ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2021/C 153/01 |
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
29.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 153/1 |
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat
(2021/C 153/01)
WERREJ
1. |
INTRODUZZJONI | 3 |
2. |
KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET | 4 |
2.1. |
Kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna reġjonali | 4 |
2.2. |
Definizzjonijiet | 6 |
3. |
GĦAJNUNA REĠJONALI NOTIFIKABBLI | 9 |
4. |
KOSTIJIET ELIĠIBBLI | 9 |
4.1. |
Għajnuna għall-investiment | 9 |
4.1.1. |
Kostijiet eliġibbli kkalkulati abbażi tal-kostijiet tal-investiment | 10 |
4.1.2. |
Kostijiet eliġibbli kkalkulati abbażi tal-kostijiet lavorattivi | 10 |
4.2. |
Għajnuna operatorja | 11 |
5. |
VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA REĠJONALI | 11 |
5.1. |
Kontribut għall-iżvilupp reġjonali u għall-koeżjoni territorjali | 11 |
5.1.1. |
Skemi ta’ għajnuna għall-investiment | 12 |
5.1.2. |
Għajnuna individwali notifikabbli għall-investiment | 12 |
5.1.3. |
Skemi ta’ għajnuna operatorja | 13 |
5.2. |
Effett ta’ inċentiv | 14 |
5.2.1. |
Għajnuna għall-investiment | 14 |
5.2.2. |
Skemi ta’ għajnuna operatorja | 15 |
5.3. |
Ħtieġa ta’ intervent mill-Istat | 15 |
5.4. |
Adegwatezza tal-għajnuna reġjonali | 16 |
5.4.1. |
Adegwatezza fost strumenti ta’ politika alternattivi | 16 |
5.4.2. |
Adegwatezza fost strumenti differenti ta’ għajnuna | 16 |
5.5. |
Proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ) | 17 |
5.5.1. |
Għajnuna għall-investiment | 17 |
5.5.2. |
Skemi ta’ għajnuna operatorja | 18 |
5.6. |
Evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ | 18 |
5.6.1. |
Kunsiderazzjonijiet ġenerali | 18 |
5.6.2. |
Effetti manifestament negattivi fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ | 20 |
5.6.3. |
Skemi ta’ għajnuna għall-investiment | 20 |
5.6.4. |
Għajnuna individwali notifikabbli għall-investiment | 21 |
5.6.5. |
Skemi ta’ għajnuna operatorja | 22 |
5.7. |
Trasparenza | 23 |
6. |
EVALWAZZJONI | 23 |
7. |
MAPEP TAL-GĦAJNUNA REĠJONALI | 24 |
7.1. |
Kopertura tal-popolazzjoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali | 25 |
7.2. |
Id-deroga fl-Artikolu 107(3)(a) | 25 |
7.3. |
Id-deroga fl-Artikolu 107(3)(c) | 26 |
7.3.1. |
Żoni “c” predefiniti | 26 |
7.3.2. |
Żoni “c” mhux predefiniti | 27 |
7.4. |
Intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għall-għajnuna għall-investiment reġjonali | 28 |
7.4.1. |
Intensitajiet massimi tal-għajnuna f’żoni “a” | 28 |
7.4.2. |
Intensitajiet massimi tal-għajnuna f’żoni “c” | 29 |
7.4.3. |
Intensitajiet akbar tal-għajnuna għall-SMEs | 29 |
7.4.4. |
Intensitajiet akbar tal-għajnuna għat-territorji identifikati għall-appoġġ mill-JTF | 29 |
7.4.5. |
Intensitajiet akbar tal-għajnuna għar-reġjuni li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni | 29 |
7.5. |
Notifika tal-mapep tal-għajnuna reġjonali u l-valutazzjoni tagħhom | 29 |
7.6. |
Emendi | 30 |
7.6.1. |
Riżerva tal-popolazzjoni | 30 |
7.6.2. |
Rieżami ta’ nofs it-terminu | 30 |
8. |
EMENDA TAL-LINJI GWIDA DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI MILL-ISTAT GĦALL-2014-2020 | 30 |
9. |
APPLIKABBILTÀ TAR-REGOLI DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI | 30 |
10. |
RAPPORTAR U MONITORAĠĠ | 31 |
11. |
RIEŻAMI | 31 |
1. INTRODUZZJONI
1. |
Il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra t-tipi ta’ għajnuna mill-Istat li ġejjin bħala kompatibbli mas-suq intern, abbażi tal-Artikolu 107(3)(a) u (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:
Dawn it-tipi ta’ għajnuna mill-Istat huma magħrufa bħala għajnuna reġjonali. |
2. |
Dawn il-Linji Gwida jistabbilixxu l-kundizzjonijiet li taħthom l-għajnuna reġjonali tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern. Jistabbilixxu wkoll il-kriterji għall-identifikazzjoni taż-żoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-kompatibbiltà tal-Artikoli 107(3)(a) u (c) tat-Trattat. |
3. |
L-objettiv primarju tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-għajnuna reġjonali huwa li jiġi żgurat li l-għajnuna għall-iżvilupp reġjonali u għall-koeżjoni territorjali (2) ma taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Membri (3). B’mod partikolari, dan jimmira li jipprevjeni t-tlielaq għas-sussidji li jistgħu jseħħu meta l-Istati Membri jfittxu li jattiraw jew li jżommu negozji f’żoni megħjuna tal-UE, u li jillimita l-effetti tal-għajnuna reġjonali fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni għall-minimu meħtieġ. |
4. |
L-objettiv tal-iżvilupp reġjonali u tal-koeżjoni territorjali jagħmel distinzjoni bejn l-għajnuna reġjonali u forom oħrajn ta’ għajnuna, bħall-għajnuna għar-riċerka, għall-iżvilupp u għall-innovazzjoni, għax-xogħol, għat-taħriġ, għall-enerġija jew għall-protezzjoni ambjentali, li jsegwu objettivi oħrajn ta’ żvilupp ekonomiku skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat. F’ċerti ċirkostanzi jistgħu jiġu permessi intensitajiet ogħla ta’ għajnuna għal dawn it-tipi l-oħrajn ta’ għajnuna meta jingħataw lil intrapriżi stabbiliti f’żoni żvantaġġati, bħala rikonoxximent tad-diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċjaw f’dawn iż-żoni (4). |
5. |
L-għajnuna reġjonali jista’ jkollha rwol effettiv biss jekk tintuża b’mod ristrett u proporzjonat u jekk tkun ikkonċentrata fuq żoni megħjuna fl-UE (5). B’mod partikolari, il-limiti massimi permessi tal-għajnuna jenħtieġ li jirriflettu l-livell tal-problemi li qed jaffettwaw l-iżvilupp taż-żoni kkonċernati. Il-vantaġġi tal-għajnuna f’termini ta’ żvilupp ta’ żona megħjuna jridu jisbqu t-tfixkil tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ li dan jista’ jirriżulta fih (6). Il-piż mogħti lill-effetti pożittivi tal-għajnuna x’aktarx ivarja skont id-deroga tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat, li jfisser li tfixkil akbar tal-kompetizzjoni jista’ jkun aċċettat fiż-żoni l-aktar żvantaġġati koperti mill-Artikolu 107(3)(a) milli f’żoni koperti mill-Artikolu 107(3)(c) (7). |
6. |
Barra minn hekk l-għajnuna reġjonali tista’ tkun effettiva fil-promozzjoni jew fil-faċilitazzjoni tal-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni megħjuna biss jekk din tingħata biex tistimola investiment jew attività ekonomika addizzjonali f’dawk iż-żoni. F’ċerti każijiet limitati ħafna u identifikati sew, l-ostakli li dawn iż-żoni jiffaċċjaw biex jattiraw jew biex iżommu attività ekonomika jistgħu tant ikunu gravi jew permanenti li l-għajnuna għall-investiment tista’ ma tkunx biżżejjed biex tippermetti liż-żona tiżviluppa. F’din is-sitwazzjoni, l-għajnuna għall-investiment reġjonali tista’ tiġi ssupplimentata b’għajnuna operatorja reġjonali. |
7. |
Fl-2019, il-Kummissjoni nediet evalwazzjoni tal-qafas ta’ għajnuna reġjonali biex tivvaluta jekk il-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali kinux għadhom adattati għall-iskop tagħhom. Ir-riżultati (8) wrew li, fil-prinċipju, ir-regoli jaħdmu tajjeb, iżda jeħtieġu xi titjib biex jirriflettu l-iżviluppi ekonomiċi. Barra minn hekk, il-“Patt Ekoloġiku Ewropew” (9), l-“iStrateġija Industrijali Ġdida għall-Ewropa” (10) u “Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa (11)”, jistgħu jitqiesu mill-Kummissjoni meta jiġi vvalutat l-impatt tal-għajnuna reġjonali, u dawn jeħtieġu li jsiru xi emendi għar-regoli. F’dan il-kuntest, regoli oħra dwar l-għajnuna mill-Istat ukoll għaddejjin minn proċess ta’ reviżjoni u l-Kummissjoni qed tagħti attenzjoni partikolari għall-ambitu ta’ kull linja gwida tematika kif ukoll għall-possibbiltajiet li potenzjalment jiġu kkombinati tipi differenti ta’ għajnuna għall-istess investiment. Bħala tali, l-appoġġ għall-investimenti inizjali għal teknoloġiji ġodda ekoloġiċi li jikkontribwixxu għad-dekarbonizzazzjoni tal-proċessi tal-produzzjoni fl-industrija, inklużi l-industriji intensivi fl-enerġija bħall-azzar, jista’ jiġi vvalutat, skont il-karatteristiċi eżatti tagħhom, b’mod partikolari skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni jew għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija. L-għajnuna reġjonali tista’ tiġi kkombinata wkoll ma’ tipi oħra ta’ għajnuna. Huwa possibbli, pereżempju, għall-istess proġett ta’ investiment, li l-għajnuna reġjonali tiġi kkombinata ma’ appoġġ skont ir-regoli tal-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali u l-enerġija jekk dak il-proġett ta’ investiment jiffaċilita l-iżvilupp ta’ żona megħjuna u fl-istess ħin iżid il-livell ta’ protezzjoni ambjentali sal-punt li l-investiment jew parti minnu jikkwalifika għal appoġġ kemm iż-żewġ regoli tematiċi kif ukoll li d-dispożizzjonijiet taż-żewġ settijiet ta’ regoli jiġu rrispettati. B’dan il-mod, l-Istati Membri jistgħu jinċentivaw l-ilħuq taż-żewġ objettivi bl-aħjar mod, filwaqt li jevitaw kumpens żejjed. F’dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni inkludiet ukoll dispożizzjonijiet speċifiċi biex tiffaċilita l-appoġġ fil-kuntest tal-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta (JTF) f’konformità mal-prinċipji ta’ koeżjoni. Il-JTF huwa wieħed mill-pilastri tal-Mekkaniżmu għal Tranżizzjoni Ġusta li għandu jiġi implimentat taħt il-politika ta’ koeżjoni (12) biex jikkontribwixxi għall-indirizzar tal-konsegwenzi soċjali, ekonomiċi u ambjentali li jistgħu jakkumpanjaw l-objettiv ambizzjuż tat-tranżizzjoni lejn Unjoni newtrali għall-klima sal-2050. L-għanijiet tal-JTF huma li jimmitiga l-effetti negattivi tat-tranżizzjoni klimatika billi jappoġġa lit-territorji u lill-ħaddiema l-aktar affettwati u jippromwovi tranżizzjoni soċjoekonomika bbilanċjata. |
8. |
Bi tweġiba għad-disturb ekonomiku maħluq mill-pandemija tal-COVID-19, il-Kummissjoni stabbiliet strumenti mmirati, bħall-Qafas Temporanju għall-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat (13). Il-pandemija jista’ jkollha effetti aktar fit-tul f’ċerti oqsma milli f’oħrajn. F’dan il-mument, għadu kmieni wisq biex wieħed ibassar l-impatt tal-pandemija fuq perjodu ta’ żmien medju u fit-tul biex jiġu identifikati liema żoni se jkunu partikolarment affettwati. Għalhekk, il-Kummissjoni qed tippjana rieżami ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali fl-2023, li se jqis l-aktar statistika reċenti disponibbli. |
2. KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
2.1. Kamp ta’ applikazzjoni tal-għajnuna reġjonali
9. |
Il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida huma applikabbli kemm għall-iskemi ta’ għajnuna reġjonali notifikabbli kif ukoll għall-għajnuna individwali notifikabbli. |
10. |
Dawn il-Linji Gwida ma jkoprux l-għajnuna mill-Istat mogħtija lis-setturi tal-azzar (14), tal-linjite (15) u tal-faħam (16). |
11. |
Il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida għall-għajnuna reġjonali f’kull settur ta’ attività ekonomika, minbarra s-setturi li huma soġġetti għal regoli speċifiċi dwar l-għajnuna mill-Istat, b’mod partikolari fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (17), fl-agrikoltura (18), fit-trasport (19), fil-broadband (20), u fl-enerġija (21), apparti fejn l-għajnuna mill-Istat tingħata f’dawk is-setturi bħala parti minn skema ta’ għajnuna operatorja reġjonali orizzontali. |
12. |
Il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida fir-rigward tal-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli u fir-rigward ta’ miżuri ta’ għajnuna li jappoġġaw attivitajiet barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat iżda li huma jew kofinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (22) jew jingħataw bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal tali miżuri kofinanzjati, sakemm ir-regoli settorjali ma jiddikjarawx mod ieħor. |
13. |
Hemm it-tendenza li l-kumpaniji l-kbar jintlaqtu anqas mill-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) mir-restrizzjonijiet reġjonali għall-investiment jew għaż-żamma ta’ attività ekonomika f’żona megħjuna. L-ewwel nett, l-intrapriżi l-kbar jistgħu jiksbu kapital u kreditu fis-swieq globali aktar faċilment u huma anqas ristretti mill-offerta aktar limitata tas-servizzi finanzjarji f’żoni megħjuna. It-tieni nett, l-investimenti mill-intrapriżi l-kbar jistgħu jipproduċu ekonomiji ta’ skala li jnaqqsu l-kostijiet inizjali speċifiċi għall-post u, f’ħafna aspetti, mhumiex marbutin maż-żona li fiha jseħħ l-investiment. It-tielet nett, intrapriżi kbar li jippjanaw investimenti normalment ikollhom setgħa ta’ negozjar konsiderevoli meta mqabbla mal-awtoritajiet, u dan jista’ jwassal biex l-għajnuna tingħata mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa jew mingħajr ġustifikazzjoni xierqa. Fl-aħħar nett, l-intrapriżi l-kbar għandhom tendenza akbar li jkunu atturi importanti fis-suq ikkonċernat u, konsegwentement, l-investiment li għalih tingħata l-għajnuna jista’ joħloq tfixkil fil-kompetizzjoni u fil-kummerċ fis-suq intern. |
14. |
Peress li għajnuna reġjonali mogħtija lil intrapriżi kbar għall-investimenti tagħhom aktarx mhux se jkollha effett ta’ inċentiv, bħala regola ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, sakemm ma tingħatax għal investimenti inizjali li joħolqu attivitajiet ekonomiċi ġodda f’dawn iż-żoni “c” f'konformità mal-kriterji stipulati f’dawn il-linji gwida. Madankollu, fit-territorji l-aktar affettwati mit-tranżizzjoni klimatika, il-vantaġġi strutturali disponibbli għal intrapriżi kbar jistgħu ma jkunux biżżejjed biex jintlaħaq il-livell ta’ investiment vitali biex tiġi żgurata tranżizzjoni soċjoekonomika bbilanċjata u jiġu offruti biżżejjed opportunitajiet ta’ impjieg biex ipattu għat-telf ta’ impjiegi li jirriżulta mill-għeluq ta’ attivitajiet ekonomiċi kkawżati mit-tranżizzjoni. Għalhekk, b’deroga mill-ewwel sentenza (23) ta’ dan il-paragrafu, l-għajnuna reġjonali lil intrapriżi kbar tista’ wkoll titqies bħala kompatibbli mas-suq intern f’konformità mal-kriterji ta’ dawn il-linji gwida, jekk tingħata għad-diversifikazzjoni tal-produzzjoni ta’ stabbiliment fi prodotti li ma kinux jiġu prodotti qabel fl-istabbiliment jew għal bidla fundamentali fil-proċess kumplessiv ta’ produzzjoni tal-prodott(i) ikkonċernat(i) mill-investiment fl-istabbiliment, dment li (1) tikkonċerna investiment inizjali f’territorju identifikat għal appoġġ kofinanzjat mill-JTF f’żona “c” li jkollha l-PDG per capita taħt il-100% tal-medja tal-UE27; (2) li l-investiment u l-benefiċjarju jkunu identifikati fil-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta (24) ta’ Stat Membru approvat mill-Kummissjoni; u (3) li l-għajnuna mill-Istat għall-investiment tkun koperta mill-JTF sal-massimu permess. |
15. |
L-għajnuna reġjonali li l-għan tagħha huwa li tnaqqas l-ispejjeż kurrenti ta’ intrapriża tikkostitwixxi għajnuna operatorja. L-għajnuna operatorja tista’ titqies kompatibbli biss jekk ikun jista’ jintwera li hija meħtieġa għall-iżvilupp taż-żona, pereżempju jekk timmira li tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċjaw l-SMEs fl-aktar żoni żvantaġġati (skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat), jekk tikkumpensa għal spejjeż addizzjonali mġarrba fit-twettiq ta’ attività ekonomika fir-reġjuni ultraperiferiċi, jew jekk tipprevjeni jew tnaqqas id-depopolazzjoni f’żoni skarsament popolati u b’popolazzjoni baxxa ħafna. |
16. |
Dawn il-Linji Gwida ma jkoprux għajnuna mogħtija lil intrapriżi li l-attività ewlenija tagħhom taqa’ taħt it-Taqsima K “Attivitajiet finanzjarji u marbuta ma’ assigurazzjoni” tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Rev. 2 (25) jew lil intrapriżi li jwettqu attivitajiet intragrupp u li l-attività ewlenija tagħhom taqa’ taħt il-klassijiet 70.10 “Attivitajiet ta’ uffiċċji ċentrali” jew 70.22 “Negozju u attivitajiet oħra ta’ konsulenza dwar ġestjoni” tan-NACE Rev. 2. |
17. |
L-għajnuna reġjonali ma tistax tingħata lil intrapriżi f’diffikultà, kif definit għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida mil-Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (26). |
18. |
Meta tivvaluta l-għajnuna reġjonali li tingħata lil intrapriża li tkun soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti b’segwitu għal deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna illegali u inkompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni se tqis l-ammont ta’ kwalunkwe għajnuna li għad irid jiġi rkuprat (27). |
2.2. Definizzjonijiet
19. |
Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
3. GĦAJNUNA REĠJONALI NOTIFIKABBLI
20. |
Fil-prinċipju, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw l-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, bl-eċċezzjoni ta’ miżuri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’Regolament ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 (32). |
21. |
Il-Kummissjoni se tapplika dawn il-Linji Gwida għall-iskemi ta’ għajnuna reġjonali notifikabbli u għall-għajnuna reġjonali individwali notifikabbli. |
22. |
L-għajnuna individwali mogħtija skont skema notifikata tibqa’ soġġetta għall-obbligu ta’ notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat jekk l-għajnuna mis-sorsi kollha taqbeż il-limitu ta’ notifika individwali stabbilit fir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (33) (“GBER”) għall-għajnuna għall-investiment reġjonali. |
23. |
L-għajnuna individwali mogħtija skont skema notifikata tibqa’ soġġetta wkoll għall-obbligu ta’ notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat sakemm il-benefiċjarju ma jkunx:
|
4. KOSTIJIET ELIĠIBBLI
4.1. Għajnuna għall-investiment
24. |
Il-kostijiet eliġibbli huma kif ġej:
|
25. |
Meta l-kostijiet eliġibbli jiġu stabbiliti abbażi ta’ kostijiet tal-investiment f’assi tanġibbli u intanġibbli, huma eliġibbli biss il-kostijiet tal-assi li jagħmlu parti mill-investiment inizjali fl-istabbiliment tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jinsab fiż-żona megħjuna fil-mira. |
26. |
B’deroga mill-kundizzjoni fil-paragrafu 25, l-assi tal-għodod destinati għall-fornituri (34) jistgħu jiġu inklużi fl-ispejjeż eliġibbli tal-intrapriża li tkun akkwistathom (jew ipproduċiethom) jekk jintużaw matul il-perjodu minimu ta’ manutenzjoni sħiħ ta’ ħames snin għal intrapriżi kbar, u tliet snin għall-SMEs, għal operazzjoni ta’ pproċessar jew assemblaġġ tal-benefiċjarju tal-għajnuna marbuta direttament ma’ proċess ta’ produzzjoni bbażat fuq l-investiment inizjali megħjun tal-benefiċjarju tal-għajnuna. Din id-deroga hija applikabbli sakemm l-istabbiliment tal-fornitur ikun jinsab f’żona megħjuna, il-fornitur innifsu ma jirċevix għajnuna għall-investiment reġjonali jew għajnuna għall-investiment għall-SMEs skont l-Artikolu 17 tal-GBER għall-assi kkonċernati, u l-intensità tal-għajnuna ma taqbiżx l-intensità massima rilevanti tal-għajnuna applikabbli għall-post tal-istabbiliment tal-fornitur. Kwalunkwe aġġustament tal-intensità tal-għajnuna għal proġetti kbar ta’ investiment japplika wkoll għall-għajnuna kkalkulata għall-kostijiet tal-assi tal-għodod destinati għall-fornituri, li huma kkunsidrati li jiffurmaw parti mill-kost tal-investiment kumplessiv tal-investiment inizjali. |
4.1.1. Kostijiet eliġibbli kkalkulati abbażi tal-kostijiet tal-investiment
27. |
L-assi akkwiżiti jridu ikunu ġodda, minbarra għall-SMEs jew fil-każ ta’ akkwiżizzjoni ta’ stabbiliment (35). |
28. |
Għall-SMEs, sa 50 % tal-kostijiet tal-istudji preparatorji jew tal-kostijiet ta’ konsulenza marbuta mal-investiment jistgħu jitqiesu wkoll bħala kostijiet eliġibbli. |
29. |
Għal għajnuna mogħtija lil intrapriżi kbar għal bidla fundamentali fil-proċess tal-produzzjoni, l-ispejjeż eliġibbli jridu jaqbżu d-deprezzament tal-assi marbuta mal-attività li tkun trid tiġi mmodernizzata matul it-tliet snin fiskali preċedenti. |
30. |
Fil-każ ta’ għajnuna mogħtija għal diversifikazzjoni ta’ stabbiliment eżistenti, il-kostijiet eliġibbli jridu jaqbżu l-valur kontabilistiku tal-assi li jkunu qed jerġgħu jintużaw b’mill-anqas 200 %, kif irreġistrat fis-sena fiskali ta’ qabel bdew ix-xogħlijiet. |
31. |
Il-kostijiet marbuta mal-lokazzjoni ta’ assi tanġibbli jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
32. |
Fil-każ ta’ investiment inizjali kif imsemmi fil-paragrafu 19(13)(b) jew 19(14)(b), fil-prinċipju jenħtieġ li jitqiesu biss il-kostijiet tax-xiri tal-assi minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej. Madankollu, jekk membru tal-familja tas-sid oriġinali, jew impjegat, jieħu f’idejh intrapriża żgħira, il-kundizzjoni li l-assi jridu jinxtraw minn partijiet terzi mhux relatati max-xerrej ma tapplikax. It-tranżazzjoni trid isseħħ skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Jekk l-akkwiżizzjoni tal-assi ta’ stabbiliment tkun akkumpanjata minn investiment addizzjonali eliġibbli għall-għajnuna reġjonali, il-kostijiet eliġibbli ta’ dak l-investiment addizzjonali jenħtieġ li jiġu miżjuda mal-kostijiet tal-akkwiżizzjoni tal-assi tal-istabbiliment. |
33. |
Fil-każ ta’ intrapriżi kbar, il-kostijiet ta’ assi intanġibbli huma eliġibbli biss sa limitu ta’ 50 % tal-kostijiet ta’ investiment eliġibbli totali għall-investiment inizjali. Għall-SMEs, 100 % tal-ispejjeż tal-assi intanġibbli huma eliġibbli. |
34. |
L-assi intanġibbli li jistgħu jitqiesu għall-kalkolu tal-kostijiet tal-investiment iridu jibqgħu assoċjati maż-żona kkonċernata u ma għandhomx jiġu ttrasferiti għal żoni oħrajn. Għal dan il-għan, l-assi intanġibbli jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
4.1.2. Kostijiet eliġibbli kkalkulati abbażi tal-kostijiet lavorattivi
35. |
L-għajnuna reġjonali tista’ tiġi kkalkulata wkoll b’referenza għall-kostijiet lavorattivi previsti marbuta mal-impjiegi maħluqa bħala riżultat ta’ investiment inizjali. L-għajnuna tista’ tikkumpensa biss l-ispejjeż tal-pagi relatati mal-ħolqien tal-impjiegi, ikkalkulati fuq sentejn, u l-intensità tal-għajnuna li tirriżulta ma tridx taqbeż l-intensità massima applikabbli tal-għajnuna fiż-żona kkonċernata. |
36. |
Meta l-kostijiet eliġibbli jiġu kkalkulati b’referenza għall-kostijiet lavorattivi stmati kif imsemmi fil-paragrafu 35, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
4.2. Għajnuna operatorja
37. |
Il-kostijiet eliġibbli fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna operatorja jridu jkunu predefiniti u attribwibbli bis-sħiħ għall-problemi li l-għajnuna hija maħsuba li tindirizza, kif muri mill-Istat Membru. |
38. |
Fir-reġjuni ultraperiferiċi, l-iskemi ta’ għajnuna operatorja jistgħu jagħmlu tajjeb għall-kostijiet operatorji addizzjonali mġarrba f’dawk ir-reġjuni bħala riżultat dirett ta’ restrizzjoni jew ta’ restrizzjonijiet permanenti msemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat. Dawn il-kostijiet addizzjonali jridu jiġu kkwantifikati u mqabblin mal-kostijiet imġarrba minn intrapriżi simili stabbiliti f’reġjuni oħra tal-Istat Membru kkonċernat. |
5. VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBILITÀ TAL-GĦAJNUNA REĠJONALI
39. |
Il-Kummissjoni se tikkunsidra miżura ta’ għajnuna reġjonali kompatibbli mal-Artikolu 107(3) tat-Trattat biss jekk l-għajnuna tikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-koeżjoni reġjonali. L-għan irid ikun jew li jiġi promoss l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni “a” jew li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta’ żoni “c” (Taqsima 5.1) u barra minn hekk irid jissodisfa kull wieħed mill-kriterji li ġejjin:
|
40. |
Il-bilanċ kumplessiv ta’ ċerti kategoriji ta’ skemi jista’ jkun soġġett ukoll għal rekwiżit li titwettaq evalwazzjoni ex post, kif deskritt fit-Taqsima 6. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ tillimita t-tul tal-iskemi (normalment għal erba’ snin jew anqas) bil-possibbiltà li terġa’ tinnotifika l-estensjoni tad-data ta’ skadenza tagħhom wara dan. |
41. |
Jekk miżura ta’ għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet mehmużin magħha (inkluż il-metodu ta’ finanzjament tagħha meta dan jifforma parti integrali mill-miżura ta’ għajnuna mill-Istat), jew l-attività li tiffinanzja jkunu jinvolvu ksur ta’ dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-UE, l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern (36). |
5.1. Kontribut għall-iżvilupp reġjonali u għall-koeżjoni territorjali
42. |
L-objettiv primarju tal-għajnuna reġjonali huwa l-iżvilupp ekonomiku taż-żoni żvantaġġati tal-UE. Billi tippromwovi u tiffaċilita l-iżvilupp sostenibbli ta’ żoni megħjuna, l-għajnuna tikkontribwixxi għall-politika ta’ koeżjoni territorjali tal-UE, li għandha l-għan li ttejjeb il-koeżjoni ekonomika u soċjali billi tnaqqas l-inugwaljanzi fil-livell ta’ żvilupp bejn iż-żoni. |
5.1.1. Skemi ta’ għajnuna għall-investiment
43. |
L-iskemi ta’ għajnuna reġjonali jenħtieġ li jiffurmaw parti integrali minn strateġija ta’ żvilupp reġjonali b’objettivi definiti b’mod ċar. |
44. |
L-Istati Membri jridu juru li l-iskema hija konsistenti mal-istrateġija ta’ żvilupp taż-żona kkonċernata u tikkontribwixxi għaliha. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jirreferu għal evalwazzjonijiet ta’ skemi ta’ għajnuna mill-Istat, valutazzjonijiet tal-impatt antiki magħmula mill-awtoritajiet awtorizzanti, jew opinjonijiet esperti. Sabiex jiġi żgurat li l-iskema ta’ għajnuna tikkontribwixxi għall-istrateġija ta’ żvilupp, trid tinkludi metodu li jippermetti lill-awtoritajiet awtorizzanti jipprijoritizzaw u jagħżlu l-proġetti tal-investiment li jissodisfaw l-objettivi tal-iskema (pereżempju, abbażi ta’ metodu formali tal-għoti ta’ punteġġi). |
45. |
L-iskemi ta’ għajnuna reġjonali jistgħu jiġu stabbiliti f’żoni “a” biex jappoġġaw investimenti inizjali ta’ SMEs jew ta’ intrapriżi kbar. F’żoni “c”, l-iskemi jistgħu jiġu stabbiliti biex jappoġġaw investimenti inizjali ta’ SMEs u investimenti inizjali li joħolqu attivitajiet ekonomiċi ġodda ta’ intrapriżi kbar. |
46. |
Meta tagħti l-għajnuna għal proġetti individwali ta’ investiment abbażi ta’ skema, l-awtorità awtorizzanti trid tikkonferma li l-proġett magħżul se jikkontribwixxi għall-objettiv tal-iskema u b’hekk għall-istrateġija ta’ żvilupp fiż-żona kkonċernata. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jenħtieġ li jirreferu għall-informazzjoni pprovduta mill-applikant għall-għajnuna fil-formola tal-applikazzjoni għall-għajnuna li fiha jiddeskrivu l-effetti pożittivi tal-investiment fuq l-iżvilupp taż-żona kkonċernata (37). |
47. |
Biex jiġi żgurat li l-investiment jagħti kontribut veru u sostnut għall-iżvilupp taż-żona kkonċernata, l-investiment irid jinżamm f’dik iż-żona għal mill-anqas ħames snin, jew għal tliet snin fil-każ ta’ SMEs, wara li jitlesta l-investiment (38). |
48. |
Biex jiġi żgurat li l-investiment huwa vijabbli, l-Istat Membru jrid jiżgura li l-benefiċjarju tal-għajnuna jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta’ mill-anqas 25 % (39) tal-kostijiet eliġibbli, mir-riżorsi proprji jew permezz ta’ finanzjament estern, f’għamla li hija eżenti minn kwalunkwe appoġġ pubbliku (40). |
49. |
Sabiex jiġi evitat li l-miżuri tal-għajnuna mill-Istat iwasslu għal ħsara ambjentali, l-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni ambjentali tal-UE, inkluż b’mod partikolari l-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni tal-impatt ambjentali meta l-liġi titlob li jsir dan u li jinkisbu l-permessi rilevanti kollha. |
5.1.2. Għajnuna individwali notifikabbli għall-investiment
50. |
Sabiex juru l-kontribut tal-għajnuna individwali għall-investiment notifikabbli għall-iżvilupp reġjonali, l-Istati Membri jistgħu jużaw indikaturi varji, bħal dawk imsemmija hawn taħt, li jistgħu jkunu kemm diretti (pereżempju, il-ħolqien ta’ impjiegi diretti) kif ukoll indiretti (pereżempju, innovazzjoni lokali):
|
51. |
L-Istati Membri jistgħu jirreferu għall-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jista’ jipprovdi informazzjoni dwar l-ammont ta’ impjiegi li sejrin jinħolqu, is-salarji li jridu jitħallsu (żieda fil-ġid domestiku bħala effett konsegwenzjali), il-volum tal-akkwiżizzjonijiet mingħand produtturi lokali, il-fatturat iġġenerat mill-investiment u li minnu possibbilment tibbenefika ż-żona permezz ta’ dħul addizzjonali mit-taxxa. |
52. |
Għall-għajnuna għall-investiment individwali notifikabbli, japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 47 sa 49. |
53. |
Fil-każ ta’ għajnuna ad hoc (41), minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 50 sa 52, l-Istati Membri jridu juru li l-proġett huwa koerenti mal-istrateġija tal-iżvilupp taż-żona kkonċernata u li jikkontribwixxi għaliha. |
5.1.3. Skemi ta’ għajnuna operatorja
54. |
Skemi ta’ għajnuna operatorja jippromwovu l-iżvilupp ta’ żoni megħjuna biss jekk l-isfidi ffaċċjati minn dawn iż-żoni jkunu kjarament identifikati bil-quddiem. L-ostakli biex jattiraw jew biex iżommu l-attività ekonomika jistgħu jkunu tant gravi jew permanenti li l-għajnuna għall-investiment waħedha ma tkunx biżżejjed biex dawn iż-żoni jiżviluppaw. |
55. |
Fir-rigward tal-għajnuna maħsuba biex tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi ffaċċjati minn SMEs f’żoni “a”, l-Istati Membri kkonċernati jridu juru l-eżistenza u l-livell ta’ dawn id-diffikultajiet speċifiċi u jridu juru l-ħtieġa ta’ skema ta’ għajnuna operatorja minħabba li dawk id-diffikultajiet speċifiċi ma jistgħux jingħelbu bl-għajnuna għall-investiment. |
56. |
Fir-rigward tal-għajnuna operatorja biex tikkumpensa għal spejjeż addizzjonali speċifiċi fir-reġjuni ultraperiferiċi, it-tipi ta’ restrizzjonijiet permanenti li jirrestrinġu b’mod sever l-iżvilupp tar-reġjuni ultraperiferiċi huma stabbiliti fl-Artikolu 349 tat-Trattat. Dawn jinkludu d-distanza, l-insularità, id-daqs żgħir, it-topografija u l-klima diffiċli, u d-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti. L-Istati Membri jridu jidentifikaw il-kostijiet addizzjonali speċifiċi relatati ma’ dawn ir-restrizzjonijiet permanenti li l-iskema ta’ għajnuna operatorja hija maħsuba li tikkumpensa għalihom. |
57. |
Fir-rigward tal-għajnuna operatorja maħsuba biex tipprevjeni jew tnaqqas id-depopolazzjoni f’żoni skarsament popolati u f’żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna, l-Istati Membri jridu juru r-riskju tad-depopolazzjoni fil-każ li ma tingħatax l-għajnuna operatorja. |
5.2. Effett ta’ inċentiv
5.2.1. Għajnuna għall-investiment
58. |
L-għajnuna reġjonali tista’ tinstab kompatibbli mas-suq intern biss jekk ikollha effett ta’ inċentiv. Għajnuna mill-Istat titqies li għandha effett ta’ inċentiv meta din tibdel l-imġiba ta’ intrapriża b’tali mod li din twettaq attività addizzjonali li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ żona, li mingħajr l-għajnuna, ma kinitx twettaq jew kienet tagħmel dan biss b’mod limitat jew differenti jew f’post ieħor. L-għajnuna ma tridx tissussidja l-kostijiet ta’ attività li intrapriża xorta waħda kienet twettaq u ma tridx tikkumpensa għar-riskju kummerċjali normali ta’ attività ekonomika. |
59. |
L-effett ta’ inċentiv jista’ jiġi ppruvat b’żewġ modi:
|
60. |
Jekk l-għajnuna ma tbiddilx l-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna billi tistimola investiment inizjali (addizzjonali) fiż-żona kkonċernata, jista’ jitqies li l-istess investiment kien isir fiż-żona anke mingħajr l-għajnuna. Għalhekk, l-għajnuna ma għandhiex effett ta’ inċentiv biex jintlaħaq l-għan ta’ żvilupp reġjonali u ta’ koeżjoni territorjali u ma tistax tiġi approvata bħala kompatibbli mas-suq intern skont dawn il-Linji Gwida. |
61. |
Madankollu, fil-każ ta’ għajnuna reġjonali li tingħata minn fondi tal-politika ta’ koeżjoni jew mill-FAEŻR f’żoni “a” għal investimenti meħtieġa biex jinkisbu l-istandards stabbiliti mid-dritt tal-UE, l-għajnuna tista’ titqies li għandha effett ta’ inċentiv, jekk fin-nuqqas tal-għajnuna, ma kienx ikun profitabbli biżżejjed għall-benefiċjarju tal-għajnuna li jagħmel l-investiment fiż-żona kkonċernata, u b’hekk dan kien iwassal għall-għeluq ta’ stabbiliment eżistenti f’dik iż-żona. |
5.2.1.1.
62. |
Ix-xogħlijiet fuq investiment individwali jistgħu jibdew biss wara li tiġi sottomessa l-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna. |
63. |
Jekk ix-xogħlijiet jibdew qabel ma tiġi sottomessa l-formola ta’ applikazzjoni għall-għajnuna, kwalunkwe għajnuna li tingħata fir-rigward ta’ dak l-investiment individwali ma titqiesx kompatibbli mas-suq intern. |
64. |
L-Istati Membri jridu jissottomettu formola standard ta’ applikazzjoni għall-għajnuna li tinkludi, bħala minimu, l-informazzjoni kollha elenkata fl-Anness VII. Fil-formola tal-applikazzjoni, l-SMEs u l-intrapriżi l-kbar iridu jispjegaw, b’xenarju kontrofattwali, x’kien jiġri kieku ma jkunux irċevew l-għajnuna billi jindikaw liema mix-xenarji deskritti fil-paragrafu 59 japplika għalihom. |
65. |
Barra minn hekk, intrapriżi kbar iridu jissottomettu evidenza dokumentata li ssostni x-xenarju kontrofattwali deskritt fil-formola tal-applikazzjoni. L-SMEs mhumiex soġġetti għal obbligu bħal dan fir-rigward ta’ għajnuna mhux notifikabbli mogħtija skont skema. |
66. |
L-awtorità awtorizzanti trid twettaq kontroll tal-kredibilità tax-xenarju kontrofattwali u tivverifika li l-għajnuna reġjonali għandha l-effett ta’ inċentiv meħtieġ li jikkorrispondi għal wieħed mix-xenarji deskritti fil-paragrafu 59. Xenarju kontrofattwali jitqies kredibbli jekk ikun ġenwin u jekk ikun jirrigwarda l-fatturi prevalenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet fiż-żmien li fih il-benefiċjarju tal-għajnuna jieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment. |
5.2.1.2.
67. |
Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi 62 sa 66, fil-każ ta’ għajnuna individwali notifikabbli, l-Istati Membri jridu jipprovdu evidenza ċara li turi li l-għajnuna verament għandha impatt fuq id-deċiżjoni tal-investiment jew fuq l-għażla tal-post (43). Dawn iridu jispeċifikaw liema xenarju minn dawk deskritti fil-paragrafu 59 japplika. Sabiex tkun tista’ ssir valutazzjoni komprensiva, l-Istati Membri ma jridux jipprovdu biss l-informazzjoni dwar il-proġett iżda anke deskrizzjoni komprensiva tax-xenarju kontrofattwali, li fih l-applikant ma jingħata ebda għajnuna minn ebda awtorità pubblika fiż-ŻEE. |
68. |
Fix-xenarju 1, l-Istati Membri jistgħu jagħtu prova li l-għajnuna għandha effett ta’ inċentiv billi jipprovdu d-dokumenti tal-intrapriża li juru li l-investiment ma jkunx profitabbli biżżejjed mingħajr l-għajnuna. |
69. |
Fix-xenarju 2, l-Istati Membri jistgħu jagħtu prova li l-għajnuna għandha effett ta’ inċentiv billi jipprovdu d-dokumenti tal-intrapriża li juru li sar tqabbil bejn il-kostijiet u l-benefiċċji ta’ lokalizzazzjoni fiż-żona kkonċernata u dawk f’żoni alternattivi. Il-Kummissjoni tivverifika jekk dawn il-paraguni humiex realistiċi. |
70. |
L-Istati Membri huma mistiedna jibbażaw fuq dokumenti ġenwini u uffiċjali tal-bord, valutazzjonijiet tar-riskji (inkluż il-valutazzjoni ta’ riskji speċifiċi għall-post), rapporti finanzjarji, pjanijiet operazzjonali interni, opinjonijiet esperti u studji oħrajn relatati mal-proġett ta’ investiment li jkun qed jiġi vvalutat. Dawk id-dokumenti jeħtieġ li jkunu kontemporanji għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar l-investiment jew dwar il-post tiegħu. Dokumenti li jkun fihom tagħrif dwar it-tbassir tad-domanda, it-tbassir tal-kostijiet, it-tbassir finanzjarju, dokumenti li jiġu ppreżentati lil kumitat tal-investimenti u li jelaboraw fuq xenarji ta’ investiment, jew dokumenti pprovduti lill-istituzzjonijiet finanzjarji, jistgħu jgħinu lill-Istati Membri juru l-effett ta’ inċentiv. |
71. |
F’dan il-kuntest, u b’mod partikolari fix-xenarju 1, il-livell ta’ profitabbiltà jista’ jiġi evalwat bl-użu ta’ metodoloġiji li huma prattika standard fl-industrija partikolari, li jistgħu jinkludu metodi għall-evalwazzjoni tal-valur preżenti nett (VPN) tal-proġett (44), tar-rata ta’ redditu interna (IRR) (45) jew tar-redditu medju fuq il-kapital investit (ROCE). Il-profitabbiltà tal-proġett għandha tiġi mqabbla mar-rati normali ta’ redditu applikati mill-benefiċjarju fi proġetti oħrajn ta’ investiment ta’ natura simili. Fejn dawn ir-rati ma jkunux disponibbli, il-profitabbiltà tal-proġett trid tiġi mqabbla mal-kost tal-kapital tal-benefiċjarju b’mod ġenerali jew mar-rati ta’ redditu osservati b’mod komuni fl-industrija kkonċernata. |
72. |
Jekk l-għajnuna ma tbiddilx l-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna billi tistimula investiment (addizzjonali) fiż-żona, ma hemm l-ebda effett pożittiv għaż-żona. Għalhekk, l-għajnuna ma titqiesx kompatibbli mas-suq intern jekk ikun jidher li l-istess investiment kien isir fiż-żona anke mingħajr l-għoti tal-għajnuna. |
5.2.2. Skemi ta’ għajnuna operatorja
73. |
Fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna operatorja, l-għajnuna titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk ikun probabbli li, fin-nuqqas tal-għajnuna, il-livell ta’ attività ekonomika fiż-żona kkonċernata jonqos b’mod sinifikanti minħabba l-problemi li l-għajnuna hija mmirata li tindirizza. |
74. |
Għalhekk, il-Kummissjoni se tqis li l-għajnuna operatorja tipprovdi inċentiv għal attività ekonomika addizzjonali fiż-żona, jekk l-Istat Membru jkun wera l-eżistenza u n-natura sostanzjali ta’ dawn il-problemi fiż-żona (ara l-paragrafu 54 sa 57). |
5.3. Ħtieġa ta’ intervent mill-Istat
75. |
Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex neċessarja biex jintlaħaq l-objettiv ta’ żvilupp reġjonali u ta’ koeżjoni territorjali, jeħtieġ li l-ewwel issir dijanjożi tal-problema. L-għajnuna mill-Istat jenħtieġ li tkun immirata lejn sitwazzjonijiet fejn l-għajnuna tista’ twassal għal titjib materjali li s-suq mhuwiex kapaċi jipprovdi. Dan huwa partikolarment importanti f’kuntest ta’ riżorsi pubbliċi skarsi. |
76. |
Miżuri ta’ għajnuna mill-Istat jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jikkoreġu fallimenti tas-suq u b’hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament effiċjenti tas-swieq u jsaħħu l-kompetittività. Meta s-swieq jipprovdu eżiti effiċjenti iżda tali eżiti jitqiesu bħala mhux sodisfaċenti f’termini ta’ ekwità jew ta’ koeżjoni, l-għajnuna mill-Istat tista’ tintuża biex jinkiseb riżultat tas-suq aktar mixtieq u ekwu. |
77. |
Fir-rigward tal-għajnuna mogħtija għall-iżvilupp ta’ żoni inklużi fil-mappa tal-għajnuna reġjonali f’konformità mar-regoli żviluppati fit-taqsima 7 ta’ dawn il-Linji Gwida, il-Kummissjoni tqis li f’dawn iż-żoni, is-suq mhux iwassal l-eżiti li jirriżultaw f’livell sodisfaċenti ta’ żvilupp ekonomiku tar-reġjun u ta’ koeżjoni territorjali mingħajr l-intervent mill-Istat. Għalhekk, l-għajnuna mogħtija f’dawk iż-żoni hija meqjusa neċessarja. |
5.4. Adegwatezza tal-għajnuna reġjonali
78. |
Il-miżura ta’ għajnuna trid tkun strument ta’ politika adegwat biex jiġi indirizzat l-objettiv ta’ politika kkonċernat. Miżura ta’ għajnuna ma titqiesx kompatibbli jekk strumenti ta’ politika anqas distortivi jew tipi oħrajn ta’ strumenti ta’ għajnuna anqas distortivi jippermettu li jinkiseb l-istess kontribut pożittiv għall-iżvilupp reġjonali u għall-koeżjoni territorjali. |
5.4.1. Adegwatezza fost strumenti ta’ politika alternattivi
5.4.1.1.
79. |
L-għajnuna għall-investiment reġjonali mhijiex l-uniku strument politiku disponibbli għall-Istati Membri biex isaħħu l-investiment u l-ħolqien tax-xogħol f’żoni megħjuna. L-Istati Membri jistgħu jużaw miżuri oħrajn bħall-iżvilupp tal-infrastruttura, it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, jew it-titjib fl-ambjent kummerċjali. |
80. |
Meta jinnotifikaw skema ta’ għajnuna għall-investiment, l-Istati Membri jridu jindikaw għaliex l-għajnuna reġjonali hija strument xieraq biex tgħin fl-iżvilupp taż-żona. |
81. |
Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta skema ta’ għajnuna settorjali, irid juri l-vantaġġi ta’ li jagħmel dan minflok juża skema multisettorjali jew opzjonijiet politiki oħrajn. |
82. |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni se tqis kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt tal-iskema ta’ għajnuna proposta li l-Istati Membri jagħmlu disponibbli. Bl-istess mod, tista’ tqis ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post deskritti fit-Taqsima 6 biex tivvaluta l-adegwatezza tal-iskema proposta. |
83. |
Fil-każ ta’ għajnuna għall-investiment ad hoc, l-Istati Membri jridu juru kif l-għajnuna tista’ tikkontribwixxi aħjar għall-iżvilupp taż-żona mill-għajnuna taħt skema jew tipi oħrajn ta’ miżuri. |
5.4.1.2.
84. |
L-Istati Membri jridu juru li l-għajnuna hija adegwata biex jintlaħaq l-objettiv tal-iskema għall-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza. Sabiex juru li l-għajnuna hija adegwata, l-Istati Membri jistgħu jikkalkulaw l-ammont tal-għajnuna ex ante bħala somma fissa li tkopri l-kostijiet addizzjonali mistennija matul perjodu partikolari, bħala inċentiv għall-intrapriżi biex jikkontrollaw il-kostijiet u jiżviluppaw in-negozju tagħhom b’mod aktar effiċjenti maż-żmien (46). |
5.4.2. Adegwatezza fost strumenti differenti ta’ għajnuna
85. |
L-għajnuna reġjonali tista’ tingħata f’diversi forom. Madankollu l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-għajnuna tingħata fil-forma li aktarx se jkollha l-anqas distorsjonijiet fil-kummerċ u fil-kompetizzjoni. Jekk l-għajnuna tingħata f’għamliet li jipprovdu vantaġġ pekunarju dirett (pereżempju, għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis fit-taxxi, fis-sigurtà soċjali jew f’imposti obbligatorji oħrajn, jew il-provvediment ta’ art, prodotti jew servizzi bi prezzijiet favorevoli, eċċ.), l-Istati Membri jridu juru għaliex għamliet ta’ għajnuna oħrajn li potenzjalment joħolqu anqas distorsjoni, bħal self bil-quddiem ripagabbli jew bħal għajnuna li hija bbażata fuq strumenti ta’ dejn jew ta’ ekwità (pereżempju, self b’imgħax baxx jew ribassi tal-imgħax, garanziji tal-Istat, ix-xiri ta’ parteċipazzjoni azzjonarja jew forniment alternattiv ta’ kapital b’termini favorevoli), mhumiex adegwati. |
86. |
Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post, kif deskritt fit-Taqsima 6 jistgħu jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-istrument ta’ għajnuna propost. |
5.5. Proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna (għajnuna limitata għall-minimu meħtieġ)
5.5.1. Għajnuna għall-investiment
87. |
L-ammont tal-għajnuna reġjonali jrid ikun limitat għall-minimu meħtieġ biex jinduċi investimenti jew attività addizzjonali fiż-żona kkonċernata. |
88. |
Biex tiġi żgurata l-prevedibbiltà u kundizzjonijiet ekwi, il-Kummissjoni tapplika intensitajiet massimi tal-għajnuna (47) għal għajnuna għall-investiment. |
89. |
Fil-każ ta’ proġett ta’ investiment inizjali, l-intensità massima tal-għajnuna u l-ammont massimu tal-għajnuna (48) (l-ammont aġġustat tal-għajnuna (49) u l-intensità tal-għajnuna mnaqqsa relatata fil-każ ta’ proġett kbir ta’ investiment) iridu jiġu kkalkolati mill-awtorità awtorizzanti meta tingħata l-għajnuna jew meta l-għajnuna tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni, skont liema jiġi l-ewwel. |
90. |
Minħabba li proġetti kbar ta’ investiment huma probabbli li jwasslu għal distorsjonijiet akbar tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ, l-ammont tal-għajnuna għal dawn il-proġetti ma jridx jaqbeż l-ammont aġġustat tal-għajnuna. |
91. |
Meta l-investiment inizjali jkun parti minn proġett uniku ta’ investiment u dak il-proġett uniku ta’ investiment jkun proġett kbir ta’ investiment, l-ammont tal-għajnuna għall-proġett uniku ta’ investiment ma jridx jaqbeż l-ammont aġġustat tal-għajnuna. Ir-rata tal-kambju u r-rata ta’ skont li għandhom jiġu applikati għall-finijiet ta’ din ir-regola huma dawk applikabbli fid-data tal-għoti tal-għajnuna għall-ewwel proġett fil-proġett ta’ investiment uniku. |
92. |
L-intensitajiet massimi tal-għajnuna jaqdu skop doppju. |
93. |
L-ewwel, fil-każ ta’ skemi notifikabbli, dawn l-intensitajiet massimi ta’ għajnuna jservu bħala protezzjoni xierqa għall-SMEs: sakemm l-intensità tal-għajnuna tibqa’ anqas mill-massimu permess, l-għajnuna titqies li hija proporzjonata. |
94. |
It-tieni, għall-każijiet l-oħrajn kollha, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna jintużaw bħala limitu massimu għall-approċċ tal-kostijiet addizzjonali netti deskritt fil-paragrafi 95 sa 97. |
95. |
Bħala regola ġenerali, il-Kummissjoni se tqis li l-għajnuna individwali notifikabbli hija limitata għall-minimu, jekk l-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi għall-kostijiet addizzjonali netti tal-investiment fiż-żona kkonċernata, meta mqabbel mal-kontrofattwali fin-nuqqas tal-għajnuna (50), bl-intensitajiet massimi tal-għajnuna bħala limitu massimu. Bl-istess mod, fil-każ ta’ għajnuna għall-investiment mogħtija lil intrapriżi kbar skont skemi notifikabbli, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-ammont tal-għajnuna jkun limitat għall-minimu abbażi ta’ “approċċ tal-kostijiet addizzjonali netti”, bl-intensitajiet massimi tal-għajnuna bħala l-limitu massimu. |
96. |
Għal sitwazzjonijiet tax-xenarju 1 (deċiżjonijiet dwar investiment) l-ammont tal-għajnuna jenħtieġ li ma jaqbiżx il-minimu meħtieġ sabiex il-proġett ikun profitabbli biżżejjed, pereżempju biex l-IRR tiegħu tiżdied aktar mir-rata normali applikata mill-intrapriża fi proġetti oħrajn ta’ investiment ta’ tip simili jew, meta disponibbli, biex l-IRR tiegħu tiżdied aktar mill-kost tal-kapital tal-benefiċjarju b’mod ġenerali jew aktar mir-rati ta’ redditu komunement miksubin f’dik l-industrija. |
97. |
Għal sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (inċentivi tal-post), jenħtieġ li l-ammont tal-għajnuna ma jaqbiżx id-differenza bejn il-VPN tal-investiment fiż-żona fil-mira u l-VPN fil-post alternattiv. Il-kostijiet u l-benefiċċji rilevanti kollha jridu jiġu kkunsidrati, inkluż pereżempju, il-kostijiet amministrattivi, il-kostijiet għat-trasport, il-kostijiet għat-taħriġ li mhumiex koperti minn għajnuna għat-taħriġ kif ukoll id-differenzi fil-pagi. Madankollu, f’każ li l-post alternattiv ikun jinsab fiż-ŻEE, is-sussidji f’dak il-post ma jistgħux jiġu kkunsidrati. |
98. |
Il-kalkoli użati għall-analiżi tal-effett ta’ inċentiv jistgħu jintużaw ukoll biex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna hijiex proporzjonata. L-Istati Membri jridu juru l-proporzjonalità abbażi ta’ dokumentazzjoni bħal dik imsemmija fil-paragrafu 70. |
99. |
L-għajnuna għall-investiment tista’ tingħata fl-istess ħin fil-qafas ta’ diversi skemi ta’ għajnuna reġjonali jew b’mod kumulattiv ma’ għajnuna reġjonali ad hoc, bil-kundizzjoni li t-total tal-għajnuna mis-sorsi kollha ma jeċċedix l-intensità massima tal-għajnuna għal kull proġett li trid tiġi kkalkulata minn qabel mill-ewwel awtorità awtorizzanti. Kwalunkwe għajnuna mill-Istat oħra, fir-rigward tal-istess spejjeż eliġibbli, li jitrikkbu parzjalment jew kompletament, tista’ tiġi akkumulata biss jekk ma tirriżultax fil-qbiż tal-ogħla intensità ta’ għajnuna jew ammont ta’ għajnuna applikabbli għal din l-għajnuna skont ir-regoli tematiċi applikabbli. Il-kontrolli tal-akkumulazzjoni jridu jitwettqu kemm meta l-għajnuna tingħata kif ukoll meta l-għajnuna titħallas (51). Jekk l-Istat Membru jippermetti li l-għajnuna mill-Istat taħt skema waħda tiġi kkombinata ma’ għajnuna mill-Istat taħt skemi oħra, irid jispeċifika, f’kull skema, il-metodu li permezz tiegħu se jiżgura l-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-paragrafu. |
100. |
Għal investiment inizjali relatat ma’ proġetti tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE) li jissodisfaw il-kriterji tar-Regolament li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-għan ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) (52), l-intensità tal-għajnuna applikabbli għaż-żona li fiha jkun sar l-investiment inizjali tapplika għall-benefiċjarji kollha parteċipanti fil-proġett. Jekk l-investiment inizjali jkun jinsab f’żewġ żoni megħjuna jew aktar, l-intensità massima tal-għajnuna għall-investiment inizjali tkun dik applikabbli fiż-żona megħjuna fejn jiġġarrab l-akbar ammont tal-kostijiet eliġibbli. Investimenti inizjali li jsiru minn intrapriżi kbar f’żoni “c” jistgħu jibbenefikaw biss minn għajnuna reġjonali fil-kuntest ta’ proġetti tal-KTE jekk dawn ikunu investimenti inizjali li joħolqu attività ekonomika ġdida. |
5.5.2. Skemi ta’ għajnuna operatorja
101. |
L-Istati Membri jridu juru li l-livell tal-għajnuna huwa proporzjonat mal-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza. |
102. |
B’mod partikolari, l-Istati Membri jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
103. |
Fir-rigward tal-għajnuna biex jitnaqqsu ċerti diffikultajiet speċifiċi ffaċċjati mill-SMEs fiż-żoni “a”, il-livell tal-għajnuna jrid jitnaqqas progressivament tul id-durata tal-iskema (53). Dan ma japplikax għal skemi li jipprevjenu d-depopolazzjoni f’żoni skarsament popolati u f’żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna u għal skemi li jikkumpensaw għall-kostijiet operatorji addizzjonali mġarrba fir-reġjuni ultraperiferiċi bħala riżultat dirett ta’ restrizzjoni permanenti waħda jew aktar imsemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat. |
5.6. Evitar ta’ effetti negattivi bla bżonn fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ
104. |
Sabiex l-għajnuna tkun kompatibbli, l-effetti negattivi tal-miżura ta’ għajnuna f’termini ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u l-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jridu jkunu limitati u ma jridux jisbqu l-effetti pożittivi tal-għajnuna sa livell li jmur kontra l-interess komuni. |
5.6.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
105. |
Fl-ibbilanċjar ġenerali tal-effetti pożittivi tal-għajnuna (taqsima 5.1) kontra l-effetti negattivi tagħha fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, il-Kummissjoni tista’ tqis, fejn rilevanti, iċ-ċirkostanza li minbarra l-kontribut tagħha għall-iżvilupp u l-koeżjoni reġjonali, l-għajnuna tipproduċi effetti pożittivi oħrajn. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, fejn jiġi stabbilit li l-investiment inizjali, minbarra l-ħolqien ta’ impjiegi lokali, l-introduzzjoni ta’ attivitajiet ġodda u/jew il-ġenerazzjoni ta’ dħul lokali, jikkontribwixxi sostanzjalment b’mod partikolari għat-tranżizzjoni diġitali jew għat-tranżizzjoni lejn attivitajiet ekoloġiċi sostennibbli, inkluż attivitajiet b’livell baxx ta’ karbonju, newtrali għall-klima jew reżiljenti għall-klima. Il-Kummissjoni se tagħti attenzjoni partikolari għall-Artikolu 3 tar-Regolament tat-Tassonomija tal-UE (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (54), inkluż għall-prinċipju “La tagħmilx ħsara sinifikanti”, jew metodoloġiji komparabbli oħrajn. Barra minn hekk, bħala parti mill-valutazzjoni tal-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, il-Kummissjoni tista’ tqis, fejn rilevanti, esternalitajiet negattivi tal-attività megħjuna fejn dawn l-esternalitajiet jaffettwaw b’mod negattiv il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri sa punt li jmur kontra l-interess komuni billi joħolqu jew jaggravaw l-ineffiċjenzi tas-suq (55). |
106. |
F’termini ta’ effetti negattivi, l-għajnuna reġjonali tista’ twassal għal żewġ tipi ewlenin ta’ distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u l-kummerċ. Dawn huma distorsjonijiet tas-suq tal-prodotti u effetti tal-lokalizzazzjoni. Iż-żewġ tipi ta’ distorsjoni jistgħu jwasslu għal ineffiċjenzi allokattivi (li jimminaw il-prestazzjoni ekonomika tas-suq intern) u għal tħassib fid-distribuzzjoni (distribuzzjoni tal-attività ekonomika bejn iż-żoni). |
107. |
Effett potenzjalment dannuż tal-għajnuna mill-Istat huwa li din timpedixxi lis-suq milli jagħti riżultati effiċjenti billi tippremja lill-aktar produtturi effiċjenti u billi tpoġġi pressjoni fuq dawk l-anqas effiċjenti biex jitjiebu, jirristrutturaw ruħhom jew biex joħorġu mis-suq. L-għajnuna mill-Istat li twassal għal espansjoni sostanzjali tal-kapaċità f’suq bi prestazzjoni baxxa tista’ toħloq distorsjoni bla bżonn tal-kompetizzjoni, peress li l-ħolqien jew iż-żamma tal-kapaċità żejda jistgħu jnaqqsu l-marġini tal-profitt, inaqqsu l-investimenti tal-kompetituri jew saħansitra jwasslu biex il-kompetituri joħorġu mis-suq. Dan jista’ jwassal għal sitwazzjoni fejn il-kompetituri li kienu jkunu kapaċi jikkompetu fis-suq, jiġu mġiegħla joħorġu minnu. Tista’ timpedixxi wkoll lil intrapriżi milli jidħlu jew milli jespandu fis-suq u tista’ ddgħajjef l-inċentivi għall-kompetituri biex ikunu innovattivi. Dan kollu jwassal għal strutturi ineffiċjenti tas-suq li, fit-tul, jaffettwaw ħażin lill-konsumaturi wkoll. Id-disponibbiltà tal-għajnuna tista’ tinkoraġġixxi imġiba kompjaċenti jew riskjuża mingħajr bżonn min-naħa ta’ benefiċjarji potenzjali. Huwa probabbli li jkollha effett negattiv fit-tul fuq il-prestazzjoni ġenerali tas-settur. |
108. |
L-għajnuna jista’ jkollha wkoll effetti distortivi f’termini ta’ żieda jew ta’ żamma ta’ saħħa sostanzjali fis-suq għall-benefiċjarju tal-għajnuna. Anke meta l-għajnuna ma ssaħħaħx b’mod dirett is-saħħa sostanzjali fis-suq, tista’ tagħmel dan b’mod indirett, billi tiskoraġġixxi lill-kompetituri eżistenti milli jespandu, li jirriżulta fil-ħruġ tagħhom mis-suq jew billi kompetituri ġodda jiġu skoraġġuti milli jidħlu. |
109. |
Minbarra li toħloq distorsjonijiet fis-swieq tal-prodotti, min-natura proprja tagħha l-għajnuna reġjonali taffettwa wkoll l-għażla tal-post tal-attività ekonomika. Jekk żona waħda tattira investiment permezz tal-għajnuna, żona oħra tkun qed titlef dik l-opportunità. Dawn l-effetti negattivi fiż-żoni milquta b’mod negattiv mill-għajnuna jistgħu jinħassu permezz ta’ telf ta’ attività ekonomika u telf ta’ impjiegi inklużi impjiegi għal sottokuntratturi. Effetti negattivi jistgħu jinħassu wkoll permezz ta’ telf ta’ esternalitajiet pożittivi (pereżempju, effett ta’ raggruppament, tixrid tal-għarfien, edukazzjoni u taħriġ). |
110. |
L-ispeċifiċità ġeografika tal-għajnuna reġjonali tiddistingwiha minn forom oħrajn ta’ għajnuna orizzontali. Karatteristika speċifika tal-għajnuna reġjonali hija li għandha l-għan li tinfluwenza l-għażla magħmula mill-investituri dwar fejn jippożizzjonaw il-proġetti tal-investiment. Meta l-għajnuna reġjonali tagħmel tajjeb għall-kostijiet addizzjonali li joriġinaw minn restrizzjonijiet reġjonali u ssostni l-investiment addizzjonali f’żoni megħjuna mingħajr ma tbiegħed l-investiment minn żoni megħjuna oħrajn b’livell simili ta’ żvilupp jew agħar, ma tkunx qed tikkontribwixxi biss għall-iżvilupp taż-żona iżda anke għall-koeżjoni, u finalment tkun qed isservi ta’ ġid għall-UE kollha. L-effetti ta’ lokalizzazzjoni negattivi potenzjali tal-għajnuna reġjonali diġà huma limitati sa ċertu punt mill-mapep tal-għajnuna reġjonali, li jiddefinixxu iż-żoni li fihom tista’ tingħata l-għajnuna reġjonali, f’konformità mal-objettivi tal-iżvilupp ekonomiku reġjonali u tal-politika ta’ koeżjoni, kif ukoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna permissibbli. Madankollu, jibqa’ importanti li wieħed jifhem x’jiġri fin-nuqqas tal-għajnuna biex jiġi vvalutat l-impatt tal-għajnuna fuq l-iżvilupp taż-żona u fuq il-koeżjoni territorjali. |
5.6.2. Effetti manifestament negattivi fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ
111. |
Il-Kummissjoni tidentifika għadd ta’ sitwazzjonijiet fejn l-effetti negattivi tal-għajnuna għall-investiment reġjonali fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jegħlbu manifestament kwalunkwe effett pożittiv, li jfisser li x’aktarx l-għajnuna ma tistax tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern. |
5.6.2.1.
112. |
Kif indikat fil-paragrafu 107, sabiex jiġu vvalutati l-effetti negattivi tal-għajnuna, il-Kummissjoni tqis il-kapaċità addizzjonali tal-produzzjoni maħluqa mill-proġett meta s-suq ma jkunx qed jagħti r-riżultati mistennija. |
113. |
Meta l-investimenti li jżidu l-kapaċità tal-produzzjoni f’suq ikunu saru possibbli minħabba l-għajnuna mill-Istat, hemm riskju li l-produzzjoni jew l-investiment f’żoni oħrajn taż-ŻEE jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv. Dan huwa partikolarment minnu jekk iż-żieda fil-kapaċità taqbeż it-tkabbir tas-suq jew isseħħ f’suq li jkun qed jiffaċċja kapaċità żejda. |
114. |
Għalhekk, fejn il-proġett iwassal għall-ħolqien jew għat-tisħiħ ta’ kapaċità żejda f’suq li strutturalment ikun sejjer lura b’mod assolut (jiġifieri s-suq qed jiċkien) (56), il-Kummissjoni tqis li l-għajnuna għandha effett negattiv, li mhuwiex probabbli li jiġi kkumpensat minn xi effett pożittiv. Dan japplika b’mod partikolari għas-sitwazzjonijiet tax-xenarju 1 (deċiżjonijiet dwar investiment). |
115. |
Għal sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (deċiżjonijiet dwar il-post), fejn l-investiment isir fi kwalunkwe każ fl-istess suq ġeografiku jew, b’mod eċċezzjonali, f’suq ġeografiku differenti, iżda fejn il-bejgħ ikun immirat lejn l-istess suq ġeografiku, l-għajnuna - sakemm tkun limitata għall-minimu meħtieġ biex tikkumpensa għall-iżvantaġġ lokazzjonali u ma tagħtix likwidità addizzjonali lill-benefiċjarju tal-għajnuna - tinfluwenza biss id-deċiżjoni dwar il-post. F’din is-sitwazzjoni, l-investiment iżid kapaċità addizzjonali fis-suq ġeografiku partikolari indipendentement mill-għajnuna. Għalhekk, fil-prinċipju, ir-riżultati possibbli f’termini ta’ kapaċità żejda jkunu l-istess irrispettivament mill-għajnuna. Madankollu, jekk il-post alternattiv tal-investiment ikun f’suq ġeografiku differenti, u l-għajnuna twassal għall-ħolqien ta’ kapaċità żejda f’suq li strutturalment sejjer lura b’mod assolut, il-konklużjonijiet tal-paragrafu 114 japplikaw. |
5.6.2.2.
116. |
Kif indikat fil-paragrafu 109 u 110, fil-valutazzjoni tal-effetti negattivi tal-għajnuna, il-Kummissjoni trid tqis l-effetti fuq il-post tal-attività ekonomika. |
117. |
F’sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (deċiżjonijiet dwar il-post), fejn mingħajr l-għajnuna l-investiment kien isir f’żona b’intensità ta’ għajnuna reġjonali (57) ogħla jew l-istess bħal dik taż-żona fil-mira, dan jikkostitwixxi effett negattiv li mhuwiex probabbli li jiġi kkumpensat minn xi effett pożittiv għaliex imur kontra l-loġika nnifisha tal-għajnuna reġjonali. |
5.6.2.3.
118. |
Meta tevalwa l-miżuri notifikabbli, il-Kummissjoni se titlob l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex probabbli li tirriżulta f’telf sostanzjali ta’ impjiegi f’postijiet eżistenti fiż-ŻEE. F’sitwazzjoni bħal din, u fejn l-investiment jippermetti lill-benefiċjarju tal-għajnuna biex ikun jista’ jirriloka attività lejn iż-żona fil-mira, jekk ikun hemm rabta kawżali bejn l-għajnuna u r-rilokazzjoni, din tikkostitwixxi effett negattiv li mhuwiex probabbli li jkun ikkumpensat b’xi effetti pożittivi. |
5.6.3. Skemi ta’ għajnuna għall-investiment
119. |
L-iskemi ta’ għajnuna għall-investiment ma jridux iwasslu għal distorsjonijiet sinifikanti tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ. B’mod partikolari, anke jekk id-distorsjonijiet jistgħu jitqiesu limitati fuq livell individwali (sakemm ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha għall-għajnuna għall-investiment), fuq bażi kumulattiva l-iskemi xorta waħda jistgħu jwasslu għal livelli ta’ distorsjoni għoljin. Tali distorsjonijiet jistgħu jaffettwaw is-swieq tal-produzzjoni billi joħolqu jew jaggravaw sitwazzjoni ta’ kapaċità żejda, jew billi joħolqu, iżidu jew iżommu s-saħħa sostanzjali fis-suq ta’ wħud mill-benefiċjarji b’tali mod li jaffettwa b’mod negattiv l-inċentivi dinamiċi. L-għajnuna disponibbli taħt skemi tista’ twassal ukoll għal telf sinifikanti ta’ attività ekonomika f’żoni oħrajn taż-ŻEE. Jekk skema tiffoka fuq ċerti setturi, ir-riskju ta’ tali distorsjonijiet huwa saħansitra akbar. |
120. |
Għalhekk, l-Istati Membri jridu juru li dawn l-effetti negattivi se jkunu limitati għall-minimu, filwaqt li jqisu, pereżempju, id-daqs tal-proġetti, l-ammonti tal-għajnuna individwali u kumulattiva, il-benefiċjarji mistennija kif ukoll il-karatteristiċi tas-setturi fil-mira. Sabiex il-Kummissjoni tivvaluta l-effetti negattivi probabbli, l-Istati Membri jistgħu jissottomettu l-valutazzjoni tal-impatt u l-evalwazzjonijiet ex post kollha disponibbli mwettqa għal skemi simili ta’ qabel. |
121. |
Meta talloka għajnuna taħt skema għal proġetti individwali, l-awtorità awtorizzanti trid tivverifika u tikkonferma li l-għajnuna mhux se tirriżulta f’effetti manifestament negattivi, kif deskritt fil-paragrafi 111 sa 118. Din il-verifika tista’ tkun ibbażata fuq l-informazzjoni li tasal mingħand il-benefiċjarju tal-għajnuna meta japplika għall-għajnuna u fuq id-dikjarazzjoni magħmula fil-formola tal-applikazzjoni standard għall-għajnuna, li jenħtieġ li tindika l-post alternattiv fil-każ li ma tingħatax l-għajnuna. |
5.6.4. Għajnuna individwali notifikabbli għall-investiment
122. |
Fil-valutazzjoni tal-effetti negattivi ta’ għajnuna individwali, il-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn iż-żewġ xenarji kontrofattwali deskritti fil-paragrafi 96 u 97. |
5.6.4.1.
123. |
F’sitwazzjonijiet tax-xenarju 1, il-Kummissjoni tagħmel enfasi partikolari fuq l-effetti negattivi marbuta mal-bini ta’ kapaċità żejda fi swieq li sejrin lura, il-prevenzjoni tal-ħruġ, u l-kunċett ta’ saħħa sinifikanti fis-suq. Dawn l-effetti negattivi huma deskritti fil-paragrafi 124 sa 133 u jridu jkunu kontrobilanċjati bl-effetti pożittivi tal-għajnuna. Madankollu, jekk jiġi stabbilit li l-għajnuna tirriżulta fl-effetti manifestament negattivi deskritti fil-paragrafu 114, mhuwiex probabbli li l-għajnuna tiġi kkumpensata minn xi effett pożittiv u għaldaqstant li tinstab li tkun kompatibbli mas-suq intern. |
124. |
Sabiex jidentifikaw u jivvalutaw id-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ, l-Istati Membri jenħtieġ li jipprovdu evidenza li tippermetti lill-Kummissjoni tidentifika s-swieq tal-prodotti kkonċernati (il-prodotti affettwati mill-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna) u tidentifika l-kompetituri u l-klijenti/konsumaturi affettwati. Il-prodott ikkonċernat huwa normalment il-prodott kopert mill-proġett ta’ investiment (58). Meta l-proġett jittratta prodott intermedju u parti sinifikanti tal-produzzjoni ma tinbiegħx fis-suq, il-prodott ikkonċernat jista’ jkun il-prodott downstream. Is-suq tal-prodotti rilevanti jinkludi l-prodott ikkonċernat u s-sostituti tiegħu meqjusin bħala tali, jew mill-konsumatur (minħabba l-karatteristiċi, il-prezzijiet, jew l-użu maħsub tal-prodott) jew mill-produttur (minħabba l-flessibbiltà tal-installazzjonijiet tal-produzzjoni). |
125. |
Il-Kummissjoni se tuża diversi kriterji biex tivvaluta dawn id-distorsjonijiet potenzjali, bħall-istruttura tas-suq tal-prodott ikkonċernat, il-prestazzjoni tas-suq (suq li qed jiċkien jew li qed jikber), il-proċess għall-għażla tal-benefiċjarju tal-għajnuna, l-ostakli għad-dħul fis-suq u għall-ħruġ minnu u d-differenzazzjoni bejn il-prodotti. |
126. |
Meta intrapriża tiddependi b’mod sistematiku fuq l-għajnuna mill-Istat, dan jista’ jindika li l-intrapriża ma tiflaħx għall-kompetizzjoni waħedha jew li qiegħda tgawdi minn vantaġġi mhux mistħoqqa meta mqabbla mal-kompetituri tagħha. |
127. |
Il-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn żewġ sorsi ewlenin ta’ effetti negattivi potenzjali fuq is-swieq tal-prodotti:
|
128. |
Biex tevalwa jekk l-għajnuna sservix biex jinħolqu jew jinżammu strutturi ineffiċjenti fis-suq, il-Kummissjoni se tqis il-kapaċità addizzjonali fil-produzzjoni maħluqa mill-proġett u jekk is-suq huwiex qiegħed jagħti riżultati tajbin. |
129. |
Jekk is-suq inkwistjoni jkun qiegħed jikber, normalment ikun hemm anqas raġuni għal tħassib li l-għajnuna se taffettwa b’mod negattiv inċentivi dinamiċi jew li se xxekkel bla bżonn il-ħruġ jew id-dħul fis-suq. |
130. |
Huwa ġġustifikat li wieħed ikun aktar imħasseb meta s-swieq ikunu sejrin lura. Il-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn każijiet li fihom, minn perspettiva fit-tul, is-suq relevanti jkun strutturalment sejjer lura (jiġifieri qiegħed jiċkien), u każijiet li fihom is-suq rilevanti jkun sejjer lura b’mod relattiv (jiġifieri għadu qiegħed jikber, iżda ma jaqbiżx ir-rata ta’ referenza għat-tkabbir). |
131. |
Prestazzjoni baxxa tas-suq tipikament titkejjel kontra l-prodott domestiku gross (PDG) taż-ŻEE matul it-tliet snin qabel il-bidu tal-proġett (rata ta’ referenza). Din tista’ titkejjel ukoll fuq il-bażi tar-rati tat-tkabbir imbassra għat-tliet snin sa ħames snin li jkun imiss. L-indikaturi jistgħu jinkludu t-tkabbir futur mistenni tas-suq ikkonċernat u r-rati tal-użu tal-kapaċità mistennija riżultanti, kif ukoll l-impatt possibbli taż-żieda fil-kapaċità fuq il-kompetituri f’termini ta’ prezzijiet u marġnijiet tal-profitt. |
132. |
F’ċerti każijiet, il-valutazzjoni tat-tkabbir tas-suq tal-prodotti fiż-ŻEE tista’ ma tkunx adegwata biex jiġu vvalutati l-effetti kollha tal-għajnuna, b’mod partikolari jekk is-suq ġeografiku jkun globali. F’dawn il-każijiet, il-Kummissjoni tqis l-effett tal-għajnuna fuq l-istrutturi tas-suq ikkonċernat, b’mod partikolari, il-potenzjal tagħha li ġġiegħel produtturi fiż-ŻEE sabiex joħorġu mis-suq. |
133. |
Sabiex tiġi evalwata l-eżistenza tas-saħħa sinifikanti fis-suq, il-Kummissjoni se tqis il-pożizzjoni tal-benefiċjarju tal-għajnuna fuq perjodu ta’ żmien qabel ma rċieva l-għajnuna u l-pożizzjoni mistennija tiegħu fis-suq wara li l-investiment jiġi finalizzat. Il-Kummissjoni se tqis l-ishma mis-suq tal-benefiċjarju tal-għajnuna, kif ukoll l-ishma mis-suq tal-kompetituri tiegħu u fatturi rilevanti oħrajn. Pereżempju, se tivvaluta l-istruttura tas-suq billi tħares lejn il-konċentrazzjoni tas-suq, l-ostakli potenzjali għad-dħul (59), il-poter tax-xerrej (60) u l-ostakli għall-espansjoni jew għall-ħruġ. |
5.6.4.2.
134. |
Jekk l-analiżi kontrofattwali tindika li mingħajr l-għajnuna l-investiment kien iseħħ f’post ieħor (xenarju 2) li jagħmel parti mill-istess suq ġeografiku għall-prodott ikkonċernat, u jekk l-għajnuna tkun proporzjonali, l-eżitu f’termini ta’ kapaċità żejda jew ta’ saħħa sinifikanti fis-suq fil-prinċipju aktarx se jkunu l-istess, irrispettivament mill-għajnuna. F’dawn il-każijiet, l-effetti pożittivi tal-għajnuna probabbilment jisbqu l-effetti negattivi limitati fuq il-kompetizzjoni. Madankollu, jekk il-post alternattiv ikun fiż-ŻEE, il-Kummissjoni tkun partikolarment imħassba dwar l-effetti negattivi relatati mal-post alternattiv. Għalhekk, jekk l-għajnuna tirriżulta f’effett manifestament negattiv kif deskritt fil-paragrafi 117 u 118, x’aktarx ma tiġix ikkumpensata minn xi effett pożittiv u għalhekk ma tkunx probabbli li tinstab kompatibbli mas-suq intern. |
5.6.5. Skemi ta’ għajnuna operatorja
135. |
Jekk l-għajnuna tkun meħtieġa u proporzjonali biex tinkiseb il-kontribuzzjoni għall-iżvilupp reġjonali u għall-koeżjoni territorjali deskritta fis-sottotaqsima 5.1.3, l-effetti negattivi tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri x’aktarx li jiġu kkumpensati minn effetti pożittivi. Madankollu, f’ċerti każijiet, l-għajnuna tista’ twassal għal bidliet fl-istruttura tas-suq jew għall-karatteristiċi ta’ xi settur jew industrija li jistgħu jwasslu għal distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni minħabba ostakli għad-dħul fis-suq jew għall-ħruġ minnu, effetti ta’ sostituzzjoni jew spostament ta’ flussi kummerċjali. F’dawk il-każijiet, l-effetti negattivi mhumiex probabbli li jiġu kkumpensati b’xi effetti pożittivi. |
5.7. Trasparenza
136. |
L-Istati Membri jridu jippubblikaw l-informazzjoni li ġejja fil-modulu tal-għoti tat-trasparenza (61) tal-Kummissjoni Ewropea jew fuq sit web komprensiv dwar l-għajnuna mill-Istat, fuq livell nazzjonali jew reġjonali:
|
137. |
Fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lill-proġetti tal-KTE, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 136 trid titqiegħed fuq is-sit web tal-Istat Membru li fih tinsab l-Awtorità Maniġerjali (62) kkonċernata. Inkella, l-Istati Membri parteċipanti jistgħu jiddeċiedu li kull wieħed minnhom għandu jipprovdi l-informazzjoni dwar il-miżuri tal-għajnuna fit-territorju tiegħu fuq is-siti web rispettivi. |
138. |
L-Istati Membri jridu jorganizzaw is-siti web komprensivi tagħhom dwar l-għajnuna mill-Istat, kif imsemmi fil-paragrafu 136, b’tali mod li l-informazzjoni tkun tista’ tiġi aċċessata faċilment. L-informazzjoni trid tiġi ppubblikata f’format ta’ data ta’ spreadsheet nonproprjetarju, li jippermetti li d-data tiġi mfittxija, estratta u mniżżla b’mod effettiv u ppubblikata faċilment fuq l-Internet, pereżempju f’format CSV jew XML. Il-pubbliku ġenerali jrid jitħalla jaċċessa s-sit web mingħajr ebda restrizzjoni, inkluż reġistrazzjoni tal-utent minn qabel. |
139. |
Fil-każ ta’ skemi fil-forma ta’ benefiċċji fuq it-taxxa, il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 136.2 għandhom jitqiesu ssodisfati jekk l-Istati Membri jippubblikaw l-informazzjoni meħtieġa dwar l-ammonti tal-għajnuna individwali fil-meded li ġejjin (f’miljuni ta’ EUR):
|
140. |
L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 136.2 trid tiġi ppubblikata fi żmien sitt xhur mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna, jew fil-każ ta’ għajnuna fil-forma ta’ benefiċċju fuq it-taxxa, fi żmien sena mid-data meta trid tintbagħat id-dikjarazzjoni tat-taxxa (63). Għal għajnuna li hija illegali iżda li sussegwentement tinstab kompatibbli, l-Istati Membri jridu jippubblikaw din l-informazzjoni fi żmien sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli. Sabiex tippermetti l-infurzar tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat skont it-Trattat, l-informazzjoni trid tibqa’ disponibbli għal mill-anqas 10 snin mid-data li fiha tkun ingħatat l-għajnuna. |
141. |
Il-Kummissjoni se tippubblika fuq is-sit web tagħha l-ħolqa għas-sit web dwar l-għajnuna mill-Istat li hemm referenza għaliha fil-paragrafu 136. |
6. EVALWAZZJONI
142. |
Sabiex ikompli jiġi żgurat li d-distorsjoni tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ tkun limitata, il-Kummissjoni tista’ titlob li l-iskemi ta’ għajnuna kif imsemmi fil-paragrafu 143 ikunu soġġetti għal evalwazzjoni ex post. L-evalwazzjonijiet se jitwettqu għall-iskemi fejn id-distorsjoni potenzjali tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ tkun partikolarment għolja, jiġifieri, li hemm riskju ta’ restrizzjoni jew ta’ distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni jekk l-implimentazzjoni tagħhom ma tiġix riveduta fi żmien xieraq. |
143. |
Tista’ tkun meħtieġa evalwazzjoni ex post għal skemi b’baġits kbar għall-għajnuna, jew li jkun fihom karatteristiċi ġodda, jew meta jkunu previsti bidliet sinifikanti fis-suq, fit-teknoloġija jew fir-regolamentazzjoni. Fi kwalunkwe każ, l-evalwazzjoni se tkun meħtieġa għal skemi b’baġit tal-għajnuna mill-Istat jew nefqa kontabbilizzata ta’ aktar minn EUR 150 miljun fi kwalunkwe sena partikolari jew ta’ aktar minn EUR 750 miljun matul it-tul ta’ żmien totali tagħhom, jiġifieri t-tul ta’ żmien ikkombinat tal-iskema u ta’ kwalunkwe skema ta’ qabel li tkopri objettiv u żona ġeografika simili, sa mill-1 ta’ Jannar 2022. Minħabba l-għanijiet tal-evalwazzjoni, u biex jiġi evitat li jitqiegħed piż sproporzjonat fuq l-Istati Membri, evalwazzjonijiet ex post huma meħtieġa biss għal skemi ta’ għajnuna li t-tul ta’ żmien totali tagħhom jaqbeż it-tliet snin, li jibdew mill-1 ta’ Jannar 2022. |
144. |
Ir-rekwiżit ta’ evalwazzjoni ex post jista’ jiġi rtirat fil-każ ta’ skemi ta’ għajnuna li huma suċċessur immedjat ta’ skema li tkopri objettiv u żona ġeografika simili li kienet soġġetta għal evalwazzjoni, tat rapport ta’ evalwazzjoni finali f’konformità mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni u ma ġġenerat l-ebda sejba negattiva. Fejn ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali ta’ skema ma jkunx konformi mal-pjan ta’ evalwazzjoni approvat, dik l-iskema trid tiġi sospiża b’effett immedjat. |
145. |
L-għan tal-evalwazzjoni jenħtieġ li jkun li jiġi verifikat jekk is-suppożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet sottostanti għall-kompatibbiltà tal-iskema ntlaħqux, b’mod partikolari l-ħtieġa u l-effikaċja tal-miżura ta’ għajnuna fid-dawl tal-objettivi ġenerali u speċifiċi tagħha. Jenħtieġ li tivvaluta wkoll l-impatt tal-iskema fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. |
146. |
Għal skemi ta’ għajnuna soġġetti għar-rekwiżit ta’ evalwazzjoni skont il-paragrafu 143, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw abbozz ta’ pjan ta’ evalwazzjoni, li se jifforma parti integrali mill-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-iskema, kif ġej:
|
147. |
L-abbozz tal-pjan ta’ evalwazzjoni jrid ikun f’konformità mal-prinċipji metodoloġiċi komuni pprovduti mill-Kummissjoni (64). L-Istati Membri jridu jippubblikaw il-pjan ta’ evalwazzjoni approvat mill-Kummissjoni. |
148. |
L-evalwazzjoni ex post trid issir minn espert li jkun indipendenti mill-awtorità awtorizzanti tal-għajnuna fuq il-bażi tal-pjan ta’ evalwazzjoni. Kull evalwazzjoni trid tinkludi mill-anqas rapport ta’ evalwazzjoni interim wieħed u wieħed finali. L-Istati Membri jridu jippubblikaw iż-żewġ rapporti. |
149. |
Ir-rapport ta’ evalwazzjoni finali jrid jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni fi żmien xieraq, biex ikun jista’ jiġi vvalutat kwalunkwe prolungament tal-iskema ta’ għajnuna u mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tiskadi. Dak il-perjodu jista’ jitnaqqas għal skemi li jiskattaw ir-rekwiżit ta’ evalwazzjoni fl-aħħar sentejn ta’ implimentazzjoni tagħhom. Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-arranġamenti preċiżi ta’ kull evalwazzjoni jiġu definiti fid-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna. In-notifika ta’ kwalunkwe miżura ta’ għajnuna sussegwenti b’objettiv simili trid tiddeskrivi b’liema mod ġew meqjusin ir-riżultati tal-evalwazzjoni. |
7. MAPEP TAL-GĦAJNUNA REĠJONALI
150. |
F’din it-taqsima, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-kriterji għall-identifikazzjoni taż-żoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) u (c) tat-Trattat. Iż-żoni li jissodisfaw dawk il-kundizzjonijiet u li l-Istati Membri jixtiequ jiddeżinjaw bħala żoni “a” jew “c” (65) iridu jkunu identifikati fuq mappa tal-għajnuna reġjonali, li trid tiġi notifikata lill-Kummissjoni u li trid tiġi approvata minnha qabel ma tkun tista’ tingħata l-għajnuna reġjonali lill-intrapriżi li jkunu jinsabu fiż-żoni deżinjati. |
151. |
Il-mapep iridu jispeċifikaw ukoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna li japplikaw f’dawk iż-żoni matul il-perjodu ta’ validità tal-mappa approvata. |
152. |
Biex jinżamm l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna, fejn l-applikazzjonijiet għall-għajnuna għal miżuri ta’ għajnuna diskrezzjonali diġà ġew introdotti qabel il-bidu tal-perjodu ta’ validità tal-mappa, l-“ammont ta’ għajnuna meqjus neċessarju” identifikat fl-applikazzjoni oriġinali għall-għajnuna ma jridx jiġi emendat b’mod retroattiv wara l-bidu tax-xogħlijiet fuq il-proġett biex jiġġustifika intensità ogħla ta’ għajnuna li tista’ tkun disponibbli skont dawn il-Linji Gwida. |
153. |
Għal skemi ta’ għajnuna awtomatika fil-forma ta’ benefiċċju fuq it-taxxa, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna disponibbli skont dawn il-Linji Gwida jistgħu jiġu applikati biss għal proġetti li jkunu bdew fid-data li fiha ż-żieda fl-intensità massima rilevanti tal-għajnuna tkun saret applikabbli skont ir-regoli nazzjonali rilevanti jew warajha. Għall-proġetti li bdew qabel dik id-data, l-intensità massima tal-għajnuna approvata skont il-mappa tal-għajnuna reġjonali preċedenti se tkompli tapplika. |
7.1. Kopertura tal-popolazzjoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali
154. |
Peress li l-għoti ta’ għajnuna reġjonali mill-Istat jidderoga mill-projbizzjoni ġenerali tal-għajnuna mill-Istat stabbilita fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni tqis li l-popolazzjoni kkombinata taż-żoni “a” u “c” fl-EU27 trid tkun anqas minn dik taż-żoni mhux deżinjati. Għaldaqstant, il-kopertura totali ta’ żoni deżinjati jenħtieġ li tkun anqas minn 50 % tal-popolazzjoni tal-EU27. |
155. |
Fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (66) il-kopertura totali taż-żoni “a” u “c” ġiet stabbilita għal 47 % tal-popolazzjoni tal-EU28. Minħabba l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-UE, il-Kummissjoni tqis li żieda għal 48 % tal-kopertura ġenerali tal-popolazzjoni tal-EU27 hija xierqa. |
156. |
Għaldaqstant, il-limitu massimu kumplessiv tal-kopertura taż-żoni “a” u “c” jenħtieġ li jiġi stabbilit għal 48 % tal-popolazzjoni tal-EU27 (67). |
7.2. Id-deroga fl-Artikolu 107(3)(a)
157. |
L-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat jistipula li “għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta’ reġjun fejn il-livell ta’ l-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta’ nuqqas ta’ impjieg, kif ukoll tar-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349, b’kont meħud tas-sitwazzjoni strutturali, ekonomika u soċjali tagħhom” tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “l-użu tal-kliem “l-użu tal-kliem “b’mod anormali” u “serju” fl-Artikolu [107](3)(a) [tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea] juri li l-eżenzjoni tolqot biss żoni fejn is-sitwazzjoni ekonomika tkun ferm żvantaġġata meta mqabbla mal-[Unjoni] inġenerali” (68). |
158. |
Il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat huma ssodisfati għar-reġjuni ta’ NUTS 2 li għandhom prodott domestiku gross (PDG) per capita taħt jew ugwali għal 75 % tal-medja tal-EU27 (69). |
159. |
Għaldaqstant, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw iż-żoni li ġejjin bħala żoni “a”:
|
160. |
L-Anness I jistabbilixxi ż-żoni “a” eliġibbli skont l-Istat Membru. Uħud minn dawk iż-żoni “a”, fil-livell ta’ NUTS 3, jikkwalifikaw ukoll bħala żoni skarsament popolati skont il-paragrafu 166.2). |
7.3. Id-deroga fl-Artikolu 107(3)(c)
161. |
L-Artikolu 107(3)(ċ) tat-TFUE jistipula li “għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet jew ta’ ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni” tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “[l]-eżenzjoni fl-Artikolu (107)(3)(c) […] tippermetti l-iżvilupp ta’ ċerti żoni mingħajr ma tkun limitata mill-kundizzjonijiet ekonomiċi stabbiliti fl-Artikolu (107)(3)(a), sakemm tali għajnuna “ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni””. Dik id-dispożizzjoni tagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tawtorizza għajnuna maħsuba biex jitkompla l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni ta’ Stat Membru li huma żvantaġġati meta mqabbla mal-medja nazzjonali’ (72). |
162. |
Il-kopertura massima għaż-żoni “c” fl-EU27 (‘il-kopertura “c”) tinkiseb billi titnaqqas il-popolazzjoni taż-żoni “a” eliġibbli fl-EU27 mill-kopertura massima kumplessiva stabbilita fil-paragrafu 156. |
163. |
Hemm żewġ kategoriji ta’ żoni “c”:
|
7.3.1. Żoni “c” predefiniti
7.3.1.1.
164. |
Il-Kummissjoni tqis li kull Stat Membru jrid ikollu biżżejjed kopertura “c” biex ikun jista’ jiddeżinja bħala żoni “c” dawk iż-żoni li kellhom status “a” fil-mappa tal-għajnuna reġjonali matul il-perjodu 2017-2020 (73) iżda li ma għadhomx jikkwalifikaw bħala żona “a”. |
165. |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-Istati Membri jrid ikollhom biżżejjed kopertura “c” biex ikunu jistgħu jiddeżinjaw bħala żoni “c” dawk iż-żoni li għandhom densità ta’ popolazzjoni baxxa. |
166. |
Iż-żoni li ġejjin huma meqjusin bħala żoni “c” predefiniti:
|
167. |
L-Anness I jistabbilixxi l-allokazzjoni speċifika ta’ kopertura “c” predefinita skont l-Istat Membru. Din l-allokazzjoni tal-popolazzjoni tista’ tintuża biss biex jiġu deżinjati żoni “c” predefiniti. |
7.3.1.2.
168. |
L-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw bħala żoni “c” dawk iż-żoni “c” predefiniti msemmija fil-paragrafu 166. |
169. |
Fil-prinċipju, fil-każ ta’ żoni skarsament popolati, l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeżinjaw reġjuni ta’ NUTS 2 b’anqas minn 8 abitanti għal kull km2 jew reġjuni ta’ NUTS 3 b’anqas minn 12,5 abitant għal kull km2. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw partijiet ta’ reġjuni ta’ NUTS 3 b’anqas minn 12,5-il abitant għal kull km2 jew żoni kontigwi oħrajn maġenb dawk ir-reġjuni ta’ NUTS 3, sakemm dawn iż-żoni jkollhom anqas minn 12,5-il abitant għal kull km2. Għal żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw reġjuni ta’ NUTS 2 b’anqas minn 8 abitanti għal kull km2 jew żoni kontigwi iżgħar oħrajn maġenb dawk ir-reġjuni ta’ NUTS 2, diment li dawn iż-żoni jkollhom anqas minn 8 abitanti għal kull km2 u li l-popolazzjoni taż-żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna meħuda flimkien maż-żoni skarsament popolati ma taqbiżx l-allokazzjoni speċifika tal-kopertura “c” msemmija fil-paragrafu 167. |
7.3.2. Żoni “c” mhux predefiniti
7.3.2.1.
170. |
Il-limitu massimu totali ta’ kopertura għal żoni “c” mhux predefiniti fl-EU27 jinkiseb billi titnaqqas il-popolazzjoni taż-żoni “a” eliġibbli u taż-żoni “c” predefiniti mil-limitu massimu kumplessiv tal-kopertura stabbilit fil-paragrafu 156. Il-kopertura “c” mhux predefinita hija allokata fost l-EU27 billi jiġi applikat il-metodu stabbilit fl-Anness III. |
7.3.2.2.
171. |
Sabiex tiżgura kontinwità fil-mapep tal-għajnuna reġjonali u kamp ta’ applikazzjoni minimu ta’ azzjoni għall-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni tqis li ebda Stat Membru ma jenħtieġ li jitlef aktar minn 30 % tal-kopertura totali tiegħu meta mqabbel mal-perjodu 2017-2020 u li kull Stat Membru jenħtieġ li jkollu kopertura tal-popolazzjoni minima. |
172. |
Għaldaqstant, b’deroga mil-limitu massimu kumplessiv tal-kopertura stabbilit fil-paragrafu 156, il-kopertura “c” għal kull Stat Membru tiżdied kif meħtieġ sabiex:
|
173. |
L-Anness I u II stipulaw il-kopertura “c” mhux predefinita, inkluż ix-xibka ta’ sikurezza u l-kopertura tal-popolazzjoni minima, skont kull Stat Membru. |
7.3.2.3.
174. |
Il-Kummissjoni tqis li l-kriterji użati mill-Istati Membri biex jiddeżinjaw żoni “c” jenħtieġ li jirriflettu l-firxa ta’ sitwazzjonijiet li fihom l-għoti ta’ għajnuna reġjonali jista’ jkun ġustifikat. Għaldaqstant, il-kriterji jenħtieġ li jindirizzaw il-problemi soċjoekonomiċi, ġeografiċi jew strutturali li probabbilment wieħed jiltaqa’ magħhom fiż-żoni “c” u jenħtieġ li jipprovdu biżżejjed salvagwardji sabiex l-għoti tal-għajnuna reġjonali mill-Istat ma jaffettwax il-kundizzjonijiet kummerċjali b’mod li jmur kontra l-interess komuni. |
175. |
Għalhekk, l-Istati Membri jistgħu jiddeżinjaw bħala żoni “c” dawk iż-żoni “c” mhux predefiniti, definiti abbażi tal-kriterji li ġejjin:
|
176. |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kriterji stipulati fil-paragrafu 175, il-kunċett ta’ żoni kontigwi jirreferi għal unitajiet amministrattivi lokali sħaħ (local administrative units - LAU) (82) jew għal grupp ta’ LAU (83). Grupp ta’ LAU se jitqies li jifforma żona kontigwa jekk kull waħda miż-żoni fil-grupp tikkondividi fruntiera amministrattiva ma’ żona oħra fil-grupp (84). |
177. |
Il-konformità mal-kopertura tal-popolazzjoni permessa għal kull Stat Membru se tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-aktar data riċenti dwar il-popolazzjoni residenti totali taż-żoni kkonċernati, kif ippubblikati mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika. |
7.4. Intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għall-għajnuna għall-investiment reġjonali
178. |
Il-Kummissjoni tqis li l-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għall-għajnuna għall-investiment reġjonali jridu jqisu n-natura u l-kamp ta’ applikazzjoni tad-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp taż-żoni differenti fl-UE. Għalhekk l-intensitajiet tal-għajnuna jenħtieġ li jkunu ogħla f’żoni “a” milli f’żoni “c”. |
7.4.1. Intensitajiet massimi tal-għajnuna f’żoni “a”
179. |
L-intensità tal-għajnuna għal intrapriżi kbar f’żoni “a” ma tridx taqbeż:
|
180. |
L-intensitajiet tal-għajnuna stabbiliti fil-paragrafu 179 jistgħu jiżdiedu sa 20 punt perċentwali fir-reġjuni ultraperiferiċi bi PDG per capita anqas minn jew ugwali għal 75 % tal-medja tal-EU27 jew sa 10 punti perċentwali f’reġjuni ultraperiferiċi oħrajn. |
181. |
L-intensitajiet tal-għajnuna stabbiliti fil-paragrafu 179 jistgħu jiżdiedu wkoll fiż-żoni msemmija fit-taqsimiet 7.4.4 u 7.4.5 sal-punt li l-intensità tal-għajnuna għal intrapriżi kbar fiż-żona kkonċernata ma taqbiżx is-70 %. |
7.4.2. Intensitajiet massimi tal-għajnuna f’żoni “c”
182. |
L-intensità tal-għajnuna għal intrapriżi kbar ma tridx taqbeż:
|
183. |
Fl-eks żoni “a” l-intensità tal-għajnuna ta’ 15 % stipulata fil-paragrafu 182.2) tista’ tiżdied b’sa 5 punti perċentwali sal-31 ta’ Diċembru 2024. |
184. |
Jekk żona “c” tkun tinsab maġenb żona “a”, l-intensitajiet tal-għajnuna stipulati fil-paragrafu 182 fir-reġjuni ta’ NUTS 3 jew f’partijiet mir-reġjuni ta’ NUTS 3 f’dik iż-żona “c” li jkunu maġenb iż-żona “a”, jistgħu jiżdiedu kemm hemm bżonn sabiex id-differenza fl-intensità tal-għajnuna bejn iż-żewġ żoni ma taqbiżx il-15-il punt perċentwali. |
185. |
L-intensitajiet tal-għajnuna stabbiliti fil-paragrafu 182 jistgħu jiżdiedu wkoll fl-oqsma msemmija fit-taqsima 7.4.5. |
7.4.3. Intensitajiet akbar tal-għajnuna għall-SMEs
186. |
L-intensitajiet tal-għajnuna stipulati fis-sottotaqsimiet 7.4.1 u 7.4.2 jistgħu jiġu miżjuda b’massimu ta’ 20 punt perċentwali għal intrapriżi żgħar jew b’massimu ta’ 10 punti perċentwali għal intrapriżi ta’ daqs medju (85). |
7.4.4. Intensitajiet akbar tal-għajnuna għat-territorji identifikati għall-appoġġ mill-JTF (86)
187. |
L-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fis-sottotaqsima 7.4.1 jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali għal territorji identifikati għal appoġġ mill-JTF fi pjan ta’ tranżizzjoni territorjali ġusta ta’ Stat Membru approvat mill-Kummissjoni bil-kundizzjoni li dawk it-territorji jkunu jinsabu f’żoni megħjuna skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat (87). |
7.4.5. Intensitajiet akbar tal-għajnuna għar-reġjuni li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni
188. |
L-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fis-sottotaqsima 7.4.1 jistgħu jiżdiedu b’10 punti perċentwali u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fis-sottotaqsima 7.4.2 jistgħu jiżdiedu b’5 punti perċentwali għar-reġjuni ta’ NUTS 3 li jesperjenzaw telf ta’ popolazzjoni ta’ aktar minn 10 % matul il-perjodu 2009-2018 (88). |
7.5. Notifika tal-mapep tal-għajnuna reġjonali u l-valutazzjoni tagħhom
189. |
Wara l-pubblikazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kull Stat Membru jenħtieġ li jinnotifika lill-Kummissjoni mappa tal-għajnuna reġjonali unika applikabbli mill-1 ta’ Jannar 2022 sal-31 ta’ Diċembru 2027. Kull notifika jenħtieġ li tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness V. |
190. |
Il-Kummissjoni se teżamina għal kull Stat Membru l-mappa tal-għajnuna reġjonali notifikata tiegħu u, jekk il-mappa tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida, se tadotta deċiżjoni li tapprovaha. Kull mappa tal-għajnuna reġjonali se tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u se tkun parti integrali minn dawn il-Linji Gwida. |
7.6. Emendi
7.6.1. Riżerva tal-popolazzjoni
191. |
Fuq inizjattiva proprja, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jistabbilixxi riżerva ta’ kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali li tikkonsisti fid-differenza bejn il-livell massimu ta’ kopertura tal-popolazzjoni għal dak l-Istat Membru, kif allokat mill-Kummissjoni (89), u l-kopertura użata għaż-żoni “a” u “c” deżinjati fil-mappa tal-għajnuna reġjonali tiegħu. |
192. |
Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jistabbilixxi riżerva bħal din, fi kwalunkwe ħin, jista’ juża r-riżerva biex iżid żoni “c” ġodda fil-mappa tiegħu sakemm jintlaħaq il-livell massimu ta’ kopertura nazzjonali. Għal dan il-għan, l-Istat Membru jista’ juża l-aktar data soċjoekonomika reċenti pprovduta mill-Eurostat jew mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn. Il-popolazzjoni taż-żoni “c” ikkonċernati jenħtieġ li tiġi kkalkulata abbażi tad-data dwar il-popolazzjoni li ntużat biex titfassal il-mappa inizjali. |
193. |
L-Istat Membru jrid jinnotifika lill-Kummissjoni kull darba li jkun beħsiebu juża r-riżerva tal-popolazzjoni tiegħu bil-għan li jżid żoni “c” ġodda, qabel ma jimplimenta tali emendi. |
7.6.2. Rieżami ta’ nofs it-terminu
194. |
Fl-2023 se jsir rieżami ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali, filwaqt li titqies l-istatistika aġġornata. Sa Ġunju 2023, il-Kummissjoni se tkun ikkomunikat id-dettalji dwar dak ir-rieżami ta’ nofs it-terminu. |
8. EMENDA TAL-LINJI GWIDA DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI MILL-ISTAT GĦALL-2014-2020
195. |
Fin-notifika tiegħu skont il-paragrafu 189, Stat Membru jista’ jinkludi wkoll emenda għall-mappa tal-għajnuna reġjonali tiegħu għall-2014-2021 (90) biex jiġu sostitwiti ż-żoni eliġibbli għall-għajnuna skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 biż-żoni eliġibbli għall-għajnuna fil-mappa li għandha tiġi approvata mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 190 ta’ dawn il-Linji Gwida. Il-mappa riveduta tal-għajnuna reġjonali se tkun valida mid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar l-emenda notifikata tal-mappa tal-għajnuna reġjonali għall-2014-2021 sal-31 ta’ Diċembru 2021. Dik id-deċiżjoni se tindika wkoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli fiż-żoni eliġibbli għall-għajnuna skont il-mappa emendata tal-għajnuna reġjonali għall-2014-2021, li tikkorrispondi għall-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020. Il-mappa emendata se tikkostitwixxi parti integrali mil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020, f’konformità mal-paragrafu 179 ta’ dawk il-Linji Gwida. |
196. |
Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 huma emendati kif ġej:
|
9. APPLIKABBILTÀ TAR-REGOLI DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI
197. |
Il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dawn il-Linji Gwida biex tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna reġjonali notifikabbli kollha mogħtija jew destinata li tingħata wara l-31 ta’ Diċembru 2021. |
198. |
Notifiki ta’ skemi ta’ għajnuna reġjonali jew ta’ miżuri ta’ għajnuna destinati li jingħataw wara l-31 ta’ Diċembru 2021 ma jistgħux jitqiesu kompluti qabel ma l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni li tapprova l-mappa tal-għajnuna reġjonali għall-Istat Membru kkonċernat skont l-arranġamenti deskritti fis-sottotaqsima 7.5. |
199. |
L-implimentazzjoni ta’ dawn il-Linji Gwida se twassal għal xi tibdil fir-regoli applikabbli għall-għajnuna reġjonali fl-UE. Għalhekk, huwa meħtieġ li jsir rieżami ta’ jekk l-iskemi ta’ għajnuna reġjonali kollha eżistenti (91) għadhomx iġġustifikati u effikaċi, inkluż l-iskemi ta’ għajnuna għall-investiment kif ukoll l-iskemi ta’ għajnuna operatorja, li huma ppjanati li jibqgħu għaddejjin wara l-2021. |
200. |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tipproponi l-miżuri xierqa li ġejjin lill-Istati Membri skont l-Artikolu 108(1) tat-Trattat:
|
10. RAPPORTAR U MONITORAĠĠ
201. |
Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) 2015/1589 (92) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (93), l-Istati Membri jridu jippreżentaw rapporti annwali lill-Kummissjoni. |
202. |
L-Istati Membri jridu jżommu reġistri dettaljati dwar kull miżura ta’ għajnuna. Dawn ir-rekords iridu jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-kostijiet eliġibbli u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna ġewx issodisfati. L-Istati Membri jridu jżommu dawn ir-rekords għal 10 snin mid-data tal-għoti tal-għajnuna u jridu jipprovduhom lill-Kummissjoni meta jintalbu jagħmlu dan. |
11. RIEŻAMI
203. |
Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li timmodifika dawn il-Linji Gwida fi kwalunkwe ħin jekk dan ikun meħtieġ għal raġunijiet assoċjati mal-politika dwar il-kompetizzjoni jew biex tieħu inkunsiderazzjoni politiki tal-UE u impenji internazzjonali oħrajn jew għal kwalunkwe raġuni oħra ġġustifikata. |
(1) Iż-żoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat, li normalment jissejħu żoni “a”, għandhom it-tendenza li jkunu l-aktar żvantaġġati fl-UE f’dak li jirrigwarda l-iżvilupp ekonomiku. Iż-żoni eliġibbli skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, li jissejħu żoni “c”, ukoll għandhom it-tendenza li jkunu żvantaġġati iżda anqas mill-oħrajn.
(2) Skont l-Artikolu 174(1) u (2) tat-Trattat “Sabiex tippromwovi l-iżvilupp armonjuż tagħha in ġenerali, l-Unjoni għandha tiżviluppa u tfittex li twettaq l-azzjonijiet tagħha li jwasslu sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fi ħdanha. B’mod partikolari, l-Unjoni għandha jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti.”
(3) Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, meta ssemmi “Stati Membri”, il-Kummissjoni tinkludi t-territorju tal-Irlanda ta’ Fuq kif miftiehem fi ħdan il-“Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq” anness mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.
(4) Għalhekk żidiet reġjonali għall-għajnuna mogħtija għal tali skopijiet mhumiex meqjusin bħala għajnuna reġjonali.
(5) Kull Stat Membru jista’ jidentifika dawn iż-żoni f’mappa tal-għajnuna reġjonali abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 7.
(6) Ara s-sentenza tas-17 ta’ Settembru 1980, Philip Morris Holland BV vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kawża 730/79, ECLI:EU:C:1980:209, il-paragrafu 17, u s-sentenza tal-14 ta’ Jannar 1997, Spanja vs il-Kummissjoni, C-169/95, ECLI:EU:C:1997:10, il-paragrafu 20.
(7) Ara s-sentenza tat-12 ta’ Diċembru 1996, AIUFFASS u AKT vs il-Kummissjoni, T-380/94, ECLI:EU:T:1996:195, il-paragrafu 54.
(8) Ara d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni dwar ir-riżultati tal-Kontroll tal-Idoneità tat-30 ta’ Ottubru 2020 – SWD(2020) 257 final.
(9) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-11 ta’ Diċembru 2019 – COM (2019) 640 final.
(10) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Marzu 2020 – COM (2020) 102 final.
(11) Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tad-19 ta’ Frar 2020 – COM (2020) 67 final.
(12) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta, COM(2020) 22 final.
(13) ĠU C 91 I, 20.3.2020, p. 1.
(14) Kif definit fl-Anness VI.
(15) “Linjite” tfisser C ta’ grad baxx jew Ortho-linjite u B ta’ grad baxx jew Meta-linjite kif definit mis-sistema ta’ kodifikazzjoni internazzjonali għall-faħam stabbilita mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti.
(16) “Faħam” tfisser faħam ta’ grad għoli, ta’ grad medju u ta’ grad baxx tal-kategorija A u B kif definit mis-sistema ta’ kodifikazzjoni internazzjonali għall-faħam stabbilita mill-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti u ċċarat fid-deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Diċembru 2010 dwar għajnuna mill-Istat biex tiffaċilita l-għeluq ta’ minjieri tal-faħam mhux kompetittivi (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 24).
(17) Kif kopert mir-Regolament (UE) Nru 1379/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1184/2006 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 1).
(18) L-għajnuna mill-Istat għall-produzzjoni primarja, għall-ipproċessar u għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli li jirriżultaw fil-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I tat-Trattat u għall-forestrija hija soġġetta għal regoli stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu (ĠU C 204, 1.7.2014, p. 1).
(19) Trasport tfisser it-trasport ta’ passiġġieri permezz ta’ inġenji tal-ajru, bit-trasport marittimu, bit-triq, bil-ferrovija u permezz ta’ passaġġi fuq l-ilma interni jew servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija b’kiri jew f’isem ħaddieħor. L-infrastruttura tat-trasport koperta minn linji gwida speċifiċi, bħall-ajruporti, hija eskluża wkoll minn dawn il-Linji Gwida (ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru (ĠU C 99, 4.4.2014, p. 3).
(20) Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b’rabta mal-implimentazzjoni rapida tan-netwerks tal-broadband (ĠU C 25, 26.1.2013, p. 1).
(21) Il-Kummissjoni se tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għas-settur tal-enerġija abbażi tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ħarsien tal-ambjent u l-enerġija 2014-2020 (ĠU C 200, 28.6.2014, p. 1).
(22) Kopert mir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(23) Din id-deroga se tapplika biss jekk jiġi adottat regolament skont il-proposta tal-Kummissjoni msemmija fin-nota 12 f’qiegħ il-paġna u hija temporanja għal matul l-JTF.
(24) Fil-pjan territorjali ta’ tranżizzjoni ġusta jenħtieġ li jintwera li l-investimenti f’dawn l-intrapriżi huma meħtieġa biex jikkumpensaw għat-telf ta’ impjiegi minħabba t-tranżizzjoni li ma jistgħux jiġu kkumpensati bil-ħolqien ta’ impjiegi fl-SMEs.
(25) Ir-Regolament Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta’ l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(26) Linji gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà, ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1–28. Kif spjegat fil-punt 23 ta’ dawk il-linji gwida, minħabba li l-eżistenza stess tagħha hija fil-periklu, intrapriża f’diffikultà ma tistax titqies bħala mezz xieraq għall-promozzjoni ta’ objettivi oħrajn ta’ politika pubblika sakemm il-vijabbiltà tagħha ma tkunx garantita.
(27) Ara s-sentenza tat-13 ta’ Settembru 1995, TWD Textilwerke Deggendorf GmbH vs il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, il-Kawżi konġunti T-244/93 u T-486/93, ECLI:EU:T:1995:160, il-paragrafu 56.
(28) Il-kunċett ta’ prodott ikopri wkoll servizzi fil-kuntest ta’ dawn il-Linji Gwida.
(29) Fil-preżent: Guadeloupe, il-Guyana Franċiża, Martinique, Mayottr, Réunion, Saint-Martin, ir-Reġjun Awtonomu tal-Azores, Madeira u l-Gżejjer Kanarji (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 195). Saint-Martin mhuwiex inkluż fin-NUTS 2021.
(30) Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1) kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1755 (ĠU L 270, 24.10.2019, p. 1). Id-data użata f’dawn il-Linji Gwida hija bbażata fuq din in-nomenklatura tan-NUTS 2021.
(31) Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).
(32) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1588 tat-13 ta’ Lulju 2015 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal ċerti kategoriji ta’ għajnuna mill-Istat orizzontali (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 1).
(33) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).
(34) L-għodod destinati għall-fornituri huma l-akkwiżizzjoni (jew il-produzzjoni awtomatika) ta’ magni, għodod jew tagħmir u software relatat minn intrapriża (fil-livell tal-grupp), li jinkisbu (jew jiġu prodotti) mhux għall-użu f’wieħed mill-postijiet tagħha (fil-livell tal-grupp), iżda jitqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ fornituri magħżula għall-produzzjoni ta’ prodotti li għandhom jiġu manifatturati fil-bini tal-fornitur, li se jservu bħala prodotti intermedjarji għall-proċess ta’ produzzjoni tal-intrapriża. L-assi tal-għodod destinati għall-fornituri jibqgħu l-proprjetà tal-intrapriża akkwirenti, iżda jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-fornitur għall-kompiti u skont il-kundizzjonijiet definiti f’kuntratt ta’ provvista jew ftehim simili. Dawn huma marbuta ma’ operazzjonijiet ta’ pproċessar jew ta’ assemblaġġ definiti sew f’wieħed jew aktar mill-postijiet tal-intrapriża (fil-livell tal-grupp), u jista’ jkollhom jintbagħtu lura lis-sid wara t-tlestija tal-ordni, jew wara l-iskadenza jew it-terminazzjoni ta’ kuntratt qafas.
(35) Definit fil-paragrafu 19 (13) u (14).
(36) Ara s-sentenzi tal-Qorti tad-19 ta’ Settembru 2000, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni C-156/98, ECLI:EU:C:2000:467, il-paragrafu 78, u tat-22 ta’ Diċembru 2008, Régie Networks vs Rhone Alpes Bourgogne C-333/07, UE:C:2008:764, il-paragrafi 94 sa 116.
(37) Ara l-Anness VII.
(38) L-obbligu li l-investiment jinżamm fiż-żona kkonċernata għal mill-anqas ħames snin (tliet snin fil-każ ta’ SMEs) jenħtieġ li ma jipprevjenix is-sostituzzjoni ta’ impjanti jew ta’ tagħmir li matul dan il-perjodu jkun sar obsolet jew inkiser, sakemm l-attività ekonomika tinżamm fiż-żona kkonċernata għall-perjodu minimu. Madankollu, l-għajnuna reġjonali ma tistax tingħata għas-sostituzzjoni ta’ dawk l-impjanti jew tagħmir.
(39) Ir-rekwiżit ta’ kontribuzzjoni proprja ta’ 25 % fil-paragrafu 48 ma japplikax għal għajnuna għall-investiment mogħtija għal investimenti f’reġjuni ultraperiferiċi sakemm tkun meħtieġa kontribuzzjoni aktar baxxa biex takkomoda bis-sħiħ l-intensità massima tal-għajnuna.
(40) Dan ma japplikax pereżempju fil-każ ta’ self sussidjat, ta’ self pubbliku ta’ kapital ta’ ekwità jew ta’ parteċipazzjonijiet pubbliċi li ma jissodisfawx il-prinċipju ta’ investitur tas-suq, ta’ garanziji mill-Istat li jinkludu elementi ta’ għajnuna, jew appoġġ pubbliku mogħti fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-regola “de minimis”.
(41) L-għajnuna ad hoc hija soġġetta għall-istess rekwiżiti bħall-għajnuna individwali mogħtija abbażi ta’ skema, sakemm ma jkunx imsemmi mod ieħor.
(42) Investimenti bħal dawn jistgħu joħolqu l-kundizzjonijiet li jippermettu li jsiru aktar investimenti li jkunu vijabbli mingħajr għajnuna addizzjonali.
(43) Ix-xenarji kontrofattwali huma deskritti fil-paragrafu 64.
(44) Il-VPN ta’ proġett huwa d-differenza bejn il-flussi ta’ flus pożittivi u negattivi matul il-ħajja tal-investiment, imnaqqsa għall-valur attwali tagħhom (normalment billi jintuża l-kost tal-kapital).
(45) L-IRR mhijiex ibbażata fuq il-qligħ kontabilizzat f’sena partikolari, iżda tqis il-fluss ta’ flussi ta’ flus futuri li l-investitur jistenna li jirċievi tul il-ħajja kollha tal-investiment. Hija definita bħala r-rata ta’ skont li għaliha l-VPN ta’ fluss ta’ flussi ta’ flus huwa ta’ żero.
(46) Madankollu, meta jkun hemm inċertezza kbira dwar il-kostijiet u l-iżviluppi tad-dħul fil-futur u meta jkun hemm assimetrija qawwija ta’ informazzjoni, jista’ jkun li l-awtorità pubblika tkun tixtieq tadotta wkoll mudelli ta’ kumpens li ma jkunux kompletament ex ante, iżda pjuttost taħlita ta’ ex ante u ex post (pereżempju billi tuża mekkaniżmi ta’ rkupru li jippermettu l-kondiviżjoni tal-qligħ mhux antiċipat).
(47) Ara s-Sottotaqsima 7.4. dwar il-mapep tal-għajnuna reġjonali.
(48) Espress bħala ekwivalenti ta’ għotja gross.
(49) Idem.
(50) Meta jiġu mqabbla x-xenarji kontrofattwali, l-għajnuna trid tiġi skontata bl-istess fattur bħax-xenarji tal-investiment u dawk kontrofattwali korrispondenti.
(51) Ir-rekwiżit li l-intensità massima permissibbli tal-għajnuna għal kull proġett trid tiġi kkalkulata bil-quddiem mill-ewwel awtorità awtorizzanti ma japplikax meta l-għajnuna tingħata permezz ta’ skema jew skemi ta’ għajnuna awtomatiċi fil-forma ta’ vantaġġi fiskali. Fil-prinċipju, f’din is-sitwazzjoni, il-kontrolli tal-akkumulazzjoni mhumiex possibbli meta tingħata l-għajnuna u jenħtieġ li jsiru meta l-għajnuna titħallas.
(52) Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259) jew Regolament li jkun fih dispożizzjonijiet speċifiċi għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) applikabbli għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027, skont liema minnhom japplika għal investiment inizjali partikolari.
(53) Inkluż meta skemi ta’ għajnuna operatorja jiġu notifikati biex jiġu estiżi miżuri ta’ għajnuna eżistenti.
(54) Ir-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2020 dwar l-istabbiliment ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli, u li jemenda r-Regolament (UE) 2019/2088 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13).
(55) Dan jista’ jkun il-każ ukoll fejn l-għajnuna tfixkel l-operat tal-istrumenti ekonomiċi stabbiliti biex jinternalizzaw dawn l-esternalitajiet negattivi (eż. billi jaffettwaw is-sinjali tal-prezzijiet mogħtija mis-Sistema tal-UE għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet jew strument simili).
(56) Il-Kummissjoni se tivvaluta dan kemm f’termini ta’ volum kif ukoll ta’ valur u se tqis iċ-ċiklu tan-negozju.
(57) Għal verifika ta’ dan, jenħtieġ li jintuża l-limitu massimu applikabbli standard tal-għajnuna fiż-żoni “c” li jmissu maż-żoni “a”, irrispettivament mill-intensitajiet akbar tal-għajnuna f’konformità mal-paragrafu 184.
(58) Għal proġetti ta’ investiment li jinvolvu l-produzzjoni ta’ diversi prodotti differenti, kull prodott irid jiġi vvalutat.
(59) Dawn l-ostakli għad-dħul jinkludu ostakli legali (b’mod partikolari drittijiet ta’ proprjetà intellettwali), l-ekonomiji ta’ skala u firxa u l-ostakli għall-aċċess għan-networks u l-infrastruttura. Meta l-għajnuna tikkonċerna suq fejn il-benefiċjarju tal-għajnuna jkun wieħed preeżistenti, l-ostakli possibbli għad-dħul jistgħu jintensifikaw is-saħħa sinifikanti fis-suq ta’ dan il-benefiċjarju tal-għajnuna u b’hekk iħarxu l-effetti negattivi possibbli ta’ dik is-saħħa fis-suq.
(60) Meta jkun hemm xerrejja b’saħħithom fis-suq, huwa anqas probabbli li benefiċjarju tal-għajnuna jkun jista’ jżid il-prezzijiet fil-konfront ta’ dawn ix-xerrejja b’saħħithom.
(61) “Tiftix Pubbliku dwar it-Trasparenza tal-Għajnuna mill-Istat”, disponibbli fuq is-sit web li ġej: https://webgate.ec.europa.eu/competition/transparency/public?lang=mt.
(62) Kif definit fl-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1299/2013.
(63) F’każ li ma jkunx jeżisti rekwiżit formali għal dikjarazzjoni annwali, għal finijiet ta’ kkowdjar id-data tal-għoti għandha titqies bħala l-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha tkun ingħatat l-għajnuna.
(64) Dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni, Metodoloġija komuni għall-evalwazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, Brussell, 28.5.2014, SWD(2014) 179 final, jew xi suċċessur tiegħu.
(65) Żoni skarsament popolati u żoni b’popolazzjoni baxxa ħafna jenħtieġ li jiġu identifikati wkoll fuq il-mappa tal-għajnuna reġjonali.
(66) ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1.
(67) Dan il-limitu massimu ġie stabbilit bl-użu tad-data dwar il-popolazzjoni tal-Eurostat għall-2018. Il-limitu massimu jikkorrispondi għal 48,00 % tal-EU27_2020 – (L-Unjoni Ewropea – 27 pajjiż (mill-2020)).
(68) Is-Sentenza tal-14 ta’ Ottubru 1987, Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, Kawża 248/84, EU:C:1987:437, il-paragrafu 19; is-sentenza tal-14 ta’ Jannar 1997, Spanja vs Il-Kummissjoni, C-169/95, EU:C:1997:10, il-paragrafu 15; u s-sentenza tas-7 ta’ Marzu 2002, L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-310/99, EU:C:2002:143, il-paragrafu 77;
(69) Ir-referenza għal reġjuni b’PDG per capita taħt il-75 % tal-medja tal-EU27 saret fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 92(3)(a) u (c) għall-għajnuna reġjonali (ĠU C 212, 12.8.1988, p. 2).
(70) Fir-referenzi sussegwenti kollha għall-PDG per capita, il-PDG jitkejjel f’PPS.
(71) Id-data tkopri l-perjodu 2016-2018. Fir-referenzi sussegwenti kollha għall-PDG per capita fir-rigward tal-medja tal-EU27, id-data hija bbażata fuq il-medja tad-data reġjonali tal-Eurostat għall-2016-2018 (kif aġġornati fit-23.3.2020).
(72) Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, Kawża 248/84, op. cit., il-paragrafu 19.
(73) Il-lista ta’ żoni “a” ġiet emendata fl-2016. Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li temenda l-Anness I tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014–2020) (Reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-mapep tal-għajnuna reġjonali) (ĠU C 231, 25.6.2016, p. 1).
(74) Dan l-aspett tax-xibka ta’ sikurezza japplika għall-Ġermanja, għall-Irlanda, għal Malta u għas-Slovenja.
(75) Din il-kopertura tal-popolazzjoni minima tapplika għad-Danimarka u għal-Lussemburgu.
(76) Dan il-livell limitu tal-popolazzjoni se jitnaqqas għal 50 000 abitant għall-Istati Membri li għandhom kopertura “c” mhux predefinita ta’ anqas minn miljun abitant, jew għal 10 000 abitant għall-Istati Membri li l-popolazzjoni nazzjonali tagħhom hija anqas minn miljun abitant.
(77) Għall-qgħad, il-kalkoli jenħtieġ li jkunu bbażati fuq data reġjonali ppubblikata mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, billi tintuża l-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hija disponibbli din id-data (fil-mument tan-notifika tal-mappa tal-għajnuna reġjonali). Sakemm ma jiġix indikat mod ieħor f’dawn il-Linji Gwida, ir-rata tal-qgħad fir-rigward tal-medja nazzjonali hija kkalkulata fuq din il-bażi.
(78) Sabiex jiġi kkalkulat jekk dawn il-gżejjer jew żoni kontigwi għandhomx PDG per capita anqas jew daqs il-medja tal-EU27, l-Istat Membru jista’ juża d-data pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.
(79) Sabiex jiġi kkalkulat jekk dawn il-gżejjer jew żoni kontigwi għandhomx rata ta’ qgħad ogħla minn jew daqs 115 % tal-medja nazzjonali, l-Istati Membri jistgħu jużaw data pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tagħhom jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.
(80) Dan il-livell limitu tal-popolazzjoni se jitnaqqas għal 25 000 abitant għall-Istati Membri li għandhom kopertura “c” mhux predefinita ta’ anqas minn miljun abitant, għal 10 000 abitant għall-Istati Membri li l-popolazzjoni totali tagħhom hija anqas minn miljun abitant, jew għal 5 000 abitant għall-gżejjer jew għaż-żoni kontigwi li huma karatterizzati minn iżolament ġeografiku simili.
(81) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Kriterju 5, l-Istati Membri jridu juru li ż-żona għaddejja minn tibdil strutturali maġġuri jew sejra lura b’mod relattiv u serju billi jqabblu ż-żoni kkonċernati mas-sitwazzjoni ta’ żoni oħrajn fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri oħrajn abbażi ta’ indikaturi soċjoekonomiċi li jikkonċernaw l-istatistika kummerċjali strutturali, is-swieq tax-xogħol, il-kontijiet tal-unitajiet domestiċi, l-edukazzjoni, jew indikaturi simili oħrajn. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jużaw data pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tagħhom jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn. Għat-territorji identifikati għal appoġġ mill-JTF fi pjan ta’ tranżizzjoni territorjali ġusta ta’ Stat Membru approvat mill-Kummissjoni, din il-ġustifikazzjoni mhijiex meħtieġa peress li l-bidla strutturali titqies li hija murija bħala parti mill-pjan ta’ tranżizzjoni ġusta.
(82) L-Unitajiet Amministrattivi Lokali (LAU) huma ddefiniti fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) kif emendat mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1755.
(83) Madankollu, l-Istat Membru jista’ jiddeżinja partijiet minn LAU, dment li l-popolazzjoni tal-LAU kkonċernata taqbeż il-popolazzjoni minima meħtieġa għaż-żoni kontigwi skont il-Kriterju 1 jew 5 (inkluż il-livelli limiti mnaqqsa tal-popolazzjoni għal dawk il-kriterji) u sakemm il-popolazzjoni tal-partijiet ta’ dik l-LAU tkun minn tal-anqas 50 % tal-popolazzjoni minima meħtieġa skont il-kriterju applikabbli.
(84) Fil-każ ta’ gżejjer, il-fruntieri amministrattivi jinkludu l-fruntieri marittimi ma’ unitajiet amministrattivi oħrajn tal-Istat Membru kkonċernat.
(85) L-intensitajiet akbar tal-għajnuna għall-SMEs mhumiex se japplikaw għall-għajnuna mogħtija għal proġetti kbar ta’ investiment.
(86) Din it-taqsima se tapplika biss jekk jiġi adottat regolament skont il-proposta tal-Kummissjoni msemmija fin-nota 12 f’qiegħ il-paġna.
(87) Il-mapep tal-għajnuna reġjonali jistgħu jiġu aġġornati fuq dik il-bażi jekk iż-żoni jkunu għadhom mhumiex magħrufa meta tiġi adottata l-mappa.
(88) Ara l-Anness IV.
(89) Ara l-Anness I.
(90) Il-mappa tal-għajnuna reġjonali approvata mill-Kummissjoni skont il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 li hija applikabbli għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2021.
(91) Il-miżuri ta’ għajnuna implimentati skont il-GBER ma jikkwalifikawx bħala skemi ta’ għajnuna eżistenti. Skemi ta’ għajnuna li daħlu fis-seħħ bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat ma jikkwalifikawx bħala skemi ta’ għajnuna eżistenti ħlief meta jitqiesu bħala għajnuna eżistenti skont l-Artikolu 17(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(92) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589.
(93) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 li jippreskrivi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1).
ANNESS I
Kopertura tal-għajnuna reġjonali għal kull Stat Membru għall-2022-2027
Il-Belġju |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita (1) |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali (2) |
Żoni “a” |
BE34 Prov. Il-Lussemburgu (BE) |
73,00 |
2,50% |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
23,33% |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
25,83% |
Il-Bulgarija |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
BG31 Северозападен / Severozapaden |
31,67 |
10,66% |
|
BG32 Северен централен / Severen tsentralen |
34,33 |
11,24% |
|
BG33 Североизточен / Severoiztochen |
40,33 |
13,26% |
|
BG34 Югоизточен / Yugoiztochen |
43,00 |
14,74% |
|
BG42 Южен централен / Yuzhen tsentralen |
35,00 |
20,13% |
Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”) |
BG41 Югозападен / Yugozapaden |
81,33 |
29,97% |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
100,00 % |
Iċ-Ċekja |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
CZ04 Severozápad |
63,67 |
10,50% |
|
CZ05 Severovýchod |
75,00 |
14,22% |
|
CZ07 Střední Morava |
73,33 |
11,43% |
|
CZ08 Moravskoslezsko |
74,33 |
11,33% |
Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”) |
CZ02 Střední Čechy |
82,67 |
12,81% |
|
CZ03 Jihozápad |
78,00 |
11,52% |
|
CZ06 Jihovýchod |
82,67 |
15,94% |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
87,76% |
Id-Danimarka |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
7,50% |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
7,50% |
Il-Ġermanja |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
18,10 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
18,10 % |
L-Estonja |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”) |
EE00 Eesti |
79,33 |
100,00 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
100,00 % |
L-Irlanda |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
35,90 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
35,90 % |
Il-Greċja |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
EL41 Βόρειο Αιγαίο / Voreio Aigaio |
49,00 |
2,01 % |
EL42 Νότιο Αιγαίο / Notio Aigaio |
73,67 |
3,19 % |
|
EL43 Κρήτη / Kriti |
58,33 |
5,91 % |
|
EL51 Aνατολική Μακεδονία, Θράκη / Anatoliki Makedonia, Thraki |
47,67 |
5,59 % |
|
EL52 Κεντρική Μακεδονία / Kentriki Makedonia |
53,67 |
17,47 % |
|
EL53 Δυτική Μακεδονία / Dytiki Makedonia |
59,67 |
2,50 % |
|
EL54 Ήπειρος / Ipeiros |
48,67 |
3,11 % |
|
EL61 Θεσσαλία / Thessalia |
52,67 |
6,71 % |
|
EL62 Ιόνια Νησιά / Ionia Nisia |
63,33 |
1,90 % |
|
EL63 Δυτική Ελλάδα / Dytiki Elláda [EL643 Ευρυτανία / Żona skarsament popolata ta’ Evrytania] |
50,33 |
6,12 % |
|
EL64 Στερεά Ελλάδα / Sterea Elláda |
62,33 |
5,18 % |
|
EL65 Πελοπόννησος / Peloponnisos |
56,67 |
5,36 % |
|
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
17,28 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
|
|
82,34 % |
Spanja |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
ES42 Castilla-La Mancha [ES423 Żona Skarsament Popolata ta’ Cuenca] |
72,33 |
4,35 % |
|
ES43 Extremadura |
66,67 |
2,28 % |
|
ES61 Andalucía |
68,33 |
17,99 % |
|
ES63 Ciudad de Ceuta |
72,67 |
0,18 % |
|
ES64 Ciudad de Melilla |
67,00 |
0,18 % |
|
ES70 Canarias |
75,00 |
4,68 % |
Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”) |
ES62 Región de Murcia |
76,67 |
3,17 % |
Żoni “c” predefiniti (żoni skarsament popolati) |
ES242 Teruel |
— |
0,29 % |
ES417 Soria |
— |
0,19 % |
|
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
32,99 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
66,29 % |
Franza |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
FRY1 Guadeloupe |
73,00 |
0,63 % |
FRY2 Martinique |
77,00 |
0,55 % |
|
FRY3 Guyane |
50,33 |
0,42 % |
|
FRY4 La Réunion |
70,00 |
1,28 % |
|
FRY5 Mayotte |
32,67: |
0,40%: |
|
Saint-Martin (*) |
: |
: |
|
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
28,68 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
31,95 % |
Il-Kroazja |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
HR02 Panonska Hrvatska |
41,58 |
27,02 % |
|
HR03 Jadranska Hrvatska [HR032 Żona skarsament popolata ta’ Ličko-senjska županija] |
60,33 |
33,48 % |
|
HR06 Sjeverna Hrvatska |
48,43 |
20,04 % |
Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”) |
HR05 Grad Zagreb |
109,24 |
19,46 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
100,00 % |
L-Italja |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
ITF2 Molise |
69,33 |
0,51 % |
|
ITF3 Campania |
62,67 |
9,62 % |
|
ITF4 Puglia |
63,33 |
6,68 % |
|
ITF5 Basilicata |
74,67 |
0,94 % |
|
ITF6 Calabria |
57,33 |
3,23 % |
|
ITG1 Sicilia |
59,67 |
8,30 % |
|
ITG2 Sardegna |
70,33 |
2,72 % |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
9,99 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
41,99 % |
Ċipru |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
49,46 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
49,46 % |
Il-Latvja |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
LV00 Latvija [LV008 Żona Skarsament Popolata ta’ Vidzeme] |
67,00 |
100,00 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
100,00 % |
Il-Litwanja |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
LT02 Vidurio ir vakarų Lietuvos regionas |
65,00 |
71,16 % |
Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”) |
LT01 Sostinės regionas |
113,67 |
28,84 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
100,00 % |
Il-Lussemburgu |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
7,50 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
7,50 % |
L-Ungerija |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
HU12 Pest |
55,00 |
13,00 % |
|
HU21 Közép-Dunántúl |
65,33 |
10,81 % |
|
HU22 Nyugat-Dunántúl |
72,67 |
10,10 % |
|
HU23 Dél-Dunántúl |
47,33 |
9,03 % |
|
HU31 Észak-Magyarország |
47,67 |
11,57 % |
|
HU32 Észak-Alföld |
44,33 |
14,89 % |
|
HU33 Dél-Alföld |
50,00 |
12,69 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
82,09 % |
Malta |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
70,00 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
70,00 % |
In-Netherlands |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
8,98 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
8,98 % |
L-Awstrija |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
22,42 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
22,42 % |
Il-Polonja |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
PL21 Małopolskie |
63,67 |
8,84 % |
|
PL22 Śląskie |
72,33 |
11,82 % |
|
PL42 Zachodniopomorskie |
58,33 |
4,43 % |
|
PL43 Lubuskie |
58,00 |
2,64 % |
|
PL52 Opolskie |
55,33 |
2,57 % |
|
PL61 Kujawsko-Pomorskie |
56,33 |
5,41 % |
|
PL62 Warmińsko-Mazurskie |
49,00 |
3,73 % |
|
PL63 Pomorskie |
67,67 |
6,06 % |
|
PL71 Łódzkie |
65,00 |
6,43 % |
|
PL72 Świętokrzyskie |
50,00 |
3,24 % |
|
PL81 Lubelski |
47,67 |
5,52 % |
|
PL82 Podkarpackie |
49,33 |
5,54 % |
|
PL84 Podlaskie |
49,67 |
3,08 % |
|
PL92 Mazowiecki regionalny |
59,33 |
6,12 % |
Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”) |
PL41 Wielkopolskie |
75,67 |
9,09 % |
|
PL51 Dolnośląskie |
77,00 |
7,55 % |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
0,82 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
92,90 % |
Il-Portugall |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
PT11 Norte |
65,67 |
34,76 % |
PT16 Centro (PT) |
67,33 |
21,63 % |
|
PT18 Alentejo |
72,67 |
6,89 % |
|
PT20 Região Autónoma dos Açores |
69,00 |
2,37 % |
|
PT30 Região Autónoma da Madeira |
76,00 |
2,47 % |
|
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
2,11 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
70,23 % |
Ir-Rumanija |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
RO11 Nord-Vest |
58,33 |
13,13 % |
RO12 Centru |
60,00 |
11,93 % |
|
RO21 Nord-Est |
39,67 |
16,48 % |
|
RO22 Sud-Est |
52,67 |
12,37 % |
|
RO31 Sud – Muntenia |
49,33 |
15,14 % |
|
RO41 Sud-Vest Oltenia |
46,67 |
9,96 % |
|
RO42 Vest |
66,00 |
9,15 % |
|
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
1,19 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
89,34 % |
Is-Slovenja |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
SI03 Vzhodna Slovenija |
70,67 |
52,71 % |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
17,29 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
70,00 % |
Is-Slovakkja |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
SK02 Západné Slovensko |
66,67 |
33,55 % |
SK03 Stredné Slovensko |
58,00 |
24,60 % |
|
SK04 Východné Slovensko |
52,00 |
29,82 % |
|
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
87,97 % |
Il-Finlandja |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” predefiniti (żoni skarsament popolati) |
FI1D1 Etelä-Savo |
— |
2,67 % |
FI1D2 Pohjois-Savo |
— |
4,46 % |
|
FI1D3 Pohjois-Karjala |
— |
2,95 % |
|
FI1D5 Keski-Pohjanmaa |
— |
1,24 % |
|
FI1D7 Lappi |
— |
3,24 % |
|
FI1D8 Kainuu |
— |
1,34 % |
|
FI1D9 Pohjois-Pohjanmaa |
— |
7,43 % |
|
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
3,52 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
26,86 % |
L-Iżvezja |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” predefiniti (żoni skarsament popolati) |
SE312 Dalarnas län |
— |
2,81 % |
SE321 Västernorrlands län |
— |
2,42 % |
|
SE322 Jämtlands län |
— |
1,27 % |
|
SE331 Västerbottens län |
— |
2,63 % |
|
SE332 Norrbottens län |
— |
2,48 % |
|
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
9,98 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
21,60 % |
(1) Imkejjel skont il-PPS, medja ta’ tliet snin għall-2016-2018 (EU27 = 100) (kif aġġornat fit-23.3.2020).
(2) Abbażi tad-data tal-Eurostat dwar il-popolazzjoni għall-2018.
(*) Saint-Martin huwa reġjun ultraperiferiku iżda mhuwiex inkluż fin-nomenklatura tan-NUTS 2021. Biex tikkalkula l-intensità massima tal-għajnuna applikabbli, Franza tista’ tuża data pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tagħha jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.
ANNESS II
Kopertura tal-għajnuna reġjonali għall-Irlanda ta’ Fuq
L-Irlanda ta’ Fuq (*) |
Reġjuni NUTS |
PDG per capita |
Perċentwal tal-popolazzjoni (1) |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
100 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2022-2027 |
— |
— |
100 % |
(*) Dawn il-Linji Gwida japplikaw ukoll għall-Irlanda ta’ Fuq kif miftiehem fi ħdan il-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq anness mal-Ftehim dwar il-Ħruġ (Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU L 29, 31.1.2020, p. 7).
(1) Biex tkun żgurata l-kontinwità fil-mappa tal-għajnuna reġjonali tal-Irlanda ta’ Fuq fid-dawl tal-impatt strutturali tal-irtirar tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, l-Irlanda ta' Fuq teħtieġ li b’mod eċċezzjonali żżomm il-kopertura kurrenti tagħha (100 %).
ANNESS III
Metodu li għandu jintuża għall-allokazzjoni ta’ kopertura “c” mhux predefinita fost l-Istati Membri
Il-Kummissjoni se tikkalkula l-kopertura “c” mhux predefinita għal kull Stat Membru billi tapplika l-metodu li ġej:
(1) |
Il-Kummissjoni se tidentifika kwalunkwe reġjun NUTS 3 fl-Istati Membri li ma jinsab f’ebda żona minn dawn li ġejjin:
|
(2) |
Minn fost ir-reġjuni NUTS 3 identifikati fl-Istadju 1, il-Kummissjoni se tidentifika dawk li għandhom jew:
|
(3) |
L-allokazzjoni tal-kopertura “c” mhux predefinita għall-Istat Membru i (A i ) hija kkalkulata skont il-formula li ġejja (espressa bħala perċentwal tal-popolazzjoni tal-EU27): A i = p i / P × 100 fejn: p i hija l-popolazzjoni (5) tar-reġjuni NUTS 3 fl-Istat Membru i identifikati fl-Istadju 2. P hija s-somma tal-popolazzjoni tar-reġjuni NUTS 3 fl-EU27 identifikati fl-Istadju 2. |
(1) Il-PDG per capita kollu msemmi f’dan l-Anness huwa bbażat fuq il-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hemm data mill-Eurostat disponibbli, jiġifieri 2016-2018.
(2) Il-livell limitu tad-disparità tal-PDG nazzjonali per capita għall-Istat Membru i (TG i ) huwa kkalkulat bl-użu tal-formula li ġejja (espressa bħala perċentwal tal-PDG nazzjonali per capita):
(TG) i = 85 × ((1 + 100 / g i ) / 2)
fejn: g i hija l-PDG per capita tal-Istat Membru i, espress bħala perċentwal tal-medja tal-EU27.
(3) Id-data kollha dwar il-qgħad imsemmija f’dan l-Anness hija bbażata fuq il-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hemm data tal-Eurostat disponibbli, jiġifieri 2017-2019. Madankollu, din id-data ma fihiex informazzjoni fil-livell tan-NUTS 3 u għalhekk tintuża data dwar il-qgħad għar-reġjun NUTS 2 fejn ikunu jinsabu dawn ir-reġjuni NUTS 3.
(4) Il-livell limitu tad-disparità tar-rata tal-qgħad nazzjonali għal Stat Membru i (TU i ) huwa kkalkulat skont il-formula li ġejja (espress bħala perċentwal tar-rata tal-qgħad nazzjonali):
(TU) i = 115 × ((1 + 100 / u i ) / 2)
fejn: u i hija r-rata tal-qgħad nazzjonali tal-Istat Membru i, espressa bħala perċentwal tal-medja tal-EU27.
(5) Iċ-ċifri tal-popolazzjoni għar-reġjuni NUTS 3 huma kkalkulati abbażi tad-data dwar il-popolazzjoni użata mill-Eurostat għall-kalkolu tal-PDG reġjonali per capita għall-2018.
ANNESS IV
Metodu għad-definizzjoni ta’ żoni megħjuna li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni kif imsemmi fit-taqsima 7.4.5
Skont il-paragrafu 188, l-Istati Membri jistgħu jidentifikaw iż-żoni li jesperjenzaw telf fil-popolazzjoni kif ġej:
— |
L-Istati Membri jridu jidentifikaw żoni megħjuna fil-livell NUTS3 skont l-Artikolu 107(3)(a) u (c) tat-Trattat; |
— |
Trid tintuża data tal-Eurostat dwar id-densità tal-popolazzjoni għall-perjodu 2009-2018, ibbażata fuq l-aktar klassifikazzjoni tan-NUTS riċenti disponibbli; |
— |
L-Istati Membri jridu juru telf fil-popolazzjoni ta’ aktar minn 10 % matul il-perjodu 2009-2018. |
— |
Meta l-klassifikazzjoni tan-NUTS tkun inbidlet matul l-10 snin preċedenti, l-Istati Membri mbagħad iridu jużaw id-data dwar id-densità tal-popolazzjoni għall-itwal perjodu ta’ żmien disponibbli. |
L-Istati Membri jridu jinkludu l-oqsma b’hekk identifikati meta joħorġu notifika skont il-paragrafu 189.
ANNESS V
Informazzjoni li trid tiġi pprovduta meta tiġi nnotifikata mappa tal-għajnuna reġjonali
(1) |
L-Istati Membri jridu jipprovdu informazzjoni għal kull waħda mill-kategoriji li ġejjin ta’ żoni proposti għad-deżinjazzjoni, jekk applikabbli:
|
(2) |
F’kull kategorija, l-Istati Membri jridu jipprovu l-informazzjoni li ġejja għal kull żona proposta:
|
(3) |
Għad-deżinjazzjoni ta’ żoni skarsament popolati u b’popolazzjoni baxxa ħafna, l-Istati Membri jridu jipprovdu biżżejjed evidenza li l-kundizzjonijiet applikabbli fil-paragrafu 169 huma ssodisfati. |
(4) |
Għal żoni mhux predefiniti ddeżinjati abbażi tal-Kriterji 1-5, l-Istati Membri jridu jipprovdu biżżejjed evidenza li l-kundizzjonijiet applikabbli kollha stabbiliti fil-paragrafi 175, 176 u 177 huma ssodisfati. |
ANNESS VI
Definizzjoni tas-settur tal-azzar
Għall-finijiet ta’ dawn il-Linji Gwida, “is-settur tal-azzar” tfisser il-produzzjoni ta’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:
(a) |
ħadid fondut grezz u ligi tal-ħadid: ħadid fondut grezz għall-għemil tal-azzar, funderija u ħadid fondut grezz ieħor, spiegeleisen u ferromanganiż b’karbonju għoli, li ma jinkludix ligi tal-ħadid oħrajn; |
(b) |
prodotti tal-ħadid mhux maħduma u nofshom irfinuti, azzar ordinarju jew azzar speċjali: azzar likwidu fondut jew mhux fondut f’ingotti, inkluż ingotti għall-manifattura bil-forġa ta’ prodotti nofshom lesti: ingotti, billets u blokok; vireg mill-folji u vireg mill-pjanċi stanjati; kojls wesgħin illaminati bis-sħana, bl-eċċezzjoni tal-produzzjoni tal-azzar likwidu għall-ikkastjar minn fonderiji żgħar u medji; |
(c) |
prodotti tal-ħadid magħmulin bis-sħana, azzar ordinarju jew azzar speċjali: linji ferrovjarji, traversi, puntali, sottopuntali, travi, sezzjonijiet tqal tal-metall ta’ 80 mm jew aktar, pili tal-folji, vireg u sezzjonijiet ta’ anqas minn 80 mm u pjanċi ta’ anqas minn 150 mm, vireg tal-fili, forom tondi u kwadri għat-tubi, aljetti u strixxi tal-ħadid illaminati bis-sħana (inkluż l-istrixxi għat-tubi), folji llaminati bis-sħana (miksija u mhux miksija), pjanċi u folji ta’ ħxuna ta’ 3 mm u aktar, pjanċi universali ta’ 150 mm u aktar, bl-eċċezzjoni tal-fili u l-prodotti tal-fili, vireg ileqqu u kkastjar tal-ħadid; |
(d) |
prodotti ffurmati bil-kesħa: pjanċi stanjati, pjanċi biċ-ċomb, pjanċi suwed, folji galvanizzati, folji oħrajn miksijin, folji rrumblati fil-ksieħ, folji elettriċi u strippi maħsuba għall-pjanċi stanjati, pjanċi rrumblati fil-ksieħ, f’koljaturi jew fi strippi; |
(e) |
tubi: it-tubi tal-azzar kollha mingħajr weldjatura, it-tubi tal-azzar iwweldjati b’dijametru ta’ aktar minn 406,4 mm. |
ANNESS VII
Informazzjoni li għandha tiġi inkluża fil-formola tal-applikazzjoni għall-għajnuna għall-investiment reġjonali
1.
Informazzjoni dwar il-benefiċjarju tal-għajnuna:
— |
L-isem, l-indirizz reġistrat tas-sede prinċipali, is-settur prinċipali ta’ attività (Kodiċi NACE). |
— |
Dikjarazzjoni li l-kumpanija mhijiex f’diffikultà kif definit fil-linji gwida għas-salvataġġ u r-ristrutturar. |
— |
Dikjarazzjoni li tiddeskrivi l-għajnuna fid-dettall (kemm għajnuna de minimis kif ukoll għajnuna mill-Istat) li diġà ngħatat għal investimenti oħrajn matul it-tliet snin preċedenti fl-istess reġjun NUTS 3 fejn se jsir l-investiment il-ġdid. Dikjarazzjoni li tispeċifika l-għajnuna reġjonali mogħtija jew li sejra tingħata għall-istess proġett minn awtoritajiet awtorizzanti oħrajn. |
— |
Dikjarazzjoni li tispeċifika jekk il-benefiċjarju jkunx għalaq l-istess attività jew attività simili fiż-ŻEE fis-sentejn qabel id-data ta’ din l-applikazzjoni. |
— |
Dikjarazzjoni li tispeċifika jekk il-benefiċjarju għandux l-intenzjoni li jagħlaq attività bħal din fil-mument tal-applikazzjoni għall-għajnuna fi żmien perjodu ta’ sentejn wara li jitlesta l-investiment li se jiġi ssussidjat. |
— |
Fil-każ ta’ għajnuna li tingħata taħt skema: dikjarazzjoni u impenn ta’ nonrilokazzjoni |
2.
Informazzjoni dwar l-investiment li se jiġi appoġġat:
— |
Deskrizzjoni qasira tal-investiment. |
— |
Deskrizzjoni qasira tal-effetti pożittivi mistennija għaż-żona kkonċernata (pereżempju, l-għadd ta’ impjiegi maħluqa jew salvagwardjati, l-attivitajiet ta’ RŻI, it-taħriġ, il-ħolqien ta’ raggruppament u l-kontribut possibbli ta’ proġett għat-tranżizzjoni ekoloġika (1) u diġitali tal-ekonomija reġjonali). |
— |
Il-bażi ġuridika applikabbli (nazzjonali, tal-UE jew it-tnejn). |
— |
Il-bidu ppjanat tax-xogħlijiet u t-tlestija tal-investiment. |
— |
Il-post(ijiet) tal-investiment. |
3.
Informazzjoni dwar il-finanzjament tal-investiment:
— |
Kostijiet ta’ investiment u kostijiet assoċjati oħrajn, analiżi tal-kostijiet-benefiċċji għall-miżura ta’ għajnuna notifikata. |
— |
Kostijiet eliġibbli totali. |
— |
Ammont ta’ għajnuna meħtieġa biex jitwettaq l-investiment. |
— |
Intensità tal-għajnuna. |
4.
Informazzjoni dwar il-ħtieġa għall-għajnuna u l-impatt mistenni tagħha:
— |
Spjegazzjoni fil-qosor dwar il-ħtieġa għall-għajnuna u l-impatt tagħha fuq id-deċiżjoni ta’ investiment jew fuq id-deċiżjoni dwar il-post. Din trid tinkludi spjegazzjoni dwar l-investiment alternattiv jew dwar id-deċiżjoni dwar il-post jekk ma tingħatax l-għajnuna. |
— |
Dikjarazzjoni ta’ nuqqas ta’ ftehim irriversibbli bejn il-benefiċjarju tal-għajnuna u l-kuntratturi li se jwettqu l-investiment. |
(1) Inkluż, fejn rilevanti, informazzjoni dwar jekk l-investiment huwiex ambjentalment sostenibbli skont it-tifsira tar-Regolament dwar it-Tassonomija tal-UE (UE) 2020/852 (ĠU L 198, 22.6.2020, p. 13) jew metodoloġiji komparabbli oħrajn.
ANNESS VIII
Informazzjoni msemmija fil-paragrafu 136
L-informazzjoni dwar għotjiet individwali msemmija fil-paragrafu 136.2 tal-Linji Gwida trid tinkludi dan li ġej:
— |
L-identità tal-benefiċjarju tal-għajnuna individwali (1)
|
— |
It-tip ta’ benefiċjarju tal-għajnuna fiż-żmien tal-applikazzjoni:
|
— |
Ir-reġjun li fih jinsab il-benefiċjarju tal-għajnuna, fil-livell II tan-NUTS jew anqas |
— |
Is-settur jew l-attività prinċipali tal-benefiċjarju tal-għajnuna għall-għajnuna partikolari, identifikata mill-grupp NACE (kodiċi numeriku bi tliet ċifri) (2) |
— |
Element ta’ għajnuna espress bis-sħiħ fil-munita nazzjonali |
— |
Fejn differenti mill-element ta’ għajnuna, l-ammont nominali tal-għajnuna, espress bis-sħiħ fil-munita nazzjonali (3) |
— |
Strument għall-għajnuna (4):
|
— |
Data tal-għoti u data tal-pubblikazzjoni |
— |
Objettiv tal-għajnuna |
— |
Identità tal-awtorità jew tal-awtoritajiet awtorizzanti |
— |
Fejn applikabbli, l-isem tal-entità fdata, u l-ismijiet tal-intermedjarji finanzjarji magħżula |
— |
Referenza tal-miżura ta’ għajnuna (5) |
(1) Bl-eċċezzjoni ta’ sigrieti kummerċjali u informazzjoni kunfidenzjali oħra f’każijiet debitament ġustifikati u soġġett għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni (Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-1.12.2003 dwar is-segretezza professjonali fid-deċiżjonijiet dwar l-għajnuna mill-istat, C(2003) 4582 (ĠU C 297, 9.12.2003, p. 6)).
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti regolamenti dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(3) Ekwivalenti ta’ għotja gross, jew fejn applikabbli, l-ammont tal-investiment. Fil-każ ta’ għajnuna operatorja, jista’ jingħata l-ammont annwali ta’ għajnuna għal kull benefiċjarju tal-għajnuna. Fil-każ ta’ skemi fiskali dan l-ammont jista’ jingħata skont il-meded stabbiliti fil-paragrafu 139. L-ammont li għandu jiġi ppubblikat huwa l-ogħla benefiċċju tat-taxxa permess u mhux l-ammont imnaqqas ta’ kull sena (eż. fil-kuntest ta’ kreditu ta’ taxxa, irid jiġi ppubblikat l-ogħla kreditu ta’ taxxa permess aktar milli l-ammont effettiv, li jista’ jiddependi fuq id-dħul taxxabbli u li jista’ jvarja kull sena).
(4) Jekk l-għajnuna tingħata permezz ta’ diversi strumenti ta’ għajnuna, irid jiġi speċifikat l-ammont tal-għajnuna għal kull strument.
(5) Kif previst mill-Kummissjoni skont il-proċedura ta’ notifika msemmija fit-Taqsima 3.