ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 241

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
21 ta' Ġunju 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 241/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10203 — PSA/Felbermayr/PSA Breakbulk/Coil Terminal) ( 1 )

1

2021/C 241/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10275 — SMFL/Yanmar/Yanmar Credit) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2021/C 241/03

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar tisħiħ tal-governanza f'diversi livelli fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet

3

2021/C 241/04

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Teknoloġiji tad-Data għal Titjib tar-Regolamentazzjoni Aħjar

13

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 241/05

Rata tal-kambju tal-euro — It-18 ta’ Ġunju 2021

16

2021/C 241/06

Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza / ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2021 (Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE ) Nru 794 /2004 tal-21 ta’ April 2004)

17


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 241/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10264 — SoftBank/Altor Fund Manager/Iyuno) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

18

2021/C 241/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10250 — Accor/Keys/Hotel Portfolio) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

20


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10203 — PSA/Felbermayr/PSA Breakbulk/Coil Terminal)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 241/01)

Fit 11 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10203. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10275 — SMFL/Yanmar/Yanmar Credit)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 241/02)

Fit 11 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10275. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/3


Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar tisħiħ tal-governanza f'diversi livelli fil-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet

(2021/C 241/03)

IL-KUNSILL U R-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI MLAQQGĦIN FIL-KUNSILL

WAQT LI JFAKKRU LI:

1.

L-Artikolu 165 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprevedi azzjoni tal-Unjoni Ewropea maħsuba biex tħeġġeġ liż-żgħażagħ jipparteċipaw fil-ħajja demokratika fl-Ewropa.

2.

L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jiddikjara li "l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi". L-Artikolu 10(3) jagħraf id-dritt ta' kull ċittadin li jipparteċipa fil-ħajja demokratika tal-Unjoni Ewropea.

3.

L-Artikoli 11 u 12 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jiddikjaraw li kulħadd għandu d-dritt għal-libertà tal-espressjoni, ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni. L-Artikolu 24 jiddikjara li t-tfal jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom liberament u jistipula li dawk il-fehmiet għandhom jiġu kkunsidrati f'materji li jirrigwardawhom skont l-età u l-maturità tagħhom.

4.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (1) tirreferi għall-importanza tal-appoġġ għall-impenn soċjali u ċiviku u għandha l-għan li tiżgura li ż-żgħażagħ kollha jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jieħdu sehem fis-soċjetà. Ir-Riżoluzzjoni tagħraf ukoll il-parteċipazzjoni (2) u d-dimensjonijiet globali, Ewropej, nazzjonali, reġjonali u lokali (3).

5.

L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (4) tan-Nazzjonijiet Uniti tidentifika ż-żgħażagħ bħala aġenti attivi tal-iżvilupp sostenibbli; il-Programm ta' Azzjoni Dinji għaż-Żgħażagħ tan-Nazzjonijiet Uniti (5) jħeġġeġ parteċipazzjoni sħiħa u effettiva għaż-żgħażagħ fil-ħajja tas-soċjetà.

6.

Il-Karta Ewropea dwar il-Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ fil-Ħajja Lokali u Reġjonali (6) tal-Kunsill tal-Ewropa tenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-aċċess taż-żgħażagħ għat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet u l-libertajiet tagħhom, b'mod partikolari b'rabta mal-parteċipazzjoni.

7.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-trawwim tal-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa (7) jagħrfu li ż-żgħażagħ kollha għandhom jingħataw il-kapaċità li jipparteċipaw b'mod sinifikattiv fid-deċiżjonijiet dwar il-kwistjonijiet kollha li jikkonċernawhom. Huma għandhom id-dritt għal-libertà tal-espressjoni, l-aċċess għall-informazzjoni, u li jkunu protetti mid-diskriminazzjoni.

8.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol taż-żgħażagħ fil-bini ta' soċjetà sikura, koeżiva u armonjuża fl-Ewropa (8) isemmu li ż-żgħażagħ huma innovaturi u aġenti tal-bidla u li l-kontributi tagħhom għandhom jiġu attivament appoġġati, inkoraġġuti u meqjusa bħala essenzjali fil-bini ta' soċjetà paċifika u fl-appoġġ tal-governanza demokratika.

9.

Ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni politika taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa (9) u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-inkoraġġiment ta' forom ġodda u effettivi ta' parteċipazzjoni taż-żgħażagħ kollha fil-ħajja demokratika fl-Ewropa (10) jsaħħu d-dimensjoni ġenerali taż-żgħażagħ u jenfasizzaw l-importanza tal-promozzjoni ta' parteċipazzjoni attiva u responsabbli taż-żgħażagħ fl-iżvilupp ta' politiki li jaffettwaw il-ħajja taż-żgħażagħ.

10.

L-istħarriġ tal-Ewrobarometru Flash tal-2019 dwar iż-żgħażagħ (11) jindika li ż-żgħażagħ huma attivi ħafna fil-ħajja demokratika, u li l-livelli ta' parteċipazzjoni qed jiżdiedu, bi tliet kwarti taż-żgħażagħ li ħadu sehem fl-istħarriġ iwieġbu li kienu impenjati f'xi forma ta' moviment organizzat.

11.

L-istudju dwar ix-xenarju tar-rappreżentanza taż-żgħażagħ fl-UE (12) jissuġġerixxi li s-settur taż-żgħażagħ tal-UE qed jikber, u li l-istrutturi tradizzjonali taż-żgħażagħ bħall-NGOs u n-networks għad għandhom rwol importanti; jidentifika wkoll il-ħtieġa għal spazji aktar varjati u flessibbli għall-parteċipazzjoni.

WAQT LI JAGĦRFU LI:

12.

Għalkemm sar progress sinifikanti, iż-żgħażagħ għad għandhom inqas opportunitajiet biex jipparteċipaw, huma sottorappreżentati fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jħabbtu wiċċhom ma’ għadd ta’ sfidi li ġew aċċentwati mill-pandemija tal-COVID-19. L-isfidi ewlenin (13) li żdiedu fost iż-żgħażagħ f’pożizzjonijiet vulnerabbli jinkludu riskju ogħla ta’ qgħad, prekarjetà tax-xogħol, faqar, esklużjoni, marġinalizzazzjoni, diskriminazzjoni u inugwaljanza, investiment insuffiċjenti fl-iżvilupp tal-ħiliet, u l-impatti fuq is-saħħa mentali tagħhom.

13.

Il-vulnerabbiltà li qed tiżdied taż-żgħażagħ hija marbuta ma’ nuqqas ta’ ugwaljanza fl-aċċess għal edukazzjoni u taħriġ formali rawwima, tagħlim u opportunitajiet mhux formali u informali, sovrarappreżentanza f’xogħol mhux standard u aċċess insuffiċjenti għal protezzjoni soċjali, li għandhom effett strutturali fuq il-ħajja, l-emanċipazzjoni u t-tranżizzjoni għall-awtonomija taż-żgħażagħ, b’mod partikolari fejn jidħol aċċess għall-akkomodazzjoni, kundizzjonijiet tal-għajxien ġusti, kura tas-saħħa u impjiegi deċenti.

14.

Hemm ħtieġa urġenti li ż-żgħażagħ jingħataw edukazzjoni ta’ kwalità dwar iċ-ċittadinanza li rawwim valuri demokratiċi u li jissaħħu b’ħiliet ta’ litteriżmu fl-informazzjoni u fil-media sabiex ikunu kapaċi jifhmu l-kuntesti politiċi u tas-soċjetà, jagħrfu t-theddidiet tad-diżinformazzjoni, il-polarizzazzjoni u l-propaganda kif ukoll li jkunu informati b’mod sħiħ u liberu biex jagħmlu l-għażliet u jieħdu d-deċiżjonijiet rilevanti.

15.

L-Aġenda Strateġika l-ġdida tal-Kunsill Ewropew għall-2019-2024 (14) u l-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2021 (15) jagħrfu r-rwol taż-żgħażagħ fil-bini ta’ Ewropa b’impatt newtrali fuq il-klima, ekoloġika, ġusta, diġitali u soċjali, fil-promozzjoni ta’ xejriet sostenibbli ta’ konsum u produzzjoni, u fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima.

16.

It-tagħlim mhux formali u t-tagħlim informali għandhom rwol importanti, pereżempju fi kwistjonijiet ċiviċi u fil-parteċipazzjoni; huma integrati fl-Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (16); u għandhom l-għan li jsaħħu u jiżviluppaw il-kooperazzjoni bejn id-diversi atturi involuti fil-ħidma fost iż-żgħażagħ f’għadd ta’ oqsma, f’konformità mal-“Proċess ta’ Bonn” u l-implimentazzjoni ta’ qafas strateġiku għall-iżvilupp tal-ħidma fost iż-żgħażagħ (17).

IQISU LI:

17.

Iż-żgħażagħ jagħtu kontributi essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri tas-soċjetà. Deċiżjonijiet meħuda llum jaffettwawlhom ħajjithom kemm issa kif ukoll fil-ġejjieni. Iż-żgħażagħ huma affettwati minn kwistjonijiet li huma transsettorjali u marbuta mal-aġenda politika kollha, u għalhekk l-impenn u l-involviment tagħhom biex jinstabu tweġibiet għall-isfidi tas-soċjetà, ambjentali, diġitali, ekonomiċi, kulturali u politiċi huma essenzjali sabiex jitrawwem il-prinċipju demokratiku tar-rappreżentanza. Dan għandu jippermetti liż-żgħażagħ jieħdu ħsieb ħajjithom stess, jitgħallmu, ikollhom vuċi fil-bini ta' soċjetajiet reżiljenti, koeżivi, inklużivi, b'impatt newtrali fuq il-klima, għonja, ġusti u sostenibbli, u jikkontribwixxi għall-irkupru tal-Ewropa fil-kuntest ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi kbira, bħall-pandemija tal-COVID-19, kif ukoll għat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika.

18.

Għal approċċ effettiv għall-governanza f'diversi livelli (18) fil-qasam taż-żgħażagħ, u b'mod partikolari l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ, huwa importanti li jingħata appoġġ għall-istabbiliment u l-iżvilupp tar-rappreżentanza taż-żgħażagħ fil-livelli kollha (19), li jingħaraf id-dritt taż-żgħażagħ li jorganizzaw lilhom infushom u jipparteċipaw u li jingħataw il-kapaċità li jagħmlu dan. Ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet u l-istrutturi taż-żgħażagħ u l-appoġġ għalihom, li jiżguraw ambjent favorevoli fil-livelli kollha, huma indispensabbli għall-parteċipazzjoni effettiva, sinifikattiva u sostenibbli taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

19.

L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (20) tirreferi għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika, tappoġġa l-impenn soċjali u ċiviku u għandha l-għan li tiżgura li ż-żgħażagħ kollha jkollhom ir-riżorsi meħtieġa biex jieħdu sehem fis-soċjetà, filwaqt li tenfasizza t-twettiq tal-viżjoni u l-għanijiet taż-żgħażagħ għall-Ewropa permezz tal-mobilizzazzjoni ta' strumenti ta' politika fil-livell tal-UE kif ukoll azzjonijiet fil-livell nazzjonali, reġjonali u lokali mill-partijiet konċernati kollha.

20.

Il-11-il Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ (21) jiffukaw fuq il-viżjoni taż-żgħażagħ għall-Ewropa, jidentifikaw oqsma transsettorjali li jaffettwaw il-ħajja taż-żgħażagħ, u jirriflettu prijoritajiet li huma importanti għalihom, inkluż il-parteċipazzjoni stess taż-żgħażagħ fl-Għan Ewropew dwar iż-Żgħażagħ #9, "Spazju u parteċipazzjoni għal kulħadd".

21.

Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tfisser li jeżerċitaw drittijiet u jkollhom opportunitajiet, aċċess ugwali, appoġġ u responsabbiltà sabiex jipparteċipaw u jinfluwenzaw id-deċiżjonijiet, u li jkunu involuti sistematikament f'azzjonijiet u attivitajiet li jgħinu biex tissaħħaħ soċjetà bbażata fuq il-valuri tal-UE.

22.

Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tfisser ukoll li ma jibqax jiċkien l-ispazju għas-soċjetà ċivili, li għandu impatt sostanzjali fuq il-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet u joħloq aktar sfidi għaż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet u l-istrutturi taż-żgħażagħ, u min jaħdem maż-żgħażagħ.

23.

Id-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (22) kien strumentali matul l-aħħar 10 snin biex iħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-livelli kollha, permezz tal-involviment ta' kunsilli taż-żgħażagħ, gruppi ta' ħidma nazzjonali u partijiet konċernati oħra b'rabta maż-żgħażagħ, filwaqt li ppromwova djalogu strutturali ma' atturi rilevanti li jieħdu d-deċiżjonijiet. Il-partijiet konċernati tas-soċjetà ċivili fil-qasam taż-żgħażagħ, b'mod partikolari l-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet internazzjonali mhux governattivi taż-żgħażagħ u l-kunsilli nazzjonali taż-żgħażagħ, taw kontribut siewi lir-rappreżentanza taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE, fost oħrajn permezz tal-Konferenzi tal-Unjoni Ewropea dwar iż-Żgħażagħ.

24.

Il-governanza tal-politika dwar iż-żgħażagħ tvarja fost l-Istati Membri tal-UE, minħabba l-kuntesti politiċi, kulturali, storiċi, soċjetali u ġeografiċi differenti tagħhom. Dawn għandhom oqfsa differenti (eż. il-qafas legali għall-iżvilupp tal-politika dwar iż-żgħażagħ, ir-rwol tal-korpi eletti / l-istrutturi leġiżlattivi, jew is-suġġetti koperti mill-politiki dwar iż-żgħażagħ), kif ukoll mudelli differenti ta' implimentazzjoni (eż. koordinazzjoni orizzontali, vertikali jew transsettorjali, setgħat ta' implimentazzjoni f'livelli differenti ta' amministrazzjoni pubblika) (23).

25.

Iż-żgħażagħ, bil-modi tagħhom ta' espressjoni f'firxa wiesgħa u varjata ta' forom u kuntesti ġeografiċi, huma s-sisien li fuqhom huma bbażati r-rappreżentanza u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ. Dawn il-forom jinkludu organizzazzjonijiet u gruppi mhux formali, minn ambjenti urbani sa żoni rurali u remoti (24), strutturi ta' ħidma fost iż-żgħażagħ, kunsilli taż-żgħażagħ u organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-livelli kollha, kif ukoll individwi żgħażagħ li mhumiex parti minn strutturi jew organizzazzjonijiet eżistenti.

JENFASIZZAW LI:

26.

Huwa essenzjali li ż-żgħażagħ kollha jkollhom opportunitajiet indaqs għall-parteċipazzjoni, l-involviment u l-awtonomizzazzjoni fil-proċessi rilevanti tat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-livelli kollha. Dik il-parteċipazzjoni hija importanti mhux biss għall-kwalità tal-politika dwar iż-żgħażagħ, iżda wkoll għall-politiki trasversali l-oħra kollha li jaffettwaw liż-żgħażagħ. Tikkonċerna l-iżvilupp personali, soċjali, kulturali u intellettwali taż-żgħażagħ u t-tranżizzjoni tagħhom għall-ħajja adulta (25).

27.

Il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tiġġenera sens ta' appartenenza, ċittadinanza u solidarjetà, u tirrendi l-proċessi tal-politiki aktar trasparenti u responsabbli fir-rigward taż-żgħażagħ. Fl-istess ħin, il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ tagħtihom is-setgħa u tgħinhom jiżviluppaw fiduċja fihom infushom u sens ta' inizjattiva, sjieda u responsabbiltà, u b'hekk tippermettilhom jiksbu u jiżviluppaw l-esperjenza u l-ħiliet rilevanti għall-ħajja demokratika u professjonali tagħhom, f'oqsma bħall-ħsieb kritiku, il-komunikazzjoni, in-negozjar u l-ispirtu ta' tim.

28.

L-integrazzjoni tal-governanza f'diversi livelli waqt il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet trawwem soċjetajiet inklużivi u reżiljenti, issaħħaħ il-koeżjoni soċjali, ċivika u territorjali, u ttejjeb ir-rabtiet bejn il-politiki fil-livell Ewropew u dak lokali b'inizjattivi konkreti bħall-Belt Kapitali Ewropea taż-Żgħażagħ u l-proġett taż-Żgħażagħ fl-Azzjoni ta' Erasmus+ "Europe goes local" (26). Fl-istess ħin, tagħti s-setgħa liż-żgħażagħ billi toħolqilhom opportunitajiet biex idaħħlu fil-prattika u jtejbu l-għarfien, il-ħiliet, il-kompetenzi u l-attitudnijiet li jeħtieġu biex jipparteċipaw bis-sħiħ f'soċjetajiet diversi u biex ikunu ppreparati għall-isfidi futuri.

29.

It-trasformazzjoni diġitali tad-demokraziji tagħna (27) ġġib magħha l-ħtieġa li jiġu esplorati u promossi forom innovattivi u alternattivi ta' parteċipazzjoni bħal pereżempju għodod tad-demokrazija diġitali, filwaqt li jingħarfu l-isfidi tal-parteċipazzjoni fl-ispazju diġitali u l-aċċess limitat ta' xi żgħażagħ għall-internet jew għat-teknoloġiji diġitali, jew in-nuqqas tal-ħiliet u l-għarfien meħtieġa biex jużawhom. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu pprovduti aċċess u soluzzjonijiet imfassla apposta biex jappoġġaw il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika b'mezzi diġitali u jinvolvu liż-żgħażagħ b'mod inklużiv.

30.

Għandu jkompli jingħata aktar appoġġ lil politiki li joħolqu aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ u jippermettu l-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fis-soċjetà. F'dan il-kuntest, irid jissaħħaħ ir-rwol tal-ħidma fost iż-żgħażagħ, tat-tagħlim mhux formali u informali u tad-djalogu effettiv maż-żgħażagħ kollha, fil-qafas ta' approċċ transsettorjali għal oqsma bħall-politika soċjali, l-impjiegi, l-edukazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, il-kura tas-saħħa, l-akkomodazzjoni, il-kultura u l-ambjent.

31.

Għall-parteċipazzjoni effettiva taż-żgħażagħ (28) fis-soċjetà, iridu jitqiesu xi aspetti importanti, pereżempju: mappa tal-governanza tal-politika dwar iż-żgħażagħ; tagħlim komparattiv (29) dwar il-mekkaniżmi tal-politika dwar iż-żgħażagħ fil-livelli kollha; taħriġ ta' uffiċjali pubbliċi dwar kwistjonijiet ta' parteċipazzjoni taż-żgħażagħ; u l-identifikazzjoni tar-rwol u r-responsabbiltajiet taż-żgħażagħ fit-tfassil, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-politiki.

JIEĦDU NOTA TA':

32.

L-ideat u l-opinjonijiet taż-żgħażagħ kondiviżi fil-Konferenza tal-UE dwar iż-Żgħażagħ f'Marzu 2021, li fiha ż-żgħażagħ iddeskrivew għadd ta' inizjattivi li jipprovdu ispirazzjoni siewja għal azzjoni lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet, lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u liż-żgħażagħ infushom, sabiex tiġi promossa d-demokrazija fost iż-żgħażagħ fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew. Dawn l-ideat u l-opinjonijiet jikkonċernaw:

l-istabbiliment ta' mekkaniżmi fil-livelli rilevanti biex iż-żgħażagħ jiġu kkonsultati dwar kwistjonijiet ta' politika nazzjonali, reġjonali u lokali;

l-organizzazzjoni ta' tagħlim mhux formali u taħriġ fir-rappreżentanza ta' interessi għaż-żgħażagħ, inkluż għal dawk b'inqas opportunitajiet;

it-tnaqqis tal-età u d-drittijiet tal-vot għal 16-il sena, flimkien mal-edukazzjoni dwar iċ-ċittadinanza, sabiex iż-żgħażagħ jiġu mħeġġa u jingħataw is-setgħa biex jipparteċipaw b'mod attiv fl-elezzjonijiet;

l-identifikazzjoni u l-promozzjoni tal-użu ta' spazji pubbliċi disponibbli għaż-żgħażagħ, kif ukoll is-simplifikazzjoni ta' dik l-informazzjoni;

l-iżvilupp konġunt u l-adozzjoni ta' linji gwida u tikketti ta' kwalità tal-UE sabiex jiġi żgurat aċċess għaż-żgħażagħ kollha għal spazji diġitali adattati għalihom, sikuri u inklużivi;

il-ħolqien ta' pjattaformi biex tingħata assistenza lill-inizjattivi minn isfel għal fuq immexxija miż-żgħażagħ u lill-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fil-livell lokali u reġjonali;

l-espansjoni tal-kurrikulu skolastiku u d-diversifikazzjoni tal-partijiet ikkonċernati permezz tal-inklużjoni ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi sabiex jitrawwem l-iżvilupp tal-ħsieb kreattiv, iċ-ċittadinanza attiva u l-prattika tat-teħid ta' deċiżjonijiet permezz tal-edukazzjoni mhux formali.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI, F'KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ U FIL-LIVELLI XIERQA, BIEX:

33.

Jagħtu s-setgħa liż-żgħażagħ kollha permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ, informazzjoni orjentata lejn iż-żgħażagħ, feedback, it-tagħlim mhux formali u informali, il-ħidma fost iż-żgħażagħ u prattiki oħra li jikkontribwixxu għall-parteċipazzjoni infurmata u kritika fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet f'diversi livelli.

34.

Jippromwovu u jappoġġaw b'mod adegwat l-istabbiliment jew it-titjib ta' strutturi ta' governanza sostenibbli f'diversi livelli, sabiex tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet kif ukoll fit-tfassil tal-aġendi, filwaqt li jinkoraġġixxu varjetà ta' soluzzjonijiet parteċipattivi mhux formali. Dan jeħtieġ ir-rikonoxximent tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, il-professjonisti żgħażagħ, il-mexxejja taż-żgħażagħ (30), l-iskejjel, l-għalliema, il-kowċis, il-ħarrieġa u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, l-appoġġ favurihom u l-involviment sħiħ tagħhom. Għandhom isiru sforzi speċifiċi biex isir kuntatt maż-żgħażagħ li mhumiex involuti fi strutturi u organizzazzjonijiet formali u biex dawn jingħataw is-setgħa.

35.

Jippromwovu u jappoġġaw, speċjalment fi kwartieri żvantaġġati u f'żoni rurali u remoti, soluzzjonijiet fiżiċi, diġitali u ibridi aċċessibbli li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni u l-involviment effettivi taż-żgħażagħ kollha fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livelli kollha, b'mod li jkopri diversi setturi, sabiex dawn jingħataw spazji miftuħa u sikuri, kif ukoll opportunitajiet għall-iżvilupp personali, soċjali, kulturali u professjonali.

36.

Jipprovdu opportunitajiet indaqs u ġusti, li jappoġġaw il-forom kollha ta' parteċipazzjoni u involviment taż-żgħażagħ fil-livelli kollha. Dan l-approċċ japplika għall-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw liż-żgħażagħ, pereżempju l-akkomodazzjoni, l-edukazzjoni u l-impjiegi deċenti, l-iżvilupp sostenibbli, it-tibdil fil-klima, id-drittijiet tal-bniedem, l-ekwità u s-solidarjetà interġenerazzjonali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-impatt tad-diġitalizzazzjoni, f'konformità mal-impenn li "ħadd ma jitħalla jibqa' lura" (31).

37.

Fejn xieraq, jistabbilixxu jew iżommu sinerġiji u kooperazzjoni bejn is-setturi u l-programmi ta' politika relatati maż-żgħażagħ, b'mod partikolari bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ fil-qasam tal-ħidma fost iż-żgħażagħ u r-riċerkaturi li jaħdmu fil-qasam taż-żgħażagħ, sabiex jitrawwem il-ħsieb kritiku, tingħata informazzjoni komprensiva dwar il-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livelli kollha u jiżdiedu l-fehim, l-impenn u l-parteċipazzjoni effettiva u sinifikanti taż-żgħażagħ.

JISTIEDNU LILL-ISTATI MEMBRI U LILL-KUMMISSJONI EWROPEA, FL-OQSMA TA' KOMPETENZA RISPETTIVI TAGĦHOM U FIL-LIVELLI XIERQA, B'RISPETT DOVUT GĦALL-PRINĊIPJU TAS-SUSSIDJARJETÀ, BIEX:

38.

Jintegraw u jappoġġaw strutturi attivi u sostenibbli għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fl-iżvilupp ta' politiki għaż-żgħażagħ u maż-żgħażagħ fil-livelli kollha u fl-oqsma kollha, filwaqt li jingħataw aċċess għal data affidabbli, evidenza, u proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet responsabbli u rieżaminati regolarment, billi jibnu fuq proċessi ta' parteċipazzjoni bħad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ u arranġamenti oħra fid-diversi oqsma ta' politika li għandhom l-għan li jrawmu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ.

39.

Jappoġġaw l-iżvilupp ulterjuri u r-rieżami ta' approċċi mmirati biex iżidu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livelli kollha. Dan jista' jibni fuq kunċetti u mekkaniżmi eżistenti, kif ukoll fuq il-ħidma tal-Kunsill tal-Ewropa, l-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili f'dan il-qasam. Dawn l-approċċi għandhom jinvolvu liż-żgħażagħ, il-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ (li jinkludu l-kunsilli lokali taż-żgħażagħ), il-prattikanti, ir-riċerkaturi fil-qasam tal-politika dwar iż-żgħażagħ u dawk li jfassluha, fil-livelli kollha u mis-setturi rilevanti kollha.

40.

Jisfruttaw bis-sħiħ il-programmi rilevanti tal-UE (fost l-oħrajn l-Erasmus+ u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà) biex jippromwovu u jappoġġaw l-għarfien, l-iskambju ta' prattiki, u l-attivitajiet ta' tagħlim reċiproku, kif ukoll it-tfassil, l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni ta' mekkaniżmi ta' parteċipazzjoni taż-żgħażagħ abbażi ta' approċċ ta' governanza f'diversi livelli.

41.

Fejn rilevanti, jużaw b'mod effettiv id-dashboard tal-politika dwar iż-żgħażagħ tal-UE (32) u jqisu kif xieraq il-valutazzjonijiet tal-impatt li, fost l-oħrajn, iqabblu l-ambitu tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet u l-karatteristiċi reġjonali u lokali f'termini tad-demografija, il-benesseri, l-impenn demokratiku u l-iżvilupp sostenibbli.

42.

Ikomplu jrawmu d-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ u l-gruppi ta' ħidma nazzjonali mwaqqfa fl-Istati Membri u, fejn xieraq, jirriżervaw rwol ewlieni għall-kunsilli nazzjonali taż-żgħażagħ, sabiex jisfruttaw dan il-qafas fi proċessi konsultattivi oħra, bħal dawk relatati mal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa u l-inizjattiva Bauhaus Ewropew Ġdid.

JISTIEDNU LILL-KUMMISSJONI:

43.

Torganizza attività ta' tagħlim bejn il-pari fil-qasam taż-żgħażagħ bl-objettiv li jiġu skambjati l-għarfien u l-esperjenza dwar kif tiġi promossa l-parteċipazzjoni effettiva taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet fil-livelli kollha u fl-oqsma kollha ta' politika, biex b'hekk jinħoloq fehim komuni tal-kunċett ta' governanza f'diversi livelli.

44.

Tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-għarfien u tal-kapaċitajiet b'rabta mal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet f'diversi livelli, inkluż, fejn possibbli, permezz tal-Wiki taż-Żgħażagħ, in-networks ta' riċerka taż-żgħażagħ u l-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Kunsill tal-Ewropa, in-Nazzjonijiet Uniti u l-OECD u korpi rilevanti oħra.

45.

Fejn xieraq, tuża l-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ biex tikkomunika maż-żgħażagħ permezz ta' djalogi u konsultazzjonijiet online.

JISTIEDNU LILL-ATTURI KOLLHA INVOLUTI FL-ATTIVITAJIET TA' KOOPERAZZJONI EWROPEA FIL-QASAM TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ JISTINKAW BIEX:

46.

Jistabbilixxu proċeduri trasparenti li jippermettu liż-żgħażagħ ikunu direttament involuti fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet, kemm individwalment, fil-każ ta' mexxejja taż-żgħażagħ, kif ukoll permezz ta' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, għalliema, riċerkaturi, ġurnalisti jew strutturi jew gruppi mhux formali oħra relatati maż-żgħażagħ. Din il-parteċipazzjoni għandha tindirizza l-kwistjonijiet kollha li jħallu impatt fuq il-ħajja taż-żgħażagħ, fuq bażi transsettorjali, filwaqt li tippromwovi s-sinerġiji u l-kooperazzjoni fi proċessi konġunti tat-teħid ta' deċiżjonijiet, responsabbiltajiet kondiviżi u l-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet.

47.

Iwessgħu l-ambitu u l-firxa ta' opportunitajiet għall-partijiet ikkonċernati fl-edukazzjoni formali u t-tagħlim informali u mhux formali biex jaġixxu flimkien biex iżidu l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet u biex jappoġġaw diversi forom ta' "kif wieħed jitgħallem jipparteċipa" minn età bikrija, peress li dan iżid il-possibbiltajiet ta' parteċipazzjoni tul il-ħajja (33).

(1)  ĠU C 456, 18.12.2018, p. 1.

(2)  "Ir-rikonoxximent li ż-żgħażagħ kollha huma riżors għas-soċjetà, il-politiki u l-attivitajiet kollha li jikkonċernaw iż-żgħażagħ għandhom iżommu d-dritt taż-żgħażagħ li jipparteċipaw fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-politiki li jaffettwawhom permezz ta' parteċipazzjoni sinifikanti taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ. F'dan il-kuntest, il-politiki għandhom jitfasslu b'rikonoxximent tal-bidliet li ġabet magħha l-komunikazzjoni diġitali li taffettwa l-parteċipazzjoni demokratika u ċivika."

(3)  "Sabiex jiġi żgurat impatt sostenibbli fuq iż-żgħażagħ, huwa importanti li l-politika tal-UE dwar iż-żgħażagħ tiġi implimentata bil-ħsieb tal-interkonnessjonijiet mal-livelli reġjonali u lokali u li l-attivitajiet jitmexxew biex jappoġġaw politiki dwar iż-żgħażagħ fil-livell lokali. Fl-istess ħin, l-ilħna taż-żgħażagħ għandhom jitqiesu kull meta jkunu indirizzati kwistjonijiet globali."

(4)  https://www.un.org/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/70/1&Lang=E

(5)  https://www.un.org/development/desa/youth/world-programme-of-action-for-youth.html

(6)  1992, Karta Ewropea riveduta dwar il-Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ fil-Ħajja Lokali u Reġjonali, 2003 u 2015.

(7)  ĠU C 415, 1.12.2020, p. 16.

(8)  ĠU C 195, 7.6.2018, p. 13.

(9)  ĠU C 417, 15.12.2015, p. 10.

(10)  ĠU C 169, 9.6.2011, p. 1.

(11)  Ewrobarometru Flash 478: Kif nibnu Ewropa aktar b'saħħitha u aktar magħquda? Il-fehmiet taż-żgħażagħ, https://data.europa.eu/euodp/fr/data/dataset/S2224_478_ENG

(12)  Study on the landscape of youth representation in the EU (Studju dwar ix-xenarju tar-rappreżentanza taż-żgħażagħ fl-UE), 2019, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/57e87ca0-900d-11ea-812f-01aa75ed71a1/language-en/format-PDF/source-search

(13)  Partnership between the EU and the CoE in the field of youth, "Towards a better understanding of the impact of Covid-19 on the youth sector" (Sħubija bejn l-UE u l-Kunsill tal-Ewropa fil-qasam taż-żgħażagħ, "Lejn fehim aħjar tal-impatt tal-Covid-19 fuq is-settur taż-żgħażagħ"), https://pjp-eu.coe.int/documents/42128013/72351197/Summary+13+Oct+2020.pdf/c8808ff7-25be-f7f9-3504-b2a189a64bd0 ; Parlament Ewropew, "COVID-19: MEPs ask to prevent lasting damage on youth and on sport" (COVID-19: il-membri tal-PE jitolbu biex ma titħalliex issir ħsara dejjiema liż-żgħażagħ u lill-isport) (Jannar 2021) https://www.europarl.europa.eu/news/en/press-room/20210122IPR96224/covid-19-meps-ask-to-prevent-lasting-damage-on-youth-and-on-sport; OECD Policy Responses to Coronavirus (COVID-19) (Risposti Strateġiċi tal-OECD għall-Coronavirus), "Youth and COVID-19: Response, recovery and resilience" (Iż-żgħażagħ u l-COVID-19: Rispons, irkupru u reżiljenza) (Ġunju 2020), https://www.oecd.org/coronavirus/policy-responses/youth-and-covid-19-response-recovery-and-resilience-c40e61c6/; ILO, Youth employment (Impjieg taż-żgħażagħ), https://www.ilo.org/global/topics/youth-employment/lang--en/index.htm.

(14)  https://www.consilium.europa.eu/media/39914/a-new-strategic-agenda-2019-2024.pdfhttps://www.consilium.europa.eu/media/39914/a-new-strategic-agenda-2019-2024.pdf

(15)  https://ec.europa.eu/info/publications/2021-commission-work-programme-key-documents_en

(16)  Resolution on the Framework for establishing a European Youth Work Agenda (2020/C415/01), https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=uriserv%3AOJ.C_.2020.415.01.0001.01.MLT&toc=OJ%3AC%3A2020%3A415%3ATOC

(17)  It-Tielet Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ, Dikjarazzjoni Finali

https://www.eywc2020.eu/downloads/doctrine/WebforumVeranstaltungenWebsiteBundle:Media-file-54/EN_3rd%20EYWC_final%20Declaration.pdf

(18)  Ara d-definizzjoni fl-Anness.

(19)  Ara d-definizzjoni fl-Anness.

(20)  ĠU C 456, 18.12.2018, p. 1.

(21)  Strateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ, Anness 3, ibid.

(22)  ĠU C 189, 5.6.2019, p. 1.

(23)  "Insights into youth policy governance" (Tagħrif dwar il-governanza tal-politika għaż-żgħażagħ), Sħubija għaż-Żgħażagħ, 2018,

https://pjp-eu.coe.int/documents/42128013/47261953/122018-Insights_web.pdf/99400a12-31e8-76e2-f062-95abec820808

(24)  ĠU C 193, 9.6.2020, p. 3.

(25)  Id-Dikjarazzjoni Finali ta' Lisboa+21.

(26)  https://www.europegoeslocal.eu/about/

(27)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar il-pjan ta' azzjoni Ewropew għad-demokrazija,

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM%3A2020%3A790%3AFIN&qid=1607079662423

(28)  "Insights into youth policy governance", Sħubija għaż-Żgħażagħ, 2018,

https://pjp-eu.coe.int/documents/42128013/47261953/122018-Insights_web.pdf/99400a12-31e8-76e2-f062-95abec820808

(29)  Ara d-definizzjoni fl-Anness.

(30)  Għall-fini ta' dawn il-konklużjonijiet, il-mexxejja taż-żgħażagħ jinkludu wkoll żgħażagħ li jieħdu rwoli ta' tmexxija mingħajr ma jkunu jagħmlu parti minn organizzazzjoni jew struttura formali.

(31)  Aġenda 2030 tan-NU għall-Iżvilupp Sostenibbli.

(32)  Kif żviluppat mill-grupp ta' esperti stabbilit fl-2019, fil-kuntest tal-Istrateġija tal-UE għaż-Żgħażagħ (2019-2027) u l-Pjan ta' Ħidma tagħha għall-2019-2021.

(33)  Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1).


ANNESS

Definizzjonijiet

Għall-fini ta' dawn il-konklużjonijiet:

"Governanza f'diversi livelli" tirreferi għal strutturi u proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet, f'kuntesti formali u mhux formali, li jeżistu f'livelli territorjali differenti (minn dak lokali għal dak reġjonali, nazzjonali u Ewropew), bil-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u/jew organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu f'konformità mal-qbil bejn l-atturi kollha, b'mod orizzontali u/jew vertikali, abbażi tal-prinċipju tas-sussidjarjetà, bil-għan li jittieħdu deċiżjonijiet u jiġu implimentati politiki fl-aktar livelli istituzzjonali u territorjali xierqa.

"Livelli kollha" tirreferi għal-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali, Ewropej u globali, kif xieraq.

"Tagħlim komparattiv" huwa proċess li bih organizzazzjoni tkun tista' tqabbel il-prestazzjoni tagħha ma' dik ta' organizzazzjonijiet oħra. L-għan huwa li organizzazzjoni tislet tagħlimiet mill-punti b'saħħithom ta' organizzazzjonijiet oħra u minn dak li jagħmlu tajjeb, li tfittex ispirazzjoni għall-ħidma tagħha stess u li titgħallem ukoll mill-iżbalji. Dan hu proċess attiv u kontinwu u mhux biss tqabbil tal-indikaturi, il-fatti u l-miżuri.

Referenzi

Fl-adozzjoni ta' dawn il-konklużjonijiet, il-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill jieħdu nota ta' dan li ġej:

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar it-trawwim tal-kuxjenza demokratika u l-involviment demokratiku fost iż-żgħażagħ fl-Ewropa (ĠU C 415, 1.12.2020, p. 16)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv%3AOJ.C_.2020.415.01.0016.01.ENG&toc=OJ%3AC%3A2020%3A415%3ATOC

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill dwar il-Qafas għall-istabbiliment ta' Aġenda Ewropea għall-Ħidma fost iż-Żgħażagħ (ĠU C 415, 1.12.2020, p. 1)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv%3AOJ.C_.2020.415.01.0001.01.ENG&toc=OJ%3AC%3A2020%3A415%3ATOC

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-ħolqien ta' opportunitajiet għaż-żgħażagħ f'żoni rurali u remoti (ĠU C 193, 9.6.2020, p. 3)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52020XG0609%2801%29&qid=1609185718999

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill li tistabbilixxi linji gwida dwar il-governanza tad-Djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ (ĠU C 189, 5.6.2019, p. 1)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv%3AOJ.C_.2019.189.01.0001.01.ENG&toc=OJ%3AC%3A2019%3A189%3AFULL

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol taż-żgħażagħ fil-bini ta' soċjetà sikura, koeżiva u armonjuża fl-Ewropa (ĠU C 195, 7.6.2018, p. 13)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52018XG0607%2802%29

Riżoluzzjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fil-Kunsill dwar qafas għall-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ: L-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea għaż-Żgħażagħ 2019-2027 (ĠU C 456, 18.12.2018, p. 1)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1601482182235&uri=CELEX:42018Y1218(01)

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni politika taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika fl-Ewropa (ĠU C 417, 15.12.2015, p. 10)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A42015Y1215%2802%29&qid=1609181989853

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv%3AOJ.C_.2018.189.01.0001.01.ENG

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:32012H1222(01)&from=EN

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-inkoraġġiment ta' forom ġodda u effettivi ta' parteċipazzjoni taż-żgħażagħ kollha fil-ħajja demokratika fl-Ewropa (ĠU C 169, 9.6.2011, p. 1)

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A42011Y0609%2801%29

Aġenda Strateġika Ġdida 2019-2024, Kunsill Ewropew

https://www.consilium.europa.eu/media/39914/a-new-strategic-agenda-2019-2024.pdf

Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni 2021

https://ec.europa.eu/info/publications/2021-commission-work-programme-key-documents_en

Eurofound (2020), Living, working and COVID-19, COVID-19 series (Il-ħajja, ix-xogħol u l-COVID-19, serje COVID-19),

https://www.eurofound.europa.eu/sites/default/files/ef_publication/field_ef_document/ef20059en.pdf

COM(2020) 790 final - Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-pjan ta' azzjoni Ewropew għad-demokrazija

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM%3A2020%3A790%3AFIN&qid=1607079662423

It-Tielet Konvenzjoni Ewropea dwar il-Ħidma fost iż-Żgħażagħ, Dikjarazzjoni Finali

https://www.eywc2020.eu/downloads/doctrine/WebforumVeranstaltungenWebsiteBundle:Media-file-54/3rdEYWC_finaldeclaration.pdf

L-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli

Riżoluzzjoni tal-AĠNU A/RES/70/1, adottata fil-25 ta' Settembru 2015

https://www.un.org/ga/search/view_doc.asp?symbol=A/RES/70/1&Lang=E

Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal tal-20 ta' Novembru 1989

https://treaties.un.org/pages/ViewDetails.aspx?src=IND&mtdsg_no=IV-11&chapter=4&lang=enhttps://ec.europa.eu/anti-trafficking/sites/default/files/un_convention_on_the_rights_of_the_child_1.pdf

Il-Programm Dinji ta' Azzjoni għaż-Żgħażagħ tan-Nazzjonijiet Uniti

https://www.un.org/esa/socdev/unyin/documents/wpay2010.pdf

"Revised European Charter on the Participation of Young People in Local and Regional Life, 'Have Your Say!'" (Karta Ewropea riveduta dwar il-Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ fil-Ħajja Lokali u Reġjonali, "Semma' Leħnek!"), Kunsill tal-Ewropa

https://rm.coe.int/1680702379

"Revised European Charter on the Participation of Young People in Local and Regional Life, Congress of Local and Regional Authorities" (Karta Ewropea riveduta dwar il-Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ fil-Ħajja Lokali u Reġjonali, Kungress tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali), Kunsill tal-Ewropa

https://rm.coe.int/168071b4d6

Kunsill tal-Ewropa, "Recommendation CM/Rec(2012)2 of the Committee of Ministers to member States on the participation of children and young people under the age of 18" (Rakkomandazzjoni CM/Rec(2012)2 tal-Kumitat tal-Ministri lill-Istati membri dwar il-parteċipazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ taħt l-età ta' 18-il sena)

https://rm.coe.int/168046c478

"Youth Participation in Democratic Life" (Il-Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ fil-Ħajja Demokratika), EACEA, 2013

https://www.lse.ac.uk/business-and-consultancy/consulting/assets/documents/youth-participation-in-democratic-life.pdf

COM(2018) 269 final - SWD(2018) 168 final - Riżultati tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fil-qasam taż-żgħażagħ 2010-2018, li jakkumpanja d-dokument Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - L-Impenn, il-Konnessjoni u l-Għoti tas-Setgħa liż-żgħażagħ: Strateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A52018SC0168

"Insights into youth policy governance" (Tagħrif dwar il-governanza tal-politika għaż-żgħażagħ), Sħubija għaż-Żgħażagħ, 2018

https://pjp-eu.coe.int/documents/42128013/47261953/122018-Insights_web.pdf/99400a12-31e8-76e2-f062-95abec820808

"New and innovative forms of youth participation in decision-making processes" (Forom ġodda u innovattivi ta' parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-proċessi tat-teħid ta' deċiżjonijiet), Kunsill tal-Ewropa, Ottubru 2017

https://rm.coe.int/new-and-innovative-forms-of-youth-participation-in-decision-making-pro/1680759e6a

Dokument analitiku dwar il-Parteċipazzjoni taż-Żgħażagħ, "Young people political participation in Europe: What do we mean by participation?" (Il-parteċipazzjoni politika taż-żgħażagħ fl-Ewropa: X'nifhmu b'parteċipazzjoni?), Sħubija għaż-Żgħażagħ

https://pjp-eu.coe.int/documents/42128013/47261980/What+is+youth+participation.pdf/223f7d06-c766-41ea-b03c-38565efa971a

Partnership between the EU and the CoE in the field of youth (Sħubija bejn l-UE u l-KtE fil-qasam taż-żgħażagħ), 2020

https://pjp-eu.coe.int/en/web/youth-partnership

https://pjp-eu.coe.int/en/web/youth-partnership/covid-19

https://pjp-eu.coe.int/en/web/youth-partnership/latest-update-and-analysis

Parlament Ewropew, "COVID-19: MEPs ask to prevent lasting damage on youth and on sport" (COVID 19: Il-membri tal-PE jitolbu għall-prevenzjoni ta' ħsara dejjiema liż-żgħażagħ u lill-isport) (27 ta' Jannar 2021)

https://www.europarl.europa.eu/news/en/press-room/20210122IPR96224/covid-19-meps-ask-to-prevent-lasting-damage-on-youth-and-on-sport

OECD Policy Responses to Coronavirus (COVID-19) (Risposti Strateġiċi tal-OECD għall-Coronavirus), "Youth and COVID-19: Response, recovery and resilience" (Iż-żgħażagħ u l-COVID-19: Rispons, irkupru u reżiljenza" (11 ta' Ġunju 2020)

https://www.oecd.org/coronavirus/policy-responses/youth-and-covid-19-response-recovery-and-resilience-c40e61c6/#endnotea0z6

ILO, Youth employment (Impjieg taż-żgħażagħ)

https://www.ilo.org/global/topics/youth-employment/lang--en/index.htm

"Seven key findings from the Youth Governance Survey" (Seba' sejbiet ewlenin mill-Istħarriġ dwar il-Governanza taż-Żgħażagħ), OECD

http://www.oecd.org/mena/governance/seven-key-findings-from-the-youth-governance-survey.pdf

Id-dikjarazzjoni ta' Lisboa+21 dwar il-Politiki u l-Programmi dwar iż-Żgħażagħ, 2019

https://www.lisboa21.gov.pt/en/content/declaracao/declaration.html

Inizjattiva Bauhaus Ewropew Ġdid

https://europa.eu/new-european-bauhaus/index_mt


21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/13


Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Teknoloġiji tad-Data

għal Titjib tar-“Regolamentazzjoni Aħjar”

(2021/C 241/04)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

1.   

JIRRIKONOXXI li l-irkupru mill-effetti tal-pandemija tal-COVID-19 huwa sfida ekonomika u soċjali li qed tiffaċċa l-UE, u JTENNI li, biex jirreaġixxi għal dik l-isfida, il-qafas regolatorju tal-UE jeħtieġ li jkun kemm jista’ jkun kompetittiv, effettiv, effiċjenti, koerenti, prevedibbli, favorevoli għall-innovazzjoni, validu għall-futur, sostenibbli u reżiljenti (1).

2.   

JIRRIKONOXXI li r-Regolamentazzjoni Aħjar trid tkun fuq quddiem fl-aġenda u tieħu approċċ globali u wiesa’ sabiex tikkontribwixxi għat-tkabbir, il-kompetittività, il-benesseri soċjali u, fost l-oħrajn, għat-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-Unjoni u l-funzjonament tajjeb tas-Suq Uniku.

3.   

ITENNI li r-Regolamentazzjoni Aħjar hija wieħed mill-muturi ewlenin ta’ tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv, filwaqt li trawwem il-kompetittività u l-innovazzjoni, tippermetti d-diġitalizzazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi, u żżid it-trasparenza u l-appoġġ pubbliku għal-leġiżlazzjoni tal-UE; f’dan ir-rigward, JIRREFERI għall-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Diċembru 2014 (2), Mejju 2016 (3), Novembru 2018 (4), Novembru 2019 (5) u Frar u Novembru 2020 (6); IFAKKAR fir-responsabbiltà konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni li jipprovdu leġiżlazzjoni tal-Unjoni ta’ kwalità għolja, kif rikonoxxut minn dawn it-tliet istituzzjonijiet fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (7).

4.   

JIRRIKONOXXI li l-UE u l-Istati Membri tagħha qed jiffaċċaw bidliet ambjentali, teknoloġiċi u soċjetali kostanti u xi kultant ta’ tfixkil, u li l-leġiżlazzjoni tal-UE u l-proċeduri ta’ appoġġ għandhom ikunu kapaċi jadattaw għal dawn il-bidliet u jkunu mħejjija għal sfidi ġodda.

5.   

JISSOTTOLINJA li t-teknoloġiji tad-data jistgħu jikkontribwixxu għal valutazzjonijiet tal-impatt, evalwazzjonijiet u prospettiva aktar effettivi, aktar effiċjenti, li jieħdu inqas ħin u aktar robusti, b’appoġġ għal leġiżlazzjoni ta’ kwalità għolja, adattiva u inqas ta’ piż.

6.   

JINNOTA li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Regolazzjoni aħjar: nagħtu rendikont u nżommu l-impenn tagħna” ta’ April 2019 (8), li tiddikjara li “Għodod ta’ regolamentazzjoni aħjar huma applikati f’dinja li dejjem tinbidel fejn l-isfidi u l-prijoritajiet politiċi jevolvu b’mod kostanti. (...) F’dinja dejjem aktar kumplessa, huwa dejjem aktar importanti li wieħed jifhem l-impatti transsettorjali u li jidentifika l-opportunitajiet biex jiġu żviluppati sinerġiji u jiġu implimentati t-tweġibiet politiċi xierqa matul iċ-ċiklu sħiħ tal-politika mill-evalwazzjoni sal-implimentazzjoni” (9); barra minn hekk, JIEĦU NOTA tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “L-Intelliġenza Artifiċjali għall-Ewropa” ta’ April 2018 (10), Strateġija Ewropea għad-Data” ta’ Frar 2020 (11), il-“White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali” ta’ Frar 2020 (12), il-Konklużjonijiet tal-Kunsill “It-Tiswir tal-Futur Diġitali tal-Ewropa” ta’ Ġunju 2020 (13) kif ukoll il-proposta għal Regolament li jistabbilixxi regoli armonizzati dwar l-intelliġenza artifiċjali (Att dwar l-Intelliġenza Artifiċjali) (14) ta’ April 2021.

Leġiżlazzjoni li tibqa’ valida fil-futur u reżiljenti

7.

JAPPOĠĠA l-impenn kontinwu tal-Kummissjoni li tipprovdi leġiżlazzjoni effettiva, effiċjenti, li tibqa’ valida fil-futur u teknoloġikament newtrali f’konformità mal-prinċipji ta’ Regolamentazzjoni Aħjar, bil-għan li tippromwovi l-kompetittività u r-reżiljenza tal-ekonomija tal-UE, il-benesseri soċjali u l-funzjonament tas-Suq Uniku, issaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE bħala mexxejja fit-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali u tirrispetta l-valuri tal-Unjoni Ewropea u l-kapaċità tal-ġenerazzjonijiet futuri li jiżviluppaw.

8.

JAPPELLA lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-isforzi tagħha biex tinvolvi lill-pubbliku u lill-partijiet ikkonċernati, b’mod partikolari l-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju fl-applikazzjoni tal-prinċipju “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”, fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tal-UE tkun ċara, tipprovdi l-benefiċċji mistennija u ma toħloqx piżijiet bla bżonn, filwaqt li tibqa’ valida fil-futur u tiffavorixxi l-innovazzjoni; JINNOTA li l-għodod diġitali jistgħu jkunu ta’ għajnuna fil-ġbir u l-analiżi tal-kontributi tal-partijiet ikkonċernati.

Teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażat fuq l-evidenza

9.

JENFASIZZA li proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet robust u bbażat fuq l-evidenza huwa rekwiżit ewlieni għall-antiċipazzjoni tal-potenzjal u r-riskji tat-teknoloġiji emerġenti u għar-rispons għat-tibdil fil-klima.

10.

JINNOTA l-ħtieġa għal data affidabbli u ta’ kwalità għolja, miġbura maż-żmien mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, għal valutazzjonijiet tal-impatt, evalwazzjonijiet u prospettiva fil-livell tal-UE; JISTIEDEN lill-Kummissjoni ttejjeb il-kapaċità tagħha li taġġorna regolarment u timmassimizza l-aċċess miftuħ u l-użu (mill-ġdid) tad-data eżistenti rilevanti għal proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet sod u bbażat fuq l-evidenza.

Teknoloġiji tad-data li jappoġġaw Regolamentazzjoni Aħjar

11.

JISTIEDEN lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jużaw it-teknoloġiji tad-data biex jappoġġaw il-proċess leġiżlattiv, b’mod partikolari l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-valutazzjonijiet tal-impatt, l-infurzar u l-konformità, filwaqt li jikkontribwixxu għall-identifikazzjoni tal-potenzjal ta’ tnaqqis tal-piż fil-leġiżlazzjoni l-ġdida u eżistenti tal-UE u jappoġġaw il-formulazzjoni ta’ leġiżlazzjoni aktar teknoloġikament newtrali, immirata, li tibqa’ valida fil-futur u ta’ kwalità għolja.

12.

JIRRIKONOXXI li t-teknoloġiji tad-data jistgħu jgħinu fit-titjib tal-valutazzjoni tar-riskju (15) u jagħmlu r-regolamentazzjoni aktar reattiva għal dinja li qed tinbidel malajr, kif ukoll immirata aħjar għall-ħtiġijiet, il-perċezzjonijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini, l-amministrazzjonijiet u n-negozji.

13.

JISTIEDEN lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsegwu approċċ iċċentrat fuq il-bniedem ibbażat fuq il-valuri u d-drittijiet fundamentali meta jużaw teknoloġiji tad-data, bħall-intelliġenza artifiċjali, sabiex jiġi żgurat kemm jista’ jkun l-użu ta’ sorsi u metodi ta’ data ta’ kwalità għolja; jartikolaw u jinfurzaw standards etiċi b’rispett dovut għall-prinċipji ewlenin, filwaqt li jiżguraw is-sigurtà taċ-ċittadini u jissodisfaw l-aspettattivi leġittimi tagħhom; u jimmaniġġaw ir-riskji assoċjati mal-protezzjoni, il-privatezza u l-integrità tad-data, biex jiġu żgurati n-nondiskriminazzjoni u d-dinjità tal-bniedem.

14.

JENFASIZZA l-importanza ta’ kollaborazzjoni fil-livelli tal-UE, nazzjonali u reġjonali fl-applikazzjoni tat-teknoloġiji tad-data biex jittejjeb iċ-ċiklu ta’ politika tal-UE, inkluż il-fażi ta’ implimentazzjoni, li tikkontribwixxi għall-isforzi tal-Unjoni Ewropea biex tpoġġi lilha nnifisha fi rwol ta’ mexxejja dinjija f’ekonomija mmexxija mid-data.

15.

JAPPELLA għall-ħolqien ta’ spazji komuni Ewropej tad-data, kif imsemmi fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Strateġija Ewropea għad-Data” ta’ Frar 2020 (16), li għandhom ikunu sempliċi u mibnija fuq għodod interoperabbli biex jiġi żgurat skjerament rapidu u effiċjenti, li jippermetti, jekk possibbli u fejn adatt, li d-data tiġi amalgamata u kondiviża mill-Istati Membri biex jittejjeb l-użu ta’ għodod ta’ regolamentazzjoni aħjar, filwaqt li jiġu pprovduti sigurtà u protezzjoni tad-data robusti f’konformità mal-liġi tal-UE.

16.

JENFASIZZA li l-informazzjoni tas-settur pubbliku għandha tkun disponibbli għall-pubbliku kull meta jkun possibbli u xieraq, biex titrawwem it-trasparenza u l-użu mill-ġdid tad-data, f’konformità mad-Direttiva dwar id-Data Miftuħa (17) u r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (18), speċjalment biex jittejbu l-valutazzjonijiet tal-impatt, l-evalwazzjonijiet u l-prospettiva fil-livell tal-UE.

17.

JAPPELLA GĦAL sforz komuni biex tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-Ewropa, u biex jitfasslu politiki aħjar u qafas regolatorju li jibqa’ validu għall-futur, aktar favorevoli għall-innovazzjoni, prevedibbli, konsistenti u effiċjenti li jkun kapaċi jikseb riżultati konkreti b’mod partikolari fl-irkupru ekonomiku u soċjali ta’ wara l-COVID-19.

18.

JAPPELLA lill-Kummissjoni biex tinkludi l-użu tat-teknoloġiji tad-data fl-Istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar tagħha biex tappoġġa l-passi tat-tfassil tal-liġijiet, mill-valutazzjonijiet tal-impatt għall-attivitajiet taħt il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT).

19.

JISTIEDEN lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jingħaqdu fil-livell tal-UE biex jikkunsidraw kif jippromwovu l-użu ta’ teknoloġiji tad-data b’appoġġ għal leġiżlazzjoni mmexxija mid-data, diġitali b’mod awtomatiku u ta’ kwalità għolja, b’kont debitu meħud tal-qafas ġenerali ta’ Regolamentazzjoni Aħjar.

(1)  13026/20

(2)  16000/14

(3)  95/80/16

(4)  14137/18

(5)  14656/19

(6)  6232/20 u 13026/20

(7)  Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (premessa 2).

(8)  8648/19 + ADD 1

(9)  Paġna. 4, l-ewwel paragrafu

(10)  8507/18 + ADD 1

(11)  6250/20

(12)  6266/20

(13)  8711/20

(14)  ST 8115/21 + ADD 1 - 5

(15)  Strumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar, l-istrument #15

(16)  6250/20.

(17)  Id-Direttiva (UE) 2019/1024 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar id-data miftuħa u l-użu mill-ġdid tal-informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 172, 26.6.2019, p. 56).

(18)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il- moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).


Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/16


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta’ Ġunju 2021

(2021/C 241/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1898

JPY

Yen Ġappuniż

131,12

DKK

Krona Daniża

7,4364

GBP

Lira Sterlina

0,85785

SEK

Krona Żvediża

10,2330

CHF

Frank Żvizzeru

1,0941

ISK

Krona Iżlandiża

146,40

NOK

Krona Norveġiża

10,2868

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,519

HUF

Forint Ungeriż

355,41

PLN

Zloty Pollakk

4,5492

RON

Leu Rumen

4,9249

TRY

Lira Turka

10,3459

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5832

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4721

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

9,2379

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7069

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5978

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 347,13

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,8223

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6619

HRK

Kuna Kroata

7,4985

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 174,78

MYR

Ringgit Malażjan

4,9246

PHP

Peso Filippin

57,616

RUB

Rouble Russu

86,0172

THB

Baht Tajlandiż

37,419

BRL

Real Brażiljan

5,9575

MXN

Peso Messikan

24,3373

INR

Rupi Indjan

88,0297


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/17


Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza / ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Lulju 2021

(Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE ) Nru 794 /2004 (1) tal-21 ta’ April 2004)

(2021/C 241/06)

Ir-rati ta’ bażi huma kkalkulati f’konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad iridu jkunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ skont dan ifisser li kellu jiġi miżjud marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tal-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru tiġi kkalkulata wkoll biż-żieda ta’ 100 punti bażi għar-rata bażi.

Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.

It-tabella preċedenti kienet ippubblikata fil-ĠU C 201, 28.5.2021, p. 10.

Minn

Sa

AT

BE

BG

CY

CZ

DE

DK

EE

EL

ES

FI

FR

HR

HU

IE

IT

LT

LU

LV

MT

NL

PL

PT

RO

SE

SI

SK

UK

1.7.2021

-0,45

-0,45

0,00

-0,45

0,60

-0,45

0,04

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,22

0,93

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,15

-0,45

1,75

0,01

-0,45

-0,45

0,15

1.6.2021

30.6.2021

-0,45

-0,45

0,00

-0,45

0,50

-0,45

0,04

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,22

0,80

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,15

-0,45

1,75

0,01

-0,45

-0,45

0,15

1.5.2021

31.5.2021

-0,45

-0,45

0,00

-0,45

0,50

-0,45

0,04

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,22

0,80

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,15

-0,45

1,75

0,01

-0,45

-0,45

0,11

1.4.2021

30.4.2021

-0,45

-0,45

0,00

-0,45

0,50

-0,45

0,04

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,22

0,80

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,15

-0,45

1,75

-0,02

-0,45

-0,45

0,11

1.3.2021

31.3.2021

-0,45

-0,45

0,00

-0,45

0,44

-0,45

0,04

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,22

0,80

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,15

-0,45

2,07

-0,02

-0,45

-0,45

0,11

1.2.2021

28.2.2021

-0,45

-0,45

0,00

-0,45

0,44

-0,45

0,05

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,22

0,80

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,19

-0,45

2,07

-0,02

-0,45

-0,45

0,12

1.1.2021

31.1.2021

-0,45

-0,45

0,00

-0,45

0,44

-0,45

0,06

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,22

0,80

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

-0,45

0,23

-0,45

2,07

0,00

-0,45

-0,45

0,15


(1)  ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/18


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10264 — SoftBank/Altor Fund Manager/Iyuno)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 241/07)

1.   

Fil-11 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)..

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

SoftBank Group (“SoftBank”, il-Ġappun),

Altor Fund Manager AB (“Altor Fund Manager”, l-Isvezja),

Iyuno Sweden Holding I AB (“Iyuno”, l-Isvezja).

SoftBank u Altor Fund Manager jakkwistaw il-kontroll bi sħab ta’ Iyuno, li bħalissa hija kkontrollata biss minn Alton Fund Manager, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

SoftBank: SoftBank huwa l-kumpanija prinċipali ta’ portafoll globali ta’ sussidjarji u affiljati involuti fit-telekomunikazzjonijiet avvanzati, is-servizzi tal-internet, l-Internet tal-Oġġetti, ir-robotika u l-fornituri tat-teknoloġija tal-enerġija nadifa,

Altor Fund Manager: Altor Fund Manager tiġġestixxi l-fond ta’ grupp ta’ fondi ta’ ekwità privata, inkluż Altor Fund IV li huwa l-fond Altor li għamel l-investiment f’Iyuno. Altor Fund IV hija fond ta’ ekwità privata li tiffoka fuq investimenti fis-segment tas-suq medju tar-reġjun Nordiku,

Iyuno: kumpanija globali tat-teknoloġija tad-divertiment u tal-lokalizzazzjoni tal-media. Iyuno tipprovdi servizzi ta’ dubbing, sottotitolar u inġinerija tal-media f’aktar minn 100 lingwa lill-industrija tal-media u d-divertiment. Il-kumpanija tħaddem network ta’ studios ta’ reġistrazzjoni madwar id-dinja, li jikkonsisti minn 67 faċilità lokali bi sjieda sħiħa, mifruxa f’34 pajjiż fl-Ewropa, l-Asja u l-Ameriki.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10264 — SoftBank/Altor Fund Manager/Iyuno

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


21.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 241/20


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10250 — Accor/Keys/Hotel Portfolio)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 241/08)

1.   

Fil-11 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Keys REIM (“Keys”, Franza), li finalment huma kkontrollati mill-grupp BPCE (“BPCE”, Franza),

Accor SA (“Accor”, Franza),

Hotel Portfolio (Franza).

Keys, permezz ta’ impriża bi sħab ġdida (joint venture, JV) (LeaseCo, Franza) u Accor, permezz ta’ impriża bi sħab ġdida (ManCo, Franza) jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3 (4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Hotel Portfolio.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Keys: kumpanija tal-ġestjoni tal-assi speċjalizzata fl-akkwiżizzjoni u l-ġestjoni ta’ assi immobiljari, li finalment hija kkontrollata mill-grupp bankarju Franċiż BPCE. L-assi ġestiti minn Keys jinsabu prinċipalment fi Franza,

Accor: grupp ta’ lukandi li l-ishma tiegħu huma kkwotati f’NYSE Euronext Paris. Accor hija prinċipalment attiva fis-settur tal-lukandi bħala maniġer tal-lukandi u franchisor fl-Ewropa, l-Asja, il-Lvant Nofsani, l-Afrika, l-Amerka ta’ Fuq u Ċentrali u l-Amerka t’Isfel. Accor tmexxi wkoll b’mod marġinali negozju ta’ każinò,

Hotel Portfolio: jikkonsisti minn 17-il lukanda kummerċjali u sitt lukandi pipeline, l-aktar tal-kategoriji ta’ kumdità fuq skala medja u fuq skala kbira, li jinsabu fl-Awstrija (Vjenna), id-Danimarka (Kopenħagen), il-Ġermanja (Berlin, Cologne, Dusseldorf, Frankfurt, Hamburg, Munich), Franza (Bordeaux, Hossegor, Lyon, Marsilja, Pariġi), l-Italja (Firenze) u l-Iżvizzera.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10250 — Accor/Keys/Hotel Portfolio

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).