|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
Il-559 Sessjoni Plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – INTERACTIO, 24.3.2021–25.3.2021 |
|
|
2021/C 220/01 |
||
|
2021/C 220/02 |
||
|
2021/C 220/03 |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew |
|
|
|
Il-559 Sessjoni Plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – INTERACTIO, 24.3.2021–25.3.2021 |
|
|
2021/C 220/04 |
||
|
2021/C 220/05 |
||
|
2021/C 220/06 |
||
|
2021/C 220/07 |
||
|
2021/C 220/08 |
||
|
2021/C 220/09 |
||
|
2021/C 220/10 |
||
|
2021/C 220/11 |
||
|
2021/C 220/12 |
||
|
2021/C 220/13 |
||
|
2021/C 220/14 |
||
|
2021/C 220/15 |
||
|
2021/C 220/16 |
||
|
2021/C 220/17 |
||
|
2021/C 220/18 |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-559 Sessjoni Plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – INTERACTIO, 24.3.2021–25.3.2021
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/1 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-isfidi tat-telexogħol: l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u d-dritt għall-iskonnessjoni”
(Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Portugiża)
(2021/C 220/01)
|
Relatur: |
Carlos Manuel TRINDADE |
|
Talba mill-Presidenza Portugiża tal-Kunsill |
26.10.2020 |
|
Bażi legali |
L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adottata fis-sezzjoni |
11.3.2021 |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2021 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
221/15/20 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jirrikonoxxi li fil-kuntest tal-pandemija tal-COVID-19, it-telexogħol ikkontribwixxa biex l-ekonomija tkompli tiffunzjona u biex l-impjieg jiġi protett fl-Istati Membri differenti, billi llimita t-telf ta’ negozju. Fl-Ewropa, miljuni ta’ ħaddiema bdew jaħdmu mid-dar: madwar 40 % minnhom, skont l-estimi tal-Eurofound. |
|
1.2. |
Qabel il-pandemija, it-telexogħol ammonta għal proporzjon ħafna aktar baxx tax-xogħol kollu milli fl-Istati Uniti jew il-Ġappun (inqas minn nofs). Madankollu, il-pandemija ħaffet il-bidla lejn it-telexogħol, u saret essenzjali biex tiġi indirizzata l-kriżi tas-saħħa. Konsegwentement, in-negozji, il-ħaddiema u s-soċjetà qed jiffaċċjaw sfidi kbar. Ovvjament se jkun hemm bosta lezzjonijiet li għandhom jittieħdu mill-pandemija, li jippermettulna nagħmlu l-aħjar użu mill-opportunitajiet u neliminaw ir-riskji assoċjati mat-telexogħol. |
|
1.3. |
F’dan il-kuntest, il-KESE jirrikonoxxi l-viżjoni tal-imsieħba soċjali Ewropej fil-kuntest tal-ftehim dwar it-telexogħol tal-2002. Huwa jappella lill-imsieħba soċjali fl-Istati Membri biex ikomplu d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv u biex jiddefinixxu regoli u proċessi adattati għal kull Stat Membru u għas-sitwazzjoni f’kull settur. |
|
1.4. |
Il-KESE jqis li għandhom jinstabu soluzzjonijiet li jqisu t-tranżizzjoni ekonomika lejn id-diġitalizzazzjoni, żvilupp aktar sostenibbli u t-tnaqqis tal-inugwaljanzi. |
|
1.5. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim tal-2002 dwar it-Telexogħol u l-Ftehim tal-2020 dwar id-Diġitalizzazzjoni. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba mill-pandemija, ir-regolamenti eżistenti fl-UE u fl-Istati Membri jistgħu jiġu emendati u jistgħu jinħolqu regolamenti ġodda sabiex jippromovu l-aspetti pożittivi tat-telexogħol u jipproteġu d-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema. Il-KESE josserva li l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, id-dritt għall-iskonnessjoni u l-effettività tad-drittijiet tax-xogħol fil-kuntest tat-telexogħol għandhom jingħataw attenzjoni partikolari. L-evoluzzjoni tat-teknoloġija u l-metodi ta’ ħidma qed jaċċelleraw u jeħtieġu li jiġi żgurat li r-regoli u l-prattiki jiġu adattati għall-kundizzjonijiet il-ġodda li se jipprevalu fil-ġejjieni. |
|
1.6. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali, jiżguraw li jkun hemm qafas nazzjonali adatt għat-telexogħol, li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-impriżi u l-ħaddiema interessati li dan jiġi adottat. |
|
1.7. |
Il-KESE jistieden lill-Istati Membri jittrasponu u jimplimentaw b’mod korrett id-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. |
|
1.8. |
Il-KESE jenfasizza li l-ftehimiet konklużi fl-2002 u l-2020 bejn l-imsieħba soċjali Ewropej jinkludu l-prinċipji ewlenin li jippermettu li jiġu sfruttati l-effetti pożittivi tat-telexogħol u jiġu mminimizzati l-effetti negattivi tiegħu. |
|
1.9. |
Il-KESE huwa tal-fehma li fir-rigward tar-regolamentazzjoni, l-isfidi ewlenin huma li jiġi żgurat li t-telexogħol ikun volontarju u riversibbli u li t-teleħaddiema jkollhom l-istess drittijiet individwali u kollettivi bħall-ħaddiema paragunabbli fl-impriża li jaħdmu fiha. Fost affarijiet oħra, dan għandu jkun il-każ għall-organizzazzjoni tax-xogħol, sabiex jiġi żgurat li l-ammont ta’ xogħol ikun paragunabbli. L-arranġamenti tat-telexogħol għandhom jiġu stabbiliti bil-miktub u għandhom jittieħdu miżuri speċifiċi, fejn meħtieġ, biex tiġi żgurata l-effettività tad-drittijiet tat-teleħaddiema u t-trattament ugwali fil-konfront tal-ħaddiema l-oħra, b’mod partikolari f’termini ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. |
|
1.10. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-importanza li jiġu definiti b’mod ċar il-kwistjonijiet kollha relatati mat-tagħmir, ir-responsabbiltajiet u l-ispejjeż qabel ma jiġi introdott it-telexogħol. Huwa jemmen li b’mod ġenerali, min iħaddem huwa responsabbli għall-forniment, l-installazzjoni u l-manutenzjoni tat-tagħmir meħtieġ għat-telexogħol. Min iħaddem għandu jkopri direttament l-ispejjeż imġarrba fit-telexogħol, b’mod partikolari dawk relatati mal-komunikazzjoni (oġġetti tal-konsum, telefon ċellulari, internet). |
|
1.11. |
Il-KESE jipproponi li, fil-kuntest tat-telexogħol, u f’konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali dwar it-telexogħol u l-ftehimiet dwar in-negozjar kollettiv fil-livell nazzjonali, reġjonali, settorjali jew tan-negozji, l-impriżi jkunu obbligati jużaw mekkaniżmi adatti biex ikejlu s-sigħat ta’ xogħol regolari u ta’ sahra. |
|
1.12. |
Il-KESE jqis li l-metodi ta’ kontroll u ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol għandhom ikunu mmirati strettament lejn dan l-għan, ikunu magħrufa mill-ħaddiema, u ma jkunux intrużivi jew jiksru l-privatezza tal-ħaddiem, filwaqt li jitqiesu l-prinċipji applikabbli tal-protezzjoni tad-data. |
|
1.13. |
Il-KESE jenfasizza li l-ħaddiema fuq telexogħol m’għandhomx ikunu żvantaġġati fil-ħajja tax-xogħol tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp tal-karriera professjonali tagħhom, it-taħriġ kontinwu, l-aċċess għall-informazzjoni interna tal-impriża, il-parteċipazzjoni u r-rappreżentazzjoni tat-trade unions, id-drittijiet speċifiċi tax-xogħol (il-mediċina okkupazzjonali, l-assigurazzjoni, eċċ.) u l-aċċess għal drittijiet speċifiċi oħra previsti fl-impriża. |
|
1.14. |
Il-KESE jqis li għandu jitnieda proċess konġunt bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-ILO u l-OECD fuq il-bażi ta’ studji dwar il-konsegwenzi tat-telexogħol, bħala tħejjija għall-abbozzar ta’ konvenzjoni tal-ILO dwar it-telexogħol. Il-KESE jqis ukoll li l-kundizzjonijiet deċenti ta’ telexogħol għandhom ikunu parti mill-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO u l-programmi nazzjonali korrispondenti. |
2. Aspetti kunċettwali u kuntest tat-telexogħol
|
2.1. |
Din l-Opinjoni twieġeb għall-mistoqsijiet imqajma mill-Presidenza Portugiża dwar l-isfidi tat-telexogħol f’termini ta’ organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u d-dritt għall-iskonnessjoni, bil-ħsieb li tippromovi l-mudell soċjali Ewropew. Dawn il-kwistjonijiet jinkludu perspettiva tal-ġeneru, li se tiġi esplorata f’Opinjoni separata (SOC/662) li għandha tinqara flimkien ma’ din l-Opinjoni. |
|
2.2. |
Il-KESE japprezza x-xogħol li sar mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Eurofound dwar il-metodi u l-kunċetti tat-telexogħol, li jippermettu li d-data titqabbel fuq livell Ewropew u internazzjonali (1). |
|
2.3. |
Meta jirreferi għal dan it-tip ta’ xogħol, il-KESE juża t-terminu “telexogħol” biex ifisser attivitajiet professjonali mwettqa mill-bogħod, lil hinn mill-bini tal-kumpanija u bl-użu ta’ tagħmir tal-ICT. Il-post fejn jitwettaq ix-xogħol u l-użu tal-ICT huma għalhekk tnejn mill-aspetti li jiddefinixxu t-telexogħol. Il-KESE jirrikonoxxi li hemm modi differenti ta’ telexogħol, skont il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali eżistenti. Din l-Opinjoni ser tiffoka fuq it-telexogħol għall-impjegati u mhux ser tikkunsidra l-kwistjoni tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, xi ħaġa li ser ikollha tiġi koperta f’Opinjoni separata fil-futur. |
|
2.4. |
It-telexogħol kien soġġett għal politiki regolatorji. Għalkemm fil-livell Ewropew u internazzjonali m’hemmx direttivi jew standards speċifiċi għat-telexogħol, l-UE għandha madankollu strumenti applikabbli, jiġifieri d-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (2), id-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE dwar is-sigurtà u s-saħħa fuq ix-xogħol (3), id-Direttiva (UE) 2019/1152 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar kondizzjonijiet tax-xogħol trasparenti u prevedibbli fl-Unjoni Ewropea (4), u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata (5). Il-KESE jistieden lill-Istati Membri jipproċedu bit-traspożizzjoni effettiva ta’ dawn id-Direttivi. |
|
2.5. |
L-imsieħba soċjali Ewropej taw ukoll attenzjoni partikolari lil dan il-qasam. Fl-2002, l-imsieħba soċjali ffirmaw Ftehim Qafas dwar it-Telexogħol (ftehim awtonomu), iżda l-implimentazzjoni ma kinitx uniformi madwar l-Ewropa. Diversi aspetti huma enfasizzati, b’mod partikolari: in-natura volontarja tat-telexogħol; it-trattament ugwali fir-rigward ta’ ħaddiema paragunabbli fl-impriża, b’referenzi speċifiċi għall-ammont ta’ xogħol, l-aċċess għat-taħriġ u d-drittijiet kollettivi; ir-riversibbiltà, il-fatt li l-bidla għat-telexogħol ma tbiddilx l-istatus tal-impjieg tal-ħaddiem; ir-rispett tal-ħajja privata tat-teleħaddiem; il-protezzjoni tad-data; il-konformità ma’ standards ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Sabiex jiġi vverifikat li l-istandards tas-saħħa u s-sigurtà huma applikati b’mod korrett, min iħaddem, ir-rappreżentanti tat-trade unions/tal-ħaddiema u awtoritajiet kompetenti oħra għandu jkollhom aċċess għall-post tax-xogħol, fil-limiti tal-liġijiet u l-ftehimiet kollettivi nazzjonali. Jekk it-teleħaddiem jaħdem id-dar, dan l-aċċess huwa soġġett għal notifika u approvazzjoni minn qabel. It-teleħaddiem għandu jkollu d-dritt li jitlob żjarat ta’ spezzjoni. |
|
2.6. |
F’Ġunju 2020, l-imsieħba soċjali Ewropej ikkonkludew ftehim qafas awtonomu dwar id-diġitalizzazzjoni, li jkopri erba’ oqsma speċifiċi b’mod partikolari: il-ħiliet diġitali u l-iżgurar ta’ impjieg; it-termini ta’ konnessjoni u skonnessjoni; l-intelliġenza artifiċjali u ż-żamma tal-kontroll mill-bniedem; ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u l-kwistjoni tas-sorveljanza. Il-KESE jqis li huwa neċessarju li ssir valutazzjoni tar-riżultati tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f’dan il-ftehim mill-aktar fis possibbli. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Imsieħba Soċjali biex jippromovu l-implimentazzjoni rapida u adatta tal-ftehim. Inizjattiva leġiżlattiva Ewropea tista’ potenzjalment titnieda taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Artikoli 151 et seq. TFUE) u/jew fil-livell tal-Istati Membri, sabiex jiġi protett u implimentat id-dritt tal-ħaddiema li jiskonnettjaw. |
|
2.7. |
Fil-livell tal-imsieħba soċjali Ewropej, twettqet u se tkompli titwettaq ħidma importanti f’għadd sinifikanti ta’ setturi. Il-lista ta’ ftehimiet konklużi fil-qasam tat-telexogħol u d-diġitalizzazzjoni hija mehmuża ma’ dan id-dokument. Għalkemm mhix eżawrjenti, din il-lista tixhed l-isforz tad-djalogu soċjali li sar f’dan il-qasam. |
|
2.8. |
Fil-livell tal-Istati Membri, il-leġiżlazzjoni tax-xogħol tirregola ċerti aspetti rilevanti għat-telexogħol, bħat-tul u l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, ir-relazzjoni subordinata ta’ impjieg u s-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, b’dispożizzjonijiet speċifiċi bħar-rekwiżit ta’ kuntratt ta’ impjieg bil-miktub. Il-Ftehim Qafas dwar it-Telexogħol kellu influwenza fuq il-kontenut tal-istandards adottati. |
|
2.9. |
It-telexogħol kien, u ser ikompli jkun, is-suġġett ta’ negozjar kollettiv u ta’ konvenzjonijiet (xi kultant tripartitiċi) stabbiliti fil-livell nazzjonali, settorjali jew tal-impriża, li l-kontenut tagħhom kien influwenzat ukoll mill-ftehim Ewropew tal-2002. Minħabba li n-negozjati ħafna drabi jsiru fil-livell tal-impriża, il-kontenut tal-ftehimiet huwa inqas magħruf (6). |
|
2.10. |
L-Istati Membri tal-Ewropa tal-Lvant huma eċċezzjoni għal din ir-realtà. Il-KESE jistieden lill-imsieħba soċjali f’dawn il-pajjiżi biex jinnegozjaw ftehimiet dwar it-telexogħol, jew biex jaġġornawhom fejn meħtieġ. |
|
2.11. |
Skont id-data mill-Istħarriġ Ewropew dwar il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol tal-2015, il-proporzjon ta’ ħaddiema li jipprattikaw it-telexogħol kien għoli f’żewġ pajjiżi Nordiċi — id-Danimarka (37 %) u l-Iżvezja (33 %) — u fin-Netherlands (30 %), medju f’pajjiżi bħal-Lussemburgu (26 %), Franza (25 %), l-Estonja (24 %), il-Belġju (24 %) u l-Finlandja (24 %) u baxx f’nofs il-pajjiżi tal-UE, li jvarja minn 12 sa 13 % (il-Ġermanja, Spanja, il-Bulgarija, il-Litwanja, ir-Rumanija), jew saħansitra minn 7 % sa 11 % (l-Italja, iċ-Ċekja, il-Polonja, is-Slovakkja, il-Portugall u l-Ungerija). Ta’ min jinnota li, b’mod ġenerali, il-kategorija “telexogħol okkażjonali” tikkonċerna nofs it-teleħaddiema u ftit inqas minn kwart minnhom jipprattikaw it-“telexogħol regolari” (mid-dar) (7). |
|
2.12. |
Insemmu xi riżultati ta’ riċerki reċenti (8): |
|
2.12.1. |
Fl-2019, 5,4 % biss tal-impjegati fl-UE-27 ġeneralment ħadmu mid-dar, u dan il-perċentwal prattikament ma nbidilx matul l-aħħar għaxar snin; madankollu, bejn l-2009 u l-2019, il-proporzjon ta’ teleħaddiema okkażjonali żdied minn 5,2 % fl-2009 għal 9 % fl-2019. Skont studji tal-ILO, l-inċidenza tat-telexogħol (inkluż it-telexogħol “mobbli”) hija ta’ 8 % tal-forza tax-xogħol kollha tal-UE, meta mqabbla ma’ 20 % fl-Istati Uniti u 16 % fil-Ġappun (9). |
|
2.12.2. |
Il-prevalenza tat-telexogħol tvarja b’mod konsiderevoli skont is-setturi u l-professjonijiet, u hija partikolarment għolja fis-setturi tal-informazzjoni u t-teknoloġija u fis-setturi intensivi fl-għarfien, kif ukoll fost il-professjonisti bi kwalifiki għolja. L-istruttura industrijali tal-Istati Membri, id-distribuzzjoni tal-impjiegi skont id-daqs tal-impriża, ir-rata tal-impjieg indipendenti u l-ħiliet diġitali tal-ħaddiema huma wħud mill-fatturi li jispjegaw id-differenzi u l-varjazzjonijiet fl-inċidenza tat-telexogħol bejn l-Istati Membri. |
|
2.12.3. |
Id-differenzi fl-aċċess għat-telexogħol u l-protezzjoni tal-ħaddiema għandhom il-potenzjal li jżidu l-inugwaljanzi bejn il-ħaddiema, inkluż fir-rigward tad-dimensjoni tal-ġeneru li hija indirizzata fl-Opinjoni SOC/662. Jeħtieġ li tinstab soluzzjoni biex dawn jiġu rrimedjati. |
|
2.12.4. |
L-iżvilupp tal-ħiliet diġitali tal-ħaddiema huwa essenzjali biex jintlaħqu l-isfidi tal-bidla teknoloġika u tal-modi ġodda ta’ xogħol (fl-2019, it-taħriġ għall-ħiliet diġitali kopra inqas minn 25 % tal-impriżi tal-UE bħala medja — dan il-perċentwal ivarja minn 6 % fir-Rumanija għal 37 % fil-Finlandja). |
|
2.13. |
Minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, miljuni ta’ ħaddiema fl-Ewropa bdew jaħdmu mid-dar, u l-Eurofound tistma li madwar 40 % tal-ħaddiema bdew jaħdmu mid-dar full-time minħabba l-pandemija. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet, dan huwa obbligatorju wara deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi għal raġunijiet ta’ kontroll tas-saħħa. |
|
2.14. |
Il-KESE jafferma mill-ġdid l-fehma li esprima fid-diversi Opinjonijiet tiegħu (10) dwar il-kwistjonijiet relatati mal-futur tax-xogħol, id-diġitalizzazzjoni, l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol u l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. |
3. Possibbiltajiet u riskji marbuta mat-telexogħol
|
3.1. |
Fir-rigward tal-impriżi, it-telexogħol jista’ jwassal għal żieda fil-produttività, iżda joħloq diffikultajiet għall-kultura tal-impriża u l-organizzazzjoni tax-xogħol. Mill-perspettiva tal-impriżi, l-użu tat-telexogħol għandu għanijiet multipli, b’mod partikolari (11):
|
|
3.2. |
Fir-rigward tal-ħaddiema, it-telexogħol jista’ jiffaċilita r-rikonċiljazzjoni bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jnaqqas l-ispejjeż assoċjati mal-ivvjaġġar għax-xogħol. B’mod ġenerali, it-telexogħol jista’ jippermetti awtonomija akbar, konċentrazzjoni aħjar u żieda fil-produttività (12). . Madankollu, l-awtonomija mhux dejjem tikkumpensa għall-effetti negattivi fuq is-saħħa u l-benesseri u tista’ saħansitra żżid l-intensità tax-xogħol meta tiġi kkombinata ma’ ammont ta’ xogħol eċċessiv u ma’ kulturi tal-impriżi orjentati lejn il-kompetizzjoni, li jimponu prestazzjonijiet għoljin li jwasslu għal ammont eċċessiv ta’ xogħol (mhux imħallas) u perjodi ta’ mistrieħ insuffiċjenti (13). |
|
3.3. |
Il-KESE jenfasizza li t-telexogħol huwa fattur pożittiv għall-iżvilupp sostenibbli u d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija, kif ukoll biex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà urbana. |
|
3.4. |
Il-KESE jinnota li bis-saħħa tat-telexogħol, l-impatt negattiv tal-pandemija tal-COVID-19 tnaqqas b’mod konsiderevoli. Iż-żieda sinifikanti tiegħu ppermettiet li bosta setturi tal-ekonomija jibqgħu jiffunzjonaw. |
|
3.5. |
Il-KESE jinnota li l-isfukar tal-limiti bejn il-ħinijiet tax-xogħol u l-mistrieħ jista’ jwassal għal żieda fin-numru ta’ sigħat attwalment maħduma, għal intensità akbar ta’ xogħol u għal diffikultajiet ta’ skonnessjoni mix-xogħol, u jista’ jaffettwa l-ħajja tal-familja. Il-kejl u l-monitoraġġ tal-ħin tax-xogħol huma sfida ewlenija għall-amministrazzjonijiet tal-ispettorati tax-xogħol tal-Istati Membri, u dan jeħtieġ li jiġi indirizzat b’mod adegwat. |
|
3.6. |
Ir-riċerka tenfasizza ċerti riskji għall-ħaddiema: dawn mhumiex biss ir-riskji assoċjati ma’ forom differenti ta’ iżolament, bħall-istress, id-depressjoni u l-ansjetà, iżda wkoll mard muskuloskeletali, uġigħ ta’ ras, eżawriment, problemi bl-irqad u fenomeni diġitali ġodda bħall-“preżenteiżmu virtwali”. L-effett tal-preżenteiżmu fuq il-ħajja tax-xogħol ivarja. Skont il-Eurofound, l-esperjenza hija negattiva għal xi ħaddiema, filwaqt li oħrajn huma kuntenti li jistgħu jaħdmu mid-dar aktar milli jmorru fil-bini ta’ min iħaddimhom meta jħossuhom ma jifilħux. Madankollu, dan m’għandux jinterferixxi mad-dritt għal-liv tal-mard. It-telexogħol joħloq ukoll diffikultajiet kbar bħall-organizzazzjoni u l-parteċipazzjoni f’attivitajiet trejdjunjonistiċi, l-inviżibilità, l-invażjoni tal-privatezza u t-tixrid tat-teleħaddiema. |
|
3.7. |
Il-KESE jinnota li hemm riskji oħra għat-telexogħol, bħal dawk relatati maċ-ċibersigurtà, li għandhom jiġu indirizzati b’mod adegwat sabiex jiġu difiżi n-negozji u tiġi protetta l-ħajja privata tat-teleħaddiema. Riskju ieħor relatat mat-telexogħol huwa l-impatt potenzjalment negattiv fuq kulturi organizzattivi eżistenti, f’unitajiet li jipproduċu oġġetti jew servizzi jew fi strutturi assoċjattivi u/jew volontarji. |
|
3.8. |
It-telexogħol jirrikjedi ħiliet tal-ICT u aċċess għal tagħmir u servizzi, kif ukoll kundizzjonijiet ta’ akkomodazzjoni u kondizzjonijiet oħra li jiffavorixxu t-telexogħol, li tqajjem il-kwistjoni tal-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali. |
|
3.9. |
Il-KESE jirrikonoxxi li t-telexogħol jista’ jiffaċilita l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol ta’ ċerti gruppi diskriminati, b’mod partikolari l-persuni b’diżabilità, in-nisa tqal u l-ġenituri waħedhom, li spiss jiffaċċjaw ostakli strutturali għall-aċċess għall-impjieg. |
|
3.10. |
Il-KESE huwa tal-fehma li fir-rigward tar-regolamentazzjoni, l-isfidi ewlenin huma li jiġi żgurat li t-telexogħol ikun volontarju u riversibbli — ħlief f’każijiet eċċezzjonali, bħall-pandemija, fejn dan ikun impost mill-awtoritajiet pubbliċi — u li t-teleħaddiema jkollhom l-istess drittijiet individwali u kollettivi bħall-ħaddiema paragunabbli fl-impriża li jaħdmu fiha; li l-arranġamenti tat-telexogħol ikunu stabbiliti bil-miktub; u li jittieħdu miżuri speċifiċi, fejn meħtieġ, biex tiġi żgurata l-effettività tad-drittijiet tat-teleħaddiema u t-trattament ugwali fil-konfront tal-ħaddiema l-oħra. |
|
3.11. |
Il-KESE jemmen li r-regolamentazzjoni tat-telexogħol tista’ tiżgura kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u tgħin biex jitnaqqsu l-inugwaljanzi u l-faqar fuq il-post tax-xogħol (14). |
|
3.12. |
Il-KESE jqis li min iħaddem huwa responsabbli għat-taħriġ u għall-forniment, l-installazjoni u l-manutenzjoni tat-tagħmir meħtieġ għat-telexogħol. Min iħaddem għandu jkopri direttament l-ispejjeż imġarrba fit-telexogħol, b’mod partikolari dawk relatati mal-komunikazzjoni (oġġetti tal-konsum, telefon ċellulari, internet). |
|
3.13. |
Jeħtieġ li jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi protetta d-data relatata mat-telexogħol, b’mod partikolari d-data personali tat-teleħaddiema. |
|
3.14. |
Il-KESE jinnota li, fil-maġġoranza l-kbira tan-negozji, kien hemm tkabbir qawwi fis-sistemi ta’ monitoraġġ, kontroll u segwitu tal-attività tat-teleħaddiema. Huwa jirrakkomanda li l-użu ta’ dawn l-għodod ta’ monitoraġġ għandu jqis il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data u, jekk meħtieġ, jiġi inkwadrat minn leġiżlazzjoni Ewropea futura u/jew negozjar kollettiv fil-livell nazzjonali, reġjonali, settorjali u tan-negozji bejn l-imsieħba soċjali fl-Istati Membri. |
4. L-isfidi tat-telexogħol
4.1. Organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol
|
4.1.1. |
Il-KESE jinnota li r-riċerka dwar l-effetti tat-telexogħol fuq il-ħin tax-xogħol hija unanima — billi jindika l-ħinijiet twal ta’ xogħol bħala l-iżvantaġġ ewlieni ta’ din il-forma ta’ xogħol (15). It-telexogħol jippermetti lill-ħaddiem iqassam il-ġurnata tax-xogħol tiegħu u jevita li joqgħod jivvjaġġa lejn l-impriża tiegħu u lura lejn daru, iżda dan iġib miegħu ħinijiet itwal ta’ xogħol filgħaxija u fi tmiem il-ġimgħa. |
|
4.1.2. |
Il-KESE jinnota b’sodisfazzjon li l-imsieħba soċjali Ewropej reċentement qablu li skambji regolari bejn il-maniġers u l-ħaddiema u/jew ir-rappreżentanti tagħhom dwar l-ammont ta’ xogħol u l-proċessi tax-xogħol (16) huma wħud mill-miżuri li għandhom jiġu kkunsidrati bħala parti mill-proċess ta’ sħubija konġunta li huwa l-bażi tal-ftehim. |
|
4.1.3. |
Fil-fatt, studju tal-Eurofound (17) jindika li: |
|
4.1.3.1. |
Fil-kuntest tat-telexogħol “regolari”, madwar 30 % tal-ħaddiema jaħdmu kuljum jew diversi drabi fil-ġimgħa waqt il-ħin liberu tagħhom; madwar 50 % tal-ħaddiema jiġu interrotti biex iwettqu kompiti mhux previsti u xi 20 % jaħdmu aktar minn 48 siegħa fil-ġimgħa (dan il-perċentwal huwa madwar 30 % għat-teleħaddiema “mobbli” u 10 % għat-teleħaddiema “okkażjonali”). |
|
4.1.3.2. |
Fil-kuntest tat-telexogħol “regolari”, madwar 40 % tat-teleħaddiema għandhom perjodu ta' mistrieħ ta’ inqas minn 11-il siegħa (dan jikkonċerna madwar 25 % tat-teleħaddiema “okkażjonali” u madwar 60 % tat-teleħaddiema “mobbli”). |
|
4.1.4. |
L-istħarriġ tal-Eurofound juri li l-intensità tax-xogħol hija problema komuni fil-pajjiżi Ewropej (pereżempju, 37 % tal-ħaddiema jirrapportaw li huma soġġetti għal skadenzi stretti) u li din hija aktar komuni fost it-teleħaddiema, b’mod partikolari t-teleħaddiema mobbli (18). |
|
4.1.5. |
Għandhom jiġu vvalutati l-implikazzjonijiet fuq is-saħħa u l-benesseri mill-użu intensiv tal-ICT, bħal xogħol quddiem l-iskrin jew bl-ismartphones. L-effetti negattivi, li jistgħu jiġu amplifikati bit-telexogħol, huma l-pressjoni psikoloġika (l-istress), l-għeja tal-għajnejn, l-ansjetà, l-uġigħ ta’ ras, l-eżawriment, id-disturbi fl-irqad u l-mard muskuloskeletali (19). |
|
4.1.6. |
Għalkemm hemm standards Ewropej li jistgħu jkopru t-applikabbli għat-telexogħol, jeħtieġ li jiġi vvalutat jekk id-Direttiva dwar il-ħin tax-xogħol, kif ukoll id-Direttivi l-oħra msemmija fil-paragrafu 2.4, jew il-ftehim dwar it-telexogħol (tal-2002) u l-ftehim dwar id-diġitalizzazzjoni (tal-2020) humiex biżżejjed biex jipproteġu lil dawn il-ħaddiema (20). F’dan ir-rigward, il-KESE jinnota l-importanza tal-ġurisprudenza Ewropea, li skontha “(…) l-Istati Membri għandhom jimponu fuq il-persuni li jimpjegaw l-obbligu li jistabbilixxu sistema oġġettiva, affidabbli u aċċessibbli li tippermetti l-kejl tat-tul tal-ħin tax-xogħol ta’ kuljum maħdum minn kull ħaddiem” (21). Il-KESE jinnota li huma l-Istati Membri li għandhom jiddeterminaw l-arranġamenti speċifiċi għall-implimentazzjoni ta’ sistema bħal din, filwaqt li jqisu, fost l-oħrajn, id-differenzi bejn is-setturi u l-attivitajiet (22). |
|
4.1.7. |
Fid-dawl ta’ dan, il-KESE jipproponi li, fil-kuntest tat-telexogħol, u konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali dwar it-telexogħol u l-ftehimiet dwar negozjar kollettiv fil-livell reġjonali, settorjali jew tan-negozji, l-impriżi jkunu obbligati jużaw mekkaniżmi xierqa biex ikejlu s-sigħat ta’ xogħol regolari u ta' sahra. |
|
4.1.8. |
Il-KESE jqis li t-trattament ugwali fil-konfront ta’ ħaddiema paragunabbli fl-istess impriża japplika wkoll għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, għall-organizzazzjoni tax-xogħol b’tali mod li jiggarantixxu ammonti ta’ xogħol paragunabbli u d-dritt tat-trade unions/tar-rappreżentanti tal-ħaddiema li jkollhom aċċess għall-post tat-telexogħol, fil-limiti tal-leġiżlazzjonijiet u l-ftehimiet kollettivi nazzjonali. |
|
4.1.9. |
It-teleħaddiema ma għandhomx ikunu żvantaġġati fil-ħajja tax-xogħol tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-iżvilupp tal-karriera professjonali tagħhom, it-taħriġ kontinwu, l-aċċess għall-informazzjoni interna tal-impriża, il-parteċipazzjoni u r-rappreżentazzjoni tat-trade unions, id-drittijiet speċifiċi tax-xogħol (il-mediċina okkupazzjonali, l-assigurazzjoni, eċċ.) u l-aċċess għal drittijiet speċifiċi oħra previsti fl-impriża. |
4.2. Il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata
|
4.2.1. |
Wieħed mill-ixpruni tal-iżvilupp tat-telexogħol huwa l-konvinzjoni li din il-forma ta’ xogħol tidher li tippermetti bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, żieda fil-produttività u l-lealtà tal-persunal, u tnaqqis fir-rotazzjoni tal-impjegati. Madankollu, peress li huwa diffiċli li jsiru konklużjonijiet definittivi dwar l-effetti tat-telexogħol fuq id-dinja tax-xogħol abbażi tar-riċerka attwali dwar is-suġġett, jista’ jkun li r-realtà hija ħafna aktar kumplessa u ambigwa, u saħansitra anke kontradittorja, fir-rigward ta’ din ir-reċiproċità potenzjali li tibbenefika lill-ħaddiema u għal min iħaddem (23).. |
|
4.2.2. |
Il-KESE jinnota li hemm kontradizzjoni bejn iż-żieda fil-flessibbiltà tas-sigħat tax-xogħol u l-objettiv ta’ xogħol deċenti rakkomandat mill-ILO. |
|
4.2.3. |
Fir-rigward tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, il-KESE jemmen li l-effetti negattivi huma amplifikati għat-teleħaddiema Huma jvarjaw ukoll skont il-karatteristiċi individwali tal-ħaddiem, il-kultura u l-organizzazzjoni tax-xogħol (24). Il-KESE jqis li t-traspożizzjoni effettiva tad-direttiva li tirregola din il-kwistjoni bla dubju ser twassal għal titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tat-teleħaddiema (25). Il-KESE jistieden lill-Istati Membri jittrasponu u jimplimentaw b’mod korrett din id-Direttiva. |
|
4.2.4. |
Il-KESE jinnota li l-effetti tat-telexogħol fuq il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata huma ferm ambigwi, saħansitra kontradittorji, u jeħtieġu riċerka aktar fil-fond dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata (26). |
|
4.2.5. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ taħriġ adegwat tal-ħaddiema u l-maniġers bażiċi dwar il-prattiki tajba fil-ġestjoni tat-telexogħol u dwar il-konformità mar-regoli ġuridiċi u kuntrattwali, b’mod partikolari fir-rigward tal-promozzjoni tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. |
|
4.2.6. |
Il-KESE jistieden lill-Istati Membri jagħmlu investimenti adegwati fil-ħolqien u/jew l-iżvilupp ta’ servizzi soċjali ta’ kwalità għolja u aċċessibbli b’mod universali għall-anzjani u t-tfal u li jistgħu jikkontribwixxu għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. |
4.3. Id-dritt għall-iskonnessjoni
|
4.3.1. |
Il-KESE huwa konxju li kultura “dejjem mixgħula”, li tkun konnessa kontinwament u nuqqas ta’ mistrieħ toħloq riskji fiżiċi u psikosoċjali sinifikanti għat-teleħaddiema (27). Il-konnessjoni tfisser li jsir diffiċli li jiġu rrispettati l-limiti bejn ix-xogħol imħallas u l-ħajja privata. |
|
4.3.2. |
Fir-rigward tad-dritt għall-iskonnessjoni, reċentement tnedew politiki tal-Istati Membri — anke jekk isegwu approċċi differenti — u/jew azzjonijiet tal-imsieħba soċjali u l-impriżi biex jiġu limitati dawn l-effetti negattivi u biex il-ħaddiema jiġu protetti matul il-ħin liberu tagħhom. |
|
4.3.3. |
Il-konnessjoni kontinwa għandha konsegwenzi negattivi. Huma n-nisa li jbatu l-aktar, peress li normalment jieħdu ħsieb xogħol domestiku bla ħlas u jieħdu ħsieb it-tfal, l-anzjani u l-morda (28). |
|
4.3.4. |
Il-leġiżlazzjoni tkopri l-biċċa l-kbira tas-suġġetti relatati mat-telexogħol, u għalhekk l-implimentazzjoni effettiva tagħha għadha rilevanti ħafna. Il-ftehim qafas dwar id-diġitalizzazzjoni ffirmat fil-livell Ewropew f’Ġunju 2020 jirrigwarda b’mod partikolari r-regoli dwar id-dritt għall-iskonnessjoni, il-konformità mad-dispożizzjonijiet relatati mal-ħin tax-xogħol fil-leġiżlazzjoni u l-ftehimiet kollettivi, kif ukoll dispożizzjonijiet kuntrattwali oħra, u l-ħaddiem m’għandux jiġi kkuntattjat minn min iħaddmu barra l-ħinijiet tax-xogħol. Il-KESE jinnota li dan il-ftehim huwa fil-fażi ta’ implimentazzjoni mill-imsieħba soċjali fil-livell tal-Istati Membri. Madankollu, tibqa’ possibbli inizjattiva leġiżlattiva taħt it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 151 et seq TFUE) sabiex jiġi protett u implimentat id-dritt tal-ħaddiema li jiskonnettjaw, u b’hekk jitnaqqas id-deterjorament fil-kundizzjonijiet ta’ xogħol tagħhom. |
|
4.3.5. |
Hemm fehmiet differenti dwar l-istabbiliment ta’ dritt ta’ skonnessjoni fl-Istati Membri (29). Erba’ pajjiżi (il-Belġju, Spanja, Franza u l-Italja) adottaw leġiżlazzjoni speċifika. Żewġ pajjiżi oħra jew iddiskutew abbozz ta’ leġiżlazzjoni (il-Portugall) jew kellhom proċess ta’ konsultazzjoni (in-Netherlands) iżda ma ġiet adottata l-ebda leġiżlazzjoni speċifika. Fi Stati Membri oħra, il-fehmiet huma diverġenti: f’xi każijiet, it-trejdjunjins jitolbu leġiżlazzjoni speċifika minħabba li l-liġijiet eżistenti mhumiex meqjusa suffiċjenti; f’oħrajn in-negozjar kollettiv huwa meqjus bħala l-aħjar forma ta’ regolamentazzjoni u f’oħrajn huwa argumentat li l-leġiżlazzjoni li tirregola l-ħin tax-xogħol hija biżżejjed. |
|
4.3.6. |
Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, il-KESE jilqa’ r-riżoluzzjoni adottata mill-Parlament Ewropew fil-21 ta’ Jannar 2021 kif ikkunsidrata mill-Kummissjoni Ewropea fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali tal-4 ta’ Marzu taħt il-kapitolu dwar it-telexogħol u d-dritt ta’ skonnessjoni (30). F’dan il-qafas, il-KESE jqis li d-dritt ta’ skonnessjoni għandu jiġi indirizzat kif xieraq fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. |
|
4.3.7. |
Il-KESE jenfasizza li, fir-rigward tad-dritt għall-iskonnessjoni, is-sahra mhijiex fiha nnifisha problema, sakemm tikkonforma mar-regoli stabbiliti, b’mod partikolari fir-rigward tan-numru massimu ta’ sigħat permessi, u li jiġi żgurat li x-xogħol kollu mwettaq jiġi remunerat skont il-qafas legali ta’ kull pajjiż. |
5. Azzjonijiet mill-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri u l-imsieħba soċjali
|
5.1. |
Il-KESE jisħaq fuq il-ħtieġa ta’ aktar informazzjoni statistika u ta’ kwalità aħjar, kif ukoll ta’ aktar riċerka dwar it-telexogħol, sabiex jiġu identifikati l-aħjar prattiki u jiġi analizzat l-impatt tagħhom fuq il-ħajja tal-ħaddiema, l-impriżi u s-soċjetà. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni ttejjeb ir-riċerka fil-qasam tat-telexogħol u l-effetti tiegħu, tippromovi l-iskambju ta’ prattiki tajba bejn l-Istati Membri dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u d-dritt għall-iskonnessjoni u, fl-aħħar, tappoġġja l-iżvilupp tat-tranżizzjoni meħtieġa f’termini ta’ ħiliet, filwaqt li tirrispetta d-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv bejn l-imsieħba soċjali f’livelli differenti. |
|
5.2. |
Il-KESE jenfasizza li l-ftehimiet tal-2002 u l-2020 jinkludu l-prinċipji ewlenin li jippermettu li jiġu sfruttati l-effetti pożittivi tat-telexogħol u jiġu mminimizzati l-effetti negattivi tiegħu. |
|
5.3. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-ftehimiet tal-2002 u tal-2020, jekk meħtieġ jadattaw ir-regoli eżistenti abbażi tal-esperjenza tal-pandemija, u jiżviluppaw oħrajn ġodda, sabiex jippromovu l-elementi pożittivi tat-telexogħol u jipproteġu d-drittijiet fundamentali tal-ħaddiema. L-evoluzzjoni tat-teknoloġija u l-metodi ta’ ħidma qed jaċċelleraw u jeħtieġu li jiġi żgurat li r-regoli u l-prattiki jiġu adattati għall-kundizzjonijiet il-ġodda li se jipprevalu fil-ġejjieni. |
|
5.4. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li l-Istati Membri, bil-parteċipazzjoni tal-imsieħba soċjali, jiżguraw li jkun hemm qafas nazzjonali adatt għat-telexogħol, li jiddefinixxi l-kundizzjonijiet għall-impriżi u l-ħaddiema interessati fl-adozzjoni tiegħu, fid-dawl tal-ftehimiet imsemmija qabel. |
|
5.5. |
B’mod partikolari, l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol, ir-riskji għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, id-dritt għall-iskonnessjoni u l-effettività tad-drittijiet tax-xogħol fil-kuntest tat-telexogħol għandhom jingħataw attenzjoni partikolari. |
|
5.6. |
Il-KESE huwa konvint li l-problemi relatati mat-telexogħol għandhom jiġu indirizzati fil-qafas tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti. |
|
5.7. |
Il-KESE jemmen li l-parteċipazzjoni u l-assoċjazzjoni tal-imsieħba soċjali fil-livelli kollha, inkluż permezz tan-negozjar kollettiv, huma essenzjali biex jinstabu soluzzjonijiet ibbilanċjati, dinjitużi u ġusti. |
|
5.8. |
Il-KESE jqis li għandu jitnieda proċess konġunt bejn il-Kummissjoni Ewropea, l-ILO u l-OECD fuq il-bażi ta’ studji dwar il-konsegwenzi tat-telexogħol, bħala tħejjija għall-abbozzar ta’ konvenzjoni tal-ILO dwar it-telexogħol. Il-KESE jqis ukoll li l-kundizzjonijiet deċenti ta’ telexogħol għandhom ikunu parti mill-Aġenda tax-Xogħol Deċenti tal-ILO u l-programmi nazzjonali korrispondenti. |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Alex Soojung-Kim Pang (2017) Rest — Why you get more done when you work less (Penguin Life, 2018).
(2) ĠU L 299, 18.11.2003, p. 9.
(3) ĠU L 183, 29.6.1989, p. 1.
(4) ĠU L 186, 11.7.2019, p. 105.
(5) ĠU L 188, 12.7.2019, p. 79.
(6) Eurofound u ILO, Working anytime, anywhere: The effects on the world of work (2017), (Naħdmu kull ħin u kullimkien: L-effetti fuq id-dinja tax-xogħol), 2017, p. 51-54. (Dan id-dokument huwa msemmi hawn taħt bħala “Eurofound u ILO (2017)”.)
(7) Il-Kummissjoni Ewropea, Telework in the EU before and after the COVID-19: were we were, where we head to (It-telexogħol fl-UE qabel u wara l-COVID-19: fejn ninsabu, fejn sejrin), Science for Policy Briefs, 2020.
(8) Idem.
(9) ILO, Telework in the 21st century, 2019, p. 294 (It-telexogħol fis-seklu 21).
(10) ĠU C 129, 11.4.2018, p. 44, ĠU C 197, 8.6.2018, p. 45, ĠU C 237, 6.7.2018, p. 8, ĠU C 367, 10.10.2018, p. 15, ĠU C 440, 6.12.2018, p. 37, ĠU C 232, 14.7.2020, p. 18.
(11) Eurofound u ILO 2017, p. 51.
(12) Eurofound, Telework and ICT-based mobile work: flexible working in the digital age (It-telexogħol u x-xogħol mobbli abbażi tal-ICT: xogħol flessibbli fl-era diġitali), 2020, p. 53 (Dan id-dokument huwa msemmi hawn taħt bħala “Eurofound (2020)”.)
(13) Eurofound u ILO 2017, p. 40.
(14) Ara r-riżoluzzjoni reċenti adottata mill-Parlament Ewropew.
(15) It-telexogħol fis-seklu 21, ILO, 2019, p. 298.
(16) Ftehim Qafas tal-imsieħba soċjali Ewropej dwar id-diġitalizzazzjoni, Ġunju 2020, p. 10 (mhux disponbbli bil-Malti).
(17) Further exploring the working conditions of ICT-based mobile workers and home-based teleworkers, Dokument ta’ ħidma, 2020, pp. 23-33.
(18) Eurofound 6th European Working Conditions Survey, Overview report (Is-Sitt Stħarriġ Ewropew dwar il-Kundizzjonijiet tax-Xogħol, rapport b’ħarsa ġenerali), 2016, p. 47-51. Ara wkoll in-nota preċedenti f’qiegħ il-paġna.
(19) Dwar il-konsegwenzi tat-telexogħol għas-saħħa u l-benesseri, ara: Eurofound 2020, pp. 27-35.
(20) Eurofound 2020, p. 54.
(21) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, il-Kawża C-55/18, ECLI: EU:C:2019:402, punt 60. Rigward it-telexogħol, ara wkoll il-bqija tal-ġurisprudenza: C-518/15; C-344/19; C-580/19; C-214/20; C-84/94.
(22) Idem kawża C-55/18, ECLI: EU 2019: paragrafu 63.
(23) It-telexogħol fis-seklu 21, ILO, 2019, p. 302.
(24) Sors prinċipali: Eurofound 2020, pp. 13-26.
(25) Eurofound 2020, p. 54.
(26) Eurofound u ILO 2017, p. 33 u p. 40.
(27) Eurofound u ILO 2017, p. 37.
(28) Ara l-Opinjoni tal-KESE SOC/662 (ara l-paġna 13 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(29) Sors prinċipali: Eurofound 2020, pp. 13-26.
(30) Ara r-riżoluzzjoni reċenti adottata mill-Parlament Ewropew.
ANNESS I
EUROPEAN SECTORAL SOCIAL DIALOGUE JOINT TEXTS ON TELEWORK AND DIGITALISATION (1)
Telework
Eurocommerce and UNI, Europa, European agreement on guidelines on Telework and ICT-mobile work in commerce, 25 May 2018 (commerce)
EACB, EBF-FBE, ESBG and UNI Global Union, Declaration on Telework in the European Banking Sector, 17 November 2017 (banking)
ETNO and UNI Europa, Joint Declaration on ICT-based mobile work, 2 February 2017 (telecommunications)
ETNO and UNI Europa, Joint declaration on telework, 9 June 2016 (telecommunications)
ACME, BIPAR, CEA and UNI-Europa, Joint declaration on telework by the European social partners in the insurance sector, 10 February 2015 (insurance)
CEMR-CCRE and EPSU, CEMR-EP/EPSU joint statement on telework, 13 January 2004 (local and regional government)
Eurelectric and EPSU, EMCEF, Joint declaration on telework, 13 November 2002 (electricity)
Eurocommerce and UNI Europa, European Agreement on Guidelines on Telework in Commerce, 26 April 2001 (Commerce)
ETNO and UNI Europa, Guidelines for Telework in Europe, 7 February 2001 (telecommunications)
Joint Committee, Opinion on telework, 23 November 1998 (telecommunications)
Digitalisation
ETNO and UNI-Europa, Joint Declaration on Artificial Intelligence, 30 November 2020 (telecommunications)
CEEMET and IndustriAll, Joint opinion on the impact of digitalisation on the world of work in the met industries, 9 November 2020 (metal industry)
EFIC and EFBWW, European Social Partners joint statement on Digital Transformation in workplaces of the European Furniture Industry, 6 July 2020 (Furniture)
Federation of European Social Employers and EPSU, Joint Position Paper on Digitalisation in the Social Services Sector — Assessment of Opportunities and Challenges, 6 June 2020 (social services)
Eurelectric and EPSU, IndustriAll, Digitalisation at the heart of social partners' commitment to keep the lights on, 9 April 2020 (electricity)
Eurelectric and EPSU, IndustriAll, A Social Partners' Framework of Actions – Challenges and opportunities of the digitalisation for the workforce in the European Electricity Sector, 9 April 2020 (electricity)
PostEurop and UNI Europa, Joint Declaration on Training in the Digital Era, 6 December 2019 (postal services)
ECEG and IndustriAll, Joint recommendations on digital transformations in the workplace for the European chemicals, pharmaceuticals, rubber and plastics sectors, 8 November 2019 (chemical industry)
EFCI/FENI and UNI Europa, Joint Statement on the Impact of Digitalization on Employment in the Cleaning and Facility Services Industry, 29 October 2019 (industrial cleaning)
INTERGRAF and UNI-Europa, Print is vital for the future of reading – INTERGRAF and UNI Europa Graphical & Packaging joint statement, 21 October 2021 (graphical industry)
FEPORT, ESPO and ETF, Joint statement “Market based and technological developments in the shipping sector and technological innovation represent major challenges for the port sector”, 24 June 2019 (ports)
AMICE, BIPAR, Insurance Europe and UNI Europa, Follow-up statement on the social effects of digitalization, 15 February 2019 (insurance)
IRU and ETF, Joint statement from Social partners for better regulation and digital enforcement, 7 December 2018 (road transport)
EBF-FBE and UNI Europa, Joint Declaration on the Impact of Digitalisation on Employment, 30 November 2018 (banking)
CEPI and IndustriAll, A social partner resolution addressing the ongoing digitalisation in the European pulp and paper sector and its potential impact on industry and employment, 6 July 2018 (paper industry)
CEEMET and IndustriAll, The impact of digitalisation on the world of work in the metal, engineering and technology-based industries, 8 December 2016 (metal industry)
AMICE, BIPAR, Insurance Europe and UNI Europa, Joint declaration on the social effects of digitalisation by the European social partners in the insurance sector, 12 October 2016 (Insurance)
EPSU and CEMR, Joint Declaration on the opportunities and challenges of digitalisation in local and regional administration, 11 December 2015 (local and regional administration)
(1) Based on the European Commission EU social dialogue texts database, the European Trade Union Institute (ETUI) EU Social Dialogue texts database (not yet publicly available) and own research.
ANNESS II
L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew talinqas kwart tal-voti (Artikolu 43(2) tar-Regoli ta’ Proċedura):
Punt 1.14 (marbut ma’ 5.8)
Ibdel it-test kif ġej:
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
109 |
|
Kontra: |
130 |
|
Astensjonijiet: |
14 |
Punt 4.1.1
Ibdel it-test kif ġej:
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
111 |
|
Kontra: |
120 |
|
Astensjonijiet: |
18 |
Punt 5.8 (marbut ma’ 1.14)
Ibdel it-test kif ġej:
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
109 |
|
Kontra: |
130 |
|
Astensjonijiet: |
14 |
(15) It-telexogħol fis-seklu 21, ILO, 2019, p. 298.
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/13 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “It-telexogħol u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri — kundizzjonijiet sabiex it-telexogħol ma jaggravax id-distribuzzjoni inugwali bejn in-nisa u l-irġiel fir-rigward tal-kura domestika u tax-xogħol domestiku mhux imħallsin u sabiex jixpruna l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri”
(Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Portugiża)
(2021/C 220/02)
|
Relatur: |
Milena ANGELOVA |
|
Korelatur: |
Erika KOLLER |
|
Talba mill-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-Ewropa |
Ittra tas-26.10.2020 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adottata fis-sezzjoni |
11.3.2021 |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2021 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
219/10/18 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Għalkemm it-telexogħol huwa forma ta’ xogħol magħruf sew, l-użu tiegħu ngħata spinta sostanzjali b’konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19, li wassal biex aktar minn terz tal-ħaddiema jaħdmu mid-dar, b’perċentwal akbar ta’ nisa milli rġiel (1). Peress li n-nisa ġeneralment jieħdu ħsieb ix-xogħol ta’ kura u dak domestiku, huma kienu jqisu t-telexogħol bħala l-uniku possibbiltà biex jikkombinaw dan ix-xogħol mhux imħallas mal-impjieg imħallas. Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jixtieq jiġbed l-attenzjoni għar-riskju li t-telexogħol jintuża bħala possibbiltà biex jittieħed il-piż doppju ta’ xogħol imħallas u mhux imħallas. Għalhekk, il-KESE jilqa’ l-kampanja tal-Kummissjoni Ewropea (KE) dwar il-ġlieda kontra l-isterjotipi marbuta mal-ġeneru (2), itenni l-ħtieġa għal bidla kulturali u għat-tneħħija ta’ kwalunkwe ostaklu strutturali sabiex tinkiseb distribuzzjoni aktar ugwali tax-xogħol domestiku mhux imħallas, u jħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw minnufih u b’mod effiċjenti d-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. |
|
1.2. |
Peress li l-kundizzjonijiet tal-pandemija huma eċċezzjonali, jeħtieġ li jiġu evalwati r-rabtiet bejn it-telexogħol u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri permezz ta’ perspettiva aktar ġenerali u fit-tul. Matul il-pandemija, fejn possibbli, it-telexogħol kien obbligatorju bħala miżura ta’ protezzjoni tas-saħħa, u akkumpanjat minn ħafna karatteristiċi eċċezzjonali u restrittivi. F’kundizzjonijiet normali, it-telexogħol normalment isir b’mod volontarju, bil-ħsieb li x-xogħol ikun jista’ jiġi organizzat b’mod li jissodisfa bl-aħjar mod l-objettivi u l-ħtiġijiet ġenerali tal-kumpaniji u l-organizzazzjonijiet, filwaqt li jkopri kemm il-ħtiġijiet ta’ min iħaddem kif ukoll tal-ħaddiema u jirrispetta l-qafas legali u normattiv tal-UE u dak nazzjonali (3), kif ukoll il-kisbiet tad-djalogu soċjali, bl-arranġamenti prattiċi kollha stabbiliti bħala parti mill-ftehimiet tax-xogħol u kollettivi. |
|
1.3. |
It-telexogħol jipprovdi bosta opportunitajiet biex jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, pereżempju: parteċipazzjoni mtejba fis-suq tax-xogħol, żieda fil-flessibbiltà fl-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol u fil-kombinazzjoni ta’ responsabbiltajiet ta’ kura mhux imħallsa ma’ impjieg bi ħlas, li tista’ ttejjeb il-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol; gwadanji fil-produttività permezz ta’ prestazzjoni ogħla; tqabbil spazjali aħjar bejn id-domanda u l-provvista ta’ ħaddiema mingħajr il-ħtieġa ta’ ċaqliq lejn post ieħor; iffrankar ta’ ħin u spejjeż minħabba l-eliminazzjoni jew it-tnaqqis tal-ivvjaġġar lejn ix-xogħol u lura, eċċ. Fl-istess ħin, it-telexogħol jippreżenta xi riskji, bħal sfidi possibbli relatati: mal-possibbiltà li l-ħaddiem isir inviżibbli fil-komunità tax-xogħol; mal-esklużjoni mill-istrutturi ta’ appoġġ formali u informali, il-kuntatt personali mal-kollegi u l-aċċess għall-informazzjoni, il-promozzjoni u l-opportunitajiet ta’ taħriġ; mad-deterjorament possibbli tal-inugwaljanzi bejn il-ġeneri u ż-żieda fir-riskju ta’ vjolenza u fastidju. Għan-nisa, dan jista’ jaggrava l-inugwaljanzi eżistenti bejn il-ġeneri. Il-mitigazzjoni ta’ tali riskji b’suċċess tirrikjedi analiżi tal-ġeneru adegwata — peress li anke politiki li jistgħu jidhru newtrali għall-ġeneru jistgħu, fir-realtà, ma jkunux sensittivi għall-perspettivi tal-ġeneru u jaffettwaw lin-nisa b’mod negattiv — għaldaqstant, irid isir kull sforz biex ikun hemm impatt pożittiv. |
|
1.4. |
Il-KESE jieħu nota tal-qafas legali u addizzjonali eżistenti rilevanti għat-telexogħol. Dan jinkludi d-Direttiva dwar il-Ħin tax-Xogħol, id-Direttiva dwar is-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol, id-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, u l-Ftehimiet Qafas Awtonomi tal-imsieħba soċjali Ewropej dwar it-Telexogħol 2002 u dwar id-Diġitalizzazzjoni 2020. Huwa jinnota wkoll li m’hemm l-ebda qafas Ewropew konsolidat dwar it-telexogħol. Il-Parlament Ewropew indika li “qafas leġiżlattiv bil-ħsieb li jiġu regolati l-kundizzjonijiet tat-telexogħol madwar l-UE huwa meħtieġ biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ta’ xogħol u ta’ impjieg deċenti fl-ekonomija diġitali, u b’hekk jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-inugwaljanzi u biex tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-faqar fost dawk li jaħdmu”. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda valutazzjoni tar-regoli eżistenti biex tiġi ddeterminata l-effettività tagħhom fid-dawl tal-espansjoni rapida tat-telexogħol, l-għarfien dwar riskji ġodda, u t-tagħlimiet meħuda. B’mod partikolari, huwa jħeġġeġ lill-imsieħba soċjali biex jirrevedu l-Ftehim Qafas tal-2002 dwar it-Telexogħol u jagħtuh impetu ġdid. |
|
1.5. |
L-imsieħba soċjali jista’ jkollhom rwol sinifikanti fl-avvanz tat-telexogħol b’mod li jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri, jippromovi l-benessri fuq il-post tax-xogħol u l-produttività, pereżempju permezz tan-negozjar kollettiv. Meta titqies il-varjetà wiesgħa tal-postijiet tax-xogħol, l-aħjar riżultati jistgħu jinkisbu permezz ta’ miżuri mfassla apposta fil-livell tal-intrapriża u tal-post tax-xogħol. Għalkemm huwa f’idejn l-impjegaturi li jiddeċiedu dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol, id-djalogu soċjali huwa mezz essenzjali fil-postijiet tax-xogħol sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet bħall-pagi, il-ħin tax-xogħol, il-modalitajiet tal-konnettività, is-saħħa u s-sikurezza, u t-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet fil-kuntest tat-telexogħol. |
|
1.6. |
Il-prerekwiżiti bażiċi ta’ telexogħol newtrali għall-ġeneru jinkludu l-aċċessibbiltà tat-teknoloġiji, tal-faċilitajiet u tal-ħiliet meħtieġa. Il-KESE jtenni l-appell tiegħu għall-investiment fl-infrastruttura u l-konnessjonijiet diġitali għal kulħadd, inklużi l-ispazji lokali kondiviżi li jiffaċilitaw it-telexogħol barra mid-dar, kif ukoll it-tisħiħ tal-ħiliet diġitali, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali għan-nisa, sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw bis-sħiħ fis-swieq tax-xogħol u tiġi indirizzata kwalunkwe forma ta’ distakk diġitali (4). |
|
1.7. |
Id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tal-infrastruttura u s-servizzi ta’ kura għat-tfal, għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u għall-anzjani huma prerekwiżit kruċjali ieħor għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-qasam tat-telexogħol u x-xogħol b’mod ġenerali. Il-KESE jappella għal “Ftehim ta’ Kura għall-Ewropa”, li jiżgura l-provvista ta’ servizzi ta’ kwalità ogħla għal kulħadd matul iċ-ċiklu tal-ħajja. Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw u jinvestu fid-disponibbiltà ta’ servizzi ta’ kura ta’ kwalità għolja, affordabbli, aċċessibbli u varjati sabiex jirrispondu għal diversi domandi u sitwazzjonijiet. |
|
1.8. |
It-telexogħol iġib miegħu r-riskju li l-ħaddiem isir inviżibbli fil-komunità tax-xogħol, filwaqt li jitlef l-istrutturi ta’ appoġġ formali u informali, il-kuntatti personali mal-kollegi u l-aċċess għall-informazzjoni. Dan jista’ jwassal biex ma jitqiesux għall-promozzjoni u għat-taħriġ u għal nuqqas ta’ informazzjoni importanti dwar il-pagi u d-drittijiet eżistenti tal-ħaddiema. Għan-nisa, dan jista’ jirriskja li jaggrava l-inugwaljanzi eżistenti bejn il-ġeneri bħad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi. Id-Direttiva proposta dwar it-trasparenza fil-pagi, ippubblikata mill-Kummissjoni Ewropea fl-4 ta’ Marzu 2021, tista’ tkun mezz importanti biex jiġi indirizzat in-nuqqas ta’ informazzjoni minħabba l-inviżibbiltà. |
|
1.9. |
Sabiex is-settur privat jiġi mħeġġeġ u jkun jista’ jaġġorna u jinvesti f’metodi ġodda u joħloq impjiegi ġodda għal impjieg inklużiv, huwa essenzjali li l-UE tipprovdi kundizzjonijiet favorevoli għall-intraprenditorija u għan-negozju, u tippromovi d-diġitalizzazzjoni — speċjalment għall-mikrointrapriżi u l-SMEs. Bl-istess mod, is-settur pubbliku huwa impjegatur sinifikanti, u huwa meħtieġ investiment adegwat biex jiġu żgurati kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u modernizzazzjoni tal-infrastruttura sabiex jintlaħqu l-objettivi tat-trasformazzjoni diġitali. Kooperazzjoni mill-qrib u bla xkiel bejn is-settur pubbliku u privat hija wkoll meħtieġa fil-livell prattiku, fl-oqsma tal-infrastruttura diġitali, tal-edukazzjoni u t-taħriġ, tas-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali, u tar-riċerka u l-innovazzjoni. |
|
1.10. |
Il-KESE jappella għal riċerka dwar l-implikazzjonijiet fuq il-ġeneru u l-prerekwiżiti tat-telexogħol taħt kundizzjonijiet li mhumiex iddominati mill-pandemija, u li tqis l-iżviluppi fit-tul f’setturi differenti tal-ekonomija u tas-soċjetà kif ukoll il-ġbir u t-tixrid ta’ prattiki tajba eżistenti madwar l-UE. Dan jippermetti approċċ li jqis il-perspettiva tal-ġeneru fil-kisba tal-innovazzjoni teknoloġika u soċjali meħtieġa biex jiġi żgurat li t-telexogħol jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri (5). |
|
1.11. |
Peress li t-tradizzjonijiet tas-soċjetà u l-attitudnijiet tal-individwi jiddeterminaw l-implikazzjonijiet tat-telexogħol fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-KESE jappella għal azzjonijiet u kampanji immirati biex jitnaqqas u jitneħħa l-ħsieb sterjotipat. Il-KESE jħeġġeġ lill-imsieħba soċjali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-livell tal-UE u dak nazzjonali biex ikollhom rwol attiv fil-promozzjoni ta’ rwoli tal-familja mhux sterjotipati u għażliet mhux sterjotipati ta’ nisa u rġiel fir-rigward tal-istudji, tal-professjonijiet u tal-impjiegi. |
|
1.12. |
Il-KESE jistieden lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, fi djalogu u kooperazzjoni mal-imsieħba soċjali, sabiex jagħmlu kull sforz biex jiġġieldu kull forma ta’ vjolenza kontra n-nisa — inkluż fuq il-post tax-xogħol, id-dar u online; u jistieden lill-Istati Membri jirratifikaw malajr il-Konvenzjoni dwar il-Vjolenza u l-Fastidju, 2019 (Nru 190) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u l-Konvenzjoni ta’ Istanbul. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva tal-Presidenza Portugiża li titlob żewġ Opinjonijiet esploratorji, li se jikkomplementaw lil xulxin, bil-għan li ssir analiżi aktar fil-fond tat-telexogħol billi jittieħed kont tat-tagħlimiet meħuda matul il-pandemija. Dan jista’ wkoll jiggwida aħjar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jinkoraġġixxi kundizzjonijiet tal-aħjar prattika għall-adozzjoni tat-telexogħol. Dawn l-Opinjonijiet se jikkontribwixxu għall-abbozz futur ta’ Konklużjonijiet tal-Kunsill matul l-ewwel nofs tal-2021. |
|
2.2. |
Id-diġitalizzazzjoni rapida tal-ekonomija u tas-soċjetà, li ġiet aċċellerata b’mod sostanzjali mill-pandemija tal-COVID-19, tat spinta lill-użu tat-telexogħol, li wasslet sabiex f’Lulju 2020, 34 % tal-impjegati jaħdmu kompletament mid-dar, u 14 % jaħdmu parzjalment mid-dar (6). Filwaqt li l-pandemija tippermetti għarfien dwar il-firxa kbira tat-telexogħol, jeħtieġ li tingħata attenzjoni għall-kundizzjonijiet normali tax-xogħol tat-telexogħol mhux affettwati mill-pandemija. |
|
2.3. |
Għalkemm l-ugwaljanza bejn il-ġeneri tiddependi minn ħafna fatturi, u t-telexogħol għandu diversi impatti ekonomiċi u soċjali oħra minbarra dawk li jirrigwardaw l-ugwaljanza bejn il-ġeneri; din l-Opinjoni esploratorja tqis b’mod speċifiku r-rabtiet bejn it-telexogħol u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, kif mitlub mill-Presidenza Portugiża. L-objettiv huwa li jinstabu modi kif it-telexogħol isir wieħed mill-muturi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u jiġi evitat li tiġi aggravata d-distribuzzjoni inugwali tal-kura u x-xogħol domestiku mhux imħallsin bejn in-nisa u l-irġiel, peress li t-telexogħol jista’ jkollu kemm benefiċċji kif ukoll riskji fir-rigward tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għall-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fit-tfassil tal-politika bil-għan li tgħin biex jittaffew ir-riskji u jinħatfu l-opportunitajiet. |
|
2.4. |
L-użu tal-potenzjal tat-telexogħol filwaqt li jittaffew ir-riskji relatati jikkontribwixxi għall-preservazzjoni tal-kisbiet globali fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri (7). Anke jekk l-irġiel għandhom probabbiltà ogħla li jaħdmu xogħol mobbli barra mill-bini tal-impjegatur meta mqabblin man-nisa, in-nisa jwettqu aktar telexogħol mid-dar fuq bażi regolari mill-irġiel. Dan jista’ jiġi spjegat sa ċertu punt mir-rwoli tal-ġeneri speċifiċi għall-pajjiż u għall-kultura u l-mudelli tal-ħajja tax-xogħol u tal-familja (8). In-nisa ġeneralment jagħmlu l-biċċa l-kbira tax-xogħol ta’ kura mhux imħallas fid-dar (9), u minkejja l-fatt li dan huwa parti vitali mill-ħajja soċjoekonomika, dan mhuwiex rikonoxxut bħala tali. Għalkemm it-telexogħol jista’ jikkontribwixxi għal bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, dan jippreżenta wkoll riskji li jiżdied il-piż fuq in-nisa biex jagħmlu parti saħansitra akbar tax-xogħol domestiku mhux imħallas, filwaqt li jiġu esposti għal riskji oħra bħal vjolenza domestika u online jew riskju li jitilfu opportunitajiet relatati mal-karriera tagħhom. |
|
2.5. |
Kemm is-soċjetà inġenerali kif ukoll in-negozji jeħtiġilhom jagħmlu dak kollu possibbli biex iġibu fix-xejn dawn l-isterjotipi marbuta mal-ġeneru u jirrikonoxxu lin-nisa bħala ħaddiema fihom infushom lil hinn mill-ħafna rwoli u kwalitajiet oħra tagħhom. Il-kost ekonomiku u dak soċjali ta’ dawn il-preġudizzji għas-soċjetà huwa kbir ħafna. L-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fis-setturi kollha għandhom ikunu jistgħu jaġixxu bħala mexxejja dwar din il-kwistjoni, li hija essenzjali għad-drittijiet tal-bniedem u għad-drittijiet tan-nisa, iżda wkoll għall-ekonomija Ewropea (10). |
|
2.6. |
Fl-evalwazzjoni tal-impatti tat-telexogħol, huwa importanti li jiġi osservat li l-implikazzjonijiet fi żmien il-pandemija jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli minn dawk f’kundizzjonijiet normali. X’aktarx li kemm il-benefiċċji kif ukoll l-iżvantaġġi tat-telexogħol huma aktar evidenti matul il-pandemija meta t-telexogħol sar obbligatorju u l-ħajja tan-nies kienet ristretta b’ħafna modi, inkluż l-użu tad-dar bħala spazju komuni għax-xogħol/għall-istudju/għall-għajxien tal-membri tal-familja kollha. Għalhekk huwa neċessarju li ma titteħidx biss il-perspettiva fuq perjodu ta’ żmien qasir, iżda fuq kollox, il-perspettiva fit-tul fil-valutazzjoni tal-implikazzjonijiet tat-telexogħol għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-dinja tax-xogħol, anke b’attenzjoni xierqa biex jiġu pprovduti kondizzjonijiet normali tax-xogħol waqt it-telexogħol. Fi żminijiet normali, it-telexogħol għandu jsir abbażi ta’ ftehim reċiproku u volontarju, bl-arranġamenti prattiċi kollha tiegħu stabbiliti bħala parti minn ftehim kuntrattwali u/jew permezz ta’ ftehimiet kollettivi. |
|
2.7. |
Il-KESE jieħu wkoll l-opportunità biex jorbot xi elementi tal-Opinjoni biex jgħin fit-twettiq tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, b’mod partikolari l-SDG 5 (ugwaljanza bejn il-ġeneri) u l-SDG 8 (xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku). L-għanijiet tal-SDG 5 jinkludu l-eliminazzjoni ta’ kull forma ta’ diskriminazzjoni u l-eliminazzjoni tal-forom kollha ta’ vjolenza kontra n-nisa u l-bniet; ir-rikonoxximent u l-għoti ta’ valur lix-xogħol ta’ kura u dak domestiku mhux imħallsin permezz tal-forniment ta’ servizzi pubbliċi, infrastruttura u politiki tal-protezzjoni soċjali, u l-promozzjoni tar-responsabbiltà kondiviża fl-unità domestika u l-familja. Mira oħra hija t-tisħiħ tal-użu ta’ teknoloġiji abilitanti, b’mod partikolari l-ICT, biex jiġi promoss it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa. L-SDG 8 għandu l-għan ta’ tkabbir ekonomiku sostnut, inklużiv u sostenibbli, impjieg sħiħ u produttiv u xogħol deċenti għal kulħadd, u jinkludi mira li tinkiseb aktar produttività, eż. permezz ta’ titjib teknoloġiku u l-innovazzjoni. |
3. Tagħlimiet meħuda matul il-Perjodu tal-Pandemija: Il-Perspettiva tal-Ġeneru
|
3.1. |
Meta titqies id-dimensjoni tal-ġeneru fil-qasam tat-telexogħol, nistgħu nisiltu lezzjonijiet mill-perjodu tal-pandemija. Il-pandemija tenfasizza l-importanza tar-rwol tan-nisa fl-ekonomija — bħala ħaddiema tal-kura essenzjali, u fil-biċċa l-kbira huma ħaddiema tal-ewwel linja (11). L-istudji juru (12) li bosta inugwaljanzi strutturali eżistenti bejn il-ġeneri fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà ġew aggravati mill-pandemija u li n-nisa ntlaqtu b’mod sproporzjonat. Dan il-kapitolu jiffoka fuq xi sejbiet kruċjali dwar it-telexogħol (prinċipalment mid-dar) matul il-pandemija peress li l-kunsiderazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru tista’ tintuża biex tiġi avvanzata l-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri. |
|
3.2. |
Għalkemm it-telexogħol sar obbligatorju, fejn possibbli, bħala tentattiv biex tiġi indirizzata l-pandemija, mhux il-ħaddiema kollha setgħu jaħdmu mid-dar. It-telexogħol kien aktar komuni fil-bliet milli fiż-żoni rurali, u fost dawk b’edukazzjoni terzjarja. It-telexogħol ivarja wkoll skont is-settur, b’inċidenza ogħla ta’ telexogħol fl-edukazzjoni, is-servizzi finanzjarji u l-amministrazzjoni pubblika, u b’inċidenza aktar baxxa fis-saħħa, it-trasport, l-agrikoltura, il-kummerċ u l-ospitalità (13). Riċerka reċenti tipprovdi data dwar liema professjonijiet jistgħu jsiru permezz tat-telexogħol, madankollu hija meħtieġa analiżi ulterjuri (14). Huwa evidenti wkoll li ċerti xogħlijiet ma jistgħux isiru mill-bogħod, u oħrajn jistgħu jsiru mill-bogħod b’mod limitat ħafna (15). |
|
3.3. |
Aktar nisa milli rġiel qegħdin jagħmlu telexogħol matul il-pandemija. Għalkemm matul il-perjodu tal-pandemija s-sigħat tax-xogħol fil-ġimgħa tnaqqsu aktar għall-irġiel milli għan-nisa, in-nisa kellhom probabbiltà akbar li jieqfu jaħdmu b’mod temporanju (assenza bil-permess). Spjegazzjoni plawżibbli hija li n-nisa u l-ommijiet li jaħdmu ġarrbu l-piż taż-żieda fir-responsabbiltajiet tal-kura domestika matul il-COVID-19 minħabba l-għeluq tal-postijiet tax-xogħol, tal-iskola u taċ-ċentri għall-indukrar tat-tfal. F’unitajiet domestiċi b’żewġ ħaddiema, fejn kien hemm għażla, kien hemm probabbiltà akbar li n-nisa jieħdu opportunitajiet ta’ assenza bil-permess milli s-sieħeb maskili tagħhom (16). F’ħafna pajjiżi, il-firxa limitata ta’ servizzi disponibbli għall-indukrar tat-tfal u t-tipi kollha ta’ servizzi ta’ kura u n-nuqqas ta’ flessibbiltà fl-istituzzjonijiet għall-indukrar tat-tfal komplew jiddeterjoraw is-sitwazzjoni tal-ġenituri, u affettwaw b’mod sever l-aktar lin-nisa u lill-ommijiet. |
|
3.4. |
Kwart ta’ dawk kollha li jaħdmu mill-bogħod huma ġenituri ta’ tfal taħt it-12-il sena, li 22 % minnhom sabuha diffiċli ħafna aktar minn gruppi oħra biex jikkonċentraw fuq ix-xogħol u jiksbu bilanċ adegwat bejn ix-xogħol u l-ħajja privata (17). B’mod partikolari n-nisa li għandhom responsabbiltajiet ta’ kura, ix-xogħol mid-dar ġie mminat minn diversi fatturi, eż. in-nuqqas ta’ spazju kwiet fejn jistgħu jaħdmu mingħajr interruzzjonijiet, kif ukoll in-nuqqas ta’ ħin disponibbli biex jiddedikawh għax-xogħol, minn naħa waħda, flimkien mat-tendenzi li jaħdmu aktar fit-tul u li ma jiġux rispettati l-modalitajiet ta’ konnessjoni u skonnessjoni, min-naħa l-oħra. Dan għalhekk jirrikjedi infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni eżistenti rilevanti u monitoraġġ aktar mill-qrib mill-ispezzjonijiet tax-xogħol kif ukoll valutazzjoni ta’ jekk il-qafas eżistenti huwiex adegwat. Il-ġenituri waħedhom, li fl-UE 85 % minnhom huma nisa, huma partikolarment vulnerabbli peress li l-pandemija aggravat il-bilanċ diġà fraġli bejn ix-xogħol u l-ħajja privata (18). |
|
3.5. |
Hemm ukoll indikazzjonijiet li n-nisa li ħadmu f’setturi eżiġenti u kompetittivi ta’ ħiliet avvanzati, bħall-akkademiċi, intlaqtu agħar mill-kontropartijiet irġiel tagħhom (19) minħabba li l-kura u x-xogħol domestiku mhux imħallsin naqqsu l-kapaċità tagħhom li jkunu produttivi u mminaw aktar il-prospetti professjonali tagħhom. Bl-istess mod, l-intraprendituri nisa li jmexxu l-SMEs esperjenzaw restrizzjonijiet serji ta’ ħin minbarra problemi finanzjarji serji fl-isforzi tagħhom biex isostnu n-negozji tagħhom matul il-lockdowns (20). |
|
3.6. |
Il-perjodu tal-pandemija wassal ukoll għal żieda allarmanti ta’ vjolenza kontra n-nisa, kemm fiżika kif ukoll online, fejn il-vittmi tal-vjolenza online huma ferm aktar iżolati mir-riżorsi potenzjali u mill-opportunitajiet għall-għajnuna (21). Il-vjolenza domestika żdiedet b’terz matul il-pandemija, fejn kien obbligatorju li n-nies jibqgħu ġewwa u jaħdmu mid-dar, fejn possibbli, sabiex jitnaqqas it-tixrid tal-pandemija (22). L-evidenza turi li x-xogħol mill-bogħod fisser li l-fastidju sesswali relatat max-xogħol sar aktar prevalenti online. |
4. Opportunitajiet, Riskji u Prerekwiżiti tat-Telexogħol
|
4.1. |
Sabiex isir l-aħjar użu mit-telexogħol ħalli tiġi promossa l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u jiġi ffaċilitat il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, jeħtieġ isir eżami komprensiv bejn il-benefiċċji u r-riskji potenzjali tiegħu għan-nisa u l-irġiel. Mingħajr analiżi xierqa tal-ġeneru, il-, il-politiki li jidhru li huma “newtrali” fir-rigward tal-ġeneru jistgħu fil-fatt ikunu “għomja” fir-rigward tal-ġeneru u jaffettwaw b’mod negattiv lin-nisa. |
|
4.2. |
L-opportunitajiet ta’ telexogħol jinkludu:
|
|
4.3. |
B’mod korrispondenti, ir-riskji li ġejjin jistgħu jiġu assoċjati mat-telexogħol, li prinċipalment huma sfidi relatati ma’:
|
|
4.4. |
L-aktar prerekwiżiti konkreti ta’ telexogħol huma relatati mal-aċċessibbiltà tal-infrastruttura u t-teknoloġiji meħtieġa. Il-konnettività li qed tikber ma tilħaqx lil kulħadd — ċerti gruppi ta’ nisa (eż. nisa anzjani, nisa li ġejjin minn gruppi soċjoekonomiċi żvantaġġati, nisa b’livell ta’ edukazzjoni aktar baxx) m’għandhom aċċess ugwali għall-konnettività u t-teknoloġiji diġitali, li jikkontribwixxi għad-distakk diġitali (24). Għalhekk, huma meħtieġa politiki pubbliċi b’saħħithom biex jippermettu l-aċċess għal networks u spazji lokali kondiviżi li jiffaċilitaw it-telexogħol barra mid-dar. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn il-ħaddiema li jaħdmu mill-bogħod iġorru l-piż tal-ispejjeż għat-tagħmir, kif previst fil-Ftehim Qafas tal-Imsieħba Soċjali dwar it-Telexogħol u l-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, li huwa meħtieġ biex jitwettaq ix-xogħol mill-bogħod, jiġifieri t-tagħmir tal-ICT, l-għamara ergonomika, il-miżuri tas-saħħa u s-sigurtà u ż-żieda fl-ispejjeż relatati mal-ispazju li fih jitwettaq ix-xogħol. |
|
4.5. |
Il-ħiliet u t-taħriġ diġitali huma perekwiżit importanti ieħor għat-telexogħol, f’dan il-qasam ħafna drabi l-irġiel huma f’pożizzjoni aħjar min-nisa — huwa biss f’sitt Stati Membri li n-nisa għandhom kompetenzi diġitali aktar mill-irġiel (il-Finlandja, is-Slovenja, il-Litwanja, il-Latvja, Ċipru u l-Bulgarija) (25). Id-distakk diġitali bejn il-ġeneri jikber bl-età. Dawn id-differenzi jeħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jiġu evalwati d-dimensjonijiet tal-ġeneru fit-telexogħol. |
|
4.6. |
Minbarra l-ħiliet diġitali, it-telexogħol jirrikjedi ħiliet biex tiġi adottata orjentazzjoni li qed tevolvi fl-oqsma tal-maniġment u tax-xogħol u għaldaqstant tfisser sfidi kemm għall-ħaddiema kif ukoll għall-impjegaturi, iżda wkoll għall-SMEs. Il-ġestjoni mill-bogħod tan-negozju u tal-persunal teħtieġ ħiliet ta’ ġestjoni speċifiċi, flessibbiltà, reżiljenza u modi innovattivi ta’ kif jiġi organizzat ix-xogħol peress li t-telexogħol jirrikjedi maniġment ibbażat fuq ir-riżultati aktar milli fuq il-proċess. Għandu jiġi pprovdut taħriġ speċifiku biex jgħin lill-maniġers/superviżuri jiġġestixxu b’mod effettiv t-teleħaddiema. |
|
4.7. |
Fir-rigward tal-ħaddiema, aktar flessibbiltà u libertà biex jorganizzaw xogħolhom titlob ukoll responsabbiltà u impenn qawwi kif ukoll ħiliet ta’ awtoġestjoni u relazzjoni ta’ fiduċja bejnhom u l-maniġers tagħhom. Diversi studji wrew li f’ċerti setturi it-telexogħol jista’ jkun sors ta’ kisbiet fil-produttività, li tista’ tinħataf aħjar billi jingħata taħriġ speċjali lill-maniġers. It-telexogħol jista’ jżid id-domandi li l-impjegati jfasslu għal xogħolhom stess u jiġġeneraw aktar prestazzjoni. |
|
4.8. |
Il-ħaddiema involuti fit-telexogħol għandu jkollhom aċċess ugwali għat-taħriġ u l-iżvilupp professjonali kontinwu u l-istess opportunitajiet għall-promozzjoni u l-avvanz professjonali. Dan huwa partikolarment importanti għan-nisa li huma teleħaddiema li jista’ jkollhom inqas ħin u opportunità biex jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ progress fil-karriera ’l hinn mill-iskedi tax-xogħol. |
|
4.9. |
Jekk il-faċilitajiet u l-ħiliet meħtieġa jkunu disponibbli għal kulħadd, it-telexogħol ikun forma ta’ xogħol li jkun disponibbli u aċċessibbli kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa. Għalhekk, is-servizzi tal-kura pubblika disponibbli, ta’ kwalità għolja, affordabbli, aċċessibbli u diversi huma kruċjali biex isir l-aħjar użu mit-telexogħol. F’ċerti Stati Membri, jeżistu għajnuna finanzjarja u inċentivi fiskali speċifiċi għall-promozzjoni tal-indukrar tat-tfal, inkluż mid-dar, minn professjonisti kwalifikati — li jistħoqqilhom valutazzjoni komparattiva. |
|
4.10. |
Għalkemm it-telexogħol jista’ jżid id-domanda għal xi servizzi, dan jista’ jikkawża deterjorament tas-sitwazzjoni għal xi SMEs fejn l-intraprenditorija femminili hija predominanti u li l-biċċa l-kbira tal-klijenti tagħhom huma n-nisa fi triqithom lejn ix-xogħol jew lura d-dar mix-xogħol. Dan japplika pereżempju għal ħwienet żgħar tal-ikel u oġġetti oħra, swieq u ċentri tas-servizzi. Il-mitigazzjoni ta’ riskju bħal dan tkun teħtieġ li jitkissru l-għażliet sterjotipati tal-professjonijiet. L-istess japplika għall-mitigazzjoni tad-differenzi fil-possibbiltajiet ta’ telexogħol għan-nisa u l-irġiel ikkawżati mis-segregazzjoni settorjali u l-kapaċità differenti ta’ telexogħol skont is-settur. |
5. Modi kif Nintegraw l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri
|
5.1. |
Filwaqt li huwa f’idejn l-impjegaturi li jiddeċiedu dwar l-organizzazzjoni tax-xogħol, l-imsieħba soċjali, pereżempju, permezz ta’ negozjar kollettiv, jista’ jkollhom rwol sinifikanti fl-avvanz tat-telexogħol b’mod li jikkontribwixxi għall-ugwaljanza bejn l-ġeneri flimkien ma’ żieda fil-produttività u l-benesseri fuq il-post tax-xogħol. Il-Ftehim Qafas dwar it-Telexogħol konkluż mill-Imsieħba Soċjali tal-UE fl-2002, u implimentat sal-2008 mill-Istati Membri kollha (26), jistabbilixxi l-qafas ġenerali tal-acquis għall-użu tat-telexogħol b’tali mod li jissodisfa l-ħtiġijiet tal-impjegaturi u tal-ħaddiema b’mod ibbilanċjat. Id-djalogu soċjali huwa mezz essenjzali sabiex jiġu indirizzati kwistjonijiet bħall-pagi, il-ħinijiet tax-xogħol, il-modalitajiet tal-konnettività, is-saħħa u s-sikurezza, u l-iżvilupp tal-ħiliet fil-kuntest tat-telexogħol. Il-KESE jappella wkoll għat-tixrid tal-aħjar prattiki biex in-nisa u l-irġiel ikunu jistgħu jikkombinaw ix-xogħol u l-familja b’mod ugwali, u li jiġu promossi u ffinanzjati azzjonijiet konġunti tal-imsieħba soċjali. |
|
5.2. |
Peress li t-telexogħol jiddependi fuq l-infrastruttura u l-konnessjonijiet teknoloġiċi, il-KESE jenfasizza l-importanza kbira li jsir investiment f’infrastruttura diġitali adegwata, li jiġi pprovdut aċċess għal konnessjonijiet diġitali stabbli u hardware u software adatti biex ikun jista’ jsir telexogħol effiċjenti għall-gruppi kollha tas-soċjetà, u jiġu evitati problemi fi kwalunkwe qasam ieħor tad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u tas-soċjetà. |
|
5.3. |
Il-KESE jtenni l-appell tiegħu għat-tisħiħ tal-ħiliet diġitali għal kulħadd sabiex in-nies ikunu jistgħu jirreaġixxu għall-iżvilupp diġitali u jsawruh, filwaqt li jaħtfu bis-sħiħ l-opportunitajiet tat-tagħlim online. Din hija kwistjoni ta’ edukazzjoni formali, informali u mhux formali u l-validazzjoni tagħha, li tkopri l-edukazzjoni bażika, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid, f’konformità mal-approċċ ta’ tagħlim kontinwu u tul il-ħajja. Jeħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-ħiliet tan-nisa sabiex dawn ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod ugwali u bis-sħiħ fis-swieq tax-xogħol, kif ukoll biex jimmaniġġjaw affarijiet diġitali prattiċi ta’ kuljum. |
|
5.4. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għal “Patt dwar il-Kura għall-Ewropa”, peress li l-investiment fis-settur tal-kura jiżgura l-provvista ta’ servizzi ta’ kwalità akbar għal kulħadd matul iċ-ċiklu tal-ħajja u jirrikonoxxi n-nisa u l-irġiel kemm bħala persuni ugwali li jaqilgħu paga u li jindukraw il-familja. Huwa jħeġġeġ lill-Istati Membri jinvestu f’infrastrutturi tal-kura ta’ kull tip. Il-pjani nazzjonali għall-Irkupru u Reżiljenza fl-ambitu ta’ Next Generation EU jipprovdu opportunità biex l-investimenti jiġu diretti lejn is-settur tal-kura. Il-KESE jappella wkoll għat-tixrid tal-aħjar prattiki biex in-nisa u l-irġiel ikunu jistgħu jikkombinaw ix-xogħol u l-familja b’mod ugwali, u li jiġu promossi u ffinanzjati azzjonijiet konġunti tal-imsieħba soċjali. Il-KESE jistieden lill-KE u lill-Istati Membri jirrevedu l-objettivi ta’ Barċellona (27) biex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ indukrar tat-tfal ta’ kwalità għolja, flessibbli, diversifikata u affordabbli (28). Huwa jenfasizza wkoll l-importanza tat-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għal servizzi bbażati fil-komunità u ffukati fuq il-persuna għal tfal u adulti vulnerabbli bi ħtiġijiet speċifiċi, kif indikat fil-Linji Gwida Komuni Ewropej ippubblikati mill-KE (29). |
|
5.5. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw id-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata b’mod effiċjenti u f’waqtu biex jipprovdu lill-familji b’għażliet adatti għal prattiki aktar ugwali, filwaqt li jqisu wkoll il-ħtiġijiet tan-negozji, b’mod partikolari tal-SMEs. Kumpaniji iżgħar, li l-attività tagħhom tiddependi, skont id-definizzjoni, fuq il-ħidma ta’ tim żgħir, jeħtieġu, saħansitra aktar għajnuna minn oħrajn, sabiex jibbenefikaw mill-kontinwità u l-istabbiltà fl-organizzazzjoni tal-produzzjoni tagħhom. Abbażi tat-tagħlimiet meħuda s’issa, jistgħu jiġu kkunsidrati skemi flessibbli ta’ taħlita ta’ xogħol bi preżenza fiżika u għażliet ta’ telexogħol. |
|
5.6. |
Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-kundizzjonijiet tal-gruppi vulnerabbli ta’ nisa bħal dawk b’diżabbiltà, il-ġenituri waħedhom, l-anzjani, il-migranti u n-nisa Rom. L-organizzazzjonijiet tan-nisa u dawk li jirrappreżentaw lill-familji jridu jiġu appoġġjati, inkluż permezz ta’ miżuri mmirati, iffinanzjati mill-fondi tal-UE u dawk nazzjonali. |
|
5.7. |
L-ispettru sħiħ ta’ servizzi ta’ appoġġ għandu jiġi introdott fil-każ ta’ sitwazzjonijiet vjolenti (hekk kif il-vjolenza domestika żdiedet b’mod konsiderevoli minħabba miżuri ta’ lockdown matul il-pandemija (30)) flimkien mal-infurzar tal-konformità tal-leġiżlazzjoni kontra l-vjolenza. Il-KESE jħeġġeġ lill-Istati Membri jiżviluppaw u jimplimentaw miżuri għall-prevenzjoni ta’ kwalunkwe tip ta’ vjolenza kontra n-nisa, kemm fiżika kif ukoll online. Hija meħtieġa azzjoni aktar b’saħħitha biex jiġu indirizzati l-vjolenza u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol, inkluż fil-kuntest tat-telexogħol. Jekk post tax-xogħol “sikur” ma jkunx disponibbli (minħabba, pereżempju, it-telexogħol), is-superstiti tal-vjolenza domestika ma jkollhom l-ebda kontroll soċjali u aċċess limitat jew l-ebda aċċess għal informazzjoni u għajnuna rilevanti (31). L-imsieħba soċjali għandhom jiġu mħeġġa u appoġġjati sabiex jiżviluppaw politiki dwar il-prevenzjoni tal-vjolenza domestika, inkluż permezz ta’ azzjonijiet konġunti speċjali u billi joffru sistemi adegwati ta’ monitoraġġ u rappurtar, kif ukoll, u speċjalment, meta x-xogħol isir mill-bogħod (32). Il-KESE jilqa’ l-proposta tal-KE għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-UE, il-Konvenzjoni dwar il-Vjolenza u l-Fastidju, 2019 (Nru 190) tal-ILO. Huwa jħeġġeġ lill-Istati Membri jirratifikaw il-Konvenzjoni (33) malajr, u jistieden lill-UE tħeġġeġ pajjiżi barra mill-UE biex jagħmlu l-istess. Il-KESE jinnota li l-Kunsill stieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma rratifikax il-Konvenzjoni ta’ Istanbul sabiex jagħmlu dan, u jilqa’ l-intenzjoni tal-Kummissjoni, kif stabbilit fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li tipproponi leġiżlazzjoni sabiex tiġi miġġielda l-vjolenza abbażi tal-ġeneru kontra n-nisa, inkluż il-fastidju fuq il-post tax-xogħol għal raġunijiet ta’ sess. |
|
5.8. |
Għalkemm it-telexogħol mhuwiex forma ġdida ta’ xogħol, għad hemm ħafna implikazzjonijiet mhux magħrufa li jeħtieġu aktar riċerka. Pereżempju, ikun utli li jiġu esplorati l-impatti u l-prerekwiżiti tat-telexogħol taħt kundizzjonijiet mhux iddominati mill-pandemija u jitqiesu l-iżviluppi fit-tul f’setturi differenti tal-ekonomija u tas-soċjetà. Peress li l-innovazzjonijiet teknoloġiċi u soċjali mfassla għal kulħadd huma essenzjali biex isir l-aħjar użu mit-telexogħol u fl-istess ħin jiġu solvuti l-problemi relatati mal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, il-KESE jappella għall-integrazzjoni ta’ dawn is-suġġetti fil-politiki dwar ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak tal-UE. Eżempji tajbin ta’ prattiki eżistenti madwar l-UE għandhom jinġabru u jiġu kondiviżi wkoll biex jagħtu spinta lil soluzzjonijiet avvanzati. |
|
5.9. |
Peress li l-investiment fl-infrastruttura teknika, soċjali u tal-innovazzjoni mfassla għal kulħadd huma partijiet ċentrali tal-baġits tal-istat, l-allokazzjoni t-tajba tal-finanzi jista’ jkollha rwol deċiżiv fl-avvanz tat-telexogħol ugwali bejn il-ġeneri. Il-fondi tal-UE, inklużi l-fondi strutturali u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, għandhom jintużaw ukoll biex jappoġġjaw dan l-objettiv. |
|
5.10. |
Il-konnettività hija fenomenu soċjetali. Jeħtieġ li jiġu żviluppati prattiki fil-livell tal-post tax-xogħol, pereżempju, l-implimentazzjoni ta’ għodod bħall-ftehim tal-imsieħba soċjali dwar id-diġitalizzazzjoni, filwaqt li jitqies ukoll li bħalissa l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol qed tħejji Kampanja Ewropea dwar Postijiet tax-Xogħol Ħielsa mill-Periklu dwar id-Diġitalizzazzjoni li tibda fl-2023. |
|
5.11. |
Il-KESE jirreferi wkoll għall-Ftehim Qafas Awtonomu tal-Imsieħba Soċjali Ewropej dwar id-Diġitalizzazzjoni (AFAD) (34) u jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tiddedika appoġġ finanzjarju speċjali għal azzjonijiet konġunti mmirati tal-imsieħba soċjali, kif ukoll appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li qed jikkontribwixxu għall-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata. L-AFAD jelabora dwar modi kif jiġu ttrattati kwistjonijiet relatati mal-modalitajiet tal-konnessjoni u l-iskonnessjoni f’ambjenti tax-xogħol diġitalizzati, inklużi l-kawżi sottostanti ta’ ħin eċċessiv li matulu persuna tibqa’ konnessa u sigħat twal ta’ xogħol, u x’aktarx li jkun hemm spettru wiesa’ ta’ eżempji nazzjonali dwar kif għandu jiġi implimentat l-AFAD, inkluż permezz ta’ ftehimiet settorjali jew tal-kumpaniji u dokumenti ta’ gwida. |
|
5.12. |
Fir-rigward tal-approċċi nazzjonali għall-konnessjoni u l-iskonnessjoni, Franza, il-Belġju, l-Italja u Spanja adottaw leġiżlazzjoni dwar id-dritt għall-iskonnessjoni biex jiġu ċċarati l-intitolamenti, titqajjem kuxjenza dwar il-ħtieġa li jinbidlu x-xejriet tal-ħin tax-xogħol jew anke li titrawwem bidla kulturali lejn organizzazzjoni tax-xogħol aktar b’saħħitha. Fin-Netherlands u l-Portugall saru proposti leġiżlattivi. Fil-Ġermanja, il-Finlandja, l-Irlanda, il-Lussemburgu, il-Litwanja, Malta, l-Iżvezja u s-Slovenja d-dibattitu għadu għaddej, filwaqt li fit-13-il Stat Membru li jifdal għadhom ma bdewx id-diskussjonijiet dwar dan is-suġġett. Reċentement il-Parlament Ewropew ivvota fuq Riżoluzzjoni dwar id-dritt għall-iskonnessjoni, fejn stieden lill-Kummissjoni tipproponi liġi li tippermetti lil dawk li jaħdmu b’mod diġitali jiskonnettjaw barra mill-ħinijiet tax-xogħol tagħhom, u li tistabbilixxi rekwiżiti minimi għal xogħol mill-bogħod u tiċċara l-kundizzjonijiet tax-xogħol, il-ħinijiet tax-xogħol u l-perjodi ta’ mistrieħ (35). Hemm fehmiet differenti dwar jekk il-leġiżlazzjoni hijiex meħtieġa, jew jekk id-dispożizzjonijiet eżistenti humiex biżżejjed u għandu jiġi adottat approċċ ibbażat biss fuq in-negozjar kollettiv. Minkejja l-fehmiet differenti, hemm kunsens relattivament wiesa’ fost l-imsieħba soċjali li l-“modalitajiet ta’ konnessjoni u skonnessjoni” għandhom jiġu determinati u maqbula permezz ta’ djalogu soċjali fil-livell tal-kumpanija (u/jew settorjali) biex jiġi żgurat li dawn huma adattati għall-ħtiġijiet speċifiċi tas-setturi, tal-kumpaniji u ta’ organizzazzjonijiet oħra, filwaqt li jitqiesu wkoll il-ħtiġijiet tal-ħaddiema, b’mod partikolari s-saħħa u s-sigurtà tagħhom. |
|
5.13. |
Barra minn hekk, l-imsieħba soċjali jeħtieġ li jiġu kkonsultati minn dawk li jfasslu l-politika meta jkunu qed jitfasslu politiki relatati max-xogħol u mal-impjieg, inklużi dawk li jinfluwenzaw it-telexogħol u l-implikazzjonijiet tiegħu fuq il-ġeneri. Il-KESE jenfasizza li l-kwistjonijiet tal-ġeneru għandhom jiġu integrati fl-oqsma kollha tal-politika. Peress li t-telexogħol huwa relatat ukoll mal-ħajja ta’ kuljum taċ-ċittadini, kif ukoll mal-politiki ambjentali u klimatiċi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti f’oqsma bħan-nisa, il-familja, il-konsumaturi u l-affarijiet ambjentali għandhom isemmgħu leħinhom fit-tħejjija tal-politiki. |
|
5.14. |
Sabiex is-settur privat ikun jista’ jinnova u jinvesti f’metodi ġodda, u joħloq impjiegi ġodda, b’mod li jippromovi l-prerekwiżiti ta’ telexogħol ugwali bejn il-ġeneri, huwa essenzjali li l-UE tipprovdi kundizzjonijiet favorevoli għall-intraprenditorija u għan-negozju. Il-ġestjoni b’suċċess tat-telexogħol teħtieġ ukoll kooperazzjoni mill-qrib u bla xkiel bejn is-settur pubbliku u dak privat fil-livell prattiku. Dan huwa rilevanti, pereżempju, fl-oqsma tal-infrastruttura diġitali, tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, tas-servizzi tas-saħħa u soċjali, u tar-riċerka u l-innovazzjoni. |
|
5.15. |
Barra minn hekk, hemm bżonn ta’ mentalità ġdida fil-livell tal-individwi u tal-familji. It-tnaqqis u t-tkissir tal-ħsieb sterjotipat jeħtieġu għarfien u impenn akbar. Il-kultura organizzattiva li tiżgura s-sensibilizzazzjoni dwar il-ġeneri, bħal prinċipji ta’ paga ugwali, li kulħadd jinżamm “viżibbli” eċċ. għandha wkoll tiġi promossa b’mod attiv, flimkien ma’ appoġġ għall-ġestjoni fl-elaborazzjoni u fl-implimentazzjoni ta’ prattiki li jiffavorixxu t-telexogħol. Dan għandu jittejjeb, pereżempju, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni. Il-KESE jħeġġeġ lill-imsieħba soċjali u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili biex jieħdu rwol ċentrali f’dan il-qasam billi jippromovu kemm ir-rwoli mhux sterjotipati tal-familja kif ukoll l-għażliet mhux sterjotipati fir-rigward tal-istudji, il-professjonijiet u l-impjiegi. L-ugwaljanza bejn il-ġeneri teħtieġ ukoll li tiġi integrata fl-edukazzjoni, mill-kindergarten u l-iskola primarja sat-taħriġ vokazzjonali u l-università. |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Rapport ta’ Eurofound “Living, Working and COVID-19 data” (Data dwar l-għajxien, ix-xogħol u l-COVID-19 — mhux disponibbli bil-Malti). Meta mqabbel mal-2018, meta inqas minn 5 % tal-ħaddiema ħadmu mill-bogħod b’mod regolari u inqas minn 10 % ħadmu mill-bogħod b’mod okkażjonali, kif irrappurtat mill-KE fl-2020.
(2) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/qanda_20_357
(3) Ftehimiet Oqsfa tal-Imsieħba Soċjali tal-UE dwar id-Diġitalizzazzjoni tal-2020, u dwar it-Telexogħol tal-2002, u r-Rapport tal-KE dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehim Qafas tal-Imsieħba Soċjali tal-UE dwar it-Telework, COM(2008) 412 final — http://erc-online.eu/european-social-dialogue/database-european-social-dialogue-texts/
(5) http://erc-online.eu/european-social-dialogue/database-european-social-dialogue-texts/ and http://resourcecentre.etuc.org/
(6) Rapport ta’ Eurofound “Living, Working and COVID-19 data” (Data dwar l-għajxien, ix-xogħol u l-COVID-19 — mhux disponibbli bil-Malti).
(7) EPRS: Gender equality: a review in progress (Ugwaljanza bejn il-ġeneri: analiżi kontinwa) — in-Nazzjonijiet Uniti (NU) issa qiegħda twissi li l-pandemija tal-COVID-19 tista’ treġġa’ lura l-kisbiet globali fil-qasam tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri, proprju meta l-komunità internazzjonali kellha tipprovdi impetu ġdid f’dan il-qasam.
(8) EIGE, Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020: Digitalisation and the future of work (Id-diġitalizzazzjoni u l-futur tax-xogħol — mhux disponibbli bil-Malti).
(9) EIGE, Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020: Digitalisation and the future of work (Id-diġitalizzazzjoni u l-futur tax-xogħol — mhux disponibbli bil-Malti).
(10) Dokumenti UNAPL, FEPIME Catalunya u AFAEMME.
(11) https://data.unwomen.org/features/covid-19-and-gender-what-do-we-know-what-do-we-need-know
(12) Is-Servizz ta’ Riċerka tal-Parlament Ewropew, “Achieving gender equality in the face of the pandemic and existing challenges” (Niksbu l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fid-dawl tal-pandemija u l-isfidi eżistenti): https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/ATAG/2021/659440/EPRS_ATA(2021)659440_EN.pdf; https://eige.europa.eu/topics/health/covid-19-and-gender-equality
(13) Eurofound “Living, Working and COVID-19” (L-għajxien, ix-xogħol u l-COVID-19), 2020 (mhux disponibbli bil-Malti).
(14) Starriġ elettroniku, Grupp dwar il-COVID, Structure of Earnings Survey (Stħarriġ dwar l-Istruttura tal-Paga — mhux disponibbli bil-Malti). Eurofound, Teleworkability and the COVID-19 crisis: a new digital divide? (Fattibbiltà tat-telexogħol u l-kriżi tal-COVID-19: distakk diġitali ġdid?), 2020 (mhux disponibbli bil-Malti).
(15) B’mod ġenerali, madwar 37 % tal-impjiegi fl-UE huma stmati li jistgħu jsiru permezz tat-telexogħol (Ara d-data tal-Eurofound).
(16) Eurofound, COVID-19: Some implications for employment and working life (Il-COVID-19: Xi implikazzjonijiet għall-impjiegi u l-ħajja tax-xogħol), 2021, L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-UE, il-Lussemburgu — daqt se jiġi ppubblikat.
(17) Eurofound, “Living, Working and COVID-19” (L-għajxien, ix-xogħol u l-COVID-19), 2020 (mhux disponibbli bil-Malti).
(18) EIGE, Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020: Digitalisation and the future of work (Id-diġitalizzazzjoni u l-futur tax-xogħol — mhux disponibbli bil-Malti).
(19) https://www.nature.com/articles/d41586-020-01294-9
(20) Dokumenti UNAPL, FEPIME Catalunya u AFAEMME.
(21) https://www.opendemocracy.net/en/5050/covid19-sexual-harassment-work-online/
(22) https://www.europarl.europa.eu/news/en/press-room/20200406IPR76610/covid-19-stopping-the-rise-in-domestic-violence-during-lockdown
(23) https://ec.europa.eu/commission/commissioners/2019-2024/suica/announcements/speech-vice-president-suica-demographic-change-eu-epc_en, https://horizon-magazine.eu/article/teleworking-here-stay-here-s-what-it-means-future-work.html
(24) https://www.oecd.org/going-digital/bridging-the-digital-gender-divide-key-messages.pdf.
(25) EIGE, Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020: Digitalisation and the future of work (Id-diġitalizzazzjoni u l-futur tax-xogħol — mhux disponibbli bil-Malti).
(26) http://erc-online.eu/european-social-dialogue/database-european-social-dialogue-texts/
(27) F’konformità mal-“Istrateġija tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020-2025” il-ġdida.
(28) European Social Partners joint statement on childcare provisions in the EU (Stqarrija konġunta tal-Imsieħba Soċjali Ewropej dwar id-dispożizzjonijiet relatati mal-indukrar tat-tfal fl-UE), 24 ta’ Novembru 2020 (mhux disponibbli bil-Malti).
(29) https://deinstitutionalisationdotcom.files.wordpress.com/2017/07/guidelines-final-english.pdf/
(30) https://unric.org/en/who-warns-of-surge-of-domestic-violence-as-covid-19-cases-decrease-in-europe/; https://www.europarl.europa.eu/news/en/press-room/20200406IPR76610/covid-19-stopping-the-rise-in-domestic-violence-during-lockdown
(31) Fil-pubblikazzjoni “Brief no 3 — Domestic violence and its impact on the world of work” (Tgħarrif Nru 3 — Il-vjolenza domestika u l-impatt tagħha fuq id-dinja tax-xogħol — mhux disponibbli bil-Malti), f’Marzu 2020, l-ILO ppreżentat il-kostijiet għoljin tal-vjolenza domestika għall-ekonomiji nazzjonali. https://www.ilo.org/wcmsp5/groups/public/---dgreports/---gender/documents/briefingnote/wcms_738117.pdf).
(32) Għal eżempju tal-aħjar prattiki ara: Vodafone Toolkit on domestic violence and abuse at work: Recognise, respond and refer (Set ta’ għodod tal-Vodafone dwar il-vjolenza domestika u l-abbuż fuq il-post tax-xogħol: Għaraf, irreaġixxi u rreferi) https://www.vodafone.com/content/dam/vodcom/files/vodafone_domestic_violence_toolkit_2020.pdf
(33) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/ALL/?uri=CELEX:52020PC0024
(34) https://www.ceep.eu/wp-content/uploads/2020/06/Final-22-06-20_Agreement-on-Digitalisation-2020.pdf
(35) https://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20210114IPR95618/id-dritt-ta-skonnessjoni-ghandu-jkun-dritt-fundamentali-fl-ue-skont-il-mpe, 472 vot favur, 126 vot kontra u 83 astensjoni.
ANNESS
L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew tal-inqas kwart tal-voti mixħuta (Artikolu 59(3) tar-Regoli ta’ Proċedura):
Punt 4.3 (it-13-il inċiż)
Ħassar l-inċiż:
|
|
|
Raġuni
L-acquis communautaire jipprevedi dispożizzjonijiet estensivi u komprensivi, li jinkludu drittijiet u obbligi espliċti, li jiżguraw is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol f’każ ta’ telexogħol. Fil-proċess tat-tfassil tal-Opinjoni ma nstabet l-ebda evidenza jew saħansitra ħjiel ta’ tali inċertezzi.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
103 |
|
Kontra: |
112 |
|
Astensjonijiet: |
25 |
Punt 1.4
Ibdel it-test kif ġej:
|
|
|
Raġuni
L-emenda proposta tagħmel it-test aktar preċiż u ċar, u tallinjah mas-suġġett tal-Opinjoni.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
109 |
|
Kontra: |
112 |
|
Astensjonijiet: |
18 |
Punt 1.8
Ħassar il-punt:
|
|
|
Raġuni
L-emenda proposta tagħmel it-test aktar preċiż u ċar, peress li l-elementi f’dan il-punt diġà huma inklużi fil-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet u fil-parti prinċipali tal-Opinjoni.
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
113 |
|
Kontra: |
125 |
|
Astensjonijiet: |
13 |
Dawn il-punti li ġejjin tal-Opinjoni tas-Sezzjoni ġew modifikati biex jirriflettu l-emenda adottata mill-assemblea, iżda rċevew aktar minn kwart tal-voti (Artikolu 59(4) tar-Regoli ta’ Proċedura):
Punt 3.4
Ibdel it-test kif ġej:
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
120 |
|
Kontra: |
111 |
|
Astensjonijiet: |
15 |
Punt 4.3 (it-12-il inċiż)
Ibdel it-test kif ġej:
|
|
|
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
124 |
|
Kontra: |
113 |
|
Astensjonijiet: |
11 |
(17) Eurofound, “Living, Working and COVID-19” (L-għajxien, ix-xogħol u l-COVID-19), 2020 (mhux disponibbli bil-Malti).
(18) EIGE, Indiċi tal-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri 2020: Digitalisation and the future of work (Id-diġitalizzazzjoni u l-futur tax-xogħol — mhux disponibbli bil-Malti).
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/26 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Iż-żona ferrovjarja unika Ewropea”
[Opinjoni esploratorja mitluba mill-Presidenza Portugiża]
(2021/C 220/03)
|
Relatur: |
Stefan BACK |
|
Konsultazzjoni |
Il-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-UE, 26.10.2020 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adottata fis-sezzjoni |
9.3.2021 |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2021 |
|
Sessjoni tal-plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
149/68/10 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
Rigward il-mistoqsijiet imqajma mill-Presidenza Portugiża
|
1.1. |
Il-KESE jqis li filwaqt li sar ħafna fir-rigward tal-ftuħ tas-swieq u l-armonizzazzjoni teknika matul tletin sena ta’ liberalizzazzjoni, għad fadal ħafna xi jsir kemm fil-livell politiku, regolatorju u kulturali. Il-miżuri għandhom jinkludu aktar attenzjoni għall-iżvilupp, l-adattament u l-implimentazzjoni effiċjenti tal-leġiżlazzjoni soċjali. Huma għandhom ifittxu li jiksbu s-sehem mis-suq miżjud previst fl-Istrateġija għal Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti tal-Kummissjoni u jtejbu s-sostenibbiltà ambjentali u soċjali. |
|
1.2. |
Hemm bżonn ta’ miżuri biex jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet ranskonfinali billi titnaqqas il-ħtieġa għal verifiki fil-fruntieri u jiġu eliminati l-problemi amministrattivi u d-dewmien fil-qsim tal-fruntieri. |
|
1.3. |
Hemm bżonn li jittejbu l-prijoritajiet tal-ippjanar tat-traffiku, l-ippjanar tal-kapaċità u l-informazzjoni biex jippermettu kemm flessibbiltà akbar kif ukoll pjanar ottimizat tal-kapaċità kemm fir-rigward tal-infrastruttura ferrovjarja kif ukoll fir-rigward, pereżempju, tat-terminals biex jiġu ottimizzati l-flussi multimodali. |
|
1.4. |
Huma meħtieġa investimenti fl-infrastruttura iżda wkoll fid-diġitalizzazzjoni u l-aġġornament tal-vetturi ferrovjarji, pereżempju d-diġitalizzazzjoni permezz tal-użu tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju u l-akkoppjar awtomatizzat, inkluż l-investiment fit-tranżizzjoni ġusta u l-iżvilupp tal-ħiliet biex jitjiebu l-flussi tat-traffiku bla xkiel u jiġi ottimizzat l-użu tar-riżorsi u jiġi ggarantit l-impjieg. |
|
1.5. |
Sabiex jittejjeb it-traffiku tal-merkanzija bil-ferrovija, il-KESE jirrakkomanda miżuri addizzjonali, pereżempju l-kooperazzjoni fost il-kumpaniji u l-modi tat-trasport sabiex, b’mod aħjar, jinkisbu s-sostenibbiltà u l-effiċjenza ambjentali u soċjali, it-tnedija mill-ġdid ta’ sistema Ewropea ta’ tagħbija ta’ vaguni singoli, ir-rabta tal-infrastruttura strateġika (eż. il-portijiet) mas-soluzzjonijiet ferrovjarji, l-investimenti fis-sidings industrijali, l-involviment ta’ kumpaniji kbar tal-loġistika f’riorjentazzjoni modali tal-flussi tagħhom, l-iżgurar ta’ prestazzjoni soċjalment u ambjentalment eżemplari tal-modi kollha tat-trasport. |
|
1.6. |
Fir-rigward tad-dejn pubbliku il-KESE jirrakkomanda eċċezzjoni mill-kriterji ta’ Maastricht għall-investimenti pubbliċi fl-infrastruttura tat-trasport, anke wara l-kriżi tal-COVID-19. Għandhom jissaħħu l-isforzi biex jitħeġġu l-investimenti fis-settur ferrovjarju, sabiex jiġi promoss trasport soċjalment u ambjentalment sostenibbli. |
|
1.7. |
L-iżvilupp tal-infrastruttura inkluża l-implimentazzjoni f’waqtha tal-Kurituri tan-Network Ewlieni tat-TEN-T u l-kurituri tan-network tat-trasport tal-merkanzija huma kruċjali u jistħoqqilhom prijorità għolja fir-rigward tal-finanzjament u l-ippjanar. Fid-dawl tal-iżvilupp ta’ wara l-2030 tan-network ferrovjarju tal-UE, huwa ta’ importanza partikolari li wieħed jipproċedi lejn l-iżvilupp ta’ network b’veloċità għolja li jgħaqqad il-bliet kapitali u l-bliet il-kbar kollha tal-UE. |
|
1.8. |
Il-KESE jenfasizza li ħaddiema tas-sengħa u motivati u kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin huma ta’ importanza essenzjali għall-evoluzzjoni b’suċċess tat-trasport ferrovjarju. Għalhekk huwa importanti li jkun hemm fis-seħħ leġiżlazzjoni soċjali adegwata, inkluż fir-rigward tal-istazzjonar tal-persunal ferrovjarju. Il-KESE jenfasizza l-importanza f’dan ir-rigward ta’ djalogu soċjali li jiffunzjona tajjeb. |
|
1.9. |
L-esperjenzi mill-kriżi tal-COVID-19 iridu jintużaw biex tiġi żviluppata sistema ferrovjarja aktar reżiljenti u effettiva. L-ippjanar għar-reżiljenza jeħtieġ li jiġi adottat f’konsultazzjoni mill-qrib mal-imsieħba soċjali. |
|
1.10. |
L-istatus tal-maniġer tal-infrastruttura inizjalment previst bla dubju kkontribwixxa, bħala tali, biex jiżgura li l-kapaċità tal-infrastruttura tkun ġiet allokata b’mod indipendenti, ġust u mhux diskriminatorju u tejjeb il-fiduċja tal-operaturi fi trattament ġust. Madankollu, bidliet sussegwenti fil-qafas regolatorju fid-Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprevedu għażla usa’ fir-rigward tal-mudell organizzattiv, b’enfasi fuq l-indipendenza tal-maniġer tal-infrastruttura fl-hekk imsejħa funzjonijiet essenzjali (allokazzjoni ta’ slottijiet, tariffi u ġbir ta’ tariffi) u t-trasparenza mogħtija minn kontijiet separati. Id-dispożizzjonijiet attwali huma perfettament adegwati biex jiżguraw l-indipendenza u t-trasparenza meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern. |
|
1.11. |
Il-KESE jenfasizza li s-sistemi ferrovjarji integrati jistgħu jiggarantixxu allokazzjoni ġusta daqs sistemi mhux integrati. Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ħafna mill-pajjiżi Ewropej il-kbar u ta' suċċess b’sistema ferrovjarja għażlu kumpaniji ferrovjarji integrati biex jiżguraw sinerġiji, koordinazzjoni aħjar, flessibbiltà u suq tax-xogħol intern biex jissalvagwarjaw l-impjiegi. |
|
1.12. |
Il-mekkaniżmu ta’ koordinazzjoni bejn l-maniġers tal-infrastruttura u l-operaturi kif ukoll in-Network Ewropew ta’ Maniġers tal-Infrastruttura huma elementi essenzjali biex jgħinu tinkiseb l-effiċjenza ottimizzata. |
Konklużjonijiet oħrajn
|
1.13. |
Il-maniġers tal-infrastruttura jeħtieġ li jiffokaw aktar fuq il-punti ta’ konġestjoni, iż-żoni urbani, il-konnessjonijiet transfruntieri u l-flussi tat-traffiku transfruntier kif ukoll fuq il-kooperazzjoni. |
|
1.14. |
Il-possibbiltà ta’ ġestjoni koordinata tat-traffiku u tar-riżorsi fil-livell tal-kurituri jew tal-UE hija interessanti u jeħtieġ li tiġi esplorata bħala element, pereżempju, tal-implimentazzjoni tal-kurituri ferrovjarji tal-merkanzija, jew bħala parti mill-kurituri tan-network ewlieni tat-TEN-T. |
|
1.15. |
Il-KESE jistaqsi jekk it-trasport ferrovjarju jeħtiġx bidla fil-kultura u approċċ li jiffoka ħafna aktar fuq il-ħtiġijiet tal-klijenti, kemm fir-rigward tat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll tat-trasport tal-merkanzija. Is-Sena Ewropea tal-Ferroviji 2021 għandha tintuża bħala opportunità biex tiġi promossa din il-bidla fl-imġiba u tiġi żviluppata kooperazzjoni aktar faċli bejn l-operaturi u l-konsumaturi u biex jiġi ottimizzat l-użu tal-possibbiltajiet offruti mid-diġitalizzazzjoni. |
|
1.16. |
Il-KESE jinnota li l-COVID-19 dewmet jew imblokkat il-proġetti. Issa huwa importanti li l-ħin mitluf jiġi rkuprat. |
|
1.17. |
Jidher ċar li hemm bżonn jitqiesu l-eżiġenzi attwali f’dak li jirrigwarda l-miżuri strateġiċi u ta’ titjib tas-sistema ferrovjarja, sabiex din tilħaq l-objettivi ta’ distribuzzjoni modali tat-traffiku u taqdi r-rwol sħiħ tagħha fil-qafas ta’ sistema Ewropea tat-trasport multimodali sostenibbli. L-għajnuna mill-Istat u l-intervent mill-Istat jibqgħu kruċjali biex jiġu żgurati servizzi essenzjali anke wara l-kriżi tal-COVID-19. |
|
1.18. |
L-impatt tal-COVID-19 huwa ta’ detriment għat-tipi kollha ta’ traffiku ferrovjarju tal-passiġġieri, u speċjalment għar-rotot internazzjonali. B’kont meħud tal-ispeċifiċitajiet tas-settur ferrovjarju, it-telf fid-dħul tiegħu fl-2020, li ammonta għal EUR 26 biljun, it-telf tal-2021 kif ukoll il-pass kajman mistenni tal-irkupru, huwa meħtieġ appoġġ finanzjarju adegwat u flessibbli għall-impriżi ferrovjarji u l-amministraturi tal-infrastruttura u għandu jiġi skjerat b’mod effettiv, biex jappoġġja l-iżvilupp tas-suq tat-trasport ferrovjarju u l-kompetittività tas-settur vis-à-vis modi oħra ta’ trasport. |
|
1.19. |
Il-kuntratti pubbliċi għal servizzi huma essenzjali biex jiġu żgurati servizzi għall-passiġġieri li jkunu aċċessibbli, affordabbli u inklużivi għal kulħadd. Il-KESE jqis l-għoti dirett ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi bħala waħda mill-miżuri l-aktar effettivi u effiċjenti għall-promozzjoni tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri. |
|
1.20. |
Is-Sena Ewropea tal-Ferroviji 2021 tipprovdi opportunità eċċellenti biex jittieħed rendikont tal-iżviluppi s’issa u jiġu stabbiliti objettivi għall-futur. Għalhekk, il-KESE jappella għal analiżi imparzjali tal-politika ferrovjarja tal-UE u l-kisbiet tagħha f’konformità mal-mandat deskritt fil-punt 7.2 u f’konformità mal-objettivi tal-politika tat-trasport stabbiliti fl-Artikoli 90 u 91 tat-TFUE, b’kunsiderazzjoni xierqa għad-dritt għal servizz pubbliku adegwat f’każ ta’ falliment tas-suq kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u l-Artikolu 14, il-Protokoll 26 tat-TFUE u l-Artikolu 36 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. |
2. Kummenti ġenerali/Il-mistoqsijiet tal-Presidenza Portugiża
|
2.1. |
Il-Presidenza talbet li l-Opinjoni tiffoka fuq it-tliet mistoqsijiet li ġejjin: |
|
2.2. |
X’tagħlimiet jistgħu jinsiltu minn tliet deċennji ta’ tentattivi biex jiġi liberalizzat is-settur ferrovjarju fil-pajjiżi tal-UE (u r-Renju Unit)? |
|
2.3. |
Is-separazzjoni tas-sistema ferrovjarja tejbet jew għamlet ħsara lill-prestazzjoni tagħha inġenerali? |
|
2.4. |
Is-separazzjoni tal-maniġers tal-infrastruttura mill-operaturi ferrovjarji għandha ssegwi “mudell wieħed tajjeb għal kulħadd” jew għandha tiġi promossa pluralità ta’ mudelli? |
3. Iż-żona ferrovjarja unika Ewropea
|
3.1. |
Iż-żona Ferrovjarja Unika Ewropea ġiet deskritta fil-White Paper tal-1996 dwar “Strateġija għar-rivitalizzazzjoni tas-sistema ferrovjarja Komunitarja” (“A Strategy for revitalising the Community's railways” – mhux disponibbli bil-Malti). Din ġiet implimentata permezz ta’ erba’ pakketti leġiżlattivi deċiżi fl-2001, l-2004, l-2007 u l-2016. Fl-2001, is-sehem modali tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija (modi ta’ trasport fuq l-art) kien ta’ 17,5 %, 17,0 % fl-2006 u 17,9 % fl-2018. Is-sehem modali tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri żviluppa kif ġej: 6,6 % fl-2007, 6,6 % fl-2010 u 6,9 % fl-2018 (kollha modi tat-trasport tal-passiġġieri). It-trasport fuq l-art biss: 6,9 % fl-2007, 7,0 % fl-2011 u 7,9 % fl-2018 (3). Minkejja l-istess qafas leġiżlattiv, l-iżviluppi kienu differenti fl-Istati Membri. |
|
3.2. |
Fil-qosor, il-pakketti fetħu s-swieq nazzjonali u internazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri u tal-merkanzija, bl-armonizzazzjoni teknika inklużi r-rekwiżiti fir-rigward tal-infrastruttura u l-vetturi ferrovjarji, inkluż dwar is-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju, li għandha tintuża primarjament fin-network TEN-T. |
|
3.3. |
Il-qafas jiżgura l-indipendenza tal-maniġers tal-infrastruttura fir-rigward ta’ funzjonijiet essenzjali bħall-allokazzjoni ta’ slottijiet u dispożizzjonijiet dwar kontijiet separati għall-maniġer tal-infrastruttura. |
|
3.4. |
Il-qafas leġiżlattiv jinkludi wkoll id-Direttiva 2007/59/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi u l-aptitudnijiet mediċi tas-sewwieqa tal-ferroviji inklużi l-kwalifiki lingwistiċi fit-trasport internazzjonali kif ukoll id-Direttiva tal-Kunsill 2005/47/KE (5) dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol ta’ persunal mobbli f’operazzjonijiet interoperabbli transkonfinali, it-tnejn ibbażati fuq ftehimiet tal-imsieħba soċjali Ewropej f’konformità mal-Artikolu 155 TFUE. |
|
3.5. |
Il-qafas jipprevedi wkoll mekkaniżmu nazzjonali ta’ koordinazzjoni bejn il-maniġers tal-infrastruttura u l-operaturi dwar il-manutenzjoni tal-infrastruttura u l-miri tal-kapaċità, l-intermodalità u l-interoperabbiltà, l-aċċess u l-użu tal-infrastruttura, kif ukoll in-intramodalità u l-kwalità tas-servizz. Network Ewropew ta’ Maniġers tal-Infrastruttura jiżgura l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ fehmiet. |
|
3.6. |
Ir-regoli dwar it-trasport tal-passiġġieri jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-kuntratti pubbliċi għal servizzi u l-akkwist pubbliku kif ukoll il-possibbiltà li jitħabbru regoli ġenerali dwar l-ipprezzar u l-livelli ta’ servizz. It-trasport pubbliku tal-passiġġieri huwa lleġiżlat mir-Regolament tal-OSP (KE) Nru 1370/2007 (emendat bir-Regolament (UE) 2016/2338), li jirrikjedi l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi mill-awtoritajiet kompetenti skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament. Dawn jinkludu l-kompetenzi tal-awtoritajiet kompetenti u tal-Istati Membri li jimponu kriterji soċjali, standards soċjali u t-trasferiment tal-persunal f’każ ta’ bidla fl-operatur. |
4. L-istat attwali tal-implimentazzjoni – problemi li għad hemm wara 30 snin
|
4.1. |
Kważi tletin sena ta’ sforzi biex jinfetħu s-swieq internazzjonali u nazzjonali tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija u tal-passiġġieri tal-UE, u l-armonizzazzjoni ta’ diversi regoli tekniċi u ta’ sigurtà, biex b’hekk tinħoloq żona ferrovjarja unika Ewropea, ma tawx ir-riżultati ġenerali mfittxija/mixtieqa. |
|
4.2. |
Għandu jiġi mfakkar ukoll li fir-rigward tar-rotot ferrovjarji internazzjonali tal-passiġġieri u l-iżvilupp tal-kapaċità ta’ dan is-segment tas-suq, l-Istrateġija tal-UE dwar il-Mobbiltà Sostenibbli u Intelliġenti għandha l-għan li sal-2050 tikseb Network Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) multimodali u kompletament operattiv għal trasport sostenibbli u intelliġenti b’konnettività b’veloċità għolja. Din it-tip ta’ konnettività għandha tkun kapaċi tgħaqqad bliet kbar tal-UE ma’ servizzi sostenibbli bbażati fuq il-ferroviji, li jkunu kapaċi jissostitwixxu, gradwalment u tal-inqas parzjalment, il-konnessjonijiet tal-ajru intrakontinentali. |
|
4.3. |
Minkejja l-ftuħ sħiħ tas-suq, il-miżuri li jiżguraw aċċess liberu u nondiskriminatorju għall-infrastruttura, regoli tekniċi armonizzati u s-semplifikazzjoni amministrattiva, it-trasport ferrovjarju għadu juri nuqqasijiet konsiderevoli fir-rigward tal-kapaċità tiegħu li jżid is-sehem modali kemm fit-trasport tal-passiġieri kif ukoll it-trasport tal-merkanzija. Numru ta’ kwistjonijiet huma deskritti fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-2020 li jakkumpanja l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Strateġija għal Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti (id-“Dokument ta’ Ħidma”), b’għadd ta’ suġġerimenti (6). Fir-rigward tal-merkanzija, hemm fehmiet simili fir-Rapport Speċjali tal-2016 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar “Rail freight transport in the EU still not on the right” (It-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fl-UE: għadna m’aħniex fit-triq it-tajba). |
|
4.4. |
Il-KESE huwa tal-fehma li analiżi limitata għall-implimentazzjoni tal-qafas legali tal-UE u kejl tal-grad tal-ftuħ tas-suq mhijiex biżżejjed għal analiżi sħiħa u fehim tan-nuqqasijiet tas-SERA. Għalhekk, il-KESE jitlob li ssir analiżi wiesgħa u komprensiva tal-fatturi ta’ suċċess u tal-problemi, b’valutazzjoni tal-qafas attwali, inkluż l-impatt tiegħu fuq il-kundizzjoni tax-xogħol, filwaqt li jitqies l-obbligu skont l-Artikoli 90 u 91 tat-TFUE li jiġi stabbilit suq intern b’regoli armonizzati għat-trasport internazzjonali u li jiġu definiti l-kundizzjonijiet għall-kabotaġġ kif ukoll skont l-Artikolu 14 tat-TFUE dwar is-Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali b’kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipji tas-suq uniku u l-liġi tal-kompetizzjoni kif previst fit-trasport ferrovjarju bir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 filwaqt li jitqies ukoll ir-rwol tal-Istati Membri f’dan ir-rigward fundamentali, kif indirizzat fil-Protokoll 26 tat-TFUE u l-Artikolu 36 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. |
|
4.5. |
Il-ftuħ tas-suq kiseb suċċess mhux uniformi. Iżda xorta waħda hemm għadd ta’ stejjer ta’ suċċess. Pereżempju, l-Awstrija, il-Ġermanja u l-Iżvezja kisbu riżultati aħjar f’ishma modali u volumi ta’ merkanzija ttrasportati bil-ferrovija, minkejja t-tnaqqis globali fl-UE kollha (7). |
|
4.6. |
Il-kumpanija ferrovjarja Awstrijaka ÖBB, proprjetà tal-istat, żviluppat b’suċċess network ta’ konnessjonijiet internazzjonali tal-ferroviji għat-trasport billejl tal-passiġġieri, filwaqt li s-sehem mis-suq domestiku tagħha fl-2018 naqas minn 88,4 % għal 86,5 %. Mill-fatturat totali tal-2019 ta’ EUR 2,2 biljun relatat mat-trasport tal-passiġġieri, madwar EUR 1,4 biljun jidhru li huma relatati mal-obbligi ta’ servizz pubbliku (8). |
|
4.7. |
L-OSP huma essenzjali biex jiġu żgurati servizzi għall-passiġġieri li jkunu aċċessibbli, affordabbli u inklużivi għaċ-ċittadini. L-aċċess għas-suq huwa miftuħ għal servizzi kummerċjali għall-passiġġieri, ħafna drabi servizzi fuq distanzi twal. Madankollu, it-traffiku fuq distanzi twal u t-traffiku reġjonali ma jistgħux jiġu separati. Kull ferrovija fuq distanza twila twettaq kompiti reġjonali għall-passiġġieri, speċjalment meta jieqfu f’żoni suburbani. Il-linji reġjonali jiżguraw l-għadd meħtieġ ta’ passiġġieri u jalimentaw il-linji ewlenin. Dawn itaffu wkoll l-infrastruttura tal-“grandes lignes” u jiżguraw id-distribuzzjoni fiż-żona.
Qed jittieħdu aktar inizjattivi mill-Istati Membri, immexxija minn operaturi ferrovjarji stabbiliti, biex jinħolqu konnessjonijiet ewlenin ma’ servizzi ferrovjarji ġodda, inklużi ferroviji ta’ billejl. Pjani bħal dawn fil-fatt diġà tħabbru minn, pereżempju, il-Ġermanja (TEE 2.0), in-Netherlands u l-Iżvezja. Il-KESE huwa tal-fehma li dawn l-inizjattivi juru l-kumplessità tas-sistema ferrovjarja u li l-aċċess għas-suq ħieles – li ilu fis-seħħ mill-2010 għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri – mhuwiex l-istrument ġust biex jiġi stimulat l-iżvilupp tat-trasport (internazzjonali) tal-passiġġieri fuq distanzi twal. Hemm il-ħtieġa ta’ rieda politika, deċiżjonijiet politiċi dwar il-prijoritizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet favur l-ambjent u inklużivi akkumpanjati mill-investiment meħtieġ u governanza tajba. |
|
4.8. |
Il-KESE jqis l-għoti dirett ta’ kuntratti pubbliċi għal servizzi bħala waħda mill-miżuri l-aktar effettivi u effiċjenti għall-promozzjoni tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri. Din hija s-sinsla tas-sistemi ferrovjarji, pereżempju fl-Awstrija u fl-Iżvizzera, li huma l-promoturi f’termini ta’ sehem mis-suq. Barra minn hekk, il-KESE jinnota li ma hemm l-ebda korrelazzjoni bejn il-grad tal-ftuħ tas-suq u s-sodisfazzjon tal-klijenti, jew mal-prezzijiet tal-biljetti. |
|
4.9. |
Iżda, skont id-Dokument ta’ Ħidma tal-Kummissjoni msemmi hawn fuq, għad fadal għadd ta’ problemi fir-rigward tal-ftuħ tal-aċċess għas-suq u l-ħolqien ta’ konnessjonijiet ferrovjarji attraenti. L-elementi essenzjali msemmija huma: |
|
4.9.1. |
Id-disponibbiltà ta’ informazzjoni adegwata li tippermetti lill-operaturi jippreżentaw offerti adegwati fil-proċeduri tal-offerti, minkejja l-emendi li saru fir-raba’ pakkett ferrovjarju tal-2016 biex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ informazzjoni adegwata għall-offerenti. |
|
4.9.2. |
L-aċċess għall-vetturi ferrovjarji jibqa’ problema kbira għall-atturi ġodda fis-suq. Id-disponibbiltà bħala tali tal-vetturi ferrovjarji b’ċertifikazzjoni valida fl-UE kollha għadha relattivament skarsa fir-rigward tal-vetturi ferrovjarji kemm għat-trasport tal-passiġġieri kif ukoll għat-trasport tal-merkanzija. |
|
4.9.3. |
Fir-rigward tad-disponibbiltà tal-vetturi ferrovjarji għall-obbligu ta’ servizz pubbliku tat-trasport tal-passiġġieri, id-dispożizzjonijiet fir-Regolament (KE) Nru 1370/2007 dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq jagħtu lill-awtoritajiet kompetenti l-għażla li jieħdu miżuri biex jiffaċilitaw aċċess bħal dan jekk jitqies meħtieġ. |
|
4.9.4. |
Il-ħruġ ta’ biljetti għat-trasport ferrovjarju kombinat jibqa’ problematiku, b’mod partikolari fir-rigward ta’ informazzjoni aġġornata dwar in-nollijiet, ir-riżervazzjonijiet u t-traffiku. |
|
4.10. |
Minkejja d-dispożizzjonijiet fir-raba’ pakkett ferrovjarju li jippermettu lill-operaturi jirċievu ċertifikat uniku tas-sikurezza mill-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea għall-operazzjonijiet madwar l-UE kollha, għad hemm għadd ta’ regoli li mhumiex armonizzati, li jfisser żieda fil-kumplessità u fl-ispiża tal-operazzjonijiet transfruntiera u b’mod partikolari li jikkawża dewmien fil-punt tal-qsim tal-fruntieri. L-armonizzazzjoni ta’ dawn ir-regoli tista’ għalhekk tkun kompitu ewlieni għall-futur u prerekwiżit għal soluzzjonijiet diġitali u ta’ awtomatizzazzjoni komuni futuri. |
|
4.11. |
Il-KESE jenfasizza li l-armonizzazzjoni teknika u l-modernizzazzjoni tal-infrastruttura huma fattur ewlieni għall-kisba ta’ żona ferrovjarja unika Ewropea li tiffunzjona tajjeb. L-investiment fil-modernizzazzjoni tal-infrastruttura u l-vetturi ferrovjarji jiswa ħafna flus. Fil-fatt, l-innovazzjonijiet fil-ferroviji bħall-ferroviji ta’ veloċità għolja ġew żviluppati minn operaturi statali b’appoġġ pubbliku. Jeżistu regoli dedikati dwar l-għajnuna mill-Istat fir-rigward tar-riċerka u l-innovazzjoni. |
|
4.12. |
Il-KESE jinnota li l-Kummissjoni qed taħdem mas-settur ferrovjarju u l-Istati Membri, apparentement biex tiffaċilita l-qsim tal-fruntieri tul il-Kurituri Ferrovjarji tal-Merkanzija. Il-KESE jqis li huwa importanti li l-Kummissjoni tagħmel inventarju wiesa’ tal-ostakli eżistenti inklużi diversi problemi ta’ attitudni, u jissuġġerixxi soluzzjonijiet. F’dan il-kuntest, il-KESE jappella li għall-involviment tal-imsieħba soċjali fil-ħidma preparatorja tal-Kummissjoni. |
|
4.13. |
Jitfaċċaw għadd ta’ kwistjonijiet speċifiċi rigward it-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, li wasslu għall-osservazzjonijiet u s-suġġerimenti li ġejjin fid-Dokument ta’ Ħidma. |
|
4.13.1. |
In-natura tas-suq tal-merkanzija nbidlet. Proporzjon ogħla ta’ prodotti li jeħtieġu kemm flessibbiltà kif ukoll livell ogħla ta’ affidabbiltà f’katini tal-provvista kumplessi u ta’ valur għoli spiss ipoġġu lill-ferroviji fi żvantaġġ kompetittiv minħabba n-nuqqas ta’ puntwalità, affidabbiltà, prevedibbiltà u flessibbiltà. Pereżempju, fl-ewwel kwart tal-2018 aktar minn 50 % tal-ferroviji fil-kuritur tal-merkanzija Alpin iddewmu għal aktar minn 3 sigħat. |
|
4.13.2. |
L-informazzjoni dwar it-traffiku hija skarsa, pereżempju, fir-rigward ta’ dwar fejn ikunu jinsabu l-ferroviji u l-ħin mistenni li jaslu. Barra minn hekk, il-ġestjoni tal-kapaċità u tat-traffiku ġeneralment ma tkunx ikkoordinata bejn l-infrastruttura ferrovjarja u l-faċilitajiet bħal terminals. Dan ifixkel l-ottimizzazzjoni tal-ġestjoni tar-riżorsi. |
|
4.13.3. |
In-nuqqas ta’ sistemi moderni ta’ akkoppjament awtomatizzat fl-UE, li jintużaw ħafna fil-bqija tad-dinja, ixekkel il-prestazzjoni ta’ vaguni uniċi. |
|
4.13.4. |
Il-merkanzija tingħata prijorità baxxa fl-ippjanar tal-kapaċità, fil-livell kemm transfruntier kif ukoll dak nazzjonali. |
|
4.13.5. |
Il-kapaċità fit-tul u l-ippjanar tal-iskeda tal-ħin ixekklu l-mudelli tan-negozju xprunati mis-suq u jagħmluha impossibbli għall-ferroviji li jwieġbu għal talbiet fuq perjodu qasir mill-klijenti. Il-prevalenza mogħtija lit-traffiku nazzjonali u n-nuqqas ta’ koordinazzjoni transfruntiera tal-ippjanar jikkawżaw aktar problemi għall-merkanzija transfruntiera. |
|
4.13.6. |
Il-profittabbiltà baxxa tnaqqas l-investimenti, u l-investimenti fl-infrastruttura mhumiex ikkoordinati b’mod adegwat bejn il-fruntieri, jew saħansitra tul il-kurituri ewlenin. |
|
4.13.7. |
Wieħed jista’ jittama li mill-inqas parti mill-problemi ta’ koordinazzjoni u ppjanar fir-rigward tal-merkanzija transfruntiera jistgħu jiġu indirizzati matul l-evalwazzjoni li għaddejja tar-Regolament li jistabbilixxi l-Kurituri Ewropej tat-Trasport Ferrovjarju tal-Merkanzija (9). |
|
4.14. |
B’mod ġenerali, jidher li hemm bżonn li jitfassal mill-ġdid il-proċess ta’ governanza għall-kapaċità ferrovjarja sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jipprovdu servizz skont il-ħtiġijiet tal-klijenti tagħhom, b’affidabbiltà, puntwalità u flessibbiltà adegwati. Dan jeħtieġ, fost l-oħrajn, ħarsa komprensiva lejn il-ġestjoni tal-kapaċità, li tinkludi kemm il-passiġġieri kif ukoll il-merkanzija, li tiffaċilita l-użu ottimizzat tal-kapaċità. |
|
4.15. |
Fir-rigward tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, fir-Rapport Speċjali dwar it-trasport ferrovjarju tal-merkanzija diġà msemmi, il-Qorti tal-Awdituri tagħmel osservazzjonijiet simili għal dawk magħmula mill-Kummissjoni fid-Dokument ta’ Ħidma.
Ir-Rapport Speċjali jagħmel għadd ta’ rakkomandazzjonijiet fir-rigward tat-titjib tal-funzjonament tas-suq tat-trasport ferrovjarju tal-merkanzija, inkluża superviżjoni aħjar biex tiġi miġġielda l-imġiba antikompetittiva minn operaturi stabbiliti u maniġers tal-infrastruttura, ġestjoni mtejba tat-traffiku fil-kurituri tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija, monitoraġġ tal-prestazzjoni u immirar aħjar fuq il-ħtiġijiet tal-infrastruttura. |
|
4.16. |
Ir-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri jqajjem ukoll il-kwistjoni tas-sewwieqa tal-ferroviji, inkluż fir-rigward tar-reġim lingwistiku skont id-Direttiva 2007/59 dwar iċ-ċertifikazzjoni ta’ sewwieqa tal-ferroviji, li jissuġġerixxi li r-rekwiżiti lingwistiċi stabbiliti fl-Anness VI punt 8 għandhom jiġu sostitwiti b’rekwiżiti ta’ għarfien ta’ lingwa waħda li għandha tintuża għal skopijiet ta’ trasport ferrovjarju internazzjonali. |
|
4.17. |
Ir-Rapport Speċjali jikkonkludi li l-kwistjonijiet strateġiċi u regolatorji identifikati huma tali li, jekk ma jiġux indirizzati, il-finanzjament addizzjonali mhux ser isolvi l-problemi. |
|
4.18. |
Għandha tinġibed l-attenzjoni wkoll dwar id-Dikjarazzjoni Ministerjali dwar il-Kurituri Ferrovjarji tal-Merkanzija tal-21 ta’ Settembru 2020, li tenfasizza l-importanza tad-diġitalizzazzjoni u l-implimentazzjoni f’waqtha tal-Kurituri tan-Network Ewlieni tat-TEN-T u l-użu tas-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju. |
|
4.19. |
Jidher li hemm qbil ġenerali dwar l-importanza ta’ persunal ferrovjarju kwalifikat b’kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin. Dan jeħtieġ azzjoni biex jiġi evitat id-dumping soċjali fis-settur ferrovjarju li qed jiżviluppa bil-ftuħ kontinwu tas-suq bħal fis-setturi l-oħrajn tat-trasport fl-UE. Ir-regolamenti eżistenti – bħad-Direttiva dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema – mhux dejjem jindirizzaw b’mod adegwat is-sitwazzjoni tal-ħaddiema ferrovjarji minħabba li ma jqisux ir-rekwiżiti speċifiċi tal-ħaddiema mobbli ħafna, bħal dawk fuq il-ferroviji. Dan ukoll jagħmel il-monitoraġġ diffiċli. Għalhekk, il-KESE huwa tal-fehma li, bħal fil-każ tat-trasport bit-triq, jistgħu jkunu meħtieġa regoli dedikati li jindirizzaw il-ħaddiema tat-trasport ferrovjarju. |
|
4.20. |
F’dan il-kuntest, il-KESE jieħu nota wkoll tan-nuqqasijiet rigward id-dispożizzjonijiet soċjali u l-leġiżlazzjoni fis-settur ferrovjarju u l-implimentazzjoni u l-infurzar tagħhom kif irrappurtat mill-imsieħba soċjali ferrovjarji bħall-implimentazzjoni tal-klawżoli soċjali tar-Regolament dwar l-OSP u dwar l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-infurzar tad-Direttiva 2005/47/KE dwar il-kondizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal mobbli f’operazzjonijiet transkonfinali. |
|
4.21. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ il-fehim komuni dwar l-importanza ta’ persunal ferrovjarju kwalifikat b’kundizzjonijiet tax-xogħol tajbin, u jieħu nota tal-ftehim tal-2004 dwar il-ħinijiet tas-sewqan u tal-mistrieħ tal-ħaddiema mobbli involuti f’servizzi transfruntiera interoperabbli konkluż bejn l-imsieħba soċjali f’Jannar 2004 fil-qafas tad-Djalogu Soċjali u implimentat permezz tad-Direttiva 2005/47/KE. |
|
4.22. |
Il-KESE jinnota li l-imsieħba soċjali qablu li jkomplu jaħdmu fi ħdan id-djalogu soċjali biex itejbu l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-ftehim. Permezz ta’ dikjarazzjoni komuni, huma impenjaw ruħhom li jippromovu l-operazzjonijiet transfruntiera, jevitaw il-kompetizzjoni bbażata biss fuq id-differenzi fil-kundizzjonijiet tax-xogħol, u jżommu kundizzjonijiet ekwi fost il-kumpaniji li jwettqu operazzjonijiet transfruntiera (10),
Fir-rigward tad-Direttiva 2005/47/KE, l-imsieħba soċjali enfasizzaw li “waħda mis-sejbiet tal-proġett hija li l-monitoraġġ u l-infurzar xierqa tal-Ftehim fil-livell tal-Istati Membri huma mxekkla minn nuqqas ta’ ċarezza dwar l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Anke fis-sitwazzjonijiet fejn l-awtorità hija definita b’mod ċar – normalment l-ispettorat nazzjonali tax-xogħol – jidher li din ma għandhiex ir-riżorsi, il-kapaċità u/jew l-għarfien meħtieġa dwar il-Ftehim, u d-Direttiva li timplimentah, biex twettaq dmirijietha b’mod effettiv”. Il-KESE jassumi li l-UE għandha taġixxi. |
|
4.23. |
Il-KESE jieħu nota ta’ dikjarazzjoni mill-imsieħba soċjali fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 dwar l-obbligi ta’ servizz pubbliku li l-konsegwenzi tal-kompetizzjoni m’għandhomx jaffettwaw il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal li jipprovdi servizzi, billi jirrikjedu standards soċjali vinkolanti fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali u/jew it-trasferiment obbligatorju tal-persunal f’każ ta’ bidla fl-operatur (11). Dan mhuwiex implimentat u żgurat biżżejjed fil-prattika u jeħtieġ azzjoni min-naħa tal-UE. Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tissorvelja mill-qrib l-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u tieħu azzjoni kif meħtieġ. |
|
4.24. |
Jidher li hemm qbil ġenerali fost l-operaturi li s-settur issa jeħtieġ iż-żmien biex jassimila u jadatta għar-raba’ pakkett ferrovjarju. |
5. Il-kriżi pandemika tal-COVID 19 – test tar-reżiljenza
|
5.1. |
Il-kriżi tal-COVID-19 kienet ta' prova u sfida għat-trasport ferrovjarju bħas-setturi l-oħra kollha tat-trasport kif ukoll għall-ħaddiema kollha tat-trasport. L-affidabbiltà, is-sigurtà u r-rwol ċentrali tal-ferroviji għat-trasport tal-persuni u tal-merkanzija huma riżultat pożittiv mill-pandemija tal-COVID-19, anke minħabba l-isforzi li saru mill-persunal ferrovjarju f’ċirkostanzi diffiċli ħafna. L-għajnuna mill-Istat għenet ħafna kumpaniji ferrovjarji matul perjodu diffiċli b’volumi dejjem jonqsu. |
|
5.2. |
Skont id-data miġbura mill-Komunità Ewropea tal-Kumpaniji u tal-Maniġers Ferrovjarji, l-impatt tal-COVID-19 huwa ta’ detriment għat-tipi kollha ta’ traffiku ferrovjarju tal-passiġġieri, u speċjalment għar-rotot internazzjonali. It-telf fid-dħul ammonta għal EUR 26 biljun fl-2020 u dan qed ikompli għaddej fl-ewwel xhur tal-2021. Barra minn hekk, l-irkupru huwa mistenni li jipproċedi bil-mod. |
|
5.3. |
Madankollu, il-kriżi tal-COVID-19 żiedet ukoll il-fehim dwar il-ħtieġa li jiġu żviluppati miżuri ta’ reżiljenza u li jittejbu l-koerenza u l-koordinazzjoni fuq in-network u tingħata prijorità ogħla lill-iżvilupp ta’ infrastruttura transfruntiera (12). Madankollu, il-pandemija wriet ukoll li l-bliet għandhom l-aktar rwol importanti biex isolvu l-problemi tat-traffiku, u m’għandhomx jitħallew waħedhom. L-UE għandha tagħti l-akbar attenzjoni lill-bliet. |
|
5.4. |
Matul il-pandemija, l-operaturi tal-istat kienu obbligati jissoktaw bis-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija filwaqt li jiżguraw operazzjonijiet sikuri. L-għajnuna u l-intervent mill-Istat ħafna drabi żguraw li s-sistema ferrovjarja ma tisfaxxax, ħtieġa biex jiġu żgurati servizzi essenzjali. |
6. Il-kwistjonijiet ta’ separazzjoni mqajma mill-Presidenza
|
6.1. |
Iż-żewġ mistoqsijiet imqajma mill-Presidenza jidhru li huma mwieġba tajjeb mid-dispożizzjonijiet fil-Kapitolu II, it-Taqsimiet I u II tad-Direttiva 2012/34/UE, kif emendata, li għandhom l-għan li jiżguraw l-indipendenza tal-ġestjoni tal-impriżi ferrovjarji u l-maniġers tal-infrastruttura (Taqsima I) u s-separazzjoni tal-ġestjoni tal-infrastruttura u l-operazzjonijiet tat-trasport u tipi differenti ta’ operazzjonijiet tat-trasport (Taqsima II). |
|
6.2. |
Id-dispożizzjonijiet inkwistjoni jipprevedu għażla wiesgħa ta’ opzjonijiet fir-rigward tal-forma organizzattiva, sakemm l-indipendenza tal-entità li tiżgura l-ġestjoni tal-infrastruttura tkun żgurata fir-rigward tal-allokazzjoni tal-mogħdijiet tal-ferrovija u l-impożizzjoni ta’ tariffi. L-istess jidher li huwa l-każ fir-rigward tal-obbligu li jinżammu kontijiet separati bejn il-ġestjoni tal-infrastruttura u l-attivitajiet operattivi u bejn l-attivitajiet tal-passiġġieri u tal-merkanzija, u t-trasparenza dwar il-fondi pubbliċi li jitħallsu għall-missjoni ta’ servizz pubbliku. |
|
6.3. |
Il-garanzija b'rabta man-newtralità fir-rigward tal-allokazzjoni u t-tariffi tal-mogħdijiet tal-ferrovija kif ukoll it-trasparenza pprovduta mid-dispożizzjonijiet dwar il-kontabbiltà għandhom jitqiesu bħala ta’ benefiċċju peress li jiżguraw kundizzjonijiet ekwi u trasparenza. |
|
6.4. |
Jista’ jiġi nnutat li pajjiżi ferrovjarji kbar bħall-Ġermanja, il-Polonja, l-Italja u l-Awstrija żammew kumpanija ferrovjarja integrata filwaqt li l-indipendenza tal-maniġer tal-infrastruttura hija żgurata fir-rigward tal-funzjonijiet essenzjali tal-allokazzjoni tas-slottijiet, l-ipprezzar u l-ġbir tat-tariffi. Franza pereżempju integrat mill-ġdid il-ġestjoni tal-infrastruttura u l-operat. Huma jqisu li huwa ta’ benefiċċju għas-sistema ferrovjarja li jiġu sfruttati s-sinerġiji, tiġi garantita kooperazzjoni aktar mill-qrib, flessibbiltà ogħla eċċ. Għandu jitqies ukoll il-benefiċċju għall-persunal ferrovjarju li jkollu suq tax-xogħol intern kbir u b’mod partikolari għal dawk il-professjonijiet rilevanti għas-sikurezza b’rekwiżiti mediċi u psikoloġiċi. |
|
6.5. |
Madankollu, il-libertà tal-għażla tal-forma organizzattiva għandha titqies bħala ta’ benefiċċju u għalhekk ma għandha tiġi imposta l-ebda separazzjoni fuq l-Istati Membri. |
7. Kummenti tal-għeluq
|
7.1. |
Minn dak li ntqal hawn fuq jirriżulta li ż-Żona Ferrovjarja Ewropea bl-ebda mod ma hija perfetta. Hemm il-ħtieġa ta’ analiżi aktar fil-fond tal-fatturi ta’ suċċess kif ukoll dwar l-impatt fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol. L-analiżijiet disponibbli vvalutaw il-problemi rigward l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti inkluż l-aċċess għas-suq, l-interoperabbiltà u l-armonizzazzjoni teknika, inkluża l-armonizzazzjoni mhux kompluta tar-regoli operattivi u tekniċi. Huma ddefinixxew ukoll problemi ta’ spejjeż, in-nuqqas ta’ puntwalità, in-nuqqas ta’ vetturi ferrovjarji li kapaċi joperaw madwar l-UE u problemi ġenerali għall-adattament għal kuntest ta’ suq miftuħ. Jidher li ma saret l-ebda analiżi tal-effetti possibbli tal-ftuħ tas-suq fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol. Ħafna affarijiet jistgħu u għandhom jittejbu biex is-sistema taħdem aħjar, issir aktar kompetittiva u ttejjeb is-sehem tas-suq tagħha fl-UE kollha, u b’hekk issir attur sħiħ f’sistema tat-trasport u l-mobilità multimodali effiċjenti u ambjentalment u soċjalment sostenibbli, li taqdi lin-nies u tħares l-ambjent. |
|
7.2. |
Il-KESE huwa tal-fehma li wasal iż-żmien għal rendikont ġenerali tas-sistema ferrovjarja tal-UE. Il-KESE għalhekk jitlob analiżi wiesgħa u komprensiva tal-fatturi ta’ suċċess u l-problemi, b’valutazzjoni tal-qafas attwali, inkluż l-impatt tiegħu fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol. Il-KESE jitlob li ssir valutazzjoni imparzjali filwaqt li jitqies l-obbligu skont l-Artikoli 90 u 91 tat-TFUE li jiġi stabbilit suq intern b’regoli armonizzati għat-trasport internazzjonali u jiġu definiti l-kundizzjonijiet għall-kabotaġġ, b’kunsiderazzjoni xierqa għad-dispożizzjonijiet dwar is-Servizz ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali kif previst fl-Artikolu 14 tat-TFUE flimkien mal-Protokoll 26 tat-TFUE u l-Artikolu 36 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE. L-analiżi jenħtieġ li tqis l-aspetti ambjentali u l-objettivi stabbiliti fil-Patt Ekoloġiku Ewropew, ir-rwol tal-ferroviji bħala Servizz ta’ Interess Ġenerali u għall-koeżjoni soċjali u ekonomika, il-kompetittività tal-ferroviji u l-funzjonament tagħhom f’sistema tat-trasport multimodali transfruntier, abbażi tal-kooperazzjoni, l-effiċjenza fir-riżorsi, il-livelli ta’ servizz u s-sodisfazzjon tal-klijenti/konsumaturi, kollha b’attenzjoni partikolari għall-effetti fuq il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-impjegati. Is-Sena Ewropea tal-Ferroviji 2021 tipprovdi opportunità eċċellenti biex jittieħed rendikont tal-iżviluppi s’issa u jiġu stabbiliti objettivi għall-futur. |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 32.
(2) ĠU L 315, 3.12.2007, p. 1.
(3) Minn diversi Pocketbooks Statistiċi tal-UE.
(4) ĠU L 315, 3.12.2007, p. 51.
(5) ĠU L 195, 27.7.2005, p. 15.
(6) SWD(2020) 331 final [mhux disponibbli bil-Malti].
(7) Ir-Rapport Speċjali tal-2016 tal-Awdituri Ewropej, “Rail freight transport in the EU still not on the right” (It-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija fl-UE: għadna m’aħniex fit-triq it-tajba [Mhux disponibbli bil-Malti]), punti 23-27.
(8) OBB Holding Geschäftsbericht 2019, pp 61 u 65-66.
(9) ĠU L 276, 20.10.2010, p. 22.
(10) Valutazzjoni tal-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar ċerti aspetti tal-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ ħaddiema mobbli involuti f’servizzi transfruntieri interoperabbli fis-settur ferrovjarju; Il-proġett “Ħaddiema mobbli tal-ferroviji” – Konklużjonijiet konġunti mill-Imsieħba Soċjali tas-Settur Ferrovjarju Ewropew CER u ETF.
(11) https://www.etf-europe.org/resource/joint-cer-etf-opinion-protection-of-staff-september-2013
(12) Ara pereżempju “Folgerungen für die zukünkftige Verkehrspolitik nach den Erfahrungen und dem Umgang mit der COVID-19 Pandemie” (Konklużjonijiet għall-politika futura tat-trasport abbażi tal-esperjenza u l-indirizzar tal-pandemija tal-COVID-19) tal-Ministeru Federali għat-Trasport u l-Infrastruttura Diġitali; Kumitat Xjentifiku tal-Ministru Federali għat-Trasport u l-Infrastruttura Diġitali, Nru 2/Sena 2020.
ANNESS
L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew aktar minn kwart tal-voti:
Punt 1.17
Ibdel it-test kif ġej:
|
|
Jidher ċar li hemm bżonn jitqiesu l-eżiġenzi attwali f’dak li jirrigwarda l-miżuri strateġiċi u ta’ titjib tas-sistema ferrovjarja, sabiex din tilħaq l-objettivi ta’ distribuzzjoni modali tat-traffiku u taqdi r-rwol sħiħ tagħha fil-qafas ta’ sistema Ewropea tat-trasport multimodali kompetittiva u sostenibbli. L-għajnuna mill-Istat u l-intervent mill-Istat jibqgħu Is-settur se jkollu bżonn għajnuna mill-Istat ukoll matul l-irkupru tiegħu għall-kriżi tal-COVID-19 u l-għajnuna mill-Istat għall-finanzjament tal-obbligi tas-servizz pubbliku se tibqa’ kruċjali biex jiġu żgurati servizzi essenzjali anke wara l-kriżi tal-COVID-19. |
Riżultat tal-votazzjoni fuq l-emenda:
|
Voti favur: |
94 |
|
Voti kontra: |
119 |
|
Astensjonijiet: |
7 |
Punt 1.18
Ibdel it-test kif ġej:
|
|
Il-kuntratti ta’ servizzi pubbliċi huma essenzjali biex jiġu żgurati servizzi għall-passiġġieri li jkunu aċċessibbli, affordabbli u inklużivi għal kulħadd. Il-KESE jqis l-għoti dirett ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku bħala waħda mill-miżuri l-aktar effettivi u effiċjenti għall-promozzjoni tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri. Il-KESE jieħu nota tal-predominanza attwali ta’ għotjiet diretti u l-iżvilupp tal-qafas regolatorju lejn offerti kompetittivi. Il-KESE jistenna li l-Kummissjoni tipprovdi analiżi tal-eżitu ta’ din il-bidla ta’ fokus fir-rigward tal-affordabbiltà u l-livelli ta’ servizz kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, kif emendat. |
Riżultat tal-votazzjoni dwar l-emenda:
|
Voti favur: |
97 |
|
Voti kontra: |
114 |
|
Astensjonijiet: |
12 |
Punt 4.6
Ibdel it-test kif ġej:
|
|
Hemm tendenza ġenerali lejn l-użu tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, bi drittijiet esklużivi tat-traffiku, fuq linji li għandhom defiċit, normalment linji reġjonali, filwaqt li l-aċċess għas-suq huwa miftuħ fuq linji fuq distanzi twal. Il-KESE jenfasizza r-rwol importanti tal-OSP biex tingħata aċċessibbiltà affordabbli u tiġi żgurata l-koerenza ġenerali tas-sistema ferrovjarja għat-trasport tal-passiġġieri biex tiġi żgurata l-aċċessibbiltà. L-OSP huma essenzjali biex jiġu żgurati servizzi għall-passiġġieri li jkunu aċċessibbli, affordabbli u inklużivi għaċ-ċittadini. L-aċċess għas-suq huwa miftuħ għal servizzi kummerċjali għall-passiġġieri, ħafna drabi servizzi fuq distanzi twal. Madankollu, it-traffiku fuq distanzi twal u t-traffiku reġjonali ma jistgħux jiġu separati. Kull ferrovija fuq distanza twila twettaq kompiti reġjonali għall-passiġġieri, speċjalment meta jieqfu f’żoni suburbani. Il-linji reġjonali jiżguraw l-għadd meħtieġ ta’ passiġġieri u jalimentaw il-linji ewlenin. Dawn itaffu wkoll l-infrastruttura tal-“grandes lignes” u jiżguraw id-distribuzzjoni fiż-żona. Qed jittieħdu aktar inizjattivi mill-Istati Membri, immexxija minn operaturi ferrovjarji stabbiliti, biex jinħolqu konnessjonijiet ewlenin ma’ servizzi ferrovjarji ġodda, inklużi ferroviji ta’ billejl. Pjani bħal dawn fil-fatt diġà tħabbru minn, pereżempju, il-Ġermanja (TEE 2.0), in-Netherlands u l-Iżvezja. Il-kompetizzjoni bejn l-operaturi fin-network Taljan ta’ veloċità għolja wasslet għal titjib fil-kwalità tas-servizz, biljetti orħos u frekwenza tas-servizz ogħla, li rriżultaw f’bidla modali viżibbli mill-ajru għall-ferrovija. Inizjattivi simili huma ppjanati fi Spanja. Il-KESE huwa tal-fehma li dawn l-inizjattivi juru kemm il-possibbiltajiet tal-qafas attwali biex jinħolqu alternattivi tat-trasport li jkunu attraenti u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, kif ukoll il-ħtieġa għal miżuri li jiffaċilitaw l-istabbiliment ta’ konnessjonijiet transkonfinali. Il-KESE huwa tal-fehma li dawn l-inizjattivi juru l-kumplessità tas-sistema ferrovjarja u li l-aċċess għas-suq ħieles – li ilu fis-seħħ mill-2010 għat-trasport internazzjonali tal-passiġġieri – mhuwiex l-istrument ġust biex jiġi stimulat l-iżvilupp tat-trasport (internazzjonali) tal-passiġġieri fuq distanzi twal. Hemm il-ħtieġa ta’ rieda politika, deċiżjonijiet politiċi dwar il-prijoritizzazzjoni ta’ soluzzjonijiet favur l-ambjent u inklużivi akkumpanjati mill-investiment meħtieġ u governanza tajba. |
Riżultat tal-votazzjoni dwar l-emenda:
|
Voti favur: |
104 |
|
Voti kontra: |
112 |
|
Astensjonijiet: |
15 |
Punt 4.7
Ibdel it-test kif ġej:
|
|
Il-KESE jieħu nota tal-predominanza attwali tal- għotjiet diretti ta’ kuntratti pubbliċi għas-servizzi u l-iżvilupp tal-qafas regolatorju fid-direzzjoni ta’ offerti kompetittivi. Il-KESE jistenna li l-Kummissjoni ser tipprovdi analiżi imparzjali tal-eżitu ta’ din il-bidla ta’ fokus fir-rigward tal-affordabbiltà u l-livelli ta’ servizz kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007, kif emendat, u li l-analiżi ser tipprovdi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar sistema tal-għoti li tipprovdi l-aħjar riżultati fir-rigward tal-ispejjeż/benefiċċji għall-utenti. Il-KESE jqis l-għoti dirett ta’ kuntratti ta’ servizz pubbliku bħala waħda mill-miżuri l-aktar effettivi u effiċjenti għall-promozzjoni tat-trasport ferrovjarju tal-passiġġieri. Din hija s-sinsla tas-sistemi ferrovjarji, pereżempju fl-Awstrija u fl-Iżvizzera, li huma l-promoturi f’termini ta’ sehem mis-suq. Barra minn hekk, il-KESE jinnota li ma hemm l-ebda korrelazzjoni bejn il-grad tal-ftuħ tas-suq u s-sodisfazzjon tal-klijenti, jew mal-prezzijiet tal-biljetti. |
Riżultat tal-votazzjoni dwar l-emenda:
|
Voti favur: |
97 |
|
Voti kontra: |
114 |
|
Astensjonijiet: |
12 |
Punt 5.3
Ibdel it-test kif ġej:
|
|
Matul il-pandemija, l-operaturi tal-istat kienu obbligati kapaċi jissoktaw bis-servizzi tal-passiġġieri u tal-merkanzija fis-sigurtà filwaqt li jiżguraw operazzjonijiet sikuri li fl-istess ħin ħabbtu wiċċhom ma’ telf sostanzjali minħabba t-tnaqqis fil-volumi f’termini ta’ passiġġieri u merkanzija. L-għajnuna u l-azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri biex jappoġġjaw il-ferroviji mil-lat finanzjarju u b’mod partikolari billi jiffaċilitaw servizzi essenzjali kontinwi, inkluż dawk transkonfinali, ippermettew il-funzjonament kontinwu tat-trasport tal-passiġġieri u l-ktajjen tal-provvista meħtieġa l-intervent mill-Istat ħafna drabi żguraw li s-sistema ferrovjarja ma tisfaxxax, ħtieġa biex jiġu żgurati servizzi essenzjali. |
Riżultat tal-votazzjoni dwar l-emenda:
|
Voti favur: |
94 |
|
Voti kontra: |
119 |
|
Astensjonijiet: |
7 |
Punt 6.5
Ibdel it-test kif ġej:
|
|
Madankollu, Il-KESE, għalhekk, iqis li il-libertà tal-għażla tal-forma hija ta’ organizzattiva għandha titqies bħala ta’ benefiċċju u għalhekk ma għandha tiġi imposta l-ebda separazzjoni fuq l-Istati Membri. Il-KESE jqis ukoll li d-djalogu miftuħ bejn il-maniġers u l-operaturi tal-infrastruttura li ġie introdott permezz tar-Raba’ Pakkett Ferrovjarju jġib valur miżjud peress li jippermetti skambju ta’ informazzjoni rilevanti sabiex jittejjeb il-funzjonament tal-ferroviji u l-intermodalità. |
Riżultat tal-votazzjoni dwar l-emenda:
|
Voti favur: |
95 |
|
Voti kontra: |
118 |
|
Astensjonijiet: |
12 |
III Atti preparatorji
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Il-559 Sessjoni Plenarja tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew – INTERACTIO, 24.3.2021–25.3.2021
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/38 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Rapport tal-2020 dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija skont ir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u tal-Azzjoni Klimatika”
[COM(2020) 950 final]
u dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Valutazzjoni madwar l-UE kollha tal-Pjani Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima Immexxu ’l quddiem it-tranżizzjoni ekoloġika u nippromwovu l-irkpru ekonomiku permezz ta’ ppjanar integrat tal-enerġija u tal-klima”
[COM(2020) 564 final]
(2021/C 220/04)
Relatur:TBL
Lutz RIBBE|
Konsultazzjonijiet |
Kummissjoni Ewropea, 11.11.2020 u 27.11.2020 |
|
Bażi legali |
L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adottata fis-sezzjoni |
9.3.2021 |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2021 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
236/4/6 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) huwa impressjonat bil-metikolużità u l-eżattezza li bihom il-Kummissjoni tiddokumenta u tevalwa l-iżvilupp tal-Unjoni tal-Enerġija. Il-mod li bih tfasslu u ġew evalwati l-Pjani Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECP) juri li l-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija tiffunzjona. |
|
1.2. |
Il-KESE jinnota b’sodisfazzjon li, għalkemm xi Stati Membri qegħdin lura b’mod ċar biex jilħqu l-miri, b’mod ġenerali l-miri tal-enerġija u l-klima għas-sena 2020 intlaħqu. Iżda dan ma għandux iwassal għal kompjaċenza. Il-miri għat-30 sena li ġejjin, li jibdew mid-deċennju tal-2020, huma ħafna aktar ambizzjużi. Il-pass tat-trasformazzjoni jrid jiżdied b’mod sinifikanti; madankollu, is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika fl-Istati Membri individwali m’għandhiex tiġi injorata. Jekk ma jsirx hekk, l-aċċettazzjoni soċjali tal-investimenti u r-riformi mmirati biex jaċċelleraw it-tranżizzjoni tal-enerġija tkun f’riskju. It-trasformazzjoni tal-enerġija tkun ukoll f’riskju jekk il-politika twiegħed il-parteċipazzjoni ta’ parti wiesgħa tas-soċjetà, iżda fir-realtà ma tiħux din il-wegħda bis-serjetà u ma timplimentahiex! |
|
1.3. |
Għalhekk, huwa ferm aktar importanti li ma jitqisux biss il-miri globali (dwar il-klima), iżda wkoll il-miri speċifiċi li l-Kummissjoni stabbiliet għaliha nnifisha bil-Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti u l-pakkett “Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha”. U f’dan ir-rigward, ir-riżultat huwa ferm aktar negattiv. |
|
1.4. |
Fil-qafas strateġiku, il-Kummissjoni sostniet li l-aktar għan importanti għandu jkun li ċ-ċittadini jkunu fiċ-ċentru tal-Unjoni tal-Enerġija. Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-istat tal-Unjoni tal-Enerġija, il-Kummissjoni ma ssemmi xejn dwar kif għandha tintlaħaq din il-mira u liema strateġiji għandhom jiġu segwiti biex tintlaħaq din il-mira fil-futur. Għall-KESE dan huwa kompletament inaċċettabbli. |
|
1.5. |
Fil-valutazzjoni tagħha tal-NECP, il-Kummissjoni hija tal-fehma li fl-NECPs tal-Istati Membri ftit li xejn qed tingħata attenzjoni lill-iżvilupp tal-enerġija komunitarja. Dan huwa inkwetanti. Huwa diżappuntanti li l-unika tweġiba tal-Kummissjoni għal dan hija appell ġenerali ħafna lill-Istati Membri. Jekk il-miri ambizzjużi, bħal dawk ifformulati fil-pakkett “Enerġija Nadifa għall-Ewropej Kollha” u fil-Qafas Strateġiku għall-Unjoni tal-Enerġija, ma jiġux segwiti b’mod serju, dan mhuwiex ta’ detriment biss għall-Unjoni tal-Enerġija. Iżda huwa ta’ detriment ukoll għall-kredibilità tal-politika Ewropea kollha kemm hi. |
|
1.6. |
Din hija r-raġuni għaliex il-KESE jemmen li l-Kummissjoni teħtieġ teżamina aktar mill-qrib il-livell u l-kwalità tal-implimentazzjoni, il-konformità u l-infurzar tat-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija fl-Istati Membri f’rapporti futuri, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kif dawn iridu jpoġġu liċ-“ċittadini fiċ-ċentru”. Fil-passat, l-implimentazzjoni tar-regolamenti dwar l-enerġija ttardjat u ħafna drabi ma twettqitx għall-benefiċċju taċ-ċittadini. |
|
1.7. |
Huwa rrakkomandat ukoll li t-tliet miri l-oħra tal-Unjoni tal-Enerġija jiġu eżaminati b’mod kritiku: it-tnaqqis tad-dipendenza mill-enerġija billi jitnaqqsu l-importazzjonijiet tal-enerġija, l-eliminazzjoni ta’ sussidji għal sorsi ta’ enerġija li jagħmlu ħsara lill-klima u lill-ambjent u t-teħid ta’ rwol ta’ tmexxija fir-rigward ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika u l-elettromobbiltà. Dawn it-tliet miri ma ntlaħqux, kif jidher mill-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni. Iżda r-raġunijiet għal dawn ma ġewx diskussi. Bl-istess mod huwa inutli li wieħed ifittex dikjarazzjonijiet dwar liema tagħlimiet jistgħu jinkisbu mill-fallimenti u x’jista’ jinkiseb minn dawn għal kull azzjoni sussegwenti, pereżempju fir-rigward tal-Fond ta’ Rkupru. |
|
1.8. |
Il-KESE jemmen li l-NECPs tal-Istati Membri juru nuqqas ta’ koerenza fil-politika Ewropea tal-enerġija. Il-KESE jqis ukoll li l-parti l-kbira tal-NECPs huma impreċiżi wisq, speċjalment fir-rigward tal-kwistjonijiet importanti tas-sigurtà tal-enerġija u t-tranżizzjoni ġusta. |
|
1.9. |
Għalhekk, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex waqt l-evalwazzjoni tal-NECPs tagħti aktar attenzjoni lill-adegwatezza tal-Istrateġiji ta’ Tranżizzjoni Ġusta u, f’dan il-kuntest, b’mod partikolari biex jintlaħqu l-objettivi li ġejjin:
|
2. Kummenti ġenerali dwar id-dokument tal-Kummissjoni
|
2.1. |
Fil-25 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni ppreżentat il-Komunikazzjoni tagħha dwar “Qafas Strateġiku għal Unjoni tal-Enerġija Reżiljenti b’Politika dwar il-Bidla fil-Klima li tħares ’il quddiem” (1). L-istrateġija indirizzat il-miri li ġejjin:
|
|
2.2. |
L-aktar importanti, madankollu, il-viżjoni tal-Kummissjoni kienet waħda ta’ Unjoni tal-Enerġija “biċ-ċittadini fil-qofol tagħha, fejn iċ-ċittadini jieħdu s-sjieda tat-tranżizzjoni enerġetika, jibbenefikaw minn teknoloġiji ġodda biex jitnaqqsu l-kontijiet tagħhom, jipparteċipaw b’mod attiv fis-suq, u fejn il-konsumaturi vulnerabbli jkunu protetti”. Hija semmiet ukoll il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati fit-tfassil tal-Unjoni tal-Enerġija bħala prijorità u tranżizzjoni soċjalment ġusta bħala prinċipju fundamentali għall-ġestjoni tat-tranżizzjoni enerġetika. |
|
2.3. |
Il-Kummissjoni enfasizzat ukoll il-ħtieġa għal governanza u monitoraġġ integrati tal-Unjoni tal-Enerġija. Bir-Regolament ta’ Governanza (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-UE impenjat ruħha għal bażi ġuridika korrispondenti għal dan. Abbażi ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri huma obbligati jissottomettu Pjani Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima (NECP) fuq bażi regolari, li fihom għandhom jiddeskrivu wkoll il-kontributi tagħhom biex jintlaħqu l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija. |
|
2.4. |
Fir-rapport tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija fl-2020, il-Kummissjoni ppreżentat il-progress li sar taħt ħames intestaturi:
hija indirizzat ukoll is-suġġett “L-Unjoni tal-Enerġija f’perspettiva usa’ tal-Patt Ekoloġiku”. |
|
2.5. |
Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni żviluppat ideat dwar “il-ksib ta’ rkupru ekoloġiku u ta’ ekonomija sostenibbli”. F’dan ir-rigward, hija l-ewwel tindirizza l-istrateġiji eżistenti għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija u l-iżvilupp tal-idroġenu fl-Ewropa. |
|
2.6. |
Il-Kummissjoni tiġġustifika wkoll il-ħtieġa li tiżdied il-mira għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 għal mill-anqas 55 % meta mqabbla mal-1990 u tħabbar strateġija biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metanu kif ukoll “il-viżjoni strateġika [tagħna] għall-enerġija lil hinn mill-kosta”. F’dan il-kuntest, hija tikkritika l-istrateġiji ppreżentati mill-Istati Membri fl-NECPs tagħhom li ħafna drabi ma jkunux ċari u dettaljati. |
|
2.7. |
B’mod ġenerali, il-Kummissjoni tqis li s-sitwazzjoni għadha mhix sodisfaċenti, filwaqt li tinnota li l-miri stabbiliti fil-livell tal-UE għall-2020 għall-użu tal-enerġija rinnovabbli se jintlaħqu fil-parti l-kbira tagħhom. Xi Stati Membri jeħtieġ jagħmlu aktar progress. |
|
2.8. |
F’xi każijiet, hija titlob li jsiru sforzi akbar fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika; b’mod partikolari fir-rinnovazzjoni tal-bini fejn jeżistu żbilanċi kbar. |
|
2.9. |
Ir-rapport huwa akkumpanjat għall-ewwel darba minn analiżi fil-fond tas-sussidji tal-enerġija (3), li fiha huwa stabbilit b’mod ċar li a) għad hemm bżonn ta’ data aħjar dwar is-sussidji tal-enerġija (4) u b) “hemm ħtieġa ċara li jiżdiedu l-isforzi biex jitnaqqsu s-sussidji” fuq il-fjuwils fossili. L-istrumenti legali li jeżistu bħalissa fil-livell tal-UE huma deskritti bħala insuffiċjenti. |
|
2.10. |
Tqiesu wkoll bħala “mhumiex inkoraġġanti” il-fatt li f’dawn l-aħħar snin ġew investiti anqas u anqas fondi għar-R&Ż f’dan is-settur, kif ukoll il-fatt li l-Ewropa baqgħet lura meta mqabbla ma’ reġjuni ekonomiċi oħra. Il-Kummissjoni tħabbar li se tagħmel sforzi, pereżempju fl-oqsma tal-ħażna tal-batteriji u l-idroġenu, biex terġa’ tagħti l-ħajja lir-riċerka u l-innovazzjoni u biex tindirizza t-tnaqqis fl-investiment osservat fil-livell nazzjonali. |
|
2.11. |
Ġie stabbilit li l-ispejjeż tal-importazzjonijiet tal-enerġija reġgħu żdiedu f’dawn l-aħħar snin (għal aktar minn EUR 330 biljun fis-sena), u dan reġġa’ lura x-xejra preċedenti ta’ tnaqqis. |
|
2.12. |
Il-Kummissjoni tagħlaq ir-rapport tagħha billi tafferma li l-kriżi tal-coronavirus tippreżenta lill-Ewropa b’opportunità unika biex tagħmel investimenti li jistgħu jappoġġjaw l-irkupru tal-ekonomija tal-UE filwaqt li taċċellera t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali. |
|
2.13. |
Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-valutazzjoni mal-Unjoni kollha tal-pjani nazzjonali għall-enerġija u l-klima, il-Kummissjoni tilqa’ l-fatt li l-progress fit-tnaqqis tal-gassijiet serra u l-progress fl-enerġija rinnovabbli fl-2021 diġà wasslu għal żieda sinifikanti fl-ambizzjonijiet korrispondenti għall-2030. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni tirrikonoxxi li hemm ħtiġijiet kbar f’termini ta’ effiċjenza enerġetika, investimenti fir-riċerka u innovazzjonijiet. Sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ikkonċernati, jeħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-opportunitajiet il-ġodda ta’ finanzjament fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali u l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. |
3. Kummenti ġenerali tal-KESE
|
3.1. |
Qabelxejn, il-Kummissjoni jistħoqqilha tifħir speċjali: il-metikolużità li biha topera l-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija u li hija espressa fid-dokumenti estensivi (inklużi l-annessi) turi li hija taħdem b’serjetà kbira. Dan huwa wkoll assolutament meħtieġ, minħabba li l-miri għall-protezzjoni tal-klima li ġew stabbiliti sa issa u li għandhom jissaħħu, jekk jintlaħqu, se jintlaħqu biss marġinalment. Il-mira li l-Unjoni Ewropea tikseb newtralità klimatika sa mhux aktar tard mill-2050 hija importanti ħafna u teħtieġ ippjanar strateġiku u koordinazzjoni ta’ approċċi ta’ politika differenti ħafna li jistgħu jkunu storikament uniċi u li għandhom imorru lil hinn minn dak li ġie deċiż sa issa. |
|
3.2. |
F’dan l-isfond, il-KESE jaqbel bis-sħiħ mal-Kummissjoni meta din tenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji aktar ċari u jimplimentawhom mingħajr dewmien. Għal dan il-għan, għandha tingħata kunsiderazzjoni aktar adegwata lill-implikazzjonijiet għas-soċjetà, l-impjiegi u l-ħiliet, kif ukoll effetti distributtivi oħrajn tat-tranżizzjoni tal-enerġija, u biex jiġi spjegat kif għandhom jiġu indirizzati dawn l-isfidi. |
|
3.3. |
Il-konklużjonijiet tal-Kummissjoni huma komprensibbli u jistħoqqilhom appoġġ. Dan japplika b’mod partikolari għad-determinazzjoni li l-progress li sar fl-ilħuq tal-mira li jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, li tiżdied l-effiċjenza enerġetika u li jiġu estiżi s-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli jirrappreżenta l-bażi għal miri ogħla. |
|
3.4. |
Il-KESE jaqbel ukoll mal-Kummissjoni li hemm bżonn impetu ġdid. Madankollu, kienet tkun ħaġa tajba li kieku l-Kummissjoni speċifikat fiex għandhom jikkonsistu l-impeti l-ġodda. |
|
3.5. |
Jidher loġiku wkoll li l-Kummissjoni torbot l-iżvilupp tal-Unjoni tal-Enerġija mal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-politika ta’ rikostruzzjoni fid-dawl tal-pandemija – it-tnejn huma approċċi li kienu għadhom ma ġewx rikonoxxuti fiż-żmien meta l-Qafas Strateġiku għall-Unjoni tal-Enerġija u r-Regolament dwar il-Governanza kienu qed jiġu żviluppati. Il-KESE jenfasizza li l-Unjoni tal-Enerġija Ewropea tipprovdi bażi ideali biex tittieħed azzjoni fir-rigward tal-Patt Ekoloġiku. Kien ikun aktar importanti li kieku n-nuqqasijiet li rriżultaw fir-reviżjoni attwali ġew identifikati b’mod aktar preċiż u ġew żviluppati kontrostrateġiji. Dan ma seħħx f’mill-anqas tliet każijiet, li se jiġu diskussi hawn taħt. |
In-nuqqas li tiġi implimentata l-mira “Unjoni tal-Enerġija biċ-ċittadini fil-qofol tagħha”
|
3.6. |
Kif ikkwotat fil-punt 2.2,, il-Kummissjoni identifikat l-importanza ta’ politiki mmexxija miċ-ċittadini u ffukati fuq iċ-ċittadini bħala l-aktar mira importanti(!) fil-qafas strateġiku tal-Unjoni tal-Enerġija. Għalhekk, din il-mira għandha tiġi rikonoxxuta b’mod speċjali fir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija, b’mod partikolari permezz ta’ proposti speċifiċi bħall-parteċipazzjoni u l-involviment trasparenti u attiv taċ-ċittadini, l-imsieħba soċjali u l-partijiet ikkonċernati fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet, pereżempju l-NECP, kif ukoll parteċipazzjoni attiva u parteċipazzjoni fil-proċessi tas-suq. Fil-fatt, madankollu, l-aspett tal-parteċipazzjoni lanqas biss jissemma fir-rapport, u ma hemm l-ebda kunsiderazzjoni dwar jekk il-miżuri proposti għall-futur iservux espliċitament dan il-għan. |
|
3.7. |
Il-problema bħalissa hija evidenti wkoll, fost affarijiet oħra, fl-istrateġija ppreżentata mill-Kummissjoni għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija, li fiha ċ-ċittadini jidhru biss bħala konsumaturi u mhux bħala parteċipanti attivi fis-suq. Anke fir-rigward tal-prijoritajiet deskritti mill-Kummissjoni Ewropea (5), jiġifieri l-istrateġija tal-idroġenu u t-tħabbira ta’ “il-viżjoni strateġika [tagħna] għall-enerġija lil hinn mill-kosta”, huwa diffiċli li wieħed jimmaġina li l-involviment taċ-ċittadini huwa saħansitra possibbli jew previst. Għalhekk huwa ta’ dispjaċir kbir li l-Kummissjoni, fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-evalwazzjoni tal-NECPs, tiddikjara li beħsiebha tuża l-mekkaniżmi ġodda ta’ finanzjament tal-UE għall-enerġija rinnovabbli b’mod partikolari biex tippromovi teknoloġiji lil hinn mill-kosta. |
|
3.8. |
Meta tagħmel dan, il-Kummissjoni qed tinjora l-liġi Ewropea applikabbli: dan minħabba li fil-Premessa 43 tad-Direttiva dwar is-Suq Intern tal-Elettriku (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) huwa ddikjarat li: “l-enerġija komunitarja [ssir] mezz effikaċi u kosteffiċjenti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini”. […] Permezz tal-involviment dirett tal-konsumaturi, l-inizjattivi tal-enerġija komunitarja juru l-potenzjal tagħhom biex jiffaċilitaw l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ġodda u xejriet ta’ konsum ġodda, inklużi grilji tad-distribuzzjoni intelliġenti u rispons tad-domanda, b’mod integrat. L-enerġija komunitarja tista’ wkoll tavvanza l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fuq il-livell tal-konsumaturi domestiċi u tgħin fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku permezz ta’ tnaqqis tal-konsum u tariffi ta’ forniment aktar baxxi. […] Fejn tħaddmu b’suċċess, tali inizjattivi taw benefiċċji ekonomiċi, soċjali u ambjentali fil-komunità.” Fl-opinjoni tal-leġiżlaturi Ewropej, l-enerġija komunitarja tista’ b’hekk tirrimedja għadd ta’ nuqqasijiet li d-dokumenti tal-Kummissjoni lmentaw dwarhom. Huwa aktar inkomprensibbli l-fatt li l-Kummissjoni ma tirrikonoxxix dan fid-dokumenti tagħha stess. Hemm diskrepanzi kbar ħafna bejn l-aspirazzjoni u r-realtà, u l-KESE għadu ma jistax jirrikonoxxi strateġija reali mill-Kummissjoni biex iċ-ċittadini jsiru msieħba attivi. |
|
3.9. |
Madankollu, din il-kritika għandha tkun indirizzata wkoll fil-konfront tal-maġġoranza tal-Istati Membri, li, abbażi tal-Artikolu 20 tar-Regolament ta’ Governanza (UE) 2018/1999, għandhom jindirizzaw l-enerġija komunitarja fl-NECP nazzjonali tagħhom. Fl-evalwazzjoni tagħha, il-Kummissjoni tenfasizza li l-Istati Membri ma għamlux dan jew għamlu dan b’mod insuffiċjenti biss. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tipproponi linji gwida aktar speċifiċi għall-promozzjoni tal-enerġija komunitarja fir-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva dwar is-Sorsi tal-Enerġija Rinnovabbli. |
Implimentazzjoni insuffiċjenti tal-miri ta’ “sigurtà tal-provvista/tnaqqis tal-importazzjonijiet tal-enerġija”
|
3.10. |
Mira strateġika tal-Unjoni tal-Enerġija hija li tiżdied is-sigurtà tal-provvista tal-enerġija, fost l-oħrajn billi jitnaqqsu l-importazzjonijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni tinnota, b’mod xi ftit jew wisq każwali, li ma jista’ jiġi rikonoxxut l-ebda progress – iżda għall-kuntrarju ta’ dan, in-nefqa fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija reġgħet żdiedet. L-importanza dejjem tikber tal-idroġenu tista’ saħansitra tikkontribwixxi għall-fatt li l-importazzjonijiet se jkomplu jiżdiedu fil-ġejjieni, peress li fl-istrateġija tagħha dwar l-idroġenu, il-Kummissjoni tiffoka deliberatament fuq l-importazzjonijiet! Il-KESE jistenna li l-Kummissjoni tipprovdi spjegazzjoni ċara f’dan ir-rigward. |
|
3.11. |
Il-KESE jappella wkoll li jiġi applikat il-prinċipju ta’ solidarjetà Ewropea fl-iżgurar ta’ importazzjonijiet inevitabbli tal-enerġija. Azzjonijiet nazzjonali unilaterali bħall-proġett tal-pipeline Nord Stream 2 mhux talli jistgħu jipperikolaw il-protezzjoni tal-klima, iżda wkoll is-sigurtà tal-provvista. Azzjonijiet bħal dawn, li jimminaw is-solidarjetà Ewropea, iqiegħdu f’riskju l-fiduċja taċ-ċittadini fl-UE u l-immaġni tal-UE f’pajjiżi terzi. |
Nuqqas li tiġi implimentata l-mira ta’ “innovazzjoni, tmexxija globali”
|
3.12. |
Anke fil-qasam tal-innovazzjoni, l-istampa hija pjuttost negattiva. L-aspirazzjoni kbira tal-Unjoni tal-Enerġija li tkun mexxejja globali hija mxekkla fid-dawl tar-rapport tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija meta tiġi biex tinvesti fir-riċerka u l-innovazzjoni u applikazzjonijiet għal privattivi. Fid-dawl ta’ din is-sejba inkwetanti, jeħtieġ li ssir analiżi bir-reqqa u fil-fond tal-iżbalji, sabiex il-kawża tagħhom tkun tista’ tiġi identifikata u ddeterminata b’mod preċiż. Abbażi ta’ dan, għandhom jiġu żviluppati kontromiżuri konkreti. |
|
3.13. |
Fid-dawl tal-isfond deskritt fil-punti 3.6 sa 3.11 għandu jiġi ċċarat li: mhuwiex biżżejjed li dejjem jintużaw l-istess slogans jekk ma jiġux segwiti minn azzjonijiet konkreti. Inkella se tiġi ddubitata l-kredibilità tal-politika Ewropea. Tabilħaqq, l-ebda dokument eżistenti tal-Kummissjoni, inkluża l-istrateġija għall-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija u l-idroġenu, ma jidentifika xi miżuri konkreti li jistgħu jgħinu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ hawn fuq. |
Rilevanza politika soċjali u reġjonali tal-Unjoni tal-Enerġija
|
3.14. |
Il-Kummissjoni tagħmel ukoll xi kunsiderazzjonijiet ta’ politika soċjali fil-Kapitoli 2.6 u 3.3 tar-rapport tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija. Dawn huma korretti; il-KESE jappoġġja b’mod partikolari l-fatt li l-għajnuna għall-irkupru fid-dawl tal-coronavirus għandha tintrabat mal-miri tal-politika dwar il-klima u l-enerġija. Il-miżuri ppjanati għal tranżizzjoni ġusta huma wkoll korretti u jservu ta’ bażi biex il-persuni jiġu mħeġġa jappoġġjaw l-ilħuq tal-miri tal-politika dwar il-klima u l-enerġija. Jekk dan jistax effettivament jgħin fir-rigward tal-prinċipju li “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura” se jiddependi b’mod speċifiku mill-operazzjonalizzazzjoni u l-finanzjament tal-istrumenti individwali kif ukoll l-implimentazzjoni konkreta tagħhom fil-livell nazzjonali. |
|
3.15. |
Il-KESE jfakkar fil-konvinzjoni li esprima f’Opinjonijiet (7) preċedenti: mhuwiex biżżejjed li l-fondi għall-koeżjoni soċjali u reġjonali u ta’ rikostruzzjoni jintużaw b’tali mod li jappoġġjaw il-protezzjoni tal-klima u t-tranżizzjoni enerġetika. Pjuttost, il-politika dwar il-klima u l-enerġija għandha (u tista’) tkun imfassla b’tali mod li tippromovi l-koeżjoni soċjali u reġjonali. Approċċi bħal dawn diġà jeżistu, uħud minnhom huma saħansitra elenkati fil-Komunikazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-NECP, pereżempju proġetti biex jinbnew sistemi solari f’żoni li qabel kienu jintużaw għall-estrazzjoni tal-linjite fil-Portugall u l-Greċja jew il-promozzjoni tal-prosumaturi orjentata b’mod strateġiku ħafna fil-Litwanja. Iżda dawn l-eżempji mhuma xejn aktar ħlief prattika jew tendenza ġenerali. |
|
3.16. |
U għalhekk hemm ir-riskju li t-tranżizzjoni enerġetika żżid id-differenzi soċjali u reġjonali, pereżempju, jekk il-Kummissjoni timplimenta kif ippjanat l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija, l-iżvilupp tal-infrastruttura tal-idroġenu u l-promozzjoni tal-enerġiji lil hinn mill-kosta, għaliex b’hekk tkun qed tipprijoritizza kunċetti ċentralizzati għad-detriment tal-kunċetti deċentralizzati. |
|
3.17. |
Fi kwalunkwe każ, l-iżvilupp parallel ta’ infrastrutturi ċentralizzati u deċentralizzati huwa problematiku u hemm riskju li jkun il-kawża ta’ investiment żbaljat. Pereżempju, hemm kompetizzjoni fl-użu bejn network nazzjonali tal-pipelines tal-idroġenu u l-espansjoni ta’ networks ta’ tisħin distrettwali, kif mitlub fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tal-NECP. Għal din ir-raġuni, il-KESE talab li jittieħdu deċiżjonijiet fundamentali adegwati – fl-interessi tas-sigurtà tal-investiment (8). Dawn huma wkoll ta’ importanza strateġika għas-suċċess tal-Unjoni tal-Enerġija, iżda mhumiex indirizzati fid-dokumenti diskussi hawnhekk. |
|
3.18. |
Bħal fi kważi d-dokumenti kollha tal-Kummissjoni dwar il-politika tal-enerġija mfassla reċentement, id-diġitalizzazzjoni ma għandhiex rwol fir-rapport tal-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija. Iżda d-diġitalizzazzjoni tiftaħ kunċetti interessanti bħall-grilji żgħar intelliġenti u s-swieq intelliġenti, il-mikrokummerċ, l-impjanti virtwali tal-enerġija, eċċ. Dawn kollha jistgħu jikkontribwixxu għal effiċjenza u prestazzjoni ogħla tas-suq intern tal-enerġija, inkluż billi jissaħħaħ ir-rwol tal-konsumaturi attivi. Il-Kummissjoni indirizzat dan fil-Qafas Strateġiku għall-Unjoni tal-Enerġija, għalkemm f’forma kemxejn imqassra (9). Huwa inkomprensibbli li dan l-aspett jiġi injorat fir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija, speċjalment peress li l-użu tat-teknoloġiji diġitali għandu jiġi eżaminat bir-reqqa fir-rigward tal-utilità tagħhom u l-problemi etiċi possibbli, speċjalment fir-rigward tas-sovranità tad-data. |
|
3.19. |
Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi nnutat li d-diġitalizzazzjoni titfassal fl-interess tal-utent aħħari. Iċ-ċittadini għadhom qed jistennew servizzi mtejba minħabba ż-żieda fid-diġitalizzazzjoni, bħal pereżempju t-tibdil ta’ kuljum minn fornitur għal ieħor, il-feedback immedjat dwar miters difettużi jew mudelli ta’ użu suspettużi u proċeduri bla xkiel għall-konnessjoni tal-produzzjoni tagħhom man-network. |
4. Kummenti speċifiċi
Dwar il-kapitolu “Dekarbonizzazzjoni” fir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija
|
4.1. |
Il-Kummissjoni ġustament tindika li hemm ħafna benefiċċji fl-użu tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli. Il-kwistjoni ta’ min se jibbenefika minn dawn il-vantaġġi, madankollu, tiddependi b’mod kruċjali minn jekk it-tranżizzjoni enerġetika hijiex se titfassal b’mod deċentralizzat jew ċentralizzat (10). Il-Kummissjoni ma ssemmix dan il-punt fir-rapport tagħha. |
Dwar il-kapitolu “Is-sigurtà tal-enerġija” fir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija
|
4.2. |
Il-Kummissjoni ġustament tagħti attenzjoni kbira lill-kwistjoni tas-sigurtà tal-provvista u, f’dan il-kuntest, lis-sigurtà tal-enerġija. Dan huwa dovut għall-fatt li l-importanza tagħha għall-ekonomija hija kbira ħafna. Minbarra l-kwistjoni klassika tad-dipendenza mill-importazzjonijiet, għandha tkun ikkunsidrata wkoll ir-reżiljenza għal attakki esterni, bħaċ-ċiberkriminalità. L-aħħar riżultati tar-riċerka (11) f’dan ir-rigward jiddikjaraw li: l-aħjar strateġija għal reżiljenza għolja hija li jissaħħu l-istrutturi deċentralizzati li għandhom kapaċità awtonoma. Il-Kummissjoni għandha tqis aktar dawn ir-riżultati. |
|
4.3. |
Huwa inkontestabbli li fil-futur l-idroġenu ekoloġiku se jagħti kontribut għal sistema ta’ enerġija Ewropea sigura. Il-KESE jirreferi għall-Opinjonijiet tiegħu dwar l-istrateġija għall-idroġenu (12) u l-istrateġija dwar l-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija (13). |
|
4.4. |
Hawnhekk ukoll, m’għandniex naħsbu biss fuq skala kbira (inkluż l-iżvilupp ta’ infrastrutturi għall-importazzjoni tal-idroġenu). Hemm diversi soluzzjonijiet innovattivi, ekoloġiċi u fuq kollox reġjonali/lokali li jistgħu jiġu implimentati direttament fuq il-post (inkluża l-produzzjoni tal-idroġenu reġjonali jew e-fjuwils sintetiċi). Dan se jżid is-sigurtà tal-provvista, inaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjoni u jippromovi l-impjiegi lokali fil-forma ta’ impjiegi ekoloġiċi u valur miżjud fir-reġjuni. Anke l-intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju għandhom jingħataw l-opportunità biex jipparteċipaw fil-Patt Ekoloġiku u jibbenefikaw minnu. Dan iżid ukoll l-aċċettazzjoni tal-Patt Ekoloġiku u t-trasformazzjoni tal-enerġija. |
Dwar il-kapitolu dwar “Is-swieq interni tal-enerġija” fir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija u dwar ir-“Rapport ta’ progress dwar is-suq intern tal-enerġija”
|
4.5. |
Il-Kummissjoni tiddikjara li l-pakkett “Enerġija Nadifa” ħoloq kundizzjonijiet aħjar biex jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni tal-konsumatur fis-swieq tal-enerġija u biex joħloq kundizzjonijiet ekwi għall-parteċipanti ġodda fis-suq. Fil-fatt, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar is-Suq Intern għall-Elettriku biss huma rilevanti f’dan ir-rigward. Għadu mhux possibbli li jiġi ddeterminat kemm kienet effettiva l-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet mill-Istati Membri. Għalhekk, il-konklużjoni meħuda mill-Kummissjoni hija prematura. Il-KESE jappella b’mod urġenti għal valutazzjoni serja tal-mira importanti tal-parteċipazzjoni tal-konsumaturi – anke fir-rigward tal-effetti tal-politika ta’ distribuzzjoni f’termini tal-parteċipazzjoni ta’ unitajiet domestiċi bi dħul baxx ukoll. |
|
4.6. |
Il-Kummissjoni tenfasizza l-importanza tas-sinjali tal-prezzijiet tas-suq, inkluż għall-investituri. Dan huwa bla dubju aspett importanti. Madankollu, f’dan ir-rigward hija meħtieġa perspettiva aktar differenzjata. Il-maġġoranza tas-swieq tal-elettriku bl-ingrossa juru prezzijiet għal żmien qasir. Jekk dawn jagħtux sinjali lill-investituri f’suq liberalizzat hija kwistjoni kontroversjali fl-ekonomija tal-enerġija. Il-KESE diġà rrikonoxxa dan f’Opinjonijiet preċedenti (14). Fid-dawl ta’ dan, mhuwiex xieraq li l-Kummissjoni tuża t-terminu “suq intern tal-enerġija” b’mod mhux differenzjat f’dan il-kuntest. Sabiex l-Unjoni tal-Enerġija tkun ta’ suċċess, jeħtieġ li din titfassal mill-ġdid, tal-anqas fis-settur tal-elettriku. L-ibbilanċjar sħiħ tar-responsabbiltà għall-enerġija rinnovabbli biss mhux se jkun biżżejjed. Il-KESE jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tippreżenta l-ideat tagħha għal tfassil ġdid tas-suq malajr kemm jista’ jkun. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-parteċipanti kollha fis-suq isibu l-istess kundizzjonijiet fis-swieq tal-ibbilanċjar u tal-kontroll tal-enerġija. Dan huwa wkoll essenzjali għas-suċċess tal-integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija (15). |
|
4.7. |
Fl-istess ħin, għandu jiġi mfakkar li l-għanijiet tas-sigurtà tal-provvista u l-kisba tan-newtralità klimatika ma jistgħux jintlaħqu permezz tas-sinjali tal-prezzijiet biss. |
|
4.8. |
Fir-rapport tal-progress dwar is-suq intern tal-enerġija, il-Kummissjoni ġustament tenfasizza li l-possibbiltà tal-kompetizzjoni fil-livell ta’ ġenerazzjoni u provvista għandha tibqa’ prijorità tal-politiki tal-enerġija nazzjonali u tal-UE. Iżda ma tispjegax b’mod konkret x’jinvolvi dan. Li jingħad li l-akkoppjament tas-suq biss jista’ jixpruna l-kompetizzjoni huwa żbaljat u ma jirriflettix il-liġi Ewropea kif stabbilita fil-pakkett dwar l-“Enerġija Nadifa”. Meta jiġu applikati l-prinċipji għall-allokazzjoni tal-kapaċità u l-ġestjoni tal-konġestjoni skont l-Artikolu 16 tar-Regolament dwar is-Suq tal-Elettriku, għandha titqies il-pożizzjoni ġeografika tal-Istati Membri, li tista’ tiġġustifika wkoll estensjoni tal-iskadenza għall-istabbiliment tal-kapaċità. Fi kwalunkwe każ, l-aċċess għas-suq huwa partikolarment importanti għal kompetizzjoni attiva, speċjalment għal atturi iżgħar. F’dan ir-rigward, id-diġitalizzazzjoni, fost l-oħrajn, qed tagħmel biċċa xogħol tajba. |
|
4.9. |
Fir-rapport ta’ progress dwar is-suq intern tal-enerġija, il-Kummissjoni tiddikjara wkoll li sistemi termali bħal impjanti tal-enerġija b’ġenerazzjoni kkombinata tas-sħana u tal-elettriku jistgħu jagħtu lis-sistema flessibilità importanti, iżda mekkaniżmi ta’ kapaċità mfassla ħażin jistgħu joħolqu distorsjonijiet kbar fis-suq intern. Il-KESE jirreferi għall-pożizzjoni li esprima fl-Opinjoni tiegħu TEN/625 f’dan ir-rigward. Huwa jappella lill-Kummissjoni tevalwa b’mod kritiku l-mekkaniżmi tal-kapaċità li qegħdin fis-seħħ fl-Istati Membri, inkluż fir-rigward tal-konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 22 tar-Regolament dwar is-Suq Intern tal-Elettriku, li fost l-oħrajn jinkludu l-limitu ta’ 550 g CO2/kWh. |
|
4.10. |
Fir-rapport ta’ progress dwar is-suq intern tal-enerġija, il-Kummissjoni tfakkar li l-operaturi tas-sistema ta’ trażmissjoni jew ta’ distribuzzjoni kienu esklużi b’mod ġenerali milli jkunu proprjetarji u milli joperaw sistemi ta’ ħżin tal-elettriku. Il-KESE laqa’ din id-deċiżjoni fil-prinċipju (16), li għandha tippermetti li l-operaturi tas-sistemi ta’ distribuzzjoni ikunu proprjetarji u joperaw sistemi ta’ ħżin tal-elettriku fl-interess tal-grilja. Jemmen ukoll li dan għandu jimxi id f’id mat-tisħiħ tas-swieq intelliġenti, sabiex l-operaturi tal-ħżin jkollhom inċentiv biex isegwu sinjali mill-operaturi tan-network u jiddisinjaw is-sistemi tal-ħżin tagħhom biex iservu s-sistema. L-operaturi tan-network jeħtieġu inċentivi adatti biex jibagħtu s-sinjali. |
|
4.11. |
In-networks ta’ distribuzzjoni għandhom rwol fundamentali fl-użu ta’ swieq intelliġenti u b’mod ġenerali fis-suċċess tat-tranżizzjoni tal-enerġija. Għalhekk, fil-futur il-politika tal-enerġija tal-UE trid tkun aktar iffukata fuq l-immodernizzar tagħhom. |
|
4.12. |
Il-KESE jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni li l-għan ewlieni tad-Direttiva tal-Kunsill dwar it-Tassazzjoni tal-Enerġija 2003/96/KE (17) mhux se jibqa’ jintlaħaq. Għalhekk jappoġġja t-talba tal-Kummissjoni u jitlob reviżjoni ambizzjuża ta’ din id-Direttiva u mekkaniżmi oħra biex jitnaqqsu s-sussidji għall-fjuwils fossili u biex jiġu internalizzati l-ispejjeż esterni. |
|
4.13. |
Il-KESE jenfasizza l-kwistjoni tal-faqar enerġetiku u jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri speċifiċi li jmorru lil hinn mil-linji gwida astratti dwar id-definizzjoni u l-osservatorju. Il-KESE enfasizza f’diversi okkażjonijiet li parteċipazzjoni wiesgħa miċ-ċittadini fis-settur tal-enerġija hija waħda mid-diversi approċċi li jistgħu jgħinu f’dan ir-rigward. |
|
4.14. |
F’dan il-kuntest, il-KESE jfakkar il-pożizzjoni tiegħu li soċjetà tal-enerġija fuq żewġ livelli għandha tiġi evitata akkost ta’ kollox. Mhuwiex aċċettabbli li familji mgħammra tajjeb finanzjarjament u teknikament biss jibbenefikaw mit-tranżizzjoni enerġetika u li l-familji l-oħra kollha jkollhom iġarrbu l-ispejjeż. Iċ-ċittadini affettwati mill-faqar enerġetiku ġeneralment ma jkunux l-aktar b’saħħithom mil-lat politiku. Għalhekk, jeħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel aktar biex tiżgura li l-Istati Membri jistinkaw b’mod attiv sabiex jiġġieldu b’mod effettiv il-faqar enerġetiku: kemm il-mewġa intenzjonata tar-rinnovazzjoni tal-enerġija fil-bini kif ukoll l-involviment attiv taċ-ċittadini fil-produzzjoni tal-elettriku rinnovabbli jistgħu jgħinu biex jitnaqqas il-faqar enerġetiku. Għandu jiġi nnutat ukoll li l-estensjoni possibbli tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet għas-setturi tat-tisħin u tat-trasport jista’ jkollha impatt fuq l-ekwità tad-distribuzzjoni. |
Dwar il-kapitolu “Ir-riċerka u l-innovazzjoni u l-kompetittività” fir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija
|
4.15. |
Il-KESE jibża’ li raġuni waħda għaliex l-UE għadha lura f’ċerti oqsma bħal batteriji solari u l-batteriji tal-joni tal-litju hija d-domanda insuffiċjenti. Il-KESE jitlob għalhekk lill-Kummissjoni tadotta strateġija usa’: l-UE teħtieġ inizjattivi ta’ politika industrijali attiva sabiex tkisser id-dominanza tas-suq taċ-Ċina. Il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar il-batteriji hija eżempju ta’ pass fid-direzzjoni t-tajba. Barra minn hekk, l-istrutturi deċentralizzati fis-sistema tal-enerġija futura għandhom jissaħħu. Dan jippermetti, pereżempju, żieda fid-domanda għall-batteriji, jiġġenera ekonomiji ta’ skala u l-prezz tal-batteriji jsir attraenti ħafna. |
Dwar il-kapitolu “L-Unjoni tal-Enerġija f’perspettiva usa’ tal-Patt Ekoloġiku” fir-rapport dwar l-Istat tal-Unjoni tal-Enerġija
|
4.16. |
Il-KESE jappoġġja lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tippromovi ftehimiet ambizzjużi dwar it-tibdil fil-klima madwar id-dinja. Dan jirrikjedi li tiġi introdotta tariffa ta’ aġġustament fil-fruntiera marbuta ma’ kunsiderazzjoni aktar ambizzjuża u konkreta tal-protezzjoni tal-klima (u għanijiet oħra ta’ sostenibbiltà) fi ftehimiet kummerċjali internazzjonali (18). |
Dwar il-Komunikazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-NECP
|
4.17. |
Il-KESE ma jistax jifhem għaliex il-Kummissjoni qed tnaqqas il-kritika tagħha dwar il-valutazzjoni inadegwata tal-potenzjal tal-enerġija rinnovabbli għas-settur lil hinn mill-kosta. Jistieden lill-Kummissjoni biex tabbanduna l-preferenza tagħha stess għal teknoloġiji lil hinn mill-kosta għad-detriment tas-sistemi fotovoltajċi u l-enerġija mir-riħ fuq l-art u biex tistabbilixxi l-istrateġiji ta’ żvilupp proprji għal dawn it-tnejn tal-aħħar. |
|
4.18. |
Il-KESE jinnota u jaqbel li l-Kummissjoni tirrikonoxxi l-potenzjal tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għall-ħolqien tal-impjiegi. Madankollu, huwa saħaq li l-isfruttament sħiħ ta’ dan il-potenzjal mhux se jkun awtomatiku, iżda se jirrikjedi politiki attivi, b’mod partikolari fir-rigward tal-kwalità tal-impjiegi. F’dan il-kuntest huwa kompletament inkomprensibbli li l-Kummissjoni ftit li xejn tagħti attenzjoni lis-sistemi fotovoltajċi, speċjalment meta, kif tistabbilixxi l-Komunikazzjoni, huwa s-settur li jirrikjedi l-aktar impjiegi. |
|
4.19. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni, fir-reviżjoni li jmiss tad-Direttiva dwar is-Sorsi ta’ Enerġija Rinnovabbli, biex tabbozza r-regoli għall-offerti b’tali mod li tiġi ffaċilitata l-parteċipazzjoni tal-komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u l-SMEs. |
|
4.20. |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li investimenti f’sistemi ta’ tisħin distrettwali b’temperatura baxxa huma meħtieġa b’mod urġenti. Għandha titnieda inizjattiva korrispondenti. |
|
4.21. |
Il-bjar tas-CO2 huma strument importanti għall-protezzjoni tal-klima. Madankollu, it-tħassib dwar iż-żieda fid-disturbi naturali espress fl-NECPs tal-Istati Membri għandu jitqies b’mod serju. Għalhekk, il-krediti tal-LULUCF għandhom dejjem jitqiesu biss bħala komplementari għal għażliet oħra għall-protezzjoni tal-klima. |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) COM(2015) 80 final.
(2) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1.
(3) COM(2020) 950 final – Anness 2.
(4) Dak li huwa sorprendenti huwa l-fatt li l-ħtieġa li jiġu eliminati s-sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent fl-UE ilha tiġi diskussa għal aktar minn 30 sena.
(5) U l-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill.
(6) ĠU L 158, 14.6.2019, p. 125.
(7) ĠU C 47, 11.2.2020, p. 30, ĠU C 62, 15.2.2019, p. 269.
(8) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 85.
(9) COM(2015) 80 final, p. 13.
(10) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 85.
(11) Ara Hirschl, B., Aretz, A., Bost, M., Tapia, M., u Gößling-Reisemann, S. (2018): Vulnerabilität und Resilienz des digitalen Stromsystems. Schlussbericht. (Il-vulnerabbiltà u r-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija diġitali. Rapport finali. – mhux disponibbli bil-Malti) Berlin, Bremen, disponibbli hawnhekk: www.strom-resilienz.de
(12) ĠU C 123, 9.4.2021, p. 30.
(13) ĠU C 123, 9.4.2021, p. 22.
(14) ĠU C 82, 3.3.2016, p. 13.
(15) ĠU C 364, 28.10.2020, p. 158.
(16) ĠU C 288, 31.8.2017, p. 91.
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/47 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar strateġija tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan”
[COM(2020) 663 final]
(2021/C 220/05)
|
Relatur: |
Udo HEMMERLING |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 27.11.2020 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adottata fis-sezzjoni |
9.3.2021 |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2021 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
252/5/4 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja l-għan u l-fokus bażiku tal-Istrateġija tal-UE għall-Metan, li hija mmirata lejn aktar tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet tal-metan għall-azzjoni klimatika. |
|
1.2. |
Il-fokus fuq dawk is-setturi li jipproduċu l-emissjonijiet ewlenin tal-metan, jiġifieri l-agrikoltura, l-enerġija u l-ġestjoni tal-iskart, huwa komprensibbli. |
|
1.3. |
L-Istrateġija għall-Metan għandha tkun marbuta mal-istrateġiji tal-bijoekonomija u tal-ekonomija ċirkolari. |
|
1.4. |
Huwa jappoġġja bil-qawwa l-enfasi fuq kejl aħjar tal-emissjonijiet tal-metan u fuq inizjattivi ta’ mitigazzjoni fil-livell internazzjonali. L-emissjonijiet tal-metan spiss jiġu minn sorsi deċentralizzati u diffużi tul il-ktajjen internazzjonali tal-produzzjoni u tal-provvista.
Il-KESE jipproponi li fl-Istrateġija tal-UE għall-Metan jiġu inkorporati dawn li ġejjin: |
|
1.5. |
Is-sorsi fil-biċċa l-kbira diffużi tal-metan u l-proċess kumpless tal-kejl ta’ emissjonijiet tal-metan spiss jagħmluha diffiċli biex l-emissjonijiet jiġu mmonitorjati. Għandu jiġi żviluppat monitoraġġ imtejjeb, b’mod konsistenti u komparabbli, għas-setturi rilevanti bħall-agrikoltura, l-enerġija, l-iskart u l-industrija tal-kimika.
L-inklużjoni diretta tal-emissjonijiet tal-metan f’sistema għall-iskambju ta’ kwoti tal-gassijiet b’effett ta’ serra, pereżempju l-ipprezzar dirett tagħhom, huwa proċess diffiċli ħafna u ħafna drabi impossibbli. Madankollu, dan il-proċess għandu jiġi segwit kull fejn huwa possibbli li jitkejlu l-emissjonijiet minn sorsi speċifiċi, billi jiġi adottat l-istess approċċ għas-setturi emittenti kollha. |
|
1.6. |
Fil-pjani tagħhom dwar l-azzjoni klimatika, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-progress u l-potenzjal fl-użu tal-bijogass mid-demel likwidu, id-demel, il-bijoskart, l-ilma mormi, il-miżbliet u l-gass mill-minjieri, u jiddefinixxu miżuri biex jiżdied dan l-użu. |
|
1.7. |
Għad hemm potenzjal konsiderevoli fl-agrikoltura biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan, b’mod partikolari permezz tad-diġestjoni tad-demel likwidu u tad-demel fl-impjanti tal-bijogass, kif ukoll permezz tal-progress fit-tagħlif u t-trobbija tal-annimali fl-irziezet u l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti b’emissjonijiet baxxi. Dan il-potenzjal għandu jiġi speċifikat aktar bħala parti mill-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Metan. |
|
1.8. |
Fl-immaniġġjar tal-iskart, il-ġbir separat u l-irkupru tal-bijoskart għandhom gradwalment isiru n-norma madwar l-UE. Dan joħloq il-kundizzjonijiet adatti biex jiġu evitati aktar l-emissjonijiet tal-metan f’dan is-settur. |
2. Ħarsa ġenerali lejn l-Istrateġija għall-Metan tal-Kummissjoni Ewropea
|
2.1. |
Il-metan jirrappreżenta 10,5 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-UE li jlaħħqu 3,76 biljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 (2018). L-emissjonijiet tal-metan tnaqqsu bi kważi 34 % mill-1990 ’il hawn. |
|
2.2. |
L-Istrateġija għall-Metan tindirizza s-setturi antropoġeniċi ewlenin li jipproduċu l-emissjonijiet – l-agrikoltura, l-iskart u l-enerġija (li jirrappreżentaw 53 %, 26 % u 19 % tal-emissjonijiet tal-metan rispettivament fl-UE), u tipproponi miżuri ta’ mitigazzjoni. Għalhekk, l-emissjonijiet naturali tal-metan, pereżempju mir-ruminanti selvaġġi jew mill-bwar, mhumiex parti mill-istrateġija. |
|
2.3. |
Fuq livell dinji, it-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan jista’ jagħti kontribut importanti għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. Kieku l-emissjonijiet globali tal-metan tal-lum jitnaqqsu bin-nofs dan ikollu effett ta’ tkessiħ globali ta’ 0,18 gradi Celsius sal-2050. |
|
2.4. |
L-UE hija responsabbli għal 5 % tal-emissjonijiet globali tal-metan. Peress li timporta il-gass fossili, iż-żejt u l-faħam, l-UE tiġġenera kwantità sostanzjali ta’ emissjonijiet addizzjonali tal-metan f’pajjiżi terzi. Għalhekk, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li twettaq attivitajiet biex tnaqqas dawn l-emissjonijiet tul il-ktajjen tal-provvista internazzjonali. |
|
2.5. |
Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li ttejjeb b’mod sinifikanti l-kejl u r-rappurtar tal-emissjonijiet tal-metan. |
|
2.6. |
L-Istrateġija għall-Metan ma tindirizzax speċifikament l-għarfien xjentifiku attwali dwar l-effetti partikolari tal-metan bħala gass b’effett ta’ serra b’ħajja qasira (ara l-punt 3). |
3. Għarfien dwar l-impatt tal-metan fuq il-klima u l-implikazzjonijiet għal politika dwar in-newtralità klimatika
|
3.1. |
Waħda mill-karatteristiċi bażiċi tal-metan (CH4) bħala gass b’effett ta’ serra hija li għandu ħajja relattivament qasira u jiddekomponi fl-atmosfera f’ilma (H2O) u CO2 fuq medda ta’ madwar 12-il sena. Dan għandu konsegwenzi deċiżivi għall-impatt klimatiku tiegħu u l-paragun tiegħu mas-CO2, li jintuża bħala parametru ta’ referenza fl-impronti klimatiċi. |
|
3.2. |
Is-CO2 huwa stabbli fl-atmosfera u ma jiddekomponix bħall-metan, u għalhekk is-CO2 jissejjaħ ukoll gass b’effett ta’ serra b’ħajja twila (“stock gas”). B’riżultat ta’ dan, l-emissjonijiet tas-CO2 jibqgħu jakkumulaw fl-atmosfera, pereżempju minħabba l-ħruq tal-fjuwils fossili (ceteris paribus), u b’hekk iżidu kontinwament il-konċentrazzjoni ta’ CO2. |
|
3.3. |
B’kuntrast ma’ dan, l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’ħajja qasira (“flow gas”), bħall-metan, jiġu kkumpensati bil-proċess naturali ta’ dekompożizzjoni tagħhom. It-tul ta’ ħajja qasir għalhekk iwassal biex l-emissjonijiet jiġu kkumpensati mill-assorbimenti, li jwassal għal konċentrazzjoni atmosferika stabbli jekk l-emissjonijiet ikunu stabbli. |
|
3.4. |
Minbarra t-tul ta’ ħajja qasir tal-metan, l-oriġini tiegħu hija deċiżiva wkoll għall-effett klimatiku, peress li d-dekompożizzjoni tiegħu tipproduċi is-CO2, li huwa gass b’effett ta’ serra. Is-CO2 li jirriżulta mid-dekompożizzjoni tal-metan bijoġeniku (eż. mid-diġestjoni tar-ruminanti jew mill-kultivazzjoni tar-ross fl-artijiet mistagħdra) preċedentement kien jitneħħa mill-atmosfera permezz tal-fotosinteżi li sseħħ fit-tkabbir tal-pjanti u għalhekk bażikament jinsab f’ċirkwit, li ma jbiddilx il-konċentrazzjoni ta’ CO2 fl-atmosfera. |
|
3.5. |
B’kuntrast ma’ dan, id-dekompożizzjoni tal-metan fossili (eż. mill-gass naturali, iż-żejt jew il-faħam) f’CO2 u ilma tikkostitwixxi sors addizzjonali ta’ CO2 għall-atmosfera u b’hekk iżżid il-konċentrazzjoni ta’ CO2 fl-atmosfera. |
|
3.6. |
Dawn il-karatteristiċi tal-metan għandhom għadd ta’ konsegwenzi għall-impatt tal-klima u l-formulazzjoni tal-politika dwar il-klima. Dan huwa partikolarment minnu għall-objettiv tan-newtralità klimatika. L-emissjonijiet kostanti tal-metan (bijoġeniku) bħala gass b’effett ta’ serra b’ħajja qasira, fuq perjodu medju ta’ żmien iwasslu għal konċentrazzjoni kostanti ta’ metan fl-atmosfera, b’effett radjattiv kostanti fuq is-sistema tal-klima u konsegwentement effett kostanti fuq it-temperatura. Jekk l-emissjonijiet tal-metan jonqsu, il-konċentrazzjoni fl-atmosfera tonqos, u dan iwassal għal tnaqqis fl-effett radjattiv u b’hekk għal tnaqqis fit-temperatura (effett ta’ tkessiħ). |
|
3.7. |
Min-naħa l-oħra, emissjoni kostanti ta’ CO2 twassal għal żieda fil-konċentrazzjoni ta’ CO2 fl-atmosfera sakemm is-CO2 jibqa’ jiġi rilaxxat. Anki wara tmiem l-emissjoni ta’ CO2, il-konċentrazzjoni ta’ CO2 li tkun ġiet rilaxxata tibqa’ fl-atmosfera, u tirriżulta f’effett radjattiv li jibqa’ għaddej u effett ta’ tisħin permanenti. |
|
3.8. |
Għalhekk, sabiex jinkiseb eżitu ta’ newtralità klimatika, huma meħtieġa approċċi differenti għal gassijiet b’effett ta’ serra b’ħajja qasira jew twila. Sabiex il-livelli tat-temperatura jerġgħu lura lejn dawk eżistenti fiż-żmien ta’ qabel l-emissjonijiet tas-CO2, u tiġi kkumpensata ż-żieda permanenti fit-temperatura kkawżata mill-effett radjattiv kontinwu tas-CO2, il-konċentrazzjoni ta’ CO2 fl-atmosfera jenħtieġ li titnaqqas b’mod attiv permezz tal-bjar ta’ CO2. Barra dan, biex il-livelli tat-temperatura jitnaqqsu f’sitwazzjoni fejn jissoktaw l-emissjonijiet tas-CO2 (peress li dan huwa inevitabbli), jeħtieġ li mill-atmosfera jitneħħa kontinwament l-istess ammont ta’ CO2 daqs kemm jiġi miżjud (emissjonijiet netti żero). Dan huwa rifless fl-objettiv ta’ emissjonijiet netti żero tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Madankollu, diġà jinkisbu effetti newtrali għall-klima permezz ta’ emissjonijiet stabbli minn-sorsi (bijoġeniċi) tal-metan, filwaqt li l-emissjonijiet tal-metan ikkonvertiti f’ekwivalenti ta’ CO2 jiġu kkumpensati permezz tat-tneħħija ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mill-atmosfera li twassal għal effett ta’ tkessiħ. |
|
3.9. |
Għalhekk, il-valur “nett żero” espress f’ekwivalenti ta’ CO2 mhuwiex approċċ ta’ politika adatt għall-metan bħala gass b’effett ta’ serra b’ħajja qasira. Pereżempju, l-Att dwar il-Karbonju Żero tan-New Zealand fih evalwazzjoni speċjali rigward l-emissjonijiet tal-metan. L-impatt fuq il-klima tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’ħajja qasira għandu jkun rifless fil-karti tal-bilanċ tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’metrika aktar adatta. (Ara x-xogħolijiet tal-Università ta’ Oxford dwar din il-kwistjoni fuq: https://iopscience.iop.org/article/10.1088/1748-9326/ab6d7e (mhux disponibbli bil-Malti). |
4. Tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan – Kummenti addizzjonali
|
4.1. |
It-tibdil fl-imġiba tal-konsumaturi żgur li għandu l-potenzjal li jnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra. Dan japplika wkoll għan-nutrizzjoni – speċifikament ir-rakkomandazzjoni biex jitnaqqas il-konsum ta’ prodotti tal-annimali. Fil-każ tal-politika dwar il-klima, madankollu, wieħed għandu jżomm f’moħħu li f’soċjetà miftuħa dan jirrikjedi bidliet volontarji fl-istil ta’ ħajja tan-nies. |
|
4.2. |
Fl-agrikoltura, minbarra l-metodi kif jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-metan mit-trobbija tal-bhejjem, għandhom jitqiesu wkoll ir-relazzjonijiet bejn din il-kwistjoni u l-użu tal-art. B’mod aktar speċifiku, ir-ruminanti huma r-raġuni ewlenija tal-użu u l-preservazzjoni tal-bwar. Il-preservazzjoni tagħhom hija importanti ħafna mil-lat tal-politika dwar il-klima minħabba s-sekwestru tas-CO2 fil-materja organika tal-ħamrija. |
|
4.3. |
Fil-każ ta’ gassijiet tal-metan minn miżbliet, mill-impjanti tat-trattament tal-ilma mormi, jew minn minjieri tal-faħam magħluqa, ċerti pajjiżi tal-UE għad m’għandhomx sistemi komprensivi għall-ġbir u l-użu ta’ dawn il-gassijiet għal finijiet enerġetiċi. |
|
4.4. |
Fir-rigward tal-ġbir tal-iskart, ħafna Stati Membri għad m’għandhomx sistemi komprensivi għall-ġbir separat u l-irkupru tal-iskart bijoġeniku. Dan ma jippermettix li jiġi evitat l-ammont massimu ta’ emissjonijiet tal-metan mill-ikkompostjar jew id-diġestjoni (bijogass) fit-trattament tal-bijoskart. |
|
4.5. |
Fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-fjuwils fossili bħall-gass naturali, iż-żejt u l-faħam, l-UE għadha ma timponi l-ebda rekwiżit speċifiku dwar il-konservazzjoni naturali, ambjentali u tal-klima. L-iżvilupp imħabbar ta’ rekwiżiti għat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-metan għandu jkun parti minn inizjattiva usa’ tal-Patt Ekoloġiku biex titnaqqas l-impronta ambjentali ta’ dawn l-importazzjonijiet tal-enerġija. |
|
4.6. |
L-emissjonijiet naturali tal-metan għandhom jiġu identifikati wkoll fuq bażi indikattiva bħala parti mill-monitoraġġ, li għandu jiġu żviluppat, tal-emissjonijiet antropoġeniċi tal-metan biex tingħata stampa globali komprensiva. |
|
4.7. |
Ir-riċerka, l-iżvilupp u aktar penetrazzjoni fis-suq tat-teknoloġiji għat-tnaqqis tal-metan għandhom jiġu promossi fin-networks Ewropej, bl-involviment tal-imsieħba ekonomiċi u soċjali. |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/51 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar linji gwida għall-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropea u li jirrevoka r-Regolament (UE) Nru 347/2013”
(COM(2020) 824 final — 2020/0360 (COD))
(2021/C 220/06)
|
Relatur: |
Philippe CHARRY |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 18.1.2021 Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 19.1.2021 |
|
Bażi legali |
Artikoli 172 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adottata fis-sezzjoni |
9.3.2021 |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2021 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
252/3/5 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE huwa favur li r-regoli Ewropej dwar in-Network Trans-Ewropew tal-Enerġija (TEN-E) jiġu adattati għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, għal “provvista ta’ enerġija nadifa, affordabbli u sigura” li tgħaqqad b’mod partikolari d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema enerġetika, it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, u l-prevenzjoni tar-riskju ta’ prekarjetà enerġetika. Għal dan l-għan, jittieħed kont tal-fatt li l-Ewropa teħtieġ sistema enerġetika li tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija għall-pajjiżi kollha tal-UE, l-aċċess għal enerġija affordabbli għal kulħadd, ibbażata fuq elettrifikazzjoni rapida flimkien ma’ rdoppjar tas-sehem tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli. Il-KESE jitlob li l-bażijiet ġuridiċi proposti għar-Regolament jiġu ssupplimentati b’referenza espliċita għall-Artikolu 194 tat-TFUE. |
|
1.2. |
Il-KESE jtenni l-ħtieġa li jinkisbu l-objettivi kollha tal-politika dwar l-enerġija implimentata permezz tar-Regolament TEN-E. Billi n-networks tal-enerġija jaqdu rwol essenzjali fl-iżgurar tal-bilanċ, ir-reżiljenza u l-iżvilupp tas-sistema enerġetika, u għalhekk il-Kumitat jitlob li r-Regolament jitpoġġa b’mod aktar ċar f’dinamika ta’ integrazzjoni tas-sistema enerġetika, sabiex jippromovi l-forom kollha tal-enerġija dekarbonizzata, u biex kull forma ta’ diżintegrazzjoni ssir impossibbli. |
|
1.3. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament jippromovu s-sorsi tal-enerġija mingħajr emissjonijiet tal-karbonju, f’konformità man-newtralità teknoloġika. Jitlob ukoll li jiġu appoġġjati l-isforzi magħmula fil-qafas tal-proġett tar-Reattur Termonukleari Esperimentali Internazzjonali biex ikun hemm, lil hinn mill-2050, enerġija nadifa u affordabbli għal kulħadd. Il-Kumitat jixtieq li jkun hemm proġetti ddedikati għall-ħolqien tal-prekundizzjonijiet għal era ta’ idroġenu u fużjoni. |
|
1.4. |
Il-KESE jitlob li tingħata prijorità għall-innovazzjoni u d-disinn ta’ networks tal-enerġija biex jitnaqqas it-telf tal-enerġija relatat mat-trasport. |
|
1.5. |
Fil-każ tal-parks eoliċi lil hinn mill-kosta, il-KESE jitlob li tingħata prijorità lill-proġetti ta’ konnessjoni radjali u li ssir valutazzjoni ambjentali globali ta’ din it-teknoloġija. |
|
1.6. |
Il-KESE jitlob li l-proġetti li jikkonċernaw l-infrastruttura tat-trasport tal-gass naturali ma jiġux esklużi bħala proġetti ta’ interess komuni jew proġetti ta’ interess reċiproku mill-kriterji ta’ eliġibbiltà tar-Regolament. |
|
1.7. |
Il-Kumitat jixtieq li l-proposta għal Regolament tuża l-kliem “rinnovabbli u/jew dekarbonizzat” minflok “rinnovabbli” fil-kriterji ta’ eliġibbiltà għal proġetti ta’ interess komuni u proġetti ta’ interess reċiproku. |
|
1.8. |
Il-KESE jitlob li r-Regolament jagħmel referenza espliċita għall-objettivi tal-Komunità li tiġi pprovduta l-enerġija lill-popolazzjonijiet kollha bi prezz affordabbli u li jiġi assigurat livell għoli ta’ kwalità u ta’ sigurtà, kif ukoll it-trattament indaqs u l-promozzjoni tal-aċċess universali u tad-drittijiet tal-utenti. |
|
1.9. |
Fir-rigward tal-governanza, il-KESE jitlob li jitnaqqas għal minimu strett l-użu mill-Kummissjoni ta’ atti delegati u li tiġi implimentata governanza b’diversi atturi bbażata fuq ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili: il-fergħat professjonali, it-trade unions tal-ħaddiema, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti, eċċ. |
|
1.10. |
Il-KESE jissuġġerixxi li r-Regolament għandu jimplimenta responsabbiltà Komunitarja għall-finanzjament ta’ proġetti ta’ interess komuni, billi jgħaqqad il-modi ta’ finanzjament mingħajr il-prijoritizzazzjoni tagħhom. |
|
1.11. |
Sabiex jiġu żgurati l-kontroll tal-bilanċ ġenerali tas-sistema u l-kontinwità tal-provvista ta’ networks ta’ trażmissjoni b’vultaġġ għoli ħafna fil-livell tal-UE, il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-ipoteżi ta’ operatur trans-Ewropew tan-networks tat-trażmissjoni tal-elettriku b’vultaġġ għoli ħafna, li jkun kemm integrat kif ukoll deċentralizzat. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Il-Kummissjoni qed tipproponi reviżjoni tar-regolamentazzjoni dwar in-Network Trans-Ewropew tal-Enerġija (TEN-E). |
|
2.2. |
Ir-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), adottat fl-2013, stabbilixxa r-regoli għall-iżvilupp u l-interoperabbiltà tan-Network Trans-Ewropew tal-Enerġija. Fil-proposta tagħha, il-Kummissjoni tissottolinja li tat kontribut għall-ilħuq tal-objettivi tal-politika dwar l-enerġija tal-UE li jiżdiedu l-interkonnessjonijiet enerġetiċi fl-Unjoni kollha. |
|
2.3. |
Fl-istess ħin, l-evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni kkonkludiet li l-“qafas kurrenti ma kienx kapaċi juri biżżejjed flessibbiltà sabiex jadatta għall-objettivi tal-politika tal-Unjoni li jinbidlu maż-żmien”, u dan wassalha biex tipproponi reviżjoni tal-imsemmi Regolament. |
|
2.4. |
Dan l-aġġornament jemenda b’mod partikolari l-kundizzjonijiet tal-għażla ta’ proġetti ta’ interess komuni fir-rigward tal-finanzjament tagħhom mill-UE, b’mod partikolari l-obbligu li jiġi sodisfatt il-kriterju tas-sostenibbiltà u jiġi rrispettat il-prinċipju “tagħmel l-ebda ħsara”, kif stabbilit fil-Patt Ekoloġiku. |
|
2.5. |
Il-proposta timmodifika l-kategoriji ta’ infrastrutturi eliġibbli għal għajnuna finanzjarja fil-kuntest tal-politika tat-TEN-E bit-tneħħija tal-appoġġ għall-infrastrutturi taż-żejt u tal-gass. |
|
2.6. |
Il-proposta tpoġġi enfasi partikolari fuq in-networks tal-elettriku fil-baħar u l-integrazzjoni tagħhom mal-infrastrutturi fuq l-art, permezz tal-istabbiliment ta’ punt uniku ta’ servizz. |
|
2.7. |
Hija għandha l-għan li tqis aħjar l-infrastruttura li tuża l-idroġenu, inklużi t-trasport u ċerti tipi ta’ elettrolizzaturi. |
|
2.8. |
L-abbozz tar-Regolament jippromovi l-iżvilupp ta’ networks tal-elettriku intelliġenti sabiex tiġi ffaċilitata l-elettrifikazzjoni rapida u tiżdied il-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli. |
|
2.9. |
Dispożizzjonijiet ġodda maħsubin biex jinċentivaw l-investiment fin-networks intelliġenti sabiex jiġu integrati l-gassijiet nodfa (bħall-bijogass u l-idroġenu rinnovabbli) fin-networks eżistenti. Tingħata attenzjoni lill-modernizzazzjoni tan-networks tal-elettriku kif ukoll tan-networks tal-ħżin u t-trasport tal-karbonju. |
|
2.10. |
Dispożizzjonijiet ġodda huma proposti, bl-għan li jiġu appoġġjati aħjar il-proġetti ta’ interkonnessjoni ma’ pajjiżi terzi, pereżempju mal-Balkani tal-Punent, il-proġetti ta’ interess reċiproku, li juru l-kontribut tagħhom għall-objettivi enerġetiċi u klimatiċi ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tas-sigurtà tal-provvista u d-dekarbonizzazzjoni. |
|
2.11. |
Il-proposta tirrivedi l-qafas ta’ governanza bl-għan iddikjarat li jittejjeb l-ippjanar tal-infrastrutturi u jiġi żgurat l-allinjament tiegħu mal-objettivi klimatiċi u l-prinċipji tal-integrazzjoni tas-sistema enerġetika tal-UE. Hija tipprevedi l-iżgurar ta’ parteċipazzjoni akbar tal-partijiet ikkonċernati matul il-proċess kollu, it-tisħiħ tar-rwol tal-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija kif ukoll monitoraġġ imtejjeb mill-Kummissjoni. |
|
2.12. |
Huma proposti wkoll diversi miżuri li għandhom l-għan li jissemplifikaw il-proċeduri amministrattivi, b’tali mod li jaċċelleraw l-implimentazzjoni tal-proġetti. |
3. Kummenti speċifiċi
|
3.1. |
Il-proposta taħt kunsiderazzjoni tifforma parti mill-politika Ewropea dwar l-enerġija kif definita mit-Trattati (2), ir-Regolament dwar il-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija (3), l-iżvilupp tan-network trans-Ewropew (4), kif ukoll “pakkett” vast li jiddefinixxi l-istrateġija l-ġdida tal-Unjoni Ewropea: “li tittrasforma l-UE f’soċjetà ġusta u prospera, b’ekonomija moderna, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u kompetittiva” (5). L-UE għalhekk għandha l-għan li tgħaqqad l-objettivi tal-Komunità – il-funzjonament tas-suq tal-enerġija, is-sigurtà tal-provvista, l-effiċjenza enerġetika, l-iffrankar tal-enerġija, l-iżvilupp ta’ enerġija rinnovabbli, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, l-interkonnessjoni tan-networks – filwaqt li “m’għandhomx jolqtu d-dritt ta’ Stat Membru li jiddetermina l-kondizzjonijiet għall-isfruttament tar-riżorsi ta’ enerġija tiegħu, l-għażla tiegħu bejn riżorsi differenti ta’ enerġija u l-istruttura ġenerali tal-provvista ta’ enerġija tiegħu”. Il-KESE għalhekk jitlob li l-bażijiet ġuridiċi proposti għar-Regolament jiġu ssupplimentati b’referenza espliċita għall-Artikolu 194 tat-TFUE. |
|
3.2. |
Il-KESE huwa favur li r-regoli Ewropej jiġu adattati għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku, għal “provvista ta’ enerġija nadifa, affordabbli u sigura” li tgħaqqad b’mod partikolari d-dekarbonizzazzjoni tas-sistema enerġetika, it-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika, l-iżvilupp ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, u l-prevenzjoni tar-riskju ta’ prekarjetà enerġetika. |
|
3.3. |
Il-KESE jappoġġja l-objettivi tal-ilħiq tan-newtralità klimatika sal-2050 u livelli ogħla ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra sal-2030. Għal dan l-għan, jittieħed kont tal-fatt li l-Ewropa teħtieġ sistema enerġetika li tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija għall-pajjiżi kollha tal-UE, l-aċċess għal enerġija affordabbli għal kulħadd, ibbażata fuq elettrifikazzjoni rapida flimkien ma’ rdoppjar tas-sehem tal-produzzjoni tal-elettriku minn sorsi rinnovabbli, u li tiżgura wkoll id-dekarbonizzazzjoni tas-settur tal-gass u tagħmel aktar użu minn soluzzjonijiet innovattivi. |
|
3.4. |
Fil-Komunikazzjoni tagħha Nixprunaw Ekonomija Newtrali għall-Klima: Strateġija tal-UE dwar l-Integrazzjoni tas-Sistema tal-Enerġija (6), il-Kumissjoni tissottolinja li “l-ippjanar u t-tħaddim ikkoordinati tas-sistema ‘sħiħa’ tal-enerġija, fost id-diversi vetturi tal-enerġija, infrastrutturi u setturi tal-konsum — hi t-triq għal dekarbonizzazzjoni effettiva, affordabbli u profonda tal-ekonomija Ewropea”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqajjem dubju dwar il-fatt li “is-sistema tal-enerġija tal-lum għadha mibnija fuq diversi katini tal-valur tal-enerġija vertikali u paralleli, li jorbtu b’mod riġidu ċerti riżorsi speċifiċi tal-enerġija ma’ setturi speċifiċi tal-użu finali” u li “b’dan il-mudell tant kompartimentalizzat ma tistax tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima”. |
|
3.5. |
Mill-ħamsinijiet sas-sebgħinijiet, kienu jeżistu sistemi enerġetiċi integrati (produzzjoni-trasport-distribuzzjoni) fil-livelli nazzjonali jew reġjonali, settorjali jew aktar ġenerali fil-pajjiżi kollha tal-Ewropa. Mit-tmeninijiet ’il quddiem, il-kostruzzjoni ta’ swieq interni Ewropej, ibbażati fuq l-erba’ libertajiet tal-moviment, wasslet għal serje ta’ “diżintegrazzjonijiet” u ftuħ għall-kompetizzjoni, bl-għan li jiġu promossi l-kwalità u l-effiċjenza għall-benefiċċju tal-konsumaturi. |
|
3.6. |
Il-KESE jappoġġja l-istrateġija ta’ integrazzjoni, li fuqha għandhom jiġu msejsa d-dimensjonijiet kollha tal-politika Ewropea dwar l-enerġija. Dan jimplika l-bini mill-ġdid b’mod progressiv tal-integrazzjonijiet, u s-suspensjoni ta’ kull inizjattiva ġdida ta’ diżintegrazzjoni, li twassal għal enfasizzar tal-kostituzzjoni tal-kompartimenti, meta l-objettiv huwa li jiġu żgurati l-ippjanar u l-funzjonament koordinati tas-sistema tal-enerġija. Il-Kumitat jitlob li r-Regolament ikun parti minn dinamika ta’ integrazzjoni tas-sistema tal-enerġija, u li titwaqqaf kull forma ta’ diżintegrazzjoni. |
|
3.7. |
Il-KESE jtenni l-ħtieġa li jinkisbu l-objettivi kollha tal-politika dwar l-enerġija implimentata permezz tar-Regolament TEN-E. In-networks tal-enerġija jiżguraw konnessjonijiet bejn il-produtturi u l-utenti. Sa ċertu punt, huma jiffurmaw speċi ta’ “qalba tar-reattur” tas-sistema enerġetika. Il-proposta għal Regolament taħt kunsiderazzjoni għandha tibbenefika minn riflessjoni aktar mill-qrib ta’ dan l-approċċ ibbażat fuq l-integrazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta’ “prosumaturi” u ta’ kooperattivi, u mill-fatt li ma tillimitax lilha nnifisha għal referenza timida għall-Premessa 13 (għalkemm tirreferi għall-“integrazzjoni tas-sistemi tal-enerġija”), il-proġett jonqos milli jagħti l-infrastruttura tal-enerġija trans-Ewropew il-post xieraq tagħha f’din id-dinamika strateġika ta’ ppjanar u funzjonament koordinat), sabiex tikseb l-għan essenzjali tagħha, li huwa l-bilanċ, ir-reżiljenza u l-iżvilupp tas-sistema tal-enerġija. Fid-dawl ta’ dan l-għan, jenħtieġ li tiġi ċċarata l-firxa tal-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni bejn kull Stat Membru, li għandha tiffoka aktar fuq it-tneħħija tal-punti ta’ konġestjoni milli fuq il-medji ġenerali (10 % fl-2020, 15 % fl-2030). Il-KESE jemmen li l-proposta mressqa quddiemu hija nieqsa b’mod singulari mill-ambizzjoni u l-mezzi. |
|
3.8. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Parlament jippromovu s-sorsi tal-enerġija mingħajr emissjonijiet tal-karbonju, f’konformità man-newtralità teknoloġika. Huwa jappoġġja wkoll l-isforzi magħmula fil-qafas tal-proġett tar-Reattur Termonukleari Esperimentali Internazzjonali (ITER) bl-għan li lil hinn mill-2050 tinkiseb enerġija nadifa u affordabbli għal kulħadd. Id-disinn ta’ networks tal-enerġija għandu jagħti prijorità lill-innovazzjoni u l-effikaċja tal-infrastruttura u lit-tnaqqis tal-ispejjeż għoljin ta’ telf ta’ enerġija relatat mat-trasport. |
|
3.9. |
Il-KESE jifhem l-importanza mogħtija lill-parks eoliċi lil hinn mill-kosta fl-abbozz tar-Regolament. Huwa jixtieq li tingħata prijorità lill-proġetti ta’ konnessjoni radjali. Il-KESE jixtieq li ssir valutazzjoni ambjentali komprensiva tal-parks eoliċi kollha lil hinn mill-kosta, filwaqt li jitqiesu ż-żarmar u r-riċiklaġġ tat-turbini tar-riħ. Il-ħolqien ta’ punt uniku ta’ servizz għall-parks eoliċi lil hinn mill-kosta x’aktarx li jkun ta’ piż kbir mil-lat amministrattiv, mingħajr prova tal-benefiċċji, peress li l-għadd ta’ proġetti li jirrikjedu applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni f’diversi Stati Membri huwa limitat ħafna. Barra minn hekk, ir-rieda tajba tal-ippjanar ta’ parks eoliċi fil-baħar tissarraf fi skema restrittiva b’mod inutli għall-istabbiliment tal-miri tal-kapaċità, li jikkontradixxu lil dawk stabbiliti fil-pjani nazzjonali dwar l-enerġija u l-klima, kif ukoll il-libertà tal-għażla fit-taħlita enerġetika stabbilita fit-Trattat. |
|
3.10. |
Il-KESE jiddubita wkoll ir-rieda tal-Kummissjoni li teskludi totalment l-appoġġ għall-infrastrutturi tal-gass meta llum huma indispensabbli għas-sigurtà tal-provvista f’ċerti territorji tal-UE, u meta l-gass naturali jidher li huwa sors ta’ enerġija tranżitorja (7), li jagħmel inqas ħsara mill-faħam jew miż-żejt. Il-KESE diġà sostna, f’Opinjonijiet preċedenti, li l-infrastruttura tal-gass naturali potenzjalment se tkun tista’ terġa’ tintuża għal gassijiet rinnovabbli, u li għalhekk huwa xieraq li jibqa’ jsir investiment fiha (8). Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kumitat jixtieq li din ma tiġix eskluża sakemm ma tiġix sostitwita b’mod effettiv minn sorsi oħra ta’ enerġija bi prezzijiet komparabbli. Il-Kumitat jitlob li l-proġetti li jikkonċernaw l-infrastrutturi tat-trażmissjoni tal-gass naturali jkunu eliġibbli, skont il-kriterji tar-Regolament, li jintgħażlu bħala proġetti ta’ interess komuni jew proġetti ta’ interess reċiproku. |
|
3.11. |
Il-KESE jinnota li r-referenza rikorrenti għan-natura “rinnovabbli” tal-kriterji tal-għażla (9) tal-proġetti jqajmu dubju dwar il-kunsiderazzjoni ta’ proġetti tat-trażmissjoni tal-enerġija dekarbonizzata, li l-UE għandha ħtieġa kritika għalihom biex tilħaq id-dimensjoni klimatika tal-objettivi tagħha. Għalhekk il-Kumitat jixtieq li l-abbozz ta’ Regolament jippreferi l-formulazzjoni “rinnovabbli u/jew dekarbonizzata”. |
|
3.12. |
Il-KESE ma jaqbilx mal-“loġika fi tliet stadji” li tirregola l-finanzjament tal-investimenti tal-proġetti ta’ interess komuni, kif imsemmija fil-Premessa 46, li tikkonsisti f’li jiġu “offruti bi prijorità fis-suq”, minkejja li huma infrastrutturi essenzjali għall-implimentazzjoni tal-objettivi tal-UE, u għalhekk għandhom ikunu bbażati fuq il-modi Komunitarji tal-solidarjetà jew l-ugwalizzazzjoni billi jgħaqqdu l-modi tal-finanzjament mingħajr il-prijoritizzazzjoni tagħhom. Il-Kumitat jissuġġerixxi li r-Regolament għandu jimplimenta responsabbiltà Komunitarja għall-finanzjament tal-proġetti ta’ interess komuni, billi jgħaqqad il-modi ta’ finanzjament mingħajr il-prijoritizzazzjoni tagħhom. |
|
3.13. |
Bħala r-rappreżentant tas-soċjetà ċivili organizzata, il-KESE għandu rabta partikolari mad-drittijiet tal-utenti, b’mod partikolari l-popolazzjonijiet, u mal-governanza demokratika. |
|
3.14. |
Ħerqan li ma jippermettix l-iżvilupp ta’ Unjoni tal-Enerġija li ma tkunx ugwali, u li jtejjeb is-sitwazzjoni ta’ popolazzjonijiet bi prekarjetà enerġetika u dħul baxx, il-KESE jikkonferma l-ħafna Opinjonijiet preċedenti (10) tiegħu dwar il-ħtieġa li tiġi pprovduta enerġija lill-popolazzjonijiet kollha bi prezz affordabbli, f’konformità mal-objettivi Komunitarji ta’ “livell għoli f’termini ta’ kwalità, sigurtà u affordabbiltà, it-trattament indaqs u l-promozzjoni ta’ aċċess universali u tad-drittijiet tal-utenti” (11), kriterju ta’ prijorità fl-għażla tal-proġetti ta’ interess komuni. Għalhekk, il-KESE jitlob li r-Regolament jagħmel referenza espliċita għall-objettivi tal-Komunità li tiġi pprovduta l-enerġija lill-popolazzjonijiet kollha bi prezz affordabbli u li jiġi assigurat livell għoli ta’ kwalità u ta’ sigurtà, kif ukoll in-natura affordabbli, it-trattament indaqs u l-promozzjoni tal-aċċess universali u tad-drittijiet tal-utenti. |
|
3.15. |
Fir-rigward tal-governanza, il-proposta taħt kunsiderazzjoni tagħti ponderazzjoni eċċessiva lir-rwol tal-Kummissjoni — għandu jitnaqqas għal minimu strett l-użu ta’ atti delegati previst fl-Artikolu 3 — u l-Aġenzija għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, iżda mingħajr ma teżamina l-modi kif jistgħu jitnaqqsu l-asimetriji eżistenti fir-rigward tal-informazzjoni u l-kompetenzi sabiex tistabbilixxi governanza b’diversi atturi li tkun ibbażata fuq ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili: il-fergħat professjonali, it-trade unions tal-ħaddiema, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti, eċċ., inklużi fi gruppi reġjonali. Il-KESE jitlob li l-użu ta’ atti delegati mill-Kummissjoni jitnaqqas għal minimu strett u li tiġi implimentata governanza ġenwina b’diversi atturi. |
|
3.16. |
B’kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet tan-networks tal-elettriku, il-KESE jissuġġerixxi li l-Kummissjoni tistudja, flimkien mal-partijiet ikkonċernati kollha, u tiftħu għal konsultazzjoni wiesgħa, proġett għall-ħolqien ta’ operatur trans-Ewropew li jkun kemm integrat kif ukoll deċentralizzat, ibbażat fuq il-governanza f’diversi livelli:
Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-ipoteżi ta’ operatur trans-Ewropew ta’ networks ta’ trażmissjoni tal-elettriku b’vultaġġ għoli ħafna. |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU L 115, 25.4.2013, p. 39.
(2) ĠU C 326, 26.10.2012, p. 134.
(3) ĠU L 328, 21.12.2018, p. 1.
(4) ĠU C 115, 9.5.2008, p. 124, ĠU C 202, 7.6.2016, p. 125, ĠU C 202, 7.6.2016, p. 125.
(5) COM(2019) 640 final.
(6) COM(2020) 299 final.
(7) Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, 10-11 ta' Diċembru 2020.
(8) COM(2020) 301 final (ĠU C 123, 9.4.2021, p. 30).
(9) Pereżempju, fl-Artikolu 4.3 jew l-Anness IV ta’ COM/2020/824 final.
(10) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 77, ĠU C 47, 11.2.2020, p. 98, ĠU C 14, 15.1.2020, p. 105, ĠU C 353, 18.10.2019, p. 96, ĠU C 353, 18.10.2019, p. 79, ĠU C 282, 20.8.2019, p. 51, ĠU C 262, 25.7.2018, p. 86, Rapport ta’ informazzjoni tal-KESE dwar L-evalwazzjoni tal-Unjoni tal-Enerġija Ewropea – Id-dimensjoni soċjali u soċjetali tat-tranżizzjoni tal-enerġija.
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/56 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew L-Unjoni Doganali tittieħed għall-Livell li Jmiss: Pjan ta’ Azzjoni”
[COM(2020) 581 final]
(2021/C 220/07)
|
Relatur: |
Anastasis YIAPANIS |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 11.11.2020 |
|
Bażi legali |
L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adottata fis-sezzjoni |
2.3.2021 |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2021 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
259/0/6 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni konkret ħafna għall-ħames snin li ġejjin biex jappoġġja lill-awtoritajiet doganali nazzjonali. Ladarba jiġi implimentat, b’valutazzjonijiet tal-impatt regolari, dan se jwassal għal modernizzazzjoni reali tad-dwana fl-UE. |
|
1.2. |
Għalkemm il-modernizzazzjoni bdiet fl-2016 bl-introduzzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (KDU) (1), żviluppi riċenti bħal flussi kummerċjali li qed jiżdiedu, settur tal-kummerċ elettroniku li qed jirnexxi, dazji doganali u evitar tal-VAT, kummerċ illegali u sottovalutazzjoni tal-merkanzija kollha jeħtieġu rispons immedjat u kkoordinat. Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Doganali diġà qed joħloq volum akbar ta’ xogħol u sfidi partikolari għall-awtoritajiet doganali. |
|
1.3. |
Pjan ambizzjuż bħal dan jeħtieġ finanzjament kondiviż adegwat. Il-KESE mhuwiex ċert jekk l-Istati Membri kollha humiex lesti li jħaddnu l-iskeda ta’ żmien proposta u jpoġġu s-sehem ta’ flus tagħhom fuq il-mejda. |
|
1.4. |
Kooperazzjoni u interoperabbiltà mtejba bejn id-dwana u l-awtoritajiet u l-amministrazzjonijiet l-oħra tal-infurzar tal-liġi huma meħtieġa minnufih. Il-kondiviżjoni tal-aħjar prattika tista’ ttejjeb ukoll il-produttività tas-servizzi doganali, filwaqt li ġestjoni xierqa tal-ammont kbir ta’ data disponibbli tista’ tippermetti li tiġi stabbilita superviżjoni intelliġenti tal-ktajjen tal-provvista u ssaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ previżjoni. |
|
1.5. |
L-awtoritajiet doganali għandhom jiġu pprovduti b’riżorsi adegwati għar-responsabbiltajiet mhux finanzjarji kollha, filwaqt li għandhom jiġu introdotti standards minimi għall-kontroll u għall-għadd ta’ persunal meħtieġ. Il-KESE jqis li huwa estremament importanti li jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni għar-regolamentazzjoni tas-sorveljanza tas-suq (2) mill-aktar fis possibbli. |
|
1.6. |
Il-proċess ta’ approvazzjoni estremament twil għall-QFP li jmiss u d-diffikultajiet għall-mexxejja tal-UE-27 biex jaqblu dwar azzjonijiet importanti ħafna qed jipperikolaw kemm l-irkupru xieraq tal-ekonomija tal-UE kif ukoll l-appoġġ immedjat meħtieġ kemm miċ-ċittadini kif ukoll min-negozji. |
|
1.7. |
Il-KESE jirrakkomanda li tiġi esplorata minnufih l-introduzzjoni ta’ teknoloġija blockchain fil-pjan ta’ azzjoni propost. Barra minn hekk, il-progress teknoloġiku u s-soluzzjonijiet innovattivi eżistenti li għandhom ir-robotika u l-intelliġenza artifiċjali jistgħu jiġu implimentati faċilment b’riżultati immedjati u rilevanti. |
|
1.8. |
Il-KESE jissuġġerixxi li tingħata attenzjoni speċjali lill-aktar punti ta’ dħul u ħruġ vulnerabbli u japprezza li s-saħħa tal-Unjoni Doganali hija ddeterminata mill-aktar punt dgħajjef tagħha. Sistema ta’ ġestjoni tar-riskju konformi, aktar ikkoordinata u integrata tnaqqas id-diskrepanzi bejn l-awtoritajiet u ssaħħaħ l-aktar punti dgħajfa fil-katina. Għalhekk, l-istrateġija l-ġdida għall-ġestjoni tar-riskju mħabbra għat-tieni trimestru tal-2021 għandha tiġi milqugħa. |
|
1.9. |
Għandhom jiġu pprovduti riżorsi finanzjarji speċifiċi għall-interkonnessjoni tal-ICS2 ma’ sistemi elettroniċi oħra. Il-KESE jenfasizza l-importanza ta’ ġestjoni adatta ta’ network daqstant kumpless. |
|
1.10. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu żgurati biżżejjed riżorsi umani, kif ukoll taħriġ xieraq għal dan il-persunal fl-implimentazzjoni tal-analitika tad-data qabel ma titniżżel u tasal. Diġà talab li jiġu żviluppati oqfsa komuni ta’ taħriġ ibbażati fuq il-Qafas ta’ Kompetenza Doganali tal-Unjoni Ewropea (3). |
|
1.11. |
Il-ħolqien ta’ ċentru tal-UE għal informazzjoni dwar it-taxxa fi ħdan is-servizzi tal-Eurofisc ta’ kontra l-frodi tat-taxxa huwa titjib sinifikanti, u l-KESE qed jistenna bil-ħerqa l-valutazzjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward. |
|
1.12. |
Il-kummerċ elettroniku huwa settur importanti ħafna għall-SMEs. Il-KESE jinsab imħasseb li l-komunikazzjoni ma ssemmi xejn dwar il-ħolqien ta’ qafas favorevoli għall-SMEs permezz ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni ambizzjuż. |
|
1.13. |
Il-KESE jqis li l-pjattaformi għandhom data importanti li d-dwana tista’ tuża, iżda jkollha bżonn tagħmel investiment speċifiku f’software tal-IT bħal sistemi robotiċi awtomatizzati. Dawn għandhom jiġu pprovduti b’finanzjament għall-ġbir ta’ data li kieku ma kinux ikunu jeħtieġu. Madankollu, il-KESE jilqa’ r-reviżjoni attwali tal-Kummissjoni tar-rwol u l-obbligi tal-postijiet tas-suq online. |
|
1.14. |
Hija meħtieġa malajr analiżi komprensiva tas-sistemi internazzjonali ta’ kooperazzjoni u assistenza amministrattiva reċiproka tal-Unjoni fi kwistjonijiet doganali. Dan iwassal għal infurzar aħjar. |
|
1.15. |
Il-KESE jilqa’ l-proposta li jiġi implimentat l-ambjent ta’ Tieqa Unika tal-UE u jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għal dan. |
|
1.16. |
Il-KESE jinsab imħasseb li, fil-każ li l-proposta kontroversjali għal proġett ta’ Aġenzija Doganali tal-UE ma tiġix approvata mill-Istati Membri, il-ġestjoni ta’ sistema daqstant kumplessa u interkonnessa bħal din se tpoġġi piż ulterjuri fuq id-dipartimenti tal-Kummissjoni. |
|
1.17. |
Il-KESE jemmen bis-sħiħ li l-involviment tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili se jgħin fl-implimentazzjoni ta’ Pjan ta’ Azzjoni ambizzjuż bħal dan, u fl-istess ħin jiżgura distribuzzjoni wiesgħa tal-benefiċċji li jġib miegħu kemm għall-pubbliku kif ukoll għan-negozji. |
2. Introduzzjoni
|
2.1. |
L-Unjoni Doganali tal-EU ilha teżisti mill-1968 u tieħu ħsieb il-kummerċ kollu ta’ merkanzija fis-27 Stat Membru. Kull sena, l-Unjoni Doganali tiffaċilita l-kummerċ f’aktar minn EUR 3,5 triljun ta’ merkanzija, filwaqt li kull sekonda, l-awtoritajiet doganali tal-UE jittrattaw 27 oġġett iddikjarat. |
|
2.2. |
Fit-28 ta’ Settembru 2020, wara l-linji gwida politiċi mħabbra mill-President tal-Kummissjoni von der Leyen fil-bidu tal-mandat tagħha, il-Kummissjoni Ewropea (KE) ppubblikat pjan ta’ azzjoni ambizzjuż biex taġġorna l-Unjoni Doganali billi tagħmilha aktar intelliġenti, aktar sempliċi u aktar diġitalment effettiva sal-2025. Dan ikollu impatt pożittiv kemm fuq id-dħul tal-UE kif ukoll fuq is-sigurtà u s-sikurezza taċ-ċittadini Ewropej. Barra minn hekk, in-negozji jibbenefikaw minn obbligi ta’ rapportar aktar sempliċi u rapidi. |
|
2.3. |
Il-KESE diġà ssottolinja li “unjoni doganali effiċjenti hija ‘conditio sine qua non’ tal-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea, biex tiżgura moviment liberu effiċjenti, sigur u trasparenti tal-merkanzija; bl-ogħla livell ta’ ħarsien tal-konsumaturi u tal-ambjent, bl-aħjar impjiegi, u bi ġlieda effettiva kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni” (4). |
|
2.4. |
Għalhekk, il-KESE jilqa’ dan il-pjan ta’ azzjoni konkret ħafna għall-5 snin li ġejjin, bi 30 azzjoni ppjanata u skedata taħt erba’ intestaturi ta’ politika strateġiċi biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet doganali nazzjonali: il-ġestjoni tar-riskju, il-ġestjoni tal-kummerċ elettroniku, promozzjoni tal-konformità u l-awtoritajiet doganali li jaġixxu f’daqqa. |
|
2.5. |
Is-sistema doganali attwali wriet nuqqasijiet u punti dgħajfa, filwaqt li l-ammont kbir ta’ data kondiviża minn dwana għal oħra bejn l-Istati Membri kollha ma jintużax b’mod effiċjenti. Il-Parlament Ewropew u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri diġà esprimew it-tħassib tagħhom dwar it-telf ta’ dħul minħabba kontrolli doganali ineffettivi fuq oġġetti importati. |
|
2.6. |
Id-dazji doganali jirrappreżentaw parti importanti mill-baġit tal-UE, li jammonta għal madwar 14 % tad-dħul totali. L-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) irrapporta li l-frodi doganali huwa mifrux u rrakkomanda l-irkupru ta’ aktar minn EUR 2,7 biljun f’dazji doganali għall-perjodu 2017-2019. Prodotti importati ffalsifikati minn pajjiżi terzi huma stmati għal EUR 121 biljun fis-sena, filwaqt li l-ksur ta’ proprjetà intellettwali jiġġenera aktar minn EUR 83 biljun f’bejgħ u jikkawża telf ta’ EUR 15-il biljun fi dħul mit-taxxa. |
|
2.7. |
Mil-lat pożittiv, kważi 100 % tad-dikjarazzjonijiet doganali jintbagħtu elettronikament. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
L-Unjoni Doganali teħtieġ investiment rapidu għal aġġornament ikkoordinat kemm tas-software kif ukoll tal-kapaċitajiet umani. Għalkemm il-modernizzazzjoni bdiet fl-2016 bl-introduzzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (5), il-flussi kummerċjali li qed jiżdiedu, settur tal-kummerċ elettroniku li qed jirnexxi, id-dazju doganali u l-evitar tal-VAT, il-kummerċ illegali u s-sottovalutazzjoni tal-merkanzija kollha jeħtieġu rispons immedjat u kkoordinat. Barra minn hekk, id-dwana hija responsabbli għall-verifika ta’ merkanzija għal ħafna skopijiet mhux finanzjarji. Il-KESE japprezza li s-saħħa tal-Unjoni Doganali hija ddeterminata mill-aktar punt dgħajjef tagħha u għalhekk jissuġġerixxi li tingħata attenzjoni speċjali lill-aktar punti ta’ dħul u ħruġ vulnerabbli. L-Istati Membri għandhom jagħmlu użu sħiħ mill-Istrument il-ġdid għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali, li huwa mfassal speċifikament biex jgħin fix-xiri, fil-manutenzjoni u fis-sostituzzjoni ta’ tagħmir doganali mill-aktar avvanzat. |
|
3.2. |
Il-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Doganali diġà qed joħloq volum akbar ta’ xogħol u sfidi partikolari għall-awtoritajiet doganali. L-għadd ta’ dikjarazzjonijiet doganali huwa mistenni li jikber b’mod sinifikanti, flimkien mal-introduzzjoni mill-ġdid tal-kontrolli doganali. |
|
3.3. |
Kooperazzjoni u interoperabbiltà mtejba bejn id-dwana u l-awtoritajiet u l-amministrazzjonijiet l-oħra tal-infurzar tal-liġi huma meħtieġa minnufih. Il-KESE diġà wissa li “l-kooperazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet u istituzzjonijiet fl-Istati Membri il-pulizija, l-intelliġenza, u l-awtoritajiet ġudizzjarji, doganali u tat-taxxa hija ’l bogħod milli tkun waħda ottima” (6). |
|
3.4. |
Id-dwana hija involuta ħafna fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. Fl-2019 biss, id-dwana ssekwestrat 400 tunnellata ta’ drogi, 3 699 arma tan-nar u 3,5 biljun oġġett ta’ tabakk u sigaretti. 11,5 % tad-dikjarazzjonijiet kollha tal-flus kienu żbaljati, li jammontaw għal madwar EUR 331 miljun (7). |
|
3.5. |
Il-ġestjoni tad-data hija estremament importanti għal settur li jgawdi minn kwantitajiet kbar ta’ dikjarazzjonijiet, informazzjoni dwar il-prodott, taxxi eċċ. Il-kontroll tal-ammont kbir ta’ data disponibbli jirrappreżenta titjib immedjat u kbir fuq is-sistema doganali attwali u jiffaċilita wkoll rispons aħjar u konklużiv għall-isfidi dejjem akbar. Dan iwassal ukoll għal superviżjoni intelliġenti tal-ktajjen tal-provvista u kapaċitajiet ta’ previżjoni aqwa. |
|
3.6. |
Il-KESE huwa pjuttost diżappuntat li, fl-aħħar sentenza tal-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni stiednet BISS lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jappoġġjaw dan il-pjan ta’ azzjoni, u ma inkludiet imkien lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Hija l-fehma soda tagħna li l-involviment tal-imsieħba soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ser jgħin fl-implimentazzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni ambizzjuż bħal dan, u fl-istess ħin jiżgura tixrid wiesa’ ta’ benefiċċji li jġib miegħu kemm lill-pubbliku kif ukoll lin-negozji. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Mill-bidu nett, il-KESE japprezza l-pjan direzzjonali ambizzjuż u l-iskadenzi konkreti għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet. Dan huwa pass ċar ’il quddiem u ladarba jiġi implimentat u flimkien ma’ valutazzjonijiet tal-impatt regolari, se jwassal għall-modernizzazzjoni reali tad-dwana madwar l-UE. |
|
4.2. |
Pjan ambizzjuż bħal dan jeħtieġ finanzjament adegwat. Filwaqt li xi wħud mill-azzjonijiet proposti jeħtieġu finanzjament kondiviż, u l-fatt li l-UE lesta tagħmel il-parti tagħha, il-KESE jistaqsi jekk l-Istati Membri kollha humiex lesti li jħaddnu l-iskeda ta’ żmien proposta u jpoġġu s-sehem ta’ flus tagħhom fuq il-mejda. Finanzjament u implimentazzjoni kkoordinati bir-reqqa biss jistgħu jiżguraw is-suċċess tal-proposta. |
|
4.3. |
Madankollu, l-UE wriet li għandha strutturi fraġli u tat prova ta’ risposti mdewma u mhux ikkoordinati f’sitwazzjonijiet kritiċi, inkluża l-pandemija tal-COVID-19. Is-sejħa mill-President Franċiż Emmanuel Macron għar-riorganizzazzjoni taż-Żona Schengen u t-talba tiegħu biex jiġi analizzat mill-ġdid il-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni huma serji daqs kemm huma ta’ tħassib. |
|
4.4. |
Barra minn hekk, il-proċess ta’ approvazzjoni twil iżżejjed għall-QFP li jmiss qed jipperikola l-irkupru kif imiss tal-ekonomija tal-UE u l-appoġġ immedjat meħtieġ kemm mill-pubbliku kif ukoll min-negozji. Jidher dejjem aktar ikkumplikat għall-mexxejja tal-EU-27 li jaqblu dwar azzjonijiet importanti ħafna, filwaqt li t-tul u n-natura indeċiżiva tas-soluzzjonijiet juru li s-sistema ta’ governanza tal-UE għadda żmienha u hija ineffiċjenti. |
|
4.5. |
Għalkemm diġà ġiet diskussa u analizzata fl-2018, il-proposta attwali ma tinkludi l-ebda użu ta’ teknoloġija blockchain. Il-KESE jqis li s-sistema doganali għandha l-istruttura ideali biex tħaddan dawn l-iżviluppi u jirrakkomanda li tiġi esplorata minnufih l-introduzzjoni ta’ teknoloġija blockchain fil-pjan ta’ azzjoni propost. |
|
4.6. |
Il-KESE jinnota wkoll li ma hemm l-ebda tip ta’ analiżi fl-użu possibbli tar-robotika u l-intelliġenza artifiċjali għall-aġġornament tal-operazzjonijiet doganali. Huwa jemmen li l-progress teknoloġiku u s-soluzzjonijiet innovattivi eżistenti li għandhom ir-robotika u l-intelliġenza artifiċjali jistgħu jiġu implimentati faċilment fi pjan ta’ azzjoni daqstant kumpless, b’riżultati immedjati u rilevanti. |
4.7. Ġestjoni tar-riskju
|
4.7.1. |
Minn mindu ġew introdotti l-emendi tas-sigurtà għall-Kodiċi Doganali Komunitarju fl-2005, l-UE qed twettaq attivitajiet ta’ ġestjoni tar-riskju bbażati fuq żewġ linji ta’ difiża: billi tevalwa bil-quddiem u tikkontrolla qabel u wara li l-merkanzija tidħol fit-territorju doganali. Il-KESE jqis li l-akbar sfida tqum mill-applikazzjoni mhux ikkoordinata tal-proċeduri fl-Istati Membri u n-nuqqas ta’ informazzjoni li qed tiġi kondiviża bejn il-pajjiżi. L-iżgurar ta’ sistema ta’ ġestjoni tar-riskju konformi, aktar ikkoordinata u integrata se tnaqqas id-diskrepanzi bejn l-awtoritajiet u ssaħħaħ l-iżjed punti dgħajfa tal-katina. Għalhekk, l-Istrateġija l-ġdida għall-Ġestjoni tar-Riskju mħabbra għat-tieni trimestru tal-2021 hija promettenti ħafna. |
|
4.7.2. |
Id-diġitalizzazzjoni u ż-żieda fil-kummerċ elettroniku jagħmluha aktar faċli għall-konsumaturi biex jixtru online minn madwar id-dinja kollha. Madankollu, mhux il-prodotti kollha jikkonformaw mal-istandards għoljin Ewropej għas-sikurezza tal-prodotti u/jew għall-protezzjoni tal-konsumatur. Dan spiss ikun ta’ sorpriża għall-konsumaturi. Il-KESE jilqa’ l-għan li jissaħħaħ il-proċess tal-ġestjoni tar-riskju sabiex jiġi protett aħjar is-suq uniku u speċjalment iċ-ċittadini tiegħu minn prodotti mhux konformi u mhux sikuri. |
|
4.7.3. |
Il-proposta għat-tnedija ta’ Inizjattiva tal-Kapaċitajiet Analitiċi Konġunti hija bla dubju pass ’il quddiem. Il-kondiviżjoni tad-data mal-awtoritajiet tal-infurzar kontra l-frodi għandha tintlaqa’ wkoll. Madankollu, il-KESE jistaqsi jekk il-finanzjament meħtieġ huwiex se jkun disponibbli għall-interkonnessjoni tal-ICS2 ma’ sistemi elettroniċi oħra. It-tħassib immedjat li jmiss huwa relatat mal-ġestjoni ta’ network daqstant kumpless u r-riżorsi umani meħtieġa speċjalizzati u mħarrġa kif xieraq. |
|
4.7.4. |
Barra minn hekk, il-KESE jinsab imħasseb li, fil-każ li l-proġett ta’ Aġenzija Doganali tal-UE ġdida ma jiġix approvat mill-Istati Membri, il-ġestjoni ta’ sistema daqstant kumplessa u interkonnessa tpoġġi piż ulterjuri fuq id-dipartimenti eżistenti tal-Kummissjoni. |
|
4.7.5. |
Il-KE pproponiet l-implimentazzjoni tal-analitika tad-data qabel ma titniżżel u tasal għall-prodotti kollha u l-mezzi kollha ta’ trasport sal-2024. Madankollu mhuwiex ċar liema tip ta’ riżorsi umani se jkunu meħtieġa f’kull Stat Membru jew il-livell u t-tul tat-taħriġ meħtieġ għat-tali persunal. L-istess jgħodd għall-proċess ta’ ġestjoni tar-riskju addizzjonali li huwa ppjanat għall-proċeduri ta’ “wara l-wasla”. Il-KESE diġà talab oqfsa ta’ taħriġ komuni bbażati fuq il-“Qafas tal-kompetenzi tad-dwani tal-UE”, li għandu l-għan li jarmonizza u jgħolli l-istandards tal-prestazzjoni doganali madwar l-UE (8). |
4.8. Ġestjoni tal-kummerċ elettroniku
|
4.8.1. |
Il-kummerċ elettroniku ġab benefiċċji u opportunitajiet importanti kemm għall-pubbliku kif ukoll għan-negozji. Madankollu, dan iżid sfidi sinifikanti f’termini ta’ konformità fiskali u doganali għal oġġetti negozjati u wkoll fir-rigward tan-numru kbir ta’ talbiet ta’ awtorizzazzjoni għal firxa wiesgħa ta’ kontrolli għal skopijiet mhux finanzjarji, inklużi s-sikurezza, is-sigurtà u l-proprjetà intellettwali. Il-KESE jagħraf ir-rwol sinifikanti tal-awtoritajiet doganali fil-prevenzjoni ta’ prodotti mhux konformi u/jew mhux sikuri milli jidħlu fis-suq uniku, u jikkonkludi li dawn l-awtoritajiet jeħtieġ li jiġu pprovduti b’riżorsi adegwati anke għar-responsabbiltajiet mhux finanzjarji kollha. |
|
4.8.2. |
L-implimentazzjoni tal-pakkett tal-VAT dwar il-kummerċ elettroniku (9) fl-2021 hija mistennija li ġġib dħul sinifikanti għall-baġit tal-Istati Membri u tiġġenera kundizzjonijiet ekwi għall-ambjent tan-negozju. Il-ħolqien ta’ ċentru tal-UE għal informazzjoni dwar it-taxxa fi ħdan is-servizzi tal-Eurofisc ta’ kontra l-frodi tat-taxxa huwa meqjus bħala titjib sinifikanti biex jiġi pprovdut aċċess għall-informazzjoni għall-awtoritajiet doganali. Il-KESE qed jistenna bil-ħerqa l-valutazzjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward. |
|
4.8.3. |
Il-KESE jqis li l-aħjar mod kif jiġi rregolat u ġestit il-kummerċ elettroniku huwa permezz ta’ kooperazzjoni msaħħa ma’ pajjiżi oħra fi ħdan l-OECD u l-G20. Huwa diġà ġibed l-attenzjoni li l-politiki fiskali li għandhom jiġu applikati għad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija u għall-iżvilupp ta’ għodod u soluzzjonijiet operattivi għandhom jiġu kkoordinati fil-livell internazzjonali (10). |
|
4.8.4. |
Il-kummerċ elettroniku huwa settur importanti ħafna għall-SMEs. Madankollu, il-kummerċ transfruntier diġà huwa frammentat minħabba diversi ostakli eżistenti u l-KESE jinsab imħasseb li l-Komunikazzjoni ma tagħmel l-ebda referenza għall-ħolqien ta’ qafas favorevoli għall-SMEs permezz ta’ dan il-pjan ta’ azzjoni ambizzjuż. Skont l-Ewrobarometru ta’ Settembru, 4 % biss tal-SMEs ibigħu l-prodotti tagħhom lill-konsumaturi fi Stati Membri oħra (11). |
|
4.8.5. |
Il-proposta li jiġu imposti obbligi ta’ rapportar doganali fuq il-pjattaformi potenzjalment tista’ tkun ta’ piż għal negozji leġittimi. Il-pjattaformi għandhom data importanti li d-dwana tista’ tuża, iżda jeħtieġ li jagħmlu investiment speċifiku fis-software tal-IT li jista’ jiġbor u jipprovdi din id-data. L-użu ta’ sistemi robotiċi awtomatizzati għandu jiġi esplorat minnufih, peress li dawn jistgħu jkunu imprezzabbli fit-tħaffif tal-proċess tal-obbligu ta’ rapportar. Barra minn hekk, il-KESE jqis li dawn il-kumpaniji għandhom jiġu pprovduti b’finanzjament meħtieġ jekk jintalbu jiġbru data li kieku ma jkollhomx bżonn. Il-ġestjoni ta’ din id-data hija estremament importanti biex jiġu indirizzati frodi doganali u tal-VAT, sottovalutazzjoni, dikjarazzjonijiet tal-oriġini foloz eċċ. Il-KESE diġà talab l-iżvilupp ta’ standard Ewropew għall-ġbir tad-data u l-informazzjoni dwar l-utenti tal-pjattaformi diġitali, li għandhom jiġu kkomunikati (12). |
|
4.8.6. |
Madankollu, il-KESE jilqa’ r-reviżjoni attwali tal-Kummissjoni tar-rwol u l-obbligi tal-postijiet tas-suq online, li għandu jkollhom aktar obbligazzjonijiet u responsabbiltajiet meta jiġu biex jivverifikaw li l-oġġetti mibjugħa fuq il-pjattaformi tagħhom huma konformi u sikuri. |
4.9. Promozzjoni tal-konformità
|
4.9.1. |
In-negozjanti fdati diġà jiġu kkumpensati bi skema ta’ benefiċċju għall-konformità tagħhom mal-leġiżlazzjoni doganali tal-UE. Il-KESE jappoġġja l-monitoraġġ propost tal-ftehimiet preferenzjali eżistenti ma’ pajjiżi terzi; analiżi komprensiva tas-sistemi internazzjonali ta’ kooperazzjoni u assistenza amministrattiva reċiproka tal-UE fi kwistjonijiet doganali twassal għal infurzar aħjar. |
|
4.9.2. |
Il-proposta biex tiġi implimentata s-sistema tat-Tieqa Unika tal-UE hija proġett fejn jirbaħ kulħadd u l-KESE jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu. Is-settur privat għandu jgawdi minn possibbiltà ta’ rapportar ta’ azzjoni waħda, filwaqt li awtoritajiet differenti għandhom ikunu jistgħu jagħżlu d-data meħtieġa. Dan huwa pass ċar ’il quddiem għall-partijiet kollha involuti u huwa mistenni li jiġu ffrankati sa EUR 690 miljun f’amministrazzjoni doganali għan-negozji matul l-ewwel seba’ snin ta’ implimentazzjoni. |
|
4.9.3. |
Madankollu, huwa pjuttost diffiċli li wieħed jifhem kif l-analiżi proposta tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni tista’ tissuġġerixxi li s-sistemi elettroniċi għadda żmienhom, inqas minn erba’ snin wara l-adozzjoni tal-proposta. |
|
4.9.4. |
Is-sanzjonijiet frammentati ta’ nuqqas ta’ konformità applikati fl-Istati Membri joħolqu distorsjonijiet kompetittivi tas-Suq Uniku, filwaqt li jikxfu punti aktar dgħajfa fi ħdan is-sistema. Il-ħolqien ta’ qafas sod u uniformi kieku jsaħħaħ l-Unjoni Doganali kollha kemm hi. Għalkemm eċċellenti fit-teorija, il-KESE jistaqsi kif il-KE qed tippjana li tintegra dan, peress li l-proposta tal-2013 dwar l-istess suġġett ġiet miċħuda. |
|
4.9.5. |
Barra minn hekk, huwa diffiċli li jkun hemm l-istess livell ta’ kontroll jekk in-numru ta’ uffiċjali doganali jvarja bejn 7 u 70 għal kull 100 000 abitant, skont l-Istat Membru kkonċernat (13). Il-KESE jirrakkomanda ż-żieda ta’ standards minimi għall-kontroll u għan-numru ta’ persunal meħtieġ. |
|
4.9.6. |
Il-kriżi tal-COVID-19 żvelat in-nuqqasijiet tas-sistema doganali, b’diversi każijiet ta’ prodotti mhux konformi u mhux sikuri li jsibu ruħhom fl-UE. Il-KESE jqis li huwa importanti ħafna li jiġu adottati atti ta’ implimentazzjoni għar-regolamentazzjoni tas-sorveljanza tas-suq (14) mill-aktar fis possibbli. |
|
4.9.7. |
Barra minn hekk, il-KESE jappoġġja l-proposta li tingħata attenzjoni speċjali għall-applikazzjoni tar-regoli u l-proċeduri tal-oriġini preferenzjali għall-41 Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles tal-UE. Fir-rigward ta’ msieħba kummerċjali oħra, speċjalment iċ-Ċina, it-tkabbir esponenzjali tal-kummerċ elettroniku żied mal-isfidi eżistenti għad-dwana. Għalhekk, it-tħassib perfettament normali li jiġu vvalutati u leġislati fejn meħtieġ. |
4.10. L-awtoritajiet doganali li jaġixxu bħala entità waħda
|
4.10.1. |
L-analiżi turi li l-kooperazzjoni transfruntiera tista’ tittejjeb b’mod sinifikanti. Il-KESE japprezza li l-unika triq ’il quddiem hija li tiġi żgurata kooperazzjoni akbar u aqwa bejn l-awtoritajiet doganali minn Stati Membri differenti u bejn l-awtoritajiet doganali u awtoritajiet nazzjonali oħra. Il-kondiviżjoni tal-aħjar prattika tista’ ttejjeb ukoll il-produttività tas-servizzi doganali. |
|
4.10.2. |
Hemm bżonn ta’ investiment sinifikanti biex jinxtara t-tagħmir meħtieġ għall-kontroll doganali biex din il-kooperazzjoni tissarraf fil-prattika. Il-KESE jinnota li, fil-proposta oriġinali (15), il-Kummissjoni qablet li tkopri biss 80 % tal-investiment meħtieġ. L-20 % li jifdal għandhom jitħallsu mill-Istati Membri; minħabba s-sitwazzjoni finanzjarja li jinsabu fiha dawn il-pajjiżi minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-KESE mhu qed jistenna li s-27 Stat Membru kollha se jkunu jistgħu jinvestu dawn l-ammonti fl-2021. |
|
4.10.3. |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni qiegħda tressaq b’mod kuraġġuż il-proposta kontroversjali li sal-2023 tħejji valutazzjoni tal-impatt dwar il-ħolqien ta’ Aġenzija Doganali tal-UE. Il-KESE jiddubita li l-Istati Membri se jaqblu dwar dan. |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(2) ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1.
(3) Opinjoni tal-KESE dwar l-istabbiliiment tal-istrument ta’ appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (ĠU C 62, 15.2.2019, p. 67).
(4) ĠU C 367, 10.10.2018, p. 39.
(5) ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.
(6) ĠU C 246, 28.7.2017, p. 22.
(7) It-tieni Rapport Biennali dwar il-Progress fl-Iżvilupp tal-Unjoni Doganali tal-UE u l-Governanza tagħha.
(8) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 67.
(9) Il-modernizzazzjoni tal-VAT għall-kummerċ elettroniku transfruntier.
(10) ĠU C 364, 28.10.2020, p. 62.
(11) Flash Eurobarometer 486.
(12) ĠU C 364, 28.10.2020, p. 62.
(13) Stħarriġ mill-Unjoni tal-Persunal tal-Finanzi fl-Ewropa.
(14) ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1.
(15) COM(2018) 321 final.
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/62 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013”
[COM(2020) 673 final — 2020/306 (COD)]
(2021/C 220/08)
|
Relatur: |
Athanasios IOANNIDIS |
|
Konsultazzjonijiet |
Parlament Ewropew, 11.11.2020 Kunsill, 13.11.2020 |
|
Bażi legali |
Artikoli 3, 114, u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adottata fis-sezzjoni |
2.3.2021 |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2021 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
268/0/3 |
|
1. |
Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet |
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-Proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-istabbiliment ta’ Ambjent ta’ Tieqa Unika tal-Unjoni Ewropea għad-Dwana u li temenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013. L-għan tal-Proposta huwa li tindirizza l-interoperabbiltà frammentata bejn id-dwana u l-awtoritajiet kompetenti msieħba fil-ġestjoni tal-proċeduri tal-iżdoganar tal-merkanzija. |
|
1.2. |
Il-KESE jemmen li l-Proposta hija konformi mal-viżjoni u l-objettivi strateġiċi tal-Unjoni, kemm fir-rigward tal-Pjan ta’ Azzjoni biex l-Unjoni Doganali tittieħed għal-Livell li Jmiss – Aġenda għal Azzjoni għal Unjoni Doganali b’saħħitha u moderna kif ukoll tal-Komunikazzjoni tagħha dwar L-Iżvilupp tal-Unjoni Doganali tal-UE u l-Governanza tagħha. |
|
1.3. |
Fil-fehma tal-KESE, il-Proposta tappoġġja l-pjan strateġiku tad-Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali (DĠ TAXUD) għall-2016-2020, u l-Pjan ta’ Azzjoni Ewropew dwar il-Gvern elettroniku għall-2016-2020 previst fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ April 2016 (1), li għandu l-għan li jsaħħaħ l-effiċjenza tas-servizzi pubbliċi billi jneħħi l-ostakli diġitali eżistenti, inaqqas il-burokrazija żejda u jtejjeb il-kwalità tal-interazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali. |
|
1.4. |
Il-KESE jirrimarka li l-implimentazzjoni tal-ambjent ta’ tieqa unika għad-dwana ser iwassal il-kummerċ tal-merkanzija fl-era diġitali l-ġdida permezz tas-semplifikazzjoni u l-awtomazzjoni. Il-kummerċ b’mod ġenerali fl-UE ser jikber u l-Unjoni ser issir aktar kompetittiva, id-dwana ser tiġi modernizzata, u ser ikun hemm diversi riżultati għall-partijiet interessati involuti – l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti msieħba, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini. |
|
1.5. |
Il-KESE jemmen li t-Tieqa Unika Ewropea, flimkien mat-twieqi nazzjonali, m’għandhomx ikunu biss portal diġitali għall-ġbir tad-data u għall-proċessi ta’ skambju ta’ informazzjoni. Peress li s-sistemi u l-proċessi tal-informazzjoni qed jevolvu, fil-futur irid ikun hemm ukoll għażla – kif qablu dwarha l-Istati Membri u l-Kunsill – li jsir progress lejn proċessi komputazzjonali awtomatizzati aktar kumplessi, kif ser jintużaw għall-kwantitajiet ta’ prodotti. Dan ser jagħmilha possibbli għall-kummerċjant li jkollu stampa ġenerali tat-tranżazzjoni, li għalhekk għandha tiġi deskritta bħala “intelliġenti”. |
|
1.6. |
Il-KESE jemmen li l-inkorporazzjoni tal-formalitajiet mhux doganali tal-Unjoni fis-Sistema ta’ Tieqa Unika Doganali tal-UE għall-iskambju taċ-ċertifikati (CSW-CERTEX) ser teħtieġ infrastruttura tal-IT ġdida biex jinħolqu rabtiet bejn l-ambjenti nazzjonali ta’ tieqa unika għad-dwana u s-sistemi mhux doganali tal-Unjoni. Id-data li għandha tiġi skambjata għandha tiġi ddeterminata b’mod preċiż. |
|
1.7. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari liċ-ċibersigurtà tas-sistemi u t-twieqi billi tistabbilixxi sistemi ta’ sigurtà bi standards għoljin li ser jipproteġu kontra attakki li jistgħu jkissru l-kummerċ ta’ prodotti fl-UE u jkollhom effetti ekonomiċi devastanti. |
|
1.8. |
Il-KESE jaqbel li l-implimentazzjoni effettiva tal-programm ta’ tieqa unika għad-dwama u l-evitar tad-dewmien ser jirrikjedu enfasi partikolari fuq l-Istati Membri li ma ħadux sehem fil-proġett pilota tal-2015, it-Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana – Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul (EU CSW-CVED) u li għalhekk ma żviluppawx ambjenti ta’ tieqa unika nazzjonali għad-dwana li huma allinjati mat-tieqa unika tal-UE. |
|
1.9. |
Hemm kwistjoni simili ma’ għadd ta’ Stati Membri li żviluppaw l-inizjattivi tagħhom stess ta’ tieqa unika fil-livell nazzjonali, li għadhom iżolati u huma kkaratterizzati minn modalitajiet differenti bbażati fuq il-livell tal-arkitetturat doganali eżistenti tal-IT, il-prijoritajiet u l-istrutturi tal-ispejjeż. |
|
1.10. |
Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, il-KESE jirrakkomanda skeda aktar dettaljata, b’miri u miżuri għall-Istati Membri, sabiex l-ambjenti ta’ tieqa unika għad-dwana jiġu konformi mat-tieqa unika Ewropea. |
|
1.11. |
Il-KESE jirrikonoxxi l-kumplessità tas-sistema u l-fatt li l-koordinazzjoni hija meħtieġa kemm fl-Istati Membri kif ukoll bejniethom biex tiġi implimentata. Huwa jipproponi li titfassal skeda aktar dettaljata għall-monitoraġġ u t-tressiq tar-rapporti dwar il-funzjonament u l-iżvilupp tat-tieqa unika, b’miri u miżuri li għandhom jittieħdu mill-Istati Membri u l-atturi nazzjonali biex jimplimentaw is-sistema. |
|
1.12. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-programm jgħin isaħħaħ ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u tal-protezzjoni tad-data fil-qasam tal-applikazzjoni tiegħu. |
|
1.13. |
Il-KESE jqis li huwa ta’ importanza kruċjali li l-persunal li ser ikun involut fit-tħaddim tas-sistemi tal-IT, l-ambjenti tat-tieqa unika nazzjonali u t-tieqa unika Ewropea għad-dwana jitħejja u jitħarreġ. Għalhekk, il-proġett attwali għandu jipprevedi programmi ta’ taħriġ u ta’ titjib tal-ħiliet tal-ħaddiema, li għandhom jirċievu finanzjament nazzjonali u/jew tal-UE. |
2. Sfond/Introduzzjoni
|
2.1. |
Fl-2008, l-Istati Membri u l-Kummissjoni impenjaw ruħhom li jippromovu ambjent doganali elettroniku fl-UE billi jagħmlu ħilithom biex jistabbilixxu qafas ta’ servizzi ta’ tieqa unika. Id-Dikjarazzjoni ta’ Venezja tal-2014 ipproponiet pjan ta’ azzjoni progressiv biex jiġi implimentat ambjent ta’ tieqa unika tal-UE għad-dwana u biex jiġi żviluppat il-qafas legali tagħha. Dan kien imtenni fil-Komunikazzjoni tal-2016 mill-Kummissjoni dwar L-Iżvilupp tal-Unjoni Doganali tal-UE u l-Governanza tagħha, li ħabbret il-pjani tal-Kummissjoni biex tesplora soluzzjoni fattibbli għall-iżvilupp u l-ħolqien ta’ ambjent ta’ tieqa unika tal-UE għad-dwana. L-approċċ kien appoġġjat mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill ECOFIN tat-23 ta’ Mejju 2017. |
|
2.2. |
Il-Kummissjoni nediet proġett pilota fl-2015, it-Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana – Dokument Veterinarju Komuni għad-Dħul (CSW-CVED tal-UE). Il-proġett kien ġestit b’mod konġunt mid-DĠ TAXUD u d-DĠ SANTE biex jippermetti l-verifika awtomatizzata mid-dwana ta’ tliet formalitajiet regolatorji mhux doganali ppreżentati bid-dikjarazzjoni doganali bħala evidenza ta’ konformità. Inizjalment ħames amministrazzjonijiet doganali tal-Istati Membri pparteċipaw f’dan il-proġett pilota fuq bażi volontarja. Is-suċċessur tiegħu, is-Sistema ta’ Tieqa Unika Doganali għall-iskambju taċ-ċertifikati (CSW-CERTEX tal-UE), espanda l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rekwiżiti regolatorji u introduċa funzjonalitajiet ġodda, bħalma huma l-ġestjoni tal-kwantità. L-għadd ta’ Stati Membri parteċipanti żdied minn ħamsa għal disgħa, u qed jiġu koperti aktar oqsma ta’ politika. |
|
2.3. |
Il-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat aktar minn qatt qabel l-importanza li jiġi stabbilit qafas aktar b’saħħtu għall-Unjoni Doganali u li t-twettiq tal-formalitajiet doganali u mhux doganali tal-Unjoni jiġu ffaċilitati aktar biex jiġi appoġġjat l-irkupru ekonomiku. Għal dan il-għan, iż-żieda fid-diġitalizzazzjoni tal-formalitajiet regolatorji doganali u mhux doganali tal-Unjoni applikabbli għall-kummerċ internazzjonali tiftaħ opportunitajiet ġodda għall-Istati Membri biex itejbu l-kooperazzjoni diġitali. |
3. Sommarju tal-proposta tal-Kummissjoni
|
3.1. |
Il-kummerċ internazzjonali tal-Unjoni huwa soġġett kemm għal-leġiżlazzjoni doganali kif ukoll għal-leġiżlazzjoni mhux doganali tal-Unjoni. L-awtoritajiet responsabbli għall-formalitajiet regolatorji mhux doganali tal-Unjoni (“awtoritajiet kompetenti sħab”) u l-awtoritajiet doganali spiss jaħdmu f’sajlos, u joħolqu obbligi onerużi u kumplessi ta’ rapportar għan-negozjanti u proċessi ineffiċjenti ta’ żdoganar tal-merkanzija li jwasslu għal żball u frodi. Sabiex tiġi indirizzata l-interoperabbiltà frammentata bejn id-dwana u l-awtoritajiet kompetenti msieħba fil-ġestjoni tal-proċessi tal-iżdoganar tal-merkanzija u sabiex tiġi kkoordinata l-azzjoni f’dan il-qasam, matul is-snin il-Kummissjoni u l-Istati Membri ħadu għadd ta’ impenji biex jiżviluppaw inizjattivi ta’ tieqa unika għall-iżdoganar tal-merkanzija. |
|
3.2. |
Il-proposta tal-Kummissjoni tipprevedi l-istabbiliment ta’ ambjent ta’ tieqa unika għall-Unjoni Ewropea għad-dwana li jipprovdi sett integrat ta’ servizzi elettroniċi interoperabbli fil-livell tal-Unjoni u nazzjonali permezz tas-Sistema ta’ Tieqa Unika Doganali tal-Unjoni għall-iskambju taċ-ċertifikati. Dan ser jappoġġja l-interazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-ambjenti nazzjonali ta’ tieqa unika għad-dwana u s-sistemi mhux doganali tal-Unjoni msemmija fl-Anness għall-proposta. |
4. Kummenti ġenerali
|
4.1. |
Il-Proposta għal Regolament hija l-ewwel pass essenzjali sabiex titjieb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet doganali permezz ta’ applikazzjoni elettronika unika. Din hija proposta komprensiva li tipprovdi analiżi wiesgħa tar-riżultati, l-azzjonijiet u l-miżuri implikati fil-funzjonament tat-tieqa unika Ewropea għad-dwana. |
|
4.2. |
L-implimentazzjoni tat-tieqa unika ser tippermetti lin-negozji u lin-negozjanti jissottomettu d-data b’mod elettroniku, kemm jekk huma dokumenti ta’ sostenn kif ukoll jekk huma formalitajiet mhux doganali tal-Unjoni, lil tieqa elettronika (tieqa nazzjonali) f’kull Stat Membru, u b’hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ duplikazzjoni u jiġu ffrankati l-ispejjeż tal-ħin u tat-tranżazzjoni. It-tieqa unika ser tippermetti lid-dwana u lil awtoritajiet oħra jiġbru data sottomessa abbażi ta’ sistema armonizzata għall-proċeduri ta’ żdoganar tal-merkanzija. Fl-istess ħin, l-UE tikseb ħarsa ġenerali lejn il-prodotti li jidħlu u joħorġu mill-fruntieri tagħha, kif ukoll tkun tista’ tivverifika l-kwantitajiet ta’ oġġetti fil-kuntest tal-kwoti u l-prevenzjoni tal-frodi. |
|
4.3. |
Kif speċifikat fil-Proposta tal-Kummissjoni, l-implimentazzjoni tal-programm ser tkun iffinanzjata minn sorsi tal-UE u nazzjonali. L-ispejjeż relatati mal-iżvilupp, l-integrazzjoni u l-operat tas-Sistema ta’ Skambju ta’ Ċertifikati tat-Tieqa Unika tal-UE għad-Dwana (CSW-CERTEX tal-UE) ser jiġġarbu mill-Unjoni, filwaqt li l-Istati Membri ser ikopru l-ispejjeż li jirriżultaw mill-iżvilupp, l-integrazzjoni u l-operat tal-ambjenti ta’ tieqa unika nazzjonali tagħhom u l-konnessjoni tagħhom mas-CSW-CERTEX tal-UE. Peress li l-pandemija tal-COVID-19 wasslet għal kriżi finanzjarja fl-Istati Membri kollha tal-UE, il-KESE jixtieq ikun jaf kif il-Kummissjoni tista’ tiżgura li l-Istati Membri jikkonformaw ma’ dan ir-rekwiżit u jipprovdu l-finanzjament allokat għall-implimentazzjoni tal-programm mill-baġits nazzjonali tagħhom. |
|
4.4. |
Biex l-inizjattiva tat-tieqa unika tiġi armonizzata u stabbilita, jeħtieġ li l-implimentazzjoni mill-Istati Membri tkun obbligatorja. Tabilħaqq, is-suċċess tat-tieqa unika doganali jiddependi mill-konformità, l-armonizzazzjoni u l-implimentazzjoni simultanja mill-pajjiżi kollha. Il-KESE jindika r-riskju li xi Stati Membri jistgħu ma jimplimentawx it-tieqa unika fil-perjodu ta’ żmien stmat minħabba restrizzjonijiet baġitarji (li jirriżultaw mill-kriżi finanzjarja tal-COVID-19) u prijoritajiet ta’ politika oħrajn. Dan ser iwassal għal bosta problemi għall-politika doganali u kummerċjali tal-Unjoni, u mhux inqas għall-Istati Membri. Il-KESE jistaqsi lill-Kummissjoni jekk humiex previsti penali f’każ li xi Stat Membru jonqos milli jimplimenta t-tieqa unika jew jaqbeż il-perjodu ta’ żmien stabbilit. |
|
4.5. |
Il-miżuri tat-tieqa unika jridu jimxu id f’id mal-modernizzazzjoni tad-dwana u tal-awtoritajiet doganali. Ikun utli ħafna li l-ewwel isir studju, li jiddeskrivi s-sitwazzjoni eżistenti fil-punti tad-dħul tal-Istati Membri, u li jkun hemm valutazzjoni tal-ħtieġa għal investiment f’servizzi ta’ titjib, sabiex ikunu jistgħu jappoġġjaw it-tieqa unika. Fl-istess ħin tista’ tiġi stabbilita data indikattiva biex titlesta l-parti nazzjonali tat-tieqa unika. |
|
4.6. |
Fil-Proposta tagħha għal Regolament, il-Kummissjoni tiddikjara li kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità biex taġixxi bħala koordinatur nazzjonali għall-implimentazzjoni u l-koordinazzjoni tal-miżuri tat-tieqa unika. Il-KESE jixtieq ikun jaf jekk il-ħatra tal-koordinatur nazzjonali hijiex ir-responsabbiltà esklussiva ta’ kull Stat Membru jew jekk il-Kummissjoni hijiex ser tagħmel rakkomandazzjonijiet. |
|
4.7. |
Fir-rigward tal-iżgurar tal-protezzjoni tad-data, il-KESE jemmen li l-attività komplementari tal-protezzjoni tad-data miġbura, flimkien mad-dikjarazzjonijiet doganali kollha, għandha tqis dan li ġej:
|
5. Kummenti speċifiċi
|
5.1. |
Il-KESE huwa tal-fehma li din il-Proposta għal Regolament u l-punt fejn issir referenza għas-sussidjarjetà jistgħu jitqiesu bħala l-kontribut ta’ din il-miżura, jiġifieri l-ħolqien ta’ tieqa unika, għall-PDG Ewropew u kompetittività akbar. |
|
5.2. |
Barra minn hekk, il-KESE jqis li huwa essenzjali li ssir valutazzjoni tal-impatt għal kull Stat Membru, li tenfasizza l-benefiċċji tal-implimentazzjoni ta’ din il-politika, bħala mod kif tikkonvinċihom jagħmlu dan minnufih. Fl-istess ħin, il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-impatt tal-pilotaġġ tat-tieqa unika doganali f’kull wieħed mill-Istati Membri li qed jieħdu sehem fil-proġett pilota. |
|
5.3. |
Wara r-rapport tal-valutazzjoni tal-impatt, li huwa analizzat fil-Proposta għal Regolament, il-KESE jaħseb li l-pakkett tal-għażliet 1 + 6+ 8(ii) (2) huwa dak it-tajjeb. |
|
5.4. |
Il-KESE jenfasizza li l-Kummissjoni Ewropea għandha tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi uniformi għall-funzjonament tal-ambjent tat-tieqa unika nazzjonali, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tal-Proposta għal Regolament. |
|
5.5. |
Il-KESE jinnota li l-Kummissjoni Ewropea għandha tadotta speċifikazzjonijiet tekniċi uniformi għall-funzjonament tal-ambjent tat-tieqa unika nazzjonali kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8, sabiex jiġu evitati nuqqasijiet fid-dikjarazzjonijiet doganali. Il-KESE jemmen li jkun utli li jinħoloq standard uniku. |
|
5.6. |
Il-KESE jqis li biex it-tieqa unika doganali tiffunzjona tajjeb, l-ambjenti nazzjonali jeħtieġ li joperaw mingħajr xkiel, b’persunal imħarreġ sew. Peress li n-numru ta’ uffiċjali tad-dwana (3) għal kull 100 000 abitant ivarja minn 7 għal 70, skont l-Istat Membru, il-KESE jirrakkomanda li jiġu miżjuda standards minimi dwar l-operat tas-sistema u dwar l-għadd ta’ persunal meħtieġ. |
|
5.7. |
Il-KESE jirrakkomanda li fl-Artikolu 1 tal-Proposta għal Regolament tiżdied il-frażi “mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament”. |
|
5.8. |
Il-KESE jinnota li kemm mil-lat legali kif ukoll mil-lat sostantiv, l-Artikolu 3 jista’ jirreferi għall-kontradizzjoni li tirriżulta minħabba r-referenza tiegħu għall-ambjent Ewropew ta’ tieqa unika għad-dwana filwaqt li jinkludi wkoll is-sistemi mhux doganali tal-Unjoni. Jista’ jiġi introdott sottoparagrafu separat biex ikoprihom (kif ukoll biex isiru l-aġġustamenti meħtieġa għar-referenzi). |
|
5.9. |
Il-KESE jitlob kjarifika dwar jekk il-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni Ewropea hux ser jippreċedi r-Regolament jew jekk hux ser isegwi wara li r-Regolament ikun daħal fis-seħħ. Jekk id-dħul fis-seħħ jiġi l-ewwel, allura x’ser ikun il-perjodu ta’ żmien għall-adozzjoni tal-pjan ta’ azzjoni? |
|
5.10. |
Il-KESE jaħseb li r-referenza għall-possibbiltà li tiġi revokata s-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 21(3) hija vaga wisq, u jitlob kjarifika dwar jekk ir-revoka tikkonċernax waħda mill-kategoriji jew il-kategoriji kollha elenkati fl-Artikolu 5(4), l-Artikolu 10(3) u l-Artikolu 13(4). Mhuwiex ċar ukoll jekk dan jikkonċernax att wieħed fil-kategoriji ta’ hawn fuq jew il-possibbiltà ġenerali li jiġu adottati atti għal waħda minn dawn il-kategoriji. Il-KESE jirrimarka li għandu jkun hemm konsultazzjoni bejn il-koleġiżlaturi dwar il-proċess biex jiġu infurmati. |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE dwar il-Gvern elettroniku għall-2016-2020 – Inħaffu t-trasformazzjoni diġitali tal-amministrazzjoni pubblika, COM(2016) 179 final, 19 ta’ April 2016.
(2) Għażla 1 tagħmel is-CSW-CERTEX tal-UE obbligatorju u tkopri r-rekwiżiti regolatorji tal-UE li għalihom l-informazzjoni rilevanti relatata mad-dwana hija disponibbli fil-livell tal-UE għall-Istati Membri kollha, u tipprovdi funzjonalità awtomatizzata tal-ġestjoni tal-kwantità. Għażla 6 tistabbilixxi twieqi uniċi fil-livell nazzjonali biex jipprovdu lill-operaturi ekonomiċi b’punti ta’ dħul uniku armonizzati biex iwettqu l-formalitajiet doganali u mhux doganali. L-għażla 8(ii) hija bbażata fuq l-użu estiż tas-sistema eżistenti tar-Reġistrazzjoni u tal-Identifikazzjoni tal-Operaturi Ekonomiċi (EORI) għall-validazzjoni biss. COM(2020) 673 final.
(3) https://ufe-online.eu/wp-content/uploads/2020/04/2020-04-04.pdf.
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/67 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Rapport tal-Prospettiva Strateġika tal-2020 — Prospettiva strateġika Inwittu t-triq lejn Ewropa iktar reżiljenti”
[COM(2020) 493 final]
(2021/C 220/09)
|
Relatur: |
Sandra PARTHIE |
|
Konsultazzjoni |
Ittra mill-Kummissjoni, 11.11.2020 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adottata fis-sezzjoni |
2.3.2021 |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2021 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
270/0/5 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon kbir l-inklużjoni ppjanata tal-metodoloġija tal-prospettiva fil-proċess futur tat-tfassil tal-politika tal-UE. Il-Kumitat jilqa’ b’sodisfazzjon kbir id-deċiżjoni li l-“Prospettiva” tiġi inkluża b’mod espliċitu fl-oqsma ta’ responsabbiltà tal-Viċi President tal-Kummissjoni li huwa inkarigat ukoll mir-Relazzjonijiet Interistituzzjonali. Huwa jistenna li s-sinerġiji kif ukoll l-involviment strutturali tal-istituzzjonijiet kollha tal-UE, inkluż il-KESE, jirnexxu fuq din il-bażi. |
|
1.2. |
L-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea li twettaq il-prospettiva strateġika bħala proċess annwali, ċikliku u kontinwu huwa milqugħ b’ħafna sodisfazzjon mill-KESE. Ir-reżiljenza tal-UE ntgħażlet bħala l-ewwel suġġett fl-eżerċizzju ta’ prospettiva. Din saret punt ta’ riferiment ġdid għall-politiki tal-UE bil-kriżi tal-COVID-19. Ir-reżiljenza hija l-kapaċità li wieħed mhux biss jirreżisti u jlaħħaq mal-isfidi iżda jwettaq ukoll tranżizzjonijiet b’mod sostenibbli, ġust u demokratiku. |
|
1.3. |
L-erba’ dimensjonijiet tas-suġġett tar-reżiljenza, jiġifieri “soċjali u ekonomika”, “ġeopolitika”, “ekoloġika” u “diġitali” huma, mill-perspettiva tagħna, magħżula u żviluppati sew. Dawn jirrappreżentaw l-akbar suġġetti ċentrali ta’ żmienna, li se jkomplu jkunu ta’ importanza kbira għat-tfassil tal-politika Ewropea. Il-KESE jappoġġja ħafna l-għażla ta’ dan is-suġġett peress li huwa tassew l-aktar rilevanti fil-ħidma konġunta tagħna li noħolqu l-kundizzjonijiet ta’ qafas it-tajbin għall-ħruġ mill-kriżi tal-pandemija u biex nindirizzaw l-isfidi globali bħat-tibdil fil-klima. Il-Kumitat ipprovda analiżi dettaljata tas-suġġett fl-Opinjoni fuq inizjattiva proprja tiegħu Lejn ekonomija Ewropea aktar reżiljenti u sostenibbli (1), u permezz tar-Riżoluzzjoni tiegħu dwar L-involviment tas-soċjetà ċivili organizzata fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza X’jaħdem u x’ma jaħdimx? (2) |
|
1.4. |
Il-prospettiva strateġika hija kkaratterizzata minn analiżi u perspettiva ta’ azzjoni mmirata lejn il-futur. Fid-dawl ta’ dan, dawn l-attivitajiet għandhom jissodisfaw tliet elementi bażiċi sabiex jagħtu riżultati ta’ kwalità għolja. L-ewwel nett, l-analiżijiet iridu jipprovdu riżultati li huma xierqa għas-sitwazzjoni futura li qed tiġi investigata. It-tieni, dawn għandhom ikunu bbażati fuq metodi u proċessi xjentifiċi, filwaqt li jitqies il-fatt li l-futur la jista’ jiġi osservat u lanqas jista’ jitkejjel b’mod empiriku. It-tielet, għandhom ikunu effettivi fis-sens li jipprovdu orjentazzjoni utli għal prattika politika. |
|
1.5. |
L-ewwel rapport ta’ prospettiva strateġika tal-Kummissjoni għall-2020 għadu nieqes miċ-ċiklu ta’ prospettiva sħiħ previst u ma jispjegax kif dan jista’ jingħaqad mal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-proċess tas-Semestru Ewropew. Dan lanqas ma jispjega liema mill-megatendenzi li jidentifika huma l-aktar probabbli u l-aktar rilevanti għall-UE, u għalhekk ma jippermettix lil dawk li jfasslu l-politika jagħtu prijorità. Dan jeħtieġ li jittejjeb fir-rapporti li jmiss. Il-prospettiva se tilħaq l-objettivi ddikjarati tagħha biss jekk tkun eżerċizzju miftuħ u pluralistiku kif ukoll varjat u transdixxiplinarju, li jinvolvi l-imsieħba soċjali organizzati u s-soċjetà ċivili, b’mod partikolari l-KESE, fl-istadji kollha tal-proċess ta’ prospettiva u d-definizzjoni tax-xenarji ta’ referenza u l-użu ta’ sett ta’ metodi u għodod biex tidderieġi perspettivi differenti lejn il-futur. |
|
1.6. |
Għalhekk, filwaqt li l-aspirazzjoni hija milqugħa bis-sħiħ, naraw xi oqsma li fihom għandu jsir titjib fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-prospettiva fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet:
|
|
1.7. |
Il-livell ta’ impenn biex tintuża l-prospettiva biex tissaħħaħ ir-reżiljenza Ewropea huwa pjuttost limitat. Fil-biċċa l-kbira tiegħu, ir-rapport tal-Kummissjoni jiddikjara li “jista’” minflok li “se” jagħmel użu mill-prospettiva fil-livell tal-UE. Minflok ma jiġu spjegati l-modi konkreti ta’ kif tintuża l-prospettiva fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi, l-istrumenti ta’ prospettiva qed jitnaqqsu għal għażliet, li jistgħu jew ma jistgħux jintużaw mill-partijiet ikkonċernati rilevanti u fil-każ konkret tal-implimentazzjoni. |
|
1.8. |
Fir-rigward tad-dimensjonijiet tar-reżiljenza, jiġifieri s-suġġett tar-rapport tal-2020,
|
|
1.9. |
L-erba’ dimensjonijiet iservu bħala bażi għall-bini ta’ aġenda għal attivitajiet futuri ta’ prospettiva. Għalhekk nagħtu parir li l-erba’ dimensjonijiet ta’ reżiljenza jingħataw miri sekondarji speċifiċi li jistgħu jitħaddmu u għalhekk ikunu soġġetti għal valutazzjoni regolari fil-futur. Is-suġġetti li jmiss dwar l-aġenda ta’ prospettiva diġà huma proposti, jiġifieri awtonomija strateġika miftuħa, il-futur tal-impjiegi u l-ħiliet, u t-tisħiħ tal-ġemellaġġ tat-tranżizzjoni diġitali u dik ekoloġika. Dawn is-suġġetti joriġinaw minn tlieta mill-erba’ dimensjonijiet ta’ reżiljenza. Madankollu, għadu mhux ċar kif il-Kummissjoni waslet għal dawn is-suġġetti u f’liema ordni u forma se jiġu indirizzati. Għaldaqstant, mhuwiex komprensibbli biżżejjed għaliex intgħażlu dawn is-suġġetti minflok oħrajn, pereżempju viżjoni interna lejn l-iżvilupp tal-UE, iż-żieda fin-nazzjonaliżmu, il-kooperazzjoni futura bejn l-Istati Membri, jew kwistjonijiet ta’ sigurtà. Hawnhekk, tista’ tinkiseb ukoll trasparenza akbar bl-għajnuna ta’ prospettiva strateġika. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
L-istrument tal-prospettiva strateġika, jiġifieri l-antiċipazzjoni tat-tendenzi u l-iżviluppi huwa indispensabbli fil-formulazzjoni ta’ politiki responsabbli. Il-prospettiva strateġika se jkollha rwol ewlieni biex tgħin biex it-tfassil tal-politika tal-UE jibqa’ validu fil-futur, billi tiżgura li l-inizjattivi fuq terminu qasir ta’ żmien ikunu msejsa fuq perspettiva aktar fit-tul. Dan huwa vitali, hekk kif deħlin f’era ġdida, fejn il-prospettiva orjentata lejn l-azzjoni se tistimula l-ħsieb strateġiku u ssawwar il-politiki u l-inizjattivi tal-UE, inklużi programmi ta’ ħidma futuri tal-Kummissjoni. |
|
2.2. |
Filwaqt li mhux kollox jista’ jiġi previst u l-avvenimenti se jkomplu jissorprenduna, hemm lok biżżejjed biex tittieħed azzjoni. Dan jinkludi l-immappjar tal-probabbiltajiet u t-tħejjija ta’ dawk li qegħdin f’pożizzjonijiet li jieħdu d-deċiżjonijiet biex jeżaminaw, jifhmu u jirrikonoxxu s-sinjali, speċjalment ta’ avvenimenti li jfixklu, kemm jista’ jkun malajr. Dan ifisser ukoll it-tħejjija ta’ pjani ta’ azzjoni, l-istabbiliment ta’ linji ta’ kmand u mezzi ta’ komunikazzjoni, id-definizzjoni ta’ oqsma ċari ta’ responsabbiltajiet u kompiti f’każ li jseħħ l-avveniment. Il-previżuri spiss jużaw il-metafori ta’ “ċinju iswed” (avveniment kompletament mhux mistenni mill-kategorija “il-mhux magħruf li mhuwiex magħruf”) u ta’ “rinoċeronti griż” (avveniment magħruf fuq skala kbira li jkollu impatt massiv, iżda li jiġi injorat). Il-pandemija tal-COVID-19 kienet “rinoċeronti griż”, peress li kien hemm sinjali ta’ twissija ta’ żieda fir-riskji ta’ pandemija globali, minħabba taħlita ta’ degradazzjoni ambjentali, globalizzazzjoni u konnettività akbar. Jeħtieġ li jintużaw tekniki ta’ tbassir u ppjanar b’separazzjoni ċara ta’ dawk iż-żewġ tipi differenti ta’ xokkijiet b’impatt massiv. B’rabta ma’ dan, tekniki ta’ bini ta’ xenarji transsettorjali u mhux lineari, l-identifikazzjoni ta’ riskji kbar emerġenti u r-rikonoxximent ta’ xejriet bikrija għandhom jittejbu fl-istituzzjonijiet tar-riċerka tal-UE. |
|
2.3. |
Ir-reżiljenza hija l-kapaċità li wieħed mhux biss jirreżisti u jlaħħaq mal-isfidi iżda jwettaq ukoll tranżizzjonijiet b’mod sostenibbli, ġust, inklużiv u demokratiku. L-erba’ dimensjonijiet tas-suġġett tar-reżiljenza, jiġifieri “soċjali u ekonomika”, “ġeopolitika”, “ekoloġika” u “diġitali” huma, mill-perspettiva tagħna, magħżula u żviluppati sew. Il-Kumitat jenfasizza, madankollu, li l-interazzjonijiet multipli tal-erba’ dimensjonijiet ma jistgħux jitqiesu b’mod separat minn xulxin iżda għandhom fil-fatt jiġu indirizzati kollettivament fl-analiżijiet u l-miżuri li jirriżultaw minnhom. |
|
2.4. |
Il-KESE jilqa’ l-proposta għall-ħolqien ta’ “dashboards tar-reżiljenza” b’indikaturi rilevanti li jissorveljaw l-istatus quo u d-dimensjonijiet soċjali u ekonomiċi, ġeopolitiċi, ekoloġiċi u diġitali tal-iżviluppi fl-UE u fl-Istati Membri. Madankollu, dashboard li tistabbilixxi l-istatus quo biss u tiddeskrivi l-preżent, fiha nnifsha, mhijiex prospettiva. Issir hekk biss hekk kif jiġu inklużi miri li jħarsu ’l quddiem. Ninsabu lesti li nappoġġjaw lill-Kummissjoni f’dan il-proċess diffiċli u kumpless, pereżempju billi niżviluppaw l-għarfien espert u l-ħidma tal-KESE. |
|
2.5. |
Jidher ċar li d-dashboards jeħtieġ li jiġu żviluppati aktar. Bħalissa, huma jagħtu stampa tal-preżent u tal-istatus quo. Sabiex ikunu strumenti utli fil-proċess tal-prospettiva, għandha tiġi introdotta rabta ma’ perspettiva li tħares ’il quddiem. Id-dashboards isiru ta’ importanza sinifikanti biss fil-proċess tat-tbassir jekk jinkludu miri, preferibbilment iddefiniti għal kull Stat Membru. Imbagħad ikun possibbli li jintużaw dawn id-dashboards biex jiġi vvalutat il-progress fid-dawl ta’ objettiv partikolari u biex dawn isiru għodda ta’ monitoraġġ. Barra minn hekk, il-KESE jirrakkomanda bis-sħiħ li tiġi stabbilita rabta bejn id-dashboards mal-indikaturi eżistenti tal-kompetittività użati fil-proċess tas-Semestru Ewropew u għall-governanza ekonomika Ewropea kif ukoll mat-Tabella ta’ Valutazzjoni għall-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza u l-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza. |
|
2.6. |
Il-KESE jaqbel bis-sħiħ mal-Kummissjoni dwar ir-rwol kritiku li qed jaqdu l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali waqt il-pandemija u r-rilevanza tagħhom fil-bini ta’ Ewropa reżiljenti li timxi ’l quddiem. F’dan is-sens, il-KESE jistenna bil-ħerqa l-Pjan ta’ Azzjoni għall-Promozzjoni tal-Ekonomija Soċjali li ġej, u jappella lill-Kummissjoni biex tkun ambizzjuża u kuraġġuża fil-proposti tagħha. |
|
2.7. |
Madankollu, filwaqt li l-aspirazzjoni lejn governanza antiċipatorja bl-istrumenti offruti mill-prospettiva strateġika hija tajba u tinkludi ħafna mill-elementi t-tajba, jiġifieri l-parteċipazzjoni, l-interdixxiplinarjetà, u t-tfassil tagħha bħala proċess kontinwu, din issir ħafna inqas eċċellenti u saħansitra dgħajfa fir-rigward ta’ kemm dan l-approċċ konness jew allinjat se jitħaddem u jiġi implimentat b’mod speċifiku. Bħalissa, ir-rapport fih għadd ta’ stqarrijiet ta’ intenzjoni dwar l-inklużjoni ta’ metodi ta’ prospettiva fil-proċess tat-teħid ta’ deċiżjonijiet politiċi. Sabiex jiġi żgurat lill-partijiet kkonċernati li l-punti ta’ għarfien li jittieħdu mill-proċess ta’ prospettiva tabilħaqq jiġu implimentati u użati b’mod effettiv, il-KESE jemmen li l-proċess ta’ prospettiva għandu joffri mekkaniżmu ta’ kontroll li jippermetti, fost l-oħrajn, evalwazzjonijiet ex post mis-soċjetà ċivili. Dan se jgħin biex tinbena l-fiduċja, kemm fil-proċess kif ukoll fl-intenzjonijiet u jillimita r-riskji minn theddid moħbi. |
|
2.8. |
Din il-ħtieġa għal mekkaniżmi ta’ kontroll u verifika hija wkoll reali fir-rigward tal-kontroll tal-kwalità, jiġifieri jekk l-approċċ magħżul huwiex adegwat biex jintlaħqu l-għanijiet iddikjarati. Dan il-mekkaniżmu ta’ kontroll jeħtieġ li jkun jista’ jinftiehem, jipprovdi kriterji li permezz tagħhom jitkejjel jekk l-istandards bl-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku u ta’ kwalità għolja ta’ tbassir humiex qed jiġu rrispettati. |
|
2.9. |
Fir-rigward tal-kontenut fis-suġġetti magħżula, ikun mixtieq li ssir separazzjoni ċara bejn l-analiżi tas-sitwazzjoni attwali u l-projezzjoni mistennija jew ippreferuta fil-futur. B’dan il-mod, il-kwistjonijiet diversi u kumplessi ħafna jistgħu jsiru aktar trasparenti u komprensibbli. L-għarfien miksub dwar l-iżviluppi futuri jista’ mbagħad jiġi integrat fil-proċessi tat-tfassil tal-politika b’mod immirat, speċjalment fir-rigward tal-inċertezzi u r-riskji eżistenti li huma dejjem inerenti fl-analiżijiet attwali tal-futur. |
|
2.10. |
Qabel ma l-proċess potenzjalment jissarraf f’domandi konkreti jew saħansitra proposti leġiżlattivi, il-Kumitat iħeġġeġ li ssir valutazzjoni bilanċjata, permezz ta’ approċċ kwalitattiv b’diversi kriterji, li jinkorpora rispettivament il-benefiċċji mistennija, il-piżijiet addizzjonali potenzjali għan-negozji, il-ħaddiema u l-partijiet ikkonċernati involuti, u l-effetti fuqhom, filwaqt li jiġu kkunsidrati b’mod realistiku l-livelli ta’ kapaċità rispettivi tagħhom (4). |
|
2.11. |
L-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea biex tibda twettaq il-prospettiva strateġika bħala proċess annwali, ċikliku u kontinwu huwa milqugħ b’ħafna sodisfazzjon mill-KESE. Madankollu, l-UE mhijiex l-ewwel attur f’dan il-qasam u għalhekk għandha titgħallem mill-eżempji eżistenti u mill-prattiki tajbin u ħżiena. Din ma għandhiex tiffoka biss fuq metodu wieħed, jiġifieri l-analiżi tal-prospettivi, iżda għandha tuża bosta mill-metodoloġiji eżistenti, bħall-“metodu Delphi”, analiżi tal-impatt tax-xejriet, prospettiva normattiva jew esploratorja, kif ukoll prospettiva kwalitattiva kif ukoll kwantitattiva jew l-approċċ tal-“Wild Card”, b’mod individwali jew flimkien. Il-kapaċitajiet tal-Big Data u l-Intelliġenza Artifiċjali għandhom jintużaw ukoll b’mod aktar prominenti fl-identifikazzjoni ta’ xejriet u fl-iżvilupp ta’ xenarji. |
|
2.12. |
Madankollu, l-approċċ li bħalissa huwa spjegat għat-twettiq ta’ prospettiva strateġika mill-Kummissjoni huwa wisq “minn fuq għal isfel”. Ma joħloqx is-sens meħtieġ ta’ sensibilità u sjieda fost l-atturi kkonċernati. Dan irid jiġi rimedjat, eż. billi l-imsieħba soċjali u atturi oħra fil-proċess jiġu inklużi strutturalment, fil-livell Ewropew kif ukoll dak nazzjonali, pereżempju permezz tal-bini fuq il-proċess tas-Semestru Ewropew. Il-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, l-oqsma ta’ applikazzjoni diversi u dawk intertematiċi, u l-involviment kontinwu ma’ kwistjonijiet rilevanti tal-futur huma kriterji ewlenin biex jiġi stabbilit b’suċċess programm effettiv ta’ prospettiva strateġika. |
|
2.13. |
Programmi ta’ prospettiva se jirnexxu biss jekk jinkludu rabtiet ċari bejn it-temi ta’ prospettiva u l-aġenda politika tal-lum sabiex dawk li jipprovdu l-kontribut jaraw li dan qed jintuża u li tabilħaqq qed jagħmel differenza. Fuq din il-bażi, tista’ tiġi żviluppata viżjoni konġunta tar-riskji u l-isfidi, filwaqt li jsir evidenti x’għandu jsir u jkun jista’ jiġi organizzat it-trasferiment meħtieġ tal-kompetenzi u r-responsabbiltajiet. Immappjar konġunt tar-riskji minn dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-politika fl-UE, b’ċirkwiti ta’ feedback u aġġustamenti hekk kif jiżviluppaw l-avvenimenti, se jagħti tifsira lill-proċess u jħalli impatt fuqu. Għalhekk nitolbu lill-Kummissjoni tiżgura t-trasparenza, il-komprensibbiltà u l-verifikabbiltà tar-riżultati tal-prospettiva. |
|
2.14. |
Bħalissa, mhux l-Istati Membri kollha jagħmlu użu mill-prospettiva biex jiżviluppaw il-politiki nazzjonali tagħhom. Għalhekk huwa essenzjali li l-Kummissjoni Ewropea tiżgura li tagħmel l-aħjar użu mir-riżorsi għad-dispożizzjoni tagħha. Għalhekk, il-KESE jista’ jipprovdi kontribut u informazzjoni importanti għall-proċess ta’ prospettiva bbażat fuq l-għarfien tal-membri tiegħu, li jirrappreżentaw varjetà wiesgħa ta’ fehmiet u vuċijiet mill-Istati Membri kollha. Permezz tal-Opinjonijiet tiegħu, il-KESE huwa kapaċi jidentifika u javża dwar riskji sistemiċi. Il-membri tiegħu huma wkoll f’pożizzjoni tajba biex jikkomunikaw dwar l-attivitajiet ta’ prospettiva fil-komunitajiet tagħhom u biex jgħinu fil-komunikazzjoni tar-riżultati liċ-ċittadini. B’riżultat ta’ dan, il-KESE jista’ wkoll jagħti kontribut sinifikanti lill-aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar. |
|
2.15. |
Aħna nitolbu lill-Kummissjoni tiżviluppa l-proposti u l-għarfien tagħha stess u tippermetti lill-partijiet ikkonċernati jsiru utenti tal-approċċ tal-prospettiva u biex dan isir element obbligatorju fil-formulazzjoni tal-politiki għal Ewropa reżiljenti. |
|
2.16. |
Fil-kuntest istituzzjonali tal-UE, is-Sistema Ewropea ta’ Analiżi tal-Istrateġiji u l-Politiki (ESPAS) saret punt ta’ referenza u element kostitwenti għall-kooperazzjoni fil-qasam tal-prospettiva. Il-KESE diġà għandu status ta’ osservatur fl-ESPAS, li hija prattika li għandha titkompla, u li għandha tiġi kkomplementata billi jiġi żgurat l-involviment attiv ta’ rappreżentant(i) ta’ livell għoli tal-KESE fil-konferenza annwali tal-ESPAS. |
|
2.17. |
Sabiex il-membri tal-KESE jkunu jistgħu jikkontribwixxu b’mod aktar sinifikanti għall-attivitajiet ta’ prospettiva tal-Kummissjoni Ewropea, nappellaw għall-forniment ta’ informazzjoni f’waqtha dwar il-proċess ta’ prospettiva, l-iskeda u l-pjan ta’ ħidma speċifiku tiegħu, kif ukoll l-involviment tal-membri tal-KESE f’dawn. |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU C 353, 18.10.2019, p. 23 kif ukoll is-seduta pubblika tal-KESE dwar Lejn ekonomija Ewropea aktar reżiljenti u sostenibbli b’viżjoni għat-tlestija tal-UEM, 12/04/2019.
(2) Ir-Riżoluzzjoni tal-KESE L-Involviment tas-Soċjetà Ċivili Organizzata fil-Pjani Nazzjonali għall-Irkupru u r-Reżiljenza – X’jaħdem u x’ma jaħdimx? (ĠU C 155, 30.4.2021, p. 1).
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/72 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Strateġija dwar il-Pagamenti bl-Imnut għall-UE”
[COM(2020) 592 final]
(2021/C 220/10)
|
Relatur: |
Antonio GARCÍA DEL RIEGO |
|
Korelatur: |
Kęstutis KUPŠYS |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 11.11.2020 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adottata fis-sezzjoni |
2.3.2021 |
|
Opinjoni adottata fil-plenarja |
24.3.2021 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
268/2/8 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-pagamenti huma fuq quddiem nett fid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji, u l-metodi ta’ pagament bla xkiel huma kruċjali għall-intraprendituri u n-negozjanti biex ikunu jistgħu jibdew u jkabbru b’suċċess in-negozji tagħhom. Il-COVID-19 aċċellerat it-tendenza lejn pagamenti mhux bi flus kontanti u dawk tal-kummerċ elettroniku u żiedet il-ħtieġa li l-bejjiegħa bl-imnut jadottaw għodod omni-channel biex jaċċettaw pagamenti offline, online u dawk ibbażati fuq apparat mobbli. L-adozzjoni ta’ dawn l-għodod, li tirrikjedi investiment fis-sistemi tal-IT u l-hardware, qed tpoġġi piż addizzjonali b’mod partikolari fuq il-bejjiegħa bl-imnut żgħar u ta’ daqs medju. |
|
1.2. |
Il-KESE jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni dwar l-importanza strateġika tal-pagamenti u li hemm bżonn ta’ aktar ħidma biex it-tranżazzjonijiet tal-pagamenti fis-suq uniku jkunu jistgħu jsiru permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ pagamenti pan-Ewropej u domestiċi ġodda. Il-KESE jappoġġja l-fehma li l-Kummissjoni għandha taġixxi bħala katalist politiku, filwaqt li huwa s-settur privat li għandu jfassal is-soluzzjonijiet innovattivi għall-pagamenti diġitali. |
|
1.3. |
Il-KESE jenfasizza li l-flus kontanti jibqgħu l-mezz preferut ta’ pagament tal-konsumaturi għat-tranżazzjonijiet bl-imnut fil-punt tal-bejgħ u minn persuna għal oħra tagħhom. Il-flus kontanti huma ta’ importanza kruċjali għall-inklużjoni soċjali, u għall-aċċess għas-servizzi bażiċi. |
|
1.4. |
Il-KESE jappoġġja l-fehma li euro diġitali għandu jkun komplementari għall-obbligazzjonijiet eżistenti tal-bank ċentrali, li m’għandux ifittex li jeskludi lis-settur privat, li s-settur privat għandu jkollu rwol fid-distribuzzjoni ta’ soluzzjonijiet relatati mal-euro diġitali u li d-drittijiet u l-obbligi tal-utenti għandhom jiġu definiti b’mod ċar. Il-privatezza tat-tranżazzjonijiet bħala dritt importanti tal-utent għandha titqies flimkien ma’ karatteristiċi oħra, simili għal dawk tal-flus kontanti. |
|
1.5. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex: |
|
1.5.1. |
Tipprijoritizza l-azzjonijiet u l-isforzi, minħabba l-għadd kbir ta’ azzjonijiet ewlenin identifikati fl-istrateġija. |
|
1.5.2. |
Tnaqqas l-inċertezzi attwali fir-rigward ta’ mudell ta’ negozju sostenibbli għall-pagamenti istantanji. |
|
1.5.3. |
Tikkunsidra bħala prematura kwalunkwe azzjoni leġiżlattiva dwar il-qasam tal-istrumenti ta’ pagament. Il-KESE jippreferi jħalli lill-atturi tas-suq jiżviluppaw prodotti adatti għall-klijenti, u jikkunsidra azzjoni leġiżlattiva jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni adegwata. |
|
1.5.4. |
Tiżgura l-infurzar sħiħ tar-Regolament dwar is-SEPA mill-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mill-pagaturi u l-prendituri mal-Artikolu 9 (l-hekk imsejħa diskriminazzjoni tal-IBAN), billi l-konsumaturi tal-UE għandhom ikunu jistgħu jużaw kont ta’ pagament uniku għat-trasferimenti tal-euro u jagħmlu t-trasferimenti bankarji transfruntiera tal-euro fi ħdan is-SEPA bl-istess mod faċli bħalma jagħmlu f’pajjiżhom. |
|
1.5.5. |
Tiffoka l-isforzi tagħha fuq l-interoperabbiltà fost is-soluzzjonijiet eżistenti u emerġenti tal-identità elettronika; tħoss li s-settur privat, flimkien mal-awtoritajiet, għandu jkun f’pożizzjoni aħjar biex joħloq soluzzjonijiet tal-identità elettronika, li għandhom jintużaw parzjalment biex titwettaq Awtentikazzjoni Qawwija tal-Konsumatur (SCA) għal tranżazzjonijiet ta’ pagament. Hija meħtieġa identità elettronika pubblika aċċettata b’mod universali, ibbażata fuq l-għażla tal-konsumaturi, il-kunsens tagħhom u l-garanzija li l-privatezza tagħhom tiġi rrispettata bis-sħiħ. |
|
1.5.6. |
Tarmonizza l-aċċettazzjoni tal-flus kontanti fil-livell tal-UE, peress li bħalissa din tvarja b’mod sinifikanti minn pajjiż għall-ieħor. |
|
1.5.7. |
Testendi l-kondiviżjoni tad-data bejn setturi differenti b’dispożizzjonijiet li jkopru l-fornituri tas-servizzi finanzjarji kollha f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) (1) biex jiġu sfruttati aktar benefiċċji għall-konsumaturi Ewropej, peress li dan jista’ jippromovi settur finanzjarju innovattiv u kompetittiv. |
|
1.5.8. |
Tipproponi leġiżlazzjoni li tfittex li tiżgura d-dritt ta’ aċċess taħt kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji għal teknoloġiji tal-infrastruttura meqjusa neċessarji biex jiġi appoġġjat il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament. |
|
1.6. |
Il-KESE jemmen li l-atturi rilevanti tas-suq għandhom ikunu soġġetti għal leġiżlazzjoni, superviżjoni u sorveljanza xierqa, filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost dawk li joffru l-istess servizzi u attivitajiet. |
|
1.7. |
Il-KESE jifhem il-ħtieġa li tiġi żgurata ekosistema ta’ pagament miftuħa u aċċessibbli u li tiġi vvalutata l-inklużjoni tal-istituzzjonijiet ta’ pagament u ta’ flus elettroniċi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva dwar il-Finalità tas-Saldu (DFS). |
|
1.8. |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-azzjonijiet proposti li għandhom l-għan li jiżguraw impenn biex titnaqqas l-ispiża medja globali tar-rimessi għal anqas minn 3 % sal-2030 u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżvolġi rwol attiv fil-monitoraġġ u l-iżgurar ta’ appoġġ għall-azzjonijiet rilevanti definiti fil-Pjan Direzzjonali tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja għat-Tisħiħ tal-Pagamenti Transfruntiera. |
2. L-istrateġija tal-Kummissjoni
|
2.1. |
Fil-Komunikazzjoni tagħha minn Diċembru 2018, il-Kummissjoni appoġġjat “sistema ta’ pagament istantanju integrata mija fil-mija fl-UE, biex jitnaqqsu r-riskji u l-vulnerabilitajiet fis-sistemi ta’ pagamenti fil-livell tal-konsumatur u biex tiżdied l-awtonomija ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament eżistenti” (2). |
|
2.2. |
L-innovazzjoni diġitali qed isawwar mill-ġdid b’mod radikali l-forniment tas-servizzi finanzjarji. Bid-diġitalizzazzjoni u t-tibdil fil-preferenzi tal-konsumaturi, it-tranżazzjonijiet mhux bi flus kontanti qed jiżdiedu b’rata mgħaġġla (3). Il-pandemija tal-COVID-19 kompliet issaħħaħ il-qlib lejn pagamenti diġitali u kkonfermat l-importanza vitali ta’ pagamenti sikuri, aċċessibbli u konvenjenti (inklużi dawk mingħajr kuntatt) għal tranżazzjonijiet mill-bogħod u wiċċ imb’wiċċ. |
|
2.3. |
Kien hemm titjib sostanzjali f’dawn l-aħħar snin, l-aktar permezz tal-iżvilupp taż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) u għall-armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-pagamenti bl-imnut. Madankollu, is-suq tal-pagamenti tal-UE għadu, sa ċertu punt, frammentat tul il-fruntieri nazzjonali, peress li ħafna mis-soluzzjonijiet ta’ pagamenti domestiċi bbażati fuq il-kards jew il-pagamenti istantanji ma jaħdmux bejn il-fruntieri. Id-dinamiżmu tax-xenarju tal-pagamenti Ewropej juri li madankollu hemm riskju ta’ inkonsistenzi, li jirrikjedi qafas ċar ta’ “governanza” biex isostni l-istrateġija tal-pagamenti bl-imnut tal-UE. |
|
2.4. |
L-objettiv tal-Kummissjoni huwa dak ta’ suq tal-pagamenti kompetittiv ħafna, li minnu jibbenefikaw l-Istati Membri kollha, tkun liema tkun il-munita li jużaw, fejn il-parteċipanti kollha fis-suq ikunu jistgħu jikkompetu b’mod ġust u ugwali biex joffru soluzzjonijiet ta’ pagament innovattivi li jikkonformaw bis-sħiħ mal-impenji internazzjonali tal-UE. |
|
2.5. |
Minħabba li l-pagamenti huma fuq quddiem nett tal-innovazzjoni diġitali fil-finanzi, l-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija se tikkontribwixxi għall-viżjoni usa’ tal-Kummissjoni għall-finanzi diġitali u għall-objettivi tagħha tat-tneħħija tal-frammentazzjoni tas-suq, il-promozzjoni tal-innovazzjoni mmotivata mis-suq fil-finanzi, u l-indirizzar ta’ sfidi u riskji ġodda assoċjati mal-finanzi diġitali filwaqt li tiġi żgurata n-newtralità teknoloġika. |
|
2.6. |
Għalhekk, din l-istrateġija tressqet flimkien mal-istrateġija għall-finanzi diġitali għall-UE (4) u ż-żewġ proposti leġiżlattivi dwar qafas ġdid tal-UE għat-tisħiħ tar-reżiljenza operazzjonali diġitali (5) u dwar il-kriptoassi (6). Hija wkoll komplementari għall-istrateġija aġġornata dwar il-pagamenti bl-imnut imressqa mill-BĊE/Eurosistema f’Novembru 2019 (7). |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Is-servizzi finanzjarji diġitali huma dejjem aktar importanti għall-konsumaturi u n-negozji Ewropej. Il-pandemija tal-COVID-19 żiedet aktar l-importanza tad-diġitalizzazzjoni fis-soċjetajiet, inkluż fis-servizzi finanzjarji. Il-pagamenti huma fuq quddiem nett fid-diġitalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji, u l-metodi ta’ pagament bla xkiel huma kruċjali għall-intraprendituri u n-negozjanti biex ikunu jistgħu jibdew u jkabbru b’suċċess in-negozji tagħhom. Il-COVID-19 aċċellerat it-tendenza lejn pagamenti mhux bi flus kontanti u dawk tal-kummerċ elettroniku u żiedet il-ħtieġa li l-bejjiegħa bl-imnut jadottaw għodod omni-channel biex jaċċettaw pagamenti offline, online u dawk ibbażati fuq apparat mobbli. Din l-adozzjoni tirrikjedi investiment fis-sistemi tal-IT u l-hardware, li huwa piż addizzjonali b’mod partikolari fuq il-bejjiegħa bl-imnut żgħar u ta’ daqs medju. |
|
3.2. |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-appoġġ tal-Kummissjoni biex timmodernizza u tissimplifika l-faċilitajiet tal-aċċettazzjoni tal-pagamenti tan-negozjanti tal-UE permezz ta’ għażliet ta’ finanzjament u taħriġ. Huwa importanti li jiġi ssottolinjat ir-rwol ewlieni li għandhom l-SMEs fl-ekonomija Ewropea. Dan huwa settur kritiku minħabba li madwar 90 % tan-negozji Ewropej huma SMEs, u jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-impjiegi. In-negozji żgħar u ta’ daqs medju jistgħu jikkontribwixxu għal irkupru ekonomiku qawwi. |
|
3.3. |
Il-KESE jaqbel mal-fehma tal-Kummissjoni dwar l-importanza strateġika tal-pagamenti u li nuqqas persistenti ta’ soluzzjonijiet ta’ pagamenti diġitali pan-Ewropej li jistgħu jintużaw fl-Ewropa kollha joħloq ir-riskju ta’ frammentazzjoni ulterjuri tas-suq, filwaqt li l-atturi globali jaqbdu s-suq intra-Ewropew kollu tal-pagamenti transfruntiera. Għalhekk, anke jekk il-konsumaturi u n-negozji Ewropej diġà għandhom aċċess għal soluzzjonijiet ta’ pagament u strumenti ta’ pagament effiċjenti, kompetittivi u innovattivi, hemm bżonn ta’ aktar ħidma sabiex it-tranżazzjonijiet ta’ pagament fis-suq uniku jkunu jistgħu jsiru permezz ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament domestiċi u pan-Ewropej ġodda. Il-KESE jappoġġja l-fehma li l-Kummissjoni għandha taġixxi bħala katalist politiku, filwaqt li huwa s-settur privat li għandu jfassal is-soluzzjonijiet innovattivi għall-pagamenti diġitali. |
|
3.4. |
Il-KESE jemmen bis-sħiħ li s-soluzzjonijiet ta’ pagament istantanju huma ta’ importanza kbira. Madankollu, huwa jistieden lill-Kummissjoni tipprijoritizza b’mod ċar l-azzjonijiet u l-isforzi, minħabba l-għadd kbir ta’ azzjonijiet ewlenin identifikati fl-istrateġija. Xi wħud mill-azzjonijiet ewlenin u l-objettivi ġenerali tal-Istrateġija dwar il-Pagamenti bl-Imnut, b’mod partikolari l-objettiv ta’ soluzzjonijiet ta’ pagament domestiċi u pan-Ewropej, se jirrikjedu sforzi konsiderevoli min-naħa tal-industrija sabiex jimmaterjalizzaw ruħhom. Il-KESE jqis li kwalunkwe rekwiżit addizzjonali u proġett regolatorju għandhom jiġu vvalutati bir-reqqa. |
|
3.5. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lil-livelli ta’ frodi fil-pagamenti istantanji u tieħu azzjoni adegwata jekk ikun meħtieġ. |
|
3.6. |
Il-KESE jinsisti fuq il-ħtieġa urġenti li jittejbu l-ħiliet diġitali u l-litteriżmu permezz tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Dan għandu jsir parzjalment billi wieħed jibni fuq il-Qafas ta’ Kompetenza Diġitali u billi l-Istati Membri jiġu mħeġġa jtejbu l-edukazzjoni tul il-ħajja għall-ħiliet li l-aktar se jkunu meħtieġa, fil-livelli kollha tal-edukazzjoni. L-għan huwa li jiġi żgurat li l-individwi jsiru atturi midħla sew tad-data, b’għarfien akbar dwar id-data tagħhom u l-kontroll tagħha, l-applikazzjonijiet tal-big data u l-governanza tad-data, u li dawn jifhmu l-ambjent diġitali tagħhom u r-riskji tiegħu (eż. il-personalizzazzjoni). |
|
3.7. |
Il-KESE jixtieq jevita li l-konsumaturi jiġu “skonnettjati” u jsiru suxxettibbli għall-esklużjoni finanzjarja minħabba nuqqas ta’ ħiliet jew għodod diġitali, li huwa riskju ċar fost l-għadd dejjem jikber ta’ anzjani fl-Ewropa. |
4. Kummenti speċifiċi
Pilastru 1: Soluzzjonijiet ta’ pagament dejjem aktar diġitali u istantanju bi skala pan-Ewropea
|
4.1. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi biex is-suq tal-pagamenti Ewropew jiġi mgħammar b’diversi soluzzjonijiet ta’ pagament domestiċi u pan-Ewropej. Dawn għandhom iġibu valur miżjud lill-konsumaturi u lin-negozji bħala utenti finali, għandhom jippermettu lill-atturi tas-suq Ewropew jikkompetu aħjar ma’ atturi tas-suq li bħalissa huma dominanti u atturi emerġenti u possibbilment dominanti fis-swieq, bħal BigTechs, u jsaħħu r-rwol internazzjonali tal-euro. Minħabba s-sitwazzjoni attwali tas-suq u l-pożizzjoni stabbilita sew tal-operaturi eżistenti fis-suq tal-kards, il-ħolqien ta’ tali soluzzjonijiet ta’ pagament pan-Ewropej ikun impenn kbir għall-industrija Ewropea tal-pagamenti. |
|
4.2. |
Il-KESE jappoġġja l-idea li tiġi analizzata l-possibbiltà li jintużaw id-debiti diretti fl-Ewropa kollha għal pagamenti fil-ħwienet. Il-mudell elettroniku tad-debitu dirett (ELV), li jintuża b’mod wiesa’ fil-Ġermanja, jista’ jiġi estiż. Dan jesponi l-iskemi tal-kards dominanti fis-suq għal kompetizzjoni abbażi ta’ debitu dirett (Debitu Dirett tas-SEPA). |
|
4.3. |
Sabiex ikun possibbli l-iżvilupp ta’ soluzzjonijiet ta’ pagamenti pan-Ewropej ibbażati fuq pagamenti istantanji, huwa essenzjali li l-atturi tas-suq ikollhom ċarezza rigward il-mudell ta’ negozju. Mingħajr dan, ma jistax ikun mistenni li jittieħdu deċiżjonijiet dwar l-investiment. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tnaqqas l-inċertezzi attwali fir-rigward ta’ mudell ta’ negozju sostenibbli għall-pagamenti istantanji. |
|
4.4. |
F’termini tal-għadd ta’ Fornituri ta’ Servizzi ta’ Pagament (PSPs) li joffru pagamenti istantanji denominati f’euro u msieħba fl-iskema tat-Trasferiment ta’ Kreditu Istantanju fis-SEPA (SCT Inst), diġà hemm kopertura tajba tal-PSPs b’mod partikolari fiż-żona tal-euro. Madankollu, għadu mhux biżżejjed li tinkiseb kopertura sħiħa tal-pagamenti istantanji. Is-suq qed iħabrek biex iżid il-livelli ta’ konformità tal-PSPs u biex ikollu kopertura u provvista usa’ ta’ trasferimenti ta’ kreditu istantanju denominat f’euro. Il-KESE jappoġġja l-miżuri li jfittxu li jindirizzaw, fost l-oħrajn, l-aderenza, l-interoperabbiltà u kwistjonijiet oħra li jirriżultaw mill-użu mifrux tal-SCT Inst, inklużi kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-konsumatur. |
|
4.5. |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li s-soluzzjonijiet għall-utenti finali għandhom ikunu interoperabbli u aċċessibbli, iżidu l-valur u jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ firxa wiesgħa ta’ utenti u jkollhom karatteristiċi ekwivalenti għal strumenti ta’ pagament korrispondenti oħra. Il-KESE jqis li huwa prematur li titqies azzjoni leġiżlattiva f’dan il-qasam u li huwa preferibbli li l-atturi tas-suq immexxijin mill-kompetizzjoni tas-suq eżistenti jitħallew jiżviluppaw prodotti adatti għall-konsumaturi u jikkunsidraw azzjoni leġiżlattiva jekk ma tinstab l-ebda soluzzjoni adatta. |
|
4.6. |
Il-KESE jaqbel bis-sħiħ mal-Kummissjoni dwar il-ħtieġa li jiġi żgurat l-infurzar sħiħ tar-Regolament dwar is-SEPA mill-Istati Membri, b’mod partikolari fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità mill-pagaturi u l-prendituri mal-Artikolu 9 (l-hekk imsejħa diskriminazzjoni tal-IBAN). Kif stabbilit fl-Artikolu 9, il-konsumaturi tal-UE għandhom ikunu jistgħu jużaw kont ta’ pagament uniku għat-trasferimenti tal-euro u jagħmlu t-trasferimenti bankarji transfruntiera tal-euro fi ħdan is-SEPA faċli daqs f’pajjiżhom. Madankollu, ħafna operaturi, illum il-ġurnata, għadhom jirrifjutaw talbiet transfruntiera ta’ debitu dirett minn klijenti b’IBANs mhux domestiċi jew anke trasferimenti ta’ kreditu SEPA lil IBANs mhux domestiċi. Dan huwa ostaklu ewlieni għas-Suq Uniku u jillimita l-kapaċità tal-klijenti li jaċċessaw servizzi transfruntiera. L-Istati Membri għandhom jintalbu jieħdu pożizzjoni aktar stretta biex jinfurzaw dan ir-regolament li ilu fis-seħħ mill-2014. |
|
4.7. |
Is-soluzzjonijiet tal-identità elettronika (e-ID) huma parti essenzjali mis-servizzi diġitali, inklużi s-servizzi finanzjarji. L-eIDAS kienet l-ewwel pass biex jiġu permessi r-rikonoxximent u l-użu transfruntier ta’ skemi tal-identità elettronika rikonoxxuti fil-livell nazzjonali. Madankollu, huwa ċar li l-qafas eIDAS attwali mhuwiex biżżejjed u ma jistax jikseb l-eżiti meħtieġa. Hija meħtieġa identità elettronika aċċettata b’mod universali, ibbażata fuq l-għażla tal-konsumaturi, il-kunsens tagħhom u l-garanzija li l-privatezza tagħhom tiġi rrispettata bis-sħiħ. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiffoka l-isforzi tagħha fuq l-interoperabbiltà fost is-soluzzjonijiet eżistenti u emerġenti u temmen li s-settur privat, flimkien mal-awtoritajiet bħal fil-pajjiżi Nordiċi, għandhom ikunu f’pożizzjoni aħjar biex joħolqu soluzzjonijiet tal-identità elettronika, li għandhom jintużaw parzjalment biex titwettaq Awtentikazzjoni Qawwija tal-Konsumatur (SCA) għal tranżazzjonijiet ta’ pagament. |
|
4.8. |
L-aċċettazzjoni mifruxa tal-pagamenti diġitali hija parti essenzjali minn suq tal-pagamenti modern. Il-KESE jappoġġja l-miżuri li jivvalutaw il-livell ta’ aċċettazzjoni tal-mezzi ta’ pagament diġitali min-negozjanti, u jsibu modi kif iżidu u jiffaċilitaw din l-aċċettazzjoni, speċjalment minn SMEs u negozjanti iżgħar. Għas-soċjetà inġenerali, huwa kruċjali li jiġi ppreservat l-aċċess għall-flus kontanti u li tiġi żgurata l-aċċettazzjoni tagħhom. Madankollu, l-istess jgħodd għal mezzi diġitali ta’ pagament billi l-konsumaturi għandhom jingħataw l-għażla. |
|
4.9. |
Il-KESE jenfasizza li l-flus kontanti jibqgħu l-aktar strument ta’ pagament preferut mill-konsumaturi għall-pagamenti bl-imnut tagħhom fil-punt tal-bejgħ u minn persuna għal oħra, kif muri mill-istudju “SPACE” tal-Bank Ċentrali Ewropew li ġie ppubblikat dan l-aħħar (8). Il-karatteristiċi tal-flus kontanti jvarjaw ħafna minn dawk tal-pagamenti diġitali. Il-flus kontanti huma l-uniku strument ta’ pagament li jipproteġi l-privatezza. Il-flus kontanti huma flus pubbliċi li għalihom huwa responsabbli l-bank ċentrali. Jekk l-apparat elettriku u elettroniku kollu jfalli (“coronavirus diġitali”), ikunu l-unika soluzzjoni li jifdal f’termini ta’ mezzi ta’ pagament fl-ekonomija. Barra minn hekk, il-flus kontanti huma ta’ importanza kruċjali għall-inklużjoni soċjali, u għall-aċċess għal ċerti servizzi bażiċi. Il-Kummissjoni u l-BĊE għandhom janalizzaw mill-qrib ħafna l-kwistjonijiet tal-aċċess u l-aċċettazzjoni tal-flus kontanti, billi jieħdu miżuri adegwati jekk ikun meħtieġ. |
|
4.10. |
Waħda mill-konsegwenzi tal-kriżi tal-COVID-19 kienet li ħafna bejjiegħa bl-imnut iddeċidew (temporanjament) li ma jaċċettawx flus kontanti. Kif indikat mill-Kummissjoni, il-flus kontanti huma valuta legali żgurata mit-Trattati. L-evoluzzjoni fl-użu tal-flus kontanti għandha tkun immotivata mid-domanda. Ir-regoli dwar l-aċċettazzjoni tal-flus kontanti huma differenti minn pajjiż għall-ieħor. Hemm il-ħtieġa ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-UE. |
|
4.11. |
Minħabba l-iżviluppi kontinwi, wieħed jifhem li l-BĊE qed jistudja l-ħruġ possibbli ta’ euro diġitali u li l-Kummissjoni qed tappoġġja dawn l-isforzi. L-impatt ta’ euro diġitali jista’ potenzjalment ikun mingħajr preċedent, u għandu jiġi vvalutat b’attenzjoni kbira. Il-KESE jappoġġja l-prinċipji mressqa mill-BĊE, b’mod partikolari li euro diġitali għandu jkun komplementari għall-obbligazzjonijiet eżistenti tal-bank ċentrali, li m’għandux ifittex li jeskludi lis-settur privat, li s-settur privat għandu jkollu rwol fid-distribuzzjoni ta’ soluzzjonijiet relatati mal-euro diġitali u li d-drittijiet u l-obbligi tal-utenti għandhom jiġu definiti b’mod ċar. Il-privatezza ta’ tranżazzjoni bħala dritt importanti tal-utent għandha titqies flimkien ma’ karatteristiċi oħra, simili għal dawk tal-flus kontanti. L-istess approċċ għandu jkun validu għal kwalunkwe inizjattiva tas-CBDC (Munita Diġitali tal-Bank Ċentrali) fl-Istati Membri tal-UE, barra miż-żona tal-euro. |
Pilastru 2: Swieq tal-pagamenti bl-imnut innovattivi u kompetittivi
|
4.12. |
L-implimentazzjoni tat-tieni Direttiva dwar is-Servizzi ta’ Ħlas (PSD2) (9) kienet impenn ewlieni għall-industrija tas-servizzi ta’ pagament u għadha parzjalment għaddejja. Il-PSD2 introduċiet żewġ bidliet ewlenin: l-introduzzjoni ta’ Awtentikazzjoni Qawwija tal-Konsumatur (SCA) u aċċess ta’ Fornitur Terz (TPP) għal kontijiet ta’ pagament. F’xi każijiet b’mod partikolari fir-rigward tal-SCA għat-tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku, l-iskadenza tal-implimentazzjoni kienet l-aħħar tal-2020. Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina fid-dettall l-impatt tal-PSD2 qabel ma tipproponi rieżami. |
|
4.13. |
Il-KESE jappoġġja l-passi biex jinbena qafas ta’ “finanzjament miftuħ” għall-Ewropa. Il-finanzjament miftuħ għandu l-potenzjal li jisfrutta aktar benefiċċji għall-konsumaturi Ewropej peress li jista’ jippromovi settur finanzjarju innovattiv u kompetittiv. Il-KESE jemmen li qafas finanzjarju wiesa’ u miftuħ ma jistax jinbena abbażi tal-istess prinċipji bħall-PSD2, peress li din id-Direttiva tittratta biss il-kontijiet tal-pagament u l-fornituri ta’ servizzi ta’ pagament u tipprevedi kondiviżjoni unilaterali tad-data minn parti mis-suq. Hemm bżonn ta’ test speċifiku li jkopri l-fornituri tas-servizzi finanzjarji kollha f’konformità mal-prinċipji tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) (10) u li jesplora l-potenzjal li tiġi estiża l-kondiviżjoni tad-data bejn setturi differenti. Il-Komunikazzjoni dwar l-istrateġija għall-finanzi diġitali (11) tindika li l-Kummissjoni se tagħmel din il-proposta sa nofs l-2022. |
|
4.14. |
Il-pagamenti mingħajr kuntatt saru dejjem aktar komuni u huma importanti fil-kuntest attwali tal-pandemija tal-COVID-19. Fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi, l-ammont(i) massimu/massimi għal pagamenti mingħajr kuntatt żdied(u) matul l-ewwel stadji tal-pandemija, f’ħafna każijiet sal-massimu permess mill-PSD2 (EUR 50 għal kull tranżazzjoni u EUR 150 kumulattivi), bħala reazzjoni għal talbiet b’mod partikolari mill-komunitajiet tan-negozjanti. Kwalunkwe bidla f’dawn l-ammonti massimi legali bħala parti minn rieżami tal-PSD2 għandha tiġi vvalutata bir-reqqa biex jiġi bbilanċjat l-użu faċli ma’ kunsiderazzjonijiet ta’ sigurtà u obbligazzjonijiet. |
|
4.15. |
Il-KESE jaqbel mal-Kummissjoni li bħala parti mir-rieżami tal-PSD2, ir-riskji li jirriżultaw mis-servizzi li bħalissa mhumiex regolati għandhom jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Dawn il-fornituri, anċillari għall-provvista ta’ servizzi ta’ pagamenti jew ta’ flus elettroniċi regolati, jibqgħu barra mill-perimetru regolat filwaqt li huma atturi ewlenin tas-suq. Il-KESE jifhem li kull meta dawn ikunu rilevanti ħafna għad-dinamika tas-suq u jitqiesu mill-klijenti li jipprovdu servizz ta’ pagament, għandhom jiġu rregolati u ssorveljati wkoll bħala fornituri tas-servizzi ta’ pagament. Huwa importanti li l-atturi tas-suq rilevanti kollha għandhom ikunu soġġetti għal leġiżlazzjoni, superviżjoni u sorveljanza adegwata, filwaqt li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fost dawk li joffru l-istess servizzi u attivitajiet. |
Pilastru 3: Sistemi ta’ pagament bl-imnut effiċjenti u interoperabbli u infrastrutturi oħra ta’ appoġġ
|
4.16. |
Il-KESE jifhem il-ħtieġa li tiġi żgurata ekosistema ta’ pagament miftuħa u aċċessibbli u li matul ir-rieżami tad-Direttiva dwar il-Finalità tas-Saldu (DFS) jiġi vvalutat (12) jekk ikunx ta’ benefiċċju li l-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jiġi estiż biex jinkludi istituzzjonijiet ta’ pagament u istituzzjonijiet ta’ flus elettroniċi sabiex ikunu jistgħu jaċċessaw direttament sistemi u infrastrutturi ta’ pagament bħal TARGET2 u Saldu b’Pagament Instantanju TARGET (TIPS). Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiġu salvagwardjati s-sigurtà u l-integrità tas-sistemi ta’ pagament ewlenin. Dan se jkun saħansitra aktar importanti jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva jiġi estiż matul ir-rieżami tal-PSD2 għal atturi tas-suq li bħalissa mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni, bħal fornituri tekniċi. Għal darb’oħra, dan jenfasizza l-ħtieġa li jiġi garantit li l-partijiet kollha jkollhom aċċess taħt l-istess kundizzjonijiet fuq bażi ta’ kundizzjonijiet ekwi. |
|
4.17. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ l-objettiv tal-Kummissjoni li tipproponi leġiżlazzjoni li tfittex li tiżgura d-dritt ta’ aċċess taħt kundizzjonijiet ġusti, raġonevoli u mhux diskriminatorji għal teknoloġiji tal-infrastruttura meqjusa neċessarji biex jiġi appoġġjat il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament. Attwalment xi teknoloġiji importanti li jappoġġjaw il-forniment ta’ servizzi ta’ pagament, bħall-antenna tal-Komunikazzjoni fil-Kamp Qrib (NFC) fuq xi apparat mobbli, għandhom aċċess ristrett, li għandu l-effett li jillimita l-kompetizzjoni fil-qasam tal-pagamenti mobbli mingħajr kuntatt, u b’hekk il-banek ikollhom iħallsu tariffa lil parti terza talli sempliċiment tippermetti lill-konsumatur juża teknoloġija (bħall-NFC) għall-pagamenti tagħhom ta’ kuljum. Dawk it-tariffi mħallsa mill-banek jistgħu f’xi każijiet jiġu sussegwentement mgħoddija lill-konsumatur. Filwaqt li din il-kwistjoni diġà ġiet indirizzata f’xi Stati Membri, huwa importanti li din tiġi diskussa fil-livell Ewropew sabiex iċ-ċittadini kollha tal-UE jkunu jistgħu jibbenefikaw minn kompetizzjoni akbar f’dan il-qasam, jiġu permessi kundizzjonijiet ekwi għall-PSPs, u tiżdied l-adozzjoni mifruxa ta’ pagamenti mobbli mingħajr kuntatt. Il-leġiżlazzjoni għandha tiżgura li l-parteċipanti kollha jkollhom l-istess drittijiet u obbligi u jkunu soġġetti għall-istess rekwiżiti ta’ liċenzjar u rekwiżiti regolatorji oħra. |
Pilastru 4: Pagamenti internazzjonali effiċjenti, inklużi r-rimessi
|
4.18. |
Il-KESE jaqbel mal-importanza li jittejbu l-pagamenti transfruntiera globali u l-azzjonijiet identifikati mill-Kummissjoni, bħall-promozzjoni tal-adozzjoni ta’ standards internazzjonali globali għall-pagamenti, bħall-programm SWIFT gpi (Inizjattiva Globali ta’ Pagament) u ISO20022, li jtejjeb il-pagamenti transfruntiera fin-network bankarju korrispondenti. |
|
4.19. |
Ir-rimessi jibqgħu l-aktar tip ta’ pagamenti għali. Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-azzjonijiet proposti li għandhom l-għan li jiżguraw impenn biex titnaqqas l-ispiża medja globali tar-rimessi għal anqas minn 3 % sal-2030 u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżvolġi rwol attiv fil-monitoraġġ u l-iżgurar ta’ appoġġ għall-azzjonijiet rilevanti definiti fil-Pjan Direzzjonali tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja għat-Tisħiħ tal-Pagamenti Transfruntiera. It-tariffi jistgħu jagħmlu ħsara sproporzjonata lil dawk li huma finanzjarjament żvantaġġati. Il-kompetizzjoni u l-avvanzi teknoloġiċi diġà għenu biex jitjieb l-aċċess għal mezzi ta’ rimessi transfruntiera aktar rapidi u li jiswew inqas, iżda għad fadal ħafna xi jsir. Għal operaturi ta’ rimessi li jaħdmu lejn/minn pajjiżi fil-viċinat tal-UE, aċċess aħjar għall-infrastruttura tal-pagamenti bbażata fl-UE jista’ jipprovdi bażi għat-tnaqqis tal-ispejjeż. |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(2) COM(2018) 796 final.
(3) Skont il-BĊE, fl-2018, il-pagamenti mhux bi flus kontanti laħqu l-91 biljun tranżazzjoni fiż-żona tal-euro u l-112-il biljun fl-UE, meta mqabbla ma’ madwar 103 biljun fl-2017.
(4) COM/2020/591 final.
(5) COM(2020) 595 final.
(6) COM/2020/593 final.
(7) https://www.ecb.europa.eu/press/key/date/2019/html/ecb.sp191126~5230672c11.en.html
(8) Studju dwar l-attitudnijiet tal-ħlas tal-konsumaturi fiż-żona tal-euro (SPACE), Diċembru 2020.
(9) ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35
(10) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.
(11) COM(2020) 591 final.
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/79 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni”
[COM(2020) 628 final]
(2021/C 220/11)
|
Relatur: |
Paul RÜBIG |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 11.11.2020 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum |
|
Adottata fis-sezzjoni |
2.3.2021 |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2021 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
254/0/4 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jilqa’ l-viżjoni l-ġdida għall-aġenda taż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER), u t-tiġdid tal-istess aġenda. Iż-ŻER il-ġdida mhijiex sempliċement “verżjoni ġdida tal-istess ħaġa”, iżda hija “Patt Ġdid” ġenwin għar-Riċerka, it-Teknoloġija u l-Innovazzjoni (RTI) tal-UE. |
|
1.2. |
Il-KESE jilqa’ b’sodisfazzjon l-enfasi fuq proċess rapidu li permezz tiegħu r-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni jissarfu f’negozju sostenibbli, kif deskritt fid-dokument. Is-salvagwardjar ta’ proċess ta’ tranżizzjoni ġusta huwa wieħed mill-aktar elementi importanti biex jiġi żgurat li r-riċerka u l-innovazzjoni jappoġġjaw l-ekonomija u l-impjieg fl-UE. |
|
1.3. |
Il-KESE jirrakkomanda bil-qawwa governanza ġdida fil-qasam tar-riċerka sabiex jitneħħew l-ostakli amministrattivi u regolatorji għall-innovazzjoni. |
|
1.4. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li d-dokument taż-ŻER il-ġdida huwa b’mod ġenerali konformi mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, u jappoġġjahom. Minbarra li jrawwem tranżizzjoni lejn ekonomija Ewropea aktar reżiljenti, irkupru inklużiv li jiżgura li l-ebda Ewropew ma jitħalla jibqa’ lura huwa essenzjali fil-proċess ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija Ewropea sostenibbli (1). |
|
1.5. |
Il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-taħlit intelliġenti tal-istrumenti tar-riċerka u l-iżvilupp fil-livelli kollha (livell reġjonali, nazzjonali, tal-UE) huwa importanti. Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni għandhom jiġu promossi billi jsir użu mill-fondi strutturali kbar tal-UE wkoll, kif ukoll permezz ta’ miżuri diretti u indiretti (eż. inċentivi fiskali) għar-riċerka u l-iżvilupp. |
|
1.6. |
Il-KESE jħoss li s-setturi u t-teknoloġiji ewlenin li ġejjin huma kruċjali għall-prosperità tal-UE:
|
|
1.7. |
Il-KESE jinnota li r-riċerka fix-xjenzi soċjali u umanistiċi hija importanti ħafna wkoll għat-tiġdid kumpless tal-aġenda taż-ŻER. |
|
1.8. |
Il-KESE jixtieq jenfasizza l-fatt li r-riċerka tal-UE għadha lura fil-prestazzjoni rigward il-privattivi. L-Asja żiedet is-sehem tagħha tal-applikazzjonijiet globali għal privattivi. Fl-2019, l-Asja ppreżentat 65 % tal-applikazzjonijiet globali għal privattivi. Is-sehem tal-Ewropa tal-privattivi naqas u issa huwa biss 11,3 % tal-applikazzjonijiet globali għal privattivi. |
|
1.9. |
Bosta studji wrew li l-UE għadha lura meta mqabbla mal-Istati Uniti u l-Asja fil-kultura intraprenditorjali. Il-kultura intraprenditorjali jeħtieġ li tiġi indirizzata fl-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni għolja. Il-kultura intraprenditorjali għandha għalhekk tkun rilevanti matul il-proċess kollu, mill-innovazzjoni fir-riċerka bażika u r-riċerka applikata sal-kummerċjalizzazzjoni ta’ teknoloġija ġdida. |
|
1.10. |
Il-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni (EIC) u l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT), flimkien mal-Komunità ta’ Konoxxenza u Innovazzjoni (KKI) rispettivi tagħhom, huma meqjusa bħala msieħba u għodod siewja f’din l-“aċċellerazzjoni tal-applikazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni” u fir-ridirezzjonar tal-fokus tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE fuq il-ġenerazzjoni ta’ innovazzjonijiet rivoluzzjonarji li jindirizzaw il-ħtiġijiet konkreti taċ-ċittadini u n-negozji, b’mod partikolari fir-rigward ta’ sfidi soċjali ewlenin. L-aċċelleratur tal-EIC joffri fondi sostanzjali tal-UE għal negozji ġodda innovattivi Ewropej b’potenzjal għoli ta’ tkabbir, filwaqt li l-EIT min-natura tiegħu jsegwi l-eċċellenza fir-riċerka għall-innovazzjonijiet ta’ spinta fit-teknoloġija (technology-push) fil-KKI tiegħu; għalhekk kemm l-EIC kif ukoll l-EIT huma msieħba importanti fir-rigward tal-aċċellerazzjoni tal-applikazzjoni fil-prattika tar-riċerka u l-innovazzjoni. |
|
1.11. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiġi inkorporat il-prinċipju tal-integrità xjentifika u etika, sabiex jiġi evitat it-telf f’termini ta’ saħħa tal-bniedem, flus u falliment xjentifiku. |
|
1.12. |
L-Ewropa tinsab lura b’mod partikolari meta mqabbla mal-Istati Uniti u l-Asja fir-rigward tar-rapidità tat-trasferiment tar-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp fi prodotti u servizzi innovattivi. Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fil-politika tagħha dwar ir-RTI, timmira lejn l-“eċċellenza” kif ukoll il- “veloċità” fl-istess ħin. |
|
1.13. |
Il-KESE jissuġġerixxi li, fl-istrateġija l-ġdida tagħha tar-riċerka u l-iżvilupp, il-Kummissjoni Ewropea għandha timmira għal portafolli b’bilanċ tajjeb ta’:
|
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li viżjoni ġdida għall-aġenda taż-ŻER, u t-tiġdid tal-istess aġenda huma elementi ewlenin fid-dokument. Id-dokument għalhekk juri li ż-ŻER il-ġdida mhijiex sempliċement “verżjoni ġdida tal-istess ħaġa”, iżda hija “Patt Ġdid” ġenwin għar-RTI tal-UE. Aspett ewlieni tal-“Patt Ġdid” huwa l-objettiv li jiżdied b’mod massiv l-impatt tal-innovazzjoni fuq l-ekonomija u s-soċjetà. B’dan il-“Patt Ġdid”, l-UE-27 timpenja ruħha b’mod definittiv li twaqqaf il-proċess kontinwu li fih iċ-Ċina u l-Korea t’Isfel dejjem ikunu fuq quddiem fir-riċerka bażika kif ukoll fir-riċerka applikata, l-applikazzjonijiet għal privattivi, u l-prodotti u s-servizzi tat-teknoloġija avvanzata. Il-“Patt Ġdid” għandu l-għan li jeduka u jħarreġ aħjar liċ-ċittadini Ewropej f’kull tip ta’ riċerka u żvilupp, innovazzjoni u intraprenditorija, u b’hekk tiġi sfruttata bis-sħiħ il-kapaċità ta’ innovazzjoni tas-soċjetà Ewropea. |
|
2.2. |
Il-KESE jilqa’ l-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea li żżid l-impatt tal-innovazzjoni fuq l-ekonomija u s-soċjetà. Il-KESE jenfasizza li s-soċjetà ċivili organizzata hija xprun għall-innovazzjoni soċjali. Il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili hija meħtieġa issa aktar minn qatt qabel – u l-innovazzjoni soċjali ġenwina sseħħ biss meta s-soċjetà ċivili organizzata tkun involuta (2). |
|
2.3. |
L-Asja, speċjalment iċ-Ċina u l-Korea, tejbet ħafna l-prestazzjoni tagħha fir-RTI f’dawn l-aħħar 20 sena. Iċ-Ċina mhux biss żiedet is-sehem tagħha tal-infiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp minn 0,55 % (fl-1995) għal 2,2 % (fl-2018), iżda wkoll qabżet l-UE fil-baġit totali li nefqet fuq ir-riċerka u l-iżvilupp; hija nefqet USD 496 biljun fl-2017, filwaqt li l-UE nefqet USD 430 biljun. Skont it-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Investiment tar-Riċerka u l-Iżvilupp Industrijali tal-UE tal-2020, mill-2018 sal-2019, il-kumpaniji tal-UE żiedu r-riċerka u l-iżvilupp b’5,6 %, il-kumpaniji tal-Istati Uniti b’10,8 % u l-kumpaniji Ċiniżi b’21,0 %. |
|
2.4. |
Ir-rapporti tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tax-Xjenza, it-Teknoloġija u l-Industrija tal-OECD juru, fost affarijiet oħra, li l-UE qed taqa’ lura b’mod speċjali fin-negozji tas-servizzi diġitali u dawk li huma magħrufa bħala innovazzjonijiet rivoluzzjonarji li jagħtu spinta lit-teknoloġija. Il-KESE jirrakkomanda perkors Ewropew għad-diġitalizzazzjoni li jaħtaf l-opportunitajiet għall-ekonomija filwaqt li jissalvagwardja l-valuri soċjetali u d-drittijiet fundamentali Fokus iċċentrat fuq il-bniedem fl-inizjattivi kollha tal-Kummissjoni huwa milqugħ ħafna bil-ħsieb li jiġi żviluppat approċċ Ewropew għall-progress (3). |
|
2.5. |
Il-promozzjoni tal-iżvilupp ta’ innovazzjonijiet rivoluzzjonarji (4) filwaqt li jiġi salvagwardjat proċess ta’ tranżizzjoni ġusta hija waħda mill-isfidi ewlenin fil-futur qrib. |
|
2.6. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ li ssir enfasi diretta fuq it-“tranżizzjonijiet tewmin”, jiġifieri t-Tranżizzjoni Diġitali u l-Patt Ekoloġiku. |
|
2.7. |
Il-KESE jilqa’ l-isforzi biex jiġi żgurat li r-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni jiġu tradotti malajr f’negozju sostenibbli. Is-salvagwardja ta’ proċess ta’ tranżizzjoni ġusta, jiġifieri lejn Ewropa aktar ekoloġika/favur il-klima, futur diġitali ġust, b’rispett għad-drittijiet u l-pożizzjonijiet tal-ħaddiema, kif deskritt fid-dokument, hija waħda mill-aktar elementi importanti biex jiġi żgurat li r-riċerka u l-innovazzjoni jappoġġjaw l-ekonomija u l-impjieg fl-UE. |
|
2.8. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li d-dokument taż-ŻER il-ġdida huwa b’mod ġenerali konformi mal-SDGs u jappoġġjahom. Minbarra li jrawwem tranżizzjoni lejn ekonomija Ewropea aktar reżiljenti, irkupru inklużiv li jiżgura li l-ebda Ewropew ma jitħalla jibqa’ lura huwa essenzjali fil-proċess ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija Ewropea sostenibbli (5). |
|
2.9. |
Il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li t-taħlit intelliġenti tal-istrumenti tar-riċerka u l-iżvilupp fil-livelli kollha (livell reġjonali, nazzjonali, tal-UE) huwa importanti wkoll. Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni għandhom jiġu promossi billi jsir użu mill-fondi strutturali kbar tal-UE wkoll, kif ukoll permezz ta’ miżuri diretti u indiretti (eż. inċentivi fiskali) għar-riċerka u l-iżvilupp. |
3. Iż-Żona Ewropea tar-Riċerka f’kuntest ġdid
|
3.1. |
Kif ġie indikat fil-kummenti ġenerali tagħna, il-KESE mgħandux dubju li, jekk l-istrateġija tal-UE għar-RTI tibqa’ tkun “verżjoni ġdida tal-istess ħaġa”, l-UE se tkompli taqa’ lura fil-kompetizzjoni globali fir-RTI, speċjalment kontra ċ-Ċina, il-Korea u l-Istati Uniti tal-Amerka. |
|
3.2. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiġi inkorporat il-prinċipju tal-integrità xjentifika u etika, sabiex jiġi evitat it-telf f’termini ta’ saħħa tal-bniedem, flus u falliment xjentifiku. |
|
3.3. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tfassal aġenda tar-RTI bħala “Patt Ġdid” għall-UE. |
|
3.4. |
L-infrastrutturi avvanzati tar-riċerka u l-innovazzjoni ġestiti b’mod effiċjenti huma kwistjoni ewlenija importanti biex tiġi aċċellerata l-applikazzjoni fil-prattika tar-riċerka u l-innovazzjoni. |
|
3.5. |
Il-KESE huwa tal-fehma li l-ġestjoni ta’ kuljum ta’ dawn l-infrastrutturi tar-riċerka u l-innovazzjoni tista’ tiġi professjonalizzata. L-użu ta’ wħud minn dawn l-infrastrutturi għaljin tar-riċerka u l-innovazzjoni huwa relattivament baxx: xi wħud għandhom użu ta’ anqas minn 25 % tas-sigħat tax-xogħol annwali. |
|
3.6. |
Il-KESE jilqa’ l-inizjattivi tal-KE dwar ix-Xjenza Miftuħa (EOSC). |
|
3.7. |
Il-KESE jaqbel li t-teknoloġiji msemmija fid-dokument huma teknoloġiji ewlenin strateġiċi u importanti ħafna għall-UE, u jipproponi li jiżdiedu t-teknoloġiji u s-setturi ewlenin li ġejjin:
|
|
3.8. |
Il-mudelli kummerċjali diġitali bħalissa huma n-negozji li qed jikbru l-aktar malajr fid-dinja u se jkomplu jagħmlu dan fis-snin li ġejjin. Wieħed irid iħares biss lejn il-kummerċ elettroniku (eż. Amazon) l-Industrija 4.0, l-ibbankjar elettroniku, il-logħob elettroniku, in-networks soċjali diġitali (eż. Facebook), is-sigurtà elettronika eċċ. |
|
3.9. |
Il-KESE jinnota li r-riċerka fix-xjenzi soċjali u umanistiċi hija importanti ħafna wkoll għat-tiġdid kumpless tal-aġenda taż-ŻER. |
|
3.10. |
Il-KESE jinnota li r-riċerka tal-UE għadha lura fil-prestazzjoni rigward il-privattivi. L-Asja żiedet is-sehem tagħha tal-applikazzjonijiet globali għal privattivi. Fl-2019, l-Asja ppreżentat 65 % tal-applikazzjonijiet globali għal privattivi. Is-sehem tal-Ewropa tal-privattivi naqas u issa huwa biss 11,3 % tal-applikazzjonijiet globali għal privattivi. |
|
3.11. |
Suġġetti importanti oħra tar-riċerka u l-innovazzjoni jinkludu (iżda mhumiex biss) il-manifattura ta’ prodotti (li dejjem kienet u għadha b’saħħitha fl-UE), l-IT, is-software u l-IA, u t-teknoloġija medja. |
|
3.12. |
Il-biċċa l-kbira tal-impjiegi fi ħdan l-UE għadhom fit-teknoloġija medja (li, bl-istess mod, dejjem kienet b’saħħitha fl-UE). It-teknoloġija avvanzata hija naturalment importanti, iżda hemm ħafna potenzjal ta’ tkabbir u potenzjal ta’ impjiegi fit-teknoloġija medja wkoll. |
|
3.13. |
Il-kriżi tal-coronavirus hija sfida serja għall-umanità u għandhom jittieħdu l-miżuri kollha possibbli biex jiġu żviluppati vaċċini u trattamenti għall-COVID-19. Din il-kriżi kixfet diversi kwistjonijiet li jeħtieġ li jiġu indirizzati biex jiġu evitati pandemiji simili fil-futur, mhux l-inqas fir-rigward tar-relazzjoni tagħna mad-dinja naturali u l-annimali. Ir-riċerka u l-innovazzjoni Ewropej għandhom jaqdu rwol importanti fl-identifikazzjoni, ir-riċerka u s-soluzzjoni ta’ dawn il-kwistjonijiet. Min-naħa l-oħra, il-kriżi ma għandhiex tkun l-unika linja gwida għall-istrateġija fit-tul tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni. |
|
3.14. |
Bosta studji wrew li l-UE għadha lura meta mqabbla mal-Istati Uniti u l-Asja fil-kultura intraprenditorjali. Il-kultura intraprenditorjali jeħtieġ li tiġi indirizzata fl-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni għolja. Il-kultura intraprenditorjali għandha għalhekk tkun rilevanti matul il-proċess kollu, mill-innovazzjoni fir-riċerka bażika u r-riċerka applikata sal-kummerċjalizzazzjoni ta’ teknoloġija ġdida. Il-kultura intraprenditorjali għandha tkun kompetenza ewlenija fir-RTI tal-UE kollha u għalhekk, naturalment, fiż-ŻER il-ġdida wkoll. |
4. Il-viżjoni: Żona Ewropea tar-Riċerka aktar b’saħħitha għall-futur
|
4.1. |
Il-Komunikazzjoni tiddedika għadd ta’ paragrafi dwar il-pjani direzzjonali komuni ġodda tat-teknoloġija, dwar Strateġija Industrijali Ġdida u dwar teknoloġiji futuri ewlenin għall-Kummissjoni. Għal darb’oħra, il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li dawn is-suġġetti kollha għandhom jitqiesu b’rabta mill-qrib mal-SDGs. Fi kliem ieħor, ir-riċerka u l-iżvilupp jeħtieġ li jingħataw spinta b’mod partikolari fi ħdan iż-ŻER il-ġdida u l-pjani direzzjonali komuni għat-teknoloġija, fejn jista’ jiġi appoġġjat kwalunkwe wieħed mis-17-il qasam tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. Il-KESE huwa konvint li djalogu soċjali u ċiviku kostruttiv fil-livelli kollha se jikkontribwixxi għal implimentazzjoni b’suċċess tal-istrateġija. |
|
4.2. |
Il-KESE japprezza t-tisħiħ tal-kooperazzjoni tar-RTI fi ħdan l-UE. Kwalunkwe Stat Membru tal-UE waħdu huwa sempliċement żgħir wisq biex jikkompeti man-nazzjonijiet kbar tar-riċerka bħall-Istati Uniti jew iċ-Ċina. L-Istati Membri individwali m’għandhomx “ekonomiji ta’ skala”, li huma importanti ħafna speċjalment għal innovazzjonijiet kbar rivoluzzjonarji. Il-kisbiet tal-Ewropa fix-xjenza u t-teknoloġija kienu sinifikanti u l-isforzi fir-riċerka u l-iżvilupp jiffurmaw parti integrali mill-ekonomija Ewropea. L-Ewropa kienet l-art ta’ wħud mill-aktar riċerkaturi prominenti f’diversi dixxiplini xjentifiċi, b’mod partikolari l-fiżika, il-matematika, il-kimika u l-inġinerija. Ir-riċerka xjentifika fl-Ewropa hija appoġġjata mill-industrija, mill-universitajiet Ewropej u minn diversi istituzzjonijiet xjentifiċi. L-output mir-riċerka xjentifika Ewropea huwa fost l-aqwa fid-dinja b’mod konsistenti. Filwaqt li l-kooperazzjoni hija element ewlieni fl-innovazzjoni effiċjenti biex jiġu ġġenerati prodotti u servizzi ġodda, il-kompetizzjoni hija l-forza ewlenija fl-ekonomija globali. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda portafoll b’bilanċ tajjeb ta’ kooperazzjoni kif ukoll kompetizzjoni bejn l-Istati Membri fil-“Patt Ġdid” tal-UE għar-RTI. |
|
4.3. |
L-EIC u l-EIT, flimkien mal-KKI rispettivi tagħhom, huma meqjusa bħala msieħba u għodod siewja f’din l-“aċċellerazzjoni tal-applikazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni” u fir-ridirezzjonar tal-fokus tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-UE lejn il-ġenerazzjoni ta’ innovazzjonijiet rivoluzzjonarji li jindirizzaw il-ħtiġijiet konkreti taċ-ċittadini u n-negozji, b’mod partikolari fir-rigward ta’ sfidi soċjali ewlenin. |
5. L-applikazzjoni tar-riżultati tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-ekonomija
|
5.1. |
Il-Komunikazzjoni tgħid li “L-UE għadha lura meta mqabbla mal-kompetituri globali ewlenin tagħha fl-intensità tar-riċerka u l-iżvilupp fin-negozju, b’mod partikolari fis-setturi tat-teknoloġija avvanzata, u f’żieda ta’ SMEs innovattivi b’effetti negattivi fuq il-produttività u l-kompetittività. (…). Il-ftuħ tal-investiment fl-innovazzjoni fin-negozju, fis-servizzi kif ukoll fis-settur pubbliku huwa kruċjali biex din it-tendenza titreġġa’ lura, kif ukoll biex tissaħħaħ is-sovranità industrijali u teknoloġika tal-Ewropa. Jeħtieġ li l-UE tagħmel użu sħiħ mir-riżultati eċċellenti tagħha tar-riċerka u l-innovazzjoni biex tappoġġa t-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tal-ekonomija tal-UE”. Il-KESE jaqbel ma’ din il-pożizzjoni, iżda jixtieq jenfasizza li t-tranżizzjoni diġitali b’mod partikolari teħtieġ approċċ responsabbli f’dak li jirrigwarda r-RTI. Il-KESE jtenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-istrateġija tal-UE li tfittex intelliġenza artifiċjali (IA) affidabbli u ċċentrata fuq il-bniedem, u jtenni t-talba tiegħu għal approċċ ta’ “human-in-command” għall-IA, kif mitlub mill-ewwel Opinjoni tiegħu dwar l-IA fl-2017 (6). |
|
5.2. |
L-Ewropa tinsab lura b’mod partikolari meta mqabbla mal-Istati Uniti u l-Asja fir-rigward tar-rapidità tat-trasferiment tar-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp fi prodotti u servizzi innovattivi. Għalhekk, il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex, fil-politika tagħha dwar ir-RTI, timmira lejn l-“eċċellenza” kif ukoll il- “veloċità” fl-istess ħin. |
|
5.3. |
Il-KESE ċertament jirrikonoxxi li l-Komunikazzjoni tagħraf li l-applikazzjoni tar-riċerka u l-innovazzjoni fi prodotti vijabbli, u li l-katina tal-innovazzjoni jirrikjedu attenzjoni. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-azzjonijiet u l-miżuri proposti fid-dokument għadhom jiffukaw fuq in-naħa tal-input tal-katina tal-innovazzjoni (edukazzjoni għolja, karrieri fir-riċerka għal persuni b’talent, aktar flus għar-riċerka pubblika u bażika, eċċ.). |
|
5.4. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni timmira għal ekwilibriju b’bilanċ tajjeb bejn l-iffukar fuq in-naħa tal-input tal-katina tal-innovazzjoni u l-iffukar fuq in-naħa tal-output. |
|
5.5. |
Il-KESE jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli tħeġġeġ l-innovazzjonijiet tad-domanda fis-suq billi, pereżempju:
|
6. Industriji tas-servizzi
|
6.1. |
Il-proċessi tal-produzzjoni industrijali jistgħu jkunu awtomatizzati ħafna, b’tali mod li jkunu jistgħu jipproduċu lottijiet ta’ daqsijiet kbar ħafna b’sehem żgħir ta’ kostijiet lavorattivi u kostijiet tal-produzzjoni globalment kompetittivi, anke bil-pagi fis-siegħa għoljin tal-Ewropa. Rigward l-industriji tas-servizzi, din is-sitwazzjoni hija aktar ikkumplikata. Il-mudelli tan-negozju tas-servizzi diġitali, ukoll, jistgħu jkunu awtomatizzati ħafna. Madankollu, is-servizzi lill-individwi, bħall-qtugħ tax-xagħar, il-massaġġi eċċ., ma jistgħux jiġu awtomatizzati. Għal dawn ir-raġunijiet kollha, l-UE jkun jaqblilha timmira biex, fl-istrateġija l-ġdida tagħha tar-riċerka u l-innovazzjoni, ikollha portafoll b’bilanċ tajjeb ta’ industriji ta’ produzzjoni ta’ teknoloġija avvanzata u industriji tas-servizzi. |
7. L-approfondiment tal-Qafas għall-Karrieri fir-Riċerka
|
7.1. |
Il-KESE jilqa’ l-miżuri proposti fil-Komunikazzjoni biex jittejbu l-eċċellenza teknoloġika u xjentifika u l-mobbiltà tar-riċerkaturi żgħażagħ, iżda jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex iżżid il-miżuri fir-rigward tat-tisħiħ tal-intraprenditorija tar-riċerkaturi u l-innovaturi żgħażagħ ukoll. Dan ikun jinkludi prospetti ta’ karriera aħjar għar-riċerkaturi kif ukoll salarji ogħla, speċjalment għar-riċerkaturi fil-bidu tal-karriera tagħhom. Barra minn hekk, il-konnessjoni bejn l-universitajiet u l-entitajiet ekonomiċi biex tiġi żgurata t-trasformazzjoni tal-innovazzjoni fi prodotti kummerċjabbli tidher li tagħti l-frott. Il-KESE jipproponi li jiġi stabbilit reġistru uniku tar-riċerkaturi u l-innovaturi tal-UE b’data bażika tar-riċerka professjonali sabiex ir-riċerkaturi u l-innovaturi tal-UE jiġu konnessi aktar mill-qrib. |
|
7.2. |
Kompetenzi ewlenin u kulturi innovattivi ewlenin, teknoloġiji ġodda ta’ apprendiment u għoti ta’ tagħlim, taħriġ personalizzat. |
|
7.2.1. |
Għal darb’oħra, il-KESE jixtieq jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li mhumiex biss it-teknoloġiji strateġiċi ewlenin li huma importanti ħafna, iżda li l-kompetenzi ewlenin tal-impjegati u l-kulturi innovattivi fi ħdan l-intrapriżi kollha tal-UE huma importanti ħafna wkoll jekk l-UE trid tirnexxi. |
|
7.2.2. |
L-element li ġej huwa partikolarment importanti għall-aġenda taż-ŻER il-ġdida, għall-aġenda l-ġdida tar-riċerka u l-innovazzjoni u għall-“Patt għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Ewropa” l-ġdid: it-trawwim ta’ kultura innovattiva u kultura ta’ intraprenditorija fi ħdan l-intrapriżi tal-UE, għall-maniġment kif ukoll għall-impjegati kollha, pereżempju billi jiġu offruti korsijiet ta’ taħriġ adatti, eċċ. lill-impjegati. |
8. Involviment taċ-ċittadini
|
8.1. |
Il-KESE jaqbel mad-dikjarazzjoni tal-Komunikazzjoni li “L-involviment taċ-ċittadini, tal-komunitajiet lokali u tas-soċjetà ċivili se jkun fil-qalba taż-ŻER il-ġdida biex jinkiseb impatt akbar fuq is-soċjetà u żieda fil-fiduċja fix-xjenza”. Il-KESE jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea li huwa bbażat fuq l-idea li “l-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-industrija jenħtieġ li jinvolvu liċ-ċittadini fl-għażliet teknoloġiċi”. |
|
8.2. |
L-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili bħal organizzazzjonijiet tal-konsumatur, NGOs eċċ. jenħtieġ li jkunu involuti bħala msieħba attivi fil-proċessi u l-proġetti Ewropej tar-riċerka u l-innovazzjoni, b’mod partikolari meta r-riċerka taffettwa jew ikollha impatt fuq in-nies jew il-kawża li jirrappreżentaw. L-involviment ta’ dawn l-imsieħba fi stadju bikri se jippromovi l-involviment, il-fehim, is-sjieda u l-aċċettazzjoni tal-innovazzjoni, u jappoġġja l-proċessi ta’ tranżizzjoni ġusta li huma meħtieġa, speċjalment għal innovazzjonijiet rivoluzzjonarji. Se jgħin ukoll lir-riċerkaturi jifhmu l-impatt tal-innovazzjonijiet tagħhom fuq is-soċjetà inġenerali u jgħinhom jindirizzaw l-impatti negattivi potenzjali fi stadju bikri tal-proċess. Għal din ir-raġuni, il-KESE appella wkoll għal approċċ multidixxiplinari f’ċerti oqsma ta’ riċerka, fejn hemm impatt fuq diversi oqsma ta’ riċerka. Wieħed minn dawn l-oqsma huwa għal darb’oħra l-IA, għal liema l-KESE qed jitlob l-involviment tax-xjenzi umanistiċi, il-liġi, l-ekonomija, l-etika, il-psikoloġija, eċċ. fir-riċerka u l-innovazzjoni tal-IA, lil hinn mis-sempliċi element tekniku (7). |
|
8.3. |
L-ekonomija tal-UE tiddependi ħafna mill-esportazzjonijiet tal-prodotti u s-servizzi tagħha. |
|
8.4. |
L-għażliet teknoloġiċi għalhekk għandhom ikunu bbażati fuq il-preferenzi taċ-ċittadini tal-UE għall-prodotti u s-servizzi, iżda wkoll fuq dawk tal-bqija mis- 7,8 biljun persuna fid-dinja. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni tippromovi b’mod partikolari r-riċerka u l-innovazzjoni biex jintlaħqu l-SDGs tan-NU. |
|
8.5. |
Kif indikat fil-kummenti ġenerali tagħna, l-importanza tar-RTI jeħtieġ li tiġi kkomunikata aħjar lill-politiċi, lill-midja u lis-soċjetà. |
|
8.6. |
Għalhekk huwa importanti wkoll li jiġu żviluppati mezzi u strateġiji intelliġenti għall-komunikazzjoni dwar l-importanza tar-RTI, kif ukoll dwar ir-riżultati tagħha, fil-kuntest tal-Komunikazzjoni u tal-istrateġija l-ġdida tal-UE għar-RTI. |
9. Governanza taż-ŻER il-ġdida
|
9.1. |
Il-KESE jaqbel li sistema ta’ monitoraġġ trasparenti (it-Tabella ta’ Valutazzjoni taż-ŻER) se tkun essenzjali sabiex tiġi mmonitorjata l-prestazzjoni tal-UE fil-kompetizzjoni globali tar-RTI. Il-KESE jirrakkomanda l-ħtieġa għal governanza ġdida fil-qasam tar-riċerka sabiex jitneħħew l-ostakli amministrattivi u regolatorji għall-innovazzjoni. |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Proposti tal-KESE għar-rikostruzzjoni u l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19: “L-UE jeħtiġilha tkun iggwidata mill-prinċipju li titqies bħala komunità ta’ destin komuni” (ĠU C 311, 18.9.2020, p. 1), punt 5.3.1.
(2) Proposti tal-KESE għar-rikostruzzjoni u l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19: “L-UE jeħtiġilha tkun iggwidata mill-prinċipju li titqies bħala komunità ta’ destin komuni” (ĠU C 311, 18.9.2020, p. 1), punt 6.8.
(3) ĠU C 364, 28.10.2020, p. 101.
(4) Clayton M. Christensen, The Innovator's Dilemma – When New Technologies Cause Great Firms to Fail (Id-dilemma tal-innovatur – Meta teknoloġiji ġodda jikkawżaw il-falliment ta’ kumpaniji kbar), 2016.
(5) Proposti tal-KESE għar-rikostruzzjoni u l-irkupru wara l-kriżi tal-COVID-19: “L-UE jeħtiġilha tkun iggwidata mill-prinċipju li titqies bħala komunità ta’ destin komuni” (ĠU C 311, 18.9.2020, p. 1), punt 5.3.1.
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/86 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-estensjoni tat-terminu tad-drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità għall-ispeċijiet tal-ispraġ, u għall-gruppi tal-ispeċijiet tal-basal tal-fjuri, għall-pjanti għudin bi frott żgħir u għall-pjanti ornamentali għudin”
(COM(2020) 36 final — 2021/0019 (COD))
(2021/C 220/12)
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 11.2.2021 |
|
Bażi legali |
Artikolu 118 u Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent |
|
Adottata fis-sessjoni plenarja |
24.3.2021 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
262/0/14 |
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti u m’hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-559 sessjoni plenarja tiegħu tal-24 u l-25 ta’ Marzu 2021 (seduta tal-24 ta’ Marzu), b’262 vot favur u 14-il astensjoni, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/87 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva (UE) 2017/2397 fir-rigward tal-miżuri ta’ tranżizzjoni għar-rikonoxximent ta’ ċertifikati ta’ pajjiżi terzi”
(COM(2021) 71 final — 2021/0039 (COD))
(2021/C 220/13)
|
Konsultazzjonijiet |
Kunsill tal-Unjoni Ewropea, 26.2.2021 Parlament Ewropew, 8.3.2021 |
|
Bażi legali |
Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2021 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
262/0/14 |
Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa kompletament sodisfaċenti u m'hemm bżonn tal-ebda kumment min-naħa tiegħu, iddeċieda, matul il-559 sessjoni plenarja tiegħu tal-24 u l-25 ta' Marzu 2021 (seduta tal-24 ta' Marzu), b'262 vot favur u 14-il astensjoni, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/88 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — It-titjib tal-proċess tal-adeżjoni Perspettiva kredibbli tal-UE għall-Balkani tal-Punent”
[COM(2020) 57 final]
dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent”
[COM(2020) 641 final]
u dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Komunikazzjoni tal-2020 dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE”
[COM(2020) 660 final]
(2021/C 220/14)
|
Relatur: |
Andrej ZORKO |
|
Korelatur: |
Ionuţ SIBIAN |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 11.11.2020 |
|
Bażi legali |
L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni |
|
Adottata fis-sezzjoni |
3.3.2021 |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2021 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
243/1/10 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jilqa’ l-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni adottati fl-2020 b’rabta mat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea (UE) għall-Balkani tal-Punent (1) u jaqbel li l-integrazzjoni tal-imsieħba tal-Balkani tal-Punent fl-UE tirrappreżenta investiment ġeostrateġiku fil-paċi, l-istabbiltà, is-sigurtà u t-tkabbir ekonomiku tal-kontinent kollu. |
|
1.2. |
Il-KESE jaqbel mal-konklużjonijiet tas-Summit ta’ Zagreb (2), li fih il-mexxejja tal-UE affermaw mill-ġdid id-determinazzjoni tal-UE biex issaħħaħ il-kooperazzjoni tagħha mar-reġjun u laqgħu l-impenn tal-imsieħba tal-Balkani tal-Punent biex jimplimentaw ir-riformi meħtieġa b’mod komprensiv u deċiżiv. Il-Balkani tal-Punent huma parti integrali tal-Ewropa u prijorità ġeostrateġika għall-UE. |
|
1.3. |
Il-KESE huwa konvint li, fl-indirizzar tal-isfidi u l-problemi komuni li mhumiex biss politiċi iżda wkoll ekonomiċi u soċjali, l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (3) oħrajn għandu jkollhom rwol akbar fil-proċess tat-tkabbir kollu kemm hu, u jkunu involuti b’mod aktar attiv fih. Il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi b’mod aktar ċar il-kunċett ta’ “partijiet interessati ewlenin”. Wara kollox, is-soċjetà ċivili organizzata hija l-pont bejn il-politika u n-nies, u tgħin biex tissorvelja jekk prinċipji fundamentali bħal-libertà tal-kelma, l-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-midja, it-trattament ugwali u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni humiex fil-fatt implimentati fil-prattika. |
|
1.4. |
Il-KESE jilqa’ l-metodoloġija riveduta tat-tkabbir adottata mill-Kummissjoni fl-2020 (4). Peress li l-għan tar-reviżjoni kien li l-proċess isir aktar kredibbli, prevedibbli u politiku, il-Kummissjoni għandha timplimentaha għall-Albanija u l-Maċedonja ta’ Fuq, malli l-Kunsill tal-UE jadotta l-oqfsa ta’ negozjar tiegħu, u għandha tiċċara malajr kif se jiġi adattat ukoll għall-Montenegro u s-Serbja, li diġà esprimew ir-rieda li jadottawh. |
|
1.5. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li l-kapitoli tan-negozjati se jiġu organizzati fi gruppi tematiċi u li n-negozjati dwar kull grupp se jinfetħu b’mod ġenerali. L-idea li jiġi applikat sett ta’ kundizzjonijiet stretti b’mod tanġibbli se tagħmilha aktar faċli għall-pajjiżi kandidati tal-UE biex jagħmlu progress fit-triq tar-riforma. Il-KESE huwa sodisfatt ukoll b’mod partikolari bl-enfasi li saret fuq l-importanza tar-raggruppament Fundamentali u l-fatt li l-progress hawnhekk se jiddetermina l-pass ġenerali tan-negozjati. |
|
1.6. |
Il-KESE jilqa’ l-proposti tal-Kummissjoni biex jissaħħaħ il-proċess ta’ adeżjoni u d-“dawl aħdar” tal-Kunsill għall-ftuħ tan-negozjati ta’ adeżjoni mal-Albanija u l-Maċedonja ta’ Fuq (5), iżda jesprimi dispjaċir għall-fatt li l-proċess ġie mblukkat għal darb’oħra u jitlob lill-UE taġixxi bħala msieħeb kredibbli u tneħħi l-ostakli li qed jimpedixxu l-bidu tan-negozjati malajr kemm jista’ jkun. |
|
1.7. |
Il-KESE japprezza l-mod li bih il-Kummissjoni qed tagħti importanza kbira lill-bini tal-fiduċja fost il-partijiet interessati kollha u qed tiżgura li, sabiex il-proċess ta’ adeżjoni jerġa’ jikseb il-kredibbiltà fuq iż-żewġ naħat u jrendi l-potenzjal sħiħ tiegħu, ikun bbażat fuq fiduċja reċiproka u impenji ċari u konġunti. |
|
1.8. |
Minħabba d-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri biex jilħqu l-unanimità dwar it-tkabbir, il-KESE jqis li l-Kunsill għandu jirrevedi l-possibbiltà li jintroduċi votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata, għall-inqas għall-istadji intermedjarji kollha tal-proċess ta’ adeżjoni mal-UE (6). Dan jagħti lill-Istati Membri rwol politiku qawwi, kif inhi l-intenzjoni tal-metodoloġija l-ġdida, iżda wkoll jimpedixxi lill-Istati Membri milli jxekklu l-proċess waqt li jkun għaddej, li huwa preċiżament dak li bħalissa qed idgħajjef il-fiduċja fit-tkabbir u l-qawwa trasformattiva tal-politika. |
|
1.9. |
Biex terġa’ tinbena l-fiduċja fit-tkabbir u jissaħħu l-modi li bihom l-UE tilħaq lill-alleati naturali tagħha fir-reġjun, il-KESE huwa konvint li l-UE għandha tippermetti lill-mexxejja politiċi u liċ-ċittadini mill-Balkani tal-Punent jingħaqdu fl-attivitajiet u d-diskussjonijiet li jsiru fil-kuntest tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, fuq bażi konsultattiva. B’hekk, l-UE tibni fuq il-preċedent tal-Konvenzjoni Ewropea tal-bidu tas-snin 2000 (7). |
|
1.10. |
Il-KESE jemmen bis-sħiħ li l-UE għandha tinvesti wkoll fl-iżvilupp ta’ strutturi orizzontali tas-soċjetà ċivili billi tipprovdi lill-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili oħrajn mill-Balkani tal-Punent b’għarfien espert, appoġġ tekniku, u opportunitajiet ta’ networking reġjonali u internazzjonali, mhux l-inqas sabiex jiġi żgurat li jkollhom rwol aktar attiv fil-proċess tat-tkabbir. Sabiex jinżamm kontroll fuq it-trasparenza u l-obbligu ta’ rendikont tal-eliti politiċi tal-Balkani tal-Punent, l-UE għandha tikkummissjona rapporti paralleli regolari dwar l-istat tad-demokrazija mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-reġjun (8). |
|
1.11. |
Il-KESE jenfasizza l-bini tal-kapaċità nazzjonali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-iffaċilitar tal-kooperazzjoni reġjonali, kif ukoll l-iskambju ta’ għarfien espert, għandhom jinżammu fost il-prijoritajiet tal-UE u tal-finanzjament nazzjonali. Barra minn hekk, ir-rikonoxximent reċiproku u l-kollaborazzjoni bejn l-imsieħba soċjali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili oħrajn huma essenzjali biex jiġu llivellati f’termini tal-isfidi mqajma mill-aġenda tar-riforma fir-reġjun u l-progress tal-proċess tat-tkabbir tal-UE. |
|
1.12. |
Il-KESE japprezza l-fatt li sabiex l-imsieħba tal-Balkani tal-Punent jiġu megħjuna jtaffu l-impatt tal-pandemija u jerġgħu jniedu l-konverġenza ekonomika u soċjali mal-UE, l-appoġġ tal-UE għandu jkun ġeneruż u għandu jinkludi ħafna aktar minn sempliċiment aċċess għall-programmi tal-UE. Il-ftuħ gradwali tal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej għall-imsieħba tal-Balkani tal-Punent (pereżempju biex jiġu appoġġjati proġetti ta’ infrastruttura), l-estensjoni tal-użu tal-mekkaniżmi ta’ stabbiltà finanzjarja tal-UE, li jippermettu lir-reġjun jipparteċipa fil-Politika Agrikola Komuni jew li jippermettu l-migrazzjoni ċirkolari, pereżempju, huma ideat li jixirqilhom kunsiderazzjoni serja (9). |
|
1.13. |
Il-KESE jilqa’ l-Patt Ekoloġiku Ewropew (10), li jinkludi objettivi speċifiċi għall-Balkani tal-Punent, kif ukoll il-Guidelines for the Implementation of the Green Agenda for the Western Balkans accompanying the Economic and Investment Plan for the Western Balkans (11) (Linji Gwida għall-Implimentazzjoni tal-Aġenda Ekoloġika għall-Balkani tal-Punent li takkumpanja l-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent). Huwa jistieden lill-imsieħba mir-reġjun biex jaħdmu mal-UE biex jadottaw politiki ekoloġiċi sal-2030 u jiksbu n-newtralità klimatika sal-2050. |
|
1.14. |
Il-KESE jistenna li r-rapporti tal-pajjiżi li jmiss għandhom isegwu struttura ċara għall-monitoraġġ ta’ kif is-soċjetà ċivili tiġi indirizzata mill-gvernijiet tal-Balkani tal-Punent. Dan l-iskrutinju għandu jipprovdi l-bażi għar-rispons b’azzjonijiet politiċi, fejn ir-rigress ikollu konsegwenzi u l-progress iġib benefiċċji konkreti. Fl-aħħar mill-aħħar, dan se jsaħħaħ il-kredibbiltà u l-qawwa trasformattiva tal-politika tat-tkabbir lejn il-Balkani tal-Punent. |
|
1.15. |
Il-KESE għal darb’ oħra jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-gvernijiet tal-Balkani tal-Punent biex jipprevedu t-tisħiħ tal-kapaċitajiet ġenerali tal-imsieħba soċjali, filwaqt li fl-istess ħin jippreżervaw bis-sħiħ l-indipendenza tagħhom. Djalogu soċjali li jiffunzjona għandu jkun element importanti tan-negozjati tal-adeżjoni mal-UE. Il-KESE jenfasizza li l-imsieħba soċjali għandhom jiġu kkonsultati, b’mod aktar sistematiku u f’waqtu, dwar il-proposti leġiżlattivi rilevanti kollha u fl-istadji kollha meta jiġu żviluppati dokumenti strateġiċi (12). |
|
1.16. |
Il-KESE jitlob li jiġu organizzati Konferenzi jew Fora tas-Soċjetà Ċivili ta’ Livell Għoli eżatt qabel is-Summits regolari bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent jew bħala avvenimenti sekondarji waqthom, sabiex is-soċjetà ċivili tkun tista’ ssemma’ leħinha fuq suġġetti indirizzati fis-summits (13). Tali konsultazzjonijiet huma vitali biex jiġi żgurat monitoraġġ oġġettiv u minn isfel għal fuq tal-progress fil-proċess tan-negozjati. Il-KESE jista’ jaqdi rwol f’dawn l-avvenimenti. |
|
1.17. |
Il-KESE jtenni r-rakkomandazzjonijiet stipulati fil-kontribut tas-Sezzjoni għar-Relazzjonijiet Esterni (REX) tal-KESE għas-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent tas-6 ta’ Mejju 2020 (14) kif ukoll fl-Opinjonijiet reċenti tal-KESE dwar Il-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-Aġenda Ekoloġika u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Balkani tal-Punent bħala parti mill-proċess tal-adeżjoni mal-UE, adottati fit-18 ta’ Settembru 2020 (15) (16). |
|
1.18. |
Il-KESE jitlob lill-Presidenza Portugiża attwali tal-Kunsill tal-UE, u b’mod partikolari lill-Presidenza Slovena li jmiss, biex iżżomm il-politika tat-tkabbir lejn il-Balkani tal-Punent fuq quddiem fl-aġenda tal-UE fl-2021. |
2. It-tkabbir tal-EU lejn il-Balkani tal-Punent huwa importanti
|
2.1. |
Perspettiva kredibbli ta’ adeżjoni hija l-inċentiv ewlieni għat-trasformazzjoni fir-reġjun u l-mutur tagħha ironikament diġà enklavi ġeografika fl-UE, hekk kif inhi mdawra minn Stati Membri u b’hekk issaħħaħ is-sigurtà u l-prosperità kollettiva tagħna. Hija għodda ewlenija għall-promozzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet fundamentali, li huma wkoll il-muturi ewlenin tal-integrazzjoni ekonomika u l-ankra essenzjali għat-trawwim tar-rikonċiljazzjoni u l-istabbiltà reġjonali. |
|
2.2. |
Iż-żamma u t-tisħiħ ta’ din il-politika huma għalhekk indispensabbli għall-kredibbiltà, is-suċċess u l-influwenza tal-UE fir-reġjun u lil hinn minnu speċjalment fi żminijiet ta’ kompetizzjoni ġeopolitika qawwija. Li t-tkabbir jingħata pożizzjoni aktar baxxa fil-lista ta’ prijoritajiet tal-UE jew li jonqos ir-ritmu tal-proċess jistgħu jagħmluha aktar faċli għal atturi oħra, li ta’ spiss ma jaqsmux l-ambizzjonijiet demokratiċi tal-UE l-aktar ir-Russja u ċ-Ċina biex jindaħlu fil-Balkani u jintgħoġbu ma’ pajjiżi bħas-Serbja, il-Montenegro u l-Bożnija-Ħerzegovina, kif intwera wkoll matul il-pandemija li għaddejja. Tali qawwiet barranin jistgħu jxekklu l-isforzi tal-UE biex tiggarantixxi s-sigurtà tal-kontinent. |
|
2.3. |
Sfidi tal-lum bħall-globalizzazzjoni, soċjetajiet li qed jixjieħu, il-migrazzjoni, it-tibdil fil-klima, id-disparitajiet soċjali, it-terroriżmu, ir-radikalizzazzjoni, il-kriminalità organizzata, l-attakki ċibernetiċi u l-COVID-19 juru li l-UE u r-reġjun tal-Balkani tal-Punent mhux biss għandhom interessi simili iżda aktar u aktar l-istess problemi wkoll. F’termini strateġiċi, politiċi u ekonomiċi, l-UE u l-Balkani tal-Punent għalhekk jinsabu fl-istess ilma. Din l-interdipendenza titlob azzjoni konġunta biex jinnavigaw id-dinja kumplessa u imprevedibbli tal-lum b’suċċess (17). |
3. L-influwenza tal-UE tiddependi mill-kredibbiltà tagħha
|
3.1. |
Stħarriġ tal-Ipsos li sar fl-2020 (18) juri li l-opinjoni pubblika fir-reġjun għadha fil-parti l-kbira tagħha favur is-sħubija fl-UE (medja ta’ 82,5 %). Huwa probabbli li n-nies fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent għadhom jappoġġjaw l-integrazzjoni tal-UE għaliex iqisuha opportunità għal bidla ferm meħtieġa fil-kwalità tal-governanza u l-prestazzjoni ekonomika tal-pajjiżi tagħhom. In-nies jevalwaw b’mod pożittiv ir-rwol tal-UE fir-riformi politiċi nazzjonali (39,7 %) u ekonomiċi (40,3 %). Barra minn hekk, huwa possibbli li l-pubbliku tal-Balkani tal-Punent jassoċja lill-UE mal-libertà li wieħed jaħdem u jivvjaġġa iżda wkoll mal-paċi u s-sigurtà. |
|
3.2. |
Il-KESE jesprimi sodisfazzjon fir-rigward tas-solidarjetà bla preċedent li l-UE wriet lejn il-Balkani tal-Punent matul il-pandemija tal-COVID-19, inkluż billi tagħti aċċess u tippermetti parteċipazzjoni fl-istrumenti u l-pjattaformi tal-UE li ssoltu huma riżervati biss għall-Istati Membri tal-UE (bħall-Kumitat għas-Sigurtà tas-Saħħa (HSC), l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA), il-Ftehim ta’ Akkwist Konġunt). Huwa jesprimi t-tama li tali inklużjoni fil-politiki u l-istrumenti tal-UE ser tkompli wkoll fil-perjodu ta’ wara l-pandemija. Min-naħa l-oħra, il-KESE jinsab imħasseb li d-dewmien fil-kapaċità tal-UE li tipprovdi lill-Balkani tal-Punent bil-vaċċini tal-COVID-19 meħtieġa b’mod urġenti jista’ jkollu impatt negattiv fuq l-immaġni tal-UE fl-opinjoni pubblika tar-reġjun. |
|
3.3. |
Madankollu, skont l-istess stħarriġ tal-Ipsos (2020), 52,1 % tar-rispondenti madwar ir-reġjun mhumiex sodisfatti bil-progress ta’ pajjiżhom lejn l-adeżjoni mal-UE u, b’mod partikolari, bil-pass kajman tal-proċess. Għadd dejjem akbar ta’ ċittadini fil-Balkani tal-Punent jaħsbu li l-pajjiżi tagħhom qatt m’huma se jissieħbu fl-UE u huma mħassba li “l-UE ma tridniex”. Aktar minn 44,9 % tar-rispondenti fil-Bożnija-Ħerzegovina, 42 % fis-Serbja, 40,5 % fil-Maċedonja ta’ Fuq, u 36,8 % fl-Albanija jistennew li pajjiżhom isir membru tal-UE biss wara l-2040, jew possibbilment qatt (19). Dan jissuġġerixxi li l-livell attwalment għoli ta’ appoġġ popolari għall-UE fir-reġjun probabbilment se jkun sostenibbli biss peress li l-prospett ta’ adeżjoni jagħti prova li huwa kredibbli. Għalhekk, qiegħed jasal lejn tmiemu ż-żmien meta l-UE setgħet tqis bħala fatt sentiment pro-Ewropew mifrux u komuni min-naħa tal-imsieħba tal-Balkani tal-Punent. |
|
3.4. |
Il-KESE jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-għadd kbir ta’ pożizzjonijiet meħuda mill-partiti politiċi tal-Parlament Ewropew, mill-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE u mill-istituzzjonijiet tal-UE mhux dejjem huma allinjati ma’ xulxin, u li dan jista’ jibgħat messaġġi inkoerenti li jħawdu lir-reġjun. Il-KESE huwa konvint li hemm bżonn ta’ koeżjoni interna akbar fost l-atturi differenti involuti fil-formulazzjoni tal-politika tat-tkabbir fi ħdan l-Istati Membri, sabiex ikunu jistgħu jitkellmu b’vuċi waħda konsistenti. |
|
3.5. |
L-istituzzjonijiet tal-UE bħall-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew (PE) għandhom jikkomunikaw aħjar u jaħdmu aktar mill-qrib mal-Istati Membri fil-proċess tal-valutazzjoni tal-progress u t-tfassil ta’ strateġiji għall-assistenza u r-rispons għall-imsieħba tal-Balkani tal-Punent. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa kuntatti bilaterali aktar mill-qrib mal-Istati Membri, pereżempju billi torganizza laqgħat mal-ministeri tal-affarijiet barranin u l-parlamenti nazzjonali biex jiddiskutu t-tkabbir, u għandha tikkoordina aħjar ma’ atturi oħrajn reġjonali u fil-livell tal-UE (bħas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kunsill, il-PE, il-KESE, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kunsill tal-Kooperazzjoni Reġjonali), kif ukoll mas-soċjetà ċivili. Barra minn hekk, il-PE għandu jinkoraġġixxi kooperazzjoni aħjar mal-parlamenti nazzjonali u bejniethom fi ħdan l-UE bħala mezz biex titrawwem l-Ewropizzazzjoni tagħhom (20). |
|
3.6. |
Il-KESE jaqbel mal-konklużjoni tal-Kummissjoni (21) li hemm bżonn li tingħata aktar attenzjoni lin-natura politika tal-proċess u li jiġu żgurati gwida u kooperazzjoni aktar b’saħħithom f’livell għoli mill-Istati Membri tal-UE. Il-KESE jenfasizza wkoll li huwa essenzjali li tali gwida politika u kooperazzjoni aktar b’saħħithom ikunu kostruttivi u ta’ benefiċċju, u li assistenza effettiva hija importanti ħafna. |
|
3.7. |
Il-KESE huwa konvint li l-appoġġ u l-impenn tal-UE għall-proċess tat-tkabbir fil-Balkani tal-Punent għandhom ikunu b’saħħithom u viżibbli. Fuq kollox, għandu jiġi żgurat li r-riżultati tar-riformi implimentati jiġu ppreżentati kif suppost u li l-impatt ta’ dawk ir-riformi jirrappreżenta titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. |
|
3.8. |
Il-Kummissjoni għandha żżid u tiddiversifika l-isforzi ta’ komunikazzjoni tagħha dwar it-tkabbir fil-prattika fuq il-post fl-Istati Membri tal-UE u fir-reġjun permezz tal-uffiċċji lokali u d-delegazzjonijiet tagħha, iżda wkoll permezz ta’ inizjattivi li jinvolvu partijiet interessati lokali u msieħba soċjali. Komunikazzjoni affidabbli dwar l-appoġġ enormi tal-UE min-naħa tas-imsieħba tal-Balkani tal-Punent, kif ukoll dwar l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-integrazzjoni Ewropea b’mod aktar ġenerali, tiddependi wkoll mill-eżistenza ta’ midja ħielsa u vijabbli fir-reġjun. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni għandha tinsisti fuq ir-rispett tal-libertà tal-midja min-naħa tal-imsieħba tal-Balkani tal-Punent u għandha tinvesti fl-iżvilupp u s-sostenibbiltà tas-settur. |
4. Il-konsolidazzjoni demokratika tar-reġjun mhijiex negozjabbli
|
4.1. |
L-istħarriġ tal-Ipsos (2020) jiżvela li l-punt fokali tan-nuqqas ta’ sodisfazzjon tan-nies jinsab fil-politiċi u l-istituzzjonijiet nazzjonali tagħhom. Rispondenti minn madwar ir-reġjun jiddubitaw li l-mexxejja tagħhom huma ġenwinament impenjati lejn l-aġenda tal-integrazzjoni tal-UE u jikkundannaw l-istituzzjonijiet tal-Istat tagħhom li huma korrotti u ma jiffunzjonawx sew (22). |
|
4.2. |
Jidher li la l-adozzjoni ta’ kostituzzjonijiet demokratiċi u lanqas il-kundizzjonalità demokratika rigoruża tal-UE ma rnexxielhom jegħlbu l-istrutturi informali tal-poter, il-manipulazzjoni tal-Istat u l-patroċinju fil-Balkani tal-Punent, iżda minflok dawn fil-fatt ġew ikkonsolidati (23). Istituzzjonijiet demokratiċi dgħajfa u l-apparenza ta’ mexxejja b’saħħithom fil-Balkani tal-Punent jistgħu jnaqqsu l-istandards tal-istat tad-dritt, l-indipendenza tal-ġudikatura u l-libertà tal-midja f’dawn il-pajjiżi. |
|
4.3. |
L-UE ma għandhiex tagħmel konċessjonijiet għall-politiċi fir-reġjun li b’mod ċar jevitaw li jissodifaw l-impenn tagħhom lejn id-demokrazija. Il-qawwa tal-kundanna tal-“manipulazzjoni tal-istat” msemmija fl-istrateġija tal-Kummissjoni għall-2018 lejn ir-reġjun (24), jew tal-evalwazzjoni kritika tal-pajjiżi differenti fir-rapporti annwali, tonqos bil-kbir jekk l-istess retorika ma tiġix imtennija mill-uffiċjali tal-UE jew mill-politiċi tal-Istati Membri li jivvjaġġaw lejn il-Balkani tal-Punent (25). Mingħajr acquis demokratiku fuq il-monopolji tal-enerġija, l-organizzazzjoni u l-kompetizzjoni tal-partiti, jew il-prattiki informali, il-politiċi tal-Balkani tal-Punent x’aktarx mhumiex se jagħtu widen għar-rekwiżiti demokratiċi Ewropej meta l-fatt li jinjorawhom huwa preċiżament dak li jsostni l-poter tagħhom. |
|
4.4. |
L-isforzi tal-istituzzjonijiet tal-UE biex tittejjeb il-kwalità tad-demokrazija fil-Balkani tal-Punent permezz tal-proċess tal-adeżjoni jissaħħu ħafna jekk ir-riformi demokratiċi fl-Istati Membri eżistenti jiġu diskussi u indirizzati flimkien mal-pajjiżi kandidati tal-UE. Il-ħafna snin ta’ kundizzjonalità demokratika stretta applikata għall-pajjiżi aspiranti tal-Balkani tal-Punent ipproduċew ammont kbir ta’ għarfien u esperjenza prattika f’termini ta’ dak li jgħin u dak li ma jgħinx biex iwassal għal riformi ta’ governanza domestika. L-imsieħba tal-Balkani tal-Punent jistgħu għalhekk jikkontribwixxu għad-diskussjonijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tal-istat tad-dritt tagħha, il-libertà tal-midja u s-soċjetà ċivili, bħal fil-kuntest tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa (26). |
|
4.5. |
L-UE għandha tirrikonoxxi wkoll li l-prattika li qed tikber fil-Kunsill fejn premji mwiegħda jinżammu lura milli jingħataw minkejja l-progress tanġibbli fir-reġjun tiskoraġġixxi l-politiċi mir-reġjun milli jimplimentaw l-aġenda ta’ riforma tal-UE, bir-riskju li tfixkel anke l-mexxejja politiċi fil-Balkani tal-Punent l-aktar orjentati lejn ir-riforma u mmexxija mill-kunsens. |
5. Sitwazzjoni soċjoekonomika fraġli
|
5.1. |
Il-KESE jilqa’ wkoll l-adozzjoni tal-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment (27), li għandu l-għan li jixpruna l-irkupru fit-tul, jagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u jappoġġja r-riformi meħtieġa biex isir progress fil-proċess għal adeżjoni mal-UE, inkluż li l-Balkani tal-Punent jitressqu aktar qrib is-Suq Uniku tal-UE. Huwa għandu l-għan li jillibera l-potenzjal ekonomiku tar-reġjun li għadu ma ġiex sfruttat u l-ambitu sinifikanti għal żieda f’kooperazzjoni u kummerċ ekonomiċi u intrareġjonali. |
|
5.2. |
Il-KESE huwa konvint li dawn il-passi kollha meħuda mill-Kummissjoni huma pożittivi ħafna u għandhom jagħtu spinta kbira lill-politika; madankollu, fir-realtà, is-sitwazzjoni għadha ta’ sfida (l-aħħar komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE u r-rapporti annwali tal-pajjiżi tagħha jirriflettu sew il-problemi persistenti (28)). |
|
5.3. |
Il-pandemija tal-COVID-19 ċertament ikkawżat xokkijiet kbar f’termini ta’ provvista u domanda għal prodotti u servizzi, tnaqqis fil-produzzjoni, żieda fil-qgħad u żieda fid-diffikultajiet soċjali. Madankollu, il-gwaj ekonomiku tar-reġjun jippreċedi l-kriżi tal-Coronavirus. Mill-kriżi finanzjarja, ekonomika u soċjali tal-2008 ’l hawn, il-proċess ta’ konverġenza ekonomika u soċjali mal-UE f’termini ta’ PDG per capita għaddej bil-mod ħafna jew ma jeżistix. Peress li ma setgħux jaċċelleraw l-iżvilupp ekonomiku billi jikkoreġu problemi strutturali, bħal nuqqas ta’ investiment pubbliku u privat jew popolazzjoni li qed tixjieħ b’mod rapidu, iċ-ċittadini tal-Balkani tal-Punent qed iħabbtu wiċċhom ma’ futur fejn jiġu mċaħħdin bla heda. Il-pandemija kompliet taggrava dawn il-problemi soċjoekonomiċi, bir-riskju li tinħoloq enklavi de facto ta’ sottożvilupp f’nofs l-Ewropa (29). |
|
5.4. |
Il-KESE jenfasizza li kooperazzjoni ekonomika msaħħa u kummerċ intrareġjonali għandhom jikkontribwixxu għall-ħolqien ta’ impjiegi deċenti, sikuri u ta’ kwalità u għat-tnaqqis tad-disparitajiet soċjali, u m’għandhomx ikunu bbażati fuq kompetizzjoni inġusta u dumping soċjali. F’dan is-sens, l-UE għandha tipprovdi aktar appoġġ finanzjarju u tekniku għaż-Żona Ekonomika Reġjonali u l-Aġenda tal-Konnettività għall-Balkani tal-Punent, biex tħeġġeġ il-liberalizzazzjoni u l-integrazzjoni tal-kummerċ fir-reġjun (30), kif ukoll biex tipprevjeni li r-reġjun isir dipendenti fuq setgħat mhux tal-UE. |
|
5.5. |
Il-Balkani tal-Punent għandhom potenzjal ekonomiku sinifikanti li għadu ma ġiex sfruttat u ambitu sostanzjali għal kooperazzjoni u kummerċ ekonomiċi intrareġjonali akbar. Minkejja xi aċċellerazzjoni fit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi u żidiet fl-introjtu f’dawn l-aħħar snin, il-pajjiżi għadhom lura fir-riforma tal-istrutturi ekonomiċi tagħhom u fit-titjib tal-kompetittività. Għadhom qed jiffaċċjaw rati għoljin ta’ qgħad, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, nuqqas sinifikanti ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet, ekonomiji informali persistenti, eżodu ta’ mħuħ, parteċipazzjoni baxxa fis-suq tax-xogħol tan-nisa u livelli baxxi ta’ innovazzjoni (31). Il-KESE jissuġġerixxi li għandha tingħata kunsiderazzjoni għall-possibbiltà li jiġu applikati l-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali waqt il-valutazzjoni tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet għas-sħubija fl-UE (32). |
|
5.6. |
Il-KESE jemmen li huwa importanti ħafna li jittejbu l-kwalità u r-rilevanza tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fir-reġjun, u li huwa essenzjali li jissaħħu r-rabtiet bejn min iħaddem u l-istituzzjonijiet edukattivi. |
|
5.7. |
Il-klima tal-investiment għadha fil-biċċa l-kbira l-istess u hija kkaratterizzata minn stat tad-dritt dgħajjef, infurzar inadegwat tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, ekonomija griża b’għeruq sodi, ftit aċċess għall-finanzi għan-negozji u livelli baxxi ta’ integrazzjoni u konnettività reġjonali. L-interferenza tal-Istat fl-ekonomija tippersisti. Hemm ħtieġa reali li tiġi aġġornata l-infrastruttura, u l-investiment għandu jsir permezz ta’ sensiela ta’ proġetti uniċi u għandu jkun konsistenti mal-prijoritajiet miftiehma mal-UE. |
|
5.8. |
Il-KESE jfakkar li l-Balkani tal-Punent huma sensittivi ħafna għall-impatti tat-tibdil fil-klima li jirriżultaw fi ħsara għas-saħħa ġenerali u għall-ekonomija, u jeħtieġu azzjoni urġenti biex itejbu l-kwalità tal-ħajja għaċ-ċittadini tagħhom, speċjalment it-tfal u ż-żgħażagħ, permezz ta’ tranżizzjoni ġusta lejn mudell aktar ekoloġiku, b’kunsiderazzjoni tal-prinċipju li “ħadd ma jitħalla jibqa’ lura” (33). Hemm bosta xejriet inkwetanti fir-rigward tat-tibdil fil-klima fil-Balkani tal-Punent, bħad-dipendenza għolja fuq karburanti fossili solidi. Iżda hemm ukoll ħafna opportunitajiet, bħall-potenzjal ta’ enerġija rinnovabbli u l-bijodiversità rikka. L-importanza u l-ħtieġa li l-Balkani tal-Punent jiġu inklużi fil-Patt Ekoloġiku mhijiex biss minħabba li t-tibdil fil-klima ma jagħtix kas fruntieri nazzjonali jew fiżiċi, iżda wkoll għaliex huwa importanti għall-benesseri u s-saħħa tan-nies u jipprovdi benefiċċju tanġibbli mill-UE għaċ-ċittadini tal-Balkani tal-Punent (34). |
|
5.9. |
L-UE għandha tidentifika u tinvesti fis-setturi ewlenin li jmexxu l-ekonomiji tal-imsieħba tal-Balkani tal-Punent, inkluż fl-SMEs u s-settur agroalimentari. L-UE għandha tiżgura wkoll li l-istandards meħtieġa tar-reġjun ma joħonqux l-iżvilupp ta’ dawn is-setturi b’miżuri li bħalissa huma restrittivi wisq għall-Balkani tal-Punent. Minflok, l-aspettattivi għandhom jiġu aġġustati skont il-progress li jsir f’dawn il-pajjiżi u b’tali mod li jippermettu li jseħħ it-tkabbir. |
|
5.10. |
Filwaqt li l-KESE jilqa’ l-pakkett finanzjarju ta’ EUR 3,3 biljun mobilizzat mill-UE għall-benefiċċju taċ-ċittadini u n-negozji fil-Balkani tal-Punent, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li dawn il-flus jintużaw kif suppost u li l-benefiċċji tal-investiment jilħqu lin-nies, b’konformità mar-raġunament warajh. Il-KESE jemmen li l-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 għandu jippromovi l-koeżjoni ekonomika u soċjali tar-reġjun, kif ukoll politiki ekoloġiċi, u li t-tranżizzjoni ekoloġika għandha tkun parti integrali minn pjan ta’ rkupru komprensiv u li jħares ’il quddiem fil-Balkani tal-Punent. |
|
5.11. |
Il-KESE jemmen li l-parteċipazzjoni attiva min-naħa tal-imsieħba soċjali, inkluż permezz tal-inkoraġġiment tan-negozjar kollettiv, u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili oħrajn fl-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ riformi ekonomiċi, soċjali u oħrajn, tista’ tikkontribwixxi b’mod sinifikanti biex tiżdied il-konverġenza ekonomika u soċjali, speċjalment wara l-pandemija tal-COVID-19. |
|
5.12. |
It-talba tal-Kummissjoni għal aktar trasparenza fl-użu tal-fondi u l-implimentazzjoni tar-riformi hija milqugħa, iżda mhuwiex ċar jekk il-Kummissjoni tikkunsidrax lis-soċjetà ċivili bħala parti mill-“partijiet interessati ewlenin”. Fil-fatt, is-soċjetà ċivili sfortunatament bilkemm tissemma fil-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-2020 dwar il-Balkani tal-Punent. |
6. Kooperazzjoni reġjonali
|
6.1. |
Il-KESE jemmen li l-kooperazzjoni reġjonali hija fattur ewlieni biex jittejbu l-livelli ta’ għajxien fil-Balkani tal-Punent. |
|
6.2. |
Kemm is-Summit tal-Balkani tal-Punent f’Poznań fl-2019 kif ukoll is-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent f’Zagreb f’Mejju tal-2020 kienu opportunitajiet għall-mexxejja tar-reġjun biex jaqblu li jwettqu trasformazzjoni ekoloġika u diġitali ambizzjuża u biex ikomplu jiżviluppaw il-konnettività fid-dimensjonijiet kollha tagħha: dik tat-trasport, dik tal-enerġija, dik diġitali u dik ta’ bejn in-nies. |
|
6.3. |
Il-KESE jaqbel li l-Aġenda Ekoloġika, il-Pjan Ekonomiku u ta’ Investiment, l-isforzi għar-ristrutturar ekonomiku, l-investiment fit-turiżmu u l-enerġija u t-trasformazzjoni diġitali huma importanti ħafna għall-iżvilupp u l-istabbiltà tar-reġjun. Madankollu, jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġu pprovduti impjiegi ta’ kwalità u diċenti li jippermettu lill-ħaddiema jaħdmu b’mod sikur, jiżguraw is-sigurtà ekonomika u soċjali tal-ħaddiema u jġibu benefiċċji għan-nies. |
|
6.4. |
Il-KESE jemmen li għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-kompetittività, it-tkabbir inklużiv, l-istandards tal-għajxien, l-iżvilupp sostenibbli, il-konnettività u t-tranżizzjoni diġitali fil-Balkani tal-Punent. Il-kapaċità intraprenditorjali u l-innovazzjoni huma wkoll essenzjali għall-irkupru tar-reġjun u l-ekonomiji lokali. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li jsir użu akbar mill-fondi tal-UE ta’ qabel l-adeżjoni għall-appoġġ ta’ negozji ġodda, l-iffaċilitar tat-taħriġ għall-intraprenditorija u t-tisħiħ tal-istrateġiji ekonomiċi intelliġenti fir-reġjun, kif ukoll għall-investiment fl-infrastruttura meħtieġa. |
|
6.5. |
Fil-qasam tal-politika ambjentali, l-UE tiffoka fuq it-tneħħija gradwali ta’ sorsi tal-enerġija bbażati fuq il-fossili u s-sostituzzjoni tagħhom b’sorsi rinnovabbli. B’kuntrast ma’ dan, l-imsieħba tal-Balkani tal-Punent, speċjalment is-Serbja, qed jaċċettaw self miċ-Ċina biex jibnu impjanti termali ġodda li jaħdmu b’faħam irħis u ineffiċjenti, mingħajr ma jwettqu valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali (35). B’riżultat ta’ dan, Belgrad, Skopje u Sarajevo jikkompetu b’mod kostanti għall-pożizzjoni tal-belt l-aktar imniġġsa fid-dinja matul ix-xhur kesħin tax-xitwa, meta jiżdied il-konsum tal-enerġija (36). Wieħed jista’ jassumi mingħajr tlaqliq li jekk ir-reġjun għandu jkun involut fl-isforz tal-UE, inkluż matul il-proċess tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa, biex titfassal tranżizzjoni ekoloġika, proġetti bħal dawn ma jkunux konċepibbli (37). |
|
6.6. |
Il-KESE jilqa’ l-fatt li d-Dikjarazzjoni dwar ir-Rikonoxximent tal-Kwalifiki tal-Edukazzjoni Għolja ġiet approvata fis-Summit tal-Balkani tal-Punent ta’ Poznań, li tistabbilixxi mudell għar-rikonoxximent awtomatiku ta’ kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u perjodi ta’ studju barra l-pajjiż, madankollu, iqis li huwa neċessarju li jiżdiedu l-isforzi biex isir progress fir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali sabiex jinħoloq suq tax-xogħol aktar integrat u biex jiġu offruti opportunitajiet ferm meħtieġa għaż-żgħażagħ fir-reġjun. |
|
6.7. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li jiġu promossi aktar kooperazzjoni u sħubija transfruntiera bejn l-Istati Membri tal-UE u l-imsieħba mill-Balkani tal-Punent, mhux biss fil-livell tal-gvernijiet, iżda wkoll fil-livell reġjonali u lokali, kif ukoll dak tas-soċjetà ċivili organizzata (38). |
7. Is-soċjetà ċivili taqdi rwol ewlieni fil-proċess tal-adeżjoni u dak leġiżlattiv
|
7.1. |
Il-KESE jitlob li s-soċjetà ċivili organizzata tiġi rikonoxxuta aħjar fil-kuntest tal-metodoloġija riveduta. Filwaqt li l-KESE jilqa’ l-fatt li l-finanzjament għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili mhux se jonqos fil-każ ta’ nuqqas ta’ progress f’pajjiż partikolari, jinnota b’dispjaċir li s-soċjetà ċivili mhijiex rikonoxxuta biżżejjed fil-Komunikazzjoni (39), speċjalment fid-dawl tal-kuntesti politiċi, ekonomiċi u soċjali speċifiċi fil-Balkani tal-Punent, fejn ir-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-riformi demokratiċi għandu jissaħħaħ. |
|
7.2. |
Il-KESE jappoġġja b’mod speċjali l-approċċ ta’ raggruppamenti fil-metodoloġija l-ġdida u jisħaq fuq l-importanza vitali tar-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fir-raggruppamenti kollha, b’enfasi partikolari fuq ir-raggruppamenti Fundamentali u tal-Aġenda Ekoloġika u l-Konnettività Sostenibbli. |
|
7.3. |
Is-soċjetà ċivili għadha tiġi vvalutata separatament fi ħdan il-kriterji politiċi bħala waħda mill-erba’ pilastri tad-demokrazija; madankollu simili ħafna ta’ rapporti preċedenti il-profondità tal-valutazzjoni tvarja bejn il-pajjiżi u ma hemm l-ebda referenza konsistenti u sistematika għall-Guidelines for EU Support to Civil Society in Enlargement Countries (2014-2020) (40) (Linji Gwida għall-Appoġġ tal-UE lis-Soċjetà Ċivili fil-Pajjiżi tat-Tkabbir), anke jekk tirrappreżenta għodda ta’ monitoraġġ iddettaljata. Fin-nuqqas ta’ koerenza strateġika, qafas ċar ta’ monitoraġġ u impenn politiku biex tkompli tiġi appoġġjata s-soċjetà ċivili organizzata fil-pajjiżi involuti fil-proċess tat-tkabbir, l-UE qed tonqos milli tagħti l-appoġġ politiku li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tant għandhom bżonn, minbarra wkoll gwida ċara għall-gvernijiet nazzjonali (41). |
|
7.4. |
Il-KESE jemmen li l-mertu fattwali f’approċċ ibbażat fuq il-mertu ma jistax jiġi ddeterminat jew jitqies komplut mingħajr il-parteċipazzjoni akkumulata mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-monitoraġġ oġġettiv tagħhom tal-kuntesti politiċi speċifiċi li kull wieħed mill-imsieħba tar-reġjun qed jesperjenza. |
|
7.5. |
Il-KESE japprova l-proposta tal-Kummissjoni li l-mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni għall-finanzjament tal-UE għandhom jipprovdu bażi ċara għad-difiża tal-ispazju ċiviku u għar-rispons għal theddid immedjat għalih. Investiment fl-edukazzjoni ċivika, ambjent aktar favorevoli, l-infrastruttura tas-soċjetà ċivili u l-azzjoni konġunta jkunu kruċjali biex dan jinkiseb. Rispons effettiv għat-tnaqqis tal-ispazju ċiviku jista’ jiġi pprovdut permezz tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ prestazzjoni introdott riċentament biex jappoġġja l-azzjoni tas-soċjetà ċivili. Minflok sempliċiment jiġu rtirati l-allokazzjonijiet minn pajjiżi li jaqgħu lura fl-iżvilupp demokratiku tagħhom, il-fondi jistgħu jiġu allokati mill-ġdid bħala appoġġ tas-soċjetà ċivili mmirat lejn l-indirizzar tar-rigress demokratiku fl-istess pajjiż (42). |
|
7.6. |
L-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jużaw ir-riżorsi tas-soċjetà ċivili lokali u jiksbu l-għajnuna tad-delegazzjonijiet tal-UE fir-reġjun biex jimmobilizzaw liċ-ċittadini fl-imsieħba tal-Balkani tal-Punent, u b’hekk jagħtuhom l-opportunità li jissieħbu fil-pjattaformi li fuqhom iċ-ċittadini tal-UE se jkollhom skambji matul il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa. Li ż-żgħażagħ u/jew iċ-ċittadini ordinarji mill-Balkani tal-Punent ikunu jistgħu jattendu l-avvenimenti taċ-ċittadini tal-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa mal-UE kollha jkun investiment sinifikanti fil-kapital soċjali tar-reġjun, u b’hekk jinħoloq għarfien akbar fuq il-post fil-Balkani tal-Punent dwar affarijiet tal-UE u r-rilevanza tagħhom għall-pajjiżi rispettivi tagħhom. Din tibni wkoll kuntatti bejn in-nies bejn l-UE u r-reġjun u ttejjeb il-kapaċità ta’ dawn iċ-ċittadini infurmati aħjar biex iżommu l-eliti politiċi tagħhom taħt kontroll fuq kwistjonijiet marbuta mal-proċess ta’ integrazzjoni tal-UE (43). |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) COM(2020) 57 final (5.2.2020) It-titjib tal-proċess tal-adeżjoni – Perspettiva kredibbli tal-UE għall-Balkani tal-Punent; COM(2020) 641 final (6.10.2020).Pjan Ekonomiku u ta' Investiment għall-Balkani tal-Punent; COM(2020) 660 final {SWD(2020) 350 final} – {SWD(2020) 351 final} – {SWD(2020) 352 final} – {SWD(2020) 353 final} – {SWD(2020) 354 final} – {SWD(2020) 355 final} – {SWD(2020) 356 final} (6.10.2020) Komunikazzjoni tal-2020 dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE.
(2) Dikjarazzjoni ta' Zagreb, 6 ta’ Mejju 2020.
(3) F’konformità mat-terminoloġija stabbilita tal-KESE, il-kunċetti ta’ “soċjetà ċivili” u “organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili” f’din l-Opinjoni jinkludu l-imsieħba soċjali (jiġifieri min iħaddem u t-trade unions) u kwalunkwe attur mhux statali ieħor (ara l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-koeżjoni ekonomika u soċjali u l-integrazzjoni Ewropea tal-Balkani tal-Punent — sfidi u prijoritajiet (ĠU C 262, 25.7.2018, p. 15).
(4) COM(2020) 57 final (5.2.2020).
(5) Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u ta' assoċjazzjoni – ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u r-Repubblika tal-Albanija, 25.3.2020.
(6) Cvijic, Srdjan, Kirchner, Marie Jelenka, Kirova, Iskra u Nechev, Zoran (2019), From enlargement to the unification of Europe: Why the European Union needs a Directorate General Europe for future Members and Association Countries (Mit-tkabbir għall-unifikazzjoni tal-Ewropa: Għaliex l-Unjoni Ewropea teħtieġ Direttorat Ġenerali tal-Ewropa għal Membri u Pajjiżi tal-Assoċjazzjoni futuri), Open Society Foundations.
(7) Stratulat, Corina u Lazarevic, Milena (2020), The Conference on the Future of Europe: Is the EU still serious about the Balkans? (Il-Konferenza dwar il-Ġejjieni tal-Ewropa: l-UE għadha serja dwar il-Balkani?), Dokument ta’ diskussjoni tal-EPC, Brussell: European Policy Centre.
(8) Stratulat et al. (2019), op. cit., p. 113.
(9) Stratulat and Lazarević (2019), op. cit.
(10) COM(2019) 640 final (11.12.2019) Il-Patt Ekoloġiku Ewropew.
(11) SWD(2020) 223 final {COM(2020) 641 final} (6.10.2020) Guidelines for the Implementation of the Green Agenda for the Western Balkans accompanying the Economic and Investment Plan for the Western Balkans (mhux disponibbli bil-Malti).
(12) Dikjarazzjoni finali tas-7 Forum tas-Soċjetà Ċivili tal-Balkani tal-Punent – 16.-17.4.2019., Tirana, l-Albanija.
(13) Konklużjonijiet tal-Konferenza ta' Livell Għoli dwar il-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali fil-Balkani tal-Punent – 15.5.2018, Sofija, il-Bulgarija
(14) Il-Kontribut tal-KESE għas-Summit bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent fis-6 ta' Mejju 2020 (ippubblikat fit-28.4.2020).
(15) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 114.
(16) Ara wkoll l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Koeżjoni ekonomika u soċjali u l-integrazzjoni Ewropea tal-Balkani tal-Punent — sfidi u prijoritajiet (ĠU C 262, 25.7.2018, p. 15) u l-Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III) (ĠU C 110, 22.3.2019, p. 156).
(17) Stratulat et al. (2019), op. cit.
(18) Stħarriġ ikkummissjonat mill-Fond Ewropew għall-Balkani f’Ottubru 2020, bħala riżorsa għall-Grupp Konsultattiv għall-Politika tal-Balkani fl-Ewropa (BiEPAG) u mwettaq fis-sitt pajjiżi kollha tar-reġjun, abbażi ta’ kampjun rappreżentattiv fil-livell nazzjonali li jikkonsisti f’minimu ta’ 1 000 rispondent li għandhom aktar minn 18-il sena, permezz ta’ intervisti bit-telefon u online.
(19) Stratulat, Corina, Kmezić, Marko, Tziakis, Nikolaos, Bonomi, Matteo, u Nechev, Zoran (2020), Between a rock and a hard place: Public opinion on integration in the Western Balkans (Għażla bejn żewġ sitwazzjonijiet diffiċli: L-opinjoni pubblika dwar l-integrazzjoni fil-Balkani tal-Punent), il-Grupp Konsultattiv għall-Politika tal-Balkani fl-Ewropa (BiEPAG).
(20) Balfour, Rosa u Strutulat, Corina (2015) (ed.), EU member states and enlargement towards the Balkans (L-Istati Membri tal-UE u t-tkabbir lejn il-Balkani), Dokument ta’ Analiżi tal-EPC Nru 79, Brussell: European Policy Centre, p. 234.
(21) COM(2018) 65 final (6.2.2018) Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent.
(22) Stratulat et al. (2020), op. cit., p. 5.
(23) Richter, Solveig u Wunsch, Natasha (2020), Money, power, glory: the linkages between EU conditionality and state capture in the Western Balkans (Flus, poter, glorja: ir-rabtiet bejn il-kundizzjonalità tal-UE u l-manipulazzjoni tal-Istat fil-Balkani tal-Punent), Journal of European Public Policy (27)1, pp. 41-62.
(24) COM(2018) 65 final (6.2.2018).
(25) Stratulat et al. (2020), op. cit., p. 7.
(26) Stratulat u Lazarević (2019), op. cit.
(27) COM(2020) 641 final (6.10.2020) Pjan Ekonomiku u ta' Investiment għall-Balkani tal-Punent.
(28) COM(2020) 660 final {SWD(2020) 350 final} – {SWD(2020) 351 final} – {SWD(2020) 352 final} – {SWD(2020) 353 final} – {SWD(2020) 354 final} – {SWD(2020) 355 final} – {SWD(2020) 356 final} (6.10.2020) Komunikazzjoni tal-2020 dwar il-politika tat-tkabbir tal-UE.
(29) Bonomi, Matteo u Reljić, Dušan (2017), The EU and the Western Balkans: so near and yet so far (L-UE u l-Balkani tal-Punent: qrib ħafna ta’ xulxin iżda fl-istess ħin ’il bogħod minn xulxin), Kummentarju tas-Stiftung Wissenschaft und Politik (SWP), SWP.
(30) Stratulat et al. (2019), op. cit., p. 113., u Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-kontribut tas-soċjetà ċivili għall-Aġenda Ekoloġika u l-Iżvilupp Sostenibbli tal-Balkani tal-Punent bħala parti mill-proċess tal-adeżjoni mal-UE (Opinjoni fuq inizjattiva proprja) (ĠU C 429, 11.12.2020, p. 114).
(31) Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Koeżjoni ekonomika u soċjali u l-integrazzjoni Ewropea tal-Balkani tal-Punent – sfidi u prijoritajiet (ĠU C 262, 25.7.2018, p. 15).
(32) Idem.
(33) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 114.
(34) Idem.
(35) Matkovic Puljic, Vlatka; Dave Jones; Charles Moore; Lauri Myllyvirta; Rosa Gierens; Igor Kalaba; Ioana Ciuta; Pippa Gallop; u Sonja Risteska (2019), Chronic coal pollution EU action on the Western Balkans will improve health and economies across Europe (Tniġġis kroniku tal-faħam; Azzjoni tal-UE fir-rigward tal-Balkani tal-Punent se ttejjeb is-saħħa u l-ekonomiji madwar l-Ewropa), Brussell: Health and Environment Alliance, p. 18.
(36) Ara, pereżempju, European Western Balkans, Sarajevo and Belgrade among the most polluted world capitals (Sarajevo u Belgrad fost l-aktar bliet kapitali mniġġsa tad-dinja), 13 ta’ Jannar 2020; Bateman, Jessica, The young people fighting the worst smog in Europe (Iż-żgħażagħ jiġġieldu l-agħar smogg fl-Ewropa), BBC, 2 ta’ Lulju 2020.
(37) Straulat u Lazarević (2019), op. cit.
(38) Fost ħafna oħrajn, xi eżempji tajbin ta’ kooperazzjoni bħal din jidhru fl-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR), l-Istrateġija tal-UE għar-Reġjun tad-Danubju (EUSDR), CIVINET Slo-Cro-SEE, in-Network għall-Iżvilupp Rurali tal-Balkani (BRDN), il-Forum ta’ Investiment tal-Kamra tal-Balkani tal-Punent 6 (WB6 CIF) u l-Kunsill Reġjonali tat-Trade Unions Solidarnost
(39) COM(2020) 57 final (5.2.2020) It-titjib tal-proċess tal-adeżjoni – Perspettiva kredibbli tal-UE għall-Balkani tal-Punent
(40) Guidelines for EU Support to Civil Society in Enlargement Countries (2014-2020) (Linji Gwida għall-Appoġġ tal-UE lis-Soċjetà Ċvili fil-Pajjiżi tat-Tkabbir (2014-2020)
(41) BCSDN Background Analysis of the Enlargement Package 2020: Should Civil Society Be Satisfied with Just Being Acknowledged? (Analiżi ta’ Sfond tal-BCSDN tal-Pakkett tat-Tkabbir 2020: Is-Soċjetà Ċivili għandha tkun Sodisfatta bil-Fatt li hija Rikonoxxuta Biss?), Ottubru 2020.
(42) BCSDN Feedback on the Consultation of CSOs in the Preparation of IPA III (Feedback tal-BCSDN dwar il-Konsultazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-Tħejjija tal-IPA III), 22 ta’ April 2020.
(43) Stratulat u Lazarević (2020), op.cit., p. 7.
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/98 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill u lill-Bank Ċentrali Ewropew — L-indirizzar ta’ self improduttiv wara l-pandemija tal-COVID-19”
[COM(2020) 822 final]
(2021/C 220/15)
|
Relatur: |
Kęstutis KUPŠYS |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 24.2.2021 |
|
Bażi legali |
Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali |
|
Adottata fis-sezzjoni |
10.3.2021 |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2021 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
246/2/11 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jilqa’ l-preżentazzjoni tal-Pjan ta’ Azzjoni l-ġdid tal-Kummissjoni (Komunikazzjoni) dwar is-self improduttiv, iżda jiddispjaċih li essenzjalment l-pjan ta’ azzjoni huwa nieqes minn proposti ġodda adatti għaż-żminijiet tal-COVID-19, li jħalli lill-Ewropa tiffaċċja żmien straordinarju b’regoli miktuba għal żminijiet ordinarji. Il-KESE għaldaqstant jirrakkomanda li l-ewwel u qabel kollox jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tas-self improduttiv sabiex tiġi evitata l-akkumulazzjoni tagħhom fil-futur, u jipproponi wkoll rieżami bir-reqqa u adattament temporanju tad-definizzjoni ta’ inadempjenza, filwaqt li jiġi żgurat “soft-landing” għall-unitajiet domestiċi u n-negozji Ewropej. Il-KESE jinnota li fil-kriżi attwali tal-COVID-19, hemm bżonn li l-politika monetarja u fiskali u r-regolamentazzjoni tas-settur finanzjarju jkunu koerenti maż-żminijiet li ngħixu fihom. |
|
1.2. |
L-indirizzar tal-kawżi ewlenin tas-self improduttiv huwa ta’ importanza kbira. Il-KESE jenfasizza li l-aktar modi effettivi biex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ volumi kbar ta’ self improduttiv mill-unitajiet domestiċi kif ukoll mill-SMEs huma li jiġi żgurat li nistinkaw b’mod kostanti biex intejbu l-kompetittività, billi ssir enfasi fuq il-kontinwità tal-operat u l-irkupru ekonomiku, il-bini ta’ sistemi tas-sigurtà soċjali sodi, il-ġlieda kontra l-faqar, id-dejn eċċessiv u l-qgħad, il-garanzija ta’ pagi adegwati u l-implimentazzjoni ta’ miżuri kontroċikliċi tal-politika ekonomika fi żminijiet ta’ kriżi. Permezz ta’ dawn il-passi, nistgħu nżommu u nsaħħu l-istabbiltà tas-suq finanzjarju u r-reżiljenza ekonomika, filwaqt li nindirizzaw il-faqar u l-inugwaljanza massiva fl-istess ħin. |
|
1.3. |
Il-KESE jsostni li self improduttiv ta’ “qabel il-pandemija tal-COVID-19” għandu jiġi trattat b’mod differenti ħafna mis-self improduttiv ta’ “wara l-pandemija tal-COVID-19” (ikkawżat mill-COVID-19) minħabba ċ-ċirkostanzi kompletament differenti qabel u wara Marzu 2020. Għaldaqstant, il-KESE jissuġġerixxi rieżami bir-reqqa, immirat u strettament temporanju tal-linji gwida tal-EBA dwar id-definizzjoni ta’ inadempjenza. Il-KESE jirrakkomanda wkoll li l-Linji Gwida tal-EBA dwar il-moratorji fuq il-kreditu jibqgħu fis-seħħ sakemm ikun meħtieġ. |
|
1.4. |
Il-KESE jappella sabiex il-miżuri ta’ salvataġġ għall-għajnuna lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jimxu id f’id ma’ miżuri ta’ għajnuna għal mutwatarji li minħabba l-pandemija spiċċaw f’diffikultà. Miżuri li għandhom jintużaw f’din is-sitwazzjoni jinkludu differimenti b’maturitajiet ta’ sena sa tliet snin, tnaqqis tar-rata tal-imgħax, ristrutturar tad-dejn għal forom ta’ kreditu inqas għaljin, u fejn possibbli, moratorji fuq il-pagamenti lura ta’ self. Il-KESE huwa favur dan il-proċess intern ta’ ħidma. |
|
1.5. |
Il-KESE jinnota li l-ħtieġa għal suq tas-self improduttiv transfruntier pan-UE hija enfasizzata żżejjed. Għalhekk, il-Kumitat huwa mħasseb dwar pjani biex jiġi pprovdut “passaport” operattiv fl-UE kollha għall-kolletturi tad-dejn mingħajr superviżjoni adegwata kemm mill-pajjiżi “ta’ oriġini” kif ukoll minn dawk “ospitanti” tagħhom. Dan l-approċċ jista’ biss jiġi ġustifikat jekk ikun hemm sett ta’ miżuri ta’ kontrobilanċ li jgħinu biex jiġu mħarsa mutwatarji li jinsabu f’diffikultà – standard ta’ protezzjoni tal-konsumatur madwar l-UE kollha għall-kolletturi tad-dejn. |
|
1.6. |
Pilastru ieħor tal-Pjan ta’ Azzjoni huwa relatat mal-proposta dwar l-eżekuzzjoni extraġudizzjarja aċċellerata tal-kollateral (AECE), li hija strettament limitata għal self korporattiv u hija applikabbli biss jekk ikun intlaħaq ftehim volontarju minn qabel bejn il-partijiet meta jiġi konkluż il-kuntratt ta’ self. Il-KESE jinnota li l-AECE tista’ tipprovdi soluzzjoni bbilanċjata għad-debituri iżda jitlob li ma jsirx l-għażla prestabbilita fil-kuntratti ta’ self. |
|
1.7. |
Il-KESE jħeġġeġ bil-qawwa kontra l-fużjoni tal-kwistjoni tas-self improduttiv, li tirrifletti fenomenu mifrux fl-ekonomija, ma’ kwistjonijiet relatati maż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja. Sabiex tinżamm l-integrità etika u operazzjonali tas-settur bankarju, dawn iż-żewġ kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati separatament. |
|
1.8. |
Il-KESE jappella li l-għażla li s-self improduttiv jinbiegħ lill-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi (li fil-lingwaġġ tat-taħdit komuni jissejħu wkoll “banek tal-assi ħżiena”) tibqa’ l-każ eċċezzjonali u li tingħata preferenza lill-ftehimiet ta’ ħidma bilaterali bejn l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-mutwatarju, f’liema każ is-soluzzjoni għandha tkun iffukata fuq il-kontinwità tan-negozju u l-irkupru ekonomiku. Il-KESE jenfasizza li kwalunkwe użu ta’ “rikapitalizzazzjoni prekawzjonarja”, jekk tkun finanzjata minn fondi pubbiliċi, x’aktarx li jiddevja l-flus pubbliċi lil hinn minn għanijiet oħra aktar utli, mill-perspettiva soċjali u ekonomika. Il-KESE jenfasizza wkoll il-ħtieġa li kwalunkwe miżura “prekawzjonarja” tintuża b’mod responsabbli ħafna, sabiex jiġu evitati perikli morali u salvataġġ tal-banek għad-detriment tas-soċjetà bl-użu ta’ fondi pubbliċi. |
|
1.9. |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali, fejn in-negozji potenzjalment vijabbli jistgħu jsibu diffikultajiet fil-pagamenti minkejja l-affidabbiltà kreditizja tagħhom ta’ “qabel il-COVID-19”, il-KESE jissuġġerixxi rieżami bir-reqqa tal-linji gwida tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) dwar id-definizzjoni ta’ inadempjenza, li tista’ tagħti l-opportunità lid-debituri li jinsabu f’diffikultà minħabba l-COVID-19 li jirkupraw qabel ma s-self tagħhom jitqies improduttiv. Madankollu, il-KESE jenfasizza li kwalunkwe bidla bħal din għandha tkun strettament temporanja, m’għandhiex tinterferixxi mal-identifikazzjoni u r-rappurtar dettaljati u preċiżi tar-riskju ta’ kreditu mill-banek u għandha ssir skont il-ħtieġa fundamentali li jiġu żgurati l-istabbiltà u s-solvenza tas-settur bankarju. |
|
1.10. |
Il-KESE jirrakkomanda b’mod ġenerali li r-rekwiżiti kapitali – inkluż ir-regolament dwar il-garanzija ta’ kontinġenza għal self improduttiv – jinżammu fis-seħħ b’mod sod. Dan se jiżgura li l-banek ikollhom il-kapaċità sħiħa li jifilħu għat-telf u se jnaqqas il-probabbiltà ta’ interventi pubbliċi futuri (bħal “rikapitalizzazzjoni prekawzjonarja”) u s-salvataġġi tal-banek għad-detriment tal-kontribwenti. Madankollu, tista’ tiġi kkunsidrata u applikata flessibbiltà temporanja fir-rigward tad-definizzjoni ta’ inadempjenza u tal-għoti tal-garanzija ta’ kontinġenza għal self improduttiv sabiex jittaffew l-effetti tal-kriżi tal-COVID-19. |
2. Kuntest
|
2.1. |
Il-Pjan ta’ Azzjoni dwar is-self improduttiv tal-Kummissjoni Ewropea, imħabbar f’Diċembru 2020 (1), huwa maħsub biex jipprevjeni akkumulazzjoni futura ta’ self improduttiv madwar l-Unjoni Ewropea bħala riżultat tal-kriżi tal-COVID-19. Self isir improduttiv meta x’aktarx ma jkunx possibbli li jitħallas lura, jew meta l-mutwatarju jkun 90 jum tard minn meta l-pagament ikun dovut. Minħabba l-pandemija, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jistma li f’xenarju sever b’irkupru ħafna aktar dgħajjef u fit-tul, is-somma tas-self improduttiv miżmuma mill-banek taż-żona tal-euro tista’ tilħaq “sa EUR 1,4 triljun” (2). |
|
2.2. |
F’Lulju 2017, ġie żvelat il-Pjan ta’ Azzjoni biex jiġi indirizzat is-self improduttiv fl-Ewropa (3), u, fi ftit snin wara, għen biex jiġi indirizzat is-self improduttiv fil-banek u titreġġa’ lura l-akkumulazzjoni tiegħu. Sussegwentement ġiet ippubblikata Komunikazzjoni dwar it-tlestija tal-Unjoni Bankarja (4). |
|
2.3. |
F’Marzu 2018, il-Kummissjoni Ewropea introduċiet proposta leġiżlattiva (5) biex tixpruna l-iżvilupp tas-suq sekondarju tas-self improduttiv fl-UE. L-abbozz ta’ Direttiva għandu jgħin lill-banek ibigħu faċilment il-portafolli tas-self improduttiv tagħhom lil investituri terzi fi kwalunkwe post fl-UE. Il-proposta tintroduċi wkoll proċedura ta’ eżekuzzjoni extraġudizzjarja msejħa “eżekuzzjoni extraġudizzjarja aċċellerata tal-kollateral”. Għadha għaddejja l-ħidma fuq l-abbozz ta’ Direttiva, però ż-żewġ kwistjonijiet ġew mifruda f’żewġ atti leġiżlattivi separati. |
|
2.4. |
Bit-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni rreaġixxiet malajr billi ppromulgat miżuri biex tgħin lis-settur bankarju jittratta l-akkumulazzjoni ta’ self improduttiv mistennija u imminenti. Il-Pakkett Bankarju ta’ April 2020 diġà pprovda appoġġ sostanzjali fuq terminu qasir (6) lis-settur bankarju, billi jipprevedi, fost oħrajn regoli dwar kif il-banek jivvalutaw ir-riskju ta’ mutwatarju li ma jkunx jista’ jħallas lura s-self, regoli prudenzjali għall-klassifikazzjoni ta’ self improduttiv, u trattament kontabilistiku tad-dewmien fil-ħlas lura. Il-banek kienu qed jibbenefikaw ukoll minn miżuri sinifikanti ta’ appoġġ ta’ likwidità (Programm tal-BĊE ta’ Xiri ta’ Emerġenza fil-każ ta’ Pandemija (7) u l-illaxkar tal-kundizzjonijiet għal operazzjonijiet ta’ rifinanzjament immirati fuq żmien itwal, TLTRO III, f’Marzu 2020). Issa wasal iż-żmien li naħsbu dwar il-livelli ta’ solvenza tal-kumpaniji Ewropej. |
|
2.5. |
Il-Pakkett ta’ Rkupru tas-Swieq Kapitali li jakkumpanjah ipprovda aktar appoġġ lis-settur bankarju billi neħħa l-ostakli regolatorji għat-titolizzazzjoni (8) tas-self improduttiv. |
|
2.6. |
F’dawn l-aħħar xhur, is-settur bankarju Ewropew ibbenefika minn miżuri ta’ għajnuna regolatorja u appoġġ ta’ likwidità mmirati biex jissalvagwardjaw l-istabbiltà finanzjarja u ekonomika u jappoġġjaw l-unitajiet domestiċi u l-kumpaniji Ewropej. Konsegwentement, l-industrija bankarja kompliet issellef lill-klijenti tagħha u ma seħħet l-ebda kriżi tal-kreditu. |
|
2.7. |
Anke l-Istati Membri ħadu azzjoni deċiżiva, bi skemi ta’ appoġġ biex itaffu d-diffikultajiet ta’ likwidità li jaffettwaw lill-unitajiet domestiċi u lin-negozji. Tipikament, dawn l-iskemi jinvolvu skemi pubbliċi ta’ garanzija u/jew differimenti tal-pagamenti (“moratorji”). Dawn il-miżuri jgħinu lil mutwatarji bi problemi temporanji ta’ likwidità u jipprevjenu żieda immedjata f’self improduttiv. Il-Kummissjoni adottat ukoll Qafas Temporanju li jippermetti lill-Istati Membri jużaw il-flessibbiltà sħiħa prevista mir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat biex jappoġġjaw l-ekonomija matul it-tifqigħa tal-COVID-19. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Il-KESE jinnota li l-Pjan ta’ Azzjoni attwali tal-Kummissjoni (il-Komunikazzjoni) itenni u jsegwi fuq l-istess miżuri li diġà jinsabu fil-pjan tal-2017. Essenzjalment dan huwa nieqes minn proposti ġodda adatti għaż-żminijiet tal-pandemija tal-COVID-19, li jħalli lill-Ewropa taffaċċja żmien straordinarju b’regoli miktuba għal żminijiet ordinarji. Il-KESE jsostni li self improduttiv ta’ “qabel il-pandemija tal-COVID-19” għandu jiġi trattat b’mod differenti ħafna mis-self improduttiv ta’ “wara l-pandemija tal-COVID-19” (ikkawżat mill-COVID-19) minħabba ċ-ċirkostanzi kompletament differenti qabel u wara Marzu 2020. Għaldaqstant, il-KESE jirrakkomanda rieżami bir-reqqa, immirat u strettament temporanju tad-definizzjoni ta’ inadempjenza tal-EBA, sabiex tiġi evitata l-klassifikazzjoni awtomatika ta’ debituri bħala inadempjenti u jittaffew l-effetti proċikliċi tar-regolament ta’ bħalissa, u jiġi żgurat “soft-landing” għall-unitajiet domestiċi u n-negozji Ewropej. |
|
3.2. |
Il-pandemija wasslet għal tnaqqis fid-domanda u fil-konsum, li ħoloq tħassib għall-SMEs f’termini ta’ sejbien ta’ klijenti. Filwaqt li l-aċċess għall-finanzjament bħalissa mhuwiex irrappurtat mill-SMEs (fl-istħarriġiet tal-BĊE (9)) bħala l-aktar problema urġenti, il-kwistjonijiet kollha li qed jiffaċċjaw l-SMEs għandhom jiġu kkunsidrati meta jiġi indirizzat is-self improduttiv. |
|
3.3. |
Il-KESE jirrakkomanda b’mod konsistenti (10) li s-self improduttiv jitnaqqas b’mod sostenibbli mil-lat soċjali filwaqt li tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja (11). Matul iż-żminijiet tal-pandemija tal-COVID-19, dan sar aktar importanti minn qatt qabel. B’kuntrast ma’ dak li ġara deċennju ilu matul il-kriżi finanzjarja tal-2008-2009, iż-żieda fis-self improduttiv mistennija bħalissa mhijiex tort tas-settur finanzjarju jew ta’ xi kategorija speċifika oħra ta’ atturi fi ħdan is-sistema ekonomika, iżda lanqas ma hija t-tort tal-“ekonomija reali”, il-gvernijiet jew iċ-ċittadini Ewropej. L-intervent tar-regolaturi fil-livell tal-UE u tal-gvernijiet tal-Istati Membri bl-għodod adatti huwa ta’ importanza fundamentali. |
|
3.4. |
Filwaqt li l-KESE jirrikonoxxi li hemm ċerti vantaġġi għall-iżvilupp ta’ swieq sekondarji għas-self improduttiv, il-Kumitat huwa favur ftehimiet bilaterali ta’ ristrutturazzjoni bejn l-istituzzjoni ta’ kreditu u l-mutwatarji vijabbli. Għalkemm il-volumi ta’ self improduttiv fuq il-karti tal-bilanċ tal-banek jistgħu jitnaqqsu permezz ta’ bejgħ lix-xerrejja tal-kreditu, dan ma jfissirx li l-bejgħ tas-self improduttiv huwa ottimali mill-perspettiva tal-mutwatarju jew għas-soċjetà inġenerali. Il-bejgħ tas-self improduttiv għandu jkun soluzzjoni tal-aħħar istanza. |
|
3.5. |
L-indirizzar tal-kawżi ewlenin tas-self improduttiv huwa ta’ importanza kbira. Il-KESE jenfasizza li l-aktar modi effettivi biex tiġi evitata l-akkumulazzjoni ta’ volumi kbar ta’ self improduttiv mill-unitajiet domestiċi kif ukoll mill-SMEs huma li jiġu żgurati sistemi tas-sigurtà soċjali sodi, il-ġlieda kontra l-faqar, id-dejn eċċessiv u l-qgħad, il-garanzija ta’ pagi adegwati u l-implimentazzjoni ta’ miżuri kontroċikliċi tal-politika ekonomika fi żminijiet ta’ kriżi, filwaqt li jissaħħu l-produttività u l-kompetittività tal-ekonomija Ewropea, b’enfasi fuq il-kontinwità tan-negozju u l-irkupru ekonomiku, b’qafas regolatorju ċar u aġġornat li jagħti viżibbiltà lill-investimenti fit-tul. Permezz ta’ dawn il-passi, nistgħu nżommu u nsaħħu l-istabbiltà tas-suq finanzjarju u r-reżiljenza ekonomika, filwaqt li nindirizzaw il-faqar u l-inugwaljanza fl-istess ħin. Fid-dawl ta’ dan, il-KESE jirrakkomanda li l-Linji Gwida tal-EBA dwar il-moratorji fuq il-kreditu jibqgħu fis-seħħ sakemm ikun meħtieġ u jissuġġerixxi rieżami bir-reqqa, immirat u strettament temporanju tad-definizzjoni ta’ inadempjenza. |
|
3.6. |
Fil-fehma tal-KESE, il-Pjan ta’ Azzjoni jirrifletti l-loġika bażika li llum il-ġurnata l-banek jaġixxu bħala infrastruttura essenzjali fl-ekonomija bbażata fuq il-fluss monetarju fl-Ewropa, u li s-saħħa u l-istabbiltà tas-settur bankarju hija prerekwiżit neċessarju għall-irkupru ekonomiku. Kif issostni l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni (12) relatata, li jiġi żgurat “li ċ-ċittadini u n-negozji Ewropej ikomplu jirċievu l-appoġġ mill-banek tagħhom” hija prijorità ewlenija għall-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, il-KESE jirrimarka li r-rwol deċiżiv tal-BĊE biex jissalvagwardja l-istabbiltà u l-provvista tal-kreditu tal-banek, u josserva li l-ekonomija Ewropea hija appoġġjata b’miżuri li huma maħsuba biex jiżguraw li s-self jingħata meta jkun hemm domanda solventi ta’ kreditu. |
|
3.7. |
Il-KESE jinnota li data affidabbli dwar is-self improduttiv hija parzjalment nieqsa u li għad hemm ħafna inċertezza dwar il-futur tat-tilqim kontra l-COVID-19, mutazzjonijiet tal-virus SARS-CoV-2 (varjanti tal-COVID-19), miżuri ta’ lockdown u rkupru ekonomiku. Il-KESE jenfasizza l-importanza tal-kwalità tad-data biex jiġu vvalutati sew il-gravità tal-problema u l-identifikazzjoni ta’ kumpaniji vijabbli. Għalhekk, il-KESE jappella għal kawtela u għal miżuri li jistgħu jwasslu lill-ekonomija Ewropea terġa’ tqum fuq saqajha malajr, bħal miżuri li jappoġġjaw lin-negozji ż-żgħar u jiggarantixxu pagi adegwati u sistemi ta’ sigurtà soċjali sodi. Il-KESE jirrimarka li d-depożiti tas-settur bankarju żdiedu b’mod sostanzjali (13), li jfisser li hemm potenzjal tajjeb għal domanda tal-konsumaturi fix-xhur wara t-tneħħija tar-restrizzjonijiet tal-lockdown. |
|
3.8. |
Għad irid jiġi determinat kif il-kumpaniji u l-unitajiet domestiċi li “ġew taħt pressjoni finanzjarja sinifikanti minħabba l-pandemija” (14), jistgħu jiġu megħjuna mill-banek (“appoġġ mill-banek tagħhom” (15)) jekk tiġi indirizzata ż-żieda fis-self improduttiv. Il-bidliet proposti jew it-tnaqqis regolatorju bħalissa mhumiex kundizzjonali għas-self tal-banek lill-SMEs jew lill-unitajiet domestiċi solventi. Il-KESE jiddispjaċih li, bl-eċċezzjoni għas-settur bankarju, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni jipprovdi ftit miżuri ġodda li jgħinu lill-atturi ekonomiċi li jinsabu f’diffikultà. Fid-dawl tax-xokk ekonomiku estern li jrendi lil ħafna ħaddiema u kumpaniji saħansitra aktar dipendenti fuq is-self, il-miżuri ta’ appoġġ u mitigazzjoni għall-banek għandhom ikunu mmirati lejn aktar self tal-banek lill-SMEs u lill-unitajiet domestiċi solventi. Fl-istess ħin, l-awtoritajiet għandhom jistabbilixxu salvagwardji adegwati biex jipprevjenu self irresponsabbli u dejn żejjed sussegwenti. |
|
3.9. |
Il-KESE jirrakkomanda li s-soċjetà ċivili kollha kemm hi tiġi rikonoxxuta bħala parti interessata fil-qasam tar-regolamentazzjoni tas-swieq finanzjarji. B’mod partikolari, fir-rigward tal-indirizzar tas-self improduttiv wara l-pandemija, is-self improduttiv għandu diversi impatti, li jaffettwaw ukoll, pereżempju, l-interessi tal-ħaddiema fir-rwol tagħhom bħala debituri, impjegati f’kumpaniji b’ħafna dejn, bħala impjegati fis-settur finanzjarju, jew bħala kontribwenti (speċjalment rilevanti fil-każ ta’ fondi pubbliċi biex jindirizzaw is-self improduttiv). |
|
3.10. |
Il-KESE jinnota li l-ħtieġa għal suq tas-self improduttiv transfruntier pan-UE hija enfasizzata żżejjed minkejja l-fatt li s-settur bankarju miexi b’mod kostanti lejn Unjoni Bankarja mifruxa mal-UE kollha. Hemm dubji serji dwar jekk l-operazzjonijiet transfruntiera tax-xerrejja tal-kreditu jipprovdux benefiċċji ekonomiċi tanġibbli għas-sistema ekonomika b’mod ġenerali, u mhux biss għall-banek, ix-xerrejja tal-kreditu u s-servizzjanti tal-kreditu (għalkemm huwa minnu li dawn tal-aħħar jistgħu tabilħaqq jibbenefikaw mill-ekonomiji ta’ skala). |
|
3.11. |
F’dan il-kuntest, il-KESE jenfasizza wkoll li d-distribuzzjoni tar-riskju jista’ ma jwassalx għat-tnaqqis tiegħu. Għall-kuntrarju, il-kriżi tas-suq finanzjarju tal-2008-2009 għallmitna li dan jista’ jirriżulta f’akkumulazzjoni mhux trasparenti tar-riskju fl-ekonomija. Il-KESE jħeġġeġ li l-għan tal-miżuri kollha li jittrattaw l-inċentivi għas-settur finanzjarju għandu jkun li jiskoraġġixxu lill-atturi tas-suq milli jieħdu riskju kbir ħafna. |
|
3.12. |
Fl-istess ħin, il-KESE jenfasizza li n-negozji, l-unitajiet domestiċi, il-ħaddiema u s-soċjetà ċivili Ewropej jeħtieġu riżorsi u appoġġ sħiħ biex jiffaċċjaw il-kriżi u għalhekk miżuri ta’ appoġġ bħal dawn għandhom jiġu pprovduti mill-UE. Tali assistenza għandha tkun disponibbli fuq perjodu ta’ mhux aktar minn tliet snin (skont il-pakkett ta’ stimulu Next Generation EU) biex tappoġġja lin-negozji u lil mutwatarji li kienu meqjusa b’saħħithom u li kellhom sodezza kreditizja qabel il-pandemija. Prattikament il-popolazzjoni kollha tal-Ewropa hija affettwata min-nuqqas ta’ sigurtà soċjoekonomika li qed jiżdied. In-negozji qed jesperjenzaw tfixkil minħabba għeluq furzat u tnaqqis fid-domanda, filwaqt li l-unitajiet domestiċi jħabbtu wiċċhom ma’ qgħad u tnaqqis fid-dħul. Il-KESE jemmen li ċ-ċittadini u n-negozji Ewropej jeħtieġu tip ta’ miżuri kompletament differenti, u ċertament mhux l-infurzar rapidu tal-qafas tas-self improduttiv kif qed tipproponi l-Kummissjoni. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Il-Kummissjoni hija konvinta li l-ftehim dwar il-proposta għal Direttiva dwar is-servizzi ta’ kreditu u x-xerrejja tal-kreditu, li essenzjalment joħloq suq sekondarju komuni għas-self improduttiv, huwa prijorità ewlenija. Il-KESE huwa mħasseb dwar il-pjani biex jiġi pprovdut “passaport” operattiv fl-UE kollha għall-kolletturi tad-dejn mingħajr superviżjoni xierqa kemm mill-pajjiżi “ta’ oriġini” kif ukoll minn dawk “ospitanti”. Dan l-approċċ jista’ biss jiġi ġustifikat jekk ikun hemm sett ta’ miżuri ta’ kontrobilanċ li jgħinu biex jiġu mħarsa mutwatarji li jinsabu f’diffikultà – standard ta’ protezzjoni tal-konsumatur madwar l-UE kollha għall-kolletturi tad-dejn. Il-KESE huwa mħasseb ukoll li l-proposta għal Direttiva dwar is-servizzjanti u x-xerrejja (16) tal-kreditu tipprevjeni lill-Istati milli jippromulgaw kwalunkwe rekwiżit ieħor jew rekwiżiti ulterjuri għas-servizzjanti u x-xerrejja tal-kreditu, anki jekk tali rekwiżiti jitqiesu li jipproteġu lid-debituri. Jekk tiġi żgurata s-superviżjoni “domestika” u “ospitanti”, jiġu osservati r-regoli tal-protezzjoni tal-konsumatur, jiġu pprovduti linji gwida dwar l-“aħjar prattiki” mill-EBA, u jiġi previst approċċ uniformi għal tali attivitajiet, il-biċċa l-kbira tal-kwistjonijiet imqajma hawnhekk jiġu indirizzati. Meta wieħed iqis dawn l-argumenti, sabiex il-passaport operattiv fl-UE kollha jkun funzjonali, ir-regoli tal-protezzjoni tal-mutwatarji għandhom jiġu intensifikati biex jiġu evitati r-riskji msemmija hawn fuq. |
|
4.2. |
Il-KESE jinnota li ċerti xerrejja tal-kreditu u kolletturi tad-dejn għandhom reputazzjoni ħażina – għalhekk ċerti xerrejja tal-kreditu jissejħu “fondi opportunistiċi” – u jenfasizza li l-għoti ta’ “passaport” operattiv fl-UE kollha lill-kolletturi tad-dejn mingħajr superviżjoni adegwata kemm mill-pajjiżi “ta’ oriġini” u “ospitanti” tagħhom, u mingħajr ma jiġu implimentati linji gwida xierqa “tal-aħjar prattiki” b’mod f’waqtu u effettiv madwar l-UE kollha, jista’ jwassal għal imġiba kummerċjali mhux xierqa minn dawn ix-xerrejja tal-kreditu jew is-servizzjanti tal-kreditu, għad-detriment tal-mutwatarji li jinsabu f’diffikultà. Il-KESE jenfasizza wkoll il-ħtieġa li jiġi żgurat li l-proposta għal Direttiva dwar is-servizzjanti tal-kreditu u x-xerrejja ma twaqqafx lill-Istati milli jippromulgaw rekwiżiti legali addizzjonali għas-servizzjanti u għax-xerrejja tal-kreditu, u b’hekk jiġi ggarantit li l-prinċipju tar-“regolamentazzjoni żejda” jiġi osservat kif suppost f’dan il-każ. |
|
4.3. |
Barra minn hekk, xi xerrejja tal-kreditu huma magħrufa li għandhom kwistjonijiet ta’ evitar tat-taxxa. Pereżempju, fl-Irlanda, xi wħud minnhom huma rreġistrati bħala organizzazzjonijiet tal-karità u kważi ma jħallsu l-ebda taxxa. Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea żżid l-isforzi tagħha fl-indirizzar tal-kwistjoni tal-evitar tat-taxxa. |
|
4.4. |
Pilastru ieħor tal-Pjan ta’ Azzjoni huwa relatat mal-proposta dwar l-eżekuzzjoni extraġudizzjarja aċċellerata tal-kollateral (AECE), li hija strettament limitata għal self korporattiv u hija applikabbli biss jekk ikun intlaħaq ftehim volontarju minn qabel bejn il-partijiet meta jiġi konkluż il-kuntratt ta’ self. Il-KESE jirrikonoxxi li l-unitajiet domestiċi (konsumaturi privati) huma esklużi minn din il-proċedura u jinnota l-ħtieġa li jinkiseb bilanċ bejn il-proċedura aċċellerata tal-AECE u d-Direttiva (UE) 2019/1023 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u l-proċeduri ta’ insolvenza. Il-KESE jinnota li l-AECE tista’ tipprovdi soluzzjoni bbilanċjata għad-debituri, iżda jitlob li l-infurzar extraġudizzjarju ma jsirx l-għażla prestabbilita fil-kuntratti ta’ self. Għandu jiġi żgurat li n-negozji li jinsabu f’diffikultà ma jitħallewx mingħajr għajnuna u ma jitilfux l-aċċess għas-sistema ġudizzjarja standard bis-sistema ta’ kontrokontrolli tagħha li hija żviluppata fuq tradizzjoni li tmur lura għexieren ta’ snin. Fil-fehma tal-KESE, kwistjonijiet ta’ dewmien sistematiku fl-irkupru tal-kollateral għandhom jiġu indirizzati fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż, billi jitwettqu riformi mħejjija tajjeb u b’interventi mmirati mill-Istati Membri fejn għad hemm l-ostakli. |
|
4.5. |
Il-KESE jaqbel mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni li “[…] il-banek jenħtieġ li jingħataw inċentivi kemm jista’ jkun biex japplikaw approċċ proattiv biex jinvolvu ruħhom mad-debituri tagħhom kmieni u b’mod kostruttiv”, peress li dan jevita li jagħmel ħsara lin-negozji u jiżgura l-kontinwità tan-negozju. Madankollu, il-Kumitat jappella lill-Kummissjoni tippreżenta miżuri tanġibbli biex jintlaħaq dan l-objettiv vitali. |
|
4.6. |
Il-KESE jilqa’ l-inizjattiva biex ikun hemm aktar konverġenza bejn id-diversi oqfsa ta’ insolvenza madwar l-UE, u jinnota li tali konverġenza hija ta’ benefiċċju mhux biss għan-negozju bankarju iżda wkoll għall-ambjent intraprenditorjali kollu fl-Ewropa b’mod ġenerali. Tali konverġenza ma għandhiex neċessarjament tkun marbuta mal-kwistjoni tas-self improduttiv. Madankollu, ta’ min jinnota li din il-miżura mhijiex se tgħin fuq perjodu qasir ta’ żmien u mhux se tipprovdi ħafna għajnuna wara l-kriżi tal-COVID-19. Iċ-ċertezza dwar ir-regoli rigward id-drittijiet tal-kredituri u tad-debituri u armonizzazzjoni akbar tal-proċeduri tat-tneħħija tal-kollateral fl-Istati Membri kollha se jnaqqsu r-riskji u jipprovdu aktar impetu għall-investimenti transfruntiera u l-kummerċ intern. Il-KESE jenfasizza li meta jiġu riformati l-oqfsa ta’ insolvenza, għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-mutwatarji. |
|
4.7. |
Il-KESE jirrimarka li s-suq sekondarju għas-self improduttiv bl-ebda mod ma jgħin lin-negozji jiffjorixxu, u lanqas ma jsostni l-impjiegi jew jippermetti lill-intrapriżi li għalqu biex jerġgħu jiftħu. Biex in-negozji jerġgħu jibdew, miżuri mmirati ffinanzjati mill-Istat huma fundamentalment importanti. Il-KESE jemmen li jwissi lil ekonomija li qed tbati minn telf fil-produzzjoni mingħajr preċedent minħabba lockdowns ikkawżati mill-pandemija tal-COVID-19 huwa essenzjali, però tali self m’għandux jiżviluppa f’wieħed eċċessiv, li jista’ jirriżulta li ma jkunx sostenibbli. |
|
4.8. |
Madankollu, il-proposta li l-Kummissjoni qed timbotta – is-suq sekondarju pan-UE u, sa ċertu punt, l-AECE – tqajjem il-biża’ li suq sekondarju uniku għal self improduttiv fl-Ewropa se jagħti lok għall-abbuż u jħalli lill-klijenti tal-banek vulnerabbli għal “fondi opportunistiċi”, li l-maġġoranza tagħhom mhumiex ta’ oriġini tal-UE. Il-KESE jirrakkomanda aktar trasparenza u regoli adatti sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkunu protetti minn abbużi mis-servizzjanti tal-kreditu, mix-xerrejja tal-kreditu jew mill-“fondi opportunistiċi”. |
|
4.9. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-investituri tal-kreditu u l-kolletturi tad-dejn ma għandhomx jingħatawx “passaport” operattiv fl-UE kollha jekk jixtru self improduttiv tal-konsumaturi (klijenti privati). Jista’ jiġi eżaminat jekk id-dejn tal-mikrointrapriżi għandux jiġi eżentat ukoll. |
|
4.10. |
L-enfasi fuq l-istandardizzazzjoni tad-data tas-self improduttiv madwar l-UE hija milqugħa, iżda mhijiex biżżejjed minħabba l-kompitu u, fil-prinċipju, mhijiex rilevanti ħafna. Il-KESE jinnota wkoll li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-kontribwenti ma għandhomx iġarrbu l-ispejjeż tal-ħolqien ta’ swieq effiċjenti u t-titjib tal-istandardizzazzjoni tas-self improduttiv bil-għan li jiġi ffaċilitat il-kummerċ tagħhom; dawn l-ispejjeż għandhom jiġġarrbu mill-parteċipanti nfushom fis-suq bħala l-benefiċjarji ewlenin tan-negozju fis-self improduttiv. It-trasparenza tad-data hija meħtieġa l-aktar biex ikun żgurat li l-bejgħ intern u dak estern (fi ħdan il-gruppi bankarji) tas-self improduttiv isegwi r-regoli tal-Istandards Internazzjonali ta’ Rapportar Finanzjarju (IFRS) u jitwettqu sew. |
|
4.11. |
Il-kumpaniji nazzjonali tal-immaniġġjar tal-assi, imsemmijin b’mod wiesa’ fid-dokument tal-Kummissjoni, u li fil-lingwaġġ tat-taħdit komuni jissejħu wkoll “banek tal-assi ħżiena”, jistgħu jitolbu flus pubbliċi, u li x’aktarx se jagħmlu dan. Konsegwentement, il-KESE jħeġġeġ lil kull Stat Membru jwettaq analiżi fil-fond tal-użu tal-fondi pubbliċi għall-ħolqien ta’ tali kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi, skont is-sitwazzjoni attwali f’kull Stat Membru filwaqt li jiġu rispettati r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
4.12. |
Il-KESE jħeġġeġ bil-qawwa kontra l-fużjoni tal-kwistjoni tas-self improduttiv, li tirrifletti fenomenu mifrux fl-ekonomija, ma’ kwistjonijiet relatati maż-żamma tal-istabbiltà finanzjarja. Sabiex tinżamm l-integrità etika u operazzjonali tas-settur bankarju, dawn iż-żewġ kwistjonijiet għandhom jiġu indirizzati separatament. Il-KESE jemmen li għalkemm il-problemi ta’ istituzzjonijiet finanzjarji speċifiċi jistgħu jkunu minħabba piż żejjed ta’ self improduttiv fil-karta tal-bilanċ tagħhom, ma għandha tingħata l-ebda ġustifikazzjoni għas-salvataġġ ta’ tali banek mhux vijabbli bi flus pubbliċi, bl-użu tal-mudell tal-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi taħt il-prestest ta’ “tneħħija” ta’ self improduttiv ħażin, u jemmen li l-kwistjoni tal-ġestjoni tal-kriżijiet tal-banek għandha tiġi indirizzata b’perspettiva globali. Il-KESE jitlob li l-bejgħ tas-self improduttiv lill-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi jibqa’ l-eċċezzjoni u li tingħata preferenza għar-ristrutturar ta’ tali self fuq il-karti tal-bilanċ tal-banek. |
|
4.13. |
Barra minn hekk, huwa essenzjali li l-Kummissjoni tevita li l-flus pubbliċi jintużaw diversi drabi biex jibqgħu jiġu salvati l-interessi bankarji privati. Li jiġi salvat bank ma għandux jitqies bħala valur fih innifsu; dan mhuwiex l-għan aħħari tal-politiki ekonomiċi. Fuq medda twila ta’ żmien, kampanji ripetuti ta’ salvataġġ tal-banek, li jinvolvu ammonti kbar ta’ flus pubbliċi, jistgħu joħolqu periklu morali u jfixklu s-sistema ta’ inċentivi inkorporati fin-negozju bankarju. Għalhekk, il-KESE jwissi kontra kwalunkwe politika li tirriżulta fil-“privatizzazzjoni tal-profitti u s-soċjalizzazzjoni tat-telf”. Minflok, il-banek għandhom jiġu inċentivati biex jindirizzaw il-kwistjonijiet tas-self improduttiv tagħhom internament u biex jimmaniġġjaw aħjar il-portafolli tas-self tagħhom; kwalunkwe tip ta’ appoġġ impliċitu jew espliċitu mill-gvern mhux se jgħin biex jiġu indirizzati l-problemi sottostanti tal-karta tal-bilanċ. Il-KESE jirrikonoxxi l-eżistenza tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni, li huwa ffinanzjat minn kontribuzzjonijiet minn istituzzjonijiet ta’ kreditu. Id-daqs tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni għall-kapaċità t-tajba jipprevjeni li l-fondi pubbliċi jintużaw biex jiġu salvati l-interessi bankarji privati, u b’hekk jiġi indirizzat it-tħassib tal-“privatizzazzjoni tal-profitti u s-soċjalizzazzjoni tat-telf”. |
|
4.14. |
Il-KESE jappella bil-qawwa biex l-isforzi jkunu diretti lejn l-ikkompletar tal-Unjoni Bankarja, li għandha ssaħħaħ settur bankarju li huwa reżiljenti, kapitalizzat b’mod adegwat u, l-aktar importanti, awtosuffiċjenti. Għandu jinstab bilanċ bejn il-kondiviżjoni tar-riskju u t-tnaqqis tar-riskju. Għandu jiġi evitat impatt sinifikanti fuq il-baġits pubbliċi u fuq il-kontribwenti f’każ ta’ kriżi, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE. Għalhekk jeħtieġ li jiġu implimentati rekwiżiti minimi robusti għal fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli (MREL) u miżuri effettivi kontra l-ħasil tal-flus. Barra minn hekk, għandha tingħata aktar attenzjoni lir-regolamentazzjoni tas-settur bankarju parallel. Għandu jiġi żgurat li r-riskju ma jiġix trasferit minn atturi regolati sew għal atturi tas-suq finanzjarju inqas regolati. Barra minn hekk, għandha tingħata attenzjoni lir-regolamentazzjoni ta’ kwalunkwe attività finanzjarja mhux imwettqa minn entità regolata, skont il-prinċipju ta’ “l-istess riskji, l-istess attività, l-istess regolamentazzjoni u l-istess superviżjoni”. |
|
4.15. |
Mill-perspettiva tal-protezzjoni tal-konsumatur, l-għan tal-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi huwa b’mod ċar li jiġu mmassimizzati r-redditi u l-effiċjenza billi jinbiegħ self lil investituri terzi jew permezz tar-realizzazzjoni tal-kollateral, u dan ma jidhirx li huwa kompatibbli mal-iżgurar tal-protezzjoni t-tajba għal mutwatarji domestiċi u l-iżgurar ta’ pjani vijabbli ta’ ħlas lura u standard minimu ta’ għajxien. Il-KESE jirrakkomanda li l-kumpaniji tal-immaniġġjar tal-assi jinkorporaw għanijiet orjentati lejn is-soċjetà fil-politiki tagħhom. |
|
4.16. |
Il-KESE jinsab imħasseb li kwalunkwe użu ta’ “rikapitalizzazzjoni prekawzjonarja” x’aktarx li jiddevja l-flus pubbliċi lil hinn minn għanijiet aktar utli, mill-perspettiva soċjali u ekonomika. Għaldaqstant, l-użu ta’ “rikapitalizzazzjoni prekawzjonarja” għandu jibqa’ assolutament eċċezzjonali fil-kuntest tal-COVID-19. Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li kwalunkwe “miżura prekawzjonarja” tintuża b’mod responsabbli ħafna, sabiex jiġu evitati perikli morali u salvataġġ tal-banek għad-detriment tas-soċjetà bl-użu ta’ fondi pubbliċi. Ta’ min isemmi li l-istabbiltà finanzjarja hija wkoll ġid pubbliku u għalhekk, ir-regolaturi u s-superviżuri finanzjarji għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ regoli prudenzjali b’saħħithom sabiex jiġi evitat li jiġi pperikolat il-ġid pubbliku li huwa l-istabbiltà finanzjarja. |
|
4.17. |
Il-KESE jinnota d-dikjarazzjoni tal-Komunikazzjoni li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tista’ tipprovdi appoġġ għal “riformi mmirati lejn it-titjib tal-insolvenza, l-oqfsa ġudizzjarji u amministrattivi u t-tirfid ta’ riżoluzzjoni effiċjenti tal-NPLs”. Il-fondi tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, kif iddikjarat mill-Kunsill Ewropew, għandhom jintużaw biex tingħata spinta lill-potenzjal tat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u r-reżiljenza ekonomika u soċjali (18). Hija meħtieġa spjegazzjoni ulterjuri biex jiġu ċċarati l-intenzjonijiet tal-Kummissjoni li torbot il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza mas-self improduttiv, u biex jiġi żgurat li l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza ma tiddevjax mill-għan oriġinali tagħha li trawwem tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali. |
|
4.18. |
Minkejja l-għanijiet tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza maqbula mill-koleġiżlaturi, l-ebda miżura fil-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni ma hija diretta lejn negozji li jinsabu f’diffikultà fl-Ewropa – kumpaniji żgħar u kbar, korporazzjonijiet u negozji tal-familja. Barra minn hekk, il-KESE josserva li f’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni ma tipprovdi l-ebda għodda biex tindirizza l-kwistjoni ta’ kif il-konsumaturi li qed isibuha diffiċli biex iħallsu l-kontijiet tagħhom u jlaħħqu mal-ħajja jistgħu jissopravivu għall-effetti tal-pandemija u jevitaw li jaqgħu f’nassa tal-faqar. Il-KESE jirrimarka wkoll li hemm aspetti oħra li jeħtieġ li jibbenefikaw minn pjani ta’ azzjoni ddedikati bħall-korporazzjonijiet żgħar u kbar u n-negozji tal-familja li qed ibatu mill-impatt tal-pandemija. |
|
4.19. |
Il-KESE jirrakkomanda li jiġu riveduti r-regolamenti speċifiċi li ġejjin: |
|
4.19.1. |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni attwali, fejn ħafna negozji potenzjalment vijabbli jistgħu jsibu diffikultajiet fil-pagamenti minkejja l-affidabbiltà kreditizja tagħhom ta’ qabel il-COVID-19, il-KESE jipproponi li rieżami bir-reqqa tal-linji gwida tal-EBA dwar id-definizzjoni ta’ inadempjenza (eż. l-għadd ta’ jiem wara d-data ta’ skadenza qabel is-self jitqies bħala improduttiv; il-livell limitu tal-valur preżenti nett li bih ristrutturar tad-dejn jitqies bħala “improbabbli li jitħallas”) jista’ jagħti lil dawn in-negozji l-opportunità li jirkupraw qabel ma s-self jitqies improduttiv. Madankollu, il-KESE jenfasizza li kwalunkwe bidla bħal din għandha tkun strettament temporanja u relatata mal-pandemija tal-COVIF-19, m’għandhiex tinterferixxi mal-identifikazzjoni u r-rappurtar dettaljati u preċiżi tar-riskju ta’ kreditu mill-banek, u r-regolaturi u s-superviżuri jeħtiġilhom jibbilanċjaw kwalunkwe bidla temporanja mal-ħtieġa fundamentali li jiġu żgurati l-istabbiltà u s-solvenza tas-settur bankarju. |
|
4.19.2. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Linji Gwida tal-EBA dwar il-moratorji fuq il-kreditu jibqgħu fis-seħħ sakemm ikun meħtieġ. |
|
4.19.3. |
Fid-dawl tal-fatt li s-self improduttiv huwa improduttiv irrispettivament mir-raġunijiet għad-diffikultajiet fil-pagamenti, u peress li huwa estremament diffiċli li jiġi aċċertat liema mill-mutwatarji li jinsabu f’diffikultà fil-fatt se jirkupraw malajr ladarba l-pandemija tkun taħt kontroll, il-KESE jirrakkomanda li r-rekwiżiti kapitali – inkluż ir-regolament dwar il-garanzija ta’ kontinġenza tas-self improduttiv, li l-kalendarju ta’ proviżjonament tiegħu diġà jipprevedi żidiet gradwali ħafna fil-kapital – għandhom jinżammu fis-seħħ b’mod sod. Dan se jippermetti li l-banek ikunu kapaċi jifilħu għat-telf, kemm jekk huma marbuta mal-pandemija jew ma’ fatturi oħra, u jkun fattur ewlieni biex titnaqqas il-probabbiltà ta’ interventi pubbliċi u s-salvataġġ tal-banek għad-detriment tal-kontribwenti. Madankollu, tista’ tiġi kkunsidrata u applikata flessibbiltà temporanja fir-rigward tad-definizzjoni ta’ inadempjenza u tal-għoti tal-garanzija ta’ kontinġenza għal self improduttiv sabiex jittaffew l-effetti tal-kriżi tal-COVID-19. Barra minn hekk, dan jista’ jgħin biex jiġi evitat bejgħ imraħħas ħafna (fire sales) tas-self improduttiv mill-banek. F’dan il-kuntest, il-KESE jinnota u jissuġġerixxi li jitqies il-waqfien fl-attività tal-Qrati Ċivili u dewmien ieħor fi proċedimenti ċivili esperjenzati madwar l-Ewropa. |
|
4.19.4. |
Sabiex il-banek ikunu jistgħu jipprovdu evidenza ta’ rabta qawwija mal-ekonomija reali (sehem sinifikanti tal-assi tagħhom relatati man-negozji mhux finanzjarji u l-unitajiet domestiċi), il-KESE jipprevedi li tista’ tingħata aktar flessibbiltà. Min-naħa l-oħra, għandha tingħata l-akbar attenzjoni fir-rigward tal-istituzzjonijiet finanzjarji globalment sistemiċi li huma interkonnessi ħafna ma’ atturi oħra tas-suq finanzjarju. |
|
4.20. |
Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni għandha tipproponi metodi affidabbli biex tiżgura regoli stretti li jipproteġu lill-mutwatarji li jinsabu f’diffikultà minn trattament inġust: |
|
4.20.1. |
Il-KESE jappella sabiex il-miżuri ta’ għajnuna lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu jimxu id f’id ma’ miżuri ta’ għajnuna għal mutwatarji li minħabba l-pandemija spiċċaw f’diffikultà. Miżuri li għandhom jintużaw f’din is-sitwazzjoni jinkludu differimenti b’maturitajiet ta’ sena sa tliet snin, tnaqqis tar-rata tal-imgħax, ristrutturar tad-dejn għal forom ta’ kreditu inqas għaljin, u fejn possibbli, moratorji fuq il-pagamenti lura ta’ self. |
|
4.20.2. |
Fir-rigward tal-bejgħ intern tas-self improduttiv, f’ċerti każijiet, il-veikoli bi skop speċjali jagħmlu profitt mid-dejn tal-klijent fi proċess ta’ ġbir tad-dejn iżda l-klijent xorta waħda jitħalla bid-dejn. Il-KESE jirrakkomanda li l-Kummissjoni Ewropea tqis ukoll l-possibbiltà ta’ regolamentazzjoni biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-mutwatarji jiġu protetti u li huma ma jispiċċawx b’aktar dejn wara tali tranżazzjoni. |
|
4.21. |
Il-KESE jsostni l-fehma li għandhom jiġu pprovduti miżuri komprensivi biex tiġi sostnuta klima kummerċjali ġusta u sikura, b’enfasi partikolari fuq li jiġi żgurat li l-ħtiġijiet ta’ dawk l-aktar vulnerabbli jiġu ssodisfati. Il-kompetittività tan-negozji Ewropej hija mibnija, l-ewwel u qabel kollox fuq suq intern b’saħħtu, innovazzjoni kostanti u sett ta’ regoli prevedibbli u soċjalment responsabbli bbażati fuq il-fiduċja bejn il-partijiet interessati ekonomiċi. Il-KESE jwissi kontra kwalunkwe mossa leġiżlattiva li tittratta s-self improduttiv bħala kwalunkwe komodità oħra. Il-KESE josserva li mossa bħal din ma ttejjibx l-ambjent ta’ fiduċja, iżda, għall-kuntrarju, tagħmel aktar ħsara. Huwa essenzjali li jiġi salvagwardjat bilanċ tajjeb bejn id-drittijiet tal-mutwatarji u d-drittijiet tal-kredituri. |
|
4.22. |
Il-pandemija tal-COVID-19 hija biss waħda minn ħafna xokkijiet esterni u fil-futur se jseħħu ħafna aktar. Il-miżuri ta’ politika mmirati biex irażżnu l-ħsara estensiva ta’ tali xokkijiet kbar għandhom ikunu bbażati fuq prinċipji li huma universali u li jibqgħu validi matul iż-żmien. L-UE tistinka biex iżżomm l-orjentazzjoni tagħha lejn ekonomija soċjali tas-suq u ttenni l-wegħda tagħha li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura, filwaqt li issaħħaħ il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea. Il-KESE jħeġġeġ bil-qawwa li l-pjani ta’ azzjoni u l-inizjattivi leġiżlattivi tal-Kummissjoni għandhom jqisu sew dawn il-prinċipji sottostanti. |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) COM(2020) 822 final.
(2) Diskors tal-1 ta’ Ottubru 2020 minn Andrea Enria, President tal-Bord Superviżorju tal-BĊE. Is-self improduttiv ammonta għal kważi EUR 1 triljun fi tmiem l-2016, ekwivalenti għal 5,1 % tas-self totali mill-banek. Bl-użu tad-data tal-2019 bħala referenza, il-portafoll ta’ EUR 1,4 triljun ta’ self improduttiv jikkostitwixxi madwar 12 % tal-PDG taż-żona tal-euro.
(3) Kunsill ECOFIN, Pjan ta’ azzjoni biex jiġi indirizzat is-self improduttiv fl-Ewropa, Lulju 2017. https://www.consilium.europa.eu/mt/press/press-releases/2017/07/11/conclusions-non-performing-loans/.
(4) COM(2017) 592 final
(5) Id-Direttiva dwar is-servizzjanti tal-kreditu, ix-xerrejja tal-kreditu u l-irkupru tal-kollateral, COM/2018/0135 final – 2018/063 (COD).
(6) COM/2020/169 final.
(7) https://www.ecb.europa.eu/mopo/implement/pepp/html/index.en.html.
(8) COM(2020) 822 final u COM(2020) 283 final.
(9) https://www.ecb.europa.eu/stats/ecb_surveys/safe/html/ecb.safe202011~e3858add29.mt.html
(10) ĠU C 353, 18.10.2019, p. 32.
(11) L-istituzzjonijiet finanzjarji huma mistennija li jkomplu jidentifikaw u jirrapportaw deterjorament fil-kwalità tal-assi u l-akkumulazzjoni ta’ self improduttiv skont ir-regoli eżistenti, sabiex tinżamm stampa ċara u preċiża tar-riskji fis-settur bankarju, kif sostnut f’ittra mill-BĊE tal-4 ta’ Diċembru 2020. Barra minn hekk, il-BĊE jwissi li minn perspettiva prudenzjali, politiki u proċeduri ta’ stadji u proviżjonament sodi huma kruċjali biex tiġi żgurata ġestjoni u kopertura adegwata tar-riskju tal-kreditu, inkluż l-identifikazzjoni u l-ġestjoni f’waqthom ta’ debituri li jinsabu f’diffikultà.
(12) https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_20_2375. Valdis Dombrovskis, Viċi President Eżekuttiv għal Ekonomija għas-servizz tan-Nies, jittama li l-istrateġija “tikkontribwixxi għall-irkupru […] tal-Ewropa billi tgħin lill-banek joħorġu dan is-self [self improduttiv] mill-karti tal-bilanċ tagħhom u jżommu l-kreditu miexi”.
(13) Id-depożiti totali taż-żona tal-euro minn korporazzjonijiet mhux finanzjarji żdiedu minn EUR 2,73 triljun (Marzu 2020) għal EUR 3,12 triljun (Ottubru 2020) minkejja l-pandemija. L-istess ċifra għall-unitajiet domestiċi żdiedet minn EUR 7,85 triljun għal EUR 8,21 triljun rispettivament. (https://sdw.ecb.europa.eu).
(14) Il-Kummissarju għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali – Mairead McGuinness, https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_20_2375.
(15) Ibid.
(16) Ara l-Artikolu 5, l-Artikolu 11, b’mod partikolari l-Artikolu 11(5) u l-Artikolu 15(2) tal-proposta għal Direttiva.
(17) ĠU L 172, 26.6.2019, p. 18.
(18) https://www.consilium.europa.eu/mt/infographics/20201006-recovery-resilience-rrf/ Barra minn hekk, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza tista’ tintefaq skont ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi tas-Semestru Ewropew, u barra minn hekk, mill-inqas 37 % tar-riżorsi għandhom jikkontribwixxu għall-azzjoni klimatika u s-sostenibbiltà ambjentali – u mill-inqas 20 % għat-tranżizzjoni diġitali tal-UE.
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/106 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea”
(COM (2020) 682 final — 2020/310(COD))
(2021/C 220/16)
|
Relaturi: |
Milena ANGELOVA u Cinzia DEL RIO |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 11.11.2020 Kunsill, 10.11.2020 |
|
Bażi legali |
Artikoli 153(2) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Sezzjoni kompetenti |
Sezzjoni għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza |
|
Adottata fis-sezzjoni |
11.3.2021 |
|
Adottata fil-plenarja |
25.3.2021 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
155/100/20 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jappoġġja bis-sħiħ l-għan enfasizzat li l-Ewropa tmexxi l-perkors mill-fraġilità lejn vitalità ġdida billi toħloq opportunitajiet u prosperità billi tippromovi l-innovazzjoni, it-tkabbir sostenibbli u l-kompetizzjoni ġusta (1), sabiex tistimula l-konverġenza ekonomika u soċjali ’l fuq. Il-KESE jaqbel mal-għanijiet ġenerali li jinkisbu pagi minimi adegwati u li jissaħħu s-sistemi ta’ negozjar kollettiv fl-UE, li x-xogħol irendi, li jiġi miġġieled il-faqar, u li jissaħħaħ ir-rwol tal-imsieħba soċjali u d-djalogu soċjali, f’konformità mas-sistemi nazzjonali tar-relazzjonijiet industrijali. |
|
1.2. |
Il-KESE jinnota li d-Direttiva proposta se tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Unjoni — jiġifieri li tippromovi l-benesseri tan-nies, tiżviluppa ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna (l-Artikolu 3 tat-TUE) u tippromovi kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol imtejba (l-Artikolu 151 tat-TFUE). Tittratta wkoll id-drittijiet minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, bħad-dritt tal-ħaddiema għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa (l-Artikolu 31), u hija konformi mal-Prinċipju 6 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR). Il-Kummissjoni Ewropea tirrimarka li ma fiha l-ebda miżura b’impatt dirett fuq il-livell tal-paga, u li għalhekk d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 153(5) tat-TFUE huma rispettati bis-sħiħ. |
|
1.3. |
Il-KESE jaqbel mal-għanijiet ġenerali tal-proposta u jistenna li din tkun imfassla bir-reqqa biex tirrispetta t-tradizzjonijiet, il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali, u li fil-qafas tal-obbligi tagħha tħalli lok għal adattament għall-kuntest nazzjonali. Hemm fehmiet diverġenti fi ħdan il-KESE dwar xi elementi tal-bażi legali tal-proposta. Minkejja dawn id-differenzi fil-fehmiet, il-KESE jesprimi l-fehma tiegħu dwar ċerti kwistjonijiet inklużi fil-proposta tal-KE. |
|
1.4. |
Ir-rwol tal-Istat li joħloq il-“kundizzjonijiet abilitanti” — kemm politiċi kif ukoll legali — billi jappoġġja u jirrispetta r-rwol tad-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv tat-trade unions u l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem — huwa rikonoxxut minn diversi istituzzjonijiet internazzjonali u mfakkar ukoll f’diversi Opinjonijiet tal-KESE. L-imsieħba soċjali għandhom ikunu awtonomi u l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u t-trade unions għandhom jiġu protetti minn kwalunkwe forma ta’ restrizzjoni tad-dritt tagħhom li jorganizzaw, jirrappreżentaw jew jieħdu azzjoni kollettiva. Fl-istess ħin, il-KESE jerġa’ jtenni l-importanza ta’ azzjonijiet konġunti u programmi ta’ bini tal-kapaċitajiet fil-livell Ewropew u nazzjonali ġestiti direttament mill-imsieħba soċjali Ewropej u nazzjonali. |
|
1.5. |
Il-KESE jappoġġja l-għan li tiżdied il-kopertura tan-negozjar kollettiv, skont il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali u b’rispett sħiħ u f’konformità mad-diviżjoni tal-kompetenzi u l-awtonomija tal-imsieħba soċjali. Il-KESE jaqbel mal-proposta li l-mira ta’ 70 % u jemmen li pjani ta’ azzjoni nazzjonali (l-Artikolu 4) jista’ jkollhom rwol kruċjali fil-konverġenza ’l fuq tal-pagi u fl-istabbiliment tal-aktar miżuri u mekkaniżmi adegwati għall-iffissar tal-pagi u għaż-żieda tal-kopertura fil-livell nazzjonali, kif ukoll sabiex titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u d-diskrepanza fil-pagi abbażi tal-età, u jitnaqqsu l-inugwaljanzi u d-diskriminazzjoni, b’attenzjoni partikolari għaż-żgħażagħ. Il-KESE jirrakkomanda li kwalunkwe pjan ta’ azzjoni nazzjonali għandu jitfassal mill-imsieħba soċjali u jiġi miftiehem fi proċess tripartitiku. |
|
1.6. |
Il-KESE jirrikonoxxi li f’pajjiżi fejn teżisti sistema awtoregolatorja ta’ negozjar kollettiv, li tiżgura livelli minimi ġusti u adegwati ta’ pagi, flimkien ma’ kundizzjonijiet tax-xogħol miftiehma oħrajn, għandu jiġi evitat kull intervent tal-Istat sabiex tiġi salvagwardjata/ippreservata sistema ta’ relazzjonijiet industrijali li taħdem sew, li waħidha tista’ tiggarantixxi l-ilħuq tal-għanijiet stabbiliti fid-Direttiva proposta. |
|
1.7. |
Il-KESE jemmen li r-rappreżentattività tal-imsieħba soċjali hija fattur importanti, peress li tiggarantixxi l-mandat demokratiku tagħhom. Jeżistu kriterji differenti li jistgħu jirrappreżentaw prattiki tajba li għandhom jiġu kkunsidrati fil-livell nazzjonali skont il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali. Hemm għadd ta’ fatturi/kriterji kumplessi li jistgħu jitqiesu meta tiġi vvalutata r-rappreżentattività tal-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali, filwaqt li jiġi kkunsidrat li dawn ivarjaw minn Stat Membru għal ieħor. |
|
1.8. |
Il-KESE jappoġġja sistemi għall-iffissar tal-pagi żviluppati sew u sistemi ta’ protezzjoni soċjali li jiffunzjonaw tajjeb li jipprovdu xbieki ta’ sikurezza għal dawk fil-bżonn, kif ukoll miżuri oħra għall-prevenzjoni tal-faqar fost dawk li jaħdmu. Il-KESE jinnota li d-Direttiva proposta tistabbilixxi biss il-prinċipju ġenerali tal-adegwatezza tal-pagi — abbażi ta’ valuri ta’ referenza mhux vinkolanti stmati għal pagi medjani jew medji gross jew netti — u ma tinkludi l-ebda miżura speċifika jew dispożizzjoni dwar kif il-pagi għandhom jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, peress li din tibqa’ kompetenza tal-Istati Membri waħidhom. Il-KESE jappoġġja l-istabbiliment ta’ indikaturi vinkolanti biex jiggwidaw lill-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali fil-valutazzjoni tagħhom tal-adegwatezza tal-pagi minimi statutorji u fl-identifikazzjoni u l-introduzzjoni ta’ miżuri rilevanti fil-pjani ta’ azzjoni nazzjonali. |
|
1.9. |
Il-KESE jinnota li l-Artikolu 9 tad-Direttiva jinkludi dispożizzjonijiet għall-ħaddiema impjegati fl-akkwist pubbliku u fis-sottokuntrattar, billi jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw mal-pagi minimi fil-proġetti kollha tal-akkwist pubbliku. Il-KESE jtenni t-talba tiegħu biex il-kuntratti ta’ akkwist pubbliku jirrispettaw bis-sħiħ il-ftehimiet kollettivi u li jiġu sospiżi l-ftehimiet kummerċjali f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Konvenzjonijiet fundamentali u aġġornati tal-ILO. |
|
1.10. |
Il-KESE jirrakkomanda li r-rapporti mressqa mill-Istati Membri jiġu eżaminati u vvalutati bl-involviment adegwat tal-imsieħba soċjali fil-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) u jista’ jinħoloq sottogrupp speċifiku għal dan il-għan — li jikkonsisti f’rappreżentanti tal-gvernijiet nazzjonali, organizzazzjonijiet nazzjonali u Ewropej tat-trade unions u ta’ min iħaddem u esperti maħtura mill-KE. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Il-KESE jaqbel mal-għanijiet ġenerali li jinkisbu pagi minimi adegwati u li jissaħħu s-sistemi ta’ negozjar kollettiv fl-Unjoni Ewropea (UE), li x-xogħol irendi, li jiġi miġġieled il-faqar, u li jissaħħaħ ir-rwol tal-imsieħba soċjali u d-djalogu soċjali, f’konformità mas-sistemi nazzjonali tar-relazzjonijiet industrijali. Livell ta’ paga minima adattat tajjeb jikkontribwixxi biex jistimula d-domanda domestika u t-tkabbir ekonomiku u biex jiżviluppa ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna. Hemm diversi strumenti ta’ governanza li permezz tagħhom l-Unjoni Ewropea (UE) u l-Istati Membri jaħdmu flimkien biex jilħqu dawn l-għanijiet, fosthom is-Semestru Ewropew. L-involviment sħiħ strutturat u effettiv tal-imsieħba soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-proċess kollu tas-Semestru fil-livell Ewropew u nazzjonali huwa kruċjali sabiex jiġu implimentati l-politiki ekonomiċi u soċjali. |
|
2.2. |
Il-KESE jinnota li d-Direttiva proposta se tikkontribwixxi għall-objettivi tal-Unjoni — jiġifieri li tippromovi l-benesseri tal-popli, tiżviluppa ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna (l-Artikolu 3 tat-TUE) u tippromovi kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol imtejba (l-Artikolu 151 tat-TFUE). Tittratta wkoll id-drittijiet minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, bħad-dritt tal-ħaddiema għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa (l-Artikolu 31), u hija konformi mal-Prinċipju 6 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR). Il-Kummissjoni Ewropea tirrimarka li ma fiha l-ebda miżura b’impatt dirett fuq il-livell tal-paga, u li għalhekk d-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 153(5) tat-TFUE huma rispettati bis-sħiħ. |
|
2.3. |
Hemm tħassib u fehmiet diverġenti fi ħdan il-KESE dwar elementi tal-bażi legali tal-proposta (2) iżda, minkejja dawn id-differenzi, f’din l-Opinjoni l-KESE jesprimi l-fehmiet tiegħu dwar ċerti kwistjonijiet inklużi fil-proposta tal-KE. |
|
2.4. |
Il-KESE huwa mħasseb li l-proporzjon ta’ persuni li jaħdmu iżda li għadhom qed jiffaċċjaw il-faqar żdied minn 8,3 % tal-forza tax-xogħol totali tal-UE fl-2007 għal 9,4 % fl-2018, b’impatt sinifikanti fuq iż-żgħażagħ (28,1 % tal-ħaddiema ta’ età bejn is-16-il sena u l-24 sena huma f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali), in-nisa, il-persuni bi sfond ta’ migrazzjoni, persuni b’diżabbiltà u dawk li jinsabu fil-marġnijiet tas-suq tax-xogħol. Dawn il-gruppi għandhom impjiegi aktar prekarji u atipiċi b’pagi baxxi u b’inqas kopertura tal-protezzjoni soċjali, li se jkollhom impatt fuq is-sostenibbiltà tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali fuq perjodu ta’ żmien medju u twil. Għandhom jittieħdu azzjonijiet u jsiru riformi mmirati sabiex jiġi żgurat li l-gruppi emarġinati jkunu protetti b’mod suffiċjenti milli jgħixu fil-faqar (3). |
|
2.5. |
Il-KESE jirrakkomanda li jittieħdu azzjonijiet sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità, inkluż tkabbir mhux mixtieq fin-numru ta’ ħaddiema mhux iddikjarati, li jwassal għal kompetizzjoni inġusta u li dawn l-aspetti għandhom jiġu mmonitorjati u indirizzati mill-qrib fil-fażi tal-implimentazzjoni tal-proposta. |
3. Kummenti speċifiċi
3.1. Perkorsi u Kundizzjonijiet Abilitanti għall-Promozzjoni tan-Negozjar Kollettiv dwar l-Iffissar tal-Pagi
|
3.1.1. |
Id-Direttiva proposta għandha l-għan li tiżgura li l-ħaddiema fl-UE jkunu protetti permezz ta’ pagi minimi adegwati li jippermettu għajxien deċenti kull fejn jaħdmu u li tippromovi negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi u b’mod ġenerali dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Istati Membri kollha (4). Il-KESE jistenna li l-proposta għal Direttiva titfassal bir-reqqa biex tirrispetta t-tradizzjonijiet nazzjonali stabbiliti f’dan il-qasam, u tħalli d-diskrezzjoni għall-adattament lill-kuntest domestiku fl-obbligi tagħha. |
|
3.1.2. |
L-imsieħba soċjali Ewropej kemm-il darba talbu lill-istituzzjonijiet biex jippromovu jew joħolqu, fejn meħtieġ, kundizzjonijiet favorevoli u abilitanti għad-djalogu soċjali u biex in-negozjar kollettiv ikun effettiv u jirrispondi għall-isfidi attwali. Id-Dikjarazzjoni Kwadripartitika (5)“Bidu ġdid għal Djalogu Soċjali” u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2016 jitolbu lill-Istati Membri “jappoġġaw it-titjib tal-funzjonament u l-effettività tad-djalogu soċjali fil-livell nazzjonali, li jwassal għal negozjar kollettiv u joħloq spazju adatt għan-negozjati bejn is-sħab soċjali”. |
|
3.1.3. |
Ir-rwol tal-Istat li joħloq il-“kundizzjonijiet abilitanti” — kemm politiċi kif ukoll legali — huwa rikonoxxut minn diversi istituzzjonijiet internazzjonali. “Il-KESE jirrikonoxxi li djalogu soċjali effettiv jrid jinkludi: imsieħba soċjali rappreżentattivi u leġittimi bl-għarfien, il-kapaċità teknika u l-aċċess f’waqtu għall-informazzjoni rilevanti għall-parteċipazzjoni; ir-rieda politika u l-impenn politiku li wieħed jidħol fi djalogu soċjali; ir-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-awtonomija tal-imsieħba soċjali, il-libertà ta’ assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv, li għadhom fil-qalba tar-relazzjonijiet industrijali, u qafas legali u istituzzjonali li jippermetti l-appoġġ tal-proċessi ta’ djalogu soċjali ma’ istituzzjonijiet li jiffunzjonaw tajjeb” (6). L-istudji juru li f’dawk il-pajjiżi fejn ir-rwol tan-negozjar kollettiv huwa rikonoxxut sew u appoġġjat u rispettat bis-sħiħ mill-Istat, ir-rati tal-qgħad huma aktar baxxi, il-produttività hija ogħla u l-konverġenza tal-pagi hija promossa (7). Huwa importanti wkoll li r-riżultati tal-proċessi ta’ djalogu soċjali jagħtu riżultati tanġibbli kemm għall-ħaddiema kif ukoll għan-negozji. |
|
3.1.4. |
L-azzjonijiet konġunti u l-programmi ta’ bini tal-kapaċitajiet fil-livell Ewropew u dak nazzjonali ġestiti direttament mill-imsieħba soċjali huma strument effettiv biex jissaħħu l-kapaċitajiet fil-qasam tad-djalogu soċjali u n-negozjar kollettiv tat-trade unions u l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem fejn dan huwa meħtieġ (8). Il-KESE jirrakkomanda li programmi u azzjonijiet tal-bini tal-kapaċitajiet jiġu appoġġjati b’mod suffiċjenti u li r-riżultati tagħhom jiġu vvalutati sabiex jintlaħqu bl-aħjar mod l-objettivi previsti tagħhom. |
|
3.1.5. |
Il-KESE jirrakkomanda li ċerti dispożizzjonijiet u kunċetti li jinsabu fil-proposta (9) jiġu fformulati b’mod aktar preċiż sabiex ma jkunx hemm lok għal inċertezzi u interpretazzjoni mill-QĠUE. Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni fl-Artikoli 1 u 2 japplikaw għall-Istati Membri kollha, inklużi pajjiżi fejn teżisti sistema awtoregolatorja ta’ negozjar kollettiv. |
|
3.1.6. |
Il-KESE jirrakkomanda li kwalunkwe pjan ta’ azzjoni nazzjonali li għandu l-għan li jippermetti l-promozzjoni tal-kopertura tan-negozjar kollettiv jitfassal mill-imsieħba soċjali u jiġi miftiehem fi proċess tripartitiku. Għandhom jitfasslu wkoll b’konformità sħiħa mal-prinċipji rikonoxxuti sew tal-libertà ta’ assoċjazzjoni u n-natura volontarja tan-negozjar kollettiv stabbiliti fil-konvenzjonijiet tal-ILO. Il-KESE japprezza l-approċċ bilanċjat stabbilit fl-Artikoli 1 u 3 tal-Konvenzjoni 131 tal-ILO dwar l-iffissar tal-paga minima (10). Il-KESE jirrakkomanda li d-dispożizzjonijiet tal-Proposta għal Direttiva jirrispettaw il-prinċipji tal-Konvenzjonijiet 87, 98 u 154 tal-ILO sabiex tiġi salvagwardjata l-awtonomija tal-imsieħba soċjali, il-possibbiltajiet tagħhom li jirreklutaw membri u l-inċentivi u d-drittijiet li jinnegozjaw u jikkonkludu ftehimiet kollettivi. |
|
3.1.7. |
Il-KESE jappoġġja l-għan li tiżdied il-kopertura tan-negozjar kollettiv, skont il-liġijiet u l-prattika nazzjonali u b’rispett sħiħ għad-diviżjoni tal-kompetenzi u l-awtonomija tal-imsieħba soċjali u l-konformità magħhom. F’dan ir-rigward, il-KESE jappoġġja l-promozzjoni tal-kapaċità tal-imsieħba soċjali u jippromovi l-azzjonijiet konġunti tagħhom biex jimpenjaw ruħhom fin-negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi, u biex iħeġġu negozjati kostruttivi, sinifikanti u informati dwar il-pagi (11). L-Artikolu 4 jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-intervent tal-gvern fit-tħejjija tal-oqfsa u l-pjani ta’ azzjoni, u l-KESE jinsisti li dan isir b’approċċ tripartitiku b’mod li jirrispetta l-awtonomija tal-imsieħba soċjali u f’kooperazzjoni magħhom. F’xi Stati Membri, il-kopertura tal-ftehimiet kollettivi tiġi deċiża mill-imsieħba soċjali, filwaqt li fi Stati Membri oħra, il-liġi jew il-prattika komuni jipprevedu mekkaniżmi biex jiġu estiżi l-ftehimiet kollettivi u dawn id-differenzi għandhom jiġu rispettati.
Il-KESE jaqbel mal-mira proposta ta’ 70 % u jemmen li l-pjani ta’ azzjoni nazzjonali, miftiehma u mfassla mal-imsieħba soċjali, jista’ jkollhom rwol kruċjali fil-konverġenza ’l fuq tal-pagi u fl-istabbiliment ta’ mekkaniżmi ġusti għall-iffissar tal-pagi fil-livell nazzjonali, inkluż sabiex titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u d-diskrepanza fil-pagi abbażi tal-età. Dawn se jippermettu wkoll li jitqiesu l-prattiki nazzjonali u li jittejbu s-sistemi, fejn meħtieġ. Tali pjani ta’ azzjoni għandhom jiġu implimentati, ivvalutati, rieżaminati u adattati b’mod adegwat sabiex gradwalment iżidu l-kopertura tan-negozjar kollettiv fuq terminu ta’ żmien medju. F’xi pajjiżi, il-mekkaniżmi ta’ estensjoni għall-ftehimiet kollettivi huma fis-seħħ u għandhom l-għan li jżidu l-kopertura tan-negozjar kollettiv. Madankollu, l-użu ta’ mekkaniżmi ta’ estensjoni huwa biss wieħed mill-modi kif wieħed jista’ jippromovi n-negozjar kollettiv u jżid il-kopertura, flimkien ma’ azzjonijiet konġunti u miżuri li jibnu l-kapaċità u li jipproteġu kontra t-tfixkil tat-trade unions, il-protezzjoni tad-drittijiet ta’ organizzazzjonijiet tat-trade unions u ta’ min iħaddem li jinnegozjaw kollettivament, l-istabbiliment ta’ kriterji ta’ rappreżentanza miftiehma u l-ġlieda kontra kull forma ta’ diskriminazzjoni, pereżempju. Dawn l-elementi u proposti mmirati għandhom jitqiesu fil-pjani ta’ azzjoni nazzjonali, flimkien ma’ inizjattivi oħra. |
|
3.1.8. |
Madankollu, f’pajjiżi fejn teżisti sistema awtoregolatorja ta’ negozjar kollettiv, li tiżgura livelli minimi ġusti u adegwati ta’ pagi, flimkien ma’ kundizzjonijiet tax-xogħol miftiehma oħrajn, għandu jiġi evitat kull intervent tal-Istat sabiex tiġi salvagwardjata/ippreservata sistema ta’ relazzjonijiet industrijali li taħdem sew, li waħidha tista’ tiggarantixxi l-ilħuq tal-għanijiet stabbiliti fid-Direttiva proposta. F’dawn il-pajjiżi, fil-każ ta’ kopertura ta’ negozjar kollettiv li taqa’ taħt limitu speċifiku, il-pjani ta’ azzjoni nazzjonali għandhom jiġu l-ewwel nett mill-imsieħba soċjali u jintlaħaq qbil dwarhom minnhom. |
|
3.2. |
Il-proposta tistabbilixxi approċċ differenzjat bejn l-Istati Membri bl-iffissar statutorju tal-pagi minimi u dawk bi ftehim kollettiv tal-iffissar tal-pagi. Klassifikazzjoni bħal din, anki jekk tintuża ħafna mill-OECD, mill-Eurofound u minn istituzzjonijiet oħrajn għal skopijiet akkademiċi u ta’ riċerka, tista’ tiġi kkontestata meta tintuża għall-fini ta’ kwalunkwe eżerċizzju relatat mal-iffissar tal-pagi — għal raġunijiet differenti, u waħda minnhom hija li f’xi Stati Membri fejn l-intervent tal-gvern huwa limitat għall-uffiċjalizzazzjoni ta’ ftehimiet innegozjati mill-imsieħba soċjali, il-paga minima mhijiex statutorja iżda konvenzjonali. |
3.3. Negozjar Kollettiv — Definizzjonijiet u Kopertura
|
3.3.1. |
Il-KESE jenfasizza li n-negozjar kollettiv huwa l-aktar għodda effettiva biex jiġu stabbiliti pagi adegwati u adattati tajjeb, inklużi l-pagi minimi, li huma komponent essenzjali tal-ekonomija tas-suq soċjali. L-Artikolu 3 tal-proposta jinkludi xi definizzjonijiet li japplikaw għall-fini tad-Direttiva. |
|
3.3.2. |
Il-KESE jemmen li r-rappreżentattività tal-imsieħba soċjali hija fattur importanti, peress li tiggarantixxi l-mandat demokratiku tagħhom. Jeżistu kriterji differenti li jistgħu jirrappreżentaw prattiki tajba li għandhom jiġu kkunsidrati fil-livell nazzjonali skont il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali. Hemm għadd ta’ fatturi/kriterji kumplessi li jistgħu jitqiesu meta tiġi vvalutata r-rappreżentattività tal-imsieħba soċjali fil-livell nazzjonali, filwaqt li jiġi kkunsidrat li dawn ivarjaw fost l-Istati Membri: l-għadd ta’ membri u s-sinifikat tal-preżenza fit-territorju fil-livell nazzjonali; il-kapaċità li jimmobilizzaw il-membri tagħhom u jieħdu azzjoni; in-numru ta’ ftehimiet kollettivi ffirmati fil-livelli differenti (settur/kumpanija eċċ.); in-numru ta’ rappreżentanti eletti tat-trade unions jew ta’ min iħaddem; l-affiljazzjoni ma’ organizzazzjoni Ewropea tal-imsieħba soċjali (rikonoxxuta mill-KE); ir-rikonoxximent mill-gvern u l-preżenza fi strutturi jew korpi nazzjonali/settorjali bipartitiċi/tripartitiċi għall-iżvilupp sostenibbli, eċċ. Il-KESE jappella biex minflok it-terminu “organizzazzjonijiet tal-ħaddiema” jintuża “trade unions”, billi t-terminu “organizzazzjoni tal-ħaddiema” jista’ jwassal għal interpretazzjonijiet li jqarqu u jwassal biex in-negozjati jinfetħu għal forom ta’ gruppi ta’ interess tal-ħaddiema mhux rikonoxxuti jew anke “yellow” unions. |
|
3.3.3. |
Il-KESE kemm-il darba stqarr li d-djalogu soċjali huwa parti integrali mill-mudell soċjali Ewropew. L-imsieħba soċjali għandhom ikunu awtonomi u l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema għandhom jiġu protetti minn kwalunkwe forma ta’ restrizzjoni tad-dritt tagħhom li jorganizzaw, jirrappreżentaw jew jieħdu azzjoni kollettiva. Dan huwa daqstant importanti għal min iħaddem u għat-trade unions. |
|
3.3.4. |
L-Artikolu 7 tad-Direttiva jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-involviment u l-konsultazzjoni tal-imsieħba soċjali fir-rigward tad-determinazzjoni u l-aġġornament tal-pagi minimi statutorji. F’dawn l-aħħar snin, fil-kuntest tas-Semestru Ewropew, inħarġu diversi rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi biex jitolbu l-Istati Membri biex jiżguraw involviment adegwat tal-imsieħba soċjali f’dan il-proċess. Fis-Semestru 2020-2021, 12-il Stat Membru rċevew rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jindikaw il-ħtieġa li jiżdiedu l-involviment u s-sjieda tal-imsieħba soċjali fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet (12). |
4. Adegwatezza
|
4.1. |
Bħala riżultat tal-kriżijiet ekonomiċi u tal-pandemija attwali, id-data turi li kien hemm staġnar ġenerali tal-pagi u saħansitra deterjorament f’xi pajjiżi f’dawn l-aħħar snin. Il-KESE jenfasizza li n-negozjar kollettiv għandu rwol ewlieni sabiex il-paga minima tingħata protezzjoni adegwata. Il-pajjiżi b’kopertura għolja ta’ negozjar kollettiv għandhom it-tendenza li jkollhom proporzjon aktar baxx ta’ ħaddiema b’paga baxxa, pagi minimi ogħla meta mqabbla mal-paga medjana, u inqas inugwaljanza fil-pagi u pagi ogħla minn pajjiżi oħrajn (13). |
|
4.2. |
Il-KESE jappoġġja sistemi għall-iffissar tal-pagi żviluppati sew u sistemi ta’ protezzjoni soċjali li jiffunzjonaw tajjeb li jipprovdu xbieki ta’ sikurezza għal dawk fil-bżonn, kif ukoll miżuri oħra għall-prevenzjoni tal-faqar fost dawk li jaħdmu. Il-KESE jinnota li d-Direttiva proposta tistabbilixxi biss il-prinċipju ġenerali tal-adegwatezza tal-pagi — abbażi ta’ valuri ta’ referenza mhux vinkolanti stmati għal pagi medjani jew medji grossi jew netti — u ma tinkludi l-ebda miżura speċifika jew dispożizzjoni dwar kif il-pagi għandhom jiġu stabbiliti fil-livell nazzjonali, peress li din tibqa’ kompetenza tal-Istati Membri waħidhom. Il-KESE jappoġġja l-istabbiliment ta’ indikaturi vinkolanti biex jiggwidaw lill-Istati Membri u lill-imsieħba soċjali fil-valutazzjoni tagħhom tal-adegwatezza tal-pagi minimi statutorji u fl-identifikazzjoni u l-introduzzjoni ta’ miżuri rilevanti fil-pjani ta’ azzjoni nazzjonali. Il-pagi huma fil-fatt stabbiliti mil-liġijiet nazzjonali li jipprovdu għal paga minima statutorja, fejn dawn jeżistu, jew permezz ta’ negozjar kollettiv. Fl-istess ħin, it-tneħħija ta’ aktar nies mill-faqar se tnaqqas in-nefqa pubblika għall-iskemi ta’ protezzjoni soċjali. Il-limiti tal-faqar u l-indikaturi tal-esklużjoni soċjali jintużaw fil-livell tal-UE għall-analiżi u l-ġbir komuni tad-data, iżda attwalment ma jeżisti l-ebda indikatur maqbul fil-livell tal-UE biex ikejjel f’termini assoluti l-ekwità u l-adegwatezza tal-pagi minimi, u l-proposta tħalli f’idejn l-Istati Membri biex jindirizzawhom fil-pjani nazzjonali. |
|
4.3. |
Elementi importanti, bħall-kompetittività, il-produttività, l-iżvilupp ekonomiku skont is-settur, il-ġestjoni tal-ħiliet, proċessi ġodda ta’ produzzjoni minħabba l-introduzzjoni ta’ teknoloġija ġdida, id-diġitalizzazzjoni u l-organizzazzjoni tax-xogħol differenti u aktar flessibbli f’ċerti setturi produttivi għandhom jiġu kkunsidrati mill-imsieħba soċjali meta jistabbilixxu l-pagi permezz ta’ negozjar kollettiv skont il-liġi u l-prattika nazzjonali. Filwaqt li jenfasizza l-ħtieġa ta’ konverġenza ’l fuq tal-pagi, il-KESE jinnota li pagi ogħla jfissru wkoll żieda fil-konsum u għalhekk fid-domanda interna, b’impatt ekonomiku pożittiv, u ż-żieda fil-pagi twassal ukoll għal dħul ogħla għas-sigurtà soċjali u s-sistemi tat-taxxa. Dawn l-effetti jridu jiġu analizzati bir-reqqa. |
|
4.4. |
Madankollu, id-Direttiva proposta għandha l-għan li tistabbilixxi limitu indikattiv fil-livell tal-UE bħala referenza għall-pagi minimi statutorji fil-pajjiżi fejn jeżistu. Meta jitqies li l-pagi huma ħlas għax-xogħol li jkun sar, jistgħu jiġu kkunsidrati wkoll fatturi oħra, bħal-linja tal-faqar, standard minimu tal-għajxien deċenti, l-għoli tal-ħajja ta’ kull pajjiż. Dawn l-elementi huma l-fatturi bażiċi ewlenin fl-istabbiliment tal-pagi minimi statutorji u kollettivi miftiehma fil-pajjiżi tal-UE. Għandha ssir distinzjoni ċara bejn l-iffissar tal-pagi minimi u ż-żidiet fil-pagi. |
|
4.5. |
Il-kriterji proposti dwar l-adegwatezza tal-pagi minimi huma, bl-eċċezzjoni tal-kapaċità tal-akkwist, kriterji dwar id-distribuzzjoni tal-pagi u l-evoluzzjoni tagħhom. Dawn jikkonċernaw b’mod aktar ġenerali aspetti ta’ inugwaljanza u mhux il-protezzjoni tal-iżjed ħaddiema vulnerabbli. “Il-pagi minimi għandhom ikunu ġusti fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-pagi fil-pajjiżi differenti u l-livell tagħhom għandu jkun ukoll adegwat f’termini ta’ prezzijiet reali, sabiex b’hekk ikun hemm standard ta’ għajxien deċenti filwaqt li fl-istess ħin tkun issalvagwardjata s-sostenibbiltà ta’ dawk il-kumpaniji li jipprovdu impjiegi ta’ kwalità” (14). |
5. Akkwist Pubbliku
|
5.1. |
L-Artikolu 9 tad-Direttiva jinkludi dispożizzjonijiet għall-ħaddiema impjegati fl-akkwist pubbliku u fis-sottokuntrattar, billi jistieden lill-Istati Membri jikkonformaw mal-pagi minimi fil-proġetti kollha tal-akkwist pubbliku. F’konformità mad-Direttivi 2014/23/UE (15), 2014/24/UE (16) u 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), id-dispożizzjoni tobbliga lill-kuntratturi kollha jikkonformaw mal-livell applikabbli tal-pagi minimi, kemm jekk statutorji kif ukoll jekk miftiehma fi ftehimiet kollettivi. Din id-dispożizzjoni hija wkoll konformi ma’ ċerti deċiżjonijiet mill-QĠUE u b’mod partikolari mad-deċiżjoni “Regiopost” tal-2015 (Kawża C-115/14) (18). L-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li jirrifjutaw offerti għal kuntratti pubbliċi minn kuntratturi li ma jimpenjawx ruħhom li jħallsu lill-ħaddiema regolati lokalment jew rati minimi ta’ ħlas miftiehma b’mod kollettiv, kif tabbilit fl-Artikolu 70 tad-Direttiva 2014/24/UE u fl-Artikolu 3 tad-Direttiva dwar l-Istazzjonar ta’ Ħaddiema (19). Il-KESE diġà talab li l-kuntratti ta’ akkwist pubbliku jirrispettaw bis-sħiħ il-ftehimiet kollettivi u li jiġu sospiżi l-ftehimiet kummerċjali f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-Konvenzjonijiet fundamentali u aġġornati tal-ILO. Il-KESE appella wkoll għal sanzjonijiet, fosthom l-esklużjoni mill-akkwist pubbliku u l-finanzjament pubbliku, għall-intrapriżi li ma jirrispettawx l-obbligi ta’ diliġenza dovuta fl-istrument obbligatorju propost ta’ diliġenza dovuta (20). |
6. Monitoraġġ u ġbir ta’ data
|
6.1. |
Diġà hemm għadd sinifikanti ta’ bażijiet ta’ data u analiżi dwar il-pagi minimi u l-proċessi ta’ negozjar kollettiv. Id-disponibbiltà ta’ data affidabbli u aġġornata għall-istituzzjonijiet u l-imsieħba soċjali tista’ tgħin biex jiġu vvalutati u mifhuma aħjar it-tendenzi attwali, f’dak li għandu x’jaqsam mat-teħid tad-deċiżjonijiet f’dan il-qasam. Għalhekk, il-KESE jitlob lill-KE biex tkompli tgħin lill-Istati Membri, f’kooperazzjoni mal-imsieħba soċjali, biex ikomplu jtejbu l-ġbir tad-data u jimmonitorjaw l-evoluzzjoni tal-pagi minimi statutorji (21). |
|
6.2. |
F’xi Stati Membri, il-ftehimiet kollettivi huma disponibbli u ppubblikati u, f’xi każijiet, is-siti elettroniċi pubbliċi tal-internet jippermettu li dawn jiġu kkonsultati b’xejn, filwaqt li fi Stati Membri oħrajn, il-ftehimiet kollettivi u l-adegwatezza tal-livelli tal-pagi huma proprjetà tal-imsieħba soċjali nfushom u jiġu eżaminati minnhom u mhux mill-awtoritajiet jew isiru aċċessibbli għall-pubbliku. Filwaqt li jappoġġja l-iżvilupp delikat ulterjuri tal-aċċessibbiltà tad-data (li jista’ jkun sensittiv fir-rigward tar-rispett tal-awtonomija tal-imsieħba soċjali u tan-negozjar u l-ftehimiet kollettivi, il-protezzjoni tad-data, il-kompetizzjoni ġusta u oqsma oħra), il-KESE huwa mħasseb dwar iż-żieda possibbli fil-piż amministrattiv, speċjalment għall-SMEs u għall-intrapriżi tal-ekonomija soċjali mingħajr skop ta’ qligħ, u jitlob li jintlaħaq bilanċ bejn il-valur miżjud li jirriżulta mill-obbligu dettaljat ħafna ta’ informazzjoni annwali u l-ħtieġa li jitnaqqas kemm jista’ jkun dan il-piż — meta din id-dispożizzjoni tiġi implimentata fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari fir-rigward tan-neċessità li tingħata informazzjoni għall-ħaddiema koperti u mhux koperti, diżaggregata skont il-ġeneru, l-età, id-diżabbiltà, id-daqs tal-kumpanija u s-settur. Hemm bżonn ukoll ta’ aktar ċarezza dwar il-ħtieġa li tingħata distribuzzjoni f’deċili ta’ pagi minimi f’pajjiżi b’approċċ konvenzjonali. |
|
6.3. |
Il-KESE jirrakkomanda li r-rapporti mressqa mill-Istati Membri jiġu eżaminati u evalwati bl-involviment adegwat tal-imsieħba soċjali fil-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO) u jista’ jinħoloq sottogrupp speċifiku għal dan il-għan — li jikkonsisti f’rappreżentanti tal-gvernijiet nazzjonali, organizzazzjonijiet nazzjonali u Ewropej tat-trade unions u ta’ min iħaddem u esperti maħtura mill-KE. |
|
6.4. |
Il-KESE jinnota l-introduzzjoni, fid-Direttiva, ta’ klawżoli b’saħħithom ta’ nonrigressjoni u jistieden lill-Parlament isaħħaħ aktar xi punti ewlenin f’dan il-qasam, b’mod partikolari:
Il-KESE jistieden ukoll lill-Parlament Ewropew biex ikompli jenfasizza li xejn fid-Direttiva ma għandu jiġi interpretat bħala li jillimita jew li jaffettwa b’mod negattiv id-drittijiet u l-prinċipji kif rikonoxxuti, fl-oqsma ta’ applikazzjoni rispettivi tagħhom, mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt internazzjonali u minn ftehimiet internazzjonali li għalihom l-Unjoni jew l-Istati Membri huma parti, inklużi l-Karta Soċjali Ewropea u l-Konvenzjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol. Id-dispożizzjoni tipprovdi wkoll li l-Istati Membri u l-imsieħba soċjali jintroduċu dispożizzjonijiet leġiżlattivi/regolatorji/amministrattivi jew japplikaw ftehimiet kollettivi li huma aktar favorevoli għaż-żewġ partijiet. Il-KESE jenfasizza wkoll il-ħtieġa li tiġi żgurata l-konformità mal-ftehimiet kollettivi applikabbli u l-infurzar effettiv, li huma essenzjali biex jiġi żgurat l-aċċess għall-protezzjoni tal-paga minima u biex tiġi evitata l-kompetizzjoni inġusta għan-negozji. |
Brussell, il-25 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-President von der Leyen fil-Plenarja tal-Parlament Ewropew
(2) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 159.
(3) Questions and answers: Adequate minimum wages (Mistoqsijiet u Tweġibiet: Pagi Minimi Adegwati — mhux disponibbli bil-Malti).
(4) L-Artikolu 4 tal-COM (2020) 682 final, p. 24.
(5) Dikjarazzjoni Kwadripartitika.
(6) ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14, punt 1.3. Ara OECD Job Strategy (L-Istrateġija għall-Impjiegi tal-OECD); Studju tal-Eurofound “Capacity building: towards effective social dialogue” (Il-bini tal-kapaċitajiet: lejn djalogu soċjali effettiv), 2019; ir-Riżoluzzjonijiet tal-ILO tal-2013 u l-2018 dwar id-Diskussjoni Rikorrenti fuq id-Djalogu Soċjali
(7) The role of collective bargaining systems for labour market performance (Ir-rwol tas-sistemi ta’ negozjar kollettiv għall-prestazzjoni tas-suq tax-xogħol — mhux disponibbli bil-Malti).
(8) L-imsieħba soċjali Ewropej reċentement iddikjaraw b’mod konġunt li għandha ssir aktar ħidma fil-qasam tal-bini tal-kapaċitajiet. Huma ddikjaraw fil-Programm konġunt tagħhom 2019-2021 li l-attivitajiet tal-bini tal-kapaċitajiet jibqgħu prijorità għall-imsieħba soċjali Ewropej. Huma jirrikonoxxu li sabiex id-djalogu soċjali Ewropew ikollu impatt pożittiv, għandu jsir ħafna biex jissaħħaħ u jiġi appoġġjat id-djalogu soċjali fil-livelli kollha. Ara wkoll ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14, punti 3.23 u 3.24.
(9) Speċjalment fir-rigward tar-rispett tal-kompetenzi tal-imsieħba soċjali.
(10) Irratifikat minn għaxar Stati Membri li kollha għandhom sistema statutorja ta’ paga minima.
(11) OECD “Job strategy 2018” (L-Istrateġija tal-Impjiegi tal-2018), paġna 143 dwar “Achieving higher convergence” (Il-kisba ta’ konverġenza ogħla).
(12) Ara ĠU C 10, 11.1.2021, p. 14 punt 6.13 u overview of the 2020-2021 country-specific recommendations (CSRs) in the social field (ħarsa ġenerali tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs) 2020-2021 fil-qasam soċjali).
(13) AMECO Online.
(14) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 159, punt 1.5.
(15) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1.
(16) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65.
(17) ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.
(18) Kawża C-115/14.
(19) Ref. to ILO Conv. 94 u ĠU C 429, 11.12.2020, p. 197 u ĠU C 429, 11.12.2020, p. 136. Assoċjazzjoni Ewropea għad-Difiża tad-Drittijiet tal-Bniedem, Foreign workers in the EU: moving towards multiple standards, founded on unequal treatment?
(20) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 197, punt 6.4, u ĠU C 429, 11.12.2020, p. 136, punt 4.10.
(21) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 159, punt 6.4.1.
ANNESS
Il-kontropinjoni li ġejja inċaħdet waqt id-diskussjoni iżda rċeviet aktar minn kwart tal-voti (Artikolu 43(2) tar-Regoli ta’ Proċedura):
1. Konklużjonijiet
|
1.1. |
Fl-Opinjoni reċenti tiegħu SOC/632 dwar Pagi minimi deċenti fl-Ewropa kollha, il-KESE rrikonoxxa li s-sitwazzjoni legali rigward inizjattiva tal-UE dwar pagi minimi hija kumplessa ħafna. L-UE tista’ tadotta strumenti legali dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol abbażi tal-Artikoli 151 u 153(1)(b) tat-TFUE. It-Trattat jipprevedi li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 153 m’għandhomx japplikaw għall-“pagi”. Min-naħa l-oħra, hemm ġurisprudenza tal-UE u Direttivi eżistenti li ttrattaw il-kwistjoni ta’ pagi bħala kundizzjoni tax-xogħol fundamentali. Hemm fehmiet diverġenti biċ-ċar dwar din il-kwistjoni, u l-KESE jirrikonoxxi li l-Kummissjoni għandha tadotta approċċ bilanċjat u kawt (1), fid-dawl tal-għadd dejjem jikber ta’ vuċijiet li qed jitolbu lill-Kummissjoni Ewropea tuża Rakkomandazzjoni tal-Kunsill minflok Direttiva (2). |
|
1.2. |
Il-KESE ddikjara wkoll li (3) huwa importanti li kwalunkwe azzjoni tal-UE tkun ibbażata fuq analiżi u fehim preċiżi tas-sitwazzjoni u s-sensittivitajiet fl-Istati Membri u tirrispetta bis-sħiħ ir-rwol u l-awtonomija tal-imsieħba soċjali, kif ukoll il-mudelli differenti tar-relazzjonijiet industrijali. Huwa essenzjali wkoll li kwalunkwe inizjattiva tal-UE tissalvagwardja l-mudelli f’dawk l-Istati Membri fejn l-imsieħba soċjali ma jqisux li l-pagi minimi statutorji huma meħtieġa. |
|
1.3. |
Il-KESE jiddeskrivi hawn taħt ir-raġunijiet għala l-proposta tal-Kummissjoni (4) dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea ma ssegwix l-approċċ bilanċjat u kawt u għala ma tistax titqies li hija bbażata fuq analiżi preċiża u li tirrispetta bis-sħiħ l-awtonomija tal-imsieħba soċjali u l-mudelli differenti tar-relazzjonijiet industrijali kif mitlub mill-KESE. |
2. Kummenti ġenerali
|
2.1. |
Il-pagi, inklużi l-pagi minimi, huma aspett importanti tal-mudell tal-ekonomija tas-suq soċjali tal-Unjoni Ewropea. L-iżgurar ta’ pagi minimi deċenti fl-Istati Membri kollha jgħin biex jintlaħqu għadd ta’ objettivi tal-UE, fosthom il-konverġenza ’l fuq tal-pagi, it-titjib tal-koeżjoni soċjali u ekonomika, l-eliminazzjoni tad-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi, it-titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien u tax-xogħol b’mod ġenerali u l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni fis-Suq Uniku. Il-pagi jirrappreżentaw il-ħlas għax-xogħol li jsir, u huma wieħed mill-fatturi li jiżguraw benefiċċji reċiproċi għall-kumpaniji u l-ħaddiema. Dawn huma marbuta mas-sitwazzjoni ekonomika f’pajjiż, reġjun jew settur kwalunkwe. It-tibdiliet jista’ jkollhom impatt fuq l-impjieg, il-kompetittività u d-domanda makroekonomika (5). |
|
2.2. |
Il-KESE jfakkar dak li l-ħidma preċedenti tiegħu indikat (6), li fir-rigward tas-suġġett tal-pagi minimi hemm fehmiet diverġenti fi ħdan il-KESE. Għadd ta’ membri tal-KESE jappoġġjaw il-fehma li l-ħaddiema kollha fl-UE għandhom jiġu protetti b’pagi minimi ġusti li jippermettu livell ta’ għajxien deċenti kull fejn jaħdmu. Membri oħra tal-KESE huma tal-fehma li l-iffissar ta’ pagi minimi jirrappreżenta kwistjoni għal-livell nazzjonali, fejn dan isir skont il-karatteristiċi speċifiċi tas-sistemi nazzjonali rispettivi. |
|
2.3. |
Il-KESE diġà ddikjara (7) l-konvinzjoni tiegħu li huma meħtieġa aktar sforzi fir-rigward tal-konverġenza tal-pagi u l-istabbiliment tal-pagi minimi fl-Istati Membri, filwaqt li enfasizza wkoll li l-kompetenza u l-awtonomija tal-imsieħba soċjali nazzjonali fir-rigward tal-proċessi tal-iffissar tal-pagi jridu jiġu rrispettati bis-sħiħ, f’konformità mal-prattiki nazzjonali (8). Dawn l-isforzi għandu jkollhom l-għan ukoll li jsaħħu n-negozjar kollettiv, li għandu jikkontribwixxi wkoll għal pagi aktar ġusti b’mod ġenerali. |
|
2.4. |
Il-KESE jenfasizza li l-livell tal-paga minima huwa għodda ta’ politika ekonomika ewlenija, li trid tibqa’ kwistjoni ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet fil-livell tal-Istati Membri sabiex jitqiesu b’mod flessibbli l-iżviluppi politiċi, ekonomiċi u soċjali. |
|
2.5. |
Kif iddikjarat il-Kummissjoni fil-memorandum tagħha li jispjega l-miżuri proposti, l-Istati Membri b’kopertura għolja ta’ negozjar kollettiv jiksbu riżultati aħjar minn oħrajn f’termini ta’ pagi ogħla u inqas ħaddiema b’pagi baxxi. Il-KESE jemmen li s-suċċess ta’ tali mudelli ta’ negozjar kollettiv jista’ jiġi spjegat mill-fatt li l-Istat la huwa involut fl-istabbiliment tal-kriterji għall-ftehimiet ta’ negozjar kollettiv u lanqas fl-infurzar tagħhom, u li l-imsieħba soċjali għandhom responsabbiltà u awtonomija sħiħa fir-rigward tagħhom. |
Il-pandemija tal-COVID-19
|
2.6. |
Fl-Opinjoni SOC/632, il-KESE ddikjara li l-pandemija tal-COVID-19 laqtet lill-Ewropa bil-kbir. L-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha għadhom qed jiffaċċjaw reċessjoni ekonomika ta’ proporzjonijiet storiċi b’konsegwenzi drammatiċi għan-nies u għan-negozji (9). Minn dak iż-żmien ’l hawn, is-sitwazzjoni marret pjuttost għall-agħar aktar milli tjiebet. L-investiment fin-negozju għadu baxx. |
|
2.7. |
Għadna ma rajniex l-impatt sħiħ tal-kriżi tal-COVID-19 fuq l-impjieg, iżda huwa ċar li din il-kriżi hija mistennija li twassal għal żidiet sinifikanti fil-qgħad fis-sena li ġejja. Il-kriżi tal-COVID-19 dgħajfet is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ bosta SMEs, li tagħmilhom aktar vulnerabbli għaż-żieda fl-ispejjeż. Is-sitwazzjoni hija simili fl-Ewropa kollha. |
L-effetti fuq l-impjieg
|
2.8. |
Il-KESE diġà ddikjara (10) li sors ieħor ta’ tħassib huwa li politika Ewropea tal-paga minima statutorja tista’ potenzjalment ikollha effetti negattivi fuq l-impjieg (11), speċjalment fil-każ taż-żgħażagħ u l-ħaddiema b’livell baxx ta’ ħiliet, u tista’ taggrava n-nuqqas ta’ konformità, li wkoll tista’ timbotta għadd ta’ ħaddiema li jaqilgħu pagi baxxi lejn ix-xogħol informali (12). Ix-xogħol mhux iddikjarat iwassal għal kompetizzjoni inġusta u jiddeterjora s-sistemi soċjali u tat-taxxa u ma jirrispettax id-drittijiet tal-ħaddiema — inklużi d-drittijiet għal kundizzjonijiet tax-xogħol deċenti u għal paga minima. Il-KESE jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ valutazzjoni kompleta min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-impatt tal-proposta tagħha fuq l-impjieg u l-ekonomija b’mod ġenerali. Direttiva dwar pagi minimi hija partikolarment ta’ ħsara bħalissa, peress li l-ekonomiji u s-soċjetajiet tagħna qed iħabbtu wiċċhom mal-isfida bla preċedent tal-COVID-19. |
3. Kummenti dwar il-proposta tal-Kummissjoni
3.1. Bażi legali
|
3.1.1. |
Skont il-proposta tal-Kummissjoni (13), id-Direttiva proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 153(1)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). |
|
3.1.2. |
Il-KESE josserva li l-Artikolu 153(5) tat-TFUE jeskludi b’mod espliċitu l-pagi, id-dritt ta’ assoċjazzjoni, id-dritt ta’ strike u d-dritt li jiġi impost lock out mill-kompetenza leġiżlattiva tal-UE fil-qasam tal-politika soċjali. Għalhekk, dawn il-kwistjonijiet huma kompletament kompetenza nazzjonali. |
|
3.1.3. |
Fi ħdan il-KESE hemm fehmiet diverġenti dwar il-leġittimità ta’ inizjattiva legali tal-UE abbażi tal-Artikolu 153, speċjalment f’każ ta’ direttiva (14). Il-KESE diġà ddikjara (15) li fost it-tħassib ewlieni hemm li l-UE m’għandhiex il-kompetenza li taġixxi fuq il-“pagi”, inklużi l-livelli tal-pagi, u li tali azzjoni tista’ tinterferixxi mal-awtonomija tal-imsieħba soċjali u ddgħajjef is-sistemi ta’ negozjar kollettiv, b’mod partikolari fl-Istati Membri fejn il-limiti minimi tal-pagi huma stabbiliti permezz ta’ ftehimiet kollettivi. Barra minn hekk, hemm fehmiet diverġenti dwar il-valur miżjud tal-azzjoni tal-UE, inkluż fi ħdan il-Kumitat innifsu: filwaqt li l-maġġoranza tal-komponenti tal-KESE temmen li azzjoni bħal din tista’ tipprovdi valur miżjud, oħrajn ma jaqblux. Fiċ-ċirkostanzi kollha, u minħabba l-fatt li l-iffissar tal-pagi minimi huwa kompetenza nazzjonali, l-UE għandha teżerċita s-setgħat leġiżlattivi tagħha b’kawtela fi kwalunkwe inizjattiva leġiżlattiva sabiex tkun f’konformità sħiħa mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. |
|
3.1.4. |
Barra minn hekk, fir-rigward tal-bażi legali, dispożizzjonijiet oħra tal-proposta jirreferu għal drittijiet kollettivi, bħall-promozzjoni ta’ ftehimiet kollettivi b’diversi modi (l-Artikolu 4). Il-KESE josserva li t-TFUE fl-Artikolu 153(1)(f) jipprevedi bażi legali speċjali li tkopri r-rappreżentanza u d-difiża kollettiva tal-interessi tal-ħaddiema u s-sidien, inkluża t-tmexxija konġunta, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5. L-UE għandha kompetenza leġiżlattiva fuq din il-bażi biss permezz ta’ deċiżjoni unanima. Il-KESE huwa tal-fehma li dan l-Artikolu kellu jintuża fir-rigward tad-dispożizzjonijiet dwar il-promozzjoni tan-negozjar kollettiv. |
|
3.1.5. |
Abbażi tat-tħassib ta’ hawn fuq, li huwa msaħħaħ mill-fatt li f’bosta każijiet il-formulazzjoni użata fit-titolu tal-proposta, fit-titolu ta’ ċerti artikoli u fit-test tagħhom u fil-preambolu mhijiex konsistenti mal-kamp ta’ applikazzjoni reali, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li tippubblika rakkomandazzjoni minflok direttiva. Rakkomandazzjoni tipprovdi l-flessibbiltà li hija tant meħtieġa għall-Istati Membri sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-proposta, filwaqt li jiġu rispettati s-sistemi tal-formazzjoni tal-pagi u l-awtonomija tal-imsieħba soċjali. |
3.2. Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
|
3.2.1. |
L-Artikolu 1 jiddikjara li l-ħaddiema għandu jkollhom aċċess “għall-protezzjoni tal-paga minima” permezz tal-liġi jew ta’ ftehim kollettiv. Skont l-Artikolu 2, id-Direttiva tapplika għall-ħaddiema li għandhom kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ impjieg kif definit mil-liġi, mill-ftehimiet kollettivi jew mill-prattika fis-seħħ. |
|
3.2.2. |
L-ebda Stat Membru u l-ebda ħaddiem mhuwa eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva. F’pajjiżi li jiddependu esklużivament min-negozjar kollettiv — fejn mhux il-ħaddiema kollha huma koperti minn pagi minimi u għaldaqstant ma għandhomx aċċess garantit għall-protezzjoni tal-paga minima — dan ifisser inċertezza legali sinifikanti u inaċċettabbli. Il-KESE jibża’ li d-Direttiva tista’ tiġi interpretata, anke fir-rigward ta’ pajjiżi li jiddependu esklużivament min-negozjar kollettiv, li tiggarantixxi għall-ħaddiema kollha d-dritt li jkunu koperti minn protezzjoni tal-paga minima. Minkejja l-garanzija fl-Artikolu 1(3), dan, fil-prattika, ikun jinterferixxi direttament mal-kopertura tal-paga minima fl-Istati Membri u jimbotta lil dawn il-pajjiżi lejn l-applikazzjoni universali tal-ftehimiet kollettivi. Dan idgħajjef il-mudelli tas-suq tax-xogħol tagħhom, u fuq medda ta’ żmien twil iġegħelhom jibdluhom. |
|
3.2.3. |
Il-KESE jirrakkomanda li ċerti dispożizzjonijiet u kunċetti li jinsabu fil-proposta (16) jiġu fformulati b’mod aktar preċiż sabiex ma jkunx hemm lok għal inċertezzi u għal interpretazzjoni mill-QĠUE. Is-suġġett u l-kamp ta’ applikazzjoni fl-Artikoli 1 u 2 japplikaw għall-Istati Membri kollha, inklużi pajjiżi fejn teżisti sistema awtoregolatorja ta’ negozjar kollettiv. Kif intqal hawn fuq, f’pajjiżi li jiddependu esklużivament min-negozjar kollettiv, dan jagħti lok għal inċertezza legali. Barra minn hekk, għandhom jiġu inklużi xi aġġustamenti għal ċerti każijiet speċifiċi li ma għandhomx ikunu koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-proposta — eż. il-baħħara — li l-iffissar tal-pagi tagħhom huwa stabbilit f’konvenzjonijiet internazzjonali (17). |
3.3. Definizzjonijiet
|
3.3.1. |
L-Artikolu 3 tal-proposta ma jagħmel l-ebda distinzjoni bejn il-pagi minimi statutorji u l-pagi minimi, l-hekk imsejħa wage floors, stipulati fi ftehimiet kollettivi. |
|
3.3.2. |
Għalkemm il-KESE jifhem li f’sistemi ta’ paga minima statutorja hemm bżonn ta’ kriterji dwar l-adegwatezza, li huma stabbiliti fil-livell nazzjonali bl-involviment tal-imsieħba soċjali, il-KESE għandu dubju jekk iż-żewġ tipi ta’ pagi minimi għandhomx jiġu ttrattati bl-istess mod fil-proposta għal Direttiva. Fil-każ ta’ sistemi li jiddependu biss min-negozjar kollettiv, ir-regolamentazzjoni tal-adegwatezza tal-pagi minimi tikser l-awtonomija tal-imsieħba soċjali. |
|
3.3.3. |
Il-KESE jfakkar li l-pagi minimi f’mudelli bbażati fuq ftehimiet kollettivi huma determinati fin-negozjati bejn l-impjegaturi u l-impjegati li jkopru l-pagi u, b’mod aktar ġenerali, l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Dan ifisser, pereżempju, li f’dawn is-sitwazzjonijiet l-“adegwatezza” hija intrinsikament ibbilanċjata ma’ interessi oħra u partijiet oħra tal-ftehim kollettiv, filwaqt li l-pagi minimi statutorji huma eżoġeni. |
3.4. Promozzjoni ta’ negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi
|
3.4.1. |
L-Artikolu 4 jirrikjedi li l-Istati Membri jieħdu miżuri biex isaħħu l-kapaċità tal-imsieħba soċjali li jinvolvu ruħhom f’negozjar kollettiv dwar l-iffissar tal-pagi fil-livell settorjali jew transindustrijali. Huwa propost limitu ta’ 70 % għall-kopertura tan-negozjar kollettiv. |
|
3.4.2. |
Il-KESE enfasizza f’Opinjoni preċedenti tiegħu (18) li s-sistemi ta’ negozjar kollettiv li jiffunzjonaw sew, b’mod partikolari n-negozjar kollettiv settorjali, jaqdu rwol kruċjali biex jiġu pprovduti pagi ġusti u adegwati fl-istruttura kollha tal-pagi, inklużi pagi minimi statutorji, fejn dawn jeżistu. |
|
3.4.3. |
Il-KESE jenfasizza li jrid jiġi żgurat li jkun f’idejn kull Stat Membru li jiddeċiedi, skont il-kundizzjonijiet nazzjonali, f’konformità mas-sistema tar-relazzjonijiet industrijali rispettiva tiegħu, l-ewwel nett, x’għandu jkun l-objettiv ta’ kopertura adegwata, u t-tieni, liema miżuri għandhom jittieħdu fil-livell nazzjonali f’każ li l-livell jaqa’ taħt l-objettiv definit fil-livell nazzjonali. |
|
3.4.4. |
Il-KESE jibża’ wkoll li l-mira vinkolanti proposta (kopertura ta’ 70 %) iddgħajjef l-imsieħba soċjali fit-tul peress li f’xi pajjiżi, mod wieħed kif tinkiseb din il-mira jkun li tiġi introdotta sistema ta’ estensjoni awtomatika tal-ftehimiet kollettivi għall-kumpaniji u l-ħaddiema kollha, u b’hekk jitnaqqas ir-rwol tal-imsieħba soċjali u jiddgħajjef in-negozjar kollettiv. |
3.5. Adegwatezza
|
3.5.1. |
L-Artikolu 5(2) jirreferi għall-kriterji nazzjonali li l-Istati Membri għandhom jużaw meta jistabbilixxu l-pagi minimi statutorji. Dawn il-kriterji jinkludu pereżempju l-kapaċità tal-akkwist, ir-rata ta’ tkabbir tal-pagi grossi u l-iżviluppi fil-produttività tax-xogħol. Il-premessa 21 tiddikjara li indikaturi “bħal 60 % tal-paga medjana grossa u 50 % tal-paga medja grossa, jistgħu jgħinu biex jiggwidaw il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-paga minima fir-rigward tal-livell tal-pagi grossi”. Madankollu, dawn l-indikaturi jikkonċernaw b’mod aktar ġenerali aspetti ta’ inugwaljanza u mhux il-protezzjoni ta’ ħaddiema iżjed vulnerabbli. |
|
3.5.2. |
Il-KESE huwa mħasseb li — minkejja l-garanzija tal-Kummissjoni fil-memorandum ta’ spjegazzjoni li tgħid il-maqlub — il-proposta hija maħsuba li jkollha impatt fuq il-livell tal-paga minima u bħala konsegwenza fuq il-livell tal-paga. Barra minn hekk, id-dikjarazzjonijiet fil-memorandum ta’ spjegazzjoni jiċċaraw li d-Direttiva għandha tippermetti għajxien deċenti, tnaqqas il-faqar fost dawk li jaħdmu u toħloq kundizzjonijiet aktar ekwi. Il-KESE jqis li dawn id-dispożizzjonijiet jindirizzaw il-livell tal-pagi minimi, li jsaħħaħ it-tħassib tiegħu dwar il-validità tal-bażi legali u l-għażla tal-istrument legali. |
|
3.6. |
Il-KESE josserva li l-proposta tmur lil hinn mid-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 18(2) tad-Direttiva 2014/24/UE dwar l-akkwist pubbliku. Dan jiddisponi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-obbligi applikabbli tal-liġi tax-xogħol stabbiliti, fost affarijiet oħra, fi ftehimiet kollettivi. Fl-Artikolu 9 tal-proposta, it-terminu “applikabbli” mhuwiex inkluż. Dan jagħti l-impressjoni li l-Artikolu 9 jipprevedi li l-pagi miftiehma fi ftehimiet kollettivi għandhom dejjem ikunu meħtieġa fl-akkwist pubbliku. Dan iqajjem il-mistoqsija jekk l-intenzjoni tal-Kummissjonijiet hijiex li tmur lil hinn mid-Direttiva 2014/24/UE billi dejjem tirrikjedi salarju skont ftehim kollettiv fl-akkwisti kollha. |
3.7. Monitoraġġ u ġbir ta’ data
|
3.7.1. |
L-Artikolu 10 jirrikjedi li l-Istati Membri jirrappurtaw, fost affarijiet oħra, data dwar ir-rata ta’ kopertura tan-negozjar kollettiv u l-livell ta’ pagi minimi. L-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw ukoll li l-ftehimiet kollettivi jkunu trasparenti u aċċessibbli għall-pubbliku kemm fir-rigward tal-pagi kif ukoll ta’ dispożizzjonijiet oħra. Il-pagi minimi se jiġu vvalutati mill-Kummissjoni u mill-Kumitat tal-Impjiegi tal-Kunsill, l-EMCO. |
|
3.7.2. |
Fil-mudelli tas-suq tax-xogħol ibbażati esklużivament min-negozjar kollettiv, l-adegwatezza tal-pagi ma tiġix eżaminata mill-Istat jew minn aġenzija tal-gvern. Dawn il-ftehimiet huma proprjetà tal-imsieħba soċjali u jiġu interpretati biss minnhom. Mhuwiex aċċettabbli li l-livelli tal-pagi fil-ftehimiet kollettivi jkunu soġġetti għal rieżami. Huwa wkoll dubjuż fir-rigward tal-awtonomija tal-imsieħba soċjali li dawn jkunu obbligati jagħmlu l-ftehimiet aċċessibbli u trasparenti b’mod ġenerali, b’mod partikolari peress li l-ftehimiet jistgħu jiġu interpretati u rieżaminati biss mill-imsieħba soċjali. Il-KESE jfakkar ukoll li l-ftehimiet kollettivi mhux dejjem jinkludu livelli minimi għall-pagi jew pagi minimi. Barra minn hekk, l-obbligi ta’ rappurtar jirrikjedu ħafna ħaddiema u f’xi partijiet ir-rekwiżiti tad-data mhumiex fattibbli. |
Riżultat tal-votazzjoni:
|
Favur: |
106 |
|
Kontra: |
147 |
|
Astensjonijiet: |
17 |
(1) ĠU C 429, 11.12.2020, P. 159, Pagi minimi deċenti fl-Ewropa kollha https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/opinions-information-reports/opinions/decent-minimum-wages-across-europe, ara punt 6.1.2.
(2) Disa’ Stati Membri bagħtu ittra lill-Presidenza Ġermaniża u lill-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħtieġa għal analiżi legali u rreferew għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill bħala strument legali aktar adatt u li l-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandha tirrispetta l-limiti tat-Trattati tal-UE.
(3) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 159 punt 1.11.
(4) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea COM(2020) 682 final {SEC(2020) 362 final} — {SWD(2020) 245 final} — {SWD(2020) 246 final}.
(5) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 159, Pagi minimi deċenti fl-Ewropa kollha https://www.eesc.europa.eu/mt/our-work/opinions-information-reports/opinions/decent-minimum-wages-across-europe, ara punt 1.4.
(6) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 159 punt 1.2.
(7) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 159, punt 1.3 u ĠU C 125, 21.4.2017, p. 10.
(8) ĠU C 429, 11.12.2020, pp. 159-172 punt 1.3.
(9) ĠU C 429, 11.12.2020, pp. 159-172 punt 1.1.
(10) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 159, punt 3.4.8.
(11) Abbażi tal-Grafika A12.9, p. 197 tal-Valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni.
(12) Eurofound (2019) Upward convergence in employment and socioeconomic factors (Konverġenza ’l fuq fl-impjiegi u fatturi soċjoekonomiċi — mhux disponibbli bil-Malti).
(13) Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea COM(2020) 682 final {SEC(2020) 362 final} — {SWD(2020) 245 final} — {SWD(2020) 246 final}.
(14) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 159 punt 1.8.
(15) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 159 punt 1.9.
(16) Speċjalment fir-rigward tar-rispett tal-kompetenzi tal-imsieħba soċjali.
(17) Il-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu tal-ILO (ILO, MLC, 2006).
(18) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 159 punt 1.5.
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/118 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni — Ir-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika: It-Twittija tat-Triq lejn Sigurtà u Sostenibbiltà Akbar”
(COM(2020) 474 final)
(2021/C 220/17)
|
Relatur: |
Dumitru FORNEA |
|
Korelatur: |
Michal PINTÉR |
|
Konsultazzjoni |
Kummissjoni Ewropea, 23.9.2020 |
|
Bażi legali |
L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
28.10.2020 |
|
Sezzjoni kompetenti |
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) |
|
Adottata fis-sezzjoni |
5.3.2021 |
|
Adottata fil-plenarja |
25.3.2021 |
|
Sessjoni plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
258/0/3 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tirrappreżenta pass ’il quddiem, billi tipprovdi pjan direzzjonali ċar b’inizjattivi u azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-livell tal-UE, u għaldaqstant il-KESE jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappoġġjaw dan l-approċċ għat-titjib tar-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika fil-livell tal-UE. |
|
1.2. |
Il-KESE huwa konvint li l-miżuri proposti mill-KE jistgħu jikkontribwixxu għas-sigurtà tal-provvista ta’ materja prima kritika, u b’hekk iżommu u jiżviluppaw bażi industrijali u teknoloġika fl-UE. Huma jistgħu jippromovu wkoll kapaċitajiet essenzjali ta’ riċerka u żvilupp, li jippermettulna nimplimentaw l-għanijiet ambizzjużi tal-Patt Ekoloġiku tal-UE filwaqt li niżguraw impjiegi ġodda permanenti u deċenti u, fl-istess ħin, tranżizzjoni ġusta fil-komunitajiet affettwati mill-bidla industrijali. |
|
1.3. |
Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ it-tranżizzjoni ekoloġika tas-settur tal-enerġija u jqis l-estrazzjoni tal-materja prima meħtieġa għall-użu tat-teknoloġiji ekoloġiċi bħala pass fundamentali. Din il-materja prima, li tinkludi l-metalli u l-minerali, hija l-element bażiku tal-ħolqien ta’ infrastruttura soda għall-forniment tal-idroġenu jew l-elettriku ekoloġiku. Il-ġenerazzjoni ta’ enerġiji ekoloġiċi u vetturi tal-enerġija ekoloġika se tippermetti d-dekarbonizzazzjoni tal-industrija estrattiva u tal-ipproċessar, u b’hekk toħloq sitwazzjoni fejn kulħadd jirbaħ. |
|
1.4. |
L-esplorazzjoni hija attività ta’ riskju għoli li żżid il-kostijiet kapitali b’mod sinifikanti. It-tnaqqis tar-riskju permezz ta’ garanziji għal self u reġimi ta’ deprezzament jista’ jgħin ħafna lill-investimenti. Inċentivi fiskali oħra jinkludu krediti tat-taxxa u għajnuna mill-Istat. Dawn il-mekkaniżmi jintużaw b’mod wiesa’ fuq livell globali għall-estrazzjoni u l-ipproċessar, iżda mhux b’mod ġenerali fl-UE. Madankollu, fl-Ewropa hemm eċċezzjoni (il-Finlandja) li stabbiliet appoġġ nazzjonali fil-forma ta’ fondi tar-riskju. Inizjattivi simili għandhom jinbdew fuq livell Ewropew. |
|
1.5. |
Il-KESE, filwaqt li jqis l-aħjar prattika, teknika u teknoloġija attwali bħala linja bażi, jipproponi li l-UE tiżviluppa proċess ta’ awtorizzazzjoni aktar sempliċi għall-attivitajiet ta’ estrazzjoni. Pereżempju, l-eżempju ta’ infrastruttura kritika oħra, bħall-grilji tal-enerġija rinnovabbli u infrastruttura kritika oħra, witta t-triq għal fiduċja akbar fi proċessi semplifikati. Proċess semplifikat ma jippreġudikax l-eżitu ta’ kwalunkwe proċess ta’ teħid tad-deċiżjonijiet, iżda huwa maħsub biex itejjeb il-puntwalità, il-prevedibbiltà u t-trasparenza tal-proċessi ta’ reviżjoni ambjentali u ta’ awtorizzazzjoni għall-proġetti ta’ infrastruttura implimentati permezz ta’ dan il-metodu. |
|
1.6. |
Il-KESE jqis li l-eżistenza ta’ strumenti ta’ finanzjament adegwati li jiffaċilitaw it-tranżizzjoni ekoloġika għas-setturi tal-estrazzjoni u l-ipproċessar tal-minerali hija ta’ importanza kbira. Fl-istess ħin, huwa kruċjali li jsir investiment (eż. permezz ta’ Orizzont 2020) fir-riċiklaġġ ta’ materja prima kritika u strateġika. |
|
1.7. |
Il-KESE diġà ħaddan l-importanza taċ-ċirkolarità għall-ekonomija tal-UE. Huwa essenzjali li l-ekonomija ċirkolari tagħlaq iċ-ċirku tal-materjali fl-Ewropa. Konsegwentement, l-esportazzjoni ta’ skart li jkun fih materjali ta’ valur li l-ipproċessar tiegħu fl-UE jista’ jgħin biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-UE, għandha tiġi vvalutata bir-reqqa u sseħħ biss meta tkun utli f’termini ta’ sostenibbiltà. Għaldaqstant, il-KESE jappoġġja reviżjoni rapida u effettiva tal-istrumenti eżistenti bħar-Regolament dwar Vjeġġi ta’ Skart. |
|
1.8. |
Il-KESE jqis il-proposta li tiġi mmappjata l-provvista potenzjali ta’ materja prima kritika sekondarja mill-istokkijiet u l-iskart tal-UE bħala azzjoni ewlenija fit-titjib tar-reżiljenza tal-materja prima tal-UE. Għalhekk, aħna nappellaw lill-Kummissjoni biex tipprijoritizza dan l-eżerċizzju ta’ mmappjar u twettqu sal-aħħar tal-2021 minflok sal-iskadenza attwalment prevista tal-2022. |
|
1.9. |
Il-KESE jqis li hemm bżonn li jitneħħew l-ostakli fil-leġiżlazzjoni u r-regolamenti dwar l-użu domestiku u l-vjeġġi ta’ materja prima sekondarja. Madankollu, il-kwistjonijiet ambjentali u tas-saħħa u s-sikurezza li jikkonċernaw il-kummerċ fi flussi perikolużi ta’ materjali bħal dawn għandhom jiġu mmonitorjati u implimentati bir-reqqa. Irid jinstab bilanċ bejn proċeduri stretti u rapidi sabiex il-vjeġġi domestiċi, ir-riċiklaġġ u l-użu mill-ġdid ta’ materja prima sekondarja ma jkunux imxekkla. Hemm ħafna eżempji fejn l-opportunitajiet ta’ riċiklaġġ jinħonqu minħabba l-formalitajiet (1). |
|
1.10. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li jiġu integrati dimensjonijiet ġodda fil-metodoloġija użata għall-valutazzjoni regolari tal-lista tal-minerali kritiċi. Għandhom jiġu definiti kriterji adatti biex jiġi vverifikat jekk il-ktajjen tal-provvista globali ta’ dan it-tip ta’ materja prima jikkonformawx mal-prinċipji etiċi sabiex tiġi vvalutata d-“dimensjoni etika”. Dawn il-prinċipji għandhom jikkunsidraw il-UDHR (2), il-UNGP (3), inklużi d-drittijiet fundamentali tax-xogħol tal-ILO, id-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol, li tinkludi l-Istandards Fundamentali tax-Xogħol u d-Dikjarazzjoni MNE (4), kif ukoll l-SDGs tan-NU (5). Barra minn hekk, għandha titqies is-sitwazzjoni kummerċjali u tas-suq globali tal-materja prima, u tittejjeb il-valutazzjoni tal-kondizzjonijiet kummerċjali assoċjati ma’ kull materja prima. L-approċċ attwali tal-metodoloġija għall-valutazzjoni tal-ostakli kummerċjali huwa indikatur approssimattiv ħafna. L-eżistenza ta’ ostakli kummerċjali u oligopolji għandha titqies aħjar. |
|
1.11. |
Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa għal koordinazzjoni bejn is-sistemi nazzjonali edukattivi u tat-taħriġ, it-taħriġ mill-ġdid u ċ-ċertifikazzjoni, bil-għan li tiġi riżervata u allokata kapaċità suffiċjenti biex jitħarrġu speċjalisti fl-oqsma li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza kritika u strateġika tal-materja prima. L-UE għandha ttejjeb it-taħriġ tal-ispeċjalisti f’konformità mal-evoluzzjonijiet aċċellerati tar-rivoluzzjoni diġitali u tipprovdi opportunitajiet professjonali għal dawk li huma involuti fl-iżgurar tas-sigurtà tal-provvista u l-ipproċessar ta’ dawn il-minerali essenzjali fil-funzjonament tal-ekonomiji avvanzati. |
|
1.12. |
Il-KESE, fil-kuntest tal-politiki biex tissaħħaħ ir-reżiljenza kritika u strateġika tal-materja prima, jinnota l-importanza tad-disponibbiltà tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali fl-UE biex jissostitwixxu dawn il-minerali f’każ ta’ skarsezza persistenti. Jeħtieġ li jiżdied ir-rwol tal-istituzzjonijiet Ewropej rilevanti fl-ippjanar ta’ investimenti sinifikanti u kostanti fil-programmi ta’ R&Ż biex jiġu skoperti materjali u proċessi ġodda u b’hekk tiġi garantita sostituzzjoni ġustifikata. |
|
1.13. |
Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tqis, b’mod konvinċenti u rispettuż, il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet ta’ dawk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jfornu l-materja prima billi tinkoraġġixxi u tappoġġja kumpaniji li fl-operat tagħhom jirrispettaw b’mod ċar l-interessi ekonomiċi, soċjali u ekoloġiċi ta’ dawn il-pajjiżi u l-popolazzjoni tagħhom. Il-Kummissjoni għandha toħloq formula ta’ “sħubija ta’ kundizzjonijiet ekwivalenti” li tippromovi l-fiduċja, id-durabbiltà, is-sigurtà, l-affidabbiltà u r-rispett reċiproku fl-interess komuni tal-imsieħba kummerċjali. |
|
1.14. |
Il-KESE jenfasizza l-importanza li jitwessgħu d-definizzjoni u l-paradigma tal-materja prima kritika. Konvenzjonalment, il-materja prima kritika ġiet mifhuma bħala materja prima li ġejja prinċipalment mis-settur tal-minjieri. Dan huwa kamp ta’ applikazzjoni dejjaq wisq u jillimita t-tkabbir tal-enerġiji ekoloġiċi. Illum, il-materjali bbażati fuq l-injam jistgħu jintużaw b’mod effiċjenti f’ħafna aktar applikazzjonijiet milli fl-imgħoddi. Mit-tessuti għal teknoloġiji ġodda tal-batteriji eħfef u aktar ekoloġiċi, dan huwa qasam li qed javvanza b’pass mgħaġġel ħafna. Il-bijoekonomija għandha l-possibbiltajiet uniċi li żżid ir-reżiljenza lill-ekonomija tal-UE u l-istabbiltà ġeopolitika għall-kontinent tagħna. L-użu ta’ materjali rinnovabbli fl-istess ħin jgħin ukoll biex jittaffa t-tibdil fil-klima peress li jippermetti li l-emissjonijiet fossili jinżammu fl-art. |
2. Sfond
|
2.1. |
Is-settur tal-materja prima jipprovdi madwar 350 000 impjieg fi ħdan l-UE, iżda hemm aktar minn 30 miljun impjieg fl-industriji tal-manifattura downstream li jiddependu minn aċċess affidabbli u bla xkiel għal materja prima minerali. Fl-2018, id-dipendenza tal-UE mill-importazzjonijiet tal-metalli kienet tvarja bejn 75 % u 100 % skont il-metall, u aktar minn nofs il-ħtiġijiet tal-enerġija tal-UE kienu ssodisfati mill-importazzjonijiet netti. Il-prezzijiet għall-materja prima huma estremament volatili u r-riżorsi jikkostitwixxu l-akbar sehem tal-ispejjeż tal-input tal-industrija (6). Madankollu, l-industriji fl-UE li jiddependu mill-materja prima pprovdew EUR 206 biljun ta’ valur miżjud (7). |
|
2.2. |
Il-Bank Dinji jipproġetta li d-domanda għall-metalli u l-minerali se tiżdied proporzjonalment skont l-ambizzjoni klimatika. L-OECD tbassar li l-użu globali tal-materjali se jirdoppja sal-2060. L-użu tal-metalli huwa mistenni li jikber b’150 %, minn 8 biljun tunnellata tal-lum għal 20 biljun tunnellata sal-2060. L-OECD tipprevedi wkoll li t-tkabbir fl-użu tal-materjali u l-proċessi tal-estrazzjoni u l-ipproċessar tagħhom x’aktarx li se jżid il-pressjoni fuq ir-riżorsi tal-pjaneta u jipperikola l-kisbiet fil-benesseri. Dan jista’ jikkawża problemi ambjentali u soċjali, tniġġis, telf tal-bijodiversità u tal-art, eċċ. |
|
2.3. |
L-UE tipproduċi inqas minn 5 % tal-produzzjoni dinjija ta’ materja prima minerali. Iċ-Ċina waħedha tipprovdi 66 % tal-batteriji tal-litju lesti. L-UE tipprovdi inqas minn 1 %. L-UE tipproduċi inqas minn 1 % taċ-ċelloli tal-fjuwil fid-dinja u 1 % tal-materja prima għall-enerġija mir-riħ (8). Iċ-Ċina għandha pożizzjoni kważi monopolistika f’termini ta’ komponenti għall-fotovoltajċi (PV). L-UE tipprovdi 1 % tal-assemblaġġi PV ibbażati fuq is-siliċju. 44 materjal huma rilevanti għall-industrija tar-robotika, li l-UE tipproduċi biss 2 % minnhom u ċ-Ċina tforni 52 %. |
|
2.4. |
Is-suċċess fit-trasformazzjoni tal-ekonomija tal-UE u l-ilħuq tal-għanijiet tal-UE dwar il-klima sal-2030 u l-2050 jiddependi mill-iżgurar ta’ provvista sostenibbli ta’ materja prima kritika u strateġika. Il-minerali, il-metalli u l-materjali avvanzati huma kruċjali għall-enerġija nadifa, it-teknoloġiji ekoloġiċi u l-mobilità. Mingħajrhom, se jkun hemm dewmien fl-implimentazzjoni u l-progress ta’ teknoloġiji nodfa u diġitali, kif ukoll fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli. L-UE għandha taġixxi sabiex tnaqqas id-dipendenza esterna, biex tiddiversifika l-ktajjen ta’ provvista u tinvesti fil-faċilitajiet ta’ riċiklaġġ. Jekk dan ma jirnexxix, tiġi pperikolata s-sopravivenza tal-impjiegi u l-industriji Ewropej. |
3. L-azzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-materja prima
|
3.1. |
Fit-3 ta’ Settembru 2020, il-Komunikazzjoni tal-KE dwar Ir-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika: It-Twittija tat-Triq lejn Sigurtà u Sostenibbiltà Akbar ippreżentat għaxar azzjonijiet għall-appoġġ ta’ provvista sigura u sostenibbli ta’ materja prima. Il-Komunikazzjoni tisħaq fuq l-importanza li tinkiseb awtonomija strateġika miftuħa fl-UE, permezz tal-elementi li ġejjin: id-diversifikazzjoni tal-fornituri barra l-UE; it-tnaqqis tad-dipendenza estrema permezz taċ-ċirkolarità u l-effiċjenza tar-riżorsi u l-estrazzjoni u l-ipproċessar domestiċi; iż-żieda tal-kapaċità tal-provvista domestika; l-istabbiliment ta’ ktajjen tal-provvista reżiljenti għall-ekosistemi industrijali tal-UE; it-tisħiħ tal-provvista sostenibbli u responsabbli; il-ħolqien ta’ Alleanza dwar il-Materja Prima u programmi ta’ R&Ż; żieda fl-opportunitajiet ta’ finanzjament; tisħiħ tal-ħiliet fl-estrazzjoni; żieda fil-kapaċità tal-esplorazzjoni; valutazzjoni tal-impatti ambjentali; il-promozzjoni tal-kummerċ internazzjonali u s-sħubijiet. |
|
3.2. |
Fil-11 ta’ Marzu 2020, il-pubblikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-KE Pjan ta’ Azzjoni ġdid dwar l-Ekonomija Ċirkolari għal Ewropa aktar nadifa u aktar kompetittiva enfasizzat l-importanza li jinħoloq suq għall-materja prima sekondarja u li jitqies il-forniment etiku tal-materja prima u s-sigurtà tal-provvista. |
|
3.3. |
Fl-10 ta’ Marzu 2020, il-Komunikazzjoni tal-KE dwar Strateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa saħqet fuq l-importanza tal-ktajjen ta’ valur industrijali kollha fl-UE. Provvista sigura ta’ enerġija u materja prima nodfa u affordabbli hija pass ewlieni lejn it-tnaqqis tal-marki tal-karbonju industrijali, u b’hekk titħaffef it-tranżizzjoni. |
|
3.4. |
Fil-11 ta’ Diċembru 2019, il-KE żvelat il-Komunikazzjoni tagħha dwar Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, li hija l-istrateġija l-ġdida għat-tkabbir tal-UE biex l-ekonomija attwali tiġi ttrasformata f’waħda li hija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, kompetittiva u newtrali għall-klima. Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-importanza ta’ sigurtà strateġika tal-aċċess għar-riżorsi sabiex jiġi implimentat il-Patt Ekoloġiku. It-tranżizzjoni se teħtieġ provvista sostenibbli tal-materja prima kollha li hija meħtieġa għal teknoloġiji nodfa u diġitali. |
4. Kummenti ġenerali
|
4.1. |
Il-KESE jilqa’ u jappoġġja l-isforzi u l-azzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea biex issaħħaħ is-sigurtà tal-provvista tal-materja prima. L-Opinjonijiet adottati matul dawn l-aħħar 15-il sena mill-Kumitat Konsultattiv tal-KESE dwar il-Bidliet Industrijali, kif ukoll ħidma konġunta mal-Kummissjoni dwar din il-kwistjoni, jikkonfermaw l-interess u l-impenn tas-soċjetà ċivili organizzata tal-UE fl-iżvilupp kontinwu tas-Sħubija Ewropea dwar il-Materja Prima. |
|
4.2. |
F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġu żviluppati proposti u azzjonijiet aktar konkreti biex tiġi żgurata t-triq lejn sigurtà u sostenibbiltà akbar maħsuba mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-Materja Prima Kritika. Barra minn hekk, nappellaw lill-Kummissjoni biex tikkunsidra azzjoni adatta dwar il-materja prima kollha li hija rilevanti għall-industrija u l-ekonomija tal-UE, sabiex jiġu evitati aktar dipendenzi. |
|
4.3. |
L-Inizjattiva dwar il-Materja Prima, imnedija mill-Kummissjoni Ewropea fl-2008, wittiet it-triq għal azzjoni strutturata u koordinata fil-livell ta’ istituzzjonijiet Ewropej rilevanti, kemm biex tqajjem kuxjenza fost iċ-ċittadini Ewropej dwar il-ħtieġa li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista ta’ materja prima kritika u strateġika għall-industriji Ewropej, kif ukoll għal azzjonijiet konkreti f’dan ir-rigward fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri. |
|
4.4. |
Il-Pjattaforma Ewropea tat-Teknoloġija għar-Riżorsi Minerali Sostenibbl (rikonoxxuta uffiċjalment fl-2008), is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima (2012), l-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija – Materja Prima (2015), l-Alleanza Ewropea tal-Batteriji (2017), l-Alleanza Ewropea dwar il-Materja Prima (Settembru 2020) jew l-attivitajiet annwali fil-qafas tal-Ġimgħa tal-UE dwar il-Materja Prima rrappreżentaw inizjattivi ta’ suċċess tal-Kummissjoni u għodod ta’ ħidma importanti tal-Unjoni Ewropea fl-isforzi sostnuti tagħha biex tidentifika s-soluzzjonijiet teknoloġiċi, leġiżlattivi u amministrattivi meħtieġa biex jiġi adottat Pjan ta’ Azzjoni koerenti tal-UE dwar il-materja prima. Madankollu, dawn l-inizjattivi setgħu ġew intensifikati u l-KESE jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet stretti dwar il-ħidma, ir-riżultati u l-effettività ta’ dawn il-pjattaformi ta’ alleanza u tipprovdi r-riżultati lill-KESE fuq bażi (annwali) regolari. Aħna, bħala rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, jeħtieġ li nkunu infurmati dwar jekk dan l-approċċ tabilħaqq jagħtix riżultati tanġibbli biex l-għan ta’ reżiljenza għall-materja prima jiġi avvanzat u jintlaħaq. |
|
4.5. |
Il-Komunikazzjoni tal-KE għandha primarjament perspettiva Ewropea, li huwa kompletament komprensibbli, peress li l-kwistjoni ċentrali hija l-provvista ta’ materja prima għall-ekonomija tal-Ewropa. Madankollu, il-KESE jemmen li l-KE għandha tqis il-ħtiġijiet u l-interessi tan-nies u tal-ekonomiji fil-pajjiżi li minnhom il-materja prima għandha tiġi esportata lejn l-Ewropa, speċjalment meta tikkomunika ta’ spiss dwar il-“valuri Ewropej”, ir-“responsabbiltà globali” u l-“għanijiet ta’ żvilupp sostenibbli” globali. Huwa importanti wkoll li jitqies li l-pajjiżi li mhumiex fl-UE miż-Żona Ekonomika Ewropea huma għonja fir-riżorsi minerali, u l-istrateġiji dwar il-materja prima, is-sħubijiet strateġiċi u l-aċċess għall-istrumenti finanzjarji għat-tranżizzjoni ekoloġika tas-settur tal-minjieri għandhom ikunu disponibbli għal dawn il-pajjiżi wkoll. |
|
4.6. |
L-għan li tissaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE fuq materja prima kritika u strateġika huwa marbut b’mod inseparabbli mal-isforzi tal-UE biex iżżomm bażi industrijali u teknoloġika b’saħħitha li żżomm il-pass mar-rivoluzzjoni diġitali u l-isfidi globali tat-tibdil fil-klima u l-protezzjoni ambjentali. Huwa kruċjali li l-UE tirnexxi f’dan il-proċess. Il-KESE diġà enfasizza li “l-pannelli solari, il-parks eoliċi u l-batteriji huma kruċjali għall-paradigma industrijali l-ġdida tagħna. Madankollu, dawn jirrikjedu wkoll materja prima li hija kkontrollata mill-kompetituri bejn il-pari tagħna fix-xena internazzjonali. Il-politika industrijali trid timxi id f’id ma’ politika kummerċjali u barranija soda li min-naħa tagħha trid tiżgura aċċess għal dawn ir-riżorsi” (9). |
|
4.7. |
Il-politiki dwar il-materja prima għandhom jikkontribwixxu b’mod pożittiv, flimkien ma’ politiki oħra, biex tiġi żgurata l-provvista lill-industriji Ewropej, tintlaħaq id-domanda għall-prodotti u s-servizzi tal-UE, biex jiġi rispettat l-ambjent u jiġi limitat l-impatt tal-attivitajiet tal-bniedem fuq il-klima, u biex jinħolqu impjiegi deċenti. Dawn il-benefiċċji – ekonomiċi, ambjentali u soċjali – għandhom jitqassmu b’mod ugwali fl-UE kollha. Huwa importanti li wieħed jiffoka mhux biss fuq materja prima li hija kklassifikata bħala “kritika” skont il-metodoloġija proposta mill-Kummissjoni tal-UE. Il-materja prima li hija parti essenzjali minn ħafna ktajjen tal-valur tal-provvista u li l-attività minerarja u l-estrazzjoni tagħha hija wkoll trasportatur ta’ materja prima kritika għandha tiġi rikonoxxuta bħala waħda ta’ importanza strateġika. |
|
4.8. |
Id-domanda kostanti u prevedibbli tal-UE għal materja prima kritika u strateġika hija kondizzjoni bażika għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet kummerċjali domestiċi u globali u l-ktajjen tal-provvista. Peress li d-domanda għall-materja prima qed tiżdied b’mod kostanti, l-UE għandha wkoll tkompli ssaħħaħ il-kapaċità tagħha li tixtri lokalment u internazzjonalment. L-affidabbiltà u l-prevedibbiltà fil-ktajjen tal-provvista huma indispensabbli għaż-żamma tal-produzzjoni industrijali u l-infrastruttura relatata fl-Istati Membri, iżda huma wkoll prekondizzjoni meħtieġa għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-UE fir-rigward tal-materja prima kritika. |
|
4.9. |
Il-ħtieġa ta’ materja prima kritika u strateġika hija waħda mill-indikaturi li tippermettilna nivvalutaw u nistabbilixxu t-tip ta’ kapaċità ta’ produzzjoni industrijali tal-UE, kif ukoll il-ħtiġijiet ta’ edukazzjoni, u taħriġ, taħriġ mill-ġdid, tagħlim tul il-ħajja u ċertifikazzjoni, li għandna nżommu fl-UE sabiex inlaħħqu mal-kompetizzjoni globali, u biex nevitaw mhux biss id-dipendenza minn ċerta materja prima, iżda wkoll is-subordinazzjoni fil-qasam tal-innovazzjoni, ir-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku. |
|
4.10. |
Il-kapaċità teknoloġika u industrijali biex tiġi ssostitwita materja prima kritika hija kkunsidrata essenzjali għat-tisħiħ tar-reżiljenza, iżda mhuwiex possibbli li din tinkiseb fi żmien qasir u mingħajr investiment sinifikanti u kostanti fir-riċerka u l-iżvilupp biex jiġu skoperti materjali ġodda. Meta mqabbla mal-iżviluppi dinamiċi fiċ-Ċina, wieħed jista’ jgħid li r-reżiljenza tal-UE fir-rigward tal-materja prima kritika tista’ tissaħħaħ billi jiġu implimentati proġetti ambizzjużi biex jiġu interkonnessi u modernizzati l-infrastrutturi trans-Ewropej tat-trasport, l-enerġija u l-ICT. Dan kollu jista’ jsir fil-kuntest tal-Patt Ekoloġiku tal-UE, u b’hekk tinżamm domanda għolja biżżejjed għal materja prima bħal din fl-UE, domanda li tistabbilizza l-ktajjen tal-provvista globali, li twassal għal influss ta’ investimenti ġodda, mhux biss fl-industriji li jipproċessaw din il-materja, iżda wkoll fil-programmi tar-R&Ż għas-sostituzzjoni kritika tal-materja prima. |
5. Kummenti speċifiċi
|
5.1. |
Il-Komunikazzjoni tal-KE tirrappreżenta pass ’il quddiem, billi tipprovdi pjan direzzjonali ċar b’inizjattivi u azzjonijiet li għandhom jittieħdu fil-livell Ewropew, u għaldaqstant il-KESE jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jappoġġjaw dan l-approċċ għat-titjib tar-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika fil-livell tal-UE. |
|
5.2. |
Filwaqt li l-investiment fl-estrazzjoni sostenibbli joħloq il-provvista, l-impjiegi u l-progress ekonomiku, għandu jiżgura wkoll titjib soċjoekonomiku u ambjentali abbażi tar-responsabbiltà soċjali korporattiva. It-tħassib ewlieni huwa kif jista’ jintlaħaq bilanċ bejn il-promozzjoni ta’ estrazzjoni sostenibbli fl-Ewropa u l-iżgurar tal-aċċettazzjoni pubblika. Huwa ta’ importanza kbira li ċ-ċittadini jiġu sensibilizzati. |
Il-Patt Ekoloġiku tal-UE, l-għanijiet dwar il-klima tal-2030 u l-2050 u d-domanda għall-materja prima
|
5.3. |
Ekonomija nadifa u ċirkolari twiegħed li tnaqqas id-dipendenza tagħna minn materjali u enerġija importati, biex jitnaqqas l-impatt negattiv tal-UE fuq is-saħħa u l-ambjent, jiġu żviluppati mudelli ekonomiċi futuri u jinħolqu aktar impjiegi lokali. Se tgħin ukoll biex ittejjeb l-awtosuffiċjenza u tindirizza l-kwistjonijiet ta’ reżiljenza esposti mill-COVID-19 fir-rigward tal-ktajjen tal-provvista globali. Il-KESE diġà talab strateġija ċara sabiex l-UE “tkun fuq quddiem nett fid-dinja fl-ekonomija ċirkolari u t-teknoloġiji nodfa. Hija għandha taħdem biex tiddekarbonizza l-industriji intensivi fl-enerġija” (10). |
|
5.4. |
Il Komunikazzjoni tal-KE ma ssemmix jew ma tiddiskutix l-estrazzjoni minerarja minn fond il-baħar (11) jew tgħin biex tbiddel il-perċezzjoni li l-industriji tal-estrazzjoni mhuwiex favur l-ambjent. Hemm każijiet fejn dawn huma “favur l-ambjent” permezz ta’ prattiki sostenibbli ta’ estrazzjoni. |
|
5.5. |
Il-Kummissjoni tissuġġerixxi li skart mill-estrazzjoni huwa rikk fil-materja prima kritika u jista’ joħloq attivitajiet ekonomiċi ġodda. Madankollu, il-livell ta’ investiment meħtieġ mhuwiex ċar, u l-istess jgħodd għal-livell ta’ aċċettazzjoni pubblika għal azzjoni bħal din. L-opportunitajiet ekonomiċi li jirriżultaw minn materja prima kritika fl-iskart mill-estrazzjoni huma assoċjati mhux biss ma’ siti tal-estrazzjoni tal-faħam iżda wkoll minerali oħra bħall-ħadid, iż-żingu jew in-nikil. |
|
5.6. |
Iż-żieda fil-kapaċità tar-riċiklaġġ, l-estrazzjoni u l-ipproċessar tal-metalli hija essenzjali għall-iżvilupp tat-teknoloġiji ekoloġiċi u nodfa meħtieġa għat-tranżizzjoni lejn l-enerġija ekoloġika u, b’mod usa’, għat-tranżizzjoni industrijali ekoloġika wkoll. L-irkupru ta’ materjali strateġiċi u kritiċi huwa kruċjali, u għalhekk għandhom jintużaw teknoloġiji innovattivi għall-separazzjoni u t-trattament tal-iskart. Iż-żewġ rotot tal-UE għall-forniment domestiku – l-estrazzjoni u l-użu mill-ġdid – għandhom jiġu promossi kif xieraq u appoġġati finanzjarjament. |
Il-Lista ta’ Materja Prima Kritika tal-UE – il-metodoloġija tal-valutazzjoni
|
5.7. |
Abbażi tal-iżviluppi teknoloġiċi l-ġodda, għandha ssir reviżjoni kull sentejn tal-lista ta’ materja prima kritika fl-UE. Il-Kummissjoni Ewropea ssemmi l-monitoraġġ tal-azzjonijiet ippreżentati fil-proposta attwali. Fi stadju jew ieħor, huma meħtieġa valutazzjonijiet tal-impatt flimkien mal-possibbiltà li dawn jinbidlu/jiġu rregolati. |
|
5.8. |
F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tenfasizza li l-lista ta’ materja prima kritika vvalutata perjodikament hija rilevanti wkoll fil-promozzjoni ta’ forniment sostenibbli u responsabbli. Dawn il-prinċipji għandhom jikkunsidraw il-UDHR (12), il-UNGP (13), inklużi d-drittijiet fundamentali tax-xogħol tal-ILO, id-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali fuq ix-Xogħol, li tinkludi l-Istandards Fundamentali tax-Xogħol u d-Dikjarazzjoni MNE (14), kif ukoll l-SDGs tan-NU (15). |
|
5.9. |
Ir-riskji ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-GVCs (16) jew il-qerda ambjentali fil-pajjiżi produtturi prospettivi għandhom jitqiesu b’mod effettiv fil-metodoloġija tal-valutazzjoni perjodika tal-lista ta’ materja prima kritika. Għalhekk għandhom jinstabu kriterji adatti u dawn għandhom jiġu inklużi fil-metodoloġija ta’ valutazzjoni. Dan huwa ta’ importanza kbira, peress li l-Kummissarju tal-UE għall-Ġustizzja qed jaħdem fuq direttiva obbligatorja dwar id-diliġenza dovuta li għandha tiġi ppreżentata fl-ewwel nofs tal-2021. |
|
5.10. |
Il-materja prima kritika ġeneralment tinftiehem bħala materjal li ġej mis-settur tal-minjieri, iżda dan jinkludi xi ħaġa ferm usa’ minn dak. Pereżempju, il-materjal ibbażat fuq l-injam jista’ jintuża b’mod effiċjenti f’ħafna aktar applikazzjonijiet milli fil-passat: mit-tessuti sa teknoloġiji ġodda tal-batteriji eħfef u aktar ekoloġiċi, dan huwa qasam li qed javvanza b’pass mgħaġġel ħafna. Barra minn hekk, il-bijoekonomija għandha l-possibbiltajiet uniċi li żżid ir-reżiljenza lill-ekonomija tal-UE u l-istabbiltà ġeopolitika għall-kontinent tagħna. L-użu ta’ materjali rinnovabbli fl-istess ħin jgħin ukoll biex jittaffa t-tibdil fil-klima u għandu jippermetti li l-emissjonijiet fossili jinżammu fl-art, u b’hekk tinħoloq reżiljenza ekoloġika għas-setturi fossili. |
L-immappjar tal-materja prima tal-UE
|
5.11. |
Il-proposta li tiġi mmappjata l-provvista potenzjali ta’ materja prima kritika sekondarja mill-istokkijiet u l-iskart tal-UE hija azzjoni ewlenija fit-titjib tar-reżiljenza tal-materja prima tal-UE. Għalhekk, il-Kummissjoni għandha tagħmel dan l-eżerċizzju ta’ mmappjar prijorità u twettqu sa tmiem l-2021 minflok sal-iskadenza tal-2022 attwalment prevista, u b’hekk id-data disponibbli ssir magħrufa sew mill-partijiet ikkonċernati u ċ-ċittadini. |
|
5.12. |
Minħabba n-nuqqas attwali ta’ deskrizzjoni ġenerali u informazzjoni dwar id-disponibbiltà ta’ materja prima sekondarja fl-UE, it-traċċar ta’ materjali strateġiċi u kritiċi, kemm dak speċifiku għas-settur kif ukoll dak transsettorjali, għandu jitwettaq bħala azzjoni ta’ prijorità, inkluż bl-użu ta’ għodod diġitali u tal-big data. |
Estrazzjoni, ħiliet relatati u l-liċenzja soċjali għall-operat
|
5.13. |
L-attivitajiet ta’ estrazzjoni u tħaffir tal-materja prima huma essenzjali f’termini ta’ mitigazzjoni tar-riskju tal-provvista, eż. il-provvista ta’ materjali għall-varar ta’ teknoloġiji b’livell baxx ta’ karbonju u l-agrikoltura, u ż-żieda tar-reżiljenza tal-ktajjen tal-valur. Is-settur Ewropew tal-minerali jista’ jiżgura d-disponibbiltà ta’ materjali essenzjali meħtieġa għat-teknoloġiji attwali u futuri biex tinħoloq ekonomija newtrali għall-klima, orjentata lejn is-servizzi u l-benessri, ċirkolari u effiċjenti fl-użu tar-riżorsi filwaqt li tikseb il-materja prima b’mod sostenibbli u responsabbli. |
|
5.14. |
Barra minn hekk, l-estrazzjoni fl-Ewropa qed topera bl-ogħla standards ambjentali u soċjali meta mqabbla ma’ pajjiżi mhux tal-UE. L-industrija fl-Ewropa hija impenjata li tikkontribwixxi sostanzjalment għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima: mhux biss tesplora kontinwament il-metodi tad-dekarbonizzazzjoni sabiex tissodisfa b’mod effiċjenti u effettiv id-domanda dejjem akbar għar-riżorsi, iżda wkoll tippermetti attivitajiet ekonomiċi oħra biex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tagħhom. |
|
5.15. |
Il-fatt huwa li ftit li xejn hemm eżempji ta’ esportazzjonijiet ta’ materja prima fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jwasslu għal żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli li minnu setgħu jibbenefikaw sezzjonijiet wesgħin tal-popolazzjoni. Pjuttost, is-sitwazzjoni spiss tinvolvi sfruttament soċjali u tniġġis ambjentali. Is-soltu huma biss ftit dawk li jibbenefikaw fuq in-naħa rebbieħa, u ħafna drabi dawn ikunu wkoll korporazzjonijiet multinazzjonali. |
|
5.16. |
Il-materja prima għandha sservi mhux biss biex tiggarantixxi l-prosperità ekonomika fl-Ewropa, iżda għandha tkun ukoll il-bażi għal żvilupp ekonomiku sostenibbli, jiġifieri kompatibbli soċjalment u ambjentalment, fil-pajjiżi ta’ oriġini. F’dan ir-rigward, l-UE għandha ssir proattiva u tappoġġja b’mod ċar l-isforzi konċepibbli kollha minn kumpaniji li jaqilbu mill-politika preċedenti fejn jiżguraw b’mod unilaterali l-irħas materja prima possibbli għal approċċ ġdid ta’ “sħubija strateġika”. Sħubija strateġika bħal din għandha tqis, b’mod ġust, il-ħtiġijiet ekonomiċi, soċjali u ekoloġiċi u l-interessi kemm tal-pajjiżi fornituri kif ukoll tal-pajjiżi riċevituri tal-materja prima u tappoġġja u tippromovi żvilupp soċjoekonomiku awtodeterminat fil-pajjiżi ta’ oriġini. Bil-ħolqien ta’ “kondizzjonijiet ta’ sħubija”, jista’ jinkiseb livell għoli ta’ fiduċja, durabbiltà, sigurtà u affidabbiltà fir-relazzjonijiet kummerċjali fl-interess komuni u abbażi tar-rispett reċiproku. |
|
5.17. |
Dejjem hemm il-ħtieġa li l-problemi ambjentali lokali jitqabblu mal-benefiċċji li proġetti bħal dawn jistgħu jġibu biex jissolvew kwistjonijiet Ewropej u globali usa’ dwar is-CO2, bħal pereżempju d-domanda għal aktar ram. Dan l-ibbilanċjar għandu jkun parti mill-prijoritizzazzjoni tal-proġetti tal-estrazzjoni fl-Ewropa. Din il-prijoritizzazzjoni għandha tinkludi wkoll kunsiderazzjonijiet ekonomiċi reġjonali. |
|
5.18. |
Mhuwiex biżżejjed li jkun hemm aċċess għal materja prima, jekk l-UE ma jkollhiex faċilitajiet ta’ pproċessar ta’ teknoloġija għolja. Il-Kummissarju Breton qal li “għall-materja prima kritika, l-għan huwa li l-kapaċità Ewropea ta’ estrazzjoni u rfinar tkun operattiva sal-bidu tad-deċennju li ġej.” Dan mhuwiex ambizzjuż biżżejjed. Għalhekk, il-KESE jirrakkomanda li l-UE tippromovi investiment immedjat u inċentivi regolati komuni għall-investituri. Biex tiġi aċċellerata l-‘awtonomija strateġika’ tal-Ewropa fir-rigward tal-materja prima kritika għandu jiġi kkunsidrat li jinħolqu Sħubija Ewropea jew ta’ IPCEI (proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni). IPCEI bħal dan għandu jkopri l-katina tal-provvista kollha tal-materja prima kritika: b’valutazzjoni tas-sitwazzjoni domestika fir-rigward tas-sorsi minerali, l-estrazzjoni mill-minjieri, l-ipproċessar, ir-raffinar, ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid. Tabilħaqq, fir-rigward tal-batteriji, l-istabbiliment ta’ katina ta’ valur domestika kompletament integrata għall-materjali tal-art rari ser ikun ta’ importanza ewlenija biex tinkiseb it-tranżizzjoni doppja diġitali u ekoloġika. |
|
5.19. |
Bħalissa hemm għaddejjin fl-Ewropa erba’ proġetti industrijali ewlenin fl-estrazzjoni u l-ipproċessar sostenibbli, li jammontaw għal kważi EUR 2 biljun. Huma mistennija li jkopru 80 % tal-ħtiġijiet tagħna tal-litju fis-settur tal-batteriji sal-2025. Dawn il-proġetti jistgħu jipprovdu ispirazzjoni f’termini ta’ kopertura ta’ materja prima oħra essenzjali għal ktajjen ta’ valur Ewropej f’ħafna aktar setturi strateġiċi. |
|
5.20. |
L-industrija diġà qed tuża l-awtomatizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni, it-teknoloġija blockchain u l-intelliġenza artifiċjali, iżda l-użu tal-Programm Copernicus għandu jiġi esplorat, biex jiġu identifikati siti ġodda tal-materja prima u jiġi mmonitorjat l-impatt ambjentali. Barra minn hekk, il-KESE digà rrakkomanda “l-iżvilupp ta’ pjan direzzjonali regolatorju tal-UE li jindirizza l-isfidi maħluqa mit-trasformazzjoni diġitali tas-settur tal-materja prima, li jittratta suġġetti bħaċ-ċibersigurtà, l-intelliġenza artifiċjali, l-awtomatizzazzjoni, il-governanza f’diversi livelli u l-estrazzjoni mill-baħar u l-ispazju” (17). |
|
5.21. |
Għandhom jiġu żviluppati metodi ġodda għall-estrazzjoni, l-irkupru u l-produzzjoni. Għandhom jilħqu l-ogħla standards ambjentali u soċjali. L-isfruttament tar-riżorsi fil-landfills tal-UE u r-residwi ta’ skart mill-estrazzjoni fil-minjieri jirrappreżenta sors potenzjali ta’ materja prima kritika. Sadanittant, l-ispeċjalisti ambjentali qed iħeġġu li l-komunitajiet lokali għandhom ikunu involuti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar siti tal-estrazzjoni futuri. |
|
5.22. |
Il-ħiliet ta’ estrazzjoni jistgħu jiġu trasferiti għall-isfruttament tal-metall u l-minerali, possibbilment fl-istess reġjuni. Il-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta se jgħin lir-reġjuni li jużaw il-faħam u l-karbonju b’mod intensiv, permezz tal-finanzjament tal-infrastruttura sostenibbli disponibbli fl-ambitu ta’ Invest EU. Madankollu, hemm bżonn ta’ żmien u inċentivi għall-investituri, bħalma hija l-leġiżlazzjoni dwar proċeduri ta’ awtorizzazzjoni aktar rapidi (regolament tal-UE jista’ jkun soluzzjoni). L-istandards soċjali, ambjentali u tas-sostenibbiltà huma rekwiżiti ewlenin għall-proġetti futuri kollha tal-UE. |
|
5.23. |
Wieħed mill-prerekwiżiti ewlenin għal politiki effettivi dwar il-kontenut lokali rigward il-ħolqien ta’ aktar impjiegi li jkunu aktar ekoloġiċi u mħallsa aħjar f’pajjiżi għonja fil-minerali hija d-disponibbiltà tal-ħiliet u l-kapaċitajiet meħtieġa biex jintlaħqu d-domandi tal-industrija tul iċ-ċiklu tal-ħajja ta’ minjiera. Huwa wkoll kruċjali li jiġu żviluppati settijiet ta’ ħiliet ġodda u li dawk eżistenti jiġu adattati biex jirrispondu b’mod rapidu għall-bidliet teknoloġiċi. Studji reċenti kkonfermaw l-impatt probabbli tat-teknoloġiji ġodda fuq in-natura tal-impjiegi, li jenfasizzaw kif, fis-settur tal-estrazzjoni, se jkunu meħtieġa settijiet ta’ ħiliet ġodda mhux biss għal impjiegi ġodda, iżda wkoll għal dawk eżistenti, peress li l-impjiegi operazzjonali attwali x’aktarx ikollhom jadattaw għall-awtomatizzazzjoni. L-għoti ta’ sensji għandu jiġi evitat permezz tad-djalogu soċjali billi l-ħaddiema jitħarrġu mill-ġdid u jiġi żgurat li jkollhom aċċess għall-pożizzjonijiet u l-impjiegi l-ġodda maħluqa minn teknoloġiji ġodda u proċessi ta’ riċiklaġġ. |
|
5.24. |
L-edukazzjoni, it-taħriġ, it-taħriġ mill-ġdid u ċ-ċertifikazzjoni huma importanti ħafna, u huwa importanti li dawn iseħħu permezz tad-djalogu soċjali għall-ġejjieni tal-industrija u l-kisba tal-ħiliet meħtieġa tirrikjedi ż-żmien u l-finanzjament. Dixxiplini speċjali bħall-ġeoloġija, il-metallurġija u l-estrazzjoni jistgħu jiġu mgħallma anke fil-livell universitarju. |
Investimenti
|
5.25. |
L-esplorazzjoni hija attività ta’ riskju għoli li żżid il-kostijiet kapitali b’mod sinifikanti. It-tnaqqis tar-riskju permezz ta’ garanziji għal self u reġimi ta’ deprezzament jista’ jgħin ħafna lill-investimenti. Inċentivi fiskali oħra jinkludu krediti tat-taxxa u għajnuna mill-Istat. Dawn il-mekkaniżmi jintużaw b’mod wiesa’ fuq livell globali għall-estrazzjoni u l-ipproċessar, iżda mhux fl-UE. |
|
5.26. |
Għandha tiġi żviluppata u mfassla sistema effiċjenti ta’ inċentivi finanzjarji sabiex jiġu appoġġjati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi fl-industrija tal-iskart. Barra minn hekk, għandhom jiġu applikati penali għall-abbuż tar-riżorsi prezzjużi tal-iskart. |
|
5.27. |
It-tisħiħ tal-kapaċità tal-UE biex tindirizza b’mod effettiv l-ostakli kummerċjali tariffarji u mhux tariffarji, inkluż fil-qasam tad-dumping u l-akkwist pubbliku, implimentati mill-imsieħba internazzjonali tagħna huwa essenzjali biex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwi fil-qasam tal-kummerċ tal-materja prima. |
|
5.28. |
Hemm bżonn ta’ investiment sinifikanti fir-R&Ż għall-Ewropa sabiex tinżamm it-tmexxija fil-ktajjen tal-valur mondjali. Huwa importanti li nlaħħqu ma’ setgħat ekonomiċi oħra u dan jeħtieġ il-koordinazzjoni mill-qrib ta’ strumenti taħt politiki differenti, inkluża l-istrateġija industrijali l-ġdida, u l-politika kummerċjali tal-UE. L-implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-Iskrinjar tal-Investimenti Diretti Barranin qed issir dejjem aktar importanti sabiex jiġu protetti l-ktajjen tal-valur strateġiċi tal-UE. |
|
5.29. |
Jeħtieġ li l-UE tagħti attenzjoni speċjali lill-monitoraġġ tas-swieq globali tal-materja prima kif ukoll l-evoluzzjoni ta’ ktajjen strateġiċi tal-provvista. Jeħtieġ li informazzjoni affidabbli u sħiħa tiġi mill-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati kollha permezz ta’ formati standardizzati ta’ data ta’ rapportar. |
|
5.30. |
L-investimenti relatati mat-tranżizzjoni ekoloġika mill-kumpaniji tal-UE fis-settur tal-estrazzjoni, l-ipproċessar u r-riċiklaġġ jeħtieġ li jappoġġjaw l-isforzi industrijali biex jinvolvu ruħhom fit-tranżizzjoni u l-progress lejn l-objettivi tan-newtralità klimatika (18). Is-settur għandu jibbenefika minn aċċess faċli għal finanzjament sostenibbli, iżda biss meta l-investimenti ppjanati tiegħu, il-pjani tar-R&Ż u l-proġetti tat-trasformazzjoni industrijali juru biċ-ċar li jaderixxi mal-objettivi tal-klima, tal-impjieg sħiħ u produttiv, tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u tax-xogħol deċenti għal kulħadd. Il-KESE diġà semma f’Opinjoni preċedenti li “t-tkabbir sostenibbli għandu jirreferi għal dimensjonijiet ambjentali, ekonomiċi, soċjali u ta’ governanza f’approċċ ibbilanċjat, globali u komprensiv allinjat mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli kollha u mal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, li jistabbilixxi kundizzjonijiet trasversali minimi li ma jistgħux jiġu ssostitwiti.” (19). |
|
5.31. |
Barra minn hekk, il-proġetti tal-minjieri li juru l-istess impenji għandhom jiġu appoġġjati u inċentivati fl-oqfsa tal-IPCEI (proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni) u tal-PCI (proġetti ta’ interess komuni) ukoll. L-evalwazzjoni tal-kontribut ta’ tali investimenti u proġetti għandha tiffoka wkoll fuq l-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe attività ta’ “greenwashing” jew informazzjoni qarrieqa. |
Il-kummerċ u d-dimensjoni internazzjonali
|
5.32. |
Fil-preżent, iċ-Ċina qed tipprovdi 98 % tal-provvista tal-UE ta’ elementi tal-materjali tal-art rari (REE). Deħlin fi żmien ta’ kompetizzjoni ġeopolitika kbira, u għalhekk l-iżvilupp ta’ diplomazija ekonomika effettiva fil-livell tal-UE huwa essenzjali sabiex jiġi żgurat l-aċċess għal fornituri diversifikati, filwaqt li ninvestu fil-kapaċitajiet ta’ użu mill-ġdid u ta’ riċiklaġġ. F’dan ir-rigward, il-KESE jinsisti li jinħolqu sħubijiet strateġiċi ma’ nazzjonijiet tal-istess fehma f’qafas plurilaterali bħala mod kif jiġi evitat li l-interruzzjonijiet fil-provvista (xi kultant ispirati politikament) joħolqu waqfien fil-ktajjen tal-valur industrijali sofistikati fl-UE. |
|
5.33. |
It-tisħiħ tar-rwol tal-euro bħala munita internazzjonali u ta’ referenza huwa vitali fil-prevenzjoni tal-volatilità tal-prezzijiet u fit-tnaqqis tad-dipendenza tal-partijiet ikkonċernati tal-UE md-dollaru Amerikan. Il-KE għandha tfittex modi biex tinkoraġġixxi l-kummerċ ta’ materja prima kritika f’euro, bl-użu tad-diplomazija ekonomika u l-istrumenti tal-politika kummerċjali disponibbli. F’dan ir-rigward, nilqgħu l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea dwar Is-sistema ekonomika u finanzjarja Ewropea: it-trawwim tal-ftuħ, tas-saħħa u tar-reżiljenza (20). |
|
5.34. |
L-esportazzjoni ta’ materja prima sekondarja għandha tkun permessa biss meta tagħmel sens f’termini ta’ sostenibbiltà. Madankollu, l-UE għandha taħdem biex tbiddel ir-regoli tal-logħba u tippermetti l-esportazzjoni ta’ skart li jkun fih materjali ta’ valur biss meta dan ikun utli f’termini ta’ sostenibbiltà. B’mod aktar preċiż, l-esportazzjoni ta’ dan it-tip ta’ skart għandha sseħħ biss meta, fid-destinazzjoni, l-istandards ambjentali u soċjali u l-miżuri għall-mitigazzjoni tal-effetti fuq il-klima jkunu ekwivalenti għall-istandards tal-UE. |
|
5.35. |
Il-kooperazzjoni internazzjonali fi ħdan l-OECD, in-Nazzjonijiet Uniti, id-WTO u l-G20 għandha tissaħħaħ, filwaqt li titqies is-sostenibbiltà futura tal-industrija u l-interess tal-UE fl-iżgurar ta’ aċċess għal materja prima kritika. L-iżgurar ta’ kondizzjonijiet ekwi ma’ partijiet oħra tad-dinja huwa essenzjali għall-partijiet ikkonċernati Ewropej. L-UE għandha tuża l-istrumenti kollha għad-dispożizzjoni tagħha, inklużi l-ftehimiet kummerċjali u s-sħubijiet strateġiċi, sabiex jinħolqu l-kondizzjonijiet biex jiġu ffaċilitati l-impriżi konġunti tal-UE f’pajjiżi terzi li għandhom ħafna riżorsi, speċjalment mill-Afrika u l-Amerka t’Isfel, filwaqt li dejjem jitqiesu l-provenjenza responsabbli u l-aħjar prattika dwar l-imġiba kummerċjali. L-integrazzjoni tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-katina tal-provvista tal-UE hija vitali wkoll. |
Brussell, il-25 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) Pereżempju, Stati Membri differenti japplikaw metodi differenti ta’ klassifikazzjoni biex jivvalutaw jekk il-proprjetajiet tal-iskart humiex perikolużi jew le. Dan joħloq burokrazija żejda – wisq dokumenti; proċessi twal; allinjament ħażin bejn l-awtoritajiet – u piż bla bżonn minħabba l-garanzija finanzjarja assoċjata mal-vjeġġi tal-iskart li tiddependi mill-klassifikazzjoni tal-iskart.
(2) Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem.
(3) Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem.
(4) Dikjarazzjoni Tripartitika dwar il-Prinċipji li Jikkonċernaw l-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Politika Soċjali.
(5) Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-NU.
(6) It-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Materja Prima tal-UE tal-2018.
(7) Euromines.
(8) UNEP IRP.
(9) ĠU C 364, 28.10.2020, p. 108.
(10) ĠU C 364, 28.10.2020, p. 108
(11) L-Awtorità Internazzjonali ta’ Qiegħ il-Baħar għandha l-kompitu li tagħmel l-estrazzjoni minerarja mill-baħar legalment u prattikament possibbli.
(12) Ara n-nota 2 f’qiegħ il-paġna.
(13) https://www.ohchr.org/Documents/Publications/GuidingPrinciplesBusinessHR_EN.pdf.
(14) Ara n-nota 4 f’qiegħ il-paġna.
(15) Ara n-nota 5 f’qiegħ il-paġna.
(16) Ktajjen ta’ Valur Mondjali.
(17) ĠU C 429, 11.12.2020, p. 37.
(18) Fir-Rapport McKinsey How the European Union could achieve net-żero emissions at net-żero cost, 3 ta’ Diċembru 2020, jingħad li l-kisba tan-newtralità karbonika tkun teħtieġ investiment stmat ta’ EUR 28 triljun f’teknoloġiji u tekniki nodfa matul it-30 sena li ġejjin. Mill-EUR 5,4 triljun iddedikati għat-teknoloġji nodfa u t-teknika, madwar EUR 1,5 triljun se jiġu investiti fis-settur tal-bini (29 fil-mija), EUR 1,8 triljun se jintużaw għall-enerġija (33 fil-mija), EUR 410 biljun għall-industrija (8 fil-mija), EUR 76 biljun għall-agrikoltura (madwar 1 fil-mija), u EUR 32 biljun fit-trasport (inqas minn 1 fil-mija). Madwar EUR 1,5 triljun (28 fil-mija) jiffinanzjaw l-infrastruttura biex itejbu t-trażmissjoni u d-distribuzzjoni tal-enerġija fis-setturi kollha.
(19) Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Finanzi Sostenibbli (ĠU C 62, 15.2.2019, p. 73).
(20) COM(2021) 32 final, 19.1.2021, Komunikazzjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Bank Ċentrali, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni;
https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX:52021DC0032
|
9.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 220/128 |
Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Rekwiżiti ta’ sostenibbiltà għall-batteriji fl-UE”
(COM(2020) 798 final — 2020/353 (COD))
(2021/C 220/18)
|
Relatur: |
Bruno CHOIX |
|
Korelatur: |
Franck UHLIG |
|
Konsultazzjoni |
Parlament Ewropew, 18.1.2021 |
|
Bażi legali |
L-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
|
Deċiżjoni tal-Assemblea Plenarja |
1.12.2020 |
|
Sezzjoni kompetenti |
Kummissjoni Konsultattiva dwar il-Bidliet Industrijali (CCMI) |
|
Adottata fis-sezzjoni |
5.3.2021 |
|
Adottata fil-plenarja |
24.3.2021 |
|
Sessjoni tal-plenarja Nru |
559 |
|
Riżultat tal-votazzjoni (favur/kontra/astensjonijiet) |
256/0/4 |
1. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
|
1.1. |
Il-KESE jappoġġja l-miżuri stabbiliti bir-Regolament [COM(2020) 798 final – 2020/0353 (COD)] propost mill-Kummissjoni Ewropea (KE). |
|
1.2. |
Il-KESE jqis li l-evitar tal-frammentazzjoni tas-suq intern li tinħoloq minħabba approċċi li jistgħu jkunu diverġenti min-naħa tal-Istati Membri huwa kwistjoni ewlenija li għandha tiġi indirizzata mill-partijiet ikkonċernati kollha. |
|
1.3. |
Il-KESE jitlob li jiġu definiti miżuri u strumenti ta’ governanza aktar preċiżi u operazzjonali għall-implimentazzjoni tar-Regolament il-ġdid, bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati kollha. |
|
1.4. |
Il-KESE jipproponi li dawn l-isfidi jiġu indirizzati billi jkomplu jissaħħu r-rwol u r-riżorsi tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA). |
|
1.5. |
Għal kwistjonijiet relatati mas-saħħa, is-sigurtà u l-kundizzjonijiet ta’ ħidma fil-produzzjoni, kif ukoll fir-riċiklaġġ u fl-użu mill-ġdid tal-batteriji, il-KESE jipproponi li jissaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA). |
|
1.6. |
Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ diliġenza dovuta għall-monitoraġġ tal-katina tal-provvista tal-batteriji, il-KESE jitlob trasparenza sħiħa fl-implimentazzjoni ta’ din is-sistema ta’ monitoraġġ. |
|
1.7. |
Ir-riċiklaġġ, ir-rinnovazzjoni u l-użu mill-ġdid jippermettu li tiġi żgurata l-katina ta’ valur upstream. Huwa essenzjali li jiġu appoġġjati r-riċerka u l-iżvilupp rigward l-ekodisinn. Il-KESE jipproponi li dan għandu jitwettaq fil-prattika permezz ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni (IPCEI). |
|
1.8. |
Fir-rigward tal-isfidi relatati mal-impjieg u l-ħiliet b’rabta mal-għan li jitrawwem l-iżvilupp ta’ industrija Ewropea tal-batteriji sostenibbli, il-KESE jipproponi li r-rwol taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) u r-rwol tal-kumitati Ewropej ta’ djalogu soċjali settorjali jiġu estiżi u msaħħa f’approċċ ta’ tranżizzjoni ġusta, kif imsemmi fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. |
|
1.9. |
Fil-kuntest tal-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar il-“Patt għall-Ħiliet” u l-proġetti Ewropej ALBATTS, DRIVES u COSME, il-KESE jikkunsidra li għandha tkun prijorità partikolari li jiġu ddefiniti u implimentati proġetti ta’ taħriġ dwar l-ekodisinn u r-riċiklaġġ tal-batteriji b’riżorsi finanzjarji adatti sabiex jiġi żgurat li jirnexxu, bl-involviment attiv tal-imsieħba soċjali u f’kooperazzjoni ma’ kwalunkwe skema nazzjonali jew ċerti oqsma ta’ impjieg ikkonċernati b’mod dirett. |
|
1.10. |
Il-KESE jipproponi, f’konformità mal-impenn tal-UE lejn in-newtralità karbonika, li jiġu introdotti b’mod rapidu limiti massimi għall-impronta tal-karbonju assoċjata mal-manifattura tal-batteriji kif ukoll mal-loġistika tal-forniment upstream tal-materjali u li jissaħħu r-riżorsi allokati mill-Kummissjoni għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni rapidi tal-għodod għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-impronta tal-karbonju tal-industrija tal-batteriji. |
|
1.11. |
Il-KESE jqis li huwa neċessarju li tiġi stabbilita responsabbiltà tal-produttur li tkun kompatibbli mal-inkoraġġiment favur l-ekodisinn. F’dan il-kuntest, jidher li huwa neċessarju li tmiem il-ħajja tal-batteriji jiġi separat minn ma’ tmiem il-ħajja tal-apparat li jintużaw fih. |
|
1.12. |
Il-KESE jipproponi li jiġi introdott il-kunċett ta’ “tmiem l-użu” li jikkomplementa dak ta’ “tmiem il-ħajja” sabiex jiġu promossi l-użu mill-ġdid, ir-rinnovazzjoni jew it-tieni ħajja u r-riċiklaġġ tal-batteriji. |
|
1.13. |
Id-dispożizzjonijiet tal-abbozz ta’ Regolament dwar it-tikkettar għandhom jinkludu obbligu li n-nies jiġu infurmati aħjar dwar ir-riskji potenzjali ta’ sustanzi perikolużi oħrajn minbarra l-kadmju, iċ-ċomb u l-merkurju u dwar riskji oħrajn għas-sikurezza sabiex jippermettu għażla infurmata u użu aħjar tal-batteriji. |
2. Introduzzjoni
|
2.1. |
Fl-10 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea ressqet Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [COM(2020) 798 final – 2020/0353 (COD)] dwar il-batteriji u l-iskart ta’ batteriji, li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti. |
|
2.2. |
Ir-Regolament propost għandu l-għan li jiżviluppa qafas tal-Unjoni li jkopri ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-batteriji, inklużi regoli armonizzati u aktar ambizzjużi għall-batteriji, il-komponenti, l-iskart tal-batteriji u l-materjali riċiklati. |
|
2.3. |
L-objettivi prinċipali ta’ dan ir-Regolament huma li jsaħħaħ is-sostenibbiltà tal-batteriji matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tagħhom billi jiżgura rekwiżiti minimi dwar is-sostenibbiltà għall-batteriji li jitqiegħdu fis-suq intern tal-UE, li jżid ir-reżiljenza tal-katina tal-forniment tal-batteriji tal-UE billi jippromovi l-ekonomija ċirkolari, u li jnaqqas l-impatti ambjentali u soċjali f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja tal-batteriji. |
|
2.4. |
B’mod partikolari dan jinkludi l-inkoraġġiment tal-produzzjoni u t-tqegħid fis-suq tal-UE ta’ batteriji ta’ kwalità għolja u effiċjenti, it-tisħiħ u l-isfruttar tal-potenzjal ta’ materji primi tal-batteriji tal-UE, kemm primarji kif ukoll sekondarji, filwaqt li jiġi żgurat li jiġu prodotti b’mod effiċjenti u sostenibbli, u jiġi garantit il-funzjonament tajjeb tas-swieq ta’ materji primi sekondarji u ta’ proċessi industrijali relatati. |
|
2.5. |
B’dan ir-Regolament, il-Kummissjoni trid tippromovi l-innovazzjoni, l-iżvilupp, u l-implimentazzjoni ta’ għarfien espert teknoloġiku tal-UE. |
|
2.6. |
Dan għandu jwassal għat-tnaqqis, skont il-loġika tal-ekonomija ċirkolari, fid-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjoni ta’ materji primi u tal-art rari ta’ importanza strateġika, u għall-implimentazzjoni ta’ ġbir u riċiklaġġ adatti tal-iskart kollu tal-batteriji. |
|
2.7. |
Bl-objettiv li jnaqqas l-impatti ambjentali u soċjali, ir-Regolament għandu jikkontribwixxi għal akkwist responsabbli, jippromovi l-użu effiċjenti tal-materji primi u l-materji riċiklati, inaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra matul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-batteriji, inaqqas ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem u l-kwalità tal-ambjent, u jtejjeb il-kundizzjonijiet soċjali tal-popolazzjonijiet ikkonċernati. |
3. Kummenti ġenerali
|
3.1. |
Fl-Ewropa, matul l-għaxar snin li ġejjin, it-teknoloġija tal-batteriji se tkun wieħed mill-katalizzaturi ewlenin tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa. Billi jiġu ffaċilitati l-elettrifikazzjoni tat-trasport, fejn adatt, u l-użu ta’ enerġiji rinnovabbli bħala sorsi ta’ enerġija affidabbli, l-użu tal-batteriji għandu jikkontribwixxi għall-objettivi Ewropej tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-klima. |
|
3.2. |
Skont Maros Šefčovič, Viċi President tal-Kummissjoni, fid-dawl tal-progress miksub fil-kuntest tal-Alleanza Ewropea tal-Batteriji stabbilita mill-Kummissjoni fl-2017, l-UE se tkun tista’ tassigura sa 80 % tal-ħtiġijiet tagħha fi żmien ħames snin. |
|
3.3. |
Din l-awtonomija strateġika se tiġi żviluppata b’mod konġunt mal-Alleanza Ewropea tal-Batteriji sabiex jiġu pprovduti strumenti legali bl-għan li jitlaqqgħu flimkien l-Istati Membri, l-industriji tal-karozzi, il-materja prima u l-kimika sabiex jiġu ddisinjati u implimentati ktajjen tal-valur li huma 100 % Ewropej; l-ewwel unitajiet tal-produzzjoni ta’ batteriji Ewropej huma mistennija jibdew fl-2021 jew l-2022. |
|
3.4. |
Il-KESE jappoġġja l-miżuri stabbiliti mir-Regolament propost mill-Kummissjoni fid-dawl tal-kapaċità tagħhom li jindirizzaw id-diversi sfidi li joħoloqu l-produzzjoni u l-konsum dejjem akbar tal-batteriji madwar id-dinja. |
|
3.5. |
Madankollu, f’konformità mal-awtonomija strateġika tal-UE, il-KESE jwissi li dawn għandhom jiġu msaħħa u implimentati malajr sabiex jiġu evitati mhux biss iż-żieda fid-dipendenza teknoloġika, industrijali u enerġetika tal-utenti tal-batteriji fl-UE fuq produtturi Asjatiċi jew Amerikani, iżda wkoll ir-rilokazzjoni tal-fabbriki tal-karozzi Ewropej lejn oħrajn f’pajjiżi terzi f’reġjuni qrib unitajiet ta’ produzzjoni tal-batteriji, b’konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u ambjentali negattivi, kif diġà ġie indikat f’Opinjoni preċedenti tal-KESE (1). Barra minn hekk, l-interessi tal-intrapriżi Ewropej għandhom jiġu mħarsa wkoll billi jsir użu sħiħ mill-istrumenti rilevanti kollha tal-UE. F’dan ir-rigward, il-KESE jixtieq jesprimi wkoll it-tħassib tiegħu dwar il-mod kif il-Kummissjoni beħsiebha tivverifika u tinforza r-rekwiżiti rigward il-marka tal-karbonju, il-livelli ta’ kontenut riċiklat u d-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista. F’dan ir-rigward, il-KESE jinsisti fuq investigazzjonijiet ta’ konformità robusti fir-rigward tal-prodotti importati biex tiġi evitata kompetizzjoni inġusta minn barra l-pajjiż. |
|
3.6. |
Il-pannelli solari, il-parks eoliċi u l-batteriji huma kruċjali għall-paradigma industrijali l-ġdida tagħna (2). Dawn huma bbażati fuq materja prima u materjali, għarfien u valur miżjud minn pajjiżi prinċipalment barra l-UE. Madwar 1 % biss tal-produzzjoni dinjija tal-batteriji tal-litju tinsab attwalment fl-Ewropa (3). B’mod parallel mal-iżvilupp ta’ settur Ewropew tal-batteriji stazzjonarji, bil-ħsieb li jkun hemm implimentazzjoni effiċjenti u sigura tal-pjani tal-grilji tal-elettriku eżistenti u futuri, il-KESE jirrakkomanda li l-approċċ komplementari V2G (vettura għall-grilja) jiġi applikat fil-livell Ewropew. |
|
3.7. |
Il-KESE jappoġġja l-proposti għal aktar sostenibbiltà tat-trasport u l-Pjan ta’ Azzjoni strateġiku dwar il-batteriji, li għandu l-għan li jnaqqas id-defiċit enerġetiku Ewropew u joħloq katina tal-valur tal-batteriji. Id-dekarbonizzazzjoni tat-trasport u t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa huma fost l-aspetti essenzjali tat-Tielet Pakkett dwar il-Mobilità, il-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Istrateġija dwar il-Mobilità Sostenibbli u Intelliġenti. Din l-inizjattiva tagħmel parti mill-qafas usa’ tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Ekonomija Ċirkolari (4). |
|
3.8. |
Il-Pjattaforma Ewropea tal-Partijiet Interessati tal-Ekonomija Ċirkolari jista’ jkollha rwol fil-komunikazzjoni dwar dawn is-suġġetti (5). |
|
3.9. |
Hija meħtieġa wkoll sistema adatta biex l-utenti aħħarin jiġu infurmati dwar il-kwalità tal-batteriji disponibbli fis-suq u biex il-konsumaturi jifhmu aktar ir-rwol tagħhom fil-ġbir tal-iskart tal-batteriji. |
|
3.10. |
L-aħjar mod kif jiġi ggarantit li l-batteriji manifatturati jkunu “nodfa” huwa billi jiġu osservati l-istandards u r-regolamenti Ewropej dwar l-ambjent, kif promoss, pereżempju, bl-approċċ tal-ekonomija ċirkolari mill-minjiera sa tmiem il-ħajja tal-batteriji. Għal dan il-għan huwa essenzjali investiment fuq skala kbira mill-industrija, filwaqt li r-rwol tal-Kummissjoni huwa li tistipula kundizzjonijiet ta’ limitu adatti, bħal standards tekniċi (6). |
|
3.11. |
Il- KESE jaqbel mal-Proposta għal Regolament tal-Kummissjoni li għandhom jitqiesu l-isfidi marbutin mal-materja prima kritika li tintuża fil-batteriji, kif iddefinit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta’ Settembru 2020 dwar “Ir-Reżiljenza tal-Materja Prima Kritika: It-Twittija tat-Triq lejn Sigurtà u Sostenibbiltà Akbar”. Il-materja prima kritika li tinsab fil-batteriji tinkludi l-litju, il-kobalt, il-grafit naturali, l-antimonju, u ż-żewġ parametri ewlenin meqjusa biex tiġi stabbilita l-kritiċità huma l-importanza ekonomika u r-riskju tal-forniment. |
|
3.12. |
Il-KESE diġà ddikjara li jappoġġja l-possibbiltà li jiġu adottati rekwiżiti legalment vinkolanti biex jissaħħaħ is-suq tal-materja prima sekondarja, b’mod partikolari għall-imballaġġ, il-vetturi, il-materjali tal-kostruzzjoni u l-batteriji (7). |
|
3.13. |
L-enerġiji rinnovabbli huma irregolari, u għaldaqstant kemm huma kif ukoll l-iżvilupp tagħhom huma sfida kbira f’termini ta’ ħżin. Għall-Unjoni Ewropea, il-ħżin huwa wkoll kwistjoni strateġika biex b’mod permanenti tkun tista’ tiżgura s-sigurtà tal-provvista tal-Unjoni u suq tal-enerġija vijabbli, u dan kemm mil-lat teknoloġiku kif ukoll mil-lat baġitarju. Il-KESE ifakkar li l-ħżin tal-enerġija, flimkien mal-vantaġġi tiegħu, jista’ jkun ukoll spiża kbira mil-lat finanzjarju, ambjentali u sanitarju. Għalhekk jitlob li jsiru studji tal-impatt li b’mod sistematiku jivvalutaw il-kompetittività tat-teknoloġiji kif ukoll l-impatt tagħhom fuq l-ambjent u s-saħħa. Il-KESE iqis importanti wkoll li jiġu vvalutati l-effetti ta’ dawn it-teknoloġiji fuq il-ħolqien tal-attivitajiet u l-impjiegi. Il-KESE jappoġġja l-bżonn ta’ armonizzazzjoni aħjar tar-regolamenti fost l-Istati Membri f’termini ta’ ħżin tal-enerġija. Il-KESE jappella wkoll għal djalogu pubbliku dwar l-enerġija fl-Ewropa kollha (id-Djalogu Ewropew dwar l-Enerġija) biex iċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili kollha jħaddnu t-tranżizzjoni tal-enerġija u jkunu jistgħu jinfluwenzaw l-għażliet futuri relatati mat-teknoloġiji tal-ħżin tal-enerġija (8). Il-kwalità tat-tikkettar tal-batteriji jinħtieġ li tikkontribwixxi għal dan. |
|
3.14. |
L-isfida ekonomika hija konsiderevoli: il-Kummissjoni tistma li d-domanda globali għall-batteriji se tiżdied b’14-il darba minn issa sal-2030 meta mqabbla mal-livell tal-2018, u l-UE se tirrappreżenta 17 % ta’ dik id-domanda. In-numru ta’ batteriji tal-litju se jiżdied b’700 darba bejn l-2020 u l-2040. |
|
3.15. |
Sabiex jiġi evalwat l-impatt tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni l-ġdida fuq l-impjieg u l-ħiliet meħtieġa, ir-Regolament jibbaża fuq żewġ studji ta’ referenza ppubblikati mis-CEPS (9) u RREUSE (10) kif ukoll fuq il-ħidma mwettqa mill-Alleanza Ewropea tal-Batteriji. |
|
3.16. |
L-istudju tas-CEPS jistma li l-iżvilupp tal-attivitajiet ta’ ġbir u riċiklaġġ tal-batteriji se jkollu impatt fuq il-ħolqien ta’ impjiegi diretti u indiretti: madwar 850 impjieg b’rata ta’ riċiklaġġ ta’ 55 %, u 5 500 impjieg b’rata ta’ riċiklaġġ ta’ 75 %. |
|
3.17. |
Min-naħa l-oħra, skont l-istudju mill-organizzazzjoni RREUSE, l-attività ta’ tiswija u użu mill-ġdid tal-batteriji toħloq bejn 5 u 10 darbiet aktar impjiegi “ekwivalenti għal ingaġġ full-time” mill-attività tal-ġbir u r-riċiklaġġ, li tqajjem il-kwistjoni tal-isfidi politiċi tal-miżuri li jippromovu l-industrija tal-ġbir u r-riċiklaġġ meta mqabbel ma’ dawk li jippromovu l-industrija tat-tiswija u l-użu mill-ġdid tal-batteriji. |
|
3.18. |
Rigward id-defiċit fil-ħiliet, dan prinċipalment jikkonċerna l-attività tal-ekodisinn tal-batteriji biex jiġu ottimizzati s-sostenibbiltà u l-użu ottimali tagħhom. |
|
3.19. |
Sabiex jittejjeb l-investiment fil-kapaċità tal-produzzjoni ta’ batteriji sostenibbli fid-dawl ta’ riskji soċjali u ambjentali, huwa neċessarju li l-proġetti marbuta mal-batteriji jiġu allinjati mat-tassonomija tal-UE (11) għal attivitajiet sostenibbli filwaqt li jitqies il-programm InvestEU. |
4. Kummenti speċifiċi
|
4.1. |
Il-KESE jitlob id-definizzjoni ta’ miżuri u strumenti ta’ governanza u ta’ implimentazzjoni aktar preċiżi u operattivi għall-applikazzjoni fil-prattika u effettiva tal-miżuri kollha stabbiliti mir-Regolament il-ġdid. |
|
4.2. |
Għalhekk, il-KESE jipproponi li dawn l-isfidi jiġu indirizzati permezz ta’ reviżjoni tar-rwol tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ibbażata f’Helsinki, li hija responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament Ewropew REACH (2005, rivedut fl-2018) dwar is-sustanzi kimiċi, sabiex jinkludi r-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, il-monitoraġġ u l-kontroll ta’ standards u regoli ġodda definiti mir-Regolament il-ġdid dwar is-sostenibbiltà tal-batteriji. |
|
4.3. |
L-iżvilupp ta’ industrija tal-batteriji sostenibbli għandha tindirizza l-problema tal-konformità mal-istandards tal-UE tas-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali għall-protezzjoni ta’ ħaddiema li jiġu f’kuntatt ma’ batteriji u materji primi riċiklabbli li huma komponenti ta’ batteriji industrijali jew tal-vetturi. L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), ibbażata f’Bilbao, wettqet rapporti esperti dwar is-suġġett li għandhom jiġu kkunsidrati sabiex ir-Regolament jintroduċi regolamentazzjoni adatta. Il-KESE jipproponi wkoll li jissaħħaħ ir-rwol tal-Aġenzija EU-OSHA. |
|
4.4. |
Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ diliġenza dovuta għall-monitoraġġ tal-katina tal-forniment tal-batteriji u għal sistema indipendenti ta’ verifika, monitoraġġ u kontroll taħt il-kappa tal-Kummissjoni Ewropea, f’konformità mar-regoli definiti mill-gwida tal-OECD dwar is-suġġett (12), il-KESE jitlob trasparenza sħiħa fl-implimentazzjoni ta’ din is-sistema ta’ monitoraġġ. |
|
4.5. |
Fir-rigward tal-isfidi ta’ impjiegi u ħiliet assoċjati mal-implimentazzjoni tal-miżuri tar-Regolament li għandhom l-għan li jrawmu l-iżvilupp ta’ industrija Ewropea tal-batteriji sostenibbli, il-KESE jipproponi li r-rwol tas-Cedefop f’dan il-qasam u r-rwol tal-kumitati Ewropej ta’ djalogu soċjali settorjali kkonċernati (l-elettriku, il-metallurġija, l-industrija tal-kimika, l-industrija tal-estrazzjoni, eċċ) jiġu estiżi u msaħħa f’approċċ ta’ tranżizzjoni ġusta, kif imsemmi fil-Patt Ekoloġiku Ewropew. L-istabbilimenti tal-edukazzjoni professjonali tal-Istati Membri għandhom jimplimentaw proġetti ta’ taħriġ simili fil-kurrikuli għall-istudenti sabiex jiżguraw id-disponibbiltà ta’ ħaddiema mħarrġa għal industrija Ewropea tal-batteriji sostenibbli. |
|
4.6. |
Fil-qafas tal-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea tal-“Patt għall-Ħiliet”, ġew imnedija l-proġetti ALBATTS (Alleanza għat-Teknoloġijka, il-Kwalifiki u t-Taħriġ dwar il-Batteriji), DRIVES (Żvilupp u Riċerka dwar Ħiliet Innovattivi fl-Edukazzjon Vokazzjonli) u COSME (Programm pluriennali għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs). Il-KESE jikkunsidra li huma ta’ prijorità partikolari d-definizzjoni u l-implimentazzjoni ta’ proġetti ta’ taħriġ fil-ħiliet ġodda ddedikati għall-ekodisinn kif ukoll għad-dijanjosi tal-batteriji bl-għan li jissewwew, jiġu rikondizzjonati u rriċiklati, bil-parteċipazzjoni attiva tal-imsieħba soċjali u f’kooperazzjoni mal-iskemi nazzjonali jew l-oqsma tal-impjieg possibbli li huma kkonċernati b’mod dirett.
Ir-riċerka u l-innovazzjoni huma neċessarji għat-titjib tas-sostenibbiltà, il-kwalità u s-sigurtà ta’ prodotti u proċessi u għat-tnaqqis tal-ispejjeż. Dan ifisser li għandha tingħata prijorità immedjata għar-riċerka u l-iżvilupp dwar il-batteriji, b’approċċ olistiku fil-katina tal-valur tal-batterija kollha, u b’investiment importanti u kontinwu maż-żmien li jkopri kemm prijoritajiet ta’ riċerka għal terminu qasir u twil. |
|
4.7. |
Fil-qasam tal-ħżin tal-enerġija, il-batteriji u l-idroġenu se jkollhom funzjonijiet komplementari. L-għan se jkun li jiġu massimizzati s-sinerġiji bejn dawn iż-żewġ soluzzjonijiet teknoloġiċi. |
|
4.8. |
It-teknoloġiji diġitali l-ġodda huma mistennija jikkontribwixxu biex jaċċelleraw l-iżviluppi fis-settur tal-batteriji: mill-iskoperta aċċellerata tal-materjali sal-ottimizzazzjoni tal-użu transsettorjali ta’ sistemi ta’ batteriji biex jingħata appoġġ lill-grilja enerġetika. |
|
4.9. |
Ir-riċiklaġġ, ir-rinnovazzjoni u l-użu mill-ġdid jippermettu li tiġi żgurata l-katina ta’ valur upstream. Huwa essenzjali li jiġu appoġġjati r-riċerka u l-iżvilupp rigward l-ekodisinn. Il-KESE jipproponi li dan għandu jitwettaq fil-prattika permezz ta’ proġett importanti ta’ interess Ewropew komuni (IPCEI). L-għan huwa li jiġi żviluppat l-għarfien espert li jippermetti l-ottimizzazzjoni tal-irkupru tal-batteriji billi jiġu orjentati mill-ġdid lejn, fejn possibbli, rinnovazzjoni, ħajja sekondarja jew irkupru aħjar tal-komponenti tagħhom, u billi jiġu implimentati proċessi ottimizzati mill-perspettiva ambjentali li jiggarantixxu s-sigurtà tal-impjegati u jwasslu għal mudell ekonomiku li jikkontribwixxi għas-sostenibbiltà ta’ din l-attività fit-territorju Ewropew. B’mod partikolari, l-għan huwa li jiġu implimentati proċessi industrijali kompetittivi li jagħmlu possibbli l-produzzjoni ta’ materjali ta’ kwalità tal-batteriji permezz tar-riċiklaġġ, b’appoġġ akbar għall-kumpaniji li joperaw b’mod integrat, f’ċiklu magħluq. |
|
4.10. |
Il-KESE jipproponi, f’konformità mal-impenn tal-UE lejn in-newtralità karbonika sal-2050 (b’objettiv intermedju ta’ tnaqqis ta’ 55 % fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra sal-2030), li jiġu introdotti b’mod rapidu limiti massimi (id-data ta’ Lulju 2027 hija tard wisq meta mqabbel mal-objettivi definiti mill-Kunsill Ewropew fil-11 ta’ Diċembru 2020) għall-impronta tal-karbonju assoċjata mal-manifattura tal-batteriji kif ukoll mal-loġistika tal-forniment upstream tal-materjali, kif ukoll li jissaħħu r-riżorsi allokati mill-Kummissjoni għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni rapidi tal-għodod għall-evalwazzjoni u l-monitoraġġ tal-impronta tal-karbonju tal-industrija tal-batteriji. L-aċċess għal materjali strateġiċi ta’ batteriji minn minjieri (urbani jew naturali) li jinsabu fis-suq fejn jiġu mmanifatturati u rriċiklati l-batteriji għandu jiġi privileġġjat. Dawn il-miżuri jikkontribwixxu għas-semplifikazzjoni u l-minimizzazzjoni tal-flussi loġistiċi. Fir-rigward tal-manifattura tal-batteriji, li hija stadju deċiżiv għall-impronta tal-karbonju tagħhom, ir-Regolament għandu jippromovi proċessi li jiffrankaw l-elettriku u jipprivileġġjaw l-użu ta’ sorsi tal-elettriku dekarbonizzati. |
|
4.11. |
Il-KESE jqis li huwa neċessarju li tiġi stabbilita responsabbiltà tal-produttur li tkun kompatibbli mal-inkoraġġiment tal-ekodisinn, u b’mod partikolari ma’ inċentiv għad-disinn ta’ batteriji li jistgħu jiffaċilitaw il-modifika retroattiva, il-manifattura mill-ġdid u l-użu mill-ġdid tal-batteriji. Din il-ħtieġa hija marbuta mal-ħajja sekondarja tal-batteriji, li għandha tiġi promossa. F’dan il-qafas, huwa neċessarju li tmiem il-ħajja tal-batteriji jiġi diżassoċjat minn ma’ tmiem il-ħajja tal-apparat, u li l-istatus ta’ skart ma jiġix attribwit b’mod awtomatiku lill-batteriji meta l-apparat li jinsabu fih jasal fi tmiem il-ħajja tiegħu. Fi tmiem il-ħajja preżunt tal-batteriji jew tal-apparat li jkun fih batteriji, tkun ir-responsabbiltà tal-produttur li juri li l-batterija għandha tingħata l-istatus ta’ skart. Dan ikollu jagħti prova ta’ dan permezz ta’ evalwazzjoni jew testijiet imwettqa fuq il-batterija u permezz ta’ dokument li juri li, meta jitqiesu t-teknoloġiji attwali u l-ktajjen li jistgħu jservu ta’ żbokk, ikun teknikament impossibbli li l-batterija terġa’ tintuża mill-ġdid permezz ta’ modifika retroattiva jew manifattura mill-ġdid li huma kompatibbli mal-kundizzjonijiet ta’ dawn is-swieq. Għalhekk, il-KESE jipproponi li għandu jiġi introdott il-kunċett ta’ “tmiem l-użu” li jikkomplementa dak ta’ “tmiem il-ħajja” sabiex jiġu promossi l-użu mill-ġdid, ir-rinnovazzjoni jew it-tieni ħajja u r-riċiklaġġ tal-batteriji. Għal dan il-għan, ir-Regolament il-ġdid jinħtieġ jintegra dawn l-atturi u l-attivitajiet il-ġodda. |
Brussell, l-24 ta’ Marzu 2021.
Christa SCHWENG
Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
(1) ĠU C 353, 18.10.2019, p. 102.
(2) ĠU C 364, 28.10.2020, p. 108.
(3) ĠU C 282, 20.8.2019, p. 51.
(4) ĠU C 62, 15.2.2019, p. 254.
(5) https://circulareconomy.europa.eu/platform/en
(6) ĠU C 262, 25.7.2018, p. 75.
(7) ĠU C 364, 28.10.2020, p. 94.
(8) ĠU C 383, 17.11.2015, p. 19.
(9) CEPS: Drabik E. and Rizos V., Prospects for electric vehicle batteries in a circular economy, 2018.
(10) RREUSE: Briefing on job creation potential in the re-use sector, 2015.
(11) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020.
(12) OECD (2018), Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Mġiba Responsabbli fin-Negozju.