ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 236

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
18 ta' Ġunju 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 236/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10221 — PLD/NBIM/Target Assets) ( 1 )

1

2021/C 236/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9936 — Imabari Shipbuilding/JFE/IHI/Japan Marine United) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 236/03

Rata tal-kambju tal-euro — Is-17 ta’ Ġunju 2021

3

2021/C 236/04

Il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali — id-Deċiżjoni Nru S11 tad-9 ta’ Diċembru 2020 dwar proċeduri ta’ ħlas lura għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 ( 2 )

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 236/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10315 — BCI/ABP/TIG/Certain assets of Arauco) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10

2021/C 236/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10317 — Macquarie/Warburg Pincus/PTSG) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

12

2021/C 236/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10280 – ABP/Slaney/Linden) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

14


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10221 — PLD/NBIM/Target Assets)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 236/01)

Fit 14 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10221. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9936 — Imabari Shipbuilding/JFE/IHI/Japan Marine United)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 236/02)

Fit 16 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9936. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ Ġunju 2021

(2021/C 236/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1937

JPY

Yen Ġappuniż

132,09

DKK

Krona Daniża

7,4369

GBP

Lira Sterlina

0,85525

SEK

Krona Żvediża

10,1905

CHF

Frank Żvizzeru

1,0925

ISK

Krona Iżlandiża

146,80

NOK

Krona Norveġiża

10,1973

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,510

HUF

Forint Ungeriż

354,30

PLN

Zloty Pollakk

4,5375

RON

Leu Rumen

4,9243

TRY

Lira Turka

10,3103

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5763

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4718

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

9,2694

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7025

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6000

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 354,06

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,8057

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6877

HRK

Kuna Kroata

7,4950

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 266,58

MYR

Ringgit Malażjan

4,9419

PHP

Peso Filippin

57,842

RUB

Rouble Russu

86,4188

THB

Baht Tajlandiż

37,482

BRL

Real Brażiljan

6,0286

MXN

Peso Messikan

24,4406

INR

Rupi Indjan

88,4810


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


18.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/4


IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI

ID-DEĊIŻJONINru S11

tad-9 ta’ Diċembru 2020

dwar proċeduri ta’ ħlas lura għall-implimentazzjoni tal-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE u għall-Ftehim KE/Żvizzera)

(2021/C 236/04)

IL-KUMMISSJONI AMMINISTRATTIVA GĦALL-KOORDINAZZJONI TAS-SISTEMI TAS-SIGURTÀ SOĊJALI,

Wara li kkunsidrat l-Artikolu 72(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), li skont l-Kummissjoni Amministrattiva għandha r-responsabbiltà li tittratta l-mistoqsijiet amministrattivi jew il-mistoqsijiet dwar l-interpretazzjoni kollha li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 (2),

Wara li kkunsidrat l-Artikoli 35 u 41 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Wara li kkunsidrat l-Artikoli 66 sa 68 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009,

Filwaqt li taġixxi skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004,

Billi:

(1)

L-ispejjeż tal-benefiċċji in natura mogħtija mill-istituzzjoni ta’ Stat Membru wieħed f’isem l-istituzzjoni ta’ Stat Membru ieħor, għandhom jitħallsu lura kollha kemm huma.

(2)

Il-ħlasijiet lura bejn l-istituzzjonijiet, sakemm ma jkunx miftiehem mod ieħor, għandhom jitwettqu bla dewmien u effiċjenti biex tiġi evitata akkumulazzjoni ta’ kontijiet li jibqgħu pendenti għal perjodi itwal ta’ żmien.

(3)

L-akkumulazzjoni ta’ kontijiet, jista’ jipperikola l-effiċjenza tas-sistema tal-Unjoni u thedded id-dritt tal-individwi.

(4)

Il-Kummissjoni Amministrattiva fid-Deċiżjoni Nru S1 iddeċidiet li l-istituzzjoni tal-post ta’ żjara għandha titħallas lura għall-ispejjeż tal-kura tas-saħħa pprovduta abbażi ta’ Karta tal-Assigurazzjoni tas-Saħħa Ewropea valida.

(5)

Filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu l-għan tad-dispożizzjonijiet finanzjarji biex jitħaffu l-proċeduri huwa meqjus neċessarju li jiġu previsti skadenzi biex tinbeda l-proċedura msemmija fl-Artikolu 67(7) tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

(6)

Ftehim komuni dwar l-aħjar prattiki, jikkontribwixxi għal riżoluzzjoni ta’ ħlasijiet lura b’mod rapidu u effiċjenti bejn l-istituzzjonijiet,

IDDEĊIDIET KIF ĠEJ:

A.   Ħlas lura abbażi ta’ nefqa attwali (l-Artikolu 62 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009)

Artikolu 1

L-istituzzjoni li titlob ħlas lura abbażi ta’ nefqa attwali, għandha tintroduċi kont sa mhux aktar tard kif indikat fl-Artikolu 67(1) Regolament (KE) Nru 987/2009 (minn hawn ’il quddiem imsejjaħ: “ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni”). L-istituzzjoni li tirċievi kont, għandha tiżgura l-ħlas tat-talba fiż-żmien previst fl-Artikolu 67(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, iżda qabel dan il-limitu ta’ żmien hekk kif tkun f’pożizzjoni li tagħmel dan.

Artikolu 2

1.   Talbiet għal ħlas lura ta’ benefiċċji, li jkunu ġew ipprovduti abbażi tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa Ewropea (EHIC), dokument li jissostitwixxi l-EHIC jew kwalunkwe dokument ieħor ta’ intitolament, jistgħu jiġu miċħuda u t-talba mibgħuta lura lill-istituzzjoni kreditriċi fil-każ li t-talba, pereżempju:

ma tkunx kompluta u/jew tkun imtliet b’mod ħażin,

tkun tikkonċerna benefiċċji li ma ngħatawx fil-perjodu ta’ validità tal-EHIC jew tad-dokument ta’ intitolament użat mir-riċevitur tal-benefiċċji.

2.   Talba ma tistax tiġi miċħuda minħabba li l-persuna ma tkunx għadha assikurata mal-istituzzjoni, li tkun ħarġet l-EHIC jew id-dokument ta’ intitolament, sakemm il-benefiċċji kienu mogħtija lill-benefiċjarju fil-perjodu ta’ validità tad-dokument użat.

3.   Istituzzjoni li tkun obbligata li tħallas lura l-ispejjeż ta’ benefiċċji pprovduti abbażi tal-EHIC tista’ titlob li l-istituzzjoni li magħha l-persuna kienet ġustament irreġistrata fil-ħin tal-għoti tal-benefiċċji għandha tirrifondi l-ispejjeż ta’ dawk il-benefiċċji lill-ewwel istituzzjoni, jew jekk il-persuna ma kinitx intitolata li tuża l-EHIC, issolvi l-kwistjoni mal-persuna kkonċernata.

Artikolu 3

Talba ma tistax tiġi riveduta mill-istituzzjoni debitriċi fir-rigward tal-konformità tagħha mal-Artikoli 19 u 27(1) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet validi biex wieħed jissuspetta l-abbuż kif iċċarat skont il-ġurisprudenza mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (3). L-istituzzjoni debitriċi hija għaldaqstant obbligata li taċċetta l-informazzjoni li fuqha hija bbażata t-talba u li tħallas lura t-talba. Fil-każ li jkun hemm suspett ta’ abbuż l-istituzzjoni debitriċi tista’ għal raġunijiet rilevanti tiċħad it-talba kif dispost skont l-Artikolu 67(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

Artikolu 4

Għall-fini tal-applikazzjoni tal-Artikoli 2 u 3, jekk l-istituzzjoni debitriċi jkollha dubji dwar l-eżattezza tal-fatti, li fuqhom it-talba tkun ibbażata, huwa f’idejn l-istituzzjoni kreditriċi li terġa’ tikkunsidra jekk it-talba kinitx maħruġa kif suppost u, skont kif ikun xieraq, jekk it-talba għandhiex tiġi rtirata jew ikkalkolata mill-ġdid.

Artikolu 5

Talba, li tiġi introdotta wara l-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 67(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, ma għandhiex tiġi kkunsidrata.

B.   Ħlas lura abbażi ta’ ammonti fissi (l-Artikolu 63 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni)

Artikolu 6

L-inventarju previst fl-Artikolu 64(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandu jiġi ppreżentat lill-Istituzzjoni Kompetenti tal-Istat Membru debitur sal-aħħar tas-sena wara s-sena ta’ referenza, u t-talbiet ibbażati fuq dan l-inventarju għandhom jiġu introdotti lill-istess Istituzzjoni kemm jista’ jkun malajr wara l-pubblikazzjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tal-ammonti fissi annwali għal kull persuna, iżda fil-limitu ta’ żmien previst fl-Artikolu 67(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

Artikolu 7

Kull meta jkun possibbli l-istituzzjoni kreditriċi għandha tippreżenta t-talbiet li jikkonċernaw is-sena kalendarja partikolari fl-istess okkażjoni lill-istituzzjoni debitriċi.

Artikolu 8

L-istituzzjoni debitriċi li tirċievi talba għal ħlas lura abbażi ta’ ammonti fissi għandha tiżgura l-ħlas tat-talba fiż-żmien previst mill-Artikolu 67(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, iżda qabel dan il-limitu ta’ żmien malli din tkun f’pożizzjoni li tagħmel dan.

Artikolu 9

Talba li tiġi introdotta wara l-iskadenza speċifikata fl-Artikolu 67(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni ma għandhiex tiġi kkunsidrata.

Artikolu 10

Talba għal ħlas lura abbażi ta’ ammonti fissi tista’ tiġi miċħuda u mibgħuta lura lill-istituzzjoni kreditriċi fil-każ li t-talba, per eżempju:

ma tkunx kompluta u/jew tkun imtliet b’mod ħażin,

tirreferi għal perjodu ta’ żmien li ma jkunx kopert mir-reġistrazzjoni fuq il-bażi ta’ dokument validu ta’ intitolament.

Artikolu 11

Jekk l-istituzzjoni debitriċi tesprimi dubji dwar l-eżattezza tal-fatti li fuqhom it-talba hija bbażata, huwa f’idejn l-istituzzjoni kreditriċi li terġa’ tikkunsidra jekk il-kont sarx kif suppost u, skont kif ikun xieraq, jekk it-talba għandhiex tiġi rtirata jew ikkalkolata mill-ġdid.

C.   Ħlas ta’ talbiet (l-Artikolu 67 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni)

Artikolu 12

1.   F’konformità mal-Artikolu 67(5) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-ebda talba ma tista’ tiġi kkontestata wara 18-il xahar minn tmiem ix-xahar li matulu dawn ġew introdotti lill-Istituzzjoni Kompetenti tal-Istat Membru debitur.

2.   Meta l-Istituzzjoni Kompetenti tal-Istat Membru kreditur ma jkunx wieġeb u ma jkunx issottometta l-evidenza mitluba fi żmien 12-il xahar minn tmiem ix-xahar li matulu l-kontestazzjoni tkun waslet għand l-Istituzzjoni Kompetenti tal-Istat Membru kreditur, il-kontestazzjoni għandha titqies bħala aċċettata mill-Istat Membru kreditur u t-talba jew il-partijiet rilevanti tagħha għandhom ikunu definittivament miċħuda.

D.   Ħlasijiet parzjali u mgħaxijiet fuq ħlasijiet tardivi (l-Artikolu 68 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni)

Artikolu 13

Fil-każ li jsir ħlas parzjali skont l-Artikolu 68 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, l-ammont tal-ħlas parzjali għandu jkun iddeterminat separatament għat-talbiet abbażi ta’ nefqa reali (l-Artikolu 67(1) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni) u talbiet abbażi ta’ ammonti fissi (l-Artikolu 67(2) tar-Regolament tal-Implimentazzjoni).

Artikolu 14

1.   Il-ħlas parzjali skont l-Artikolu 68(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandu jirrappreżenta tal-anqas 90 % tal-ammont totali tat-talba inizjali magħmula mill-korp ta’ kollegament tal-Istat Membru kreditur.

2.   Jekk l-Istat Membru kreditur għamel dikjarazzjoni ġenerali li jaċċetta ħlasijiet parzjali, tali pagamenti se jitqiesu awtomatikament aċċettati. Il-Bord ta’ Verifika għandu jħejji lista tal-Istati Membri li ddikjaraw li huma jaċċettaw il-ħlasijiet parzjali.

3.   L-Istati Membri li ma ddikjarawx li huma aċċettaw il-ħlasijiet parzjali ġeneralment għandhom iwieġbu għal offerti speċifiċi ta’ ħlas parzjali fi żmien sitt xhur, mit-tmiem tax-xahar li fih ġiet introdotta t-talba. Fin-nuqqas ta’ tweġiba fil-perjodu ta’ żmien stabbilit, il-ħlas parzjali se jkun ikun ikkunsidrat bħala aċċettat u għandu jiġi eżegwit.

Artikolu 15

1.   Fil-ħlas ta’ talba li għaliha tkun saret ħlas parzjali, id-debitur għandu jkun marbut biss li jħallas id-differenza bejn l-ammont finali tat-talba u l-ħlas parzjali.

2.   Jekk l-ammont tat-talba huwa anqas mill-kontenut tal-ħlas parzjali iddeterminat abbażi tal-ammont oriġinali tat-talba, l-Istat Membru għandu jew:

(a)

Iħallas lura l-ammont żejjed lill-Istat Membru debitur. Tali tranżizzjoni ta’ ħlas għandha titwettaq mill-Istituzzjoni Kompetenti tal-Istat Membru kreditur mingħajr l-ebda dewmien, u mhux aktar tard minn sitt xhur wara tmiem ix-xahar li matulu l-ammont tat-talba kienet stabbilita; jew

(b)

Jiftiehem mal-Istat Membru debitur biex jirkupra l-ammont żejjed permezz ta’ tpaċija ta’ talba sussegwenti. L-att tal-ħlas għandu jidentifika ċarament l-ammont żejjed irkuprat permezz tat-talba sussegwenti.

3.   L-imgħax iġġenerat minn ħlas parzjali mhux se jnaqqas id-dejn tal-Istat Membru debitur u għandu jibqa’ bħala ass tal-Istat Membru kreditur.

Artikolu 16

1.   L-imgħaxijiet fuq ħlasijiet tardivi mitluba skont l-Artikolu 68(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni għandhom jiġu kkalkolati abbażi tax-xhur skont il-formula li ġejja:

Image 1

Fejn:

I tirrappreżenta l-imgħax fuq ħlas tardiv.

PV (“valur preżenti”) jirrappreżenta l-valur tal-ħlas tardiv; il-valur li qed jiġi stabbilit bħala l-ammont tat-talba pendenti li ma tħallasx fil-limiti taż-żmien stabbiliti fl-Artikoli 67(5) u 67(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u li ma kienx kopert minn ħlas parzjali f’konformità mal-Artikolu 68(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni. Il-valur attwali għandu jinkludi biss it-talba jew il-partijiet tagħha, li ġew irikonoxxuti reċiprokament mid-debitur u mill-Istati Membri kredituri bħala validi, anke jekk it-talba kollha jew parti minnha kienet soġġetta għal proċedura ta’ kontestazzjoni.

i tirrappreżenta r-rata tal-imgħax annwali stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, li kienet fis-seħħ fl-ewwel jum tax-xahar meta l-ħlas kien dovut.

n tirrappreżenta l-perjodu (xhur) li jibda bl-ewwel xahar wara li l-iskadenzi speċifikati fl-Artikolu 68(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni jkunu għaddew, u jkompli sa u jinkludi x-xahar ta’ qabel ix-xahar li matulu l-ħlas kien riċevut. Skont l-Artikolu 67(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, il-perjodu m’għandux jiġi interrott matul il-proċedura.

2.   It-talba għall-imgħax fuq il-ħlas tardiv għandu jiġu introdott mill-Istituzzjoni Kompetenti tal-Istat Membru kreditur lill-Istituzzjoni Kompetenti tal-Istat Membru debitur fi żmien sitt xhur wara x-xahar li matulu sar il-ħlas tardiv.

3.   Mhux se tiġi kkunsidrata t-talba għall-imgħaxijiet fuq ħlasijiet tardivi introdotti wara l-iskadenza stabbilita fil-paragrafu 2.

Artikolu 17

1.   L-imgħax fuq il-ħlas tardiv għandu jitħallas lill-Istituzzjoni Kompetenti tal-Istat Membru kreditur fi żmien 12-il xahar minn tmiem ix-xahar li matulu ġiet introdotta t-talba lill-Istituzzjoni Kompetenti tal-Istat Membru debitur.

2.   Fuq talba raġunata minn waħda mill-partijiet, il-Bord ta’ Verifika għandu jiffaċilita l-għeluq finali tal-kontijiet fejn riżoluzzjoni tat-talba għall-imgħax fuq ħlas tardiv ma ntlaħqitx fi ħdan il-perjodi stabbiliti fil-paragrafu 1. L-opinjoni valida tal-Bord ta’ Verifika għandha tingħata fi żmien sitt xhur mid-data li fiha l-kwistjoni kienet irriferuta lilha.

E.   Dispożizzjonijiet mixxellanji

Artikolu 18

1.   Għall-iskop tal-ħlasijiet msemmija fid-Deċiżjoni, id-data tal-ħlas hija id-data tal-valur tat-tranżazzjoni kif introdotta mill-istituzzjoni bankarja tal-Istituzzjoni Kompetenti tal-Istat Membru kreditur.

2.   L-Istituzzjoni Kompetenti tal-Istat Membru debitur għandu jinnotifika l-wasla ta’ talba introdotta fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tat-talba. In-notifika għandha tispeċifika d-data ta’ meta waslet it-talba.

3.   Żewġ Stati Membri jew aktar, jew l-awtoritajiet kompetenti jew l-Istituzzjonijiet Kompetenti tagħhom, jistgħu jirrinunzjaw jew jipprovdu għal metodi oħra tar-riżoluzzjoni għall-punti koperti minn din id-Deċiżjoni.

4.   L-opinjoni tal-Bord ta’ Verifika, mogħtija skont l-Artikolu 67(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, tista’ tirrinunzja jew tipprovdi għal metodi oħra ta’ riżoluzzjoni għall-punti koperti minn din id-Deċiżjoni, b’kont meħud tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni tajba bejn l-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tal-Istati Membri.

F.   Riżoluzzjoni finali tat-talbiet

Artikolu 19

1.   Talbiet ikkontestati li ma jkunux riżolti fil-perjodu stabbilit fl-Artikolu 67(6) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni u li għalihom l-ebda parti ma tkun bdiet il-proċedura skont l-Artikolu 67(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni fi żmien erbgħa u għorxin (24) xahar wara li jintemm dan il-perjodu għandhom jitqiesu bħala skaduti. Matul dan il-perjodu ta’ erbgħa u għorxin (24) xahar iż-żewġ partijiet għandhom ikomplu jsegwu riżoluzzjoni finali ta’ dawn il-każijiet sakemm tinbeda l-proċedura skont l-Artikolu 67(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

2.   B’deroga mill-paragrafu 1 biex tinbeda l-proċedura skont l-Artikolu 67(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, għandhom japplikaw l-iskadenzi li ġejjin:

(a)

Talbiet ikkontestati li ġew introdotti mill-1 ta’ Mejju 2010 sal-31 ta’ Diċembru 2013 għandhom jitqiesu bħala skaduti jekk l-ebda parti ma tibda l-proċedura skont l-Artikolu 67(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni fi żmien erbgħa u għorxin (24) xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

(b)

Talbiet ikkontestati li ġew introdotti mill-1 ta’ Jannar 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2015 għandhom jitqiesu bħala skaduti jekk l-ebda parti ma tibda l-proċedura skont l-Artikolu 67(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni fi żmien sitta u tletin (36) xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

(c)

Talbiet ikkontestati li ġew introdotti mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2017 għandhom jitqiesu bħala skaduti jekk l-ebda parti ma tibda l-proċedura skont l-Artikolu 67(7) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni fi żmien tmienja u erbgħin (48) xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 japplikaw biss għal talbiet li huma soġġetti għar-regoli ta’ proċedura f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 66 sa 68 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni.

4.   L-Istituzzjonijiet Kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jaqblu bejniethom dwar r-riżoluzzjoni finali tat-talbiet għall-istituzzjonijiet fi ħdan il-qasam ta’ responsabbiltà tagħhom. Ftehimiet bħal dawn jistgħu jinkludu wkoll soluzzjonijiet ġenerali mingħajr ma jitqiesu każijiet individwali.

G.   DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 20

1.   L-istituzzjonijiet għandhom jiżguraw li hemm kooperazzjoni tajba bejniethom u jaġixxu daqs li kieku qegħdin jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tagħhom stess.

2.   Din id-Deċiżjoni se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Se tapplika mill-ewwel jum wara dak tal-pubblikazzjoni għat-talbiet kollha għall-ħlas lura abbażi ta’ nefqa attwali rreġistrata fil-kontijiet tal-Istat Membru kreditur wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 u għat-talbiet kollha għall-ħlas lura abbażi ta’ ammonti fissi ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 987/2009.

3.   Din id-Deċiżjoni tissostitwixxi d-Deċiżjoni Nru S9 tal-20 ta’ Ġunju 2013 (4).

4.   B’deroga mill-paragrafu 2, l-Artikoli 12(2) u 18(2) japplikaw għat-talbiet imsemmija fil-paragrafu 2 li ġew introdotti lill-Istituzzjoni Kompetenti tal-Istat Membru debitur wara s-27 ta’ Settembru 2013.

Il-President tal-Kummissjoni Amministrattiva

Moira KETTNER


(1)  ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1.

(2)  ĠU L 284, 30.10.2009, p. 1

(3)  Is-Sentenza tat-12 ta’ April 2005 fil-kawża C-145/03 “Heirs of Annette Keller v Instituto Nacional de la Seguridad Social (INSS) and Instituto Nacional de Gestión Sanitaria (Ingesa)”, ECLI:EU:C:2005:211.

(4)  ĠU C 279, 27.9.2013, p. 8.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10315 — BCI/ABP/TIG/Certain assets of Arauco)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 236/05)

1.   

Fl-4 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

British Columbia Investment Management Corporation (“BCI”, il-Kanada);

Stichting Pensioenfonds ABP (“ABP”, in-Netherlands);

Timberland Investment Group, LLC (“TIG”), ikkontrollata minn Banco BTG Pactual S.A. (“BTG Pactual”, il-Brażil);

BTG Inversiones Pactual Forestales Fondo de Inversión (“Newco”, iċ-Ċilì); kif ukoll

Assi li jinkludu madwar 80 000 ettaru ta’ boskijiet fir-reġjuni Ċileni ta’ Maule, Araucanía u Los Lagos (“il-Kumpanija fil-Mira”, iċ-Ċilì).

BCI, ABP u TIG jakkwistaw, permezz tal-interessi rispettivi tagħhom f’Newco, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpanija fil-Mira kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi u l-ħolqien ta’ Newco biex takkwista u tisfrutta dawk l-assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

BCI: investitur f’firxa ta’ klassijiet ta’ assi, inklużi introjtu fiss, ekwitajiet pubbliċi, ekwità privata, infrastruttura, riżorsi rinnovabbli, proprjetà immobbli u ipoteki kummerċjali.

ABP: fond tal-pensjoni għall-impjegati tal-gvern u tal-edukazzjoni fin-Netherlands.

TIG: organizzazzjoni ta’ ġestjoni tal-investimenti f’artijiet bis-siġar imkabbra għall-injam (timberland).

Newco: fond ġdid ta’ investiment pubbliku Ċilen ikkontrollat bi sħab mill-BCI, APB u TIG, maħluq bil-għan li tinkiseb u tiġi sfruttata l-Kumpanija fil-Mira.

il-Kumpanija fil-Mira: Il-kumpanija fil-mira tinkludi 80 000 ettaru ta’ artijiet bis-siġar imkabbra għall-injam fir-reġjuni Ċileni ta’ Maule, Araucanía u Los Lagos.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10315 — BCI/ABP/TIG/Certain assets of Arauco

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


18.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10317 — Macquarie/Warburg Pincus/PTSG)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 236/06)

1.   

Fil-11 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Macquarie Group Limited (“Macquarie”, ir-Renju Unit),

Premier Technical Services Group Limited (“PTSG”, ir-Renju Unit)

Warburg Pincus u Macquarie jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ PTSG.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Warburg Pincus: ġestjoni ta’ fondi ta’ ekwità privata; Il-kumpaniji tal-portafoll ta’ Warburg Pincus huma attivi f’varjetà ta’ setturi, inklużi l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, is-servizzi industrijali u tan-negozju, it-teknoloġija, il-media u t-telekomunikazzjonijiet,

Macquarie: il-ġestjoni tal-assi u l-finanzi, servizzi bankarji, servizzi ta’ konsulenza u soluzzjonijiet tar-riskju u l-kapital madwar dejn, ekwità u prodotti bażiċi; Macquarie għandha interessi f’għadd ta’ kumpaniji f’diversi setturi tal-industrija, inklużi, iżda mhux limitati għal, utilitajiet tal-enerġija fl-Ewropa,

PTSG: forniment ta’ tagħmir tas-sikurezza tal-bini u servizzi ta’ manutenzjoni inkluż aċċess għall-faċċati u servizzi ta’ tagħmir għall-prevenzjoni tal-waqgħat, protezzjoni mis-sajjetti u ttestjar elettriku, aċċess speċjalizzat għall-bini u soluzzjonijiet tan-nar.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10317 — Macquarie/Warburg Pincus/PTSG

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


18.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 236/14


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10280 – ABP/Slaney/Linden)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 236/07)

1.   

Fl-10 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

ABP Food Group (“ABP”, l-Irlanda),

Slaney Foods International (“Slaney”, l-Irlanda), bħalissa hija kkontrollata bi sħab minn ABP u Fane Valley,

Linden Foods Limited (“Linden”, l-Irlanda), li bħalissa hija kkontrollata bi sħab minn ABP u Fane Valley.

ABP takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Slaney u Lindon kollha kemm huma. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

ABP: il-qtil ta’ annimali bovini u ovini (ħrief u nagħaġ), l-ipproċessar tal-laħam tagħhom u l-ġbir u l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali assoċjati,

Slaney u Linden: il-qtil ta’ annimali bovini u ovini, l-ipproċessar tal-laħam tagħhom u l-ġbir u l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-annimali fl-Irlanda u fil-Belġju għal Slaney u fir-Renju Unit għal Linden.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10280 - ABP/Slaney/Linden

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.