ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 227

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
14 ta' Ġunju 2021


Werrej

Paġna

 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUNSILL

2021/C 227/01

Pożizzjoni (UE) Nru 21/2021 tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali
Adottata mill-Kunsill fis-27 ta’ Mejju 2021

1

2021/C 227/02

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill: Pożizzjoni (UE) Nru 21/2021 tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali

18

2021/C 227/03

Pożizzjoni (UE) Nru 22/2021 tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 603/2013, (UE) 2016/794, (UE) 2018/1862, (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra ta’ informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża
Adottata mill-Kunsill fis-27 ta’ Mejju 2021

20

2021/C 227/04

Dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill: Pożizzjoni (UE) Nru 22/2021 tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 603/2013, (UE) 2016/794, (UE) 2018/1862, (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra ta’ informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża

29


MT

 


III Atti preparatorji

IL-KUNSILL

14.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/1


POŻIZZJONI (UE) Nru 21/2021 TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI

bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali

Adottata mill-Kunsill fis-27 ta’ Mejju 2021

2021/C 227/01

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 33, 114 u 207 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

L-2 140 uffiċċju doganali li jinsabu fil-fruntieri esterni tal-Unjoni jeħtieġ li jkunu mgħammra kif xieraq sabiex ikun żgurat li l-Unjoni Doganali taħdem b’mod effiċjenti u effettiv. Il-ħtieġa ta’ kontrolli doganali adegwati li jagħtu riżultati ekwivalenti hija dejjem iktar urġenti, mhux biss minħabba l-funzjoni tradizzjonali tad-dwana, li hija li tiġbor id-dħul, iżda dejjem iktar ukoll minħabba l-ħtieġa li jissaħħaħ b’mod sinifikanti l-kontroll tal-oġġetti li jidħlu mill-fruntieri esterni tal-UE u li joħorġu minnhom sabiex jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza. Madankollu, fl-istess ħin, jenħtieġ li tali kontrolli fuq il-moviment tal-oġġetti bejn il-fruntieri esterni ma jfixklux il-kummerċ leġittimu mal-pajjiżi terzi, iżda jiffaċilitawh.

(2)

L-unjoni doganali hija waħda mill-pedamenti tal-Unjoni, li hija waħda mill-akbar blokok kummerċjali fid-dinja. Peress li l-unjoni doganali hija essenzjali għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern, u għan-negozji u għaċ-ċittadini biex jibbenefikaw minnhom, jenħtieġu passi kontinwi biex l-unjoni doganali tissaħħaħ.

(3)

Bħalissa hemm żbilanċ fit-twettiq tal-kontrolli doganali min-naħa tal-Istati Membri. Dan l-iżbilanċ huwa minħabba differenzi bejn l-Istati Membri kemm mil-lat tal-karatteristiċi ġeografiċi tagħhom kif ukoll tal-kapaċitajiet u r-riżorsi tagħhom. Il-ħila tal-Istati Membri li jirreaġixxu għall-isfidi li ġejjin minn mudelli kummerċjali u ktajjen tal-valur dinjin li qed jevolvu l-ħin kollu ma tiddependix biss fuq l-element uman, iżda wkoll fuq id-disponibbiltà, u fuq it-tħaddim tajjeb, ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali modern u affidabbli. L-isfidi, bħaż-żieda tal-kummerċ elettroniku, iż-żieda fid-diġitalizzazzjoni u l-ħtieġa ta’ titjib fir-reżiljenza għall-attakki ċibernetiċi, ser iżidu wkoll id-domanda għal kontrolli doganali effettivi. Għalhekk, biex jiġi indirizzat dak l-iżbilanċ eżistenti, huwa importanti li jiġi pprovdut tagħmir ekwivalenti ta’ kontroll doganali. Dan ser itejjeb l-ekwivalenza fit-twettiq ta’ kontrolli doganali fl-Istati Membri kollha u b’hekk jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tad-devjazzjoni tal-flussi ta’ oġġetti lejn l-aktar punti dgħajfin fis-sistema tal-kontrolli doganali, ta’ spiss magħrufa bħala “l-għażla opportunistika tal-punt ta’ importazzjoni”. Konsegwentement, oġġetti li jidħlu fit-territorju doganali tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu soġġetti għal kontrolli bbażati fuq ir-riskju f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) (“il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni”).

(4)

L-Istati Membri kemm-il darba tennew li għandhom bżonn appoġġ finanzjarju, u talbu li ssir analiżi fil-fond tat-tagħmir meħtieġ. Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-23 ta’ Marzu 2017 dwar il-finanzjament doganali, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni “tevalwa l-possibbiltà tal-finanzjament tal-ħtiġijiet ta’ tagħmir tekniku minn programmi finanzjarji futuri tal-Kummissjoni u ttejjeb il-koordinazzjoni, u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħrajn tal-infurzar tal-liġi għal skopijiet ta’ finanzjament.

(5)

Skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, il-kontrolli doganali jridu jinftehmu mhux biss bħala l-infurzar tal-leġiżlazzjoni doganali iżda wkoll bħala l-infurzar ta’ leġiżlazzjoni oħra li tirregola d-dħul, il-ħruġ, it-tranżitu, il-moviment, il-ħżin u l-użu aħħari ta’ oġġetti ttrasportati bejn it-territorju doganali tal-Unjoni u pajjiżi jew territorji ’l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni, u l-preżenza u l-moviment fit-territorju doganali tal-Unjoni ta’ oġġetti mhux tal-Unjoni u ta’ oġġetti mqiegħda taħt il-proċedura tal-użu aħħari. Tali leġiżlazzjoni oħra tagħti s-setgħa lill-awtoritajiet doganali li jwettqu kompiti speċifiċi ta’ kontroll u fiha dispożizzjonijiet dwar it-tassazzjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-dazji tas-sisa u t-taxxa fuq il-valur miżjud, kif ukoll dispożizzjonijiet dwar l-aspetti esterni tas-suq intern, dwar il-politika kummerċjali komuni u dwar politiki komuni oħrajn tal-Unjoni li jaffettwaw il-kummerċ, is-sigurtà ġenerali tal-katina tal-provvista u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha.

(6)

L-appoġġ għall-kisba ta’ livell adegwat u ekwivalenti ta’ riżultati mill-kontrolli doganali fil-fruntieri esterni tal-Unjoni jippermetti l-massimizzazzjoni tal-benefiċċji tal-unjoni doganali, u b’hekk jagħti appoġġ addizzjonali lill-awtoritajiet doganali li jaġixxu bħala entità waħda għall-protezzjoni tal-interessi tal-Unjoni. Fond tal-Unjoni l ddedikat għat-tagħmir ta’ kontroll doganali li jikkoreġi l-iżbilanċi li hemm bħalissa jkun jikkontribwixxi għall-koeżjoni ġenerali bejn l-Istati Membri. Dak il-fond iddedikat ikun jieħu kont tal-ħtiġijiet differenti esperjenzati fit-tipi differenti ta’ fruntieri, jiġifieri fruntieri tal-baħar u ta’ passaġġi fuq l-ilma oħrajn, tal-ajru, u fuq l-art, inklużi fruntieri ferrovjarji u tat-triq, kif ukoll iċ-ċentri postali. Meta wieħed iqis l-isfidi li d-dinja qed tħabbat wiċċha magħhom, b’mod partikolari l-ħtieġa kontinwa li jiġu protetti l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha filwaqt li jiġi ffaċilitat il-fluss tal-kummerċ leġittimu, huwa indispensabbli li jkun hemm tagħmir ta’ kontroll modern u affidabbli fil-fruntieri esterni.

(7)

Għalhekk jixraq li jiġi stabbilit Strument ġdid għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali maħsub li jintuża fit-tipi kollha ta’ fruntieri. L-Istrument jenħtieġ li jappoġġa lill-unjoni doganali u l-ħidma tal-awtoritajiet doganali, b’mod partikolari jgħinhom biex jipproteġu l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni, jiżguraw is-sigurtà u s-sikurezza ġewwa l-Unjoni u jipproteġu lill-Unjoni minn kummerċ żleali u illegali, bħall-falsifikazzjoni tal-oġġetti, filwaqt li jiffaċilitaw l-attività kummerċjali leġittima. Dan jenħtieġ li jikkontribwixxi għal riżultati adegwati u ekwivalenti mill-kontrolli doganali. Barra minn hekk, it-tagħmir ta’ kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-qafas komuni ta’ mmaniġġar tar-riskju kif imsemmi fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni. Dan l-objettiv jenħtieġ li jintlaħaq permezz tax-xiri trasparenti, il-manutenzjoni u l-aġġornament ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li huwa rilevanti, tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u affidabbli, b’kont meħud tal-protezzjoni tad-data, ir-reżiljenza ċibernetika u kunsiderazzjonijiet ambjentali u ta’ sikurezza, inkluż ir-rimi ekoloġiku tat-tagħmir il-qadim.

(8)

L-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri qed ikollhom jassumu għadd dejjem akbar ta’ responsabbiltajiet li qed isiru fil-fruntieri esterni tal-Unjoni u li ta’ spiss jinkludu kompiti fil-qasam tas-sigurtà. Għalhekk huwa importanti li jingħata appoġġ finanzjarju tal-Unjoni lill-Istati Membri sabiex ikunu jistgħu jiżguraw li l-kontrolli fil-fruntieri u l-kontrolli doganali fil-fruntieri esterni tal-Unjoni jitwettqu b’mod ekwivalenti. Huwa daqstant ieħor importanti li tiġi promossa, fil-fruntieri tal-Unjoni, fir-rigward tal-kontrolli tal-oġġetti u tal-persuni, il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fost l-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru li huma responsabbli għall-kontroll tal-fruntieri jew għal kompiti oħrajn li jitwettqu mal-fruntieri, bil-ħsieb li jiġi mmassimizzat il-valur miżjud tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-kontrolli doganali.

(9)

Għalhekk jeħtieġ li jiġi stabbilit Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (“il-Fond”).

(10)

Minħabba l-partikolaritajiet legali tat-Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll il-bażijiet ġuridiċi differenti li japplikaw għall-politiki dwar il-fruntieri esterni u għall-politiki dwar il-kontroll doganali, mhuwiex possibbli mil-lat legali li l-Fond jiġi stabbilit bħala strument uniku.

(11)

Għalhekk jenħtieġ li l-Fond jiġi stabbilit bħala qafas komprensiv għall-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, magħmul mill-Istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali (“l-Istrument”), li qed jiġi stabbilit b’dan ir-Regolament u mill-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi stabbilit bir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) (1).

(12)

Fid-dawl tal-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima, u f’konformità mal-impenji tal-Unjoni biex jiġi implimentat il-Ftehim ta’ Pariġi skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (5), u biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli adottata fil-25 ta’ Settembru 2015, jenħtieġ li l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-għan tal-Unjoni li tonfoq mill-inqas 30 % tal-ammont totali tal-baġit tal-Unjoni f’appoġġ għall-objettivi klimatiċi u l-ambizzjoni tal-Unjoni li tonfoq 7,5 % tal-baġit annwali tal-Unjoni fuq il-bijodiversità fl-2024 u 10 % kemm fl-2026 kif ukoll fl-2027, filwaqt li jitqiesu d-duplikazzjonijiet eżistenti bejn l-għanijiet klimatiċi u dawk tal-bijodiversità.

(13)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perijodu sħiħ tal-Istrument, li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali, skont it-tifsira tal-punt 18 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta’ baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (6). Jenħtieġ li jkun possibbli li dak il-pakkett finanzjarju jkopri l-ispejjeż meħtieġa u debitament iġġustifikati ta’ attivitajiet marbuta mal-ġestjoni tal-Istrument u l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tiegħu, sakemm dawk l-attivitajiet ikunu relatati mal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Istrument.

(14)

Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan l-Istrument. Ir-Regolament Finanzjarju jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, ġestjoni indiretta, strumenti finanzjarji, garanziji baġitarji, assistenza finanzjarja u r-rimborż ta’ esperti esterni.

(15)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jinkludu wkoll reġim ġenerali ta’ kundizzjonalità għall-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni. Il-finanzjament taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jkun soġġett għall-prinċipji msemmija fir-Regolament Finanzjarju u jenħtieġ li jiżgura l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu.

(16)

Ir-Regolament (UE) 2021/444 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) jistabbilixxi l-programm “Dwana” għal kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana (il-“Programm Dwana”) sabiex jiġu appoġġati l-unjoni doganali u l-awtoritajiet doganali. Sabiex jitħarsu l-koerenza u l-koordinazzjoni orizzontali tal-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni rigward id-dwana u t-tagħmir ta’ kontroll doganali, jixraq li tali azzjonijiet jiġu implimentati taħt att legali wieħed, jiġifieri l-Programm Doganali, li fih sett wieħed ta’ regoli. Għalhekk, jenħtieġ li dan l-Istrument jappoġġa biss ix-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir eliġibbli ta’ kontroll doganali, filwaqt li l-azzjonijiet l-oħra kollha relatati magħhom, bħall-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni biex jiġu vvalutati l-ħtiġijiet jew it-taħriġ marbut mat-tagħmir ikkonċernat, jenħtieġ li jiġu appoġġat mill-Programm Doganali.

(17)

Barra minn hekk, u meta jkun xieraq, jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa wkoll ix-xiri jew l-aġġornament ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali għall-ittestjar ta’ unitajiet individwali ġodda tat-tagħmir jew ta’ funzjonalitajiet ġodda ta’ unitajiet individwali eżistenti tat-tagħmir f’kundizzjonijiet operattivi qabel ma l-Istati Membri jibdew jixtru t-tali tagħmir ġdid fuq skala kbira. L-ittestjar f’kundizzjonijiet operattivi jenħtieġ li jagħmel segwitu, b’mod partikolari, għar-riżultati tar-riċerka dwar it-tagħmir ta’ kontroll doganali li titwettaq fil-qafas tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) (2). Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkoraġġixxi l-akkwist u l-ittestjar konġunti tat-tagħmir ta’ kontroll doganali minn żewġ Stati Membri jew aktar, li jagħmlu użu mill-għodod ta’ kooperazzjoni taħt il-programm Dwana.

(18)

Il-parti l-kbira tat-tagħmir ta’ kontroll doganali jista’ jkun ugwalment jew inċidentalment tajjeb biex jintuża għall-kontrolli ta’ konformità skont liġi oħra tal-Unjoni, bħal dik dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, dwar il-viżi jew dwar il-kooperazzjoni bejn il-pulizija. Għalhekk, il-Fond ġie maħsub bħala żewġ strumenti komplementari għax-xiri ta’ tagħmir, kull wieħed bi skop distint imma komplementari. Minn naħa waħda, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi ser jappoġġa finanzjarjament biss il-kostijiet tat-tagħmir li l-għan jew l-effett ewlieni tiegħu jkun il-ġestjoni integrata tal-fruntieri, iżda ser jippermetti wkoll li dak it-tagħmir jintuża għal finijiet oħra, bħal pereżempju l-kontrolli doganali. Min-naħa l-oħra, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali stabbilit b’dan ir-Regolament ser jappoġġa finanzjarjament biss il-kostijiet tat-tagħmir li l-għan jew l-effett ewlieni tiegħu jkun il-kontroll doganali, iżda ser jippermetti ukoll li dak it-tagħmir jintuża għal finijiet oħra, bħall-kontrolli fil-fruntieri u s-sigurtà. Dan it-tqassim tar-rwoli bejn iż-żewġ strumenti ser irawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji kif imsemmi fil-punt (e) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), bħala komponent tal-approċċ ta’ ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, u b’hekk ser jippermetti lill-awtoritajiet doganali u tal-fruntiera jaħdmu flimkien u jimmassimizzaw l-impatt tal-baġit tal-Unjoni permezz tal-kondiviżjoni u l-interoperabbiltà tat-tagħmir ta’ kontroll. Il-kondiviżjoni tat-tagħmir bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħrajn tal-fruntieri jenħtieġ li ma tkunx sistematika.

(19)

F’konformità mal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, tista’ tingħata għotja għal azzjoni li tkun diġà bdiet, dment li l-applikant ikun jista’ juri l-ħtieġa li l-azzjoni tinbeda qabel l-iffirmar tal-ftehim ta’ għotja. Filwaqt li f’każijiet bħal dawn fil-prinċipju l-kostijiet imġarrba qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għotja ma jkunux eliġibbli, dan għandu jkun eċċezzjonalment possibbli fid-dawl tad-dħul fis-seħħ tardiv ta’ dan ir-Regolament meta mqabbel mal-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027. Sabiex tkun tista’ ssir l-implimentazzjoni mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u sabiex jiġi evitat kwalunkwe dewmien fl-appoġġ tal-Unjoni li jista’ jkun ta’ preġudizzju għall-interessi tal-Unjoni li tkun mgħammra kif suppost biex tiżgura t-tħaddim effiċjenti u effettiv tal-unjoni doganali, jenħtieġ li jkun possibbli għal perijodu ta’ żmien limitat fil-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, li tiġi prevista fid-deċiżjoni ta’ finanzjament għall-kostijiet imġarrba fir-rigward tal-azzjonijiet appoġġati skont dan ir-Regolament li diġà kienu bdew jitqiesu eliġibbli sa mill-1 ta’ Jannar 2021, anke jekk dawk l-azzjonijiet kienu implimentati u dawk il-kostijiet imġarrba qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja.

(20)

B’deroga mir-Regolament Finanzjarju, jenħtieġ li azzjoni tkun tista’ tiġi ffinanzjata minn diversi programmi jew strumenti tal-Unjoni sabiex, fejn xieraq, ikunu jistgħu jsiru u jiġu appoġġati l-kooperazzjoni u l-interoperabbiltà bejn l-oqsma differenti. Madankollu, f’konformità mal-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-finanzjament doppju stabbilit mir-Regolament Finanzjarju, f’tali każijiet, il-kontribuzzjonijiet ma humiex permessi jkopru l-istess kostijiet. Jekk Stat Membru jkun diġà ngħata jew irċieva kontribuzzjonijiet minn programm ieħor tal-Unjoni jew appoġġ minn fond tal-Unjoni biex jakkwista l-istess tagħmir, dik il-kontribuzzjoni jew dak l-appoġġ jenħtieġ li jiġi kkomunikat lill-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 191 tar-Regolament Finanzjarju.

(21)

Kwalunkwe finanzjament li jeċċedi l-limitu tar-rati ta’ kofinanzjament jenħtieġ li jingħata biss f’każijiet debitament iġġustifikati, li jistgħu jinkludu każijiet ta’ akkwist konġunt u ta’ ttestjar konġunt ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali minn żewġ Stati Membri jew aktar.

(22)

Minħabba l-evoluzzjoni rapida tat-teknoloġiji, tat-theddid u tal-prijoritajiet fil-qasam doganali, jenħtieġ li l-programmi ta’ ħidma ma jkoprux perijodi twal ta’ żmien. Fl-istess ħin, il-programmi annwali ta’ ħidma ma jkunux neċessarji għall-implimentazzjoni tal-Istrument u jżidu l-piż amministrattiv fuq il-Kummissjoni u fuq l-Istati Membri,. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li, fil-prinċipju, il-programmi ta’ ħidma jkunu jkopru iktar minn sena finanzjarja waħda, iżda mhux iktar minn tlieta.

(23)

Sabiex ikunu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-programmi ta’ ħidma skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11).

(24)

Għalkemm l-implimentazzjoni ċentrali hija indispensabbli biex jintlaħaq l-objettiv speċifiku li jiġu żgurati riżultati ekwivalenti tal-kontrolli doganali, in-natura teknika ta’ dan l-Istrument tfisser li hija meħtieġa ħidma preparatorja fil-livell tekniku. Għalhekk, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tiġi appoġġata minn valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet. Dawk il-valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet jiddependu fuq l-għarfien espert u l-esperjenza fil-livell nazzjonali permezz tal-involviment tal-awtoritajiet doganali. Jenħtieġ li huma jkunu bbażati fuq metodoloġija ċara li tinkludi għadd minimu ta’ passi li jiżguraw li tinġabar l-informazzjoni rilevanti. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tuża din l-informazzjoni biex tiddetermina l-allokazzjoni tal-fondi lill-Istati Membri, b’kont meħud b’mod partikolari tal-volum tal-kummerċ, ir-riskji rilevanti u l-kapaċità amministrattiva tal-awtoritajiet doganali li jużaw u jmantnu dan it-tagħmir, bil-ħsieb li jinkiseb l-aktar użu effiċjenti tat-tagħmir ta’ kontroll doganali ffinanzjat taħt l-Istrument. Biex ikunu jistgħu jikkontribwixxu għal dixxiplina baġitarja, il-kondizzjonijiet għall-prijoritizzazzjoni tal-għotjiet jenħtieġ li jkunu definiti b’mod ċar u bbażati fuq tali valutazzjoni tal-ħtiġijiet.

(25)

Sabiex ikunu żgurati monitoraġġ u rapportar regolari, jenħtieġ li jiġi stabbilit qafas xieraq għall-monitoraġġ tar-riżultati miksuba mill-Istrument u tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tiegħu. Jenħtieġ li tali monitoraġġ u rapportar ikunu bbażati fuq indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jkejlu l-effetti tal-azzjonijiet li jkunu saru fil-kuntest tal-Istrument. Ir-rekwiżiti tar-rapportar jenħtieġ li jinkludu rekwiżit li tingħata informazzjoni lill-Kummissjoni dwar it-tagħmir ta’ kontroll doganali meta l-kost ta’ unità ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali jeċċedi EUR 10 000 mingħajr it-taxxi. Jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn dik l-informazzjoni u l-informazzjoni li trid tingħata lill-pubbliku inġenerali u lill-media sabiex jiġu promossi l-azzjonijiet u r-riżultati tal-Istrument.

(26)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (12), jenħtieġ li l-Istrument jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura f’konformità ma’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġi evitat piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri, kif ukoll ir-regolamentazzjoni żejda. Dawk ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu bħala bażi għal evalwazzjoni, b’mod komparabbli u komplet, tal-effetti tal-Istrument fil-prattika. L-evalwazzjonijiet interim u finali, li jenħtieġ li jsiru mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni u l-ikkompletar tal-Istrument, rispettivament, jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet effiċjenti dwar l-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali taħt l-oqfsa finanzjarji pluriennali li jmiss. Huwa għalhekk tal-akbar importanza li l-evalwazzjonijiet interim u finali jinkludu informazzjoni sodisfaċenti u suffiċjenti u li dawk l-evalwazzjonijiet isiru fi żmien xieraq. Il-Kummissjoni għandha tinkludi fl-evalwazzjonijiet interim u finali d-dettalji tal-kondiviżjoni bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet tal-fruntieri oħrajn ta’ tagħmir iffinanzjat taħt l-Istrument sa fejn l-informazzjoni rilevanti tkun ġiet ipprovduta mill-Istati Membri. Minbarra l-evalwazzjonijiet interim u finali tal-Istrument, ir-rapporti ta’ progress annwali jenħtieġ li jinħarġu wkoll, bħala parti mis-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni, biex jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Istrument. Dawk ir-rapporti jenħtieġ li jinkludu sommarju tat-tagħlimiet meħuda u, fejn xieraq, tal-ostakli li tfaċċaw, u tan-nuqqasijiet li nstabu fil-kuntest tal-attivitajiet tal-Istrument li seħħew matul is-sena inkwistjoni. Dawk ir-rapporti ta’ progress annwali jenħtieġ li jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(27)

Sabiex tingħata tweġiba xierqa għall-prijoritajiet tal-politika, għat-theddid u għat-teknoloġiji li qed jevolvu, jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-emendar tal-lista indikattiva tat-tagħmir ta’ kontroll doganali li jista’ jintuża għall-iskopijiet ta’ kontroll doganali u l-lista tal-indikaturi li jintużaw biex titkejjel il-kisba tal-għan speċifiku. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa u trasparenti b’mod sħiħ matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, ukoll fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jiġu mwettqa f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(28)

F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (14), (Euratom, KE) Nru 2185/96 (15) u (UE) 2017/1939 (16), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż miżuri relatati mal-prevenzjoni, is-sejbien, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, mal-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u, fejn xieraq, mal-impożizzjoni ta’ penali amministrattivi. B’mod partikolari, f’konformità mar-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2185/96 u (UE, Euratom) Nru 883/2013, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu s-setgħa li jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-għan li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) għandu s-setgħa, skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, li jinvestiga u jressaq għall-prosekuzzjoni reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-Qorti tal-Awdituri u, fir-rigward ta’ dawk l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-kooperazzjoni msaħħa skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, lill-UPPE, u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni ta’ fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(29)

Jenħtieġ li forom ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jintgħażlu abbażi tal-ħila tagħhom li jilħqu l-objettiv speċifiku tal-azzjonijiet u li jagħtu riżultati, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità li mistenni jkun hemm. Dawk il-forom u metodi jenħtieġ li jqisu l-użu ta’ somom f’daqqa, ta’ rati fissi u ta’ kostijiet unitarji, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(30)

Minħabba li l-għan ta’ dan ir-Regolament, li huwa li jistabbilixxi Strument li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali, billi jipprovdi appoġġ finanzjarju għax-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri waħedhom minħabba l-iżbilanċi oġġettivi li jeżistu bejniethom fil-livell ġeografiku, iżda jista’ pjuttost, minħabba l-livell u l-kwalità ekwivalenti tar-riżultati tal-kontrolli doganali li approċċ ikkoordinat u finanzjament iċċentralizzat ser jgħinu biex jipprovdu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-għan.

(31)

Ir-riċevituri ta’ finanzjament tal-Unjoni jenħtieġ li jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-media u lill-pubbliku. Tali informazzjoni jenħtieġ li turi l-valur miżjud tal-Istrument fl-appoġġ tiegħu għall-unjoni doganali, u b’mod partikolari, kif jgħin lill-awtoritajiet doganali jwettqu l-missjonijiet tagħhom, kif ukoll l-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżgura t-trasparenza baġitarja. Barra minn hekk, sabiex tiżgura t-trasparenza, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi b’mod regolari informazzjoni lill-pubbliku dwar l-Istrument, l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu, filwaqt li tirreferi, fost oħrajn, għall-programmi ta’ ħidma adottati skont dan ir-Regolament.

(32)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-għoti ta’ appoġġ fil-qasam ta’ politika rilevanti u l-implimentazzjoni tkun tista’ tibda mill-bidu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ b’urġenza u jenħtieġ li japplika, b’effett retroattiv, mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

B’mod konġunt mar-Regolament (UE) …/… (3), dan ir-Regolament jistabbilixxi Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (il-“Fond”) għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Bħala parti minn dak il-Fond, dan ir-Regolament jistabbilixxi Strument biex jipprovdi appoġġ finanzjarju għax-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir ta’ kontroll doganali (l-“Istrument”) għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027. It-tul ta’ żmien tal-Istrument għandu jkun allinjat mat-tul ta’ żmien tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-objettivi tal-Istrument, il-baġit għall-perijodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ tali finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“awtoritajiet doganali” tfisser l-awtoritajiet doganali kif definit fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(2)

“kontrolli doganali” tfisser il-kontrolli doganali kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013;

(3)

“tagħmir ta’ kontroll doganali” tfisser tagħmir maħsub primarjament għat-twettiq tal-kontrolli doganali;

(4)

“tagħmir mobbli ta’ kontroll doganali” tfisser kull mezz tat-trasport li, minbarra li huwa mobbli, ikun fih innifsu maħsub bħala unità individwali tat-tagħmir ta’ kontroll doganali jew li jkun mgħammar kompletament b’tagħmir ta’ kontroll doganali;

(5)

“manutenzjoni” tfisser l-interventi preventivi, korrettivi u ta’ previżjoni, fosthom il-verifiki operattivi u funzjonali, is-servizzi ta’ manutenzjoni, it-tiswija u t-tiġdid ta’ unità individwali tat-tagħmir ta’ kontroll doganali neċessarji sabiex tinżamm fil-kundizzjoni operattiva speċifikata tagħha jew terġa’ tinġieb fiha, sabiex tinkiseb il-ħajja utli massima tagħha, iżda bl-esklużjoni ta’ kwalunkwe aġġornament;

(6)

“aġġornament” tfisser l-interventi evoluttivi meħtieġa biex unità individwali eżistenti tat-tagħmir ta’ kontroll doganali tinġieb minn kundizzjoni operattiva speċifikata antikwata għal kundizzjoni operattiva speċifikata bl-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku.

Artikolu 3

Objettivi tal-Istrument

1.   Bħala parti mill-Fond u bil-ħsieb li jinkiseb l-għan fit-tul tal-applikazzjoni armonizzata tal-kontrolli doganali mill-Istati Membri, l-objettiv ġenerali tal-Istrument huwa li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali fil-missjoni tagħhom li jipproteġu l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, li jiġu żgurati s-sigurtà u s-sikurezza fl-Unjoni u li l-Unjoni tiġi protetta mill-kummerċ illegali filwaqt li tiġi ffaċilitata l-attività kummerċjali leġittima.

2.   L-objettiv speċifiku tal-Istrument huwa li jikkontribwixxi għal riżultati adegwati u ekwivalenti tal-kontrolli doganali permezz tax-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament trasparenti ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali rilevanti, affidabbli u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, li huwa wkoll sikur, sigur u ekoloġiku, li b’hekk jgħin lill-awtoritajiet doganali li jaħdmu flimkien biex jipproteġu l-interessi tal-Unjoni.

Artikolu 4

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Istrument għall-perijodu 2021-2027 għandu jkun ta’ EUR 1 006 407 000 fi prezzijiet kurrenti.

2.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu, evalwazzjoni u ta’ attivitajiet oħrajn għall-ġestjoni tal-Istrument u l-evalwazzjoni tal-ilħuq tal-objettivi tiegħu. Dan jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż marbutin mal-istudji, mal-laqgħat tal-esperti, mal-azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni, li huma relatati mal-objettivi tal-Istrument, kif ukoll l-ispejjeż marbutin man-networks tat-teknoloġija tal-informazzjoni li jiffukaw fuq l-ipproċessar u l-iskambju tal-informazzjoni, fosthom l-għodod korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u assistenza teknika u amministrattiva oħra meħtieġa b’rabta mal-ġestjoni tal-Istrument.

Artikolu 5

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament tal-Unjoni

1.   L-Istrument għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju.

2.   L-Istrument jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u, b’mod partikolari, permezz ta’ għotjiet.

3.   Meta l-azzjoni li tkun appoġġata taħt l-Istrument tkun tinvolvi x-xiri jew l-aġġornament ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni biex tiżgura l-interoperabbiltà tat-tagħmir ta’ kontroll doganali mixtri bl-appoġġ tal-programmi u tal-istrumenti tal-Unjoni, u għalhekk l-użu effiċjenti tiegħu.

KAPITOLU II

Eliġibbiltà

Artikolu 6

Azzjonijiet eliġibbli

1.   Sabiex l-azzjonijiet ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt l-Istrument, dawk l-azzjonijiet iridu jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

jimplimentaw l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3; u

(b)

jappoġġaw ix-xiri, il-manutenzjoni jew l-aġġornament tat-tagħmir ta’ kontroll doganali, inkluż tagħmir teknoloġiku ta’ detezzjoni innovattiv, li jkollu wieħed jew iktar mill-iskopijiet ta’ kontroll doganali li ġejjin:

(1)

l-ispezzjoni mhux invażiva;

(2)

l-indikazzjoni ta’ oġġetti moħbija fuq persuni;

(3)

id-detezzjoni ta’ radjazzjoni u l-identifikazzjoni ta’ nuklidi;

(4)

l-analiżi tal-kampjuni fil-laboratorji;

(5)

it-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi tal-kampjuni fuq il-post;

(6)

it-tfittxija b’apparat portabbli.

L-Anness I fih lista indikattiva tat-tagħmir ta’ kontroll doganali li jista’ jintuża għall-iskopijiet ta’ kontroll doganali msemmija fil-punti (1) sa (6) tal-ewwel subparagrafu.

2.   F’każijiet debitament iġġustifikati, l-azzjonijiet skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 jistgħu jkopru wkoll ix-xiri trasparenti, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir ta’ kontroll doganali għall-ittestjar ta’ unitajiet ġodda tat-tagħmir jew ta’ funzjonalitajiet ġodda ta’ unitajiet eżistenti ta’ tagħmir f’kundizzjonijiet operattivi.

3.   F’konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, b’kont meħud tad-dħul fis-seħħ tardiv ta’ dan ir-Regolament u sabiex jiġi evitat kwalunkwe dewmien fl-appoġġ tal-Unjoni li jista’ jkun ta’ preġudizzju għall-interess tal-Unjoni li tkun mgħammra kif xieraq biex tiżgura t-tħaddim effiċjenti u effettiv tal-unjoni doganali, il-kostijiet imġarrba fir-rigward ta’ azzjonijiet appoġġati skont dan ir-Regolament jistgħu, għal perijodu limitat, eċċezzjonalment jitqiesu eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021, anki jekk dawk l-azzjonijiet ikunu ġew implimentati u dawk il-kostijiet imġarrba qabel ma ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għall-għotja.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 14 biex temenda dan ir-Regolament billi taġġorna, fejn neċessarju, il-lista indikattiva ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li tinsab fl-Anness I.

5.   It-tagħmir ta’ kontroll doganali ffinanzjat taħt dan l-Istrument jenħtieġ li jintuża primarjament għall-kontrolli doganali, iżda jista’ jintuża wkoll għal skopijiet addizzjonali, fosthom b’appoġġ għall-awtoritajiet nazzjonali tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-investigazzjonijiet, għall-kontroll tal-persuni. Dan it-tagħmir ta’ kontroll doganali ma għandux jiġi kondiviż b’mod sistematiku bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet oħra tal-fruntieri.

6.   Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-akkwist u l-ittestjar konġunti tat-tagħmir ta’ kontroll doganali minn żewġ Stati Membri jew aktar.

Artikolu 7

Entitajiet eliġibbli

B’deroga mill-Artikolu 197 tar-Regolament Finanzjarju, l-entitajiet eliġibbli għandhom ikunu l-awtoritajiet doganali dment li dawn jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tal-ħtiġijiet imsemmija fl-Artikolu 11(4) ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 8

Rata ta’ kofinanzjament

1.   L-Istrument jista’ jiffinanzja sa 80 % tal-kostijiet eliġibbli kollha ta’ azzjoni.

2.   Kwalunkwe finanzjament li jeċċedi dan il-limitu massimu għandu jingħata biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali debitament iġġustifikati.

Artikolu 9

Kostijiet eliġibbli

Il-kostijiet relatati direttament mal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom ikunu eliġibbli għal finanzjament taħt l-Istrument.

Il-kostijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt l-Istrument:

(a)

il-kostijiet relatati max-xiri ta’ art;

(b)

il-kostijiet relatati mat-taħriġ jew it-titjib tal-ħiliet, għajr it-taħriġ introduttorju inkluż fil-kuntratt ta’ xiri jew ta’ aġġornament;

(c)

il-kostijiet relatati mal-infrastruttura, bħal bini jew faċilitajiet esterni, kif ukoll mal-għamara;

(d)

il-kostijiet marbutin mas-sistemi elettroniċi, ħlief għas-software u l-aġġornamenti tas-software meħtieġa b’mod dirett biex jintuża t-tagħmir ta’ kontroll doganali u ħlief għas-software elettroniku u l-ipprogrammar meħtieġ biex is-software eżistenti jkun konness mat-tagħmir ta’ kontroll doganali;

(e)

il-kostijiet tan-networks, bħall-mezzi ta’ komunikazzjoni sikuri u mhux sikuri, jew abbonamenti, ħlief għan-networks jew l-abbonamenti meħtieġa esklużivament biex jintuża t-tagħmir ta’ kontroll doganali;

(f)

il-kostijiet tal-mezzi tat-trasport, bħall-vetturi, l-inġenji tal-ajru u l-bastimenti, ħlief għat-tagħmir mobbli ta’ kontroll doganali;

(g)

il-kostijiet tal-oġġetti tal-konsum għat-tagħmir ta’ kontroll doganali, fosthom materjal ta’ referenza jew ta’ kalibrazzjoni;

(h)

il-kostijiet relatati mat-tagħmir ta’ protezzjoni personali.

KAPITOLU III

Għotjiet

Artikolu 10

Għoti, komplementarjetà u finanzjament ikkombinat

1.   L-għotjiet li jaqgħu taħt l-Istrument għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Skont il-punt (f) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju, l-għotjiet għandhom jingħataw mingħajr sejħa għall-proposti lill-entitajiet li huma eliġibbli taħt l-Artikolu 7 ta’ dan ir-Regolament.

3.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont l-Istrument tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni mill-programm “Dwana” jew minn programm ieħor tal-Unjoni, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli tal-programm rilevanti tal-Unjoni għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni korrispondenti għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni. L-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi pro rata f’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għall-appoġġ.

4.   Il-ħidma tal-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu 150 tar-Regolament Finanzjarju għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ġenerali applikabbli għall-għotjiet stipulati fl-Artikolu 188 ta’ dak ir-Regolament u, b’mod partikolari, fuq il-prinċipji tat-trattament ugwali u tat-trasparenza stabbiliti fil-punti (a) u (b) ta’ dak l-Artikolu, kif ukoll fuq il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.

5.   Il-kumitat ta’ evalwazzjoni għandu jevalwa l-proposti abbażi tal-kriterji tal-għoti, filwaqt li jqis, fejn xieraq, ir-rilevanza tal-azzjoni proposta fid-dawl tal-objettivi segwiti, il-kwalità tal-azzjoni proposta, l-impatt tagħha, inkluż l-impatt ekonomiku, soċjali u dak ambjentali tagħha, u l-baġit u l-kosteffettività tagħha.

KAPITOLU IV

Programmazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni

Artikolu 11

Programm ta’ ħidma

1.   L-Istrument għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 110(2) tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dawk il-programmi ta’ ħidma. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

3.   Il-programmi ta’ ħidma pluriennali għandu jkollhom l-għan li jiksbu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 3 permezz tal-azzjonijiet f’konformità mal-Artikolu 6. Il-programmi ta’ ħidma għandhom jistabbilixxu l-ammont totali tal-pjan ta’ finanzjament għall-azzjonijiet kollha. Barra minn hekk, huma għandhom jistabbilixxu:

(a)

għal kull azzjoni:

(i)

l-objettivi segwiti u r-riżultati mistennija, f’konformità mal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3;

(ii)

deskrizzjoni tal-azzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati;

(iii)

fejn xieraq, indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni; u

(iv)

il-metodu ta’ implimentazzjoni u skeda ta’ implimentazzjoni indikattiva;

(b)

għall-għotjiet, ir-rata massima ta’ kofinanzjament imsemmija fl-Artikolu 8.

4.   It-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun appoġġata minn valutazzjoni tal-ħtiġijiet tal-awtoritajiet doganali. Dik il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għandha tkun ibbażata fuq is-segwenti:

(a)

kategorizzazzjoni komuni tal-punti ta’ qsim tal-fruntiera;

(b)

deskrizzjoni komprensiva tat-tagħmir ta’ kontroll doganali disponibbli;

(c)

lista komuni tat-tagħmir ta’ kontroll doganali li jenħtieġ li jkun disponibbli, b’referenza għall-kategorija tal-punti ta’ qsim tal-fruntiera; u

(d)

stima tal-ħtiġijiet finanzjarji.

Il-valutazzjoni tal-ħtiġijiet għandha tkun ibbażata fuq azzjonijiet li jitwettqu fil-kuntest tal-programm Dwana 2020 li ġie stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) jew fil-kuntest tal-programm Dwana, u għandha tiġi aġġornata b’mod regolari tal-inqas kull tliet snin.

Artikolu 12

Monitoraġġ u rapportar

1.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Istrument biex jintlaħqu l-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.

2.   Biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Istrument lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 14, biex temenda l-Anness II fir-rigward tal-indikaturi meta dan ikun meqjus meħtieġ, kif ukoll biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni.

3.   Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u r-riżultati tal-Istrument jinġabru b’mod effiċjenti, effettiv u fil-ħin. Għal dak il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni.

4.   Fejn il-kost ta’ unità ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali jkun iktar minn EUR 10 000 mingħajr it-taxxi, ir-rekwiżiti tar-rapportar imsemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinkludu tal-inqas il-komunikazzjoni annwali tal-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:

(a)

lista dettaljata tat-tagħmir ta’ kontroll doganali ffinanzjat taħt l-Istrument;

(b)

informazzjoni dwar l-użu tat-tagħmir ta’ kontroll doganali, inkluż kwalunkwe riżultat relatat, u appoġġata, fejn xieraq, mill-istatistika rilevanti.

Artikolu 13

Evalwazzjoni

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu b’mod f’waqtu sabiex ikunu jistgħu jintużaw fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.   Evalwazzjoni interim tal-Istrument għandha titwettaq mill-Kummissjoni ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tiegħu, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu ta’ dik l-implimentazzjoni. Fl-evalwazzjoni interim tagħha, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Istrument, inkluż aspetti bħall-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza, u r-rilevanza, kif ukoll is-sinerġiji tiegħu fi ħdan l-Istrument u l-valur miżjud tal-Unjoni.

3.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Istrument, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara tmiem il-perijodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Istrument mill-Kummissjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tibgħat il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, flimkien mal-osservazzjonijiet tagħha u t-tagħlimiet meħuda, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

KAPITOLU V

Eżerċizzju tad-delega u proċedura ta’ kumitat

Artikolu 14

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 6(4) u 12(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2027. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta’ setgħa mhux iktar tard minn disa’ xhur qabel dik id-data. Id-delega ta’ setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 6(4) u 12(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Id-Deċiżjoni ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 6(4) u 12(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perijodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 15

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna mill-“Kumitat tal-Programm Dwana” stabbilit permezz tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2021/444.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU VI

Dispożizzjonijiet tranżitorji u finali

Artikolu 16

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini ta’ dawk il-fondi u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-media u lill-pubbliku.

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Istrument, għal azzjonijiet meħuda skont l-Istrument u għar-riżultati miksuba.

3.   Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Istrument għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawk il-prijoritajiet ikunu relatati mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 17

Dispożizzjoni tranżitorja

Jekk ikun meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(2), sabiex tkun possibbli l-ġestjoni tal-azzjonijiet li jkun għadhom ma tlestewx sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 67.

(2)  Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ April 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-27 ta’ Mejju 2021. Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ … (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU …).

(1)  Ir-Regolament li jinsab fid-dokument ST 6487/21 (2018/0249 (COD)).

(5)  ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.

(6)  ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.

(7)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2021/444 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-programm “Dwana” għal kooperazzjoni fil-qasam tad-dwana u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 (ĠU L 87, 15.3.2021, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … li jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (OJ L …, p. …).

(2)  Ir-Regolament li jinsab fid-dokument ST 7064/20 (2018/0224(COD)).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2019 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1052/2013 u (UE) 2016/1624 (ĠU L 295, 14.11.2019, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(12)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(13)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(17)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(3)  Ir-Regolament li jinsab fid-dokument ST 6487/21 (2018/0249(COD)).

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 1294/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi programm ta’ azzjoni għad-dwana fl-Unjoni Ewropea għall-perijodu 2014-2020 (Dwana 2020) u jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 624/2007/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 209).


ANNESS I

Lista indikattiva tat-tagħmir ta’ kontroll doganali li jista’ jintuża sabiex jinkisbu l-għanijiet tal-kontroll doganali elenkati fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1)

SKOP TAL-KONTROLL DOGANALI

TAGĦMIR TA’ KONTROLL DOGANALI

KATEGORIJA

APPLIKAZZJONI

1.

Spezzjoni mhux invażiva

Skanner bir-raġġi X li juża livell għoli ta’ enerġija

Kontejners, trakkijiet, vaguni tal-ferrovija u vetturi

Skanner bir-raġġi X li juża livell baxx ta’ enerġija

Palits, kaxxi u pakketti

Bagalji tal-passiġġieri

Vetturi

Retrodiffużjoni tar-raġġi X

Kontejners

Trakkijiet

Vetturi

Tagħmir ieħor

Sistemi ta’ rikonoxximent awtomatiku tal-pjanċi tal-vetturi jew tal-kontejners

Imwieżen għall-vetturi

Forklifts u tagħmir mobbli ta’ kontroll doganali simili

2.

Indikazzjoni ta’ oġġetti moħbija fuq il-persuni (1)

Portal tar-retrodiffużjoni bbażat fuq ir-raġġi X

Dan it-tagħmir jintuża l-iktar fl-ajruporti biex jinstabu l-oġġetti moħbija fuq il-persuni (drogi, splussivi, flus kontanti)

Skanner tal-persuna

Skanner tas-sigurtà bbażat fuq mewġ millimetriku

3.

Detezzjoni tar-radjazzjoni u l-identifikazzjoni tan-nuklidi

Detetturi radjoloġiċi u nukleari

Detetturi personali tar-radjazzjoni (PRM)

Detetturi tal-idejn tar-radjazzjoni

Apparat għall-identifikazzjoni tal-isotopi (RIID)

Detetturi portiċi tar-radjazzjoni (RPMs)

Detetturi portiċi spettrometriċi għall-identifikazzjoni tal-isotopi (SPMs)

4.

Analiżi tal-kampjuni fil-laboratorji

Tagħmir għall-identifikazzjoni, kwantifikazzjoni u verifika tal-oġġetti kollha possibbli

Kromatografija b’fażi gassuża u kromatografija b’fażi likwida (GC, LC, HPLC, eċċ.)

Ispettrometrija u tekniki kkombinati magħha (infraħmar, Raman, ultravjola-viżibbli, fluworexxenza, kromatografija b’fażi gassuża/ta’ massa, eċċ.)

Tagħmir bir-raġġi X (fluworexxenza bir-raġġi X, eċċ.)

Ispettrometrija bir-reżonanza manjetika nukleari (NMR) u Analiżi tal-isotopi stabbli

Tagħmir ieħor tal-laboratorju (ispettrometrija tal-assorbiment atomiku, analizzatur tad-distillazzjoni, kalorimetrija differenzjali bl-iskennjar, elettroforeżi, mikroskopju, għadd bix-xintillazzjoni likwida, magna tat-tipjip, eċċ.)

5.

Teħid ta’ kampjuni u analiżi tal-kampjuni fuq il-post

Id-detezzjoni tat-traċċi abbażi tal-Ispettrometrija tal-Mobbiltà Jonika (IMS)

Tagħmir portabbli li jintuża għad-detezzjoni ta’ traċċi ta’ materjal perikoluż speċifiku

Detezzjoni tat-traċċi bl-użu tal-klieb

Din tintuża l-iktar għal diversi riskji marbutin ma’ oġġetti żgħar u kbar

Teħid ta’ kampjuni

Għodod biex jittieħdu kampjuni, kappoċċ tal-estrattur, glovebox

Laboratorji mobbli

Vetturi li jkun fihom it-tagħmir kollu għall-analiżi tal-kampjuni fuq il-post

Detetturi tal-idejn

Analiżi tal-materjal organiku, tal-metalli u tal-ligi

Testijiet kimiċi kolorimetriċi

Spettroskopija Raman

Spettroskopija bl-infraaħmar

Fluworexxenza bir-raġġi X

Detetturi tal-gass għall-kontejners

6.

It-tiftix b’apparat tal-idejn

Għodod tal-idejn personali

Għodod tal-but

Settijiet ta’ għodod mekkaniċi

Mirja teleskopiċi

Apparat

Endoskopji

Detetturi fissi jew tal-idejn tal-metall

Kameras biex jiġi ċċekkjat qiegħ il-vetturi

Apparat ultrasoniku

Miters għall-kejl tad-densità

Tagħmir ieħor

Tiftix taħt wiċċ l-ilma


(1)  Soġġett għad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi applikabbli u għal rakkomandazzjonijiet oħrajn marbuta mal-protezzjoni tas-saħħa u mar-rispett tal-privatezza.


ANNESS II

Indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-istrument fil-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3

Sabiex isir rapport dwar il-progress tal-Istrument fil-kisba tal-objettivi ġenerali u speċifiċi stabbiliti fl-Artikolu 3, għandhom jintużaw l-indikaturi li ġejjin:

Tagħmir

(a)

Id-disponibbiltà fil-punti tal-qsim tal-fruntiera fuq l-art ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li jilħaq l-istandards maqbula (skont it-tip ta’ tagħmir)

(b)

Id-disponibbiltà fil-punti tal-qsim tal-fruntiera bil-baħar ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li jilħaq l-istandards maqbulin (skont it-tip ta’ tagħmir)

(c)

Id-disponibbiltà fil-punti tal-qsim tal-fruntiera bl-ajru ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li jilħaq l-istandards maqbulin (skont it-tip ta’ tagħmir)

(d)

Id-disponibbiltà fil-punti tal-qsim tal-fruntiera li huma ċentri postali ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li jilħaq l-istandards maqbulin (skont it-tip ta’ tagħmir)

(e)

Id-disponibbiltà fil-punti tal-qsim tal-fruntiera bil-ferrovija ta’ tagħmir ta’ kontroll doganali li jilħaq l-istandards maqbulin (skont it-tip ta’ tagħmir)


14.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/18


Dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill: Pożizzjoni (UE) Nru 21/2021 tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb li jiġi adottat Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali

(2021/C 227/02)

I.   INTRODUZZJONI

1.

Fit-12 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ppreżentat lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-istrument ta’ appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (1).

2.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fis-17 ta’ Ottubru 2018 (2).

3.

Fis-16 ta’ April 2019, il-Parlament Ewropew adotta r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu dwar il-proposta (3), u b’hekk ikkonkluda l-ewwel qari tiegħu.

4.

Il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti pprovda lill-Presidenza bil-mandat parzjali (4) biex tidħol f’negozjati informali mal-Parlament b’xi dispożizzjonijiet jibqgħu fil-parentesi minħabba r-rabta tagħhom mad-diskussjonijiet ġenerali tal-QFP jew in-natura orizzontali tagħhom.

5.

Wara l-ewwel trilogu politiku, li sar fis-26 ta’ Novembru 2019, il-Presidenza laħqet fehim komuni (5) mar-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew. Xi elementi tħallew barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tan-negozjati, peress li kienu jeħtieġu t-tlestija tan-negozjati dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 biex il-Kunsill ikun jista’ jistabbilixxi l-pożizzjoni tiegħu.

6.

Il-mandat sħiħ għal negozjati li jieħu kont tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar il-QFP 2021-2027 u l-Pakkett għall-irkupru adottati fil-21 ta’ Lulju 2020 (6), kien approvat mill-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti fis-16 ta’ Diċembru 2020 (7).

7.

Fit-tieni trilogu politiku fis-16 ta’ Marzu 2021, intlaħaq ftehim proviżorju dwar dan ir-Regolament bejn il-koleġiżlaturi. Fil-31 ta’ Marzu 2021, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti approva l-kompromess finali li rriżulta mit-trilogi (8).

8.

Fl-14 ta’ April 2021, il-Kumitat IMCO tal-Parlament Ewropew approva t-test. Sussegwentement, fis-16 ta’ April 2021, il-President tal-Kumitat IMCO bagħat ittra lill-President tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti fejn indikat li ser tirrakkomanda lill-Plenarja li l-pożizzjoni tal-Kunsill tiġi aċċettata mingħajr emendi, soġġett għal verifika mill-ġuristi lingwisti, fit-tieni qari tal-Parlament.

II.   OBJETTIV

9.

Il-proposta hija parti mill-proposti settorjali li jikkomplementaw il-pakkett ta’ proposti orizzontali dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għas-snin 2021 sal-2027.

10.

L-objettiv tal-Istrument huwa li jappoġġa lill-unjoni doganali u lill-awtoritajiet doganali, jipproteġi l-interessi finanzjarji u ekonomiċi tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, jiżgura s-sigurtà u s-sikurezza fi ħdan l-Unjoni u jipproteġi lill-Unjoni minn kummerċ inġust u illegali, filwaqt li jiffaċilita attività kummerċjali leġittima.

11.

Huwa għandu l-għan li jikkontribwixxi għal riżultati adegwati u ekwivalenti tal-kontrolli doganali permezz tax-xiri, il-manutenzjoni u l-aġġornament tat-tagħmir ta’ kontroll doganali.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI

A.   Punti ġenerali

12.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill wettqu negozjati bil-għan li jikkonkludu qbil fit-tieni qari abbażi ta’ pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari li l-Parlament seta’ japprova kif kienet. It-test tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari jirrifletti b’mod sħiħ il-kompromess milħuq bejn il-koleġiżlaturi.

B.   Kwistjonijiet ewlenin

13.

L-elementi ewlenin tal-kompromess milħuq mal-Parlament Ewropew huma deskritti hawn taħt:

ġie maqbul it-tul ta’ żmien tal-Istrument u tal-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027;

il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Istrument għall-perijodu bejn l-2021 u l-2027 ser jammonta għal EUR 1 006 407 000 fi prezzijiet kurrenti;

l-objettivi tal-Istrument ġew speċifikati u elaborati aktar;

l-azzjonijiet u l-ispejjeż eliġibbli għall-finanzjament ġew żviluppati aktar;

l-Istrument ser jiġi implimentat permezz ta’ programmi ta’ ħidma adottati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni;

il-kriterji u l-modalitajiet li jikkonċernaw it-tħejjija tal-programmi ta’ ħidma ġew iċċarati aktar;

ir-rekwiżiti ta’ rappurtar ġew imsaħħa;

il-kamp ta’ applikazzjoni tal-evalwazzjoni interim ġie speċifikat aktar;

ġiet introdotta klawżola ġdida rigward l-obbligu ta’ rappurtar u l-estensjoni fir-rigward tad-delega ta’ setgħa;

intlaħaq qbil dwar l-applikazzjoni retroattiva tar-Regolament.

IV.   KONKLUŻJONI

14.

Il-pożizzjoni tal-Kunsill tirrifletti kompletament il-kompromess milħuq fin-negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, iffaċilitati mill-Kummissjoni. Dan il-kompromess huwa kkonfermat bl-ittra li l-President tal-Kumitat IMCO indirizzat lill-President tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti fis-16 ta’ April 2021.

(1)  Dokument ST 10325/18.

(2)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 67.

(3)  Dokument 8057/19.

(4)  Dokument 15513/1/18 REV 1.

(5)  Dokument 15010/19.

(6)  Dokument ST 10/20.

(7)  Dokument 13822/20.

(8)  Dokument 7266/21.


14.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/20


POŻIZZJONI (UE) Nru 22/2021 TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI

bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 603/2013, (UE) 2016/794, (UE) 2018/1862, (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra ta’ informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża

Adottata mill-Kunsill fis-27 ta’ Mejju 2021

2021/C 227/03

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-punt (e) tal-Artikolu 78(2), il-punt (d) tal-Artikolu 82(1), il-punt (a) tal-Artikolu 87(2) u l-Artikolu 88(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu f’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) ġiet stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE (3) biex isservi bħala s-soluzzjoni teknoloġika għall-iskambju ta’ data dwar il-viżi bejn l-Istati Membri. Ir-Regolament (KE) 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) stabbilixxa l-għan, il-funzjonalitajiet u r-responsabbiltajiet għall-VIS, kif ukoll il-kondizzjonijiet u l-proċeduri għall-iskambju ta’ data dwar viżi għal soġġorn qasir bejn l-Istati Membri biex jiġi ffaċilitat l-eżami ta’ applikazzjonijiet għal viżi għal soġġorn qasir u deċiżjonijiet relatati. Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) stabbilixxa r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni ta’ identifikaturi bijometriċi fil-VIS. L-aċċess għall-VIS mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) ġie stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI (6). Jenħtieġ li dik id-Deċiżjoni tiġi integrata fir-Regolament (KE) Nru 767/2008, biex tkun konformi mal-qafas attwali tat-Trattat.

(2)

L-interoperabbiltà bejn ċerti -sistemi ta’ informazzjoni tal-UE ġiet stabbilita bir-Regolamenti (UE) 2019/817 (7) u (UE) 2019/818 (8) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex dawk is-sistemi u d-data tagħhom jissupplimentaw lil xulxin bil-għan li tittejjeb l-effettività u l-effiċjenza tal-verifiki mal-fruntieri tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, u għaldaqstant tikkontribwixxi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni, inkluż iż-żamma tas-sigurtà pubblika u l-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri.

(3)

L-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE tippermetti li dawk is-sistemi jissupplimentaw lil xulxin sabiex tiġi ffaċilitata l-identifikazzjoni korretta tal-persuni, jingħata kontribut għall-ġlieda kontra l-frodi tal-identità, jitjiebu u jiġu armonizzati r-rekwiżiti relatati mal-kwalità tad-data tas-sistemi ta’ informazzjoni rilevanti tal-UE, tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni teknika u operazzjonali mill-Istati Membri tas-sistemi ta’ informazzjoni eżistenti u futuri tal-UE, jissaħħu u jiġu ssimplifikati s-salvagwardji tas-sigurtà tad-data u tal-protezzjoni tad-data li jirregolaw is-sistemi ta’ informazzjoni rilevanti tal-UE, jiġi ssimplifikat l-aċċess tal-infurzar tal-liġi għall-VIS, is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), is-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u l-Eurodac, u jiġu appoġġati l-finijiet tal-VIS, is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), l-EES, l-ETIAS, il-Eurodac, u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ECRIS-TCN).

(4)

Il-komponenti tal-interoperabbiltà jkopru il-VIS, is-SIS, l-EES, l-ETIAS, il-Eurodac, u l-ECRIS-TCN,kif ukoll id-data tal-Europol biex id-data tal-Europol tkun tista’ tiġi kkonsultata simultanjament ma’ dawk is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE. Għaldaqstant huwa xieraq li dawk il-komponenti ta’ interoperabbiltà jintużaw bil-fini li jitwettqu konsultazzjonijiet awtomatizzati u meta tiġi aċċessata l-VIS għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi. Jenħtieġ li l-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP) stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/818 jintuża biex ikun hemm aċċess veloċi, bla xkiel, effiċjenti, sistematiku u kkontrollat mill-awtoritajiet tal-Istati Membri għas-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE, għad-data tal-Europol u għall-bażijiet ta’ data tal-Interpol li huwa meħtieġ biex iwettqu l-kompiti tagħhom, skont id-drittijiet tal-aċċess tagħhom, u biex jiġu appoġġati l-objettivi tal-VIS.

(5)

L-ESP ser jippermetti li d-data maħżuna fil-VIS u d-data maħżuna fis-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE l-oħra kkonċernati li jiġu kkonsultati b’mod parallel.

(6)

It-tqabbil ta’ data maħżuna fil-VIS ma’ data maħżuna f’sistemi ta’ informazzjoni u bażijiet tad-data oħra jenħtieġ li jkun awtomatizzat. Jekk tqabbil bħal dan jiżvela l-eżistenza ta’ korrispondenza, magħruf bħala “hit” bejn kwalunkwe waħda mid-data personali jew kombinament tagħhom f’applikazzjoni u reġistrazzjoni, fajl jew allert f’dawk is-sistemi ta’ informazzjoni jew bażijiet tad-data l-oħra, jew ma’ data personali fil-lista ta’ sorveljanza tal-ETIAS, jenħtieġ li l-applikazzjoni tiġi vverifikata manwalment minn operatur mill-awtorità kompetenti. Jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-hits imwettqa mill-awtorità kompetenti titqies għad-deċiżjoni dwar jekk tinħariġx viża għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza.

(7)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-mod li bih jiġu implimentati l-interoperabbiltà u l-kondizzjonijiet għall-konsultazzjoni tad-data maħżuna fis-SIS, il-Eurodac, u l-ECRIS-TCN kif ukoll tad-data tal-Europol mill-proċess awtomatizzat tal-VIS għall-fini li jiġu identifikati l-hits. Bħala riżultat, huwa neċessarju li jiġu emendati r-Regolamenti (UE) Nru 603/2013 (9), (UE) 2016/794 (10), (UE) 2018/1862 (11), (UE) 2019/816 (12) u (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex il-VIS tiġi kkonnettjata mas-sistemi ta’ informazzjoni l-oħra tal-UE u mad-data tal-Europol.

(8)

Jenħtieġ li l-kondizzjonijiet li taħthom, minn naħa waħda, l-awtoritajiet tal-viża jistgħu jikkonsultaw id-data maħżuna fil-Eurodac u, min-naħa l-oħra, l-awtoritajiet maħtura tal-VIS jistgħu jikkonsultaw id-data tal-Europol, ċerta data tas-SIS u d-data maħżuna fl-ECRIS-TCN għall-finijiet tal-VIS ikunu mħarsa minn regoli ċari u preċiżi dwar l-aċċess minn dawk l-awtoritajiet għal dik id-data, it-tip ta’ konsultazzjonijiet u kategoriji ta’ data, li kollha kemm huma jenħtieġ li jkunu limitati għal dak li huwa strettament neċessarju għat-twettiq tad-dmirijiet ta’ dawk l-awtoritajiet. Bl-istess mod, id-data maħżuna fil-fajl ta’ applikazzjoni tal-VIS jenħtieġ li tkun viżibbli biss għal dawk l-Istati Membri li jkunu qed joperaw is-sistemi ta’ informazzjoni sottostanti f’konformità mal-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tagħhom.

(9)

Ir-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) (1) jalloka kompiti ġodda lill- Europol bħall-għoti ta’ opinjonijiet wara talbiet għal konsultazzjoni mill-awtoritajiet maħtura tal-VIS u mill-Unitajiet Nazzjonali tal-ETIAS. Biex jiġu implimentati dawk il-kompiti, huwa għalhekk neċessarju li r-Regolament (UE) 2016/794 jiġi emendat skont dan.

(10)

Sabiex jiġi appoġġat l-objettiv tal-VIS li jiġi vvalutat jekk applikant għal viża għal perjodu qasir, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jistax ikun ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika, jenħtieġ li l-VIS tkun tista’ tivverifika jekk teżistix xi korrispondenzi bejn id-data fil-fajls ta’ applikazzjoni tal-VIS u d-data tal-ECRIS-TCN fir-Repożitorju Komuni ta’ Informazzjoni dwar l-Identità (CIR) stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/818 fir-rigward ta’ liema Stati Membri għandhom fil-pussess tagħhom informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi dwar kundanni għal reat terroristiku jew kwalunkwe reat kriminali ieħor elenkat fl-Anness għar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) jekk dan ir-reat ikunu punibbli b’sentenza ta’ kustodja jew b’ordni ta’ detenzjoni għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin skont il-liġi nazzjonali.

(11)

Hit li tiġi indikata mill-ECRIS-TCN jenħtieġ li ma tkunx awtomatikament tfisser li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat ġie kkundannat fl-Istati Membri li jiġu indikati. Jenħtieġ li l-eżistenza ta’ kundanni preċedenti tkun ikkonfermata biss abbażi ta’ informazzjoni riċevuta mir-rekords kriminali tal-Istati Membri kkonċernati.

(12)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

(13)

F’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Ladarba dan ir-Regolament, sa fejn jirrigwarda s-SIS kif regolata mir-Regolament (UE) 2018/1862, jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(14)

Sa fejn jirrigwarda s-SIS kif regolata mir-Regolament (UE) 2018/1862, l-Irlanda qed tieħu sehem f’dan ir-Regolament, f’konformità mal-Artikolu 5(1) tal-Protokoll Nru 19 dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, anness mat-TUE u mat-TFUE, u l-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (16). Barra minn hekk, sa fejn jirrigwarda l-Europol, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN, f’konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(15)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi, sa fejn jirrigwarda s-SIS kif regolata mir-Regolament (UE) 2018/1862, żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (17), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (18).

(16)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi, sa fejn jirrigwarda s-SIS kif regolat mir-Regolament (UE) 2018/1862, żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (19) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (20).

(17)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi, sa fejn jirrigwarda s-SIS kif regolata mir-Regolament (UE) 2018/1862, żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-adeżjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (21), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt G tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (22).

(18)

Sabiex dan ir-Regolament ikun adatt fil-qafas legali eżistenti, jenħtieġ li r-Regolamenti (UE) Nru 603/2013, (UE) 2016/794, (UE) 2018/1862, (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 jiġu emendati skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 603/2013

Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 huwa emendat kif ġej:

(1)

jiddaħħal il-Kapitolu l-ġdid li ġej:

KAPITOLU VIa

Aċċess mill-awtoritajiet tal-viża

Artikolu 22a

Aċċess għall-Eurodac mill-awtoritajiet kompetenti tal-viża

L-awtoritajiet kompetenti tal-viża għandu jkollhom aċċess għall-Eurodac biex jikkonsultaw data f’format għall-qari biss. Għall-finijiet li jiġu vverifikati b’mod manwali l-hits skattati mill-konsultazzjonijiet awtomatizzati li jsiru mill-VIS skont l-Artikolu 9a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u li jiġu eżaminati u tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjonijiet għal viża f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 (*2).

Artikolu 22b

Interoperabbiltà mal-VIS

Mid-data ta-bidu tal-operazzjonijiet tal-VIS skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3) (2), il-Eurodac għandha tkun ikkonnettjata mal-portal Ewropew tat-tfittxija stabbilit bl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4) biex ikun jista’ jsir l-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikolu 9a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

(*1)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir, viżi għal perjodu twil u permessi ta’ residenza (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60)."

(*2)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1)."

(*3)  Ir-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill … ta’… li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L …)"

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).”;"

(2)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 28a

Żamma ta’ rekords jew reġistrazzjonijiet għall-fini ta’ interoperabbiltà mal-VIS

Meta tiġi kkonsultata l-Eurodac kif imsemmi fl-Artikolu 22a ta’ dan ir-Regolament, għandu jinżamm rekord jew reġistrazzjoni ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data mwettqa fi ħdan il-Eurodac u l-VIS f’konformità mal-Artikolu 28 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.”.

Artikolu 2

Emendi għar-Regolament (UE) 2016/794

Ir-Regolament (UE) Nru 2016/794 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 4(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(q)

tipprovdi opinjoni wara talba għal konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 9e(4), l-Artikolu 9g(4) u l-Artikolu 22b(14) u (16) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*5).

(*5)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir, viżi għal perjodu twil u permessi ta’ residenza (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).”;"

(2)

l-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“L-aċċess mill-Eurojust, l-OLAF u, għall-finijiet tal-ETIAS biss, mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u, għall-finijiet tal-VIS biss, mill-awtoritajiet maħtura tal-VIS għal informazzjoni maħżuna mill-Europol”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1b.   Il-Europol għandha tieħu l-miżuri xierqa kollha biex tippermetti li l-awtoritajiet maħtura tal-VIS, għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, ikollhom aċċess indirett abbażi ta’ sistema ta’ hit/no hit għad-data pprovduta għall-finijiet tal-punt (a) tal-Artikolu 18(2) ta’ dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe restrizzjoni indikata mill-Istat Membru, korp tal-Unjoni, pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali li tipprovdi l-informazzjoni inkwistjoni, f’konformità mal-Artikolu 19(2) ta’ dan ir-Regolament.

F’każ ta’ hit, il-Europol għandha tibda l-proċedura li biha l-informazzjoni li ġġenerat il-hit tkun tista’ tiġi kondiviża, f’konformità mad-deċiżjoni tal-fornitur tal-informazzjoni lill-Europol. Tali informazzjoni tista’ tiġi kondiviża biss sa fejn id-data li tiġġenera l-hit tkun neċessarja għat-twettiq tal-kompiti tal-awtoritajiet maħtura tal-VIS relatati mal-VIS.

Il-paragrafi 2 sa 7 ta’ dan l-Artikolu għandhom japplikaw kif meħtieġ.”.

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1862

Ir-Regolament (UE) Nru 2018/1862 huwa emendat kif ġej:

(1)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 18a

Żamma ta’ reġistrazzjonijiet għall-fini ta’ interoperabbiltà mal-VIS

Ir-reġistrazzjonijiet ta’ kull operazzjoni ta’ pproċessar tad-data mwettqa fi ħdan is-SIS u l-VIS skont l-Artikolu 50a ta’ dan ir-Regolament għandhom jinżammu f’konformità mal-Artikolu 18 ta’ dan ir-Regolament u l-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6).

(*6)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir, viżi għal perjodu twil u permessi ta’ residenza (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).”;"

(2)

fl-Artikolu 44(1), jiżdied il-punt li ġej:

“(g)

verifika manwali ta’ hits skattati minn konsultazzjonijiet awtomatizzati mill-VIS u valutazzjoni ta’ jekk l-applikant għal viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jistax ikun ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika, f’konformità mal-Artikoli 9d u 9g jew l-Artikolu 22b, tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.”;

(3)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 50a

Interoperabbiltà mal-VIS

Mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-VIS skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7) (3) is-Sistema Ċentrali tas-SIS għandha tkun ikkonnettjata mal-ESP biex ikun jista’ jsir l-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikoli 9a u 22b tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

(*7)  Ir-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’… li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L …).”;"

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament (UE) 2019/816

Ir-Regolament 2019/816 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1 jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

il-kondizzjonijiet li taħthom id-data inkluża fl-ECRIS-TCN tista’ tintuża mill-awtoritajiet maħtura tal-VIS kif imsemmi fl-Artikolu 9d u l-Artikolu 22b(13) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8) għall-fini li jiġi vvalutat jekk applikant għal viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jistax ikun ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna kif imsemmi fil-punt (i) tal-Artikolu 2(1) u l-punt (a) tal-Artikolu 2(2) ta’ dak ir-Regolament.

(*8)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir, viżi għal perjodu twil u permessi ta’ residenza (Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).”;"

(2)

fl-Artikolu 2 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“Dan ir-Regolament jappoġġa wkoll l-objettiv tal-VIS li tivvaluta jekk l-applikant għal viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jistax ikun ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 767/2008.”;

(3)

fl-Artikolu 3, il-punt (6) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(6)

‘awtoritajiet kompetenti’ tfisser l-awtoritajiet ċentrali, il-Eurojust, il-Europol u l-UPPE, u l-awtoritajiet maħtura tal-VIS kif imsemmija fl-Artikolu 9d u l-Artikolu 22b(13) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, li huma kompetenti li jaċċessaw jew jikkonsultaw l-ECRIS-TCN f’konformità ma’ dan ir-Regolament;”;

(4)

l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1 jiżdied il-punt li ġej:

“(c)

marka li tindika, għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat kien ikkundannat għal reat terroristiku jew kwalunkwe reat kriminali ieħor elenkat fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 2018/1240 jekk dan ikun punibbli b’sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni għal perijodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin skont il-liġi nazzjonali, inkluż il-kodiċi tal-Istat Membru tal-kundanna.”;

(b)

il-paragrafu 1a huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1a.   Is-CIR għandu jkollu d-data msemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1 u d-data li ġejja tal-punt (a) tal-paragrafu 1: il-kunjom (l-isem tal-familja), l-ewwel ismijiet (l-ismijiet mogħtija), id-data tat-twelid, il-post tat-twelid (il-belt u l-pajjiż), nazzjonalità jew nazzjonalitajiet, ġeneru, ismijiet preċedenti, jekk applikabbli, fejn disponibbli psewdonimi jew l-ismijiet li bihom tkun magħrufa dik il-persuna, fejn disponibbli, it-tip u n-numru tad-dokumenti tal-ivvjaġġar tal-persuna, kif ukoll l-isem tal-awtorità emittenti.

Is-CIR jista’ jkun fih id-data msemmija fil-paragrafu 3 kif ukoll, fil-każijiet imsemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1, il-kodiċi tal-Istat Membru tal-kundanna. Il-kumplament tad-data tal-ECRIS-TCN għandha tinħażen fis-sistema ċentrali.”;

(c)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“7.   Fejn jiġu identifikati hits wara l-ipproċessar awtomatizzat imsemmi fl-Artikolu 27a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, il-marki u l-kodiċi tal-Istat Membru tal-kundanna kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandhom ikunu aċċessibbli u jkunu jistgħu jiġu kkonsultati biss mis-Sistema Ċentrali tal-VIS għall-fini tal-verifiki skont l-Artikolu 7a ta’ dan ir-Regolament flimkien mal-punt (e) tal-Artikolu 9a(4) jew il-punt (e) tal-Artikolu 22b(3) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-marki u l-kodiċi tal-Istat Membru tal-kundanna msemmija fil-punt (c) tal-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu viżibbli għal kwalunkwe awtorità oħra għajr l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna li tkun ħolqot ir-rekord immarkat.”;

(5)

fl-Artikolu 7, il-paragrafu 7 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“7.   F’każ ta’ hit, is-sistema ċentrali jew is-CIR għandu jipprovdi awtomatikament lill-awtorità kompetenti l-informazzjoni dwar l-Istati Membri li għandhom fil-pussess tagħhom informazzjoni dwar ir-rekord kriminali taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, flimkien man-numri ta’ referenza assoċjati msemmija fl-Artikolu 5(1) u kwalunkwe informazzjoni korrispondenti dwar l-identità. Din l-informazzjoni dwar l-identità għandha tintuża biss għall-fini li tiġi vverifikata l-identità taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat. Ir-riżultat ta’ tiftix fis-sistema ċentrali għandu jintuża biss għall-fini li:

(a)

issir talba skont l-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni Qafas 2009/315/ĠAI;

(b)

issir talba kif imsemmi fl-Artikolu 17(3) ta’ dan ir-Regolament; jew

(c)

jiġi vvalutat jekk l-applikant għal viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jistax ikun ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 767/2008.”;

(6)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 7a

Użu tas-sistema ECRIS-TCN għall-verifiki tal-VIS

1.   Mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-VIS skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*9) (4), l-ECRIS-TCN għandha tiġi kkonnettjata mal-ESP sabiex ikun possibbli l-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikoli 9a u 22b tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, biex issir konsultazzjoni tal-ECRIS-TCN u biex id-data rilevanti fil-VIS titqabbel mad-data rilevanti tal-ECRIS-TCN fis-CIR immarkata skont il-punt (c) tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament.

2.   Għall-fini tat-twettiq tal-kompiti skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2008, l-awtoritajiet maħtura tal-VIS kif imsemmija fl-Artikolu 9d u l-Artikolu 22b(13) ta’ dak ir-Regolament għandu jkollhom id-dritt li jaċċessaw biss dik id-data tal-ECRIS-TCN fis-CIR li għalihom żdiedet marka skont il-punt (c) tal-Artikolu 5(1) ta’ dan ir-Regolament.

(*9)  Ir-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’… li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L …).”."

(7)

l-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Malli jiskadi l-perijodu ta’ żamma msemmi fil-paragrafu 1, l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru tal-kundanna għandha tħassar ir-rekord tad-data, inkluż kwalunkwe data tal-marki tas-swaba’, immaġnijiet tal-wiċċ jew marki kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1), mis-sistema ċentrali u mis-CIR. F’każijiet fejn id-data relatata ma’ kundanna għal reat terroristiku jew kwalunkwe reat kriminali ieħor kif imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1) titħassar mir-reġistru kriminali nazzjonali, iżda tinżamm informazzjoni dwar kundanni oħra tal-istess persuna, il-marka msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1) biss għandha titneħħa mir-rekord tad-data. Fejn ikun possibbli t-tħassir għandu jsir awtomatikament, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar wara li jiskadi l-perijodu ta’ żamma.”;

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“3.   B’deroga mill-paragrafi 1 u 2, il-marki msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1) għandhom jitħassru awtomatikament 25 sena wara l-ħolqien tal-marka fir-rigward tal-kundanni relatati ma’ reati terroristiċi, u 15-il sena wara l-ħolqien tal-marka fir-rigward ta’ kundanni relatati ma’ reati kriminali oħra.”;

(8)

fl-Artikolu 24, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   Id-data mdaħħla fis-sistema ċentrali u fis-CIR għandha tkun ipproċessata biss għall-finijiet li jiġu identifikati l-Istati Membri li jkollhom informazzjoni ta’ rekords kriminali dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi, jew biex jiġi appoġġat l-objettiv tal-VIS li tivvaluta jekk l-applikant għal viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jistax ikun ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 767/2008. Id-data mdaħħla fis-CIR għandha wkoll tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/818 biex tiffaċilita u tassisti fl-identifikazzjoni korretta ta’ persuni rreġistrati fl-ECRIS-TCN f’konformità ma’ dan ir-Regolament.”;

(9)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 31a

Żamma ta’ reġistrazzjonijiet għall-fini tal-operabbiltà mal-VIS

Għall-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 7a ta’ dan ir-Regolament, għandha tiġi rreġistrata kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ data tal-ECRIS-TCN imwettqa fi ħdan is-CIR u l-VIS f’konformità mal-Artikolu 34 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.”.

Artikolu 5

Emendi għar-Regolament (UE) 2019/818

Ir-Regolament (UE) 2019/818 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 4, il-punt 20 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(20)

‘awtoritajiet maħtura’ tfisser l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri kif definiti fil-punt (26) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2017/2226, fil-punt (3a) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008/ĠAI u fil-punt (21) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2018/1240;”;

(2)

fl-Artikolu 18, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.   Għall-fini tal-Artikoli 9a u 22b tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, is-CIR għandu jaħżen ukoll, separata b’mod loġiku mid-data msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, id-data msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/816. Id-data msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/816 għandha tkun aċċessibbli biss bil-mod imsemmi fl-Artikolu 5(7) ta’ dak ir-Regolament.”;

(3)

fl-Artikolu 68, jiddaħħal il-paragrafu l-ġdid li ġej:

“1a.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-ESP għandu jibda jopera, għall-finijiet tal-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikoli 9a u 22b tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 biss, mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-VIS skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10) (5).

(*10)  Ir-Regolament (UE) 2021/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’… li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L …).”."

Artikolu 6

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tal-bidu tal-operazzjonijiet tal-VIS skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2021/… (6).

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi Brussell, ….

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 154.

(2)  Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019 (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali) u l-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tas-27 ta’ Mejju 2021. Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew ta’ … (għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5).

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ dejta tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2011/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta… li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU L …).

(1)  Ir-Regolament li jinsab fid-dokument ST 5950/21 (2018/0152A(COD)).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).

(15)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(16)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(17)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(18)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(19)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(20)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).

(21)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(22)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(2)  Ir-Regolament li jinsab fid-dokument ST 5950/21 (2018/0152A(COD)).

(3)  Ir-Regolament li jinsab fid-dokument ST 5950/21 (2018/0152A(COD)).

(4)  Ir-Regolament li jinsab fid-dokument ST 5950/21 (2018/0152A(COD)).

(5)  Ir-Regolament li jinsab fid-dokument ST 5950/21 (2018/0152A(COD)).

(6)  Ir-Regolament li jinsab fid-dokument ST 5950/21 (2018/0152A(COD)).


14.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 227/29


Dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill: Pożizzjoni (UE) Nru 22/2021 tal-Kunsill fl-ewwel qari bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 603/2013, (UE) 2016/794, (UE) 2018/1862, (UE) 2019/816 u (UE) 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra ta’ informazzjoni tal-UE għall-finijiet tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża

(2021/C 227/04)

I.   INTRODUZZJONI

1.

Wara evalwazzjoni bir-reqqa tal-VIS, fis-16 ta’ Mejju 2018 il-Kummissjoni ressqet proposta leġiżlattiva biex temenda r-Regolament VIS (1) (minn hawn ’il quddiem “Regolament li jemenda l-VIS”).

2.

Fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Diċembru 2018, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti adotta mandat biex jidħol f’negozjati mal-Parlament Ewropew (2).

3.

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta l-opinjoni tiegħu fid-19 ta’ Settembru 2018 (3).

4.

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ta l-opinjoni tiegħu fit-12 ta’ Diċembru 2018 (4).

5.

Fuq talba tal-Parlament Ewropew, l-Aġenzija tal-UE għad-Drittijiet Fundamentali tat Opinjoni fit-30 ta’ Awwissu 2018 (5).

6.

Fit-13 ta’ Marzu 2019, il-Parlament Ewropew adotta l-Pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari (6).

7.

Il-Kunsill u l-Parlament Ewropew daħlu f’negozjati f’Ottubru 2019 bil-ħsieb li jintlaħaq qbil fl-istadju tal-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (“qbil bikri fit-tieni qari”).

8.

Matul in-negozjati deher ċar li ċerti dispożizzjonijiet kienu nieqsa mill-proposta tal-Kummissjoni — l-hekk imsejħa “emendi konsegwenzjali tal-VIS”. Dawn huma l-emendi li għandhom isiru lill-atti legali dwar is-sistemi ta’ informazzjoni u l-bażijiet ta’ data tal-UE bħala konsegwenza tal-konsultazzjonijiet awtomatizzati mill-VIS lil dawn is-sistemi l-oħra. Emendi konsegwenzjali simili kienu ġew proposti mill-Kummissjoni għall-ETIAS (7).

9.

Minħabba l-ġeometrija varjabbli fil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-politiki tal-UE fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, kien legalment possibbli li jiġi inkluż sett wieħed biss ta’ emendi konsegwenzjali dwar il-modifika tal-istrumenti legali fil-qasam tal-acquis ta’ Schengen relatati mal-fruntieri esterni fir-Regolament li jemenda l-VIS, filwaqt li dispożizzjonijiet oħra li ma jappartjenux għal dak l-acquis kellhom jiġu inklużi fi strument legali separat, jiġifieri r-Regolament dwar l-emendi konsegwenzjali tal-VIS (is-suġġett ta’ din id-Dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill).

10.

Fis-17 ta’ Ġunju 2020, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti emenda l-mandat tal-Kunsill, sabiex jinkludi l-“emendi konsegwenzjali tal-VIS” (8). Billi diġà adotta l-Pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, it-tim ta’ negozjaturi tal-Parlament Ewropew indika li huwa ser jiddefinixxi l-pożizzjoni tiegħu dwar dan is-sett ġdid ta’ dispożizzjonijiet matul in-negozjati interistituzzjonali.

11.

Wara sitt trilogi politiċi u diversi laqgħat tekniċi, in-negozjati ġew konklużi b’suċċess fit-8 ta’ Diċembru 2020, fejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill laħqu kompromess dwar it-test ta’ żewġ Regolamenti:

Regolament li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (KE) Nru 810/2009, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1860, (UE) 2018/1861, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI, għall-fini tar-riforma tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament li jemenda l-VIS”), u

Regolament li jemenda r-Regolamenti (UE) 603/2013, 2016/794, 2018/1862, 2019/816 u 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra ta’ informazzjoni tal-UE għall-finijiet tal-VIS (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament dwar l-emendi konsegwenzjali tal-VIS”, is-suġġett ta’ din id-Dikjarazzjoni tar-raġunijiet tal-Kunsill).

12.

Fit-22 ta’ Jannar 2021, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti wettaq analiżi tat-test ta’ kompromess finali bil-ħsieb ta’ qbil.

13.

Fis-27 ta’ Jannar 2021, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (il-kumitat LIBE) tal-Parlament Ewropew ikkonferma l-qbil politiku u fl-1 ta’ Frar il-President tal-Kumitat LIBE bagħat ittra lill-President tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti li tikkonferma li, jekk il-Kunsill japprova ż-żewġ Regolamenti fl-ewwel qari, wara reviżjoni mill-ġuristi lingwisti, il-Parlament japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fit-tieni qari tiegħu.

14.

Fit-3 ta’ Frar 2021, il-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti kkonferma l-qbil politiku dwar it-test ta’ kompromess tar-Regolamenti.

15.

Id-Danimarka mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tar-Regolament dwar l-emendi konsegwenzjali tal-VIS u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Billi dan ir-Regolament, sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jirrigwardaw is-SIS kif regolata mir-Regolament (UE) 2018/1862, jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka ser tiddeċiedi, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda fuq dan ir-Regolament, jekk hijiex ser timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

16.

Sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jirrigwardaw is-SIS kif regolata mir-Regolament (UE) 2018/1862, l-Irlanda qed tieħu sehem fir-Regolament dwar l-emendi konsegwenzjali tal-VIS. Sa fejn id-dispożizzjonijiet tiegħu jirrigwardaw il-Europol, il-Eurodac u l-ECRIS-TCN, l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

17.

Fir-rigward tal-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein, ir-Regolament dwar l-emendi konsegwenzjali tal-VIS jikkostitwixxi, sa fejn jirrigwarda s-SIS kif regolata mir-Regolament (UE) 2018/1862, żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen.

II.   OBJETTIV

18.

Il-VIS — stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE (id-Deċiżjoni VIS) u bir-Regolament (KE) Nru 767/2008 — hija s-sistema ta’ informazzjoni tal-UE li tiffaċilita l-proċedura tal-viża għal soġġorn qasir (“Schengen”) u tgħin lill-awtoritajiet tal-viża, tal-fruntieri, tal-ażil u tal-migrazzjoni jivverifikaw nazzjonali ta’ pajjiżi terzi li jeħtieġu viża biex jivvjaġġaw lejn iż-żona Schengen. Il-VIS tikkollega l-konsulati tal-Istati Membri madwar id-dinja u l-postijiet ta’ qsim tal-fruntieri esterni kollha tagħhom.

19.

Ir-Regolament li jemenda l-VIS għandu l-għan li jkompli jiżviluppa l-VIS biex iwieġeb aħjar għall-isfidi l-ġodda fil-politiki dwar il-viża, il-fruntieri u s-sigurtà.

20.

Ir-Regolament dwar l-emendi konsegwenzjali tal-VIS jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom il-VIS tikkonsulta d-data maħżuna fil-Eurodac, fis-SIS u fl-ECRIS-TCN, kif ukoll id-data tal-Europol, għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta’ hits fil-qafas tal-konsultazzjonijiet awtomatizzati speċifikati fir-Regolament li jemenda l-VIS.

21.

Il-kondizzjonijiet ta’ aċċess għal sistemi ta’ informazzjoni u bażijiet ta’ data oħra tal-UE kkonsultati mill-VIS kienu neqsin fil-proposta tal-Kummissjoni, prinċipalment minħabba li din kienet ġiet ippreżentata qabel l-adozzjoni ta’ diversi atti legali dwar sistemi ta’ informazzjoni u bażijiet ta’ data oħra tal-UE u r-Regolamenti dwar l-Interoperabbiltà.

22.

Il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari telimina din il-lakuna u tieħu kont tax-xenarju leġiżlattiv ġdid għall-interoperabbiltà, li evolva minn meta ġiet ippreżentata l-proposta.

23.

Filwaqt li l-emendi tekniċi għar-Regolamenti li huma parti mill-acquis ta’ Schengen relatati mal-fruntieri (il-VIS (9), l-EES (10), l-ETIAS (11), is-SIS — Ritorn (12), is-SIS — Fruntieri (13) u l-Interoperabbiltà — Fruntieri (14)) huma inklużi fir-Regolament li jemenda l-VIS, l-emenda għar-Regolamenti li mhumiex parti mill-acquis ta’ Schengen jew li jikkostitwixxu testi ta’ Schengen fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-Pulizija (il-Eurodac (15), ir-Regolament dwar il-Europol (16), is-SIS — kooperazzjoni tal-Pulizija (17), l-ECRIS-TCN (18) u l-Interoperabbiltà — kooperazzjoni tal-Pulizija (19)) huma inklużi f’dan l-istrument legali separat minħabba l-ġeometrija varjabbli fil-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-politiki tal-UE fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

24.

Madankollu, iż-żewġ Regolamenti ġew innegozjati bħala pakkett u huma maħsuba biex jaħdmu flimkien bla xkiel biex jippermettu t-tħaddim u l-użu komprensivi tas-sistema tal-VIS.

III.   ANALIŻI TAL-POŻIZZJONI TAL-KUNSILL FL-EWWEL QARI

A.   Punti ġenerali

25.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill wettqu negozjati bil-għan li jikkonkludu ftehim abbażi ta’ pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari li l-Parlament seta’ japprova bħala tali fit-tieni qari tiegħu. It-test tal-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari dwar ir-Regolament dwar l-emendi konsegwenzjali tal-VIS jirrifletti bis-sħiħ il-kompromess milħuq bejn iż-żewġ koleġiżlaturi, megħjuna mill-Kummissjoni Ewropea.

B.   Kwistjonijiet ewlenin

Emendi għar-Regolament (UE) 603/2013

26.

Il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari temenda r-Regolament Eurodac sabiex:

l-awtoritajiet kompetenti tal-viża jingħataw aċċess għall-Eurodac biex jikkonsultaw id-data f’format li jinqara biss;

il-Eurodac tiġi kkonnettjata mal-portal Ewropew tat-tfittxija stabbilit bl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/818 biex ikun jista’ jsir l-ipproċessar awtomatizzat mill-VIS; u

jinżamm rekord jew reġistrazzjoni ta’ kull operazzjoni tal-ipproċessar tad-data mwettqa fil-Eurodac u fil-VIS.

Emendi għar-Regolament (UE) 2016/794

27.

Il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari temenda r-Regolament dwar il-Europol sabiex:

tippermetti lill-Europol tipprovdi opinjoni wara konsultazzjoni mill-VIS fil-qafas tal-ipproċessar awtomatizzat, u

l-awtoritajiet maħtura tal-VIS ikunu jistgħu, għall-finijiet tar-Regolament VIS, ikollhom aċċess indirett għad-data tal-Europol abbażi ta’ sistema ta’ hit/no hit.

Emendi għar-Regolament (UE) 2018/1862

28.

Il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari temenda r-Regolament SIS — kooperazzjoni tal-Pulizija sabiex:

jinżammu reġistrazzjonijiet ta’ kull operazzjoni tal-ipproċessar tad-data mwettqa fis-SIS u fil-VIS;

l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jingħataw aċċess għad-data mdaħħla fis-SIS għall-fini li jivverifikaw manwalment il-hits skattati minn konsultazzjonijiet awtomatizzati mill-VIS u jivvalutaw jekk applikant għal viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jkunx ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika; u

is-Sistema Ċentrali tas-SIS tiġi kkonnettjata mal-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP) stabbilit bl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/818 biex ikun jista’ jsir l-ipproċessar awtomatizzat tal-VIS.

Emendi għar-Regolament (UE) 2019/816

29.

Il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari temenda r-Regolament ECRIS-TCN sabiex:

fir-rekord tad-data ta’ nazzjonal ta’ pajjiż terz ikkundannat tkun tista’ tiġi inkluża marka li tindika, għall-fini tal-VIS, jekk in-nazzjonal ta’ pajjiż terz ikkonċernat ġiex ikkundannat għal reat terroristiku jew reat kriminali serju;

jiġi indikat li din il-marka ser titħassar awtomatikament 25 sena wara li tinħoloq, meta tkun dwar kundanni relatati ma’ reati terroristiċi, u 15-il sena wara li tinħoloq, meta tkun dwar kundanni relatati ma’ reati kriminali serji oħra;

il-marki u l-kodiċi tal-Istat(i) Membru/i tal-kundanna jsiru aċċessibbli u disponibbli għat-tiftix mis-Sistema Ċentrali tal-VIS għall-fini tal-verifiki, meta jiġu identifikati hits wara pproċessar awtomatizzat mill-VIS;

f’każ ta’ hit, ikun possibbli li s-sistema ċentrali jew is-CIR jipprovdi awtomatikament lill-awtorità kompetenti informazzjoni dwar l-Istati Membri li għandhom fil-pussess tagħhom informazzjoni dwar ir-rekord kriminali tan-nazzjonal ta’ pajjiż terz;

l-ECRIS-TCN tiġi kkonnettjata mal-portal Ewropew tat-tfittxija (ESP) stabbilit bl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2019/818 biex ikun jista’ jsir l-ipproċessar awtomatizzat mill-VIS;

l-awtoritajiet maħtura tal-VIS jingħataw id-dritt li jaċċessaw id-data tal-ECRIS-TCN fis-CIR għall-fini li jwettqu l-kompiti skont ir-Regolament VIS; u

tinżamm reġistrazzjoni ta’ kull operazzjoni tal-ipproċessar tad-data tal-ECRIS-TCN mwettqa fis-CIR u fil-VIS.

30.

Il-Parlament Ewropew inizjalment talab li tiddaħħal dispożizzjoni fir-Regolament ECRIS-TCN li tagħti l-kompitu lill-Kummissjoni biex tevalwa, fi żmien sena wara l-bidu tal-operat tal-ECRIS-TCN, jekk il-konsultazzjoni fl-ECRIS-TCN mill-VIS kinitx meħtieġa biex jiġi appoġġat l-objettiv tal-VIS li jiġi vvalutat jekk applikant għal viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jkunx ta’ theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 767/2008. Il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tintegra l-valutazzjoni ta’ jekk il-konsultazzjoni fl-ECRIS-TCN mill-VIS ikkontribwietx biex jiġi appoġġat l-objettiv imsemmi hawn fuq fir-rapport li l-Kummissjoni hija meħtieġa tippreżenta tliet snin wara l-bidu tal-operat tal-VIS riveduta.

Emendi għar-Regolament (UE) 2019/818

31.

Il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari temenda r-Regolament dwar l-Interoperabbiltà — kooperazzjoni tal-Pulizija sabiex tadattah għall-finijiet tal-VIS riveduta.

IV.   KONKLUŻJONI

32.

Il-Pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari tirrifletti b’mod sħiħ il-kompromess li ntlaħaq fin-negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, bil-kontribut tal-Kummissjoni. Il-Kunsill jemmen li l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari tirrappreżenta pakkett bilanċjat u li, ladarba jiġi adottat, ir-Regolament li jemenda r-Regolamenti (UE) 603/2013, 2016/794, 2018/1862, 2019/816 u 2019/818 fir-rigward tal-istabbiliment tal-kondizzjonijiet għall-aċċess għal sistemi oħra tal-informazzjoni tal-UE għall-finijiet tal-VIS, ser jagħmilha possibbli li l-VIS tiġi kkonnettjata ma’ data minn sistemi oħra tal-informazzjoni tal-UE u tal-Europol u, b’dan il-mod, li s-sistemi jkunu jistgħu jissupplimentaw lil xulxin bil-ħsieb li tittejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, jingħata kontribut għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali u jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni, inkluż iż-żamma tas-sigurtà pubblika u l-ordni pubbliku u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri.

33.

Dan il-kompromess huwa kkonfermat bl-ittra li l-President tal-Kumitat LIBE indirizza lill-President tal-Kumitat tar-Rappreżentanti Permanenti fl-1 ta’ Frar 2021. F’din l-ittra, il-President tal-Kumitat LIBE indika li ser jirrakkomanda li l-membri tal-Kumitat tiegħu, u sussegwentement il-plenarja, jaċċettaw il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari mingħajr emendi fit-tieni qari tal-Parlament, soġġett għal verifika mill-ġuristi lingwisti taż-żewġ istituzzjonijiet.

(1)  8853/18.

(2)  15726/18.

(3)  KESE 2018/03954 (ĠU C 440, 6.12.2018, p. 154).

(4)  Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament ġdid dwar is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (ĠU C 50, 8.2.2019, p. 4).

(5)  Opinjoni tal-FRA — 2/2018. https://fra.europa.eu/en/publication/2018/revised-visa-information-system-and-its-fundamental-rights-implications

(6)  T8-0174/2019, 7401/19.

(7)  Ara COM (2019) 3 final u COM (2019) 4 final.

(8)  8787/20.

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(10)  Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2018/1860 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’soġġorn illegali (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 1).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-verifiki fuq il-fruntieri, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, u li jemenda u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1987/2006 (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 14).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2019/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam ta’ fruntieri u viża u li jemenda r-Regolamenti (KE) 767/2008, (UE) 2016/399, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240, (UE) 2018/1726 u (UE) 2018/1861 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2004/512/KE u 2008/633/ĠAI (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 27).

(15)  Ir-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).

(16)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(17)  Ir-Regolament (UE) 2018/1862 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Novembru 2018 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali, li jemenda u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1986/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/261/UE (ĠU L 312, 7.12.2018, p. 56).

(18)  Ir-Regolament (UE) 2019/816 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ April 2019 li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1726 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 1).

(19)  Ir-Regolament (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja, l-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2018/1862 u (UE) 2019/816 (ĠU L 135, 22.5.2019, p. 85).