ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 229

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
15 ta' Ġunju 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 229/01

Rata tal-kambju tal-euro — L-14 ta’ Ġunju 2021

1

2021/C 229/02

Aġġornament interim tal-ponderazzjonijiet applikabbli għar- remunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jservu f’pajjiżi terzi

2

2021/C 229/03

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Ġunju 2021 rigward il-liċenzjar tal-logo Natura 2000

6

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2021/C 229/04

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Reġim Pilota għall-Infrastrutturi tas-Suq abbażi tat-Teknoloġija tar-Reġistru Distribwit (It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit elettroniku tal-EDPS www.edps.europa.eu)

13

2021/C 229/05

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) 1060/2009, (UE) 648/2012, (UE) 600/2014 u (UE) 909/2014 (It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)

16


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 229/06

Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati permezz tal-programm ta’ ħidma 2021-2022 ta’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027)

19


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 229/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta’ Ġunju 2021

(2021/C 229/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2112

JPY

Yen Ġappuniż

132,95

DKK

Krona Daniża

7,4361

GBP

Lira Sterlina

0,85898

SEK

Krona Żvediża

10,0944

CHF

Frank Żvizzeru

1,0889

ISK

Krona Iżlandiża

147,20

NOK

Krona Norveġiża

10,0828

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,422

HUF

Forint Ungeriż

351,14

PLN

Zloty Pollakk

4,5152

RON

Leu Rumen

4,9203

TRY

Lira Turka

10,1380

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5696

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4737

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

9,4008

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6959

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6070

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 355,07

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,7159

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7501

HRK

Kuna Kroata

7,4890

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 267,62

MYR

Ringgit Malażjan

4,9841

PHP

Peso Filippin

57,969

RUB

Rouble Russu

87,5040

THB

Baht Tajlandiż

37,717

BRL

Real Brażiljan

6,1846

MXN

Peso Messikan

24,1179

INR

Rupi Indjan

88,7015


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


15.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 229/2


Aġġornament interim tal-ponderazzjonijiet applikabbli għar- remunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea li jservu f’pajjiżi terzi (1)

(2021/C 229/02)

AWWISSU 2020

Post tal-impjieg

Parità ekonomika

Awwissu 2020

Rata tal-kambju

Awwissu 2020  (*1)

Ponderazzjoni

Awwissu 2020  (*2)

L-Iran

58 043

49 320,6

117,7

Il-Kirgiżistan

55,29

89,9777

61,4

Il-Libanu

4 516

1 770,26

255,1

Il-Maċedonja ta’ Fuq

28,15

61,6950

45,6

L-Arabja Sawdija

3,836

4,40363

87,1

Is-Sudan t’Isfel

385,4

192,660

200,0

Is-Sudan

109,4

64,7072

169,1

SETTEMBRU 2020

Post tal-impjieg

Parità ekonomika

Settembru 2020

Rata tal-kambju

Settembru 2020  (*3)

Ponderazzjoni

Settembru 2020  (*4)

L-Angola

518,7

693,090

74,8

L-Arġentina

47,96

88,0995

54,4

Iċ-Chad

652,2

655,957

99,4

Ir-Repubblika Dominicana

37,45

68,7889

54,4

Il-Malasja

3,223

4,96320

64,9

Il-Pakistan

110,2

199,065

55,4

Is-Sudan t’Isfel

406,3

196,223

207,1

Is-Sudan

125,1

65,1395

192,0

Is-Suriname

8,801

8,88621

99,0

OTTUBRU 2020

Post tal-impjieg

Parità ekonomika

Ottubru 2020

Rata tal-kambju

Ottubru 2020  (*5)

Ponderazzjoni

Ottubru 2020  (*6)

L-Arġentina

50,76

88,6778

57,2

Il-Costa Rica

557,9

703,495

79,3

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

2 889

2 312,82

124,9

Il-Gambja

45,28

60,4300

74,9

Il-Haiti

105,0

83,8978

125,2

L-Iran

63 731

49 148,4

129,7

Il-Kosovo

0,6469

1,00000

64,7

Il-Libanu

5 003

1 764,08

283,6

Il-Liberja

381,2

232,649

163,9

Il-Malawi

578,6

877,297

66,0

L-Afrika t’Isfel

10,83

19,8685

54,5

Is-Sudan t’Isfel

431,9

196,423

219,9

Is-Sudan

152,5

64,1145

237,9

Is-Suriname

9,477

16,5630

57,2

It-Turkija

4,002

9,16490

43,7

L-Użbekistan

7 488

12 071,3

62,0

NOVEMBRU 2020

Post tal-impjieg

Parità ekonomika

Novembru 2020

Rata tal-kambju

Novembru 2020  (*7)

Ponderazzjoni

Novembru 2020  (*8)

L-Arġentina

53,72

91,5955

58,6

Id-Djibouti

200,2

208,376

96,1

L-Eritrea

18,67

18,0646

103,4

L-Etjopja

33,80

44,7994

75,4

Il-Każakistan

322,0

507,300

63,5

Il-Libanu

5 334

1 764,38

302,3

Mauritius

34,23

46,9488

72,9

Il-Myanmar/Burma

1 249

1 548,44

80,7

In-Nepal

98,93

139,695

70,8

Il-Pakistan

116,5

190,565

61,1

Papua New Guinea

3,881

4,09231

94,8

Is-Sudan t’Isfel

458,1

203,182

225,5

Is-Sudan

166,9

65,1979

256,0

Is-Suriname

10,28

16,5658

62,1

It-Taġikistan

8,102

12,1015

67,0

DIĊEMBRU 2020

Post tal-impjieg

Parità Ekonomika

Diċembru 2020

Rata tal-kambju

Diċembru 2020  (*9)

Ponderazzjoni

Diċembru 2020  (*10)

L-Angola

551,8

769,336

71,7

L-Arġentina

56,93

96,3178

59,1

Il-Bangladesh

84,34

101,099

83,4

Barbados

2,321

2,39717

96,8

Ir-Repubblika Dominicana

40,08

69,2507

57,9

L-Indja

64,70

88,3015

73,3

L-Iran

67 245

50 072,4

134,3

Il-Kuwajt

0,3110

0,363860

85,5

In-Niġerja

377,5

459,932

82,1

Is-Sudan

183,5

65,6313

279,6

L-Użbekistan

7 885

12 416,6

63,5

JANNAR 2021

Post tal-impjieg

Parità ekonomika

Jannar 2021

Rata tal-kambju

Jannar 2021  (*11)

Ponderazzjoni

Jannar 2021  (*12)

L-Arġentina

60,13

102,374

58,7

Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo

3 040

2 404,81

126,4

L-Etjopja

35,94

47,6928

75,4

Il-Kosovo

0,6033

1,00000

60,3

Il-Libanu

6 017

1 851,36

325,0

Il-Liberja

355,1

200,573

177,0

Il-Malawi

612,2

938,495

65,2

Il-Malasja

3,414

4,95780

68,9

Is-Sudan t’Isfel

414,6

217,658

190,5

Is-Sudan

200,0

67,3306

297,0

It-Taġikistan

8,532

13,8775

61,5

Iż-Żambja

11,09

25,8171

43,0


(1)  Skont ir-Rapport tal-Eurostat tal-5 ta’ Mejju 2021 dwar l-aġġornament interim tal-ponderazzjonijiet (il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni) applikabbli għar-remunerazzjoni tal-uffiċjali, tal-persunal temporanju u tal-persunal bil-kuntratt tal-Unjoni Ewropea li jservu f’Delegazzjonijiet barra mill-UE skont l-Artikolu 64, u l-Anness X u l-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-uffiċjali u għal aġenti oħra tal-Unjoni Ewropea.

Aktar informazzjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Eurostat (http://ec.europa.eu/eurostat > “Data” > “Database” > “Economy and finance” > “Prices” > “Correction coefficients”).

(*1)  1 EUR = x unitajiet tal-munita lokali.

(*2)  Brussell u l-Lussemburgu = 100.

(*3)  1 EUR = x unitajiet tal-munita lokali.

(*4)  Brussell u l-Lussemburgu = 100.

(*5)  1 EUR = x unitajiet tal-munita lokali.

(*6)  Brussell u l-Lussemburgu = 100.

(*7)  1 EUR = x unitajiet tal-munita lokali.

(*8)  Brussell u l-Lussemburgu = 100.

(*9)  1 EUR = x unitajiet tal-munita lokali.

(*10)  Brussell u l-Lussemburgu = 100.

(*11)  1 EUR = x unitajiet tal-munita lokali, minbarra l-USD għal-Liberja.

(*12)  Brussell u l-Lussemburgu = 100.


15.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 229/6


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-4 ta’ Ġunju 2021

rigward il-liċenzjar tal-logo Natura 2000

(2021/C 229/03)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(3) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Settembru 2001 (PV1536) li tikkonferixxi s-setgħa fuq id-Diretturi Ġenerali u fuq il-Kapijiet tas-Servizzi li jiddeċiedu dwar il-ħtieġa li tiġi rreġistrata applikazzjoni għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirriżultaw mill-attivitajiet jew mill-programmi li jkunu responsabbli minnhom, dwar l-għotja ta’ liċenzji marbuta ma’ din, dwar l-akkwist, it-trasferiment jew iċ-ċediment jew l-abbandun tad-drittijiet, u tagħti s-setgħa tal-eżekuzzjoni amministrattiva marbuta ma’ dan lid-Diretturi Ġenerali,

Billi:

(1)

Kif iddikjarat fl-Artikolu 191 tat-Trattat, il-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent għandha tikkontribwixxi biex jintlaħaq l-objettiv tal-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, li jinkludi l-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi.

(2)

Id-Direttiva 92/43/KEE għandha l-għan li tippromwovi ż-żamma tal-bijodiversità billi tieħu miżuri fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġu kkonservati u rrestawrati l-ħabitats u l-ispeċijiet mhedda. Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għandha l-għan li tiżgura protezzjoni estensiva għall-għasafar u l-ħabitats selvaġġi.

(3)

Id-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE huma l-pedament għal network ekoloġiku ta’ siti magħżula għall-protezzjoni tan-natura, magħruf bħala Natura 2000.

(4)

Sabiex jiġi promoss dan in-network ekoloġiku, fil-15 ta’ Jannar 1996 ġie mfassal u approvat logo NATURA 2000 mill-Kumitat dwar il-Ħabitats. Is-sid tad-drittijiet tal-awtur tal-logo NATURA 2000 hija l-Unjoni Ewropea.

(5)

Il-logo NATURA 2000 jintuża mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri biex jidentifikaw sit tan-Natura 2000 u biex iżidu l-għarfien dwar in-network.

(6)

Jixraq li jiġi promoss l-użu tal-logo NATURA 2000 biex jiġu kkomunikati l-benefiċċji li Natura 2000 tista’ tipprovdi lill-ekonomiji lokali u biex jinbnew sħubijiet ġodda bejn il-maniġers tas-siti, is-sidien tal-art u l-utenti, in-negozji lokali, filwaqt li tittejjeb il-perċezzjoni tan-network Natura 2000 u jiżdied l-appoġġ għalih. Għalhekk jixraq li tingħata liċenzja b’xejn għall-użu tal-logo NATURA 2000.

(7)

Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-użu tal-logo NATURA 2000 jintuża b’tali mod li jikkontribwixxi b’mod effettiv għall-objettivi ta’ konservazzjoni tas-siti Natura 2000 u li ma jintużax ħażin, jeħtieġ li jiġu stabbiliti termini għall-użu tal-logo “NATURA 2000”,

IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Wara talba mill-Istat Membru, il-Kummissjoni tista’ tagħti liċenzja biex jintuża l-logo NATURA 2000 f’konformità mal-Ftehim ta’ Liċenzja stabbilit fl-Anness.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Ġunju 2021.

Għall-Kummissjoni

Florika FINK-HOOIJER

Id-Direttorat Ġenerali għall-Ambjent


(1)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(2)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p.7).


ANNESS

tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni rigward il-liċenzjar tal-logo Natura 2000

FTEHIM TA’ LIĊENZJA


Bejn:

L-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea – li għandha s-sede tagħha f’200, Rue de la Loi, 1000 Brussell, il-Belġju – hija stess irrappreżentata għall-finijiet ta’ dan il-ftehim minn Florika FINK-HOOIJER, id-Direttur Ġenerali għall-Ambjent (minn hawn ’il quddiem il-“Liċenzjatur”)

kif ukoll

[XXXXXXX] (minn hawn ’il quddiem “il-Liċenzjatarju”).

Il-“Liċenzjatur” u l-“Liċenzjatarju” huma individwalment imsejħa bħala l-“Parti” u kollettivament bħala l-“Partijiet”.

B’referenza għax-xogħol (minn hawn “il quddiem il-‘Materjal Liċenzjat’):

Il-logo NATURA 2000, kif muri fl-Anness

Billi:

L-Unjoni Ewropea (minn hawn” il quddiem l-“UE”) tqis il-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, inkluż il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġi, bħala objettiv essenzjali ta’ interess ġenerali segwit mill-UE, kif iddikjarat fl-Artikolu 191 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

L-UE adottat id-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitats naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1) (minn hawn ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-Ħabitats”) bil-għan li tippromwovi ż-żamma tal-bijodiversità billi tieħu miżuri fil-livell tal-UE sabiex jiġu kkonservati u rrestawrati l-ħabitats u l-ispeċijiet mhedda.

L-UE adottat id-Direttiva 2009/147/KE dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (2) (minn hawn ’il quddiem id-“Direttiva dwar l-Għasafar”) bil-għan li tiżgura protezzjoni estensiva għall-għasafar selvaġġi u l-ħabitats tagħhom.

Id-Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar huma l-pedament ta’ network ekoloġiku ta’ siti deżinjati għall-protezzjoni tan-natura, magħruf bħala Natura 2000.

Sabiex jiġi promoss dan in-network ekoloġiku, inħoloq logo “NATURA 2000” f’konformità mal-Artikolu 17(3) tad-Direttiva dwar il-Ħabitats. Il-logo huwa riprodott fl-Anness.

Dan il-logo jintuża mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Istati Membri biex jidentifikaw is-siti tan-Natura 2000.

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri rrappreżentati fil-Kumitat dwar il-ħabitats stabbilit skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva dwar il-Ħabitats iddeċidew li jużaw il-logo “NATURA 2000” biex jikkomunikaw dwar il-benefiċċji li Natura 2000 tista’ tipprovdi lill-ekonomiji lokali. Użu bħal dan tal-logo se jgħin ukoll biex jinbnew sħubijiet ġodda bejn il-maniġers tas-siti, is-sidien tal-art, l-utenti tal-art u n-negozji lokali, filwaqt li jtejjeb il-perċezzjoni tan-network Natura 2000 u jżid l-appoġġ għalih.

L-UE ssostni li hija s-sid tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, inkluż id-drittijiet tal-awtur jew id-dritt ta’ disinn mingħajr limitazzjoni, fuq il-logo “NATURA 2000” u hija lesta li tagħti lill-Istati Membri liċenzja biex jużawh skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Ftehim.

Il-Partijiet ftiehmu kif ġej:

I.   GĦOTI TA’ LIĊENZJA

1.

Soġġett għat-termini f’dan il-Ftehim, il-Liċenzjatur jagħti lil-Liċenzjatarju dritt mhux esklużiv, mingħajr royalties, sottoliċenzjabbli u kundizzjonali li juża, jistampa, jippubblika, jirriproduċi, juri u jinkorpora l-Materjal Liċenzjat fil-kuntest tan-network Natura 2000 għall-finijiet stabbiliti skont il-klawżola II. Il-Liċenzjatarju jista’ jagħmel il-Materjal Liċenzjat disponibbli fuq kwalunkwe midja inkluż formoli stampati, diġitali u elettroniċi, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tal-awtur tal-Liċenzjatur.

2.

Il-Ftehim huwa limitat għall-ġuriżdizzjoni territorjali tal-Liċenzjatarju.

Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ mal-iffirmar taż-żewġ Partijiet u jingħata għal perjodu indefinit.

II.   KUNDIZZJONIJIET TAL-LIĊENZJA

1.

Il-Liċenzjatarju għandu juża l-Materjal Liċenzjat għall-fini tal-implimentazzjoni tad-Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar, b’mod partikolari:

(i)

biex jiġu identifikati żoni li huma parti min-network Natura 2000 minn meta ġew iddeżinjati bħala “Żoni Speċjali ta’ Konservazzjoni” jew elenkati bħala “Siti ta’ Importanza Komunitarja” skont id-Direttiva dwar il-Ħabitats jew ikklassifikati bħala “Żoni ta’ Protezzjoni Speċjali” skont id-Direttiva dwar l-Għasafar; jew

(ii)

biex jiġu identifikati miżuri u azzjonijiet li jikkontribwixxu direttament għall-ħolqien, il-ġestjoni jew il-promozzjoni tan-network Natura 2000.

2.

Il-Liċenzjatarju jista’ juża wkoll il-Materjal Liċenzjat fir-rigward ta’ oġġetti u servizzi li:

(i)

jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-objettivi ta’ konservazzjoni ta’ siti speċifiċi tan-Natura 2000, dment li dawk l-objettivi jkunu ġew stabbiliti f’konformità mad-Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar; jew

(ii)

joriġinaw kompletament jew b’mod sinifikanti minn siti speċifiċi ta’ Natura 2000 jew ikunu pprovduti fihom u huma kompatibbli bis-sħiħ mal-objettivi ta’ konservazzjoni tagħhom, dment li dawn tal-aħħar ikunu ġew stabbiliti f’konformità mad-Direttivi dwar il-Ħabitats u l-Għasafar.

3.

Il-Liċenzjatarju ma għandux juża l-Materjal Liċenzjat bi kwalunkwe mod li jkun ta’ detriment għall-iskop tal-leġiżlazzjoni u għall-politiki tal-UE jew għar-reputazzjoni tal-Istituzzjonijiet tal-UE.

4.

Il-Liċenzjatarju la għandu jirreġistra l-Materjal Liċenzjat kollu kemm hu jew parti minnu bħala trademark u lanqas jinkorporah fit-trademarks tiegħu stess, fi kwalunkwe ġuriżdizzjoni.

5.

Il-Liċenzjatarju għandu jġarrab il-kostijiet u l-ispejjeż kollha għat-twettiq tad-drittijiet tal-Liċenzjatarju skont dan il-Ftehim.

III.   KUNDIZZJONIJIET TAS-SOTTOLIĊENZJAR

1.

Il-Liċenzjatarju jista’ jissottoliċenzja d-dritt li juża l-Materjal Liċenzjat fit-territorju tiegħu bl-istess kundizzjonijiet kif imsemmi fil-Klawżola II.

2.

Il-Liċenzjatarju ma għandux jippermetti lil partijiet terzi jirreġistraw il-Materjal Liċenzjat kollu jew parti minnu bħala trademark jew jinkorporawh fit-trademarks tagħhom stess, fl-ebda ġuriżdizzjoni.

3.

Il-Liċenzjatarju ma għandux jippermetti lil partijiet terzi jużaw il-Materjal Liċenzjat b’mod li jkun ta’ detriment għall-iskop tal-leġiżlazzjoni, għall-politiki jew għar-reputazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE.

IV.   DRITTIJIET TAL-AWTUR

1.

Id-drittijiet tal-awtur fuq il-Materjal Liċenzjat jibqgħu f’idejn l-Unjoni Ewropea.

2.

Dan il-Ftehim huwa soġġett għall-kundizzjoni li l-Liċenzjatarju (u kwalunkwe Sottoliċenzjatarju) jinkludu referenza viżibbli għas-sjieda tad-drittijiet tal-awtur tal-Liċenzjatur fil-Materjal Liċenzjat kif ġej:

© L-Unjoni Ewropea

3.

Id-drittijiet hawnhekk huma mogħtija għat-terminu ta’ żmien kollu tad-drittijiet tal-awtur. Dan il-Ftehim ma jestendix għall-emblema Ewropea u/jew għal kwalunkwe trademark, isem kummerċjali, logo jew apparat grafiku ieħor tal-Unjoni Ewropea. Ma jingħatawx aktar drittijiet hawnhekk lil-Liċenzjatarju.

V.   TERMINAZZJONI TAL-LIĊENZJA

1.

Jekk il-Liċenzjatarju jwettaq ksur ta’ dan il-Ftehim, il-Partijiet jimpenjaw ruħhom li jiddiskutu l-kwistjoni fi żmien għoxrin (20) jum tax-xogħol wara avviż bil-miktub mil-Liċenzjatur. Jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, il-Liċenzjatur jista’ jtemm dan il-Ftehim permezz ta’ avviż bil-miktub.

VI.   KSUR MINN PARTIJIET TERZI U AZZJONIJIET TA’ INFURZAR

1.

Jekk il-Liċenzjatarju jsir konxju ta’ kwalunkwe użu minn kwalunkwe parti terza tal-Materjal Liċenzjat li jkun ta’ detriment għall-iskop tal-leġiżlazzjoni, għall-politiki jew għar-reputazzjoni tal-Istituzzjonijiet tal-UE, il-Liċenzjatarju għandu jinnotifika immedjatament bil-miktub lil-Liċenzjatur b’dan l-użu.

2.

Il-Kummissjoni Ewropea għandu jkollha d-dritt li tieħu azzjoni xierqa kontra dan l-użu f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Liċenzjatarju.

3.

Il-Liċenzjatarju għandu jkollu d-dritt u l-obbligu li jieħu azzjoni kontra kwalunkwe ksur allegat tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali tal-Liċenzjatur fil-Materjal Liċenzjat, inkluż id-dritt li jfittex għal ksur tad-drittijiet tal-awtur, bi spejjeż għalih u f’ismu stess.

VII.   DISPOŻIZZJONI AMMINISTRATTIVA

1.

Kwalunkwe komunikazzjoni bejn il-Partijiet b’referenza għat-twettiq ta’ dan il-Ftehim, in-notifiki kollha u kwalunkwe korrispondenza rilevanti għandha ssir bil-miktub u tiġi indirizzata lid-destinatarji li ġejjin:

Għall-Kummissjoni Ewropea, f’isem l-Unjoni Ewropea, il-persuna responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim hija:

[XXXXXXXXXX]

Għal-Liċenzjatarju, il-persuna responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim hija:

[XXXXXXXXXXXXXXX]

VIII.   SOLUZZJONI TAT-TILWIM

1.

Kwalunkwe tilwima li tinqala’ bejn il-Partijiet dwar kwalunkwe kwistjoni b’rabta ma’ dan il-Ftehim trid tipprova tiġi solvuta fl-ewwel istanza mill-persuni responsabbli għall-Partijiet fil-klawżola VII u jenħtieġ li titqajjem mill-Parti litiganti li tissottometti avviż tat-tilwima lill-Parti l-oħra.

IX.   FTEHIM SĦIĦ

1.

It-termini ta’ dan il-Ftehim jikkostitwixxu l-Ftehim kollu bejn il-Partijiet fir-rigward tas-suġġett ta’ dan il-Ftehim.

2.

Kwalunkwe emenda għall-Ftehim għandha tiġi miftiehma bil-miktub bejn il-Partijiet u għandha tkun soġġetta għal addendum formali għal dan il-Ftehim.

3.

Il-Partijiet jaqblu wkoll li l-ebda Parti ma għandha toqgħod fuq xi rappreżentazzjonijiet, ftehimiet, dikjarazzjonijiet jew impenji magħmula qabel l-iffirmar tal-Ftehim, kemm bil-fomm kif ukoll bil-miktub, għajr dawk li ġew inkorporati espressament fil-Ftehim.

X.   LIĠI APPLIKABBLI

1

Dan il-Ftehim huwa rregolat mid-dritt Ewropew u ssupplementat, skont il-każ, mid-dritt sostantiv nazzjonali tal-Belġju. Kwalunkwe tilwima bejn il-Partijiet li ma tistax tiġi solvuta amikevolment għandha titressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul f’żewġ kopji fi Brussell fi ….

Iffirmat għall-Kummissjoni Ewropea f’isem l-Unjoni Ewropea minn:

Iffirmat għal-Liċenzjatarju minn:

Anness

MATERJAL LIĊENZJAT: LOGO TAN-NATURA 2000

Image 1

© L-Unjoni Ewropea

Image 2

© L-Unjoni Ewropea


(1)  ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7.

(2)  ĠU L 20, 26.01.2010. p. 7.


Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

15.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 229/13


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Reġim Pilota għall-Infrastrutturi tas-Suq abbażi tat-Teknoloġija tar-Reġistru Distribwit

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit elettroniku tal-EDPS www.edps.europa.eu)

(2021/C 229/04)

Fl-24 ta’ Settembru 2020 il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Proposta tagħha għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq abbażi tat-Teknoloġija tar-Reġistru Distribwit (COM(2020)594 final). Il-Proposta tistabbilixxi rekwiżiti armonizzati għal ċerti parteċipanti fis-suq biex japplikaw għal u jingħataw permess biex joperaw infrastrutturi tas-suq tat-teknoloġija tar-reġistru diġitali (DLT).

L-EDPS jenfasizza li l-protezzjoni tad-data personali ma tikkostitwixxix ostaklu għall-innovazzjoni u b’mod partikolari, għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda fis-settur finanzjarju. Fl-istess ħin, huwa jfakkar li l-miżuri adottati fil-livell tal-UE rigward teknoloġiji innovattivi li jinvolvu l-ipproċessar ta’ data personali għandhom jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali ta’ ħtieġa u proporzjonalità. Barra minn hekk, minħabba n-nuqqas ta’ fehim sħiħ tal-impatt ta’ dawn it-teknoloġiji ġodda fuq is-soċjetà tagħna, l-EDPS jikkunsidra li għandu jiġi segwit l-approċċ tal-prinċipju ta’ prekawzjoni.

L-EDPS jinnota li skont il-konfigurazzjoni tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit, il-metadata jew id-data tranżazzjonali maħżuna fihom tista’ titqies bħala data personali, jekk tkun relatata ma’ persuna fiżika identifikata jew identifikabbli. Għalhekk, il-kontrolluri għandhom janalizzaw u jiddokumentaw bir-reqqa l-konfigurazzjoni tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit sabiex jiddeterminaw jekk id-data personali hijiex ipproċessata b’dan il-mod u bħala konsegwenza, l-operazzjonijiet ikunu soġġetti għall-obbligi tal-protezzjoni tad-data.

L-EDPS jenfasizza li t-teknoloġija li fuqha huma bbażati xi reġistri diġitali, b’mod partikolari dawk li huma pubbliċi u mingħajr permess, tqajjem mistoqsijiet kruċjali fir-rigward tal-kompatibilità tagħha mar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data.

L-EDPS huwa tal-fehma li għandha ssir diskussjoni dwar il-kompatibilità tas-sistemi tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit b’mod ġenerali mal-qafas tal-protezzjoni tad-data qabel ma l-Proposta tidħol fis-seħħ.

L-EDPS jinnota li fil-każ tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit li jkun fiha data personali fuq katina, l-operazzjonijiet ta’ pproċessar relatati magħha x’aktarx jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni tal-operazzjoni ta’ pproċessar bħala ta’ riskju għoli. Għalhekk, il-kontrollur għandu, qabel l-ipproċessar ta’ data personali, iwettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-data għall-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti. Barra minn hekk, tista’ tkun meħtieġa approvazzjoni minn qabel mill-awtorità kompetenti għall-protezzjoni tad-data.

L-EDPS jirrakkomanda li l-Proposta titlob, bħala parti mill-applikazzjoni biex topera informazzjoni relatata mal-Infrastruttura tas-Suq tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit, fejn applikabbli, l-informazzjoni ewlenija fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti. Barra minn hekk, huwa jirrakkomanda li l-operaturi tal-infrastrutturi tas-suq tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit għandhom jippubblikaw l-avviż ta’ privatezza fl-istess post tal-informazzjoni operattiva tagħhom kif meħtieġ mill-Proposta.

L-EDPS jenfasizza li l-arranġamenti tal-IT u ċibernetiċi previsti fil-Proposta għat-tħaddim tal-Infrastrutturi tas-Suq tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit għandhom ikunu konformi wkoll mal-obbligi stabbiliti mill-Artikoli 22 u 32 tal-GDPR. (1)

Fl-aħħar nett, fil-kuntest tar-rapportar ta’ kwistjonijiet operazzjonali mill-operaturi tal-Infrastrutturi tas-Suq tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit, l-EDPS jirrakkomanda li fi premessa jiġi mfakkar li f’każijiet ta’ ksur ta’ data personali, dawn għandhom jiġu nnotifikati wkoll mill-operatur lill-awtorità kompetenti għall-protezzjoni tad-data, f’konformità mal-Artikolu 33 tal-GDPR, u, jekk applikabbli, lis-suġġetti tad-data, f’konformità mal-Artikolu 34 tal-GDPR.

3.   SFOND

1.

Fl-24 ta’ Settembru 2020 il-Kummissjoni Ewropea adottat il-Proposta tagħha għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq abbażi tat-Teknoloġija tar-Reġistru Distribwit (COM(2020)594 final) (il-“Proposta”). Il-Proposta tistabbilixxi rekwiżiti armonizzati għal parteċipanti tas-suq speċifiċi, jiġifieri ditti tal-investiment, operaturi tas-suq jew depożitorji ċentrali tat-titoli, biex japplikaw għal u jingħataw permess biex joperaw infrastrutturi tas-suq tat-teknoloġija tar-reġistru diġitali (“Infrastruttura tas-Suq tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit”) f’ambjent sorveljat bl-applikazzjoni ta’ eżenzjonijiet speċifiċi għall-konformità mar-regolamenti finanzjarji. B’mod partikolari, il-Proposta għandha erba’ għanijiet: tipprovdi ċertezza legali għall-kriptoassi, tiżgura l-istabbiltà finanzjarja, tipproteġi l-konsumaturi u l-investituri u tippermetti l-innovazzjoni lejn l-użu tal-katina ta’ blokok, tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit u tal-kriptoassi.

2.

Din il-Proposta hija parti minn pakkett li jinkludi proposta għal regolament biex jinbnew swieq fil-kriptoassetti (2) (ir-“Regolament MICA”), proposta għar-reżiljenza operazzjonali diġitali (3) (ir-“Regolament DORA”), u proposta biex jiġu ċċarati jew emendati ċerti regoli relatati tas-servizzi finanzjarji tal-UE (4). L-EDPS jistenna li jiġi kkonsultat ukoll dwar ir-regolamenti l-oħra tal-pakkett f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

3.

Fis-26 ta’ Frar 2021 il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (l-“EDPS”) biex joħroġ opinjoni dwar il-Proposta, f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Dawn il-kummenti huma limitati għad-dispożizzjonijiet tal-Proposta li huma rilevanti mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data.

5.   KONKLUŻJONIJIET

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-EDPS:

ifakkar li l-protezzjoni tad-data personali ma tikkostitwixxix ostaklu għall-innovazzjoni u b’mod partikolari, għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ġodda, b’mod partikolari fis-settur finanzjarju.

jenfasizza li t-teknoloġija li sservi ta’ bażi għal xi reġistri diġitali, b’mod partikolari dawk li huma pubbliċi u mingħajr permess, tqajjem mistoqsijiet kunċettwali kruċjali fir-rigward tar-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data; jirrakkomanda għalhekk li d-diskussjoni dwar il-mod possibbli biex tiġi żgurata l-kompatibilità tas-sistemi tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit mal-qafas tal-protezzjoni tad-data għandha ssir qabel ma l-Proposta tidħol fis-seħħ.

jenfasizza li l-kriptoassi nnegozjati fl-Infrastrutturi tas-Suq tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit koperti mill-Proposta għandhom ikunu biss dawk li jużaw konfigurazzjoni tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit li tikkonforma mal-qafas tal-protezzjoni tad-data.

jissuġġerixxi li tiġi inkluża wkoll, bħala parti mill-informazzjoni meħtieġa lill-operatur fil-kuntest tal-applikazzjoni tiegħu biex jopera Infrastruttura tas-Suq tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit, fejn applikabbli, il-lista tal-operazzjonijiet ta’ pproċessar previsti li jinvolvu data personali, l-allokazzjoni ta’ rwoli u responsabbiltajiet ta’ kull operatur skont il-GDPR fi ħdan l-Infrastruttura tas-Suq tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit, kif ukoll ir-riskji ewlenin previsti u l-istrateġiji ta’ mitigazzjoni għal dak li jikkonċerna l-protezzjoni tad-data.

jenfasizza li l-arranġamenti tal-IT u ċibernetiċi previsti fil-Proposta għat-tħaddim tal-Infrastrutturi tas-Suq tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit għandhom ikunu konformi wkoll mal-obbligi stabbiliti mill-Artikoli 22 u 32 tal-GDPR.

jirrakkomanda li fi premessa, fil-kuntest tar-rappurtar ta’ kwistjonijiet operazzjonali mill-operaturi tal-Infrastrutturi tas-Suq tat-teknoloġija tar-reġistru distribwit, jiġi mfakkar li f’każijiet ta’ ksur ta’ data personali, dawn għandhom jiġu nnotifikati wkoll mill-operatur lill-awtorità superviżorja tal-protezzjoni tad-data kompetenti, f’konformità mal-Artikolu 33 tal-GDPR, u, jekk applikabbli, lis-suġġetti tad-data, f’konformità mal-Artikolu 34 tal-GDPR.

Brussell, 23 ta’ April 2021.

Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI


(1)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(2)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Swieq fil-Kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, COM/2020/593 final. Disponibbli fuq EUR-Lex - 52020PC0593 - MT - EUR-Lex (europa.eu)

(3)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali għas-settur Finanzjarju u li Jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014 u (UE) Nru 909/2014, COM/2020/595 final, disponibbli fuq EUR-Lex - 52020PC0595 - MT - EUR-Lex (europa.eu)

(4)  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/43/KE, 2009/65/KE, 2009/138/UE, 2011/61/UE, UE/2013/36, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u UE/2016/2341, COM/2020/596 final. Disponibbli fuq EUR-Lex - 52020PC0596 - MT - EUR-Lex (europa.eu)


15.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 229/16


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) 1060/2009, (UE) 648/2012, (UE) 600/2014 u (UE) 909/2014

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)

(2021/C 229/05)

Il-Kummissjoni Ewropea adottat fl-24 ta’ Settembru 2020 Proposta għal Regolament dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali għas-settur finanzjarju u li Jemenda r-Regolamenti (KE) 1060/2009, (UE) 648/2012, (UE) 600/2014 u (UE) 909/2014 (il-“Proposta”). Il-Proposta tistabbilixxi qafas komprensiv dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għall-entitajiet finanzjarji tal-UE, ibbażat fuq ħames oqsma ewlenin, jiġifieri l-immaniġġjar tar-riskji tal-ICT (Kapitolu II), l-immaniġġjar, il-klassifikazzjoni u r-rappurtar ta’ inċidenti (Kapitolu III), l-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali (Kapitolu IV), l-immaniġġjar tar-riskji ta’ partijiet terzi u r-regolamentazzjoni tal-fornituri kritiċi tas-servizzi tal-ICT (Kapitolu V) u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni (Kapitolu VI).

L-EDPS jilqa’ l-għanijiet tal-Proposta, u jqis li huwa essenzjali għall-istabbiltà tas-suq finanzjarju tal-Unjoni Ewropea li l-istituzzjonijiet finanzjarji jgħoddu b’qafas ta’ mmaniġjar tar-riskji tal-ICT sod, komprensiv u dokumentat sew.

L-EDPS jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li kwalunkwe operazzjoni ta’ pproċessar fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-entitajiet finanzjarji tkun ibbażata fuq waħda mill-bażijiet ġuridiċi stabbiliti fl-Artikolu 6 tal-GDPR (1). Barra minn hekk, l-EDPS jenfasizza l-importanza għall-entitajiet finanzjarji li jdaħħlu fil-qafas tar-reżiljenza operazzjonali diġitali tagħhom mekkaniżmu b’saħħtu ta’ governanza tal-protezzjoni tad-data, li jidentifika b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-kontrollur u tal-proċessur, kif ukoll l-attivitajiet ta’ pproċessar li se jsiru.

Rigward it-trasferimenti internazzjonali lill-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT stabbiliti f’pajjiż terz, l-EDPS ifakkar li kwalunkwe trasferiment internazzjonali ta’ data personali għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Kapitolu V tal-GDPR kif interpretat fil-każistika tal-QĠUE, inkluża s-sentenza fi Schrems II.

Rigward l-arranġamenti tal-kondiviżjoni dwar l-intelliġenza u l-informazzjoni dwar it-theddid ċibernetiku fost l-entitajiet finanzjarji, l-EDPS jenfasizza li l-protezzjoni tad-data personali ma tikkostitwixxix ostaklu għall-kondiviżjoni tal-intelliġenza fis-settur finanzjarju. Pjuttost, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data għandhom jiġu pperċepiti bħala rekwiżit bażiku li għandu jkun imħares biex tiġi żgurata s-salvagwardja tad-drittijiet tal-individwi. F’dan il-kuntest, l-EDPS jinkoraġġixxi l-adozzjoni wkoll fis-settur finanzjarju ta’ kodiċijiet ta’ kondotta skont l-Artikolu 40 tal-GDPR, b’mod partikolari fid-dawl tal-istabbiliment ċar tar-rwoli tal-partijiet ikkonċernati ewlenin fl-ipproċessar tad-data personali, kif ukoll li jiġi żgurat proċessar ġust u trasparenti.

Rigward il-pubblikazzjoni ta’ multi amministrattivi, l-EDPS jirrakkomanda li jiġu inklużi, fost il-kriterji għall-kunsiderazzjoni tal-awtorità kompetenti, ir-riskji għall-protezzjoni tad-data personali tal-individwi. Barra minn hekk, l-EDPS ifakkar li l-prinċipju tal-limitazzjoni tal-ħażna jirrikjedi li d-data personali tinħażen għal mhux aktar milli jkun meħtieġ għall-iskopijiet li għalihom tiġi pproċessata d-data personali.

Rigward in-notifika ta’ ksur tad-data, l-EDPS jenfasizza li l-kliem tal-Premessa 42 tal-Proposta huwa inkompatibbli mal-Artikolu 33 tal-GDPR. Għalhekk, l-EDPS jirrakkomanda li titħassar ir-referenza għall-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data mill-Premessa 42 tal-Proposta, kif ukoll li jiġi emendat ftit l-Artikolu 17 tal-Proposta skont ir-rakkomandazzjonijiet ta’ din l-Opinjoni.

1.   SFOND

1.

Il-Kummissjoni Ewropea adottat fl-24 ta’ Settembru 2020 Proposta għal Regolament dwar ir-Reżiljenza Operazzjonali Diġitali għas-settur finanzjarju u li Jemenda r-Regolamenti (KE) 1060/2009, (UE) 648/2012, (UE) 600/2014 u (UE) 909/2014 (il-“Proposta”). Il-Proposta tistabbilixxi qafas komprensiv dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għall-entitajiet finanzjarji tal-UE, ibbażat fuq ħames oqsma ewlenin, jiġifieri l-immaniġġjar tar-riskji tal-ICT (Kapitolu II), l-immaniġġjar, il-klassifikazzjoni u r-rappurtar ta’ inċidenti (Kapitolu III), l-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali (Kapitolu IV), l-immaniġġjar tar-riskji ta’ partijiet terzi u r-regolamentazzjoni tal-fornituri kritiċi tas-servizzi tal-ICT (Kapitolu V) u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni (Kapitolu VI).

2.

Din il-Proposta tappartjeni għal pakkett li jinkludi wkoll proposta għal regolament biex jinbnew swieq fil-kriptoassi (2) (ir-“Regolament MICA”), proposta dwar reġim pilota għall-Infrastrutturi tas-Suq ibbażati fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit (3), u proposta biex jiġu ċċarati jew emendati ċerti regoli relatati tas-servizzi finanzjarji tal-UE (4). L-EDPS ġie kkonsultat dwar il-Proposta dwar ir-reġim pilota għall-Infrastrutturi tas-Suq ibbażati fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit u ta l-Opinjoni tiegħu fit-23 ta’ April 2021 (5). Huwa ġie kkonsultat ukoll dwar ir-Regolament MICA fid-29 ta’ April 2021 u se jagħti l-opinjoni tiegħu f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-parlament ewropew u tal-kunsill (6).

3.

Fil-15 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni Ewropea talbet lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (l-“EDPS”) biex joħroġ opinjoni dwar il-Proposta, f’konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725. Dawn il-kummenti huma limitati għad-dispożizzjonijiet tal-Proposta li huma rilevanti mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data.

4   KONKLUŻJONIJIET

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-EDPS:

Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li kwalunkwe operazzjoni ta’ pproċessar fil-kuntest tal-operazzjonijiet tal-entitajiet finanzjarji tkun ibbażata fuq waħda mill-bażijiet ġuridiċi tal-Artikolu 6 tal-GDPR, u tindika l-Artikolu 6(1)(c), (e) u ( f) tal-GDPR bħala bażi ġuridika possibbli għall-konsiderazzjoni minn entitajiet finanzjarji.

L-EDPS jenfasizza l-importanza għall-entitajiet finanzjarji li jdaħħlu fil-qafas tar-reżiljenza operazzjonali diġitali tagħhom mekkaniżmu b’saħħtu ta’ governanza tal-protezzjoni tad-data , li jidentifika b’mod ċar ir-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-kontrollur u tal-proċessur, kif ukoll l-attivitajiet ta’ pproċessar li se jsiru.

L-EDPS ifakkar li kwalunkwe trasferiment internazzjonali ta’ data personali minn entitajiet finanzjarji lill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz għandu jkun konformi mar-rekwiżiti tal-Kapitolu V tal-GDPR, u fejn jitwettaq, ikun suġġett għal salvagwardji xierqa konformi mal-qafas tal-protezzjoni tad-data u mal-każistika tal-QĠUE, b’mod partikolari l-każ Schrems II. Tali entitajiet finanzjarji jistgħu jirrikorru għall-Klawżoli Kuntrattwali Standard, peress li jidhru bħala l-aktar għodda ta’ trasferiment rilevanti.

L-EDPS jenfasizza li l-protezzjoni tad-data personali ma tikkostitwixxix ostaklu għall-kondiviżjoni tal-intelliġenza fis-settur finanzjarju. Pjuttost, ir-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-data għandhom jiġu pperċepiti bħala rekwiżit bażiku li għandu jkun hemm konformità magħhom biex tiġi żgurata s-salvagwardja tad-drittijiet tal-individwi fil-qafas tar-reżiljenza operazzjonali diġitali tal-entitajiet finanzjarji.

L-EDPS jinkoraġġixxi l-adozzjoni wkoll fis-settur finanzjarju ta’ kodiċijiet ta’ kondotta skont l-Artikolu 40 tal-GDPR, b’mod partikolari fid-dawl tal-istabbiliment ċar tar-rwoli tal-partijiet ikkonċernati ewlenin fl-ipproċessar tad-data personali, kif ukoll biex jiġi żgurat proċessar ġust u trasparenti.

Rigward il-pubblikazzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi, l-EDPS jirrakkomanda li jiġu inklużi, fost il-kriterji għall-kunsiderazzjoni tal-awtorità kompetenti, ir-riskji għall-protezzjoni tad-data personali tal-individwi.

Skont il-prinċipju tal-limitazzjoni tal-ħażna, l-EDPS jirrakkomanda lill-entitajiet finanzjarji biex jadottaw miżuri biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar il-multi amministrattivi titħassar mis-sit web tagħhom wara li jkunu għaddew il-ħames snin, jew qabel jekk ma tkunx aktar meħtieġa.

L-EDPS jenfasizza li l-kliem tal-Premessa 42 tal-Proposta huwa inkompatibbli mal-Artikolu 33 tal-GDPR. L-EDPS għalhekk jirrakkomanda li titħassar ir-referenza għall-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-data mill-Premessa 42 tal-Proposta, kif ukoll li jiġi emendat l-Artikolu 17 tal-Proposta biex jinkludi referenza għall-obbligu tan-notifika ta’ ksur tad-data lill-awtoritajiet rilevanti tal-protezzjoni tad-data.

L-EDPS jirrakkomanda li jiġi emendat l-Artikolu 23(2) tal-Proposta biex jiġi żgurat li l-ittestjar, l-iżvilupp tal-prodott jew ir-riċerka tas-sistemi tal-ICT ma jkunux jistgħu jitwettqu fuq sistemi ta’ produzzjoni diretta li jkun fihom data personali tal-klijenti.

Brussell, 10 ta’ Mejju 2021.

Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI


(1)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar ilprotezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(2)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-Swieq fil-Kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2019/1937, COM/2020/593 finali. Disponibbli fuq EUR-Lex - 52020PC0593 - MT - EUR-Lex (europa.eu)

(3)  Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar reġim pilota għall-infrastrutturi tas-suq ibbażati fuq it-teknoloġija ta’ reġistru distribwit COM/2020/594 finali, disponibbli fuq EUR-Lex - 52020PC0594 - MT - EUR-Lex (europa.eu)

(4)  Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2006/43/KE, 2009/65/KE, 2009/138/UE, 2011/61/UE, UE/2013/36, 2014/65/UE, (UE) 2015/2366 u UE/2016/2341, COM/2020/596 finali. Disponibbli fuq EUR-Lex - 52020PC0596 - MT - EUR-Lex (europa.eu)

(5)  Opinjoni 6/2021 dwar il-Proposta għal Reġim Pilota għall-Infrastrutturi tas-Suq ibbażati fuq it-Teknoloġija ta’ Reġistru Distribwit, disponibbli fuq 2021-0219_d0912_opinion_6_2021_en_0.pdf (europa.eu)

(6)  Regolament (UE) 2018/1727 tal-parlament ewropew u tal-kunsill tal-14 ta’ Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust), u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 138).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 229/19


Sejħiet għal proposti u attivitajiet relatati permezz tal-programm ta’ ħidma 2021-2022 ta’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027)

(2021/C 229/06)

Din hi notifika għat-tnedija ta’ azzjonijiet ulterjuri permezz tal-programm ta’ ħidma 2021-2022 ta’ Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2021-2027).

Il-Kummissjoni adottat emenda għall-programm ta’ ħidma msemmi hawn fuq permezz tad-Deċiżjoni C(2021) 4200 tal-15 ta’ Ġunju 2021.

L-azzjonijiet huma soġġetti għad-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni għall-2021 u l-2022, wara l-adozzjoni tal-baġit tal-2022 mill-awtorità baġitarja jew kif previsti fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji. Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tħassar jew tirrettifika l-azzjonijiet.

Il-konferma li dawn il-kundizzjonijiet ġew issodisfati se titħabbar fil-Portal tal-Kummissjoni Ewropea għall-Finanzjament u l-Offerti (https://ec.europa.eu/info/funding-tenders/opportunities/portal/screen/programmes/horizon).

Dan il-programmi ta’ ħidma, inkluż l-iskadenzi u l-baġit għall-attivitajiet, huma disponibbli mill-Portal għall-Finanzjament u l-Offerti msemmi hawn fuq, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-modalitajiet tal-azzjonijiet, u gwida għall-applikanti dwar kif iridu jippreżentaw il-proposti. Din l-informazzjoni kollha se tiġi aġġornata kif meħtieġ fuq l-istess Portal għall-Finanzjament u l-Offerti.