ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 187

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
17 ta' Mejju 2021


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2021/C 187/01

Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-6 ta’ Mejju 2021 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (BĊE/2021/22)

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 187/02

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Pubblikazzjoni tal-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fl-2020 għall-finijiet tar-Riżerva tal-Istabbilità tas-Suq fil-qafas tal-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE

3

2021/C 187/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10182 — SADC/Cognite/JV) ( 1 )

8

2021/C 187/04

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-korp awtorizzat li joħroġ iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2020/1988

9


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 187/05

Rata tal-kambju tal-euro — It-12 ta' Mejju 2021

11

2021/C 187/06

Rata tal-kambju tal-euro — L-14 ta' Mejju 2021

12


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 187/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10226 — Prosegur/Euronet/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

13


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

17.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-6 ta’ Mejju 2021

lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska

(BĊE/2021/22)

(2021/C 187/01)

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 27.1 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-kontijiet tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u tal-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro huma vverifikati minn awdituri esterni indipendenti rrakkomandati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE u approvati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

(2)

Fl-2017,Národná banka Slovenska għażel lil Deloitte Audit s.r.o. bħala l-awditur estern tiegħu għas-snin finanzjarji 2017 sa 2020, b’opzjoni li l-mandat jiġi estiż għas-snin finanzjarji 2021 sa 2023 (1).

(3)

Il-mandat tal-awdituri esterni attwali ta’ Národná banka Slovenska, Deloitte Audit s.r.o. intemm wara l-awditu għas-sena finanzjarja 2020 skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1849 (2).

(4)

Národná banka Slovenska biħsiebu jestendi l-mandat ta’ Deloitte Audit s.r.o. sas-sena finanzjarja 2021. Din l-estensjoni hija possibbli skont l-arranġamenti kuntrattwali bejn Národná banka Slovenska u Deloitte Audit s.r.o.,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

Huwa rrakkomandat illi Deloitte Audit s.r.o. għandhom jinħatru bħala l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska għas-sena finanzjarja 2021.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-6 ta’ Mejju 2021.

Il-President tal-BĊE

Christine LAGARDE


(1)  Rakkomandazzjoni BĊE/2017/27 tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-8 ta’ Settembru 2017 lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea dwar l-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (ĠU C 310, 19.9.2017, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1849 tal-10 ta’ Ottubru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 1999/70/KE dwar l-awdituri esterni tal-banek ċentrali nazzjonali, fir-rigward tal-awdituri esterni ta’ Národná banka Slovenska (ĠU L 264, 13.10.2017, p. 5).


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/3


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

Pubblikazzjoni tal-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fl-2020 għall-finijiet tar-Riżerva tal-Istabbilità tas-Suq fil-qafas tal-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE

(2021/C 187/02)

1.   INTRODUZZJONI

Fl-2015, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew ħadu d-deċiżjoni li jistabbilixxu Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq (“MSR”) (1) fil-qafas tal-Iskema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet (“l-EU ETS”) stabbilita bid-Direttiva 2003/87/KE (2). L-MSR bdiet titħaddem f’Jannar tal-2019. L-MSR għandha l-għan li tevita li s-suq tal-karbonju tal-UE jaħdem b’surplus strutturali kbir ta’ kwoti, bir-riskju assoċjat li dan ixekkel lill-EU ETS milli toħloq is-sinjal meħtieġ ta’ investiment biex tinkiseb il-mira tal-UE ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet b’mod kosteffiċjenti. Għandha wkoll l-għan li tagħmel lill-EU ETS aktar reżiljenti fir-rigward tal-iżbilanċi bejn il-provvista u d-domanda, biex b’hekk is-suq tal-EU ETS ikun jista’ jiffunzjona b’mod ordnat.

Id-Deċiżjoni tiddikjara li sal-15 ta’ Mejju ta’ kull sena mill-2017 ’il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni (it-TNAC). Din iċ-ċifra tistabbilixxi jekk jenħtieġx li wħud mill-kwoti maħsuba għall-irkant jitqiegħdu fir-riżerva jew jinħarġu minnha.

Fit-8 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni ppubblikat l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fl-2019, li kienu jammontaw għal madwar 1,38 biljun kwota (3). F’konformità mar-regoli tal-MSR u kif ġie infurmat fl-Avviż tal-Kummissjoni C/2020/8643 (4)tal-11 ta’ Diċembru 2020, minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u filwaqt li titqies l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-ETS għar-Renju Unit u fih abbażi tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq mill-1 ta’ Jannar 2021, l-għadd ta’ kwoti li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva matul il-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2021 kien ta’ 307 663 518 kwota.

Din il-Komunikazzjoni hija l-ħames pubblikazzjoni għall-finijiet tal-MSR, u tikkonċerna l-2020. Hija tinkludi l-għadd totali ta’ kwoti li hemm fiċ-ċirkolazzjoni u d-dettalji dwar kif ġiet ikkalkulata din iċ-ċifra. Din il-pubblikazzjoni se tiddetermina l-għadd ta’ kwoti li se jiddaħħlu fir-riżerva minn Settembru tal-2021 sa Awwissu tal-2022.

2.   IL-FUNZJONAMENT TAR-RIŻERVA TAL-ISTABBILTÀ TAS-SUQ

L-MSR tiffunzjona b’mod awtomatiku meta l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun ’il barra minn firxa predefinita. Il-kwoti jiżdiedu mar-riżerva meta l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun iżjed mil-limitu ta’ 833 miljun kwota. Il-kwoti jinħarġu mir-riżerva meta l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni jkun inqas minn 400 miljun kwota. Fil-prattika, il-kwoti jiżdiedu mar-riżerva billi jiġu rkantati inqas kwoti, u jinħarġu mir-riżerva billi jiġu rkantati 100 miljun kwota aktar fil-futur.

Għalhekk il-pubblikazzjoni tal-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, li abbażi tiegħu se jiżdiedu l-kwoti fir-riżerva jew se jinħarġu l-kwoti mir-riżerva, hija element ewlieni biex tkun tista’ titħaddem ir-riżerva.

Fil-kuntest tal-aħħar reviżjoni maġġuri tal-EU ETS (5), sar tibdil importanti fil-mod kif taħdem l-MSR. Fil-perjodu ta’ bejn l-2019 u l-2023, il-perċentwal tal-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni li jiddetermina l-għadd ta’ kwoti li jiddaħħlu fir-riżerva jekk jinqabeż il-limitu ta’ 833 miljun kwota se jiġi rduppjat b’mod temporanju minn 12 % għal 24 %. Barra minn hekk, mill-2023 ’il quddiem, il-kwoti miżmuma fl-MSR li jkunu jaqbżu l-volum ta’ rkantar tas-sena ta’ qabel mhux se jibqgħu validi.

Għalhekk, abbażi ta’ din il-Komunikazzjoni, 24 % (6) tal-għadd totali tal-kwoti fiċ-ċirkolazzjoni se jiddaħħlu fir-riżerva fuq perjodu ta’ 12-il xahar mill-1 ta’ Settembru 2021 ’il quddiem. Se jitnaqqas ammont korrispondenti mill-volumi tal-irkant tal-Istati Membri u t-tliet pajjiżi taż-ŻEE-EFTA, u tar-Renju Unit fir-rigward tal-ġenerazzjoni tal-elettriku fl-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-ishma tal-irkant rispettivi tagħhom. F’dan il-kuntest, jitfakkar li sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-kwoti mqassmin mill-ġdid għall-finijiet tas-solidarjetà u tat-tkabbir fl-Unjoni ma jitqisux biex jiġu ddeterminati l-ishma rilevanti.

3.   L-GĦADD TOTALI TA’ KWOTI FIĊ-ĊIRKOLAZZJONI

Skont l-Artikolu 1(4) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni “għandu jkun in-numru kumulattiv ta’ kwoti maħruġa fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2008, inkluż in-numru maħruġ skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2003/87/KE f’dak il-perjodu u d-drittijiet biex jintużaw il-krediti internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet taħt l-EU ETS fir-rigward tal-emissjonijiet sal-31 ta’ Diċembru ta’ dik is-sena partikolari, li minnu jitnaqqsu t-tunnellati kumulattivi tal-emissjonijiet ivverifikati mill-installazzjonijiet skont l-EU ETS bejn l-1 ta’ Jannar 2008 u l-31 ta’ Diċembru ta’ dik l-istess sena partikolari, kwalunkwe kwota kkanċellata skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE u n-numru ta’ kwoti fir-riżerva.”

Fi ftit kliem, l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni li hu rilevanti għaż-żidiet fl-MSR jew għall-ħruġ minnha, jiġi kkalkulat b’din il-formula:

TNAC = Il-provvista – (id-domanda + il-kwoti fl-MSR)

Jeżistu tliet elementi differenti li jiddeterminaw l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni: l-ewwel, il-provvista tal-kwoti mill-1 ta’ Jannar 2008 ’il quddiem; it-tieni, id-domanda għall-kwoti (l-għadd ta’ kwoti ċeduti u kkanċellati); u t-tielet, il-kwoti li hemm fir-riżerva.

Kif previst fid-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, il-kwoti tal-avjazzjoni u l-emissjonijiet ivverifikati tal-avjazzjoni ma jitqisux f’dan il-kuntest.

3.1.   Provvista

Il-provvista tal-kwoti fis-suq hija ddeterminata minn għadd ta’ elementi differenti:

il-kwoti mfaddla (7) mill-2008-12 (“il-fażi 2”),

il-kwoti mingħajr ħlas allokati mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (8), inklużi l-kwoti allokati mir-riżerva tal-istallazzjonijiet li daħlu ġodda fis-suq (“l-NER”),

l-allokazzjonijiet li ma ġewx allokati lill-installazzjonijiet skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE u l-allokazzjonijiet li ma ġewx allokati lill-installazzjonijiet minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(19) u (20) ta’ dik id-Direttiva (9), li għandhom jitqiegħdu fir-riżerva fl-2020 skont l-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni dwar l-MSR, (10)

il-50 miljun kwota mhux allokata li ġew rkantati għall-Fond ta’ Innovazzjoni skont l-Artikolu 10a(8) (11) tad-Direttiva tal-ETS iridu jitnaqqsu minn dawn il-volumi.

il-kwoti maħruġa għall-irkantar bejn l-1 ta’ Jannar 2013 (12) u l-31 ta’ Diċembru 2020 (13), il-kwoti maħruġa għall-irkantar fl-2020 jinkludu 50 miljun kwota mill-MSR li għandhom jiġu rkantati għall-Fond ta’ Innovazzjoni, abbażi tal-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva tal-ETS,

l-allokazzjonijiet imnaqqsa mill-volumi tal-irkant matul il-perjodu 2014-2016, u allokazzjonijiet imnaqqsa mill-volumi tal-irkant fl-2019 u fl-2020, f’konformità mal-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2018 (14), tal-14 ta’ Mejju 2019 (15) u tat-8 ta’ Mejju 2020 (16),

il-kwoti kkwantifikati fi flus mill-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI) għall-finijiet tal-programm “NER300”,

id-drittijiet għall-użu tal-krediti internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet b’rabta mal-emissjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2020.

L-għadd ta’ kwoti mfaddla mill-fażi 2 tal-EU ETS hu ta’ 1 749 540 826 kwota (17). Dan it-“total ta’ tfaddil” jirrappreżenta l-għadd totali ta’ kwoti maħruġa waqt il-fażi 2 tal-EU ETS li ma kinux ġew ċeduti biex ikopru l-emissjonijiet ivverifikati, jew ikkanċellati. Għalhekk, biex jinstab l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni, dan jirrappreżenta l-għadd ta’ kwoti tal-ETS fiċ-ċirkolazzjoni fil-bidu tal-perjodu 2013-20 (“il-fażi 3”) fl-1 ta’ Jannar 2013 u jitqies bħala tali fil-kalkolu.

L-għadd ta’ kwoti allokati bla ħlas mill-1 ta’ Jannar 2013 sal-31 ta’ Diċembru 2020, inklużi l-kwoti allokati min-NER, huwa ta’ 6 588 904 098 kwota (18).

L-għadd ta’ kwoti mhux allokati skont l-Artikolu 10a(7) (19) tad-Direttiva 2003/87/KE kien ta’ 301 801 477 kwota. Il-50 miljun kwota li ġew irkantati għall-Fond ta’ Innovazzjoni jridu jitnaqqsu minn dan l-ammont.

Skont ir-rapporti mill-irkanti dwar il-pjattaforma komuni tal-irkant u dwar il-pjattaformi tal-irkant indipendenti rilevanti (20), l-għadd ta’ kwoti rkantati bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2020, inkluż l-hekk imsejħa rkanti bikrin, hu ta’ 6 008 253 000 kwota.

L-għadd ta’ kwoti mnaqqsa mill-volumi tal-irkant matul il-perjodu 2014-2016 huwa ta’ 900 000 000 kwota, f’konformità mal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814.

L-għadd ta’ kwoti mnaqqsa mill-volumi tal-irkant fl-2019 u fl-2020 kien ta’ 772 749 992 kwota, f’konformità mal-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2018, l-14 ta’ Mejju 2019 u t-8 ta’ Mejju 2020.

300 000 000 kwota ġew ikkwantifikati fi flus mill-BEI għall-finijiet tal-programm “NER300” (21).

Id-drittijiet ta’ kreditu internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet b’rabta mal-emissjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2020 jikkorrispondu għal 478 844 902 kwota (22).

3.2.   Domanda

Id-domanda tikkonsisti mit-total ta’ emissjonijiet ivverifikati mill-installazzjonijiet bejn l-1 ta’ Jannar 2013 (23) u l-31 ta’ Diċembru 2020, li hu ta’ 13 546 329 007 tunnellata (24), u mill-kwoti kkanċellati matul dak l-istess perjodu, li jikkorrispondu għal 441 393 kwota.

3.3.   Il-kwoti li hemm fl-MSR

F’konformità mal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (UE) 2015/1814, id-900 miljun kwota imnaqqsa mill-volumi tal-irkant matul il-perjodu 2014-2016 tqiegħdu fir-riżerva meta bdiet titħaddem fl-1 ta’ Jannar 2019.

F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2018 (25), 264 731 936 kwota tqiegħdu fir-riżerva fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2019 sal-31 ta’ Awwissu 2019.

F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Mejju 2019 (26), 132 392 786 kwota tqiegħdu fir-riżerva fil-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2019 sal-31 ta’ Diċembru 2019 u 264 785 572 kwota tqiegħdu fir-riżerva fil-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Awwissu 2020.

F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2020 (27), 110 839 698 kwota tqiegħdu fir-riżerva fil-perjodu mill-1 ta’ Settembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020.

F’konformità mal-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni MSR, żdiedu 301 801 477 kwota mar-riżerva fi tmiem l-2020, li jikkorrispondu għall-għadd ta’ kwoti mhux allokati skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE.

F’konformità mal-Artikolu 10a(8) tad-Direttiva dwar l-ETS, il-kwoti li hemm fl-MSR tnaqqsu b’50 miljun kwota, li ġew irkantati fl-2020 għall-Fond ta’ Innovazzjoni.

Għalhekk, sal-31 ta’ Diċembru 2020, kien hemm 1 924 551 469 (28) kwota fir-riżerva.

3.4.   Għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, l-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni huwa ta’ 1 578 772 426 kwota.

4.   KONKLUŻJONI

F’konformità mar-regoli tal-MSR, fiha se jiddaħħlu 378 905 382 kwota b’kollox fuq perjodu ta’ 12-il xahar, mill-1 ta’ Settembru 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2022.

Il-pubblikazzjoni li jmiss se tkun f’Mejju tal-2022, sabiex jiġu ddeterminati ż-żidiet fir-riżerva għall-perjodu bejn Settembru tal-2022 u Awwissu tal-2023.

Ħarsa ġenerali

Provvista

 

a)

It-tfaddil mill-fażi 2

1 749 540 826 kwota

b)

Il-kwoti mingħajr ħlas għall-perjodu bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2020, inkluż min-NER

6 588 904 098 kwota

c)

kwoti mhux allokati skont l-Artikolu 10a(7) tad-Direttiva 2003/87/KE

301 801 477 kwota

d)

Il-kwoti mnaqqsa minn c) sabiex jiġu rkantati fl-2020 għall-Fond ta’ Innovazzjoni

-50 000 000 kwota

e)

L-għadd totali ta’ kwoti rkantati bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2020, inklużi fl-irkantijiet bikrin

6 008 253 000 kwota

f)

L-allokazzjonijiet imnaqqsa mill-volumi tal-irkant matul il-perjodu 2014-2016

900 000 000 kwota

g)

L-allokazzjonijiet imnaqqsa mill-volumi tal-irkant fl-2019 u fl-2020 skont il-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Mejju 2018, l-14 ta’ Mejju 2019 u t-8 ta’ Mejju 2020

772 749 992

h)

L-għadd ta’ kwoti kkwantifikati fi flus mill-Bank Ewropew tal-Investiment għall-finijiet tal-programm “NER300”

300 000 000 kwota

i)

Id-drittijiet għall-użu tal-krediti internazzjonali eżerċitati mill-installazzjonijiet b’rabta mal-emissjonijiet sal-31 ta’ Diċembru 2020

478 844 902

Total (tal-provvista)  (29)

17 050 094 295


Domanda

 

(a)

It-tunnellati ta’ emissjonijiet ivverifikati mill-installazzjonijiet fil-kuntest tal-EU ETS bejn l-1 ta’ Jannar 2013 u l-31 ta’ Diċembru 2020

13 546 329 007

(b)

Il-kwoti kkanċellati skont l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2003/87/KE sal-31 ta’ Diċembru 2020

441 393

Total (tad-domanda)

13 546 770 400


Il-kwoti li hemm fl-MSR (30)

 

L-għadd ta’ kwoti fir-riżerva

1 924 551 469

Għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni

1 578 772 426


(1)  Id-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 264, 9.10.2015, p. 1).

(2)  ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

(3)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, C(2020) 2835 final, li tinsab fis-sit li ġej:

https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/ets/reform/docs/c_2020_2835_en.pdf

(4)  Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kwantità ta’ kwoti għall-Unjoni kollha għall-2021 u r-Riżerva tal-Istabbiltà tas-Suq skont is-Sistema tal-UE għan-Negozjar tal-Emissjonijiet, 2020/C 428 I/01 (C/2020/8643) (ĠU C 428 I , 11.12.2020, p. 1).

(5)  Id-Direttiva (UE) 2018/410 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE biex jiżdiedu t-tnaqqis kosteffettiv tal-emissjonijiet u l-investimenti għal emissjonijiet baxxi ta’ karbonju, u d-Deċiżjoni (UE) 2015/1814 (ĠU L 76, 19.3.2018, p. 3);

(6)  Dan jirrappreżenta 2 % fix-xahar.

(7)  Il-kwoti li nħarġu fit-tieni fażi tal-EU ETS li ma ġewx ċeduti biex ikopru l-emissjonijiet ivverifikati jew li ma ġewx ikkanċellati ġew “imfaddla” għall-użu fil-bidu tat-tielet perjodu ta’ negozjar (Fażi 3) tal-EU ETS. Dawn il-kwoti tħassru u fl-istess ħin inħoloq għadd ta’ kwoti ugwali fil-Fażi 3. Għalhekk, dan l-għadd jirrappreżenta l-għadd eżatt ta’ kwoti tal-ETS fiċ-ċirkolazzjoni fil-bidu tal-Fażi 3 tal-EU ETS. Ara https://ec.europa.eu/clima/policies/ets/registry_mt#tab-0-2 il-punt 15. “X’inhu t-tfaddil?”

(8)  L-allokazzjoni bla ħlas mir-Renju Unit ġiet sospiża mill-1 ta’ Jannar 2019. L-allokazzjoni bla ħlas għall-2019 inħarġet fi Frar tal-2020 u għalhekk ma ġietx ikkunsidrata għall-kalkolu tal-provvista tal-kwoti sal-31 ta’ Diċembru 2019 (ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2018 li tagħti struzzjonijiet lill-amministratur ċentrali biex jissospendi temporanjament l-aċċettazzjoni min-naħa tar-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea tal-proċessi rilevanti tar-Renju Unit relatati mal-allokazzjoni bla ħlas, mal-irkantar u mal-iskambju tal-krediti internazzjonali bin-numru ta’ referenza C(2018) 8707)). Minflok din ġiet inkluża fil-kalkolu attwali tal-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fl-2020.

(9)  Iċ-ċifra eżatta għall-għadd ta’ kwoti mhux allokati lill-installazzjonijiet minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(19) u (20) tad-Direttiva ETS ma kinitx disponibbli fiż-żmien tal-pubblikazzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni. Għandu jiġi nnutat li din iċ-ċifra ma għandha l-ebda impatt fuq il-livell ta’ TNAC, minħabba li tiżdied man-naħa tal-provvista u fl-istess ħin titnaqqas minnha bħala parti mill-kwoti li hemm fl-MSR. L-għadd ta’ kwoti mhux allokati għall-installazzjonijiet minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(19) u (20), kif ukoll il-livell li jirriżulta ta’ kwoti li hemm fl-MSR, se jiġu ppubblikati hekk kif isiru disponibbli, f’verżjoni aġġornata tal-Komunikazzjoni.

(10)  Fl-2021, f’konformità mal-Artikolu 10a(7) rivedut tad-Direttiva 2003/87/KE, se jitnaqqsu 200 miljun kwota minn dawn il-volumi u jitqiegħdu fir-Riżerva għal Entranti Ġodda li tikkorrispondi għall-Fażi 4 tal-EU ETS.

(11)  “Barra minn hekk, 50 miljun kwota mhux allokati mir-riżerva għall-istabbiltà tas-suq għandhom jissupplimentaw kwalunkwe dħul li jifdal mit-300 miljun kwota disponibbli fil-perjodu 2013 sa 2020 taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/670/UE, u għandhom jintużaw b’mod f’waqtu għall-[Fond ta’ Innovazzjoni]”.

(12)  Din iċ-ċifra tinkludi l-hekk imsejħa “rkanti bikrija”, jiġifieri l-kwoti validi għall-perjodu tal-2013-20, li ġew irkantati qabel l-1 ta’ Jannar 2013.

(13)  L-irkantar tal-kwoti mir-Renju Unit kien sospiż ukoll mill-1 ta’ Jannar 2019. L-irkantar tal-kwoti mir-Renju Unit reġa’ beda f’Marzu tal-2020, u għalhekk lanqas ma tqies għall-kalkolu tal-provvista tal-kwoti sal-31 ta’ Diċembru 2019. Dan huwa inkluż fil-kalkolu attwali tal-għadd totali ta’ kwoti fiċ-ċirkolazzjoni fl-2020.

(14)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, C(2018) 2801 final, li tinsab fis-sit li ġej https://ec.europa.eu/clima/sites/default/files/ets/reform/docs/c_2018_2801_mt.pdf

(15)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, C(2019) 3288 final, li tinsab fis-sit li ġej https://ec.europa.eu/clima/sites/default/files/ets/reform/docs/c_2019_3288_mt.pdf

(16)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 3 hawn fuq.

(17)  Ara r-Rapport dwar is-Suq tal-Karbonju tal-2015; COM (2015) 576

(18)  Skont silta mir-Reġistru tat-Tranżazzjonijiet tal-UE (l-EUTL) tal-1 ta’ April 2021

(19)  Għandu jiġi nnutat li t-test tad-deċiżjoni tal-MSR jirreferi għall-formulazzjoni preċedenti fid-Direttiva dwar l-ETS, relatata ma’ kwoti mhux allokati mir-Riżerva għal Entranti Ġodda.

(20)  Disponibbli hawn: http://www.eex.com/en/products/environmental-markets/emissions-auctions/archive u https://www.theice.com/marketdata/reports/148

(21)  L-ewwel porzjon ta’ 200 miljun kwota – mibjugħa fl-2011 u fl-2012 – u t-tieni porzjon ta’ 100 miljun kwota – mibjugħa fl-2013 u fl-2014; għal aktar dettalji ara hawn https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/lowcarbon/ner300/docs/summary_report_ner300_monetisation_en.pdf

(22)  Skont silta mill-EUTL tal-1 ta’ April 2021.

(23)  B’rabta mal-emissjonijiet ivverifikati matul il-perjodu 2008-2012, ara l-ispjegazzjonijiet dwar it-total ta’ tfaddil (it-Taqsima 3.1).

(24)  It-total tal-emissjonijiet ivverifikati huwa bbażat fuq silta mill-EUTL tal-1 ta’ April 2021 biex jitqiesu l-emissjonijiet ivverifikati rrappurtati sal-31 ta’ Marzu 2021. Għaldaqstant l-emissjonijiet irrappurtati wara dik id-data mhumiex riflessi f’dan it-total.

(25)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 13 hawn fuq.

(26)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 14 hawn fuq.

(27)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 3 hawn fuq.

(28)  Kif stabbilit fin-nota f’qiegħ il-paġna 9 hawn fuq, din iċ-ċifra ma fihiex l-għadd ta’ kwoti mhux allokati lill-installazzjonijiet minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(19) u (20) tad-Direttiva dwar l-ETS. L-għadd ta’ kwoti mhux allokati għall-installazzjonijiet minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(19) u (20), se jiġu ppubblikati hekk kif isiru disponibbli, f’verżjoni aġġornata tal-Komunikazzjoni.

(29)  Kif stabbilit fin-nota f’qiegħ il-paġna 9 hawn fuq, din iċ-ċifra ma fihiex l-għadd ta’ kwoti mhux allokati lill-installazzjonijiet minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(19) u (20) tad-Direttiva dwar l-ETS. L-għadd ta’ kwoti mhux allokati għall-installazzjonijiet minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(19) u (20), se jiġu ppubblikati hekk kif isiru disponibbli, f’verżjoni aġġornata tal-Komunikazzjoni.

(30)  Kif stabbilit fin-nota f’qiegħ il-paġna 9 hawn fuq, din iċ-ċifra ma fihiex l-għadd ta’ kwoti mhux allokati lill-installazzjonijiet minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(19) u (20) tad-Direttiva dwar l-ETS. L-għadd ta’ kwoti mhux allokati għall-installazzjonijiet minħabba l-applikazzjoni tal-Artikolu 10a(19) u (20), se jiġu ppubblikati hekk kif isiru disponibbli, f’verżjoni aġġornata tal-Komunikazzjoni.


17.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10182 — SADC/Cognite/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 187/03)

Fit 7 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10182. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


17.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/9


KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

dwar il-korp awtorizzat li joħroġ iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2020/1988

(2021/C 187/04)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja (1) ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 464/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għaċ-ċanga ta’ kwalità għolja (3) tħassar u ġie sostitwit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li jipprevedi l-ġestjoni ta’ kwota tariffarja għal ċanga ta’ kwalità għolja (4).

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li jipprevedi l-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għaċ-ċanga ta’ kwalità għolja tħassar bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/1987 u ġie sostitwit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2020/1988 (5).

Skont l-Artikolu 25 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2020/1988, ir-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-prodotti importati skont il-kwota bin-numri tal-ordni 09.2201, 09.2202 u 09.2203, huwa soġġett għall-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ awtentiċità.

L-awtoritajiet emittenti li ġejjin huma awtorizzati li joħorġu ċ-ċertifikati ta’ awtentiċità skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 2020/1988:

Department of Agriculture, Fisheries and Forestry (DAFF) of the Australian Government

18 Marcus Clarke Street

Canberra City ACT 2601

AUSTRALIA

Punt ta’ kuntatt: Biosecurity Service Group

Mr Greg READ, Executive Manager

Tel. +61 262723594

Email: pr@aqis.gov.au

Food Safety and Inspection Service (FSIS) of the United States Department of Agriculture (USDA)

Washington D.C., 20250

UNITED STATES OF AMERICA

Internet: http://www.fsis.usda.gov

Canadian Food Inspection Agency (CFIA)

1400 Merivale Road

Ottawa, Ontario

K1A 0Y9

CANADA

Email: bertrand.st-arnaud@inspection.gc.ca

Internet: http://www.inspection.gc.ca

Ministry of Agriculture and Forestry

Pastoral House

25 The Terrace

PO Box 2526

Wellington 6140

NEW ZEALAND

Tel. +64 48940100

Fax +64 48940720

Email: nzfsa.info@maf.govt.nz

Internet: http://www.maf.govt.nz

Ministerio de Ganadería, Agricultura y Pesca

Dirección General de Servicios Ganaderos

División Industria Animal

Ruta 8, km 17.500

Montevideo

URUGUAY

Tel. +598 22204000

Fax +598 22204000 Ext. 150 801

Email: dgsg@mgap.gub.uy

Internet: http://www.mgap.gub.uy/unidad-organizativa/direccion-general-de-servicios-ganaderos

Ministerio de Agricultura, Ganaderia y Pesca de la Republica Argentina

Paseo Colon 982 (C1063ACW)

Buenos Aires

Republica Argentina

Tel. + 54 1143492000

Fax + 54 1143492000

Internet: https://www.argentina.gob.ar/agricultura-ganaderia-y-pesca


(1)  ĠU L 182, 15.7.2009, p. 1

(2)  ĠU L 149, 8.6.2012, p. 1

(3)  ĠU L 182, 15.7.2009, p. 25

(4)  ĠU L 148, 8.6.2012, p. 9

(5)  ĠU L 422, 14.12.2020, p. 4


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/11


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta' Mejju 2021

(2021/C 187/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2118

JPY

Yen Ġappuniż

131,82

DKK

Krona Daniża

7,4360

GBP

Lira Sterlina

0,85798

SEK

Krona Żvediża

10,1060

CHF

Frank Żvizzeru

1,0966

ISK

Krona Iżlandiża

150,70

NOK

Krona Norveġiża

10,0263

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,522

HUF

Forint Ungeriż

357,40

PLN

Zloty Pollakk

4,5438

RON

Leu Rumen

4,9263

TRY

Lira Turka

10,1120

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5526

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4643

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,4115

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6753

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6103

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 362,98

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

16,9354

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8051

HRK

Kuna Kroata

7,5276

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 284,09

MYR

Ringgit Malażjan

4,9993

PHP

Peso Filippin

57,924

RUB

Rouble Russu

89,8963

THB

Baht Tajlandiż

37,832

BRL

Real Brażiljan

6,3490

MXN

Peso Messikan

24,1783

INR

Rupi Indjan

88,9630


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


17.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/12


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta' Mejju 2021

(2021/C 187/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2123

JPY

Yen Ġappuniż

132,49

DKK

Krona Daniża

7,4362

GBP

Lira Sterlina

0,86083

SEK

Krona Żvediża

10,1265

CHF

Frank Żvizzeru

1,0952

ISK

Krona Iżlandiża

150,90

NOK

Krona Norveġiża

10,0074

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,492

HUF

Forint Ungeriż

355,52

PLN

Zloty Pollakk

4,5218

RON

Leu Rumen

4,9259

TRY

Lira Turka

10,2174

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5634

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4700

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,4151

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6771

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6161

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 368,07

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,0722

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8024

HRK

Kuna Kroata

7,5190

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 331,95

MYR

Ringgit Malażjan

5,0013

PHP

Peso Filippin

57,867

RUB

Rouble Russu

89,6216

THB

Baht Tajlandiż

38,012

BRL

Real Brażiljan

6,3942

MXN

Peso Messikan

24,0232

INR

Rupi Indjan

88,8070


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 187/13


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10226 — Prosegur/Euronet/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 187/07)

1.   

Fis-6 ta’ Mejju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Prosegur Cash, S.A. (“Prosegur”, Spanja), li tappartjeni għall-grupp ikkontrollat minn Prosegur Compañía de Seguridad, S.A., u

EFT Services Holding B.V. (“Euronet”, in-Netherlands), li tappartjeni għall-grupp ikkontrollat minn Euronet Worldwide, Inc.

Prosegur u Euronet jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Latam ATM Solutions, S.L. kollha kemm hi. (“JV2”, Spanja).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Il-grupp Prosegur jipprovdi servizzi ta’ sigurtà lil kumpaniji, djar u negozji. Prosegur għandha tliet linji ta’ negozju: (i) allarmi, (ii) sigurtà u (iii) flus kontanti.

Euronet huwa fornitur tal-pagamenti elettroniċi. Il-grupp Euronet joffri soluzzjonijiet ta’ pproċessar u distribuzzjoni ta’ pagamenti u tranżazzjonijiet lill-istituzzjonijiet finanzjarji, lill-bejjiegħa bl-imnut, lill-fornituri tas-servizzi u lill-konsumaturi individwali. L-offerta tal-prodotti tagħha tinkludi fost affarijiet oħra, l-ATM, il-punt tal-bejgħ (point-of-sale, POS), it-tipi kollha ta’ kards u servizzi ta’ akkwist tan-negozjanti.

Il-JV se tkun is-sid, tiżviluppa u tħaddem network indipendenti tal-ATMs u se tipprovdi servizzi tal-ATMs esternalizzati lil istituzzjonijiet finanzjarji f’ċerti pajjiżi Amerikani (b’mod partikolari, tal-Amerka Ċentrali u tal-Amerka Latina). Dawn is-servizzi se jiġu pprovduti esklussivament barra miż-ŻEE.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10226 — Prosegur/Euronet/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.