|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 193/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9099 — Jin Jiang/Radisson) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2021/C 193/02 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 193/03 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal |
|
|
2021/C 193/04 |
||
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 193/05 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10204 — Total Produce/Dole Food Company) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2021/C 193/06 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10270 — SMO PSA/CDC/Swissterminal/Euro Rhein Ports JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 193/07 |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.9099 — Jin Jiang/Radisson)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 193/01)
Fit 31 ta’ Ottubru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9099. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
|
20.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/2 |
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta’ ABDOLLAHI Hamed, AL-NASSER, Abdelkarim Hussein Mohamed, AL YACOUB, Ibrahim Salih Mohammed, ARBABSIAR Manssor, BOUYERI, Mohammed, IZZ-AL-DIN, Hasan, MOHAMMED, Khalid Shaikh, SHAHLAI Abdul Reza, SHAKURI Ali Gholam, il-PARTIT KOMUNISTA TAL-FILIPPINI, inkluż l-Armata l-Ġdida tal-Poplu (NPA), il-FERGĦA MILITARI TAL-HEZBOLLAH, EJÉRCITO DE LIBERACIÓN NACIONAL (“Armata għal-Liberazzjoni Nazzjonali”), il-FRONT POPOLARI GĦAL-LIBERAZZJONI TAL-PALESTINA (PFLP), il-Kmand Ġenerali tal-FRONT POPOLARI GĦAL-LIBERAZZJONI TAL-PALESTINA u SENDERO LUMINOSO — “SL” (“Triq li Tiddi”), persuni u gruppi inklużi fil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għal Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ara l-Annessi għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/142 u għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/138)
(2021/C 193/02)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u tal-gruppi msemmija hawn fuq elenkati fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/142 (1) u fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/138 (2).
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001 (3) jipprevedi l-iffriżar tal-fondi, u tal-assi finanzjarji u r-riżorsi ekonomiċi l-oħrajn kollha li jappartjenu lill-persuni u l-gruppi kkonċernati u li l-ebda fond, u ass finanzjarju u riżors ekonomiku ieħor ma jista’ jsir disponibbli għalihom, kemm direttament kif ukoll indirettament.
Il-Kunsill ingħata tagħrif ġdid rilevanti għall-elenkar tal-persuni u l-gruppi msemmijin hawn fuq. Wara li kkunsidra din l-informazzjoni l-ġdida, il-Kunsill biħsiebu jemenda d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet kif meħtieġ.
Il-persuni u l-gruppi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba biex jiksbu d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsubin għaliex inżammu fuq il-lista msemmija hawn fuq fl-indirizz li ġej:
|
Council of the European Union (Attn: COMET designations) |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika:sanctions@consilium.europa.eu
Tali talba għandha tiġi ppreżentata sas-27 ta’ Mejju 2021.
Il-persuni u l-gruppi jistgħu fi kwalunkwe ħin jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni ta’ appoġġ, li d-deċiżjoni biex jiġu inklużi u jinżammu fuq il-lista tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz ipprovdut hawn fuq. Tali talbiet ikunu kkunsidrati meta jiġu riċevuti. F’dan ir-rigward, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-gruppi kkonċernati għar-reviżjoni regolari tal-lista mill-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 1(6) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (4).
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-gruppi kkonċernati għall-possibbiltà li jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif elenkati fl-Anness għar-Regolament sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet essenzjali jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 5(2) ta’ dak ir-Regolament.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-19 ta' Mejju 2021
(2021/C 193/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2212 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
133,30 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4360 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86233 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,1633 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1008 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
149,90 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,1058 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,445 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
350,85 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5188 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9278 |
|
TRY |
Lira Turka |
10,2910 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5765 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4747 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,4819 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6981 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6265 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 379,90 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
17,1447 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8594 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5100 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 552,00 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
5,0533 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,431 |
|
RUB |
Rouble Russu |
90,0135 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
38,388 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,4520 |
|
MXN |
Peso Messikan |
24,2954 |
|
INR |
Rupi Indjan |
89,3290 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal
|
20.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/5 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI
(2021/C 193/04)
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:
EPSO/AD/392/21 — AMMINISTRATURI (AD 7) FIL-QASAM TAS-SAĦĦA U S-SIKUREZZA ALIMENTARI
|
1. |
It-tfassil tal-politika u t-tfassil tal-liġijiet fil-qasam tas-saħħa |
|
2. |
It-tfassil tal-politika u t-tfassil tal-liġijiet fil-qasam tas-sikurezza alimentari |
|
3. |
Awditjar, spezzjoni u evalwazzjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sikurezza alimentari |
L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 193 A tal-20 ta’ Mejju 2021.
Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-EPSO: https://epso.europa.eu/
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10204 — Total Produce/Dole Food Company)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 193/05)
1.
Fl-10 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Total Produce plc (“Total Produce”, ir-Repubblika tal-Irlanda) |
|
— |
DFC Holdings LLC (“DFC Holdings”, l-Istati Uniti tal-Amerka) |
Total Produce tidħol f’amalgamazzjoni sħiħa, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, ma’ DFC Holdings u s-sussidjarja proprjetà kollha tagħha, Dole Food Company Inc (“Dole Food Company”). DFC Holdings u Dole Food Company flimkien jissejħu “Dole”).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Total Produce: l-importazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ frott u ħaxix frisk, inklużi l-banana u l-ananas. Total Produce tħaddem ukoll ċentri ta’ maturazzjoni tal-banana u hija attiva madwar id-dinja, b’enfasi fuq l-Ewropa. |
|
— |
Dole: il-produzzjoni, il-bejgħ u d-distribuzzjoni ta’ frott u ħaxix frisk, inklużi l-banana u l-ananas, fl-Amerka ta’ Fuq, fl-Ewropa, fl-Amerka Latina, fl-Afrika t’Isfel u f’Dubai, b’enfasi ewlenija fuq l-Amerka ta’ Fuq. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10204 —Total Produce/Dole Food Company
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
20.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10270 — SMO PSA/CDC/Swissterminal/Euro Rhein Ports JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 193/06)
1.
Fil-11 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Syndicat Mixte pour la Gestion des Ports du Sud Alsace (“SMO PSA”, Franza), |
|
— |
Caisse des dépôts et consignations (“CDC”, Franza), |
|
— |
Swissterminal AG (“Swissterminal”, l-Isvizzera), |
|
— |
Ports ta’ Huningue-Village-Neuf, ta’ Ottmarsheim u ta’ Ile Napoléon (“Ports de Mulhouse-Rhin”, Franza). |
SMO PSA, CDC u Swissterminal jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Ports de Mulhouse-Rhin permezz ta’ impriża bi sħab (joint venture, JV) ġdida magħrufa bħala Euro Rhein Ports, Franza.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
SMO PSA: stabbiliment pubbliku li jiġbor flimkien l-awtoritajiet lokali Franċiżi u l-entitajiet pubbliċi b’awtorità fuq Ports de Mulhouse-Rhin, |
|
— |
CDC: stabbiliment pubbliku ta’ status speċjali Franċiż attiv f’attivitajiet ta’ servizz pubbliku u ta’ negozju fis-suq miftuħ b’appoġġ għall-interess ġenerali u l-iżvilupp ekonomiku ta’ Franza, |
|
— |
Swissterminal: fornitur ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-containers u servizzi tal-merkanzija minn terminals li jinsabu fiż-żona ta’ Basel u Zürich, l-Isvizzera, |
|
— |
Euro Rhein Ports: it-tħaddim tal-Ports de Mulhouse-Rhin permezz ta’ delegazzjoni ta’ 30 sena minn SMO PSA. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10270 — SMO PSA/CDC/Swissterminal/Euro Rhein Ports JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 193/10 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, li mhijiex minuri, fi Speċifikazzjoni ta’ Prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2021/C 193/07)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET PROTETTI TAL-ORIĠINI/INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI
Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012
“Marrone di Castel del Rio”
Nru tal-UE: PGI-IT-1523-AM01 - 22 ta’ Jannar 2020
DOP ( ) IĠP (X)
1. Grupp applikant u interess leġittimu
Consorzio Castanicoltori di Castel del Rio [Konsorzju tal-Produtturi tal-Qastan ta’ Castel del Rio]
Ibbażat fil-muniċipalità ta’ Castel del Rio:
Via Montanara 1, 40022 Castel del Rio, Bolonja
Il-Konsorzju tal-Produtturi tal-Qastan ta’ Castel del Rio huwa intitolat li jressaq applikazzjoni għal emenda f’konformità mal-Artikolu 13(1) tad-Digriet Nru 12511 tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, tal-Ikel u tal-Forestrija tal-14 ta’ Ottubru 2013.
2. Stat membru jew pajjiż terz
L-Italja
3. Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i
|
☐ |
Isem il-prodott |
|
☒ |
Deskrizzjoni tal-prodott |
|
☒ |
Żona ġeografika |
|
☒ |
Prova tal-oriġini |
|
☒ |
Metodu ta’ produzzjoni |
|
☒ |
Rabta |
|
☒ |
Tikkettar |
|
☒ |
Oħrajn [kontroll] |
|
☐ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DPO jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. |
|
☒ |
Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DPO jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie rreġistrat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) u li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 |
4. Emenda/i
Deskrizzjoni tal-prodott
L-Artikolu 6 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali:
Meta jitqiegħed fis-suq, il-“Marrone di Castel del Rio” jrid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
ma jkollu qatt aktar minn tliet qastniet f’kull ħliefa (jew miżwed imxewwek); |
|
— |
ikun ta’ daqs medju sa kbir (normalment mhux aktar minn 90 qastna f’kull kilogramma); |
|
— |
fil-biċċa l-kbira b’forma ellissojdali, b’ponta ta’ fuq li ma tantx tkun prominenti u tkun xi ftit muswafa, u fit-tarf ikollha residwu tal-ponta tal-miżwed (it-“troffa”). Il-ponta muswafa tipika ta’ din l-ispeċi għandha t-tendenza li tkun ċatta fuq naħa minnhom u ġejja għat-tond fuq in-naħa l-oħra. Il-ħilum (ċikatriċi taż-żerriegħa) ikun ċarament kwadrangulari u jkun żgħir biżżejjed li ma jibqax nieżel mal-ġnub tal-qastna, li ġeneralment ikunu ċatti; |
|
— |
qoxra rqiqa, ta’ kulur kannella ħamrani li mat-tul tal-qastna jkollha bejn 25 u 30 vina mqabbża aktar skura, u li titqaxxar faċilment mir-rita, li tkun ta’ kulur beige skur u li rarament tidħol fl-ixquq ewlenin tal-qalba; |
|
— |
qalba – normalment waħda għal kull qastna – b’laħma bajda li tqarmeċ, b’togħma pjaċevoli u ħelwa, u b’wiċċ kważi mingħajr xquq. |
ġie rivedut u amalgamat mal-Artikolu 2, li issa jinqara kif ġej:
Il-“Marrone di Castel del Rio” IĠP huwa prodott mill-imsaġar tal-qastan tal-ispeċi Castanea sativa Mill. – il-qastna Ewropea jew il-qastna ħelwa – irrappreżentata mit-tliet bijotipi li ġejjin, magħrufin uffiċjalment fl-Italja, għal skopijiet ta’ identifikazzjoni tal-varjetà, bħala Marrone domestico [“qastna domestika”], Marrone nostrano [“qastna lokali”] u Marrone di S. Michele [“qastna ta’ San Mikiel”].
Il-“Marrone domestico” huwa l-uniku bijotip li jista’ jintuża għal pjantaġġuni ġodda.
Il-“Marrone di Castel del Rio” irid ikollu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
(a) |
il-qastan maħsub għall-konsum dirett:
|
|
(b) |
il-qastan maħsub għall-użu bħala ingredjent fi prodotti komposti, ippreparati jew ipproċessati jrid ikollu l-istess karatteristiċi kummerċjali bħall-qastan maħsub għall-konsum dirett, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
Il-bidliet li saru huma dawn li ġejjin:
|
— |
Id-deskrizzjoni tal-karatteristiċi tal-prodott attwalment mogħtija fl-Artikolu 6 ġiet amalgamata mal-Artikolu 2. |
|
— |
Il-kliem “meta jitqiegħed fis-suq” tħassru minħabba li ma għadhomx rilevanti billi l-qastan qed jinqasam f’żewġ kategoriji skont l-użu maħsub tiegħu: (a) bejgħ dirett lill-konsumaturi; u (b) biex jintuża bħala ingredjent fi prodotti komposti, ippreparati jew ipproċessati. |
|
— |
Id-deskrizzjoni tal-qastan maħsub għall-bejgħ dirett lill-konsumaturi tjiebet billi tħassret il-kelma “normalment”, u għalhekk ir-referenza għall-għadd ta’ qastniet f’kull kilogramma issa hija oġġettiva u ma għadha soġġetta għal ebda diskrezzjoni. Barra minn hekk, l-għadd ta’ qastniet f’kull kilogramma żdied għal 110 minħabba l-fatt li d-daqs tal-prodott ċkien b’mod sinifikanti f’dawn l-aħħar snin bħala riżultat ta’ żieda fit-temperaturi medji flimkien ma’ bidliet fil-kwantità u fid-distribuzzjoni tax-xita. Il-qastan li ma jissodisfax ir-rekwiżiti tad-daqs stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwalment huwa eskluż, minkejja li mhuwiex inqas apprezzat mill-konsumaturi, minn dak li jissodisfa d-daqs miftiehem għall-“Marrone di Castel del Rio” IĠP u li (minbarra d-daqs) għandu l-istess karatteristiċi. |
|
— |
Il-karatteristiċi tal-qastan maħsub għall-ipproċessar huma deskritti fl-intestatura l-ġdida (b) qastan maħsub għall-użu bħala ingredjent fi prodotti komposti, ippreparati jew ipproċessati. Dawn il-karatteristiċi huma l-istess bħal dawk li japplikaw għall-qastan maħsub għall-konsum dirett, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
It-test emendat iddaħħal fil-punt 3.2 tad-Dokument Uniku.
Żona ġeografika
Saru l-bidliet li ġejjin fl-Artikolu 3:
|
a) |
Ġie kkoreġut żball fejn l-isem tal-post “Tossignano” kien miktub ħażin bħala “Tassignano”. It-test emendat iddaħħal fil-punt 4 tad-Dokument Uniku. |
|
b) |
Sabiex jiġu raggruppati flimkien ir-regoli dwar fejn iseħħu l-istadji differenti tal-proċess, is-silta li ġejja tressqet mill-Artikolu 4 għall-Artikolu 3. Dan irriżulta f’test li jinqara aktar faċilment iżda mingħajr ma sar tibdil fil-kontenut: |
Is-selezzjoni, it-tqassim skont id-daqs u l-“preservazzjoni” tal-qastan f’ilma kiesaħ u/jew jaħraq, skont it-tradizzjoni lokali, jenħtieġ li jsiru fil-muniċipalitajiet ta’ Castel del Rio, Fontanelice, Casalfiumanese u Borgo Tossignano. Madankollu, filwaqt li jitqiesu t-tradizzjonijiet lokali stabbiliti, dawn il-proċessi jistgħu jsiru wkoll fil-muniċipalità kollha ta’ Imola.
Prova tal-oriġini
L-Artikolu 5 tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott:
|
|
L-awtoritajiet reġjonali tal-Emilia-Romagna huma responsabbli biex jivverifikaw li l-kundizzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Artikolu 4 ġew issodisfati. |
|
|
Il-korpi tekniċi mill-awtoritajiet reġjonali tal-Emilia-Romagna huma meħtieġa jivverifikaw, billi jwettqu l-ispezzjonijiet meħtieġa, li l-imsaġar tal-qastan huma xierqa, b’referenza speċifika għaż-żona kkonċernata, jivverifikaw ir-referenzi tar-reġistru tal-art, il-varjetà eżatta li titkabbar, l-għadd ta’ siġar li jintużaw għall-produzzjoni, u l-informazzjoni utli l-oħra kollha biex jiġi żgurat l-użu korrett tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Marrone di Castel del Rio”. |
|
|
L-imsaġar tal-qastan li huma xierqa għall-produzzjoni tal-“Marrone di Castel del Rio” jridu jiġu elenkati f’reġistru speċjali li jinżamm, jiġi aġġornat u ppubblikat mill-Kamra tal-Kummerċ, l-Industrija, l-Artiġjanat u l-Agrikoltura ta’ Bolonja. |
|
|
Trid tiġi ddepożitata kopja ta’ dan ir-reġistru mal-awtoritajiet muniċipali kollha koperti miż-żona tal-produzzjoni. |
ġie sostitwit b’dan li ġej:
|
|
Kull stadju fil-proċess tal-produzzjoni jiġi mmonitorjat billi jiġi ddokumentat kull element li jiddaħħal u kull prodott li joħroġ. Dan, flimkien mal-kompilazzjoni ta’ reġistri speċifiċi, ġestiti mill-korp ta’ kontroll, li jelenkaw ir-referenzi tal-irqajja’ li fuqhom jitkabbar il-prodott u li fihom jinsabu l-produtturi u l-imballaturi, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tal-kwantitajiet prodotti magħmula lill-korp ta’ spezzjoni, jiżgura t-traċċabbiltà tal-prodott. |
|
|
L-individwi u l-entitajiet legali kollha elenkati fir-reġistri rilevanti huma soġġetti għal verifiki mill-korp ta’ kontroll f’konformità mal-leġiżlazzjoni attwali, l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u l-pjan ta’ kontroll korrispondenti. |
|
|
Dan l-Artikolu ġie armonizzat mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Il-kontrolli dwar il-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Produzzjoni fil-fatt mhumiex ivverifikati mill-awtoritajiet reġjonali iżda minn korp ta’ kontroll maħtur mill-Ministeru. |
Metodu ta’ produzzjoni
Is-sentenza li ġejja mill-Artikolu 4:
|
|
Huma pprojbiti l-prattiki kollha ta’ tħaffif tal-iżvilupp jew tal-maturità tal-għelejjel b’mod artifiċjali, inkluż l-użu ta’ fertilizzanti sintetiċi u ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti matul il-proċess tal-produzzjoni. |
|
|
ġiet emendata kif ġej: |
|
|
L-użu ta’ fertilizzanti sintetiċi u ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti matul il-proċess tal-produzzjoni huwa pprojbit. |
|
|
Sabiex jiġi żgurat li r-regola dwar il-prattiki ta’ kultivazzjoni pprojbiti tkun oġġettiva, ir-referenza ġenerika għall-prattiki ta’ “tħaffif tal-iżvilupp jew tal-maturità tal-għelejjel b’mod artifiċjali” tħassret, peress li din l-espressjoni hija miftuħa għal interpretazzjonijiet differenti. Il-prattiki pprojbiti huma ċċarati sew billi qiegħed jiġi ddikjarat li “l-użu ta’ fertilizzanti sintetiċi u ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti matul il-proċess tal-produzzjoni” mhuwiex permess. |
Is-sentenza li ġejja mill-Artikolu 4:
|
|
Ir-rendiment massimu permissibbli tal-“Marrone di Castel del Rio” huwa ta’ 1,5 tunnellata ta’ qastan għal kull ettaru. |
ġiet emendata kif ġej:
|
|
Ir-rendiment massimu permissibbli tal-“Marrone di Castel del Rio” huwa ta’ 2,5 tunnellati ta’ qastan għal kull ettaru. |
L-informazzjoni relatata mar-rendiment massimu nbidlet, u żdiedet minn 1,5 għal 2,5 tunnellati għal kull ettaru, peress li:
|
— |
il-limitu speċifikat bħalissa huwa biżżejjed għal siġar li jinsabu fl-altitudnijiet aktar għoljin fiż-żona tal-produzzjoni, iżda ntwera li huwa baxx wisq għas-siġar imħawla fl-altitudnijiet aktar baxxi, li jibbenefikaw minn kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi aħjar, u li b’hekk ikunu kapaċi jipproduċu rendimenti ogħla (jekk mhux kull sena, mill-inqas fi snin ta’ kultivazzjoni qawwija); |
|
— |
il-limitu attwali ma jikkunsidrax ir-riżultati pożittivi li nkisbu mill-irkupru u mill-kura tal-imsaġar tal-qastan li l-potenzjal tagħhom ma kienx qed jiġi sfruttat bis-sħiħ fl-imgħoddi; |
|
— |
l-emenda għall-Artikolu 2 u l-prospett konsegwenti li jiġu introdotti lottijiet ta’ prodotti li bħalissa huma esklużi (preċiżament minħabba li ma jissodisfawx ir-rekwiżit tad-daqs minimu) fil-katina tal-provvista jfisser ukoll li dan il-punt jeħtieġ li jiġi aġġornat, filwaqt li jitqiesu l-kwantitajiet il-ġodda li se jidħlu fil-katina tal-provvista u għalhekk jikkontribwixxu għal żieda fir-rendimenti. |
Tħassar it-test li ġej mill-Artikolu 4:
|
|
F’dan il-limitu, filwaqt li jitqiesu x-xejriet staġjonali u l-kundizzjonijiet ambjentali tal-kultivazzjoni, kull sena l-awtoritajiet reġjonali tal-Emilia-Romagna jistabbilixxu rendiment unitarju medju għall-“Marrone di Castel del Rio”, kif ukoll id-data li fiha jrid jibda l-ħsad tal-qastan, wara li jikkonsultaw mal-organizzazzjonijiet, mal-korpi u mal-istituti professjonali fis-settur. |
|
|
Din l-emenda tikkonsisti mit-tneħħija ta’ dispożizzjoni li ma tagħmilx parti mill-kontenut li jenħtieġ li jkun kopert minn Speċifikazzjoni ta’ Prodott. |
Rabta
Saru xi bidliet purament editorjali fid-deskrizzjoni tar-rabta, u din tjiebet billi żdiedu referenzi speċifiċi li juru r-reputazzjoni attwali tal-prodott, iżda mingħajr ma nbidel il-kontenut tar-rabta nnifisha. Dawn il-bidliet jikkonsistu miż-żieda tas-silta li ġejja mal-punt 5 tad-Dokument Uniku, li mill-bqija tiegħu jibqa’ l-istess:
Ir-reputazzjoni li għandu l-“Marrone di Castel del Rio”, li ġiet ikkonsolidata gradwalment matul l-aħħar ftit deċennji tas-seklu 20 u fis-seklu 21, tista’ tiġi osservata minn kemm jissemma’ ta’ spiss f’diversi tipi ta’ pubblikazzjonijiet dwar ir-rotot għall-iskoperta tal-ikel u l-inbejjed li qed jiġu żviluppati fiż-żoni ta’ produzzjoni. Pereżempju, huwa miktub li “Castel del Rio huwa magħruf għall-qastan li ssemma għalih, iċċelebrat b’festival organizzat kull Ottubru” (test ikkwotat minn fuljetti ppubblikati mill-Assoċjazzjoni “Strada dei Vini e dei Sapori – Colli d’Imola” [“Ir-Rotta għall-Inbejjed u t-Togħmiet – Colli d’Imola”]), li matulu l-prodott jitqies bħala “teżor prezzjuż” għall-belt (test ikkwotat minn “Sapori e valori – Emilia Romagna” [“Togħmiet u Valuri – Emilia-Romagna”], ippubblikat mis-Servizz għall-Promozzjoni tal-Prodotti fid-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Emilia-Romagna, 2008). Il-qastan jissejjaħ ukoll “ikel fin” li “jiffjorixxi fl-ambjent ideali ta’ Castel del Rio” (minn ktejjeb bit-titolu “I sapori dell’Emilia Romagna si esaltano in autunno” [“It-togħmiet tal-Emilia-Romagna jilħqu l-quċċata fil-ħarifa”]). Skont pubblikazzjoni oħra, “it-tmiem tal-ħsad tal-qastan f’Castel del Rio huwa mmarkat kull sena b’suq tradizzjonali tal-qastan, b’wirjiet, b’konferenzi tekniċi, b’lectures u b’eskursjonijiet organizzati tul ir-‘rotta tal-qastan’ ta’ natura edukattiva u lejn l-imsaġar tal-qastan”. L-istess pubblikazzjoni mbagħad tkompli tgħid li “wieħed jista’ jduq l-ispeċjalitajiet lokali magħmula bil-‘Marrone di Castel del Rio’ mid-diversi stands tal-ikel u fir-ristoranti u t-trattoriji lokali” (“Qualiguida – Itinerario ristoranti DOP” [“Qualiguida – Itinerarju għar-ristoranti DOP”], 2011). Il-“Marrone di Castel del Rio” huwa wkoll parti minn “itinerarju pjaċevoli li jeżibixxi ħafna prodotti tipiċi” deskritt fil-pubblikazzjoni “Agriturismo e dintorni 2014-2015” [“Stabbilimenti tal-agrituriżmu u l-inħawi fejn jinsabu, 2014-2015”], tal-Aġenzija Territorjali għas-Sostenibbiltà tal-Ikel, tal-Ambjent Agrikolu u tal-Enerġija, 2014, li jisħaq ukoll fuq l-importanza tal-qastan għal Castel del Rio, billi jispjega li l-prodott lokali per eċċellenza huwa l-“Marrone di Castel del Rio”, li jista’ jintgħaraf minn varjetajiet aktar komuni ta’ qastan mid-daqs tiegħu u mit-togħma aktar ħelwa u mill-aroma tfuħ tiegħu [...] Parti mill-Palazzo Alidosi saħansitra tospita mużew iddedikat għall-qastan (Museo del Castagno). F’Ottubru ta’ kull sena jiġi organizzat festival tal-qastan, “La Sagra del Marrone”, (“Viaggi golosi in Emilia Romagna – Guida ai tesori enogastronomici” [“Vjaġġi li jiftħulek l-aptit fl-Emilia Romagna – Gwida għall-aqwa ikel li għandu x’joffri r-reġjun] l-Aġenzija għat-Turiżmu tal-Emilia-Romagna, 2010). Il-mużew jissemma’ f’pubblikazzjonijiet oħrajn ukoll: “parti mill-Palazzo Alidosi f’Castel del Rio – ‘il-belt tal-qastan’ – tospita mużew iddedikat għal dan il-qastan prezzjuż”, inkluż il-qastan delizzjuż “Marrone di Castel del Rio” (“Musei del Gusto dell’Emilia-Romagna – Un viaggio tra storia, testimonianze e curiosità” [“Il-Mużewijiet tal-Aqwa Ikel tal-Emilia-Romagna – vjaġġ fiż-żminijiet, xhieda lokali u informazzjoni interessanti oħra”], id-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Emilia Romagna). Tabilħaqq hemm miktub li “l-istorja ta’ Castel del Rio hija marbuta ma’ dak tal-qastan” (“Agricoltura” [“Agrikoltura”], suppliment ta’ Ġunju 2017, Dipartiment tal-Agrikoltura, il-Kaċċa u s-Sajd tal-Emilia-Romagna, 2017). Dan huwa kkonfermat minn studju affaxxinanti, li skontu “mijiet ta’ varjetajiet ta’ qastan jiffjorixxu jew ilhom jeżistu żmien twil fl-Italja; u hemm grupp partikolari ta’ kultivari, magħruf bħala ‘marroni’, li jirrappreżenta b’mod definittiv l-aħjar produzzjoni domestika u Ewropea – u dan huwa ċertament [...] il-‘Marrone di Castel del Rio’ mill-Emilia-Romagna” (“Il castagneto, risorsa paesaggistica ed economica delle aree rurali” [“L-imsaġar tal-qastan, riżorsa kemm għall-pajsaġġ kif ukoll għall-ekonomija taż-żoni rurali”], GAL Antola & Penna Leader s.r.l., 2001). Fl-aħħar nett, il-prodott huwa msemmi fl-aktar enċiklopediji awtorevoli tal-inbejjed u tal-ikel, fejn l-entrata għall-“marrone” tirreferi għar-reputazzjoni tal-qastan “Marrone di Castel del Rio” (l-enċiklopedija kulinari “Cucina Garzanti” mill-ġabra Le Garzantine, 2010). Xi gwidi għandhom ukoll entrata speċifika għall-“Marrone di Castel del Rio” b’deskrizzjoni ta’ dan il-qastan (“Dizionario delle cucine regionali italiane” [“Dizzjunarju tal-gastronomija reġjonali Taljana”], Slow Food, 2008) u d-dikjarazzjoni li ilu “magħruf minn żminijiet antiki” (“La Cucina Italiana – Grande Dizionario Enciclopedico” [“Il-Gastronomija Taljana – Enċiklopedija Kompluta”], Corriere della Sera, 2008).
Tikkettar
|
1. |
L-Artikolu 8, li jinqara kif ġej:
|
ġiet emendata kif ġej:
|
|
Il-“Marrone di Castel del Rio” maħsub għall-konsum dirett irid jiġi kkummerċjalizzat f’kontenituri magħmula minn materjal xieraq approvat għall-ippakkjar ta’ oġġetti tal-ikel, u kull pakkett irid ikollu piż massimu ta’ 10 kg u fuqu jrid ikun hemm il-logo tal-IĠP kif deskritt hawn taħt. |
|
|
Sabiex jiġi speċifikat li r-regoli dwar kif għandu jiġi kkummerċjalizzat il-“Marrone di Castel del Rio” jikkonċernaw biss il-qastan li jinbiegħ direttament lill-konsumatur aħħari, din l-emenda żżid il-kliem “maħsub għall-konsum dirett”. |
|
|
Ir-referenza għal “boroż” magħmula minn “drapp” ġiet sostitwita b’“kontenituri” u b’“materjal”, sabiex ikun possibbli li jintużaw innovazzjonijiet teknoloġiċi li permezz tagħhom jista’ jkun hemm formati u materjali ġodda li ma jistgħux jiġu deskritti bħala “boroż” jew “drapp”, rispettivament, u dan jippermetti lill-operaturi jippreżentaw il-prodott b’mod modern u li jiġbed l-għajn b’tali mod li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti funzjonali u estetiċi tal-konsumaturi. |
|
|
Ġie miżjud il-kliem “approvat għall-ippakkjar ta’ oġġetti tal-ikel” wara “xieraq” biex dan ir-rekwiżit isir aktar speċifiku. |
|
|
Il-kliem “li jiżen 1, 2, 5 jew 10 kg” ġew sostitwiti bil-kliem “b’piż massimu ta’ 10 kg” sabiex: jitneħħa r-rekwiżit li l-prodott jinbiegħ biss f’pakketti ta’ piż stabbilit minn qabel b’mod strett. |
|
|
Din ir-restrizzjoni ma kinitx qed tippermetti lill-produtturi jissodisfaw il-ħtiġijiet dejjem jinbidlu tas-suq: f’dawn l-aħħar snin, qed jidher ċar li t-tendenza tad-domanda turi preferenza għal pakketti iżgħar mill-minimu attwalment stabbilit (1 kg), u spiss preferenza għal piżijiet li jaqgħu bejn il-kategoriji li huma permessi bħalissa. |
|
|
Il-kliem “u li jkollhom fuqhom” ġew sostitwiti bi “li jkollhom fuqhom” għal raġunijiet lingwistiċi. |
|
|
Il-kliem “li jikkonsisti mill-pont Alidosi stampat bl-aħdar fuq sfond abjad, li jaqbel mal-logo li jidher fl-Anness 1 ta’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott” jirreferi għal immaġni li mhijiex inkluża fit-test u li l-karatteristiċi grafiċi tagħha mhumiex deskritti. Għalhekk, dan it-test ġie sostitwit bil-kliem “deskritt hawn taħt”, li jirreferi għal deskrizzjoni analitika dettaljata tal-kompożizzjoni grafika tal-logo previst fl-istess Artikolu. |
|
|
It-test emendat iddaħħal fil-punt 3.6 tad-Dokument Uniku. |
|
|
Peress li l-modi li bihom jistgħu jiġu emendati l-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott huma stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012, tħassret id-dispożizzjoni li ġejja: L-awtoritajiet reġjonali tal-Emilia-Romagna jistgħu, permezz ta’ digriet u f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-piżijiet u l-miżuri, jawtorizzaw l-imballaġġ ta’ piżijiet differenti minn dawk stabbiliti f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. |
Iddaħħlet is-silta li ġejja:
|
|
Il-“Marrone di Castel del Rio” għall-użu bħala ingredjent fi prodotti komposti, ippreparati jew ipproċessati, irid jinbiegħ f’kontenituri ta’ kwalunkwe kapaċità ta’ piż u li jkunu magħmula minn materjal xieraq approvat għall-ippakkjar ta’ oġġetti tal-ikel, li jkollhom logo tal-IĠP kif deskritt hawn taħt. |
|
|
Din is-silta ddaħħlet biex tipprovdi deskrizzjoni speċifika tal-kontenituri li għandhom jintużaw għall-imballaġġ tal-qastan li jkun se jintuża bħala ingredjent fi prodotti komposti, ippreparati jew ipproċessati. |
|
|
Għal raġunijiet ta’ loġistika u ta’ prattiċità, ma jkunx xieraq u, fuq kollox, mhux raġonevoli li din il-kategorija ta’ prodott tkun soġġetta għall-istess regoli dwar l-imballaġġ tal-prodott bħall-qastan maħsub għall-konsum dirett. Dan it-test iddaħħal fil-punt 3.6 tad-Dokument Uniku. |
It-taqsima li ġejja:
|
|
Il-kliem “Marrone di Castel del Rio” u “Indicazione Geografica Protetta” [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] jridu jidhru fuq l-imballaġġ b’karattri ta’daqs uniformi. L-imballaġġ irid jipprovdi wkoll id-dettalji ta’: |
|
|
l-isem u l-indirizz tal-imballatur (tal-kumpanija); |
|
|
is-sena tal-produzzjoni tal-qastan li jkun fil-pakkett; |
|
|
il-piż gross fil-punt tal-oriġini. |
ġiet emendata kif ġej:
|
|
Il-kliem “Marrone di Castel del Rio” u “Indicazione Geografica Protetta” [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] jew l-akronimu “IGP” [IĠP] iridu jidhru fuq l-imballaġġ b’karattri ta’daqs uniformi, kif ukoll bid-dettalji tal-isem u l-indirizz tal-imballatur (tal-kumpanija). |
L-emendi li saru jikkonsistu milli:
|
— |
jiddaħħal il-kliem “jew l-akronimu ‘IGP’” sabiex ir-regoli jiġu addattati għall-Artikolu 12(3) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li jipprevedi din l-għażla; |
|
— |
jitneħħa r-rekwiżit li jiġu ddikjarati s-sena tal-produzzjoni tal-qastan li jinsab fil-pakkett, il-piż gross fil-punt tal-oriġini u l-indikazzjoni “prodott fl-Italja”, għal-lottijiet maħsuba għall-esportazzjoni, peress li l-operaturi fis-settur diġà huma mitluba jikkonformaw kemm mar-regoli ġenerali dwar it-tikkettar tal-prodotti agroalimentari kif ukoll ma’ dawk li jirregolaw speċifikament it-tikkettar tal-frott u l-ħxejjex (b’mod partikolari, ir-Regolament (UE) Nru 543/2011); |
It-test emendat iddaħħal fil-punt 3.6 tad-Dokument Uniku.
Iddaħħlet l-immaġni li ġejja tal-logo tal-IĠP, flimkien mat-test ta’ hawn taħt, li jiddeskrivi l-karatteristiċi grafiċi tal-logo assoċjat mal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Marrone di Castel del Rio”:
Il-logo tal-IĠP “Marrone di Castel del Rio” (li jidher hawn taħt) huwa rettangolu (orjentazzjoni orrizzontali) bi proporzjon ta’ 1:2 (n-naħa l-qasira mqabbla man-naħa t-twila), imdawwar bi gwarniċ AĦDAR (C 100 % - M 0 % - Y 70 % - K 0 %) b’kantunieri ġejjin għat-tond fuq sfond ABJAD. Rappreżentazzjoni stilizzata tal-pont emblematiku ta’ Ponte Alidosi tidher bil-kulur AĦDAR (C 100 % - M 0 % - Y 70 % - K 0 %) f’dan il-gwarniċ, u l-kliem “MARRONE DI CASTEL DEL RIO” (bit-tipa grassa Agenda, b’ittri kapitali, bi spazju bejn il-karattri ta’ +10 , bi skala orizzontali ta’ 98 % u bi ħxuna ta’ 0,25 pt) jidhru bil-kulur AĦDAR (C 100 % - M 0 % - Y 70 % - K 0 %) fl-immaġni tal-pont, imqiegħda eżattament taħt il-linja ta’ fuq u tul il-kontorn karatteristiku tiegħu ta’ pont forma ta’ arkata. Taħt il-linja li turi l-arkata taħt il-pont, fiċ-ċentru tal-ispazju, tidher rappreżentazzjoni stilizzata ta’ qastna bil-kulur KANNELLA (C 1 % - M 69 % - Y 100 % - K 43 %), li taħtha hemm linja ĦADRA (C 100 % - M 0 % - Y 70 % - K 0 %), ġejja ftit għat-tond f’kull tarf, li tirrappreżenta l-ilma li għaddej. Taħt din il-linja, pożizzjonata ċentralment u parallela mal-qiegħ tar-rettangolu, jinsabu l-kliem “Indicazione Geografica Protetta” [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] (b’tipa regolari Leelawadee, bl-inizjali “I”, “G” u “P” miktuba b’ittri kapitali, bi spazju tal-karattri +20 u bi ħxuna ta’ 0,25 pt) b’kulur KANNELLA (C 1 % - M 69 % - Y 100 % - K 43 %). Il-proporzjonijiet tal-logo jistgħu jiġu aġġustati biex jiġu ssodisfati rekwiżiti differenti tal-użu.
Oħrajn
It-test kollu tal-Artikolu 7:
|
|
Il-Ministeru tar-Riżorsi Agrikoli, tal-Ikel u tal-Forestrija jivverifika l-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Huwa jista’, permezz ta’ deċiżjoni ministerjali, jafda l-kompitu tas-superviżjoni tal-produzzjoni u tal-bejgħ tal-“Marrone di Castel del Rio” lil konsorzju volontarju ta’ produtturi li:
|
|
|
It-talba ta’ konsorzju biex jiġi awtorizzat bil-kompitu li jissorvelja l-produzzjoni u l-bejgħ tal-“Marrone di Castel del Rio”, li l-ewwel tiġi ppubblikata fil-Gazzetta Uffiċjali tar-reġjun tal-Emilia-Romagna, trid issir mir-rappreżentant legali tal-konsorzju lid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Agrikola u Agroindustrijali Nazzjonali fil-Ministeru tar-Riżorsi Agrikoli, tal-Ikel u tal-Forestrija, flimkien mad-dokumentazzjoni li ġejja biex jiġi ppruvat li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) ikunu ssodisfati:
|
huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
Il-verifiki tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għandhom jitwettqu f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Il-korp ta’ kontroll fdat b’dan il-kompitu huwa Checkfruit s.r.l., li għandu l-uffiċċji reġistrati tiegħu f’Via dei Mille 24, 40121 Bolonja; Tel. +39 051 6494836; info@checkfruit.it, checkfruit-do@pec.it. |
|
|
Permezz ta’ din l-emenda, ir-regoli dwar l-attivitajiet tal-konsorzji ta’ protezzjoni li mhumiex previsti fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tneħħew mill-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Il-formulazzjoni l-ġdida hija konformi mal-Artikolu 7(g) ta’ dak ir-Regolament. |
L-Artikolu 9
Il-konsorzju tal-protezzjoni msemmi fl-Artikolu 7, fdat bil-kompitu li jissorvelja l-użu xieraq tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Marrone di Castel del Rio”, huwa responsabbli wkoll mill-verifika tat-twaħħil tal-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika, kif iddefinit fl-Anness 1, fl-istadju tal-imballaġġ tal-prodott f’konformità ma’ din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
tħassar, peress li mhuwiex meqjus bħala kontenut rilevanti għal Speċifikazzjoni ta’ Prodott kif iddefinit mil-leġiżlazzjoni attwali.
L-Artikolu 10
L-użu tal-isem“Marrone di Castel del Rio” għall-prodott li ma jikkonformax mal-kundizzjonijiet u mar-rekwiżiti stabbiliti f’din l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, jew għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott bħal dan, jew għall-użu tiegħu fl-ipproċessar, jiġi ppenalizzat f’konformità mal-liġijiet b’rabta mal-frodi u mal-adulterazzjoni applikabbli li huma fis-seħħ.
tħassar, peress li mhuwiex meqjus bħala kontenut rilevanti għal Speċifikazzjoni ta’ Prodott kif iddefinit mil-leġiżlazzjoni attwali.
DOKUMENT UNIKU
“MARRONE DI CASTEL DEL RIO”
Nru tal-UE: PGI-IT-1523-AM01 - 22 ta’ Jannar 2020
DOP ( ) IĠP (X)
1. Isem
“Marrone di Castel del Rio”
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
L-Italja
3. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel
3.1. Tip ta’ prodott
Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati
3.2. Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)
Il-“Marrone di Castel del Rio” huwa prodott mill-imsaġar tal-qastan tal-ispeċi Castanea sativa Mill. – il-qastna Ewropea jew ħelwa – irrappreżentata mit-tliet bijotipi li ġejjin, magħrufa uffiċjalment fl-Italja, għal skopijiet ta’ identifikazzjoni tal-varjetà, bħala Marrone domestico [“qastna domestika”], Marrone nostrano [“qastna lokali”] u Marrone di S. Michele [“qastna ta’ San Mikiel”]. Il-Marrone domestico huwa l-uniku bijotip li jista’ jintuża għal pjantaġġuni ġodda.
Il-“Marrone di Castel del Rio” maħsub għall-konsum dirett għandu l-karatteristiċi li ġejjin:
|
— |
ma jkollu qatt aktar minn tliet qastniet f’kull ħliefa (jew miżwed imxewwek); |
|
— |
daqs medju sa kbir (mhux aktar minn 110 qastniet f’kull kilogramma); |
|
— |
fil-biċċa l-kbira b’forma ellissojdali, b’ponta ta’ fuq li ma tantx tkun prominenti u tkun xi ftit muswafa, u fit-tarf ikollha residwu tal-ponta tal-miżwed (it-“troffa”). Il-ponta muswafa tipika ta’ din l-ispeċi għandha t-tendenza li tkun ċatta fuq naħa minnhom u ġejja għat-tond fuq in-naħa l-oħra. Il-ħilum (ċikatriċi taż-żerriegħa) ikun ċarament kwadrangulari u jkun żgħir biżżejjed li ma jibqax nieżel mal-ġnub tal-qastna, li ġeneralment ikunu ċatti; |
|
— |
qoxra rqiqa, ta’ kulur kannella ħamrani li mat-tul tal-qastna jkollha bejn 25 u 30 vina mqabbża aktar skura, u li titqaxxar faċilment mir-rita, li tkun ta’ kulur beige skur u li rarament tidħol fl-ixquq ewlenin tal-qalba; |
|
— |
qalba – normalment waħda għal kull qastna – b’laħma bajda li tqarmeċ, b’togħma pjaċevoli u ħelwa, u b’wiċċ kważi mingħajr xquq. |
Il-“Marrone di Castel del Rio” maħsub għall-użu bħala ingredjent fi prodotti komposti, ippreparati jew ipproċessati jrid ikollu l-istess karatteristiċi kummerċjali bħall-qastan maħsub għall-konsum dirett, bl-eċċezzjonijiet li ġejjin:
|
— |
il-limitu ta’ 110 qastniet f’kull kilogramma jista’ jinqabeż; |
|
— |
il-qoxra ma għandhiex għalfejn tkun sħiħa. |
3.3. Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)
—
3.4. Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita
Il-“Marrone di Castel del Rio” jitkabbar fiż-żoni ddefiniti fil-punt 4.
3.5. Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.
Is-selezzjoni, it-tqassim skont id-daqs u l-“preservazzjoni” tal-prodott f’ilma kiesaħ u/jew jaħraq, skont it-tradizzjoni lokali, jenħtieġ li jsiru fil-muniċipalitajiet ta’ Castel del Rio, Fontanelice, Casalfiumanese u Borgo Tossignano. Madankollu, filwaqt li jitqiesu t-tradizzjonijiet lokali stabbiliti, dawn il-proċessi jistgħu jsiru wkoll fil-muniċipalità kollha ta’ Imola.
3.6. Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar
Ma jista’ jinżied ebda deskrittur jew kwalifikatur ieħor mal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Marrone di Castel del Rio”. Dan jinkludi l-aġġettivi extra (“extra”) fine, (“fin”) selezionato (“magħżul”), superiore (“superjuri”) u deskrizzjonijiet simili.
L-użu ta’ ismijiet, ismijiet kummerċjali u ismijiet ta’ ditti huwa awtorizzat, dment li ma jkollhomx għan ta’ ftaħir u ma jkunux intenzjonati li jqarrqu bil-konsumatur.
Il-“Marrone di Castel del Rio” maħsub għall-konsum dirett irid jiġi kkummerċjalizzat f’kontenituri magħmula minn materjal xieraq approvat għall-ippakkjar ta’ oġġetti tal-ikel, u kull pakkett irid ikollu piż massimu ta’ 10 kg u fuqu jrid ikun hemm il-logo tal-IĠP kif deskritt hawn taħt. Il-kontenituri jridu jiġu ssiġillati b’tali mod li l-kontenut ma jkunx jista’ jitneħħa mingħajr ma jinkiser is-siġill.
Il-“Marrone di Castel del Rio” maħsub għall-użu bħala ingredjent fi prodotti komposti, ippreparati jew ipproċessati jrid jiġi kkummerċjalizzat f’kontenituri magħmula minn materjal approvat għall-ippakkjar ta’ oġġetti tal-ikel, li fuqhom ikollhom il-logo tal-IĠP li jidher hawn taħt.
Il-kejl f’unitajiet imperjali jista’ jintuża fuq l-imballaġġ tal-prodott maħsub għas-swieq li fihom tintuża s-sistema imperjali.
Il-kliem “Marrone di Castel del Rio” u “Indicazione Geografica Protetta” [Indikazzjoni Ġeografika Protetta] jew l-akronimu “IGP” [IĠP] iridu jidhru fuq l-imballaġġ b’karattri ta’daqs uniformi, kif ukoll b’dettalji tal-isem (tal-kumpanija) u bl-indirizz tal-imballatur.
4. Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika
Iż-żona tal-produzzjoni tal-“Marrone di Castel del Rio” tinkludi t-territorju kollu jew parti mit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Bolonja: Castel del Rio, Fontanelice, Casal Fiumanese u Borgo Tossignano. Din iż-żona hija ddefinita kif ġej:
|
— |
iż-żona kollha tal-muniċipalità ta’ Castel de Rio li tinsab fuq il-lemin tax-xmajra ta’ Sillaro; |
|
— |
it-territorju kollu tal-muniċipalità ta’ Fontanelice; |
|
— |
il-parti mill-muniċipalità ta’ Casalfiumanese li tinsab bejn il-muniċipalitajiet ta’ Fontanelice u Castel del Rio, bil-konfini tal-Punent tagħha ffurmati billi jimxu max-xmara ta’ Sillaro mill-punt fejn tħalli l-muniċipalità ta’ Castel del Rio sa fejn tiltaqa’ max-xmara Firola, imbagħad billi timxi ma’ din ix-xmara sat-triq provinċjali ta’ Sillaro (Nru 22), u timxi ma’ din it-triq sas-salib it-toroq fejn tiltaqa’ mat-triq provinċjali “Mediana Montana” (Nru 24) u fl-aħħar billi timxi ma’ din it-triq sal-fruntiera mal-muniċipalità ta’ Fontanelice; |
|
— |
il-parti tal-muniċipalità ta’ Borgo Tossignano demarkata kif ġej: mill-fruntiera mal-provinċja ta’ Ravenna u l-muniċipalità ta’ Fontanelice, il-linja ta’ demarkazzjoni timxi mal-fruntiera muniċipali ta’ din tal-aħħar sax-xmara Sgarba, imbagħad sal-wied dejjaq ta’ Tramusasso; imbagħad timxi mat-trejqa rurali li tgħaddi minn Le Banzole sal-fruntiera mal-provinċja ta’ Ravenna. |
Is-selezzjoni, it-tqassim skont id-daqs u l-“preservazzjoni” tal-prodott f’ilma kiesaħ u/jew jaħraq, iridu jsiru fil-muniċipalitajiet ta’ Castel del Rio, Fontanelice, Casalfiumanese, Borgo Tossignano u Imola (Bolonja).
5. Rabta maż-żona ġeografika
Ir-reġistrazzjoni ta’ dan l-isem hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tiegħu: il-kultivazzjoni ta’ dan il-qastan fiż-żona ta’ Castel del Rio u fil-muniċipalitajiet tal-inħawi kellha rwol deċiżiv matul is-sekli fid-definizzjoni mhux biss tal-pajsaġġ lokali iżda wkoll tal-ekonomija u tar-relazzjonijiet soċjali. Fil-Medju Evu, La Massa – il-belt li issa hija magħrufa bħala Castel del Rio – saret ċentru tal-kummerċ, u biddlet isimha għal Marcatale (kif issir referenza għaliha f’diversi dokumenti tas-seklu 15 mill-belt qarib ta’ Imola, għalkemm dan il-post ċertament imur lura għas-seklu 14) u kkonsolidat ir-reputazzjoni tagħha bħala ċentru kummerċjali mimli attività fil-perjodu ta’ wara. Sa mill-bidu tas-seklu 17, Rodrigo Alidosi (1589-1623), Ħakkiem ta’ Castel del Rio, iddikjara li l-belt kienet tospita “l-isbaħ suq fir-Romagna ta’ kull ġimgħa”. Fost l-eżempji li juru x-xejra antika u b’għeruq fondi tat-territorju għall-produzzjoni u l-bejgħ tal-qastan huwa rapport mill-1618 li jinsab fl-Arkivji Statali ta’ Firenze, li, fost ħafna fatti interessanti oħra, jiddikjara li “f’dan il-post kull nhar ta’ Erbgħa jarma suq, li għalih jiġu nies miż-żoni tal-madwar (...) u anke l-qastan, li ħafna minnu jispiċċa esportat, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-għalla titnixxef u mbagħad tintaħan, u bis-saħħa tar-reputazzjoni mill-aqwa tiegħu, dejjem jinbiegħ bi prezz ftit ogħla minn dak tal-qamħ”. Ħafna dokumenti oħra, foshom l-“Editt dwar il-qtugħ tas-siġar tal-qastan”, [Editto sopra l’incisione dei castagni], ikkonservat fl-arkivji muniċipali ta’ Castel del Rio, ikkompilat fl-1694 u ffirmat mill-Gvernatur Antonio Maria Manzoni, juru kemm, tul is-sekli, ilha importanti l-produzzjoni tal-qastan għall-popolazzjoni lokali. Dan id-dokument fih sett ta’ regoli dwar il-qtugħ tas-siġar tal-qastan, li jannullaw u jissostitwixxu t-test preċedenti, datat l-1584. Mill-kliem li jiftħu dan id-dokument (“Peress li l-frott tas-siġra tal-qastan jipprovdi parti kbira mid-dħul iġġenerat mit-territorju ta’ Castel del Rio…”) nistgħu naraw kemm tabilħaqq kienet essenzjali din l-attività f’dawk il-postijiet, anke dak iż-żmien. Aktar tard, kien hemm il-bżonn li matul il-ħarifa s-suq jibda jarma tliet darbiet fil-ġimgħa f’Castel del Rio.Din kienet l-unika belt minn dawk li jinsabu aktar ’il fuq minn Imola li għamlet hekk, u din il-prattika rabbiet l-għeruq, u tinsab iddokumentata sa mill-bidu tad-deċennji tas-seklu 19. Il-bini, bejn l-1829 u l-1882, tat-triq qalb il-muntanji tul il-wied, u l-wasla tal-ferrovija, żiedu l-firxa tal-prodott madwar l-Italja u barra l-pajjiż, u dan ikkonsolida l-importanza tiegħu għaż-żona lokali, li rat żieda fl-inklinazzjoni tagħha lejn il-kultivazzjoni ta’ din l-għalla. L-ewwel kwantifikazzjoni taż-żona okkupata mill-imsaġar tal-qastan tmur lura għall-1885, meta s-sindku ta’ Castel del Rio, imqanqal minn talba tal-prefett ta’ Ravenna, bagħat rapport dwar il-produzzjoni agrikola lokali li juri li minn 3 900 ettaru ta’ art ikkultivati, 40 % – jiġifieri 1 450 ettaru – kienu okkupati minn pjantaġġuni tal-qastan. Fis-snin ta’ wara, il-qastan baqa’ importanti ħafna għall-ekonomija taż-żona, kif indikat mill-istoriku lokali Giuseppe Fortunato Cortini, li fl-1932 kiteb li “l-ispeċjalità ta’ Castel del Rio hija l-qastan tiegħu, li huwa wkoll apprezzat ħafna fis-swieq barranin”. Fl-aħħar nett, ta’ min isemmi l-Festival famuż tal-qastan li ilu jsir f’Castel del Rio kull Ottubru sa mill-1946, b’diversi avvenimenti, fosthom is-suq tradizzjonali tal-qastan, wirjiet tal-prodotti, u konferenzi u lectures tekniċi.
Ir-reputazzjoni li għandu l-“Marrone di Castel del Rio”, li ġiet ikkonsolidata gradwalment matul l-aħħar ftit deċennji tas-seklu 20 u fis-seklu 21, tista’ tiġi osservata minn kemm jissemma’ ta’ spiss f’diversi tipi ta’ pubblikazzjonijiet dwar ir-rotot għall-iskoperta tal-ikel u l-inbejjed li qed jiġu żviluppati fiż-żoni ta’ produzzjoni. Pereżempju, tista’ taqra li “l-eponimu tal-qastan, Castel del Rio huwa magħruf għall-qastan tiegħu, li jiġi ċċelebrat b’festival organizzat kull Ottubru” (test ikkwotat minn fuljetti ppubblikati mill-Assoċjazzjoni “Strada dei Vini e dei Sapori – Colli d’Imola” [“Ir-Rotta għall-Inbejjed u t-Togħmiet – Colli d’Imola”]), li matulu l-prodott jitqies bħala “teżor prezzjuż” għall-belt (test ikkwotat minn “Sapori e valori – Emilia Romagna” [“Togħmiet u Valuri – Emilia-Romagna”], ippubblikat mis-Servizz għall-Promozzjoni tal-Prodotti fid-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Emilia-Romagna, 2008). Il-qastan jissejjaħ ukoll “ikel fin” li “jiffjorixxi fl-ambjent ideali ta’ Castel del Rio” (minn ktejjeb bit-titolu “I sapori dell’Emilia Romagna si esaltano in autunno” [“It-togħmiet tal-Emilia-Romagna jilħqu l-quċċata fil-ħarifa”]). Skont pubblikazzjoni oħra, “it-tmiem tal-ħsad tal-qastan f’Castel del Rio huwa mmarkat kull sena b’suq tradizzjonali tal-qastan, b’wirjiet, b’konferenzi tekniċi, b’lectures u b’eskursjonijiet organizzati tul ir-‘rotta tal-qastan’ ta’ natura edukattiva u lejn l-imsaġar tal-qastan”. L-istess pubblikazzjoni mbagħad tkompli tgħid li “wieħed jista’ jduq l-ispeċjalitajiet lokali magħmula bil-‘Marrone di Castel del Rio’ mid-diversi stands tal-ikel u fir-ristoranti u t-trattoriji lokali” (“Qualiguida – Itinerario ristoranti DOP” [“Qualiguida – Itinerarju għar-ristoranti DOP”], 2011). Il-“Marrone di Castel del Rio” huwa wkoll parti minn “itinerarju pjaċevoli li jeżibixxi ħafna prodotti tipiċi” deskritt fil-pubblikazzjoni “Agriturismo e dintorni 2014-2015” [“Stabbilimenti tal-agrituriżmu u l-inħawi fejn jinsabu, 2014-2015”], l-Aġenzija Territorjali għas-Sostenibbiltà tal-Ikel, tal-Ambjent Agrikolu u tal-Enerġija, 2014) li jisħaq ukoll fuq l-importanza tal-qastan għal Castel del Rio, billi jispjega li l-prodott lokali per eċċellenza huwa l-“Marrone di Castel del Rio”, li jista’ jintgħaraf minn varjetajiet aktar komuni ta’ qastan mid-daqs tiegħu u mit-togħma aktar ħelwa u l-aroma tfuħ tiegħu [...] Parti mill-Palazzo Alidosi saħansitra tospita mużew iddedikat għall-qastan (Museo del Castagno). F’Ottubru ta’ kull sena jiġi organizzat festival tal-qastan, “La Sagra del Marrone”, (“Viaggi golosi in Emilia Romagna – Guida ai tesori enogastronomici” [“Vjaġġi li jiftħulek l-aptit fl-Emilia Romagna – Gwida għall-aqwa ikel li għandu x’joffri r-reġjun] l-Aġenzija għat-Turiżmu tal-Emilia-Romagna, 2010). Il-mużew jissemma’ f’pubblikazzjonijiet oħrajn ukoll: “parti mill-Palazzo Alidosi f’Castel del Rio – ‘il-belt tal-qastan’ – tospita mużew iddedikat għal dan il-qastan prezzjuż”, inkluż il-qastan delizzjuż “Marrone di Castel del Rio”’ (“Musei del Gusto dell’Emilia-Romagna – Un viaggio tra storia, testimonianze e curiosità” [“Il-Mużewijiet tal-Aqwa Ikel tal-Emilia-Romagna – vjaġġ fiż-żminijiet, xhieda lokali u informazzjoni interessanti oħra”], id-Dipartiment tal-Agrikoltura tal-Emilia Romagna). Tabilħaqq hemm miktub li “l-istorja ta’ Castel del Rio hija marbuta ma’ dik tal-qastan” (“Agricoltura” [“Agrikoltura”], suppliment ta’ Ġunju 2017, Dipartiment tal-Agrikoltura, il-Kaċċa u s-Sajd tal-Emilia-Romagna, 2017). Dan huwa kkonfermat minn studju affaxxinanti, li skontu “mijiet ta’ varjetajiet ta’ qastan jiffjorixxu jew ilhom jeżistu żmien twil fl-Italja; u hemm grupp partikolari ta’ kultivari, magħruf bħala ‘marroni’, li jirrappreżenta b’mod definittiv l-aħjar produzzjoni domestika u Ewropea – u dan huwa ċertament [...] il-‘Marrone di Castel del Rio’ mill-Emilia-Romagna” (“Il castagneto, risorsa paesaggistica ed economica delle aree rurali” [“L-imsaġar tal-qastan, riżorsa kemm għall-pajsaġġ kif ukoll għall-ekonomija taż-żoni rurali”], GAL Antola & Penna Leader s.r.l., 2001). Fl-aħħar nett, il-prodott huwa msemmi fl-aktar enċiklopediji awtorevoli tal-inbejjed u tal-ikel, bl-entrata għal “marrone” li tirreferi għar-reputazzjoni tal-qastan “Marrone di Castel del Rio” (l-enċiklopedija kulinari “Cucina Garzanti” mill-ġabra Le Garzantine, 2010). Xi gwidi għandhom ukoll entrata speċifika għall-“Marrone di Castel del Rio” b’deskrizzjoni ta’ dan il-qastan (“Dizionario delle cucine regionali italiane” [“Dizzjunarju tal-gastronomija reġjonali Taljana”], Slow Food, 2008) u d-dikjarazzjoni li ilu “magħruf minn żminijiet antiki” (“La Cucina Italiana – Grande Dizionario Enciclopedico” [“Il-Gastronomija Taljana – Enċiklopedija Kompluta”], Corriere della Sera, 2008).
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott
(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)
It-test konsolidat tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jista’ jiġi kkonsultat billi żżur: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335
Inkella:
billi żżur direttament il-paġna ewlenija tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, tal-Ikel u tal-Forestrija (www.politicheagricole.it) u tikklikkja fuq “Qualità” (fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin), u mbagħad fuq “Prodotti DOP IGP STG” (fuq in-naħa tax-xellug tal-iskrin) u fl-aħħar tagħfas fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.