|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet |
|
|
|
OPINJONIJIET |
|
|
|
Il-Kumitat tar-Regjuni |
|
|
|
Interactio — Mill-bogħod — Il-143 sessjoni plenarja tal-KtR, 17.3.2021–19.3.2021 |
|
|
2021/C 175/01 |
||
|
2021/C 175/02 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni |
|
|
2021/C 175/03 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni għall-Materja Prima Kritika |
|
|
2021/C 175/04 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Rieżami tal-politika kummerċjali |
|
|
2021/C 175/05 |
|
|
III Atti preparatorji |
|
|
|
Il-Kumitat tar-Regjuni |
|
|
|
Interactio — Mill-bogħod — Il-143 sessjoni plenarja tal-KtR, 17.3.2021–19.3.2021 |
|
|
2021/C 175/06 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil |
|
|
2021/C 175/07 |
||
|
2021/C 175/08 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea |
|
MT |
|
I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet
OPINJONIJIET
Il-Kumitat tar-Regjuni
Interactio — Mill-bogħod — Il-143 sessjoni plenarja tal-KtR, 17.3.2021–19.3.2021
|
7.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/1 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Approċċ ġdid tal-istrateġija marittima għall-Atlantiku — Pjan ta’ azzjoni għall-Atlantiku 2.0
Pjan ta’ azzjoni għal ekonomija blu sostenibbli, reżiljenti u kompetittiva fiż-żona tal-Atlantiku tal-Unjoni Ewropea
(2021/C 175/01)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
Il-pilastri u l-għanijiet tal-Pjan ta' azzjoni għall-Atlantiku
|
1. |
ifakkar li r-reġjuni tal-Atlantiku jiffaċċjaw kriżi ekonomika doppja. Il-konsegwenzi li għadhom mhux ikkwantifikati tal-Brexit se jiżdiedu fil-qasam tas-sajd, it-turiżmu, il-kummerċ u t-trasport, b’żieda mal-konsegwenzi tal-COVID-19. It-tnaqqis drastiku li qed niffaċċjaw fil-mobbiltà qed iħalli impatt partikolari fuq l-infrastrutturi, il-konnessjonijiet marittimi, il-ktajjen loġistiċi u l-attività turistika; |
|
2. |
jitlob għalhekk miżuri ta' mitigazzjoni mfassla b'mod speċifiku fir-reġjuni kostali u marittimi tal-Atlantiku u li jitqiesu r-riżultati tan-negozjati dwar il-Brexit u l-impatt possibbli tiegħu fuq il-futur tal-istrateġija marittima u l-pjan ta' azzjoni tar-reġjun tal-Atlantiku. F'dan is-sens, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-konsegwenzi possibbli tal-ħruġ tar-Renju Unit għall-politika komuni tas-sajd (PKS); |
|
3. |
jenfasizza r-rwol tal-Atlantiku per se fil-mitigazzjoni u l-ġestjoni tat-tibdil fil-klima u l-ħtieġa li jiġi osservat, investigat u mifhum aħjar il-funzjonament tal-ekosistema oċeanika, kif ukoll ta’ kollaborazzjoni fir-riċerka; |
|
4. |
jinnota li l-għanijiet u l-azzjonijiet tal-erba' pilastri huma ta' natura trasversali, u li l-kisba tagħhom tiddependi fuq il-kooperazzjoni tajba bejn id-diversi servizzi tal-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali ta' ġestjoni u l-koordinaturi tal-proġetti. Madankollu jwissi li l-pilastri attwali, għalkemm adegwati, għandhom jiġu definiti mill-ġdid minħabba li r-reviżjoni tal-politki settorjali Ewropej urew li mhumiex biżżejjed, u li jeħtieġu eżerċizzju adegwat li jikkoordinahom mal-istrateġija għall-Atlantiku; |
|
5. |
jiddispjaċih li attivitajiet importanti ħafna fil-qasam tal-ekonomija blu huma esklużi mill-Pjan ta' azzjoni għall-Atlantiku (PAA), bħall-industriji tal-kostruzzjoni u tat-trasport navali u bil-baħar, l-isport nawtiku, is-servizzi tiegħu u l-industrija awżiljarja kif ukoll l-attivitajiet turistiċi sostenibbli relatati mal-ambjent tal-baħar, inklużi l-attivitajiet sportivi akkwatiċi, it-turiżmu tal-kruċieri u l-laneċ u li la s-sajd u lanqas is-sajd tal-miexi jew l-akkwakultura ma jingħataw l-ispazju tagħhom fil-PAA; |
|
6. |
jitlob għalhekk li l-provvista tal-ikel li joriġina mill-baħar tiġi inkluża bħala pilastru fil-PAA, peress li hija prijorità tal-Patt Ekoloġiku Ewropew; Barra minn hekk, għandhom jiġu inklużi wkoll l-iżvilupp tal-ekosistemi tal-baħar u l-potenzjal tagħhom għal żieda fis-sekwestru tal-karbonju; |
|
7. |
jikkunsidra, fir-rigward tal-pilastri I u III, relatati ma' setturi possibbli ta' attività fl-ekonomija blu (portijiet u enerġiji rinnovabbli), li l-fatt li dawn is-setturi jitqiesu biss bħala pilastri tal-PAA jillimita l-ambitu tiegħu billi ma jippermettix li jiġu inklużi oqsma oħra ta’ azzjoni, kemm dawk fis-seħħ kif ukoll emerġenti, li huma ta' rilevanza speċjali fir-reġjuni tal-Atlantiku; |
|
8. |
jissuġġerixxi għalhekk li dawn iż-żewġ pilastri jinġiebu flimkien f'pilastru wieħed li jista' jissejjaħ “Attivitajiet ta' ekonomija blu bħala mutur għal żvilupp sostenibbli taż-żoni kostali” u li jiġu żviluppati ħames għanijiet fi ħdanu: Portijiet bħala katalisti tal-ekosistema reġjonali ta' ekonomija blu; Portijiet bħala ċentri ta' innovazzjoni biex jinkorporaw soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda; Titjib u adattament ta' attivitajiet ta' setturi maturi (sajd, trasport u loġistika marittima, eċċ.) għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli; Promozzjoni ta' attivitajiet ta' setturi emerġenti ta' tkabbir blu, u b'mod partikolari, tal-enerġiji rinnovabbli tal-baħar; Diġitilizzazzjoni tal-attivitajiet tal-ekonomija blu; |
|
9. |
ifakkar li l-konnettività tal-portijiet u maż-żoni ta' influwenza tagħhom hija qasam ewlieni ieħor u jilqa' bi pjaċir l-inklużjoni ta' pilastru ddedikat għall-portijiet tal-Atlantiku fi ħdan il-PAA. Huwa essenzjali li jitneħħew il-punti ta' konġestjoni tal-ferroviji u fit-toroq ta’ konnessjoni (ċirkwit lokali), kemm jekk ikkawżati minn problemi ta' kapaċità jew minn tagħbija massima. Ir-referenza għar-rwol tal-portijiet bħala portali għall-kummerċ fl-Atlantiku u bħala katalisti għan-negozju hija utli, iżda l-importanza ewlenija tagħhom rigward il-ġenerazzjoni tal-ġid u l-impjiegi fiż-żona ta' influwenza tagħhom ma titqiesx; |
|
10. |
huwa favur it-twessigħ tal-ambitu tal-Awtostradi tal-Baħar fl-Atlantiku, li jippermetti konnessjonijiet ġodda bejn il-portijiet tan-network globali tat-TEN-T, u jiddefendi li l-kriterji għall-inklużjoni fit-TEN-T tal-portijiet Ewropej b'mod ġenerali u tal-Atlantiku b'mod partikolari għandhom ikunu bbażati fuq l-importanza strateġika tagħhom għall-UE u t-territorji tagħha. Jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-valur strateġiku li għandhom l-awtostradi tal-baħar biex jgħaqqdu l-Irlanda mal-kontinent fil-kuntest ta' wara l-Brexit; |
|
11. |
jitlob li dawk il-portijiet tal-Atlantiku strateġikament importanti fl-istrutturar tas-sistema Ewropea tat-trasport, li attwalment jinsabu barra n-network ewlieni tat-TEN-T, jiġu inklużi fiha. Min-naħa l-oħra, jitlob li jiġu ffinanzjati azzjonijiet li jippermettu l-iżvilupp ta' Awtostradi tal-Baħar u t-titjib tas-servizzi tat-trasport tal-baħar fuq distanza qasira bħas-servizzi tat-trasport li huma sostenibbli u li jintegraw it-territorju. Dawn l-investimenti għandhom jitwettqu kemm fil-qasam portwarju kif ukoll fil-konnessjoni fuq l-art, kemm fir-rigward tat-toroq ta’ konnessjoni (ċirkwit lokali) kif ukoll, b'mod partikolari, fil-modernizzazzjoni u t-titjib tal-linji ferrovjarji li huma fundamentali għall-ġenerazzjoni ta' network ta' trasport sostenibbli u għall-koeżjoni tat-territorji periferali; |
|
12. |
jappoġġja l-iżvilupp tal-Awtostrada Ferrovjarja tal-Atlantiku u l-konnessjonijiet ferrovjarji u tat-toroq prinċipali ta’ konnessjoni (ċirkwit lokali), kemm bejn l-infrastrutturi eżistenti kif ukoll bejn il-kurituri tat-TEN-T u linji oħra fiż-Żona tal-Atlantiku; |
|
13. |
ifaħħar il-fatt li wieħed mill-pilastri tal-PAA l-ġdid huwa relatat mal-enerġija rinnovabbli tal-baħar li fiha r-reġjuni tal-Atlantiku għandhom potenzjal enormi u esperjenza ta' xogħol; iżda, min-naħa l-oħra, jiddispjaċih li, peress li l-iżvilupp tal-enerġiji rinnovabbli tal-baħar fil-modalitajiet differenti tagħhom huwa prijorità għar-reġjuni tal-Atlantiku, twaqqfu investimenti ewlenin għall-iżvilupp tagħhom fil-kuntest tal-kriżi attwali; |
|
14. |
jikkunsidra li l-Istrateġija għall-Atlantiku għandha tagħti spinta lil proġetti ta' enerġija rinnovabbli tal-baħar f'sens wiesa', inkluż l-inċentiv ta' katina ta' valur kompetittiva u l-wirja u l-validazzjoni ta' teknoloġiji emerġenti ġodda li jikkontribwixxu għall-ippjanar u l-koordinazzjoni ta' parks ta' ġenerazzjoni futuri; |
|
15. |
jipproponi li, peress li hemm diversi studji dwar ir-riżorsa tal-mewġ, il-kurrenti u r-riħ fiż-żona tal-Atlantiku, dawn għadhom jiġu integrati f'mappa ta' riżorsi potenzjali u li fil-Pilastru III, hemm bżonn li titqies il-kompatibbiltà tal-attività tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli minn sorsi tal-baħar jew minn żoni ta' attivitajiet pre-eżistenti, bħas-sajd, is-sajd tal-frott tal-baħar jew l-akkwakultura, kif ukoll jitqiesu l-ekosistemi tal-baħar u l-bijodiversità; |
|
16. |
jiddenunzja li l-ebda wieħed mill-pilastri ma jirreferi għall-qasam turistiku u għall-wirt kulturali, simbolu taż-żona tal-Atlantiku Ewropea minħabba l-mod li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-immaġini tal-kontinent Ewropew. |
Kompetenzi għall-promozzjoni tat-tkabbir blu fil-livell tal-Unjoni Ewropea u l-programmi ta' fondi
|
17. |
jikkunsidra li huwa meħtieġ li jiġi żviluppat strument ekonomiku u baġitarju speċifiku għall-Istrateġija għall-Atlantiku li jwassal għall-implimentazzjoni tagħha u l-iżvilupp tal-azzjonijiet marbuta tagħha b'mod aktar attraenti. L-integrazzjoni tal-għanijiet tal-Istrateġija u l-PAA fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) hija relevanti speċjalment minħabba d-deċiżjoni tar-Renju Unit li joħroġ mill-Unjoni Ewropea; |
|
18. |
itenni li l-politika ta' koeżjoni, permezz tal-FEŻR u l-FSE, kienet l-aktar għodda ta' investiment importanti tal-UE fl-aħħar perjodu ta' programmazzjoni. L-użu sħiħ tal-politika ta' koeżjoni, flimkien mal-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli permezz tal-FEMSA u l-FAEŻR, se jkun essenzjali għas-suċċess futur tal-proġetti fil-qafas tal-Istrateġija għall-Atlantiku. Is-semplifikazzjoni tal-Fondi SIE se tgħin biex tingħata spinta lid-disponibbiltà tal-finanzjament għall-proġetti lokali; |
|
19. |
ifakkar li l-kalendarju tal-PAA huwa mfassal biex jispira lill-awtoritajiet ta' ġestjoni tal-Istati Membri tal-UE u lir-reġjuni kostali meta jkunu qed ifasslu l-ftehimiet ta' sħubija u l-programmi għall-perjodu 2021-2027 u li ħafna mill-azzjonijiet li jinsabu f'dawn il-programmi relatati mal-PAA se jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet klimatiċi tal-UE. Għalhekk, jinnota d-dewmien li diġà jeżisti bħala konsegwenza tal-pandemija tal-COVID-19 u jenfasizza l-ħtieġa li l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-programmi operattivi nazzjonali jkunu disponibbli u operattivi fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni bejn l-2021 u l-2027; |
|
20. |
jindika li l-implimentazzjoni tal-PAA tiddependi, fil-biċċa l-kbira, fuq l-investimenti magħmula b'finanzjament pubbliku u b'fondi privati. Barra minn hekk, il-proġetti emblematiċi li joħorġu mill-Istrateġija għall-Atlantiku għandhom jiġu akkomodati b’mod aħjar fil-programmi tal-UE; |
|
21. |
fid-dawl tan-numru dejjem akbar ta' strumenti finanzjarji disponibbli, jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex torganizza, possibbilment flimkien mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, kampanji ta' informazzjoni għall-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar l-aħjar prattiki għall-aċċess u l-użu ta' dawk l-istrumenti finanzjarji. |
L-ekonomija blu u l-importanza tad-data għall-iżvilupp metodoloġiku tagħha fil-livell lokali u reġjonali
|
22. |
jinnota li l-impatt tal-ekonomija blu fil-livell reġjonali u lokali għadu ma ġiex evalwat kollu, peress li trid tiġi żviluppata sistema ta' indikaturi appoġġjati minn data affidabbli biex tkejjel l-impatt preċiż tal-attivitajiet li jiddependu direttament jew indirettament mill-baħar; |
|
23. |
jiddikjara li, fil-qasam tal-ekonomija blu, minbarra l-attivitajiet imsemmija qabel, hemm esperjenza kbira f'żoni oħra b'attività bħall-kostruzzjoni u t-trasport navali, il-ġenerazzjoni ta' strutturi għall-produzzjoni tal-enerġija tal-baħar jew l-iżvilupp ta' bijokomponenti minn elementi naturali tal-baħar; |
|
24. |
jirrakkomanda l-adozzjoni ta' strateġiji reġjonali ta' speċjalizzazzjoni għall-iżvilupp metodoloġiku tal-ekonomija blu fil-livell lokali u reġjonali, minħabba l-kumplessità u l-kwantità konsiderevoli ta' riżorsi eżistenti, sabiex jgħinu fl-identifikazzjoni tal-azzjonijiet l-aktar xierqa; |
|
25. |
jipproponi li l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni jiġbor Inventarju bl-attivitajiet tal-ekonomija blu f'kull wieħed mir-reġjuni u t-territorji tiegħu, u b'hekk ifassal mappa reali tal-iżvilupp tal-ekonomija blu fl-Unjoni Ewropea, li tiġi aġġornata perjodikament fil-qasam tal-Kummissjoni NAT mill-aġenti speċifiċi ta' kull reġjun, sabiex tkun taf il-prattiki tajbin ta' suċċess f'dan il-qasam |
Il-governanza b'diversi livelli fl-Atlantiku
|
26. |
jappoġġja l-istruttura ta' governanza u l-qafas ta' monitoraġġ ġdid u jipproponi l-integrazzjoni ta' pjani direzzjonali jew stadji importanti speċifiċi f'kull għan, sabiex tingħata aktar speċifiċità lill-azzjonijiet indikati; |
|
27. |
jikkunsidra xieraq li jiġu rikonoxxuti l-importanza u l-appoġġ mogħti biex jiġi applikat l-approċċ LEADER għall-iżvilupp tal-Istrateġija għall-Atlantiku, permezz tal-Istrateġiji ta' Żvilupp Lokali mmexxija mill-Komunità marbuta mal-Gruppi ta' Azzjoni Lokali tas-Sajd, strument speċifiku marbut mal-kosta u l-atturi ekonomiċi u soċjali tagħha, fejn hemm esperjenza u għarfien; |
|
28. |
jiddefendi bis-sħiħ governanza effettiva b'diversi livelli, filwaqt li jirrispetta l-qafas istituzzjonali ta' kull Stat Membru, u jemmen li l-istrateġija marittima mġedda għandha tippermetti l-parteċipazzjoni attiva tar-reġjuni fil-governanza tal-Atlantiku; |
|
29. |
jisħaq dwar il-ħtieġa li jiġu allinjati l-aġendi u l-għanijiet tal-proċessi u l-politiki multipli tal-UE, peress li, ta' spiss, dak li m'għadux prijorità fuq aġenda li tispiċċa f'ċerta data jsir prijorità fuq l-aġenda ta' proċess ieħor b'data ta' finalizzazzjoni differenti. Din il-problema ta' governanza tirrifletti l-eżistenza ta' struttura frammentata u n-nuqqas ta' koordinazzjoni adegwata u informazzjoni korretta u aġġornata. |
Kooperazzjoni fl-Atlantiku
|
30. |
jirrimarka li l-kisba tal-għanijiet u l-azzjonijiet tal-erba' pilastri tal-PAA proposti mill-Kummissjoni Ewropea, għalkemm meqjusa insuffiċjenti, se jkollhom effetti pożittivi u se jkunu ta' benefiċċju għar-reġjuni mhux tal-Atlantiku, u jirrakkomanda bil-qawwa l-iżvilupp ta' kooperazzjoni estiża ma' dawk ir-reġjuni; |
|
31. |
jitlob li l-kooperazzjoni transfruntiera lil hinn mil-limiti marittimi u fit-territorji tissaħħaħ bl-iżvilupp ta' sejħiet aktar sempliċi għal proġetti transfruntiera, bit-tisħiħ tal-programmi Interreg u għodod baġitarji oħra; |
|
32. |
ifakkar li l-programmi ta' kooperazzjoni territorjali li fihom jipparteċipaw ir-reġjuni taż-żona tal-Atlantiku kkontribwixxew u se jikkontribwixxu b'mod intelliġenti għall-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-PAA l-ġdid, u jisħaq dwar il-possibbiltà ta' impatt akbar jekk ikun hemm sejħa speċifika għall-għajnuna għal proġetti transfruntiera fi ħdan il-qafas baġitarju proprju tal-istrateġija marittima għall-Atlantiku, b'għanijiet definiti u xierqa għall-Pjan u b'indikaturi ta' kejl proprji li huma faċli biex jiġu mmaniġġjati; |
|
33. |
jiddikjara li sabiex tittejjeb il-kooperazzjoni huwa meħtieġ it-titjib tal-għarfien reċiproku; għalhekk, minn naħa, ikun utli ħafna li titfassal lista ta' atturi, problemi u opportunitajiet u titqassam fost l-aġenti ta' kull pajjiż u/jew it-territorji; jeħtieġ ukoll li jiġu stabbiliti linji ta' azzjoni jew ta' teknoloġija għas-setturi differenti tal-ekonomija blu bbażati fuq l-ispeċjalizzazzjoni konkreta ta' kull reġjun, waqt li tiġi promossa kollaborazzjoni reċiproka u tiġi pprovduta offerta konġunta, mingħajr il-ħtieġa għal kompetizzjoni; |
|
34. |
jikkunsidra li, sabiex tinkiseb u tissaħħaħ il-kooperazzjoni transfruntiera, għandhom jinħolqu kundizzjonijiet li jiffavorixxu s-sinerġiji u jinkoraġġixxu x-xogħol f'timijiet multidixxiplinarji u multikulturali li jallinjaw l-interessi u l-aġendi, fi prijoritajiet xjentifiċi u fi strumenti ta' ġestjoni u governanza, waqt li jippromovu l-kollaborazzjoni ġusta bejn timijiet ta' nies fit-territorji differenti, li jistabbilixxu mekkaniżmi ta' finanzjament sempliċi u kontinwu biex ikunu jistgħu jwettqu l-azzjonijiet f'perjodi ta' żmien realistiċi u li jiffavorixxu żieda fil-parteċipazzjoni tas-soċjetà fi ħdanhom stess, għall-benefiċċju tas-suċċess tagħhom; |
|
35. |
juri b'mod ċar li l-fatt li jkollok numru kbir ta' programmi paralleli iżda mhux relatati joħloq konfużjoni u probabbilment ineffiċjenza fl-użu tal-fondi pubbliċi. Huma meħtieġa l-armonizzazzjoni tal-finanzjament pubbliku tar-riċerka u l-innovazzjoni biex jiġu massimizzati l-koerenza u l-impatt tal-investimenti u biex tiġi ottimizzata d-disponibbiltà tal-ħin tar-riċerkaturi. Jirrakkomanda l-allinjament tal-miżuri u l-għajnuna reġjonali, nazzjonali u Ewropej biex jiġi ġġenerat impatt ferm ogħla minn dak miksub b'diversi programmi mhux relatati u b'hekk jikkontribwixxi b'mod effettiv għal Żona Ewropea tar-Riċerka ta' prestazzjoni għolja fil-qasam tal-ekonomija blu; |
|
36. |
jemmen li l-kooperazzjoni m'għandhiex tkun limitata għal kwistjonijiet marittimi u portwarji, iżda pjuttost tqis l-interazzjoni tal-baħar/tal-art u tagħti attenzjoni lill-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima (ekonomija ċirkolari, mobbiltà sostenibbli, ekosistemi tal-baħar, eċċ.); |
|
37. |
jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni bbażata fuq l-istrateġiji rispettivi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti (S3) tar-reġjuni tal-Atlantiku u l-iżvilupp ta' proġetti emblematiċi f'żoni ta' Speċjalizzazzjoni Marittima Intelliġenti tal-Atlantiku; |
|
38. |
jixtieq jinsisti li, fil-kuntest tal-irkupru ta' wara l-COVID-19 u fid-dawl ta' wara l-Brexit, il-kollaborazzjoni fiż-żona tal-Atlantiku hija saħansitra aktar meħtieġa minħabba d-deterjorament prevedibbli tas-sitwazzjoni soċjoekonomika u l-impatt tagħha fuq l-impjiegi u fuq it-tkabbir blu u l-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u l-ambitu li finalment se jkollu l-Fond ta' Aġġustament għall-Brexit; |
|
39. |
jixtieq iħares lejn il-futur, f'dan ir-rigward, u jikkunsidra li t-tfixkil ikkawżat mill-pandemija u l-Brexit jista' jinbidel f'opportunità jekk is-setturi ewlenin tagħna jaġġornaw il-kapaċitajiet teknoloġiċi tagħhom. Għal din ir-raġuni, jilqa' strumenti ġodda li jistgħu jippromovu katini ta' valur Ewropej ġodda, ibbażati fuq il-prijoritajiet tal-istrateġiji reġjonali ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti; |
|
40. |
jikkunsidra li, waqt li jitqiesu l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar “l-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE”, huwa l-mument li tinħoloq u tiġi żviluppata din l-istrateġija makroreġjonali għall-baċir tal-Atlantiku, b'qafas baġitarju u ta' implimentazzjoni speċifiku u xieraq għar-realtà u l-potenzjal tiegħu; |
|
41. |
jifhem li l-ħolqien ta' makroreġjun tal-Atlantiku huwa l-aħjar mod biex tiġi approfondita l-kooperazzjoni, jiġu indirizzati l-isfidi marittimi flimkien ma' oħrajn marbuta mat-territorju, titjieb il-koordinazzjoni bejn ir-reġjuni u l-Istati Membri, u jiġi razzjonalizzat l-użu tal-finanzjament; |
|
42. |
jifhem li n-natura marittima tal-makroreġjun għandha tkun ikkomplementata mill-potenzjal tal-innovazzjoni marbut mal-oqsma ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti komuni għar-reġjuni tal-Atlantiku u għandha tiġi promossa l-kooperazzjoni trans-Alantika li tippermetti l-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi, il-pajjiżi u r-reġjuni terzi, skont mudell ta' governanza b'diversi livelli tal-Makroreġjun tal-Alpi ta' parteċipazzjoni diretta u attiva tar-reġjuni. |
Brussell, id-19 ta’ Marzu 2021.
Apostolos TZITZIKOSTAS
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
|
7.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/6 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni
(2021/C 175/02)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
|
1. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-edukazzjoni hija essenzjali għall-iżvilupp armonjuż tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, speċjalment fil-kuntest il-ġdid fejn din hija fattur strateġiku ewlieni fil-bini ta’ ekonomija bbażata fuq l-għarfien. L-edukazzjoni għandha wkoll impatt kruċjali fuq oqsma oħrajn ta’ interess għall-awtoritajiet lokali u reġjonali, bħall-eżodu jew il-kisba ta’ mħuħ, il-koeżjoni soċjali, l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, it-trasformazzjoni diġitali, l-innovazzjoni (teknoloġika u soċjali) il-komunitajiet ekoloġiċi, u l-kooperazzjoni bejn il-qasam akkademiku u setturi oħrajn. L-edukazzjoni hija fattur importanti fl-iżvilupp tar-reżiljenza tal-komunitajiet u tippermettilhom jindirizzaw b’mod aktar faċli l-kriżijiet, sew jekk ekonomiċi jew xort’oħra, kif ukoll li jadattaw għall-bżonnijiet u ċ-ċirkustanzi differenti. Fil-livell lokali u reġjonali, il-promozzjoni tal-edukazzjoni u tat-taħriġ għandha titqies bħala investiment kbir fil-futur tagħna; |
|
2. |
iqis li r-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fis-suċċess tal-proġett taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni huwa essenzjali minħabba r-rabtiet diretti u sostanzjali tagħhom mal-komunitajiet li fihom għandhom jiġu implimentati l-politiki tal-edukazzjoni definiti fil-livell Ewropew u li fuqhom imbagħad dawn il-politiki jkollhom impatt dirett. L-awtoritajiet lokali u reġjonali huma responsabbli għall-implimentazzjoni ta’ 70 % tal-leġiżlazzjoni tal-UE. Fl-aħħar mill-aħħar, l-edukazzjoni sseħħ fil-livell lokali u, minn dan il-lat, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà attiva, il-livelli lokali u reġjonali għandhom jiġu inklużi fil-pjan, bl-istess mod tal-livelli nazzjonali u Ewropej, u jipparteċipaw mill-bidu nett fil-proċessi tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Naturalment, għandha tiġi stabbilita relazzjoni strutturata u kontinwa bejn il-Kummissjoni u l-KtR f’dan il-qasam ewlieni; |
|
3. |
jirrimarka li l-objettivi strateġiċi taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni jeħtieġ li jitqabblu ma’ riżorsi finanzjarji ċari u identifikabbli disponibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali; |
|
4. |
iqis li l-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, il-ħidma favur is-sostenibbiltà ambjentali u t-tisħiħ tal-identitajiet Ewropej, nazzjonali u reġjonali għandhom ikunu l-għanijiet ewlenin taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni; |
|
5. |
jenfasizza l-ħtieġa li jitfassal pjan direzzjonali, kif ukoll stadji importanti u indikaturi annwali, sabiex ikun jista’ jiġi vvalutat il-progress imwettaq fl-implimentazzjoni tal-objettivi taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni fil-livelli Ewropew, nazzjonali, u, fejn meħtieġ, reġjonali u lokali. Huwa meħtieġ li tiġi appoġġjata l-valutazzjoni tas-sitwazzjoni attwali lokali u reġjonali u li l-għanijiet, l-objettivi u s-sistema ta’ appoġġ huma definiti kif xieraq; |
|
6. |
jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li hemm bżonn li jitwettaq dibattitu serju fil-livell Ewropew dwar ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-ħolqien taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, f’kuntest fejn il-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-qasam tal-edukazzjoni jvarjaw b’mod konsiderevoli minn Stat Membru għal ieħor. Huwa essenzjali li jkun hemm rabta bejn dawn ir-responsabbiltajiet u l-istrateġiji u l-azzjonijiet tal-gvernijiet nazzjonali. Kull belt, muniċipalità u reġjun għandhom jinkludu objettivi edukattivi ewlenin marbuta mal-objettivi nazzjonali u Ewropej fl-istrateġiji tagħhom; |
|
7. |
jinnota li filwaqt li l-kwistjonijiet u l-isfidi tal-edukazzjoni huma komuni, l-għodod u r-riżorsi disponibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali jvarjaw. Barra minn hekk, mhux l-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha għandhom l-istess kapaċità amministrattiva, u dan jinfluwenza direttament il-possibbiltajiet tagħhom ta’ suċċess fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji u politiki differenti fil-qasam tal-edukazzjoni. Huwa essenzjali li jiġu identifikati l-ħtiġijiet reġjonali tal-edukazzjoni u jiġu promossi politiki edukattivi speċifiċi, li jqisu l-kuntest lokali. F’dan ir-rigward, huwa importanti li jiġu żviluppati għodod biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkunu jistgħu jitgħallmu mill-prattiki tajba ta’ komunitajiet oħra fl-Unjoni. L-iżvilupp ta’ sistema pan-Ewropea li tidentifika r-riżorsi disponibbli f’kull reġjun biex tippermetti l-użu flessibbli u effiċjenti se jikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. Il-kooperazzjoni hija essenzjali biex jiġu pprovduti servizzi edukattivi u jiġu evitati d-duplikazzjonijiet. Il-Kummissjoni għandha tappoġġja dan l-approċċ u tiżgura li kwalunkwe ostakolu għall-kooperazzjoni jitneħħa billi jiġi żviluppat u promoss b’mod attiv qafas ta’ kooperazzjoni flessibbli, aċċessibbli u faċli għall-utent; |
|
8. |
iqis li huwa importanti li jitnaqqsu d-differenzi fl-edukazzjoni li jeżistu bejn iż-żoni remoti, rurali u urbani, bejn id-disparitajiet reġjonali, bejn il-livelli differenti ta’ tagħlim (edukazzjoni primarja, sekondarja u għolja) u bejn l-istituzzjonijiet edukattivi differenti. Dawn id-differenzi jikkontribwixxu biex jinżammu l-inugwaljanzi fl-aċċess għall-edukazzjoni it-tkomplija tal-istudji u r-riżultati fit-tul, b’mod partikolari l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-possibbiltà li jinstab impjieg imħallas tajjeb; |
|
9. |
jinnota li għandna bżonn nadottaw approċċ koerenti għall-programmi u finanzjamenti differenti fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ offrut mill-Unjoni Ewropea. Apparti l-Erasmus+, approċċ ġdid jeħtieġ li jintegra strumenti addizzjonali bħall-Orizzont Ewropa u l-Fondi Strutturali. Dan l-approċċ irid ikun inklużiv u l-istrumenti kollha tal-UE jridu jappoġġjaw lir-reġjuni u lill-komunitajiet lokali fi proċess flessibbli u bla xkiel ta’ trasformazzjoni, adattat għad-diversità eżistenti, filwaqt li jiġu żgurati s-sinerġiji u jiġu evitati d-duplikazzjonijiet fl-edukazzjoni u fit-tagħlim (kemm għall-istudenti kif ukoll għall-għalliema); |
|
10. |
jenfasizza li huwa fundamentali li jiġi rrispettat il-prinċipju li ħadd ma jitħalla jibqa’ lura. Edukazzjoni ta’ kwalità baxxa ħafna drabi hija marbuta mal-faqar u n-nuqqas ta’ riżorsi individwali. Billi nkomplu ma nappoġġjawx l-edukazzjoni b’mod adegwat, qed noħolqu ċirku vizzjuż fejn il-prestazzjoni u l-ħiliet insuffiċjenti jissarrfu f’nuqqas ta’ tkabbir ekonomiku lokali u riżorsi saħansitra aktar insuffiċjenti. Huwa essenzjali li l-istrateġija/il-programmi operattivi jqisu wkoll dawk iċ-ċittadini li m’għandhomx riżorsi u persuni żvantaġġati oħra, li għalihom l-edukazzjoni tirrappreżenta waħda mill-ftit opportunitajiet biex joħorġu mill-faqar; |
|
11. |
jenfasizza wkoll li edukazzjoni ta’ kwalità baxxa hija marbuta wkoll ma’ ostakli relatati mal-aċċess għall-edukazzjoni minħabba raġunijiet differenti ta’ diskriminazzjoni, fosthom abbażi tal-ġeneru, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabilità, jew orjentazzjoni sesswali. Għaldaqstant huwa essenzjali li tiġi żgurata edukazzjoni inklużiva u ġusta mingħajr preġudizzju għal kulħadd u li jittieħdu miżuri adegwati biex jiġu miġġielda r-razziżmu u d-diskriminazzjoni fl-istabbilimenti edukattivi; |
|
12. |
iqis li wara l-kriżi tal-COVID-19, għandhom jinsiltu tagħlimiet importanti fil-qasam tal-edukazzjoni fil-livell tal-komunitajiet lokali u reġjonali. Il-kriżi kellha impatt profond fuq l-edukazzjoni fil-komunitajiet lokali u reġjonali, u obbligathom jindirizzaw l-isfidi ewlenin tal-ġestjoni tal-kriżijiet, ir-reżiljenza ekonomika u soċjali, l-użu tat-teknoloġija fl-edukazzjoni, l-adattament tar-riżorsi umani għal realtajiet ġodda, il-ħtieġa ta’ kooperazzjoni u l-ħtieġa li tiġi pprovduta edukazzjoni inklużiva u ta’ kwalità. Fil-livell tal-proċess edukattiv, l-isfidi kienu dawn li ġejjin: it-tranżizzjoni u t-trasformazzjoni diġitali, metodi pedagoġiċi ġodda, il-ħolqien ta’ klima ta’ sigurtà u ta’ benesseri għall-istudenti u l-għalliema, iż-żamma u t-trasformazzjoni tal-mobilità (tal-istudenti u tal-għalliema). Huwa importanti li jiġu identifikati l-isfidi li qed tiffaċċja s-sistema, kif ukoll il-bidliet li jeħtieġ li jsiru biex is-sistemi edukattivi jkunu reżiljenti għal sitwazzjonijiet simili fil-futur. Ir-reżiljenza tas-sistemi edukattivi trid tkun prijorità fil-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż permezz tal-innovazzjoni fl-edukazzjoni u tat-teknoloġiji l-ġodda (eż. l-intelliġenza artifiċjali, is-supercomputers/l-informatika ta’ prestazzjoni għolja u ċ-ċibersigurtà). Huwa importanti, meta wieħed iqis ukoll id-differenzi u l-isfidi soċjali, etniċi u reġjonali, li jiġi żgurat li l-komunitajiet kollha jkollhom aċċess ugwali għall-edukazzjoni diġitali, inkluż it-tagħmir, ir-riżorsi u l-kontenut edukattiv diġitali; |
|
13. |
jenfasizza li l-promozzjoni tal-professjoni tal-għalliema (inkluż mil-lat finanzjarju) u, f’dan ir-rigward, it-taħriġ kontinwu ta’ għalliema li huma motivati u kompetenti, huma fatturi essenzjali biex tinħoloq iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. Mingħajr fehim sħiħ tar-rwol fundamentali tal-għalliema, huwa impossibbli li fil-qasam tal-edukazzjoni tinbena strateġija li tista’ tirnexxi. L-investiment f’oqsma bħat-taħriġ tal-għalliema, il-proċeduri effettivi għall-għażla, ir-reklutaġġ u l-evalwazzjoni tal-għalliema, jew sabiex il-professjoni tat-tagħlim tkun iktar attraenti, speċjalment fiż-żoni rurali, huwa essenzjali biex jinżammu l-kwalità u l-kompetittività tas-sistemi edukattivi tal-Istati Membri u biex tissaħħaħ il-pożizzjoni tal-UE bħala l-aqwa mexxejja fix-xena internazzjonali; |
|
14. |
jenfasizza li qed isir dejjem aktar importanti li jinbnew sħubijiet strateġiċi bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-universitajiet fit-territorji tagħhom (li huma atturi ċentrali fil-“qasam ta’ għarfien” li jirrigwarda l-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u s-servizzi għas-soċjetà). Ir-rwol tal-universitajiet huwa essenzjali fl-iżvilupp ta’ komunitajiet lokali u reġjonali reżiljenti. L-edukazzjoni għolja tista’ tistimula kemm il-kisba ta’ mħuħ kif ukoll iċ-ċirkolazzjoni ta’ mħuħ u tgħin lill-Ewropa tattira riżorsi umani internazzjonali ta’ kwalità. Fil-qasam tal-edukazzjoni universitarja, ir-riformi proposti fil-livell tal-UE huma massivi, inklużi l-Inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, il-mobilità tal-istudenti, il-Kard Ewropea tal-Istudenti, il-monitoraġġ tal-gradwati, u r-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tad-diplomi tal-edukazzjoni għolja. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom ikunu jistgħu jiżviluppaw sħubijiet strateġiċi mal-universitajiet u jikkontribwixxu għal dan il-proċess ta’ trasformazzjoni; |
|
15. |
jenfasizza r-rabtiet mill-qrib bejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u ż-Żona Ewropea tar-Riċerka, u jappella għal “approċċ ġdid għal Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u r-Riċerka, u jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa ta’ approċċ trasversali għal dawn il-kwistjonijiet, li huma marbuta mill-qrib mal-politiki reġjonali” (1); |
|
16. |
jinnota l-importanza li d-diplomi tal-edukazzjoni għolja, tal-edukazzjoni sekondarja għolja u ċ-ċertifikati ta’ taħriġ jiġu rikonoxxuti b’mod reċiproku u awtomatiku mill-Istati Membri. Dan ir-rikonoxximent reċiproku awtomatiku huwa meħtieġ jekk irridu nimxu ’l quddiem u, preferibbilment, għandu jkun ibbażat fuq l-eżiti mistennija tat-tagħlim, skont il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki; |
|
17. |
jinnota l-importanza li jitfasslu kurrikuli flessibbli, billi jiġu enfasizzati l-ħiliet u jinħolqu riżorsi edukattivi ħielsa adatti għall-proċess ta’ tagħlim appoġġjat mit-teknoloġija. Iqis ukoll li kurrikuli flessibbli jistgħu jrawmu l-integrazzjoni tal-ispeċifiċitajiet lokali u reġjonali billi jindirizzaw il-kwistjonijiet u jiżviluppaw il-ħiliet skont ir-realtajiet u l-ħtiġijiet/l-isfidi ta’ kull komunità u reġjun; |
|
18. |
iqis li huwa essenzjali li jiġu identifikati u promossi l-eżempji ta’ implimentazzjoni b’suċċess tal-objettivi taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni fil-livell lokali u reġjonali. L-analiżi u t-tixrid ta’ dawn l-aħjar prattiki jistgħu jsaħħu l-valur miżjud tal-azzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri; |
|
19. |
iqis li hemm bżonn li jinbidlu l-prijoritajiet għall-iżvilupp tal-infrastruttura edukattiva fil-livell lokali u jirrimarka li l-awtoritajiet lokali u reġjonali ser jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn infrastrutturi edukattivi moderni, funzjonali, diġitali u ekoloġiċi fil-komunitajiet tagħhom. Għandha ssir enfasi fuq it-tbegħid minn strutturi edukattivi riġidi lejn mudelli flessibbli biex jingħelbu l-ostakli formali, kemm bejn l-istituzzjonijiet kif ukoll bejn il-livelli tal-edukazzjoni; |
|
20. |
josserva li l-edukazzjoni hija fattur ewlieni fit-trasformazzjoni tal-mudell ekonomiku fil-livell lokali u reġjonali (jiġifieri tranżizzjoni lejn ekonomija ekoloġika bbażata fuq l-għarfien u t-trasformazzjoni diġitali). It-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali doppja għandha tiġi integrata fil-proċessi edukattivi u l-objettivi trasversali kollha fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ; |
|
21. |
jilqa’ t-tnedija tal-Koalizzjoni Edukazzjoni għall-Klima biex tappoġġja l-implimentazzjoni tal-Patt Klimatiku Ewropew u jesprimi r-rieda tiegħu li jkun involut mill-qrib f’din l-inizjattiva ewlenija taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sabiex tinkiseb tranżizzjoni soċjetali ġusta, ekoloġika u diġitali għal kulħadd; |
|
22. |
jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tinkludi fil-Koalizzjoni Edukazzjoni għall-Klima r-reġjuni u l-komunitajiet lokali u inizjattivi bħall-Patt Globali tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija sabiex tkun żgurata rabta bejn l-inizjattivi minn isfel għal fuq u l-azzjoni fil-livell tal-UE, filwaqt li tappoġġja wegħdiet u azzjonijiet konkreti għal imġiba sostenibbli fl-UE kollha; |
|
23. |
iqis li għandha tingħata aktar attenzjoni lill-ħiliet tal-ħajja u l-ħiliet trasversali sabiex tiżdied il-kapaċità taċ-ċittadini Ewropej li jadattaw għal suq tax-xogħol dinamiku u li qed jinbidel kontinwament; |
|
24. |
jenfasizza li hemm bżonn li tittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni fil-livell lokali u reġjonali għax hija fattur li jista’ jillimita b’mod sinifikanti l-fenomenu tal-eżodu ta’ mħuħ, u jiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-appoġġ mogħti mill-Kummissjoni u mill-Unjoni Ewropea biex jiġi miġġieled l-eżodu ta’ mħuħ u biex dan jinbidel f’ċirkolazzjoni tal-imħuħ; |
|
25. |
iqis essenzjali li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jappoġġjaw bl-aħjar mod l-edukazzjoni u l-inklużjoni diġitali għall-istudenti, kif ukoll għaċ-ċittadini u l-impjegati taċ-ċivil (b’rabta mal-Pjan ta’ Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali l-ġdid promoss mill-Kummissjoni); |
|
26. |
josserva li huwa importanti li tittejjeb il-kwalità tal-proċessi edukattivi f’oqsma bħall-iżvilupp tal-ħiliet bażiċi, l-interkulturaliżmu, it-tagħlim tal-lingwi, id-diversità kulturali u lingwistika, kif ukoll biex jiġi żgurat li t-tfal żvantaġġati jiksbu ħiliet li tfal oħra jiksbu d-dar; |
|
27. |
iqis li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jistgħu jaħdmu ma’ stabbilimenti ta’ edukazzjoni u taħriġ formali u mhux formali biex jipprovdu programmi ta’ tagħlim tul il-ħajja tant meħtieġa għat-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid sabiex in-nies ikunu jistgħu jibqgħu jew jidħlu f’suq tax-xogħol, kif ukoll f’oqsma oħra tal-ħajja li qed jinbidlu malajr fit-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali. Tali programmi jistgħu wkoll jiġu mfassla għall-ħtiġijiet ta’ gruppi speċifiċi, bħall-anzjani, sabiex itejbu l-kwalità tal-ħajja u l-livell ġenerali ta’ sodisfazzjon u integrazzjoni ta’ dawn il-gruppi. L-universitajiet jistgħu/għandhom ukoll isiru msieħba ewlenin tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ programmi innovattivi għall-atturi lokali, skont l-ispeċifiċitajiet lokali u reġjonali; |
|
28. |
iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jappoġġjaw l-universitajiet, iċ-ċentri ta’ taħriġ vokazzjonali u organizzazzjonijiet oħrajn li jimplimentaw il-programmi ta’ Erasmus+ biex ma jħeġġux biss il-mobilità tal-istudenti, iżda wkoll il-mobilità tal-imprendituri żgħażagħ u l-voluntiera mill-Istati Membri; |
|
29. |
jinnota kemm huwa importanti li, għat-tfal kollha li jattendu l-iskola, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jippromovu ambjenti sikuri, ħielsa mill-vjolenza, il-fastidju, il-bullying fl-iskejjel, il-lingwa dannuża, id-diżinformazzjoni u l-forom kollha ta’ diskriminazzjoni; |
|
30. |
jenfasizza l-importanza ta’ azzjoni mill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex l-edukazzjoni ssir aktar inklużiva fil-livelli kollha għall-persuni b’diżabilità jew għall-gruppi vulnerabbli; |
|
31. |
jinnota l-importanza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jippromovu l-evoluzzjoni (permezz tal-istabbilimenti tal-edukazzjoni) tal-attitudnijiet u l-kompetenzi taċ-ċittadini fit-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali, kif ukoll il-mobilità tal-għalliema u l-istudenti fi sħubijiet nazzjonali u internazzjonali ma’ komunitajiet oħra. Mobilità bħal din tista’ tkun il-bażi ta’ trasferiment ta’ għarfien għat-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji edukattivi effettivi. L-istudju tal-OECD dwar l-edukazzjoni u t-tagħlim (TALIS, 2018) juri li għadd kbir ta’ għalliema jesprimu l-ħtieġa li jiżviluppaw ħiliet speċifiċi biex jgħallmu f’ambjenti li jinvolvu studenti bi bżonnijiet speċjali, jużaw teknoloġiji diġitali u jgħallmu fi klassijiet multilingwi u multikulturali; |
|
32. |
iħeġġeġ lill-komunitajiet lokali u reġjonali (permezz ta’ sħubijiet bejn is-setturi pubbliċi, privati u mingħajr skop ta’ qligħ) biex itejbu l-kapaċitajiet tal-universitajiet fir-rigward ta’ programmi edukattivi speċjalizzati f’ħiliet diġitali avvanzati, pereżempju f’teknoloġiji avvanzati (l-intelliġenza artifiċjali, iċ-ċibersigurtà u l-computing ta’ prestazzjoni għolja); |
|
33. |
josserva li l-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-Istati Membri għandhom iħeġġu l-ħolqien ta’ ċentri edukattivi supranazzjonali fil-bliet universitarji ewlenin fl-UE, sabiex jippermettu t-tfassil ta’ prattiki tajbin u politiki pubbliċi fir-rigward tal-mobilità tal-istudenti u tal-għalliema, kif ukoll tat-trasformazzjoni diġitali tal-proċessi edukattivi. |
Brussell, id-19 ta’ Marzu 2021.
Apostolos TZITZIKOSTAS
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) Opinjoni tal-KtR dwar Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER) ġdida għar-riċerka u l-innovazzjoni (ĠU C 106, 26.3.2021, p. 31).
|
7.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/10 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni għall-Materja Prima Kritika
(2021/C 175/03)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
Kummenti ġenerali
|
1. |
jenfasizza li s-soċjetajiet u l-ekonomiji moderni ma jistgħux jiffunzjonaw fit-tul mingħajr provvista ta’ materja prima li tkun affidabbli, sikura, kompetittiva u favur l-ambjent. Il-materja prima kritika hija dik il-materja prima li għandha importanza ekonomika għolja, iżda li attwalment għaliha ma hemm l-ebda provvista sikura u sostenibbli minn sorsi domestiċi ta’ materja prima fl-Ewropa; |
|
2. |
jemmen li l-UE teħtieġ bażi industrijali b’saħħitha li tiddependi ħafna minn provvista adegwata ta’ materja prima u użu effiċjenti u riċiklaġġ ta’ din il-materja, minħabba l-impenji fir-rigward tat-tranżizzjoni lejn ekonomija b’livell aktar baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju u ż-żieda fid-diġitalizzazzjoni; |
|
3. |
jirrimarka li, skont studju li twettaq mill-Kummissjoni Ewropea (1), id-domanda għal materja prima kritika għal teknoloġiji u setturi strateġiċi se tiżdied b’mod drastiku minn issa sal-2030/050, abbażi tal-informazzjoni disponibbli bħalissa, u li, pereżempju, sal-2030 l-UE se tkun teħtieġ sa 18-il darba aktar litju u 5 darbiet aktar kobalt mil-lum għal batteriji ta’ vetturi elettriċi u ħażna ta’ enerġija — u kważi 60 darba aktar litju u 15-il darba aktar kobalt sal-2050; |
|
4. |
jirrimarka li, fuq livell globali, anqas minn 5 % tal-materja prima kritika hija prodotta fl-UE, filwaqt li l-industrija tal-UE tammonta għal madwar 20 % tal-konsum globali ta’ materja prima kritika. L-UE tiddependi b’mod partikolari minn importazzjonijiet ta’ riżorsi kritiċi li għandhom rwol ewlieni fir-rigward tat-teknoloġiji futuri u huma importanti, pereżempju fil-forma ta’ metalli u elementi rari, għal applikazzjonijiet tekniċi innovattivi. Għalhekk dawn se jkunu meħtieġa għall-produzzjoni u l-ħolqien tal-valur f’dawk l-oqsma fejn l-ekonomija Ewropea tfittex li tkun mexxej globali ewlieni. Dan japplika, pereżempju, għall-użu tal-materja prima prevista fil-Patt Ekoloġiku Ewropew għal tranżizzjoni lejn enerġija sigura, nadifa u affordabbli minn sorsi rinnovabbli, il-perkors lejn ekonomija nadifa u aktar ċirkolari, kif ukoll għall-użu tagħhom fil-mobbiltà u kostruzzjoni b’mod effiċjenti ta’ użu tal-enerġija u tar-riżorsi; |
|
5. |
jinnota li s-settur totali tal-materja prima fl-UE jipprovdi madwar 350,000 impjieg u li aktar minn 30 miljun impjieg fl-industriji tal-manifattura downstream jiddependu minn aċċess affidabbli u mhux diskriminatorju għall-materja prima; |
|
6. |
jenfasizza li l-kriżi tal-COVID-19, fost oħrajn, uriet li l-Ewropa tiddependi wisq minn fornituri barra mill-UE għal materja prima kritika, u li l-interruzzjonijiet fil-provvista jista’ jkollhom impatt negattiv fuq il-ktajjen tal-valur industrijali u setturi oħra; |
Effetti fuq l-industrija
|
7. |
jenfasizza li d-dipendenza eċċessiva fuq pajjiżi barra mill-UE għal materja prima kritika għandha tiġi miġġielda, u li r-reżiljenza tal-ktajjen ta’ provvista kritiċi għandha tiżdied sabiex jiġu ggarantiti b’mod affidabbli s-sigurtà tal-provvista, it-tranżizzjoni enerġetika u t-tranżizzjoni lejn ekonomija diġitali; |
|
8. |
jirrimarka li qabelxejn materja prima kritika hija meħtieġa f’ħafna industriji ewlenin u futuri Ewropej bħas-setturi tal-karozzi, l-azzar, l-avjazzjoni, l-IT, is-saħħa jew l-enerġija rinnovabbli. Prodotti innovattivi u teknoloġiji ġodda bħall-elettromobbiltà, id-diġitalizzazzjoni, l-industrija 4.0 u t-tranżizzjoni enerġetika qed jibdlu u jżidu d-domanda għall-materja prima. Id-domanda għall-materja prima se tiżdied ukoll mad-dinja kollha minħabba t-tkabbir tal-popolazzjoni, l-industrijalizzazzjoni kif ukoll id-dekarbonizzazzjoni gradwali tas-setturi tat-trasport u l-enerġija; |
|
9. |
jenfasizza li aċċess ġust u mhux diskriminatorju għall-materja prima, provvista sigura ta’ materja prima u prezzijiet stabbli u prevedibbli tal-materja prima huma ta’ importanza ċentrali għall-opportunitajiet ta’ żvilupp, il-kompetittività tal-industrija Ewropea u l-SMEs, l-innovazzjoni u l-preservazzjoni ta’ siti industrijali fl-UE; |
|
10. |
jemmen li huwa meħtieġ approċċ aktar strateġiku biex tiġi żgurata provvista sostenibbli ta’ materja prima kritika u biex titnaqqas id-dipendenza minn partijiet terzi u mill-importazzjonijiet ta’ materja prima; jenfasizza li dan jirrikjedi l-bini ta’ ktajjen ta’ valur diversifikati, it-tnaqqis tad-dipendenza mill-materja prima, it-tisħiħ tal-ekonomija ċirkolari, il-promozzjoni tal-innovazzjoni rigward alternattivi, u l-iżgurar ta’ kundizzjonijiet ekwi u ambjentalment u soċjalment responsabbli fis-suq globali; |
|
11. |
jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea ppreżentat pjan ta’ azzjoni dwar materja prima kritika u l-ewwel rapport ta’ prospettiva strateġika li jidentifika d-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjonijiet ta’ materja prima kritika bħala dgħufija strateġika; |
|
12. |
jappoġġja l-objettivi li jinsabu fil-pjan ta’ azzjoni dwar l-iżvilupp ta’ ktajjen ta’ valur industrijali reżiljenti fl-UE, it-tnaqqis tad-dipendenza minn materja prima kritika bl-użu ta’ riżorsi ċirkolari, prodotti sostenibbli u innovazzjonijiet, it-tisħiħ tal-akkwist domestiku ta’ materja prima fl-UE, id-diversifikazzjoni tal-akkwist minn pajjiżi terzi, u t-tneħħija tad-distorsjonijiet fil-kummerċ internazzjonali b’modi miftiehma fid-WTO; |
|
13. |
jenfasizza li r-reġjuni jiddependu minn materja prima kritika fi gradi differenti; jappella għalhekk li jiġu identifikati d-dipendenzi reġjonali minn materja prima kritika u l-ħtiġijiet reġjonali li jirriżultaw biex jiġu żviluppati ktajjen ta’ valur sostenibbli u innovattivi; |
|
14. |
jenfasizza li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jirrappreżentaw livell essenzjali fil-kuntest tal-pjan ta’ azzjoni sabiex tinkiseb l-aċċettazzjoni tal-għanijiet strateġiċi tal-UE dwar il-materja prima u l-proġetti industrijali; |
|
15. |
fid-dawl tal-estensjoni possibbli tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-kriterji tat-tassonomija tal-UE għas-setturi ekonomiċi li għadhom mhumiex koperti, jappella li l-kriterji li għandhom jintużaw għat-tħaffir, l-estrazzjoni u l-ipproċessar tal-materja prima jkunu bbażati fuq valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja (min-nieqa għan-nieqa) u fuq kunsiderazzjonijiet soċjoekonomiċi. Barra minn hekk, fil-valutazzjoni ta’ kumpanija, għandha ssir distinzjoni bejn investimenti f’faċilitajiet ta’ produzzjoni eżistenti u f’impjanti ġodda, sabiex jiġi evitat li l-investimenti kklassifikati bħala sostenibbli jkunu ftit wisq, u b’hekk jiżdiedu l-ispejjeż ta’ finanzjament għat-trasformazzjoni indispensabbli tal-ekonomija; |
L-iżgurar tal-ktajjen ta’ valur industrijali fl-UE
|
16. |
jappella li n-nuqqasijiet u d-dgħufijiet fil-ktajjen tal-provvista tal-materja prima eżistenti jiġu eliminati permezz ta’ approċċ aktar strateġiku. Pereżempju, il-kumulazzjoni ta’ riżervi adatti huma utli ħafna biex jiġu evitati interruzzjonijiet mhux mistennija fil-produzzjoni u l-provvista. Hemm ukoll ħtieġa ta’ sorsi alternattivi ta’ provvista f’każ ta’ interruzzjonijiet, kif ukoll sħubijiet aktar mill-qrib bejn operaturi f’materja prima kritika u setturi tal-konsumaturi downstream sabiex jiskattaw l-investiment fi żviluppi strateġiċi; |
|
17. |
jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni Ewropea affermat mill-ġdid il-faħam tal-kokk bħala wieħed mill-aktar materja prima importanti għall-industrija tal-azzar fil-lista attwali ta’ materja prima kritika; jirrimarka li din il-materja prima se tibqa’ indispensabbli għall-industrija tal-azzar sakemm ma tkun tista’ tiġi implimentata ebda alternattiva vijabbli oħra fuq skala kbira mil-lat teknoloġiku u ekonomiku; jappella lill-Kummissjoni Ewropea, fid-dawl tal-iżvilupp tal-metallurġija tal-idroġenu, teżamina l-potenzjal li tinkludi l-ħadid magħmul f’mattunelli meta jaħraq (hot briquetted iron — HBI) u ħadid miksub b’riduzzjoni diretta (direct reduced iron — DRI) fil-lista ta’ materja prima kritika tal-UE; |
|
18. |
huwa favur alleanzi industrijali bħall-Alleanza Ewropea tal-Batteriji, li hija maħsuba biex tħeġġeġ investimenti pubbliċi u privati sostanzjali li, sa fejn ikun possibbli, iwasslu għal kopertura estensiva tad-domanda Ewropea tal-litju; jappella wkoll li jiġu appoġġjati alleanzi orjentati lejn il-futur għall-industriji tal-prodotti bażiċi; |
|
19. |
jappoġġja b’mod partikolari l-Alleanza Ewropea ġdida dwar il-Materja Prima, li għandha l-għan li ssaħħaħ ir-reżiljenza tal-UE tul il-katina kollha tal-valur tal-materjali tal-art rari u tal-kalamiti; jilqa’ l-fatt li din l-alleanza hija miftuħa għall-partijiet interessati rilevanti kollha, inklużi r-reġjuni, u li l-Kumitat tar-Reġjuni ġie mistieden għall-avveniment tat-tnedija tagħha (2); |
|
20. |
jilqa’ l-fatt li l-Bank Ewropew tal-Investiment dan l-aħħar ħabbar li se jappoġġja b’mod finanzjarju proġetti biex tiġi żgurata l-provvista ta’ materja prima kritika li hija meħtieġa għal proċessi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-UE; |
|
21. |
jappella li jiġi żgurat li dawn il-proġetti ma joħolqux distorsjonijiet fil-kompetizzjoni, ikunu effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u sostenibbli, u jikkontribwixxu għar-reżiljenza strateġika tal-UE; |
Ir-riċiklaġġ u s-sostituzzjoni ta’ materja prima
|
22. |
jinnota li l-materja prima kritika tal-Ewropa stess mhix qed tintuża biżżejjed, u li l-kapaċitajiet tal-Istati Membri tal-UE għall-ipproċessar, ir-riċiklaġġ, ir-raffinar u s-separazzjoni s’issa mhumiex biżżejjed; |
|
23. |
jenfasizza li l-konsum aktar baxx, il-prevenzjoni tal-iskart u r-riċiklaġġ għandhom ikunu l-elementi ċentrali tat-tranżizzjoni lejn ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; jappella li l-konsumaturi jingħataw informazzjoni suffiċjenti u trasparenti dwar is-sitwazzjoni tal-materja prima fis-soċjetà għanja, u li tħobb tarmi, tagħna, u anke dwar il-kundizzjonijiet tas-suq għall-industrija tar-riċiklaġġ. Madankollu, il-konsumaturi jaqdu biss rwol sekondarju fil-promozzjoni ta’ prodotti b’livell għoli ta’ riċiklabbiltà u fil-promozzjoni ta’ inqas konsum: ir-responsabbiltà primarja tinsab l-ewwel u qabel kollox f’idejn il-produtturi u għalhekk għandhom jiġu imposti rekwiżiti fuqhom. Fil-każ ta’ prodotti mmanifatturati fl-Unjoni, l-obbligi għandhom jiġu imposti fuq il-manifatturi u obbligi ekwivalenti għandhom jiġu applikati fuq il-prodotti importati fis-suq tal-UE; |
|
24. |
jenfasizza l-importanza tar-riċerka applikata u prattika u l-iżvilupp fl-estrazzjoni tal-materja prima u l-effiċjenza tal-użu tagħha; |
|
25. |
jappella għal appoġġ akbar u kontinwu għar-riċerka u l-iżvilupp fil-qasam tal-estrazzjoni tal-materja prima u l-ekonomija ċirkolari kollha kemm, inkluża l-metallurġija bħala faċilitatur ewlieni; iħeġġeġ biex jiġi żgurat li meta jiġu żviluppati materjali ġodda, ir-riċiklabbiltà tagħhom fil-futur tkun dejjem kriterju għall-finanzjament tar-riċerka; |
|
26. |
jenfasizza li dan għandu jkollu l-għan ukoll li jestendi b’mod sinifikanti t-tul tal-ħajja u l-faċilità ta’ tiswija ta’ prodotti li jeħtieġu materja prima kritika għall-manifattura tagħhom billi jiġi applikat il-prinċipju tal-ekodisinn sostenibbli, u billi l-materja prima kritika tiġi sostitwita b’materja li tkun disponibbli aktar faċilment, b’mod partikolari fejn l-avvanzi teknoloġiċi u l-obsolexxenza ppjanata jillimitaw it-tul tal-ħajja tagħhom. Jappella li jiġu aġġornati r-rekwiżiti għall-markatura CE bi kriterji ta’ riċiklabbiltà ambizzjużi għall-prodotti li jkun fihom materja prima kritika; |
|
27. |
jirrimarka li l-Orizzont Ewropa, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-programmi nazzjonali ta’ riċerka u żvilupp jistgħu jintużaw biex jintlaħaq dan l-għan. Pereżempju, f’dan il-kuntest ġiet żviluppata Pjattaforma Ewropea tal-Ekonomija Ċirkolari għall-Aġenda Strateġika ta’ Riċerka u Innovazzjoni (CICERONE Circular economy platform for European priorities strategic agenda), u r-reġjuni Ewropej tal-minjieri u tal-metallurġija (Geo-Montan regions) setgħu, permezz tal-proġett MIREU (Mining and Metallurgy (European) Regions), itejbu n-network tagħhom u jkomplu jiffukaw fuq it-tisħiħ u l-prijoritizzazzjoni tar-riċerka dwar il-materja prima; |
|
28. |
jemmen li l-konsumaturi għandhom jiġu informati kontinwament dwar l-esternalitajiet tax-xiri u s-sostituzzjoni ta’ spiss ta’ oġġetti domestiċi rħas u ta’ kwalità baxxa; ritorn gradwali għall-kultura ta’ manutenzjoni u tiswija jista’ joħloq impjiegi ġodda li ma jistgħux jiġu delokalizzati (offshored); |
|
29. |
jinnota li fl-Ewropa t-terminu “skart” f’ħafna każijiet jostor riżorsi prezzjużi u materja prima kritika; ifakkar f’dan ir-rigward fl-Opinjoni adottata reċentement tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Pjan ta’ Azzjoni Ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari” (3); |
|
30. |
jenfasizza li l-materjali riċiklati għandhom jintużaw b’mod aktar estensiv sabiex jitnaqqas l-użu ta’ materja prima primarja u kritika; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea teżamina kriterji tal-kompetizzjoni, li permezz tagħhom prodotti ġodda jrid ikollhom proporzjon sinifikanti ta’ materjali riċiklati, jekk ikun possibbli, u jirrakkomanda li dawn il-kriterji jitqiesu fl-approċċ għall-ktajjen tal-valur tal-prodotti ewlenin (4); |
|
31. |
jappella li ssir riċerka dwar l-irkupru ta’ materja prima kritika minn skart urban fid-dawl tal-applikabilità u l-fattibbiltà ekonomika tiegħu, u li l-irkupru jiżdied sakemm dan ikun ekonomikament vijabbli mil-lat tekniku u ekonomiku. B’mod partikolari, il-materja prima li hija meħtieġa għal enerġiji rinnovabbli jew applikazzjonijiet tekniċi innovattivi, bħal materjali tal-art rari, il-gallju jew l-indju, mhumiex riċiklati jew huma riċiklati sa ċertu punt biss, minħabba li r-riċiklaġġ s’issa kien teknikament relattivament diffiċli u ekonomikament relattivament għali. Huwa importanti wkoll li tiġi enfasizzata l-importanza li jiġi promoss irkupru effiċjenti tal-enerġija flimkien mal-irkupru tal-metalli u l-imluħ mill-iskart li ma jistgħux jiġu rriċiklati mod ieħor, minħabba t-tniġġis, ir-reħja tal-materjali u l-preżenza ta’ materjali kumplessi. L-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, ir-reġjuni flimkien mal-istituti pubbliċi tar-riċerka u l-kumpaniji tagħhom huma għalhekk mistiedna biex jagħmlu aktar riċerka f’dan il-qasam u jippermettu l-użu tar-riżultati sabiex jiġi evitat li materja prima prezzjuża tintrema fil-landfills bħala skart; |
|
32. |
jinnota li kwantitajiet sinifikanti ta’ skart u ruttam huma esportati, minkejja l-fatt li jistgħu, potenzjalment, jiġu riċiklati f’materja prima sekondarja fl-UE; għalhekk jappella li l-kapaċità tar-riċiklaġġ fl-UE tissaħħaħ b’mod sostanzjali, speċjalment minħabba l-ħsara lill-ambjent — xi kultant katastrofika — ikkawżata mill-esportazzjonijiet tal-iskart u tar-ruttam lejn pajjiżi li qed jiżviluppaw u lejn pajjiżi emerġenti b’kapaċità inadegwata ta’ riċiklaġġ; |
|
33. |
jirrimarka li attwalment ma hemm l-ebda rekord statistiku tal-kwantità ta’ materja prima li tinsab fl-iskart mill-estrazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea hija għalhekk mitluba tevalwa u tippjana l-ammont ta’ materjali maħżuna bl-għajnuna tal-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet; |
|
34. |
jenfasizza li l-produtturi għandhom rwol importanti x’jaqdu fil-perkors lejn ekonomija ċirkolari. Dawn għandhom jiżviluppaw prodotti innovattivi li jippermettu separazzjoni tal-materjal biex ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li jkunu jeħtieġu l-anqas użu possibbli ta’ materja prima primarja fossili; il-produtturi għandhom jeżaminaw mill-ġdid ukoll il-mudelli kummerċjali eżistenti biex jersqu lejn tnaqqis fil-konsum tar-riżorsi; jirrimarka li fl-istess ħin l-Istat għandu wkoll il-kompiti inerenti tiegħu, pereżempju li joħloq kundizzjonijiet ta’ qafas adattati u regolamenti legali korrispondenti kif ukoll jistabbilixxi inċentivi ekonomiċi; |
It-tisħiħ tal-akkwist minn sorsi sostenibbli, u l-ipproċessar sostenibbli tal-materja prima fl-UE
|
35. |
jenfasizza li, kemm jista’ jkun, l-UE għandha tforni wkoll lilha nnifisha fit-tul b’materja prima mis-sorsi tagħha stess u tiżviluppa strateġiji ta’ żvilupp li jħarsu ’l quddiem, inkluż l-istabbiliment ta’ kapaċitajiet ġodda għall-aċċess u l-ipproċessar ta’ materja prima kritika fl-UE, u l-iżvilupp ta’ mudell ta’ finanzjament sostenibbli għall-konverżjoni ta’ operazzjonijiet attwali ta’ tħaffir għall-estrazzjoni ta’ materja prima kritika; |
|
36. |
jenfasizza li ż-żieda fl-estrazzjoni domestika ta’ materja prima fl-UE għandha sseħħ fil-qafas tal-istandards għoljin ta’ sikurezza ambjentali u okkupazzjonali ppruvati u ttestjati; jirrimarka li eżempji tal-aħjar prattika f’dan ir-rigward diġà qed jitqiesu fi proġetti tal UE, iżda li, b’mod ġenerali, għadhom ma wasslux għal żieda sinifikanti fi proġetti ta’ investiment biex jiżdiedu l-estrazzjoni u l-ipproċessar tal-materja prima. Madankollu, minbarra s-salvagwardja tal-attivitajiet preċedenti u attwali tat-tħaffir fil-minjieri, l-estrazzjoni minn minjieri ġodda hija wkoll integrali biex l-ekonomija tiġi pprovduta b’materja prima kritika minn sorsi proprji; |
|
37. |
jinnota b’dispjaċir f’dan ir-rigward li sa issa għad m’hemm l-ebda żieda sinifikanti fl-implimentazzjoni tar-riżultati tar-riċerka u l-iżvilupp fil-prattika kummerċjali għall-estrazzjoni u l-ipproċessar tal-materja prima, u jenfasizza li l-estrazzjoni minn minjieri ġodda ta’ materja prima b’teknoloġija għolja fl-UE għandha tkun ibbażata fuq pjani ta’ riċerka u żvilupp għal estrazzjoni innovattiva b’impatt baxx; jilqa’ f’dan ir-rigward il-fatt li mill-2021, taħt l-Orizzont Ewropa, il-Kummissjoni Ewropea trid tkompli tmexxi ’l quddiem it-tnaqqis tal-impatti ambjentali u jappella sabiex tingħata attenzjoni partikolari lill-oqsma tal-ġestjoni tal-ilma u r-restawr tal-ambjent selvaġġ; |
|
38. |
jenfasizza li minbarra l-istandards tal-protezzjoni ambjentali u tax-xogħol, il-permessi għal minjieri ġodda jridu jinkludu wkoll soluzzjonijiet għall-kumpens tal-valur ambjentali u rikreattiv mitluf, sabiex iż-żoni tal-minjieri jkunu jistgħu jkomplu jintużaw għar-rikreazzjoni jew għal skopijiet oħra daqstant importanti għall-komunità lokali, matul u wara l-attivitajiet marbutin mal-estrazzjoni; |
|
39. |
jenfasizza li r-reġjuni għandhom rwol fundamentali minħabba l-għarfien espert tagħhom f’dan il-qasam; jinnota li r-riżorsi tal-materja prima tal-batteriji jinstabu f’diversi reġjuni tal-faħam tal-UE, iżda wkoll f’reġjuni oħra, u li ħafna skart mill-minjieri huwa rikk f’materja prima kritika; jappella, għalhekk, li minjieri magħluqa u l-minjieri ġodda sotteranji jew miftuħa li jkun fihom materja prima kritika jiġu eżaminati għall-estrazzjoni tal-materja prima; jirrimarka li l-estrazzjoni ta’ din il-materja prima tista’ toħloq impjiegi ġodda f’reġjuni li kellhom attività preċedenti ta’ minjieri u reġjuni b’attività attwali; |
|
40. |
jenfasizza li jeżisti għarfien tekniku konsiderevoli f’eks reġjuni tal-minjieri u reġjuni b’minjieri attivi tal-UE; l-esperjenza u l-għarfien għandhom jiġu mgħoddija lill-ġenerazzjonijiet ġodda ta’ impjegati u l-ħiliet tal-ħaddiema tas-sengħa għandhom jissaħħu permezz ta’ taħriġ immirat u miżuri ta’ edukazzjoni ulterjuri; |
|
41. |
jenfasizza li l-isfruttar tad-depożiti ta’ materja prima kif ukoll il-ftuħ ta’ minjieri ġodda sotterranji jew miftuħa jistgħu jnaqqsu d-dipendenza tal-UE minn pajjiżi terzi, iżda li l-esplorazzjoni u l-estrazzjoni meħtieġa għal dan fl-UE ta’ spiss jikkompetu ma’ għażliet oħra ta’ użu tal-art u għalhekk huma soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ ġestjoni tat-territorju; huwa favur, għalhekk, li l-kunflitti ta’ użu f’termini ta’ sigurtà tal-provvista ta’ materja prima jiġu solvuti bl-aktar mod amikevoli possibbli; |
|
42. |
jinnota li l-oġġezzjoni pubblika għall-proġetti tal-minjieri qed tikber f’ħafna pajjiżi tal-UE u li l-isforzi tal-industrija biex ittejjeb l-impronta ekoloġika tagħha għadhom ma ġewx rikonoxxuti b’mod adegwat. L-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri, ir-reġjuni u l-muniċipalitajiet huma għalhekk mitluba biex jikkomunikaw b’mod trasparenti u attiv il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ minjieri ġodda sotterranji jew miftuħa, biex tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti kollha u b’hekk jiġu żgurati l-aċċettazzjoni u l-fehim fis-soċjetà ċivili; |
|
43. |
jirrimarka li l-ftuħ mill-ġdid ta’ minjieri huwa assoċjat ma’ spejjeż għolja ta’ investiment kif ukoll operattivi, parzjalment minħabba l-istandards ambjentali u ta’ sikurezza għoljin fis-seħħ fl-UE li jirrappreżentaw żvantaġġ ekonomiku għar-reġjuni Ewropej tal-minjieri meta mqabbla mal-bqija tad-dinja; jappella għalhekk lill-Unjoni Ewropea u lill-Istati Membri tagħha jeżaminaw jekk tali proġetti jistgħux jiġu appoġġjati b’mod finanzjarju fil-qafas tar-regolamenti dwar l-għajnuna mill-Istat u sa liema punt jista’ jsir dan; |
|
44. |
jenfasizza li l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta għandu l-għan li jgħin biex jittaffa l-impatt soċjoekonomiku tat-tranżizzjoni għan-newtralità klimatika f’reġjuni intensivi fil-faħam u dawk intensivi fil-karbonju, u biex jiddiversifika l-ekonomiji fir-reġjuni, inkluż permezz ta’ investimenti fl-ekonomija ċirkolari. It-tieqa ta’ finanzjament “Infrastruttura Sostenibbli” tal-fond “InvestEU” tista’ tappoġġja wkoll l-iżvilupp reġjonali ta’ materja prima kritika; |
|
45. |
jaqbel li għandhom jiġu żviluppati u applikati biżżejjed ħiliet speċjalizzati fl-UE sabiex tkun tista’ tiġi proċessata jew irfinata ċerta materja prima kritika bħal-litju; jappella lill-Unjoni Ewropea, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex jieħdu sehem attiv fil-ħolqien u l-iżvilupp ta’ ħiliet xierqa; |
|
46. |
jappella għal koordinazzjoni aħjar tal-partijiet interessati rilevanti fl-oqsma tal-esplorazzjoni, l-estrazzjoni, id-distribuzzjoni, l-ipproċessar, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ; l-awtoritajiet reġjonali u lokali jaqdu rwol fundamentali f’dan il-kuntest; |
|
47. |
jenfasizza li l-istrateġiji tal-materja prima u l-ippjanar tal-materja prima mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali jistgħu jagħtu kontribut sinifikanti biex tiġi żgurata l-provvista tal-materja prima domestika; |
|
48. |
jirrikonoxxi li l-implimentazzjoni ta’ estrazzjoni ġdida, innovattiva, aċċettata, sikura u ekoloġika ta’ materja prima kritika fl-UE teħtieġ permessi siguri mil-lat legali, u jappella li l-awtoritajiet u l-korpi nazzjonali, reġjonali u lokali rilevanti jiġu stabbiliti, organizzati u mgħammra f’livell proporzjonat mal-importanza dejjem tikber tar-responsabbiltajiet u l-missjoni tagħhom, sabiex proċeduri amministrattivi trasparenti, effiċjenti u kkoordinati jippermettu l-estrazzjoni ta’ materja prima fit-territorju tal-UE; |
Kooperazzjoni reġjonali
|
49. |
jenfasizza l-importanza li jiġu promossi r-raggruppamenti nazzjonali u reġjonali ta’ materja prima li jirrappreżentaw is-settur tat-tħaffir ta’ minjieri sostenibbli fl-UE, u li jlaqqgħu flimkien l-industrija, l-awtoritajiet tal-minjieri, is-servizzi ġeoloġiċi, il-fornituri ta’ servizzi upstream u downstream, il-manifatturi tat-tagħmir, il-kumpaniji ta’ tħaffir ta’ minjieri u ta’ raffinar, kif ukoll l-industrija tat-trasport u l-imsieħba soċjali, anki bl-użu ta’ teknoloġiji ġodda tat-tħaffir ta’ minjieri; |
|
50. |
jenfasizza l-ħtieġa li l-livelli lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej jaħdmu flimkien biex jindirizzaw l-impatt lokali u jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ investiment meħtieġa; |
|
51. |
jappella li n-networking tar-reġjuni Ewropej li jiddependu ħafna minn materja prima kritika jissaħħaħ sabiex jinstabu soluzzjonijiet komuni u jiġi żgurat li r-reġjuni jkollhom rwol attiv fl-Alleanza Ewropea dwar il-Materja Prima; |
Akkwist ta’ materja prima minn pajjiżi terzi
|
52. |
jinnota li, minkejja l-isforzi kollha, l-UE se tkompli tiddependi ħafna mill-importazzjonijiet ta’ materja prima kritika minn pajjiżi terzi; jirrimarka li issa hemm kompetizzjoni kbira għal materja prima kritika bejn bosta pajjiżi; |
|
53. |
jenfasizza li fil-kummerċ tal-materja prima hemm restrizzjonijiet kummerċjali u distorsjoni fil-kompetizzjoni dejjem akbar; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tissorvelja b’mod kontinwu r-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u l-importazzjoni u tqajjimhom fuq livell reġjonali, bilaterali u multilaterali; huwa tal-fehma li miżuri li joħolqu distorsjonijiet fil-kummerċ fir-rigward tal-materja prima, u b’mod partikolari l-materja prima kritika, iridu jiġu eżaminati bis-sħiħ u, jekk ikun meħtieġ, għandhom jittieħdu passi legali ulterjuri fil-qafas tar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO); |
|
54. |
iqis li politika tal-materja prima bbażata fuq id-diplomazija hija ta’ importanza kbira għall-UE, mhux biss fir-rigward tal-politika industrijali u tal-enerġija u l-kummerċ internazzjonali, iżda wkoll bħala kwistjoni trasversali li taffettwa diversi oqsma tal-politika interna, esterna u ta’ sigurtà; |
|
55. |
jinnota li jkun ta’ benefiċċju għar-reżiljenza ekonomika u finanzjarja tal-UE jekk komoditajiet kritiċi jiġu nnegozjati bil-munita Ewropea peress li dan inaqqas il-volatilità tal-prezzijiet u d-dipendenza tal-importaturi tal-UE u tal-esportaturi ta’ pajjiżi terzi fuq is-swieq finanzjarji bbażati fuq id-dollaru Amerikan; jistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw li jsir negozju permezz tal-munita Ewropea; |
|
56. |
jappella lill-UE tidħol f’aktar sħubijiet strateġiċi ma’ pajjiżi terzi b’ħafna riżorsi; jilqa’ l-approċċ tal-Kummissjoni Ewropea li tiddiskuti l-prijoritajiet mal-Istati Membri u l-industrija, inkluż fil-pajjiżi kkonċernati, qabel ma jitniedu proġetti ta’ sħubija pilota fl-2021, peress li dawn għandhom għarfien espert lokali u network ta’ ambaxxati tal-Istati Membri; |
|
57. |
jenfasizza li kooperazzjoni akbar ma’ msieħba strateġiċi għandha timxi id f’id ma’ akkwist responsabbli ta’ sorsi. Konċentrazzjoni għolja ta’ provvista f’pajjiżi bi standards soċjali u ekoloġiċi aktar baxxi mhux biss toħloq riskju għas-sigurtà tal-provvista, iżda tista’ taggrava wkoll il-problemi soċjali u ekoloġiċi. Għalhekk għandu jkun hemm ftehim internazzjonali fil-livell tad-WTO, li jkollu l-għan li jilħaq livell għoli ta’ trasparenza u traċċabilità kontinwa tal-ktajjen tal-provvista u tal-bejgħ bl-imnut fir-rigward tal-istandards soċjali u ekoloġiċi li jintużaw fl-estrazzjoni tal-materja prima f’pajjiżi terzi. In-negozjati dwar it-titjib sistematiku ta’ dawn l-istandards għandhom imbagħad jinbdew malajr kemm jista’ jkun, kif diġà huwa l-każ fil-ftehimiet eżistenti tal-UE dwar il-kummerċ ħieles; jilqa’ r-Regolament dwar il-Minerali ta’ Kunflitt, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2021, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tippreżenta malajr kemm jista’ jkun proposta bbilanċjata għal diliġenza dovuta fil-ktajjen tal-provvista; |
|
58. |
jenfasizza li qed isir dejjem aktar diffiċli biex il-kumpaniji individwali jakkwistaw materja prima minn swieq ta’ kunsinna kkonsolidati ħafna u f’kompetizzjoni ma’ swieq ta’ domanda għolja (speċjalment iċ-Ċina); jappella li jingħata appoġġ immirat lill-alleanzi korporattivi bħall-assoċjazzjonijiet tax-xiri. |
Brussell, id-19 ta’ Marzu 2021.
Apostolos TZITZIKOSTAS
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) Critical Raw Materials for Strategic Technologies and Sectors in the EU — A Foresight Study (Il-Materja Prima Kritika għat-Teknoloġiji u s-Setturi Strateġiċi fl-UE — Studju ta’ Prospettiva): https://ec.europa.eu/docsroom/documents/42881 (mhux disponibbli bil-Malti).
(2) It-tnedija fuq l-internet tal-Alleanza Ewropea dwar il-Materja Prima u l-formula ta’ sħubija: https://erma.eu/about-us/join-erma/
(3) L-Opinjoni dwar “Pjan ta’ Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari” (ĠU C 440, 18.12.2020, p. 107).
(4) L-Opinjoni dwar “Pjan ta’ Azzjoni ġdid għall-Ekonomija Ċirkolari” (ĠU C 440, 18.12.2020, p. 107).
|
7.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/17 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Rieżami tal-politika kummerċjali
(2021/C 175/04)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
Kummenti ġenerali
|
1. |
jilqa’, fil-parti l-kbira, l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar bit-titolu “Politika Kummerċjali Miftuħa, Sostenibbli u Assertiva”; jieħu nota tal-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li jinsabu f’dik il-Komunikazzjoni, iżda jinnota li fiha wkoll ċerti dgħufijiet li jeħtieġ jiġu indirizzati; |
|
2. |
huwa tal-fehma li tinħtieġ reviżjoni profonda tal-politika kummerċjali sabiex tiġi garantita l-koerenza mal-impenji tal-Patt Ekoloġiku għall-Ewropa favur tkabbir sostenibbli u inklużiv, sabiex taġixxi għall-isfidi maħluqa mit-tranżizzjoni diġitali, tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija Ewropea, u jingħata kontribut għall-iżvilupp tal-impjieg fl-Ewropa u għat-titjib tal-livell tal-għajxien taċ-ċittadini kollha; jenfasizza fl-aħħar nett li l-politika kummerċjali għandha ttejjeb ir-reżiljenza tal-Unjoni Ewropea u tiġi żgurata l-kapaċità tagħha li ttaffi x-xokkijiet sistemiċi attwali u futuri, b’mod partikolari dawk relatati mat-tibdil fil-klima, iż-żieda fit-tensjonijiet ġeopolitiċi u r-riskju ta’ aktar pandemiji u kriżijiet oħra tas-saħħa; |
|
3. |
ifakkar fir-rwol ċentrali li għandu l-kummerċ fl-ekonomija tal-Unjoni u l-miljuni ta’ impjiegi Ewropej li jiddependu mill-esportazzjonijiet barra l-Ewropa. Qabel il-kriżi tal-COVID-19, 35 miljun impjieg Ewropew kienu jiddependu mill-esportazzjonijiet u 16-il miljun minn investimenti barranin. Fi kliem ieħor, wieħed minn kull seba’ impjiegi kien jiddependi mill-esportazzjonijiet; |
|
4. |
jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-mewġa ta’ ħasda li l-kriżi tal-COVID-19 ħolqot fis-swieq internazzjonali u l-aggravar tas-sitwazzjoni preċedenti diġà deprezzata, b’mod partikolari minħabba ż-żieda fit-tensjonijiet ġeopolitiċi li ġabet magħha. Skont stħarriġ reċenti mid-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ, il-kummerċ fuq livell internazzjonali mistenni jonqos b’10 sa 16 % fl-2020; l-Unjoni ta’ 27, min-naħa tagħha, mistennija tirreġistra tnaqqis ta’ 9 sa 15 % fl-esportazzjonijiet tagħha lejn pajjiżi terzi, jiġifieri tnaqqis ta’ madwar EUR 282 biljun sa EUR 470 biljun (1); jinnota bi tħassib li fl-2020, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, l-ILO tipprevedi t-telf ta’ 12-il miljun impjieg fl-Ewropa biss; |
|
5. |
jirrimarka li minbarra d-diffikultajiet soċjoekonomiċi, iċ-ċittadini qegħdin dejjem aktar jiddubitaw dwar il-mod kif jitqassmu l-benefiċċji tal-globalizzazzjoni, tul il-ktajjen tal-valur kollha, fis-setturi ekonomiċi kollha u fis-soċjetà kollha kemm hi; iqis f’dan ir-rigward li huwa importanti li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-eqreb livell għaċ-ċittadini, ikomplu jibqgħu jiġu involuti bis-sħiħ u kkonsultati mill-Kummissjoni fir-rigward tal-ftehimiet kummerċjali tal-Unjoni Ewropea; f’dan il-kuntest, jinsab imħasseb dwar l-approċċ meħud mill-Kummissjoni f’negozjati kummerċjali reċenti wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-kawża Singapore (opinjoni 2/15 ta’ Mejju 2017), sabiex tiġi evitata t-“taħlita” tar-relazzjonijiet kummerċjali permezz tan-negozjar ta’ dawk il-ftehimiet kummerċjali biss li għalihom l-UE għandha kompetenzi esklużivi; |
|
6. |
jinsab konvint li huwa biss mudell ta’ negozju sostenibbli, li jirrispetta l-valuri tal-UE, l-istandards leġiżlattivi ewlenin mhux negozjabbli tal-UE u l-SDGs, li jista’ jikkontribwixxi għall-benesseri u l-prosperità ta’ kulħadd, kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha; |
Tissaħħaħ il-konsistenza bejn il-politika kummerċjali u l-politiki settorjali l-oħra tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest tal-irkupru
|
7. |
iqis li għandha tiġi żgurata konsistenza akbar bejn il-politika kummerċjali u l-politiki agrikoli, industrijali, diġitali, tal-kompetizzjoni, tat-taxxa, soċjali, ambjentali, tat-trasport, klimatiċi, tal-enerġija, tal-iżvilupp u tal-koeżjoni fil-livell tal-UE, kif ukoll mad-drittijiet fundamentali tal-UE; jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma tenfasizzax biżżejjed din il-ħtieġa ta’ konsistenza bejn il-politiki settorjali differenti tal-UE; |
|
8. |
jenfasizza l-impenn fundamentali għal-libertà ekonomika tal-awtoritajiet pubbliċi li jipprovdu, jikkummissjonaw u jiffinanzjaw servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali; |
|
9. |
jenfasizza l-importanza li jiġu protetti s-servizzi pubbliċi u l-infrastruttura kritika (servizzi pubbliċi ta’ interess ġenerali) fil-ftehimiet kummerċjali u għalhekk jitlob li dawn jiġu esklużi — kemm b’mod komprensiv kif ukoll biċ-ċertezza tad-dritt — mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-ftehimiet kollha dwar il-kummerċ ħieles u l-investiment, inklużi d-dispożizzjonijiet kollha dwar il-protezzjoni tal-investiment, pereżempju permezz ta’ approċċ ta’ lista pożittiva għad-dispożizzjonijiet kuntrattwali dwar l-aċċess għas-suq, it-trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit u n-nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità; |
|
10. |
iqis li r-rieżami tal-politika kummerċjali għandu jsir b’mod parallel ma’ riforma mmirata ta’ ċerti elementi tal-politika tal-kompetizzjoni tal-Unjoni u r-riformulazzjoni tal-politika industrijali u innovattiva Ewropea, sabiex tiġi appoġġjata l-pożizzjoni tal-UE bħala mexxejja dinjija f’oqsma ewlenin; jistenna bil-ħerqa, f’dan ir-rigward, l-istrateġija aġġornata tal-politika industrijali tal-UE mħabbra għal April 2021; |
|
11. |
jenfasizza li l-UE għandha tistinka għal soluzzjoni globali dwar it-tassazzjoni tas-servizzi diġitali, flimkien ma’ governanza u regoli adatti fil-livell globali; jekk fix-xhur li ġejjin ma tkunx tista’ tinstab soluzzjoni internazzjonali, inkluż fil-livell tal-OECD, l-UE għandha tikkunsidra li taġixxi waħedha; |
|
12. |
jappoġġja s-sejħa biex il-ftehimiet kummerċjali jew ekonomiċi tal-UE jinkludu, f’konformità mal-prinċipji u r-regoli tad-WTO, kapitolu li jkun fih klawżoli kontra r-reati tat-taxxa, il-ħasil tal-flus u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, kif ukoll il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa. Il-Kummissjoni għandha tinkludi kapitolu bħal dan fin-negozjati li għaddejjin bħalissa u tikkunsidra li tinkludih fit-Trattati diġà fis-seħħ meta jiġu riveduti; |
|
13. |
jisħaq li, fir-rigward tal-politika agrikola, politika kummerċjali li ma tiggarantixxix ir-rispett tal-istandards għoljin Ewropej fir-rigward tas-sostenibbiltà u tas-sigurtà tal-ikel fis-swieq esterni tista’ tagħmel ħsara serja lis-suq intern u tipperikola s-settur agrikolu, b’mod partikolari jekk diġà jinsab f’diffikultà, u b’hekk thedded il-provvista tal-ikel tal-Unjoni, li hija objettiv fundamentali tal-politika agrikola komuni, kif ukoll tipperikola l-ġestjoni tat-territorju Ewropew, li tiddependi mill-ħaddiema tas-settur; iqis li l-politika kummerċjali rieżaminata għandha tikkontribwixxi, flimkien mal-politika agrikola, għaż-żamma globali tal-impjieg, u tħares il-biedja bħala mod ta’ għajxien billi tiġi garantita remunerazzjoni ġusta. Il-politika kummerċjali għandha tiżgura kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għall-agrikoltura bejn is-suq intern u s-suq estern, filwaqt li tipprijoritizza l-provvista fl-Unjoni Ewropea stess fuq il-prodotti ta’ swieq esterni. Fl-istess waqt, ir-regoli interni tal-ġestjoni tas-swieq għandhom jistimolaw id-diversifikazzjoni tas-suq intern tagħna biex tiġi żgurata l-kompetittività. Madankollu, dan m’għandux idgħajjef l-isforzi biex jissaħħu r-relazzjonijiet kummerċjali ġusti mal-pajjiżi Afrikani; |
|
14. |
jesprimi dispjaċir li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma fihiex soluzzjonijiet biex jittaffa l-impatt negattiv li l-ftehimiet kummerċjali jista’ jkollhom fuq ċerti setturi agrikoli li diġà jinsabu taħt pressjoni jew li ddgħajfu internament; jappella li jiġi kkunsidrat it-twaqqif ta’ mekkaniżmu ta’ appoġġ għall-iżjed setturi milquta; f’dan ir-rigward, għadu partikolarment imħasseb dwar l-impatt negattiv possibbli li l-abbozz ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Mercosur jista’ jkollu fuq ċerti setturi agrikoli; |
|
15. |
ifakkar ir-rwol importanti tal-politika ta’ koeżjoni biex tittejjeb il-kompetittività tat-territorji tal-Unjoni Ewropea permezz ta’ investimenti mmirati adattati għall-ħtiġijiet ta’ kwalunkwe territorju speċifiku — speċjalment tar-reġjuni remoti fejn l-iżvilupp u l-modernizzazzjoni tal-infrastrutturi huma essenzjali — f’setturi ewlenin bħall-infrastrutturi tan-networks, il-konnettività, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-SMEs, is-servizzi tal-IT, l-azzjoni ambjentali u klimatika, l-impjieg ta’ kwalità għolja u l-inklużjoni soċjali; |
|
16. |
iqis li l-politika kummerċjali tal-UE ma tridx ixxekkel l-isforzi li l-Unjoni tipprovdi għall-għajnuna għall-kooperazzjoni fil-pajjiżi terzi u jirrakkomanda approċċ ibbilanċjat u ġust għall-kummerċ ħieles ġust fir-rigward tal-aktar ekonomiji fraġli; |
|
17. |
jappoġġja l-introduzzjoni mill-Kummissjoni ta’ strument legali biex jiġi indirizzat l-impatt ta’ distorsjoni tas-sussidji barranin fuq is-suq intern tal-UE u jenfasizza l-ħtieġa li jiġu mmodernizzati u aġġornati r-regoli Ewropej tal-kompetizzjoni; |
|
18. |
Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea turi li modernizzazzjoni ambizzjuża tat-Trattat tal-Karta tal-Enerġija tista’ tinkiseb fi żmien qasir, b’mod li tallinjah mal-objettivi tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u tintegra l-approċċ modernizzat tal-UE għall-protezzjoni tal-investiment: fin-nuqqas ta’ dan ikollha tiġi eżaminata l-għażla ta’ ħruġ ordnat minn dat-Trattat; |
|
19. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura t-terminazzjoni rapida u kkontrollata tal-bqija tat-Trattati Bilaterali dwar l-Investiment intra-UE; |
Lejn mudell ta’ awtonomija strateġika miftuħa
|
20. |
jisħaq fuq l-importanza għall-UE li tibqa’ ekonomija miftuħa u li tkompli tippromovi kummerċ internazzjonali ħieles, ġust, sostenibbli, ibbażat fuq ir-regoli u li minnu jibbenefikaw l-imsieħba kummerċjali kollha; jappoġġja f’dan ir-rigward l-isforzi tal-Kummissjoni Ewropea biex tirriforma d-WTO. L-għan għandu jkun li terġa’ titnieda u tissaħħaħ, fost affarijiet oħra billi jiġi modernizzat il-mod ta’ funzjonament tagħha f’oqsma essenzjali, u billi jimtlew il-lakuni fil-qafas regolatorju tagħha, sabiex tkun tista’ tirreaġixxi b’mod adegwat għall-isfidi attwali tal-politika kummerċjali; |
|
21. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-mudell għal awtonomija strateġika miftuħa propost mill-Kummissjoni Ewropea, li għandu jwassal għal politika kummerċjali miftuħa, sostenibbli u soda, li tikkonsolida u tipproteġi l-assi ekonomiċi tagħna, tiggarantixxi l-aċċess għas-swieq u l-materja prima ewlenija u tiżgura l-aċċess għal prodotti u servizzi vitali; fl-istess ħin iwissi kontra tendenzi protezzjonisti u jissottolinja li l-Ewropa trid tibqa’ attur globali strateġiku li jirrispetta r-regoli internazzjonali u li huwa lest li jinfurzahom ukoll; |
|
22. |
huwa tal-fehma li dan jinvolvi l-immappjar tal-ktajjen tal-valur tagħna, li fihom jipparteċipaw il-korpi reġjonali kompetenti, sabiex jiġu identifikati u mnaqqsa d-dipendenzi tas-setturi strateġiċi u tiżdied ir-reżiljenza tal-iżjed ekosistemi industrijali sensittivi, speċjalment f’reġjuni remoti u iżolati bħar-reġjuni ultraperiferiċi, u ta’ oqsma speċifiċi, bħas-saħħa, id-difiża, l-ispazju, l-ikel, id-diġitalizzazzjoni u l-materja prima kritika; se jagħti attenzjoni lill-eżitu tal-ħidma tal-Kummissjoni li għaddejja bħalissa biex telenka l-oqsma ta’ dipendenza strateġika u l-iżjed ekosistemi industrijali sensittivi; |
|
23. |
jisħaq li dan jista’ jinkludi d-diversifikazzjoni tal-produzzjoni u l-ktajjen tal-provvista, il-bini ta’ ħażniet normali, l-inkoraġġiment tal-investimenti u l-produzzjoni fl-Ewropa, l-esplorazzjoni ta’ soluzzjonijiet alternattivi u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni industrijali bejn l-Istati Membri; |
|
24. |
jinnota li l-kriżi tal-COVID-19 enfasizzat il-potenzjal għall-kreattività u l-innovazzjoni preżenti fl-ekosistemi reġjonali u stimulat approċċi kollaborattivi ġodda biex jiġu indirizzati l-isfidi tal-provvista, pereżempju rigward il-prodotti mediċi u l-mediċini; huwa tal-fehma li l-UE għandha tinkoraġġixxi t-tisħiħ tal ekonomija lokali f’ċerti setturi industrijali u tippromovi l-ktajjen tal-valur Ewropej innovattivi, fuq il-bażi tal-komplementarjetà bejn l-ekosistemi, b’mod partikolari permezz ta’ miżuri li jappoġġjaw il-kollaborazzjoni bejn l-atturi; iqis li l-politiki ta’ raggruppament (clustering) u l-kollaborazzjonijiet bejn ir-raggruppamenti huma lievi utli għall-bini ta’ mases kritiċi u biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet tal-SMEs; iqis li l-ħolqien ta’ massa kritika ta’ domanda għal ċerti prodotti strateġiċi u l-viżibbiltà tagħha fis-suq intern tista’ tikkontribwixxi għar-rilokazzjoni ta’ ċerti produzzjonijiet u għall-iżvilupp ta’ produzzjoni kompetittiva fit-territorju tal-UE, b’mod partikolari billi taċċellera t-tqegħid fis-suq ta’ soluzzjonijiet innovattivi; |
|
25. |
ifakkar fil-ħtieġa li jitfasslu pjani ta’ azzjoni speċifiċi għal kull waħda mill-ktajjen tal-valur strateġiċi identifikati fl-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-IPCEIs, peress li dawn huma għodda importanti għat-tranżizzjoni ekoloġika u dik diġitali u biex tissaħħaħ it-tmexxija teknoloġika tal-Unjoni, speċjalment fir-rigward tal-batteriji, il-mikroelettronika u l-idroġenu, pereżempju; |
Mudell ta’ negozju sostenibbli, l-uniku mudell li jikkontribwixxi għall-benesseri u l-prosperità ta’ kulħadd, kemm fl-UE kif ukoll barra minnha
|
26. |
jinnota li l-Komunikazzjoni tirreferi għar-rieżami ta’ 15-il punt tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-UE għall-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tal-kapitoli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli tal-ftehimiet kummerċjali; jilqa’ b’sodisfazzjon l-fatt li dan l-eżerċizzju mistenni jkopri l-aspetti kollha rilevanti tal-implimentazzjoni u l-infurzar ta’ dawn il-kapitoli, inklużi l-kamp ta’ applikazzjoni tal-impenji, il-mekkaniżmi ta’ monitoraġġ, il-possibbiltà ta’ sanzjonijiet f’każ ta’nonkonformità, il-klawżola tal-elementi essenzjali kif ukoll l-arranġamenti u r-riżorsi istituzzjonali meħtieġa; jiddispjaċih li dan ir-rieżami u l-Komunikazzjoni ma ġewx ikkoordinati, iżda jinsab kuntent li d-data tat-tmiem għar-rieżami tressqet għal tmiem l-2021; jittama li dan ir-rieżami jkun trasparenti u inklużiv kemm jista’ jkun; |
|
27. |
huwa tal-fehma f’dan ir-rigward li l-istandards ambjentali, tal-klima u soċjali Ewropej bħal dawk inklużi fil-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali għandhom jiġu introdotti f’kull ftehim kummerċjali nnegozjat mill-Unjoni Ewropea u jikkostitwixxu r-rekwiżiti minimi li dwarhom jaqblu l-partijiet; jemmen li dan se jgħin lill-SMEs Ewropej u l-industrija Ewropea li jirrispettaw dawn l-istandards biex jiffjorixxu filwaqt li jkollhom effett kollaterali fuq il-kontropartijiet tagħhom li jinnegozjaw magħhom; |
|
28. |
iqis li l-UE għandha tkun aktar assertiva fir-rigward tar-rispett u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, minn naħa, u tal-istandards soċjali, ambjentali u klimatiċi li jinsabu fil-ftehimiet kummerċjali tagħha; jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni stabbilixxiet mekkaniżmu għall-ilmenti biex tiġi rappurtata n-nonkonformità mal-impenji tal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli; jinsisti li kull parti kontraenti għal ftehim għandha tirrispetta, tippromovi u tapplika b’mod effettiv fil-leġiżlazzjoni u l-prattiki tagħha, fit-territorju kollu tagħha, l-istandards fundamentali tax-xogħol rikonoxxuti internazzjonalment, kif definiti fil-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO; |
|
29. |
jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li l-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima jsir komponent essenzjali ta’ kwalunkwe ftehim futur dwar il-kummerċ u l-investiment u li f’dawk il-ftehimiet tingħata prijorità lill-implimentazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika; |
|
30. |
jinkoraġġixxi implimentazzjoni effettiva tal-ftehimiet kummerċjali billi jiġu ppremjati l-pajjiżi msieħba li jissodisfaw l-impenji b’rabta mal-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli. Il-partijiet għandhom jintroduċu, fejn meħtieġ, implimentazzjoni gradwali tat-tnaqqis fit-tariffi marbuta mal-implimentazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet relatati mal-Kapitolu dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli u jispeċifikaw il-kundizzjonijiet li l-pajjiżi huma mistennija li jissodisfaw għal tnaqqis bħal dan, inkluża l-possibbiltà li jiġu rtirati dawn il-linji tariffarji speċifiċi f’każ ta’ ksur ta’ dawn id-dispożizzjonijiet; |
|
31. |
iqis li l-iżgurar tal-ekwità u s-sostenibbiltà għal kulħadd huwa l-uniku mod biex isir kontribut għall-bidliet globali mitluba minn għadd kbir ta’ ċittadini; |
|
32. |
jistenna bil-ħerqa, f’dan ir-rigward, il-kontenut tal-proposta tal-Kummissjoni li għandha titressaq fl-2021 sabiex jiġi żviluppat mekkaniżmu effettiv ta’ aġġustament fil-fruntieri esterni għall-karbonju li jikkonforma mar-regoli tad-WTO u li jkun jista’ jiggarantixxi kompetizzjoni ġusta għan-negozji li joperaw fis-suq uniku, u jikkontribwixxi għall-kompetittività tal-industrija Ewropea. Dan il-mekkaniżmu għandu l-ewwel nett jikkomplementa u mbagħad, fuq perjodu ta żmien twil, jissostitwixxi l-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-kumpens tal-prezz tal-elettriku għall-industriji primarji; |
|
33. |
iqis li għandha tingħata wkoll attenzjoni partikolari lill-promozzjoni tal-intraprenditorija responsabbli u lit-trasparenza fil-ktajjen tal-provvista; jappoġġja b’mod partikolari f’dan ir-rigward l-inizjattivi li għaddejjin fil-livell Ewropew biex jissaħħu l-mekkaniżmi ta’ diliġenza dovuta; iqis li dan huwa meħtieġ ukoll sabiex jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għas-suq intern tal-UE; |
|
34. |
jilqa’ l-ħatra mill-Kummissjoni Ewropea ta’ Uffiċjal Kap tal-Infurzar għall-Kummerċ, li fost affarijiet oħra l-missjoni tiegħu hi li jissorvelja b’mod partikolari l-applikazzjoni adatta tal-impenji fil-qasam tal-iżvilupp sostenibbli, b’mod partikolari fir-rigward tal-programm dwar il-klima u d-drittijiet tax-xogħol; jixtieq li dan jistabbilixxi mezzi komprensivi u kontinwi ta’ komunikazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u mas-soċjetà ċivili; se jiżgura li jiġu allokati biżżejjed riżorsi għalih biex jiġi żgurat li jilħaq l-objettivi tiegħu; |
Jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għan-negozji tal-UE
|
35. |
iqis neċessarju l-għoti ta’ garanziji addizzjonali f’termini ta’ rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istandards soċjali fil-proċess tar-ratifika tal-Ftehim Komprensiv ta’ Investiment bejn l-UE u ċ-Ċina; |
|
36. |
jisħaq fuq l-importanza li jinżammu kundizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni sabiex il-kumpaniji jkunu kompetittivi fis-suq intern u fil-livell internazzjonali fil-ktajjen tal-valur globali; iqis li jeħtieġ li ssir enfasi fuq l-applikazzjoni ta’ regoli eżistenti u li l-istrumenti ta’ difiża tal-kummerċ jiġu mobilizzati b’mod aktar assertiv sabiex jiġu indirizzati l-prattiki ta’ distorsjoni tas-suq fil-pajjiżi terzi; |
|
37. |
jilqa’ b’sodisfazzjon il-ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-proposta leġiżlattiva għal regolament biex jissaħħaħ l-infurzar tar-regoli kummerċjali, li huwa rispons għall-imblokk attwali fil-funzjonament tal-Korp tal-Appell tad-WTO, u li ser japplika wkoll fil-kuntest tal-ftehimiet kummerċjali — bilaterali jew reġjonali — meta msieħeb unilateralment jimponi sanzjonijiet kontra l-UE u jimblokka l-proċedura għas-soluzzjoni tat-tilwim prevista fil-ftehimiet. Jenfasizza li dan ir-regolament jestendi għas-servizzi u l-proprjetà intellettwali l-kapaċità tal-UE li timponi miżuri ta’ ritaljazzjoni bħad-dazji doganali, restrizzjonijiet kwantitattivi u fil-qasam tal-akkwist pubbliku. Jappoġġja wkoll lill-Kummissjoni Ewropea li stabbilixxiet one-stop shop li jittratt l-ksur kollu tad-drittijiet tax-xogħol, id-dispożizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u d-drittijiet tal-bniedem fl-istess livell bħall-ilmenti relatati mal-aċċess għas-swieq tal-imsieħba kummerċjali tal-UE; |
|
38. |
iqis li jeħtieġ li r-regoli ta’ kompetizzjoni jiġu riveduti fid-dawl tal-isfidi tal-kompetittività esterna, tal-prattiki ta’ pajjiżi terzi u tar-realtajiet il-ġodda tal-ekosistemi tal-innovazzjoni; il-kompetizzjoni fis-suq intern u l-aċċess tal-SMEs għall-ktajjen tal-valur Ewropej u globali għandhom jibqgħu elementi essenzjali ta’ regoli ta’ kompetizzjoni Ewropej ibbilanċjati, effettivi u indipendenti; |
|
39. |
huwa tal-fehma li l-Unjoni għandha tagħmel tranżizzjoni għal mekkaniżmi offensivi biex tiżgura r-reċiproċità u tindirizza l-protezzjoniżmu fl-aċċess għas-swieq tal-akkwist pubbliku fil-pajjiżi terzi; |
|
40. |
jisħaq li l-investiment dirett barrani huwa sors ewlieni ta’ tkabbir, impjiegi u innovazzjoni iżda jista’ madankollu joħloq riskji li jipperikolaw is-sigurtà nazzjonali u l-ordni pubbliku fl-Unjoni Ewropea għas-setturi sensittivi. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti sistemi ta’ skrinjar tal-investimenti fil-livell nazzjonali; |
Jiġu antiċipati u jitqiesu aħjar l-esternalitajiet negattivi tal-parteċipazzjoni fil-kummerċ internazzjonali
|
41. |
jinnota bi tħassib li bħalissa mhux ir-reġjuni kollha qegħdin igawdu mill-benefiċċji ta’ ftehimiet ta’ kummerċ ħieles, li ċerti setturi ekonomiċi spiss jiġu affettwati b’mod negattiv u li l-SMEs ma jużawx bis-sħiħ il-potenzjal tal-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles u jiġu affettwati b’mod aktar qawwi mill-kompetizzjoni inġusta kkawżata mill-miżuri adottati minn ċerti pajjiżi terzi; jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ma tipproponix modi kif jittaffew l-effetti negattivi tal-ftehimiet kummerċjali; madankollu, jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li toħloq għadd ta’ għodod diġitali u portals online speċifiċi ddedikati għall-SMEs sabiex tiġi ffaċilitata aħjar l-integrazzjoni tagħhom f’dawn il-ftehimiet u biex jinfetħu opportunitajiet ġodda b’rabta mal-proċessi ta’ aċċess għall-akkwist pubbliku u biex tinstab soluzzjoni għall-kompetizzjoni inġusta msemmija hawn fuq; |
|
42. |
jappoġġja l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tressaq att leġiżlattiv speċifiku meħtieġ għall-infurzar ta’, fost l-oħrajn, dispożizzjonijiet relatati mal-kummerċ tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-UE u r-Renju Unit; |
|
43. |
jappoġġja l-fatt li l-Kummissjoni ħejjiet strument kontra l-koerċizzjoni; |
|
44. |
jenfasizza r-rwol importanti li l-SMEs jaqdu fir-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali tal-UE, li joħolqu aktar minn 58 % tal-esportazzjonijiet kollha mill-UE u aktar minn 46 % tal-importazzjonijiet kollha lejn l-UE (2). F’dan ir-rigward jenfasizza l-ħtieġa għal politika kummerċjali effettiva tal-UE li tipproteġi lill-SMEs, li huma ferm aktar vulnerabbli u esposti għall-volatilità tar-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali milli huma l-kumpaniji l-kbar; jilqa’ l-enfasi li saret fuq l-SMEs fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni; |
|
45. |
jemmen bis-sħiħ li jeħtieġ li jiġi rivedut il-mudell tal-valutazzjoni tal-impatt u li jsiru valutazzjonijiet tal-impatt komprensivi u fil-fond (skont is-settur u s-subsettur, skont iż-żona ġeografika — pajjiż/reġjun — fi ħdan l-UE, f’dak li jirrigwarda l-impatt fuq l-SMEs u fil-qasam soċjali, ambjentali, klimatiku u dak tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem) ta’ kull ftehim eżistenti, kif ukoll valutazzjonijiet tal-impatt aggregati (ibbażati fuq l-istess kriterji) tal-ftehimiet kollha eżistenti biex jiggarantixxu t-tmexxija tal-politika kummerċjali tal-Unjoni Ewropea għall-benefiċċju ta’ kulħadd, kemm għan-negozji kif ukoll għaċ-ċittadini; jiddispjaċih dwar in-nuqqasijiet tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward; jinnota li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tipprevedi biss evalwazzjoni ex post tal-impatt tal-ftehimiet tal-UE fuq aspetti ambjentali ewlenin, inklużi l-aspetti klimatiċi, kif ukoll ħidma biex jiġi identifikat aħjar l-impatt tal-aspetti differenti tal-politika kummerċjali fuq l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u biex titwettaq analiżi ulterjuri — mingħajr aktar dettalji — tal-impatt tal-politiki kummerċjali fuq l-impjieg u l-aspetti differenti tal-iżvilupp soċjali; |
|
46. |
iqis li għandha tingħata attenzjoni partikolari lid-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-SMEs; jappoġġja l-isforzi tal-Kummissjoni għat-tisħiħ tal-għodod li jiddeċifraw il-ftehimiet kummerċjali, b’mod partikolari fir-rigward tar-regoli tal-oriġini; iqis li jeħtieġ li tkun tista’ tiġi ssodisfata l-ħtieġa ta’ għarfien espert tal-SMEs fl-aċċess għal swieq terzi billi jintużaw is-servizzi eżistenti ta’ konsulenza u ta’ appoġġ fil-livell tal-Istati Membri u f’dak reġjonali u fil-kmamar tal-kummerċ, u billi jiġi ffaċilitat l-użu ta’ għarfien espert estern; |
|
47. |
jemmen li n-network EEN (Enterprise Europe Network) preżenti f’60 pajjiż, kif ukoll in-network ta’ organizzazzjonijiet nazzjonali u reġjonali tal-promozzjoni tal-kummerċ li huma parti mill-Assoċjazzjoni ta’ Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Promozzjoni tal-Kummerċ (European Trade Promotion Organisations’ Association (ETPOA)), li tinsab f’180 pajjiż, jistgħu jkunu mobilizzati aktar fil-qafas tal-missjonijiet ta’ appoġġ tagħhom għad-dħul tal-SMEs fi swieq barranin. Bl-istess mod, l-UE għandha tistabbilixxi “punti ta’ kuntatt tal-ftehim ta’ kummerċ ħieles” kemm jista’ jkun qrib tal-SMEs u għandhom jitqiesu l-prinċipji “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir” u “aġixxi reġjonalment” u l-organizzazzjonijiet tal-promozzjoni tal-kummerċ għandhom jaqdu rwol ewlieni f’dan ir-rigward; |
|
48. |
iqis li approċċ speċifiku għall-SMEs innovattivi li jixtiequ jpoġġu lilhom infushom fuq livell internazzjonali, ikun rilevanti fil-qafas tal-proġett InvestEU, sabiex ikunu jistgħu jiġu koperti b’mod adatt ir-riskji ta’ dan it-tip ta’ negozju u jiġi promoss it-tkabbir internazzjonali tagħhom; |
|
49. |
huwa tal-fehma li fl-isfond tal-Patt Ekoloġiku tal-UE, il-qafas attwali tat-tip IPEEC għall-għajnuna mill-Istat għandu jiġi rivedut sabiex jiġi ffaċilitat l-investiment u jiġu ammortizzati l-ispejjeż operattivi tal-proġetti kooperattivi/transnazzjonali mwettqa minn din it-tip ta’ intrapriża. Għaldaqstant, jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, fi Frar 2021, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika miftuħa sal-20 ta’ April 2021 li tappella lill-partijiet interessati kollha biex jikkummentaw dwar proposta għal rieżami mmirat tal-Komunikazzjoni dwar l-għajnuna mill-Istat li tappoġġja proġetti importanti ta’ interess Ewropew komuni (IPCEI) (3). |
Brussell, id-19 ta’ Marzu 2021.
Apostolos TZITZIKOSTAS
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2020/may/tradoc_158764.pdf
(2) https://ec.europa.eu/eurostat/statistics-explained/index.php/International_trade_in_goods_by_enterprise_size#Share_of_SMEs_in_total_trade_.28intra_.2B_extra-EU.29
(3) https://ec.europa.eu/competition/consultations/2021_ipcei/draft_communication_mt.pdf — Link għall-konsultazzjoni pubblika: http://bit.ly/3dEFgeM
|
7.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/23 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għall-Ewropa — l-ekoloġizzazzjoni tal-binjiet tagħna, il-ħolqien tal-impjiegi, it-titjib tal-ħajja
(2021/C 175/05)
|
RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
L-istimolu tar-rinnovazzjoni tal-bini għan-newtralità klimatika u l-irkupru
|
1. |
jilqa’ l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni li, minħabba li taffettwa settur li jikkonsma 40 % tal-enerġija fl-Ewropa, tikkontribwixxi biex tinkiseb in-newtralità klimatika sal-2050 u biex tonqos id-dipendenza enerġetika mill-pajjiżi terzi, għall-benefiċċju tas-sigurtà tal-enerġija Ewropea. Iqis li huwa essenzjali li din il-politika tkun inkluża fil-programmi ta’ rkupru u reżiljenza kif ukoll taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE), b’mod li l-isforzi jiġu kkoordinati sabiex jiġu evitati miżuri separati u ineffiċjenti; jenfasizza li s-suċċess ta’ din l-istrateġija se jiddependi ħafna mis-sostenibbiltà u l-fattibbiltà tagħha fil-livell lokali u reġjonali, filwaqt li għandhom jiġu evitati piżijiet amministrattivi addizzjonali; jappella wkoll sabiex il-miżuri kollha marbutin mal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni jkollhom benefiċċju tanġibbli u jkunu orjentati lejn iż-żamma tal-vijabbiltà ekonomika, is-sostenibbiltà soċjali u l-vijabbiltà finanzjarja, b’mod partikolari għall-baġits pubbliċi abbażi tad-dispożizzjonijiet baġitarji kurrenti, u anke għall-inkwilini jew huma sidien ta’ djarhom; |
|
2. |
iqis li l-implimentazzjoni sħiħa tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni tista’ sseħħ biss jekk tkun appoġġjata minn reviżjoni bir-reqqa tal-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa, li tibda mid-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija u r-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, kif ukoll permezz ta’ traspożizzjoni fil-ħin u korretta fil-livell nazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa li tinbeda l-implimentazzjoni immedjata tal-istrateġija u l-azzjonijiet tagħha billi jiżdiedu r-rinnovazzjonijiet u jiġu ttestjati metodi ġodda biex jitwettqu r-rinnovazzjonijiet, li jistgħu jiġu replikati fuq skala kbira; jipproponi, għalhekk, li tinbeda malajr kemm jista’ jkun inizjattiva pilota biex jiġi ttestjat u rfinat protokoll li għandu jiġi segwit għat-tipi varji ta’ intervent u kundizzjonijiet ekonomiċi, soċjali u klimatiċi; |
|
3. |
jenfasizza l-importanza tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità. L-implimentazzjoni operattiva u l-finanzjament isiru lokalment fir-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet. Il-qafas Ewropew għandu għalhekk ikun flessibbli u jqis id-differenzi, pereżempju bejn iż-żoni rurali u l-bliet il-kbar; |
|
4. |
jenfasizza li l-Patt Klimatiku għandu l-potenzjal li jippromovi s-sħubijiet żviluppati fil-livell lokali u l-inizjattivi konġunti tas-settur pubbliku u dak privat, u li l-awtoritajiet lokali u reġjonali huma f’pożizzjoni kruċjali biex jinfurmaw liċ-ċittadini dwar il-benefiċċji u l-għodod ta’ appoġġ eżistenti għar-rinnovazzjoni ta’ djarhom, billi jmexxu bl-eżempju, joħolqu konnessjonijiet u jappoġġjaw lill-impriżi lokali, muniċipali u impriżi pubbliċi oħrajn bl-għarfien espert meħtieġ f’livelli differenti, u jiżviluppaw strumenti biex ikollhom aċċess għal assistenza finanzjarja nazzjonali jew tal-UE; barra minn hekk, l-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom imexxu bl-eżempju fir-rinnovazzjoni tal-bini pubbliku u l-promozzjoni b’mod partikolari tar-rinnovazzjoni tal-enerġija tal-akkomodazzjoni soċjali u akkomodazzjoni pubblika oħra permezz tal-Patt Klimatiku bħala faċilitatur tar-replikazzjoni u l-espansjoni tal-aktar inizjattivi Ewropej li huma ta’ suċċess; jittama li jkun hemm rabta aħjar bejn l-istrateġija Ewropea dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, l-istrateġiji nazzjonali għar-rinnovazzjoni tal-bini (1) u l-metodoloġija kostottimali (2); rieżami parzjali tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija tista’ tkun utli għal dan l-għan; |
|
5. |
jirrimarka li l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għandha tinftiehem mhux biss bħala approċċ regolatorju tekniku għall-implimentazzjoni tal-Aġenda tal-Patt Ekoloġiku, iżda wkoll bħala mezz ta’ integrazzjoni tal-proċess tat-trasformazzjoni lejn ekonomija ċirkolari f’qafas kunċettwali, orjentat lejn l-estetika u d-disinn; jilqa’ u jappoġġja t-tnedija tal-inizjattiva Bauhaus Ewropew Ġdid, kif ukoll l-intenzjoni li tiġi stabbilita tikketta Ewropea distinta. Din l-inizjattiva hija opportunità biex jiġi sfruttat il-potenzjal kreattiv tar-reġjuni u l-muniċipalitajiet, biex iċ-ċittadini jimpenjaw ruħhom u jiġu involuti fil-proċess ta’ trasformazzjoni u b’hekk jinħolqu soluzzjonijiet kondiviżi u sostenibbli li jagħmlu l-Patt Ekoloġiku realtà; |
|
6. |
jilqa’ t-tnedija tal-Patt Klimatiku, li se jippromovi l-involviment u l-parteċipazzjoni fil-Patt Ekoloġiku, u jinsab kuntent li l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni hija inkluża fost il-prijoritajiet tal-Patt Ekoloġiku. Huwa lest li jikkoopera aktar mill-qrib mal-Kummissjoni, mal-Bank Ewropew tal-Investiment u mal-partijiet interessati rilevanti l-oħra kollha dwar pjattaforma komuni li tiġbor l-informazzjoni kollha li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtieġu biex jimplimentaw il-Patt Ekoloġiku; |
|
7. |
jilqa’ r-referenza għal approċċ distrettwali u tal-komunitajiet tal-enerġija, li jippermetti, pereżempju, l-użu ta’ faċilitajiet konġunti ta’ produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, kif ukoll it-tisħin u t-tkessiħ distrettwali u soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (3), u jfakkar li dan jirrikjedi l-użu ta’ għodod għall-ippjanar integrat tal-enerġija u tal-klima; jenfasizza li l-Patt tas-Sindki huwa parametru referenzjarju f’dan is-sens, u li l-Pjani ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima (SECAP) jistgħu jiggarantixxu li r-rinnovazzjoni tal-bini tkun konformi ma’ qafas usa’ li jippromovi riġenerazzjoni urbana ġusta u sostenibbli, imġiba sostenibbli u armonizzjazzjoni mal-politiki ta’ mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih; jissuġġerixxi wkoll li l-impatt għandu jiġi mmonitorjat sew, permezz ta’ sistemi standard ta’ ġestjoni tal-enerġija, sabiex l-effetti tal-ippjanar ikunu jistgħu jiġu vvalutati (4); |
|
8. |
jilqa’ r-referenza għall-inizjattiva Level(s) (5) dwar iċ-ċirkolarità fil-bini bħala punt ta’ riferiment għall-promozzjoni ta’ kostruzzjoni bbażata fuq iċ-ċirkolarità, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromovu kampanja ta’ sensibilizzazzjoni dwar dan is-suġġett, filwaqt li joffri l-kollaborazzjoni tiegħu; fl-istess ħin, jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq l-esperjenza wiesgħa ta’ sistemi eżistenti oħra ta’ ċertifikazzjoni tal-bini meta twettaq aktar xogħol (6); jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-iżvilupp ta’ valutazzjonijiet taċ-ċiklu tal-ħajja rigward l-impatt tal-bini fuq il-klima, flimkien ma’ standards korrispondenti, dikjarazzjonijiet ambjentali dwar il-prodotti, bażijiet tad-data għall-materjali u l-prodotti tal-bini, u biex tivvaluta l-possibbiltà li tintroduċi indikatur sintetiku dwar il-prestazzjoni tul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini bħala skema volontarja; |
|
9. |
ifakkar li l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni hija opportunità biex tiġi promossa viżjoni ta’ bini li jibqa’ validu għall-futur, li tista’ tintegra aspetti bħas-saħħa, l-ekwilibriju soċjali, il-konnettività, iċ-ċirkolarità u r-reżiljenza għal fenomeni idroġeoloġiċi u sismiċi, flimkien mar-rekwiżiti tal-enerġija u dawk ambjentali; jappella wkoll sabiex tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali skarsament popolati b’popolazzjoni anzjana ħafna u f’sitwazzjoni ta’ vulnerabbiltà partikolari; |
|
10. |
jenfasizza, f’dan ir-rigward, li jridu jiġu mmonitorjati l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra matul il-fażijiet tal-kostruzzjoni, l-operat u t-twaqqigħ; barra minn hekk, sal-2050, iridu jiġu massimizzati l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u sa ċertu punt, l-użu ta’ materjali li jirriżultaw minn operazzjonijiet ta’ twaqqigħ jew rikostruzzjoni għall-produzzjoni tal-enerġija. Il-ħolqien ta’ ktajjen ta’ valur lokali u reġjonali għall-użu mill-ġdid ta’ materjali tal-bini huwa pass importanti f’dan il-proċess. Dan jeħtieġ ippjanar, loġistika u mudelli ekonomiċi ġodda li jinvolvu l-ħolqien ta’ riżervi ta’ materjali għal bini ġdid. Minħabba diversi fatturi regolatorji, kulturali u ekonomiċi, mudell ċirkolari ġdid bħal dan se jkun possibbli biss li jiddaħħal b’mod gradwali, għall-ewwel b’fażi ta’ esperimentazzjoni u mbagħad b’firxa ta’ inċentivi finanzjarji għal varar fuq skala kbira; |
|
11. |
jenfasizza li fit-tul, l-implimentazzjoni tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni se tiġġenera ffrankar tal-enerġija u dak ekonomiku kbir anke fl-ispejjeż tal-manutenzjoni u l-immaniġġjar tal-bini, minbarra li jkun hemm titjib fil-kumdità, fl-ambjent ta’ ġewwa tajjeb għas-saħħa u fil-livell tal-għajxien filwaqt li jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku. Iqis li l-Osservatorju Ewropew tal-Istokk Immobiljari tal-UE jeħtieġ li jimmonitorja l-bidliet li jkunu saru u jivvaluta l-impatt tagħhom, billi juża l-indikaturi tal-bażi tad-data tiegħu u jiżviluppa indikaturi ġodda oħra fejn hu meħtieġ, u jipprovdi aċċessibbiltà għad-data meħtieġa fl-UE kollha; dan jiffaċilità l-kwantifikazzjoni ta’ dan l-iffrankar u jgħin biex l-awtoritajiet lokali u reġjonali, iċ-ċittadini u n-negozji jkunu jistgħu jqisu sew l-ispiża taċ-ċiklu tal-ħajja tal-bini; |
|
12. |
jilqa’ l-impenn tal-Kummissjoni li tirrevedi l-iskemi Ewropej ta’ għajnuna mill-Istat għar-rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika, u jistenna bil-ħerqa li jikkontribwixxi sabiex ikunu aktar ċari u faċli li jiġu applikati biex ma jkunux ta’ ostaklu għall-investiment. Barra minn hekk, il-valutazzjoni prevista għall-2021 tad-Deċiżjoni 2012/21/UE dwar l-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi għandha twassal għal miżuri ta’ appoġġ għar-rinnovazzjoni tal-effiċjenza enerġetika tal-akkomodazzjoni soċjali li taqa’ b’mod espliċitu fil-kompetenzi tagħha; jirrimarka li l-miżuri ta’ appoġġ u l-programmi fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali u lokali jridu jikkomplementaw lil xulxin, mingħajr ma joħolqu strutturi paralleli u/jew addizzjonali. Hija meħtieġa firxa wiesgħa ta’ strumenti – sussidji, strumenti finanzjarji, u taħlit tagħhom – filwaqt li fl-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu involuti msieħba, bħal banek u istituzzjonijiet nazzjonali tal-iżvilupp, biex jiffinanzjaw il-proġetti fuq il-post skont il-ħtiġijiet lokali, reġjonali u nazzjonali; huwa tal-fehma li, bħala punt ta’ prinċipju, l-inċentivi fiskali għar-rinnovazzjoni enerġetika tal-bini jistgħu jaqdu rwol importanti; |
|
13. |
jilqa’ b’sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li tirrevedi l-limiti ta’ espożizzjoni fuq ix-xogħol stabbiliti fid-Direttiva 2009/148/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mill-espożizzjoni għall-asbestos sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ħaddiema matul ix-xogħol ta’ rinnovazzjoni u ta’ twaqqigħ. Bl-istess mod, huwa jemmen li għandha tiġi aġġornata l-leġiżlazzjoni Ewropea dwar l-espożizzjoni għal sustanzi perikolużi li jirriżulta minn dan ix-xogħol; |
|
14. |
jilqa’ b’sodisfazzjoni, f’dan il-kuntest, il-proposta tal-Kummissjoni li tniedi inizjattiva Ewropea għal akkomodazzjoni affordabbli billi tiffinanzja 100 proġett ewlieni innovattiv u parteċipattiv li jiffukaw fuq ir-rinnovazzjoni globali ta’ żoni ta’ akkomodazzjoni soċjali biex iservu bħala mudell għal żvilupp fuq skala kbira fl-Unjoni Ewropea kollha; |
|
15. |
iqis li l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tad-dritt ta’ kulħadd li jkollu akkomodazzjoni affordabbli, aċċessibbli u tajba għas-saħħa, skont il-Prinċipju 19 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u skont l-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli Nru 11 tan-Nazzjonijiet Uniti: Bliet u Komunitajiet Sostenibbli; iqis li l-azzjoni għall-effiċjenza enerġetika hija miżura strutturali bil-għan li jiġi miġġieled il-faqar enerġetiku u konsegwentement jitnaqqsu l-ispejjeż f’każijiet fejn in-nies jaqgħu lura fil-ħlas mingħajr ma jkun it-tort tagħhom; |
Prinċipji ewlenin għar-rinnovazzjoni tal-bini sal-2030 u l-2050
|
16. |
jistieden lill-Kummissjoni tibni fuq il-qafas tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija biex tiżviluppa mekkaniżmu għall-klassifikazzjoni tal-wirt immobiljari skont il-kriterji meħtieġa għall-oqsma ta’ intervent identifikati fil-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, bħal:
Din l-informazzjoni għandha tiġi kklassifikata mill-Osservatorju Ewropew tal-Istokk Immobiljari (7) u mbagħad tkun tista’ tiddaħħal f’linji gwida ddedikati għar-rinnovazzjoni tad-diversi tipi ta’ bini anke permezz ta’ analiżi tal-ostakli ewlenin eżistenti. Il-ġbir u d-disseminazzjoni tal-aħjar prattiki jistgħu jkunu strumentali biex jiġu identifikati interventi standard għal kull waħda mill-kategoriji msemmija hawn fuq; |
|
17. |
jappella għal sforzi ambizzjużi biex jiġu dekarbonizzati t-tisħin u t-tkessiħ residenzjali, li huma responsabbli għal aktar minn 80 % tal-konsum globali tal-enerġija tal-bini fl-UE; għal dan il-għan, itenni kemm huwa importanti li tiġi promossa d-dekarbonizzazzjoni tas-sorsi tal-enerġija użati, u jħeġġeġ li s-sorsi tal-enerġija rinnovabbli jiġu estiżi fil-pront u b’mod konsistenti sabiex jitnaqqsu b’mod sinifikanti l-emissjonijiet tas-CO2 tal-Ewropa; josserva li s-soluzzjonijiet tat-tisħin u t-tkessiħ rinnovabbli jistgħu jkunu diversi u għandhom jitfasslu skont il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ unità domestika jew ta’ komunità partikolari (8); jaqbel mal-Kummissjoni li r-reġjuni li jiddependu ħafna fuq il-fjuwils fossili se jkollhom bżonn jadottaw riżorsi tal-enerġija tranżizzjonali (9), mingħajr ma jinvestu f’infrastruttura li mhijiex adatta għall-futur. L-enerġija ġġenerata mill-enerġija nukleari m’għandhiex titqies bħala sors ta’ enerġija rinnovabbli; |
|
18. |
jistieden lill-Kummissjoni tipproponi sistema għall-istabbiliment tal-prijoritajiet abbażi ta’ kriterji bħall-potenzjal f’termini ta’ tnaqqis tal-konsum u tal-emissjonijiet, ta’ bankabbiltà u l-vulnerabbiltà tal-okkupanti. Jappella wkoll għall-identifikazzjoni ta’ kriterji ta’ prijorità negattivi, jiġifieri kriterji adatti għaċ-ċirkostanzi reġjonali u lokali li għandhom l-għan li jidentifikaw il-bini li l-aħjar soluzzjoni għalih tkun it-twaqqigħ u l-bini mill-ġdid, mingħajr ma titwitta t-triq għall-ġentrifikazzjoni ta’ viċinati vulnerabbli; |
|
19. |
ifakkar li, sabiex tiġi implimentata l-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jeħtiġilhom joffru appoġġ sinifikanti lis-settur tal-kostruzzjoni, li ntlaqat serjament mill-kriżi u ta’ spiss jinvolvi n-negozji ż-żgħar, mhux dejjem mgħammra tajjeb biex joffru l-prodotti u s-servizzi meħtieġa. Is-settur tal-kostruzzjoni kollu għandu jiġi megħjun sabiex jegħleb id-distakk li jeżisti fl-għarfien, fil-ħiliet u fit-teknoloġiji, u biex titrawwem it-tnedija ta’ negozji ġodda li jibqgħu validi fil-futur; ifakkar li t-tranżizzjoni meħtieġa għal approċċ ċirkolari u bbażat fuq il-post, immirat lejn il-protezzjoni tal-impjiegi, u l-iżgurar ta’ ristrutturar gradwali tal-forza tax-xogħol, teħtieġ mekkaniżmi ta’ appoġġ stabbli sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-operazzjonijiet, jiġi evitat il-bini ta’ bżieżaq u jkunu jistgħu jiġu żviluppati ħiliet fuq perjodu ta’ żmien medju u twil fit-territorji tagħna fl-UE; |
|
20. |
jirrikonoxxi l-importanza li jiġu introdotti rekwiżiti leġiżlattivi għax-xiri u r-rinnovazzjoni tal-bini pubbliku eżistenti kollu kif ukoll standards minimi ta’ rendiment fl-użu tal-enerġija u miri obbligatorji għar-rata annwali ta’ rinnovazzjoni tal-istokk kollu tal-bini pubbliku u l-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Madankollu, jenfasizza li dawn id-dispożizzjonijiet se jkunu fattibbli biss jekk ir-regoli jkunu flessibbli biżżejjed biex iqisu l-karatteristiċi differenti (10) tal-bini u jekk l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu appoġġjati b’mod adegwat mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri rispettivi, b’regoli li jkunu kemm jista’ jkun sempliċi u konsistenti, u li jkunu jinkludu wkoll l-interventi ta’ manutenzjoni ordinarja jekk dawn ikunu assoċjati u jikkontribwixxu b’mod dirett għall-effiċjenza enerġetika u sabiex il-bini jkun reżistenti għat-terremoti. F’każ li dawn l-obbligi jiġu imposti fuq bini privat jew residenzjali, għandu jiġi żgurat li ma jinħoloq l-ebda piż finanzjarju żejjed, b’mod partikolari għall-unitajiet domestiċi vulnerabbli mil-lat tal-enerġija. Għalhekk jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jwettqu valutazzjoni tal-impatt bir-reqqa fil-livell sottonazzjonali, li tivvaluta l-potenzjal u l-vulnerabbiltà tat-territorji differenti f’dan ir-rigward, inkluża analiżi tal-aħjar prattiki nazzjonali attwali u l-evalwazzjonijiet tal-passat minn proġetti Ewropej; |
|
21. |
jappoġġja l-proposta li jiġi aġġornat il-qafas taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija (EPCs) biex jiżdied l-użu ta’ dan l-istrument, ikun aktar faċli li d-data titqabbel madwar l-Ewropa kollha, u biex il-finanzjament jintrabat mar-rinnovazzjoni profonda; jirrimarka li din ir-reviżjoni għandha tiggarantixxi l-konsistenza meħtieġa mal-oqfsa stabbiliti fl-Istati Membri u tkun iggwidata mill-prinċipju tal-proporzjonalità. Iqis li hija utli l-proposta għal format uniformi Ewropew taċ-ċertifikati tar-rendiment fl-użu tal-enerġija u l-introduzzjoni ta’ logbooks diġitali tal-bini, li jfornu l-bażijiet tad-data li huma faċilment aċċessibbli u mingħajr ħlas; jirrimarka li dawn il-bażijiet tad-data jridu jkunu disponibbli tal-inqas fuq skala NUTS 3 u marbuta mal-Osservatorju Ewropew tal-Istokk Immobiljari, u jkunu relatati mal-ispazju komuni Ewropew futur tad-data (11); |
|
22. |
jilqa’ r-regolament delegat tal-Kummissjoni dwar Indikatur tal-Potenzjal ta’ Intelliġenza bil-għan li jivvaluta sa liema grad il-bini huwa lest biex jintegra t-teknoloġiji intelliġenti u li jissensibilizza lis-sidien u lill-okkupanti tal-bini dwar ir-riżultati; jirrimarka li l-livell ta’ diġitalizzazzjoni fiż-żoni urbani u rurali tal-UE jvarja bil-kbir u li dan l-indikatur se jkollu jkun korrelatat maż-żona li qed tiġi vvalutata sabiex jiġi evitat li jiġu penalizzati żoni li għadhom lura fit-tranżizzjoni diġitali, speċjalment fir-reġjuni inqas żviluppati u żoni skarsament popolati; |
|
23. |
jenfasizza li, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, l-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtiġilhom ikollhom kapaċitajiet u għodod imsaħħa b’mod adegwat, sabiex jonqos id-distakk fl-għarfien li għadu jeżisti f’diversi partijiet tal-UE; jirrikonoxxi, f’dan ir-rigward, ir-rwol fundamentali tal-Patt Klimatiku għall-ħolqien tal-opportunitajiet u l-għodod, permezz ta’ mekkaniżmi msaħħa għall-bini tal-kapaċità u qafas aktar konsistenti għal inizjattivi minn isfel għal fuq relatati mal-Patt Ekoloġiku. Ifakkar li f’dan il-proċess, l-aġenziji lokali u nazzjonali tal-enerġija jistgħu, u jeħtiġilhom ikollhom rwol ewlieni f’dan il-proċess, billi joħolqu għarfien u ħiliet mifruxa fl-awtoritajiet lokali, mingħajr ma joħdulhom posthom; |
Rinnovazzjonijiet aktar rapidi u aktar profondi għal binjiet aħjar
|
24. |
jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi appoġġ massimu għar-riċerka fil-qasam tar-rinnovazzjoni ta’ bini f’żoni marbuta b’restrizzjonijiet tal-pajsaġġ jew storiċi, u b’hekk tiżgura integrazzjoni rispettuża tal-enerġiji rinnovabbli. Bl-istess mod, jappella sabiex dan is-suġġett ikun wieħed mill-pedamenti tal-inizjattiva Bauhaus Ewropew Ġdid. Din l-inizjattiva trid tippromovi riflessjoni aktar profonda dwar l-integrazzjoni tal-iskali differenti tad-disinn, minn binja waħda għal distrett għal reġjun sħiħ, li tqis it-temi tal-mobbiltà sostenibbli, it-tnaqqis tal-użu tal-art u bijodiversità urbana akbar (12). Din ir-riġenerazzjoni urbana għandha tinkoraġġixxi, fejn huwa meħtieġ, fattibbli, u b’mod li tirrispetta lill-gruppi vulnerabbli, l-użu sistematiku tas-soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura (13) integrati ma’ sistemi ta’ monitoraġġ tal-enerġija u tal-ambjent li jivvalidaw il-prestazzjoni tagħhom, jippromovu politika ta’ “volum żero”, jimminimizzaw l-enerġija inkorporata (14) fil-bini u, bħala l-aħħar alternattiva, jistgħu jagħżlu t-twaqqigħ ta’ bini mingħajr valur storiku; jissuġġerixxi wkoll l-inklużjoni tal-Bauhaus Ewropew Ġdid fil-Pjattaforma għall-Iskambju tal-Għarfien (KEP) (15) sabiex jittejbu l-iskambji bejn l-awtoritajiet lokali u reġjonali dwar kunċetti innovattivi, approċċi u kompetenzi interdixxiplinari, u biex tiġi enfasizzata d-dimensjoni reġjonali u lokali fit-tfassil u l-implimentazzjoni; |
|
25. |
ifakkar li, fid-dawl tal-perspettiva l-ġdida maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19 ta’ eżodu demografiku miċ-ċentru lejn il-periferiji tal-bliet, il-konferenza Habitat III tan-Nazzjonijiet Uniti ilha mill-2016 tinkludi d-densifikazzjoni urbana bħala fattur ta’ sostenibbiltà, li waħda mill-għodod ewlenin tagħha hija r-restawr tal-bini f’ċentri urbani skarsament popolati fejn hemm permessi tal-bini disponibbli; |
|
26. |
jirrimarka li d-diversi sorsi ta’ enerġija rinnovabbli disponibbli għandhom jiġu integrati b’mod sistematiku; għal dan il-għan, minbarra li għandu jkun possibbli li jiġu stabbiliti miri fil-livell sottonazzjonali, huma meħtieġa wkoll b’mod partikolari kondizzjonijiet ekwivalenti ta’ kompetizzjoni għad-diversi sorsi tal-enerġija. Jinnota li minbarra l-karatteristiċi ġeografiċi u ġeoloġiċi speċifiċi taż-żoni kkonċernati, l-użu ta’ dawn it-teknoloġiji jrid jissalvagwardja l-ambjent, is-saħħa u l-pajsaġġ naturali u mibni. L-użu tagħhom għandu jiġi promoss ukoll permezz tal-istabbiliment ta’ komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli u komunitajiet tal-enerġija taċ-ċittadini (previsti fid-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli II), li jħaddnu objettivi ta’ sostenibbiltà soċjali u ambjentali, aktar milli objettivi finanzjarji; |
|
27. |
iqis li huwa importanti li jiġu appoġġjati proġetti għar-rinnovazzjoni profonda ta’ bini residenzjali permezz ta’ soluzzjonijiet standard u elementi tal-bini prefabbrikati industrijalment. Dan se jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-effiċjenza enerġetika tal-bini, u għall-objettiv tad-dekarbonizzazzjoni tal-istokk tal-bini sal-2050; jirrimarka li l-użu ta’ soluzzjonijiet standard u ta’ komponenti tal-bini prefabbrikati, jaċċellera l-proċess tal-kostruzzjoni, inaqqas l-impatt ambjentali u jagħmilha possibbli li tiżdied ir-rata ta’ rinnovazzjoni għall-bini residenzjali; jirrimarka li l-prefabbrikazzjoni industrijali tal-elementi tal-bini tgħin biex tiżdied il-kapaċità tal-innovazzjoni tal-kumpaniji, peress li l-proċessi ta’ rinnovazzjoni jistgħu jiġu modernizzati u awtomatizzati; |
|
28. |
jistieden lill-Kummissjoni tkompli tippromovi, speċjalment fis-settur pubbliku li għandu rwol li jagħti l-eżempju, l-użu ta’ sistemi ta’ ġestjoni tal-enerġija bħal pereżempju l-iskema ISO 50001 jew standards oħra kemm ta’ applikazzjoni għas-settur privat kif ukoll dak pubbliku, u tivvaluta l-potenzjal li ttejjeb l-aspetti tal-enerġija inklużi fl-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali (EMAS). Jirrimarka li dawn is-sistemi jista’ jkollhom impatt sinifikanti fuq it-tnaqqis tal-konsum tal-bini meta jkunu qed jintużaw (16), u għandhom il-kapaċità li jintroduċu proċeduri virtużi durabbli, fosthom għall-fażijiet ta’ ġestjoni u monitoraġġ; |
|
29. |
jenfasizza li s-sistemi ta’ Immudellar tal-Informazzjoni dwar il-Bini (Building Information Modeling – BIM) (17) u l-analiżi komparattiva mas-settur pubbliku (18) jista’ jkollhom rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, u jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex jintroduċu dawn l-għodod, inkluż permezz ta’ pjattaformi pubbliċi (19) sabiex jiġi promoss l-iżvilupp diġitali fis-settur tal-proprjetà immobbli u fil-ġestjoni tal-proprjetà immobbli abbażi tat-teknoloġija PropTech (20); |
|
30. |
ifakkar li d-disponibbiltà ta’ data dwar il-konsum tal-enerġija tal-bini hija essenzjali għall-ippjanar urban tal-enerġija, il-kalkolu tal-investimenti u l-iffrankar potenzjali u l-monitoraġġ tiegħu. Għalhekk, iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea taħdem mal-Istati Membri sabiex din id-data tkun disponibbli mingħajr ħlas u b’mod sempliċi għal skopijiet pubbliċi madwar l-UE kollha, filwaqt li jiġu rispettati r-rekwiżiti ta’ protezzjoni tad-data; is-sidien tal-bini jistgħu wkoll jipprovdu d-data miksuba lill-fornituri tal-enerġija bi ħlas ta’ miżata, li tista’ tiffinanzja parzjalment r-rinnovazzjoni; |
|
31. |
ifakkar li l-applikazzjoni sistematika tal-kriterji tal-akkwist pubbliku ekoloġiku għas-settur tal-bini hija għodda importanti biex jitnaqqas malajr il-konsum tal-enerġija tal-bini u għall-użu ta’ mudelli ta’ ġestjoni aktar sostenibbli; f’dan l-isfond jilqa’ l-proposta li tiġi ppubblikata gwida komprensiva dwar investimenti pubbliċi sostenibbli permezz tal-akkwist. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri joħolqu qafas leġiżlattiv konsistenti li jappoġġja din il-prattika billi jinternalizzaw kriterji bħal dawn fir-regolamentazzjoni nazzjonali dwar il-pjattaformi tal-akkwist pubbliku ċentralizzat; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tappoġġja din il-prattika billi tippromwovi l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni, tinvolvi ruħha fi djalogu effettiv mal-fornituri, tfassal rekwiżiti rilevanti u tintroduċi sistemi għall-kontroll tagħhom u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tagħhom; |
|
32. |
sabiex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni, iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ finanzjament biex jappoġġjaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fit-tfassil ta’ pjani ta’ fattibbiltà għat-tiġdid tal-enerġija ta’ distretti inqas effiċjenti, li jibda minn titjib tal-prattiki tajba tal-Faċilità tal-Bliet Ewropej, Azzjonijiet Urbani Innovattivi u l-Inizjattiva Urbana Ewropea, kif ukoll il-ħolqien ta’ strumenti ġodda, l-iżvilupp ulterjuri tal-proposti msemmija fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal li jakkumpanja l-Istrateġija; jappella li jingħata appoġġ meħtieġ lir-reġjuni, il-bliet u l-muniċipalitajiet sabiex dawn ikunu jistgħu jisfruttaw ir-riżorsi disponibbli permezz tan-Next Generation EU, tal-missjonijiet ta’ Orizzont Ewropa, tal-programmi operattivi tal-politika ta’ koeżjoni 2021-2027, u tal-linji ta’ kreditu tal-Bank Ewropew tal-Investiment, u sabiex il-proċeduri amministrattivi jkunu inqas ta’ piż. Tali armonizzazzjoni tirrikjedi reviżjoni tal-proċeduri sabiex jiġi żgurat approċċ sistematiku u t-traċċabbiltà tiegħu; |
|
33. |
jappella li l-implimentazzjoni tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni tkun appoġġjata minn għodda ta’ assistenza teknika li tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali kollha, pereżempju billi jissaħħaħ mudell aktar deċentralizzat tal-istrument ELENA, ibbażat fuq promozzjoni u standardizzazzjoni tal-mudell tal-one-stop shop (21); iqis li l-one-stop shops ma għandhomx ikunu limitati biss għall-aspetti finanzjarji, iżda jridu jsiru katalisti reali għat-tkabbir tal-għarfien, il-bini tal-kapaċità u t-tixrid ta’ prattiki tajbin fuq skala lokali u reġjonali; jiddikjara wkoll li jinsab lest li jikkoopera mal-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) sabiex din l-inizjattiva tiġi ottimizzata u implimentata f’waqtha bil-ħsieb li l-għodda tkun aktar aċċessibbli u ż-żmien ta’ implimentazzjoni tagħha jkun ferm iqsar; jinsab konvint li sinerġija akbar bejn il-faċilità ELENA u Orizzont Ewropea tista’ wkoll tagħmilha possibbli li nimxu minn prattiki tajba individwali għal investimenti fuq skala kbira; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-fattur ta’ ingranaġġ mitlub bħalissa mill-programm ELENA għal bini residenzjali sostenibbli (10 darbiet l-ammont tal-għotja) jikkostitwixxi ostaklu sinifikanti għal ċerti gruppi ta’ benefiċjarji; jappella għalhekk lill-Kummissjoni u lill-BEI biex jivvalutaw soluzzjonijiet possibbli għal din it-tip ta’ sitwazzjoni; |
|
34. |
ifakkar li mekkaniżmi ta’ finanzjament tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni għandhom iqisu s-sitwazzjonijiet li jvarjaw ħafna fir-rigward tat-titolu ta’ sjieda tal-proprjetà u tal-isfondi soċjoekonomiċi tal-okkupanti, kif ukoll fir-rigward tal-użu mħallat b’riżultat tat-tendenza dejjem tikber tat-telexogħol. Il-mudell tan-newtralità tal-kost tal-akkomodazzjoni għandu jikkombina l-għanijiet soċjali u klimatiċi b’mod ideali u jipprevjeni l-hekk imsejħa “renovictions” (żgumbramenti minħabba r-rinnovazzjoni); jappella, għalhekk, li l-livelli kompetenti ta’ gvern jevitaw li l-kostijiet tar-rinnovazzjoni jiġu mgħoddija lill-inkwilini, u jqis li ż-żidiet fil-kera għandhom jkunu bbilanċjati skont l-iffrankar tal-enerġija mistenni; |
Aspetti speċifiċi għar-rinnovazzjoni tal-bini
|
35. |
jilqa’ l-proposta li jiġi introdott, fil-qafas tar-reviżjoni tad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija, standard ta’ “rinnovazzjoni profonda”, bil-ħsieb li finanzjament privat sinifikanti jiġi ankrat għal investimenti trasparenti, li jitkejlu u li huma ġenwinament “ekoloġiċi”; ifakkar li dawn l-istandards għandhom iqisu r-rekwiżiti kollha għall-bini f’żoni klimatiċi differenti u jipprevedu protokolli speċifiċi għall-bini storiku, filwaqt li jibnu fuq l-aħjar prattiki kkonsolidati fit-territorji differenti (22); |
|
36. |
jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri biex jipprovdu regoli baġitarji aktar flessibbli għall-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali sabiex tiġi appoġġjata l-kapaċità ta’ investiment tagħhom fil-qasam tar-rinnovazzjoni tal-istokk tal-bini eżistenti u fil-kostruzzjoni ta’ bini pubbliku ġdid orjentat lejn is-soċjetà. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-potenzjal tal-Kuntratti għall-Prestazzjoni tal-Enerġija li ma jkunux fil-baġit (23); |
|
37. |
ifakkar li l-kundizzjonijiet tal-akkomodazzjoni spiss huma sors ta’ inugwaljanzi kbar, fejn bini iffullat b’sistemi ineffiċjenti tal-enerġija u l-ispejjeż relatati jistgħu joħolqu piż, ta’ spiss insostenibbli fuq il-baġits tal-unitajiet domestiċi; hemm madwar 34 miljun Ewropew li jgħixu f’kundizzjonijiet ta’ faqar enerġetiku: jappella għalhekk lill-Istati Membri, ifasslu stimi preċiżi fil-livell sottoreġjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-attivitajiet ta’ promozzjoni u skambju tal-aħjar prattiki fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku, il-konnessjoni tal-osservatorji eżistenti ma’ xulxin u l-appoġġ għat-twaqqif ta’ osservatorji f’dawk l-Istati Membri li għad m’għandhomx wieħed; |
|
38. |
jirrimarka li l-enerġija għandha tkun affordabbli għal kulħadd u li l-faqar enerġetiku għandu riperkussjonijiet soċjali, ekonomiċi u ambjentali sinifikanti; jenfasizza li ċ-ċirku vizzjuż tal-faqar enerġetiku ma jaffettwax biss lill-unitajiet domestiċi u lill-persuni fiżiċi vulnerabbli, iżda anke n-negozji u xi kultant l-awtoritajiet lokali żgħar jistgħu jiġu affettwati wkoll minn dinamiċi simili ħafna, fejn ir-riżorsi disponibbli ma jkunux biżżejjed biex ikopru l-ispiża dejjem tikber tas-servizzi tal-enerġija, li għalhekk issir piż dejjem akbar fuq il-baġit ġenerali; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tesplora l-estensjoni tal-analiżi tal-faqar enerġetiku lil hinn mill-unitajiet domestiċi individwali, sabiex tibni fuqhom meta tiddefinixxi l-mekkaniżmi għall-implimentazzjoni tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni. Ifakkar li l-mudell ta’ żoni ta’ produzzjoni ekoloġiċi jista’ jkun referenza utli għall-involviment tas-settur tal-manifattura fil-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni u, b’mod aktar ġenerali, fl-implimentazzjoni tal-Patt Ekoloġiku; jiddikjara li huwa lest li jikkoopera mal-Kummissjoni Ewropea fil-ħidma tal-Osservatorju tal-Faqar Enerġetiku l-ġdid; |
|
39. |
jirrimarka li l-komunitajiet tal-enerġija lokali u l-kunċett ta’ “prosumaturi” jistgħu jaqdu rwol fundamentali fiż-żieda tar-rati ta’ rinnovazzjoni, fil-ġlieda kontra l-faqar enerġetiku, u fit-tranżizzjoni enerġetika permezz ta’ produzzjoni deċentralizzata tal-enerġija u inizjattivi ggwidati miċ-ċittadini. Għal dan il-għan għandhom jiġu promossi inizjattivi ta’ awtoġenerazzjoni u awtokonsum fid-djar, li jiffaċilitaw u jtejbu l-użu ta’ teknoloġiji bħat-teknoloġiji termali solari u fotovoltajċi u dawk ġeotermali, fil-bini eżistenti li qed jiġi rinnovat u speċjalment f’bini ġdid. Mod ieħor huwa l-mudell tal-“kera li tinkludi kollox”, il-prinċipju ewlieni fl-Iżvezja u l-Finlandja, pereżempju, fejn is-sid tal-proprjetà jiggarantixxi lill-inkwilini ambjent intern adegwat, normalment ta’ 20-21 oC. Dan l-approċċ kien ta’ suċċess biex jiġi evitat il-faqar enerġetiku, u fl-istess ħin ipprovda inċentiv sostanzjali lis-sidien tal-proprjetà, li għandhom opportunitajiet differenti mill-inkwilini f’dan ir-rigward, biex jiffrankaw l-enerġija, għad li xorta jiddependu mill-kooperazzjoni mill-inkwilini. Għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni taħdem flimkien mal-Istati Membri sabiex tiżgura li t-traspożizzjoni tad-Direttivi rilevanti sseħħ fil-ħin, f’konformità sħiħa mal-ispirtu tad-Direttiva u b’mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni sempliċi; jissuġġerixxi li r-rekwiżiti għall-qari tal-arloġġi u l-kontijiet individwali ma għandhomx japplikaw meta ma jkunux mod kosteffettiv għall-iffrankar tal-enerġija; |
|
40. |
jenfasizza l-importanza li jiġu appoġġjati approċċi bbażati fuq il-viċinat li jisfruttaw il-potenzjal tal-komunitajiet lokali li jintegraw sorsi lokali ta’ enerġija rinnovabbli mal-konsum lokali bl-użu ta’ soluzzjonijiet diġitali innovattivi, li huma l-pedament tal-kunċett ta’ belt intelliġenti; jenfasizza li konnettività diġitali adatta (24) fiż-żoni urbani u rurali se tagħmilha aktar faċli għaċ-ċittadini biex jaċċessaw l-informazzjoni dwar il-konsum tal-enerġija tagħhom f’ħin reali, li jippermettilhom jottimizzawh u jagħmluh aktar effiċjenti; tali kunċetti fil-livell lokali għandhom imorru lil hinn mill-fruntieri fiżiċi tal-Istati Membri, u b’hekk jippermettu skambji ta’ enerġija rinnovabbli bejn muniċipalitajiet u viċinati kontigwi fir-reġjuni tal-fruntiera; |
|
41. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex joħolqu l-kundizzjonijiet meħtieġa biex il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni tkun tista’ tiġi implimentata anke f’żoni inqas urbanizzati u aktar periferali, kif ukoll dawk li huma żoni rurali skarsament popolati, sabiex jiġi żgurat li dawn iż-żoni ma jitilfux l-attrazzjoni tagħhom u jipprovdu standards tal-għajxien u servizzi li jibqgħu validi fil-futur; ifakkar li l-komunitajiet tal-enerġija jistgħu jaqdu rwol importanti fil-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli fil-komunitajiet urbani u rurali kif ukoll il-koeżjoni territorjali; |
|
42. |
ifakkar li għandha titqies is-sitwazzjoni partikolari tar-reġjuni ultraperiferiċi, li jbatu minn avvenimenti klimatiċi negattivi, li huma vulnerabbli ħafna għat-tibdil fil-klima u huma iżolati mill-perspettiva tal-enerġija, fejn l-ispiża tar-rinnovazzjoni se tkun ogħla. Sabiex il-bini jsir aktar ekoloġiku, jeħtieġ li l-iskemi ta’ appoġġ finanzjarju jiġu adattati għal proġetti li jinsabu f’dawn ir-reġjuni sabiex jitqiesu l-ispejjeż tal-produzzjoni assoċjati mal-kundizzjonijiet speċifiċi tagħhom; f’dan ir-rigward, jilqa’ t-tnedija tat-tieni fażi tal-inizjattiva “Enerġija Nadifa għall-Gżejjer tal-UE” u jinsab lest li jappoġġja l-implimentazzjoni tagħha; |
|
43. |
jappella għall-konsolidazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni biex tiġi appoġġjata l-għażla tal-materjali u t-tekniki tal-kostruzzjoni skont iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom, il-possibbiltà li jintużaw tekniki selettivi ta’ twaqqigħ u d-differenzjazzjoni ta’ elementi perikolużi u li jistgħu jiġu rkuprati. Dan bil-għan li tiġi stimulata r-rinnovazzjoni tas-settur tal-kostruzzjoni sabiex ikun jista’ jimplimenta proċessi ċirkolari fl-industrija f’konformità mal-Protokoll tal-UE dwar l-Iskart mill-Kostruzzjoni u mid-Demolizzjoni. F’dan ir-rigward, għandu jingħata appoġġ lill-kuntratturi biex jiżviluppaw alternattivi, pereżempju permezz ta’ sħubijiet ta’ innovazzjoni u ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kontraenti u l-fornituri fl-akkwist pubbliku; jeħtieġ ukoll li l-Kummissjoni Ewropea tagħti aktar inċentivi lill-Istati Membri biex tappoġġja dawn il-metodi ta’ akkwist; |
|
44. |
iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżiġi li l-Istati Membri jinvolvu bis-sħiħ u b’mod effettiv lill-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-abbozzar u fl-implimentazzjoni tal-pjani nazzjonali rispettivi tagħhom ta’ rkupru u ta’ reżiljenza. Governanza f’diversi livelli biss tista’ tiżgura li l-interventi ta’ rinnovazzjoni tal-bini fl-użu tal-enerġija jkunu mfassla f’sinerġija mas-sistema territorjali, u b’hekk jimmassimizzaw il-benefiċċji (ambjentali, soċjali u ekonomiċi). Jenfasizza li jrid jiġi żviluppat id-djalogu f’diversi livelli dwar l-enerġija u l-klima (25) u li l-metodoloġiji użati għall-implimentazzjoni tiegħu għandhom jiġu mfassla b’tali mod li tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva, koerenti u sistematika tiegħu; |
|
45. |
jafferma bil-qawwa r-rwol kruċjali tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-iżgurar li r-rinnovazzjoni tal-bini tissodisfa r-rekwiżiti tal-użu tal-art u tal-urbanistika, li tippromovi l-politiki li jindirizzaw id-depopolazzjoni, u li tkun konformi mal-kriterji tal-ġustizzja soċjali u tar-rispett għall-ambjent; jirrimarka li l-mekkaniżmi ta’ finanzjament għall-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni magħżula mill-Istati Membri m’għandhomx idgħajfu dan ir-rwol fundamentali ta’ koordinazzjoni; |
|
46. |
jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu sinerġiji bejn atturi differenti fejn l-interventi konġunti jkunu aktar effiċjenti u l-integrazzjoni bejn il-Fondi SIE u l-fondi ġestiti direttament (Orizzont Ewropa, Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, InvestEU, il-Programm il-ġdid LIFE CET (Tranżizzjoni Lejn Enerġija Nadifa), il-BEI). Għal dan il-għan, dawk li jwettqu dawn is-sinerġiji u li jsibu r-rappreżentanti ewlenin fit-territorji (ir-reġjuni l-ewwel nett) għandhom jiġu ppremjati. B’mod partikolari, jista’ jiġi adottat l-approċċ tal-investiment b’impatt tal-OECD għall-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, sabiex l-investimenti joperaw b’objettivi tal-impatt soċjali u ambjentali li jistgħu jitkejlu u li huma kompatibbli mal-prestazzjoni ekonomika (26); |
|
47. |
jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li r-rinnovazzjoni tal-bini ma tiffokax biss fuq l-aspetti tal-kostruzzjoni tal-bini jew l-akkomodazzjoni nnifishom, iżda tindirizza wkoll aspetti relatati mal-ħtieġa li tinbidel il-mobbiltà primarjament fiż-żoni urbani, billi ssir enfasi fuq l-introduzzjoni ta’ żoni ta’ parkeġġ għar-roti u l-vetturi tal-mobbiltà personali ġewwa jew maġenb il-bini, u punti tal-iċċarġjar għall-vetturi elettriċi, filwaqt li titqies ukoll il-ħtieġa li jiġu eliminati l-ostakoli amministrattivi u leġiżlattivi. Barra minn hekk, id-disponibbiltà ta’ infrastrutturi komuni tal-komunikazzjoni (ICT) hija mħeġġa wkoll sabiex titrawwem l-integrazzjoni tan-nies li jgħixu fil-bini f’soċjetà dejjem aktar konnessa; |
|
48. |
jappella li jsir titjib fil-mekkaniżmi ta’ finanzjament ta’ din l-istrateġija permezz tal-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, il-politika ta’ koeżjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) biex ir-reġjuni jkunu jistgħu jipparteċipaw iktar kemm bħala destinatarji u maniġers tal-fondi; |
|
49. |
jinsab impenjat li jiżgura li t-tfassil leġiżlattiv tal-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni ma jnaqqasx id-dritt tal-Istat Membri li jagħżlu bejn is-sorsi tal-enerġija b’mod indipendenti, dment li tiġi żgurata d-dekarbonizzazzjoni stabbilita fl-objettivi tal-Unjoni Ewropea; |
|
50. |
jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea biex taħdem fi sħubija mill-qrib mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni u jappella għal ftehim iddedikat li jistabbilixxi l-pedament għal kooperazzjoni msaħħa f’dan il-qasam fl-irkupru ta’ wara l-COVID-19; |
|
51. |
jistieden lill-Kunsill tal-UE jiżviluppa kampanja ta’ komunikazzjoni f’kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet oħra u jaħdem fi sħubija mill-qrib mal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni biex titqajjem kuxjenza u tiġi stimulata azzjoni dwar il-Mewġa ta’ Rinnovazzjoni fl-istess ħin fil-livell tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali. |
Brussell, id-19 ta’ Marzu 2021.
Apostolos TZITZIKOSTAS
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) Id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija tipprevedi strateġiji nazzjonali għat-titjib tal-enerġija tal-istokk tal-bini nazzjonali.
(2) http://bpie.eu/wp-content/uploads/2015/10/Implementing_Cost_Optimality.pdf
(3) Ara pereżempju l-proġett “Sharing cities” fuq http://www.sharingcities.eu/
(4) Jeżistu manwali li jiffaċilitaw it-tħejjija ta’ pjani integreti bħal “how to develop a SECAP” (Kif jista’ jiġi żviluppat SECAP) (JRC), Smart cities Guidance Package (Pakkett ta’ Gwida għall-Bliet Intelliġenti), u l-ktejjeb ta’ sinteżi li tħejjew mir-ragruppament “Integrated Planning Policy and Regulation Action” tal-Inizjattiva Ewropea tal-Bliet Intelliġenti, u l-gwida tal-European Energy Award (mhumiex disponibbli bil-Malti).
(5) https://ec.europa.eu/environment/topics/circular-economy/levels_en
(6) Pereżempju, Level(s) ma għandux indikatur tar-rekwiżiti massimi tal-binjiet fir-rigward tal-enerġija (kW) u t-tagħbija għas-sistema tal-elettriku, ħaġa li saret fattur dejjem aktar importanti f’ħafna oqsma fejn is-sistemi tal-elettriku qed jiffaċċjaw żieda fid-domanda.
(7) Osservatorju Ewropew tal-Istokk Immobiljari: https://ec.europa.eu/energy/topics/energy-efficiency/energy-efficient-buildings/eu-bso_en
(8) Tali possibbiltajiet jinkludu, iżda mhumiex limitati għal: elettrifikazzjoni diretta u l-użu ta’ pompi tas-sħana, networks tat-tisħin distrettwali, l-adattament għal skop ġdid tan-networks eżistenti tal-gass għal applikazzjonijiet ġodda u l-użu tal-idroġenu.
(9) Pereżempju, soluzzjonijiet ibbażati fuq il-gass naturali.
(10) Bħall-karatteristiċi tal-bini f’termini ta’ età, forma, użu, disinn storiku/arkitettoniku, sjieda, għan, suq immobiljari lokali, valur alternattiv, spejjeż tas-sottokuntrattar u kwalunkwe xogħol ta’ rinnovazzjoni preċedenti.
(11) Ara, pereżempju, il-proġetti X-tendo https://x-tendo.eu, U-Cert https://u-certproject.eu u QualDEEPC https://qualdeepc.eu
(12) Ara, pereżempju, il-proġett GROWGREEN http://growgreenproject.eu/
(13) Bħal “ġonna mdendla”, “soqfa ekoloġiċi”, “infrastrutturi ekoloġiċi u blu”.
(14) L-enerġija inkorporata hija l-enerġija kkunsmata mill-proċessi kollha assoċjati mal-produzzjoni ta’ bini, mill-estrazzjoni u l-ipproċessar tar-riżorsi naturali sal-manifattura, it-trasport u l-konsenja tal-prodott.
(15) Il-KEP ġiet żviluppata mill-Kumitat tar-Reġjuni u mill-Kummissjoni Ewropea (DĠ Riċerka u Innovazzjoni).
(16) Ara, pereżempju, il-proġett Compete4SECAP: https://compete4secap.eu/
(17) Ara, pereżempju, il-pubblikazzjoni “Smart Cities Guidance Package”, hawnhekk https://www.researchgate.net/publication/343615678_Smart_City_Guidance_Package
(18) Ara, pereżempju, il-pubblikazzjoni “Smart Cities Guidance Package”, hawnhekk https://www.researchgate.net/publication/343615678_Smart_City_Guidance_Package
(19) Ara, pereżempju, il-proġett NET-ubiep http://www.net-ubiep.eu/
(20) EU Science Hub, Enabling Positive Energy Districts across Europe: energy efficiency couples renewable energy (L-iffaċilitar ta’ Distretti b’Enerġija Pożittiva madwar l-Ewropa: effiċjenza enerġetika flimkien ma’ enerġija rinnovabbli – mhux disponibbli bil-Malti) (europa.eu).
(21) Ara, pereżempju, il-proġetti OKTAVE https://www.oktave.fr/ (disponibbli bil-Franċiż biss), INTERREG ReeHub https://reehub.italy-albania-montenegro.eu/ u PADOVA FIT https://www.padovafit.eu/it/home.html
(22) Ara pereżempju l-proġett ENERGIESPRONG hawnhekk https://energiesprong.org/
(23) Ara, pereżempju, il-proġett Guarantee: www.guarantee-project.eu
(24) Pereżempju, it-teknoloġija 5G kapaċi tgħaqqad eluf ta’ apparati ta’ monitoraġġ fl-aktar żoni popolati u tista’ tiffaċilita l-konnettività ultraveloċi li hija nieqsa bil-bosta fiż-żoni l-inqas popolati, li xi wħud minnhom jinsabu f’riskju ta’ depopolazzjoni.
(25) Kif stabbilit bir-Regolament (UE) 2018/1999 dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija.
(26) https://www.oecd.org/dac/financing-sustainable-development/development-finance-topics/social-impact-investment-initiative.htm
III Atti preparatorji
Il-Kumitat tar-Regjuni
Interactio — Mill-bogħod — Il-143 sessjoni plenarja tal-KtR, 17.3.2021–19.3.2021
|
7.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/32 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil
(2021/C 175/06)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill (KE) 2003/109 u r-Regolament propost (UE) XXX/XXX [Il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil]
Emenda 1
COM(2020) 610 final, Premessa 26
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Dawk il-persuni li huma aktar probabbli li jkollhom id-dritt li jibqgħu fl-Unjoni biss jenħtieġ li jiġu rilokati. Għalhekk, l-ambitu tar-rilokazzjoni tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkun limitat għal dawk li mhumiex soġġetti għall-proċedura fil-fruntiera stabbilita fir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil]. |
Dawk il-persuni li huma aktar probabbli li jkollhom id-dritt li jibqgħu fl-Unjoni biss jenħtieġ li jiġu rilokati. Għalhekk, l-ambitu tar-rilokazzjoni tal-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali jenħtieġ li jkun limitat għal dawk li mhumiex soġġetti għall-proċedura fil-fruntiera stabbilita fir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil]. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tfassal u taġġorna regolarment lista ta’ pajjiżi sikuri għal proċeduri ta’ ritorn possibbli. |
Raġuni
Sabiex dan il-kriterju jiġi applikat b’mod korrett, għandu jiġi previst li l-Kummissjoni tfassal u taġġorna regolarment lista ta’ pajjiżi sikuri għal proċeduri ta’ ritorn possibbli.
Emenda 2
COM(2020) 610 final, Premessa 36
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal applikanti għal protezzjoni sussidjarja u għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għall-applikanti u l-benefiċjarji kollha ta’ protezzjoni internazzjonali, u konsistenza mal-acquis attwali tal-Unjoni dwar l-ażil, b’mod partikolari mar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Kwalifika]. |
Dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika għal applikanti għal protezzjoni sussidjarja, għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja u għall-applikanti u l-persuni li jibbenefikaw minn forom oħra ta’ protezzjoni previsti mill-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għall-applikanti u l-benefiċjarji kollha ta’ protezzjoni internazzjonali, u konsistenza mal-acquis attwali tal-Unjoni dwar l-ażil, b’mod partikolari mar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Kwalifika]. |
Raġuni
Il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament jeħtieġ li jiġi estiż sabiex ma japplikax biss għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u għall-persuni li jibbenefikaw minn protezzjoni internazzjonali u sussidjarja, iżda wkoll għall-applikanti u għall-persuni li jibbenefikaw minn forom oħra ta’ protezzjoni provduti mill-Istati Membri.
Emenda 3
COM(2020) 610 final, Premessa 47
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Id-definizzjoni ta’ membru ta’ familja f’dan ir-Regolament jenħtieġ li tinkludi lill-aħwa tal-applikant. Ir-riunjoni tal-aħwa hija ta’ importanza partikolari biex jitjiebu l-possibbiltajiet ta’ integrazzjoni tal-applikanti u għalhekk jitnaqqsu l-movimenti mhux awtorizzati. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ membru ta’ familja jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-realtà tax-xejriet migratorji attwali, skont liema l-applikanti ta’ spiss jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodi twal fi tranżitu. Id-definizzjoni jenħtieġ li għalhekk tinkludi familji li ffurmaw barra mill-pajjiż tal-oriġini , iżda qabel il- wasla tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru. Dan it-twessigħ limitat u mmirat tal-ambitu tad-definizzjoni huwa mistenni li jnaqqas l-inċentiv għal xi movimenti mhux awtorizzati ta’ dawk li jfittxu l-ażil fl-UE. |
Id-definizzjoni ta’ membru ta’ familja f’dan ir-Regolament jenħtieġ li tinkludi lill-aħwa tal-applikant. Ir-riunjoni tal-aħwa hija ta’ importanza partikolari biex jitjiebu l-possibbiltajiet ta’ integrazzjoni tal-applikanti u għalhekk jitnaqqsu l-movimenti mhux awtorizzati. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-definizzjoni ta’ membru ta’ familja jenħtieġ li jirrifletti wkoll ir-realtà tax-xejriet migratorji attwali, skont liema l-applikanti ta’ spiss jaslu fit-territorju tal-Istati Membri wara perjodi twal fi tranżitu. Id-definizzjoni għandha għalhekk tinkludi familji li ffurmaw barra mill-pajjiż tal-oriġini qabel u wara l- wasla tagħhom fit-territorju tal-Istat Membru. Dan it-twessigħ limitat u mmirat tal-ambitu tad-definizzjoni huwa mistenni li jnaqqas l-inċentiv għal xi movimenti mhux awtorizzati ta’ dawk li jfittxu l-ażil fl-UE. |
Raġuni
Il-familji spiss jiġu ffurmati fl-Istati Membri ospitanti, għalhekk id-dritt għall-unità tal-familja għandu jiġi ggarantit meta sseħħ ir-riallokazzjoni irrispettivament miż-żmien u l-post fejn tiġi ffurmata l-familja F’każ kuntrarju, ikun hemm riskju ta’ dispożizzjonijiet diskriminatorji.
Emenda 4
COM(2020) 610 final, Premessa 63
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri li jidħlu f’rilokazzjoni bħala miżura ta’ solidarjetà, jenħtieġ li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-Unjoni. Sabiex l-Istati Membri jiġu inċentivati jagħtu prijorità lir-rilokazzjoni ta’ minorenni mhux akkumpanjati , jenħtieġ li tiġi pprovduta kontribuzzjoni ta’ inċentiv ogħla. |
Biex jingħata appoġġ lill-Istati Membri li jidħlu f’rilokazzjoni bħala miżura ta’ solidarjetà, jenħtieġ li jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-Unjoni. Sabiex l-Istati Membri jiġu inċentivati jagħtu prijorità lir-rilokazzjoni ta’ minorenni u nisa li jivvjaġġaw waħedhom , jenħtieġ li tiġi pprovduta kontribuzzjoni ta’inċentiv ogħla. |
Raġuni
Inċentiv finanzjarju ogħla għandu jkun disponibbli għat-tfal kollha (flimkien mal-ġenituri u l-aħwa tagħhom), u mhux biss għal rifuġjati minorenni mhux akkumpanjati. Dan għandu japplika wkoll għal nisa li jivvjaġġaw waħedhom. Skont bosta rapporti, in-nisa u l-bniet huma f’riskju għoli ta’ vjolenza abbażi tal-ġeneru fiċ-ċentri ta’akkoljenza. L-iffullar żejjed f’xi wħud mill-hotspots Griegi wassal għal żieda sinifikanti fir-riskju ta’ vjolenza sesswali u abbażi tal-ġeneru, speċjalment fil-konfront ta’nisa li jivvjaġġaw waħedhom, li ħafna drabi ma jiġux akkomodati b’mod separat. Skont il-Kummissjoni, huma b’mod partikolari n-nisa migranti u rifuġjati vulnerabbli, kif ukoll il-minorenni mhux akkumpanjati li huma wkoll f’riskju akbar li jiġu ttraffikati. Sabiex jiġu mminimizzati dawn ir-riskji, għandu għalhekk ikun hemm ukoll inċentivi finanzjarji ogħla għar-rilokazzjoni tan-nisa.
Emenda 5
COM(2020) 610 final, Artikolu 2(w)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
“pressjoni migratorja” tfisser sitwazzjoni fejn hemm għadd kbir ta’ wasliet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat, jew riskju ta’ tali wasliet, inkluż fejn dan jirriżulta minn wasliet wara operazzjonijiet ta’tiftix u salvataġġ, bħala riżultat tal-pożizzjoni ġeografika ta’ Stat Membru u l-iżviluppi speċifiċi f’pajjiżi terzi li jiġġeneraw movimenti migratorji li jitfgħu piż anke fuq sistemi tal-ażil u l-akkoljenza ppreparati sew u jeħtieġu azzjoni immedjata; |
“pressjoni migratorja” tfisser sitwazzjoni fejn hemm għadd kbir ta’ wasliet ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr Stat, jew riskju ta’ tali wasliet, inkluż fejn dan jirriżulta minn wasliet wara operazzjonijiet ta’ tiftix u salvataġġ fil-livell lokali, reġjonali u/jew nazzjonali , bħala riżultat tal-pożizzjoni ġeografika ta’ Stat Membru jew ir-reġjuni tiegħu u l-iżviluppi speċifiċi f’pajjiżi terzi li jiġġeneraw movimenti migratorji li jitfgħu piż anke fuq sistemi tal-ażil u l-akkoljenza ppreparati sew u jeħtieġu azzjoni immedjata; |
Raġuni
Fil-każ ta’ flussi migratorji li ma jaffettwax is-sistema nazzjonali kollha tal-ażil u l-akkoljenza, xorta jista’ jkun hemm reġjuni u postijiet li huma taħt pressjoni partikolari u li jistgħu jinħakmu minn dan.
Emenda 6
COM(2020) 610 final, Artikolu 6(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ strateġiji nazzjonali biex jiżguraw kapaċità suffiċjenti għall-implimentazzjoni ta’ sistema effettiva ta’ ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni skont il-prinċipji stabbiliti f’din il-Parti. Dawk l-istrateġiji għandhom jinkludu ppjanar ta’ kontinġenza fil-livell nazzjonali, filwaqt li jitqies l-ippjanar ta’ kontinġenza skont ir-Regolament (UE) XXX/XXX [Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], ir-Regolament (UE) 2019/1896 (Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta) u d-Direttiva XXX/XXX/UE [Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza] u r-rapporti tal-Kummissjoni maħruġa fil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Preparazzjoni għall-Migrazzjoni u l-Kriżijiet. Dawn l-istrateġiji nazzjonali għandhom jinkludu informazzjoni dwar kif l-Istat Membru qed jimplimenta l-prinċipji stabbiliti f’din il-Parti u l-obbligi legali li joħorġu minnhom fil-livell nazzjonali. Huma għandhom iqisu strateġiji rilevanti oħrajn u miżuri ta’ appoġġ eżistenti b’mod partikolari taħt ir-Regolament (UE) XXX/XXX [Il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil] u r-Regolament (UE) XXX/XXX [Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] u jkunu koerenti u kumplimentari mal-istrateġiji nazzjonali għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri stabbiliti skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2019/1896. Ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq mill-Aġenzija tal-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, tal-evalwazzjoni mwettqa skont ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1053/2013 kif ukoll dawk imwettqa skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar], għandhom jitqiesu wkoll f’dawn l-istrateġiji. |
L-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jfasslu strateġiji nazzjonali biex jiżguraw kapaċità suffiċjenti għall-implimentazzjoni ta’ sistema effettiva ta’ ġestjoni tal-ażil u l-migrazzjoni skont il-prinċipji stabbiliti f’din il-Parti. Dawk l-istrateġiji għandhom jinkludu ppjanar ta’ kontinġenza fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali, filwaqt li jitqies l-ippjanar ta’ kontinġenza skont ir-Regolament (UE) XXX/XXX [Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil], ir-Regolament (UE) 2019/1896 56 (Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta) u d-Direttiva XXX/XXX/UE [Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza] u r-rapporti tal-Kummissjoni maħruġa fil-qafas tal-Pjan ta’ Azzjoni tal-Preparazzjoni għall-Migrazzjoni u l-Kriżijiet. Dawn l-istrateġiji nazzjonali għandhom ikunu bbażati fuq kooperazzjoni f’diversi livelli bejn il-partijiet interessati rilevanti u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, is-settur pubbliku u dak privat, kif ukoll is-soċjetà ċivili u għandhom jinkludu informazzjoni dwar kif l-Istat Membru qed jimplimenta l-prinċipji stabbiliti f’din il-Parti u l-obbligi legali li joħorġu minnhom fil-livell nazzjonali. Huma għandhom iqisu strateġiji rilevanti oħrajn u miżuri ta’ appoġġ eżistenti b’mod partikolari taħt ir-Regolament (UE) XXX/XXX [Il-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil] u r-Regolament (UE) XXX/XXX [Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] u jkunu koerenti u kumplimentari mal-istrateġiji nazzjonali għall-ġestjoni integrata tal-fruntieri stabbiliti skont l-Artikolu 8(6) tar-Regolament (UE) 2019/1896. Ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq mill-Aġenzija tal-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, tal-evalwazzjoni mwettqa skont ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1053/2013 kif ukoll dawk imwettqa skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar], għandhom jitqiesu wkoll f’dawn l-istrateġiji. |
Raġuni
Fil-fehma tal-KtR, obbligu li jiġu introdotti strateġiji nazzjonali jista’ jqajjem problemi fir-rigward tal-proporzjonalità tal-miżura. Fl-istess ħin, l-aspett lokali u reġjonali għandu jiġi enfasizzat aktar, għaliex huwa f’dan il-livell li għandha ssir l-implimentazzjoni prattika tal-istrateġiji.
Emenda 7
COM(2020) 610 final, Artikolu 11(h)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Aġenzija tal-Ażil jipproċessaw id-data personali tal-applikant inkluż għall-iskambju ta’ data dwaru għall-għan uniku li jimplimentaw l-obbligi tagħhom li jirriżultaw minn dan ir-Regolament; |
li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Aġenzija tal-Ażil jipproċessaw id-data personali tal-applikant inkluż għall-iskambju ta’ data dwaru għall-għan uniku li jimplimentaw l-obbligi tagħhom li jirriżultaw minn dan ir-Regolament u li tali data ma tiġix kkomunikata lill-pajjiż ta’ oriġini ; |
Raġuni
Għandu jkun hemm dispożizzjoni għal projbizzjoni fuq il-komunikazzjoni ta’ data dwar l-applikanti lill-pajjiżi ta’ oriġini, tali data għandha tkun soġġetta għall-aktar privatezza stretta.
Emenda 8
COM(2020) 610 final, Artikolu 12(6)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-Istat Membru li jagħmel l-intervista personali għandu jagħmel taqsira bil-miktub tagħha li għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni prinċipali mogħtija mill-applikant fl-intervista. Din it-taqsira tista’ tkun jew f’għamla ta’ rapport jew formola standard. L-Istat Membru għandu jiżgura li l-applikant jew il-konsulent legali jew konsulent ieħor li jkun qed jirrappreżenta lill-applikant ikollu aċċess f’waqtu għat-taqsira. |
L-Istat Membru li jagħmel l-intervista personali għandu jagħmel taqsira bil-miktub tagħha li għandha tinkludi tal-inqas l-informazzjoni prinċipali mogħtija mill-applikant fl-intervista. Din it-taqsira tista’ tkun jew f’għamla ta’ rapport jew formola standard abbażi ta’ lista ta’ kontroll. L-Istat Membru għandu jiżgura li l-applikant jew il-konsulent legali jew konsulent ieħor li jkun qed jirrappreżenta lill-applikant ikollu aċċess f’waqtu għat-taqsira. |
Raġuni
Iċċarar tat-test.
Emenda 9
COM(2020) 610 final, Artikolu 21
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Artikolu 21 Dħul (1) Fejn ikun stabbilit, fuq il-bażi ta’ prova jew xhieda ċirkostanzjali kif deskritt fiż-żewġ listi msemmija fl-Artikolu 30(4) ta’ dan ir-Regolament, inkluż id-data li jirreferi għaliha r-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament tal-Eurodac], li applikant ikun qasam b’mod irregolari l-konfini għal ġo Stat Membru bl-art, bil-baħar jew bl-ajru wara li jkun ġie minn pajjiż terz, l-ewwel Stat Membru li jkun sar tali dħul fih għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. Dik ir-responsabbilità għandha tieqaf jekk l-applikazzjoni tkun ġiet irreġistrata iktar minn tliet snin wara d-data li fiha jkun seħħ il-qsim irregolari tal-konfini. (2) Ir-regola stabbilita fil-paragrafu 1 għandha tapplika wkoll meta l-applikant ikun ġie żbarkat fuq it-territorju wara operazzjoni ta’ tiftix u salvataġġ. (3) Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw jekk ikun jista’ jiġi stabbilit, abbażi ta’ prova jew evidenza ċirkostanzjali kif deskritt fiż-żewġ listi msemmija fl-Artikolu 30(4) ta’ dan ir-Regolament, inkluż id-data li hemm referenza għaliha fir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament Eurodac], li l-applikant ġie rilokat skont l-Artikolu 57 ta’ dan ir-Regolament għal Stat Membru ieħor wara li jkun qasam il-fruntiera F’dak il-każ, dak l-Istat Membru l-ieħor għandu jkun responsabbli biex jeżamina l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. |
|
Raġuni
Fid-dawl tal-mekkaniżmu ta’ solidarjetà propost u r-responsabbiltà operattiva akbar tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) fil-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, kif ukoll minħabba l-piżijiet li l-awtoritajiet lokali u reġjonali fir-reġjuni tal-fruntiera se jiffaċċjaw bħala riżultat tal-proċeduri obbligatorji fuq il-fruntiera, m’għadx hemm ġustifikazzjoni biex ir-responsabbiltà għall-applikazzjoni għall-ażil tiġi determinata abbażi tal-kriterju ta’ dħul irregolari minn fruntiera esterna. Pjuttost, il-kriterju jaf ifixkel it-tqassim abbażi tas-solidarjetà. Barra minn hekk, l-assenjazzjoni tar-responsabbiltà lill-Istat Membru tad-dħul għall-persuni żbarkati wara operazzjonijiet ta’ tfittxija u salvataġġ x’aktarx tipperikola l-effettività ta’ dawn l-operazzjonijiet, peress li fil-passat l-Istati Membri diġà rrifjutaw l-iżbarkamenti sabiex jaħarbu mir-responsabbiltà tagħhom. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet ta’ dħul irregolari li jiġu skoperti, it-tħassir tal-Artikolu 21 tal-proposta (dwar ir-responsabbiltà tal-Istat Membru tal-ewwel dħul) ma jbiddilx ir-responsabbiltà tal-Istat tal-fruntiera esterna. Dan minħabba li l-Artikolu 9(1) tal-Proposta jobbliga lil dawk li qed ifittxu protezzjoni biex japplikaw għall-protezzjoni fl-Istat tal-ewwel dħul. Skont l-Artikolu 8(2) tal-Proposta, dan l-Istat jibqa’ responsabbli għall-proċedura tal-ażil jekk ma japplika l-ebda kriterju ieħor biex jiġi ddeterminat l-Istat Membru responsabbli għall-proċedura ta’ protezzjoni. Madankollu, it-tħassir inaqqas il-piż minn fuq l-amministrazzjonijiet nazzjonali u jiffranka l-ispejjeż, peress li jiffranka piż amministrattiv bla bżonn. Anke f’dan l-istadju, it-tentattivi ta’ ritorn ftit li xejn jistgħu jirnexxu jekk id-dħul irregolari ma jkunx jista’ jiġi ppruvat fuq il-bażi tad-data tal-Eurodac. It-tħassir tal-Artikolu 21 tal-Proposta jelimina dan il-piż amministrattiv.
Emenda 10
COM(2020) 610 final, Artikolu 29(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Jekk Stat Membru li fih tkun ġiet irreġistrata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jikkunsidra li Stat Membru ieħor huwa responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni, għandu, kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ fi żmien xahrejn mid-data li fiha l-applikazzjoni ġiet irreġistrata, jitlob lill-Istat Membru l-ieħor biex jieħu r-responsabbiltà tal-applikant. Minkejja l-ewwel subparagrafu, fil-każ ta’ hit tal-Eurodac mad-data rreġistrata skont l-Artikoli 13 u 14a tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament tal-Eurodac] jew ta’ hit tal-VIS ma’ data rreġistrata skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, it-talba biex tittieħed responsabbiltà għandha tintbagħat fi żmien xahar minn meta tasal dik il-hit. Fejn it-talba biex tittieħed responsabbiltà ta’ applikant ma ssirx fi żmien il-perjodi stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, ir-responsabbiltà biex tkun eżaminata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun tal-Istat Membru li fih tkun ġiet irreġistrata l-applikazzjoni. Fejn l-applikant ikun minorenni mhux akkumpanjat, l-Istat Membru determinanti jista’, fejn iqis li huwa fl-aħjar interess tal-minorenni, ikompli bil-proċedura biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli u jitlob lil Stat Membru ieħor biex jieħu r-responsabbiltà tal-applikant minkejja l-iskadenza tal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi. |
Jekk Stat Membru li fih tkun ġiet irreġistrata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jikkunsidra li Stat Membru ieħor huwa responsabbli għall-eżaminazzjoni tal-applikazzjoni, għandu, kemm jista’ jkun malajr u f’kull każ fi żmien xahrejn mid-data li fiha l-applikazzjoni ġiet irreġistrata, jitlob lill-Istat Membru l-ieħor biex jieħu r-responsabbiltà tal-applikant. Minkejja l-ewwel subparagrafu, fil-każ ta’ hit tal-Eurodac mad-data rreġistrata skont l-Artikoli 13 u 14a tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament tal-Eurodac] jew ta’ hit tal-VIS ma’ data rreġistrata skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008, it-talba biex tittieħed responsabbiltà għandha tintbagħat fi żmien xahar minn meta tasal dik il-hit. Fejn it-talba biex tittieħed responsabbiltà ta’ applikant ma ssirx fi żmien il-perjodi stabbiliti fl-ewwel u fit-tieni subparagrafi, ir-responsabbiltà biex tkun eżaminata l-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandha tkun tal-Istat Membru li fih tkun ġiet irreġistrata l-applikazzjoni. Fejn l-applikant ikun minorenni mhux akkumpanjat, l-Istat Membru determinanti jista’, wara li jkun sema’ lill-minorenni kull fejn possibbli, fejn iqis li huwa fl-aħjar interess tal-minorenni, ikompli bil-proċedura biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli u jitlob lil Stat Membru ieħor biex jieħu r-responsabbiltà tal-applikant minkejja l-iskadenza tal-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-ewwel u t-tieni subparagrafi. |
Raġuni
Fil-kuntest tal-proċedura għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli, it-terminoloġija użata fl-Artikolu tidher li hija diskrezzjonali wisq u huwa preferibbli li jiġi previst, kull fejn possibbli, is-smigħ tal-minorenni mhux akkumpanjat.
Emenda 11
COM(2020) 610 final, Artikolu 55(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Fejn Stat Membru jimpenja ruħu li jipprovdi sponsorizzazzjoni tar-ritorn u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment li huma soġġetti għal deċiżjoni ta’ ritorn maħruġa mill-Istat Membru benefiċjarju ma jirritornawx jew ma jitneħħewx fi żmien tmien xhur, l-Istat Membru li jipprovdi l-isponsorizzazzjoni tar-ritorn għandu jittrasferixxi lill-persuni kkonċernati fit-territorju tiegħu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 57 u 58. Dan il-perjodu għandu jibda mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 53(1) jew, fejn applikabbli, fl-Artikolu 49(2). |
Fejn Stat Membru jimpenja ruħu li jipprovdi sponsorizzazzjoni tar-ritorn u ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment li huma soġġetti għal deċiżjoni ta’ ritorn maħruġa mill-Istat Membru benefiċjarju ma jirritornawx jew ma jitneħħewx fi żmien tmien xhur, l-Istat Membru li jipprovdi l-isponsorizzazzjoni tar-ritorn għandu jittrasferixxi lill-persuni kkonċernati fit-territorju tiegħu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 57 u 58 , wara li jikkonsulta dwar il-vijabbiltà tat-trasferiment mal-awtoritajiet lokali u/jew reġjonali tat-territorju fejn għandu jseħħ dan it-trasferiment . Dan il-perjodu għandu jibda mill-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 53(1) jew, fejn applikabbli, fl-Artikolu 49(2). |
Raġuni
L-emenda proposta għandha tiżgura li l-awtoritajiet lokali u/jew reġjonali li għandhom jakkomodaw lil dawk li jirritornaw taħt l-iskema ta’ sponsorizzazzjoni jkunu jistgħu jippreparaw ruħhom bl-aħjar mod possibbli għal dan il-kompitu.
Emenda 12
COM(2020) 610 final, Artikolu 55(4)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin imwettqa mill-Istat Membru ta’ sponsorizzazzjoni: |
Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu waħda jew aktar mill-attivitajiet li ġejjin imwettqa mill-Istat Membru ta’ sponsorizzazzjoni , fejn ikun adatt wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u/jew reġjonali kompetenti tal-Istat Membru benefiċjarju : |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
Dawn il-miżuri ma għandhomx jaffettwaw l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Istat Membru benefiċjarju stabbiliti fid-Direttiva 2008/115/KE. |
Dawn il-miżuri ma għandhomx jaffettwaw l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-Istat Membru benefiċjarju stabbiliti fid-Direttiva 2008/115/KE. |
Raġuni
L-emenda proposta għandha tiżgura li l-awtoritajiet lokali u/jew reġjonali, li jkunu jafu l-persuni ttrasferiti peress li jkunu laqgħuhom, ikunu involuti wkoll fil-miżuri ta’ sponsorizzazzjoni tar-ritorn sabiex jiggarantixxu d-drittijiet ta’ dawn il-persuni u t-trasferiment bla xkiel tar-responsabbiltà.
Emenda 13
COM(2020) 610 final, Artikolu 57(9)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
It-trasferiment tal-persuna kkonċernata mill-Istat Membru benefiċjarju lejn l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni għandu jkun eżegwit skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru benefiċjarju, wara konsultazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, mill-aktar fis prattikament possibbli, u l-aktar tard fi żmien erba’ ġimgħat mill-konferma mill-Istat Membru ta’ rilokazzjoni jew tad-deċiżjoni finali wara appell jew reviżjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment fejn ikun hemm effett sospensiv skont l-Artikolu 33(3). |
It-trasferiment tal-persuna kkonċernata mill-Istat Membru benefiċjarju lejn l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni għandu jkun eżegwit skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru benefiċjarju, wara konsultazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, mill-aktar fis prattikament possibbli, u l-aktar tard fi żmien erba’ ġimgħat mill-konferma mill-Istat Membru ta’ rilokazzjoni jew tad-deċiżjoni finali wara appell jew reviżjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment fejn ikun hemm effett sospensiv skont l-Artikolu 33(3). Għandu jiġi żgurat li l-awtoritajiet lokali u reġjonali responsabbli għall-post maħsub għar-rilokazzjoni jiġu infurmati u kkonsultati fi stadju bikri. |
Raġuni
Sabiex l-akkoljenza tkun effettiva, l-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti għandhom jiġu mgħarrfa u kkonsultati wkoll b’mod dirett sabiex ikunu jistgħu jippreparaw b’mod adatt għall-akkoljenza.
Emenda 14
COM(2020) 610 final, Artikolu 72
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Iż-żidiet proposti għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet lokali jew reġjonali kompetenti jirċievu l-appoġġ finanzjarju meħtieġ.
Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi proċedura komuni għall-protezzjoni internazzjonali fl-Unjoni u li jħassar id-Direttiva 2013/32/UE
Emenda 15
COM(2020) 611 final, punt (2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||||||
|
|
|
||||||||
|
Il-premessa 31 hija sostitwita b’dan li ġej: |
|
||||||||
|
|
||||||||
|
|
Raġuni
Din ir-rakkomandazzjoni ssaħħaħ l-istrutturi reġjonali u lokali u twieġeb għal talbiet preċedenti li saru mill-KtR f’dan il-qasam. Barra minn hekk, huwa essenzjali li l-UE talloka fondi speċifiċi għar-reġjuni bi pressjoni migratorja ogħla.
Emenda 16
COM(2020) 611 final, Punt 5, Premessa 40(h).
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Meta tiġi applikata l-proċedura fuq il-fruntiera għat-twettiq tar-ritorn, ċerti dispożizzjonijiet tad-[id-Direttiva riformulata dwar ir-Ritorn] jenħtieġ li japplikaw peress li dawn jirregolaw elementi tal-proċedura tar-ritorn li mhumiex determinati minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk dwar id-definizzjonijiet, dispożizzjonijiet aktar favorevoli, non-refoulement, l-aħjar interessi tat-tfal, il-ħajja tal-familja u l-istat tas-saħħa, ir-riskju ta’ ħarba, l-obbligu ta’ kooperazzjoni, il-perjodu għat-tluq volontarju, id-deċiżjoni tar-ritorn, it-tneħħija, il-posponiment tat-tneħħija, ir-ritorn u t-tneħħija ta’ minorenni mhux akkumpanjati, projbizzjonijiet ta’ dħul, salvagwardji sakemm jaslu lura, detenzjoni, kundizzjonijiet ta’ detenzjoni , detenzjoni ta’ minuri u familji f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ dħul u moviment mhux awtorizzat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali soġġetti għall-proċedura fuq il-fruntiera għat-twettiq tar-ritorn, jista’ jingħata perjodu għat-tluq volontarju li ma jaqbiżx il-15-il jum lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ konformità volontarja mal-obbligu tar-ritorn fi kwalunkwe mument. |
Meta tiġi applikata l-proċedura fuq il-fruntiera għat-twettiq tar-ritorn, ċerti dispożizzjonijiet tad-[id-Direttiva riformulata dwar ir-Ritorn] jenħtieġ li japplikaw peress li dawn jirregolaw elementi tal-proċedura tar-ritorn li mhumiex determinati minn dan ir-Regolament, b’mod partikolari dawk dwar id-definizzjonijiet, dispożizzjonijiet aktar favorevoli, non-refoulement, l-aħjar interessi tat-tfal, il-ħajja tal-familja u l-istat tas-saħħa, ir-riskju ta’ ħarba, l-obbligu ta’ kooperazzjoni, il-perjodu għat-tluq volontarju, id-deċiżjoni tar-ritorn, it-tneħħija, il-posponiment tat-tneħħija, ir-ritorn u t-tneħħija ta’ minorenni mhux akkumpanjati, projbizzjonijiet ta’ dħul, salvagwardji sakemm jaslu lura, detenzjoni, kundizzjonijiet ta’ detenzjoni u sitwazzjonijiet ta’ emerġenza. Biex jitnaqqas ir-riskju ta’ dħul u moviment mhux awtorizzat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali soġġetti għall-proċedura fuq il-fruntiera għat-twettiq tar-ritorn, jista’ jingħata perjodu għat-tluq volontarju li ma jaqbiżx il-15-il jum lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà ta’ konformità volontarja mal-obbligu tar-ritorn fi kwalunkwe mument. |
Raġuni
Il-KtR huwa favur l-eliminazzjoni totali tad-detenzjoni tat-tfal.
Emenda 17
COM(2020) 611 final, Punt 13, Artikolu 35(a)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Iċ-ċaħda ta’ applikazzjoni u l-ħruġ ta’ deċiżjoni tar-ritorn |
Iċ-ċaħda ta’ applikazzjoni u l-ħruġ ta’ deċiżjoni tar-ritorn |
|
Fejn applikazzjoni tiġi rrifjutata bħala inammissibbli, bla bażi jew manifestament bla bażi fir-rigward kemm tal-istatus ta’ rifuġjat u tal-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja, jew tiġi irtirata impliċitament jew espliċitament, l-Istati Membri għandhom joħorġu deċiżjoni tar-ritorn li tirrispetta d-Direttiva XXX/XXX/UE [id-Direttiva dwar ir-Ritorn]. Id-deċiżjoni tar-ritorn għandha tinħareġ bħala parti mid-deċiżjoni ta’ rifjut tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jew f’att separat. Fejn id-deċiżjoni tar-ritorn tinħareġ bħala att separat, din għandha tinħareġ fl-istess ħin u flimkien mad-deċiżjoni ta’ rifjut tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.” |
Fejn applikazzjoni tiġi rrifjutata bħala inammissibbli, bla bażi jew manifestament bla bażi fir-rigward kemm tal-istatus ta’ rifuġjat u tal-istatus ta’ protezzjoni sussidjarja, jew tiġi irtirata impliċitament jew espliċitament, u l-Istat Membru ma jkunx iddeċieda li jagħti lill-persuna permess ta’ residenza awtonomu jew awtorizzazzjoni oħra li toffri d-dritt ta’ soġġorn għal raġunijiet ta’ kompassjoni, umanitarji jew għal raġunijiet oħra, l-Istati Membri għandhom joħorġu deċiżjoni tar-ritorn li tirrispetta d-Direttiva XXX/XXX/UE [id-Direttiva dwar ir-Ritorn]. Id-deċiżjoni tar-ritorn għandha tinħareġ bħala parti mid-deċiżjoni ta’ rifjut tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali jew f’att separat. Fejn id-deċiżjoni tar-ritorn tinħareġ bħala att separat, din għandha tinħareġ fl-istess ħin u flimkien mad-deċiżjoni ta’ rifjut tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali.” |
Raġuni
Il-formulazzjoni tal-Proposta tal-Kummissjoni tipprojbixxi lill-Istati Membri milli jagħtu protezzjoni minħaba raġunijiet umanitarji jew raġunijiet familjari oħra għajr il-protezzjoni internazzjonali mingħajr ma jibdew proċedura ta’ ritorn. Dan imur kontra l-Artikolu 3(2) tal-Proposta COM(2016) 466 final (“Regolament dwar Standards għall-Kwalifika”), li jiggarantixxi preċiżament dan id-dritt tal-Istati Membri (“Dan ir-Regolament ma japplikax għal status umanitarju ieħor maħruġ mill-Istati Membri skont il-liġi nazzjonali tagħhom għal dawk li ma jikkwalifikawx għal status ta’ rifuġjat jew status ta’ protezzjoni sussidjarja”). Barra minn hekk, f’ċerti ċirkostanzi l-Istati Membri huma saħansitra obbligati li jagħtu protezzjoni; dan japplika, pereżempju, f’każijiet ta’ riskji għas-saħħa, kif il-QĠUE għamlitha ċara fil-ġurisprudenza tagħha wara l-kawża M’Bodj. Minħabba l-obbligu li jirriżulta mill-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/115/KE (“Direttiva dwar ir-Ritorn”) dwar it-teħid ta’ deċiżjoni ta’ ritorn fil-każ ta’ soġġorn illegali, din id-dispożizzjoni tidher li hija wkoll żejda. L-emenda proposta tikkorrispondi għall-Artikolu 6(4) tad-Direttiva dwar ir-Ritorn.
Emenda 18
COM(2020) 611 final, Punt 14, Artikolu 40(1)(i)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||||||
|
L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej: |
L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej: |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
||||||||
|
[…] |
[…] |
Raġuni
Ir-rabta ta’ sanzjonijiet man-nazzjonalità, li tirriżulta mir-rabta ma’ kwoti ta’ protezzjoni, hija inkompatibbli mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni skont id-dritt internazzjonali u dak Ewropew jekk ma jkunx hemm ġustifikazzjoni fil-każ ikkonċernat. Il-KtR għalhekk jipproponi proċedura bbażata fuq il-possibbiltà ta’ ripatrijazzjoni u l-probabbiltà ta’ deċiżjoni rapida f’każijiet individwali, kif ilu jsir fil-proċedura Żvizzera tal-ażil sa mill-2019. Dan ifisser li jistgħu jittieħdu ferm aktar deċiżjonijiet f’perjodu qasir ta’ żmien milli jkun il-każ ta’ rabta mal-kwota ta’ protezzjoni. Dan jgħin ukoll u l-aktar biex itaffi l-piż tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fiż-żoni tal-fruntiera. Dan il-mudell jippermetti wkoll deċiżjonijiet rapidi biex tingħata protezzjoni u b’hekk tkun tista’ tiġi aċċellerata b’mod sinifikanti l-integrazzjoni ta’ persuni evidentement vulnerabbli, pereżempju persuni bi drittijiet ta’ protezzjoni internazzjonali li jiġu salvati minn sitwazzjonijiet ta’ diffikultà fuq il-baħar.
Emenda 19
COM(2020) 611 final, Punt 14, Artikolu 40(5)(c)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||||||
|
[…] |
[…] |
||||||||
|
|
||||||||
|
|
Raġuni
Ir-rabta ta’ sanzjonijiet man-nazzjonalità, li tirriżulta mir-rabta ma’ kwoti ta’ protezzjoni, hija inkompatibbli mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni skont id-dritt internazzjonali u dak Ewropew jekk ma jkunx hemm ġustifikazzjoni fil-każ ikkonċernat. Il-KtR għalhekk jipproponi proċedura bbażata fuq il-possibbiltà ta’ ripatrijazzjoni u l-probabbiltà ta’ deċiżjoni rapida f’każijiet individwali, kif ilu jsir fil-proċedura Żvizzera tal-ażil sa mill-2019. Dan ifisser li jistgħu jittieħdu ferm aktar deċiżjonijiet f’perjodu qasir ta’ żmien milli jkun il-każ ta’ rabta mal-kwota ta’ protezzjoni. Dan jgħin ukoll u l-aktar biex itaffi l-piż tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fiż-żoni tal-fruntiera. Dan il-mudell jippermetti wkoll deċiżjonijiet rapidi biex tingħata protezzjoni u b’hekk tkun tista’ tiġi aċċellerata b’mod sinifikanti l-integrazzjoni ta’ persuni evidentement vulnerabbli, pereżempju persuni bi drittijiet ta’ protezzjoni internazzjonali li jiġu salvati minn sitwazzjonijiet ta’ diffikultà fuq il-baħar.
Emenda 20
COM(2020) 611 final, Punt 15, Artikolu 41(3)(i)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Stat Membru għandu jeżamina applikazzjoni fi proċedura fuq il-fruntiera fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fejn japplikaw iċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 40(1), il-punt (c), (f) jew (i). |
Stat Membru għandu jeżamina applikazzjoni fi proċedura fuq il-fruntiera fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 fejn japplikaw iċ-ċirkostanzi msemmija fl-Artikolu 40(1), il-punt (f) jew (i) , u fil-punt (c) biss fejn iċ-ċirkostanzi jindikaw li deċiżjoni rapida u ritorn jistgħu jkunu mistennija fil-każ individwali kkonċernat . |
Raġuni
Dan inaqqas il-piż tal-awtoritajiet lokali u reġjonali tat-territorji li fihom ikunu jinsabu l-applikanti matul il-proċeduri fuq il-fruntiera.
Emenda 21
COM(2020) 611 final, Punt 15, Artikolu 41(5)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-proċedura fuq il-fruntiera tista’ tiġi applikata biss għal minorenni mhux akkumpanjati u għal minorenni taħt l-età ta’ 12-il sena u l-membri tal-familja tagħhom fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 40(5)(b). |
Il-proċedura fuq il-fruntiera tista’ tiġi applikata biss għal minorenni u l-membri tal-familja tagħhom li jakkumpanjawhom fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 40(5)(b) , jew f’każijiet meta jista’ jkun mistenni li tingħata protezzjoni internazzjonali malajr wara eżami skont l-Artikolu 40(5)(c) . Il-minorenni ma għandhomx jinżammu f’detenzjoni f’każ ta’ proċeduri fuq il-fruntiera. |
Raġuni
Il-protezzjoni tal-minorenni skont id-dritt internazzjonali tapplika bl-istess mod għall-persuni kollha taħt it-18-il sena. Għalhekk, proċeduri speċjali għandhom jintużaw biss jekk dan ikun jew fl-interess tal-minorenni jew ikun iġġustifikat fuq bażi ta’ każ b’każ għal raġunijiet serji skont it-tifsira tal-Artikolu 40(5)(b) tal-Proposta (“Periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru”). Id-detenzjoni ma għandhiex tkun possibbli għal raġunijiet proċedurali. Dan l-approċċ, li huwa bbażat fuq il-benesseri tal-minorenni u l-interessi tas-sigurtà tal-Istati Membri, jikkorrispondi għall-pożizzjonijiet preċedenti tal-KtR.
Emenda 22
COM(2020) 611 final, Punt 15, Artikolu 41(9)(b)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw jew għandhom jieqfu japplikaw il-proċedura fuq il-fruntiera fi kwalunkwe stadju tal-proċedura fejn: |
L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw jew għandhom jieqfu japplikaw il-proċedura fuq il-fruntiera fi kwalunkwe stadju tal-proċedura fejn: |
||||
|
[…] |
[…] |
||||
|
|
Raġuni
L-individwi bi bżonnijiet proċedurali speċjali għandu jkollhom aċċess għall-miżuri ta’ appoġġ rilevanti fuq bażi ta’ każ b’każ, inkella jistgħu ma jiġux riferuti għal proċedura fuq il-fruntiera.
Emenda 23
COM(2020) 611 final, Punt 15, Artikolu 41(11)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-proċedura fuq il-fruntiera għandha tkun qasira kemm jista’ jkun filwaqt li fl-istess ħin tippermetti eżami komplet u ġust tal-pretensjonijiet. Għandha tinkludi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 u kwalunkwe deċiżjoni dwar appell jekk applikabbli u għandha titlesta fi żmien 12-il ġimgħa minn meta l-applikazzjoni tkun ġiet irreġistrata. Wara dak il-perjodu, l-applikant għandu jkun awtorizzat jidħol fit-territorju tal-Istat Membru ħlief meta jkun applikabbli l-Artikolu 41a(1). B’deroga mil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikoli 34, 40(2) u 55, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar it-tul tal-proċedura ta’ eżami u tal-proċedura ta’ appell li jiżguraw li, fil-każ ta’ appell kontra deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni fil-qafas tal-proċedura fuq il-fruntiera, id-deċiżjoni dwar tali appell tinħareġ fi żmien 12-il ġimgħa minn meta l-applikazzjoni tkun ġiet irreġistrata. |
Il-proċedura fuq il-fruntiera għandha tkun qasira kemm jista’ jkun , sabiex tittaffa l-pressjoni fuq ir-reġjuni tal-fruntiera, filwaqt li fl-istess ħin tippermetti eżami komplet u ġust tal-pretensjonijiet. Għandha tinkludi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 u kwalunkwe deċiżjoni dwar appell jekk applikabbli u għandha titlesta fi żmien 8 ġimgħat minn meta l-applikazzjoni tkun ġiet irreġistrata. Wara dak il-perjodu, l-applikant għandu jkun awtorizzat jidħol aktar ’il ġewwa fit-territorju tal-Istat Membru ħlief meta jkun applikabbli l-Artikolu 41a(1). B’deroga mil-limiti ta’ żmien stabbiliti fl-Artikoli 34, 40(2) u 55, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu dispożizzjonijiet dwar it-tul tal-proċedura ta’ eżami u tal-proċedura ta’ appell li jiżguraw li, fil-każ ta’ appell kontra deċiżjoni li tirrifjuta applikazzjoni fil-qafas tal-proċedura fuq il-fruntiera, id-deċiżjoni dwar tali appell tinħareġ fi żmien 8 ġimgħat minn meta l-applikazzjoni tkun ġiet irreġistrata. |
Raġuni
Il-perjodu ta’ żmien ta’ 20 ġimgħa huwa twil b’mod mhux raġonevoli, u jobbliga lill-applikanti jibqgħu f’żoni ta’ tranżitu, u b’hekk ipoġġi piż sproporzjonat fuq ir-reġjuni tal-fruntiera. Fis-sentenza tagħha dwar iż-żona ta’ tranżitu Ungeriża tal-14 ta’ Mejju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) iddikjarat li l-proċeduri speċifiċi fil-fruntiera għandhom jitwettqu fi żmien raġonevoli u tiddikjara li diġà wara erba’ ġimgħat, irid jingħata dħul għall-proċedura regolari. Peress li s-sitwazzjoni fiż-żona ta’ tranżitu hija sitwazzjoni ta’ ċaħda tal-libertà, il-proċeduri fuq il-fruntiera fiż-żoni ta’ tranżitu jridu jitwettqu malajr. Perjodu ta’ aktar minn tmien ġimgħat, li diġà jirdoppja l-limitu ta’ żmien permess bħalissa skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil (4 ġimgħat), probabbilment jitqies bħala mhux raġonevoli kemm mill-QĠUE kif ukoll mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB). Perjodu ta’ tmien ġimgħat huwa biżżejjed biex titmexxa proċedura ta’ ażil fil-biċċa l-kbira tal-każijiet. Jekk il-proċedura tintemm b’deċiżjoni negattiva, huma previsti tmien ġimgħat addizzjonali għall-proċedura ta’ ritorn. Jekk it-total tal-proċedura jibqa’ għaddej għal aktar minn tliet xhur, ma jkunx probabbli li r-ritorn jista’ jitwettaq malajr, kif previst għall-proċedura fuq il-fruntiera.
Emenda 24
COM(2020) 611 final, Punt 15, Artikolu 41(13)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Matul l-eżami tal-applikazzjonijiet soġġetti għal proċedura fuq il-fruntiera, l-applikanti għandhom jinżammu fil-fruntiera esterna jew fil-viċinanza tagħha jew fiż-żoni ta’ tranżitu. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn [xahrejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-postijiet fejn se titwettaq il-proċedura fuq il-fruntiera, fil-fruntieri esterni, fil-prossimità tal-fruntiera esterna jew taż-żoni ta’ tranżitu, inkluż meta jiġi applikat il-paragrafu 3 u jiġi żgurat li l-kapaċità ta’ dawk il-postijiet tkun biżżejjed biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet koperti minn dak il-paragrafu. Kwalunkwe bidla fl-identifikazzjoni tal-postijiet li fihom tiġi applikata l-proċedura fuq il-fruntiera għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni xahrejn qabel ma l-bidliet jidħlu fis-seħħ. |
Matul l-eżami tal-applikazzjonijiet soġġetti għal proċedura fuq il-fruntiera, l-applikanti għandhom jinżammu fil-fruntiera esterna jew fil-viċinanza tagħha jew fiż-żoni ta’ tranżitu. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni, mhux aktar tard minn [xahrejn wara d-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-postijiet fejn se titwettaq il-proċedura fuq il-fruntiera, fil-fruntieri esterni, fil-prossimità tal-fruntiera esterna jew taż-żoni ta’ tranżitu, inkluż meta jiġi applikat il-paragrafu 3 u jiġi żgurat li l-kapaċità ta’ dawk il-postijiet tkun biżżejjed biex jiġu pproċessati l-applikazzjonijiet koperti minn dak il-paragrafu. Din il-komunikazzjoni għandha tkun akkumpanjata minn rapport dwar il-konsultazzjoni tal-awtorità lokali u reġjonali kompetenti li fit-territorju tagħha għandhom jitwettqu dawn il-proċeduri. Kwalunkwe bidla fl-identifikazzjoni tal-postijiet li fihom tiġi applikata l-proċedura fuq il-fruntiera għandha tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni xahrejn qabel ma l-bidliet jidħlu fis-seħħ. |
Raġuni
Meta jiġu ppjanati l-postijiet għall-implimentazzjoni tal-proċeduri fuq il-fruntiera, huwa importanti li jitqiesu b’mod adatt il-ħtiġijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti.
Emenda 25
COM(2020) 611 final, Punt 15, Artikolu 41(14)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
F’sitwazzjonijiet fejn il-kapaċità tal-postijiet notifikati mill-Istati Membri skont il-paragrafu 14 tkun temporanjament insuffiċjenti biex tipproċessa l-applikanti koperti mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu jagħżlu postijiet oħra fit-territorju tal-Istat Membru u wara notifika lill-Kummissjoni jakkomodaw lill-applikanti hemmhekk, fuq bażi temporanja u għall-iqsar żmien meħtieġ. |
F’sitwazzjonijiet fejn il-kapaċità tal-postijiet notifikati mill-Istati Membri skont il-paragrafu 14 tkun temporanjament insuffiċjenti biex tipproċessa l-applikanti koperti mill-paragrafu 3, l-Istati Membri jistgħu , wara li jikkonsultaw lill-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti, jagħżlu postijiet oħra fit-territorju tal-Istat Membru u wara notifika lill-Kummissjoni jakkomodaw lill-applikanti hemmhekk, fuq bażi temporanja u għall-iqsar żmien meħtieġ. |
Raġuni
Meta jiġu ppjanati l-postijiet għall-implimentazzjoni tal-proċeduri fuq il-fruntiera, huwa importanti li jitqiesu b’mod adatt il-ħtiġijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti.
Emenda 26
COM(2020) 611 final, Punt 16, Artikolu 41a (2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinżammu għal perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il ġimgħa f’postijiet fil-fruntiera esterna jew fiż-żoni ta’ tranżitu jew fil-viċinanza tagħhom; fejn Stat Membru ma jkunx jista’ jakkomodahom f’dawn il-postijiet, jista’ jirrikorri għall-użu ta’ postijiet oħra fit-territorju tiegħu. Il-perjodu ta’ 12-il ġimgħa għandu jibda minn meta l-applikant, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna mingħajr Stat ma jkollhiex aktar dritt li tibqa’ u ma titħalliex tibqa’. |
Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu akkomodati għal perjodu ta’ mhux aktar minn 8 ġimgħat f’postijiet fil-fruntiera esterna jew fiż-żoni ta’ tranżitu jew fil-viċinanza tagħhom; fejn Stat Membru ma jkunx jista’ jakkomodahom f’dawn il-postijiet, jista’ , wara li l-ewwel jikkonsulta lill-awtoritajiet lokali u reġjonali kompetenti, jirrikorri għall-użu ta’ postijiet oħra fit-territorju tiegħu. Il-perjodu ta’ 8 ġimgħat għandu jibda minn meta l-applikant, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jew il-persuna mingħajr Stat ma jkollhiex aktar dritt li tibqa’ u ma titħalliex tibqa’. |
Raġuni
Meta jiġu ppjanati l-postijiet għall-implimentazzjoni tal-proċeduri fuq il-fruntiera, huwa importanti li jitqiesu b’mod adatt il-ħtiġijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti. Bl-istess mod, mhux aktar minn 8 ġimgħat għandhom ikunu disponibbli għat-twettiq tal-proċedura ta’ ritorn sabiex tittaffa l-pressjoni fuq ir-reġjuni tal-fruntiera. Fis-sentenza tagħha dwar iż-żona ta’ tranżitu Ungeriża tal-14 ta’ Mejju 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) iddikjarat li l-proċeduri speċifiċi fil-fruntiera għandhom jitwettqu fi żmien raġonevoli u tiddikjara li diġà wara erba’ ġimgħat, irid jingħata dħul għall-proċedura regolari. Peress li s-sitwazzjoni fiż-żona ta’ tranżitu hija sitwazzjoni ta’ ċaħda tal-libertà, il-proċeduri fuq il-fruntiera fiż-żoni ta’ tranżitu jridu jitwettqu malajr. Perjodu ta’ aktar minn tmien ġimgħat, li diġà jirdoppja l-limitu ta’ żmien permess bħalissa skont l-Artikolu 43 tad-Direttiva dwar il-Proċeduri tal-Asil (4 ġimgħat), probabbilment jitqies bħala mhux raġonevoli kemm mill-QĠUE kif ukoll mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB). Perjodu ta’ tmien ġimgħat huwa biżżejjed biex titmexxa proċedura ta’ ażil fil-biċċa l-kbira tal-każijiet. Jekk il-proċedura tintemm b’deċiżjoni negattiva, huma previsti tmien ġimgħat addizzjonali għall-proċedura ta’ ritorn. Jekk it-total tal-proċedura jibqa’ għaddej għal aktar minn tliet xhur, ma jkunx probabbli li r-ritorn jista’ jitwettaq malajr, kif previst għall-proċedura fuq il-fruntiera. Skont l-Artikolu 34 tal-proposta tal-2016 għal Regolament dwar il-Proċeduri tal-Asil, huwa previst li d-deċiżjonijiet dwar l-ammissibilità u dwar l-użu tal-ftehimiet ta’ pajjiżi terzi għandhom jittieħdu fi żmien xahar. Perjodu ta’ aktar minn xahrejn għal deċiżjoni fil-proċedura fuq il-fruntiera għalhekk ma jkunx raġonevoli minn perspettiva legali. Huwa meħtieġ ukoll li jiġi previst perjodu qasir peress li huwa aktar probabbli li r-ritorni jseħħu wara proċedura rapida bi żminijiet ta’ stennija minimi. Barra minn hekk, jeħtieġ li t-terminoloġija tkun konsistenti fil-proposta kollha, u termini ambigwi li jistgħu jinvokaw detenzjoni de facto bħal “jinżammu” għandhom jiġu evitati u sostitwiti b’formulazzjoni legalment preċiża bħal “akkomodati”, f’konformità mad-Direttiva riveduta dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza.
Emenda 27
COM(2020) 611 final, Punt 18, Artikolu 53(9)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal livell wieħed biss ta’ appell fir-rigward ta’ deċiżjoni meħuda fil-kuntest tal-proċedura fuq il-fruntiera. |
Fir-rigward ta’ deċiżjoni meħuda fil-kuntest tal-proċedura fuq il-fruntiera , l-Istati Membri għandhom jipprovdu rimedju f’konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali . Għal appelli, il-limiti ta’ żmien previsti fid-dritt nazzjonali japplikaw f’konformità mal-Artikolu 55. L-applikanti għandhom id-dritt li jibqgħu fit-territorju matul il-perjodu tal-appell u sakemm joħroġ ir-riżultat tiegħu skont l-Artikolu 54. |
Raġuni
Il-limitazzjoni riġida għal livell wieħed biss ta’ appell u l-iskadenza stretta għall-proċeduri fuq il-fruntiera jinterferixxu mal-kompetenzi tal-Istati Membri li huma proċeduralment awtonomi fir-rigward tal-għoti ta’ rimedju legali fil-kuntest tal-proċeduri fuq il-fruntiera. Madankollu, huma marbuta li jirrispettaw l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, skont il-ġurisprudenza tal-QĠUE, li tistipula li r-regoli dwar ir-rimedji legali għandhom jikkonformaw mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività. Dan ifisser li mhumiex permessi diskriminazzjoni kontra persuni oħra li jfittxu l-ażil u trattament mhux ugwali fir-rigward ta’ proċedimenti komparabbli oħra tal-qorti amministrattiva. L-emenda proposta tiżgura konformità ma’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet. Bl-istess mod, id-dewmien li fih għandha tingħata risposta għal appell ma jistax jiġi stabbilit b’mod uniformi fil-livell tal-UE u għalhekk huwa aħjar li dan jintrabat mad-dispożizzjonijiet tad-dritt amministrattiv nazzjonali.
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jintroduċi skrinjar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008, (UE) 2017/2226, (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/817
Emenda 28
COM(2020) 612 final, Premessa 12
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-iskrinjar jenħtieġ li jitwettaq fil-fruntiera esterna jew qrib tagħha , qabel ma l-persuni kkonċernati jkunu awtorizzati jidħlu fit-territorju . L-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw miżuri skont id-dritt nazzjonali biex jipprevjenu lill-persuni kkonċernati milli jidħlu fit-territorju matul l-iskrinjar. F’każijiet individwali, fejn meħtieġ, dawn jistgħu jinkludu detenzjoni, soġġetta għal-liġi nazzjonali li tirregola dik il-kwistjoni. |
L-iskrinjar jenħtieġ li jitwettaq fil-fruntiera esterna jew qrib tagħha. L-Istati Membri jenħtieġ li japplikaw miżuri skont id-dritt nazzjonali biex jipprevjenu lill-persuni kkonċernati milli jidħlu iktar ’il ġewwa fit-territorju matul l-iskrinjar. F’każijiet individwali, fejn meħtieġ, ħlief għal każijiet li jinvolvu minorenni, dawn jistgħu jinkludu detenzjoni għajr tal-minorenni, soġġetta għal-liġi nazzjonali li tirregola dik il-kwistjoni. Jekk bħala riżultat tal-proċedura ta’ skrinjar, jiġi miċħud moviment ulterjuri, għandu japplika l-Artikolu 14 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. |
Raġuni
Id-dritt internazzjonali jipprekludi ċ-ċaħda tal-libertà tat-tfal għal raġunijiet amministrattivi u skont il-QĠUE, il-minorenni ma jistgħux jiġu ttrattati sistematikament bħala adulti fil-kuntest tal-migrazzjoni. Ir-rifjut ta’ moviment ulterjuri wara l-iskrinjar għandu jkun kompletament sostanzjat, f’konformità mal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Emenda 29
COM(2020) 612 final, Premessa 20
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-Istati Membri jenħtieġ li jiddeterminaw il-postijiet xierqa għall-iskrinjar fil-fruntiera esterna jew qrib tagħha b’kunsiderazzjoni tal-ġeografija u l-infrastrutturi eżistenti, filwaqt li jiżguraw li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi maqbuda kif ukoll dawk li jippreżentaw ruħhom f’punt ta’ qsim tal-fruntiera jkunu jistgħu jiġu soġġetti malajr għall-iskrinjar. Il-kompiti relatati mal-iskrinjar jistgħu jitwettqu f’żoni hotspot kif imsemmi fil-punt (23) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23. |
L-Istati Membri jenħtieġ li jiddeterminaw il-postijiet xierqa għall-iskrinjar b’kunsiderazzjoni tal-opinjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti, tal-ġeografija u l-infrastrutturi eżistenti, filwaqt li jiżguraw li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi maqbuda kif ukoll dawk li jippreżentaw ruħhom f’punt ta’ qsim tal-fruntiera jkunu jistgħu jiġu soġġetti malajr għall-iskrinjar. Il-kompiti relatati mal-iskrinjar jistgħu jitwettqu f’żoni hotspot kif imsemmi fil-punt (23) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2019/1896 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23. |
Raġuni
L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-postijiet adatti skont iċ-ċirkostanzi u l-possibbiltajiet nazzjonali tagħhom. B’mod partikolari, għandhom ikunu jistgħu jqisu l-piż partikolari fuq ir-reġjuni fil-fruntieri esterni jew qrib tagħhom permezz ta’ għażliet ta’ deċentralizzazzjoni. Huwa importanti li l-bżonnijiet tal-awtoritajiet lokali jew reġjonali rilevanti jitqiesu b’mod adatt meta jiġu ppjanati l-postijiet għall-iskrinjar.
Emenda 30
COM(2020) 612 final, Premessa 24
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Sa tmiem l-iskrinjar, l-awtoritajiet responsabbli għall-iskrinjar jenħtieġ li jimlew formola ta’ debriefing. Il-formola jenħtieġ li tiġi trażmessa lill-awtoritajiet li jeżaminaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jew lill-awtoritajiet kompetenti għar-ritorn — skont lil min jiġi rriferut l-individwu. Fil-każ preċedenti, l-awtoritajiet responsabbli għall-iskrinjar jenħtieġ li jindikaw ukoll kwalunkwe element li jidher li jista’ jkun rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġx li jissottomettu l-applikazzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għal proċedura aċċellerata ta’ eżami jew għall-proċedura fuq il-fruntiera. |
Sa tmiem l-iskrinjar, l-awtoritajiet responsabbli għall-iskrinjar jenħtieġ li jimlew formola ta’ debriefing. Il-formola jenħtieġ li tiġi trażmessa lill-awtoritajiet li jeżaminaw l-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali jew lill-awtoritajiet kompetenti għar-ritorn — skont lil min jiġi rriferut l-individwu , kif ukoll, jekk ikun meħtieġ, lill-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà skont il-liġi nazzjonali, u/jew lill-awtoritajiet responsabbli għal persuni vulnerabbli, bħall-minorenni mhux akkumpanjati jew in-nisa li jivvjaġġaw waħedhom. Fil-każ preċedenti, l-awtoritajiet responsabbli għall-iskrinjar jenħtieġ li jindikaw ukoll kwalunkwe element , b’mod partikolari ħtiġijiet ta’ protezzjoni speċjali possibbli, li jidher li jista’ jkun rilevanti biex jiġi ddeterminat jekk l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġx li jissottomettu l-applikazzjoni taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għal proċedura aċċellerata ta’ eżami jew għall-proċedura fuq il-fruntiera. |
Raġuni
F’każ ta’ tħassib ġustifikat dwar is-saħħa jew is-sigurtà għandu jsir trasferiment lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Anki jekk tkun prevista l-parteċipazzjoni ta’ dawn l-awtoritajiet fl-iskrinjar, għandu jkun żgurat ukoll li dawn l-awtoritajiet jirċievu l-informazzjoni rilevanti kollha. L-istess japplika għal każijiet li fihom jiġu identifikati bżonnijiet ta’ protezzjoni speċjali waqt l-iskrinjar jekk, skont il-liġi nazzjonali, awtorità oħra għajr dik imsemmija tkun responsabbli għal dan, bħalma huwa regolarment il-każ fir-rigward tat-tfal, iżda possibilment ukoll fir-rigward ta’ vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u gruppi oħra. B’mod partikolari, huwa importanti li jitfakkru dawk il-gruppi li huma l-aktar vulnerabbli u li jistgħu jiġu abbużati matul il-proċess tal-migrazzjoni, bħall-minorenni mhux akkumpanjati jew in-nisa waħedhom.
Emenda 31
COM(2020) 612 final, Artikolu 3(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Artikou 3 |
Artikou 3 |
||||
|
Skrinjar fil-fruntiera esterna |
Skrinjar fil-fruntiera esterna |
||||
|
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li: |
1. Dan ir-Regolament għandu japplika għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiżi terzi li: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
L-iskrinjar għandu japplika għal dawk il-persuni irrispettivament minn jekk ikunux applikaw għall-protezzjoni internazzjonali. |
L-iskrinjar għandu japplika għal dawk il-persuni li jiġu eżaminati mill-awtorità responsabbli għar-rifjut tad-dħul skont l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) 2016/399 (“Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen”) skont il-liġi nazzjonali, irrispettivament minn jekk ikunux applikaw għall-protezzjoni internazzjonali. |
Raġuni
Il-proċess ta’ skrinjar huwa pass ieħor fil-proċessi ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni li diġà jieħdu ħafna ħin għal bosta Stati Membri fil-fruntieri esterni. Sabiex jiġi evitat li dan jirrikjedi proċedura separata, li tiġġenera xogħol addizzjonali konsiderevoli, speċjalment għall-Istati tal-fruntiera esterna, il-Kumitat tar-Reġjuni jissuġġerixxi li din il-proċedura tiġi integrata fil-kontrolli tal-fruntiera u li l-awtoritajiet nazzjonali rispettivi responsabbli għar-rifjut tad-dħul skont l-Artikolu 14(2)(2) tar-Regolament (UE) 2016/399 (“Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen”) jiġu inkarigati bl-iskrinjar ta’ każijiet ta’ dħul li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti tad-dħul fil-fruntiera esterna. Permezz ta’ din l-integrazzjoni fil-proċess ta’ kontroll tal-fruntiera u l-kompiti tal-awtoritajiet tal-fruntiera jiġi żgurat aħjar li l-iskrinjar jista’ jissodisfa l-funzjoni mixtieqa, jiġifieri li l-persuni maqbuda jkunu soġġetti għall-proċeduri adatti fl-aktar żmien kmieni possibbli u li dawn il-proċeduri jkunu jistgħu jinbdew mingħajr dewmien jew interruzzjoni. Peress li jistgħu jitqiesu tliet approċċi ta’ azzjoni possibbli għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi koperti bl-Artikolu 3 (rifjut ta’ dħul, trażmissjoni lill-awtoritajiet responsabbli għall-proċedura ta’ ritorn, trażmissjoni lill-awtoritajiet tal-ażil jew lill-Istat Membru responsabbli għall-proċedura tal-ażil abbażi ta’ mekkaniżmu ta’ solidarjetà), li waħda minnhom hija r-refoulement skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/399 (“Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen”), din l-assenjazzjoni tal-iskrinjar tiżgura proċedura uniformi u rabta bejn l-iskrinjar u r-rifjut possibbli tad-dħul, li tissemplifika b’mod konsiderevoli l-implimentazzjoni effiċjenti tal-proċedura. Barra minn hekk, ir-riżultat tal-iskrinjar jista’ mbagħad jiġi inkluż fid-deċiżjoni dwar ir-rifjut tad-dħul mingħajr aktar passi intermedji.
Emenda 32
COM(2020) 612 final, Artikolu 5
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Skrinjar fit-territorju L-Istati Membri għandhom japplikaw l-iskrinjar għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinstabu fit-territorju tagħhom fejn ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni li jkunu qasmu fruntiera esterna biex daħlu fit-territorju tal-Istati Membri b’mod awtorizzat. |
Skrinjar fit-territorju L-Istati Membri għandhom japplikaw l-iskrinjar għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinstabu fit-territorju tagħhom fejn ma jkun hemm l-ebda indikazzjoni li jkunu qasmu fruntiera esterna biex daħlu fit-territorju tal-Istati Membri b’mod awtorizzat. Sabiex tittaffa l-pressjoni fuq l-awtoritajiet tal-Istati Membri, jenħtieġ li jiġu evitati duplikazzjonijiet ta’ partijiet tal-funzjonijiet tal-iskrinjar, bħal fil-każ ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali. |
Raġuni
L-iskrinjar għandu jsir separatament biss jekk ikun meħtieġ. Meta ssir applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, xi funzjonijiet ta’ skrinjar (identifikazzjoni, ħtiġijiet ta’ protezzjoni speċjali) huma inklużi fl-obbligi skont il-Eurodac u d-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza u l-iskrinjar jenħtieġ li jkun parti minn dawn il-proċeduri.
Emenda 33
COM(2020) 612 final, Artikolu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||||||||||||
|
Artikolu 6 |
Artikolu 6 |
||||||||||||||||||||||||
|
Rekwiżiti li jikkonċernaw l-iskrinjar |
Rekwiżiti li jikkonċernaw l-iskrinjar |
||||||||||||||||||||||||
|
(1) Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3, l-iskrinjar għandu jitwettaq f’postijiet li jinsabu fil-fruntieri esterni jew qrib tagħhom . |
(1) Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3, l-iskrinjar għandu jitwettaq f’postijiet adatti fl-Istat Membru rilevanti . Dawn il-postijiet għandhom jiġu ddeterminati wara konsultazzjoni mal-awtorità lokali jew reġjonali rilevanti. |
||||||||||||||||||||||||
|
(2) Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5, l-iskrinjar għandu jitwettaq fi kwalunkwe post xieraq fit-territorju ta’ Stat Membru. |
(2) Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 5, l-iskrinjar għandu jitwettaq fi kwalunkwe post xieraq fit-territorju ta’ Stat Membru. Dawn il-postijiet għandhom jiġu ddeterminati wara konsultazzjoni mal-awtorità lokali jew reġjonali rilevanti. |
||||||||||||||||||||||||
|
(3) Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3, l-iskrinjar għandu jitwettaq mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ għandu jitlesta fi żmien ħamest ijiem mill-qbid fiż-żona tal-fruntiera esterna, l-iżbark fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat jew il-preżentazzjoni fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn għadd sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jeħtieġ li jkunu soġġetti għall-iskrinjar fl-istess ħin, li fil-prattika jagħmilha impossibbli li l-iskrinjar jiġi konkluż f’dak il-limitu ta’ żmien, il-perjodu ta’ ħamest ijiem jista’ jiġi estiż b’massimu ta’ ħamest ijiem addizzjonali. |
(3) Fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 3, l-iskrinjar għandu jitwettaq mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ għandu jitlesta fi żmien ħamest ijiem mill-qbid fiż-żona tal-fruntiera esterna, l-iżbark fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat jew il-preżentazzjoni fil-punt ta’ qsim tal-fruntiera. F’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn għadd sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jeħtieġ li jkunu soġġetti għall-iskrinjar fl-istess ħin, li fil-prattika jagħmilha impossibbli li l-iskrinjar jiġi konkluż f’dak il-limitu ta’ żmien, il-perjodu ta’ ħamest ijiem jista’ jiġi estiż b’massimu ta’ ħamest ijiem addizzjonali. |
||||||||||||||||||||||||
|
Fir-rigward tal-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) li għalihom japplikaw l-Artikolu 14(1) u (3) tar-Regolament (UE) 603/2013, fejn jibqgħu fiżikament fil-fruntiera esterna għal aktar minn 72 siegħa, il-perjodu għall-iskrinjar għandu jitnaqqas għal jumejn. |
Fir-rigward tal-persuni msemmija fl-Artikolu 3(1)(a) li għalihom japplikaw l-Artikolu 14(1) u (3) tar-Regolament (UE) 603/2013, fejn jibqgħu fiżikament fil-fruntiera esterna għal aktar minn 72 siegħa, il-perjodu għall-iskrinjar għandu jitnaqqas għal jumejn. Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi żgurat li titwettaq valutazzjoni adegwata ta’ kull każ sabiex tiġi evitata implimentazzjoni diskriminatorja tal-proċedura. |
||||||||||||||||||||||||
|
(4) L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 3. Huma għandhom ukoll jgħarrfu lill-Kummissjoni hekk kif ir-raġunijiet għall-estensjoni tal-perjodu ta’ skrinjar ma jkunux għadhom jeżistu. |
(4) L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 3. Huma għandhom ukoll jgħarrfu lill-Kummissjoni hekk kif ir-raġunijiet għall-estensjoni tal-perjodu ta’ skrinjar ma jkunux għadhom jeżistu. |
||||||||||||||||||||||||
|
(5) L-iskrinjar imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jitwettaq mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ għandu jitlesta fi żmien tlitt ijiem mill-qbid. |
(5) L-iskrinjar imsemmi fl-Artikolu 5 għandu jitwettaq mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ għandu jitlesta fi żmien tlitt ijiem mill-qbid. |
||||||||||||||||||||||||
|
(6) L-iskrinjar għandu jinkludi l-elementi obbligatorji li ġejjin: |
(6) L-iskrinjar għandu jinkludi l-elementi obbligatorji li ġejjin: |
||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||
|
(7) L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti sabiex iwettqu l-iskrinjar. |
(7) L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet kompetenti sabiex iwettqu l-iskrinjar f’konformità mal-Artikoli 3 u 5 . |
||||||||||||||||||||||||
|
L-Istati Membri għandhom jaħtru persunal mediku kwalifikat biex iwettaq il-verifika tas-saħħa prevista fl-Artikolu 9. L-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tat-tfal u r-rapporteurs nazzjonali kontra t-traffikar għandhom ikunu involuti wkoll, fejn xieraq. |
L-Istati Membri għandhom jaħtru persunal mediku kwalifikat biex iwettaq il-verifika tas-saħħa prevista fl-Artikolu 9. L-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tat-tfal u r-rapporteurs nazzjonali kontra t-traffikar għandhom ikunu involuti wkoll, fejn xieraq. |
||||||||||||||||||||||||
|
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġu assistiti jew appoġġati fit-twettiq tal-iskrinjar minn esperti jew uffiċjali u timijiet ta’ kollegament mibgħuta mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] fil-limiti tal-mandati tagħhom. |
L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiġu assistiti jew appoġġati fit-twettiq tal-iskrinjar minn esperti jew uffiċjali u timijiet ta’ kollegament mibgħuta mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Asil] fil-limiti tal-mandati tagħhom. |
Raġuni
L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jagħżlu l-postijiet adatti skont iċ-ċirkostanzi u l-possibbiltajiet nazzjonali tagħhom. B’mod partikolari, għandhom ikunu jistgħu jqisu l-piż partikolari fuq ir-reġjuni fil-fruntieri esterni jew qrib tagħhom permezz ta’ għażliet ta’ deċentralizzazzjoni. Meta jiġu ppjanati l-postijiet għall-implimentazzjoni tal-iskrinjar, huwa importanti li jitqiesu b’mod adatt il-ħtiġijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali rilevanti.
Il-proċedura m’għandhiex titwettaq b’mod diskriminatorju. L-għażla tal-awtoritajiet kompetenti għandha tikkonforma mad-dispożizzjonijiet proposti fl-Artikoli 3 u 5 sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni tar-responsabbiltajiet.
Emenda 34
COM(2020) 612 final, Artikolu 9(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Fejn ikun hemm indikazzjonijiet ta’ vulnerabbiltajiet jew ħtiġijiet ta’ akkoljenza jew proċedurali speċjali, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għandu jirċievi appoġġ f’waqtu u adegwat fid-dawl tas-saħħa fiżika u mentali tiegħu. Fil-każ tal-minorenni, għandu jingħata appoġġ minn persunal imħarreġ u kkwalifikat biex jittratta l-minorenni, u f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet għall-protezzjoni tat-tfal. |
Fejn ikun hemm indikazzjonijiet ta’ vulnerabbiltajiet jew ħtiġijiet ta’ akkoljenza jew proċedurali speċjali, iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikkonċernat għandu jirċievi appoġġ f’waqtu u adegwat fid-dawl tas-saħħa fiżika u mentali tiegħu permezz ta’ servizzi ta’ pariri speċjalizzati kkwalifikati jew l-awtoritajiet responsabbli, filwaqt li tiġi żgurata wkoll id-disponibbiltà ta’ professjonisti adegwati għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ ċerti gruppi ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, bħal nisa tqal, vittmi ta’ vjolenza minħabba l-ġeneru jew ta’ vjolenza sesswali u persuni LGBTIQ. Fil-każ tal-minorenni, għandu jingħata appoġġ minn persunal imħarreġ u kkwalifikat biex jittratta l-minorenni, u f’kooperazzjoni mal-awtoritajiet għall-protezzjoni tat-tfal. Għal dan il-għan, il-preżenza ta’ minorenni għandha tiġi rrapportata immedjatament lill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-protezzjoni tat-tfal. L-iskrinjar ma għandux isir fil-każ ta’ minorenni mhux akkumpanjati, dawn għandhom jintbagħtu immedjatament lill-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tat-tfal. Jekk ikun hemm indikazzjonijiet ta’ tħassib serju dwar is-sigurtà skont it-tifsira tal-Artikolu 40(5)(b), l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġu infurmati wkoll. |
Raġuni
Jekk jiġu identifikati bżonnijiet ta’ protezzjoni speċjali, għandu jingħata appoġġ minn ċentri ta’ pariri speċjalizzati jew mill-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni ta’ dawn il-persuni sabiex jiġi ggarantit appoġġ professjonali fil-pront. Barra minn hekk, għandu jiġi żgurat li l-preżenza tal-minorenni tiġi rrapportata immedjatament lill-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tat-tfal. Jekk il-persuni ma jkunux akkumpanjati u jkunu minorenni, dawn għandhom jintbagħtu lill-awtoritajiet responsabbli sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri protettivi u ta’ appoġġ previsti skont il-liġi internazzjonali, Ewropea u nazzjonali u, b’mod partikolari, ikun jista’ jinħatar gwardjan jew superviżur. Fl-istess ħin, il-persuni LGBTIQ jeħtieġu protezzjoni minħabba li jirrappreżentaw il-grupp finali ta’ migranti li huma l-aktar vulnerabbli. Bħalissa dawn qed jaslu fl-Ewropa f’numri kbar, iżda m’għandniex sistemi ta’ protezzjoni reali għalihom.
Emenda 35
COM(2020) 612 final, Artikolu 14
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Artikolu 14 |
Artikolu 14 |
|
Riżultat tal-iskrinjar |
Riżultat tal-iskrinjar |
|
[…] |
[…] |
|
(2) Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu għamlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu rriferuti lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu XY tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil], flimkien mal-formola msemmija fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament. F’dik l-okkażjoni, l-awtoritajiet li jwettqu l-iskrinjar għandhom jindikaw fil-formola ta’ debriefing kwalunkwe element li, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, ikun jidher li huwa rilevanti biex iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati jiġu rriferuti għall-proċedura ta’ eżami aċċellerata jew għall-proċedura fuq il-fruntiera. |
(2) Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu għamlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu rriferuti lill-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu XY tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil], flimkien mal-formola msemmija fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament. F’dik l-okkażjoni, l-awtoritajiet li jwettqu l-iskrinjar għandhom jindikaw fil-formola ta’ debriefing kwalunkwe element li, mal-ewwel daqqa ta’ għajn, ikun favur jew kontra l-fatt li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati jiġu rriferuti għall-proċedura ta’ eżami aċċellerata jew għall-proċedura fuq il-fruntiera. B’mod partikolari, għandhom jiġu indikati sejbiet jew suspetti rigward ħtiġijiet ta’ protezzjoni speċjali, b’mod partikolari fil-każ tal-minorenni mhux akkumpanjati. |
|
[…] |
[…] |
|
(7) Meta ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5 jiġu rriferuti għal proċedura xierqa rigward l-ażil jew ir-ritorn, l-iskrinjar jintemm. Meta ma jkunux tlestew il-kontrolli kollha sad-dati ta’ skadenza msemmija fl-Artikolu 6(3) u (5), l-iskrinjar għandu madankollu jintemm fir-rigward ta’ dik il-persuna, li għandha tiġi rriferuta għal proċedura rilevanti. |
(7) Fejn ikun adatt, l-awtoritajiet responsabbli għall-ħarsien tas-saħħa, tas-sigurtà u l-ħarsien ta’ gruppi speċjali għandhom jiġu infurmati, u l-persuni kkonċernati għandhom jintbagħtu lil dawn l-awtoritajiet jekk dan ikun previst fil-liġi nazzjonali. |
|
|
(8) Meta ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 5 jiġu rriferuti għal proċedura xierqa rigward l-ażil jew ir-ritorn, l-iskrinjar jintemm. Meta ma jkunux tlestew il-kontrolli kollha sad-dati ta’ skadenza msemmija fl-Artikolu 6(3) u (5), l-iskrinjar għandu madankollu jintemm fir-rigward ta’ dik il-persuna, li għandha tiġi rriferuta għal proċedura rilevanti. |
Raġuni
Sabiex jiġi żgurat li persuni vulnerabbli ma jiġux trasferiti għall-proċedura fuq il-fruntiera jew proċedura aċċellerata, li f’dawn il-każijiet tista’ titwettaq biss jekk ikun hemm diffikultajiet legali u prattiċi konsiderevoli, għandu jkun ċar li dawn il-persuni jintbagħtu lill-awtoritajiet tal-ażil qabel ma dawn l-awtoritajiet jiddeċiedu dwar it-tip ta’ proċedura. B’mod partikolari f’każijiet ta’ tħassib dwar is-saħħa u s-sigurtà, it-trażmissjoni ma għandhiex tkun possibbli biss lill-awtoritajiet tal-ażil jew lill-awtoritajiet responsabbli għall-proċedura ta’ ritorn. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom iżommu l-possibbiltà li jipprevedu responsabbiltajiet speċifiċi li jikkonċernaw ċerti gruppi vulnerabbli. B’mod partikolari, huwa essenzjali li jitqiesu l-miżuri speċjali ta’ protezzjoni meħtieġa minn minorenni barranin mhux akkumpanjati.
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jindirizza sitwazzjonijiet ta’ kriżi u ta’ force majeure fil-qasam tal-migrazzjoni u tal-ażil
Emenda 36
COM(2020) 613 final, Premessa 11
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Ir-regoli proċedurali stabbiliti fir-Regolament (UE) XXX/XXX [il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni] għat-twettiq ta’ rilokazzjoni u ritorn sponsorizzat jenħtieġ li jiġu applikati bil-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri ta’ solidarjetà f’sitwazzjoni ta’ kriżi, għalkemm jenħtieġ li jiġu aġġustati sabiex jitqiesu l-gravità u l-urġenza ta’ dik is-sitwazzjoni. |
Ir-regoli proċedurali stabbiliti fir-Regolament (UE) XXX/XXX [il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni] għat-twettiq ta’ rilokazzjoni u ritorn sponsorizzat jenħtieġ li jiġu applikati bil-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-miżuri ta’ solidarjetà f’sitwazzjoni ta’ kriżi, għalkemm jenħtieġ li jiġu aġġustati sabiex jitqiesu l-gravità u l-urġenza ta’ dik is-sitwazzjoni. B’mod partikolari, il-minorenni mhux akkumpanjati għandhom jiġu rilokati fl-Istati Membri responsabbli għalihom malajr kemm jista’ jkun jew fil-bqija tat-territorju tal-UE jekk dawk il-minorenni jkollhom membri tal-familja fi Stati Membri oħra tal-UE. |
Raġuni
Il-KtR ilu żmien twil jippromovi titjib fl-aċċess għad-drittijiet tal-minorenni mhux akkumpanjati u dan jirriżulta mill-ħtieġa (legali) li tingħata prijorità lill-aħjar interessi tat-tfal. Jeħtieġ li l-UE tgħin biex il-minorenni mhux akkumpanjati jiġu rilokati fi Stati Membri oħra jekk ikollhom membri tal-familja fihom, sabiex tittaffa l-pressjoni fuq ir-reġjuni tal-fruntiera u fl-ispirtu ta’ solidarjetà u responsabbiltà kondiviża li l-Patt il-ġdid għandu jippromovi.
Emenda 37
COM(2020) 613 final, Premessa 14
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom il-flessibbiltà meħtieġa meta jiffaċċjaw influss kbir ta’ migranti li jesprimu l-intenzjoni li japplikaw għall-ażil, l-applikazzjoni tal-proċedura fuq il-fruntiera, stabbilita mill-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil] jenħtieġ li titwessa’, u proċedura tal-ġestjoni tal-kriżijiet tal-ażil jenħtieġ li tippermetti lill-Istati Membri jieħdu deċiżjoni fil-qafas ta’ proċedura fuq il-fruntiera wkoll fuq il-merti ta’ applikazzjoni f’każijiet fejn l-applikant ikun ta’ nazzjonalità, jew fil-każ ta’ persuni mingħajr Stat, resident abitwali preċedenti ta’ pajjiż terz, li għalih il-proporzjon ta’ deċiżjonijiet li tingħata protezzjoni internazzjonali mal-Unjoni kollha huwa ta’ 75 % jew anqas. B’riżultat ta’ dan, fl-applikazzjoni tal-proċedura fuq il-fruntiera tal-kriżi, l-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu japplikaw il-proċedura fuq il-fruntiera kif previst mill-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil] iżda jistgħu jestendu l-applikazzjoni tal-proċedura fuq il-fruntiera għal ċittadini li jiġu minn pajjiżi terzi fejn ir-rata medja ta’ rikonoxximent mal-UE kollha hija ogħla minn 20 % iżda anqas minn 75 %. |
Sabiex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom il-flessibbiltà meħtieġa meta jiffaċċjaw influss kbir ta’ migranti li jesprimu l-intenzjoni li japplikaw għall-ażil, l-applikazzjoni tal-proċedura fuq il-fruntiera, stabbilita mill-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil] jenħtieġ li titwessa’, u proċedura tal-ġestjoni tal-kriżijiet tal-ażil jenħtieġ li tippermetti lill-Istati Membri , f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni, japplikaw il-proċedura regolari tal-ażil sabiex itaffu l-impatt fuq ir-reġjuni tal-fruntiera taħt pressjoni ta’ migrazzjoni. |
Raġuni
F’sitwazzjonijiet diffiċli, il-proċeduri fuq il-fruntiera jitfgħu piż żejjed fuq ir-reġjuni tal-fruntiera. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom l-għażla li jneħħu l-proċeduri fuq il-fruntiera f’konsultazzjoni mal-Kummissjoni biex jiġġestixxu l-wasliet b’mod effiċjenti, filwaqt li jipproċessaw il-proċeduri tal-ażil f’postijiet mhux tal-fruntiera fit-territorju tagħhom.
Emenda 38
COM(2020) 613 final, Premessa 16
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
F’sitwazzjoni ta’ kriżi, fid-dawl tal-pressjoni possibbli fuq is-sistema tal-ażil, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li ma jawtorizzawx id-dħul fit-territorju tagħhom ta’ applikanti soġġetti għal proċedura fuq il-fruntiera għal perjodu ta’ żmien itwal minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 41(11) u (13) tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil]. Madankollu, il-proċeduri jenħtieġ li jitlestew kemm jista’ jkun malajr u fi kwalunkwe każ il-perjodi ta’ żmien jenħtieġ li jiġu estiżi biss b’perjodu addizzjonali li ma jaqbiżx it-tmien ġimgħat; jekk dawk il-proċeduri ma jkunux jistgħu jitlestew sal-iskadenza ta’ dak il-perjodu mtawwal, l-applikanti jenħtieġ li jkunu awtorizzati jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru għall-finijiet li titlesta l-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali . |
F’sitwazzjoni ta’ kriżi, fid-dawl tal-pressjoni possibbli fuq is-sistema tal-ażil, iżda filwaqt li titqies il-pressjoni fuq ir-reġjuni milquta minn din il-kriżi, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li ma jawtorizzawx moviment ulterjuri fit-territorju tagħhom ta’ applikanti soġġetti għal proċedura fuq il-fruntiera għal perjodu ta’ żmien itwal minn dawk stabbiliti fl-Artikolu 41(11) u (13) tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil]. Madankollu, il-proċeduri jenħtieġ li jitlestew kemm jista’ jkun malajr u fi kwalunkwe każ il-perjodi ta’ żmien jenħtieġ li jiġu estiżi biss b’perjodu addizzjonali li ma jaqbiżx it-tmien ġimgħat . Jekk il-proċeduri ma jkunux jistgħu jitlestew sal-iskadenza ta’ dak il-perjodu mtawwal, l-applikanti huma awtorizzati jidħlu fit-territorju ta’ Stat Membru għall-finijiet li titlesta l-proċedura għall-protezzjoni internazzjonali. |
Raġuni
L-estensjoni ta’ proċedura fuq il-fruntiera ma għandhiex tiġi implimentata mingħajr ma l-ewwel jiġi kkunsidrat l-impatt fuq ir-reġjuni.
Emenda 39
COM(2020) 613 final, Premessa 23
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
F’sitwazzjoni ta’ kriżi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jissospendu l-eżami tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali magħmula minn persuni spostati minn pajjiżi terzi li ma jkunux jistgħu jirritornaw lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, fejn huma jiffaċċjaw livell għoli ta’ riskju li jkunu soġġetti għal vjolenza indiskriminata, f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta’ kunflitt armat. F’każ bħal dan, dawk il-persuni jenħtieġ li jingħataw status ta’ protezzjoni immedjata. L-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu bl-eżami tal-applikazzjoni tagħhom sa mhux aktar tard minn sena mis-sospensjoni tagħha. |
F’sitwazzjoni ta’ kriżi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom il-possibbiltà li jissospendu l-eżami tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali magħmula minn persuni spostati minn pajjiżi terzi li ma jkunux jistgħu jirritornaw lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom, fejn huma jiffaċċjaw livell għoli ta’ riskju li jkunu soġġetti għal vjolenza indiskriminata, f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta’ kunflitt armat. F’każ bħal dan, dawk il-persuni jenħtieġ li jingħataw status ta’ protezzjoni immedjata. F’sitwazzjoni ta’ kriżi, l-Istat Membru għandu jkollu wkoll id-diskrezzjoni li jagħti status ta’ protezzjoni immedjata lit-tfal u lill-persuni partikolarment vulnerabbli kif ukoll lil gruppi oħra ta’ persuni li jeħtieġu protezzjoni immedjata, jekk dan ikun previst mil-liġi nazzjonali. L-Istati Membri jenħtieġ li jkomplu bl-eżami tal-applikazzjoni tagħhom sa mhux aktar tard minn sena mis-sospensjoni tagħha. |
Raġuni
F’sitwazzjonijiet koperti mir-Regolament dwar il-Kriżi, it-tfal u l-persuni bi bżonnijiet speċjali ta’ protezzjoni jeħtieġu livell minimu ta’ sigurtà tas-soġġorn. F’konformità mas-sussidjarjetà, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jħallu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jibqgħu fit-territorju tagħhom għal raġunijiet oħra, kif stipulat mil-liġijiet nazzjonali.
Emenda 40
COM(2020) 613 final, Artikolu 1(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Artikolu 1 |
Artikolu 1 |
||||
|
Suġġett |
Suġġett |
||||
|
[…] |
[…] |
||||
|
(2) Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sitwazzjoni ta’ kriżi għandha tinftiehem bħala: |
(2) Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, sitwazzjoni ta’ kriżi għandha tinftiehem bħala: |
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
Il-piżijiet ikkawżati minn għadd kbir ta’ wasliet u applikazzjonijiet huma spiss ta’ natura reġjonali u jiddependu b’mod partikolari mir-rotot tal-ivvjaġġar (u tad-dħul). Funzjonament ħażin fil-livell lokali jew reġjonali għandu jkun definit ukoll bħala sitwazzjoni ta’ kriżi jekk ikollu l-istess konsegwenzi għall-persuni kkonċernati, sabiex jiġi enfasizzat li, f’termini perċentwali, is-sistema tal-ażil ta’ Stat Membru xorta waħda tista’ tiffunzjona fil-livell nazzjonali b’mod ġenerali, iżda jista’ jkun hemm postijiet u reġjuni fejn dan mhuwiex il-każ u li dan in-nuqqas ta’ funzjonalità jista’ jikkawża problemi kbar fil-livell lokali fir-rigward tal-provvista ta’ servizzi jew meta dawn ma jibqgħux jiffunzjonaw.
Emenda 41
COM(2020) 613 final, Artikolu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
1. F’sitwazzjoni ta’ kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), u skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 3, l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward ta’ applikazzjonijiet magħmula fil-perjodu li matulu jiġi applikat dan l-Artikolu, jidderogaw mill-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil] kif ġej: |
(1) F’sitwazzjoni ta’ kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(2), u skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 3, l-Istati Membri jistgħu, fir-rigward ta’ applikazzjonijiet magħmula fil-perjodu li matulu jiġi applikat dan l-Artikolu, jidderogaw mill-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil] kif ġej: |
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
F’sitwazzjoni ta’ kriżi, l-applikazzjoni ta’ proċedura fuq il-fruntiera tista’ twassal għal piż żejjed fuq ir-reġjuni tal-fruntiera. B’koordinazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri għalhekk għandu jkollhom il-possibbiltà li ma japplikawx il-proċedura fuq il-fruntiera sabiex jiġġestixxu l-wasliet b’mod aktar effiċjenti. Għandu jkun possibbli li l-proċedura fuq il-fruntiera tiġi estiża biss b’sitt ġimgħat sabiex ma jkunx hemm sitwazzjoni ta’ piż żejjed (addizzjonali) fuq il-fruntiera.
Emenda 42
COM(2020) 613 final, Artikolu 10(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
|
Għoti ta’ status ta’ protezzjoni immedjata |
Għoti ta’ status ta’ protezzjoni immedjata |
|
1. F’sitwazzjoni ta’ kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a), u abbażi ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jissospendu l-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil] u r-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar Standards għall-Kwalifika] fir-rigward ta’ persuni spustati minn pajjiżi terzi li jkunu qed jiffaċċjaw grad għoli ta’ riskju li jkunu soġġetti għal vjolenza indiskriminata, f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta’ kunflitt armat, u li ma jkunux jistgħu jirritornaw lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jagħtu status ta’ protezzjoni immedjata lill-persuni kkonċernati, sakemm ma jirrappreżentawx periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru. Dan l-istatus għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni kontinwa tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru rilevanti. |
1. F’sitwazzjoni ta’ kriżi kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a), u abbażi ta’ att ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jissospendu l-eżami ta’ applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali f’konformità mar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil] u r-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar Standards għall-Kwalifika] fir-rigward ta’ persuni spustati minn pajjiżi terzi li jkunu qed jiffaċċjaw grad għoli ta’ riskju li jkunu soġġetti għal vjolenza indiskriminata, f’sitwazzjonijiet eċċezzjonali ta’ kunflitt armat, u li ma jkunux jistgħu jirritornaw lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħhom. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jagħtu status ta’ protezzjoni immedjata lill-persuni kkonċernati, sakemm ma jirrappreżentawx periklu għas-sigurtà nazzjonali jew għall-ordni pubbliku tal-Istat Membru. F’sitwazzjoni ta’ kriżi, l-Istat Membru għandu jkollu wkoll id-diskrezzjoni li jagħti status ta’ protezzjoni immedjata lit-tfal u lill-persuni partikolarment vulnerabbli, u gruppi oħra ta’ persuni li jeħtieġu protezzjoni immedjata, jekk dan ikun previst fil-liġi nazzjonali. Dan l-istatus għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni kontinwa tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali fl-Istat Membru rilevanti. |
Raġuni
F’sitwazzjonijiet koperti mir-Regolament dwar il-Kriżi, it-tfal u l-persuni bi bżonnijiet speċjali ta’ protezzjoni jeħtieġu livell minimu ta’ sigurtà tas-soġġorn. F’konformità mas-sussidjarjetà, l-Istati Membri għandu jkollhom l-għażla li jħallu liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jibqgħu fit-territorju tagħhom għal raġunijiet oħra, kif stipulat mil-liġijiet nazzjonali.
Proposta emendata għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil ta’ data bijometrika għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni] u tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar ir-Risistemazzjoni], għall-identifikazzjoni ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida b’soġġorn illegali u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi (riformulat) u li temenda r-Regolamenti (UE) 2018/1240 u (UE) 2019/818
Emenda 43
COM(2020) 614 final, Punt 14, Artikolu 10(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Kull Stat Membru għandu jieħu d-data bijometrika ta’ kull applikant għall-protezzjoni internazzjonali li jkollu tal-inqas sitt snin waqt l-iskrinjar kif imsemmi fir-Regolament (UE) XXX/XXX [Regolament dwar l-Iskrinjar] jew, meta d-data bijometrika ma setgħetx tittieħed waqt l-iskrinjar jew meta l-applikant ma kienx soġġett għal skrinjar, mar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil] u għandu, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara t-teħid tad-data bijometrika, jittrażmettihom flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 12 minn (c) sa (p) ta’ dan ir-Regolament lis-Sistema Ċentrali u lis-CIR kif xieraq skont l-Artikolu 4(2). |
Kull Stat Membru għandu jieħu d-data bijometrika ta’ kull applikant għall-protezzjoni internazzjonali li jkollu tal-inqas tnax-il sena waqt l-iskrinjar kif imsemmi fir-Regolament (UE) XXX/XXX [Regolament dwar l-Iskrinjar] jew, meta d-data bijometrika ma setgħetx tittieħed waqt l-iskrinjar jew meta l-applikant ma kienx soġġett għal skrinjar, mar-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru XXX/XXX [Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil] u għandu, mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 72 siegħa wara t-teħid tad-data bijometrika, jittrażmettihom flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 12 minn (c) sa (p) ta’ dan ir-Regolament lis-Sistema Ċentrali u lis-CIR kif xieraq skont l-Artikolu 4(2). |
|
Meta l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar] ikun japplika u l-persuna tapplika għal protezzjoni internazzjonali waqt l-iskrinjar, fil-każ ta’ kull applikant għall-protezzjoni internazzjonali ta’ mill-inqas sitt snin , kull Stat Membru għandu juża d-data bijometrika meħuda waqt l-iskrinjar u jittrażmettiha flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 12 minn (c) sa (p) ta’ dan ir-Regolament lis-Sistema Ċentrali u lis-CIR kif xieraq skont l-Artikolu 4(2), mhux aktar tard minn 72 siegħa mir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) XXX/ XXX [ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil]. |
Meta l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar l-Iskrinjar] ikun japplika u l-persuna tapplika għal protezzjoni internazzjonali waqt l-iskrinjar, fil-każ ta’ kull applikant għall-protezzjoni internazzjonali ta’ mill-inqas tnax-il sena , kull Stat Membru għandu juża d-data bijometrika meħuda waqt l-iskrinjar u jittrażmettiha flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 12 minn (c) sa (p) ta’ dan ir-Regolament lis-Sistema Ċentrali u lis-CIR kif xieraq skont l-Artikolu 4(2), mhux aktar tard minn 72 siegħa mir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) XXX/ XXX [ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil]. |
|
In-nuqqas ta’ konformità mal-limitu tal-ħin ta’ 72 siegħa ma għandux jeżonera lill-Istati Membri mill-obbligu li jieħdu u jittrażmettu d-data bijometrika lis-CIR. Meta l-kundizzjoni tat-truf tas-swaba’ ma tippermettix li jittieħdu marki tas-swaba’ fi kwalità li tiżgura tqabbil xieraq taħt l-Artikolu 26, l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jerġa’ jieħdu l-marki tas-swaba’ tal-applikant u jibgħathom mill-ġdid mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li jkunu reġgħu ttieħdu b’suċċess. |
In-nuqqas ta’ konformità mal-limitu tal-ħin ta’ 72 siegħa ma għandux jeżonera lill-Istati Membri mill-obbligu li jieħdu u jittrażmettu d-data bijometrika lis-CIR. Meta l-kundizzjoni tat-truf tas-swaba’ ma tippermettix li jittieħdu marki tas-swaba’ fi kwalità li tiżgura tqabbil xieraq taħt l-Artikolu 26, l-Istat Membru ta’ oriġini għandu jerġa’ jieħdu l-marki tas-swaba’ tal-applikant u jibgħathom mill-ġdid mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li jkunu reġgħu ttieħdu b’suċċess. |
Raġuni
Il-Kodiċi dwar il-Viżi jitlob li l-applikanti għall-viża jitteħdulhom il-marki tas-swaba’ mill-età ta’ 12-il sena; l-istess japplika għal tfal li jidħlu fl-UE għal soġġorn qasir taħt is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES). L-allinjament tal-limitu tal-età tal-Eurodac ma’ dak tal-Kodiċi dwar il-Viżi u l-EES jiżgura l-koerenza u l-affidabbiltà tad-data fil-perjodu medju/twil ta’ żmien.
Emenda 44
COM(2020) 614 final, Punt 17, Artikolu 13(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Kull Stat Membru għandu jieħu fil-pront id-data bijometrika ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jkollhom tal-inqas sitt snin , li jinqabdu mill-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti b’konnessjoni mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera ta’ dak l-Istat Membru wara li jkunu ġew minn pajjiż terz u li ma jintbagħtux lura fih jew li baqgħu fiżikament fit-territorju tal-Istati Membri u li ma nżammewx f’kustodja, reklużjoni jew detenzjoni waqt il-perjodu sħiħ bejn il-qbid u t-tneħħija fuq il-bażi tad-deċiżjoni li jintbagħtu lura. |
Kull Stat Membru għandu jieħu fil-pront id-data bijometrika ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jkollhom tal-inqas tnax-il sena , li jinqabdu mill-awtoritajiet ta’ kontroll kompetenti b’konnessjoni mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera ta’ dak l-Istat Membru wara li jkunu ġew minn pajjiż terz u li ma jintbagħtux lura fih jew li baqgħu fiżikament fit-territorju tal-Istati Membri u li ma nżammewx f’kustodja, reklużjoni jew detenzjoni waqt il-perjodu sħiħ bejn il-qbid u t-tneħħija fuq il-bażi tad-deċiżjoni li jintbagħtu lura. |
Raġuni
Il-Kodiċi dwar il-Viżi jitlob li l-applikanti għall-viża jitteħdulhom il-marki tas-swaba’ mill-età ta’ 12-il sena; l-istess japplika għal tfal li jidħlu fl-UE għal soġġorn qasir taħt is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES). L-allinjament tal-limitu tal-età tal-Eurodac ma’ dak tal-Kodiċi dwar il-Viżi u l-EES jiżgura l-koerenza u l-affidabbiltà tad-data fil-perjodu medju/twil ta’ żmien.
Emenda 45
COM(2020) 614 final, Punt 18, Artikolu 14(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Kull Stat Membru għandu immedjatament jieħu d-data bijometrika ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida ta’ mill-anqas sitt snin li tkun illegalment fit-territorju tiegħu. |
Kull Stat Membru għandu immedjatament jieħu d-data bijometrika ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida ta’ mill-anqas tnax-il sena li tkun illegalment fit-territorju tiegħu. |
Raġuni
Il-Kodiċi dwar il-Viżi jitlob li l-applikanti għall-viża jitteħdulhom il-marki tas-swaba’ mill-età ta’ 12-il sena; l-istess japplika għal tfal li jidħlu fl-UE għal soġġorn qasir taħt is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES). L-allinjament tal-limitu tal-età tal-Eurodac ma’ dak tal-Kodiċi dwar il-Viżi u l-EES jiżgura l-koerenza u l-affidabbiltà tad-data fil-perjodu medju/twil ta’ żmien.
Emenda 46
COM(2020) 614 final, Punt 19, Artikolu 14a(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Kull Stat Membru għandu minnufih jieħu d-data bijometrika ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida ta’ mill-inqas sitt snin li jiġu żbarkati wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ, kif iddefinit fir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni]. |
Kull Stat Membru għandu minnufih jieħu d-data bijometrika ta’ kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida ta’ mill-inqas tnax-il sena li jiġu żbarkati wara operazzjoni ta’ tfittxija u salvataġġ, kif iddefinit fir-Regolament (UE) XXX/XXX [ir-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni]. |
Raġuni
Il-Kodiċi dwar il-Viżi jitlob li l-applikanti għall-viża jitteħdulhom il-marki tas-swaba’ mill-età ta’ 12-il sena; l-istess japplika għal tfal li jidħlu fl-UE għal soġġorn qasir taħt is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES). L-allinjament tal-limitu tal-età tal-Eurodac ma’ dak tal-Kodiċi dwar il-Viżi u l-EES jiżgura l-koerenza u l-affidabbiltà tad-data fil-perjodu medju/twil ta’ żmien.
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
|
1. |
jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, li permezz tiegħu hija qed tfittex li tegħleb l-imblokk ta’ ħames snin bejn l-Istati Membri biex tiġi stabbilita sistema komuni ta’ ażil u migrazzjoni; jappoġġja l-għan tal-Kummissjoni li tiżviluppa sistema komprensiva għall-ġestjoni fit-tul tal-migrazzjoni, inkluża l-migrazzjoni tar-rifuġjati, ibbażata fuq il-valuri Ewropej, b’mod partikolari l-valuri tas-solidarjetà u d-dinjità, kif ukoll fuq id-dritt tal-UE u dak internazzjonali (1); |
|
2. |
jinsab imħasseb li d-dimensjoni lokali u reġjonali ma tqisitx biżżejjed fil-proposti preżentati fil-qafas tal-Patt il-ġdid u li l-Istati tal-fruntiera esterna tal-UE għandhom jerġgħu jkunu primarjament responsabbli għall-wasla u r-reġistrazzjoni. F’dan il-kuntest huwa jikkritika ż-żamma tal-kriterju tal-ewwel dħul; jitlob, għaldaqstant, fi spirtu ta’ solidarjetà ġenwina, li l-persuni li jfittxu l-ażil jitqassmu malajr u b’mod ġust fi Stati Membri oħra u biex l-Aġenzija l-ġdida tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-atturi tas-soċjetà ċivili jkunu involuti aktar mill-qrib, bil-għan li jkun hemm kooperazzjoni f’diversi livelli li tinvolvi lill-partijiet interessati rilevanti mis-settur pubbliku u dak privat; |
|
3. |
itenni, għalhekk, it-talba tiegħu biex tinstab soluzzjoni fit-tul u b’konformità mad-dritt internazzjonali u dak tal-Unjoni għall-isfidi b’rabta mad-dħul irregolari u l-akkoljenza ta’ persuni li jfittxu protezzjoni, filwaqt li jiġi żgurat li l-prinċipju ta’ non-refoulement jiġi rrispettat u li l-interessi ta’ persuni vulnerabbli jitqiesu fid-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet kollha. Għal dan il-għan, il-KtR jipproponi li r-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni u l-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil iqisu l-aħjar prattiki eżistenti ta’ distribuzzjoni territorjali volontarja fil-livell reġjonali, li japplikaw fattur ewlieni abbażi ta’ data dwar il-popolazzjoni, il-qgħad u l-introjtu (2); |
|
4. |
jinnota li ma setgħetx tiġi implimentata kwota fissa għad-distribuzzjoni madwar l-Unjoni tal-persuni li jfittxu l-ażil; jilqa’, madankollu, il-proposta tal-Kummissjoni li jiġi introdott mekkaniżmu ta’ solidarjetà li fih għandhom jipparteċipaw l-Istati Membri kollha, iżda li jagħtihom għażla ħielsa bejn tipi differenti ta’ kontribuzzjonijiet; jirrimarka li biex dan il-mekkaniżmu jaħdem, hemm bżonn li jinstab bilanċ bejn il-postijiet disponibbli għall-ospitar tar-rifuġjati u forom oħra ta’ kontribuzzjonijiet; Għalhekk huwa kruċjali li jkun żgurat li n-numru ta’ Stati Membri li jospitaw rifuġjati jkun proporzjonat man-numru ta’ Stati Membri li jagħżlu tip ieħor ta’ kontribuzzjoni, u mal-proporzjon ta’ applikanti li jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-ażil ma’ dawk li għandhom jiġu rritornati; |
|
5. |
fid-dawl tal-kumplessità tal-proċedura proposta, madankollu, huwa xettiku dwar jekk is-sistema ta’ “sponsorizzazzjonijiet tar-ritorn” tistax tiġi implimentata fil-prattika. F’dan il-kuntest, huwa jipproponi l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ inċentivi u sanzjonijiet ekonomiċi biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-mekkaniżmu ta’ solidarjetà; |
|
6. |
jenfasizza l-importanza tal-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt (pereżempju aċċess liberu għal pariri indipendenti u rappreżentanza legali kif ukoll għall-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR)), li japplikaw ukoll fil-fruntieri esterni tal-Ewropa. Dan japplika b’mod partikolari għall-proċeduri proposti fuq il-fruntiera, li huma konformi mal-valuri Ewropej u l-istat tad-dritt u għandhom jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità; fir-rigward tal-proċeduri fuq il-fruntiera għandu jintgħażel mudell differenti mill-mudell marbut mal-kwota ta’ protezzjoni. Il-proċeduri l-ġodda fuq il-fruntiera għandhom jiggarantixxu wkoll dawn l-istandards fil-prattika; |
|
7. |
jissuġġerixxi li l-koleġiżlaturi jivverifikaw li d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 53 u 54 tal-Proposta għal Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil huma kompatibbli mal-ġurisprudenza tal-QĠUE dwar il-protezzjoni legali effettiva u dwar il-ħtieġa li jiġu rispettati prinċipji oħra tad-dritt Ewropew u tal-istat tad-dritt meta titfassal il-protezzjoni legali fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali; |
|
8. |
jappella biex il-proċedura proposta ta’ skrinjar titwettaq b’tali mod li tippermetti identifikazzjoni effettiva ta’ “vulnerabbiltajiet partikolari” fi stadju bikri. Dan jinkludi l-identifikazzjoni u t-trattament adatt tal-kategoriji ta’ nies imsemmija fid-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta’ Akkoljenza u l-Proposta għal Regolament dwar il-Proċeduri tal-Ażil; |
|
9. |
jirrimarka li t-tul massimu ta’ ħamest ijiem previst għal dan l-iskrinjar f’ħafna każijiet mhux se jkun biżżejjed biex jiġu identifikati b’mod effettiv il-persuni vulnerabbli; fir-reġjuni tal-fruntiera, jeħtieġ li jiġu allokati aktar riżorsi biex jiġi żgurat li l-proċeduri jitwettqu b’mod adatt, li jkun hemm identifikazzjoni adatta tal-ħtiġijiet speċjali u biex jiġu evitati prattiki diskriminatorji bħat-tfassil ta’ profili razzjali; |
|
10. |
jenfasizza l-ħtieġa li jiġu evitati duplikazzjonijiet fil-proċedura ta’ skrinjar u li tiżdied l-effikaċja tagħha; |
|
11. |
jirrimarka li l-ġestjoni effettiva tal-kriżijiet tibda partikolarment fil-livell lokali u reġjonali u li l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandha għalhekk tkun prijorità ewlenija; |
|
12. |
jissuġġerixxi li l-protezzjoni immedjata f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi ma għandhiex tingħata biss, għad-diskrezzjoni tal-Istati Membri, lil rifuġjati li jkunu ħarbu minn kunflitti armati, iżda wkoll lil gruppi vulnerabbli oħra, partikolarment tfal u vittmi tat-tortura u ta’ trawma, kif ukoll vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, li s-sinjali tagħhom mhux dejjem ikunu jistgħu jiġu identifikati viżibbilment; |
|
13. |
ifakkar fil-ħtieġa li jkun hemm konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u l-prinċipji ġenerali tal-ipproċessar tad-data, u jistieden lill-koleġiżlaturi jqisu b’mod adatt ir-riżervi magħmula mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, b’mod partikolari fir-rigward tal-proposti għal Regolament dwar l-iskrinjar u r-Regolament tal-Eurodac; |
|
14. |
jipproponi li jiġi stabbilit limitu ta’ età għall-ġbir ta’ data bijometrika fi ħdan il-qafas tal-Eurodac ta’ 12-il sena sabiex jiġi allinjat mar-rekwiżiti tal-età tal-Kodiċi dwar il-Viżi u s-sistema ta’ Dħul/Ħruġ. Il-ħażna ta’ data bijometrika dejjem tmur id f’id mar-riskji relatati mal-liġi dwar il-protezzjoni tad-data. Għalhekk huwa rakkomandat li jiġi żgurat li d-data ta’ persuni li jistgħu ma jkunux f’pożizzjoni li jifhmu l-problema inkwistjoni ma tinżammx għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi; |
|
15. |
jilqa’ x-xewqa tal-Kummissjoni li toħloq perkorsi sikuri għall-ammissjoni fl-Ewropa. Dawn jirrappreżentaw kontribut Ewropew addizzjonali għall-protezzjoni internazzjonali tar-rifuġjati iżda ma jistgħux jissostitwixxu l-proċeduri individwali tal-ażil; |
|
16. |
jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jiżviluppaw programmi ta’ risistemazzjoni, jistabbilixxu programmi addizzjonali ta’ akkoljenza umanitarja, bħall-programmi ta’ sponsorizzazzjoni komunitarja, u jħeġġu r-reklutaġġ ta’ ħaddiema kkwalifikati u b’talent minn pajjiżi terzi; |
|
17. |
jenfasizza li bosta awtoritajiet lokali u reġjonali fl-UE kollha huma lesti li jkollhom rwol attiv fl-akkoljenza u l-integrazzjoni ta’ migranti vulnerabbli u jiġbed l-attenzjoni għall-potenzjal tal-inizjattiva tal-KtR “Il-Bliet u r-Reġjuni għall-Integrazzjoni”; jipproponi li l-Kummissjoni Ewropea tqis il-prattiki tajbin fir-reġjuni u l-bliet dwar l-integrazzjoni sabiex jiġi promoss l-użu tagħhom fi bnadi oħra, jitħeġġeġ il-ħolqien ta’ inizjattivi ġodda u jsir kontribut fil-ħolqien ta’ diskors pubbliku aktar kostruttiv dwar id-dritt għall-ażil u l-migrazzjoni; |
|
18. |
jappella li jiġu stabbiliti u żviluppati politiki effettivi ta’ kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, l-UE teħtieġ tiżviluppa strateġija ġdida biex tappoġġja l-iżvilupp sostenibbli ta’ dawn il-pajjiżi terzi, speċjalment pajjiżi fl-Afrika, billi jitħeġġeġ l-iżvilupp ekonomiku sostenibbli u tiġi promossa d-demokrazija f’dawn il-pajjiżi, b’inizjattivi relatati mas-saħħa, il-produzzjoni, l-edukazzjoni, it-taħriġ, il-bini ta’ infrastruttura u progress ekonomiku sostenibbli u demokratiku li jagħmluha possibbli għall-popolazzjonijiet tagħhom li ma jemigrawx; |
|
19. |
jesprimi l-aspettattiva tiegħu li l-offerti volontarji ta’ akkoljenza ta’ persuni vulnerabbli, li jsiru fil-livell lokali u reġjonali u fil-qafas tal-Patt Ewropew Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, jirċievu aktar attenzjoni minn qabel; |
|
20. |
jilqa’ l-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni 2021-2027 bħala suppliment meħtieġ għall-Patt il-Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil u l-fatt li fih jiġi rikonoxxut ir-rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; jistenna bil-ħerqa l-implimentazzjoni tas-Sħubija Ewropea għall-Integrazzjoni miftiehma bejnu u l-Kummissjoni Ewropea; |
|
21. |
jemmen li l-miżuri fir-rigward tat-tluq u l-wasla huma marbuta b’mod inseparabbli mal-iżvilupp effettiv tar-rotot ta’ migrazzjoni legali, sabiex il-Pjan ta’ Azzjoni jkun jista’ jissodisfa l-isforzi tiegħu biex ikopri b’suċċess il-fażijiet differenti kollha tal-proċess ta’ integrazzjoni; |
|
22. |
jenfasizza l-ħtieġa li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, inkluż fil-livell makroreġjonali, ikollhom aċċess aktar faċli u ċar għall-finanzjament tal-UE fir-rigward tal-integrazzjoni u l-inklużjoni; |
|
23. |
jenfasizza l-importanza tal-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni dwar l-integrazzjoni u l-migrazzjoni permezz ta’ fatti u ċifri konkreti sabiex jiġu miġġielda d-diskriminazzjoni, il-preġudizzju, ir-razziżmu u l-ksenofobija. Għal dan il-għan jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex fir-rapport annwali tagħha ta’ prospettiva strateġika tinkludi r-riżultati tal-Barometru Reġjonali u Lokali Annwali tal-UE fi ħdan il-KtR, li huwa għodda bbażata fuq l-evidenza biex, fost affarijiet oħra, tixħet dawl fuq l-effetti tal-migrazzjoni u l-integrazzjoni fuq il-bliet u r-reġjuni; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tappella għal komunikazzjoni u kampanji ta’ informazzjoni dwar il-kontenut umanista indirizzati lis-soċjetajiet ospitanti, fejn tiġi spjegata l-ħtieġa għal attenzjoni u ġestjoni adatti tal-movimenti migratorji; |
|
24. |
jappoġġja bil-qawwa l-għan tal-Kummissjoni li ssaħħaħ il-ġlieda kontra l-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali u li tiddiswadi lill-migranti milli jagħmlu vjaġġi li jipperikolaw il-ħajja. Jinsisti għal dan il-għan fuq il-ħtieġa li jissaħħaħ ir-rwol tal-aġenziji Ewropej u li jiġi rivedut il-pjan ta’ azzjoni tal-UE dwar il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jiċċara wkoll ir-rwol tal-operazzjonijiet privati ta’ salvataġġ fuq il-baħar. Huwa importanti li jiġi evitat li l-konformità mal-obbligi legali (bħall-obbligu ta’ salvataġġ fuq il-baħar) issir reat kriminali. Mil-lat tal-KtR, il-kooperazzjoni fis-salvataġġ tal-baħar għandha tkun ikkoordinata fil-livell Ewropew u żviluppata fi sħubija u rispett reċiproku bejn atturi statali u mhux statali; |
|
25. |
jappella sabiex tingħata attenzjoni speċjali lill-vittmi potenzjali tat-traffikar (nisa, żgħażagħ, tfal), u jenfasizza l-importanza tal-identifikazzjoni sew tagħhom, peress li huwa f’dan l-istadju — f’każ li l-valutazzjoni ma ssirx sew — li l-persuni ttraffikati jistgħu jiġu mċaħħda mid-drittijiet tal-bniedem tagħhom jew, fi kwalunkwe każ, minn serje ta’ protezzjonijiet li għandhom jingħataw bħala riżultat tal-ksur li huma vittmi tiegħu; iqis li huwa essenzjali, f’dan ir-rigward, li jkun hemm koordinazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali, flimkien ma’ ħidma bejn diversi aġenziji — li hija essenzjali fil-proċess ta’ detezzjoni, identifikazzjoni bikrija u assistenza inizjali għall-vittmi mmirat lejn l-inklużjoni u l-integrazzjoni sħiħa tagħhom — sabiex jiġu evitati r-riskji ta’ sfruttament serju ta’ persuni vulnerabbli, li huma vittmi potenzjali tat-traffikar; isostni li, sabiex tiġi żgurata akkoljenza adegwata biex jiġu sodisfati l-ħtiġijiet individwali tal-vittmi tat-traffikar, il-proċedura għall-kura tagħhom għandha titwettaq abbażi ta’ pjani individwali bil-għan li jiġu rispettati l-identità, l-aspettattivi u l-kapaċitajiet u l-prerogattivi individwali tagħhom; jenfasizza li x-xogħol ta’ diversi aġenziji, li fil-qalba tiegħu huwa l-awtonomizzazzjoni tal-vittmi, huwa essenzjali sabiex tinkiseb l-integrazzjoni soċjali tagħhom qabel l-awtonomija sħiħa; |
|
26. |
jemmen li l-għanijiet tal-Patt dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, b’mod partikolari s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u approċċ komprensiv li jiġbor flimkien miżuri fl-oqsma tal-migrazzjoni, l-ażil, l-integrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, jistgħu jintlaħqu biss mill-Istati Membri jekk jaġixxu flimkien taħt il-qafas tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u meta jiġu rikonoxxuti aħjar l-interessi u l-kapaċitajiet tagħhom ilkoll fil-mekkaniżmu ta’ solidarjetà; jikkonferma li l-proposti taħt il-Patt jikkonformaw mal-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) peress li l-objettivi tal-azzjoni proposta — riforma tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil — ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda minħabba l-iskala u l-effetti ta’ din l-azzjoni jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-UE u li l-azzjoni proposta tipprovdi benefiċċju ċar meta mqabbla mal-azzjoni fil-livelli nazzjonali, reġjonali jew lokali; jirrimarka wkoll li l-prinċipju tal-proporzjonalità jeħtieġ li jiġi rrispettat. |
Brussell, id-19 ta’ Marzu 2021.
Apostolos TZITZIKOSTAS
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) Dikjarazzjoni tal-Bureau tal-KtR dwar is-sitwazzjoni tal-migranti f’Moria (COR-2020-02499, punt 9).
(2) Dan huwa l-każ tal-proposta “SHARE” — inizjattiva mmexxija mill-Gvern Bask u appoġġjata minn diversi gvernijiet reġjonali — li tfittex li tippromovi s-solidarjetà u l-koresponsabbiltà fl-akkoljenza tar-rifuġjati u ta’ dawk li jfittxu l-ażil, bl-applikazzjoni ta’ skema ta’ distribuzzjoni territorjali abbażi tat-tliet parametri ewlenin imsemmijin hawn fuq.
|
7.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/69 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Proposta għal Regolament li jistabbilixxi r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit
(2021/C 175/07)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU EMENDI
Emenda 1
Premessa 1
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Fl-1 ta’ Frar 2020, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“Ir-Renju Unit”) ħareġ mill-Unjoni Ewropea (“UE”) u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Euratom”) – minn hawn ’il quddiem b’mod kollettiv imsejħin “l-Unjoni”, u daħal f’perjodu ta’ tranżizzjoni. Dak il-perjodu ta’ żmien limitat sar qbil dwaru bħala parti mill-Ftehim dwar il-Ħruġ (1) u se jdum sal- 31 ta’ Diċembru 2020. Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Unjoni u r-Renju Unit bdew negozjati formali dwar relazzjoni futura. |
Fl-1 ta’ Frar 2020, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“Ir-Renju Unit”) ħareġ mill-Unjoni Ewropea (“UE”) u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Euratom”) – minn hawn ’il quddiem b’mod kollettiv imsejħin “l-Unjoni”, u daħal f’perjodu ta’ tranżizzjoni. Dak il-perjodu ta’ żmien limitat sar qbil dwaru bħala parti mill-Ftehim dwar il-Ħruġ (1) u skada fil- 31 ta’ Diċembru 2020. Matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni, l-Unjoni u r-Renju Unit bdew negozjati formali dwar relazzjoni futura. |
Emenda 2
Żid Premessa 2a ġdida
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Fl-24 ta’ Diċembru 2020, in-negozjati bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit wasslu għall-konklużjoni ta’ ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem “Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni”) (1) li jiddefinixxi r-relazzjoni futura tagħhom u jidħol fis-seħħ b’mod proviżorju fl-1 ta’ Jannar 2021. L-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni għas-sajd tipprevedi perjodu tranżizzjonali ta’ ħames snin u nofs sat-30 ta’ Ġunju 2026 u twassal għal tnaqqis progressiv fl-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet Brittaniċi. Dan għandu jwassal għal bidliet profondi għall-katina tal-valur kollha tas-sajd u għall-istrutturar tal-ekonomija kostali f’ċerti reġjuni. |
Emenda 3
Premessa 3
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-Unjoni hija impenjata li ttaffi l-impatt ekonomiku tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li turi solidarjetà mal-Istati Membri kollha , speċjalment dawk l-aktar affettwati f’ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawn. |
L-Unjoni hija impenjata li ttaffi l-impatt ekonomiku u soċjali negattiv tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni u li turi solidarjetà mal-Istati Membri kollha u r-reġjuni u s-setturi ekonomiċi kollha affettwati f’ċirkostanzi eċċezzjonali bħal dawn. |
Emenda 4
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Għall-finijiet ta’ kontribuzzjoni għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, huwa xieraq li l-Istati Membri, meta jfasslu l-miżuri ta’ appoġġ, jiffokaw b’mod partikolari fuq ir-reġjuni, iż-żoni u l-komunitajiet lokali, inklużi dawk dipendenti fuq l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit, li x’aktarx jintlaqtu l-aktar ħażin mill-ħruġ tar-Renju Unit. L-Istati Membri jista’ jkollhom jieħdu miżuri speċifiċi b’mod partikolari biex jappoġġaw lin-negozji u lis-setturi ekonomiċi affettwati b’mod negattiv mill-ħruġ. Għalhekk huwa xieraq li tiġi pprovduta lista mhux eżawrjenti tat-tip ta’ miżuri li huma l-aktar probabbli li jilħqu dan l-objettiv. |
Għall-finijiet ta’ kontribuzzjoni għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, huwa xieraq li l-Istati Membri, meta jfasslu l-miżuri ta’ appoġġ, jiffokaw b’mod partikolari fuq ir-reġjuni, iż-żoni u l-komunitajiet lokali, inklużi dawk dipendenti fuq l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tar-Renju Unit, li x’aktarx jintlaqtu l-aktar ħażin mill-ħruġ tar-Renju Unit , u jiżguraw distribuzzjoni bbilanċjata fir-reġjuni kollha affettwati . L-Istati Membri jista’ jkollhom jieħdu miżuri speċifiċi b’mod partikolari biex jappoġġaw lin-negozji u lis-setturi ekonomiċi affettwati b’mod negattiv mill-ħruġ. Għalhekk huwa xieraq li tiġi pprovduta lista mhux eżawrjenti tat-tip ta’ miżuri li huma l-aktar probabbli li jilħqu dan l-objettiv. |
Emenda 5
Premessa 5
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Ċerti setturi ekonomiċi huma partikolarment esposti. F’xi territorji li jiddependu ħafna fuq il-klijenti Brittaniċi, jista’ jiġi antiċipat tnaqqis sinifikanti fl-attività turistika. X’aktarx li r-regoli dwar ir-residenza taċ-ċittadini jqajmu dubji dwar it-tradizzjonijiet tal-moviment u l-iskambji bejn it-territorji, iżda wkoll il-bilanċ demografiku ta’ ċerti żoni. L-attivitajiet kummerċjali jiddependu fuq il-kapaċità tan-negozji u tal-ktajjen tal-valur li jintegraw ir-rekwiżiti l-ġodda stabbiliti fil-ftehim. Filwaqt li l-impatti diġà huma viżibbli għal ċerti setturi, bħal dak bi prodotti ultrafriski, ħafna mill-impatti tal-Brexit għadhom mistura mis-sitwazzjoni tas-saħħa b’rabta mal-COVID-19 jew min-nuqqas ta’ applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet kollha. |
Emenda 6
Premessa 6
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Fl-istess ħin, huwa importanti li jiġu speċifikati b’mod ċar kwalunkwe esklużjonijiet mill-appoġġ ipprovdut mir-Riżerva. Jenħtieġ li r-Riżerva teskludi mill-appoġġ it-taxxa fuq il-valur miżjud peress li din tikkostitwixxi dħul ta’ Stat Membru, li jagħmel tajjeb għall-ispiża relatata għall-baġit tal-Istat Membru. Sabiex jiġi kkonċentrat l-użu ta’ riżorsi limitati bl-aktar mod effiċjenti, jenħtieġ li l-assistenza teknika użata mill-korpi responsabbli għall-implimentazzjoni tar-Riżerva ma tkunx eliġibbli għal appoġġ mir-Riżerva. F’konformità mal-approċċ ġenerali għall-politika ta’ koeżjoni, jenħtieġ li ma tkunx appoġġjata n-nefqa marbuta mar-rilokazzjonijiet jew li tmur kontra kwalunkwe liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli. |
Fl-istess ħin, huwa importanti li jiġu speċifikati b’mod ċar kwalunkwe esklużjonijiet mill-appoġġ ipprovdut mir-Riżerva. Jenħtieġ li r-Riżerva teskludi mill-appoġġ it-taxxa fuq il-valur miżjud , sakemm ma tkunx tista’ tiġi rkuprata skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-VAT, peress li l-VAT tikkostitwixxi dħul ta’ Stat Membru, li jagħmel tajjeb għall-ispiża relatata għall-baġit tal-Istat Membru. F’konformità mal-approċċ ġenerali għall-politika ta’ koeżjoni, jenħtieġ li ma tkunx appoġġjata n-nefqa marbuta mar-rilokazzjonijiet jew li tmur kontra kwalunkwe liġi tal-Unjoni jew nazzjonali applikabbli. |
Emenda 7
Premessa 14
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm ħtieġa għal evalwazzjoni tar-Riżerva abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti ta’ monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Fejn ikun xieraq, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi kwantifikabbli, bħala bażi tal-evalwazzjoni tar-Riżerva. |
Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm ħtieġa għal evalwazzjoni tar-Riżerva abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti ta’ monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri u l-awtoritajiet lokali u reġjonali . Fejn ikun xieraq, dawn ir-rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi kwantifikabbli, bħala bażi tal-evalwazzjoni tar-Riżerva. |
Emenda 8
Premessa 15
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri kollha u konsistenza fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-applikazzjonijiet f’pakkett. Jenħtieġ li tħares b’mod partikolari lejn l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tan-nefqa ddikjarata, ir-rabta diretta tan-nefqa mal-miżuri meħuda biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-ħruġ u l-miżuri stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat biex jiġi evitat finanzjament doppju. Wara l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova l-prefinanzjament imħallas, u tirkupra l-ammonti mhux użati. Sabiex l-appoġġ jiġi kkonċentrat fuq l-Istati Membri l-aktar affettwati mill-ħruġ, fejn in-nefqa fl-Istat Membru kkonċernat, aċċettata bħala eliġibbli mill-Kummissjoni, taqbeż l-ammont imħallas bħala prefinanzjament u 0,06 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) nominali għall-2021 tal-Istat Membru kkonċernat, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi permessa allokazzjoni ulterjuri mir-Riżerva għal dak l-Istat Membru fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli. Minħabba l-firxa tax-xokk ekonomiku mistenni, jenħtieġ li jsir provvediment għall-possibbiltà li jintużaw l-ammonti rkuprati mill-prefinanzjament għar-rimborż tan-nefqa addizzjonali mill-Istati Membri. |
Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali tal-Istati Membri kollha u konsistenza fl-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-applikazzjonijiet f’pakkett. Jenħtieġ li tħares b’mod partikolari lejn l-eliġibbiltà u l-preċiżjoni tan-nefqa ddikjarata, ir-rabta diretta tan-nefqa mal-miżuri meħuda biex jiġu indirizzati l-konsegwenzi tal-ħruġ u l-miżuri stabbiliti mill-Istat Membru kkonċernat biex jiġi evitat finanzjament doppju. Jeħtieġ li tiġi wkoll żgurata d-distribuzzjoni settorjali u ġeografika fil-livell NUTS 2 tan-nefqa, inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi . Wara l-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova l-prefinanzjament imħallas, u tirkupra l-ammonti mhux użati. Sabiex l-appoġġ jiġi kkonċentrat fuq l-Istati Membri l-aktar affettwati mill-ħruġ, fejn in-nefqa fl-Istat Membru kkonċernat, aċċettata bħala eliġibbli mill-Kummissjoni, taqbeż l-ammont imħallas bħala prefinanzjament u 0,06 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) nominali għall-2021 tal-Istat Membru kkonċernat, jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi permessa allokazzjoni ulterjuri mir-Riżerva għal dak l-Istat Membru fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli. Minħabba l-firxa tax-xokk ekonomiku mistenni, jenħtieġ li jsir provvediment għall-possibbiltà li jintużaw l-ammonti rkuprati mill-prefinanzjament għar-rimborż tan-nefqa addizzjonali mill-Istati Membri. |
Emenda 9
Premessa 16
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta’ ġestjoni u kontroll, jaħtru u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-korpi responsabbli għall-ġestjoni tar-Riżerva kif ukoll dwar korp indipendenti tal-awditjar separat. Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-korpi u s-sistemi maħtura eżistenti stabbiliti għall-fini tal-ġestjoni u l-kontroll tal-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni jew tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ li jiġu speċifikati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti speċifiċi għall-korpi maħtura. |
Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tal-ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu sistema ta’ ġestjoni u kontroll, jaħtru u jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar il-korpi responsabbli fil-livell nazzjonali jew reġjonali għall-ġestjoni tar-Riżerva kif ukoll dwar korp indipendenti tal-awditjar separat. Għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu mill-korpi u s-sistemi maħtura eżistenti stabbiliti għall-fini tal-ġestjoni u l-kontroll tal-finanzjament tal-politika ta’ koeżjoni jew tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ li jiġu speċifikati r-responsabbiltajiet tal-Istati Membri u li jiġu stabbiliti r-rekwiżiti speċifiċi għall-korpi maħtura. L-Istati Membri għandhom jiżguraw l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-fond, speċjalment permezz ta’ korpi ta’ monitoraġġ jekk mhumiex diġà membri. |
Emenda 10
Premessa 19
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
|
Emenda 11
Artikolu 2
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: |
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Emenda 12
Artikolu 4
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||||||
|
1. L-Istati Membri kollha għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ mir-Riżerva. |
1. L-Istati Membri kollha għandhom ikunu eliġibbli għall-appoġġ mir-Riżerva. |
||||||||
|
2. Ir-riżorsi massimi għar-Riżerva għandhom ikunu ta’ EUR 5 370 994 000 fi prezzijiet attwali. |
2. Ir-riżorsi massimi għar-Riżerva għandhom ikunu ta’ EUR 6 370 994 000 fi prezzijiet attwali. |
||||||||
|
3. Ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu allokati kif ġej: |
3. Ir-riżorsi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu allokati kif ġej: |
||||||||
|
|
||||||||
|
L-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jitqiesu bħala prefinanzjament fis-sens tal-Artikolu 115(2), il-punt (b)(i), tar-Regolament Finanzjarju. |
L-ammonti msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu għandhom jitqiesu bħala prefinanzjament fis-sens tal-Artikolu 115(2), il-punt (b)(i), tar-Regolament Finanzjarju. |
||||||||
|
|
4. Ir-riżorsi li joriġinaw mill-prefinanzjament tar-riżerva u allokati fuq il-bażi tal-kriterju tas-sajd (Anness I(2)) għandhom jintużaw esklużivament għal miżuri li jappoġġjaw lill-intrapriżi u l-komunitajiet lokali u reġjonali li jiddependu fuq l-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li jappartjenu għaż-żona ekonomika esklussiva (ŻEE) tar-Renju Unit, kif previst fl-Artikolu 5(1)(c). 5. Fid-definizzjoni tal-miżuri ta’ appoġġ iffinanzjati mir-riżorsi allokati skont il-kriterju tal-kummerċ mar-Renju Unit (Anness I(2)), l-Istati Membri għandhom iqisu l-importanza relattiva tal-iskambji netti għal kull reġjun (NUTS 2). Fi kwalunkwe każ, dawn l-iskambji jinkludu l-esportazzjonijiet ta’ servizzi turistiċi. |
Emenda 13
Żid Artikolu 4a ġdid
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Proċess ta’ konsultazzjoni 1. Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi djalogu fuq diversi livelli, f’konformità mal-qafas legali nazzjonali, inkluż mill-inqas mal-awtoritajiet lokali u reġjonali fiż-żoni l-aktar affettwati. Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni għandu jkun ibbażat fuq il-prinċipju tas-sħubija fil-qafas tal-politika ta’ koeżjoni, u għandu jkun relatat mal-identifikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-miżuri appoġġjati mir-Riżerva. 2. L-arranġamenti għall-konsultazzjoni u l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu indikati mill-Istat Membru fl-[Anness IV il-ġdid]. |
Raġuni
Proċess ta’ konsultazzjoni għandu jkun parti essenzjali tal-għażla dwar kif jiġi allokat dan il-finanzjament. L-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu inklużi fil-proċess ta’ konsultazzjoni, f’konformità mal-proċeduri tal-politika ta’ koeżjoni.
Emenda 14
Artikolu 5(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||||
|
Eleġibbiltà |
Eleġibbiltà |
||||||||||||||
|
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva għandha tappoġġa biss in-nefqa pubblika marbuta direttament ma’ miżuri meħuda speċifikament mill-Istati Membri biex jikkontribwixxu għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 3, u tista’ tkopri, b’mod partikolari dan li ġej: |
1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva għandha tappoġġa biss in-nefqa pubblika marbuta direttament ma’ miżuri meħuda speċifikament mill-Istati Membri biex jikkontribwixxu għall-objettivi msemmija fl-Artikolu 3, u tista’ tkopri, b’mod partikolari dan li ġej: |
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
||||||||||||||
|
|
Emenda 15
Artikolu 5(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
2. In-nefqa għandha tkun eliġibbli jekk issir u titħallas matul il-perjodu ta’ referenza għall-miżuri mwettqa fl-Istat Membru kkonċernat jew għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. |
2. In-nefqa għandha tkun eliġibbli jekk issir u titħallas matul il-perjodu ta’ referenza għall-miżuri mwettqa fir-reġjuni u s-setturi milquta tal-Istat Membru kkonċernat. |
Emenda 16
Artikolu 5(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Meta jfasslu l-miżuri ta’ appoġġ, l-Istati Membri għandhom iqisu l-impatt varjat tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq reġjuni u komunitajiet lokali differenti u jiffukaw l-appoġġ mir-Riżerva fuq dawk l-aktar milquta, kif xieraq. |
Meta jfasslu l-miżuri ta’ appoġġ, l-Istati Membri għandhom iqisu l-impatt varjat tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni fuq reġjuni u komunitajiet lokali differenti u jiffukaw l-appoġġ mir-Riżerva fuq dawk l-aktar milquta, kif xieraq , filwaqt li jiżguraw distribuzzjoni bbilanċjata tar-riżorsi abbażi tal-impatt ekonomiku fuq kull reġjun . |
Raġuni
L-emenda għandha l-għan li tiżgura li l-allokazzjoni tar-riżorsi tar-Riżerva tqis l-impatt ekonomiku tal-Brexit fuq kull reġjun affettwat u twassal għal distribuzzjoni bbilanċjata tal-fondi abbażi tal-ħsara ekonomika reali.
Emenda 17
Artikolu 5(4)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli. |
Il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mal-liġi applikabbli , ħlief għall-eċċezzjonijiet imsemmija fl-Artikolu [l-Artikolu 6 il-ġdid] . |
Emenda 18
Artikolu 5(5)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Miżuri eliġibbli skont il-paragrafu 1 jistgħu jirċievu appoġġ minn programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni sakemm dak l-appoġġ ma jkunx ikopri l-istess kost. |
Miżuri eliġibbli skont il-paragrafu 1 jistgħu jirċievu appoġġ minn programmi u strumenti oħrajn tal-Unjoni sakemm dak l-appoġġ ma jkunx ikopri l-istess kost. L-awtoritajiet lokali u reġjonali kkonċernati li jaġixxu bħala awtoritajiet maniġerjali jew korpi intermedjarji ta’ fondi Ewropej għandhom ikunu involuti bis-sħiħ u jiġu kkonsultati fil-qafas tal-ħidma biex ma jkunx hemm trikkib tal-finanzjamenti. Id-deċiżjoni jiġu mmobilizzati l-fondi strutturali minflok ir-Riżerva se jkollha tkun is-suġġett ta’ konsultazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti, fid-dawl tal-konsegwenzi li din jista’ jkollha fuq l-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ finanzjament oħra Ewropej. |
Emenda 19
Żid Artikolu 5a ġdid
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
|
Għajnuna statali 1. Għas-settur tas-sajd, u għas-settur tal-produzzjoni primarja tal-prodotti agrikoli, l-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ma għandhomx japplikaw għall-pagamenti li jsiru mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament, li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna mogħtija biss skont l-Artikolu 5 matul il-perjodu ta’ referenza. 2. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu finanzjament pubbliku li jmur lil hinn mid-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament dwar il-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ttrattati fl-intier tagħhom fuq il-bażi tal-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
Emenda 20
Artikolu 6
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Esklużjoni mill-appoġġ |
Esklużjoni mill-appoġġ |
||||
|
Ir-Riżerva ma għandhiex tappoġġa: |
Ir-Riżerva ma għandhiex tappoġġa: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Emenda 21
Artikolu 7(5)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
B’deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament mhux użati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu riportati awtomatikament u jistgħu jintużaw sal-31 ta’ Diċembru 2025 . L-approprjazzjonijiet riportati għandhom jiġu kkonsmati l-ewwel fis-sena finanzjarja ta’ wara. |
B’deroga mill-Artikolu 12 tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament mhux użati skont dan ir-Regolament għandhom jiġu riportati awtomatikament u jistgħu jintużaw sal-31 ta’ Diċembru 2026 . L-approprjazzjonijiet riportati għandhom jiġu kkonsmati l-ewwel fis-sena finanzjarja ta’ wara. |
Emenda 22
Artikolu 8(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-Kummissjoni għandha tħallas il-prefinanzjament fi żmien 60 jum mid-data tal-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2. Dan għandu jiġi likwidat f’konformità mal-Artikolu 11. |
Il-Kummissjoni għandha tħallas il-prefinanzjament fi żmien 45 jum mid-data tal-adozzjoni tal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 2. Dan għandu jiġi likwidat f’konformità mal-Artikolu 11. |
Emenda 23
Artikolu 10(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-applikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-mudell stabbilit fl-Anness II. L-applikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar in-nefqa pubblika totali mġarrba u mħallsa mill-Istati Membri u l-valuri tal-indikaturi tal-output għall-miżuri appoġġati. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmijin fil-paragrafi 5, 6 u 7 tal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju u minn rapport ta’ implimentazzjoni. |
L-applikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-mudell stabbilit fl-Anness II. L-applikazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar in-nefqa pubblika totali mġarrba u mħallsa mill-Istati Membri , inkluża d-distribuzzjoni territorjali tan-nefqa fil-livell NUTS 2, u l-valuri tal-indikaturi tal-output għall-miżuri appoġġati. Din għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti msemmijin fil-paragrafi 5, 6 u 7 tal-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju u minn rapport ta’ implimentazzjoni. |
Emenda 24
Artikolu 10(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
2. Ir-rapport ta’ implimentazzjoni għar-Riżerva għandu jinkludi: |
2. Ir-rapport ta’ implimentazzjoni għar-Riżerva għandu jinkludi: |
||||
|
|
||||
|
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Emenda 25
Artikolu 13(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Ġestjoni u kontroll |
Ġestjoni u kontroll |
||||
|
1. Meta jkunu qed iwettqu kompiti relatati mal-implimentazzjoni tar-Riżerva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha, inklużi miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi, biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jiġifieri billi: |
1. Meta jkunu qed iwettqu kompiti relatati mal-implimentazzjoni tar-Riżerva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha, inklużi miżuri leġiżlattivi, regolatorji u amministrattivi, biex iħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, jiġifieri billi: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
[…] |
[…] |
Emenda 26
Artikolu 13(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Il-korp responsabbli għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva għandu: |
Il-korp , jew korpi, responsabbli għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja mir-Riżerva għandu: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Emenda 27
Artikolu 16(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
2. Sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. |
2. Sat-30 ta’ Ġunju 2027, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill , lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew . |
Emenda 28
Anness I(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
is-sehem ta’ kull Stat Membru mill-valur totali tal-ħut maqbud fil-perjodu 2015-2018 fiż-ŻEE tar-Renju Unit; |
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
||||||||||
|
|
Emenda 29
Żid Anness III(a) ġdid
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||||||||||
|
|
|||||||||||||
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
||||||||||||
|
|
|
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
|
1. |
jilqa’ l-istabbiliment ta’ Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit, li għandha l-għan li ttaffi l-impatt territorjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea. Ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit hija espressjoni tanġibbli ta’ solidarjetà intra-Ewropea u hija intiża biex tikkontribwixxi għall-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, kif muri mill-bażi legali (Artikolu 175 tat-TFUE) tal-proposta tal-Kummissjoni; |
|
2. |
iqis l-ilħuq ta’ Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit bħala eżitu pożittiv tan-negozjati. Madankollu, il-qafas il-ġdid tar-relazzjoni mar-Renju Unit għandu konsegwenzi territorjali qawwija. Peress li l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni mhuwiex ekwivalenti kompletament għal Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles, bosta reġjuni Ewropej se jibqgħu esposti ħafna għall-konsegwenzi ekonomiċi u soċjali tal-Brexit. Dan l-impatt huwa partikolarment importanti għar-reġjuni li huma ġeografikament qrib tar-Renju Unit jew għal dawk li kellhom relazzjonijiet mill-qrib ħafna mal-imsieħba Brittaniċi. L-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-atturi ekonomiċi, bħat-turiżmu, is-setturi tal-edukazzjoni u tar-riċerka, iżda wkoll iċ-ċittadini u s-soċjetà ċivili qed jiffaċċjaw il-konsegwenzi tal-implimentazzjoni ta’ fruntieri ġodda, ta’ proċeduri amministrattivi ġodda, ta’ kumplessitajiet ġodda fil-ktajjen tal-valur u tat-twaqqif ta’ programmi ta’ kooperazzjoni; |
|
3. |
jiġbed l-attenzjoni għall-konsegwenzi ġeopolitiċi tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni, li huma konkreti għal għadd ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali, li saru l-fruntieri esterni l-ġodda tal-Unjoni Ewropea. L-eliġibbiltà ta’ miżuri li jtejbu l-fluwidità tal-kontrolli u l-kummerċ tal-oġġetti u l-persuni hija għalhekk milqugħa b’mod pożittiv ħafna. Il-KtR jenfasizza li, f’dawn ir-reġjuni tal-fruntiera l-ġodda, l-investimenti lokali u reġjonali marbuta mal-kontrolli se jgħinu biex jiżguraw il-protezzjoni taċ-ċittadini Ewropej kollha fi ħdan il-fruntieri l-ġodda tal-Unjoni Ewropea. Il-KtR jitlob lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jiddefinixxu limitu ta’ kopertura minimu u ġust għal dawn ir-reġjuni; |
|
4. |
jappella sabiex l-ammonti addizzjonali disponibbli fit-tieni stadju skont l-Artikolu 11 jiżdiedu b’EUR 1 biljun sabiex jirrispondu aħjar għall-ħtiġijiet fuq terminu medju; f’konformità mal-appell tiegħu biex jiġi estiż il-perjodu ta’ eliġibbiltà tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit; |
|
5. |
jisħaq fuq l-espożizzjoni tas-settur tas-sajd u tal-frott tal-baħar, li huwa soġġett għal perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ ħames snin u nofs. Minbarra r-restrizzjonijiet il-ġodda komuni għas-setturi Ewropej kollha, is-settur tas-sajd qed jiffaċċja sfida diretta għal parti sħiħa tal-attività tiegħu. Din is-sitwazzjoni teħtieġ valutazzjoni tal-impatt li tirrifletti r-realtajiet reġjonali kemm jista’ jkun mill-qrib, mingħajr indiċjar nazzjonali. Huwa kruċjali li tinkiseb distribuzzjoni finanzjarja aktar ġusta bejn ir-reġjuni Ewropej milqutin, irrispettivament mid-daqs tal-Istat Membru; |
|
6. |
jixtieq li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jitpoġġew fil-qalba tal-ħolqien ta’ dan l-istrument finanzjarju l-ġdid. Il-KtR jirrakkomanda l-introduzzjoni ta’ kriterji li jqisu l-intensità reġjonali tal-impatt, u jiżguraw distribuzzjoni ġusta tar-riżorsi abbażi tad-daqs tal-impatt ekonomiku fuq kull reġjun. Kif muri fl-istudji tal-KtR dwar il-konsegwenzi tal-Brexit, il-kunsiderazzjoni tal-impatti fil-livell nazzjonali ma tirriflettix l-intensità tagħhom li hija lokali ħafna. L-awtoritajiet lokali għandhom jipparteċipaw fil-valutazzjoni tal-impatti u t-tfassil tal-miżuri. Dan huwa saħansitra aktar importanti peress li l-awtoritajiet lokali u reġjonali, skont il-kompetenzi tagħhom, se jkollhom ikunu lesti li jiffinanzjaw minn qabel ċerti miżuri huma stess, jiżviluppaw strateġiji territorjali għall-mitigazzjoni tal-impatti ta’ Brexit u jimmobilizzaw parti mill-fondi Ewropej li jiġġestixxu. Dan l-involviment tal-awtoritajiet se jgħin fl-immirar tal-ħtiġijiet u jiżgura implimentazzjoni effiċjenti tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit; |
|
7. |
jenfasizza bl-istess mod l-esponiment tar-reġjuni minħabba t-telf ta’ opportunitajiet kummerċjali mar-Renju Unit u l-fatt li l-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni mhuwiex ekwivalenti kompletament għal Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles. Dan għandu impatt fuq firxa wiesgħa ta’ setturi u għandu effett trasversali fuq il-katina ta’ valur, pereżempju fis-setturi tat-turiżmu, tal-ospitalità u agroalimentari, li jfisser telf ta’ impjiegi fuq il-post. Il-KtR jirrikonoxxi li l-impatt x’aktarx ikollu effetti soċjoekonomiċi dejjiema fuq il-komunitajiet fir-reġjuni, u għalhekk irid jiġi indirizzat minnufih. Jenfasizza wkoll li r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit hija l-uniku strument finanzjarju tal-UE li jittratta l-Istati Membri, ir-reġjuni u s-setturi li qed ibatu l-konsegwenzi negattivi tal-Brexit; |
|
8. |
jappella sabiex il-perjodu ta’ eliġibbiltà jiġi estiż għal Ġunju 2026, billi s-solidarjetà Ewropea ma għandhiex tiġi limitata għas-snin 2021 u 2022 u jinnota li ma hemm l-ebda mezz biex jittaffew il-konsegwenzi tal-Brexit mill-2023 ’il quddiem.
|
|
9. |
iqis li r-Riżerva se jkollha rwol essenzjali fl-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-qafas legali l-ġdid li jirregola r-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Renju Unit li l-konsegwenzi tagħhom ma jistgħux jiġu identifikati b’mod sħiħ, b’mod partikolari minħabba l-effetti kkombinati tal-pandemija tal-COVID-19. Dan jikkonċerna wkoll kwistjonijiet speċifiċi li għadhom iridu jiġu nnegozjati, bħal għas-servizzi finanzjarji jew il-parteċipazzjoni tar-Renju Unit fil-programm Orizzont Ewropa. Se jkollhom jitqiesu kemm l-iżviluppi sfavorevoli kif ukoll dawk favorevoli; |
|
10. |
jiddubita mill-valur miżjud f’termini ta’ governanza tajba tal-konsultazzjoni pubblika dwar ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit imnedija mill-Kummissjoni Ewropea fl-24 ta’ Frar 2021 għal perjodu ta’ tmien ġimgħat (1), filwaqt li l-proposta leġiżlattiva ġiet ippreżentata xahrejn qabel u n-negozjati interistituzzjonali biex jintlaħaq ftehim fl-ewwel nofs tal-2021 diġà jinsabu fi stadju avvanzat ħafna; |
|
11. |
jemmen li Brexit huwa sitwazzjoni sui generis u li l-paralleli li għandhom isiru ma’ skemi eżistenti bħall-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea jistgħu jkunu biss limitati. Il-KtR jesprimi dispjaċir dwar il-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni ma tirriflettix il-prinċipju ta’ sħubija li japplika għall-politika ta’ koeżjoni, peress li ma tipprovdix garanziji dwar ir-rwol mogħti lill-awtoritajiet territorjali fil-governanza. Il-proċeduri tat-tfassil ta’ miżuri u ta’ ġestjoni għandhom jirriflettu aktar il-loġika ddikjarata tal-immirar tal-impatti territorjali; |
|
12. |
iqis li l-Istati Membri għandu jkollhom il-flessibbiltà fid-definizzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni: in-numru ta’ korpi u livelli ta’ ġestjoni (nazzjonali, reġjonali jew interreġjonali). Min-naħa l-oħra, l-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw l-għażla tagħhom f'termini tas-sussidjarjetà u b’mod partikolari l-kapaċità tagħhom li jirrispondu għall-ħtiġijiet ikkonċentrati f’ċerti territorji u/jew setturi ekonomiċi l-aktar esposti; Fi kwalunkwe każ, għandha tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tal-livell reġjonali fil-proċedura ta’ ġestjoni; |
|
13. |
iqis li l-Brexit huwa ta’ importanza kbira għal oqsma differenti bħall-prodotti tas-sajd u tal-baħar, il-mobbiltà taċ-ċittadini, it-taħriġ, il-proġetti ta’ kooperazzjoni dwar ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni, it-trasferiment tal-għarfien, l-indirizzar tat-tibdil fil-klima, il-preservazzjoni tal-ekosistemi u s-sħubijiet pubbliċi-privati, fost l-oħrajn. Minħabba l-livelli differenti ta’ deċentralizzazzjoni tal-Istati Membri, il-kollaborazzjoni bejn il-livelli amministrattivi differenti tista’ titqies bħala meħtieġa jew pożittiva, sabiex it-territorji differenti jkunu jistgħu jegħlbu l-esternalitajiet negattivi tal-Brexit. Il-Kumitat jappella li l-prinċipju tas-sħubija jsir realtà u li r-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit tiġi ġestita skont il-kriterji ġenerali għall-programmi ta’ ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali; |
|
14. |
jipproponi li l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu l-implimentazzjoni ta’ strateġiji reġjonali biex jantiċipaw l-iskeda ta’ żmien tal-implimentazzjoni tal-miżuri u l-bidliet fuq perjodu ta’ żmien medju. Dan għandu jitwettaq f’konformità mal-politiki lokali u reġjonali kollha kkonċernati. Fil-mument tal-ħlas tal-finanzjament minn qabel, l-Istati Membri għandhom jindikaw lill-Kummissjoni Ewropea l-mod kif se jiżguraw il-parteċipazzjoni u l-konsultazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, taħt “obbligu ta’ sħubija”; |
|
15. |
jipproponi li d-dispożizzjonijiet kollha li jipprevedu l-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jiġu żgurati permezz ta’ mekkaniżmu ta’ informazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Il-KtR jirrakkomanda, b'mod konkret, li meta tiżdied in-nefqa, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni Ewropea u jibagħtulha anness ġdid iddedikat għad-distribuzzjoni settorjali u ġeografika tan-nefqa fil-livell tar-reġjuni ta' NUTS 2, filwaqt li jinkludu l-kontribuzzjoni tagħhom għall-miri klimatiċi u t-tranżizzjoni diġitali. Barra minn hekk, din l-informazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva tikkontribwixxi wkoll għall-valutazzjoni tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit, u tippermetti l-valutazzjoni tal-ammonti addizzjonali disponibbli fit-tieni stadju skont l-Artikolu 11 tal-mobilizzazzjoni tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit f’kull Stat Membru u tiżgura li l-approċċ ta’ sħubija rrakkomandat ġie implimentat sew; |
|
16. |
jixtieq jiżgura li l-awtoritajiet lokali u reġjonali responsabbli għal awtoritajiet maniġerjali jew korpi intermedjarji ta’ fondi Ewropej ikunu involuti fil-ħidma kontra t-trikkib tal-finanzjamenti. Min-naħa l-oħra, l-għażla li jiġu mmobilizzati l-fondi strutturali minflok ir-Riżerva se jkollha tkun is-suġġett ta’ konsultazzjoni mal-atturi kkonċernati, fid-dawl tal-konsegwenzi li din jista’ jkollha fuq l-implimentazzjoni ta’ politiki Ewropej oħra; |
|
17. |
jitlob li jiġi previst perċentwal tal-fondi biex, ladarba jiġi approvat il-kriterju ta’ distribuzzjoni u ta’ prefinanzjament, dan jiġi trasferit lill-Istati Membri u r-reġjuni, fejn adatt, sabiex ikunu jistgħu jiffinanzjaw il-miżuri ta’ appoġġ rilevanti mingħajr ma jkun hemm bżonn ta’ kontribuzzjoni minn qabel ta’ fondi proprji; |
|
18. |
jitlob li tiġi implimentata flessibbiltà fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat sabiex jiġi żgurat twettiq rapidu tal-miżuri u biex tingħata l-kapaċità ta’ intervent favur l-atturi ekonomiċi l-aktar milqutin. Hija meħtieġa estensjoni tad-dispożizzjonijiet temporanji tal-COVID għall-impatti diretti ta’ Brexit matul il-perjodu ta’ eliġibbiltà tan-nefqa tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit. Fis-setturi tas-sajd u tal-agrikoltura, id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-FEMSA u l-FAEŻR iridu japplikaw għar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit; |
|
19. |
jenfasizza l-fatt li l-SMEs li jinnegozjaw mar-Renju Unit huma affettwati b’mod sproporzjonat mill-kostijiet ta’ proċeduri amministrattivi ġodda assoċjati mal-esportazzjoni lejn ir-Renju Unit fir-rigward tal-fatturat tagħhom. Għalhekk, fid-distribuzzjoni tar-riżorsi tar-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit għandhom jitqiesu l-kostijiet relattivi għan-negozji; |
|
20. |
jappella għall-eliġibbiltà għall-VAT li ma jistax jiġi rkuprat, kif previst mill-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea. Mingħajr din l-eliġibbiltà, bosta miżuri ffinanzjati minn awtoritajiet lokali u reġjonali ma jibbenefikawx minn solidarjetà Ewropea ta’ 100 %; |
|
21. |
jitlob li l-ħlas ta' allokazzjonijiet supplimentari fl-2023 ikun parzjalment marbut ma' valutazzjoni Ewropea tal-impatti reali ta' Brexit fil-perjodu 2021-2022, sabiex jiġi approfondit l-eżerċizzju tal-immirar tar-reġjuni u s-setturi l-aktar milqutin, iżda wkoll biex jiġu identifikati dawk li kienu l-aktar reżiljenti jew li bbenefikaw mill-bidliet; |
|
22. |
itenni l-impenn tiegħu biex titkompla l-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati Brittaniċi u Ewropej, u jappella sabiex ir-Riżerva ta’ Aġġustament għall-Brexit tappoġġja lill-imsieħba Ewropej fid-djalogu li għandu jinżamm, kemm sabiex jiġi evitat tilwim li jirriżulta mill-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni kif ukoll biex tinbena kooperazzjoni futura. |
Brussell, id-19 ta’ Marzu 2021.
Apostolos TZITZIKOSTAS
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Il-Ftehim dwar il-Ħruġ”) (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7).
(1) Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (“Il-Ftehim dwar il-Ħruġ”) (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7).
(1) Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, (ĠU L 444, 31.12.2020, p. 14).
(1) https://ec.europa.eu/info/law/better-regulation/have-your-say/initiatives/12917-Proposal-for-a-Regulation-Regional-and-urban-Policy
|
7.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 175/89 |
Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni — Pagi minimi adegwati fl-Unjoni Ewropea
(2021/C 175/08)
|
I. RAKKOMANDAZZJONIJIET SABIEX JITRESSQU L-EMENDI
Emenda 1
Premessa 21
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Il-pagi minimi huma meqjusin bħala adegwati jekk ikunu ġusti fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-pagi fil-pajjiż u jekk jipprovdu standard ta’ għajxien deċenti. L-adegwatezza tal-pagi minimi statutorji hija ddeterminata fid-dawl tal-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi nazzjonali, inklużi t-tkabbir fl-impjiegi, il-kompetittività kif ukoll l-iżviluppi reġjonali u settorjali. L-adegwatezza tagħhom jenħtieġ li tiġi vvalutata tal-inqas fir-rigward tal-kapaċità tal-akkwist tagħhom, tal-iżviluppi fil-produttività u r-relazzjoni tagħhom mal-livelli tal-paga grossa, id distribuzzjoni u t-tkabbir. L- użu ta’ indikaturi użati b’mod komuni fil-livell internazzjonali, bħal 60 % tal-paga medjana grossa u 50 % tal-paga medja grossa , jistgħu jgħinu biex jiggwidaw il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-paga minima fir-rigward tal-livell tal-pagi grossi. |
Il-pagi minimi huma meqjusin bħala adegwati jekk ikunu ġusti fir-rigward tad-distribuzzjoni tal-pagi fil-pajjiż u jekk jipprovdu standard ta’ għajxien deċenti. L-adegwatezza tal-pagi minimi statutorji hija ddeterminata fid-dawl tal-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi nazzjonali, inklużi t-tkabbir fl-impjiegi, il-kompetittività kif ukoll l-iżviluppi reġjonali u settorjali. L-adegwatezza tagħhom jenħtieġ li tiġi vvalutata tal-inqas fir-rigward tal-kapaċità tal-akkwist tagħhom, tal-iżviluppi fil-produttività u r-relazzjoni tagħhom mal-livelli tal-paga grossa, id distribuzzjoni u t-tkabbir. L-indikaturi rikonoxxuti internazzjonalment ta’ 60 % tal-paga medjana grossa u 50 % tal-paga medja grossa jgħinu biex jiggwidaw il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-paga minima fir-rigward tal-livell tal-pagi grossi. |
Raġuni
Matul il-proċess ta’ konsultazzjoni, l-indikaturi msemmija rriżultaw bħala punti ta’ riferiment li jistgħu jintlaħqu b’kunsens.
Emenda 2
Artikolu 3(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
“negozjar kollettiv” tfisser in-negozjati kollha li jsiru bejn impjegatur, grupp ta’ impjegaturi jew organizzazzjoni tal-impjegaturi waħda jew aktar, fuq naħa waħda, u organizzazzjoni tal-ħaddiema waħda jew aktar, fuq in-naħa l-oħra, biex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-termini tal-impjieg; u/jew ir-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-impjegaturi u l-ħaddiema; u/jew ir-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-impjegaturi jew l-organizzazzjonijiet tagħhom u organizzazzjoni jew organizzazzjonijiet tal-ħaddiema ; |
“negozjar kollettiv” tfisser in-negozjati kollha li jsiru bejn impjegatur, grupp ta’ impjegaturi jew organizzazzjoni tal-impjegaturi waħda jew aktar, fuq naħa waħda, u trade union waħda jew aktar, fuq in-naħa l-oħra, biex jiġu ddeterminati l-kundizzjonijiet tax-xogħol u t-termini tal-impjieg; u/jew ir-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-impjegaturi u l-ħaddiema; u/jew ir-regolamentazzjoni tar-relazzjonijiet bejn l-impjegaturi jew l-organizzazzjonijiet tagħhom u trade unions ; |
Raġuni
Skont il-leġiżlazzjoni soċjali tal-UE u l-obbligi tal-UE skont id-dritt internazzjonali, it-trade unions huma imsieħba tad-djalogu soċjali tan-negozjar kollettiv. Pereżempju, il-kunsilli tax-xogħol ma għandhomx leġittimità istituzzjonali suffiċjenti.
Emenda 3
Artikolu 4(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-Istati Membri fejn il-kopertura tan-negozjar kollettiv hi inqas minn 70 % tal-ħaddiema kif definit skont it-tifsira tal-Artikolu 2 għandhom barra minn hekk jipprevedu qafas li jippermetti l-kundizzjonijiet għan-negozjar kollettiv, jew bil-liġi wara konsultazzjoni tas-sħab soċjali jew bi ftehim magħhom, u għandhom jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni biex jippromwovu n-negozjar kollettiv. Il-pjan ta’ azzjoni għandu jsir pubbliku u għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea. |
L-Istati Membri fejn il-kopertura tan-negozjar kollettiv hi inqas minn 70 % tal-ħaddiema kif definit skont it-tifsira tal-Artikolu 2 għandhom barra minn hekk jipprevedu qafas li jippermetti l-kundizzjonijiet għan-negozjar kollettiv, jew bil-liġi wara konsultazzjoni tas-sħab soċjali jew bi ftehim magħhom, u għandhom jistabbilixxu pjan ta’ azzjoni biex jippromwovu n-negozjar kollettiv u jiżviluppaw u jsaħħu l-kapaċitajiet tas-sħab soċjali . Il-pjan ta’ azzjoni għandu jsir pubbliku u għandu jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni Ewropea. |
Raġuni
Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-Artikolu 4(1).
Emenda 4
Artikolu 5(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-Istati Membri b’pagi minimi statutorji għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-iffissar u l-aġġornament tal-pagi minimi statutorji jkunu ggwidati minn kriterji stabbiliti biex jippromwovu l-adegwatezza bil-għan li jinkisbu kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien deċenti, il-koeżjoni soċjali u l-konverġenza ’l fuq. L- Istati Membri għandhom jiddefinixxu dawn il-kriterji skont il-prattiki nazzjonali tagħhom , jew fil-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti, fid-deċiżjonijiet tal-korpi kompetenti jew fi ftehimiet bejn tliet partijiet. Il-kriterji għandhom jiġu definiti b’mod stabbli u ċar. |
L-Istati Membri b’pagi minimi statutorji għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-iffissar u l-aġġornament tal-pagi minimi statutorji jkunu ggwidati minn kriterji stabbiliti biex jippromwovu l-adegwatezza bil-għan li jinkisbu kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-għajxien deċenti, il-koeżjoni soċjali u territorjali u l-konverġenza ’l fuq. Fil-livell tal- Istati Membri dawn il-kriterji għandhom jiġu ddefiniti skont il-prattiki fl-Istati Membri , jew fil-leġiżlazzjoni rilevanti, fid-deċiżjonijiet tal-korpi kompetenti jew fi ftehimiet bejn tliet partijiet. Il-kriterji għandhom jiġu definiti b’mod ċar u għandhom jiġu pprovduti bi kronoloġija . |
Raġuni
Sabiex tiġi enfasizzata d-dimensjoni territorjali.
Emenda 5
Artikolu 5(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
||||
|
Il-kriterji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu fost l-oħrajn l-elementi li ġejjin: |
Il-kriterji nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu fost l-oħrajn l-elementi li ġejjin: |
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
||||
|
|
Raġuni
It-taxxi u l-kontribuzzjonijiet soċjali kif ukoll il-produttività tax-xogħol huma ġeneralment parametri speċifiċi għall-kumpaniji li mhumiex adattati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-pagi minimi.
Emenda 6
Artikolu 5(3)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-Istati Membri għandhom jużaw valuri ta’ referenza indikattivi biex jiggwidaw il-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-pagi minimi statutorji fir-rigward tal-livell ġenerali tal-pagi grossi, bħal dawk użati b’mod komuni fil-livell internazzjonali . |
L-Istati Membri jibqgħu kompetenti biex jistabbilixxu r-rata tal-pagi minimi statutorji . L-Istati Membri għandhom jiżguraw fi kwalunkwe każ li l-pagi minimi statutorji jkunu adegwati u li jinbeda proċess ta’ konverġenza li jkun rieżaminat kull sena bil-ħsieb li jintlaħaq, malajr kemm jista’ jkun, minimu ta’ mill-inqas 60 % tal-paga medjana grossa nazzjonali full-time u 50 % tal-paga medja grossa nazzjonali full-time. |
Raġuni
Konsistenza mal-Emenda 1 dwar il-Premessa 21.
Emenda 7
Artikolu 6(1)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu rati differenti tal-paga minima statutorja għal gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema. L-Istati Membri għandhom iżommu dawn il-varjazzjonijiet għal livell minimu, u jiżguraw li kwalunkwe varjazzjoni ma tkunx diskriminatorja, tkun proporzjonata, tkun limitata fiż-żmien jekk rilevanti, u tkun oġġettivament u raġonevolment iġġustifikata b’għan leġittimu. |
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda kategorija ta’ ħaddiema ma tiġi eskluża mill-protezzjoni tal-paga minima statutorja. |
Raġuni
M’għandu jkun hemm l-ebda inċentiv għal rati inferjuri għall-paga minima statutorja għal gruppi speċifiċi ta’ ħaddiema.
Emenda 8
Artikolu 6(2)
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
L-Istati Membri jistgħu jippermettu tnaqqis bil-liġi li jnaqqas ir-remunerazzjoni mħallsa lill-ħaddiema għal livell inqas mill-paga minima statutorja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan it-tnaqqis mill-pagi minimi statutorji jkun meħtieġ, ġustifikat b’mod oġġettiv u proporzjonat. |
L-Istati Membri jistgħu jippermettu tnaqqis bil-liġi billi jagħtu benefiċċji soċjali jew kontribuzzjonijiet in natura, li jnaqqas ir-remunerazzjoni mħallsa lill-ħaddiema għal livell inqas mill-paga minima statutorja. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan it-tnaqqis mill-pagi minimi statutorji jkun meħtieġ, ġustifikat b’mod oġġettiv u proporzjonat. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-pariri, is-sahra u ħlasijiet addizzjonali oħra jiġu esklużi mill-kalkolu tal-pagi minimi statutorji u jitħallsu b’żieda magħhom. |
Raġuni
Evidenti.
Emenda 9
Artikolu 9
|
Test propost mill-Kummissjoni Ewropea |
Emenda tal-KtR |
|
Akkwist pubbliku Skont id-Direttiva 2014/24/UE, id-Direttiva 2014/25/UE u d-Direttiva 2014/23/UE, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li fit-twettiq tal-kuntratti ta’ akkwist pubbliku jew ta’ kuntratti ta’ konċessjoni l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-pagi ffissati permezz ta’ ftehimiet kollettivi għas-settur u ż-żona ġeografika rilevanti u mal-pagi minimi statutorji fejn dawn jeżistu. |
Akkwist pubbliku Skont id-Direttiva 2014/24/UE, id-Direttiva 2014/25/UE u d-Direttiva 2014/23/UE, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jiżguraw li fit-twettiq tal-kuntratti ta’ akkwist pubbliku jew ta’ kuntratti ta’ konċessjoni l-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mar-remunerazzjoni u mal-kundizzjonijiet tax-xogħol oħra ffissati permezz ta’ ftehimiet kollettivi għas-settur u ż-żona ġeografika rilevanti u mal-pagi minimi statutorji fejn dawn jeżistu kif ukoll mad-dritt għal negozjar kollettiv. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li l-operaturi ekonomiċi, bħala kundizzjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ akkwist pubbliku, huma meħtieġa li jikkonformaw mal-pagi u mal-kundizzjonijiet tax-xogħol oħra stabbiliti minn liġijiet u/jew ftehimiet kollettivi, u li jirrispettaw id-dritt għal negozjar kollettiv u jirrikonoxxu u jinnegozjaw mat-trade unions . |
Raġuni
Evidenti.
II. RAKKOMANDAZZJONIJIET TA’ POLITIKA
IL-KUMITAT EWROPEW TAR-REĠJUNI
|
1. |
jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni introduċiet bidla fundamentali fir-rigward tal-paga minima, li skontha pagi minimi adegwati huma dritt fundamentali u prerekwiżit għal ekonomija tas-suq soċjali, ġusta u sostenibbli li fuqha huwa bbażat is-suq intern Ewropew. L-ispejjeż ekonomiċi, soċjali u tas-soċjetà li jirriżultaw mid-dumping fil-pagi u d-differenza bejn il-pagi fl-Unjoni Ewropea jaqbżu bil-bosta kwalunkwe l-profitti ta’ negozju; |
|
2. |
jilqa’ l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni tippermetti oqfsa Ewropej għat-tisħiħ tal-kopertura tan-negozjar kollettiv u għal pagi minimi ġusti u adegwati, b’mod partikolari biex jiġi miġġieled il-faqar fost dawk li jaħdmu. Il-KtR jenfasizza l-ambizzjoni fil-proposta tal-Kummissjoni biex jinħoloq qafas għal pagi minimi aktar adegwati u għal aċċess aħjar għall-ħaddiema biex jiġu żgurati pagi minimi; qafas li jirrispetta l-karatteristiċi partikolari tas-sistemi nazzjonali, in-negozjar kollettiv u l-libertà kuntrattwali tal-imsieħba soċjali. F’konformità mat-talbiet preċedenti mill-KtR, il-proposta tal-Kummissjoni mhijiex soluzzjoni waħda għal kulħadd u hija bbażata fuq il-premessa kondiviża mill-KtR li “negozjar kollettiv u ftehimiet kollettivi komprensivi li jiffunzjonaw sew huma l-metodu ewlieni biex jinkisbu pagi ġusti u jiġu stabbiliti kundizzjonijiet oħra tax-xogħol, billi l-ħaddiema u l-impjegaturi jafu s-settur u r-reġjun tagħhom l-aħjar” (1); |
|
3. |
jinnota li, sal-iskadenza tal-21.01.2021, tliet parlamenti nazzjonali minn għoxrin, li kienu eżaminaw il-proposta tal-Kummissjoni, ippreżentaw opinjonijiet motivati skont il-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ tas-sussidjarjetà; |
|
4. |
jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni sservi biex jintlaħqu l-għanijiet Ewropej għat-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u territorjali u tevita distorsjonijiet tal-kompetizzjoni (Artikolu 3 tat-TUE) u kontinwità mal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (il-Prinċipju 6) (2) u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (Artikolu 31), il-Karta Soċjali Ewropea (Artikolu 4) u l-Konvenzjoni tal-ILO 131. Dan huwa ta’ importanza partikolari għal dawk it-territorji fejn id-diskrepanzi fil-pagi minimi madwar l-UE jwasslu għal flussi ta’ migrazzjoni żbilanċjati fi ħdan l-UE, li jistgħu jkunu destabbilizzanti għall-komunità lokali, u jkollhom ukoll effett negattiv fuq il-qagħda demografika fir-reġjun ta’ oriġini; |
|
5. |
jenfasizza li l-ħtieġa ta’ “konverġenza ’l fuq” tal-pagi minimi hija wkoll akuta fil-kuntest tal-fatt li pagi baxxi jibqgħu karatteristika tal-impjiegi fl-Unjoni Ewropea. Huwa stmat li madwar ħaddiem minn kull sitta għandu paga baxxa. Fis-snin reċenti, pagi baxxi f’ħafna Stati Membri ma żammewx il-pass ma’ pagi oħra, li wassal għal żieda fl-inugwaljanza bejn il-pagi. Il-proporzjon tal-impjegati f’riskju tal-faqar żdied minn 8,3 % fl-2010 għal 9,3 % fl-2018. Barra minn hekk, it-tifqigħa tal-COVID-19 kellha impatt negattiv fuq il-pagi tal-ħaddiema, speċjalment dawk bl-aktar dħul baxx, bħall-ħaddiema fis-setturi tat-tindif, tal-bejgħ bl-imnut, tas-saħħa u tal-kura fit-tul u tal-kura residenzjali. Setturi li jaqgħu parzjalment jew kompletament taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Stħarriġ online tal-Eurofound għall-2020 sab li kważi 40 % ta’ dawk li wieġbu fl-UE sostnew li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom kienet agħar minn dik ta’ qabel il-pandemija, u kważi nofshom sostnew li l-familji tagħhom ma kinux qed ilaħħqu mal-ħajja (47 % f’April 2020); Barra minn hekk, filwaqt li jikkostitwixxu 48 % tal-impjegati b’mod ġenerali fl-Unjoni Ewropea, in-nisa jikkostitwixxu 59 % ta’ dawk li jaqilgħu paga minima. Dan jikkontribwixxi għad-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet u l-faqar fost in-nisa li jaħdmu (3). Għalhekk, il-konverġenza ’l fuq tgħin biex jitnaqqas il-faqar fost dawk li jaħdmu kif ukoll jitnaqqsu d-differenzi bejn il-ġeneri fil-pagi u fil-pensjonijiet; |
|
6. |
iqis li l-bażi ġuridika tal-Artikolu 153 tat-TFUE proposta mill-Kummissjoni, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà u fl-applikazzjoni tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (C-268/06 Impact 2008), ma tippermetti l-ebda indħil dirett fid-determinazzjoni tar-remunerazzjoni fl-Unjoni Ewropea. Il-proposta tal-Kummissjoni tista’ tkun biss proċess oġġettiv f’rikonoxximent sħiħ tal-leġiżlazzjoni nazzjonali eżistenti dwar il-paga minima u r-rwol tal-imsieħba soċjali; |
|
7. |
jiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għall-ħtieġa ta’ approċċ multidimensjonali biex jiġi indirizzat il-faqar fost dawk li jaħdmu. L-analiżi tal-Kummissjoni stess turi li l-indirizzar tal-faqar fost dawk li jaħdmu huwa sfida kumplessa li fiha fatturi oħra, bħas-sistema tat-taxxa, l-inizjattivi ta’ taħriġ, il-livell tal-benefiċċji soċjali u l-politiki dwar l-impjiegi, kif ukoll il-monitoraġġ tad-dritt pożittiv għandhom rwol kruċjali wkoll. Dawn l-oqsma jaqgħu prinċipalment taħt il-kompetenza tal-Istati Membri, għalhekk is-suċċess ta’ proċess Ewropew għal pagi minimi adegwati jiddependi ħafna mir-rieda tal-Istati Membri stess biex jadattaw għal dawn il-parametri; |
|
8. |
jirrimarka li, skont l-Artikolu 154 tat-TFUE u qabel is-sottomissjoni tal-abbozz tagħha, il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni f’żewġ stadji mal-imsieħba soċjali dwar miżuri possibbli tal-UE fil-qasam tal-pagi minimi. Fl-ewwel fażi, bejn l-14 ta’ Jannar u l-25 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni kkonsultat mal-imsieħba soċjali dwar il-bżonn għal inizjattiva dwar il-pagi minimi, u d-direzzjoni possibbli tagħha. Fit-tieni fażi, bejn it-3 ta’ Ġunju u l-4 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni kkonsultat mal-imsieħba soċjali dwar il-kontenut u l-istrument legali tal-proposta prevista. Il-proposta għal Direttiva tqis il-kontributi tal-partijiet, b’mod partikolari dwar il-kwistjoni tal-awtonomija tal-imsieħba soċjali fin-negozjar kollettiv. Għalhekk huwa kruċjali li l-Kummissjoni tappoġġja l-bini tal-kapaċità futura u l-awtonomija tal-imsieħba soċjali, kemm fil-livell Ewropew kif ukoll f’dak nazzjonali, peress li l-leġiżlazzjoni ma tiggarantixxix imsieħba soċjali b’saħħithom. Inġabru wkoll il-fehmiet tal-pubbliku permezz tat-tweġibiet għall-Ewrobarometru Standard 92 (Ħarifa 2019), li kien jinkludi mistoqsijiet dwar il-prijoritajiet tal-Unjoni Ewropea inkluża l-paga minima; |
|
9. |
iqis li paga dinjituża tmur lil hinn mill-qerda tal-faqar estrem. L-għan tagħha huwa li jiżgura li n-nies ikunu jistgħu jaffordjaw stil ta’ ħajja bażiku u jipparteċipaw fil-ħajja soċjali u kulturali. Hija marbuta speċifikament mal-kuntest u għandha tmur lil hinn mill-pagi tal-faqar, biex jiġi żgurat li n-nies ikunu jistgħu jissodisfaw il-ħtiġijiet bażiċi tagħhom; |
|
10. |
jirrimarka li abbażi tal-Artikolu 153(1)(b) tat-TFUE u f’konformità sħiħa mal-Artikolu 153(5), diġà ġew adottati għadd ta’ Direttivi li jinkludu dispożizzjonijiet dwar il-paga (4); |
|
11. |
isostni li għandu jiġi rispettat il-prinċipju ta’ paga ugwali għal xogħol ugwali f’dawk il-każijiet fejn il-pagi minimi jiġu stabbiliti skont is-settur; |
|
12. |
jappoġġja bis-sħiħ il-fatt li l-abbozz ta’ Direttiva ma jipprevedi l-ebda armonizzazzjoni soċjali minima, u jifhem li l-proposta tal-Kummissjoni tipprevedi klawżola ta’ nonrigressjoni għal livelli ta’ protezzjoni ogħla minn dawk iggarantiti mid-Direttiva proposta (Artikolu 16); |
|
13. |
jirrikonoxxi li, fil-proposta tagħha għal Direttiva, il-Kummissjoni teskludi lill-Istati Membri li l-pagi minimi tagħhom huma stabbiliti fi ftehimiet kollettivi mill-Kapitolu II tad-Direttiva dwar il-pagi minimi statutorji; |
|
14. |
iqis li l-proposta tal-Kummissjoni ġġib valur miżjud Ewropew minħabba li fil-fatt din toħloq bażi biex tinbeda konverġenza ’l fuq tal-pagi minimi fi djalogu mal-Istati Membri; |
|
15. |
jenfasizza d-dimensjoni reġjonali qawwija tal-kwistjoni tal-pagi minimi adegwati, anke jekk din mhix indirizzata biżżejjed fil-proposta tal-Kummissjoni. Id-dimensjoni reġjonali tirriżulta mill-eżistenza ta’ ftehimiet kollettivi reġjonali, mill-interazzjoni qawwija bejn il-pagi minimi u l-koeżjoni soċjali u territorjali u l-fatt li l-awtoritajiet lokali għandhom ir-responsabbiltà aħħarija għall-iffissar tal-pagi, abbażi tal-kundizzjonijiet lokali u reġjonali, saħansitra fil-kwalità tagħhom ta’ impjegaturi; |
|
16. |
jiġbed l-attenzjoni għall-istudju kkummissjonat mill-KtR dwar “Fair Minimum Wages The Local and Regional Perspective” (Pagi Minimi Ġusti Il-Perspettiva Lokali u Reġjonali) (5). Jenfasizza b’mod partikolari l-konklużjoni li l-introduzzjoni ġenerali tal-pagi minimi reġjonali ma tistax tiġi sostnuta għal diversi raġunijiet, fost oħrajn, l-oqfsa istituzzjonali, il-kompetenzi u t-tradizzjonijiet li jpoġġu l-iffissar tal-pagi minimi primarjament fil-livell nazzjonali, iżda li fl-istess ħin jeżistu għadd ta’ possibbiltajiet għal rwol tal-awtoritajiet lokali u reġjonali fl-infurzar, il-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-pagi minimi; |
|
17. |
iwissi li hemm differenzi sinifikanti bejn l-ammont ta’ persuni li jiddependu fuq il-paga minima fiż-żoni urbani u rurali, u jenfasizza li sabiex tkun tista’ tiġi koperta t-talba għal konverġenza lejn pagi minimi aktar adegwati, jeħtieġ li jinstabu approċċi innovattivi biex jgħinu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jiksbu l-fondi meħtieġa fil-baġits tagħhom, li ġew devastati serjament mill-pandemija tal-COVID-19; |
|
18. |
iqis li t-tfassil ta’ pjani ta’ azzjoni nazzjonali għall-promozzjoni tan-negozjar kollettiv fl-Istati Membri, kif deskritt fl-Artikolu 4(2), seta’ jiġi ssostanzjat billi ssir referenza għall-elementi possibbli ta’ tali pjani ta’ azzjoni; |
|
19. |
jistaqsi, fil-prinċipju, jekk il-kunċett ta’ ħaddiem li fuqu hija bbażata d-Direttiva għandux jiġi rivedut fil-livell tal-UE. Madankollu, ir-referenza għal każistika tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja mill-1986 (il-Kawża Lawrie Blum) ma tqisx l-emerġenza ta’ forom ġodda ta’ xogħol, b’mod speċjali forom prekarji fl-ekonomija tal-pjattaforma; |
|
20. |
ifakkar, b’rabta mal-għoti ta’ kuntratti, fis-Sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fil-Kawża C-115/14 (tas-17 ta’ Novembru 2015): skont dik is-sentenza, id-dritt tal-Unjoni ma jipprekludix l-esklużjoni minn proċedura għall-għoti ta’ kuntratt ta’ offerent li jirrifjuta li jintrabat li jħallas il-paga minima statutorja lill-persunal ikkonċernat (6); |
|
21. |
jenfasizza li l-abbozz ta’ Direttiva ma jsemmix b’mod espliċitu l-fatt li l-monitoraġġ għall-implimentazzjoni tad-Direttiva jista’ jkun marbut mal-proċess tas-Semestru Ewropew, pereżempju billi tiġi aġġustata t-tabella ta’ valutazzjoni soċjali; jara din l-għażla minn perspettiva kritika sakemm il-proċess tas-semestru b’mod ġenerali ma jkunx soġġett għal riforma estensiva biex jiżgura aktar trasparenza, governanza demokratika (dritt ta’ konsultazzjoni għall-Parlament Ewropew) u l-involviment tal-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-imsieħba soċjali abbażi ta’ approċċ imsejjes fuq is-sħubija; |
|
22. |
jemmen li l-proċess ta’ konverġenza lejn pagi minimi aktar ġusti għandu jkun akkumpanjat minn proposta tal-Kummissjoni għal miżuri dwar it-trasparenza tal-pagi, li, fost affarijiet oħra, tkun ukoll mezz importanti biex titnaqqas id-differenza bejn il-ġeneri fil-pagi u biex tipprevjeni prattiki diskriminatorji abbażi tar-razza, it-twemmin, l-età, id-diżabilità, jew l-orjentazzjoni sesswali (7). |
Brussell, id-19 ta’ Marzu 2021.
Apostolos TZITZIKOSTAS
Il-President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
(1) Ara l-paragrafu 31 tal-Opinjoni tal-KtR dwar — Ewropa soċjali b’saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti (Relatur: Anne Karjalainen) (ĠU C 440, 18.12.2020, p. 42).
(2) 6. Il-pagi u s-salarji; Il-ħaddiema għandhom id-dritt għal pagi ġusti li jipprovdulhom standard ta’ għajxien adegwat. Pagi minimi adegwati għandhom ikunu żgurati, b’mod li dawn jipprovdu għas-sodisfazzjoni tal-bżonnijiet tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom, filwaqt li jissalvagwardjaw l-aċċess għall-impjiegi u l-inċentivi li jfittxu xogħol. Għandu jiġi evitat il-faqar fost dawk li jaħdmu.
Il-pagi kollha għandhom ikunu stabbiliti b’mod trasparenti u prevedibbli skont il-politiki nazzjonali u jirrispettaw l-awtonomija tas-sħab soċjali.
(3) Eurofound (2017), In-work poverty in the EU (Il-faqar fost dawk li jaħdmu fl-UE), Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu (mhux disponibbli bil-Malti).
(4) Ara fost l-oħrajn (1) id-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 23), (2) id-Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU L 283, 28.10.2008, p. 36) u (3) d-Direttiva (UE) 2019/1158 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u għall-persuni li jindukraw u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE (ĠUL188, 12.7.2019, p. 79).
(5) https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/6f084eaa-879e-11eb-ac4c-01aa75ed71a1/language-en
(6) Il-leġiżlazzjoni ta’ entità reġjonali ta’ Stat Membru li timponi fuq l-offerenti u s-sottokuntratturi tagħhom li jintrabtu li jħallsu paga minima lill-persunal li jkun qed jesegwixxi s-servizzi fil-mira ta’ kuntratt pubbliku nstabet li kienet tikkonforma mal-liġi tal-UE.
(7) Ara l-punt 32 tal-Opinjoni tal-KtR — Ewropa soċjali b’saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti (Relatur: Anne Karjalainen) (ĠU C 440, 18.12.2020, p. 42).