|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 149A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 149 A/01 |
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
27.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 149/1 |
Direttorat Ġenerali għall-Baġit
Pubblikazzjoni ta’ post vakanti għall-kariga ta’ Konsulent Prinċipali (grad AD 14)
(Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal)
COM/2021/10403
(2021/C 149 A/01)
Min aħna
Id-Direttorat Ġenerali għall-Baġit (DG BUDG) huwa magħmul minn madwar 530 membru tal-persunal u huwa maqsum f’sitt direttorati, li ħamsa minnhom qegħdin Brussell u wieħed minnhom għandu nies jaħdmu fi Brussell kif ukoll fil-Lussemburgu.
Id-DĠ BUDG huwa s-servizz ċentrali tal-Kummissjoni responsabbli għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE tul iċ-ċikli annwali u pluriennali, u jiżgura li l-baġit jiġi eżegwit b’mod effettiv f’konformità sħiħa mar-Regolament Finanzjarju. Id-DĠ BUDG huwa responsabbli wkoll għall-qafas legali applikabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE mill-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-Istati Membri differenti, u għandu rwol ewlieni fil-promozzjoni ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u kultura ta’ prestazzjoni b’saħħitha. F’dan il-kuntest, id-DĠ BUDG għandu l-għan li jiżgura li l-baġit tal-UE jagħti riżultati konkreti u valur miżjud fil-politiki kollha tal-UE. B’mod aktar ġenerali, ir-responsabbiltajiet u l-prijoritajiet politiċi tad-DĠ BUDG huma ggwidati mit-Trattat u ddefiniti ulterjorment abbażi tal-linji gwida politiċi tal-President von der Leyen stabbiliti għall-Kummissjoni 2019–2024.
Fir-rigward tal-post vakanti li għandu jimtela, id-DĠ BUDG għandu rwol ewlieni fil-finanzjament tal-appoġġ baġitarju tal-Unjoni għall-pjan ta’ rkupru tal-Unjoni fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19 permezz ta’ operazzjonijiet ta’ teħid u għoti b’self, b’mod partikolari taħt Next Generation EU fejn l-UE se tiġbor sa EUR 800 biljun mis-swieq kapitali biex tiffinanzja politiki differenti tal-UE biex tassisti l-fażi ta’ tiswija u rkupru. Iż-żieda fl-iskala, fil-kumplessità u fl-importanza politika tal-attivitajiet ta’ self tad-DĠ BUDG (l-operazzjonijiet finanzjarji huma usa’ u jinkludu attivitajiet ta’ ġestjoni tal-assi) wasslet lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi strateġija ġdida ta’ finanzjament diversifikata u ppuljata li tippermetti lill-UE tiġbor il-fondi meħtieġa fil-ħin u bl-inqas spiża possibbli. Iż-żieda fl-iskala, fil-kumplessità u fl-importanza politika tal-portafoll ta’ finanzjament tad-DĠ BUDG titlob tisħiħ proporzjonat tal-viżjoni strateġika u l-implimentazzjoni ta’ strateġija ta’ finanzjament diversifikata.
X’qegħdin nipproponu
Il-kariga ta’ Konsulent Prinċipali għandha sservi bħala l-punt fokali għall-għoti ta’ pariri strateġiċi dwar l-implimentazzjoni u l-evoluzzjoni possibbli tal-istrateġija ta’ finanzjament diversifikata tal-UE, li tintuża biex tiffinanzja n-nefqa taħt Next Generation EU. Meta j/tintalab, hu/hi se j/tinvolvi ruħu/ruħha f’kuntatt mal-investituri, u j/tassisti fl-iżvilupp ta’ “road shows”.
Barra minn hekk, il-Konsulent Prinċipali ser jirrappreżenta lill-Kummissjoni fil-livell tal-maniġment superjuri f’fora rilevanti.
Ir-responsabbiltajiet għandhom ikunu ċċentrati fuq figura għola fil-maniġment li jkollha mandat ċar, biex jipprovdi viżjoni strateġika dwar strateġija ta’ finanzjament diversifikata għall-partijiet ikkonċernati interni u esterni bl-użu ta’ ħiliet qawwija ta’ komunikazzjoni u ta’ preżentazzjoni.
Din il-figura għolja fil-maniġment għandha taħdem f’kooperazzjoni mill-qrib mal-maniġment eżekuttiv tad-Direttorat Ġenerali. Il-konsulent Prinċipali se jkollu linja ta’ rappurtar diretta lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ BUDG.
B’mod partikolari, il-Konsulent Prinċipali għandu jkollu r-responsabbiltà li:
|
— |
Jipprovdi u jimplimenta strateġija ta’ finanzjament diversifikata u akkomunata; |
|
— |
Iservi bħala punt fokali, jissorvelja t-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ finanzjament fir-rigward tal-kwistjonijiet ewlenin kollha; |
|
— |
Jinkoraġġixxi aktar investiment, innovazzjoni u kondiviżjoni ta’ soluzzjonijiet; |
|
— |
Jinvolvi ruħu fis-sensibilizzazzjoni tal-investituri u l-iżvilupp ta’ “road shows”; |
|
— |
Jirrappreżenta lill-Kummissjoni f’livell għoli u fora esterni. |
Fit-twettiq ta’ dawn il-kompiti, il-Konsulent Prinċipali għandu jkun appoġġat mill-funzjoni li ġejja:
|
— |
Id-Direttorat E, li jwettaq l-operazzjonijiet kollha tas-suq f’isem il-baġit tal-Unjoni inkluż għall-Pjan ta’ Rkupru tal-UE. Dan jinkludi l-ħruġ tad-dejn u l-amministrazzjoni tas-self (għal SURE, NextGenerationEU), il-ġestjoni tal-assi u l-ġestjoni tar-riskju għall-garanziji tal-baġit tal-UE (il-FEIS/InvestEU, il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna). |
X’qegħdin infittxu (il-kriterji għall-għażla)
Il-kandidat ideali għandu jkun professjonist dinamiku u li jispikka, u għandu jissodisfa l-kriterji tal-għażla li ġejjin:
|
a) |
Ħiliet fil-qasam tal-konsulenza:
|
|
b) |
Ħiliet u esperjenza speċjalizzati:
|
|
c) |
Kwalitajiet personali:
|
Kundizzjonijiet essenzjali (ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà)
Il-kandidati se jiġu kkunsidrati biss għall-fażi tal-għażla abbażi tar-rekwiżiti formali li ġejjin, li jridu jiġu ssodisfati sal-iskadenza għall-applikazzjonijiet:
|
— |
Nazzjonalità: il-kandidati jridu jkunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea; |
|
— |
Grad jew diploma tal-università: il-kandidati jrid ikollhom:
|
|
— |
Esperjenza professjonali: il-kandidati jrid ikollhom mill-inqas 15-il sena esperjenza professjonali (1) wara l-gradwazzjoni f’livell li għalih jagħtu aċċess il-kwalifiki msemmija hawn fuq. |
|
— |
Esperjenza konsultattiva: mill-inqas ħames (5) snin mill-esperjenza professjonali postgradwatorja jridu jkunu f’funzjoni konsultattiva ta’ livell għoli (2), f’qasam li għandu x’jaqsam ma’ din il-pożizzjoni. |
|
— |
Lingwi: il-kandidati jrid ikollhom għarfien tajjeb ħafna ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3) u għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa oħra minn dawn il-lingwi uffiċjali. Matul l-intervista(i), il-bordijiet tal-għażla se jivverifikaw jekk il-kandidati jikkonformawx mar-rekwiżit ta’ għarfien sodisfaċenti ta’ lingwa uffiċjali oħra tal-UE. Dan jista’ jinkludi li l-intervista, jew parti minnha, issir f’din il-lingwa l-oħra. |
|
— |
Età massima: il-kandidati ma jridux ikunu laħqu l-età regolari tal-irtirar, li għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea hija ddefinita bħala l-aħħar tax-xahar li fih il-persuna tkun għalqet is-66 sena (ara l-Artikolu 52 lit (a) tar-Regolamenti tal-Persunal (4)). |
Għażla u ħatra
Il-Kummissjoni Ewropea tagħżel u taħtar il-Konsulent Prinċipali tagħha skont il-proċeduri tal-għażla u tar-reklutaġġ tagħha (ara:. id-Dokument dwar il-Politika għall-Uffiċjali f’Karigi Għolja (5)).
Bħala parti minn din il-proċedura tal-għażla, il-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi bord tal-preselezzjoni. Dan il-bord janalizza l-applikazzjonijiet kollha, jipproċedi bl-ewwel verifika tal-eliġibbiltà u jidentifika l-kandidati li jkollhom l-aħjar profil fid-dawl tal-kriterji tal-għażla msemmija hawn fuq, u li jkunu jistgħu jiġu mistiedna għal intervista mal-bord tal-preselezzjoni.
B’segwitu ta’ dawn l-intervisti, il-bord tal-preselezzjoni jfassal il-konklużjonijiet tiegħu u jipproponi lista ta’ kandidati għal intervisti ulterjuri mal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħatriet (CCA) tal-Kummissjoni Ewropea. Is-CCA, filwaqt li jqis il-konklużjonijiet tal-bord tal-preselezzjoni, jiddeċiedi dwar il-kandidati li għandhom jiġu mistiedna għal intervista.
Il-kandidati li jkunu msejħa għal intervista mas-CCA jipparteċipaw għal ġurnata sħiħa f’ċentru ta’ evalwazzjoni tal-maniġment immexxi minn konsulenti tar-reklutaġġ esterni. Fuq il-bażi tar-riżultati tal-intervista u r-rapport taċ-ċentru ta’ valutazzjoni, is-CCA jistabbilixxi lista preliminari tal-kandidati li jikkunsidra xierqa biex jaqdu l-funzjonijiet ta’ Konsulent Prinċipali.
Il-kandidati fuq il-lista preliminari tas-CCA jiġu intervistati mill-Membru tal-Kummissjoni responsabbli mid-DG Baġitt (6).
Wara dawn l-intervisti, il-Kummissjoni Ewropea tieħu d-deċiżjoni dwar il-ħatra.
Il-kandidat magħżul irid ikun wettaq kull obbligu impost mil-liġi dwar is-servizz militari, jipproduċi r-referenzi adegwati dwar il-karattru tiegħu meħtieġa sabiex jaċċertaw l-idoneità tiegħu għat-twettiq ta’ dmirijietu u għandu jkun fiżikament f’saħħtu biex iwettaq dmirijietu.
Il-kandidat magħżul għandu jkollu, jew ikun f’pożizzjoni li jikseb, ċertifikat validu ta’ approvazzjoni tas-sigurtà mingħand l-awtorità tas-sigurtà nazzjonali tiegħu. Approvazzjoni tas-sigurtà personali hija deċiżjoni amministrattiva wara proċess ta’ investigazzjoni tas-sigurtà mwettaq mill-awtorità nazzjonali kompetenti tas-sigurtà tal-individwu, skont il-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali applikabbli tas-sigurtà, u li tiċċertifika li individwu jkun jista’ jingħata aċċess għal informazzjoni klassifikata sa livell speċifikat. (Kun af li jista’ jingħata bidu għall-proċedura meħtieġa biex tinkiseb approvazzjoni tas-sigurtà biss wara li ssir talba mill-impjegatur, u mhux mill-kandidat individwali).
Sakemm issir l-approvazzjoni tas-sigurtà tal-persunal mill-Istat Membru kkonċernat u titlesta l-proċedura ta’ approvazzjoni flimkien mal-briefing obbligatorju legalment mid-Direttorat tas-Sigurtà tal-Kummissjoni Ewropea, il-kandidat mhux se jkun jista’ jaċċessa l-informazzjoni klassifikata tal-UE (IKUE) fil-livell ta’ CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ogħla minnu, u lanqas ma jkun jista’ jattendi laqgħat li fihom tali IKUE tkun qed tiġi diskussa.
Għal raġunijiet funzjonali u sabiex il-proċedura tal-għażla titlesta malajr kemm jista’ jkun fl-interess tal-kandidati kif ukoll tal-istituzzjoni, il-proċedura tal-għażla se ssir biss bl-Ingliż u/jew bil-Franċiż (7).
Opportunitajiet indaqs
F’konformita mal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal, il-Kummissjoni qed taħdem favur l-objettiv strateġiku li tikseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri f’kull livell tal-maniġment sa tmiem il-mandat attwali tagħha u tapplika politika ta’ opportunitajiet indaqs li tinkoraġġixxi applikazzjonijiet li jistgħu jikkontribwixxu lejn aktar diversità, ugwaljanza bejn il-ġeneri u bilanċ ġeografiku ġenerali.
Kundizzjonijiet tal-impjieg
Is-salarji u l-kundizzjonijiet tal-impjieg huma stipulati fir-Regolamenti tal-Persunal.
Il-kandidat magħżul ser jiġi rreklutat bħala uffiċjal fil-grad AD 14. Il-kandidat jiġi kklassifikat skont it-tul tal-esperjenza professjonali preċedenti tiegħu fil-pass 1 jew il-pass 2 f’dan il-grad.
L-applikanti għandhom jinnotaw ir-rekwiżit skont ir-Regolamenti tal-Persunal għall-persunal kollu ġdid li jwettaq b'suċċess perjodu ta' prova ta' 9 xhur.
Il-post tal-impjieg huwa Brussell, fejn huwa bbażat id-DĠ BUDG.
Indipendenza u d-dikjarazzjoni tal-interessi
Qabel jibda jaqdi dmirijietu, il-Konsulent Prinċipali jintalab jagħmel dikjarazzjoni ta’ impenn biex jaġixxi b’mod indipendenti fl-interess pubbliku u jiddikjara kull interess, li jista’ jitqies bħala li jippreġudika l-indipendenza tiegħu.
Proċedura tal-applikazzjoni
Qabel tissottometti l-applikazzjoni tiegħek, jenħtieġ li tivverifika b’attenzjoni jekk tissodisfax ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà kollha (il-“Kundizzjonijiet essenzjali”), b’mod partikolari fir-rigward tat-tipi ta’ diplomi, l-esperjenza professjonali ta’ livell għoli kif ukoll il-kapaċità lingwistika meħtieġa. Jekk ma tissodisfax xi wieħed mir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà, dan ikun ifisser li se tiġi eskluż awtomatikament mill-proċedura tal-għażla.
Biex tapplika, ġentilment irreġistra permezz tal-Internet fuq is-sit web li ġej u ssegwi l-istruzzjonijiet li jikkonċernaw id-diversi stadji tal-proċedura: https://ec.europa.eu/dgs/human-resources/seniormanagementvacancies/
Irid ikollok indirizz elettroniku validu. Dan se jintuża biex tiġi kkonfermata r-reġistrazzjoni tiegħek kif ukoll biex matul l-istadji differenti tal-proċedura jibqa’ jkun hemm kuntatt miegħek. Għaldaqstant, informa lill-Kummissjoni Ewropea b’kull bidla fl-indirizz elettroniku tiegħek.
Biex timla l-applikazzjoni tiegħek, se jkollok ittella’ CV fil-format PDF, preferibbilment billi tuża l-format tas-CV tal-Europass (8). Is-CV u l-ittra ta’ motivazzjoni tiegħek jistgħu jintbagħtu bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Ladarba tkun lestejt ir-reġistrazzjoni online tiegħek, se tirċievi ittra elettronika li tikkonferma li l-applikazzjoni tiegħek ġiet irreġistrata. Jekk ma tirċevix ittra ta’ konferma, l-applikazzjoni tiegħek ma tkunx ġiet irreġistrata!
Kun af li mhuwiex possibbli li timmonitorja l-progress tal-applikazzjoni tiegħek onlajn. Il-Kummissjoni Ewropea tikkuntattjak direttament rigward l-istatus tal-applikazzjoni tiegħek.
Għal aktar informazzjoni u/jew fil-każ ta' problemi tekniċi, ibgħat ittra elettronika lil: HR-MANAGEMENT-ONLINE@ec.europa.eu
Data tal-għeluq
Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija s-27 ta’ Mejju 2021, 12.00 nofsinhar ħin ta’ Brussell, u wara din id-data ma jkunx iktar possibbli li tirreġistra.
Hija r-responsabbiltà tiegħek li timla r-reġistrazzjoni online fil-ħin. Aħna nagħtuk parir biex ma tħallix għall-aħħar jiem biex tapplika, peress li traffiku tal-internet qawwi jew problema fil-konnessjoni tal-internet tiegħek jistgħu jwasslu biex ir-reġistrazzjoni online tiegħek tiġi tterminata qabel ma tlestiha, u b’hekk ikollok tirrepeti l-proċess kollu. Ladarba jiskadi ż-żmien għas-sottomissjoni tar-reġistrazzjonijiet, inti ma tkunx tista’ ddaħħal iktar data. Mhux se jiġu aċċettati reġistrazzjonijiet li jaslu tard.
Informazzjoni importanti għall-kandidati
Il-kandidati huma mfakkra li l-ħidma tad-diversi kumitati tas-selezzjoni hija kunfidenzjali. Il-kandidati ma jistgħux jagħmlu kuntatt dirett jew indirett mal-membri individwali tagħhom u dan lanqas ma jista’ jsir f’isimhom minn xi ħaddieħor. Kull mistoqsija trid tiġi indirizzata lis-segretarjat tal-panels rilevanti
Protezzjoni ta’ data personali
Il-Kummissjoni se tiżgura li d-data personali tal-kandidati tkun ipproċessat kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Dan japplika b’mod partikolari għall-kunfidenzjalità u għas-sigurtà ta’ tali data.
(1) L-esperjenza professjonali titqies biss jekk tkun tirrappreżenta relazzjoni ta’ ħidma konkreta li tkun definita bħala ħidma reali u ġenwina, bi ħlas u bħala impjegat (kull tip ta’ kuntratt) jew fornitur ta’ servizz. L-attivitajiet professjonali li jkunu saru fuq bażi part-time għandhom jiġu kkalkulati pro rata, abbażi tal-perċentwali ċċertifikata ta’ sigħat full-time li jkunu nħadmu. Il-liv tal-maternità / tal-ġenituri / għall-adozzjoni jitqies jekk ikun fil-qafas ta’ kuntratt ta’ xogħol. Id-dottorati (PhD) huma assimilati mal-esperjenza professjonali, anki meta mhux bi ħlas, iżda għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet (3) snin, dment li d-dottorat ikun tlesta b’suċċess. Perjodu partikolari jista’ jitqies darba biss.
(2) Fil-curriculum vitae tagħhom, il-kandidati għandhom jindikaw b’mod ċar x’tip ta’ esperjenza konsultattiva nkisbet għas-snin kollha: (1) it-titlu u r-rwol tal-pożizzjonijiet okkupati; (2) il-qasam eżatt tas-suġġett kif ukoll f’liema livell fl-organizzazzjoni l-pożizzjoni kienet ibbażata (l-għadd ta’ livelli ġerarkiċi ’l fuq u ’l isfel); (3) il-linji ta’ rapportar għal kull pożizzjoni okkupata.
(3) http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:01958R0001-20130701&qid=1408533709461&from=MT
(4) https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:01962R0031-20210101
(5) https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/compilation-of-the-senior-official-policy-at-the-european-commission_en.pdf
(6) Sakemm il-Membru tal-Kummissjoni kkonċernat, b’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Diċembru 2007 (PV(2007) 1811), ma jkunx iddelega dan il-kompitu lil Membru ieħor tal-Kummissjoni.
(7) Il-bordijiet tal-għażla jiżguraw li ma jingħata l-ebda vantaġġ inġust lill-kelliema nattivi ta’ dawn il-lingwi.
(8) Tista’ ssib informazzjoni dwar kif toħloq is-CV tal-Europass tiegħek online fuq: https://europa.eu/europass/en/create-europass-cv
(9) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).