ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 163

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
3 ta' Mejju 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2021/C 163/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 163/02

Kawża C-664/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Marzu 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja tal-ambjent – Artikolu 13(1) u Anness XI – Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limiti għad-dijossidu tan-nitroġenu (NOs) f’ċerti żoni tar-Renju Unit – Artikolu 23(1) – Anness XV – Perijodu ta’ qbiż l-iqsar possibbli – Miżuri xierqa)

2

2021/C 163/03

Kawża C-193/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Malmö – l-Isvezja) – A vs Migrationsverket (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Konvenzjoni li timplimenta l-ftehim ta’ Schengen – Konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) meta jsir l-eżami ta’ applikazzjoni għal permess ta’ residenza mressqa minn ċittadin ta’ pajjiż terz li kien is-suġġett ta’ allert f’din is-sistema għall-finijiet ta’ rifjut ta’ dħul – Artikolu 25(1) – Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen – Kundizzjonijiet ta’ dħul għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz – Artikolu 6(1) u (5) – Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Artikolu 7 u Artikolu 24(2) – Rifjut ta’ tiġdid ta’ permess ta’ residenza għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja minħabba li l-identità tal-applikant ma ġietx stabbilita b’ċertezza)

3

2021/C 163/04

Kawża C-220/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-3 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana – Spanja) – Promociones Oliva Park SL vs Tribunal Económico Administrativo Regional (TEAR) de la Comunidad Valenciana (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2008/118/KE – Skema ġenerali tad-dazju tas-sisa – Artikolu 1(2) – Taxxi indiretti addizzjonali fuq il-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa – Direttiva 2009/28/KE – Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli – Artikolu 1 u Artikolu 3(1) u (2), kif ukoll (3)(a), dan l-aħħar punt moqri fid-dawl tal-Artikolu 2(k) – Direttiva 2009/72/KE – Regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku – Taxxa fuq il-valur tal-produzzjoni tal-enerġija elettrika – Natura u struttura tat-taxxa – Taxxa li taffettwa bl-istess mod l-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli u dak prodott minn sorsi mhux rinnovabbli)

4

2021/C 163/05

Kawża C-362/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Marzu 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Fútbol Club Barcelona, Ir-Renju ta’ Spanja (Appell – Għajnuna mill-Istat – Għajnuna mogħtija lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali – Artikolu 107(1) TFUE – Kunċett ta’ vantaġġ – Skema ta’ għajnuna – Regolament (UE) 2015/1589 – Artikolu 1(d) – Rata preferenzjali ta’ taxxa – Entitajiet mingħajr skop ta’ lukru – Tnaqqis fiskali inqas vantaġġuż – Effett – Appell inċidentali – Artikoli 169 u 178 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja)

5

2021/C 163/06

Kawżi magħquda C-434/19 u C-435/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Marzu 2021 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Poste Italiane SpA (C-434/19), Agenzia delle entrate – Riscossione (C-435/19) vs Riscossione Sicilia SpA agente riscossione per la provincia di Palermo e delle altre provincie siciliane (C-434/19), Poste Italiane SpA (C-435/19) (“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mill-Istat – Kompetizzjoni – Artikolu 107(1) TFUE – Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni – Artikolu 106(2) TFUE – Servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali – Ġestjoni tas-servizz ta’ kont kurrenti postali għall-irkupru tat-taxxa komunali fuq l-immobbli – Impriżi li jibbenefikaw minn drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri – Drittijiet ta’ kummissjoni stabbiliti b’mod unilaterali mill-impriża benefiċjarja – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Artikolu 102 TFUE – Inammissibbiltà)

5

2021/C 163/07

Kawżi magħquda C-473/19 u C-474/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vänersborgs tingsrätt, mark- och miljödomstolen – L-Isvezja) – Föreningen Skydda Skogen (C-473/19), Naturskyddsföreningen i Härryda, Göteborgs Ornitologiska Förening (C-474/19) vs Länsstyrelsen i Västra Götalands län, B.A.B. (C-473/19), U.T.B. (C-474/19) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Direttiva 92/43/KEE – Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa – Artikolu 12(1) – Direttiva 2009/147/KE – Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi – Artikolu 5 – Forestrija – Projbizzjonijiet intiżi sabiex jiżguraw il-konservazzjoni tal-ispeċi protetti – Proġett ta’ qtugħ forestali definittiv – Sit li jospita l-ispeċi protetti)

6

2021/C 163/08

Kawża C-581/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Frenetikexito – Unipessoal Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2(1)(ċ) – Provvisti suġġetti għall-VAT – Eżenzjonijiet – Artikolu 132(1)(ċ) – Provvisti ta’ kura fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-professjonijiet mediċi u paramediċi – Monitoraġġ u konsulenza nutrizzjonali – Attivitajiet sportivi, ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi – Kunċetti ta’ provvista kumplessa unika, ta’ provvista anċillari għall-provvista prinċipali u ta’ indipendenza tal-provvisti – Kriterji)

7

2021/C 163/09

Kawża C-912/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Agrimotion S.A. vs ADAMA Deutschland GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti – Regolament (KE) Nru 1107/2009 – Artikolu 52(1) – Permess ta’ kummerċ parallel – Natura personali ta’ dan il-permess)

7

2021/C 163/10

Kawża C-947/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Marzu 2021 – Carmen Liaño Reig vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) (Appell – Unjoni Ekonomika u Monetarja – Unjoni Bankarja – Ristrutturazzjoni u riżoluzzjoni tal-istabbilimenti ta’ kreditu u tal-impriżi tal-investiment – Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni ta’ stabbilimenti ta’ kreditu u ta’ ċerti ditti tal-investiment (SRM) – Proċedura ta’ riżoluzzjoni – Adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español SA – Regolament (UE) Nru 806/2014 – Artikolu 24 – Għodda tal-bejgħ tal-operat – Artikolu 21 – Żvalutazzjoni u konverżjoni ta’ strumenti finanzjarji – Strumenti finanzjarji tal-kategorija 2 – Rikors għal annullament – Annullament parzjali – Natura mhux diviżibbli – Inammissibbiltà)

8

2021/C 163/11

Kawża C-7/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – VS vs Hauptzollamt Münster (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Kodiċi Doganali tal-Unjoni – Regolament (UE) Nru 952/2013 – Artikolu 87(4) – Post ta’ tnissil tad-dejn doganali – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 2(1) – Artikoli 70 u 71 – Fatt taxxabbli u eżiġibbiltà tal-VAT fuq l-importazzjoni – Post ta’ tnissil tad-dejn fiskali – Konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu impost mil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni – Oġġett fiżikament introdott fit-territorju doganali tal-Unjoni fi Stat Membru iżda daħal fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni fl-Istat Membru fejn saret il-konstatazzjoni)

9

2021/C 163/12

Kawża C-403/20 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2020 minn CF, TB, LO S.A. u UM S.L. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-25 ta’ Ġunju 2020 fil-Kawża T-22/19, Noguer Enríquez et vs Il-Kummissjoni

9

2021/C 163/13

Kawża C-557/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal correctionnel de Limoges (Franza) fit-23 ta’ Ottubru 2020 – Proċeduri kriminali kontra DS

10

2021/C 163/14

Kawża C-727/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ottubru 2020 – AR vs St. Vincenz-Krankenhaus GmbH

10

2021/C 163/15

Kawża C-37/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Jannar 2021 – flightright GmbH vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

11

2021/C 163/16

Kawża C-58/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fl-1 ta’ Frar 2021 – FK

12

2021/C 163/17

Kawża C-66/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats Zwolle (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Jannar 2021 – O.T. E. vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

12

2021/C 163/18

Kawża C-69/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Frar 2021 – X vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

13

2021/C 163/19

Kawża C-88/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiojo administracinio teismo (il-Litwanja) fit-12 ta’ Frar 2021 – Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerija

14

2021/C 163/20

Kawża C-89/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-12 ta’ Frar 2021 – Romega UAB vs Valstybinė maisto ir veterinarijos tarnyba

15

2021/C 163/21

Kawża C-97/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Blagoevgrad (il-Bulgarija) fis-16 ta’ Frar 2021 – MV – 98 vs Nachalnik na otdel Operativni deynosti – grad Sofia v glavna direktsia Fiskalen kontrol pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

15

2021/C 163/22

Kawża C-105/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-22 ta’ Frar 2021 – Proċeduri kriminali kontra IR

16

2021/C 163/23

Kawża C-115/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2021 minn Oriol Junqueras i Vies mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-24/20, Junqueras i Vies vs Il-Parlament

17

2021/C 163/24

Kawża C-119/21 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2021 minn PlasticsEurope mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-207/18, PlasticsEurope v ECHA

18

2021/C 163/25

Kawża C-124/21 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2021 minn International Skating Union mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-93/18, International Skating Union vs Il-Kummissjoni Ewropea

19

2021/C 163/26

Kawża C-127/21 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2021 minn American Airlines, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-430/18, American Airlines vs Il-Kummissjoni

21

2021/C 163/27

Kawża C-144/21: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2021 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni Ewropea

22

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 163/28

Kawża T-245/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – ViaSat vs Il-Kummissjoni (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għal annullament – Networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi – Użu armonizzat tal-ispektrum ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz – Sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) – Deċiżjoni 2007/98/KE – Proċedura armonizzata ta’ għażla tal-operaturi – Awtorizzazzjonijiet għall-operaturi magħżula – Deċiżjoni Nru 626/2008/KE – Talba li tittieħed azzjoni – Assenza ta’ intimazzjoni – Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni – Inammissibbiltà – Rifjut li tittieħed azzjoni – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà – Kompetenza tal-Kummissjoni)

23

2021/C 163/29

Kawża T-539/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – Ayuntamiento de Quart de Poblet vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ – Programm Qafas għall-Innovazzjoni u l-Kompetittività (2007-2013) – Kuntratti Highly scalable Deployment model of Inclusive E-GOvern (DIEGO) u Speeding Every European Digital (SEED) – Noti ta’ debitu – Spejjeż eliġibbli – Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż – Affidabbiltà tar-rekords tal-komiti ddedikati għall-proġetti)

24

2021/C 163/30

Kawża T-693/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 10 ta’ Marzu 2021 – Kerry Luxembourg vs EUIPO – Ornua (KERRYMAID) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali KERRYMAID – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti Kerrygold – Raġuni relattiva għal rifjut – Isem ġeografiku – Element dominanti – Koeżistenza paċifika – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Applikazzjoni ratione temporis tal-liġi)

24

2021/C 163/31

Kawża T-694/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – FI vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Konjuġi superstiti – Pensjoni tas-superstiti – Artikoli 18, 19 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal – Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà – Tul taż-żwieġ – Eċċezzjoni ta’ illegalità – Ugwaljanza fit-trattament – Proporzjonalità)

25

2021/C 163/32

Kawża T-809/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2021 – Liga Nacional de Fútbol Profesional vs EUIPO (El Clasico) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea – Trade mark figurattiva El Clasico – Raġunijiet assoluti għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Karattru deskrittiv – Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu – Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u (3) tar-Regolament (UE) 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

25

2021/C 163/33

Kawża T-56/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2021 – Bezos Family Foundation vs EUIPO – SNCF Mobilités (VROOM) [Trademark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trademark verbali tal-Unjoni Ewropea VROOM – Trademark nazzjonali verbali preċedenti POP & VROOM – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]

26

2021/C 163/34

Kawża T-61/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2021 – Sonova vs EUIPO – Digitmarket (B-Direct) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea – Trade mark verbali B-Direct – Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea bizdirect – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

27

2021/C 163/35

Kawża T-66/20: Sentenza tal-Qorti Ġeneral tal-10 ta’ Marzu 2021 – Hauz 1929 vs EUIPO Houzz (HAUZ LONDON) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HAUZ LONDON – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HOUZZ – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

27

2021/C 163/36

Kawża T-67/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – Hauz 1929 vs EUIPO – Houzz (HAUZ NEW YORK) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HAUZ NEW YORK – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HOUZZ – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

28

2021/C 163/37

Kawża T-68/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – Hauz 1929 vs EUIPO – Houzz (HAUZ EST 1929) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HAUZ EST 1929 – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HOUZZ – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

28

2021/C 163/38

Kawża T-71/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – Puma vs EUIPO – CAMäleon (PUMA-System) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali PUMA-System – Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti PUMA – Raġuni relattiva għal rifjut – Dannu għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

29

2021/C 163/39

Kawża T-99/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – Golvabia Innovation vs EUIPO (MaxWear) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MaxWear – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

30

2021/C 163/40

Kawża T-728/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2021 – Brand IP Licensing vs EUIPO Facebook (lovebook) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

30

2021/C 163/41

Kawża T-587/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2021 – Frutas Tono vs EUIPO – Agrocazalla (Marién) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Intervent tal-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell – Risposta ppreżentata wara l-iskadenza tat-terminu – Nuqqas ta’ ammissjoni għal intervent skont l-Artikolu 173(1) tar-Regoli tal-Proċedura – Annullament tat-trade mark verbali preċedenti li sservi ta’ bażi għad-deċiżjoni kkontestata – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

31

2021/C 163/42

Kawża T-885/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2021 – Aquind et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Enerġija – Infrastrutturi tal-enerġija trans-Ewropej – Regolament (UE) Nru 347/2013 – Delega ta’ setgħa lill-Kummissjoni – Artikolu 290 TFUE – Att iddelegat li jemenda l-lista ta’ proġetti ta’ interess komuni tal-Unjoni – Natura tal-att matul it-terminu li matulu l-Parlament u l-Kunsill jistgħu jesprimu oġġezzjonijiet – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà manifesta)

32

2021/C 163/43

Kawża T-132/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2021 – NEC OncoImmunity vs EASME (Rikors għal annullament – Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni Orizzont 2020 (2014-2020) – Ftehim ta’ sussidju – Ittra ta’ xoljiment – Att li jifforma parti minn kuntest kuntrattwali u li ma jistax jiġi sseparat minn dan il-kuntest – Inammissibbiltà – Regolament (UE) Nru 1290/2013 – Telf tal-istatus ta’ SME)

32

2021/C 163/44

Kawża T-135/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2021 – Vulkano Research and Development vs EUIPO – Ega (EGA Master) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

33

2021/C 163/45

Kawża T-251/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2021 – KG vs Il-Parlament (Rikors għal annullament u għad-danni – Servizz pubbliku – Pensjoni – Benefiċċju tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni fid-determinazzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni – Rifjut li tittieħed pożizzjoni fuq it-talba tar-rikorrent – Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju – Inammissibbiltà)

34

2021/C 163/46

Kawża T-437/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2021 – Ultrasun vs EUIPO (ULTRASUN) (Rikors għal annullament – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ULTRASUN – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament nieqes minn kull bażi legli)

34

2021/C 163/47

Kawża T-655/20 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2021 – Symrise vs ECHA (Talba għal miżuri provviżorji – REACH – Sustanza salicylas 2-etileżil – Stħarriġ tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet – Obbligu li tiġi pprovduta ċerta informazzjoni li teħtieġ ittestjar fuq l-annimali – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza)

35

2021/C 163/48

Kawża T-7/21: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – Kassl (STUDIO KASSL) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

35

2021/C 163/49

Kawża T-727/20: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2020 – Kirimova vs EUIPO

36

2021/C 163/50

Kawża T-33/21: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2021 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

37

2021/C 163/51

Kawża T-81/21: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2021 – Sistem ecologica vs Il-Kummissjoni

38

2021/C 163/52

Kawża T-101/21: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2021 – Primagra vs Il-Kummissjoni

39

2021/C 163/53

Kawża T-134/21: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2021 – Malacalza Investimenti u Malacalza vs BĊE

41

2021/C 163/54

Kawża T-144/21: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – Rimex Trading (UNK UNIK)

42

2021/C 163/55

Kawża T-147/21: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2021 – Gugler France vs EUIPO – Gugler (GUGLER)

43


 

Rettifika

2021/C 163/56

Rettifika tal-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża C-518/20 ( ĠU C 19, 18.1.2021 )

44


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 163/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 148, 26.4.2021

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 138, 19.4.2021

ĠU C 128, 12.4.2021

ĠU C 110, 29.3.2021

ĠU C 98, 22.3.2021

ĠU C 88, 15.3.2021

ĠU C 79, 8.3.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-4 ta’ Marzu 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq

(Kawża C-664/18) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja tal-ambjent - Artikolu 13(1) u Anness XI - Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limiti għad-dijossidu tan-nitroġenu (NOs) f’ċerti żoni tar-Renju Unit - Artikolu 23(1) - Anness XV - Perijodu ta’ qbiż “l-iqsar possibbli” - Miżuri xierqa)

(2021/C 163/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. Norris u K. Petersen, sussegwentement minn E. Manhaeve u J. Norris, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: F. Shibli, aġent, assistit minn J. Morrison, Barrister)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: inizjalment minn T. Henze u S. Eisenberg, sussegwentement minn J. Möller u S. Eisenberg, aġenti, assistiti minn U. Karpenstein, F. Fellenberg u K. Dingemann, Rechtsanwälte)

Dispożittiv

1)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq,

billi qabeż b’mod sistematiku u persistenti f’sittax-il żona tar-Renju Unit il-valur limitu annwali stabbilit għad-dijossidu tan-nitroġenu (NO2), jiġifieri fiż-żoni UK0001 (żona urbana ta’ Greater London); UK0002 (żona urbana tal-West Midlands); UK0003 (żona urbana ta’ Greater Manchester); UK0004 (żona urbana tal-West Yorkshire); UK0013 (żona urbana ta’ Teesside); UK0014 (The Potteries); UK0018 (Kingston upon Hull); UK0019 (żona urbana ta’ Southampton); UK0024 (żona urbana ta’ Glasgow); UK0029 (Eastern); UK0031 (South East); UK0032 (East Midlands); UK0033 (North West & Merseyside); UK0034 (Yorkshire & Humberside); UK0035 (West Midlands), u UK0036 (North East), kif ukoll il-valur limitu orarju stabbilit għan-NO2 fiż-żona UK0001 (żona urbana ta’ Greater London), mill-1 ta’ Jannar 2010, sas-sena 2017 inkluż, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 13(1) u tal-Anness XI tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa,

u

billi ma adottax, mill-11 ta’ Ġunju 2010, il-miżuri xierqa sabiex jiggarantixxi l-osservanza tal-valuri limiti stabbiliti għan-NO2 f’dawn iż-żoni kollha, naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) ta’ din id-direttiva, li jiggarantixxi li l-perijodu ta’ qbiż ikun l-iqsar possibbli.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 445, 10.12.2018.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Förvaltningsrätten i Malmö – l-Isvezja) – A vs Migrationsverket

(Kawża C-193/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni - Konvenzjoni li timplimenta l-ftehim ta’ Schengen - Konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) meta jsir l-eżami ta’ applikazzjoni għal permess ta’ residenza mressqa minn ċittadin ta’ pajjiż terz li kien is-suġġett ta’ allert f’din is-sistema għall-finijiet ta’ rifjut ta’ dħul - Artikolu 25(1) - Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen - Kundizzjonijiet ta’ dħul għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz - Artikolu 6(1) u (5) - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 7 u Artikolu 24(2) - Rifjut ta’ tiġdid ta’ permess ta’ residenza għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja minħabba li l-identità tal-applikant ma ġietx stabbilita b’ċertezza)

(2021/C 163/03)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Förvaltningsrätten i Malmö

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: Migrationsverket

Dispożittiv

L-Artikolu 25(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it tneħħija bil-mod ta’ kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom, iffirmata f’Schengen fid-19 ta’ Ġunju 1990 u li daħlet fis-seħħ fis-26 ta’ Marzu 1995, kif emendata bir-Regolament (UE) Nru 265/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Marzu 2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tippermetti l-ħruġ, l-estensjoni jew it-tiġdid ta’ permess ta’ residenza għall-finijiet tar-riunifikazzjoni tal-familja, mitluba mit-territorju ta’ dan l-Istat Membru minn ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun is-suġġett ta’ allert fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen għall-finijiet ta’ rifjut ta’ dħul fiż-żona Schengen u li l-identità tiegħu ma setgħetx tiġi stabbilita permezz ta’ dokument tal-ivvjaġġar validu, meta l-interessi ta’ dan l-Istat Membru li joħroġ l-allert, li jkun ġie kkonsultat minn qabel, ittieħdu inkunsiderazzjoni u l-permess ta’ residenza nħareġ, ġie estiż jew imġedded biss għal “raġunijiet sostantivi”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) u, b’mod partikolari l-Artikolu 6(1)(a) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma japplikax għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jinsab f’tali sitwazzjoni.


(1)  ĠU C 155, 6.5.2019


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-3 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana – Spanja) – Promociones Oliva Park SL vs Tribunal Económico Administrativo Regional (TEAR) de la Comunidad Valenciana

(Kawża C-220/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/118/KE - Skema ġenerali tad-dazju tas-sisa - Artikolu 1(2) - Taxxi indiretti addizzjonali fuq il-prodotti suġġetti għad-dazju tas-sisa - Direttiva 2009/28/KE - Promozzjoni tal-użu tal-enerġija prodotta minn sorsi rinnovabbli - Artikolu 1 u Artikolu 3(1) u (2), kif ukoll (3)(a), dan l-aħħar punt moqri fid-dawl tal-Artikolu 2(k) - Direttiva 2009/72/KE - Regoli komuni għas-suq intern tal-elettriku - Taxxa fuq il-valur tal-produzzjoni tal-enerġija elettrika - Natura u struttura tat-taxxa - Taxxa li taffettwa bl-istess mod l-elettriku prodott minn sorsi rinnovabbli u dak prodott minn sorsi mhux rinnovabbli)

(2021/C 163/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Promociones Oliva Park SL

Konvenut: Tribunal Económico Administrativo Regional (TEAR) de la Comunidad Valenciana

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 2008/118 tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ taxxa imposta fuq il-produzzjoni u l-introduzzjoni ta’ enerġija elettrika fis-sistema tal-elettriku fit-territorju nazzjonali u li l-valur taxxabbli tagħha huwa kkostitwit mill-ammont totali tad-dħul tal-persuna taxxabbli li jirriżulta mit-twettiq ta’ dawn l-attivitajiet, mingħajr ma tittieħed inkunsiderazzjoni l-kwantità ta’ elettriku effettivament prodott u introdott f’din is-sistema.

2)

L-Artikolu 1 u l-Artikolu 3(1) u (2), kif ukoll il-paragrafu 3(a) tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE, dan l-aħħar punt moqri fid-dawl tal-Artikolu 2(k) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ taxxa imposta b’rata unika fuq il-produzzjoni tal-elettriku u l-introduzzjoni tiegħu f’din is-sistema tal-elettriku, inkluż meta dan l-elettriku jkun prodott minn sorsi rinnovabbli, u li għandha bħala għan mhux il-protezzjoni tal-ambjent, iżda ż-żieda tad-dħul baġitarju.

3)

L-Artikolu 107(1) TFUE u l-Artikoli 32 sa 34 tad-Direttiva 2009/72 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ taxxa nazzjonali imposta fuq il-produzzjoni u l-introduzzjoni ta’ elettriku fis-sistema tal-elettriku fit-territorju ta’ Stat Membru, fil-każ fejn din it-taxxa ma tkunx applikabbli għall-introduzzjoni, f’din is-sistema, tal-elettriku prodott fl-Istati Membri l-oħra.


(1)  ĠU C 213, 24.06.2019


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-4 ta’ Marzu 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Fútbol Club Barcelona, Ir-Renju ta’ Spanja

(Kawża C-362/19 P) (1)

(Appell - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija lil ċerti klabbs tal-futbol professjonali - Artikolu 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “vantaġġ” - Skema ta’ għajnuna - Regolament (UE) 2015/1589 - Artikolu 1(d) - Rata preferenzjali ta’ taxxa - Entitajiet mingħajr skop ta’ lukru - Tnaqqis fiskali inqas vantaġġuż - Effett - Appell inċidentali - Artikoli 169 u 178 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja)

(2021/C 163/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková, B. Stromsky u G. Luengo, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Fútbol Club Barcelona (rappreżentanti: R. Vallina Hoset, J. Roca Sagarra, J. del Saz Cordero, A. Sellés Marco u R. Salas Lúcia, abogados), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: S. Centeno Huerta, J. Ruiz Sánchez u A. Rubio González, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Frar 2019, Fútbol Club Barcelona vs Il-Kummissjoni (T-865/16, EU:T:2019:113), hija annullata sa fejn din tilqa’ t-tieni motiv invokat fl-ewwel istanza u tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2391 tal-4 ta’ Lulju 2016, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.29769 (2013/C) (ex 2013/NN) implimentata minn Spanja għal ċerti klabbs tal-futbol.

2)

Ir-rikors ippreżentat fil-kawża T-865/16 mill-Fútbol Club Barcelona, intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni 2016/2391, huwa miċħud.

3)

Il-Fútbol Club Barcelona għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha sostnuti fil-kuntest ta’ dan l-appell.

5)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.


(1)  ĠU C 238, 15.7.2019


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-3 ta’ Marzu 2021 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Poste Italiane SpA (C-434/19), Agenzia delle entrate – Riscossione (C-435/19) vs Riscossione Sicilia SpA agente riscossione per la provincia di Palermo e delle altre provincie siciliane (C-434/19), Poste Italiane SpA (C-435/19)

(Kawżi magħquda C-434/19 u C-435/19) (1)

(“Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Kompetizzjoni - Artikolu 107(1) TFUE - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni - Artikolu 106(2) TFUE - Servizzi ta’ importanza ekonomika ġenerali - Ġestjoni tas-servizz ta’ kont kurrenti postali għall-irkupru tat-taxxa komunali fuq l-immobbli - Impriżi li jibbenefikaw minn drittijiet speċjali jew esklużivi mogħtija mill-Istati Membri - Drittijiet ta’ kummissjoni stabbiliti b’mod unilaterali mill-impriża benefiċjarja - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Artikolu 102 TFUE - Inammissibbiltà)

(2021/C 163/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Poste Italiane SpA (C-434/19), Agenzia delle entrate – Riscossione (C-435/19)

Konvenuti: Riscossione Sicilia SpA agente riscossione per la provicia di Palermo e delle altre provincie siciliane (C-434/19), Poste Italiane SpA (C-435/19)

fil-preżenza ta’: Poste italiane SpA – Bancoposta (C-435/19)

Dispożittiv

L-Artikolu 107 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi “għajnuna mill-Istat”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-miżura nazzjonali li permezz tagħha l-konċessjonarji inkarigati mill-ġbir tal-ICI huma obbligati jkollhom kont kurrenti miftuħ f’isimhom ma’ Poste Italiane SpA sabiex jippermettu l-ħlas ta’ din it-taxxa mill-persuni taxxabbli u huma obbligati jħallsu kummissjoni għall-ġestjoni ta’ dan il-kont kurrenti, sa fejn din il-miżura tkun imputabbli lill-Istat, tagħti vantaġġ selettiv lil Poste Italiane permezz ta’ riżorsi tal-Istat u tkun tista’ twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 328, 30.09.2019


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vänersborgs tingsrätt, mark- och miljödomstolen – L-Isvezja) – Föreningen Skydda Skogen (C-473/19), Naturskyddsföreningen i Härryda, Göteborgs Ornitologiska Förening (C-474/19) vs Länsstyrelsen i Västra Götalands län, B.A.B. (C-473/19), U.T.B. (C-474/19)

(Kawżi magħquda C-473/19 u C-474/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Direttiva 92/43/KEE - Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa - Artikolu 12(1) - Direttiva 2009/147/KE - Konservazzjoni ta’ għasafar selvaġġi - Artikolu 5 - Forestrija - Projbizzjonijiet intiżi sabiex jiżguraw il-konservazzjoni tal-ispeċi protetti - Proġett ta’ qtugħ forestali definittiv - Sit li jospita l-ispeċi protetti)

(2021/C 163/07)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Vänersborgs tingsrätt, mark- och miljödomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Föreningen Skydda Skogen (C-473/19), Naturskyddsföreningen i Härryda, Göteborgs Ornitologiska Förening (C-474/19)

Konvenuti: Länsstyrelsen i Västra Götalands län, B.A.B. (C-473/19), U.T.B. (C-474/19)

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prassi nazzjonali li permezz tagħha l-projbizzjonijiet previsti f’din id-dispożizzjoni jikkonċernaw biss l-ispeċi li huma elenkati fl-Anness I ta’ din id-direttiva, dawk li huma f’xi livell ta’ riskju jew li jsofru minn tnaqqis fil-popolazzjoni fuq bażi twila ta’ żmien.

2)

L-Artikolu 12(1)(a) sa (ċ) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, jipprekludi prassi nazzjonali li tipprovdi li, meta s-suġġett tal-attività umana, bħal attività ta’ sfruttament forestali jew ta’ żvilupp tal-art, ikun manifestament differenti mill-qtil jew mit-tfixkil ta’ speċi ta’ annimali, il-projbizzjonijiet previsti f’din id-dispożizzjoni japplikaw biss fil-każ ta’ riskju ta’ effett negattiv fuq l-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċi kkonċernati u, min-naħa l-oħra, il-protezzjoni mogħtija mill-imsemmija dispożizzjoni ma tibqax tapplika għall-ispeċi li jkunu laħqu stat ta’ konservazzjoni favorevoli.

3)

L-Artikolu 12(d) tad-Direttiva 92/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi prassi nazzjonali li tipprovdi li, fl-ipoteżi fejn, minkejja l-prekawzjonijiet meħuda, il-funzjonalità ekoloġika kontinwa tal-habitat naturali tal-ispeċi kkonċernata f’żona partikolari ntilfet minħabba ħsara, qerda jew deterjorazzjoni, irrispettivament minn jekk dan seħħx direttament jew indirettament, bħala effett tal-attività inkwistjoni kkunsidrata waħedha jew b’mod kumulattiv, il-projbizzjoni prevista f’din il-projbizzjoni tiġi applikata biss jekk teżisti probabbiltà ta’ deterjorazzjoni tal-istat ta’ konservazzjoni tal-ispeċi kkonċernata.


(1)  ĠU C 288, 26.8.2019.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-4 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD) – il-Portugall) – Frenetikexito – Unipessoal Lda vs Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-581/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1)(ċ) - Provvisti suġġetti għall-VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 132(1)(ċ) - Provvisti ta’ kura fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-professjonijiet mediċi u paramediċi - Monitoraġġ u konsulenza nutrizzjonali - Attivitajiet sportivi, ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi - Kunċetti ta’ “provvista kumplessa unika”, ta’ “provvista anċillari għall-provvista prinċipali” u ta’ “indipendenza tal-provvisti” - Kriterji)

(2021/C 163/08)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Arbitral Tributário (Centro de Arbitragem Administrativa – CAAD)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Frenetikexito – Unipessoal Lda

Konvenut: Autoridade Tributária e Aduaneira

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandha tiġi interpretata fis-sens li, mingħajr preġudizzju għal verifika mill-qorti tar-rinviju, servizz ta’ monitoraġġ nutrittiv ipprovdut minn professjonist iċċertifikat u awtorizzat fi ħdan stabbilimenti sportivi, u eventwalment fil-kuntest ta’ programmi li jinkludu wkoll servizzi ta’ benesseri u ta’ kultura fiżiċi, jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi distinta u indipendenti u ma jistax jaqa’ taħt l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(ċ) ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 383, 11.11.2019.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberlandesgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Agrimotion S.A. vs ADAMA Deutschland GmbH

(Kawża C-912/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Regolament (KE) Nru 1107/2009 - Artikolu 52(1) - Permess ta’ kummerċ parallel - Natura personali ta’ dan il-permess)

(2021/C 163/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Agrimotion S.A.

Konvenut: ADAMA Deutschland GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 52(1) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa biss id-detentur ta’ permess ta’ kummerċ parallel li jista’ jqiegħed prodott għall-protezzjoni tal-pjanti fis-suq tal-Istat Membru li jkun ta dan il-permess.


(1)  ĠU C 95, 23.03.2020.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Marzu 2021 – Carmen Liaño Reig vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)

(Kawża C-947/19 P) (1)

(Appell - Unjoni Ekonomika u Monetarja - Unjoni Bankarja - Ristrutturazzjoni u riżoluzzjoni tal-istabbilimenti ta’ kreditu u tal-impriżi tal-investiment - Mekkaniżmu uniku ta’ riżoluzzjoni ta’ stabbilimenti ta’ kreditu u ta’ ċerti ditti tal-investiment (SRM) - Proċedura ta’ riżoluzzjoni - Adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Banco Popular Español SA - Regolament (UE) Nru 806/2014 - Artikolu 24 - Għodda tal-bejgħ tal-operat - Artikolu 21 - Żvalutazzjoni u konverżjoni ta’ strumenti finanzjarji - Strumenti finanzjarji tal-kategorija 2 - Rikors għal annullament - Annullament parzjali - Natura mhux diviżibbli - Inammissibbiltà)

(2021/C 163/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Carmen Liaño Reig (rappreżentant: F. López Antón, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) (rappreżentanti: A. Valavanidou, S. Branca u J. King, aġenti, assistiti minn B. Meyring u T. Klupsch, Rechtsanwälte, F. B. Fernández de Trocóniz Robles, abogado)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Carmen Liaño Reig hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 87, 16.03.2020.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Marzu 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – VS vs Hauptzollamt Münster

(Kawża C-7/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Kodiċi Doganali tal-Unjoni - Regolament (UE) Nru 952/2013 - Artikolu 87(4) - Post ta’ tnissil tad-dejn doganali - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 2(1) - Artikoli 70 u 71 - Fatt taxxabbli u eżiġibbiltà tal-VAT fuq l-importazzjoni - Post ta’ tnissil tad-dejn fiskali - Konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu impost mil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni - Oġġett fiżikament introdott fit-territorju doganali tal-Unjoni fi Stat Membru iżda daħal fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni fl-Istat Membru fejn saret il-konstatazzjoni)

(2021/C 163/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: VS

Konvenut: Hauptzollamt Münster

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 71(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni ta’ oġġetti suġġetti għal dazji doganali titnissel fl-Istat Membru fejn saret il-konstatazzjoni tan-nuqqas ta’ osservanza ta’ obbligu impost mil-leġiżlazzjoni doganali tal-Unjoni, meta l-oġġetti inkwistjoni, anki jekk fiżikament ġew introdotti fit-territorju doganali tal-Unjoni fi Stat Membru ieħor, daħlu fiċ-ċirkwit ekonomiku tal-Unjoni fl-Istat Membru fejn saret l-imsemmija konstatazzjoni.


(1)  ĠU C 137, 27.4.2020.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/9


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2020 minn CF, TB, LO S.A. u UM S.L. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-25 ta’ Ġunju 2020 fil-Kawża T-22/19, Noguer Enríquez et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-403/20 P)

(2021/C 163/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: CF, TB, LO S.A. u UM S.L. (rappreżentanti: J. Álvarez González u S. San Felipe Menéndez, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tat-3 ta’ Marzu 2012, il-Qorti tal-Ġustizzja (is-Seba’ Awla) ċaħdet l-appell bħala parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat, u kkundannat lil CF, TB, LO S.A. u UM S.L. għall-ispejjeż rispettivi tagħhom.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal correctionnel de Limoges (Franza) fit-23 ta’ Ottubru 2020 – Proċeduri kriminali kontra DS

(Kawża C-557/20)

(2021/C 163/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal correctionnel de Limoges

Parti fil-proċeduri kriminali fil-kawża prinċipali

DS

fil-preżenza ta’: Union française des maréchaux-ferrants

B’digriet tas-16 ta’ Marzu 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) iddikjarat li t-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal correctionnel de Limoges (Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-11 ta’ Settembru 2020, hija manifestament inammissibbli.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ottubru 2020 – AR vs St. Vincenz-Krankenhaus GmbH

(Kawża C-727/20)

(2021/C 163/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AR

Konvenut: St. Vincenz-Krankenhaus GmbH

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludu l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 7(3) tal-Bundesurlaubsgesetz (il-Liġi Federali dwar il-Leave), li skontha d-dritt għal-leave annwali mħallas, li kien għadu ma tteħidx, ta’ ħaddiem li sofra, matul is-sena ta’ riferiment għal-leave, minn marda li wasslet għal inkapaċità għax-xogħol, iżda li kien għadu seta’ jieħu – tal-inqas parzjalment – dan il-leave qabel il-bidu tal-inkapaċità għax-xogħol tiegħu matul is-sena ta’ riferiment, jintemm ħmistax-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta’ riferiment f’każ ta’ persistenza, mingħajr interruzzjoni, tal-inkapaċità għax-xogħol, inkluż meta l-persuna li timpjega ma tkunx effettivament qiegħdet lill-ħaddiem fil-pożizzjoni li jeżerċita d-dritt għal-leave tiegħu billi tistiednu jagħmel hekk u tipprovdilu informazzjoni f’dan ir-rigward?

2.

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tmiem f’data sussegwenti huwa wkoll eskluż f’każ ta’ persistenza tal-inkapaċità għax-xogħol?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Jannar 2021 – flightright GmbH vs Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

(Kawża C-37/21)

(2021/C 163/15)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: flightright GmbH

Konvenut: Ryanair DAC, li kienet Ryanair Ltd

Domandi preliminari

1)

Awtorizzazzjoni ta’ tluq tardiva mill-ġestjonarju tat-traffiku tal-ajru tikkostitwixxi per se ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) jew din għandha tingħata risposta fin-negattiv peress li d-dewmien fl-awtorizzazzjonijiet ta’ tluq mill-ġestjonarju tat-traffiku tal-ajru, l-hekk imsejjaħ dewmien ta’ slot tat-tluq, ma huwiex avveniment li, fit-trasport tal-ajru, huwa “barra min-normal”, iżda avveniment li jagħmel parti mill-iżvolġiment abitwali u prevedibbli u mill-kuntest ġenerali tat-trasport tal-ajru internazzjonali peress li huwa inerenti għall-eżerċizzju normali tal-attività tal-kumpanniji tal-ajru?

2)

Għandu jitqies li l-hekk imsejjaħ dewmien ta’ slot tat-tluq mill-ġestjonarju tat-traffiku tal-ajru fit-trasport tal-ajru internazzjonali jikkostitwixxi ċirkustanza barra min-normal fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jew pjuttost effett sekondarju ordinarju, abitwali, li huwa prevedibbli fit-trasport tal-ajru jew, f’każ ta’ tilwima, għandha tiġi prodotta prova f’dan ir-rigward permezz ta’ rapporti perizji, fejn tali prova tiġi prodotta biss jekk id-dewmien ta’ slot tat-tluq iseħħ estremament rarament fit-trasport tal-ajru internazzjonali u mhux regolarment?

3)

Id-dewmien ta’ slots mill-ġestjonarju tat-traffiku tal-ajru jista’ jiġi kkwalifikat bħala ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 biss jekk ikun ibbażat fuq ċirkustanza li tista’ tiġi kkwalifikata bħala ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3), pereżempju fil-każ ta’ aċċident jew ta’ theddida terroristika, iżda mhux fil-każ ta’ kundizzjonijiet meteoroloġiċi li huma komuni għall-ħin u l-post tal-avveniment, li jaffettwaw temporanjament it-traffiku tal-ajru?

4)

Kundizzjonijiet meteoroloġiċi sfavorevoli bħala raġuni għal dewmien ta’ slot ta’ tluq, jikkostitwixxu ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004, b’mod partikolari, jekk tali kundizzjonijiet meteoroloġiċi fihom innifishom ikunu jikkostitwixxu ċirkustanza straordinarja, jiġifieri, jekk il-kundizzjonijiet meteoroloġiċi fil-post ikkonċernat u fil-ħin ikkonċernat, ikunu “barra min-normal” u ma jkunux fihom innifishom “kundizzjonijiet meteoroloġiċi abitwali u prevedibbli” fil-post ikkonċernat u fil-ħin ikkonċernat, iżda jkunu “jiddevjaw minnhom”?

5)

Kundizzjonijiet meteoroloġiċi sfavorevoli li ma jkunux barra min-normal f’post ikkonċernat u f’ħin ikkonċernat, u li ma jiddevjawx mill-kundizzjonijiet meteoroloġiċi abitwali u prevedibbli f’post ikkonċernat u f’ħin ikkonċernat huma avvenimenti inerenti għall-eżerċizzju normali tal-attività tal-kumpanniji tal-ajru fil-kuntest normali tat-trasport tal-ajru fis-sens tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fl-1 ta’ Frar 2021 – FK

(Kawża C-58/21)

(2021/C 163/16)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FK

Konvenut: Rechtsanwaltskammer Wien

Domandi preliminari

1)

Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), minn perspettiva kwantitattiva, meta l-qofol tal-interess tal-attività ta’ persuna jinsab fi Stat li ma huwiex Stat Membru li fih dik il-persuna hija wkoll residenti, u din il-persuna teżerċita attività wkoll f’żewġ Stati Membri (ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Awstrija), bl-attività tkun imqassma fiż-żewġ Stati Membri b’tali mod li l-parti b’mod ċara predominanti sseħħ fi Stat Membru wieħed (f’dan il-każ speċifiku fir-Repubblika Federali tal-Ġermanja)?

Fil-każ li l-interpretazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni tirriżulta f’ġurisdizzjoni għall-Awstrija, issir id-domanda li ġejja:

2)

Id-dispożizzjonijiet tas-subparagrafu aa tal-punt 2(c) tal-Artikolu 50(2) tar-Rechtsanwaltsordnung (il-Liġi dwar l-Avukati) (2) u d-dispożizzjonijiet tal-punt 8 tal-Artikolu 26(1) tas-Satzung Teil A 2018 (l-Istatut Parti A 2018) ibbażati fuqu, huma ammissibbli jew jiksru d-dritt tal-Unjoni kif ukoll id-drittijiet iggarantiti mid-dritt tal-Unjoni, peress li għall-għoti ta’ pensjoni tax-xjuħija jeħtieġu r-rinunzja għall-eżerċizzju tal-professjoni legali fi u barra mill-pajjiż (is-subparagrafu aa tal-punt 2(c) tal-Artikolu 50(2)) jew f’kull post ieħor (il-punt 8 tal-Artikolu 26(1) tal-Istatut Parti A 2018)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.

(2)  RGBl. Nr. 96/1868 kif emendata bir-BGBl I Nr. 10/2017.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats Zwolle (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Jannar 2021 – O.T. E. vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-66/21)

(2021/C 163/17)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Zwolle

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: O.T. E.

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Domandi preliminari

1.

(a)

Peress li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jistabbilixxi konformement mad-dritt nazzjonali l-punt li fih jibda l-perijodu ta’ riflessjoni ggarantit fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2004/81/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar il-permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar fi bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jikkoperaw ma’ l-awtoritajiet kompetenti (1), din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-perijodu ta’ riflessjoni jibda ipso iure fil-mument li fih iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jinnotifika (jikkomunika) t-traffikar ta’ bnedmin lill-awtoritajiet tal-Pajjiżi l-Baxxi?

(b)

Peress li r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jistabbilixxi konformement mad-dritt nazzjonali t-tul ta’ żmien tal-perijodu ta’ riflessjoni ggarantit fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2004/81/KE, din id-dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-perijodu ta’ riflessjoni jintemm ipso iure wara li jitressaq ilment dwar traffikar ta’ bnedmin jew wara li ċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz jindika li jirrinunzja li jressaq tali lment?

2.

Ordnijiet ta’ tneħħija fis-sens tal-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2004/81/KE għandhom jinftiehmu fis-sens li jinkludu ordnijiet intiżi għat-tneħħija ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz mit-territorju tal-Istat Membru lejn it-territorju ta’ Stat Membru ieħor?

3.

(a)

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2004/81/KE jipprekludi l-adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment matul il-perijodu ta’ riflessjoni ggarantit fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-artikolu?

(b)

L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2004/81/KE jipprekludi, matul il-perijodu ta’ riflessjoni ggarantit fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-artikolu, l-infurzar ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment li diġà ttieħdet, jew it-tħejjija għal tali infurzar?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 69.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ Frar 2021 – X vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-69/21)

(2021/C 163/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats’s-Hertogenbosch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Domandi preliminari

1)

Żieda sinjinfikattiva fl-intensità tal-uġigħ ikkawżata mill-assenza ta’ kura medika, mingħajr bidla fis-sintomi tal-marda, tikkostitwixxi sitwazzjoni li tmur kontra l-Artikolu 19(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), moqri flimkien mal-Artikolu 1 tal-Karta u mal-Artikolu 4 tal-Karta, jekk l-ebda posponiment tal-obbligu ta’ tluq li jirriżulta mid-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar ir-ritorn”) ma huwa permess?

2)

L-istabbiliment ta’ terminu fiss li fih l-konsegwenzi tal-assenza ta’ kura medika għandhom jimmanifestaw ruħhom sabiex ikun hemm ostakolu mediku għall-obbligu ta’ ritorn li jirriżulta mid-Direttiva dwar ir-ritorn huwa kompatibbli mal-Artikolu 4 tal-Karta, moqri flimkien mal-Artikolu 1 tal-Karta? Jekk l-istabbiliment ta’ terminu fiss ma jmurx kontra d-dritt tal-Unjoni, Stat Membru jista’ jistabbilixxi perijodu ġenerali li jkun identiku għall-kundizzjonijiet mediċi kollha possibbli u għall-konsegwenzi mediċi kollha possibbli?

3)

L-istabbiliment li l-konsegwenzi ta’ tkeċċija de facto għandhom jiġu evalwati biss fil-mument li fih jiġi stabbilit jekk, u f’liema kundizzjonijiet, il-barrani jista’ jivvjaġġa, huwa konformi mal-Artikolu 19(2) tal-Karta, moqri flimkien mal-Artikolu 1 tal-Karta u mal-Artikolu 4 tal-Karta, u mad-Direttiva dwar ir-ritorn?

4)

L-Artikolu 7 tal-Karta, moqri flimkien mal-Artikolu 1 tal-Karta u mal-Artikolu 4 tal-Karta, u fid-dawl tad-Direttiva dwar ir-ritorn, jeżiġi li l-istat ta’ saħħa tal-barrani u l-kura li huwa jirċievi għal dan l-istat fl-Istat Membru jiġu evalwati fil-mument li jiġi eżaminat jekk ir-rispett tal-ħajja privata għandux jagħti lok għall-awtorizzazzjoni tar-residenza? L-Artikolu 19(2) tal-Karta, moqri flimkien mal-Artikolu 1 tal-Karta u mal-Artikolu 4 tal-Karta, u fid-dawl tad-Direttiva dwar ir-ritorn, jeżiġi li l-ħajja privata u l-ħajja tal-familja, fis-sens tal-Artikolu 7 tal-Karta, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-evalwazzjoni dwar jekk problemi mediċi jistgħux jikkostitwixxu ostakolu għat-tkeċċija?


(1)  ĠU 2008, L 348, p. 98.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiojo administracinio teismo (il-Litwanja) fit-12 ta’ Frar 2021 – Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerija

(Kawża C-88/21)

(2021/C 163/19)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Parti fil-kawża prinċipali

Lietuvos Respublikos vidaus reikalų ministerija

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 39 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533/ĠAI tat-12 ta’ Ġunju 2007 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen Tat-Tieni Ġenerazzjoni (SIS II) (ĠU 2007, L 205, p. 63, rettifika fil-ĠU 2014, L 299, p. 33), b’mod partikolari l-Artikolu 39(3), għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi obbligu li tiġi pprojbita r-reġistrazzjoni ta’ oġġetti li għalihom inħareġ allert fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen minkejja l-fatt li l-allert ma għadux rilevanti (peress li l-vettura nstabet; il-proċedura kriminali fl-Istat Membru fejn kienet instabet il-vettura twaqqfet fl-assenza ta’ reat kriminali mwettaq f’dan l-Istat Membru; u l-Istat li daħħal l-allert ġie informat iżda jonqos milli jieħu azzjoni sabiex ineħħi l-allert mis-sistema)?

2)

L-Artikolu 39 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533, b’mod partikolari l-Artikolu 39(3), għandu jiġi interpretat fis-sens li jobbliga lill-Istat Membru li jkun sab l-oġġett li għalih inħareġ allert skont l-Artikolu 38(1) ta’ din id-deċiżjoni, li jistabbilixxi regoli fid-dritt nazzjonali li jipprojbixxu li tittieħed kwalunkwe azzjoni fir-rigward tal-oġġett li nstab, ħlief l-azzjonijiet li permezz tagħhom jintlaħaq l-għan imsemmi fl-Artikolu 38 (qbid jew użu bħala prova fi proċeduri kriminali)?

3)

L-Artikolu 39 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/533, b’mod partikolari l-Artikolu 39(3), għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lill-Istati Membri jistabbilixxu regoli ġuridiċi li jipprevedu eċċezzjonijiet għall-projbizzjoni li jiġu rreġistrati l-vetturi li għalihom ġie mdaħħal allert fis-SIS skont l-Artikolu 38 tad-deċiżjoni, wara li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jkunu ħadu passi sabiex l-Istat li daħħal l-allert jiġi informat dwar l-oġġett li nstab?


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fit-12 ta’ Frar 2021 – “Romega” UAB vs Valstybinė maisto ir veterinarijos tarnyba

(Kawża C-89/21)

(2021/C 163/20)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: UAB “Romega”

Konvenut: Valstybinė maisto ir veterinarijos tarnyba

Domanda preliminari

L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar kriterji mikrobijoloġiċi għall-prodotti tal-ikel (1) u l-Artikolu 14(8) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jagħtu diskrezzjoni lill-awtoritajiet superviżorji kompetenti ta’ Stat Membru sabiex jiddeterminaw li laħam frisk tat-tjur li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005 jonqos milli jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 14(1) u (2) tar-Regolament Nru 178/2002 meta prodott tal-ikel li jaqa’ taħt din il-kategorija tal-ikel ikun ikkontaminat minn serotipi tas-Salmonella li ma humiex dawk indikati fir-Ringiela 1.28 tal-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005, bħalma ġie stabbilit fil-kawża prinċipali?


(1)  ĠU 2005, L 338, p. 1

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463, rettifiki fil-ĠU 2014, L 327, p. 9 u fil-ĠU 2016, L 227, p. 5.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Blagoevgrad (il-Bulgarija) fis-16 ta’ Frar 2021 – MV – 98 vs Nachalnik na otdel “Operativni deynosti” – grad Sofia v glavna direktsia “Fiskalen kontrol” pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

(Kawża C-97/21)

(2021/C 163/21)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Blagoevgrad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: MV – 98

Konvenut: Nachalnik na otdel “Operativni deynosti” – grad Sofia v glavna direktsia “Fiskalen kontrol” pri Tsentralno upravlenie na Natsionalna agentsia za prihodite

1)

L-Artikolu 273 tad-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) u l-Artikolu 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li jistgħu jiġu akkumulati proċedura amministrattiva għall-applikazzjoni ta’ miżura amministrattiva ta’ infurzar u proċedura amministrattiva ta’ natura kriminali għall-impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja fil-konfront tal-istess persuna minħabba li naqset milli tirreġistra u żżomm rekord ta’ bejgħ ta’ beni bil-ħruġ ta’ dokument li jservi ta’ prova tal-bejgħ?

1.1)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-Artikolu 273 tad-Direttiva 2006/112 u l-Artikolu 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li jistgħu jiġu akkumulati proċedura amministrattiva għall-applikazzjoni ta’ miżura amministrattiva ta’ infurzar u proċedura amministrattiva ta’ natura kriminali għall-impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja fil-konfront tal-istess persuna minħabba li naqset milli tirreġistra u żżomm rekord ta’ bejgħ ta’ beni bil-ħruġ ta’ dokument li jservi ta’ prova tal-bejgħ, f’sitwazzjoni fejn din il-leġiżlazzjoni fl-istess ħin ma tipprevedix, għall-awtoritajiet kompetenti sabiex imexxu ż-żewġ proċeduri u għall-qrati, obbligu li jiżguraw applikazzjoni effettiva tal-prinċipju ta’ proporzjonalità billi jieħdu inkunsiderazzjoni n-natura severa tal-miżuri kollha akkumulati flimkien meta mqabbla mal-gravità tal-ksur konkret?

2)

Jekk l-applikabbiltà tal-Artikoli 50 u 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ma tkunx ikkonfermata f’dan il-każ, l-Artikolu 273 tad-Direttiva 2006/112 u l-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jawtorizzawx leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 186(1) taż-Zakon za danak varhu dobavenata stoynost (il-Liġi dwar it-Taxxa fuq il-Valur Miżjud, iktar ’il quddiem iż-“ZDDS”) li jipprevedi, flimkien mal-impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja taħt l-Artikolu 185(2) taż-ZDDS, l-applikazzjoni ta’ miżura amministrattiva ta’ infurzar li tikkonsisti fl-“issiġillar ta’ proprjetà” għal perijodu massimu ta’ 30 jum fir-rigward tal-istess persuna minħabba li naqset milli tirreġistra u żżomm rekord ta’ bejgħ ta’ beni bil-ħruġ ta’ dokument li jservi ta’ prova tal-bejgħ?

3)

L-Artikolu 47(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li jawtorizza miżuri, introdotti mil-leġiżlatur nazzjonali sabiex jiggarantixxi l-interess previst fl-Artikolu 273 tad-Direttiva 2006/112, bħalma huma l-eżekuzzjoni provviżorja tal-miżura amministrattiva ta’ infurzar li tikkonsisti fl-“issiġillar ta’ proprjetà” għal perijodu massimu ta’ 30 jum sabiex jiġi protett interess pubbliku preżunt, f’sitwazzjoni fejn il-protezzjoni ġudizzjarja kontra l-eżekuzzjoni provviżorja hija limitata għall-evalwazzjoni ta’ interess privat oppost paragunabbli?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-22 ta’ Frar 2021 – Proċeduri kriminali kontra IR

(Kawża C-105/21)

(2021/C 163/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

IR

Domandi preliminari

1.

Ikun konformi mal-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 5(4), (2) u (1)(ċ) tal-KEDB, mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, mad-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera, mal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, u mal-prinċipju ta’ fiduċja reċiproka jekk l-awtorità ġudizzjarja emittenti fis-sens tal-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584 tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45) ma tagħmel l-ebda sforz sabiex tinforma lill-persuna mfittxija dwar il-bażi fil-fatt u fid-dritt għall-arrest tagħha u dwar il-possibbiltajiet tagħha sabiex tikkontesta dan l-arrest, f’sitwazzjoni fejn din il-persuna tkun tinsab fit-territorju tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni?

2.

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt tal-Unjoni Ewropea fuq id-dritt nazzjonali jobbliga lill-awtorità ġudizzjarja emittenti tastjeni milli tagħti din l-informazzjoni u, fil-każ li, minkejja l-assenza ta’ tali informazzjoni, il-persuna mfittxija titlob l-annullament tal-mandat ta’ arrest nazzjonali, jobbliga lill-awtorità ġudizzjarja emittenti tevalwa fil-mertu din it-talba, iżda biss wara l-konsenja tal-persuna mfittxija?

3.

Liema huma l-miżuri disponibbli taħt id-dritt tal-Unjoni li huma adegwati sabiex tingħata din l-informazzjoni?


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/17


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2021 minn Oriol Junqueras i Vies mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-24/20, Junqueras i Vies vs Il-Parlament

(Kawża C-115/21 P)

(2021/C 163/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Oriol Junqueras i Vies (rappreżentant: A. Van den Eynde Adroer, abogado)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Tannulla u tirrevoka d-digriet tal-15 ta’ Diċembru 2020, tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea mogħti fil-Kawża T-24/20.

Tiddikjara li r-rikors ippreżentat minn din il-parti huwa kompletament ammissibbli.

Tibgħat il-proċedura lura sabiex, ladarba ddikjarata l-ammissibbiltà tar-rikors, is-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tkompli bit-trattazzjoni tagħha.

Tikkundanna lill-Parlament Ewropew kemm għall-ispejjeż tal-proċedura ta’ eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà kif ukoll għal dawk tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni għall-każ tal-Artikoli 13(3) u 7(3) tal-Att Elettorali Ewropew (1976) (1). Ma hemm l-ebda kanċellazzjoni tal-mandat iżda applikazzjoni ta’ kawża ta’ inkompatibbiltà li tfaċċat u mhux stabbilita skont l-Artikolu 7(3) tal-Att Elettorali Ewropew (1976). Il-Parlament Ewropew ma seta’ jieħu nota tal-ebda annullament tal-mandat ta’ O. Junqueras u lanqas tal-eżistenza ta’ xi kawża ta’ inkompatibbiltà stabbilita skont l-Artikolu 7(3) tal-Att Elettorali Ewropew (1976) peress li la wieħed u lanqas l-oħra ma jeżistu, billi “jieħu nota” il-Parlament Ewropew jagħti effetti ġuridiċi lil deċiżjoni li ma setax ikollha tali effetti u jsir att li jista’ jiġi kkontestat konformament mal-Artikolu 263 TFUE, bi ksur tad-drittijiet ta’ O. Junqueras (b’mod partikolari, tal-Artikolu 39 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea).

It-tieni aggravju: Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 4(7) tar-Regoli tal-Proċedura [tal-Parlament Ewropew]. Id-digriet appellat huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi sa fejn fih jitqies li l-Parlament Ewropew ma huwiex kompetenti sabiex jirrifjuta li jirrikonoxxi l-kawżi ta’ inkompatibbiltà konformament mal-imsemmi artikolu. Peress li ma applikatx l-Artikolu 4(7) tar-Regoli tal-Proċedura, id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew hija deċiżjoni li tbiddel is-sitwazzjoni ġuridika ta’ O. Junqueras billi taffettwa d-drittijiet tiegħu (speċifikament b’mod konformi mal-Artikolu 39 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea) u, għaldaqstant, id-digriet appellat huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi sa fejn fih jitqies li din ma hijiex att li jista’ jiġi kkontestat konformement mal-Artikolu 263 TFUE.

It-tielet aggravju: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 8 u 12 tal-Att Elettorali Ewropew (1976) u tal-Artikolu 3(3) tar-Regoli tal-Proċedura peress li l-kawża ta’ inkompatibbiltà applikata lil O. Junqueras ma hijiex xierqa għall-proċedura elettorali. Ma jistax jiġi dedott li l-Istat jista’ jistabbilixxi l-imsemmija kawża ta’ inkompatibbiltà skont il-leġiżlazzjoni tal-proċedura elettorali prevista fl-Att Elettorali Ewropew (1976). Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi peress li ma qiesx li l-Artikolu 13(3) tal-Att Elettorali Ewropew (1976) u l-Artikolu 4(7) tar-Regoli tal-Proċedura jmorru kontra l-Artikolu 39 tal-Karta (iż-żewġ paragrafi), l-Artikolu 41 tal-Karta (paragrafi 1 u 2) u l-Artikolu 21 tal-Karta (paragrafu 2), peress li jistabbilixxu limitazzjonijiet fuq drittijiet li jmorru kontra l-paragrafi 1 u 3 tal-Artikolu 52 tal-Karta. Id-digriet huwa vvizzjat minn żball sa fejn ma jiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li l-Karta ġiet elevata għal dritt primarju tal-Unjoni. Peress li applika regoli li jmorru kontra l-Karta, huwa evidenti li l-att ikkontestat huwa deċiżjoni li taffettwa l-pożizzjoni ġuridika ta’ O. Junqueras u li jista’ jiġi kkontestat skont l-Artikolu 263 TFUE, u għaldaqstant id-digriet appellat huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi. Sussidjarjament, id-digriet kellu jasal għal interpretazzjoni tal-Artikolu 13(3) tal-Att Elettorali Ewropew (1976) u tal-Artikolu 4(7) tar-Regoli tal-Proċedura li tkun konformi mad-drittijiet protetti mill-Karta u mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, b’teħid inkunsiderazzjoni wkoll taċ-ċirkostanzi eċċezzjonali tal-każ speċifiku u tal-informazzjoni li l-Parlament Ewropew diġà kellu. Id-digriet appellat huwa wkoll ivvizzjat minn żball ta’ liġi sa fejn fil-każ konkret ma qiesx jekk setgħetx tintlaħaq il-konklużjoni li kien hemm dikjarazzjoni skorretta sostantiva konformament mal-Artikolu 4(7) tar-Regoli tal-Proċedura li kienet tawtorizza li l-Parlament Ewropew jirrifjuta li jiddikjara l-pożizzjoni vakanti jew li jirrikonoxxi l-kawża ta’ inkompatibbiltà applikata. Għal din ir-raġuni, id-digriet appellat huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi minħabba li l-att ikkontestat huwa deċiżjoni li tipproduċi effetti ġuridiċi fil-konfront ta’ O. Junqueras u li jista’ jiġi kkontestat skont l-Artikolu 263 TFUE.

Ir-raba’ aggravju: Id-digriet appellat huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi sa fejn fih jitqies li nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni min-naħa tal-President tal-Parlament Ewropew konformament mal-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura ma huwiex obbligatorju konformament mad-dritt tal-Unjoni. L-ordinament ġuridiku għandu jiġi interpretat fit-totalità tiegħu, u l-Artikolu 39 tal-Karta (li l-applikazzjoni tiegħu hija mandatorja għall-Istati Membri konformament mal-Artikolu 51(1) tal-Karta), id-dmir ta’ kooperazzjoni leali u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tar-Regoli tal-Proċedura jagħmlu obbligatorja l-osservanza tad-drittijiet ta’ O. Junqueras jekk l-Istat Membru jiġi mgħarraf bis-sitwazzjoni mill-President tal-Parlament Ewropew konformament mal-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura. Id-digriet appellat jinterpreta b’mod żbaljat li f’dan il-każ ma hemmx ċirkustanzi speċjali li jwasslu sabiex in-nuqqas ta’ teħid ta’ azzjoni tal-Parlament Ewropew jitqies li huwa att li jista’ jiġi kkontestat (diversi talbiet preċedenti ta’ protezzjoni tal-immunità ta’ O. Junqueras li ġew injorati u, fuq kollox, sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li tirrikonoxxi l-kwalità tiegħu ta’ (Membru tal-Parlament Ewropew) elett u tippermetti li jiġi kkonstatat il-ksur tad-drittijiet tiegħu minħabba l-assenza ta’ talba għat-tneħħija tal-immunità tiegħu). Id-digriet appellat jinterpreta b’mod żbaljat li, fiċ-ċirkustanzi speċjali tal-każ speċifiku, ir-rifjut li tiġi trattata talba b’urġenza għal-protezzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura, hija deċiżjoni li ċċaħħad lil O. Junqueras mill-effetti ġuridiċi tal-protezzjoni tal-immunità tiegħu u, għaldaqstant, tista’ tiġi kkontestata konformament mal-Artikolu 263 TFUE.


(1)  ĠU 1976, L 278, p. 5


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/18


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2021 minn PlasticsEurope mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-207/18, PlasticsEurope v ECHA

(Kawża C-119/21 P)

(2021/C 163/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: PlasticsEurope (rappreżentanti: R. Cana, avukat, E. Mullier, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ClientEarth

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-207/18;

tannulla l-att kontenzjuż;

sussidjarjament, tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali biex din tagħti deċiżjoni dwar ir-rikors għal annullament ippreżentat mill-appellanti;

tordna lill-partijiet l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura, flimkien mal-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, inklużi dawk tal-partijiet intervenjenti.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Il-marġni ta’ diskrezzjoni mogħtija lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) fl-evalwazzjoni ta’ sustanzi għal identifikazzjoni bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna taħt l-Artikolu 57(f) tar-Regolament (KE) 1907/2006 (1) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament REACH”) ma tistax tiġi interpretata f’sens li tagħti lill-ECHA jedd komplet u inkontestabbli fit-twettiq ta’ żbalji manifesti fis-selezzjoni u l-evalwazzjoni ta’ “provi xjentifiċi” taħt dan l-Artikolu 57(f). Madankollu l-Qorti Ġenerali aċċettat dan billi ddeċidiet li jista’ jkun hemm biss konstatazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-każ fejn l-ECHA teskludi kompletament u żbaljatament studju xjentifiku affidabbli u jekk l-inklużjoni ta’ dan l-istudju kienet tbiddel l-evalwazzjoni komplessiva tal-provi b’tali mod li d-deċiżjoni finali ma kinitx tkun plawżibbli. Il-Qorti Ġenerali aċċettat ulterjorment li r-riżultati ta’ studji xjentifiċi mhux affidabbli setgħu jintużaw mill-ECHA u li l-affidabbiltà minima tagħha ma tipprekludix it-teħid inkunsiderazzjoni tagħhom. Il-Qorti Ġenerali għamlet pass ulterjuri billi aċċettat li wieħed jibbaża ruħu fuq studji xjentifiċi mhux affidabbli u mhux konklussivi fejn dawn ir-riżultati jissostanzjaw l-ipoteżi mmirata tal-ECHA dwar l-allegati proprjetajiet dannużi tas-sustanza. Billi għamlet hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u kisret il-prinċipju ta’ eċċellenza xjentifika.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 57(f) tar-Regolament REACH kif ukoll kisret id-dritt tal-appellanti li tinstema’ billi wettqet interpretazzjoni żbaljata tas-sottomissjonijiet tal-appellanti fir-rigward tar-rekwiżit li jiġi stabbilit li s-sustanza hija ta’ livell ta tħassib ekwivalenti għall-effetti ta’ sustanzi identifikati fuq il-bażi tal-Artikolu 57(a) sa (e) tar-Regolament REACH.

3.

Il-Qorti Ġeneral wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi relatati mas-sottomissjonijiet tal-appellanti fir-rigward tal-affidabbiltà ta’ studji xjentifiċi u żnaturat il-provi quddiemha.

4.

Billi qieset li l-evalwazzjoni tal-ECHA ta’ provi xjentifiċi tkun sostnuta mill-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni żbaljata ta’ dan il-prinċipju u għaldaqstant wettqet żball ta’ liġi.

5.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi inkwantu ddeċidiet li intermedji ma humiex eżentati mill-identifikazzjoni konformement mal-Artikoli 57 u 59 tar-Regolament REACH fuq il-bażi li dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw biss il-proprjetajiet intrinsiċi ta’ sustanza u mhux l-użu tagħha (li jkun jinkludi jekk is-sustanza hijiex intermedju jew le) u li ma kienx sproporzjonat għall-ECHA li twettaq dil-proċedura ta’ identifikazzjoni.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1 u r-rettifiki fil-ĠU 2007, L 136, p. 3; 2008, L 141, p. 22, u 2009, L 36, p. 84).


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/19


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2021 minn International Skating Union mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-93/18, International Skating Union vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-124/21 P)

(2021/C 163/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: International Skating Union (rappreżentant: J.-F. Bellis, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Mark Jan Hendrik Tuitert, Niels Kerstholt, European Elite Athletes Association

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża International Skating Union vs Commission (Kawża T-93/18) sa fejn din ċaħdet l-azzjoni tal-appellanti;

tannulla Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ AT.40208 – ir-Regoli ta’ Eliġibilità tal-Unjoni Internazzjonali tal-Pattinaġġ, u

tikkundanna lill-Kummissjoni u lill-intervenjenti fl-ewwel istanza jbatu l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 263 TFUE u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 101 TFUE billi kkonstatat li r-regoli ta’ eliġibbiltà tal-ISU jirrestrinġu l-kompetizzjoni minħabba l-għan

Parti 1: Il-Qorti Ġenerali naqset milli teżamina kwalunkwe mill-argumenti tal-appellant li jikkontestaw il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-fatti li jsostnu l-konstatazzjoni ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Diċembru 2017 fil-Każ AT. 40208 – ir-Regoli ta’ Eliġibilità tal-Unjoni Internazzjonali tal-Pattinaġġ (“id-deċiżjoni kkontestata”)

L-argumenti kollha tal-appellant li jikkontestaw l-evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-fatti li jappoġġjaw il-konstatazzjoni fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata li l-ISU kisret l-Artikolu 101 TFUE billi “adottat u infurzat” ir-regoli tal-eliġibbiltà kienu jew inġustament ikkunsidrati bħala ineffettivi jew irrilevanti jew sempliċement ġew injorati

Parti 2: Il-Qorti Ġenerali tiddefinixxi mill-ġdid ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni inkwistjoni fil-każ, bi ksur tal-obbligu tagħha li ma tissostitwixxix ir-raġunament tagħha stess għal dak tal-Kummissjoni, u tikklassifika ħażin l-elementi diskussi mill-Kummissjoni fit-Taqsima 8.5 tad-deċiżjoni kkontestata bħala tkun relevanti għal konstatazzjoni ta’ restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan, bi ksur tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 101 TFUE

Minflok ma rrevediet il-konstatazzjoni ta’ ksur kif stabbilit fid-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali ħolqot restrizzjoni ġdida tal-kompetizzjoni b’għan dedott minn: 1) qari astratt tar-regoli ta’ eliġibbiltà ISU mifruda minn kwalunkwe eżami ta’ kif ġew applikati fil-prattika u 2) elementi diskussi mill-Kummissjoni fil-Punt 8.5 tad-deċiżjoni kkontestata, li ma tifformax parti mill-konstatazzjoni ta’ ksur minħabba l-għan fid-deċiżjoni (Punt 8.3)

Parti 3: Il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji legali fl-analiżi tagħha tal-erba’ elementi invokati mill-Kummissjoni biex issib li r-regoli tal-eliġibbiltà tal-ISU huma restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan

Il-kontenut tar-regoli ta’ eliġibbiltà: L-ebda konklużjoni dwar l-allegat għan restrittiv tar-regoli ma tista’ tiġi dedotta mil-livell tas-sanzjonijiet li jinfurzawhom. Hemm effetti ħżiena fuq il-kompetizzjoni li jirriżultaw minn sanzjonijiet biss meta rifjut li jiġi awtorizzat avveniment ma jkunx iġġustifikat. Il-livell tas-sanzjonijiet bħala tali ma jgħid xejn dwar il-kontenut tar-regoli.

L-għanijiet tar-regoli ta’ eliġibbiltà ISU: Mir-rikonoxximent tagħha li s-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tal-ISU ssegwi għan leġittimu, il-Qorti Ġenerali kellha tasal għall-konklużjoni li r-regoli ta’ eliġibbiltà ISU ma jistgħux jirrestrinġu l-kompetizzjoni minħabba l-għan.

Il-kuntest ġuridiku u ekonomiku tar-regoli tal-eliġibbiltà tal-ISU: Il-Qorti Ġenerali tinterpreta b’mod żbaljat lil Cartes Bancaires (C-67/13) billi tikkunsidra bħala irrilevanti l-fatt li l-avvenimenti kollha ta’ pattinaġġ artistiku ta’ partijiet terzi ġew approvati mill-ISU għar-raġuni li ma kienx hemm “interazzjonijiet” bejn is-suq tal-pattinaġġ artistiku u s-suq relevanti tal-pattinaġġ veloċi.

L-intenzjoni tal-ISU li tirrestrinġi l-kompetizzjoni: Il-fatt li l-intenzjoni mhix fattur neċessarju f'analiżi “minħabba l-għan” ma tippermettix lill-Qorti Ġenerali tiċħad bħala ineffettivi l-argumenti tal-appellanti li jikkontestaw l-evalwazzjoni tal-fatti tal-Kummissjoni stabbiliti fil-premessi 175 sa 178 tad-deċiżjoni kkontestata li fuqha bbażat ruħha l-Kummissjoni biex tikkonkludi li l-ISU kisret l-Artikolu 101 TFUE permezz tal-adozzjoni u l-infurzar tar-regoli ta’ eliġibbiltà

It-tieni aggravju: Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tindirizza r-raba’ motiv tar-rikors tal-appellant li d-deċiżjoni tal-ISU li permezz tagħha ma approvatx l-avveniment ta’ Dubai Icederby tal-2014 taqa’ ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE minħabba li din id-deċiżjoni kellha għan leġittimu konformi mal-Kodiċi ta’ Etika tal-ISU li jipprojbixxi kull forma ta’ appoġġ għall-imħatri

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi tikkaratterizza b’mod żbaljat it-talba tal-appellanti bħala li tinvolvi diskussjoni astratta tal-leġittimità tal-għan li tiġi protetta l-integrità tal-pattinaġġ veloċi. Dan il-motiv ikkontesta r-rifjut tal-Kummissjoni li tirrikonoxxi l-validità tat-tħassib etiku tal-ISU dwar il-kunċett ta’ kompetizzjonijiet ta’ pattinaġġ veloċi flimkien ma’ mħatri fuq il-post li kellhom jiġu ppreżentati fl-avveniment ta’ Dubai. Il-Qorti Ġenerali tinjora l-evidenza prodotta mill-appellanti, b’mod partikolari r-rapport dwar id-dibattitu fl-Assemblea Nazzjonali Koreana li tirrifjuta dak il-kunċett fid-dawl tar-riskju għoli ta’ manipulazzjonijiet, u b’hekk tikkonferma l-validità tat-tħassib etiku tal-ISU. Id-Dubai Icederby huwa l-uniku avveniment ta’ pattinaġġ ta’ parti terza li ma ġiex approvat taħt is-sistema ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tal-ISU.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/21


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2021 minn American Airlines, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-430/18, American Airlines vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-127/21 P)

(2021/C 163/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: American Airlines, Inc. (rappreżentanti: J.-P. Poitras, avocat, J. Ruiz Calzado, abogado, J. Wileur, avocat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Delta Air Lines, Inc.

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tissospendi u tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 2788 final tat-30 ta’ April 2018;

sussidjarjament, jekk dan jiġi kkunsidrat meħtieġ, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għal eżami mill-ġdid b’konformità mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għall-ispejjeż tar-rikorrenti, kemm għal din il-proċedura kif ukoll għall-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali;

tieħu kwalunkwe miżura li hija tqis xierqa.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka aggravju uniku, ibbażat fuq li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta aċċettat l-interpretazzjoni legali żbaljata tal-Kummissjoni skont liema l-kriterju tal-“użu xieraq” fil-Klawżola 1.10 tal-Obbligi ta’ amalgamazzjoni American Airlines-US Airways (iktar ’il quddiem l-“Obbligi”) jfisser biss l-“assenza ta’ użu abbużiv” u li, konsegwentement, is-sentenza b’mod żbaljat ikkonfermat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2018) 2788 final, tat-30 ta’ April 2018, li tagħti drittijiet kweżiti lil Delta Air Lines (Kawża M.6607 – US Airways/American Airlines).

L-aggravju huwa maqsum fi tliet partijiet:

1.

Fl-ewwel parti, l-appellanti tiffoka fuq l-approċċ legali korrett għall-interpretazzjoni tal-kriterju ta’ “użu xieraq” għall-għoti tad-drittijiet kweżiti abbażi tal-Klawżola 1.10 tal-Obbligi u turi li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-approċċ interpretattiv tagħha.

2.

Fit-tieni parti, l-appellanti turi li l-Qorti Ġenerali wettqet ukoll żball ta’ liġi meta laqgħet l-analiżi tal-Kummissjoni li tgħid li “użu xieraq” tfisser biss “assenza ta’ użu abbużiv”, u b’hekk aċċettat b’mod żbaljat in-nuqqas ta’ Delta li topera 470 slott korrettiv.

3.

Fit-tielet parti, l-appellanti tispjega l-iżbalji legali addizzjonali tas-sentenza meta tinterpreta l-Klawżola 1.9 tal-Obbligi, speċifikament il-kliem “bi qbil mal-offerta” abbażi ta’ analiżi legali żbaljata fil-Formola RM.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/22


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2021 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-144/21)

(2021/C 163/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, C. Ionescu Dima, M. Menegatti, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1(1) u (5), 2, 3, 4, 5, 7, 9 u 10 sa fejn dawn jikkonċernaw l-awtorizzazzjonijiet dwar l-użi 2, 4 u 5 (u l-użu 1, fir-rigward tal-formulazzjoni ta’ taħlitiet għal użi 2, 4 u 5) u bin-numri REACH/20/18/0 sa REACH/20/18/27 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8797 tat-18 ta’ Diċembru 2020 li tagħti parzjalment awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal ċerti użi tat-triossidu tal-kromu (Chemservice GmbH u oħrajn);

fl-alternattiv, tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2020)8797 tat-18 ta’ Diċembru 2020 fit-totalità tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jibbaża ruħu fuq motiv wieħed, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 60(4) u (7) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u għandhom għalhekk jiġu annullati sa fejn din tikkonċerna l-awtorizzazzjoni għal użi 2, 4 u 5 (u l-użu 1, fir-rigward tal-formulazzjoni ta’ taħlitiet għal użi 2, 4 u 5) u bin-numri REACH/20/18/0 sa REACH/20/18/27. Fl-alternattiv, jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-awtorizzazzjonijiet fid-deċiżjoni kkontestata għal użu 6 bin-numri REACH/20/18/28 sa REACH/20/18/34 tant huma marbuta mill-qrib mal-awtorizzazzjonijiet għal użi oħrajn li l-awtorizzazzjonijiet mogħtija għal użi 2, 4 u 5 (u l-użu 1, fir-rigward tal-formulazzjoni ta’ taħlitiet għal użi 2, 4 u 5) ma jistgħux jiġu sseparati mid-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrent iqis li d-deċiżjoni għandha tiġi annullata fit-totalità tagħha.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(ĠU 2006, L 396, p. 1, u rettifiki fil-ĠU 2008, L 141, p. 22, u fil-ĠU 2009, L 36, p. 84).


Il-Qorti Ġenerali

3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – ViaSat vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-245/17) (1)

(“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għal annullament - Networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Użu armonizzat tal-ispektrum ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz - Sistemi pan-Ewropej li jipprovdu servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) - Deċiżjoni 2007/98/KE - Proċedura armonizzata ta’ għażla tal-operaturi - Awtorizzazzjonijiet għall-operaturi magħżula - Deċiżjoni Nru 626/2008/KE - Talba li tittieħed azzjoni - Assenza ta’ intimazzjoni - Teħid ta’ pożizzjoni mill-Kummissjoni - Inammissibbiltà - Rifjut li tittieħed azzjoni - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Kompetenza tal-Kummissjoni”)

(2021/C 163/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ViaSat, Inc. (Carlsbad, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: E. Righini, J. Ruiz Calzado, P. de Bandt, M. Gherghinaru u L. Panepinto, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braun, L. Nicolae u V. Di Bucci, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentant: M. Bulterman, aġent), Eutelsat SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: L. de la Brosse u C. Barraco-David, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: EchoStar Mobile Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentant: A. Robertson, QC), Inmarsat Ventures Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Spontoni, B. Amory, É. Barbier de La Serre, avukati, u A. Howard, barrister),

Suġġett

Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 265 TFUE u intiża li jiġi kkonstatat li l-Kummissjoni naqset illegalment milli tieħu ċerti miżuri fil-kuntest tal-applikazzjoni armonizzata tar-regoli fil-qasam tal-provvista ta’ servizzi mobbli permezz tas-satellita (MSS) fil-banda ta’ frekwenzi ta’ 2 GHz u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittri tal-Kummissjoni tal-14 u tal-21 ta’ Frar 2017 li permezz tagħhom hija wieġbet wara t-talba tar-rikorrenti li tittieħed azzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

ViaSat, Inc. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Eutelsat SA, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, EchoStar Mobile Ltd u Inmarsat Ventures Ltd huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 213, 3.7.2017.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – Ayuntamiento de Quart de Poblet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-539/18) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm Qafas għall-Innovazzjoni u l-Kompetittività (2007-2013) - Kuntratti ‘Highly scalable Deployment model of Inclusive E-GOvern’ (DIEGO) u ‘Speeding Every European Digital’ (SEED) - Noti ta’ debitu - Spejjeż eliġibbli - Ġustifikazzjoni tal-ispejjeż - Affidabbiltà tar-rekords tal-komiti ddedikati għall-proġetti”)

(2021/C 163/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ayuntamiento de Quart de Poblet (Quart de Poblet, Spanja) (rappreżentanti: B. Sanchis Piqueras u J. A. Rodríguez Pellitero, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u M. Ilkova, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża, essenzjalment, sabiex tiġi kkonstatata l-ineżistenza ta’ krediti kuntrattwali li l-Kummissjoni tallega li għandha fir-rigward tar-rikorrenti abbażi tal-ftehimiet ta’ sussidju DIEGO u SEED.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L-Ayuntamiento de Quart de Poblet għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 10 ta’ Marzu 2021 – Kerry Luxembourg vs EUIPO – Ornua (KERRYMAID)

(Kawża T-693/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali KERRYMAID - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti Kerrygold - Raġuni relattiva għal rifjut - Isem ġeografiku - Element dominanti - Koeżistenza paċifika - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Applikazzjoni ratione temporis tal-liġi”)

(2021/C 163/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Kerry Luxembourg Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Traub, avukat, u I. Connor, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: H. O’Neill u S. Hanne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ornua Co-operative Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Sanz Cerralbo, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Lulju 2019 (Każ R 2473/2013-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kerry Luxembourg u Ornua.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kerry Luxembourg Sàrl hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Ornua Co-operative Ltd.


(1)  ĠU C 413, 9.12.2019.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – FI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-694/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Konjuġi superstiti - Pensjoni tas-superstiti - Artikoli 18, 19 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Kundizzjonijiet għall-eliġibbiltà - Tul taż-żwieġ - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità”)

(2021/C 163/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: FI (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u T. Bohr, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Van Pottelberge u J. Steele, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu u tal-1 ta’ April 2019 li jiċħdu t-talba għall-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat-8 ta’ Marzu 2019 u tal-1 ta’ April 2019 li jiċħdu t-talba għall-għoti ta’ pensjoni tas-superstiti lil FI huma annullati.

2)

Il-Kummissjoni għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, l-ispejjeż ta’ FI.

3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2021 – Liga Nacional de Fútbol Profesional vs EUIPO (El Clasico)

(Kawża T-809/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva El Clasico - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) u (3) tar-Regolament (UE) 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) u (c) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 163/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Liga Nacional de Fútbol Profesional (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: C. Casas Feu u C. J. Riesco Losa, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u A. Crawcour, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-tieni awla tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 1966/2018-2), li tikkonċerna r-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea tat-trade mark figurattiva El Clasico.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Liga Nacional de Fútbol Profesional hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2021 – Bezos Family Foundation vs EUIPO – SNCF Mobilités (VROOM)

(Kawża T-56/20) (1)

(“Trademark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trademark verbali tal-Unjoni Ewropea VROOM - Trademark nazzjonali verbali preċedenti POP & VROOM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 163/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Bezos Family Foundation (Seattle, Washington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Klett, M. Schaffner u M. Lambert Maillard, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: SNCF Mobilités, stabbiliment pubbliku ta’ natura industrijali u kummerċjali (Saint-Denis, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Novembru 2019 (Każ R 1288/2019-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn SNCF Mobilités u Bezos Family Foundation.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Bezos Family Foundation hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 87, 16.3.2020.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2021 – Sonova vs EUIPO – Digitmarket (B-Direct)

(Kawża T-61/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea - Trade mark verbali B-Direct - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea bizdirect - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2021/C 163/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Sonova AG (Stäfa, l-Isvizzera) (rappreżentant: A. Sabellek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Manea u A. Söder, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Digitmarket – Sistemas de lnformação SA (Maia, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Novembru 2019 (Każ R 88/2019-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Digitmarket – Sistemas de Informação u Sonova.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sonova AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 87, 16.03.2020.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/27


Sentenza tal-Qorti Ġeneral tal-10 ta’ Marzu 2021 – Hauz 1929 vs EUIPO Houzz (HAUZ LONDON)

(Kawża T-66/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HAUZ LONDON - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HOUZZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 163/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hauz 1929 Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Lyberis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Houzz, Inc (Palo Alto, Californie, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2019 (Każ R 884/2019-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Houzz u Hauz 1929.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hauz 1929 Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 23.3.2020.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – Hauz 1929 vs EUIPO – Houzz (HAUZ NEW YORK)

(Kawża T-67/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HAUZ NEW YORK - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HOUZZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 163/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hauz 1929 Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Lyberis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Houzz, Inc. (Palo Alto, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2019 (Każ R 886/2019-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Houzz u Hauz 1929.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hauz 1929 Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 23.3.2020.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – Hauz 1929 vs EUIPO – Houzz (HAUZ EST 1929)

(Kawża T-68/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea HAUZ EST 1929 - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea HOUZZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 163/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hauz 1929 Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Lyberis, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Houzz, Inc. (Palo Alto, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2019 (Każ R 885/2019-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Houzz u Hauz 1929.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hauz 1929 Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 23.3.2020.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – Puma vs EUIPO – CAMäleon (PUMA-System)

(Kawża T-71/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali PUMA-System - Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattivi preċedenti PUMA - Raġuni relattiva għal rifjut - Dannu għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2021/C 163/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Puma SE (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Gája u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: CAMäleon Produktionsautomatisierung GmbH (Dettenhausen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Novembru 2019 (Każ R 404/2019-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Puma u CAMäleon Produktionsautomatisierung.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Propjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-27 ta’ Novembru 2019 (Każ R 404/2019-1) hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell ċaħad l-azzjoni mressqa minn Puma SE bħala l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PUMA-System bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea tindika l-prodotti u s-servizzi li jaqgħu fil-klassijiet 7, 9, 16 u 42 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, li jikkorrispondu għad-deskrizzjoni li ġejja:

Klassi 7: “Tornaviti li jaħdmu bl-elettriku”;

Klassi 9: “Ħardwer tal-kompjuter”, “kompjuters”, “tagħmir tal-ipproċessar tad-dejta u kompjuters”, “Aċċessorji periferali għall-kompjuter”, “aċċessorji adattati għall-użu ma’ kompjuters”, “mezzi ta’ dejta manjetiċi u ottiċi”, “stampanti tal-kompjuter”, “skoprituri tas-sħana” u “strumenti tal-kejl”;

Klassi 16: “Katalgi tas-softwer”, “manwali tas-softwer”, “manwali tal-istruzzjonijiet”, “manwali tal-istruzzjonijiet għall-kompjuters, telefowns ċellulari u kompjuters li jinżammu fl-idejn” u “kotba”;

Klassi 42: “aġġornament u manutenzjoni ta’ softwer u programmi tal-kompjuter”, “konfigurazzjoni ta’ ħardwer tal-kompjuter permezz ta’ softwer”, “konfigurazzjoni ta’ netwerks tal-kompjuter permezz ta’ softwer”, “konfigurazzjoni ta’ softwer”, “ħardwer tal-kompjuter u konsulenza dwar softwer” u “servizzi ta’ appoġġ tekniku ta’ softwer.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Puma u l-EUIPO huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 114, 6.4.2020.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – Golvabia Innovation vs EUIPO (MaxWear)

(Kawża T-99/20) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea MaxWear - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

(2021/C 163/39)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Golvabia Innovation AB (Anderstorp, l-Isvezja) (rappreżentant: D. Thorbjörnsson, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. von Schantz u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 888/2019-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MaxWear bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Golvabia Innovation AB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 20.4.2020.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2021 – Brand IP Licensing vs EUIPO Facebook (lovebook)

(Kawża T-728/18) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 163/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Brand IP Licensing Ltd (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: J. MacKenzie, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Facebook, Inc. (Menlo Park, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: Y. Zhou, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ottubru 2018 (Każ R 2279/2017-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Facebook u Brand IP Licensing.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Brand IP Licensing u Facebookm Inc. huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 54, 11.2.2019.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2021 – Frutas Tono vs EUIPO – Agrocazalla (Marién)

(Kawża T-587/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Intervent tal-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell - Risposta ppreżentata wara l-iskadenza tat-terminu - Nuqqas ta’ ammissjoni għal intervent skont l-Artikolu 173(1) tar-Regoli tal-Proċedura - Annullament tat-trade mark verbali preċedenti li sservi ta’ bażi għad-deċiżjoni kkontestata - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 163/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Frutas Tono, SL (Benifairó de la Valldigna, Spanja) (rappreżentant: A. Cañizares Doménech, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, Agrocazalla, SL (Lorca, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ġunju 2019 (Każ R 171/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Agrocazalla u Frutas Tono.

Dispożittiv

1)

Agrocazalla, SL ma hijiex ammessa sabiex tipparteċipa fil-proċedura.

2)

Agrocazalla għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

3)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

4)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 363, 28.10.2019.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2021 – Aquind et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-885/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Enerġija - Infrastrutturi tal-enerġija trans-Ewropej - Regolament (UE) Nru 347/2013 - Delega ta’ setgħa lill-Kummissjoni - Artikolu 290 TFUE - Att iddelegat li jemenda l-lista ta’ proġetti ta’ interess komuni tal-Unjoni - Natura tal-att matul it-terminu li matulu l-Parlament u l-Kunsill jistgħu jesprimu oġġezzjonijiet - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà manifesta”)

(2021/C 163/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aquind Ltd (Wallsend, ir-Renju Unit), Aquind Energy Sàrl (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu), Aquind SAS (Rouen, Franza) (rappreżentanti: S. Goldberg, C. Davis, J. Bille, solicitors, u E. White, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: O. Beynet, Y. Marinova u B. De Meester, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, D. Klebs, S. Heimerl u S. Costanzo, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: J. Ruiz Sánchez, aġent), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: A.-L. Desjonquères, C. Mosser u A. Daniel, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/389 tal-31 ta’ Ottubru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 347/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista tal-Unjoni ta’ proġetti ta’ interess komuni (ĠU 2020, L 74, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Aquind Ltd, Aquind Energy Sàrl u Aquind SAS huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Renju ta’ Spanja u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2021 – NEC OncoImmunity vs EASME

(Kawża T-132/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ‘Orizzont 2020’ (2014-2020) - Ftehim ta’ sussidju - Ittra ta’ xoljiment - Att li jifforma parti minn kuntest kuntrattwali u li ma jistax jiġi sseparat minn dan il-kuntest - Inammissibbiltà - Regolament (UE) Nru 1290/2013 - Telf tal-istatus ta’ SME”)

(2021/C 163/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NEC OncoImmunity AS (Oslo, in-Norveġja) (rappreżentanti): T. Nordby, R. Bråthen u O. Brouwer, avukati

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (rappreżentanti: G. Niddam u A. Galea, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Prinċipalment, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-ksib tal-annullament tal-allegata deċiżjoni li tinstab fl-ittra tal-EASME Nru Ares (2019) 7905893, tat-23 ta’ Diċembru 2019, dwar ix-xoljiment tal-ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni “Orizzont 2020” (2014-2020), u, sussidjarjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE u intiża sabiex jiġi kkonstatat ksur tat-termini tal-imsemmi ftehim.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

NEC OncoImmunity AS hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2021 – Vulkano Research and Development vs EUIPO – Ega (EGA Master)

(Kawża T-135/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 163/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Vulkano Research and Development SL (Vitoria-Gasteiz, Spanja) (rappreżentanti: V. Wellens u C. Schellekens, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Walicka u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ega sp. z o.o. sp.k. (Starogard Gdański, il-Polonja) (rappreżentanti: K. Blach Morysińska u K. Dobrowolski, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 1038/2018-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Ega u Vulkano Research and Development.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Vulkano Research and Development, SL u Ega sp. z o.o. sp.k. huma kkundannati għall-ispejjeż rispettivi tagħhom, kif ukoll, kull waħda minnhom, għal nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


(1)  ĠU C 161, 11.5.2020.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Marzu 2021 – KG vs Il-Parlament

(Kawża T-251/20) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - Servizz pubbliku - Pensjoni - Benefiċċju tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni fid-determinazzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni - Rifjut li tittieħed pożizzjoni fuq it-talba tar-rikorrent - Assenza ta’ att li jikkawża preġudizzju - Inammissibbiltà”)

(2021/C 163/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: KG (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: T. Lazian u I. Terwinghe, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tal-ittra tal-Parlament tat-30 ta ’Awwissu 2019 li biha rrifjuta li jadotta deċiżjoni dwar l-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni fid-determinazzjoni futura tad-drittijiet tal-pensjoni tar-rikorrent u tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment imressaq kontra l-imsemmija ittra u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu morali li allegatament sofra r-rikorrent minn dan il-fatt.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 247, 27.7.2020.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Frar 2021 – Ultrasun vs EUIPO (ULTRASUN)

(Kawża T-437/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ULTRASUN - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament nieqes minn kull bażi legli”)

(2021/C 163/46)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Ultrasun AG (Zurich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ April 2020 (Każ R 1453/2019-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ULTRASUN bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ultrasun AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 279, 24.8.2020


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/35


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Frar 2021 – Symrise vs ECHA

(Kawża T-655/20 R)

(“Talba għal miżuri provviżorji - REACH - Sustanza salicylas 2-etileżil - Stħarriġ tal-konformità tar-reġistrazzjonijiet - Obbligu li tiġi pprovduta ċerta informazzjoni li teħtieġ ittestjar fuq l-annimali - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 163/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Symrise AG (Holzminden, il-Ġermanja) (rappreżentanti: R. Cana, E. Mullier u H. Widemann, avukati)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: W. Broere, N. Knight u M. Heikkilä, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji intiżi, minn naħa, li tinkiseb is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni A-010-2018 tal-Bord tal-Appell tal-ECHA, tat-18 ta’ Awwissu 2020, dwar il-fajl ta’ reġistrazzjoni tar-rikorrenti għas-salicylas 2-etileżil u, min-naħa l-oħra, li tiġi ordnata l-estensjoni tat-terminu mogħti sabiex jiġu kkomunikati r-riżultati tat-testijiet għat-tul tas-sospensjoni.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – Kassl (STUDIO KASSL)

(Kawża T-7/21) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 163/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. F. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Kassl Holding BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ottubru 2020 (Każ R-880/2020-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés u Kassl.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 62, 22.2.2021.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/36


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Diċembru 2020 – Kirimova vs EUIPO

(Kawża T-727/20)

(2021/C 163/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Nigar Kirimova (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parassina, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-30 ta’ Settembru 2020 tad-Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO;

tordna lill-EUIPO jeżenta lir-rikorrent mir-rekwiżit tan-nazzjonalità skont l-Artikolu 120(4)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (1) (iktar 'il quddiem it-“TMRUE”);

tordna lill-EUIPO jdaħħal lir-rikorrent fil-lista ta’ Rappreżentanti Professjonali skont l-Artikolu 120 TMRUE;

tordna lill-EUIPO jħallas l-ispejjeż u l-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tiegħu, l-applikant jitlob l-annullament tad-Deċiżjoni Nru ER 93419-2020 tad-Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO tat-30 ta’ Settembru 2020, dwar it-talba tar-rikorrent għal dħul fil-lista ta’ rappreżentanti professjonali skont l-Artikolu 120 TMRUE u għal eżenzjoni skont l-Artikolu 120(4)(b) TRMUE.

Insostenn tar-rikors tiegħu ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 120(4) TRMKUE minħabba n-nuqqas ta’ interpretazzjoni u implimentazzjoni tiegħu fid-dawl tal-prinċipji bażiċi tal-Unjoni u l-projbizzjoni fundamentali tad-diskriminazzjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba b’abbuż ta’ poter diskrezzjonali.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 94 u 97 TRMUE min]abba ksur tad-dritt għal smigħ.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-provi li jsostnu l-każ.


(1)  ĠU 2017, L 154, p. 1.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/37


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2021 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-33/21)

(2021/C 163/50)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Ir-Rumanija (rappreżentanti: E. Gane u L. Bațagoi, aġenti)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1734 tat-18 ta’ Novembru 2020 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1), fir-rigward tal-ispejjeż fl-ammont totali ta’ EUR 18 717 475,08 effettwati mill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata fir-Rumanija u ddikjarata fil-kuntest tal-FAEŻR, li tirrappreżenta korrezzjonijiet b’rata fissa (25 %) applikati għall-pagamenti magħmula fis-snin finanzjarji 2017, 2018, 2019 għas-submiżura 1a tal-miżura 215 tal-Programm Nazzjonali għall-Iżvilupp Rurali (PNŻR) 2007-2013;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: eżerċizzju ħażin mill-Kummissjoni tas-setgħa li teskludi somom mill-finanzjament tal-Unjoni skont l-Artikolu 52 tar-Regolament Nru 1306/2013, bi ksur tal-Artikoli 76 sa 78 tar-Regolament Nru 1605/2002, tal-Artikolu 40(3) tar-Regolament Nru 1698/2005, tal-Artikolu 12(6) u (7) tar-Regolament Nru 907/2014, kif ukoll tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ amministrazzjoni tajba

Wara li aċċettat il-metodoloġija għall-kalkolu tal-pagamenti relatati mas-submiżura 1a u r-riżultat tagħha, bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2012)3529 final li tapprova r-reviżjoni tal-programm ta’ żvilupp rurali tar-Rumanija għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, il-Kummissjoni għandha tassumi r-responsabbiltà fil-każ li, wara verifiki sussegwenti, dawn kienu kkunsidrati bħala li jiksru l-Artikolu 40(3) tar-Regolament Nru 1698/2005.

Fl-istess ħin, il-Kummissjoni wettqet żball meta kkonkludiet, wara l-verifiki, li l-metodoloġija għall-kalkolu tal-pagamenti relatati mas-submiżura 1a twassal għal kumpens żejjed tal-benefiċjarji, u għalhekk tikser l-Artikolu 40(3) tar-Regolament Nru 1698/2005.

Il-Kummissjoni wettqet żball meta applikat kemm l-Artikolu 12(6) u (7) tar-Regolament Nru 907/2014, kif ukoll il-Linji Gwida dwar il-Kalkolu tal-Korrezzjonijiet Finanzjarji, tagħha stess, meta tistabbilixxi r-raġuni għall-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet u t-tip ta’ dawn il-korrezzjonijiet.

Id-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi peress li, bl-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni C(2012)3529 final, il-Kummissjoni ħolqot aspettattivi leġittimi kemm għall-awtoritajiet Rumeni kif ukoll għall-benefiċjarji dwar ir-regolarità tal-metodoloġija għall-kalkolu tal-pagamenti relatati mas-submiżura 1a u r-riżultat tagħha.

Permezz tal-aġir tagħha, konkretament il-pożizzjonijiet diverġenti u r-risposta tardiva mogħtija lill-awtoritajiet Rumeni b’konnessjoni mas-sitwazzjoni li hija stess kienet l-oriġini tagħha, il-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba.

2.

It-tieni motiv: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE

Il-Kummissjoni ma argumentatx b’mod suffiċjenti u adegwat, fir-rigward tas-submiżura 1a, għalfejn il-metodoloġija għall-kalkolu allegatament skorretta tikkostitwixxi sitwazzjoni li hija limitata għall-ipoteżi rregolati mill-Artikolu 12(6) u (7) tar-Regolament Nru 907/2014, jiġifieri irregolarità, fis-sens tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Kalkolu tal-Korrezzjonijiet Finanzjarji, u lanqas ma argumentat fir-rigward tal-bdil fil-pożizzjoni tagħha dwar il-kuntest legali ta’ metodoloġija għall-kalkolu allegatament skorretta.


(1)  ĠU 2020, L 390, p. 10.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/38


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2021 – Sistem ecologica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-81/21)

(2021/C 163/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti:“Sistem ecologica” production, trade and services d.o.o. Srbac (Srbac, Il-Bosnja-Ħerzegovina) (rappreżentanti: D. Diris, D. Rjabynina, u C. Kocks, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikkjara illegali n-nuqqas tal-OLAF li jadotta favur tagħha l-miżuri previsti mil-leġiżlazzjoni applikabbli, jiġifieri li jinnotifikalha d-deċiżjoni ta’ ftuħ ta’ investigazzjoni jew investigazzjonijiet li jikkonċernawha individwalment, li jinformaha bl-investigazzjoni jew investigazzjonijiet tiegħu li jistgħu jinvolvuha personalment u li jippermettilha li tesprimi l-opinjoni tagħha dwar il-fatti li jikkonċernawha qabel l-adozzjoni ta’ konklużjonijiet li jikkonċernawha individwalment fuq il-bażi ta’ dawn l-investigazzjonijiet;

tannulla d-deċiżjoni tal-OLAF tal-25 ta’ Novembru 2020 li tirrifjuta t-talba tar-rikorrenti li jkollha aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni;

tannulla d-deċiżjoni tal-OLAF tal-25 ta’ Novembru 2020 li tikkunsidra l-osservazzjonijiet tar-rikorrenti tas-16 ta’ Ottubru 2020 bħala li jikkostitwixxu lment;

tannulla d-deċiżjoni tal-OLAF tas-27 ta’ Novembru 2020 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tas-16 ta’ Ottubru 2020;

tannulla d-deċiżjoni tal-OLAF tat-8 ta’ Diċembru 2020 li tagħlaq l-investigazzjoni li tikkonċernaha;

tannulla d-deċiżjoni tal-OLAF tal-21 ta’ Diċembru 2020 skont liema l-ilment tar-rikorrenti tal-14 ta’ Diċembru 2020 huwa kkunsidrat li ma huwiex ilment;

tiddeċiedi li l-informazzjoni u data li jikkonċernawha kif ukoll kwalunkwe prova relevanti kkomunikata lill-awtoritajiet nazzjonali jikkostitwixxu provi inammissibbli, b’mod partikolari r-rapport ta’ missjoni tal-OLAF tas-16 ta’ Jannar 2020, il-komunikazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2020 u r-rapport finali tat-8 ta’ Diċembru 2020;

tiddikjara illegali kull proċedura ta’ investigazzjoni mwettqa fil-kuntest tal-investigazzjonijiet wara dawn id-deċiżjonijiet;

tiddikkjara illegali kull konklużjoni meħuda wara dawn l-investigazzjonijiet;

tiddikkjara illegali kull informazzjoni kkomunikata lill-awtoritajiet nazzjonali, b’mod partikolari l-komunikazzjoni tad-9 ta’ Ġunju 2020 u r-rapport finali tat-8 ta’ Diċembru 2020;

tordna lill-Kummissjoni tħallas is-somma ta’ EUR 3 026 388,74 lir-rikorrenti bħala kumpens għad-dannu sostnut, ammont li ġie ddeterminat b’mod provviżorju, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 8 % fis-sena mill-15 ta’ Ġunju 2020 sa ħlas sħiħ, minħabba aġir illegali tal-OLAF, telf ta’ attività sostnut mir-rikorrenti u dannu għar-reputazzjoni tagħha;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erbatax-il motiv.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza u ta’ indipendenza tal-investigazzjonijiet tal-OLAF.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-privileġġ kontra awto-inkriminazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt li wieħed jiġi informat skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 883/2013 (1).

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smiegħ qabel l-adozzjoni ta’ miżuri li jikkawżaw preġudizzju.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ kunfidenzjalità u ta’ protezzjoni ta’ data, b’applikazzjoni tal-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 883/2013.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41(2)(b) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea: ksur tad-dritt tar-rikorrenti li jkollha aċċess għall-fajl u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament Nru 1049/2001 (2).

10.

L-għaxar motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ diliġenza xierqa.

11.

Il-ħdax-il motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

12.

It-tnax-il motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti.

13.

It-tlettax-il motiv ibbażat fuq l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-OLAF.

14.

L-erbatax-il motiv ibbażat fuq ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-OLAF minħabba d-dannu sostnut mir-rikorrenti.


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU 2013, L 248, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/39


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2021 – Primagra vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-101/21)

(2021/C 163/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Primagra a.s. (Milín, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentanti: S. Sobolová u O. Billard, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-projbizzjoni fuq l-għoti ta’ sussidji imposta bl-ittra tal-konvenuta bid-data tat-22 ta’ Ottubru 2020, ARES (2020) 5759350;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti nkisru kemm direttament kif ukoll indirettament mill-konvenuta, għaliex ir-rikorrenti qatt ma setgħetx teżerċita d-dritt tagħha li tinstema’ matul l-investigazzjoni li jwassal għall-adozzjoni tal-miżura kkontestata.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta ma għandhiex il-ġurisprudenza li tivverifika sussidji speċifiċi u li tiddeċiedi dwar applikazzjonijiet speċifiċi għal sussidji mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, għaliex il-konvenuta hija intitolata biss li teżamina l-konformità ġenerali tas-sistemi ta’ maniġment u ta’ kontroll implimentati mill-Istati Membri, iżda ma għandhiex awtorità għal kollox biex tmexxi verifika dettaljata u tiddeċiedi dwar applikazzjonijiet speċifiċi għal sussidji sottomessi mill-kumpanniji individwali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tinterpreta u tapplika l-liġi domestika tal-Istati Membri, għaliex il-ġurisdizzjoni tagħha hija limitati strettament mill-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi stabbilit fl-Artikoli 5 u 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kull deroga minn dak il-prinċipju għandha tiġi evalwata strettament, u l-kombinazzjoni tal-prinċipju tal-għoti tal-kompetenzi u d-dispożizzjonijiet tat-trattati jimplika ċarament li l-konvenuta ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tapplika l-liġi domestika tal-Istat Membru. Fi kwalunkwe każ, id-dispożizzjonijiet tal-liġi Ċeka li fuqhom ibbażat il-konvenuta ma jistgħux jiġu riveduti taħt ir-Regolament Nru 1303/2013, (1) li huwa l-bażi legali tal-proċedura ta’ verifika li twassal għall-adozzjoni tal-miżura kkontestata.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta ma ppruvatx il-kontenut tal-liġi Ċeka u żbaljat fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tagħha. Minflok ma ppruvat il-kontenut tal-liġi Ċeka kif meħtieġ mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-konvenuta interpretat b’mod żbaljat bil-kbir il-liġi Ċeka u b’mod partikolari t-Taqsima 4c tal-Att dwar il-Kunflitt ta’ Interess, u injorat deliberatorjament il-każistika tal-qrati Ċeki kif ukoll id-deċiżjoni finali, vinkolanti u infurzabbli tal-awtoritajiet Ċeki dwar is-suġġett tal-proċedura ta’ verifika li twassal għall-adozzjoni tal-miżura kkontestata.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta żbaljat ukoll fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-liġi tal-UE, għaliex ikkonkludiet b’mod żbaljat li kien hemm ksur tal-Artikolu 61 tar-Regolament Finanzjarju, (2) u naqset li tirrifletti li r-regoli Ċeki dwar il-kunflitti ta’ interess huma f’kunflitt mal-prinċipji bażiċi tal-liġi tal-UE.


(1)  Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU 2013, L 347, p. 320 u rettifiki fil-ĠU 2016, L 200, p. 140 u fil-ĠU 2019, L 66, p. 6).

(2)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 60, p. 36).


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/41


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2021 – Malacalza Investimenti u Malacalza vs BĊE

(Kawża T-134/21)

(2021/C 163/53)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Malacalza Investimenti Srl (Genova, l-Italja) u Vittorio Malacalza (Genova) (rappreżentanti: L. Boggio, S. Carbone u A. D’Angelo, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħlas, bħala kumpens, tad-dannu;

favur Malacalza Investimenti s.r.l. tal-ammont ta’ EUR 870 525 670, jew għal dak l-ammont, ikbar jew iżgħar, deċiż, fejn ikun il-każ, ex aequo et bono;

favur Vittorio Malacalza tal-ammont ta’ EUR 4 546 022, jew għal dak l-ammont, ikbar jew iżgħar, deċiż, fejn ikun il-każ, ex aequo et bono;

favur iż-żewġ rikorrenti, tal-ispejjeż u tal-miżati tal-ġudizzju.

Motivi u argumenti prinċipali

Is-suġġett ta’ din il-kawża hija talba bbażata fuq l-Artikoli 268 u 340 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni kkawżati lir-rikorrenti minn sensiela ta’ aġiri tal-BĊE, relatati mal-eżerċizzju tal-funzjoni ta’ superviżjoni tiegħu fuq Banca Carige S.p.A. (Carige) u li jikkonsistu kemm fin-nuqqas ta’ teħid tal-azzjonijiet dovuti, kif ukoll f’azzjonijiet pożittivi li jikkawżaw dannu.

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-ilment li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ikkontribwixxa sabiex tiġi ddeterminata rappreżentazzjoni tas-sitwazzjoni u tal-prospetti tal-bank, li miegħu l-azzjonisti investew riżorsi kunsiderevoli fix-xiri ta’ azzjonijiet Carige u fis-sottoskrizzjoni u fit-trasferiment ta’ żidiet ta’ kapital; u sussegwentement fixkel tali investimenti b’aġiri u bil-ħruġ ta’ dispożizzjonijiet kontradittorji, li jimponu miżuri mhux iġġustifikati, sproporzjonati u, minn ċerti aspetti, illegali, li jiffurmaw parti minn kondotta li fit-totalità tagħha hija illegali u li tikkawża dannu. F’dan ir-rigward ir-rikorrenti jagħmlu riferiment, fost l-oħrajn u b’mod partikolari: i) għall-impenji ġġenerati fuq is-sitwazzjoni ta’ Carige b’effett tal-eżekuzzjoni taż-żidiet fil-kapital tal-2014 u tal-2015; ii) għat-tfixkil sussegwenti ta’ tali impenji insegwitu għall-aġiri u d-dispożizzjonijiet tal-BĊE; iii) għall-illegalità ta’ tali dispożizzjonijiet u l-irregolarità tal-aġir, ikkunsidrat fit-totalità tiegħu, konness magħhom; iv) għall-impenji ġġenerati fuq is-sitwazzjoni ta’ Carige b’effett tal-eżekuzzjoni taż-żidiet fil-kapital tal-2017; v) għat-tfixkil sussegwenti ta’ tali impenji insegwitu għall-aġiri u d-dispożizzjonijiet tal-BĊE; vi) għall-illegalità ta’ tali dispożizzjonijiet u l-irregolarità tal-aġir, ikkunsidrat fit-totalità tiegħu, konness magħhom; vii) għall-illegalità tad-dispożizzjonijiet tal-BĊE – li ġġeneraw danni gravi li jikkonsistu fit-telf ta’ valur tal-azzjonijiet tal-azzjonisti fi Carige – li allegatament imponew l-iżvestiment ta’ self improduttiv, b’mod u f’qies mhux iġġustifikati, sproporzjonati u li jmorru kontra l-prinċipju ta’ trattament ugwali u kontra prinċipji oħra.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ilment li l-BĊE influwenza u indaħal b’mod mhux xieraq fil-proċessi ta’ tmexxija tal-Bank, u b’dan il-mod iffavorixxew tmexxija awtokratika min-naħa tal-uffiċjal kap eżekuttiv, bi ksur tar-regoli tad-dritt tal-Kumpanniji u tad-djalogu normali tal-korp amministrattiv kolleġjali, sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ miżuri imposti b’mod mhux korrett, u b’dan il-mod ipprekluda r-reazzjoni għal prattiċi ta’ amministrazzjoni min-naħa tad-diretturi li ma kinux xierqa u li kienu ta’ ħsara, u ikkawża wkoll sors ta’ djufija tal-bank.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-ilment li l-BĊE ikkontribwixxa għall-ħolqien tal-predikati li l-istess awtorità użat bħala bażi għad-deċiżjoni illegali rispettiva tagħha li l-bank jiġi suġġett għal amministrazzjoni straordinarja u li, b’dan il-mod u b’aġiri sussegwenti, ikkontribwixxa għad-determinazzjoni taż-żieda illegali tal-kapital bl-esklużjoni ta’ drittijiet preferenzjali, deċiża fl-2019, li kkawża telf sinjifikattiv fil-valur tal-azzjonijiet tal-azzjonisti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li r-raġunijiet għar-responsabbiltà tal-BĊE jirrigwardaw il-klawżola ġenerali prevista fl-artikolu 340(2) u (3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-kuntrast, taħt diversi aspetti, tal-aġiri u tad-dispożizzjonijiet tal-BĊE mad-doveri inerenti għall-funzjoni tiegħu ta’ superviżjoni, anki fir-rigward tal-ħarsien tal-amministrazzjoni sana u prudenti tal-bank, u għall-ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-proprjetà, ta’ proporzjonalità, ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ugwaljanza, ta’ imparzjalità u ta’ trattament ugwali, ta’ trasparenza, ta’ bona fide u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, b’riferiment partikolari għall-Artikoli 17, 20 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għall-Artikolu 4(4) TUE u għall-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU 2013, L 287, p. 63).

5.

Il-ħames motiv, f’dak li jirrigwarda b’mod partikolari lir-rikorrent Vittorio Malacalza, fil-kwalità tiegħu ta’ ex direttur u Viċi President ta’ Caragi, qegħdin jiġu lmentati fatti u raġunijiet li huma speċifikament inerenti għall-imsemmija pożizzjoni tiegħu.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/42


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Marzu 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – Rimex Trading (UNK UNIK)

(Kawża T-144/21)

(2021/C 163/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J.L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rimex Trading (Sofíja, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża:applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni UNK UNIK – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 940 710

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 2889/2019-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ċaħdet l-appell tal-parti li topponi, tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tiċħad l-Oppożizzjoni B 3 069 013 u li tagħti t-trade mark tal-Unjoni Nru 17 940 710 UNK UNIK (figurattiva).

tikkundanna lill-konvenut jew lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u 2(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/43


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2021 – Gugler France vs EUIPO – Gugler (GUGLER)

(Kawża T-147/21)

(2021/C 163/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Gugler France (Les Auxons, Franza) (rappreżentant: A. Grolée, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alexander Gugler (Maxdorf, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “GUGLER” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 324 902

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 893/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara t-trade mark tal-Unjoni Nru 3 324 902 invalida abbażi tal-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 40/94;

tikkundanna lill-EUIPO u/jew lil Alexander Gugler għall-ispejjeż sostnuti minn Gugler France fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO u fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 51(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 40/94.


Rettifika

3.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 163/44


Rettifika tal-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża C-518/20

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 19 tat-18 ta‘ Jannar 2021 )

(2021/C 163/56)

Il-formulazzjoni tal-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali fil-Kawża C-518/20, Fraport, ġiet issostitwita bil-formulazzjoni li ġejja:

“Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fis-16 ta’ Ottubru 2020 – XP vs Fraport AG Frankfurt Airport Services Worldwide

(Kawża C-518/20)

(2021/C 19/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XP

Konvenuta: Fraport AG Frankfurt Airport Services Worldwide

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE (1) u l-Artikolu 31(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jipprekludu l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 7(3) tal-Bundesurlaubsgesetz (il-Liġi Federali dwar il-Leave) li skontha d-dritt għal-leave annwali mħallas, li jkun għadu ma tteħidx, ta’ ħaddiem li jsofri, matul is-sena ta’ riferiment għal-leave, minn inkapaċità għax-xogħol sħiħa minħabba raġunijiet ta’ saħħa, iżda li kien għadu seta’ jieħu – tal-inqas parzjalment – dan il-leave qabel il-bidu tal-inkapaċità għax-xogħol tiegħu matul is-sena ta’ riferiment, jintemm ħmistax-il xahar wara t-tmiem tas-sena ta’ riferiment f’każ ta’ persistenza, mingħajr interruzzjoni, tal-inkapaċità għax-xogħol, inkluż meta l-persuna li timpjega ma tkunx effettivament qiegħdet lill-ħaddiem fil-pożizzjoni li jeżerċita d-dritt għal-leave tiegħu billi tistiednu jagħmel hekk u tipprovdilu informazzjoni korrispondenti dwar dan?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda: F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-tmiem f’data sussegwenti huwa wkoll eskluż f’każ ta’ persistenza ta’ inkapaċità għax-xogħol totali?”


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).