ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 215

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
7 ta' Ġunju 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 215/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9695 — LVMH/Tiffany) ( 1 )

1

2021/C 215/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10222 — CDPQ/Telefónica/FiBrasil JV) ( 1 )

2

2021/C 215/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10233 — Clearlake/TA Associates/Charlesbank/Ivanti) ( 1 )

3

2021/C 215/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10087 — Proximus/Nexus Infrastructure/JV) ( 1 )

4


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 215/05

Rata tal-kambju tal-euro — L-4 ta’ Ġunju 2021

5

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2021/C 215/06

Rapport Speċjali Nru 9/2021 — Id-diżinformazzjoni taffettwa lill-UE: qed tiġi indirizzata iżda mhux mitigata

6

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2021/C 215/07

Avviż tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Sejħa għall-offerti rigward it-tħaddim ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku ( 1 )

7


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 215/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10078 — Cargotec/Konecranes) ( 1 )

8

2021/C 215/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10165 — Astrazeneca/Alexion Pharmaceuticals) ( 1 )

10


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9695 — LVMH/Tiffany)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 215/01)

Fit 26 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9695. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10222 — CDPQ/Telefónica/FiBrasil JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 215/02)

Fit 22 ta’ April 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10222. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10233 — Clearlake/TA Associates/Charlesbank/Ivanti)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 215/03)

Fit 6 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10233. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10087 — Proximus/Nexus Infrastructure/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 215/04)

Fit 24 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10087. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-4 ta’ Ġunju 2021

(2021/C 215/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2117

JPY

Yen Ġappuniż

133,39

DKK

Krona Daniża

7,4368

GBP

Lira Sterlina

0,85690

SEK

Krona Żvediża

10,1050

CHF

Frank Żvizzeru

1,0951

ISK

Krona Iżlandiża

147,10

NOK

Krona Norveġiża

10,1560

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,451

HUF

Forint Ungeriż

346,56

PLN

Zloty Pollakk

4,4703

RON

Leu Rumen

4,9230

TRY

Lira Turka

10,5183

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5804

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4680

HKD

Dollaru ta’ Hong Kong

9,4000

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6936

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6094

KRW

Won tal-Korea t’Isfel

1 352,93

ZAR

Rand ta’ l-Afrika t’Isfel

16,5424

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7667

HRK

Kuna Kroata

7,5035

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 358,97

MYR

Ringgit Malażjan

5,0019

PHP

Peso Filippin

57,874

RUB

Rouble Russu

88,6904

THB

Baht Tajlandiż

37,866

BRL

Real Brażiljan

6,1874

MXN

Peso Messikan

24,4415

INR

Rupi Indjan

88,4602


(1)  Sors: rata tal-kambju ta’ referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Il-Qorti tal-Awdituri

7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/6


Rapport Speċjali Nru 9/2021

Id-diżinformazzjoni taffettwa lill-UE: qed tiġi indirizzata iżda mhux mitigata

(2021/C 215/06)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 9/2021 “Id-diżinformazzjoni taffettwa lill-UE: qed tiġi indirizzata iżda mhux mitigata” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mis-sit web tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/7


Avviż tal-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Sejħa għall-offerti rigward it-tħaddim ta’ servizzi tal-ajru skedati skont l-obbligi tas-servizz pubbliku

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 215/07)

Stat Membru

Franza

Rotot ikkonċernati

Strasburgu – Amsterdam

Strasburgu – Madrid

Strasburgu – Munich

Perjodu ta’ validità tal-kuntratt

Mid-9 ta’ April 2022 sat-8 ta’ April 2025

Skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet u tal-offerti

l-4 ta’ Awwissu 2021, qabel il-ħamsa ta’ wara nofsinhar, ħin ta’ Pariġi (Franza)

Indirizz minn fejn jista’ jinkiseb it-test tas-sejħa għall-offerti u kull informazzjoni u/jew dokumenti rilevanti b’rabta mas-sejħa għall-offerti u mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Direttorat Ġenerali għall-Avjazzjoni Ċivili – Direttorat għat-Trasport bl-Ajru

Subdirettorat għas-Servizzi tal-Ajru (SDS1)

50, rue Henry Farman

75 720 Paris CEDEX 15

FRANZA

Telefon +33 388594141

Faks +33 388594146

Posta elettronika: dsac-ne-osp-bf@aviation-civile.gouv.fr

Indirizz tal-profil tax-xerrej: https://www.marches-publics.gouv.fr/?page=entreprise.EntrepriseAdvancedSearch&AllCons&refConsultation=754634&orgAcronyme=d4t


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10078 — Cargotec/Konecranes)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 215/08)

1.   

Fit-28 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Cargotec Corporation (“Cargotec”, il-Finlandja),

Konecranes plc (iktar ’il quddiem “Konecranes”, il-Finlandja).

Cargotec tidħol f’amalgamazzjoni sħiħa fis-sens tal-Artikolu 3(1a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ma’ Konecranes.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ kuntratt.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Cargotec: toffri tagħmir u servizzi b’mod partikolari għall-immaniġġar tal-merkanzija fil-portijiet, fit-terminals, u għat-trasport bil-baħar u bit-triq. L-attivitajiet ewlenin ta’ Cargotec huma maqsuma fi (i) in-negozju ta’ Kalmar, li joffri tagħmir għall-immaniġġar tal-merkanzija u soluzzjonijiet awtomatizzati tat-terminals; (ii) Hiab, li joffri tagħmir għall-immaniġġar tat-tagħbija fit-triq; u (iii) MacGregor, li jipprovdi soluzzjonijiet u servizzi ta’ inġinerija għall-industrija marittima,

Konecranes: toffri tagħmir u servizzi b’mod partikolari għall-irfigħ u l-immaniġġar tal-merkanzija fit-tarzni, fil-portijiet u fit-terminals. L-attivitajiet ewlenin ta’ Konecranes huma maqsuma fi (i) in-negozju ta’ Port Solutions, li joffri tagħmir għall-immaniġġar tal-containers u t-teknoloġija ta’ awtomatizzazzjoni; (ii) Industrial Equipment, li joffri paranki, krejnijiet u soluzzjonijiet ta’ mmaniġġar ta’ materjal għall-industriji tal-manifattura u tal-ipproċessar.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10078 — Cargotec/Konecranes

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


7.6.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 215/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10165 — Astrazeneca/Alexion Pharmaceuticals)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 215/09)

1.   

Fil-31 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

AstraZeneca PLC (“AstraZeneca”, ir-Renju Unit); kif ukoll

Alexion Pharmaceuticals Inc. (“Alexion”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

AstraZeneca takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Alexion kollha kemm hi. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

AstraZeneca: kumpanija farmaċewtika globali involuta fl-iżvilupp u l-kummerċjalizzazzjoni tal-mediċini fl-oqsma ewlenin tat-terapija li ġejjin: (i) l-onkoloġija; (ii) kardjovaskulari, renali u metaboliżmu; u (iii) respiratorja u immunoloġija;

Alexion: kumpanija bijofarmaċewtika Amerikana li tiffoka fuq mard rari u ultrarari li għalih hemm ħtieġa medika għolja mhux issodisfata.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10165 — Astrazeneca/Alexion Pharmaceuticals

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).