiġi żgurata kwalità konsistenti meta t-taħlit tal-inbejjed isir mingħajr ma tiġi indikata l-vendemmja. L-indikazzjoni tal-vendemmja ma tibdilx l-effett tal-karatteristiċi taż-żona tal-produzzjoni fuq il-prodott, u għalhekk din l-emenda ma tibdilx b’mod fundamentali n-natura tal-inbejjed bid-DOP Etyek-Buda.

10.   L-użu tal-espressjoni “Velencei-tavi” [Lag Velence] fil-każ ta’ nbejjed magħmulin fid-distrett ta’ Velence

(a)

L-intestaturi tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott affettwati:

IV. Żona demarkata

(b)

L-intestaturi tad-Dokument Uniku affettwati:

Żona ġeografika demarkata

(c)

Ġustifikazzjoni:

Minflok tindika prodott ġdid, l-espressjoni “Velencei-tavi” [Lag Velence] tieħu post l-espressjoni “Velencei” [Velence] li kienet qed tintuża sa issa. L-espressjoni l-ġdida tista’ tidher fuq prodotti tal-inbid li jikkonformaw mar-regoli tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u li huma magħmula minn għeneb minn kwalunkwe waħda mill-muniċipalitajiet tal-Komunità tal-Inbid tal-Lag Velence.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Etyek-Buda

Etyek-Budai

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika:

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.

Inbid frizzanti

5.

Inbid frizzanti ta’ kwalità

4.   Deskrizzjoni tal-inbejjed

1.   Inbid – Abjad

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed bojod ivarjaw fil-kulur minn isfar fl-aħdar għal isfar dehbi. Dawn huma nbejjed delikati ta’ intensità aromatika għolja b’noti ta’ fjuri bojod (fjuri tas-sebuqa, nwar tat-tilju, akaċja) u b’noti ta’ frott (ħawħ ta’ laħmu abjad). Fuq il-palat, it-togħma ta’ frott frisk tagħhom hija kkumplimentata minn aċidità pronunzjata iżda matura u eleganti.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

9

Aċidità totali minima:

4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

2.   Inbid – Frisk

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dawn l-inbejjed bojod ivarjaw fil-kulur minn isfar fl-aħdar għal isfar lewn it-tiben, b’aromi kkaratterizzati minn freskezza u togħma ħafifa ta’ frott. Magħmula bit-taħlit ta’ diversi varjetajiet ta’ għeneb, dawn l-inbejjed għandhom aċidità friska u ppronunzjata iżda matura, ikkumplimentata minn togħma ta’ frott.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

9

Aċidità totali minima:

4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

3.   Inbejjed – Rożè

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed rożè jvarjaw fil-kulur minn lewn is-salamun għal aħmar jgħajjat. L-aromi intensi u kumplessi tagħhom huma kkaratterizzati mill-irwejjaħ ta’ frott ta’ laħmu aħmar (tut tal-għollieq, lampun). Fuq il-palat, għandhom togħma ta’ frott u huma friski bis-saħħa ta’ aċidi maturi, li huma akkumpanjati minn tannini eleganti.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

9

Aċidità totali minima:

4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

4.   Inbid – Aħmar

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed ħomor ivarjaw fil-kulur minn krimżi għal aħmar rubin. Dawn huma inbejjed b’togħma ta’ frott b’irwejjaħ ta’ frott ta’ polpa ħamra (tut tal-għollieq, ċirasa qarsa, lampun). It-tannin medju u l-qawwa alkoħolika jagħtu lill-inbejjed ħomor togħma ħafifa. L-aċidi tagħhom jixirqu b’mod armonjuż mat-togħmiet tal-frott (tut tal-għollieq, lampun, ribes iswed, ribes aħmar, ċirasa qarsa).

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

9

Aċidità totali minima:

4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

20

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

5.   Inbid frizzanti – Abjad

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dawn l-inbejjed ħodor ċari għandhom effervexxenza kristallina u riħa li tkun dejjem friska u ftit aromatika bis-saħħa tad-diversità tal-varjetajiet. Fuq il-palat, tiddomina l-istruttura matura tal-aċidu, l-aċidità hija friska u ċċaqċaq iżda arjuża, akkumpanjata minn konsistenza robusta. L-inbejjed frizzanti bojod ta’ Etyek-Buda għandhom kumplessità unika ta’ aromi u togħmiet bis-saħħa tad-diversità tal-varjetajiet, u aċidità vigoruża, li hija akkumpanjata f’kull mument minn togħma ta’ frott.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

9,5

Aċidità totali minima:

5 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

6.   Inbid frizzanti – Rożè

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed għandhom ftit komponenti ta’ kuluri, iżda invarjabbilment ikollhom kulur jgħajjat tas-salamun u tal-qoxra tal-basla, b’lewn ileqq jagħti fil-vjola. L-aroma tal-inbejjed frizzanti Etyek-Buda hija kkaratterizzata mit-togħma intensa ta’ frott aħmar (ċirasa, ċirasa qarsa), li tkompli fuq il-palat. Aċiduża ħafna, it-togħma tal-inbejjed frizzanti rożè Etyek-Buda hija kkaratterizzata minn aċidi maturi, bl-ebda traċċa ta’ mrar jew ta’ qrusa.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

9,5

Aċidità totali minima:

5 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

7.   Inbid frizzanti ta’ kwalità – Abjad

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

L-inbejjed frizzanti ta’ kwalità bojod huma ta’ kulur aħdar ċar, bi ħjiel ta’ isfar dehbi. L-aromi ta’ frott ta’ laħmu abjad (ħawħ, nuċiprisk, tuffieħ, lanġas, lychee) jiddominaw, ikkomplementati minn noti ta’ gallettini mixwija bħala riżultat tal-maturazzjoni twila. Minkejja li għandhom grad għoli ta’ aċidità, l-aċidi tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità bojod ta’ Etyek-Buda mhumiex qawwija u jmorru tajjeb mal-konsistenza ta’ nbid frizzanti ta’ kwalità. Minbarra li jippreżervaw it-togħma kremuża tagħhom, li tiżviluppa matul il-maturazzjoni, l-inbejjed frizzanti ta’ kwalità bojod ta’ Etyek-Buda jżommu wkoll it-togħma karatteristika tagħhom ta’ frott ta’ laħmu abjad.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

10

Aċidità totali minima:

4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

8.   Inbid frizzanti ta’ kwalità – Rożè

DESKRIZZJONI TESTWALI KONĊIŻA

Dawn l-inbejjed huma minn lewn is-salamun, bi traċċi ta’ roża u vjola. L-aromi ta’ intensità medja tagħhom ta’ frott ta’ polpa ħamra (ċirasa, ċirasa qarsa, mirtilli, tut tal-għollieq) huma kkumplimentati minn noti ta’ ġellewż inkaljat li jiżviluppaw matul il-maturazzjoni. Minbarra l-aċidità li tifforma l-pedament ta’ dawn l-inbejjed, it-togħmiet ta’ frott aħmar jiddominaw ukoll.

*

Il-limiti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-UE japplikaw għall-qawwa alkoħolika totali massima u għad-diossidu tal-kubrit totali massimu.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

9,5

Aċidità totali minima:

4,6 g/l espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

18

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru):

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

5.1.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Restrizzjoni għal ċerti nbejjed

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Fil-każ tal-inbejjed, huwa pprojbit li jsir arrikkiment jew taħlil ta’ nbejjed bojod, rożè jew ħomor bl-espressjoni “késői szüretelésű bor” [inbid bi ħsad tardiv], “jégbor” [ice wine], “válogatott szüretelésű bor” [inbid bi ħsad magħżul], “töppedt szőlőből készült bor” [inbid magħmul minn għeneb imqadded], jew l-isem tal-inklinazzjoni.

Fil-każ tal-inbejjed friski, it-taħlita għandha tinkludi minimu ta’ żewġ varjetajiet u massimu ta’ erbgħa.

Regoli tal-vitikultura

Prattika ta’ kultivazzjoni

Metodu ta’ kultivazzjoni:

Għall-vinji mħawla qabel l-1 ta’ Awwissu 2010, vinja li tuża kwalunkwe metodu ta’ kultivazzjoni awtorizzat fil-passat tiġi aċċettata, sakemm il-produzzjoni tkompli fil-vinja.

Għall-vinji mħawla wara l-1 ta’ Awwissu 2010: l-għoti ta’ forma f’għamla ta’ umbrella, Moser, Sylvoz, b’zokk baxx u ta’ tul medju-għoli, Guyot, f’għamla ta’ purtiera sempliċi, ta’ ras u ta’ sġajra

Densità tat-tħawwil: Għall-vinji mħawla qabel l-1 ta’ Awwissu 2010, vinja li tuża kwalunkwe densità tat-tħawwil awtorizzata fil-passat tiġi aċċettata, sakemm il-produzzjoni tkompli fil-vinja. Għall-vinji mħawla wara l-1 ta’ Awwissu 2010: min. ta’ 3 300 dielja għal kull ettaru.

Metodu tal-ħsad: manwali u mekkaniku, ħlief għall-inbejjed bl-espressjoni “válogatott szüretelésű bor” [inbid bi ħsad magħżul], “jégbor” [ice wine], jew “töppedt szőlőből készült bor” [inbid magħmul minn għeneb imqadded], jew inbejjed frizzanti ta’ kwalità bl-espressjoni “crémant”, li l-ħsad tagħhom jista’ jsir b’mod manwali biss.

Iffissar tad-data tal-ħsad: Id-data li fiha jibda l-ħsad tiġi stabbilita mill-Kunsill tal-Komunitajiet tal-Inbid tar-Reġjun tal-Inbid ta’ Etyek-Buda kull sena. Id-deċiżjoni tiġi ppublikata mill-Kunsill tal-Komunitajiet tal-Inbid f’konformità mal-istatuti tiegħu.

Kontenut minimu ta’ zokkor tal-għeneb (espress bħala l-qawwa alkoħolika naturali u l-grad tal-most Ungeriż (MM))

Prattika ta’ kultivazzjoni

Kontenut minimu naturali ta’ zokkor tal-għeneb (g/l):

għall-inbejjed li jindikaw l-isem tal-inklinazzjoni: 193,6 g/l,

għall-inbejjed tat-tip inbid frisk: 168,1,

fil-każijiet l-oħrajn kollha: 151,5.

Qawwa alkoħolika potenzjali minima tal-għeneb (f’% tal-volum), f’temperatura ta’ 20 °C:

għall-inbejjed li jindikaw l-isem tal-inklinazzjoni: 11,5,

għall-inbejjed tat-tip inbid frisk: 10,0,

fil-każijiet l-oħrajn kollha: 9,0.

5.2.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

Inbid, inbid frizzanti, inbid frizzanti ta’ kwalità – ħsad manwali u mekkaniku

100 ettolitru għal kull ettaru

Inbejjed li jindikaw l-isem tal-inklinazzjoni – ħsad manwali u mekkaniku

80 ettolitru għal kull ettaru

Inbid, inbid frizzanti, inbid frizzanti ta’ kwalità – ħsad manwali

13 600 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Inbid, inbid frizzanti, inbid frizzanti ta’ kwalità – ħsad mekkaniku

13 100 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Inbejjed li jindikaw l-isem tal-inklinazzjoni – ħsad manwali

11 000 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

Inbejjed li jindikaw l-isem tal-inklinazzjoni – ħsad mekkaniku

10 500 kg ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Definizzjoni taż-żona demarkata:

Iż-żoni ta’:

Budapest (Distrett XII, Nru tar-reġistru tal-artijiet 9597/1, Distrett XXII – Budafok)

il-muniċipalitajiet fil-Kontea ta’ Pest ta’ Biatorbágy, Budajenő, Budakeszi, Páty, Perbál, Pilisborosjenő, Üröm, Telki u Tök, u

il-muniċipalitajiet fil-Kontea ta’ Fejér ta’ Aba, Alcsútdoboz, Bicske, Csabdi, Etyek, Felcsút, Gárdony, Gyúró, Kajászó, Kápolnásnyék, Martonvásár, Nadap, Pákozd, Pázmánd, Seregélyes, Sukoró, Tabajd, Tordas, Vál u Velence

li huma kklassifikati bħala Klassi I jew II skont il-katast tal-vinji.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

 

budai - budai zöld

 

budai - zöld budai

 

budai - zöldfehér

 

budai - zöldszőlő

 

cabernet franc - cabernet

 

cabernet franc - carbonet

 

cabernet franc - carmenet

 

cabernet franc - gros cabernet

 

cabernet franc - gros vidur

 

cabernet franc - kaberne fran

 

cabernet sauvignon

 

chardonnay - chardonnay blanc

 

chardonnay - kereklevelű

 

chardonnay - morillon blanc

 

chardonnay - ronci bilé

 

chasselas - chasselas blanc

 

chasselas - chasselas dorato

 

chasselas - chasselas doré

 

chasselas - chrupka belia

 

chasselas - fehér fábiánszőlő

 

chasselas - fehér gyöngyszőlő

 

chasselas - fendant blanc

 

chasselas - saszla belaja

 

chasselas - weisser gutedel

 

cserszegi fűszeres

 

csókaszőlő

 

ezerfürtű

 

ezerjó - kolmreifler

 

ezerjó - korponai

 

ezerjó - szadocsina

 

ezerjó - tausendachtgute

 

ezerjó - tausendgute

 

ezerjó - trummertraube

 

furmint - furmint bianco

 

furmint - moslavac bijeli

 

furmint - mosler

 

furmint - posipel

 

furmint - som

 

furmint - szigeti

 

furmint - zapfner

 

gohér - guhér

 

gohér - körteszőlő

 

gohér - sárga gohér

 

gohér - török gohér

 

gohér - zöld gohér

 

hárslevelű - feuilles de tilleul

 

hárslevelű - garszleveljü

 

hárslevelű - lindeblättrige

 

hárslevelű - lipovina

 

irsai olivér - irsai

 

irsai olivér - muskat olivér

 

irsai olivér - zolotis

 

irsai olivér - zolotisztüj rannüj

 

juhfark - fehérboros

 

juhfark - lämmerschwantz

 

juhfark - mohácsi

 

juhfark - tarpai

 

kadarka - csetereska

 

kadarka - fekete budai

 

kadarka - gamza

 

kadarka - jenei fekete

 

kadarka - kadar

 

kadarka - kadarka negra

 

kadarka - negru moale

 

kadarka - szkadarka

 

kadarka - törökszőlő

 

karát

 

királyleányka - dánosi leányka

 

királyleányka - erdei sárga

 

királyleányka - feteasca regale

 

királyleányka - galbena de ardeal

 

királyleányka - königliche mädchentraube

 

királyleányka - königstochter

 

királyleányka - little princess

 

kék bakator

 

kékfrankos - blauer lemberger

 

kékfrankos - blauer limberger

 

kékfrankos - blaufränkisch

 

kékfrankos - limberger

 

kékfrankos - moravka

 

kéknyelű - blaustängler

 

kékoportó - blauer portugieser

 

kékoportó - modry portugal

 

kékoportó - portugais bleu

 

kékoportó - portugalske modré

 

kékoportó - portugizer

 

merlot

 

mátrai muskotály

 

olasz rizling - grasevina

 

olasz rizling - nemes rizling

 

olasz rizling - olaszrizling

 

olasz rizling - riesling italien

 

olasz rizling - risling vlassky

 

olasz rizling - taljanska grasevina

 

olasz rizling - welschrieslig

 

ottonel muskotály - miszket otonel

 

ottonel muskotály - muscat ottonel

 

ottonel muskotály - muskat ottonel

 

pinot blanc - fehér burgundi

 

pinot blanc - pinot beluj

 

pinot blanc - pinot bianco

 

pinot blanc - weissburgunder

 

pinot noir - blauer burgunder

 

pinot noir - kisburgundi kék

 

pinot noir - kék burgundi

 

pinot noir - kék rulandi

 

pinot noir - pignula

 

pinot noir - pino csernüj

 

pinot noir - pinot cernii

 

pinot noir - pinot nero

 

pinot noir - pinot tinto

 

pinot noir - rulandski modre

 

pinot noir - savagnin noir

 

pinot noir - spätburgunder

 

pintes

 

piros bakator - bakar rózsa

 

piros bakator - bakator rouge

 

piros bakator - bakatortraube

 

rajnai rizling - johannisberger

 

rajnai rizling - rheinriesling

 

rajnai rizling - rhine riesling

 

rajnai rizling - riesling

 

rajnai rizling - riesling blanc

 

rajnai rizling - weisser riesling

 

rizlingszilváni - müller thurgau

 

rizlingszilváni - müller thurgau bijeli

 

rizlingszilváni - müller thurgau blanc

 

rizlingszilváni - rivaner

 

rizlingszilváni - rizvanac

 

sauvignon - sauvignon bianco

 

sauvignon - sauvignon bijeli

 

sauvignon - sauvignon blanc

 

sauvignon - sovinjon

 

syrah - blauer syrah

 

syrah - marsanne noir

 

syrah - serine noir

 

syrah - shiraz

 

syrah - sirac

 

szürkebarát - auvergans gris

 

szürkebarát - grauburgunder

 

szürkebarát - graumönch

 

szürkebarát - pinot grigio

 

szürkebarát - pinot gris

 

szürkebarát - ruländer

 

sárfehér

 

sárga muskotály - moscato bianco

 

sárga muskotály - muscat blanc

 

sárga muskotály - muscat bélüj

 

sárga muskotály - muscat de frontignan

 

sárga muskotály - muscat de lunel

 

sárga muskotály - muscat lunel

 

sárga muskotály - muscat sylvaner

 

sárga muskotály - muscat zlty

 

sárga muskotály - muskat weisser

 

sárga muskotály - weiler

 

sárga muskotály - weisser

 

tramini - gewürtztraminer

 

tramini - roter traminer

 

tramini - savagnin rose

 

tramini - tramin cervené

 

tramini - traminer

 

tramini - traminer rosso

 

viognier

 

zefír

 

zengő

 

zenit

 

zweigelt - blauer zweigeltrebe

 

zweigelt - rotburger

 

zweigelt - zweigeltrebe

 

zöld szilváni - grüner sylvaner

 

zöld szilváni - silvanec zeleni

 

zöld szilváni - sylvánske zelené

 

zöld veltelíni - grüner muskateller

 

zöld veltelíni - grüner veltliner

 

zöld veltelíni - veltlinské zelené

 

zöld veltelíni - zöldveltelíni

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

8.1.   Inbid, inbid frizzanti, inbid frizzanti ta’ kwalità – Fatturi naturali

Iż-żona demarkata għall-produzzjoni tal-inbejjed ta’ Etyek-Buda tinsab fil-Grigal tar-Reġjun Muntanjuż Transdanubjan Ċentrali u testendi min-Nofsinhar tar-Reġjun Muntanjuż ta’ Gerecse sa Velence u l-Għoljiet ta’ Buda, fuq l-inklinazzjonijiet u l-plateaus li fuqhom jikber l-għeneb. Iż-żona tal-produzzjoni tinsab fit-tarf tat-Tramuntana tar-reġjun tal-vitikultura, f’latitudni ta’ 47 grad.

It-tip ta’ ħamrija dominanti għal Etyek-Buda hija ħamrija forestali kannella rikka fir-ram, li żviluppat l-aktar fuq bażi ta’ ġebla tal-ġir.

Minħabba l-fatt li jinsab fit-Tramuntana u li għandu pajsaġġ mimli għoljiet, il-klima ta’ Etyek-Buda hija kiesħa aktar mill-medja Ungeriża, bit-temperatura annwali medja ta’ hawnhekk tkun ta’ 9,5–10,5 °C. Il-preċipitazzjoni medja annwali hija ta’ 650 mm, li l-biċċa l-kbira tagħha tagħmel matul il-perjodu tal-veġetazzjoni.

Karatteristika komuni tal-klima ta’ Etyek-Buda hija r-riħ kostanti madwar ir-reġjun tal-inbid kollu. L-irjieħ dominanti huma mill-Majjistral, li invarjabbilment iġibu magħhom mases ta’ arja kesħin lejn ir-reġjun tal-inbid.

8.2.   Inbid – Fatturi umani (1)

Il-vitikultura u l-vinikultura ilhom stabbiliti sew f’Etyek-Buda minn żmien id-dinastija ta’ Árpád, u l-iżvilupp ta’ dawk li llum huma proċessi vitikulturali u vinikulturali tradizzjonali kienet influwenzata ħafna mit-taqlib storiku u l-insedjament ta’ bosta minoranzi lingwistiċi fir-reġjun. Kull grupp etniku ġab miegħu l-kultura vitikulturali unika tiegħu, u b’hekk arrikkixxa d-diversità ta’ Etyek-Buda. Din id-diversità hija ssimbolizzata bl-aħjar mod min-numru kbir ta’ varjetajiet imkabbra hawnhekk, li akklimatizzaw għar-reġjun matul is-sekli. L-użu ta’ numru kbir ta’ varjetajiet huwa spjegat mill-fatt li l-produtturi lokali, ħerqana biex itaffu l-effetti tal-vendemmja, kienu kapaċi jipproduċu l-kwalità ta’ materja prima meħtieġa għall-produzzjoni ta’ nbejjed ta’ kwalità għolja.

L-ewwel abitanti ta’ insedjament Magyar kellhom rwol ewlieni fl-iżvilupp tad-diversità tal-varjetajiet, billi ġabu lejn Etyek-Buda varjetajiet ta’ għeneb li kellhom jintgħażlu mill-produtturi lokali matul il-millennju. Bosta dixxendenti ta’ dawn il-varjetajiet huma mkabbra fir-reġjun sal-lum il-ġurnata, l-aktar notevoli fosthom Juhfark.

8.3.   Inbid – Fatturi umani (2)

Wara l-okkupazzjoni Ottomana, l-abitanti ta’ insedjament li kienu jitkellmu bil-Ġermaniż introduċew varjetà ta’ għeneb aħmar, Kékoportó (bil-Ġermaniż “Portugieser”), fir-reġjun, u magħha l-proċess ta’ maċerazzjoni għall-produzzjoni tal-inbid aħmar.

Wara l-epidemija tal-phylloxera, il-produtturi tal-inbid lokali introduċew varjetajiet tal-Punent li adattaw tajjeb għall-kundizzjonijiet ekoloġiċi lokali u ħarġu l-karatteristiċi uniċi taż-żona tal-produzzjoni Etyek-Buda fl-inbejjed magħmula minn dawk il-varjetajiet. Lejn tmiem is-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20 ġew introdotti l-varjetajiet Olaszrizling, Szürkebarát u Chardonnay, b’din tal-aħħar tippredomina llum.

Fis-seklu 20, il-produtturi tal-inbid lokali bdew jiffokaw dejjem aktar fuq varjetajiet aromatiċi bħal Sauvignon u Ottonel muskotály. Minn dawn, daħlu diversi varjetajiet ġodda magħżula skont il-kundizzjonijiet ekoloġiċi lokali fil-produzzjoni (eż. Irsai Olivér, Zenit).

Peress li l-varjetajiet aromatiċi saru aktar popolari, it-teknoloġija anerobika rapida saret predominanti fir-reġjun tal-inbid.

8.4.   Inbid – Deskrizzjoni tal-inbejjed

Karatteristika komuni tal-inbejjed ta’ Etyek-Buda hija r-rikkezza tal-aromi u t-togħmiet tagħhom. Kemm it-togħma kif ukoll l-aroma tagħhom huma kkaratterizzati minn togħma ta’ frott qawwija, li l-kumplessità tagħha hija kkomplementata mill-mineralità tal-inbejjed ta’ Etyek-Buda. Minkejja l-grad għoli tal-aċidità tagħhom, l-aċidi tagħhom huma maturi u friski, li jagħtu lill-inbejjed ta’ Etyek-Buda l-freskezza tagħhom.

8.5.   Inbid – Ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni, il-fatturi umani u l-prodott (1)

Il-klima friska ta’ Etyek-Buda, minħabba l-esponiment muntanjuż tagħha, hija intensifikata mill-kurrenti tal-arja mill-Majjistral li jiżguraw il-moviment kostanti tal-arja fir-reġjun tal-inbid. Fis-sħana tas-sajf, l-aċidi tal-għeneb jibqgħu vivaċi bis-saħħa taż-żiffiet friski. Minħabba l-moviment kostanti tal-arja u l-metodi ta’ kultivazzjoni baxxa li żviluppaw matul is-sekli, ir-riħ jgħaddi faċilment mill-ħajt tal-weraq. Dan jgħin jevita l-iżvilupp ta’ infezzjonijiet fungali fid-dwieli u jagħmilha possibbli li l-għeneb jinqata’ f’saħħtu u intatt. Matul iż-żerniq tipikament frisk tal-ħarifa, l-għeneb jiksaħ, u b’hekk ikun jista’ jiġi pproċessati f’temperaturi aktar baxxi.

Dawn il-fatturi naturali jikkontribwixxu għat-togħma ta’ frott u l-istruttura aċidika friska tal-inbejjed ta’ Etyek-Buda, peress li l-proċessi tal-ossidazzjoni jdumu aktar matul it-trasport u l-ipproċessar jekk l-għeneb ikun inqata’ f’temperaturi baxxi.

8.6.   Inbid – Ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni, il-fatturi umani u l-prodott (2)

Dan l-effett naturali jissaħħaħ minn prattika li ilha tintuża għal sekli sħaħ fir-reġjun tal-inbid li fih l-għeneb jiġi pproċessat malajr kemm jista’ jkun wara l-ħsad. Din il-prattika tifforma parti mill-esperjenza u l-għarfien espert tal-produtturi tal-inbid lokali li jiggarantixxu l-kwalità tal-inbejjed ta’ Etyek-Buda.

Bis-saħħa tal-kapaċità tat-tipi ta’ ħamrija forestali kannella li jżommu l-ilma, id-dwieli għandhom provvista suffiċjenti ta’ ilma anki fis-sħana tas-sajf. Fuq l-inklinazzjonijiet u l-għoljiet, id-dawl tax-xemx jidħol fil-wiċċ tal-ħamrija u d-dwieli f’angolu ta’ inċidenza akbar. Il-kombinazzjoni ta’ dawn iż-żewġ fatturi naturali tiggarantixxi l-iżvilupp kontinwu u bbilanċjat tad-dwieli. Bis-saħħa tal-ħajt tal-weraq tipikament għoli, il-fatturi li jinibixxu l-fotosinteżi mhumiex komuni, u għalhekk l-għeneb jista’ jinħasad qabel, b’kontenut għoli ta’ zokkor.

8.7.   Inbid frizzanti u nbid frizzanti ta’ kwalità – Fatturi umani (1)

L-iżvilupp tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti f’Etyek-Buda, fejn il-vitikultura u l-vinikultura ilhom stabbiliti sew minn żmien id-dinastija ta’ Árpád, jista’ jiġi ntraċċat lura għal tmiem is-seklu 19. L-istorja tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti f’Etyek-Buda hija marbuta mill-qrib mal-isem tal-produttur tal-inbid frizzanti József Törley, li, fuq l-artijiet li xtara fit-tieni nofs tas-seklu 19, stabbilixxa impjant tal-produzzjoni ta’ nbid frizzanti tat-tip ta’ xampanja f’Etyek-Buda fl-1882. Huwa ntebaħ li l-għeneb minn Etyek kien bażi eċċellenti għall-inbid frizzanti u li l-kantini ta’ Budafok (Promontorium) kienu xierqa ħafna għall-produzzjoni tal-inbid frizzanti.

Il-prosperità tal-produzzjoni tal-inbid f’Etyek-Buda tista’ tiġi attribwita għal dan, biex b’hekk sal-bidu tas-snin 1910, kienu qed jiġu prodotti madwar żewġ miljun flixkun ta’ nbid frizzanti minn inbejjed ta’ Etyek-Buda.

Minbarra József Törley, l-imgħallem tiegħu fil-produzzjoni tal-inbid frizzanti, Louis François – li ’l quddiem kellu jistabbilixxi l-impjant tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti tiegħu stess f’Etyek-Buda – ukoll kellu rwol ewlieni fl-iżvilupp tat-tradizzjoni tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti f’Etyek-Buda.

Wara t-Tieni Gwerra Dinjija, il-fabbrika tal-inbid ta’ Hungarovin f’Budafok saret iċ-ċentru tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti. Il-produzzjoni tal-inbid frizzanti ingħatat impetu ulterjuri bl-introduzzjoni, flimkien mal-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali, ta’ proċess tal-produzzjoni ibbażat fuq id-dikantar u l-kontenitur. Illum il-ġurnata, is-suċċessur legali ta’ Hungarovin, l-azjenda Törley Pezsgőpincészet, li għandha l-akbar żona ta’ produzzjoni tal-inbid fir-reġjun, qed tkompli b’dawn it-tradizzjonijiet tal-vitikultura tal-inbid frizzanti billi tadatta t-tekniki tagħha għar-rekwiżiti tal-kwalità tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti u billi tapplika dawn it-tliet metodi tal-produzzjoni kollha.

8.8.   Inbid frizzanti – Fatturi umani (2)

L-uniċità tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti f’Etyek-Buda tinsab fil-kompożizzjoni tal-varjetajiet. Il-karatteristika unika u essenzjali tal-inbejjed frizzanti ta’ Etyek-Buda hija l-varjazzjoni kbira ta’ varjetajiet tagħhom. Ir-reġjuni prinċipali li jipproduċu l-inbid frizzanti fid-dinja huma kkaratterizzati mill-fatt li jitkabbru biss ftit varjetajiet ta’ għeneb hemmhekk, speċjalment dawk li kienu kapaċi jadattaw għall-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi ħafna. Kull waħda mill-varjetajiet tal-għeneb abjad permessi fir-reġjun tal-inbid ta’ Etyek-Buda hija addattata ħafna għall-produzzjoni ta’ nbid frizzanti abjad. Lil hinn minn dan, il-varjetajiet ewlenin huma Chardonnay, Chasselas, Zöld veltelíni, Olaszrizling u Mézesfehér, li jammontaw għal 60 % taż-żona tal-vinji totali. L-użu ta’ numru kbir ta’ varjetajiet huwa spjegat mill-fatt li l-produtturi lokali, ħerqana biex itaffu l-effetti tal-vendemmja, dejjem irnexxielhom jipproduċu l-kwalità ta’ materja prima meħtieġa għall-produzzjoni ta’ nbejjed bażi ta’ kwalità għolja. Wara li ġew elenkati l-varjetajiet tal-għeneb abjad, l-importanza tal-varjetajiet tal-għeneb aħmar – inkluż il-Pinot noir, li hija l-materja prima perfetta kemm għall-inbejjed frizzanti bojod kif ukoll għal dawk rożè – ma għandhiex tiġi injorata.

8.9.   Inbid frizzanti – Deskrizzjoni tal-inbejjed

Karatteristika komuni tal-inbejjed frizzanti ta’ Etyek-Buda hija r-rikkezza tal-aromi u t-togħmiet tagħhom, kif ukoll il-freskezza tagħhom. Kemm it-togħma kif ukoll l-aroma tagħhom huma kkaratterizzati minn noti ta’ frott qawwija u kumplessità.

L-aċidi huma friski u jċaqċqu iżda mhux qawwija, flimkien ma’ konsistenza minerali.

8.10.   Inbid frizzanti – Ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni, il-fatturi umani u l-prodott (1)

It-tliet tekniki għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti ta’ Etyek-Buda dejjem użat firxa wiesgħa ta’ varjetajiet, biex tiżgura li jkunu jistgħu jiġu magħmula nbejjed frizzanti bi stili u kontenut ta’ zokkor differenti minn dawn il-varjetajiet tal-għeneb.

It-tipi ta’ ħamrija rikki fil-ġebla tal-ġir jikkontribwixxu, flimkien mal-klima, għall-grad għoli ta’ aċidità tal-inbejjed bażi, li huwa ottimali għall-produzzjoni tal-inbejjed frizzanti. Il-preċipitazzjoni annwali hija biżżejjed biex tiżgura li l-għeneb jimmatura bir-ritmu t-tajjeb, iżda mhijiex għolja biżżejjed biex tikkawża infezzjonijiet fungali fuq l-għeneb.

L-irjieħ kważi kostanti li jonfħu fuq l-inklinazzjonijiet ġentili jgħinu anki lill-għeneb imxarrab jinxef u lil kwalunkwe attività ta’ tbexxix tkun aktar effettiva. Matul iż-żerniq tipikament frisk tal-ħarifa, l-għeneb jiksaħ, u b’hekk ikun jista’ jiġi pproċessati f’temperaturi aktar baxxi.

Dawn il-fatturi naturali jikkontribwixxu għat-togħma ta’ frott u l-istruttura aċidika friska tal-inbejjed frizzanti ta’ Etyek-Buda, peress li l-proċessi tal-ossidazzjoni jdumu aktar matul it-trasport u l-ipproċessar għall-għeneb maqtugħ f’temperaturi baxxi.

8.11.   Inbid frizzanti – Ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni, il-fatturi umani u l-prodott (2)

Bħala riżultat ta’ dawn l-effetti, l-għeneb f’saħħtu jista’ jinqata’ anki qabel il-bidu tat-temp inqas favorevoli tal-ħarifa. L-inbid prodott minn dak l-għeneb jissodisfa r-rekwiżiti organolettiċi tal-inbid bażi użat għall-produzzjoni tal-inbid frizzanti.

Dawn l-inbejjed għandhom kulur ċar, u dejjem ikunu friski, ifuħu u ftit aromatiċi minħabba r-rikkezza tal-varjetajiet. Bis-saħħa tal-ħamrija tal-ġebla tal-ġir, huma rikki fl-aċidità, b’pH baxx; l-aċidi tagħhom huma friski u jċaqċqu, flimkien ma’ konsistenza mhux qawwija iżda minerali. L-inbejjed frizzanti prodotti mill-inbejjed bażi ta’ Etyek-Buda għandhom kumplessità unika ta’ aromi u togħmiet bis-saħħa tad-diversità tal-varjetajiet, u aċidità vigoruża, li hija akkumpanjata f’kull mument minn togħma ta’ frott.

8.12.   Inbid frizzanti ta’ kwalità – Fatturi umani (2)

Minquxa fil-blat, is-sistema ta’ kantini ta’ Budafok hija partikolarment adattata għall-maturazzjoni twila meħtieġa għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti ta’ kwalità.

L-uniċità tal-produzzjoni tal-inbid frizzanti ta’ kwalità f’Etyek-Buda tinsab fil-kompożizzjoni tal-varjetajiet. Il-karatteristika unika u essenzjali tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità ta’ Etyek-Buda hija l-varjazzjoni kbira ta’ varjetajiet tagħhom. Ir-reġjuni prinċipali li jipproduċu l-inbid frizzanti fid-dinja huma kkaratterizzati mill-fatt li jiġu mkabbra biss ftit varjetajiet ta’ għeneb hemmhekk, speċjalment dawk li kienu kapaċi jadattaw għall-kundizzjonijiet klimatiċi speċifiċi ħafna. Kull waħda mill-varjetajiet tal-għeneb abjad permessi fir-reġjun tal-inbid ta’ Etyek-Buda hija addattata ħafna għall-produzzjoni ta’ nbid frizzanti abjad. Lil hinn minn dan, il-varjetajiet ewlenin huma Chardonnay, Chasselas, Zöld veltelíni, Olaszrizling u Mézesfehér, li jammontaw għal 60 % taż-żona tal-vinji totali. L-użu ta’ numru kbir ta’ varjetajiet huwa spjegat mill-fatt li l-produtturi lokali, ħerqana biex itaffu l-effetti tal-vendemmja, dejjem irnexxielhom jipproduċu l-kwalità ta’ materja prima meħtieġa għall-produzzjoni ta’ nbejjed bażi ta’ kwalità għolja. Wara li ġew elenkati l-varjetajiet tal-għeneb abjad, l-importanza tal-varjetajiet tal-għeneb aħmar – inkluż il-Pinot noir, li hija l-materja prima perfetta kemm għall-inbejjed frizzanti bojod kif ukoll għal dawk rożè – ma għandhiex tiġi injorata.

8.13.   Inbid frizzanti ta’ kwalità – Deskrizzjoni tal-inbejjed

L-aromi tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità ta’ Etyek-Buda huma kkaratterizzati minn intensità medja, li hija kkomplementata minn noti eleganti ta’ frott, filwaqt li t-togħma tagħhom hija kkaratterizzata minn aċidità li tifforma l-pedament ta’ dawn l-inbejjed, kif ukoll is-sodezza u l-potenzjal tat-tqaddim tagħhom. L-aċidi huma friski u jċaqċqu, flimkien ma’ konsistenza mhux qawwija iżda minerali.

8.14.   Inbid frizzanti ta’ kwalità – Ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni, il-fatturi umani u l-prodott (1)

Matul is-snin, il-produtturi fir-reġjun tal-inbid ta’ Etyek-Buda ntebħu li huma meħtieġa għeneb f’saħħithom u intatti ħielsa minn kwalunkwe difett u li għandhom il-karatteristiċi ta’ varjetajiet rinomati madwar id-dinja biex inbid frizzanti ta’ kwalità jitqaddem sew. Il-kwalità tal-inbejjed frizzanti bojod ta’ kwalità ta’ Etyek-Buda hija influwenzata ħafna mhux biss mill-proprjetajiet taż-żona tal-produzzjoni, iżda wkoll mill-perjodu tal-maturazzjoni.

Dawn il-varjetajiet ta’ għeneb internazzjonali jinkludu Chardonnay jew Pinot noir, li ilhom stabbiliti, iżda kemm il-varjetà Olaszrizling kif ukoll dik rinomata madwar id-dinja Rajnai rizling (Riesling tar-Renu) jinstabu wkoll fir-reġjun tal-inbid ta’ Etyek-Buda. Minbarra l-fatturi ambjentali kumplessi msemmija hawn fuq, wieħed mill-attributi ewlenin tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità tar-reġjun tal-inbid ta’ Etyek-Buda huwa li dawn jinkludu varjetajiet li huma kapaċi jipproduċu nbejjed bi grad għoli ta’ aċidità, li huma eċċellenti għall-produzzjoni ta’ nbejjed frizzanti. Dawn il-varjetajiet iżommu l-karattru tal-għeneb anke meta jinħasdu kmieni, mingħajr ma jidhru l-aromi u t-togħmiet karatteristiċi ta’ għeneb aħdar mhux misjur. Dan jippermetti l-produzzjoni ta’ nbid frizzanti ta’ kwalità u stil xierqa għall-konsumaturi, mingħajr ebda effett negattiv tal-vendemmja.

8.15.   Inbid frizzanti ta’ kwalità – Ir-rabta bejn iż-żona tal-produzzjoni, il-fatturi umani u l-prodott (2)

Is-sodda ta’ blat tal-ġebla tal-ġir tal-ħamrija ta’ Etyek-Buda titħallat mal-ħamrija safra tal-wiċċ (loess) u mat-trab ġulġlieni, b’tali mod li minkejja l-grad għoli ta’ aċidità, dawk l-aċidi mhumiex qawwija u jmorru tajjeb mal-konsistenza tal-inbid frizzanti.

It-temperatura baxxa u l-arja umda pprovduti mill-kantini tal-maturazzjoni minquxin fil-ġebla tal-ġir ta’ Etyek-Buda mhux biss jippermettu li jiżviluppaw l-aromi tal-ħmira u t-togħmiet kremużi karatteristiċi tal-inbejjed frizzanti ta’ kwalità, iżda wkoll jippermettu lill-inbejjed frizzanti ta’ kwalità ta’ Etyek-Buda jżommu l-karatteristiċi tal-varjetà tagħhom anki wara l-maturazzjoni. Għalhekk, għalkemm it-togħma tagħhom turi sinjali ta’ tqaddim, għandhom ukoll it-togħma karatteristika ta’ frott ta’ laħmu abjad.

Fir-rigward tal-inbejjed frizzanti rożè ta’ kwalità ta’ Etyek-Buda, minbarra l-kundizzjonijiet klimatiċi, tal-ħamrija u tal-preċipitazzjoni li diġà ssemmew, huwa ta’ importanza kbira wkoll li l-għeneb użat bħala l-materja prima, li jikkombina grad għoli ta’ aċidità u kontenut ta’ tannin matur, ikun jista’ jinħasad kmieni ħafna.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Regoli dwar l-indikazzjonijiet

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

(a)

L-indikazzjoni ta’ kwalunkwe varjazzjoni ta’ tmiem aġġettivali derivata mill-espressjoni “oltalom alatt álló eredetmegjelölés” [Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta] stabbilita fil-lingwa Ungeriża hija permessa.

(b)

L-espressjoni “védett eredetű bor” [inbid ta’ oriġini protetta] tista’ tintuża minflok l-espressjoni “oltalom alatt álló eredetmegjelölés” [Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta].

(c)

Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Etyek-Buda”, u l-varjazzjonijiet kollha tat-tmiem aġġettivali derivati mill-ismijiet tal-unitajiet ġeografiċi iżgħar elenkati fil-punt VIII/2, jistgħu jiġu indikati.

(d)

Il-kelma “rozé” tista’ tiġi sostitwita bil-kelma “rosé”.

(e)

Il-kelma “küvé” jew “cuvée” tista’ tindika nbid miksub bit-taħlit ta’ diversi varjetajiet ta’ għeneb, li fuq it-tikketta tiegħu jistgħu jkunu indikati l-ismijiet tal-varjetajiet ta’ għeneb li jikkostitwixxu l-cuvée f’ordni dixxendenti skont il-kwantità, diment li kull varjetà tkun tikkostitwixxi mill-inqas 5 % tat-taħlita.

(f)

L-espressjoni tradizzjonali “siller” tista’ tiġi sostitwita bl-espressjoni “kástélyos”.

(g)

L-użu tal-espressjoni “Etyek-Budai borvidék” [ir-reġjun tal-inbid ta’ Etyek-Buda] huwa permess fuq il-prodotti kollha tal-inbid ta’ Etyek-Buda.

Espressjonijiet tradizzjonali awtorizzati għall-użu, espressjonijiet ristretti oħra, espressjonijiet li jindikaw il-metodu tal-produzzjoni, u espressjonijiet regolati oħra

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

INBID:

“barrique”, “barrique-ban erjesztett” [iffermentat fil-krietel] jew “hordóban erjesztett” [iffermentat fil-bittija], “barrique-ban érlelt” [imqaddem fil-krietel] jew “hordóban érlelt” [imqaddem fil-bettija]: abjad, aħmar

“Első szüret” [l-ewwel ħsad] jew “virgin vintage” [vendemmja verġni]: abjad, rożè, aħmar

“Újbor” [inbid ġdid] jew “primőr” [primeur]: abjad, rożè, aħmar

“Szűretlen” [mhux iffiltrat]: abjad, rożè, aħmar

“Töppedt szőlőből készült bor” [inbid magħmul minn għeneb imqadded]: abjad, aħmar

“Muzeális bor” [inbid storiku]: abjad, aħmar

“Késői szüretelésű bor” [inbid bi ħsad tardiv]: abjad, aħmar

Válogatott szüretelésű bor [inbid bi ħsad magħżul]: abjad, aħmar

Siller: aħmar

“Jégbor” [ice wine]: abjad, aħmar

Muskotály [Muscat]: abjad

“Cuvée” jew “küvé”: abjad, rożè, aħmar

Indikazzjoni tal-isem tad-distrett, tal-muniċipalità u tal-inklinazzjoni: abjad, rożè, aħmar, frisk

INBID FRIZZANTI;

Muskotály [Muscat]: abjad

“Palackban erjesztett” [iffermentat fil-flixkun]: abjad, rożè

“Termelői pezsgő” [inbid frizzanti tal-vitikultur]: abjad, rożè

“Küvé” jew “cuvée”: abjad, rożè

INBID FRIZZANTI TA’ KWALITÀ:

“blanc de blanc”: abjad

“blanc de noir”: abjad

“Nyerspezsgő” [inbid frizzanti Brut]: abjad, rożè

Muskotály [Muscat]: abjad

crémant: abjad, rożè

“Palackban erjesztett” [iffermentat fil-flixkun]: abjad, rożè

“Termelői pezsgő” [inbid frizzanti tal-vitikultur]: abjad, rożè

“hagyományos módszerrel palackban erjesztett” [iffermentat fil-flixkun bil-metodu tradizzjonali], “hagyományos módszer” [metodu tradizzjonali], “klasszikus módszer” [metodu klassiku], “klasszikus hagyományos módszer” [metodu tradizzjonali klassiku]: abjad, rożè

“Küvé” jew “cuvée”: abjad, rożè

Unitajiet ġeografiċi iżgħar miż-żona tal-produzzjoni demarkata li jistgħu jiġu indikati flimkien mad-denominazzjoni ta’ oriġini “Etyek-Buda”

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Distretti:

Id-distrett ta’ “Buda”:

il-muniċipalitajiet ta’ Budajenő, Budakeszi, Páty, Perbál, Pilisborosjenő, Üröm, Telki u Tök fil-Kontea ta’ Pest, u

il-muniċipalitajiet ta’ Bicske u Csabdi fil-Kontea ta’ Fejér.

Id-distrett ta’ “Etyek”:

Budapest (Distrett XXII – Budafok), u

il-muniċipalitajiet ta’ Alcsútdoboz, Etyek, Felcsút, Gyúró, Kajászó, Martonvásár, Tabajd, Tordas u Vál fil-Kontea ta’ Fejér

Id-distrett ta’ “Velence” jew tal-“Lag Velence”:

Il-muniċipalitajiet ta’ Aba, Gárdony, Kápolnásnyék, Nadap, Pákozd, Pázmánd, Seregélyes, Sukoró u Velence fil-Kontea ta’ Fejér

Muniċipalitajiet:

Budapest (Distrett XXII – Budafok)

Muniċipalitajiet fil-Kontea ta’ Pest: Biatorbágy, Budajenő, Budakeszi, Perbál, Pilisborosjenő, Telki, Tök, Üröm,

Muniċipalitajiet fil-Kontea ta’ Fejér: Aba, Alcsútdoboz, Bicske, Csabdi, Felcsút, Gárdony, Gyúró, Kajászó, Kápolnásnyék, Martonvásár, Nadap, Pákozd, Pázmánd, Seregélyes, Sukoró, Tabajd, Tordas, Vál

Inklinazzjonijiet:

Alcsútdoboz: Göböljárás, Kis-Látó-hegy, Nagy-Látó hegy

Biatorbágy: Nyakas-kő, Öreg-hegy, Ürge-hegy

Bicske: Galagonyás, Málé-hegy, Táborállás

Budajenő: Körte-völgy, Öreg templom-völgy

Budakeszi: Ochsenzungen

Etyek: Anna-hegy, Árok-dűlő, Báthori-dűlő, Diófa-árok, Herceg-földek, István-hegy, Káptalan-földek, Kőkaloda-dűlő, Köpeny-dűlő, Orbán, Öreg-hegy, Páskom, Pince-dűlő, Sánc, Sándor-dűlő, Sóskúti úti dűlő, Szári-dűlő, Szép-völgy, Tóra dűlő, Új-hegy, Úri-dűlő, Váli úti dűlő, Vérti-határ-dűlő, Vérti úti dűlő, Vérti-szőlők, Zámori úti dűlő, Zsámbéki úti dűlő

Gárdony: Agárdi, Bika-völgy, Csirib aldűlő

Kajászó: Paskum, Üreg-telek

Kápolnásnyék: Csekés

Nadap: Csúcsos-hegy

Páty: Hegyi-dűlő, Lövöldöző, Mézes-hegy, Nagy-hegy, Zsámbéki úti dűlő

Pázmánd: Bágyom, Gyula tanya, János tanya, Zsidókő-hegy

Seregélyes: Elzamajori-szőlő

Sukoró: Tádé

Tabajd: Badacsony, Becse, Felső-hegy, Mandula, Öreg-hegy

Telki: Öreg-hegy

Tök: Elletések, Felső-somos, Hosszú-dűlő, Körtvélyes, Páskom, Somos, Szajkós-kertek, Temetői-dűlő, Völgyút-dűlő

Vál: Baranya-hegy, Cukor-hegy, Epres-dűlő, Hosszú-dűlő, Öreg-hegy, Szabad-hegy, Új-hegy

Regoli dwar l-ibbottiljar

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

L-imballaġġ fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

L-inbejjed friski ta’ Etyek-Buda, l-inbejjed ta’ Etyek-Buda li jindikaw l-isem tal-inklinazzjoni, u l-inbejjed bl-espressjoni “válogatott szüretelésű bor” [inbid bi ħsad magħżul], “jégbor” [ice wine], “késői szüretelésű bor” [inbid bi ħsad tardiv], jew “töppedt szőlőből készült bor” [inbid magħmul minn għeneb imqadded] jistgħu jitqiegħdu fis-suq fi fliexken tal-ħġieġ biss. Din ir-regola ma tapplikax għal inbejjed prodotti fiż-żona tal-produzzjoni mill-produttur fil-kantina tiegħu stess għall-konsum fuq il-post.

Il-produzzjoni barra miż-żona ta’ produzzjoni demarkata

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit ieħor:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Minbarra l-muniċipalitajiet elenkati fil-Kapitolu IV, għal raġunijiet storiċi, il-produzzjoni ta’ prodotti tal-inbid ta’ Etyek-Buda hija possibbli wkoll fiż-żoni amministrattivi li ġejjin li jmissu mal-post:

Id-distretti kollha ta’ Budapest

Il-Kontea ta’ Fejér: Adony, Baracska, Besnyő, Ercsi, Iváncsa, Kulcs, Mány, Óbarok, Pusztaszabolcs, Rácalmás, Ráckeresztúr, Szár, Székesfehérvár, Újbarok, Vereb,

Il-Kontea ta’ Pest: Budakalász, Budaörs, Diósd, Érd, Sóskút, Tárnok, Tinnye, Zsámbék

Il-Kontea ta’ Tolna: Zomba-Szentgál

Link għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

https://boraszat.kormany.hu/admin/download/9/1f/b2000/Etyek-Buda%20OEM_termekleiras_standard.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


24.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/57


Avviż għall-attenzjoni ta’ MOHAMMAD ALI AL HABBO, li ismu żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida, bis-saħħa tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1016

(2021/C 245/22)

1.   

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/1693 (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u tal-Al-Qaida u ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħra assoċjati magħhom, kif imsemmija fil-lista mfassla skont il-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata regolarment mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont il-UNSCR 1267(1999).

Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:

l-ISIL (Da'esh) u l-Al-Qaida;

persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-Al Qaida; kif ukoll

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi li huma proprjetà ta' xi wieħed jew waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati, jew li huma kkontrollati minnhom jew jappoġġawhom b'mod ieħor.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità huma “assoċjati mal-”ISIL (Da'esh) u mal-Al Qaida, jinkludu:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, l-ippjanar, l-iffaċilitar, it-tħejjija jew it-twettiq ta’ atti jew attivitajiet li jsiru mill-ISIL (Da'esh) u mill-Al-Qaida jew minn kull ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata’ minnhom jew derivat tagħhom, jew flimkien magħhom, b'isimhom, f’isimhom jew b’appoġġ għalihom;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat ma' kull wieħed minnhom;

(c)

ir-reklutaġġ għal kull wieħed minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta’ appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta’ kull wieħed minnhom.

2.   

Fis-17 ta’ Ġunju 2021 l-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU approva ż-żieda tal-annotazzjoni ta’ MOHAMMAD ALI AL HABBO mal-lista tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-ISIL (Da’esh) u tal-Al-Qaida.

MOHAMMAD ALI AL HABBO jista’ jippreżenta talba lill-Ombudsperson tan-NU meta jrid, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ġustifikattiva, biex terġa’ tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li jiġi inklużi fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Talbiet bħal dawn jenħtieġ li jintbagħtu fl-indirizz li ġej:

United Nations — Office of the Ombudsperson

Room DC2-2206

New York, NY 10017

UNITED STATES OF AMERICA

Tel: +1 212 963 2671

Faks: +1 212 963 1300/3778

Email: ombudsperson@un.org

Għal aktar informazzjoni kkonsulta:

https://www.un.org/securitycouncil/sanctions/1267/aq_sanctions_list/procedures-for-delisting

3.   

Wara d-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1016 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet tal-ISIL (Da'esh) u l-Al-Qaida (3). L-emenda, li saret skont l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, iżżid l-isem ta’ MOHAMMAD ALI AL HABBO mal-lista fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament (“Anness I”).

Għalhekk, il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu għall-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew li huma proprjetà tagħhom jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) mit-tqegħid ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi għad-disponibbiltà tal-individwi u tal-entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikoli 2 u 2a); kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lil kwalunkwe mill-individwi jew entitajiet ikkonċernati, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

4.   

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jipprovdi għal proċess ta’ rieżami fejn jiġu ppreżentati l-osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjuda fl-Anness I permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2021/1016 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Jenħtieġ li din it-talba tintbagħat fl-indirizz li ġej:

European Comission

“Restrictive measures”

Rue de la Loi/Wetstraat 200

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

5.   

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2021/1016 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.   

Biex ikun hemm ordni tajba, l-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I huma mfakkra dwar il-possibbiltà li jagħmlu rikors lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat/i Membru/i relevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, biex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet speċjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dan ir-Regolament.


(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 25.

(2)  ĠU L 222 I, 22.6.2021, p. 1.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.