ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 244

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
22 ta' Ġunju 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 244/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10272 — Utmost/Quilter International) ( 1 )

1

2021/C 244/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10278 — EQT/Cerba) ( 1 )

2

2021/C 244/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10256 — I Squared Capital/TDR Capital/Aggreko) ( 1 )

3


 

III   Atti preparatorji

 

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

2021/C 244/04

Opinjoni tal-Bank Centrali Ewropew tat-28 ta’ April 2021 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq ibbażati fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit (CON/2021/15)

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2021/C 244/05

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1002 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/996 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

15

2021/C 244/06

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

16

2021/C 244/07

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/998, u fir-Regolament (UE) 401/2013, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1000 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

18

2021/C 244/08

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

19

2021/C 244/09

Avviż għall-attenzjoni tal-entità soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1001 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru765/2006, kif implimentata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/999 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

20

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 244/10

Rata tal-kambju tal-euro — Il-21 ta' Ġunju 2021

21


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 244/11

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10158 — IHS Markit/CME Group/JV) ( 1 )

22

2021/C 244/12

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10302 — Standard Industries/Grace) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

24

2021/C 244/13

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10206 — Mayr-Melnhof Karton/International Paper (Poland)) ( 1 )

25


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10272 — Utmost/Quilter International)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 244/01)

Fit 15 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10272. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10278 — EQT/Cerba)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 244/02)

Fit 14 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10278. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10256 — I Squared Capital/TDR Capital/Aggreko)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 244/03)

Fit 16 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10256. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


III Atti preparatorji

IL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/4


OPINJONI TAL-BANK CENTRALI EWROPEW

tat-28 ta’ April 2021

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq ibbażati fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit (CON/2021/15)

(2021/C 244/04)

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-18 u t-30 ta’ Novembru 2020, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talbiet mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew, rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal regolament dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq ibbażati fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit (1) (minn hawn ’il quddiem ir-“regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress li r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt l-oqsma ta’ kompetenza tal-BĊE, b’mod partikolari, id-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika monetarja, il-promozzjoni tal-ħidma bla xkiel tas-sistemi ta’ ħlas, il-kontribut għat-tmexxija bla xkiel tal-politiki segwiti mill-awtoritajiet kompetenti relatati mal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, u l-kompiti tal-BĊE rigward is-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-ewwel u r-raba’ inċiżi tal-Artikolu 127(2), l-Artikolu 127(5) u l-Artikolu 127(6) tat-Trattat. F’konformità mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet ġenerali

1.1.

Il-BĊE jilqa’ r-regolament propost, li għandu l-għan li jippermetti lid-ditti tal-investiment, lill-operaturi tas-suq u lid-depożitorji ċentrali tat-titoli (CSDs) joperaw infrastrutturi tas-suq ibbażati fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit (DLT), jew bħala faċilità multilaterali tan-negozjar bid-DLT (minn hawn ’il quddiem imsejħa “MTF bid-DLT”) jew bħala sistema ta’ saldu tat-titoli bid-DLT (SSS) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “SSS bid-DLT” jew flimkien ma’ MTFs bid-DLT bħala “infrastrutturi tas-suq bid-DLT”).

1.2.

Il-BĊE jilqa’ l-limitazzjonijiet li jġib miegħu r-regolament propost, kemm f’termini ta’ klassijiet ta’ assi kif ukoll ta’ daqs tas-suq, fir-rigward tat-titoli trasferibbli bid-DLT (2) disponibbli għar-reġistrazzjoni, in-negozjar u s-saldu permezz ta’ MTFs bid-DLT u SSSs bid-DLT filwaqt li jiffaċilita l-mitigazzjoni tar-riskji potenzjali assoċjati mal-użu tad-DLT. Madankollu, jista’ jipi kkunsidrat ukoll jekk għandhomx jiġu estiżi l-klassijiet tal-assi biex jinkludu l-bonds sovrani, filwaqt li jinżammu l-limiti minimi. Minkejja dan, il-BĊE jenfasizza li l-opinjoni tiegħu hija bbażata fuq il-fehim li jinżammu l-limiti minimi speċifiċi stabbiliti fir-regolament propost (3), peress li kwalunkwe żieda f’dawn il-limiti minimi tista’ toħloq riskji għall-kundizzjonijiet ekwi bejn l-infrastrutturi tas-suq eżistenti u dawk bid-DLT u possibbilment anke għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Barra minn hekk, il-BĊE jemmen li, jekk wieħed iżomm f’moħħu l-livell ta’ żvilupp tas-swieq kapitali f’xi Stati Membri tal-UE, ikun xieraq li jiġi kkunsidrat li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jingħataw l-għażla li jbaxxu l-limiti minimi rilevanti. Konsegwentement, il-BĊE jixtieq jerġa’ jiġi kkonsultat dwar ir-regolament propost jekk ikun hemm xi tibdil materjali fil-limiti minimi. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat li dawn il-limiti minimi ma jiġux evitati, peress li dan idgħajjef l-effettività tagħhom. Pereżempju, ma għandux ikun possibbli għal emittent li jaqsam il-ħruġ ta’ bonds f’żewġ segmenti (jew aktar) biex jinħarġu permezz ta’ infrastruttura tas-suq bid-DLT waħda. F’dan il-kuntest, l-impożizzjoni ta’ obbligi biss fuq l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq bid-DLT tista’ tirriżulta ineffettiva jekk ma tkunx ikkumplimentata minn obbligi fuq l-emittenti tal-bonds. Barra minn hekk, jista’ jiġi kkunsidrat limitu addizzjonali, stabbilit fil-livell ta’ infrastruttura tas-suq bid-DLT abbażi tal-valur saldat, peress li dan huwa wieħed mill-indikaturi rilevanti użati fil-valutazzjoni tal-importanza sistemika ta’ infrastruttura tas-saldu. Fl-aħħar nett, il-BĊE jifhem li, skont ir-regolament propost, l-ilħuq tal-limiti minimi ma huwiex kundizzjoni suffiċjenti għal eżenzjoni mir-rekwiżiti leġiżlattivi tal-Unjoni. Anki meta l-limiti minimi jintlaħqu bis-sħiħ, l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq bid-DLT jistgħu jiġu eżentati biss mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti fuq bażi ta’ każ b’każ, soġġett ukoll għal kunsiderazzjonijiet ta’ stabbiltà finanzjarja.

1.3.

Skont ir-reġim propost, l-operaturi ta’ MTFs bid-DLT jistgħu jipprovdu servizzi minbarra dawk previsti skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (minn hawn ’il quddiem imsejħa “MiFID II”); jiġifieri, jistgħu jipprovdu servizzi ewlenin ta’ CSD (5). Il-forniment ta’ servizzi addizzjonali bħal dawn ikun jinvolvi riskji ġodda u addizzjonali għall-parteċipanti tagħhom li jridu jiġu koperti mir-regolament propost. Madankollu, ir-rekwiżiti addizzjonali stabbiliti fir-regolament propost jidhru pjuttost limitati. Għalhekk, ir-regolament propost ma jidhirx li jiżgura kundizzjonijiet ekwi bejn l-MTFs bid-DLT u l-SSSs bid-DLT kif ukoll bejn dawn l-infrastrutturi tas-suq bid-DLT u s-CSDs li jħaddmu SSSs ibbażati fuq it-teknoloġija tradizzjonali peress li dawn jipprovdu servizzi simili f’kompetizzjoni bejniethom. Fi kliem ieħor, ir-regolament propost ma jsegwix il-prinċipju ta’ “l-istess attività, l-istess riskju, l-istess regoli”. Barra minn hekk, filwaqt li r-regolament propost jipprevedi li operatur ta’ MTF jista’ jsalda titoli trasferibbli bid-DLT, għandha tiġi esplorata wkoll il-possibbiltà opposta li CSD li jħaddem SSS bid-DLT iħaddem ukoll MTF. Din il-kunsiderazzjoni tirriżulta mill-fatt li, kif rikonoxxut fil-premessi tar-regolament propost, l-użu tad-DLT, bit-tranżazzjonijiet kollha rreġistrati f’reġistru deċentralizzat, jista’ jqassar in-negozjar u s-saldu għal kważi l-ħin reali u jista’ jippermetti l-fużjoni ta’ attivitajiet ta’ negozjar u ta’ wara n-negozjar.

1.4.

Barra minn hekk, fir-rigward tat-tokens tal-flus elettroniċi li jistgħu jintużaw għas-saldu ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli trasferibbli bid-DLT, ir-regolament propost ma jidhirx li jirrispetta l-prinċipju tan-newtralità teknoloġika. B’mod speċifiku, filwaqt li t-tokens tal-flus elettroniċi jistgħu jinħarġu wkoll abbażi ta’ teknoloġija oħra minbarra d-DLT (6), l-infrastrutturi koperti mir-regolament propost jistgħu jkunu bbażati biss fuq id-DLT.

1.5.

Fl-aħħar nett, il-BĊE, filwaqt li jilqa’ l-għan tar-regolament propost li jappoġġa l-innovazzjoni, jixtieq jenfasizza nuqqas potenzjali fir-rigward tal-eżenzjoni prevista mill-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-aċċess stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 909/2014 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament dwar is-CSD”) (7). Il-BĊE jemmen li tali eżenzjoni, jekk tingħata b’mod wiesa’ mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti madwar l-Unjoni, tista’ tfixkel l-għan tar-Regolament dwar is-CSD li jarmonizza u jtejjeb l-effiċjenza tas-saldu transfruntier fl-Unjoni. Barra minn hekk, il-BĊE jemmen li tali eżenzjoni għandha l-potenzjal li taffettwa l-interoperabbiltà fost l-SSSs, li fl-aħħar mill-aħħar jista’ jwassal għal aktar frammentazzjoni tal-likwidità.

2.   Aspetti tal-politika monetarja

2.1.

Mil-lat tal-politika monetarja, it-tranżazzjonijiet tat-titoli huma ta’ importanza kritika għall-funzjonament tas-suq monetarju u għat-twettiq ta’ operazzjonijiet tas-suq miftuħ. F’dan ir-rigward, id-DLT bħala teknoloġija innovattiva li għandha tiġi applikata fl-SSSs biex potenzjalment tiffaċilita eżekuzzjoni aktar effiċjenti ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli tista’ toħloq opportunitajiet kif ukoll riskji. Mil-lat tal-politika monetarja, il-kapaċità tal-parteċipanti tas-suq li jittrasferixxu t-titoli b’mod effiċjenti hija ta’ importanza ewlenija. Għalhekk, fuq medda twila ta’ żmien il-politika pubblika se jkollha tevalwa bir-reqqa kif din it-teknoloġija l-ġdida tiġi applikata fl-ekosistema eżistenti tas-saldu tat-titoli u/jew jekk potenzjalment taffettwax l-arranġamenti eżistenti għas-saldu tat-titoli u b’liema mod.

2.2.

Fil-prinċipju, proliferazzjoni ta’ infrastrutturi differenti mhux interoperabbli disponibbli għal tranżazzjonijiet ta’ titoli tista’ twassal għal frammentazzjoni fil-gruppi ta’ kollateral u ta’ likwidità, b’implikazzjonijiet għat-trażmissjoni tal-politika monetarja permezz tal-effett potenzjali tagħha fuq id-disponibbiltà tal-kollateral, il-valutazzjoni tal-kollateral u l-formazzjoni tal-prezzijiet fis-suq. Madankollu, ir-realizzazzjoni ta’ tali riskji tkun tiddependi fuq il-karatteristiċi speċifiċi tal-infrastrutturi differenti tas-saldu u l-funzjonalità tagħhom f’termini li jippermettu lill-parteċipanti jaċċessaw il-kollateral tagħhom fil-ħin.

2.3.

Barra minn hekk, fir-rigward tal-aċċess għal-likwidità tal-bank ċentrali għas-saldu, l-Eurosistema bħalissa tappoġġa s-saldu fi flus tal-bank ċentrali għal tranżazzjonijiet ta’ titoli permezz ta’ TARGET2-Securities (T2S). L-aċċess mis-CSDs għat-T2S huwa soġġett għal valutazzjoni pożittiva skont il-kriterji u l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà skont il-Linji Gwida applikabbli tal-BĊE (8). Fejn ma jkun disponibbli l-ebda aċċess għall-flus tal-bank ċentrali għall-parteċipanti f’SSSs bid-DLT, jistgħu jintużaw flus tal-banek kummerċjali, flus tal-banek kummerċjali f’forma tokenizzata u/jew tokens tal-flus elettroniċi għas-saldu ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli. Jekk il-proliferazzjoni ta’ tali SSSs bid-DLT twassal għal żieda sinifikanti fl-użu ta’ flus tal-banek kummerċjali jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi għas-saldu ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli, l-effetti għat-trażmissjoni tal-politika monetarja jkollhom jiġu analizzati bir-reqqa.

3.   Aspetti ta’ sorveljanza u stabbiltà sistemika/finanzjarja

3.1.   Ir-rwol tas-SEBĊ fil-qasam tas-saldu tat-titoli

3.1.1.

Bis-saħħa tar-raba’ inċiż tal-Artikolu 127(2) tat-Trattat, kif rifless fl-Artikolu 3.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ l-“Istatut”), wieħed mill-kompiti bażiċi li għandhom jitwettqu permezz tas-SEBĊ huwa “li tiġi promossa l-ħidma bla ostakoli ta’ sistemi ta’ ħlas”. Biex ikomplu t-twettiq ta’ dan il-kompitu bażiku, “il-BĊE u l-banek ċentrali nazzjonali jistgħu jipprovdu faċilitajiet, u l-BĊE jista’ jagħmel regolamenti, sabiex jiżgura li s-sistemi ta’ clearing u ħlas fi ħdan l-Unjoni u ma’ pajjiżi oħra jkunu effiċjenti u validi” (9).

3.1.2.

Is-CSDs huma infrastrutturi tas-suq finanzjarju (FMIs) li huma strettament regolati u ssorveljati minn awtoritajiet differenti skont ir-Regolament dwar is-CSD, li jistabbilixxi rekwiżiti dwar is-saldu ta’ strumenti finanzjarji kif ukoll regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kondotta tas-CSDs. Barra minn hekk, is-CSDs jeħtiġilhom jieħdu nota tal-Gwida tal-Kumitat dwar il-Pagament u l-Infrastrutturi tas-Suq (CPMI) u tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO) dwar ir-reżiljenza ċibernetika (10), li għalihom ġiet żviluppata gwida dettaljata dwar l-implimentazzjoni fl-Aspettattivi tas-Sorveljanza tar-Reżiljenza Ċibernetika tal-Eurosistema għall-FMIs (11), li hija indirizzata lill-FMIs kollha. Minbarra l-kompetenzi superviżorji fdati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti (NCAs) skont ir-Regolament dwar is-CSD, il-membri tas-SEBĊ jaġixxu bħala “awtoritajiet rilevanti”, fil-kapaċità tagħhom bħala sorveljanti ta’ SSSs imħaddma minn CSDs, bħala banek ċentrali li joħorġu l-aktar muniti rilevanti li fihom isir is-saldu u bħala banek ċentrali li fil-kotba tagħhom tiġi saldata l-parti tal-flus tat-tranżazzjonijiet (12). F’dan ir-rigward, il-premessa 8 tar-Regolament dwar is-CSD tiddikjara li r-Regolament għandu japplika mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) biex jiġu żgurati sistemi tal-ikklerjar u sistemi ta’ ħlas effiċjenti u sodi fl-Unjoni u f’pajjiżi oħra. Tiddikjara wkoll li r-Regolament dwar is-CSD ma għandux jipprevjeni lill-membri tas-SEBĊ milli jaċċessaw l-informazzjoni rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tagħhom (13), inkluża s-sorveljanza tas-CSDs u ta’ FMIs oħrajn (14).

3.1.3.

Barra minn hekk, il-membri tas-SEBĊ spiss jaġixxu bħala aġenti tas-saldu għall-parti tal-flus tat-tranżazzjonijiet tat-titoli u l-Eurosistema toffri servizzi ta’ saldu permezz tat-T2S (15) lis-CSDs (minn hawn ’il quddiem imsejħa “parteċipanti tat-T2S”). Permezz tat-T2S, l-Eurosistema tipprovdi servizz ta’ saldu uniku, newtrali u mingħajr fruntieri għal tranżazzjonijiet ta’ titoli fuq bażi ta’ konsenja kontra ħlas fi flus tal-banek ċentrali lil CSDs u banek ċentrali taż-żona tal-euro u mhux taż-żona tal-euro. Is-sorveljanza tal-Eurosistema tat-T2S hija relatata mal-mandat tagħha li tiżgura sistemi ta’ kklerjar u ħlas effiċjenti u sodi, filwaqt li l-awtoritajiet kompetenti u rilevanti tas-CSDs għandhom l-għan li jiżguraw il-funzjonament bla xkiel tagħhom, is-sikurezza u l-effiċjenza tas-saldu u l-funzjonament xieraq tas-swieq finanzjarji fil-ġuriżdizzjonijiet rispettivi tagħhom.

3.1.4.

Ir-regolament propost jistabbilixxi serje ta’ eżenzjonijiet mir-rekwiżiti, l-obbligi u d-definizzjonijiet (16) skont ir-Regolament dwar is-CSD u d-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“Direttiva dwar il-Finalità tas-Saldu”) (17) li s-CSDs jistgħu jitolbu meta jitolbu l-permess biex iħaddmu SSSs bid-DLT (18). Tali eżenzjonijiet jistgħu jingħataw mill-awtorità kompetenti wara proċedura ta’ valutazzjoni li ma tipprevedix l-involviment tal-awtoritajiet rilevanti skont ir-Regolament dwar is-CSD (19), inkluż, b’mod speċifiku, il-membri tas-SEBĊ. B’mod partikolari, ir-regolament propost ma jipprevedi l-ebda rwol għall-awtoritajiet rilevanti fil-proċedura għall-għoti ta’ permess, eżenzjoni jew għall-modifika ta’ permess jew eżenzjoni eżistenti. L-istess jgħodd għall-proċedura għall-irtirar ta’ permess jew eżenzjoni mogħtija lil CSD li jħaddem SSS bid-DLT (20). Fil-fehma tal-BĊE, l-involviment tal-awtoritajiet rilevanti f’dawn il-proċessi ta’ valutazzjoni huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat l-eżerċitar xieraq mill-awtoritajiet rilevanti tal-kompetenzi tagħhom skont ir-Regolament dwar is-CSD. Għalhekk, ir-regolament propost għandu jaħseb għall-involviment tal-awtoritajiet rilevanti fil-proċessi ta’ valutazzjoni msemmija sabiex tiġi riflessa b’mod xieraq l-allokazzjoni tal-kompetenzi prevista mir-Regolament dwar is-CSD. Barra minn hekk, l-involviment tal-awtoritajiet rilevanti ma għandux ikun limitat għas-CSDs, iżda għandu jiġi estiż biex ikopri l-operaturi ta’ MTFs bid-DLT li beħsiebhom jipprovdu servizzi ewlenin tas-CSDs. Ir-raġuni għal dan hija li l-kompetenzi tal-awtoritajiet rilevanti huma relatati mas-servizzi irrispettivament mill-fornitur tas-servizzi jew mit-teknoloġija użata.

3.1.5.

Fl-aħħar nett, skont ir-Regolament dwar is-CSD, diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament dwar is-CSD, inkluż ir-rekwiżit li jintbagħtu rapporti lill-awtoritajiet kompetenti, ma japplikawx għall-membri tas-SEBĊ fir-rigward ta’ kwalunkwe CSD li l-banek ċentrali tas-SEBĊ jimmaniġġjaw direttament taħt ir-responsabbiltà tagħhom stess (21). Skont ir-regolament propost, CSD li jħaddem SSS bid-DLT huwa soġġett għar-rekwiżiti applikabbli għal CSD skont ir-Regolament dwar is-CSD, ħlief jekk tali CSD ikun talab eżenzjonijiet jew permessi speċifiċi mill-awtorità kompetenti (22). Meħuda flimkien, dawn id-dispożizzjonijiet ifissru li CSD imħaddem minn bank ċentrali tas-SEBĊ li jħaddem SSS bid-DLT ma huwiex meħtieġ li jitlob eżenzjonijiet jew permessi speċifiċi minn awtorità kompetenti, peress li CSDs bħal dawn ma humiex meħtieġa jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti, u huma soġġetti għal sett limitat ta’ rekwiżiti skont ir-Regolament dwar is-CSD. Għall-finijiet taċ-ċertezza legali, ikun utli li fil-premessi tar-regolament propost jiġi ċċarat b’mod espliċitu li s-CSDs imħaddma mill-banek ċentrali tas-SEBĊ huma eżentati mid-dispożizzjonijiet tar-regolament propost dwar il-proċess tal-għoti ta’ eżenzjonijiet u tal-irtirar tal-permessi (23). Fil-prattika, dan jimplika li l-banek ċentrali tas-SEBĊ jieħdu vantaġġ mill-eżenzjonijiet previsti skont ir-regolament propost abbażi tal-analiżi tar-riskju tagħhom stess.

3.2.   Parteċipazzjoni ta’ persuni fiżiċi fl-infrastrutturi tas-suq bid-DLT

Ir-regolament propost (24) jipprevedi l-possibbiltà li CSD li jħaddem SSS bid-DLT (kif ukoll l-operaturi ta’ MTFs bid-DLT) idaħħal bħala parteċipanti persuni fiżiċi kif ukoll persuni ġuridiċi għajr dawk imsemmija fir-Regolament dwar is-CSD (25). Il-kundizzjonijiet proposti għall-ammissjoni ta’ tali persuni bħala parteċipanti huma pjuttost ġenerali. F’dan ir-rigward, l-istandards tekniċi regolatorji li jissupplimentaw ir-Regolament dwar is-CSD (26) jagħtu dettalji dwar ir-riskji legali, finanzjarji u operazzjonali li CSD irid jivvaluta meta janalizza talba għall-parteċipazzjoni. Ma huwiex ċar kif dawk ir-riskji se jiġu vvalutati meta persuna fiżika tapplika għall-parteċipazzjoni f’CSD (27). F’dan il-każ, meta tali riskji ma jitqisux kif xieraq, jista’ jinqala’ tħassib dwar kif jistgħu jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn SSSs tradizzjonali u SSSs bid-DLT u dwar ir-riskji li tali parteċipanti jistgħu joħolqu, jew għas-CSD stess jew għall-parteċipanti l-oħra tiegħu. Bl-istess mod, ma huwiex ċar liema rekwiżiti tal-MiFID II applikabbli għad-ditti ta’ investiment li jipparteċipaw f’MTFs (eż. dawk relatati mal-użu ta’ negozjar algoritmiku) ikunu applikabbli wkoll għal persuni fiżiċi li jipparteċipaw f’MTFs bid-DLT. Jista’ jkun impossibbli għal xi wħud mir-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tal-investituri skont il-MiFID II u r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) li japplikaw (29). Kieku ma jkunx hemm intermedjazzjoni minn ditti tal-investiment, l-investituri fil-livell tal-konsumatur jistgħu jinvestu f’titoli trasferibbli bid-DLT li jistgħu ma jkunux adatti jew xierqa għalihom. Barra minn hekk, hemm differenza, mhux sodisfaċenti f’termini ta’ kundizzjonijiet ekwi, bejn ir-rekwiżiti applikabbli għall-SSSs bid-DLT u għall-MTFs bid-DLT f’termini tal-perijodu massimu li għalih il-persuni fiżiċi jistgħu jiġu ammessi bħala parteċipanti f’dawn l-infrastrutturi tas-suq (30).

3.3.   Saldu ta’ ħlasijiet f’infrastrutturi tas-suq bid-DLT

3.3.1.

Ir-regolament propost jipprevedi li l-ħlasijiet jistgħu jiġu saldati fl-infrastrutturi tas-suq bid-DLT permezz ta’ tliet mezzi. L-ewwel, is-saldu tal-ħlasijiet jista’ jsir permezz ta’ flus tal-bank ċentrali, meta jkun prattikabbli u disponibbli. It-tieni, fejn is-saldu permezz ta’ flus tal-bank ċentrali ma jkunx prattikabbli u disponibbli, il-ħlasijiet jistgħu jiġu saldati permezz ta’ flus tal-banek kummerċjali, inklużi flus tal-banek kummerċjali f’forma bbażata fuq it-tokens. Il-BĊE jifhem li tali flus ta’ banek kummerċjali f’forma bbażata fuq it-tokens, magħrufa wkoll bħala “muniti tas-saldu” skont ir-regolament propost, ma jintgħarfux, minn perspettiva legali, mid-depożiti tradizzjonali ta’ flus kontanti. It-tielet, il-ħlasijiet jistgħu jiġu saldati f’tokens tal-flus elettroniċi, kif definit fil-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Swieq fil-Kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “ir-regolament propost dwar is-Swieq fil-Kriptoassi”).

3.3.2.

Saldu ta’ ħlasijiet fi flus tal-bank ċentrali

Il-BĊE jqis li s-saldu fi flus tal-bank ċentrali għandu jkun ir-rekwiżit awtomatiku għall-infrastrutturi tas-suq bid-DLT, u għalhekk eżenzjoni minn dan ir-rekwiżit għandha tkun possibbli biss f’każijiet fejn l-operatur tal-infrastruttura tas-suq bid-DLT rilevanti jagħti prova li dan il-metodu ta’ saldu ma huwiex disponibbli u prattikabbli.

3.3.3.

L-Eurosistema toffri saldu ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli fuq bażi ta’ konsenja kontra ħlas fi flus tal-bank ċentrali lill-parteċipanti fit-T2S. Filwaqt li l-BĊE jibqa’ miftuħ għall-innovazzjoni u li jesplora aktar il-potenzjal ta’ teknoloġiji innovattivi fil-kuntest tal-forniment ta’ servizzi ta’ saldu tat-titoli, is-saldu potenzjali fi flus tal-bank ċentrali ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli trasferibbli bid-DLT f’T2S ikun soġġett għal limitazzjonijiet li jirriżultaw mir-restrizzjonijiet teknoloġiċi attwali kif ukoll mill-qafas kuntrattwali u regolatorju li jirregola l-forniment ta’ servizzi ta’ T2S (31). F’dan ir-rigward, ta’ min jenfasizza li l-karatteristiċi speċifiċi tad-disinn u l-eżenzjonijiet li jikkaratterizzaw kull SSS bid-DLT imħaddma minn CSD se jiġu kkunsidrati meta jiġi vvalutat l-issodisfar tal-kriterji ta’ eliġibbiltà tat-T2S (32) jekk CSD jixtieq jissieħeb f’T2S.

3.3.4.

Meta s-saldu ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli trasferibbli bid-DLT jkun maħsub li jseħħ barra t-T2S, l-SSSs bid-DLT jistgħu jkunu soġġetti wkoll għal xi limitazzjonijiet fl-iżgurar tas-saldu fi flus tal-bank ċentrali li jirriżultaw mir-restrizzjonijiet teknoloġiċi attwali kif ukoll mill-qafas kuntrattwali u regolatorju, skont il-karatteristiċi speċifiċi tad-disinn tal-SSS bid-DLT u l-Linji Gwida applikabbli tal-BĊE (33). L-istess kunsiderazzjonijiet li jikkonċernaw is-saldu barra t-T2S japplikaw mutatis mutandis għall-operaturi ta’ MTFs bid-DLT.

3.3.5.

Saldu ta’ ħlasijiet ma’ persuni li ma humiex liċenzjati bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu

Skont ir-Regolament dwar is-CSD, fejn ma jkunx prattiku u disponibbli li jsir saldu permezz ta’ kontijiet tal-bank ċentrali, CSD jista’ joffri li jsalda l-ħlasijiet fi flus kontanti għall-SSS kollha tiegħu jew għal parti minnha permezz ta’ kontijiet miftuħa ma’ istituzzjoni ta’ kreditu jew permezz tal-kontijiet proprji tas-CSD. Jekk CSD joffri li jagħmel saldu f’kontijiet miftuħa ma’ istituzzjoni ta’ kreditu jew permezz tal-kontijiet tiegħu stess, dan irid jagħmel dan f’konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Titolu IV tar-Regolament dwar is-CSD (34). Għalkemm ir-regolament propost jipprovdi li CSD li jopera SSS bid-DLT irid jidentifika, ikejjel, jimmonitorja, jimmaniġġja, u jimminimizza kwalunkwe riskju tal-kontroparti li jinħoloq mill-użu ta’ flus tal-banek kummerċjali jew ta’ tokens tal-flus elettroniċi (35), ir-rekwiżiti biex jiġi żgurat saldu fi flus kontanti tajjeb permezz ta’ flus tal-banek kummerċjali (jew tokens tal-flus elettroniċi) fir-regolament propost huma ġenerali ħafna, meta mqabbla mar-rekwiżiti skont ir-Regolament dwar is-CSD (36). L-istess japplika wkoll, mutatis mutandis, għall-operaturi ta’ MTFs bid-DLT. B’mod sinifikanti, ir-regolament propost (37) jipprevedi li l-awtorità kompetenti tista’ teżenta lil CSD li jħaddem SSS bid-DLT mid-dispożizzjonijiet dwar is-saldu fi flus kontanti skont ir-Regolament dwar is-CSD (38), diment li s-CSD jiżgura l-konsenja kontra l-ħlas. Dan jidher li jiftaħ b’mod impliċitu l-bieb għall-eżenzjoni ta’ CSD li jsalda l-parti tal-flus kontanti tat-tranżazzjonijiet tat-titoli permezz tal-kontijiet tiegħu stess mir-rekwiżit li jiġi liċenzjat bħala istituzzjoni ta’ kreditu skont id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital”) (39) u mid-dispożizzjonijiet li jirregolaw is-servizzi anċillari tat-tip bankarju skont ir-Regolament dwar is-CSD (40). Bl-istess mod, il-formulazzjoni wiesgħa ta’ din id-dispożizzjoni skont ir-regolament propost (41) tista’ tiġi interpretata wkoll bħala li tiftaħ il-bieb b’mod impliċitu għall-eżenzjoni ta’ CSD milli jsalda l-parti ta’ flus kontanti tat-tranżazzjonijiet tat-titoli permezz ta’ kontijiet miftuħa ma’ istituzzjoni ta’ kreditu liċenzjata.

3.3.6.

Skont id-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital, il-persuni jew l-impriżi li ma humiex istituzzjonijiet ta’ kreditu ma jistgħux iwettqu n-negozju ta’ ġbir ta’ depożiti jew fondi rimborżabbli oħrajn mill-pubbliku. Din il-projbizzjoni ma tapplikax għal “każijiet koperti b’mod espliċitu mil-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni” (42). Huwa ssuġġerit li l-possibbiltà għal eżenzjoni skont ir-regolament propost mill-applikazzjoni tal-Artikolu 40 u t-Titolu IV tar-Regolament dwar is-CSD dwar is-saldu fi flus kontanti ma hijiex ċara biżżejjed biex tikkwalifika bħala “każ kopert b’mod espliċitu mil-liġi tal-Unjoni” li jippermetti lil persuna li ma hijiex istituzzjoni ta’ kreditu li tirċievi depożiti mill-pubbliku. Fid-dawl ta’ dan il-kunflitt evidenti bejn ir-regolament propost u d-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital, il-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni jeħtiġilhom jiċċaraw b’mod espliċitu l-kamp ta’ applikazzjoni eżatt tad-deroga mid-dispożizzjonijiet dwar is-saldu fi flus kontanti tar-Regolament dwar is-CSD li jista’ japplika għaliha CSD li jħaddem SSSs bid-DLT (jew operatur ta’ MTF bid-DLT (43)).

3.3.7.

Fin-nuqqas ta’ dettalji speċifiċi dwar kif jista’ jseħħ is-saldu tal-ħlasijiet f’tokens tal-flus elettroniċi, il-parteċipanti f’CSD li jħaddem SSS bid-DLT ikunu jistgħu jiftħu kontijiet direttament mas-CSD għall-finijiet tas-saldu tal-parti tal-flus kontanti ta’ tranżazzjoni ta’ titoli f’tokens tal-flus elettroniċi, jew inkella s-CSD li jħaddem SSS bid-DLT u l-parteċipanti tiegħu jiftħu kont ma’ terza persuna li tipprovdi servizzi relatati ma’ tokens tal-flus elettroniċi. F’dawn iż-żewġ każijiet, is-CSD jew it-terza persuna tkun l-emittent ta’ tokens tal-flus elettroniċi u tiżgura li s-saldu tal-parti ta’ flus kontanti jseħħ f’tokens tal-flus elettroniċi. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li, skont ir-regolament propost dwar is-Swieq fil-Kriptoassi, it-tokens tal-flus elettroniċi jistgħu jinħarġu biss jew minn istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi (44). Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe dispożizzjoni għall-kuntrarju skont ir-regolament propost, il-BĊE jifhem li l-eżenzjoni prevista skont ir-regolament propost fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar is-saldu fi flus kontanti tar-Regolament dwar is-CSD (45) ma hijiex maħsuba biex teżenta CSD jew terza persuna li toħroġ tokens tal-flus elettroniċi u li ssalda l-parti ta’ flus kontanti tat-tranżazzjonijiet tat-titoli permezz tal-kontijiet tagħha stess mir-rekwiżiti ta’ liċenzjar skont ir-Regolament propost dwar is-Swieq fil-Kriptoassi. L-istess kunsiderazzjonijiet dwar is-saldu ta’ obbligi ta’ ħlas f’tokens tal-flus elettroniċi japplikaw mutatis mutandis għall-operaturi ta’ MTFs bid-DLT (46). Huwa diffiċli li wieħed jifhem għaliex il-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni jixtiequ jirrikjedu, minn naħa waħda, li tokens tal-flus elettroniċi jistgħu jinħarġu biss minn istituzzjonijiet ta’ kreditu jew istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi, u, min-naħa l-oħra, li jiftħu b’mod impliċitu l-bieb għas-saldu tal-parti ta’ flus kontanti ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli fi flus kontanti tradizzjonali jew muniti tas-saldu permezz ta’ kontijiet miftuħa ma’ persuni li ma humiex liċenzjati bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu.

3.3.8.

Meta jiddeċiedu dwar jekk jixtiqux li jiftħu l-bieb għas-saldu tal-parti tal-flus tat-tranżazzjonijiet tat-titoli permezz ta’ kontijiet miftuħa ma’ persuni li ma humiex liċenzjati bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni jistgħu jkunu jixtiequ jqisu s-CPMI-IOSCO Principles for Financial Market Infrastructures (PFMIs) (47). B’mod partikolari, skont il-Prinċipju 9 tas-CPMI-IOSCO tal-PFMIs (Saldu ta’ flus), jekk is-saldu tal-flus ma jseħħx fi flus tal-bank ċentrali, il-Prinċipju 9 tas-CPMI-IOSCO jipprevedi biss saldu fi flus tal-banek kummerċjali jew fil-kotba tal-FMI stess. B’mod speċifiku, il-Prinċipju 9 tas-CPMI-IOSCO jipprevedi li jekk l-FMI twettaq saldu tal-flus fil-kotba tagħha stess, hija għandha timminimizza u tikkontrolla strettament ir-riskji ta’ kreditu u likwidità tagħha. F’arranġament bħal dan, FMI toffri kontijiet ta’ flus kontanti lill-parteċipanti tagħha, u obbligu ta’ ħlas jew ta’ saldu jiġi rilaxxat billi l-parteċipanti tal-FMI jingħataw pretensjoni diretta kontra l-FMI stess. Ir-riskji ta’ kreditu u likwidità assoċjati ma’ pretensjoni kontra FMI huma għalhekk direttament relatati mar-riskji ġenerali ta’ kreditu u likwidità tal-FMI. Mod wieħed li FMI tista’ timminimizza dawn ir-riskji huwa li tillimita l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tagħha għall-ikklerjar u s-saldu u proċessi relatati mill-qrib. Barra minn hekk, sabiex jiġu saldati l-obbligi ta’ ħlas, l-FMI tista’ tkun stabbilita bħala istituzzjoni finanzjarja bi skop speċjali u tillimita l-għoti ta’ kontijiet ta’ flus kontanti lill-parteċipanti biss. Skont il-liġijiet lokali, dawn l-istituzzjonijiet finanzjarji bi skop speċjali ġeneralment ikunu meħtieġa li jkollhom liċenzji bankarji u jkunu soġġetti għal superviżjoni prudenzjali (48).

3.3.9.

Skont ir-regolament propost, il-persuni fiżiċi jistgħu jipparteċipaw direttament fl-infrastrutturi tas-suq bid-DLT. Jekk il-parti ta’ flus kontanti ta’ tranżazzjoni ta’ titoli kellha sseħħ fuq il-kotba ta’ persuna li ma hijiex istituzzjoni ta’ kreditu liċenzjata, dan ikollu l-konsegwenza li l-kontijiet ta’ flus kontanti miżmuma minn persuni fiżiċi, kif ukoll minn persuni ġuridiċi bħall-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, b’infrastrutturi tas-suq bid-DLT ma jibbenefikawx mill-protezzjoni tal-iskema ta’ garanzija tad-depożiti skont id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (minn hawn ’il quddiem imsejħa d-“Direttiva dwar l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti”) (49) u mill-preferenza tad-depożitant skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (50) (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“BRRD”). Id-Direttiva dwar l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti u l-preferenza tad-depożitant skont il-BRRD japplikaw biss għal depożiti fil-forma ta’ bilanċ ta’ kreditu li jirriżulta minn fondi li jitħallew f’kont jew minn sitwazzjonijiet temporanji li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet bankarji normali u li istituzzjoni ta’ kreditu hija meħtieġa tħallas lura (51). B’kont meħud tal-Prinċipju 9 tas-CPMI-IOSCO, b’mod partikolari l-minimizzazzjoni u l-kontroll strett tar-riskji ta’ kreditu u likwidità li jirriżultaw minn saldu ta’ flus bl-użu tal-FMIs, sitwazzjoni bħal din ma tidhirx li tipprovdi mezz suffiċjenti għas-salvagwardja tal-fondi ta’ persuni fiżiċi mqiegħda ma’ operaturi tal-infrastrutturi tas-suq bid-DLT. Barra minn hekk, ir-regolament propost ma jistabbilixxi l-ebda limitu biex jillimita l-kapaċità tal-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq bid-DLT li jżommu fondi ta’ persuni fiżiċi u impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, minkejja l-possibbiltà li tali persuni jistgħu jemmnu b’mod żbaljat li l-fondi tagħhom jirrappreżentaw depożiti li jgawdu mill-benefiċċju tad-Direttiva dwar l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti u l-preferenza tad-depożitant skont il-BRRD.

3.3.10.

Fl-aħħar nett, il-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni jistgħu jkunu jixtiequ jqisu jekk jistgħux jitfaċċaw riskji għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja jekk skont ir-regolament propost jingħataw eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ liċenzjar previsti fid-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital, fir-Regolament dwar is-CSD u fir-Regolament propost dwar is-Swieq fil-Kriptoassi b’rabta ma’ (a) it-twettiq tan-negozju ta’ teħid ta’ depożiti jew fondi rimborżabbli oħra mill-pubbliku, (b) il-forniment ta’ servizzi anċillari tat-tip bankarju u (c) il-ħruġ ta’ tokens tal-flus elettroniċi. L-eżenzjonijiet mir-rekwiżiti ta’ liċenzjar imsemmija jirriżultaw f’bidla minn istituzzjonijiet ta’ kreditu għal atturi mhux bankarji ta’ attivitajiet tipikament limitati fi ħdan il-mandat tas-settur bankarju. Konsegwentement, il-parteċipanti fl-infrastrutturi tas-suq bid-DLT, u potenzjalment il-parteċipanti f’SSSs jew MTFs eżistenti ġestiti mill-istess operaturi tal-infrastrutturi tas-suq bid-DLT, inklużi l-FMIs konnessi, ikunu, bħala riżultat, esposti għal riskji ogħla ta’ kreditu u likwidità minħabba li r-rekwiżiti regolatorji u prudenzjali stretti previsti għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma japplikawx għal operaturi mhux bankarji. Fl-aħħar mill-aħħar, l-infrastrutturi tas-suq bid-DLT jibbenefikaw minn livell u firxa aktar baxxi ta’ salvagwardji li jistgħu mhux biss ifixklu s-solidità ġenerali tagħhom iżda b’mod aktar wiesa’ l-użu tat-teknoloġija bid-DLT fis-settur ta’ wara n-negozjar.

3.3.11.

Rekwiżiti tal-immaniġġjar tar-riskju applikabbli għal servizzi anċillari tat-tip bankarju

Ir-Regolament dwar is-CSD jimponi rekwiżiti restrittivi ħafna fuq servizzi anċillari tat-tip bankarju, peress li l-forniment ta’ tali servizzi jinvolvi riskji finanzjarji sinifikanti, inklużi riskji ta’ kreditu u likwidità tal-istess ġurnata. Ir-rwol li għandhom is-CSDs fis-swieq finanzjarji u l-importanza sistemika relatata tagħhom jiġġustifikaw rekwiżiti stretti tal-ġestjoni tar-riskju mmirati biex jiżguraw reżiljenza f’ċirkostanzi estremi iżda plawżibbli. B’mod partikolari, kif innutat qabel, huma biss CSDs awtorizzati bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu u istituzzjonijiet ta’ kreditu magħżula (52) li josservaw ir-rekwiżiti tat-Titolu IV tar-Regolament dwar is-CSD (53) li għandhom permess jipprovdu servizzi anċillari tat-tip bankarju. Il-BĊE jinnota li r-regolament propost jippermetti l-possibbiltà li CSD li huwa liċenzjat bħala istituzzjoni ta’ kreditu u li jħaddem SSS bid-DLT, jew li jiddependi fuq istituzzjoni ta’ kreditu għall-forniment ta’ servizzi anċillari tat-tip bankarju, huwa eżentat mir-rekwiżiti tal-Artikolu 40 tar-Regolament dwar is-CSD, inklużi dawk definiti fit-Titolu IV tal-istess Regolament. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni ma huwiex definit fir-regolament propost, għalhekk huwa mifhum li SSS bid-DLT imħaddma minn CSD tista’ tiġi eżentata minn xi wħud mir-rekwiżiti tat-Titolu IV jew mir-rekwiżiti kollha tat-Titolu IV tar-Regolament dwar is-CSD, inklużi dawk relatati mal-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi anċillari tat-tip bankarju, il-ġestjoni tar-riskji ta’ kreditu u ta’ likwidità u l-ħlasijiet addizzjonali kapitali (54).

Skont il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ eżenzjoni, il-livell ta’ riskju li l-SSSs bid-DLT jistgħu jkunu esposti għalih ivarja u, b’mod partikolari, jekk l-eżenzjoni tkopri r-rekwiżiti kollha tat-Titolu IV, ir-riskji jistgħu jkunu sinifikanti ħafna. Madankollu, ir-rekwiżiti (55) applikabbli għat-twettiq ta’ saldu fi flus ta’ banek kummerċjali, kif stabbiliti fir-regolament propost, huma biss ġenerali u jistgħu ma jiżgurawx l-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ ġestjoni tar-riskju proporzjonati għar-riskji mġarrba. Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-BĊE jipproponi li l-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni għandhom jispeċifikaw f’aktar dettall il-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjonijiet għall-Artikolu 40 tar-Regolament dwar is-CSD u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati biex jingħataw tali eżenzjonijiet. L-istess għandu japplika wkoll, mutatis mutandis, għall-operaturi ta’ MTFs bid-DLT, fejn ma jagħmlux saldu fi flus tal-bank ċentrali, filwaqt li jitqiesu l-kunsiderazzjonijiet dwar l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi bejn l-MTFs bid-DLT u l-SSSs bid-DLT, kif innotat fil-paragrafu 1.3.

3.4.   Protezzjonijiet mill-insolvenza skont id-Direttiva dwar il-Finalità tas-Saldu

Skont ir-regolament propost, it-tħaddim ta’ SSS bid-DLT minn CSD jista’ ma jkunx ekwivalenti għat-tħaddim ta’ “sistema”, kif definit skont id-Direttiva dwar il-Finalità tas-Saldu, mhux l-inqas minħabba li, skont ir-regolament propost, il-persuni fiżiċi huma parteċipanti eliġibbli f’SSS bid-DLT (56). F’każ bħal dan, it-tħaddim ta’ SSS bid-DLT ma jitqiesx bħala estensjoni tal-attivitajiet jew tas-servizzi skont ir-Regolament dwar is-CSD (57), iżda bħala attività jew servizz addizzjonali li għandu jkun soġġett għall-proċess ta’ valutazzjoni u awtorizzazzjoni skont ir-Regolament dwar is-CSD. Il-BĊE għandu tliet rimarki x’jagħmel f’dan ir-rigward. L-ewwel, il-BĊE jfakkar fir-rwol ċentrali tal-kunċett ta’ finalità (legali) għall-protezzjoni tal-parteċipanti fis-sistemi ta’ saldu mill-konsegwenzi ta’ tfixkil tal-proċedimenti ta’ insolvenza kontra parteċipanti oħra, u għat-tnaqqis tar-riskji sistemiċi li jirriżultaw mit-tħaddim tal-FMIs. Jekk SSS bid-DLT ma tikkwalifikax bħala “sistema”, skont it-tifsira tad-Direttiva dwar il-Finalità tas-Saldu, il-protezzjonijiet mill-insolvenza li din toffri ma jkunux japplikaw għall-SSS bid-DLT stess. It-tieni, il-BĊE jinnota li r-regolament propost ma huwiex ċar dwar liema miżuri legali jista’ jkun meħtieġ li jieħu meta l-istess CSD ikun qed iħaddem simultanjament SSS u SSS bid-DLT (eż. biex jiżola t-tnejn li huma billi jafda t-tħaddim tagħhom lil entitajiet legali separati). Jekk jimmaterjalizzaw riskji ta’ finalità għal SSSs bid-DLT mhux protetti u/jew għall-parteċipanti tagħhom, dawn jistgħu jinfirxu fuq SSSs regolari oħra mħaddma mill-istess CSD, kif ukoll għall-parteċipanti tiegħu. Tali riskji jistgħu jimmaterjalizzaw, pereżempju, fejn entità waħda jew aktar jipparteċipaw kemm f’SSS regolari kif ukoll f’SSS bid-DLT imħaddma mill-istess CSD. Fid-dawl ta’ dak li ntqal, ikun utli għar-regolament propost li jirrikjedi li CSD li jħaddem SSS bid-DLT (kemm jekk b’mod parallel mat-tħaddim ta’ SSS regolari kif ukoll jekk le) jispjega b’mod ċar ir-riskji ta’ insolvenza u finalità tas-saldu li l-parteċipanti tiegħu huma esposti għalihom, kif ukoll kwalunkwe miżura ta’ mitigazzjoni li s-CSD ikun stabbilixxa sabiex jimmitiga tali riskji. It-tielet, il-BĊE jara mertu fil-fatt li r-regolament propost jaħseb b’mod espliċitu għall-involviment tal-awtoritajiet rilevanti fil-valutazzjoni tar-riskji li għalihom jista’ jwassal it-tħaddim parallel ta’ SSSs regolari u ta’ SSSs bid-DLT, bħala parti mill-proċess ta’ awtorizzazzjoni tas-CSD.

3.5.   Kundizzjonijiet ekwi bejn l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq bid-DLT

Ir-regolament propost jirreferi fil-qosor għall-kwistjoni tal-prevenzjoni u l-indirizzar tal-fallimenti tas-saldu, li hija kruċjali għall-promozzjoni tad-dixxiplina fis-saldu u s-saldu sikur u effiċjenti tat-tranżazzjonijiet (58). Hemm assimetrija sinifikanti bejn ir-rekwiżiti applikabbli għal MTF bid-DLT u d-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament dwar is-CSD (59). In-nuqqas ta’ rekwiżiti uniformi dwar il-fallimenti tas-saldu jista’ jwassal għal tellieqa lejn l-aktar livell baxx fost l-operaturi ta’ MTFs bid-DLT u fl-aħħar mill-aħħar jista’ jirriżulta fi trattament aktar favorevoli tal-operaturi ta’ MTFs bid-DLT meta mqabbla mas-CSDs u livell aktar baxx ta’ sikurezza tas-saldu għall-parteċipanti f’MTFs bid-DLT meta mqabbla mal-parteċipanti fis-CSDs.

3.6.   Strateġija ta’ ħruġ għall-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq bid-DLT u t-tneħħija ta’ titoli trasferibbli bid-DLT min-negozjar

Ir-regolament propost jirreferi f’termini wesgħin għal strateġija ta’ tranżizzjoni, jiġifieri strateġija ta’ ħruġ li l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq bid-DLT irid ikollhom fis-seħħ f’każ li l-permess jew xi wħud mill-eżenzjonijiet mogħtija jkollhom jiġu rtirati jew inkella jitwaqqfu, jew fil-każ ta’ kwalunkwe waqfien volontarju jew involontarju tan-negozju (60). Meta l-permessi jew l-eżenzjonijiet jiġu revokati jew il-valutazzjoni tas-suq tat-titoli trasferibbli bid-DLT taqbeż ċerti limiti minimi, operatur ta’ infrastruttura tas-suq bid-DLT jista’ jkollu jwettaq bidliet sostanzjali, li l-implimentazzjoni tagħhom x’aktarx tkun tirrikjedi perijodu ta’ żmien sinifikanti. Barra minn hekk, jekk ma jkun hemm l-ebda operatur alternattiv ta’ infrastruttura tas-suq bid-DLT kapaċi jew lest li jiżgura l-kontinwità tas-servizzi, l-irtirar ta’ permess speċifiku jew ta’ kwalunkwe waħda mill-eżenzjonijiet mogħtija (61) ma jkunx jista’ jiġi implimentat fil-prattika, għall-kuntrarju tal-ispirtu tar-regolament propost. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-BĊE jipproponi li l-korpi leġiżlattivi tal-Unjoni għandhom jipprovdu aktar dettall dwar il-kontenut speċifiku tal-istrateġija ta’ ħruġ u l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni tagħha. Barra minn hekk, ir-regolament propost għandu jiġi ssupplimentat bi proċeduri speċifiċi li jkunu applikabbli fil-każ tat-tneħħija ta’ titoli trasferibbli bid-DLT min-negozjar fuq MTF bid-DLT, kif ukoll fil-każ ta’ ksur tal-limitu ta’ kapitalizzazzjoni tas-suq ta’ EUR 200 miljun għall-ammissjoni għan-negozjar fuq MTF bid-DLT. L-aktar importanti, għandu jiġi indikat b’mod ċar kif l-investituri li jżommu t-titoli trasferibbli bid-DLT rilevanti se jkunu protetti f’każijiet bħal dawn. Għandu jiġi indikat jekk l-emittent (jew l-akbar azzjonist tiegħu) għandux iwettaq xiri lura tat-titoli trasferibbli bid-DLT rilevanti, jekk tali operazzjoni tkunx obbligatorja wkoll għall-investituri, u kif jiġi ddeterminat il-prezz ġust f’każijiet bħal dawn. Alternattivament, il-BĊE jissuġġerixxi li għandu jkun hemm arranġamenti speċifiċi fis-seħħ għall-konverżjoni ta’ tali titoli trasferibbli bid-DLT f’titoli trasferibbli “mhux bid-DLT” irreġistrati f’CSD.

3.7.   Interazzjoni mar-regolament propost dwar is-Swieq fil-Kriptoassi

3.7.1.

Hemm diskrepanza potenzjali bejn ir-regolament propost u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament propost dwar is-Swieq fil-Kriptoassi. Fil-mudelli tas-saldu għat-tokens tal-flus elettroniċi deskritti fil-paragrafu 3.3.7, l-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi u/jew il-fornituri tas-servizzi, li, skont ir-regolament propost dwar is-Swieq fil-Kriptoassi, jaqgħu taħt id-definizzjonijiet kumplessivi ta’ emittenti ta’ kriptoassi u fornituri ta’ servizzi ta’ kriptoassi, de facto jipprovdu servizzi fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji, jiġifieri titoli trasferibbli bid-DLT. Jekk dan huwa l-każ, jidher li tali servizzi la huma regolati skont ir-regolament propost u lanqas skont ir-Regolament propost dwar is-Swieq fil-Kriptoassi.

3.7.2.

Barra minn hekk, skont ir-Regolament propost dwar is-Swieq fil-Kriptoassi, it-tokens tal-flus elettroniċi kklassifikati bħala sinifikanti huma soġġetti għal rekwiżiti addizzjonali (62). B’mod partikolari, fir-rigward tal-kustodja ta’ assi ta’ riżerva (63), l-emittenti ta’ tokens sinifikanti ta’ flus elettroniċi jeħtiġilhom jiżguraw f’kull ħin li l-assi ta’ riżerva ma jkunux vinkolati jew mirhuna bħala “arranġament kollaterali finanzjarju”, “arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu” jew “arranġament dwar kollateral finanzjarju ta’ sigurtà” skont it-tifsira tal-punti (a), (b) u (c) rispettivament tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (64). Fid-dawl tal-fatt li għall-finijiet tas-saldu ta’ tranżazzjonijiet ta’ titoli jista’ jkun meħtieġ li titoli trasferibbli bid-DLT jew tokens tal-flus elettroniċi jiġu ddepożitati bħala kollateral, ma huwiex ċar kif rahan bħala “arranġament kollaterali finanzjarju”, “arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu” jew “arranġament kollaterali finanzjarju ta’ sigurtà” jista’ jiġi eżegwit b’mod validu fuq ir-riżerva ta’ assi ta’ tokens tal-flus elettroniċi fid-dawl tal-limitazzjonijiet imsemmija hawn fuq li jeżistu taħt ir-regolament propost dwar is-Swieq fil-Kriptoassi. Sabiex jintużaw tokens tal-flus elettroniċi fil-kuntest tas-saldu tat-titoli, huwa ta’ importanza kbira li jiġi żgurat li dawn jistgħu jiġu ddepożitati bħala kollateral. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-BĊE jemmen li għandha tingħata aktar riflessjoni u attenzjoni lill-interazzjoni bejn ir-regolament propost, ir-Regolament propost dwar is-Swieq fil-Kriptoassi u l-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar is-servizzi finanzjarji u l-banek.

4.   Aspetti superviżorji prudenzjali

4.1.

Il-BĊE u l-NCA rilevanti huma l-awtoritajiet kompetenti li jeżerċitaw setgħat superviżorji prudenzjali speċifikati skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (65) (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ ir-“Regolament dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital”) u d-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital. Barra minn hekk, ir-Regolament dwar l-MSU jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-BĊE fir-rigward tas-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu fiż-żona tal-euro u jżomm lill-BĊE responsabbli għall-funzjonament effettiv u konsistenti tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) li fih jitqassmu r-responsabbiltajiet superviżorji prudenzjali speċifiċi bejn il-BĊE u l-NCAs parteċipanti (66). B’mod partikolari, il-BĊE għandu l-kompitu li jawtorizza u jirtira l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu kollha. Fil-każ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti, il-BĊE għandu wkoll il-kompitu, fost l-oħrajn, li jiżgura konformità mal-liġijiet rilevanti tal-Unjoni li jimponu rekwiżiti prudenzjali fuq l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, inkluż ir-rekwiżit li jkun hemm fis-seħħ arranġamenti ta’ governanza robusti, bħal proċessi sodi ta’ ġestjoni tar-riskju u mekkaniżmi ta’ kontroll intern (67). Għal dan il-għan, il-BĊE jingħata s-setgħat superviżorji kollha biex jintervjeni fl-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma meħtieġa għall-eżerċitar tal-funzjonijiet tiegħu.

4.2.

Ir-regolament propost jistabbilixxi r-rekwiżiti bażiċi għat-tħaddim tal-infrastrutturi tas-suq bid-DLT, flimkien ma’ sensiela ta’ eżenzjonijiet li jistgħu jintalbu minn rekwiżiti speċifiċi inkorporati fil-MiFID II, ir-Regolament (UE) Nru 2014/600 u r-Regolament dwar is-CSD. Dan ifisser li d-ditti tal-investiment liċenzjati wkoll bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu u operaturi tas-suq jistgħu jitolbu permess mill-awtorità nazzjonali kompetenti biex iħaddmu infrastrutturi tas-suq bid-DLT għall-finijiet, inter alia, tar-reġistrazzjoni u s-saldu ta’ titoli trasferibbli bid-DLT. Barra minn hekk, ir-regolament propost jirrikjedi li l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq bid-DLT jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti fdati bl-għoti ta’ permessi speċifiċi kif ukoll mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) (68).

4.3.

Il-BĊE jinnota li l-approċċ attwali meħud fir-rigward tal-proċess ta’ awtorizzazzjoni jrawwem trattament ugwali kemm għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kif ukoll għall-operaturi ta’ istituzzjonijiet mhux tal-kreditu u jirrappreżenta pass ’il quddiem lejn superviżjoni bbażata fuq ir-riskju filwaqt li jitqiesu l-attivitajiet imwettqa minn entità partikolari. Minkejja dan, filwaqt li r-regolament propost ma jipprevedix l-involviment tal-BĊE (bħala superviżur prudenzjali) fil-proċess ta’ awtorizzazzjoni u eżenzjoni, jista’ jkun rilevanti għall-BĊE, minn perspettiva ta’ superviżjoni prudenzjali, li jirċievi informazzjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti fir-rigward ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti li jixtiequ jħaddmu infrastruttura tas-suq bid-DLT. Għalhekk, huwa ssuġġerit li r-regolament propost għandu jinkludi obbligu fuq l-awtorità nazzjonali kompetenti li tinnotifika lis-superviżur prudenzjali, inkluż il-BĊE għal istituzzjonijiet ta’ kreditu sinifikanti, dwar jekk jingħatawx jew le permessi u eċċezzjonijiet, kif ukoll fejn jiġu imposti miżuri korrettivi. Għall-istess raġunijiet, huwa ssuġġerit li r-regolament propost għandu jinkludi s-superviżur prudenzjali applikabbli fost ir-riċevituri tar-rappurtar regolari mill-operaturi ta’ infrastruttura tas-suq bid-DLT (69).

Fejn il-BĊE jirrakkomanda li r-regolament proposti jiġi emendat, qed jiġu stipulati proposti speċifiċi tal-abbozzar f’dokument ta’ ħidma tekniku separat flimkien ma’ test spjegattiv.

Din l-Opinjoni se tiġi ppubblikata fuq EUR-Lex.

Magħmul fi Frankfurt am Main, it-28 ta’ April 2021.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  COM(2020) 594 final.

(2)  Ara l-Artikolu 2(5) tar-regolament propost.

(3)  Ara l-Artikolu 3(1) u (3) tar-regolament propost.

(4)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(5)  Ara l-Artikolu 2(3) tar-regolament propost u t-Taqsima A tal-Anness tar-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar titjib fis-saldu tat-titoli fl-Unjoni Ewropea u dwar depożitorji ċentrali tat-titoli u li jemenda d-Direttivi 98/26/KE u 2014/65/UE u r-Regolament (UE) Nru 236/2012 (ĠU L 257, 28.8.2014. p. 1).

(6)  Ara l-Artikolu 3(2) tar-regolament propost dwar is-Swieq fil-Kriptoassi (Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Swieq fil-Kriptoassi u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937 – COM(2020) 593 final).

(7)  Ara l-Artikoli 50 u 53 tar-Regolament dwar is-CSD.

(8)  Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2014 dwar l-implimentazzjoni tal-qafas tal-politika monetarja tal-Eurosistema (BĊE/2014/60) (ĠU L 91, 2.4.2015, p. 3); il-Linja Gwida BĊE/2012/27 tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2012 dwar is-sistema Trans-European Automated Real-time Gross settlement Express Transfer (TARGET2) (ĠU L 30, 30.1.2013, p. 1).

(9)  Ara l-Artikolu 22 tal-Istatut.

(10)  Disponibbli fuq is-sit web tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fuq www.bis.org.

(11)  Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu.

(12)  Ara l-Artikolu 12 tar-Regolament dwar is-CSD.

(13)  Ara wkoll l-Artikolu 13 u l-Artikoli 17(4) u 22(6) tar-Regolament dwar is-CSD.

(14)  Ara l-paragrafu 7.3 tal-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ April 2017 (CON/2017/10); il-paragrafu 7.2 tal-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Novembru 2018 (CON/2018/47); il-paragrafu 3.5.2 tal-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-2 ta’ Mejju 2019 (CON/2019/17); u l-paragrafu 3.5.2 tal-Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-11 ta’ Novembru 2019 (CON/2019/38), kull waħda disponibbli fuq www.eur-lex.europa.eu.

(15)  L-Anness IIA tal-Linja Gwida BĊE/2012/27; il-Linja Gwida tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-18 ta’ Lulju 2012 dwar TARGET2-Securities (BĊE/2012/13) (ĠU L 215, 11.8.2012, p. 19); u d-Deċiżjoni BĊE/2011/20 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi regoli u proċeduri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-kriterji ta’ eliġibbiltà biex id-depożitorji ċentrali tat-titoli jaċċessaw servizzi tat-TARGET2-Securities (ĠU L 319, 2.12.2011, p. 117). Ara wkoll il-Ftehim Qafas tat-T2S u l-Ftehim Kollettiv, it-tnejn disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE f’www.ecb.europa.eu.

(16)  Ara l-Artikolu 5 tar-regolament propost.

(17)  Id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 1998 dwar finalità ta’ settlement fis-sistemi ta’ settlement ta’ pagamenti u titoli (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 107).

(18)  Ara l-Artikolu 8(2)(g) tar-regolament propost.

(19)  Ara l-Artikoli 10 u 12 tar-Regolament dwar is-CSD.

(20)  Ara l-Artikolu 8(6) u (7) tar-regolament propost.

(21)  Ara l-Artikolu 1(4) tar-Regolament dwar is-CSD. CSD bħal dan għandu jkollu aċċess għall-fondi tal-bank ċentrali tas-SEBĊ u ma jridx ikun entità separata.

(22)  Ara l-Artikolu 5 tar-regolament propost.

(23)  Ara l-Artikoli 7 u 8 tar-regolament propost.

(24)  Ara l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(4) tar-regolament propost u l-Artikolu 2(19) tar-Regolament dwar is-CSD.

(25)  Madankollu, fl-istess ħin, ir-regolament propost ma jipprovdi l-ebda eżenzjoni mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33(1) tar-Regolament dwar is-CSD, li jirreferi għal ċerti persuni ġuridiċi bħala parteċipanti ta’ CSD.

(26)  Ara l-Artikolu 89 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2017/392 tal-11 ta’ Novembru 2016 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 909/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji dwar ir-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni, superviżorji u operazzjonali għal depożitarji ċentrali tat-titoli (ĠU L 65, 10.3.2017, p. 48).

(27)  Ara l-paragrafu 3.18.5 tas-CPMI-IOSCO Principles for financial market infrastructures (il-Prinċipji tas-CPMI-IOSCO għall-Infrastrutturi tas-Swieq Finanzjarji). Il-Prinċipju 18 dwar ir-Rekwiżiti ta’ aċċess u parteċipazzjoni jagħti dettalji dwar ir-rekwiżiti operazzjonali, finanzjarji, legali u tal-ġestjoni tar-riskju għall-parteċipazzjoni li għandhom jitqiesu minn FMI, filwaqt li jsemmi wkoll il-possibbiltà li FMI iddaħħal entitajiet mhux regolamentati. F’każ bħal dan, l-FMI għandha (i) tqis kwalunkwe riskju addizzjonali li jista’ jirriżulta minn tali parteċipazzjoni u (ii) tfassal ir-rekwiżiti ta’ parteċipazzjoni tagħha u l-kontrolli tal-ġestjoni tar-riskju skont dan.

(28)  Ir-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84).

(29)  Ara l-Artikolu 25 tal-MiFID II dwar il-valutazzjoni tal-idoneità u l-adegwatezza tal-istrumenti finanzjarji għall-investituri.

(30)  Qabbel l-Artikolu 5(4) tar-regolament propost mal-Artikolu 6(4) – li jipproponi emenda għall-Artikolu 19 tal-MiFID II – tal-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/43/KE, 2009/65/KE, 2009/138/UE, 2011/61/UE, UE/2013/36, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u UE/2016/2341 - COM(2020) 596 final.

(31)  Ara l-Kapitolu 15 tar-rapport tal-Grupp Konsultattiv dwar l-Infrastrutturi tas-Swieq għat-Titoli u l-Kollateral intitolat “The potential impact of DLTs on securities post-trading harmonisation and on the wider EU financial market integration” (L-impatt potenzjali bid-DLTs fuq l-armonizzazzjoni ta’ wara n-negozjar tat-titoli u fuq l-integrazzjoni usa’ tas-suq finanzjarju tal-UE) disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE www.ecb.europa.eu

(32)  Ara l-Anness IIA tal-Linja Gwida BĊE/2012/27; il-Linja Gwida BĊE/2012/13 u d-Deċiżjoni BĊE/2011/20. Ara wkoll il-Ftehim Qafas tat-T2S u l-Ftehim Kollettiv, disponibbli fuq is-sit web tal-BĊE www.ecb.europa.eu.

(33)  Il-Linja Gwida (UE) 2015/510 (BĊE/2014/60) u l-Linja Gwida BĊE/2012/27.

(34)  Ara l-Artikolu 40(2) u l-Artikolu 54 tar-Regolament dwar is-CSD.

(35)  Ara l-Artikolu 4(3) tar-regolament propost.

(36)  Ara l-Artikolu 40 u t-Titolu IV tar-Regolament dwar is-CSD.

(37)  Ara l-premessa (24) u l-Artikolu 5(5) tar-regolament propost. Ara wkoll għall-MTFs bid-DLT il-premessa (16) u l-Artikolu 4(3)(f) tar-regolament propost.

(38)  Ara l-Artikolu 40 tar-Regolament dwar is-CSD.

(39)  Ara l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(40)  Ara t-Titolu IV tar-Regolament dwar is-CSD u t-Taqsima C tal-Anness tiegħu.

(41)  Ara l-Artikolu 5(5) tar-regolament propost.

(42)  Ara l-Artikolu 9 tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta’ Kapital.

(43)  Ara l-Artikolu 4(3) tar-regolament propost.

(44)  Ara l-Artikolu 43 tar-regolament propost dwar is-Swieq fil-Kriptoassi.

(45)  Ara l-Artikolu 5(5) tar-regolament propost u l-Artikolu 40 tar-Regolament dwar is-CSD.

(46)  Ara l-Artikolu 4(3) tar-regolament propost.

(47)  Ara s-CPMI-IOSCO Principles for Financial Market Infrastructures disponibbli fuq is-sit web tal-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali fuq www.bis.org.

(48)  Ara l-paragrafu 3.9.7 tas-CPMI-IOSCO Principles for Financial Market Infrastructures (PFMIs).

(49)  Ara l-punt (3) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149). Ara wkoll l-Artikolu 2(2)(c) tal-proposta għal regolament dwar is-Swieq fil-Kriptoassi.

(50)  Ara l-Artikolu 108 tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(51)  Ara l-punt (3) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva dwar l-Iskemi ta’ Garanzija tad-Depożiti flimkien mal-punti (4) u (5) tal-Artikolu 2(1), u l-Artikoli 5 u 6 tal-istess Direttiva u l-punti (94) u (95) tal-Artikolu 2(1), u l-Artikolu 108 tal-BRRD.

(52)  Skont ir-Regolament dwar is-CSD, istituzzjoni ta’ kreditu li toffri li ssalda l-ħlasijiet fi flus kontanti għal parti mill-SSS tas-CSD tkun eżentata minn xi rekwiżiti tat-Titolu IV biss meta l-valur totali ta’ tali saldu fi flus kontanti permezz ta’ kontijiet miftuħa ma’ dik l-istituzzjoni ta’ kreditu ma jaqbiżx ċerti limiti minimi fuq perijodu ta’ żmien. Ara l-Artikolu 54(4) u (5) tar-Regolament dwar is-CSD.

(53)  B’mod partikolari, l-Artikolu 54(4)(d) tar-Regolament dwar is-CSD jipprovdi li l-istituzzjoni ta’ kreditu użata bħala aġent ta’ saldu fi flus kontanti tista’ tintuża biss biex tipprovdi servizzi anċillari tat-tip bankarju kif iddefiniti fir-Regolament dwar is-CSD u mhux biex twettaq xi attività oħra.

(54)  L-eżenzjoni mir-rekwiżit ta’ liċenzja bankarja hija diskussa fil-paragrafi 3.3.5 sa 3.3.10.

(55)  Ara l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 5(5) tar-regolament propost.

(56)  Ara l-Artikolu 2(a) u (d) tad-Direttiva dwar il-Finalità tas-Saldu u l-premessa (23) u l-Artikolu 5(8) tar-regolament propost.

(57)  Ara l-Artikolu 19 tar-Regolament dwar is-CSD u l-premessa (33) tar-regolament propost.

(58)  Ara l-Artikolu 4(3) tar-regolament propost.

(59)  Ara l-Artikolu 6(3) u (4) u l-Artikolu 7 tar-Regolament dwar is-CSD.

(60)  Ara l-Artikoli 6(6) u 3(5) tar-regolament propost.

(61)  Ara l-Artikoli 7(6) u 8(6) tar-regolament propost.

(62)  Ara l-Artikoli 33 u 52 tar-regolament propost dwar is-Swieq fil-Kriptoassi.

(63)  Ara l-Artikolu 33(1)(b) u l-Artikolu 52(a) tar-regolament propost dwar is-Swieq fil-Kriptoassi.

(64)  Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġament kollaterali finanzjarji (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).

(65)  Ir-Regolament (UE) 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(66)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63).

(67)  Ara l-Artikolu 4(1)(e) u l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013.

(68)  Ara l-Artikolu 9 tar-regolament propost.

(69)  Ara l-Artikolu 9(4) tar-regolament propost.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/15


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1002 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/996 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

(2021/C 244/05)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1002 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (3) kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/996 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel it-30 ta' Novembru 2021, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK u l-Artikolu 8a(4) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, tal-lista tal-persuni u l-entitajiet ddeżinjati.


(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 219 I, 26.6.2021, p. 70

(3)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 219 I, 26.6.2021, p. 1


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/16


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

(2021/C 244/06)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (2), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1002 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/996 (5).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tar-RELEX (Relazzjonijiet Esterni) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment fdat bl-operazzjoni ta' pproċessar huwa RELEX.1.C li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, kif implimentata bid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (PESK) 2021/2021/1002, u r-Regolament (KE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/996.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' tkun kondiviża skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt ta' aċċess, kif ukoll id-drittijiet ta' rettifika jew ta' oġġezzjoni ser jiġi indirizzat skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew minn meta l-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 219 I, 21.6.2021, p.70.

(4)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(5)  ĠU L 219 I, 21.6.2021, p.1,


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/18


Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/998, u fir-Regolament (UE) 401/2013, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1000 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

(2021/C 244/07)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/998 (2), u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru°401/2013 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/1000 (4) dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2013/184/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi rigward tal-Myanmar/Burma, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4b tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li tinkludihom fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel l-1 ta' Novembru 2021:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK u l-Artikolu 4i(4) tar-Regolament (UE) Nru 401/2013.

L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tiġi ikkontestata d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba' u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75.

(2)  ĠU L 219 I, 21.6.2021, p. 45.

(3)  ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1.

(4)  ĠU L 219 I, 21.6.2021, p. 57.


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/19


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma

(2021/C 244/08)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1000 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/998 (5).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-iskop tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/184/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/1000, u r-Regolament (UE) Nru 401/2013, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/998.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati fid-Deċiżjoni 2013/184/PESK u r-Regolament (UE) Nru 401/2013.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwieġeb f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.

Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75.

(3)  ĠU L 219 I, 21.6.2021, p. 57.

(4)  ĠU L 121, 3.5.2013, p. 1.

(5)  ĠU L 219 I, 21.6.2021, p. 45.


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/20


Avviż għall-attenzjoni tal-entità soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1001 u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru765/2006, kif implimentata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/999 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

(2021/C 244/09)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-entità li tidher fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/1001 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (3) kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/999 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-entità kkonċernata jenħtieġ li tiġi inkluża fil-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dik l-entità jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-entità kkonċernata għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

L-entità kkonċernata tista’ tippreżenta talba lill-Kunsill qabel it-30 ta’ Novembru 2021, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn li d-deċiżjoni li tinkludiha fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK u l-Artikolu 8a(4) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, tal-lista tal-persuni u l-entitajiet iddeżinjati.


(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 219 I, 21.6.2021, p. 67.

(3)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(4)  ĠU L 219 I, 21.6.2021, p. 55.


Il-Kummissjoni Ewropea

22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/21


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta' Ġunju 2021

(2021/C 244/10)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1891

JPY

Yen Ġappuniż

130,91

DKK

Krona Daniża

7,4364

GBP

Lira Sterlina

0,85670

SEK

Krona Żvediża

10,2163

CHF

Frank Żvizzeru

1,0954

ISK

Krona Iżlandiża

147,04

NOK

Krona Norveġiża

10,2673

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,569

HUF

Forint Ungeriż

354,11

PLN

Zloty Pollakk

4,5329

RON

Leu Rumen

4,9237

TRY

Lira Turka

10,4483

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5821

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4758

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2326

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7057

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5989

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 349,19

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,9453

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6916

HRK

Kuna Kroata

7,4995

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 175,29

MYR

Ringgit Malażjan

4,9318

PHP

Peso Filippin

57,973

RUB

Rouble Russu

87,1265

THB

Baht Tajlandiż

37,593

BRL

Real Brażiljan

6,0192

MXN

Peso Messikan

24,4932

INR

Rupi Indjan

88,1860


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/22


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10158 — IHS Markit/CME Group/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 244/11)

1.   

Fit-15 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

IHS Markit Ltd, (“IHSM”, ir-Renju Unit)

CME Group (“CME”, l-Istati Uniti tal-Amerka)

Parthenon Ltd (“Parthenon”, Bermuda)

IHSM u CSM jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Parthenon, impriża bi sħab maħluqa ġdida (joint venture, “JV”).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

IHSM: fornitur internazzjonali ta’ informazzjoni, analitika, għarfien espert, u soluzzjonijiet għal industriji ewlenin, swieq finanzjarji, u gvernijiet globalment. L-IHSM jipprovdi data tal-ipprezzar u ta’ referenza, indiċijiet finanzjarji, identifikaturi tas-sigurtà, servizzi ta’ valutazzjoni u negozjar, u soluzzjonijiet ta’ data / ġestjoni tad-data,

CME: ditta globali tal-ġestjoni tar-riskju bbażata fl-Istati Uniti tal-Amerka. CME hija s-sid u tħaddem diversi skambji (Chicago Mercantile Exchange, Chicago Board of Trade (CBOT), New York Mercantile Exchange (NYMEX) u l-Commodity Exchange (COMEX)) u tipprovdi servizzi oħra ta’ negozjar u kklerjar f’firxa ta’ klassijiet ta’ assi, inklużi komoditajiet, indiċijiet tal-ekwità, FX, IRDs u kriptovaluti,

Parthenon: servizzi ta’ pproċessar kummerċjali u ta’ ottimizzazzjoni tal-kummerċ/portafoll f’għadd ta’ klassijiet ta’ assi, jiġifieri d-derivattivi OTC tal-IHSM u n-negozju tal-ipproċessar tal-kummerċ FX (magħruf bħala MarkitSERV) u n-negozji tal-ottimizzazzjoni tad-derivattivi OTC tas-CME (TRAIANA, TriOptima u Reset).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10158 IHS Markit/CME Group/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/24


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10302 — Standard Industries/Grace)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 244/12)

1.   

Fil-15 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Standard Industries Holding Inc. (“Standard Industries”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

W.R.Grace & Co. (“Grace”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

Squared Industries takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Grace.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Standard Industries hija kumpanija azzjonista globali b’interessi fl-industrija tal-materjali tal-bini. Standard Industries hija attiva prinċipalment fil-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti ta’ tisqif kummerċjali u residenzjali u prodotti oħra għall-bini,

Grace hija involuta fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ għażla ta’ kimiċi u materjali ta’ speċjalità fuq bażi globali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10302 — Standard Industries/Grace

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


22.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 244/25


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10206 — Mayr-Melnhof Karton/International Paper (Poland))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 244/13)

1.   

Fl-14 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Mayr-Melnhof Cartonboard International GmbH (l-Awstrija), li tappartjeni għall-grupp Mayr-Melnhof Karton AG (“MM”, l-Awstrija),

International Paper (Poland) Holding Sp.z.o.o. (flimkien mas-sussidjarji tagħha “IP Poland”, il-Polonja).

MM takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ ta’ IP Poland kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

MM: produzzjoni ta’ kartun u prodotti tal-imballaġġ, b’mod partikolari kartun li jingħalaq u, sa ċertu punt, polpa (mekkanika),

IP Poland: manifattura ta’ karta ħielsa mill-injam mhux miksija, kartun li jintlewa, karta kraft u polpa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10206 — Mayr-Melnhof Karton/International Paper (Poland)

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).