ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 217

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
7 ta' Ġunju 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2021/C 217/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 217/02

Kawżi magħquda C-798/18 u C-799/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Federazione nazionale delle imprese elettrotecniche ed elettroniche (Anie), et (C-798/18), Athesia Energy Srl et (C-799/18) vs Ministero dello Sviluppo Economico, Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi – Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija – Artikolu 10 – Applikabbiltà – Direttiva 2009/28/KE – Artikolu 3(3)(a) – Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli – Produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn installazzjonijiet solari fotovoltajċi – Emenda ta’ skema ta’ sostenn)

2

2021/C 217/03

Kawża C-30/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen – l-Isvezja) – Diskrimineringsombudsmannen vs Braathens Regional Aviation AB (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew mill-oriġini etnika – Direttiva 2000/43/KE – Artikolu 7 – Difiża tad-drittijiet – Artikolu 15 – Sanzjonijiet – Rikors għad-danni bbażat fuq allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni – Kunsens tal-konvenut għat-talba għal kumpens, mingħajr ma jirrikonoxxi l-parti tiegħu fl-eżistenza tal-allegata diskriminazzjoni – Rabta bejn il-kumpens imħallas u l-allegata diskriminazzjoni – Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Regoli tal-proċedura nazzjonali li jipprekludu lill-qorti li quddiemha jitressaq ir-rikors milli tagħti deċiżjoni dwar l-eżistenza tal-allegata diskriminazzjoni minkejja t-talba espressa tar-rikorrent)

3

2021/C 217/04

Kawża C-194/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kunsill tal-Istat, il-Belġju) – H. A. vs l-État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (UE) Nru 604/2013 – Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali – Artikolu 27 – Rimedju ġudizzjarju – Teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi sussegwenti għad-deċiżjoni ta’ trasferiment – Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

3

2021/C 217/05

Kawża C-221/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Gdańsku – Il-Polonja) – AV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali – Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI – Artikolu 8(2) sa (4) – Artikolu 17(1) u (2) – Artikolu 19 – Teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet ta’ sentenza globali, ta’ kundanna mogħtija fi Stat Membru ieħor u li għandha tiġi eżegwita fl-Istat Membru fejn tingħata din is-sentenza – Kundizzjonijiet – Deċiżjoni Qafas 2008/675/ĠAI – Artikolu 3(3) – Kunċett ta’ influwenza fuq deċiżjoni ta’ kundanna jew ta’ eżekuzzjoni li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fl-okkażjoni ta’ proċedimenti kriminali ġodda mibdija fi Stat Membru li ma huwiex dak fejn ingħatat din id-deċiżjoni)

4

2021/C 217/06

Kawża C-470/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Friends of the Irish Environment Ltd vs Commissioner for Environmental Information (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Konvenzjoni ta’ Aarhus – Direttiva 2003/4/KE – Dritt ta’ aċċess għat-tagħrif ambjentali miżmum mill-awtoritajiet pubbliċi – Artikolu 2(2) – Kunċett ta’ awtorità pubblika – Korpi jew istituzzjonijiet li jaġixxu fl-eżerċizzju ta’ setgħat ġudizzjarji – Tagħrif li jinsab fil-proċess ta’ proċedura ġudizzjarja magħluqa)

5

2021/C 217/07

Kawża C-511/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Areios Pagos – il-Greċja) – AB vs Olympiako Athlitiko Kentro Athinon – Spyros Louis (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2000/78/KE – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Ħaddiema mqiegħda f’riżerva ta’ ħaddiema sax-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tagħhom – Tnaqqis fis-salarju u tnaqqis jew telf ta’ allowance ta’ tkeċċija – Sistema applikabbli għall-ħaddiema tas-settur pubbliku li jinsabu qrib l-irtirar b’rata sħiħa – Tnaqqis tal-ispejjeż tal-pagi tas-settur pubbliku – Artikolu 6(1) – Għan leġittimu ta’ politika soċjali – Sitwazzjoni ta’ kriżi ekonomika)

6

2021/C 217/08

Kawża C-515/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Eutelsat SA vs Autorité de régulation des communications électroniques et des postes, Inmarsat Ventures SE, li kienet Inmarsat Ventures Ltd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Settur tat-telekomunikazzjonijiet – Użu armonizzat tal-ispektrum tar-radju fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita – Deċiżjoni Nru 626/2008/KE – Artikolu 2(2)(a) u (b) – Artikolu 4(1)(ċ)(ii) – Artikolu 7(1) u (2) – Artikolu 8(1) u (3) – Sistemi mobbli permezz tas-satellita – Kunċett ta’ stazzjon mobbli terrestri – Kunċett ta’ komponenti terrestri komplementari – Kunċett ta’ kwalità meħtieġa – Rwol rispettiv tal-komponenti satellitari u terrestri – Obbligu għall-operatur ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita magħżul li jipprovdi s-servizz lil ċertu perċentwali tal-popolazzjoni u tat-territorju – Nuqqas ta’ osservanza – Effett)

6

2021/C 217/09

Kawża C-593/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht, Außenstelle Graz – l-Awstrija) – SK Telecom Co. Ltd. vs Finanzamt Graz-Stadt (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Determinazzjoni tal-post tal-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni – Roaming ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fuq in-networks ta’ komunikazzjoni ċellulari fi ħdan l-Unjoni Ewropea – Il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 59a – Possibbiltà għall-Istati Membri li jittrasferixxu l-post tal-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni għat-territorju tagħhom)

7

2021/C 217/10

Kawża C-694/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla Awla) tal-15 ta’ April 2021 – Italmobiliare SpA, Sirap-Gema SpA, Sirap France SAS, Petruzalek GmbH, Petruzalek s.r.o., Petruzalek s.r.o., Petruzalek kft vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell – Kompetizzjoni – Akkordju – Suq tal-ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur – Kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju minn immunità – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Valur tal-bejgħ – Limitu massimu tal-multa – Tul tal-proċedura amministrattiva – Terminu raġonevoli – Kapaċità kontributtiva)

8

2021/C 217/11

Kawża C-729/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal in Northern Ireland – ir-Renju Unit) – TKF vs Department of Justice for Northern Ireland (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment – Regolament (KE) Nru 4/2009 – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis – Artikolu 75 – Deċiżjonijiet mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru qabel l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea)

9

2021/C 217/12

Kawża C-733/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2021 – Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew (Rikors għal annullament – Politika komuni tas-sajd – Regolament (UE) Nru 1380/2013 – Konservazzjoni u sfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd – Protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar – Regolament (UE) 2019/1241 – Miżuri tekniċi – Anness V, Parti D – Projbizzjoni tas-sajd li juża xbieki tat-tkarkir bl-impuls elettriku – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Prinċipju ta’ prekawzjoni)

9

2021/C 217/13

Kawża C-736/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – Il-Latvja) – ZS Plaukti (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Agrikoltura – Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) – Regolament (KE) Nru 1698/2005 – Regolament (UE) Nru 65/2011 – It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) – Regolament (KE) Nru 73/2009 – Artikoli 4 u 6 – Regolament (KE) Nru 1122/2009 – Appoġġ għall-iżvilupp rurali – Pagamenti agroambjentali – Għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar – Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawn il-pagamenti – Ħsad qabel iż-żmien – Tnaqqis u esklużjoni tal-imsemmija pagamenti – Standards obbligatorji – Rekwiżiti statutorji ta’ tmexxija – Rekwiżiti minimi għal kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin – Impenji li jisbqu l-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti minimi u ir-rekwiżiti obbligatorji l-oħra xierqa stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali)

10

2021/C 217/14

Kawża C-786/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln – il-Ġermanja) – The North of England P & I Association Ltd., bħala suċċessur legali ta’ Marine Shipping Mutual Insurance Company vs Bundeszentralamt für Steuern (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni għall-ħajja – It-Tieni Direttiva 88/357/KEE – It-tieni inċiż tal-Artikolu 2(d) – Direttiva 92/49/KEE – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(2) – Taxxa fuq il-primjums tal-assigurazzjoni – Kunċett ta’ Stat Membru fejn ikun jinstab ir-riskju – Vetturi ta’ kull tip – Kunċett ta’ Stat Membru tar-reġistrazzjoni – Assigurazzjoni ta’ bastimenti tan-navigazzjoni fl-ibħra – Bastimenti rreġistrati fir-reġistru tal-bastimenti miżmuma minn Stat Membru iżda li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Stat terz bis-saħħa ta’ awtorizzazzjoni ta’ ħelsien temporanju mill-bandiera)

11

2021/C 217/15

Kawża C-846/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’arrondissement – il-Lussemburgu) – EQ vs Administration de l’Enregistrement, des Domaines et de la TVA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Attività ekonomika – Provvista ta’ servizzi bi ħlas – Artikolu 2(1)(ċ) u Artikolu 9(1) – Eżenzjonijiet – Artikolu 132(1)(g) – Provvista ta’ servizzi marbuta mill-qrib mal-għajnuna u mas-sigurtà soċjali – Servizzi mwettqa minn avukat fil-kuntest ta’ mandati ta’ protezzjoni ta’ persuni maġġorenni legalment mhux kapaċi – Organizzazzjoni rrikonoxxuta bħala li għandha natura soċjali)

11

2021/C 217/16

Kawża C-868/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Berlin-Brandenburg – il-Ġermanja) – M-GmbH vs Finanzamt für Körperschaften (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 9 – Persuni taxxabbli – Artikolu 11 – Possibbiltà għall-Istat Membri li jqisu bħala persuna taxxabbli waħda persuni li jkunu legalment indipendenti iżda li jkunu marbuta mill-qrib ma’ xulxin fuq livell finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv (grupp tal-VAT) – Kunċett ta’ rabtiet mill-qrib fuq livell finanzjarju – Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li soċjetajiet li s-soċji tagħhom, minbarra l-kumpannija li tikkontrolla, ma humiex biss persuni integrati fil-livell finanzjarju fl-impriża tal-kumpannija li tikkontrolla milli jkunu membru f’grupp tal-VAT – Ċertezza legali – Miżuri li jipprevjenu l-frodi u l-evażjoni fiskali – Proporzjonalità – Newtralità tal-VAT)

12

2021/C 217/17

KawżaC-875/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ April 2021 – FV vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell – Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Rapport ta’ evalwazzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Regolarità tal-prestazzjonijiet – Dewmien – Preżentazzjoni ta’ ċertifikat mediku – Dmir ta’ premura)

13

2021/C 217/18

Kawża C-877/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ April 2021 – FV vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell – Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Rapport ta’ evalwazzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Regolarità tal-prestazzjonijiet – Dewmien – Preżentazzjoni ta’ ċertifikat mediku – Dmir ta’ premura)

13

2021/C 217/19

Kawża C-935/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu – il-Polonja) – Grupa Warzywna Sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 273 – Sovravalutazzjoni, fid-dikjarazzjoni fiskali, tal-ammont tar-rimbors tal-VAT – Żball ta’ evalwazzjoni tal-persuna taxxabbli fir-rigward tan-natura taxxabbli tat-tranżazzjoni – Rettifika tad-dikjarazzjoni fiskali wara kontroll – Sanzjoni ta’ ammont ugwali għal 20 % tal-ammont tas-sovravalutazzjoni tal-ammont tar-rimbors tal-VAT – Prinċipju ta’ proporzjonalità)

14

2021/C 217/20

Kawża C-53/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Hengstenberg GmbH & Co. KG vs Spreewaldverein eV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti tal-ikel – Regolament (UE) Nru 1151/2012 – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(4) – L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) – Emenda fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ prodott – Ħjar tal-pikles tal-iSpreewald (il-Ġermanja) Spreewälder Gurken (IGP) – Emendi li ma humiex minuri – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għat-talba għal emenda – Rikors kontra d-deċiżjoni li tilqa’ din it-talba – Kunċett ta’ interess leġittimu)

15

2021/C 217/21

KawżaC-62/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – Vogel Import Export NV vs Belgische Staat (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Regolament (KEE) 2658/87 – Unjoni doganali – Tariffa doganali komuni – Klassifikazzjoni tariffarja – Nomenklatura Magħquda – Intestaturi tariffarji – Intestaturi 4407 u 4409 – Twavel tal-injam inċanati, li l-erba’ rkejjen tagħhom ġew ftit ittondjati għat-tul kollu tat-tavla)

15

2021/C 217/22

Kawża C-399/20 P: Appell ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2020 minn XH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-25 ta’ Ġunju 2020 fil-Kawża T-511/18, XH vs Il-Kummissjoni

16

2021/C 217/23

Kawża C-504/20 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2020 minn Lukáš Wagenknecht mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-17 ta’ Lulju 2020 fil-Kawża T-715/19, Wagenknecht vs Il-Kunsill tal-Ewropa

16

2021/C 217/24

Kawża C-535/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okrazhen sad – Razgrad (il-Bulgarija) fl-20 ta’ Ottubru 2020 – BNP Paribas Personal Finance SA Paris vs T.G.M.

17

2021/C 217/25

Kawża C-622/20 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2020 minn Validity Foundation – Mental Disability Advocacy Centre, Center for Independent Living Association mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-2 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-613/19, ENIL Brussels Office et vs Il-Kummissjoni

17

2021/C 217/26

Kawża C-667/20 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2020 minn Laboratorios Ern, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-5 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-51/19 – Laboratorios Ern vs EUIPO – SBS Bilimsel Bio Çözümler (apiheal)

17

2021/C 217/27

Kawża C-678/20 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2020 minn Laboratorios Ern, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-5 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-53/19 – SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret AŞ vs EUIPO – Laboratorios Ern (apiheal)

18

2021/C 217/28

Kawża C-100/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Frar 2021 – QB vs Daimler AG

18

2021/C 217/29

Kawża C-102/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen (l-Italja) fit-18 ta’ Frar 2021 – KW vs Autonome Provinz Bozen

19

2021/C 217/30

Kawża C-103/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen (l-Italja) fit-18 ta’ Frar 2021 – SG vs Autonome Provinz Bozen

20

2021/C 217/31

Kawża C-134/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Liège (il-Belġju) fl-4 ta’ Marzu 2021 – EV vs Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)

20

2021/C 217/32

Kawża C-154/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-9 ta’ Marzu 2021 – RW vs Österreichische Post AG

21

2021/C 217/33

Kawża C-158/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-11 ta’ Marzu 2021 – Ministerio Fiscal, Abogacía del Estado y Partido político VOX vs Lluís Puig Gordi, Carles Puigdemont Casamajó, Antoni Comín Oliveres, Clara Ponsatí Obiols, Meritxell Serret Aleu, Marta Rovira Vergés u Anna Gabriel Sabaté

21

2021/C 217/34

Kawża C-161/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei conti – Sezione regionale di controllo per la Campania (l-Italja) fl-10 ta’ Marzu 2021 – Comune di Camerota

23

2021/C 217/35

Kawża C-178/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Marzu 2021 – GL et vs Volkswagen AG u Audi AG

24

2021/C 217/36

Kawża C-184/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de l’entreprise francophone de Bruxelles (il-Belġju) fl-24 ta’ Marzu 2021 – Christian Louboutin vs Amazon.com, Inc., Amazon Services LLC

25

2021/C 217/37

Kawża C-198/21 P: Appell ippreżentat fid-29 ta' Marzu 2021 minn Giacomo Santini et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fl-10 ta’ Frar 2021 fil-Kawżi Magħquda T-345/19, T-346/19, minn T-364/19 sa T-366/19, minn T-372/19 sa T-375/19, T-385/19, Santini et vs Il-Parlament

26

2021/C 217/38

Kawża C-202/21 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2021 minn ABLV Bank AS, fi stralċ, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla Estiża) fl-20 ta’ Jannar 2021 fil-Kawża T-758/18, ABLV Bank vs SRB

27

2021/C 217/39

Kawża C-212/21 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ April 2021 mill-Bank Ewropew tal-Investiment mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fis-27 ta’ Jannar 2021 fil-Kawża T-9/19, ClientEarth vs BEI

29

2021/C 217/40

Kawża C-223/21 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ April 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fis-27 ta’ Jannar 2021 fil-Kawża T-9/19, ClientEarth vs EIB

30

2021/C 217/41

Kawża C-228/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-8 ta’ April 2021 – Ministero dell’Interno, Dipartimento per le Libertà civili e l’Immigrazione – Unità di Dublino vs CZA

31

2021/C 217/42

Kawża C-229/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fid-9 ta’ April 2021 – Le Port de Bruxelles vs Infrabel SA u Région de Bruxelles-Capitale vs Infrabel SA

31

2021/C 217/43

Kawża C-235/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (Is-Slovenja) fit-12 ta’ April 2021 – RAIFFEISEN LEASING, trgovina in leasing d. o. o. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

32

2021/C 217/44

Kawża C-239/21 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2021 minn Petr Fryč mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-11 ta’ Frar 2021 fil-Kawża T-92/20, Fryč vs Il-Kummissjoni,

33

2021/C 217/45

Kawża C-242/21 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ April 2021 minn Évariste Boshab mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-3 ta’ Frar 2021 fil-Kawża T-111/19, Évariste Boshab vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

34

2021/C 217/46

Kawża C-259/21: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2021 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

35

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 217/47

Kawża T-193/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Andreas Stihl vs EUIPO – Giro Travel Company (tagħqid tal-kuluri ġriż u oranġjo) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti fit-tagħqid tal-kuluri oranġjo u griż – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 4 u Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Rappreżentazzjoni grafika suffiċjentement ċara u preċiża – Neċessità ta’ arranġament sistematiku li jassoċja l-kuluri b’mod determinat minn qabel u uniformi)

37

2021/C 217/48

Kawża T-277/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – BK vs L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) (“Servizz pubbliku – Membri tal-persunal temporanju – Assenjazzjoni mill-ġdid temporanja – Rikors għal annullament – Att purament konfermatorju – Inammissibbiltà – Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment – Portata awtonoma – Sospensjoni tal-effetti tad-deċiżjoni li hija s-suġġett tal-ilment – Interess ġuridiku – Rikors għad-danni – Rabta stretta mat-talbiet għal annullament – Assenza ta’ proċedura prekontenzjuża – Inammissibbiltà)

37

2021/C 217/49

Kawża T-282/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Filotas Bellas & Yios (Halloumi) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattivi Halloumi χαλλούμι Vermion grill cheese/grill est/grill kase M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927 – Trade mark kollettiva tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti HALLOUMI – Raġuni relattiva għal rifjut – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament 2017/1001))

38

2021/C 217/50

Kawża T-515/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Lego vs EUIPO – Delta Sport Handelskontor (Blokki tal-bini minn sett ta’ bini tal-ġugarelli) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta blokki tal-bini minn sett ta’ bini tal-ġugarelli – Raġunijiet għal invalidità – Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni – Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott iddettati biss mill-funzjoni teknika tiegħu – Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott li għandhom neċessarjament jiġu riprodotti fil-forma u d-dimensjonijiet eżatti tagħhom sabiex iservu għall-interkonnessjoni ma’ prodotti oħra – Disinni li jservu l-għan li jippermettu l-immuntar jew l-għaqda multipla ta’ prodotti li jibdlu lilhom infushom b’mod reċiproku f’sistema modulari – Artikolu 8(1) sa (3) tar-Regolament Nru 6/2002)

39

2021/C 217/51

Kawża T-588/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Novomatic vs EUIPO – adp Gauselmann (Power Stars) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Power Stars – Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka – Assenza parzjali ta’ użu ġenwin – Prova tal-użu ġenwin – Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Obbligu ta’ motivazzjoni – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001) – Dritt għal smigħ – It-tieni sentenza tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saret it-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001))

40

2021/C 217/52

Kawża T-798/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Bennahmias vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament – Allowance għal assistenza Parlamentari – Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament – Oneru tal-prova – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ liġi – Żball ta’ fatt – Proporzjonalità)

40

2021/C 217/53

Kawża T-799/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Bennahmias vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali – Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament – Allowance għal assistenza Parlamentari – Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament – Oneru tal-prova – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ liġi – Żball ta’ fatt – Proporzjonalità)

41

2021/C 217/54

Kawża T-93/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Albert Darboven Holding vs EUIPO (WINDSOR-CASTLE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WINDSOR-CASTLE – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Karattru lawdatorju)

41

2021/C 217/55

Kawża T-168/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Creaton South-East Europe vs EUIPO – Henkel (CREATHERM) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CREATHERM – Trade mark internazzjonali verbali preċedenti CERETHERM – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

42

2021/C 217/56

Kawża T-175/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Sanolie (SANOLIE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SANOLIE – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SANODIN – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

43

2021/C 217/57

Kawża T-354/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Kfz-Gewerbe vs EUIPO – The Blink Fish (Rappreżentazzjoni ta’ ħuta) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta ħuta – Trade mark verbali nazzjonali preċedenti BLINKA – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Obbligu ta’ motivazzjoni – L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)

43

2021/C 217/58

Kawża T-374/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – KM vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Konjuġi superstiti – Pensjoni tas-superstiti – Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà – Tul taż-żwieġ – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Ugwaljanza fit-trattament – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età – Proporzjonalità)

44

2021/C 217/59

Kawża T-11/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2021 – Paravan vs EUIPO – paragon (Paragon) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Irtirar tat-talba għal revoka – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

45

2021/C 217/60

Kawża T-158/21: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2021 – Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa vs Il-Kummissjoni

45

2021/C 217/61

Kawża T-168/21: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2021 – Magnetec vs EUIPO (Blu ċar)

46

2021/C 217/62

Kawża T-169/21: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2021 – The Smiley Company vs EUIPO – SC Ha Ha Ha Production (SMILEY)

46

2021/C 217/63

Kawża T-170/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2021 – Ben Ali vs Il-Kunsill

47

2021/C 217/64

Kawża T-173/21: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2021 – Novelis Deutschland vs EUIPO – Cuki Cofresco (Tray għall-grill)

49

2021/C 217/65

Kawża T-181/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2021 – LG Electronics vs EUIPO – Anferlux-Electrodomésticos (SmartThinQ)

49

2021/C 217/66

Kawża T-182/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2021 – PKK vs Il-Kunsill

50

2021/C 217/67

Kawża T-183/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2021 – QP et vs Il-Kunsill et

51

2021/C 217/68

Kawża T-187/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2021 – Firearms United Network et vs Il-Kummissjoni Ewropea

53

2021/C 217/69

Kawża T-188/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2021 – Lück vs EUIPO – R.H. Investment (MALLE)

54

2021/C 217/70

Kawża T-190/21: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2021 – RI et vs Il-Kunsill et

55

2021/C 217/71

Kawża T-192/21: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Beta Sports (META)

56

2021/C 217/72

Kawża T-194/21: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – Fidia farmaceutici vs EUIPO – Stelis Biopharma (HYALOSTEL ONE)

57

2021/C 217/73

Kawża T-196/21: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – Lea Nature Services vs EUIPO – Debonair Trading Internacional (SO…?)

58

2021/C 217/74

Kawża T-197/21: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – Lea Nature Services vs EUIPO – Debonair Trading Internacional (SO…?)

59

2021/C 217/75

Kawża T-198/21: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – Ancor Group vs EUIPO — Cody’s Drinks International (CODE-X)

59

2021/C 217/76

Kawża T-199/21: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2021 – EurO3zon vs ECHA

60

2021/C 217/77

Kawża T-200/21: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2021 – JS vs EDPS

61

2021/C 217/78

Kawża T-201/21: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2021 – Covington & Burling and Van Vooren vs Il-Kummissjoni

62

2021/C 217/79

Kawża T-202/21: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2021 – Vita Zahnfabrik vs EUIPO – VIPI Produtos Odontológicos (VITABLOCS TriLuxe forte)

63

2021/C 217/80

Kawża T-203/21: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – IN.PRO.DI vs EUIPO – Aiello (CAPRI)

64

2021/C 217/81

Kawża T-204/21: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2021 – Stryker vs EUIPO (RUGGED)

64

2021/C 217/82

Kawża T-205/21: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2021 – Kewazo vs EUIPO (Liftbot)

65

2021/C 217/83

Kawża T-206/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2021 – Kalita u Haas vs EUIPO – Kitzbühel Tourismus (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ annimali)

66

2021/C 217/84

Kawża T-209/21: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2021 – Ignacio Carrasco vs EUIPO – Santos Carrasco Manzano (La Hoja del Carrasco)

67

2021/C 217/85

Kawża T-212/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2021 – Groschopp vs EUIPO (Sustainability through Quality)

67

2021/C 217/86

Kawża T-216/21: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2021 – Ryanair u Malta Air vs Il-Kummissjoni

68

2021/C 217/87

Kawża T-220/21: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2021 – Thomas Henry vs EUIPO (Spicy Ginger)

69


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 217/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 206, 31.5.2021

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 189, 17.5.2021

ĠU C 182, 10.5.2021

ĠU C 180, 10.5.2021

ĠU C 163, 3.5.2021

ĠU C 148, 26.4.2021

ĠU C 138, 19.4.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – l-Italja) – Federazione nazionale delle imprese elettrotecniche ed elettroniche (Anie), et (C-798/18), Athesia Energy Srl et (C-799/18) vs Ministero dello Sviluppo Economico, Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA

(Kawżi magħquda C-798/18 u C-799/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Trattat dwar il-Karta tal-Enerġija - Artikolu 10 - Applikabbiltà - Direttiva 2009/28/KE - Artikolu 3(3)(a) - Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli - Produzzjoni ta’ enerġija elettrika minn installazzjonijiet solari fotovoltajċi - Emenda ta’ skema ta’ sostenn)

(2021/C 217/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Federazione nazionale delle imprese elettrotecniche ed elettroniche (Anie), et, (C-798/18), Athesia Energy Srl et (C-799/18)

Konvenuti: Ministero dello Sviluppo Economico, Gestore dei servizi energetici (GSE) SpA

fil-preżenza ta’: Elettricità Futura Unione delle imprese elettriche italiane, Confederazione generale dell’agricoltura italiana – Confagricoltura

Dispożittiv

Bla ħsara għall-verifiki li l-qorti tar-rinviju għandha twettaq billi tieħu inkunsiderazzjoni l-fatturi rilevanti kollha, l-Artikolu 3(3)(a) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, u l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi t-tnaqqis jew il-posponiment tal-ħlas ta’ inċentivi għall-enerġija prodotta mill-installazzjonijiet solari fotovoltajċi mogħtija preċedentement b’deċiżjonijiet amministrattivi u kkonfermati bi ftehimiet ad hoc konklużi bejn l-operaturi ta’ dawn l-installazzjonijiet u kumpannija pubblika, meta din il-leġiżlazzjoni tirrigwarda l-inċentivi li jkunu diġà previsti, iżda għadhom mhux dovuti.


(1)  ĠU C 122, 1.4.2019.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Högsta domstolen – l-Isvezja) – Diskrimineringsombudsmannen vs Braathens Regional Aviation AB

(Kawża C-30/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew mill-oriġini etnika - Direttiva 2000/43/KE - Artikolu 7 - Difiża tad-drittijiet - Artikolu 15 - Sanzjonijiet - Rikors għad-danni bbażat fuq allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni - Kunsens tal-konvenut għat-talba għal kumpens, mingħajr ma jirrikonoxxi l-parti tiegħu fl-eżistenza tal-allegata diskriminazzjoni - Rabta bejn il-kumpens imħallas u l-allegata diskriminazzjoni - Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Regoli tal-proċedura nazzjonali li jipprekludu lill-qorti li quddiemha jitressaq ir-rikors milli tagħti deċiżjoni dwar l-eżistenza tal-allegata diskriminazzjoni minkejja t-talba espressa tar-rikorrent)

(2021/C 217/03)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta domstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Diskrimineringsombudsmannen

Konvenut: Braathens Regional Aviation AB

Dispożittiv

L-Artikoli 7 u 15 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew l-etniċità, moqrija fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lil qorti li quddiemha jitressaq rikors għad-danni bbażat fuq allegazzjoni ta’ diskriminazzjoni pprojbita minn din id-direttiva milli teżamina t-talba intiża sabiex tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ din id-diskriminazzjoni, meta l-konvenut jaċċetta li jħallas il-kumpens mitlub mingħajr madankollu ma jirrikonoxxi l-eżistenza tal-imsemmija diskriminazzjoni. Hija l-qorti nazzjonali, li jkollha quddiemha tilwima bejn individwi, li għandha tiżgura, fil-kuntest tal-kompetenzi tagħha, il-protezzjoni ġuridika li tirriżulta għall-partijiet fil-kawża mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali billi jekk ikun hemm bżonn ma tapplikax kull dispożizzjoni kuntrarja tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.


(1)  ĠU C 103, 18.3.2019.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Kunsill tal-Istat, il-Belġju) – H. A. vs l-État belge

(Kawża C-194/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (UE) Nru 604/2013 - Determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami ta’ applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali - Artikolu 27 - Rimedju ġudizzjarju - Teħid inkunsiderazzjoni ta’ elementi sussegwenti għad-deċiżjoni ta’ trasferiment - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

(2021/C 217/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'Etat

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: H. A.

Konvenut: l-État belge

Dispożittiv

L-Artikolu 27(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, moqri fid-dawl tal-premessa 19 tiegħu, u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-qorti adita b’rikors għal annullament kontra deċiżjoni ta’ trasferiment ma tistax, fil-kuntest tal-eżami ta’ dan ir-rikors, tieħu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi sussegwenti għall-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni li huma determinanti għall-applikazzjoni korretta ta’ dan ir-regolament, sakemm din il-leġiżlazzjoni ma tipprevedix għal rimedju speċifiku li jinkludi eżami ex nunc tas-sitwazzjoni tal-persuna kkonċernata, li r-riżultati tiegħu jorbtu lill-awtoritajiet kompetenti, li jista’ jiġi eżerċitat wara l-okkorrenza ta’ tali ċirkustanzi u li, b’mod partikolari, ma huwiex suġġett la għaċ-ċaħda tal-libertà ta’ dik il-persuna u lanqas għaċ-ċirkustanza li l-eżekuzzjoni tal-imsemmija deċiżjoni hija imminenti.


(1)  ĠU C 164, 13.05.2019.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Gdańsku – Il-Polonja) – AV

(Kawża C-221/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja fil-qasam kriminali - Deċiżjoni Qafas 2008/909/ĠAI - Artikolu 8(2) sa (4) - Artikolu 17(1) u (2) - Artikolu 19 - Teħid inkunsiderazzjoni, għall-finijiet ta’ sentenza globali, ta’ kundanna mogħtija fi Stat Membru ieħor u li għandha tiġi eżegwita fl-Istat Membru fejn tingħata din is-sentenza - Kundizzjonijiet - Deċiżjoni Qafas 2008/675/ĠAI - Artikolu 3(3) - Kunċett ta’ “influwenza fuq deċiżjoni ta’ kundanna jew ta’ eżekuzzjoni” li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fl-okkażjoni ta’ proċedimenti kriminali ġodda mibdija fi Stat Membru li ma huwiex dak fejn ingħatat din id-deċiżjoni)

(2021/C 217/05)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Gdańsku

Partijiet fil-kawża prinċipali

AV

fil-preżenza ta’: Pomorski Wydział Zamiejscowy Departamentu do Spraw Przestępczości Zorganizowanej i Korupcji Prokuratury Krajowej

Dispożittiv

1)

Id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 8(2) sa (4), tal-Artikolu 17(1) u (2) u tal-Artikolu 19 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI tas-27 ta’ Novembru 2008 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu l-għoti ta’ sentenza globali li tkopri mhux biss kundanna waħda jew iktar mogħtija preċedentement kontra l-persuna kkonċernata fl-Istat Membru fejn tingħata din is-sentenza globali, iżda wkoll kundanna waħda jew iktar mogħtija kontriha fi Stat Membru ieħor u li jiġu eżegwiti, bis-saħħa ta’ din id-deċiżjoni qafas, fl-ewwel Stat Membru. Madankollu, tali sentenza globali ma tistax twassal għal adattament tat-tul jew tan-natura ta’ dawn l-aħħar kundanni li jaqbeż il-limiti stretti previsti fl-Artikolu 8(2) sa (4) ta’ din id-deċiżjoni qafas, għal ksur tal-obbligu, impost mill-Artikolu 17(2) tagħha, li jitnaqqas kompletament il-perijodu ta’ priġunerija diġà skontat, jekk ikun il-każ, mill-persuna kkundannata fl-Istat emittenti, mit-tul totali tal-priġunerija li għandha tiġi eżegwita fl-Istat ta’ eżekuzzjoni, jew għal reviżjoni tal-kundanni mogħtija kontriha fi Stat Membru ieħor, bi ksur tal-Artikolu 19(2) tal-imsemmija deċiżjoni qafas.

2)

L-Artikolu 3(3) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/675/ĠAI tal-24 ta’ Lulju 2008 dwar it-teħid in konsiderazzjoni ta’ kundanni fl-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea waqt proċedimenti kriminali ġodda, moqri fid-dawl tal-premessa 14 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-għoti ta’ sentenza globali li tkopri mhux biss kundanna waħda jew iktar mogħtija preċedentement kontra l-persuna kkonċernata fl-Istat Membru fejn tingħata din is-sentenza globali, iżda wkoll kundanna waħda jew iktar mogħtija kontriha fi Stat Membru ieħor u li jiġu eżegwiti, bis-saħħa tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909, kif emendata bid-Deċiżjoni Qafas 2009/299, fl-ewwel Stat Membru, bil-kundizzjoni li l-imsemmija sentenza globali tosserva, fir-rigward ta’ dawn il-kundanni tal-aħħar, il-kundizzjonijiet u l-limiti li jirriżultaw mill-Artikolu 8(2) u (4), mill-Artikolu 17(2) u mill-Artikolu 19(2) ta’ din id-Deċiżjoni Qafas 2008/909, kif emendata.


(1)  ĠU C 280, 19.8.2019.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court (l-Irlanda) – l-Irlanda) – Friends of the Irish Environment Ltd vs Commissioner for Environmental Information

(Kawża C-470/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Direttiva 2003/4/KE - Dritt ta’ aċċess għat-tagħrif ambjentali miżmum mill-awtoritajiet pubbliċi - Artikolu 2(2) - Kunċett ta’ “awtorità pubblika” - Korpi jew istituzzjonijiet li jaġixxu fl-eżerċizzju ta’ setgħat ġudizzjarji - Tagħrif li jinsab fil-proċess ta’ proċedura ġudizzjarja magħluqa)

(2021/C 217/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court (l-Irlanda)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Friends of the Irish Environment Ltd

Konvenut: Commissioner for Environmental Information

fil-preżenza ta’: Courts Service of Ireland

Dispożittiv

L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunill 90/313/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jirregolax l-aċċess għat-tagħrif ambjentali inkluż fil-proċessi ġudizzjarji, peress li la l-qrati, u lanqas il-korpi jew l-istituzzjonijiet taħt il-kontroll tagħhom u li għalhekk għandhom rabtiet mill-qrib ma’ dawn tal-aħħar, ma jikkostitwixxu “awtoritajiet pubbliċi” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u għalhekk ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva


(1)  ĠU C 280, 19.8.2019.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Areios Pagos – il-Greċja) – AB vs Olympiako Athlitiko Kentro Athinon – Spyros Louis

(Kawża C-511/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2000/78/KE - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Ħaddiema mqiegħda f’riżerva ta’ ħaddiema sax-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tagħhom - Tnaqqis fis-salarju u tnaqqis jew telf ta’ allowance ta’ tkeċċija - Sistema applikabbli għall-ħaddiema tas-settur pubbliku li jinsabu qrib l-irtirar b’rata sħiħa - Tnaqqis tal-ispejjeż tal-pagi tas-settur pubbliku - Artikolu 6(1) - Għan leġittimu ta’ politika soċjali - Sitwazzjoni ta’ kriżi ekonomika)

(2021/C 217/07)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Areios Pagos

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AB

Konvenut: Olympiako Athlitiko Kentro Athinon – Spyros Louis

Dispożittiv

L-Artikolu 2 u l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li bis-saħħa tagħha l-ħaddiema tas-settur pubbliku li jissodisfaw matul perijodu partikolari l-kundizzjonijiet sabiex jirċievu pensjoni tal-irtirar b’rata sħiħa jitqiegħdu taħt sistema tar-riżerva ta’ ħaddiema sax-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tagħhom, li jwassal għal tnaqqis fir-remunerazzjoni tagħhom, telf tal-avvanz eventwali tagħhom kif ukoll tnaqqis, jew anki t-tneħħija, tal-allowance ta’ tkeċċija li huma kienu jkunu intitolati għaliha fil-mument tal-waqfien tar-relazzjoni ta’ xogħol tagħhom, sakemm din il-leġiżlazzjoni tfittex għan leġittimu ta’ politika dwar l-impjiegi u li l-mezzi sabiex dan l-għan jinkiseb ikunu xierqa u neċessarji.


(1)  ĠU C 319, 23.9.2019.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Eutelsat SA vs Autorité de régulation des communications électroniques et des postes, Inmarsat Ventures SE, li kienet Inmarsat Ventures Ltd

(Kawża C-515/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Settur tat-telekomunikazzjonijiet - Użu armonizzat tal-ispektrum tar-radju fil-medda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita - Deċiżjoni Nru 626/2008/KE - Artikolu 2(2)(a) u (b) - Artikolu 4(1)(ċ)(ii) - Artikolu 7(1) u (2) - Artikolu 8(1) u (3) - Sistemi mobbli permezz tas-satellita - Kunċett ta’ “stazzjon mobbli terrestri” - Kunċett ta’ “komponenti terrestri komplementari” - Kunċett ta’ “kwalità meħtieġa” - Rwol rispettiv tal-komponenti satellitari u terrestri - Obbligu għall-operatur ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita magħżul li jipprovdi s-servizz lil ċertu perċentwali tal-popolazzjoni u tat-territorju - Nuqqas ta’ osservanza - Effett)

(2021/C 217/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Eutelsat SA

Konvenuti: Autorité de régulation des communications électroniques et des postes, Inmarsat Ventures SE, li kienet Inmarsat Ventures Ltd

fil-preżenza ta’: Viasat Inc., Viasat UK Ltd

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(2)(a) u (b) tad-Deċiżjoni Nru 626/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2008 dwar l-għażla u l-awtorizzazzjoni ta’ sistemi li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS), moqri flimkien mal-Artikolu 8(1) u (3) ta’ din id-deċiżjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li sistema mobbli permezz tas-satellita ma għandhiex tkun ibbażata prinċipalment, f’termini ta’ kapaċità tad-data trażmessa, fuq il-komponent satellitari ta’ din is-sistema u li komponenti terrestri kumplementari ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita jistgħu jiġu installati b’mod li jkopri t-territorju tal-Unjoni Ewropea kollu, minħabba li dan il-komponent satellitari ma jippermettix li jiġu żgurati l-komunikazzjonijiet f’ebda punt ta’ dan it-territorju bil-“kwalità meħtieġa”, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(b) tal-imsemmija deċiżjoni, mifhuma bħala l-livell ta’ kwalità neċessarja sabiex jiġi pprovdut is-servizz propost mill-operatur ta’ din is-sistema, sakemm il-kompetizzjoni ma tkunx distorta u li l-imsemmi komponent satellitari jkollu utilità reali u konkreta, fis-sens li tali komponent għandu jkun neċessarju għall-funzjonament tas-sistema mobbli permezz tas-satellita, ħlief fil-każ ta’ funzjonament awtonomu tal-KTK fil-każ ta’ ħsara tal-komponent satellitari, li ma għandhiex taqbeż it-tmintax-il xahar.

2)

Il-kunċett ta’ “stazzjon mobbli terrestri”, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tad-Deċiżjoni Nru 626/2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex meħtieġ li, sabiex jaqa’ taħt dan il-kunċett, tali stazzjon għandu jkun jista’ jikkomunika, mingħajr apparat distint, kemm ma’ komponent terrestri kumplementari kif ukoll ma’ satellita.

3)

L-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni Nru 626/2008, moqri flimkien mal-Artikolu 7(1) ta’ din id-deċiżjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ fejn jirriżulta li operatur magħżul skont it-Titolu II tal-imsemmija deċiżjoni u awtorizzat juża l-ispektrum tar-radju skont l-Artikolu 7 ta’ din l-istess deċiżjoni ma jkunx ipprovda servizzi mobbli permezz tas-satellita permezz ta’ sistema mobbli permezz tas-satellita sat-terminu previst fl-Artikolu 4(1)(ċ)(ii) tad-Deċiżjoni Nru 626/2008, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ma humiex awtorizzati jirrifjutaw li jagħtu l-awtorizzazzjonijiet neċessarji għall-provvista ta’ komponenti terrestri kumplementari ta’ sistemi mobbli permezz tas-satellita lil dan l-operatur minħabba li dan ma jkunx osserva l-impenn meħud minnu fl-applikazzjoni tiegħu.


(1)  ĠU C 295, 02.09.2019.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzgericht, Außenstelle Graz – l-Awstrija) – SK Telecom Co. Ltd. vs Finanzamt Graz-Stadt

(Kawża C-593/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Determinazzjoni tal-post tal-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni - Roaming ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fuq in-networks ta’ komunikazzjoni ċellulari fi ħdan l-Unjoni Ewropea - Il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 59a - Possibbiltà għall-Istati Membri li jittrasferixxu l-post tal-provvista ta’ servizzi ta’ telekomunikazzjoni għat-territorju tagħhom)

(2021/C 217/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzgericht, Außenstelle Graz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SK Telecom Co. Ltd.

Konvenut: Finanzamt Graz-Stadt

Dispożittiv

Il-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 59a tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata, mill-1 ta’ Jannar 2010, bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizzi ta’ roaming ipprovduti minn operatur ta’ telefonija ċellulari, stabbilit f’pajjiż terz, lill-klijenti tiegħu, li huma wkoll stabbiliti jew għandhom id-domiċilju jew ir-residenza abitwali tagħhom f’dan il-pajjiż terz, li jippermettulhom jużaw in-network ta’ komunikazzjoni ċellulari nazzjonali tal-Istat Membru li fih jirrisjedu temporanjament, għandhom jitqiesu li huma s-suġġett ta’ “użu jew tgawdija effettivi” fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, b’tali mod li l-imsemmi Stat Membru jista’ jqis il-post tal-provvista ta’ dawn is-servizzi ta’ roaming daqslikieku kien jinsab fit-territorju tiegħu meta, mingħajr ma jittieħed inkunsiderazzjoni t-trattament fiskali li għalih dawn is-servizzi huma suġġetti abbażi tad-dritt fiskali intern tal-imsemmi pajjiż terz, l-eżerċizzju ta’ tali possibbiltà għandu l-effett li jevita n-nuqqas ta’ tassazzjoni tal-imsemmija servizzi fi ħdan l-Unjoni.


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla Awla) tal-15 ta’ April 2021 – Italmobiliare SpA, Sirap-Gema SpA, Sirap France SAS, Petruzalek GmbH, Petruzalek s.r.o., Petruzalek s.r.o., Petruzalek kft vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-694/19 P) (1)

(Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq tal-ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-benefiċċju minn immunità - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Valur tal-bejgħ - Limitu massimu tal-multa - Tul tal-proċedura amministrattiva - Terminu raġonevoli - Kapaċità kontributtiva)

(2021/C 217/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Italmobiliare SpA, Sirap-Gema SpA, Sirap France SAS, Petruzalek GmbH, Petruzalek s.r.o., Petruzalek s.r.o. Petruzalek kft (rappreżentanti: F. Moretti, avvocatessa)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Rossi, T. Vecchi, sussegwentement minn P. Rossi, G. Conte et C. Sjödin, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Italmobiliare SpA, Sirap-Gema SpA, Sirap France SAS, Petruzalek GmbH, Petruzalek s.r.o., Petruzalek s.r.o. u Petruzalek kft għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 372, 4.11.2019.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal in Northern Ireland – ir-Renju Unit) – TKF vs Department of Justice for Northern Ireland

(Kawża C-729/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment - Regolament (KE) Nru 4/2009 - Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis - Artikolu 75 - Deċiżjonijiet mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru qabel l-adeżjoni mal-Unjoni Ewropea)

(2021/C 217/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal in Northern Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: TKF

Konvenut: Department of Justice for Northern Ireland

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 75(2)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 tat-18 ta’ Diċembru 2008 dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika biss għad-deċiżjonijiet mogħtija mill-qrati nazzjonali fi Stati li kienu diġà membri tal-Unjoni Ewropea fid-data tal-adozzjoni ta’ dawn id-deċiżjonijiet.

2)

Ir-Regolament Nru 4/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-regolament ma tippermetti li deċiżjonijiet f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, mogħtija fi Stat qabel l-adeżjoni tiegħu mal-Unjoni Ewropea u qabel id-data ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament, jiġu rrikonoxxuti u eżegwiti, wara l-adeżjoni ta’ dan l-Istat mal-Unjoni, fi Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 423, 16.12.2019.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-15 ta’ April 2021 – Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew

(Kawża C-733/19) (1)

(Rikors għal annullament - Politika komuni tas-sajd - Regolament (UE) Nru 1380/2013 - Konservazzjoni u sfruttament sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd - Protezzjoni tal-ekosistemi tal-baħar - Regolament (UE) 2019/1241 - Miżuri tekniċi - Anness V, Parti D - Projbizzjoni tas-sajd li juża xbieki tat-tkarkir bl-impuls elettriku - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Prinċipju ta’ prekawzjoni)

(2021/C 217/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M.K. Bulterman, M. Noort u P. Huurnink, aġenti)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u A. Maceroni, aġenti), Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. van de Westelaken, I. Liukkonen u K. Zejdová, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: A.-L. Desjonquères u M. J.-L. Carré, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat, minbarra għall-ispejjeż rispettivi tiegħu, għal dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew.

3)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 423, 16.12.2019


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa (Senāts) – Il-Latvja) – ZS “Plaukti”

(Kawża C-736/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) - Regolament (KE) Nru 1698/2005 - Regolament (UE) Nru 65/2011 - It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Artikoli 4 u 6 - Regolament (KE) Nru 1122/2009 - Appoġġ għall-iżvilupp rurali - Pagamenti agroambjentali - Għajnuna għaż-żamma tal-bijodiversità fil-bwar - Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dawn il-pagamenti - Ħsad qabel iż-żmien - Tnaqqis u esklużjoni tal-imsemmija pagamenti - Standards obbligatorji - Rekwiżiti statutorji ta’ tmexxija - Rekwiżiti minimi għal kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajbin - Impenji li jisbqu l-istandards obbligatorji, ir-rekwiżiti minimi u ir-rekwiżiti obbligatorji l-oħra xierqa stabbiliti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali)

(2021/C 217/13)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa (Senāts)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZS “Plaukti”

fil-preżenza ta’: Lauku atbalsta dienests

Dispożittiv

1)

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 16(5) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 65/2011 tas-27 ta’ Jannar 2011 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, dwar l-implimentazzjoni ta’ proċeduri ta’ kontroll kif ukoll kundizzjonalità fir-rigward ta’ miżuri ta’ appoġġ għall-iżvilupp rurali, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma huwiex applikabbli fil-każ fejn l-applikant għal għajnuna ma osservax l-impenji agroambjentali relatati mal-kundizzjonijiet ta’ ħsad, mingħajr ma tkun ġiet ikkonstatata ebda bidla tal-grupp ta’ għelejjel ikkonċernat.

2)

L-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003, moqrija flimkien mal-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tgħid li l-istess rekwiżit wieħed jista’ fl-istess ħin jikkostitwixxi rekwiżit minimu fil-qasam ta’ kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba u rekwiżit li jmur lil hinn min dawn ir-rekwiżiti minimi, jiġifieri kundizzjoni għall-għoti relatata mal-pagamenti agroambjentali.


(1)  ĠU C 413, 09.12.2019.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Köln – il-Ġermanja) – The North of England P & I Association Ltd., bħala suċċessur legali ta’ Marine Shipping Mutual Insurance Company vs Bundeszentralamt für Steuern

(Kawża C-786/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni għall-ħajja - It-Tieni Direttiva 88/357/KEE - It-tieni inċiż tal-Artikolu 2(d) - Direttiva 92/49/KEE - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(2) - Taxxa fuq il-primjums tal-assigurazzjoni - Kunċett ta’ “Stat Membru fejn ikun jinstab ir-riskju” - Vetturi ta’ kull tip - Kunċett ta’ “Stat Membru tar-reġistrazzjoni” - Assigurazzjoni ta’ bastimenti tan-navigazzjoni fl-ibħra - Bastimenti rreġistrati fir-reġistru tal-bastimenti miżmuma minn Stat Membru iżda li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Stat terz bis-saħħa ta’ awtorizzazzjoni ta’ ħelsien temporanju mill-bandiera)

(2021/C 217/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: The North of England P & I Association Ltd., bħala suċċessur legali ta’ Marine Shipping Mutual Insurance Company

Konvenut: Bundeszentralamt für Steuern

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 46(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE tat-18 ta’ Ġunju 1992 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja), moqri flimkien mat-tieni inċiż tal-Artikolu 2(d) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE tat-22 ta’ Ġunju 1988 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta ta’ xort’oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjonijiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta kuntratti ta’ assigurazzjoni jirrigwardaw il-kopertura ta’ diversi riskji marbuta mal-operat ta’ bastimenti ta’ navigazzjoni fl-ibħra li jkunu mniżżla fir-reġistru tal-bastimenti miżmum minn Stat Membru, iżda li jtajru bandiera ta’ Stat Membru ieħor jew ta’ Stat terz bis-saħħa ta’ awtorizzazzjoni ta’ ħelsien temporanju mill-bandiera, l-Istat Membru li jżomm ir-reġistru tal-bastimenti li fih dan il-bastiment huwa mniżżel għall-finijiet, prinċipalment, tal-prova tat-titolu ta’ proprjetà tiegħu għandu jitqies li huwa l-“Istat Membru tar-reġistrazzjoni” tal-bastiment ikkonċernat u, għaldaqstant, bħala l-“Istat Membru li fih ikun jinstab ir-riskju”, fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, li għandu s-setgħa esklużiva li jintaxxa l-primjums imħallsa fuq il-bażi tal-imsemmija kuntratti ta’ assigurazzjoni.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’arrondissement – il-Lussemburgu) – EQ vs Administration de l’Enregistrement, des Domaines et de la TVA

(Kawża C-846/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Attività ekonomika - Provvista ta’ servizzi bi ħlas - Artikolu 2(1)(ċ) u Artikolu 9(1) - Eżenzjonijiet - Artikolu 132(1)(g) - Provvista ta’ servizzi marbuta mill-qrib mal-għajnuna u mas-sigurtà soċjali - Servizzi mwettqa minn avukat fil-kuntest ta’ mandati ta’ protezzjoni ta’ persuni maġġorenni legalment mhux kapaċi - Organizzazzjoni rrikonoxxuta bħala li għandha natura soċjali)

(2021/C 217/15)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’arrondissement

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EQ

Konvenut: Administration de l’Enregistrement, des Domaines et de la TVA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxu attività ekonomika, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, provvisti ta’ servizzi mwettqa għall-benefiċċju ta’ persuni maġġorenni legalment inkapaċi u intiżi li jipproteġuhom fl-atti tal-ħajja ċivili, li t-twettiq tagħhom huwa fdat lill-fornitur minn awtorità ġudizzjarja skont il-liġi u li r-remunerazzjoni tagħhom hija stabbilita mill-istess awtorità b’mod fiss jew abbażi ta’ evalwazzjoni każ b’każ, b’mod partikolari b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuna legalment inkapaċi, liema remunerazzjoni tista’ barra minn hekk titħallas mill-Istat f’każ li din il-persuna ma tkunx kapaċi tħallas, meta dawn il-provvisti jitwettqu bi ħlas, meta l-fornitur jikseb minnhom dħul li għandu natura permanenti u meta l-livell kollu tal-kumpens minn din l-attività jkun iddeterminat skont kriterji intiżi biex jiżguraw li jkunu koperti l-ispejjeż ta’ funzjonament sostnuti mill-fornitur.

2)

L-Artikolu 132(1)(g) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, jikkostitwixxu “provvista ta’ servizzi marbuta mill-qrib ma’ l-assistenza u x-xogħol tas-sigurtà soċjali” provvisti ta’ servizzi mwettqa għall-benefiċċju ta’ persuni maġġorenni legalment inkapaċi u intiżi biex jipproteġuhom fl-atti tal-ħajja ċivili, u, min-naħa l-oħra, li ma huwiex eskluż li avukat li jipprovdi tali servizzi ta’ natura soċjali jista’ jibbenefika, għall-finijiet tal-impriża li jopera u fil-limiti tal-provvisti msemmija, minn rikonoxximent bħala korp ta’ natura soċjali, fejn tali rikonoxximent ma għandux madankollu jingħata neċessarjament bl-intervent ta’ awtorità ġudizzjarja ħlief jekk l-Istat Membru kkonċernat, meta jirrifjuta dan ir-rikonoxximent, ikun eċċeda l-limiti tas-setgħa diskrezzjonali li jgawdi f’dan ir-rigward.

3)

Il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi ma jipprekludix li l-amministrazzjoni fiskali tissuġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) ċerti tranżazzjonijiet relatati ma’ perijodu mitmum, f’sitwazzjoni fejn din l-awtorità tkun aċċettat għal diversi snin id-dikjarazzjonijiet tal-VAT tal-persuna taxxabbli li ma kinux jinkludu t-tranżazzjonijiet tal-istess natura fit-tranżazzjonijiet taxxabbli u fejn il-persuna taxxabbli ssib ruħha fl-impossibbiltà li tirkupra l-VAT dovuta mingħand dawk li ħallsu dawn it-tranżazzjonijiet, peress li r-remunerazzjonijiet diġà mħallsa jitqiesu li diġà jinkludu din il-VAT.


(1)  ĠU C 54, 17.02.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Berlin-Brandenburg – il-Ġermanja) – M-GmbH vs Finanzamt für Körperschaften

(Kawża C-868/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 9 - Persuni taxxabbli - Artikolu 11 - Possibbiltà għall-Istat Membri li jqisu bħala persuna taxxabbli waħda persuni li jkunu legalment indipendenti iżda li jkunu marbuta mill-qrib ma’ xulxin fuq livell finanzjarju, ekonomiku u organizzattiv (“grupp tal-VAT”) - Kunċett ta’ “rabtiet mill-qrib fuq livell finanzjarju” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li soċjetajiet li s-soċji tagħhom, minbarra l-kumpannija li tikkontrolla, ma humiex biss persuni integrati fil-livell finanzjarju fl-impriża tal-kumpannija li tikkontrolla milli jkunu membru f’grupp tal-VAT - Ċertezza legali - Miżuri li jipprevjenu l-frodi u l-evażjoni fiskali - Proporzjonalità - Newtralità tal-VAT)

(2021/C 217/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Berlin-Brandenburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: M-GmbH

Konvenut: Finanzamt für Körperschaften

Dispożittiv

L-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqri fid-dawl tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità fiskali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-possibbiltà għal soċjetà li tifforma, mal-impriża tal-kumpannija li tikkontrolla, grupp ta’ persuni li jistgħu jitqiesu bħala persuna taxxabbli waħda għat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-kundizzjoni li s-soċji tas-soċjetà, minbarra l-kumpannija li tikkontrolla, ikunu biss persuni integrati fil-livell finanzjarju f’din l-impriża.


(1)  ĠU C 77, 9.3.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ April 2021 – FV vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(KawżaC-875/19 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Rapport ta’ evalwazzjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Regolarità tal-prestazzjonijiet - Dewmien - Preżentazzjoni ta’ ċertifikat mediku - Dmir ta’ premura)

(2021/C 217/17)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: FV (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

FV huwa kkundannat ibati, barra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 77, 9.3.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ April 2021 – FV vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-877/19 P) (1)

(Appell - Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Rapport ta’ evalwazzjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni - Regolarità tal-prestazzjonijiet - Dewmien - Preżentazzjoni ta’ ċertifikat mediku - Dmir ta’ premura)

(2021/C 217/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: FV (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

FV huwa kkundannat ibati, barra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 77, 09.3.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu – il-Polonja) – Grupa Warzywna Sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

(Kawża C-935/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 273 - Sovravalutazzjoni, fid-dikjarazzjoni fiskali, tal-ammont tar-rimbors tal-VAT - Żball ta’ evalwazzjoni tal-persuna taxxabbli fir-rigward tan-natura taxxabbli tat-tranżazzjoni - Rettifika tad-dikjarazzjoni fiskali wara kontroll - Sanzjoni ta’ ammont ugwali għal 20 % tal-ammont tas-sovravalutazzjoni tal-ammont tar-rimbors tal-VAT - Prinċipju ta’ proporzjonalità)

(2021/C 217/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Grupa Warzywna Sp. z o.o.

Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej we Wrocławiu

Dispożittiv

L-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, u l-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq persuna taxxabbli, li kklassifikat b’mod żbaljat tranżazzjoni eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) bħala tranżazzjoni suġġetta għal din it-taxxa, sanzjoni ugwali għal 20 % tal-ammont ta’ sovravalutazzjoni tal-ammont tar-rimbors tal-VAT mitlub indebitament, sa fejn din is-sanzjoni tapplika mingħajr distinzjoni kemm għal każ fejn l-irregolarità tirriżulta minn żball ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-partijiet għat-tranżazzjoni fir-rigward tan-natura taxxabbli ta’ din tal-aħħar, li hija kkaratterizzata minn assenza ta’ indizju ta’ frodi u ta’ telf ta’ dħul mit-Teżor pubbliku, u f’sitwazzjoni li fiha tali ċirkustanzi partikolari huma neqsin.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Hengstenberg GmbH & Co. KG vs Spreewaldverein eV

(Kawża C-53/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti tal-ikel - Regolament (UE) Nru 1151/2012 - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(4) - L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) - Emenda fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ prodott - Ħjar tal-pikles tal-iSpreewald (il-Ġermanja) “Spreewälder Gurken (IGP)” - Emendi li ma humiex minuri - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Dikjarazzjoni ta’ oppożizzjoni għat-talba għal emenda - Rikors kontra d-deċiżjoni li tilqa’ din it-talba - Kunċett ta’ “interess leġittimu”)

(2021/C 217/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hengstenberg GmbH & Co. KG

Konvenuti: Spreewaldverein eV

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 49(3) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 49(4) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġettti tal-ikel, moqri flimkien mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-proċedura applikabbli għat-talbiet għal emenda mhux minuri tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ prodott li jibbenefika minn indikazzjoni ġeografika protetta, kull persuna fiżika jew ġuridika affettwata ekonomikament, b’mod reali jew potenzjali, mingħajr madankollu ma teċċedi kull plawżibbiltà, mill-emendi mitluba tista’ tiġġustifika l-“interess leġittimu” meħtieġ sabiex issir oppożizzjoni għat-talba għal emenda magħmula jew għall-preżentata ta’ rikors kontra d-deċiżjoni li tilqa’ din it-talba, peress li r-riskju li jiġu mminati l-interessi ta’ tali persuna ma huwiex purament improbabbli jew ipotetiku, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ April 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel – il-Belġju) – Vogel Import Export NV vs Belgische Staat

(KawżaC-62/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) 2658/87 - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi tariffarji - Intestaturi 4407 u 4409 - Twavel tal-injam inċanati, li l-erba’ rkejjen tagħhom ġew ftit ittondjati għat-tul kollu tat-tavla)

(2021/C 217/21)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige rechtbank van eerste aanleg Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Vogel Import Export NV

Konvenut: Belgische Staat

Dispożittiv

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2016/1821 tas-6 ta’ Ottubru 2016, għandha tiġi interpretata fis-sens li t-twavel tal-injam inċanati, li l-erba’ rkejjen tagħhom kienu ftit ittondjati għat-tul kollu tat-tavla, ma jistgħux jitqiesu bħala ffurmati u ma jistgħux jaqgħu fl-intestatura 4407 tagħha.


(1)  ĠU C 201, 15.6.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/16


Appell ippreżentat fit-22 ta’ Awwissu 2020 minn XH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-25 ta’ Ġunju 2020 fil-Kawża T-511/18, XH vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-399/20 P)

(2021/C 217/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: XH (rappreżentant: E. Auleytner, radca prawny)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tas-16 ta’ Marzu 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-appell huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat u li XH huwa kkundannat għall-ispejjeż tagħha stess.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/16


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Settembru 2020 minn Lukáš Wagenknecht mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-17 ta’ Lulju 2020 fil-Kawża T-715/19, Wagenknecht vs Il-Kunsill tal-Ewropa

(Kawża C-504/20 P)

(2021/C 217/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Lukáš Wagenknecht (rappreżentant: A. Koller, advokátka)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Ewropa

B’digriet tal-14 ta’ April 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tmien Awla) iddeċidiet li l-appell huwa miċħud peress li huwa, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat u li Lukáš Wagenknecht għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okrazhen sad – Razgrad (il-Bulgarija) fl-20 ta’ Ottubru 2020 – BNP Paribas Personal Finance SA Paris vs T.G.M.

(Kawża C-535/20)

(2021/C 217/24)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Okrazhen sad – Razgrad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BNP Paribas Personal Finance SA Paris

Konvenut: T.G.M.

B’digriet tal-14 ta’ April 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:

L-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li l-elementi kollha tal-kuntratt ta’ kreditu għall-konsumatur għandhom jiġu ppreżentati b’font tal-istess tip, format u daqs, fejn dan tal-aħħar ma għandux ikun iżgħar minn 12.


(1)  ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40, u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/17


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Novembru 2020 minn Validity Foundation – Mental Disability Advocacy Centre, Center for Independent Living Association mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-2 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-613/19, ENIL Brussels Office et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-622/20 P)

(2021/C 217/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Validity Foundation – Mental Disability Advocacy Centre, Center for Independent Living Association (rappreżentanti: B. Van Vooren, advocaat, P. Bogaert, advocaat, L. Gorywoda, adwokat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u European Network on Independent Living Brussels Office (ENIL Brussels Office)

Permezz ta’ digriet tal-15 ta’ April 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) iddeċidiet li l-appell għandu jiġi miċħud bħala manifestament infondant u ordnat lill-appellanti jbatu l-ispejjeż tagħhom stess.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/17


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2020 minn Laboratorios Ern, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-5 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-51/19 – Laboratorios Ern vs EUIPO – SBS Bilimsel Bio Çözümler (apiheal)

(Kawża C-667/20 P)

(2021/C 217/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Laboratorios Ern, S.A. (rappreżentanti: T. González Martínez u R. Guerras Mazón, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea u SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret AŞ

Permezz ta’ digriet tat-18 ta’ Marzu 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li ma taċċettax l-appell u li Laboratorios Ern għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/18


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2020 minn Laboratorios Ern, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-5 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-53/19 – SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret AŞ vs EUIPO – Laboratorios Ern (apiheal)

(Kawża C-678/20 P)

(2021/C 217/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Laboratorios Ern, S.A. (rappreżentanti: T. González Martínez u R. Guerras Mazón, abogados)

Partijiet oħra fil-proċedura: SBS Bilimsel Bio Çözümler Sanayi Ve Ticaret AŞ u L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-18 ta’ Marzu 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li ma taċċettax l-appell u li Laboratorios Ern għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Frar 2021 – QB vs Daimler AG

(Kawża C-100/21)

(2021/C 217/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Ravensburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: QB

Konvenut: Daimler AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 18(1), l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (1), flimkien mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (2) għandhom ukoll l-għan li jipproteġu l-interessi ta’ xerrejja individwali ta’ vetturi bil-mutur?

Fl-affermattiv:

2)

Dan jinkludi wkoll l-interess ta’ xerrej individwali ta’ vettura li ma jakkwistax vettura li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari li ma jakkwistax vettura li tkun mgħammra b’tagħmir ta’ riduzzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007?

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv:

3)

Huwa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li xerrej li jkun xtara b’mod involontarju vettura mqiegħda fis-suq mill-manifattur b’tagħmir ta’ riduzzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007 ikun jista’ jressaq talbiet taħt id-dritt ċivili kontra l-manifattur tal-vettura għal kumpens għad-dannu sostnut minnu fil-kuntest ta’ delitt, b’mod partikolari anki talba għar-rimbors tal-prezz tax-xiri mħallas għall-vettura inkambju għaċ-ċessjoni u t-trasferiment tas-sjieda tal-vettura, biss f’każijiet eċċezzjonali fejn il-manifattur tal-vettura jkun aġixxa intenzjonalment u kontra l-morali?

Fl-affermattiv:

4)

Huwa imperattiv taħt id-dritt tal-Unjoni li talba taħt id-dritt ċivili mix-xerrej tal-vettura kontra l-manifattur tal-vettura għal kumpens fil-kuntest ta’ delitt tkun possibbli fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas (b’negliġenza jew intenzjonali) mill-manifattur tal-vettura fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ vettura li hija mgħammra b’tagħmir ta’ riduzzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007?

Irrispettivament mir-risposti li jingħataw għall-ewwel sar-raba’ domanda:

5)

Huwa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li, skont id-dritt nazzjonali, ix-xerrej tal-vettura jrid jieħu inkunsiderazzjoni l-benefiċċju għall-użu effettiv tal-vettura, fil-każ li jitlob ir-rimbors mill-manifattur, bħala kumpens fil-kuntest ta’ delitt, tal-prezz tax-xiri tal-vettura mqiegħda fis-suq b’tagħmir ta’ riduzzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007, inkambju għaċ-ċessjoni u t-trasferiment tas-sjieda tal-vettura?

Fin-negattiv:

6)

Huwa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li dan il-benefiċċju għall-użu effettiv jiġi kkalkolat fuq il-prezz sħiħ tax-xiri mingħajr l-ebda tnaqqis għad-deprezzament fil-valur tal-vettura li jirriżulta mill-fatt li tkun mgħammra b’tagħmir ta’ riduzzjoni li huwa pprojbit u/jew fir-rigward tal-użu, mhux mixtieq mix-xerrej, ta’ vettura li ma tikkonformax mad-dritt tal-Unjoni?

Irrispettivament mir-risposti li jingħataw għall-ewwel sas-sitt domanda:

7)

L-Artikolu 348(3) taz-Zivilprozessordnung (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), sa fejn din id-dispożizzjoni tirrigwarda wkoll l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ rinviju skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 267 TFUE, huwa inkompatibbli mal-kompetenza tal-qrati nazzjonali għal rinviju għal deċiżjoni preliminari taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 267 TFUE, u għalhekk ma japplikax għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rinviju?


(1)  ĠU 2007, L 263, p. 1.

(2)  ĠU 2007, L 171, p. 1.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen (l-Italja) fit-18 ta’ Frar 2021 – KW vs Autonome Provinz Bozen

(Kawża C-102/21)

(2021/C 217/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: KW

Konvenut: Autonome Provinz Bozen

Domandi preliminari

1)

L-għajnuna awtorizzata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.32113 (2010/N) tal-25 ta’ Lulju 2012 għall-finanzjament ta’ 80 % tal-kostruzzjoni ta’ impjanti mikro tal-idroelettriku għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ enerġija elettrika, minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, intiża sabiex tiġi kkonsmata minn chalets u refuġji li jinsabu f’żona ta’ muntanja għolja li l-konnessjoni tagħhom man-netwerk tal-elettriku ma tistax issir mingħajr sforz tekniku u finanzjarju adegwat, skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2016?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

2.1)

L-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ applikazzjoni abbużiva ta’ għajnuna, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ rkupru qabel ma l-awtoritajiet tal-Istat jieħdu miżuri?

2.2)

L-għajnuna inkwistjoni hija kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat FUE sa fejn tippermetti li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, jew tista’ toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri?


(1)  ĠU 2015, L 248, p. 9.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen (l-Italja) fit-18 ta’ Frar 2021 – SG vs Autonome Provinz Bozen

(Kawża C-103/21)

(2021/C 217/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht, Autonome Sektion für die Provinz Bozen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SG.

Konvenut: Autonome Provinz Bozen

Domandi preliminari

1)

L-għajnuna awtorizzata permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SA.32113 (2010/N) tal-25 ta’ Lulju 2012 għall-finanzjament ta’ 80 % tal-kostruzzjoni ta’ impjanti mikro tal-idroelettriku għall-finijiet tal-produzzjoni ta’ enerġija elettrika, minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, intiża sabiex tiġi kkonsmata minn chalets u refuġji li jinsabu f’żona ta’ muntanja għolja li l-konnessjoni tagħhom man-netwerk tal-elettriku ma tistax issir mingħajr sforz tekniku u finanzjarju adegwat, skadiet fil-31 ta’ Diċembru 2016?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din id-domanda:

2.1)

Għandu għalhekk jiġi eżaminat ukoll jekk l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1) għandux jiġi interpretat fis-sens li fil-każ ta’ applikazzjoni abbużiva ta’ għajnuna, il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni ta’ rkupru qabel ma l-awtoritajiet tal-Istat jieħdu miżuri?

2.2)

Għandu jiġi eżaminat jekk l-imsemmija għajnuna hijiex kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat FUE sa fejn tippermetti li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, jew jekk tistax toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni u taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri?


(1)  ĠU 2015, L 248, p. 9.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal du travail de Liège (il-Belġju) fl-4 ta’ Marzu 2021 – EV vs Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)

(Kawża C-134/21)

(2021/C 217/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal du travail de Liège

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EV

Konvenut: Agence fédérale pour l’Accueil des demandeurs d’asile (Fedasil)

Permezz ta’ digriet tas-26 ta’ Marzu 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) ordnat:

L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li Stat Membru jadotta, fir-rigward ta’ applikant li jkun ippreżenta rikors kontra deċiżjoni ta’ trasferiment lejn Stat Membru ieħor fis-sens tal-Artikolu 26(1) ta’ dan ir-regolament, miżuri preparatorji għal dan it-trasferiment, bħall-għoti ta’ post fi struttura ta’ akkoljenza speċifika li fi ħdanha l-persuni li jingħataw akkomodazzjoni jibbenefikaw minn sostenn sabiex jippreparaw it-trasferiment tagħhom.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fid-9 ta’ Marzu 2021 – RW vs Österreichische Post AG

(Kawża C-154/21)

(2021/C 217/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RW

Konvenut: Österreichische Post AG

Domanda preliminari

L-Artikolu 15(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru 2016/679 tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il- moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt ta’ aċċess huwa limitat għall-informazzjoni dwar kategoriji ta’ destinatarji, jekk id-destinatarji konkreti ma jkunux għadhom ġew stabbiliti fil-każ ta’ żvelar previst, iżda fejn id-dritt ta’ aċċess għandu imperattivament jestendi għad-destinatarji ta’ dan l-iżvelar, meta d-data tkun diġà ġiet żvelata?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-11 ta’ Marzu 2021 – Ministerio Fiscal, Abogacía del Estado y Partido político VOX vs Lluís Puig Gordi, Carles Puigdemont Casamajó, Antoni Comín Oliveres, Clara Ponsatí Obiols, Meritxell Serret Aleu, Marta Rovira Vergés u Anna Gabriel Sabaté

(Kawża C-158/21)

(2021/C 217/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministerio Fiscal, Abogacía del Estado u Partido político VOX.

Konvenuti: Lluís Puig Gordi, Carles Puigdemont Casamajó, Antoni Comín Oliveres, Clara Ponsatí Obiols, Meritxell Serret Aleu, Marta Rovira Vergés u Anna Gabriel Sabaté.

Domandi preliminari

1)

Id-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI (1) tawtorizza lill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li tirrifjuta l-konsenja tal-persuna rikjesta permezz ta’ mandat ta’ arrest Ewropew [iktar 'il quddiem il-“MAE”] abbażi ta’ raġunijiet għal rifjut previsti fid-dritt nazzjonali tagħha, iżda mhux previsti bħala tali fid-Deċiżjoni Qafas?

2)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija fl-affermattiv, u sabiex tiġi żgurata l-vijabilità tal-MAE u sabiex isir użu xieraq mir-rimedju offrut fl-Artiklu 15(3) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI:

L-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha tinvestiga u teżamina d-dritt tadpdiversi Stati sabiex tieħu inkonsiderazzjoni r-raġunijiet possibbli ta’ ċaħda ta’ MAE li ma humiex previsti fid-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI?

3)

Fid-dawl tar-risposti għad-domandi preċedenti, u meta jittieħed inkonsiderazzjoni li, skont l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI, il-kompetenza tal-awtorità ġudizzjarja emittenti sabiex toħroġ MAE hija stabbilita skont il-liġi tal-Istat emittenti:

Din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni jista’ jkollha dubju dwar il-ġurisdizzjoni li l-awtorità ġudizzjarja emittenti għandha sabiex taġixxi fil-kawża kriminali inkwistjoni u tirrifjuta l-konsenja peress li ma għadhiex kompetenza sabiex toħroġ MAE?

4)

Fir-rigward tal-possibbiltà ta’ stħarriġ mill-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tar-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-persuna rikjesta fl-Istat emittenti:

4.1

Id-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI tagħmilha possibbli għall-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni li tirrifjuta l-konsenja tal-persuna rikjesta minħabba li tqis li hemm riskju serju ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tagħha fl-Istat Membru emittenti, ibbażat fuq ir-rapport ta’ Grupp ta’ Ħidma ippreżentat lill-awtorità nazzjonali ta’ eżekuzzjoni mill-persuna rikjesta?

4.2

Għall-finijiet tad-domanda preċedenti, tali rapport jikkostitwixxi element oġġettiv, affidabbli, preċiż u debitament aġġornat sabiex jiġġustifika, fid-dawl tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-rifjut li l-persuna rikjesta tiġi kkonsenjata abbażi ta’ riskju serju ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali tagħha?

4.3

Jekk it-tweġiba għad-domanda preċedenti hija affermattiva, liema elementi jirrikjedi d-dritt tal-Unjoni sabiex Stat Membru jkun jista’ jikkonkludi li fl-Istat Membru emittenti hemm ir-riskju ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali allegat mill-persuna rikjesta u li jiġġustifika r-rifjut li jiġi eżegwit MAE?

5)

It-tweġibiet għad-domandi preċedenti huma affettwati mill-fatt li l-persuna li tintalab il-kunsinna tagħha kienet kapaċi tinvoka quddiem il-qrati tal-Istat Membru emittenti, anke sat-tieni grad ta’ ġurisdizzjoni, argumenti dwar in-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtorità ġudizzjarja emittenti, il-mandat ta’ arrest maħruġ kontriha u l-garanzija tad-drittijiet fundamentali tagħha?

6)

Ir-risposti għad-domandi preċedenti huma affettwati mill-fatt li l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni tirrifjuta li teżegwixxi MAE għal raġunijiet mhux previsti espressament fid-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI msemmija iktar 'il fuq, b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ kompetenza tal-awtorità ġudizzjarja emittenti u r-riskju serju ta’ ksur tad-drittijiet fundamentali fl-Istat emittenti, u tagħmel dan mingħajr ma titlob mill-awtorità ġudizzjarja emittenti l-informazzjoni supplimentari speċifika li fuqha hija bbażata dik id-deċiżjoni?

7)

Jekk mir-risposti għad-domandi preċedenti jidher li, fiċ-ċirkostanzi tal-każ, id-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI tipprekludi l-konsenja ta’ persuna abbażi ta’ dawk ir-raġunijiet għar-rifjut:

Id-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI tipprekludi li din il-qorti tar-rinviju toħroġ MAE ġdid kontra l-istess persuna u quddiem l-istess Stat Membru?


(1)  Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45).


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte dei conti – Sezione regionale di controllo per la Campania (l-Italja) fl-10 ta’ Marzu 2021 – Comune di Camerota

(Kawża C-161/21)

(2021/C 217/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte dei conti – Sezione regionale di controllo per la Campania.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Comune di Camerota.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2 TUE (b’mod partikolari b’riferiment għall-prinċipju tal-Istat tad-dritt), l-Artikolu 19 TUE, l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 120(1) u 126(1) TFUE, l-Artikoli 3(1), 6(1)(b) u 12 tad-Direttiva 2011/85/UE (1), u l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 473/2013 (2), kif ukoll il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ proporzjonalità, ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effett utli deduċibbli mill-Artikolu 4 u mill-Artikolu5 TUE jipprekludu l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ emerġenza, bħal dik prevista fl-Artikolu 53(8) tad-Digriet Liġi Nru 104 tal-14 ta’ Awwissu 2020, ikkonvertit b’emendi bil-Liġi Nru 126 tat-13 ta’ Ottubru 2020, fis-sens li din tipprevjeni, anki jekk temporanjament (mill-15 ta’ Awwissu 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021, u għalhekk tassew lil hinn mill-perijodu tat-terminu tal-istat ta’ emerġenza), l-istħarriġ ġudizzjarju effettiv u f’waqtu tal-osservanza tar-regoli baġitarji fdat, konformament mal-qafas ġuridiku kostituzzjonali u leġiżlattiv intern, lil qorti indipendenti, speċjalizzata fil-qasam tal-kontabbiltà, bħal ma hija l-Corte di conti (il-Qorti tal-Awdituri), billi tissospendi, b’mod partikolari, il-funzjoni ġudizzjarja ta’ stħarriġ fil-konfront tal-entitajiet lokali li jinsabu f’kundizzjonijiet ta’ żbilanċ strutturali li jista’ jiġġenera l-instabbiltà u bdew proċess ta’ konsolidament fuq perijodu twil u li jeħtieġu – proprju għal tali raġuni, minbarra li minħabba d-diffikultajiet li jirriżultaw mal-kriżi tas-saħħa – iktar mill-entitajiet l-oħra, li jkunu suġġetti għal monitoraġġ indipendenti, effettiv u f’waqtu, li jevita l-aggravar tal-kriżi finanzjarja u li d-devjazzjoni mill-proċess ta’ konsolidament ma tkunx tista’ titreġġa lura u twassal għall-instabbiltà tal-entità?

2)

L-Artikoli 3(3) TUE, l-Artikolu 3(1)(b), l-Artikolu 119(1) u (2) u l-Artikolu 120 TFUE, l-Artikolu 1 u l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/7/UE (3), u l-Protokoll (Nru 27) dwar is-suq intern u l-kompetizzjoni – jipprekludu l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ emerġenza, bħal dik prevista fl-Artikolu 53(9) tad-Digriet Liġi Nru 104 tal-14 ta’ Awwissu 2020, ikkonvertit b’emendi bil-Liġi Nru 126 tat-13 ta’ Ottubru 2020, fis-sens li din tippermetti każ ġdid ta’ sospensjoni, mill-15 ta’ Awwissu 2020 sat-30 ta’ Ġunju 2021, tal-proċeduri ta’ eżekuzzjoni tal-kredituri tal-entitajiet li kisbu l-approvazzjoni tal-pjan ta’ bbilanċjar mill-ġdid, immotivat biss b’riferiment għall-emerġenza tas-saħħa, li jiżdied ma dak li minnu diġà bbenefikaw dawn l-entitajiet bis-saħħa tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 243-bis(4) u 243-quater (5) tat-Tuel [id-Digriet Leġiżlattiv Nru 267 tat-18 ta’ Awwissu 2000], mingħajr ma tali sospensjoni ma tkun segwita mill-istabbiliment ta’ proċedura kollettiva li toffri metodu alternattiv sabiex jiġi ssodisfatt il-kreditu, bil-konsegwenzi li tali sospensjoni ulterjuri u twila tal-proċedura eżekuttiva tinvolvi f’termini ta’ aggravar ulterjuri tal-ħlas tardiv tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u għaldaqstant tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni u tal-kompetittività tal-impriżi kreditriċi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta’ Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (ĠU 2011, L 306, p. 41).

(2)  Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjani baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (ĠU 2013, L 140, p. 11).

(3)  Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (ĠU 2011, L 48, p. 1).


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Marzu 2021 – GL et vs Volkswagen AG u Audi AG

(Kawża C-178/21)

(2021/C 217/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Ravensburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GL, DV, UK

Konvenuti: Volkswagen AG, Audi AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 18(1), l-Artikolu 26(1) u l-Artikolu 46 tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (1), flimkien mal-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (2) għandhom ukoll l-għan li jipproteġu l-interessi ta’ xerrejja individwali ta’ vetturi bil-mutur?

Fl-affermattiv:

2)

Dan jinkludi wkoll l-interess ta’ xerrej individwali ta’ vettura li ma jakkwistax vettura li ma tikkonformax mar-rekwiżiti tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari li ma jakkwistax vettura li tkun mgħammra b’tagħmir ta’ riduzzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007?

Irrispettivament mir-risposti li jingħataw għall-ewwel u għat-tieni domanda:

3)

Huwa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li xerrej li jkun xtara b’mod involontarju vettura mqiegħda fis-suq mill-manifattur b’tagħmir ta’ riduzzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007 ikun jista’ jressaq talbiet taħt id-dritt ċivili kontra l-manifattur tal-vettura għal kumpens għad-dannu sostnut minnu fil-kuntest ta’ delitt, b’mod partikolari talba għar-rimbors tal-prezz tax-xiri mħallas għall-vettura inkambju għaċ-ċessjoni u t-trasferiment tas-sjieda tal-vettura, biss f’każijiet eċċezzjonali fejn il-manifattur tal-vettura jkun aġixxa intenzjonalment u kontra l-morali?

Fl-affermattiv:

4)

Huwa imperattiv taħt id-dritt tal-Unjoni li talba taħt id-dritt ċivili mix-xerrej tal-vettura kontra l-manifattur tal-vettura għal kumpens fil-kuntest ta’ delitt tkun possibbli fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas (b’negliġenza jew intenzjonali) mill-manifattur tal-vettura fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ vettura li hija mgħammra b’tagħmir ta’ riduzzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007?

Irrispettivament mir-risposti li jingħataw għall-ewwel sar-raba’ domanda:

5)

Huwa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li, skont id-dritt nazzjonali, ix-xerrej tal-vettura jrid jieħu inkunsiderazzjoni l-benefiċċju għall-użu effettiv tal-vettura, fil-każ li jitlob ir-rimbors mill-manifattur, bħala kumpens fil-kuntest ta’ delitt, tal-prezz tax-xiri tal-vettura mqiegħda fis-suq b’tagħmir ta’ riduzzjoni li huwa pprojbit skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007, inkambju għaċ-ċessjoni u t-trasferiment tas-sjieda tal-vettura?

Fin-negattiv:

6)

Huwa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni li dan il-benefiċċju għall-użu effettiv jiġi kkalkolat fuq il-prezz sħiħ tax-xiri mingħajr l-ebda tnaqqis għad-deprezzament fil-valur tal-vettura li jirriżulta mill-fatt li tkun mgħammra b’tagħmir ta’ riduzzjoni li huwa pprojbit u/jew fir-rigward tal-użu, mhux mixtieq mix-xerrej, ta’ vettura li ma tikkonformax mad-dritt tal-Unjoni?

Irrispettivament mir-risposti li jingħataw għall-ewwel sas-sitt domanda:

7)

Il-punt 2 tal-Artikolu 348(3) taz-Zivilprozessordnung (il-Kodiċi tal-Proċedura Ċivili), sa fejn din id-dispożizzjoni tirrigwarda wkoll l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ rinviju skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 267 TFUE, huwa inkompatibbli mal-kompetenza tal-qrati nazzjonali għal rinviju għal deċiżjoni preliminari taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 267 TFUE, u għalhekk ma japplikax għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ rinviju?


(1)  ĠU 2007, L 263, p. 1.

(2)  ĠU 2007, L 171, p. 1.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de l’entreprise francophone de Bruxelles (il-Belġju) fl-24 ta’ Marzu 2021 – Christian Louboutin vs Amazon.com, Inc., Amazon Services LLC

(Kawża C-184/21)

(2021/C 217/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de l’entreprise francophone de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christian Louboutin

Konvenuti: Amazon.com, Inc., Amazon Services LLC

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-użu ta’ sinjal identiku għal trade mark f’reklamar muri fuq sit tal-internet huwa, fil-prinċipju, attribwibbli għall-operatur tiegħu jekk, fil-perċezzjoni ta’ utent tal-internet normalment informat u raġonevolment attent, dan l-operatur kellu rwol attiv fl-iżvilupp ta’ dan ir-riklam jew li dan tal-aħħar jista’ jiġi pperċepit minn tali utent tal-internet bħala parti mill-komunikazzjoni kummerċjali ta’ dan l-operatur stess?

Perċezzjoni bħal din tkun influwenzata:

bil-fatt li dan l-operatur huwa distributur magħruf ta’ varjetà wiesgħa ta’ prodotti, inklużi prodotti fil-kategorija ta’ dawk li jissemmew fir-reklamar;

jew bil-fatt li r-riklam hekk muri għandu intestatura li fiha hija riprodotta t-trade mark tas-servizz ta’ dan l-operatur, billi din it-trade mark hija magħrufa bħala trade mark ta’ servizz ta’ distributur;

jew barra minn hekk, bil-fatt li dan l-operatur joffri wkoll ma’ dan il-wiri servizzi tradizzjonalment offruti minn distributuri ta’ prodotti tal-istess kategorija bħal dik li fiha jaqa’ l-prodott imsemmi mir-reklam?

2)

L-Artikolu 9(2) tar-Regolament 2017/1001 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat bħala l-ispedizzjoni, fil-kummerċ u mingħajr il-kunsens tad-detentur ta’ trade mark, lill-konsumatur finali ta’ prodott li għandu sinjal identiku għat-trade mark, jikkostitwixxi użu attribwibbli biss lill-ispeditur jekk dan tal-aħħar għandu għarfien effettiv tat-twaħħil ta’ dan is-sinjal fuq dan il-prodott?

Speditur bħal dan huwa l-utent tas-sinjal ikkonċernat jekk huwa nnifsu jew entità marbuta ekonomikament jinfurmaw lill-konsumatur finali li ser ikun responsabbli għal din l-ispedizzjoni wara li huwa stess jew entità ekonomikament marbuta jkun ħażen il-prodott għal dan il-għan?

Speditur bħal dan huwa l-utent tas-sinjal ikkonċernat jekk huwa stess jew entità marbuta ekonomikament qabel jkunu ikkontribwixxew attivament għall-wiri, fil-kummerċ, ta’ reklam għall-prodott li għandu dan is-sinjal jew irreġistra l-ordni tal-konsumatur finali fid-dawl ta’ dan ir-riklam?


(1)  ĠU 2017, L 154, p. 1.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/26


Appell ippreżentat fid-29 ta' Marzu 2021 minn Giacomo Santini et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fl-10 ta’ Frar 2021 fil-Kawżi Magħquda T-345/19, T-346/19, minn T-364/19 sa T-366/19, minn T-372/19 sa T-375/19, T-385/19, Santini et vs Il-Parlament

(Kawża C-198/21 P)

(2021/C 217/37)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Giacomo Santini, Marco Cellai, Domenico Ceravolo, Natalino Gatti, Antonio Mazzone, Luigi Moretti, Gabriele Sboarina, Lina Wuhrer, Patrizia Capraro, Luciana Meneghini (rappreżentant: M. Paniz, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

L-appellanti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata abbażi tal-iżball imwettaq fl-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali ta’ ċertezza legali, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ proporzjonalità, kif ukoll tad-drittijiet żgurati mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea minħabba l-ksur mhux iġġustifikat u sproporzjonat tad-dritt tal-proprjetà; abbażi tal-fatt li qieset b’mod żbaljat li d-dispożizzjonijiet ikkontestati setgħu leġittimament ikunu fondati fuq l-Anness III tar-Regoli dwar il-ħlas tal-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew (iktar ’il quddiem ir-“Regoli SAM”); abbażi tal-fatt li inkludiethom b’mod żbaljat fost l-atti ta’ amministrazzjoni ordinarja delegati u/jew delegabbli għall-Kap tad-Diviżjoni; abbażi tas-serjetà fin-nuqqas ta’ preċiżjoni, fl-inkompletezza u fir-raġunament ħażin relattiv għall-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni;

tannulla l-atti, il-komunikazzjonijiet u/jew id-deċiżjonijiet appellati kollha;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż relattivi għaż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw sitt aggravji.

1.

L-ewwel aggravju: Żball ta’ liġi u/jew ta’ dritt peress li qieset li d-dispożizzjoni kkontestata kellha biss impatt fuq id-dħul mill-pensjoni u mhux fuq id-dritt għall-pensjoni u fuq il-fażi li twassal għaliha, u b’hekk ikkunsidratha b’mod żbaljat bħala konformi mal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-appellanti jinvokaw l-illeġittimità tas-sentenza appellata għaliex din ħalltet id-dritt għall-pensjoni mad-dritt għad-dħul mill-pensjoni, u eskludiet l-applikazzjoni tal-prinċipju tan-natura mhux modifikabbli tad-dritt għall-pensjoni realment applikabbli; għaliex naqset b’mod żbaljat milli tqis li l-intervent fuq l-allowances tal-appellanti ma kkonkretizzax ruħu f’sempliċi tnaqqis tad-dħul relattiv, iżda kien riforma kumplessiva ta’ sistema li kellha impatt retroattiv u permanenti fuq il-fażi li wasslet għad-dritt għall-allowances diġà maħruġa u miksuba snin ilu u li daħlu b’mod definittiv fil-patrimonju tal-persuni interessati; għaliex naqset b’mod żbaljat milli tqis li l-Parlament ma wettaq ebda verifika dwar il-konformità tal-atti kkontestati mad-dritt tal-Unjoni u li ma kien hemm ebda motivazzjoni fuq dan il-punt.

2.

It-tieni aggravju: Żballji ta’ dritt fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 75 tal-miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (iktar ’il quddiem il-“MAS”), tal-Artikolu 28 tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, tal-Annessi I, II u III tar-Regoli SAM. Ksur tad-dritt għall-pensjoni, tal-prinċipji ġenerali u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-appellanti jinvokaw l-illeġittimità tas-sentenza appellata għaliex din interpretat b’mod żbaljat ir-regoli ta’ referenza, billi attribwixxiet lill-Anness III tar-Regoli SAM validità u effettività estiżi minkejja li dan tħassar b’mod espliċitu u minkejja li ebda dispożizzjoni espressa ma tipprevedi l-persistenza fiż-żmien ta’ dan l-Anness lil hinn mit-tħassir tiegħu; għaliex injorat b’mod illeġittimu li f’dan il-każ ġew emendati l-kundizzjonijiet għad-dritt għall-pensjoni lil hinn mill-Artikolu 2 tal-Anness III kif ukoll bi ksur tal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

3.

It-tielet aggravju: Żball ta’ dritt u/jew ta’ fatt meta qieset id-dispożizzjoni kkontestata bħala konformi mal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tal-aspettattivi leġittimi, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza, u tad-dritt għall-proprjetà. L-appellanti jinvokaw l-illeġittimità tas-sentenza appellata għaliex din, billi naqset milli tevalwa l-pekuljaritajiet konkreti tal-każ inkwistjoni u billi interpretat b’mod żbaljat ir-regoli ta’ referenza, qieset li d-dispożizzjonijiet ikkontestati huma konformi mad-dritt tal-Unjoni u mal-prinċipji tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; għaliex naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-provi anki dokumentali li jipprovaw il-varji assigurazzjonijiet mogħtija lill-appellanti fir-rigward taż-żamma tad-dritt kweżit u fir-rigward tal-immutabbiltà tiegħu; għaliex ma ħaditx inkunsiderazzjoni li d-dispożizzjonijiet ikkontestati ma kellhomx motivazzjoni u raġunament u li dawn kienu jirriżultaw f’intervent manifestament sproporzjonat u totalment mhux iġġustifikat.

4.

Ir-raba’ aggravju: Żball ta’ dritt fl-interpretazzjoni tal-Artikoli 74 sa 75 tal-MAS kif ukoll tal-Anness III tar-Regoli SAM. L-appellanti jinvokaw l-illeġittimità tas-sentenza appellata għaliex din qieset b’mod żbaljat li d-dispożizzjoni kkontestata setgħet leġittimament tkun ibbażata fuq l-Anness III tar-Regoli SAM meta l-Anness imsemmi ma kienx għadu fis-seħħ peress li kien tħassar sadanittant.

5.

Il-ħames aggravju: Żball ta’ dritt fl-evalwazzjoni tal-ksur proċedurali: kompetenza. L-appellanti jinvokaw l-illeġittimità tas-sentenza appellata għaliex din qieset b’mod żbaljat li l-Kap tad-Diviżjoni “Remunerazzjonijiet u Drittijiet Soċjali tal-Membri Parlamentari” kien kompetenti biex jadotta d-dispożizzjonijiet ikkontestati, meta fil-fatt, dawn huma atti mhux delegabbli peress li jaqgħu taħt amministrazzjoni straordinarja li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-President tal-Parlament Ewropew.

6.

Is-sitt aggravju: Żball ta’ dritt fl-evalwazzjoni tal-ksur proċedurali: motivazzjoni. L-appellanti jinvokaw l-illeġittimità tas-sentenza appellata għaliex din qieset b’mod żbaljat bħala eżistenti u xierqa motivazzjoni li fir-realtà ma teżistix; naqset milli tqis li l-Parlament Ewropew kellu l-obbligu li jwettaq kontroll tal-konformità, u jagħti motivazzjoni xierqa lil dan il-kontroll, u li tali kontroll u tali motivazzjoni ma seħħewx; invokat il-paragrafu 7 tal-Artikolu 1 tad-Delibera Nru 14/2018 bħala element ta’ garanzija peress li hija inkwistjoni dispożizzjoni li ma għadhiex teżisti peress li ġiet annullata mill-istess Kamra tad-Deputati bis-sentenza Nru 2/2020 li tinsab fl-atti tal-proċess.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/27


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2021 minn ABLV Bank AS, fi stralċ, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla Estiża) fl-20 ta’ Jannar 2021 fil-Kawża T-758/18, ABLV Bank vs SRB

(Kawża C-202/21 P)

(2021/C 217/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ABLV Bank AS, fi stralċ (rappreżentanti: O. Behrends, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB), Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni meħuda mis-SRB fir-rigward tal-ABLV Bank AS fis-17 ta’ Ottubru 2018;

tikkundanna lis-SRB għall-ispejjeż imġarrba mill-appellanti u għall-ispejjeż tal-appell;

sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tagħti deċiżjoni dwar il-mertu, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tlettax-il aggravju.

L-ewwel aggravju bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata min-naħa tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 70(4) tar-Regolament MUR (1).

It-tieni aggravju bbażat fuq li s-sentenza appellata hija bbażata fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 12 tar-Regolament ta’ Delega 2015/63 (2).

It-tielet aggravju bbażat fuq żball imwettaq mill-Qorti Ġenerali għal dak li jikkonċerna r-rilevanza tal-Artikolu 7 tar-Regolament ta’ Delega 2017/2361 (3) għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(2) tar-Regolament ta’ Delega 2015/63.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq żball imwettaq mill-Qorti Ġenerali għal dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni korretta tal-prinċipju ta’ arrikkiment indebitu.

Il-ħames aggravju bbażat fuq l-ommissjoni mill-Qorti Ġenerali li teżamina l-eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma mill-appellanti fir-rigward tad-dispożizzjoni applikabbli għall-każ preżenti.

Is-sitt aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali meta qieset irrilevanti, bħala sempliċi prattika, ir-rimbors mis-SRB tal-kontributi ex ante skont id-Deċiżjoni SRB/ES/SRF/2018/03 tas-SRB li, abbażi ta’ dawn l-istess dispożizzjonijiet, huma legalment dovuti.

Is-seba’ aggravju bbażat fuq żball imwettaq mill-Qorti Ġenerali għal dak li jikkonċerna l-interpretazzjoni u r-rilevanza tal-Artikolu 17 tar-Regolament ta’ Delega 2015/63.

It-tmien aggravju bbażat fuq żball imwettaq mill-Qorti Ġenerali għal dak li jikkonċerna r-rilevanza ġuridika u l-eżistenza ta’ impenji irrevokabbli ta’ ħlas.

Id-disa’ aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali billi ma eżaminatx il-motivi dwar it-talba għar-rimbors tal-bilanċ tal-kontribuzzjonijiet imħallsa għall-2015.

L-għaxar aggravju bbażat fuq żball imwettaq mill-Qorti Ġenerali għal dak li jikkonċerna l-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi.

Il-ħdax-il aggravju bbażat fuq żball imwettaq mill-Qorti Ġenerali għal dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

It-tnax-il aggravju bbażat fuq li s-sentenza appellata hija bbażata fuq applikazzjoni mhux korretta tal-prinċipju nemo auditur.

It-tlettax-il aggravju bbażat fuq li s-sentenza appellata hija bbażata fuq applikazzjoni żbaljata tar-rekwiżit ta’ motivazzjoni (Artikolu 296 TFUE).


(1)  Regolament (UE) Nruo806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44 u rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).

(3)  Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/2361 tal-14 ta’ Settembru 2017 dwar is-sistema finali ta’ kontribuzzjonijiet għall-infiq amministrattiv tal-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (ĠU 2017, L 337, p. 6).


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/29


Appell ippreżentat fit-2 ta’ April 2021 mill-Bank Ewropew tal-Investiment mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fis-27 ta’ Jannar 2021 fil-Kawża T-9/19, ClientEarth vs BEI

(Kawża C-212/21 P)

(2021/C 217/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Bank Ewropew tal-Investiment (EIB) (rappreżentanti: T. Gilliams, G. Faedo u K. Carr, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: ClientEarth, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha, b’mod partikolari d-dispożittiv;

jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li t-tilwima tista’ tiġi deċiża, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza;

tikkundanna lil ClientEarth għall-ispejjeż sostnuti miż-żewġ partijiet u relatati mal-proċeduri tal-appell u tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jinvoka tliet aggravji.

L-ewwel, is-sentenza appellata tiddikjara b’mod żbaljat li l-motiv ta’ difiża mressaq mill-BEI dwar l-indipendenza tiegħu fil-qasam tat-tranżazzjonijiet finanzjarji tiegħu huwa inammissibbli. Il-Qorti Ġenerali naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet tad-dritt primarju tal-Unjoni li fuqhom huwa bbażat il-motiv ta’ difiża tal-BEI, applikat ħażin l-obbligu ta ’motivazzjoni, u żnaturat it-tweġiba tal-BEI għat-talba għal reviżjoni interna mressqa minn ClientEarth fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tar-Regolament Aarhus (1). Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali interpretat ħażin il-kunċett ta’ “att amministrattiv” imsemmi fl-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament Aarhus.

It-tieni, is-sentenza appellata ddikjarat b’mod żbaljat li r-riżoluzzjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tat-12 ta’ April 2018, li tapprova l-proposta ta’ finanzjament għal proġett ta’ impjant tal-elettriku tal-bijomassa f’Curtis (Spanja), tikkostitwixxi att amministrattiv li għandu “effetti esterni u li jorbtu [jorbot] legalment” fis-sens tal-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament ta’ Aarhus. Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt primarju tal-Unjoni fuq id-dritt sekondarju tal-Unjoni u fuq il-ftehimiet internazzjonali, injorat l-Artikolu 271(c) u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, u applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 263 TFUE.

It-tielet, is-sentenza appellata ddeċidiet b’mod żbaljat li r-riżoluzzjoni tal-Bord tad-Diretturi tal-BEI tat-12 ta’ April 2018 kienet tikkostitwixxi att amministrattiv adottat “taħt il-liġi ambjentali” fis-sens tal-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament Aarhus. Il-Qorti Ġenerali interpretat ħażin id-definizzjoni fl-Artikolu 2(1)(f) tar-Regolament Aarhus, naqset milli tidentifika l-bażi legali korretta għar-riżoluzzjoni inkwistjoni, u interpretat b’mod inkonsistenti r-Regolament Aarhus fid-dawl tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus.


(1)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13).


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/30


Appell ippreżentat fis-6 ta’ April 2021 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla Estiża) fis-27 ta’ Jannar 2021 fil-Kawża T-9/19, ClientEarth vs EIB

(Kawża C-223/21 P)

(2021/C 217/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Blanc u G. Gattinara, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: ClientEarth, European Investment Bank (EIB)

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata;

tordna lil ClientEarth tbati l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tqajjem tliet aggravji.

Żbalji ta’ dritt fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ interpretazzjoni konsistenti fir-rigward tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus u fl-interpretazzjoni tal-Artikoli 2 u 9 tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus (l-ewwel aggravju jikkonċerna l-punti 107, 125 u 126 tas-sentenza appellata).

Żball ta’ dritt fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament ta’ Aarhus Regulation (1) dwar il-kunċett ta’ “att amministrattiv”; dan l-aggravju jinqasam fi tliet partijiet:

żball ta’ dritt fl-interpretazzjoni tal kunċett ta’ “liġi” stabbilit fl-Artikolu 2(1)(f) tar-Regolament ta’ Aarhus (din il-parti tat-tieni aggravju tikkonċerna l-punti 121 sa 124 tas-sentenza appellata);

żball ta’ dritt fl-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “miżura ta’ ambitu individwali” stabbilit fl-Artikolu 2(1)(g) tar-Regolament ta’ Aarhus (din il-parti tat-tieni aggravju tikkonċerna l-punti 126 sa 142 tas-sentenza appellata);

żball ta’ dritt fl-interpretazzjoni tal-kliem “effetti esterni u li jorbtu legalment”, imsemmija fl-istess dispożizzjoni (din il-parti tat-tieni aggravju tikkonċerna l-punti 149 sa 173 tas-sentenza appellata).

Ksur tal-Artikolu 271(c) TFUE (dan l-aggravju jikkonċerna l-punti 89 sa 92, 150 sa 152 u 169 sa 171 tas-sentenza appellata).


(1)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 6 ta' Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13).


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-8 ta’ April 2021 – Ministero dell’Interno, Dipartimento per le Libertà civili e l’Immigrazione – Unità di Dublino vs CZA

(Kawża C-228/21)

(2021/C 217/41)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministero dell’Interno, Dipartimento per le Libertà civili e l’Immigrazione – Unità di Dublino

Konvenuta: CZA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4 tar-Regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li bl-appell ippreżentat, skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 604/2013 (1), fil-konfront ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment adottata minn Stat Membru, skont il-mekkaniżmu tal-Artikolu 26 tar-Regolament u abbażi tal-obbligu tal-Istat li jieħu lura stabbilit fl-Artikolu 18(1)(b) tal-istess regolament, jista’ jiġi sostnut biss in-nuqqas ta’ għoti tal-fuljett ta’ informazzjoni meħtieġ mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament, min-naħa tal-Istat li adotta d-deċiżjoni ta’ trasferiment?

2)

L-Artikolu 27 tar-Regolament, moqri flimkien mal-premessa 18 u l-premessa 19 u mal-Artikolu 4 tal-istess regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rimedju effettiv f’każ ta’ ksur aċċertat tal-obbligi previsti fl-Artikolu 4 jimponi fuq l-imħallef l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ annullament tad-deċiżjoni ta’ trasferiment?

3)

F’każ ta’ risposta negattiva għat-tieni domanda, l-Artikolu 27 tar-Regolament, moqri flimkien mal-premessa 18 u l-premessa 19 u mal-Artikolu 4 tal-istess regolament, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-rimedju effettiv f’każ ta’ ksur aċċertat tal-obbligi previsti fl-Artikolu 4 jimponi fuq l-imħallef il-verifika tar-rilevanza ta’ tali ksur fid-dawl taċ-ċirkustanzi allegati mir-rikorrent u jippermetti li tiġi kkonfermata d-deċiżjoni ta’ trasferiment kull darba li ma jqumux raġunijiet għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment ta’ kontenut differenti?


(1)  Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU 2013, L 180, p. 31).


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fid-9 ta’ April 2021 – Le Port de Bruxelles vs Infrabel SA u Région de Bruxelles-Capitale vs Infrabel SA

(Kawża C-229/21)

(2021/C 217/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Le Port de Bruxelles, Région de Bruxelles-Capitale

Konvenut: Infrabel SA

Partijiet oħra fil-proċedura: Région de Bruxelles-Capitale, Le Port de Bruxelles, Lineas SA

Domanda preliminari

Meta port intern – li jifforma parti min-network ċentrali – ikun diġà konness mal-infrastruttura tat-toroq u man-network ferrovjarju, l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (1), moqri waħdu jew flimkien ma’ dispożizzjonijiet oħra tar-regolament, jimponi l-obbligu ta’ żamma u ta’ manteniment ta’ dawn iż-żewġ rotot jew l-obbligu li ma titneħħiex waħda minnhom, anki jekk minħabba sempliċi nuqqas ta’ manteniment?


(1)  ĠU 2013, L 348, p. 1.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (Is-Slovenja) fit-12 ta’ April 2021 – RAIFFEISEN LEASING, trgovina in leasing d. o. o. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-235/21)

(2021/C 217/43)

Lingwa tal-kawża: Is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RAIFFEISEN LEASING, trgovina in leasing d. o. o.

Konvenut: Ir-Repubblika tas-Slovenja.

Domandi preliminari

1.

Kuntratt bil-miktub jista’ jitqies bħala fattura fis-sens tal-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-VAT (1) biss jekk ikun fih l-informazzjoni kollha għal fattura meħtieġa mill-Kapitolu 3 (“Fatturazzjoni”) tat-Titolu XI tad-Direttiva tal-VAT?

Fil-każ ta’ risposta negattiva,

2.

Liema huma l-indikazzjonijiet jew iċ-ċirkustanzi li abbażi tagħhom, fi kwalunkwe każ, kuntratt bil-miktub jista’ jitqies (ukoll) bħala fattura li tistabbilixxi l-obbligu li titħallas il-VAT skont l-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-VAT?

B’mod iktar konkret,

3.

Kuntratt bil-miktub, konkluż minn żewġ persuni suġġetti għall-VAT u li għandu bħala l-għan tiegħu kunsinna ta’ oġġetti jew provvista ta’ servizzi, jista’ jitqies bħala fattura fis-sens tal-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-VAT jekk tirriżulta minnu oġġettivament rieda espressa u vverifikata tal-bejjiegħ jew tal-fornitur tas-servizz, bħala parti kontraenti, li dan il-kuntratt huwa fattura relatata ma’ tranżazzjoni speċifika li tista’ tagħti lix-xerrej il-preżunzjoni raġonevoli li huwa jista’, fuq din il-bażi, inaqqas il-VAT tal-input imħallsa?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU L 335, 20.12.2007, p. 60).


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/33


Appell ippreżentat fl-14 ta’ April 2021 minn Petr Fryč mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-11 ta’ Frar 2021 fil-Kawża T-92/20, Fryč vs Il-Kummissjoni,

(Kawża C-239/21 P)

(2021/C 217/44)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Appellant: Petr Fryč (rappreżentant: Š. Oharková, advokátka)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li:

tirrinvija l-kwistjoni quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din teżaminaha mill-ġdid u li l-Qorti Ġenerali tkun obbligata teżamina wkoll l-argumenti mressqa fir-replika tat-2 ta’ Ottubru 2020 inkwantu dawn kienu effettivament tħallew barra fid-digriet appellat tal-Qorti Ġenerali.

fil-każ fejn il-kwistjoni ma tiġix irrinvjata quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din teżaminaha mill-ġdid, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ikunu naqsu serjament milli jwettqu l-obbligu tagħhom u kkawżaw danni lill-appellant inkwantu:

a)

Il-Kummissjoni Ewropea adottat il-GBER [General Block Exemption Regulation (ir-Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa), iktar ’il quddiem il-“GBER”] b’tali mod li, inter alia, teċċedi l-awtorizzazzjoni legali mogħtija mit-Trattati, ma tiżgurax l-osservanza tal-prinċipji kostituzzjonali dwar in-natura eċċezzjonali u leġittima tal-indħil fil-kompetizzjoni, li taffettwa s-suq komuni, kif ukoll ippermettiet li tiġi implimentata għajnuna mill-Istat taħt l-OPPI [Operačního programu Podnikání a inovace (Programm Operattiv għall-Impriża u l-Innovazzjoni), iktar ’il quddiem l-“OPPI”] b’mod li ma kienx konformi mal-liġi, liema għajnuna ħolqot danni għall-attività kummerċjali tal-appellant;

b)

Il-Kummissjoni, permezz ta’ deċiżjoni tat-3 ta’ Diċembru 2007, adottat programm operattiv li jmur kontra t-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u ma ppubblikatx din id-deċiżjoni;

c)

Il-Kummissjoni ma aġixxietx korrettament meta eżaminat l-ilment imressaq quddiemha mill-appellant dwar in-nuqqas ta’ konformità tal-OPPI mal-liġi, inkwantu la eżaminat iċ-ċirkustanzi għall-adozzjoni u d-dħul fis-seħħ tal-OPPI, u lanqas ma mmotivat b’mod xieraq iċ-ċaħda tal-ilment imressaq quddiemha mill-appellant;

d)

Il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-eżami tal-każ fuq il-mertu fir-rigward tar-rikors għall-annullament tal-GBER u ċaħdet ir-rikors bħala manifestament infondat, fejn b’dan il-mod kisret l-obbligu legali tagħha li tirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità, u billi adottat approċċ eċċessivament formalistiku kisret id-drittijiet kostituzzjonali tal-appellant għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali.

il-Kummissjoni għandha tħallas fil-konfront tal-appellant is-somma ta’ EUR 4 800 000 bħala kumpens għad-dannu mġarrab kif spjegat iktar ’il fuq, f’terminu ta’ tlett ijiem minn meta s-sentenza ssir definittiva.

il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallas lill-appellant l-ispejjeż tal-kawża inkorsi minnu billi dawn jiġu ttrasferiti lill-avukat tiegħu.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant iressaq erba’ aggravji:

1.

L-ewwel aggravju li jirrigwarda l-effetti tas-sistema ta’ għajnuna mill-Istat attwalment applikabbli, li toħloq bidla mhux naturali u dannuża għall-istruttura ekonomika sħiħa. B’dan il-mod ikun hemm distorsjoni fil-funzjonament tas-suq b’mod globali u jkun hemm ksur tal-liġi ekonomika meta s-suċċess fis-suq jiġi deċiż fuq kollox mill-possibbiltà ta’ benefiċċju minn għajnuna mill-Istat deċiża b’mod politiku u mhux fuq il-bażi tal-liġi.

2.

It-tieni aggravju li jirrigwarda n-nuqqas ta’ attività ta’ kontroll min-naħa tal-Kummissjoni. B’dan il-mod is-sistema ta’ għajnuna pubblika sservi bħala ċekk vojt għall-organi eżekuttivi, li jistgħu jqisu kwalunkwe qasam imsemmi jew sussegwentement irrikonoxxut minnhom bħala konformi mas-suq komuni.

3.

It-tielet aggravju li jirrigwarda evalwazzjoni żbaljata ta’ meta jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni għall-preżentata ta’ rikors. L-appellant kien konvint li fl-Unjoni hemm mekkaniżmu li jiggarantixxi li l-Kummissjoni tosserva konstantement jekk l-għajnuna pubblika mogħtija konformement mal-Artikolu 107 TFUE (Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea) taffettwax is-suq komuni skont kif previst fl-Artikolu 108(1) TFUE. Għal din ir-raġuni l-appellant talab lill-Kummissjoni teżamina s-sitwazzjoni fir-rigward tal-għajnuna pubblika mogħtija fir-Repubblika Ċeka taħt il-programm OPPI. Il-Kummissjoni ċaħdet din it-talba u minn dan l-appellant ikkonkluda li s-sistema ta’ kontroll prevista fl-Artikolu 108 TFUE ma taħdimx. L-appellant qies rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja bħala l-aħħar possibbiltà, fejn kien jemmen li ma kienx se jkollu bżonn jippreżentah. L-appellant wera diliġenza ogħla mill-medja billi ġibed l-attenzjoni tal-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet li seħħew fl-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-OPPI u ċertament ma jistax jingħad li l-appellant baqa’ inattiv matul id-dekorriment tat-terminu ta’ preskrizzjoni.

4.

Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq interess ġuridiku urġenti. Irrispettivament mid-deċiżjoni tal-qorti dwar jekk il-pretensjoni tal-appellant iddekorrietx il-preskrizzjoni jew le, l-appellant huwa konvint li fir-rigward tal-impatt mhux biss nazzjonali iżda wkoll pan-Ewropew tal-kwistjoni kkonċernata huwa neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja twieġeb il-mistoqsija dwar min huwa responsabbli għall-politika ta’ sussidji żbaljata, jiġifieri jekk hijiex responsabbli l-Unjoni Ewropea jew jekk huwiex responsabbli wkoll l-Istat Membru.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/34


Appell ippreżentat fit-13 ta’ April 2021 minn Évariste Boshab mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-3 ta’ Frar 2021 fil-Kawża T-111/19, Évariste Boshab vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-242/21 P)

(2021/C 217/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Évariste Boshab (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, T. Payan, A. Guillerme, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Frar 2021 innotifikata fit-3 ta’ Frar 2021 Evariste Boshab vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (T-111/19);

tilqa’ r-rikors fuq il-mertu u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn din iżżomm lill-appellant fin-Nru 8 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/788/PESK kif ukoll ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 sa fejn l-appellant jinżamm fin-Nru 8 tal-Anness Ia tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 (1);

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Bir-rikors tal-appell tiegħu, l-appellant jitlob l-annullament tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Frar 2021, Evariste Boshab vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (T-111/19), li insostenn tiegħu huwa jinvoka żewġ aggravju bbażati fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża u ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.

F’dak li jirrigwarda l-ewwel aggravju, l-appellant jinvokaw li l-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet tad-difiża u b’mod partikolari d-dritt għal smigħ tiegħu, peress li:

li hija ħadet inkunsiderazzjoni li l-komunikazzjoni tardiva mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mingħajr l-appellant ma seta’ jagħmel l-osservazzjonijiet tiegħu qabel id-deċiżjoni tat-tiġdid tal-miżuri restrittivi inkwistjoni, ma kinitx tikkostitwixxi ksur tad-dritt għal smigħ peress li ma kinitx tikkostitwixxi prova ġdida; u

li hija ma waslitx għall-konklużjonijiet xierqa minħabba l-fatt li l-Kunsill, f’dan il-każ, ma wettaq ebda xogħol ta’ verifika.

Fir-rigward tat-tieni aggravju, l-appellant isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li:

li ma ħaditx inkunsiderazzjoni li l-miżuri restrittivi għandhom natura kawtelatorja u, mid-definizzjoni tagħhom, provviżorja, li l-validità tagħhom hija dejjem suġġetta għall-kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni tagħhom kif ukoll għall-ħtieġa taż-żamma tagħhom sabiex jintlaħaq l-għan relatat magħhom;

li ma sabitx li l-elementi mressqa mill-Kunsill ma setgħu bl-ebda mod li jiġġustifikaw kwalunkwe aġir taħt il-kriterji ta’ inklużjoni fil-listi kontenzjużi, jiġifieri atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; u

li ma ċċensuratx il-fatt li l-Kunsill ma eżaminax il-provi prodotti mill-appellant fil-kuntest tal-proċedura ta’ reviżjoni u abbażi ta’ dawn ma pproċedietx, għall-verifiki tagħha stess.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo ta' l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2005, L 193, p. 1) (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV), GU 2008, L 352 M, p. 231 (MT).


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/35


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2021 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-259/21)

(2021/C 217/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Liukkonen, I. Terwinghe, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikoli 15 sa 17, 20 u 59(2) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2021/92 tat-28 ta’ Jannar 2021 li jistabbilixxi għall-2021 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (1);

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont il-Parlament, l-atti leġiżlattivi li jirregolaw is-suġġett, jiġifieri l-Artikoli 10(4) u 15 tar-Regolament (UE) 2019/1241 (2) u l-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2019/472 (3) jipprevedu li miżuri bħalma huma dawk previsti f’dan ir-rikors għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 290 TFUE.

Insostenn tar-rikors tiegħu, il-Parlament iressaq għalhekk żewġ motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq irregolarità u użu ħażin tal-proċedura sa fejn il-miżuri kkontestati kellhom jiġu introdotti permezz ta’ atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 290 TFUE u mhux permezz tal-proċedura tal-Artikolu 43(3) TFUE. It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-kooperazzjoni leali li jmur kontra l-Artikolu 13(2) TUE. Billi adotta d-dispożizzjonijiet ikkontestati permezz ta’ proċedura li ma kinitx dik prevista għal dan l-għan f’atti li huwa koawtur tagħhom, il-Kunsill ċaħħad lill-Parlament mid-dritt ta’ eżami li minnu huwa kien jibbenefika kieku intużat il-proċedura regolari.


(1)  ĠU 2021, L 31, p. 31.

(2)  Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU 2019, L 198, p. 105).

(3)  Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (ĠU 2019, L 83, p. 1).


Il-Qorti Ġenerali

7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Andreas Stihl vs EUIPO – Giro Travel Company (tagħqid tal-kuluri ġriż u oranġjo)

(Kawża T-193/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea li tikkonsisti fit-tagħqid tal-kuluri oranġjo u griż - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 4 u Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Rappreżentazzjoni grafika suffiċjentement ċara u preċiża - Neċessità ta’ arranġament sistematiku li jassoċja l-kuluri b’mod determinat minn qabel u uniformi”)

(2021/C 217/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Andreas Stihl AG & Co. KG (Waiblingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Völker, M. Pemsel u C. Eulenpesch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Giro Travel Company SRL (Roman, ir-Rumanija) (rappreżentant: C. Frisch, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Jannar 2018 (Każ R 200/2017-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Giro Travel Company u Andreas Stihl.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-23 ta’ Jannar 2018 (Każ R 200/2017-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Andreas Stihl AG & Co. KG.

3)

Giro Travel Company SRL għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 166, 14.5.2018.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – BK vs L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)

(Kawża T-277/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Assenjazzjoni mill-ġdid temporanja - Rikors għal annullament - Att purament konfermatorju - Inammissibbiltà - Deċiżjoni espliċita ta’ ċaħda tal-ilment - Portata awtonoma - Sospensjoni tal-effetti tad-deċiżjoni li hija s-suġġett tal-ilment - Interess ġuridiku - Rikors għad-danni - Rabta stretta mat-talbiet għal annullament - Assenza ta’ proċedura prekontenzjuża - Inammissibbiltà)

(2021/C 217/48)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent(i): BK (rappreżentanti: V. Christianos, A. Skoulikis u D. Karagkounis, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (rappreżentanti: P. Eyckmans u A. Stamatopoulou, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EASO tal-20 ta’ Settembru 2018 li r-rikorrenti tiġi assenjata f’Malta b’effett mill-1 ta’ Novembru 2018, tad-deċiżjoni impliċita ta’ ċaħda tal-ilment imressaq kontra din id-deċiżjoni kif ukoll tad-deċiżjoni tal-EASO tas-6 ta’ Ġunju 2019 li tiċħad espliċitament dan l-ilment u, min-naħa l-oħra, għall-ksib ta’ kumpens għad-danni materjali u morali allegatament sostnuti mir-rikorrenti insegwitu ta’ din l-aħħar deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BK għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha.

3)

L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn BK.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi vs EUIPO – Filotas Bellas & Yios (Halloumi)

(Kawża T-282/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattivi Halloumi χαλλούμι Vermion grill cheese/grill est/grill kase M BELAS PREMIUM GREEK DAIRY SINCE 1927 - Trade mark kollettiva tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti HALLOUMI - Raġuni relattiva għal rifjut - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 60(1)(a) u l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2021/C 217/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: S. Malynicz, QC, S. Baran, barrister, u V. Marsland, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Filotas Bellas & Yios AE (Alexándreia Imathias, il-Ġreċja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Frar 2019 (Każ R 2295/2017-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi u Filotas Bellas & Yios.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Foundation for the Protection of the Traditional Cheese of Cyprus named Halloumi hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Lego vs EUIPO – Delta Sport Handelskontor (Blokki tal-bini minn sett ta’ bini tal-ġugarelli)

(Kawża T-515/19) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta blokki tal-bini minn sett ta’ bini tal-ġugarelli - Raġunijiet għal invalidità - Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni - Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott iddettati biss mill-funzjoni teknika tiegħu - Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott li għandhom neċessarjament jiġu riprodotti fil-forma u d-dimensjonijiet eżatti tagħhom sabiex iservu għall-interkonnessjoni ma’ prodotti oħra - Disinni li jservu l-għan li jippermettu l-immuntar jew l-għaqda multipla ta’ prodotti li jibdlu lilhom infushom b’mod reċiproku f’sistema modulari - Artikolu 8(1) sa (3) tar-Regolament Nru 6/2002”)

(2021/C 217/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lego A/S (Billund, id-Danimarka) (rappreżentanti: V. von Bomhard u J. Fuhrmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Delta Sport Handelskontor GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Klawitter u L.-E. Appel, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ April 2019 (Każ R 31/2018-3) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Delta Sport Handelskontor u Lego.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ April 2019 (Każ R 31/2018-3) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO u Delta Sport Handelskontor GmbH għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Lego A/S.


(1)  ĠU C 305, 9.9.2019.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Novomatic vs EUIPO – adp Gauselmann (Power Stars)

(Kawża T-588/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Power Stars - Dikjarazzjoni parzjali ta’ revoka - Assenza parzjali ta’ użu ġenwin - Prova tal-użu ġenwin - Artikolu 51(1)(a) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) u (2) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001) - Dritt għal smigħ - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 207/2009 (li saret it-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2021/C 217/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Ringer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka u S. Hanne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: adp Gauselmann GmbH (Espelkamp, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Mandel, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Ġunju 2019 (Każ R 2038/2018-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn adp Gauselmann u Novomatic.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Novomatic AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 337, 7.10.2019.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Bennahmias vs Il-Parlament

(Kawża T-798/19) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament - Allowance għal assistenza Parlamentari - Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament - Oneru tal-prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ liġi - Żball ta’ fatt - Proporzjonalità”)

(2021/C 217/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Luc Bennahmias (Marseille, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Rikkers, J.-L. Teheux, M. Ganilsy u C. De Kuyper, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tas-16 ta’ Settembru 2019 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent tas-somma ta’ EUR 29 806 imħallsa indebitament bħala assistenza Parlamentari u tan-nota ta’ debitu marbuta magħha tad-19 ta’ Settembru 2019.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean-Luc Bennahmias għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Bennahmias vs Il-Parlament

(Kawża T-799/19) (1)

(“Dritt istituzzjonali - Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament - Allowance għal assistenza Parlamentari - Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament - Oneru tal-prova - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ liġi - Żball ta’ fatt - Proporzjonalità”)

(2021/C 217/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jean-Luc Bennahmias (Marseille, Franza) (rappreżentanti: J.-M. Rikkers, J.-L. Teheux, M. Ganilsy u C. De Kuyper, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Lorenz u M. Ecker, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tas-16 ta’ Settembru 2019 dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent tas-somma ta’ EUR 15 105 imħallsa indebitament bħala assistenza Parlamentari u tan-nota ta’ debitu marbuta magħha tad-19 ta’ Settembru 2019.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean-Luc Bennahmias għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu stess, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Albert Darboven Holding vs EUIPO (WINDSOR-CASTLE)

(Kawża T-93/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea WINDSOR-CASTLE - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Karattru lawdatorju”)

(2021/C 217/54)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Albert Darboven Holding GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Schäfer, A. Söder u D. Hanf, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 2448/2018-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WINDSOR-CASTLE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-19 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 2448/2018-1) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 114, 6.4.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Creaton South-East Europe vs EUIPO – Henkel (CREATHERM)

(Kawża T-168/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CREATHERM - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti CERETHERM - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 217/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Creaton South-East Europe Kft. (Lenti, l-Ungerija) (rappreżentanti: J. Muyldermans u P. Maeyaert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Markakis u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Henkel AG & Co. KGaA (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2020 (Każ R 1090/2019-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Henkel u Creaton South-East Europe.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Creaton South-East Europe Kft hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Sanolie (SANOLIE)

(Kawża T-175/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SANOLIE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SANODIN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2021/C 217/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Guerras Mazón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Sanolie (Istanbul, it-Turkija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2020 (Każ R 2405/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Laboratorios Ern u Sanolie.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Laboratorios Ern, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 175, 25.5.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – Kfz-Gewerbe vs EUIPO – The Blink Fish (Rappreżentazzjoni ta’ ħuta)

(Kawża T-354/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta ħuta - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti BLINKA - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Obbligu ta’ motivazzjoni - L-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2021/C 217/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Wirtschaftsgesellschaft des Kfz-Gewerbe (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite, J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: The Blink Fish Srl (Milano, l-Italja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-6 ta’ April 2020 (Każ R 2333/2019-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Wirtschaftsgesellschaft des Kfz-Gewerbes u The Blink Fish.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

1)

Wirtschaftsgesellschaft des Kfz-Gewerbes mbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2021 – KM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-374/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Konjuġi superstiti - Pensjoni tas-superstiti - Artikoli 18 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà - Tul taż-żwieġ - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Ugwaljanza fit-trattament - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Proporzjonalità”)

(2021/C 217/58)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: KM (rappreżentant: M. Müller-Trawinski, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u T. Bohr, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Windisch u U. Rösslein, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Alver, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Ottubru 2019 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti għall-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti u, min-naħa l-oħra, sabiex il-Kummissjoni tiġi ordnata tadotta deċiżjoni ġdida u tagħtih pensjoni tas-superstiti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta’ Ottubru 2019 li tiċħad it-talba għall-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti lil KM hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż ta’ KM.

4)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 255, 3.8.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2021 – Paravan vs EUIPO – paragon (Paragon)

(Kawża T-11/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Irtirar tat-talba għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 217/59)

Lingwa tal-kawża: il-Germaniż

Partijiet

Rikorrent: Paravan GmbH (Pfronstetten-Aichelau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Jung u L. Delpy, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: paragon GmbH & Co. KGaA (Delbrück, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Wulff, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 28/2019-4) dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Paravan GmbH u paragon GmbH & Co. KGaA.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Paravan GmbH u paragon GmbH & Co. KGaA huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/45


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2021 – Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-158/21)

(2021/C 217/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kumitat taċ-Ċittadini tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa” (Cîrţa, ir-Rumanija) (rappreżentant: T. Hieber, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Jannar 2021 dwar l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa”, C(2021) 171 final;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-obbligu ta’ motivazzjoni previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta ’evalwazzjoni sa fejn il-Kummissjoni Ewropea rrifjutat li tadotta proposta għal test leġiżlattiv wara l-preżentazzjoni tal-inizjattiva valida taċ-ċittadini “Minority SafePack – miljun firma għad-diversità fl-Ewropa”.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/46


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2021 – Magnetec vs EUIPO (Blu ċar)

(Kawża T-168/21)

(2021/C 217/61)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Magnetec GmbH (Langenselbold, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Kloth, R. Briske u D. Habel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark bil-kulur tal-Unjoni (Blu ċar) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 022 608

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Jannar 2021 fil-Każ R 217/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 49(1) flimkien mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/46


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Marzu 2021 – The Smiley Company vs EUIPO – SC Ha Ha Ha Production (SMILEY)

(Kawża T-169/21)

(2021/C 217/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: The Smiley Company SPRL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: B. Fontaine, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SC Ha Ha Ha Production SRL (Calinesti, ir-Rumanija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SMILEY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 569 641

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Jannar 2021 fil-Każ R 2936/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 10(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/47


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2021 – Ben Ali vs Il-Kunsill

(Kawża T-170/21)

(2021/C 217/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali (Saint-Étienne-du-Rouvray, Franza) (rappreżentant: A. de Saint Remy, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors ta’ Mehdi Ben Ali u tiddikjarah fondat;

tiddeċiedi b’urġenza, skont ir-regoli proċedurali applikabbli;

tadotta, għall-finijiet kollha, miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, intiża sabiex il-Kummissjoni tiżvela “d-dokumenti kollha relatati mal-adozzjoni” tar-Regolament ikkontestat;

tannulla, b’effett immedjat, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/55, li tikkonċernah, ikkomunikata permezz ta’ ittra bir-referenza SGS 21/0041 tal-25 ta’ Jannar 2021 mibgħuta bil-format RAR fis-26 ta’ Jannar 2021 u rċevuta fid-29 ta’ Jannar 2021 intiża sabiex ismu jinżamm fuq il-lista ta’ persuni li huma suġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2021/55/PESK, fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, implimentat mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/49, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija u, min-naħa l-oħra, l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/49 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tħallas lil Mehdi Ben Ali s-somma globali ta’ EUR 150 000 bħala kumpens għad-danni kollha mġarrba;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tħallas lil Mehdi Ben Ali s-somma ta’ EUR 30 000 għall-ispejjeż tad-difiża tiegħu insostenn ta’ dan ir-rikors, minbarra l-ispejjeż tad-difiża li jistgħu jinġabru skont l-Artikolu 91 tar-Regoli tal-Proċedura;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali suffiċjenti. Ir-rikorrent isostni li sanzjoni tkun iġġustifikata biss mill-kapaċità tagħha li tikseb l-għanijiet li għalihom tkun ġiet adottata u li s-sempliċi konstatazzjoni ta’ theddida għall-paċi ma hijiex suffiċjenti. Madankollu, f’dan il-każ, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jiġġustifika l-miżuri li jikkawżaw preġudizzju permezz tal-għan ta’ żvilupp sostenibbli tal-ekonomija Tuneżina u tas-soċjetà tagħha. Għalhekk, is-sanzjoni applikata mill-Kunsill ma hijiex intiża għaż-żamma jew għall-istabbiliment tal-paċi iżda għall-iżvilupp ekonomiku u demokratiku tas-soċjetà Tuneżina. Din is-sanzjoni għandha għalhekk titneħħa jew tiġi emendata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva. Ir-rikorrent iqis, qabelxejn, li fl-istadju tat-teħid tad-deċiżjoni, il-proċeduri applikati kisru d-drittijiet fundamentali tiegħu minħabba l-iżbilanċ bejn ir-raġunijiet mogħtija u r-rispett għad-drittijiet individwali. Sussegwentement, fl-istadju tad-deżinjazzjoni, ir-rikorrent jgħid li d-drittijiet tiegħu ġew miksura bi proċeduri insuffiċjenti peress li dawn ma ppermettewlux jeżerċita rimedju effettiv. Fl-aħħar nett, ir-rikorrent isostni li fl-istadju tal-eżekuzzjoni, il-proċedura ta’ derogi ma tirrispettax id-dritt għal rimedju effettiv.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. Ir-rikorrent jinvoka f’dan ir-rigward l-assenza ta’ deċiżjoni u b’mod iktar preċiż ta’ espożizzjoni tal-fatti rilevanti, mill-Istat Tuneżin, li jistgħu jkunu ta’ bażi għall-inklużjoni tiegħu fil-lista kontenzjuża.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni. Skont ir-rikorrent, l-iżball manifest jikkonsisti fl-assenza ta’ prova tal-parteċipazzjoni tiegħu fi kwalunkwe att illegali li jikkonsisti f’miżapproprijazzjoni ta’ fondi pubbliċi Tuneżini jew operazzjonijiet ta’ ħasil tal-flus. Barra minn hekk, il-kap ta’ akkuża ta’ att ta’ kompliċità fl-abbuż ta’ pożizzjoni ta’ uffiċjal pubbliku lanqas ma kien sostnut minn provi.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 31, 46 u 55 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Korruzzjoni. Ir-rikorrent isostni f’dan ir-rigward li skont dawn id-dispożizzjonijiet, miżura kawtelatorja ta’ ffriżar u ta’ konfiska għandha tkun ibbażata fuq deċiżjoni tal-Istat rikjedenti jew fuq espożizzjoni tal-fatti rilevanti mill-istess Stat rikjedenti b’deskrizzjoni tal-miżuri mitluba. Madankollu, huwa jsostni li l-miżuri restrittivi ġew ordnati kontrih mingħajr ma ġew osservati dawn il-kriterji.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Kunsill fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżuri adottati kontra r-rikorrent.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq l-użu ħażin ta’ poter.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/49


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2021 – Novelis Deutschland vs EUIPO – Cuki Cofresco (Tray għall-grill)

(Kawża T-173/21)

(2021/C 217/64)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Novelis Deutschland GmbH (Göttingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Herberth, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cuki Cofresco Srl (Volpiano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn tal-Unjoni Nru 516836-0007 (tray għall-grill)

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 1856/2019-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn tal-Unjoni kontenzjuż;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża, inklużi dawk tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/49


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2021 – LG Electronics vs EUIPO – Anferlux-Electrodomésticos (SmartThinQ)

(Kawża T-181/21)

(2021/C 217/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Anferlux-Electrodomésticos, Lda (Vila Nova de Monsarros, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “SmartThinQ” – Trade mark tal-Unjoni Nru 14 983 861

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 1657/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

ksur tal-prinċipju ta’ newtralità, b’mod partikolari tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet li jirriżulta minn nuqqas ta’ osservanza tal-Artikolu 16(2) flimkien mal-Artikoli 2(2)(g) u 12(2)(c) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625 li huma bbażati fuq l-Artikolu 146(7) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u marbuta mal-Artikolu 25(2)(a) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/626;

ksur tal-Artikolu 17(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

ksur tal-Artikolu 64(2)(3) flimkien mal-Artikolu 47(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirriżulta mill-konstatazzjoni żbaljata li sar użu ġenwin mit-trade mark preċedenti għal ċertu prodotti;

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) flimkien mal-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/50


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2021 – PKK vs Il-Kunsill

(Kawża T-182/21)

(2021/C 217/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kurdistan Workers’ Party (PKK) (rappreżentanti: A. van Eik u T. Buruma, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2021/138 sa fejn dawn jirrigwardaw il-PKK (magħruf ukoll bħala “KADEK”, magħruf ukoll bħala “KONGRA-GEL”);

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż, flimkien mal-interess li għandhom jiġu speċifikati fi stadju ulterjuri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nullità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/142 (1) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/138 (2), sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrent inkwantu jiksru l-prinċipji ta’ ċertezza legali u/jew tal-Artikolu 1(2)tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK (3) u/jew tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 2580/2001 (4). Ir-rikorrent isostni li l-Kunsill naqas milli jipprovdi identifikazzjoni ċara u preċiża tal-kunċettwalizzazzjoni tal-PKK.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq in-nullità tad-Deċiżjoni ta-Kunsill 2021/142 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2021/138 sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrent inkwantu dan tal-aħħar ma jistax jiġi kklassifikat bħala grupp jew entità involut f’atti terroristiċi skont kif iddefinit fl-Artikolu 1(3) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq in-nullità tad-Deċiżjoni ta-Kunsill 2021/142 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2021/138 sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrent inkwantu ma ngħatat ebda deċiżjoni minn awtorità kompetenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nullità tad-Deċiżjoni ta-Kunsill 2021/142 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2021/138 sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrent inkwantu l-Kunsill ma wettaqx reviżjoni effettiva skont kif meħtieġ mill-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq in-nullità tad-Deċiżjoni ta-Kunsill 2021/142 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2021/138 sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrent inkwantu d-Deċiżjoni u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni ma humiex konformi mar-rekwiżiti ta’ proporzjonalità u ta’ sussidjarjetà.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq in-nullità tad-Deċiżjoni ta-Kunsill 2021/142 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2021/138 sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrent inkwantu dawn ma humiex konformi mal-obbligu ta’ motivazzjoni konformement mal-Artikolu 296 TFUE.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq in-nullità tad-Deċiżjoni ta-Kunsill 2021/142 u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2021/138 sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrent inkwantu jiksru d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent kif ukoll id-dritt tar-rikorent għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u għal rimedju ġudizzjarju effettiv.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/142 tal-5 ta’ Frar 2021 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2020/1132 (ĠU 2021, L 43, P. 14).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/138 tal-5 ta’ Frar 2021 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1128 (ĠU 2021, L 43, p. 1).

(3)  Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 217).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 tas-27 ta’ Diċembru 2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 207).


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/51


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2021 – QP et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-183/21)

(2021/C 217/67)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: QP u l-15-il rikorrent ieħor (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), u Eulex Kosovo

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

prinċipalment:

fir-rigward tar-relazzjoni ta’ impjieg:

għar-rikorrenti kollha:

tikklassifika mill-ġdid ir-relazzjoni kuntrattwali tar-rikorrenti bħala kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat;

tikkundanna lill-konvenuti jikkumpensaw ir-rikorrenti minħabba l-assenza ta’ affiljazzjoni ma’ skema ta’ sigurtà soċjali, li għandu jiġi stabbilit abbażi tal-leġiżlazzjoni applikabbli;

tikkundannahom iħallsuhom l-interessi fuq dawn is-somom;

tistabbilixxi t-terminu li fih il-partijiet għandhom jistabbilixxu l-imsemmi kumpens abbażi tal-leġiżlazzjoni applikabbli f’dan il-qasam, skont il-prinċipji deċiżi mill-Qorti Ġenerali fid-deċiżjoni li għandha tingħata;

għar-rikorrenti li r-relazzjoni kuntrattwali tagħhom intemmet permezz ta’ deċiżjoni unilaterali tal-konvenuti:

tikkundanna lill-konvenuti jħallsu allowance kumpensatorja għal avviż tat-temm ta’ impjieg:

rikorrenti QP: EUR 42 092,50.

rikorrent QT: EUR 69 880,54.

rikorrent QU: EUR 53 749,17.

rikorrent QV: EUR 57 159,69.

rikorrent QY: EUR 63 298,15.

rikorrent RB: EUR 55 303,02.

rikorrent RD: EUR 55 373,64.

rikorrent RF: EUR 40 201,21.

tikkundanna lill-konvenuti jħallsu lil kull wieħed mir-rikorrenti kumpens għat-tkeċċija illegali evalwat ex aequo et bono għal EUR 12 500 għal kull sena ta’ anzjanità:

tikkundanna lill-konvenuti jħallsu lil kull wieħed mir-rikorrenti QP, QR, QS, QT, QU, QV, QW, QY, QZ, RA, RB, RC, RD u RE d-differenza fir-remunerazzjoni li ma rċevewx mid-data tal-klassifikazzjoni mill-ġdid bħala salarju magħmula fl-1 ta’ Settembru 2012;

tikkundannahom iħallsuhom l-interessi fuq dawn is-somom;

fir-rigward ta’ drittijiet oħra:

tiddikjara li r-rikorrenti kellhom jiġu rreklutati bħala membri tal-persunal temporanju ta’ wieħed mill-ewwel tliet konvenuti u tiddikjara li l-ewwel tliet konvenuti ttrattaw lir-rikorrenti b’mod illegali u diskriminatorju, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, fir-rigward tar-remunerazzjoni tagħhom, tad-drittijiet tagħhom għall-pensjoni u għall-benefiċċji relatati, kif ukoll fir-rigward tal-garanzija għal impjieg sussegwenti;

tikkundanna lill-ewwel tliet konvenuti jikkumpensaw lil kull wieħed mir-rikorrenti għad-dannu mġarrab minħabba l-assenza ta’ applikazzjoni tar-remunerazzjonijiet, tad-drittijiet għall-pensjoni, tal-kumpens u tal-benefiċċji li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, ikkawżat mill-inugwaljanza fit-trattament illegali;

tikkundannahom iħallsuhom l-interessi fuq dawn is-somom;

tistabbilixxi t-terminu li fih il-partijiet għandhom jevalwaw l-imsemmi kumpens b’teħid inkunsiderazzjoni tal-grad u tal-iskala li fihom ir-rikorrenti kellhom jiġu rreklutati, taż-żieda medja tar-remunerazzjoni, tal-evoluzzjoni tal-karriera rispettiva tagħhom, tal-allowances li kellhom għaldaqstant jirċievu skont dawn il-kuntratti ta’ membri tal-persunal temporanju u tipparaguna r-riżultati miksuba mar-remunerazzjoni effettivament riċevuta mir-rikorrenti;

sussidjarjament:

tikkundanna lill-ewwel tliet konvenuti jikkumpensaw lir-rikorrenti fir-rigward tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tagħhom li tirriżulta mill-fatt li ma rrispettawx id-drittijiet fundamentali tagħhom, evalwati ex aequo et bono għal EUR 20 000 għal kull sena ta’ anzjanità;

tikkundannahom iħallsuhom l-interessi fuq dawn is-somom;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-abbuż ta’ dritt fl-użu suċċessiv ta’ kuntratti għal żmien determinat u fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ir-rikorrenti jinvokaw l-applikazzjoni tad-dritt sostantivi applikabbli għall-kuntratti tagħhom u jitolbu l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-kuntratti tagħhom ta’ xogħol mal-istituzzjonijiet bħala kuntratti ta’ xogħol għal żmien indeterminat kif ukoll il-ħlas retroattiv tad-drittijiet soċjali tagħhom u, għal xi wħud, il-ħlas ta’ allowance kumpensatorja għal avviż tat-temm ta’ impjieg.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni. Ir-rikorrenti jqisu li l-kuntest ġuridiku li l-konvenuti stabbilixxew fir-rigward tal-konklużjoni ta’ kuntratti internazzjonali individwali ta’ xogħol huwa, minn naħa, diskriminatorju meta mqabbel mal-kundizzjonijiet ta’ ingaġġ ta’ membri oħra tal-persunal tal-Unjoni, min-naħa l-oħra, mhux ċar u, fl-aħħar mill-aħħar, imur kontra r-regoli ta’ ordni pubbliku Ewropew, inklużi l-valuri u l-prinċipji stabbiliti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-inċertezza legali u fuq il-ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ konsultazzjoni tar-rappreżentanti tal-persunal.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Kodiċi Ewropew ta’ Mġiba Amministrattiva Tajba.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għall-moviment liberu tal-ħaddiema.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/53


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2021 – Firearms United Network et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-187/21)

(2021/C 217/68)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Firearms United Network (Varsavja, il-Polonja), Tomasz Walter Stępień (Żelechów, il-Polonja), Michał Budzyński (Cegłów, il-Polonja), Andrzej Marcjanik (Złotokłos, il-Polonja) (rappreżentant: E. Woźniak, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/57 tal-25 ta’ Jannar 2021 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH) rigward iċ-ċomb fil-pritkuni sparati fl-artijiet mistagħdra jew fl-inħawi tagħhom (1).

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2) (Artikoli 16, 17(1), 21(1), 45(1) u 48(1)) permezz ta’ limitazzjoni tal-libertà ta’ intrapriża relatata mal-isparar, limitazzjoni tad-dritt għall-proprjetà, użu u tneħħija ta’ armi tan-nar, pritkuni taċ-ċomb u oġġetti li jikkostitwixxu shooting ranges, diskriminazzjoni ta’ min jipprattika t-tir għall-bersall u ta’ kaċċaturi, limitazzjoni tal-possibbiltà li wieħed jiċċaqlaq waqt li jġorr miegħu pritkuni taċ-ċomb, u l-introduzzjoni ta’ preżunzjoni li persuni li jiċċaqilqu fl-artijiet “mistagħdra” bi pritkuni taċ-ċomb huma ħatja li huma persuni li jisparaw permezz ta’ pritkuni taċ-ċomb fl-artijiet “mistagħdra”, u għaldaqstant persuni li jiksru l-projbizzjoni stabbilita.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (3) (Artikoli 2, 3(2) u 3(3)) permezz ta’ ksur tal-libertà u tad-dritt li l-kaċċatur u l-persuna li tipprattika t-tir għall-bersall ikunu intitolati jagħmlu dan, nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju ta’ Stat tad-dritt permezz tal-introduzzjoni tal-preżunzjoni li persuni li jiċċaqilqu fl-artijiet “mistagħdra” bi pritkuni taċ-ċomb huma ħatja li huma persuni li jisparaw permezz ta’ pritkuni taċ-ċomb fl-artijiet “mistagħdra”, ksur tas-sens ta’ sigurtà permezz tal-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jirrendu impossibbli l-identifikazzjoni tal-artijiet “mistagħdra”, u għaldaqstant il-portata territorjali tal-projbizzjoni, u, b’riżultat ta’ dan, l-adattament tal-aġir tal-persuni kkonċernati għad-dispożizzjonijiet applikabbli.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (Artikoli 5(2), 5(3) u 5(4)) permezz tal-ksur tal-prinċipju ta’ għoti tal-kompetenzi, li jikkonsisti fit-teħid ta’ azzjonijiet li setgħu jittieħdu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, u kif ukoll forma u kontenut tal-azzjonijiet li jeċċedu dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-għanijiet tat-Trattati.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter permezz tal-adottar ta’ regolament li kellu l-għan li jillimita b’mod sinjifikattiv l-isparar, fit-territorju tal-Unjoni Ewropea, minn persuni ċivili.


(1)  ĠU 2021, L 24, p. 19.

(2)  ĠU 2012, C 326, p. 391.

(3)  ĠU 2016, C 202, p. 13.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/54


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2021 – Lück vs EUIPO – R.H. Investment (MALLE)

(Kawża T-188/21)

(2021/C 217/69)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Jörg Lück (Hilden, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Becker, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: R.H. Investment UG (kumpannija b’responsabbiltà limitata) (Erlangen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MALLE – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 631 166

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 1393/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, flimkien mad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tat-18 ta’ Mejju 2020;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż kollha.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/55


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2021 – RI et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-190/21)

(2021/C 217/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: RI u 15 il-parti rikorrenti oħra (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), u Eulex Kosovo

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

Prinċipalment:

fir-rigward tar-relazzjoni ta’ impjieg:

klassifikazzjoni mill-ġdid tar-relazzjoni kuntrattwali tar-rikorrenti f’kuntratt ta’ impjieg għal żmien indeterminat;

tikkundanna lill-konvenuti jħallsu kumpens ta’ preavviż:

lir-rikorrent RW: EUR 65 726,17.

lir-rikorrent RZ: EUR 84 748,27.

tikkundanna lill-konvenuti jikkumpensaw lir-rikorrenti minħabba l-assenza ta’ affiljazzjoni ma skema ta’ sigurtà soċjali nazzjonali, kumpens li għandu jiġi stabbilit abbażi tal-leġiżlazzjoni applikabbli;

tikkundannahom tħallashom l-interessi fuq dawn is-sommom;

tistabbilixxi terminu sabiex il-partijiet jevalwaw l-imsemmi kumpens li għandu jiġi stabbilit;

fir-rigward tad-drittijiet l-oħra:

tikkonstata li r-rikorrenti kellhom jiġu rreklutati bħala membri tal-persunal temporanju ta’ wieħed mill-ewwel tliet konvenuti u tiddikjara li l-ewwel tliet konvenuti trattaw lir-rikorrenti b’mod illegali u diskriminatorju, mingħajr ġustifikazzjoni oġġettiva, f’dak li jirrigwarda r-remunerazzjoni tagħhom, id-drittijiet għall-pensjoni tagħhom u l-vantaġġi relatati, kif ukoll f’dak li jirrigwarda il-garanzija ta’ impjieg ulterjuri;

tikkundanna lill-ewwel tliet konvenuti jikkumpensaw lil kull wieħed mir-rikorrenti għad-dannu sostnut minħabba l-assenza ta’ applikazzjoni tar-remunerazzjonijiet, tad-drittijiet għall-pensjoni, benefiċċji u vantaġġi li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, ikkawżat min nuqqas ta’ trattament ugwali illegali;

tikkundannahom iħallsuhom l-interessi fuq dawn is-sommom;

tistabbilixxi terminu sabiex il-partijiet jevalwaw l-imsemmi kumpens b’teħid inkunsiderazzjoni tal-grad u tal-iskala li fihom ir-rikorrenti kellhom jiġu impjegati, tal-iżvilupp medju tar-remunerazzjoni, tal-iżvilupp tal-karriera rispettiva tagħhom, tal-benefiċċji li huma kellhom jirċievu abbażi ta’ dawn il-kuntratti ta’ membri tal-persunal temporanju u tqabbel ir-riżultati miksuba mar-remunerazzjoni effettivament irċevuta mir-rikorrenti;

Sussidjarjament:

tikkundanna lill-ewwel tliet konvenuti jikkumpensaw lir-rikorrenti għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tagħhom li tirriżulta mill-assenza tal-osservanza tad-drittijiet fundamentali tagħhom, kumpens evalwat ex aequo et bono għal EUR 20 000 għal kull sena ta’ anzjanità;

tikkundannahom iħallsuhom l-interessi fuq dawn is-sommom;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw seba’ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-183/21, QP et vs Il-Kunsill et.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/56


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Beta Sports (META)

(Kawża T-192/21)

(2021/C 217/71)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanta: T. González Martínez, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beta Sports LLC (Coconut Creek, Florida, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea META – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 973 308

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Jannar 2021 fil-Każ R 1152/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 973 308 META fil-Klassi 5;

tikkundanna lill-konvenut, u jekk ikun il-każ lill-intervenjenti, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/57


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – Fidia farmaceutici vs EUIPO – Stelis Biopharma (HYALOSTEL ONE)

(Kawża T-194/21)

(2021/C 217/72)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fidia farmaceutici SpA (Abano Terme, l-Italja) (rappreżentanti: R. Kunz-Hallstein u H. Kunz-Hallstein, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stelis Biopharma ltd. (Karnataka, l-Indja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattivi HYALOSTEL ONE – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 399 649 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Jannar 2021 fil-Każ R 831/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, alternattivament, jekk il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tintervjeni, tikkundanna lil EUIPO u l-intervenjent in solidum għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 165(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Artikoli 32(f) u 39(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625;

Ksur tad-dritt għal smigħ xieraq u l-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/58


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – Lea Nature Services vs EUIPO – Debonair Trading Internacional (SO…?)

(Kawża T-196/21)

(2021/C 217/73)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lea Nature Services (Périgny, Franza) (rappreżentant: F. Drageon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Debonair Trading Internacional Lda (Funchal, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SO…? – Trade mark tal-Unjoni Nru 17 473 513

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 1235/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-konvenut u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell ibatu l-ispejjeż li ġarrbu matul il-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/59


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – Lea Nature Services vs EUIPO – Debonair Trading Internacional (SO…?)

(Kawża T-197/21)

(2021/C 217/74)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Lea Nature Services (Périgny, Franza) (rappreżentant: F. Drageon, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Debonair Trading Internacional Lda (Funchal, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SO…?” – Trade mark tal-Unjoni Nru 485 078

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 1234/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż, li huma ġarrbu fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/59


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – Ancor Group vs EUIPO — Cody’s Drinks International (CODE-X)

(Kawża T-198/21)

(2021/C 217/75)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ancor Group GmbH (Igersheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wachsmuth u W. Berlit, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cody’s Drinks International GmbH (Bremen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “CODE-X” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 893 826

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 208/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-28 ta’ Novembru 2018 li tiċħad l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 17 893 826;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/60


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2021 – EurO3zon vs ECHA

(Kawża T-199/21)

(2021/C 217/76)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: EurO3zon (Zemst, il-Belġju) (rappreżentanti: I. de Seze, F. Puel, u L. Marchal, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-att tal-konvenuta li jissospendi l-evalwazzjoni tal-fajl tas-sustanzi attivi tar-rikorrenti dwar l-Ożonu (O3), taħt ir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali (1), u li jgħaqqad din il-proċedura ta’ evalwazzjoni ma’ fajl ta’ applikant ieħor; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta aġixxiet ultra vires u ma kellhiex il-kompetenza li tadotta l-att ikkontestat peress li l-konvenuta ma tgawdi minn ebda setgħa espliċita jew impliċita li taġixxi fil-qasam tal-evalwazzjonijiet ta’ sustanzi attivi bijoċidali taħt id-dritt tal-UE jew fil-qasam ta’ kondiviżjoni obbligatorja tad-data fl-assenza ta’ dispożizzjoni legali.

Barra minn hekk, huwa sostnut li l-ġustifikazzjoni tal-konvenuta għall-att ikkontestat hija dokument li jirreġistra l-kunsens tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Istati Membri fi ħdan il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali; dan ma huwa la xieraq fir-rigward tas-suġġett tiegħu, u lanqas ma huwa ta’ natura vinkolanti għall-konvenuta.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali u l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti.

L-att ikkontestat ma jinkludi l-ebda referenza jew ċitazzjoni ta’ kwalunkwe dispożizzjoni legali, li tawtorizza lill-konvenuta taġixxi kif għamlet.

Huwa sostnut ukoll li l-att ikkontestat jikser l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti sa fejn huwa intiż li jidderoga mill-istadji legali u proċedurali espliċitament previsti mir-Regolament dwar il-Prodotti Bijoċidali, b’mod partikolari fir-rigward tat-termini obbligatorji indikati fih.

L-att ikkontestat jikser ukoll l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti sa fejn id-dokument imsemmi mill-konvenuta, bħala ġustifikazzjoni tal-att, fil-fatt jikkonċerna proċeduri u sitwazzjonijiet, li huma irrilevanti għas-sitwazzjoni tar-rikorrenti. Ir-rikorrenti tilmenta wkoll li l-att ikkontestat joħloq inċertezza legali għall-operaturi.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta ttrattat lir-rikorrenti b’mod diskriminatorju.

Huwa sostnut li l-att ikkontestat ikollu l-effett li jissuġġetta lir-rikorrenti għal rekwiżiti proċedurali u dewmien, li ma ġewx imposti fuq terzi f’sitwazzjonijiet simili.

L-att ikkontestat iwassal għall-ksur tad-drittijiet esklużivi tar-rikorrenti fuq informazzjoni protetta u għall-użu ta’ din l-informazzjoni għall-benefiċċju ta’ terzi mingħajr kumpens finanzjarju, liema konsegwenza ma gietx imposta fuq terzi f’sitwazzjonijiet simili.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tilmenta li l-informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali inkluża fil-fajl tas-sustanza attiva tagħha ngħatat lil terzi mingħajr awtorizzazzjoni u mingħajr il-protezzjoni ta’ ftehim ta’ kunfidenzjalità, liema konsegwenza ma gietx imposta fuq terzi f’sitwazzjonijiet simili.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-att ikkontestat naqas milli jagħti r-raġunijiet peress li ma indikax, b’mod ċar u inekwivoku, ir-raġunament segwit mill-Aġenzija, b’tali mod li r-rikorrenti tkun taf ir-raġunijiet għall-miżura u l-qorti kompetenti twettaq l-istħarriġ tagħha.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li bl-adozzjoni tal-att ikkontestat il-konvenuta kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li dan l-att ma jimplimentax il-miżuri xierqa sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi mfittxija minnu u jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dawn jintlaħqu.

Barra minn hekk, huwa sostnut li l-miżuri li jirriżultaw mill-att ikkontestat ma jikkostitwixxux dawk l-inqas onerużi sabiex jintlaħqu l-għanijiet imfittxija minnu.


(1)  Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU 2012, L 167, p. 1, rettifika fil-ĠU 2017, L 280, p. 57).


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/61


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2021 – JS vs EDPS

(Kawża T-200/21)

(2021/C 217/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: JS (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-KEPD tat-18 ta’ Jannar 2021 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

tannulla wkoll, u sa fejn meħtieġ, id-deċiżjoni tal-KEPD tad-9 ta’ Marzu 2021 li tiċħad it-talba għal reviżjoni ta’ dik id-deċiżjoni inizjali;

tordna kumpens għad-dannu mġarrab;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed, li jallega ksur tal-Artikoli 4(1), 5, 19, 20 u 23 tar-Regolament Nru 2018/1725 (1), tal-prinċipji ta’ neċessità u proporzjonalità, u tal-Artikoli 8 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unj oni.


(1)  Regolament (UE) Nru 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU 2018, L 295, p. 39).


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/62


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2021 – Covington & Burling and Van Vooren vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/21)

(2021/C 217/78)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Covington & Burling (Saint-Josse-ten-Noode, il-Belġju) u Bart Van Vooren (Meise, il-Belġju) (rappreżentant: P. Diaz Gavier, lawyer)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Marzu 2021 li tirrifjuta li tagħti aċċess għad-dokumenti mitluba (1) taħt ir-Regolament dwar it-Trasparenza;

tordna lill-Kummissjoni sabiex tagħti aċċess immedjat għad-dokumenti mitluba; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż legali u spejjeż oħra sostnuti minn Covington f’din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni żbaljat meta bbażat ruħha fuq it-tieni inċiż tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar it-Trasparenza (2) sabiex tiġġustifika r-rifjut tagħha li tagħti aċċess għad-dokumenti mitluba.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li, anki fil-każ li t-tieni inċiż tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar it-Trasparenza, jew kwalunkwe motiv ieħor ta’ dan l-Artikolu 4 tiegħu, kien applikabbli, il-Kummissjoni naqset milli turi b’liema mod id-dokumenti mitluba kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni żbaljat meta bbażat ruħha fuq ir-Regolament dwar il-Komitoloġija (3) sabiex issostni r-rifjut tagħha li tagħti aċċess għad-dokumenti mitluba.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni żbaljat meta bbażat ruħha fuq ir-Regoli Standard ta’ Proċedura għall-Kumitati sabiex issostni r-rifjut tagħha.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipji ġenerali ta’ trasparenza u tippreġudika l-leġittimità demokratika tal-atti ta’ implimentazzjoni.


(1)  Nota editorjali: Id-dokumenti mitluba jikkonċernaw proċedura ta’ komitoloġija u, b’mod partikolari, dokumenti relatati mar-rekord tal-votazzjoni ta’ ċerti Stati Membri fir-rigward tal-abbozz tar-Regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-ispeċijiet botaniċi li fihom derivati tal-idrossiantraċen.

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(3)  Regolament (EU) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU 2011, L 55, p. 13).


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/63


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ April 2021 – Vita Zahnfabrik vs EUIPO – VIPI Produtos Odontológicos (VITABLOCS TriLuxe forte)

(Kawża T-202/21)

(2021/C 217/79)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Vita Zahnfabrik H. Rauter GmbH & Co. KG (Bad Säckingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Theis and F. Hauck, lawyers)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: VIPI Indústria, Comércio, Exportação E Importação De Produtos Odontológicos LTDA (Pirassununga, il-Brażil)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea tat-trade mark verbali VITABLOCS TriLuxe Forte – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea Nru 1 346 271

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 818/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tbiddel id-deċiżjoni kkontestata bil-mod li l-parti tal-oppożizzjoni kontra l-Unjoni Ewropea tar-reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 346 271 tiġi miċħuda fl-intier tagħha u li l-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem l-EUIPO huma imposti fuq il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 47(5) u tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/64


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2021 – IN.PRO.DI vs EUIPO – Aiello (CAPRI)

(Kawża T-203/21)

(2021/C 217/80)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: IN.PRO.DI – Inghirami produzione distribuzione SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentant: V. Piccarreta, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Antonino Aiello (Napoli, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “CAPRI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 768 197

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 49/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement, billi tirriforma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-12 ta’ Novembru 2019, tiddikjara li l-oppożizzjoni kontra l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Ewropea Nru 13 768 197 hija kompletament miċħuda, u l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni aċċettata fl-intier tagħha,

tikkundanna lil A. Aiello għall-ispejjeż sostnuti fl-istanzi kollha tal-qorti.

Motiv invokat

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/64


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2021 – Stryker vs EUIPO (RUGGED)

(Kawża T-204/21)

(2021/C 217/81)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Stryker Corp. (Kalamazoo, Michigan, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: I. Fowler, I. Junkar u B. Worbes, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark vebali li tindika l-Unjoni “RUGGED”

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Jannar 2021 fil-Każ R 370/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 71(1) moqri flimkien mal-Artikolu 67 tar-Regolament (UE)2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u nuqqas ta’ kompetenza billi qabeż il-limiti tal-poter tiegħu;

Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u dikjarazzjoni żbaljata li l-provi prodotti fir-rigward tal-karattru distintiv miksub ma humiex suffiċjenti;

Ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill minħabba l-assenza ta’ motivazzjoni fid-deċiżjoni tiegħu.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/65


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ April 2021 – Kewazo vs EUIPO (Liftbot)

(Kawża T-205/21)

(2021/C 217/82)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Kewazo GmbH (Garching, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Baronikians, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Liftbot” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 191 963

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 1160/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-EUIPO tal-15 ta’ Settembru 2020;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/66


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ April 2021 – Kalita u Haas vs EUIPO – Kitzbühel Tourismus (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ annimali)

(Kawża T-206/21)

(2021/C 217/83)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Oliver Kalita (Jochberg, l-Awstrija) u Christian Haas (Kitzbühel, l-Awstrija) (rappreżentant: G. Donath, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kitzbühel Tourismus, Körperschaft des öffentlichen Rechts (Kitzbühel, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ annimali) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 997 789

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 863/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament

timmodifika d-deċiżjoni kkontestata b’mod li l-appell jiġi miċħud fl-intier tiegħu u d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-EUIPO tas-6 ta’ April 2020 tiġi kkonfermata;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-konvenut u/jew lill-parti kkonċernata, bħala parti intervenjenti kkwalifikata, għall-ispejjeż kollha tal-proċedura.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/67


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ April 2021 – Ignacio Carrasco vs EUIPO – Santos Carrasco Manzano (La Hoja del Carrasco)

(Kawża T-209/21)

(2021/C 217/84)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ignacio Carrasco SL (Guijuelo, Spanja) (rappreżentant: J.L. Donoso Romero, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Santos Carrasco Manzano SA (Guijuelo, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva La Hoja del Carrasco – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 15 670 813

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 175/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward tad-dispożizzjonijiet kollha tagħha;

konsegwentement, tiċħad it-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Santos Carrasco Manzano SA għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 60(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/67


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ April 2021 – Groschopp vs EUIPO (Sustainability through Quality)

(Kawża T-212/21)

(2021/C 217/85)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Groschopp AG Drives & More (Viersen, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Schiffer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Sustainability through Quality – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 158 368

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 1076/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/68


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2021 – Ryanair u Malta Air vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-216/21)

(2021/C 217/86)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) u Malta Air ltd. (Pietà, Malta) (rappreżentanti: F-C. Laprévote, E. Vahida, V. Blanc, S. Rating u I. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tal-4 ta’ Mejju 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.57082 (2020/N) – France – COVID-19 – Cadre temporaire 107(3)(b) TFEU – Garantie et prêt d’actionnaire au bénéfice d’Air France (1); u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Ir-rikorrenti jitolbu wkoll li l-azzjoni tagħhom tiġi deċiża taħt l-proċedura mħaffa li hemm riferiment għaliha fl-Artikolu 23a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta eskludiet b’mod ħażin lil KLM u Air France-KLM mill-portata tad-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta abbużat il-poteri tagħha u applikat b’mod ħażin l-Artikolu 107(3)(b) TFUE u l-qafas temporanju tiegħu, billi (i) iddeċidiet li l-għajnuna tindirizza disturbi gravi tal-ekonomija Franċiża; (ii) naqset milli tevalwa b’mod xieraq jekk il-benefiċjarju kienx f’diffikultajiet finanzjarji; (iii) iddeċidiet li s-self minn azzjonisti kien kompatibbli mal-qafas temporanju applikabbli dak iż-żmien u rrivedietu bħala miżura ta’ dejn minflok ta’ ekwità; u (iv) kisret l-obbligu tagħha li tiżen l-effetti benefiċjarji tal-għajnuna mal-effetti negattivi tagħha fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ u ż-żamma ta’ kompetizzjoni mhux distorta (jiġifieri, it-“test tal-ibbilanċjar”).

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni, il-provvista libera ta’ servizzi u l-istabbiliment liberu li kienu fil-bażi tal-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni sa mill-aħħar tas-snin tmenin (2). Il-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni ppermettiet it-tkattir ta’ linji tal-ajru low cost li huma verament pan-Ewropej. Madankollu, qiegħed jiġi argumentat li l-konvenuta injorat id-dannu kkawżat mill-kriżi COVID-19 lil tali linji tal-ajru low cost li huma pan-Ewropej u r-rwol tagħhom fil-konnettività bl-ajru ta’ Franza billi awtorizzat lil Franza tirriżerva għajnuna lil Air France. Ir-rikorrenti jargumentaw ukoll li l-Artikolu 107(3)(b) TFUE jipprovdi għal eċċezzjoni mill-projbizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat taħt l-Artikolu 107(1) TFUE, iżda ma jipprovdix għal eċċezzjoni mir-regoli u l-prinċipji l-oħrajn tat-TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta naqset milli tniehdi proċedura ta’ investigazzjoni formali minkejja diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni.


(1)  ĠU 2021, C 50, p. 3

(2)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi ta’ l-ajru fil-Komunità (Riformulazzjoni) (ĠU 2008, L 293, p. 3).


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 217/69


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2021 – Thomas Henry vs EUIPO (Spicy Ginger)

(Kawża T-220/21)

(2021/C 217/87)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Thomas Henry GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch, N. Willich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Spicy Ginger – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 093 014

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Frar 2021 fil-Każ R 435/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.