ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 143

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
23 ta' April 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 143/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10090 — Abu Dhabi Developmental Holding Company/Louis Dreyfus Commodities and Energy Holdings/Louis Dreyfus) ( 1 )

1

2021/C 143/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10039 — Kronospan Holdings/M. Kaindl) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 143/03

Rata tal-kambju tal-euro — It-22 ta' April 2021

3

2021/C 143/04

Irtirar ta’ proposti tal-Kummissjoni

4

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2021/C 143/05

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal emenda tar-Regolament tal-Europol (It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 143/06

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10182 — SADCO/COGNITE/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10

2021/C 143/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10187 - BBC/ITV/Channel 4/Freesat) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

12

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 143/08

Addendum għall-Pubblikazzjoni tal-lista ta’ emendi standard fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għal inbejjed DOP u IĠP

14


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10090 — Abu Dhabi Developmental Holding Company/Louis Dreyfus Commodities and Energy Holdings/Louis Dreyfus)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 143/01)

Fit 7 ta’ April 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10090. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


23.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10039 — Kronospan Holdings/M. Kaindl)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 143/02)

Fit 30 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10039. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-22 ta' April 2021

(2021/C 143/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2046

JPY

Yen Ġappuniż

130,30

DKK

Krona Daniża

7,4366

GBP

Lira Sterlina

0,86855

SEK

Krona Żvediża

10,1237

CHF

Frank Żvizzeru

1,1035

ISK

Krona Iżlandiża

151,00

NOK

Krona Norveġiża

10,0475

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,860

HUF

Forint Ungeriż

363,52

PLN

Zloty Pollakk

4,5567

RON

Leu Rumen

4,9274

TRY

Lira Turka

9,9553

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5581

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5067

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,3474

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6789

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6001

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 346,21

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,2348

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8181

HRK

Kuna Kroata

7,5718

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 515,06

MYR

Ringgit Malażjan

4,9539

PHP

Peso Filippin

58,304

RUB

Rouble Russu

91,3275

THB

Baht Tajlandiż

37,770

BRL

Real Brażiljan

6,6546

MXN

Peso Messikan

24,0079

INR

Rupi Indjan

90,3940


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


23.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/4


Irtirar ta’ proposti tal-Kummissjoni

(2021/C 143/04)

Lista ta’ proposti rtirati

Dokument

Proċedura interistituzzjonali

Titolu

Patt Ekoloġiku Ewropew

COM(2008) 92 final

2008/0040 (APP)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Każakstan dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

COM(2010) 154 final

2010/0084 (APP)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-konservazzjoni tal-istokkijiet tal-pixxispad fix-Xlokk tal-Oċean Paċifiku

COM(2011) 252 final

2011/0109 (NLE)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil, min-naħa l-oħra

COM(2020) 136 final

2020/0052 (NLE)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fl-Assemblea tal-Unjoni ta’ Lisbona

COM(2020) 182 final

2020/0072 (NLE)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Marin tal-Atlantiku tal-Grigal dwar l-integrazzjoni tal-Makaroneżja fiż-żona marittima OSPAR

Ewropa Lesta għall-Era Diġitali

COM(2016) 821 final

2016/0398 (COD)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-infurzar tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-suq intern, li tistabbilixxi l-proċedura ta’ notifika għal skemi ta’ awtorizzazzjoni u r-rekwiżiti relatati ma’ servizzi, u li temenda d-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

COM(2016) 823 final

2016/0402 (COD)

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-qafas legali u operattiv tal-e-Card Ewropea tas-servizzi introdotta bir-Regolament …[ir-Regolament tal-ESC]…

COM(2016) 824 final

2016/0403 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni ta’ e-Card Ewropea tas-servizzi u l-faċilitajiet amministrattivi relatati

COM(2019) 441 final

2019/0207 (NLE)

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Kooperazzjoni dwar Sistema Ċivili Globali ta’ Navigazzjoni bis-Satellita (GNSS), f’isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha u l-Ukrajna sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija, tar-Repubblika tal-Kroazja u tar-Rumanija mal-Unjoni Ewropea

Ekonomija għas-servizz tan-nies

COM(2019) 399 final

2019/0183 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 sabiex tingħata assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex tkopri l-piż finanzjarju serju impost fuqhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim

Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna

COM(2015) 450 final

2015/0208 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni f’każ ta’ kriżi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi sabiex ikun determinat l-Istat Membru responsabbli sabiex jeżamina applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew minn persuna apolida

COM(2016) 270 final

2016/0133 (COD)

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (riformulazzjoni)


Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

23.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/6


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal emenda tar-Regolament tal-Europol

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)

(2021/C 143/05)

Fid-9 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, l-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għall-investigazzjonijiet kriminali, u r-rwol tal-Europol fir-riċerka u l-innovazzjoni. Il-proposta leġiżlattiva għandha l-għan li ssaħħaħ u f’ċerti każijiet testendi l-mandat tal-Europol, b’reazzjoni għall-bidliet fix-xenarju tas-sigurtà u t-theddid li qed jevolvi u li qed isir dejjem aktar kumpless.

L-EDPS jifhem il-ħtieġa li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jibbenefikaw mill-aħjar għodod legali u tekniċi possibbli biex iwettqu l-kompiti tagħhom, li huma li jidentifikaw, jinvestigaw u jipprevjenu reati u theddid ieħor għas-sigurtà pubblika. Barra minn hekk, huwa konvint li ma hemm l-ebda kunflitt inerenti u irrikonċiljabbli bejn is-sigurtà u d-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-protezzjoni tad-data. Għalhekk, l-Opinjoni attwali għandha l-għan li tipprovdi valutazzjoni ġusta u oġġettiva tan-neċessità u l-proporzjonalità tal-miżuri proposti, akkumpanjata minn għadd ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi biex jiġi żgurat il-bilanċ ġust bejn il-valuri u l-interessi involuti.

L-investigazzjonijiet kriminali u l-operazzjonijiet ta’ intelligence kriminali qed jinkludu dejjem aktar il-ġbir u l-ipproċessar ta’ settijiet tad-data kbar u kumplessi mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Filwaqt li l-EDPS jinnota b’mod pożittiv is-salvagwardji li jakkumpanjaw id-derogi proposti f’każijiet bħal dawn, huwa mħasseb li l-eċċezzjonijiet mir-regoli attwali dwar il-protezzjoni tad-data, applikabbli għall-Europol, jistgħu fir-realtà jsiru r-regola. Għalhekk, huwa jirrakkomanda li r-Regolament tal-Europol għandu jiddefinixxi aħjar is-sitwazzjonijiet u l-kundizzjonijiet, li fihom l-Europol tista’ tirrikorri għad-derogi proposti. Barra minn hekk, anki f’dawn il-każijiet, l-ipproċessar tad-data personali mill-Aġenzija għandu jkun kompletament konformi mal-prinċipji u l-obbligi ġenerali stabbiliti fil-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 2018/1725.

Rigward il-possibbiltajiet legali estiżi biex l-Europol tikkoopera ma’ partijiet privati, b’mod partikolari fil-każ ta’ settijiet ta’ data multiġuriżdizzjonali jew mhux attribwibbli, l-EDPS japprezza li dawn huma kontrobilanċjati ma’ salvagwardji speċifiċi, bħall-projbizzjoni ta’ trasferimenti sistematiċi, massivi jew strutturali ta’ data. Fl-istess ħin, l-EDPS jirrakkomanda li din ir-restrizzjoni importanti tiġi applikata għall-iskambji kollha bejn l-Europol u l-partijiet privati, irrispettivament minn fejn jinsabu fl-UE jew barra minnha. L-EDPS iqis ukoll li r-rwol u r-responsabbiltajiet legali preċiżi tal-Europol, meta taġixxi bħala fornitur tas-servizzi għall-awtoritajiet nazzjonali u għalhekk il-proċessur tad-data, għandhom jiġu ċċarati aktar f’att legali vinkolanti. Barra minn hekk, huwa jara l-ħtieġa ta’ valutazzjoni tar-riskji possibbli għas-sigurtà maħluqa mill-ftuħ tal-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tal-Europol għall-użu minn partijiet privati.

L-EDPS jagħti wkoll attenzjoni speċjali għall-użu previst ta’ data personali mill-Europol għal finijiet ta’ riċerka u innovazzjoni. Fl-istess ħin, huwa konxju li l-alternattiva - l-Europol u l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi biex jiddependu minn għodod u prodotti żviluppati minn bejjiegħa esterni, li ħafna drabi jkunu jinsabu barra mill-UE, toħloq b’mod ċar riskji ferm akbar fir-rigward tad-drittijiet fundamentali. Minkejja dan, l-EDPS iqis li l-għan il-ġdid tal-ipproċessar huwa definit b’mod wiesa’ wisq u jirrakkomanda li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni jiġi ċċarat f’dokument vinkolanti.

L-EDPS jilqa’ u jappoġġa bis-sħiħ it-tisħiħ ulterjuri propost tal-qafas tal-protezzjoni tad-data tal-Europol u b’mod partikolari l-applikazzjoni diretta tar-regoli orizzontali fil-Kapitolu IX tar-Regolament (KE) Nru 2018/1725 għall-ipproċessar tad-data operazzjonali mill-Aġenzija. Dan huwa wkoll pass importanti lejn allinjament komprensiv tal-qafas tal-protezzjoni tad-data għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-UE, li l-EDPS talab għalihom ripetutament.

B’mandat aktar b’saħħtu tal-Europol, dejjem għandu jkun hemm sorveljanza aktar b’saħħitha. Għalhekk l-EDPS jappella għal armonizzazzjoni sħiħa tas-setgħat superviżorji tiegħu fil-konfront tal-Europol mas-setgħat ġenerali tal-EDPS previsti fir-Regolament (UE) 2018/1725 u applikabbli għall-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-korpi l-oħra tal-UE, inkluż il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni. Tali allinjament ikun konsistenti mar-rieda tal-leġiżlatur tal-UE u jgħin ukoll biex jiġi evitat trattament differenzjat tal-korpi tal-Unjoni u jpoġġihom f’pożizzjoni xi ftit jew wisq privileġġata.

1.   INTRODUZZJONI U SFOND

1.

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) ġiet stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ir-Regolament tal-Europol) biex tappoġġa u ssaħħaħ l-azzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni reċiproka tagħhom fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera serja, it-terroriżmu u attivitajiet kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi komuni tal-Unjoni. Ir-Regolament tal-Europol issostitwixxa l-att legali bażiku preċedenti - Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI (1), u ta lill-EDPS il-kompitu li jissorvelja l-legalità tal-ipproċessar tad-data personali mill-Europol mill-1 ta’ Mejju 2017.

2.

Fid-9 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea adottat Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-Europol ma’ partijiet privati, l-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol b’appoġġ għall-investigazzjonijiet kriminali, u r-rwol tal-Europol fir-riċerka u l-innovazzjoni (2).

3.

Il-proposta ġiet inkluża fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni għall-2020 bħala inizjattiva leġiżlattiva biex “[jissaħħaħ] ukoll il-mandat tal-Europol biex [tissaħħaħ] il-kooperazzjoni operattiva tal-pulizija”. Din hija wkoll waħda mill-azzjonijiet ewlenin tal-Istrateġija tal-Unjoni tas-Sigurtà tal-UE, ippreżentata f’Lulju 2020 (3). Barra minn hekk, il-proposta leġiżlattiva hija parti minn pakkett ta’ miżuri, imħabbar mill-Kummissjoni fid-9 ta’ Diċembru 2020, biex jissaħħaħ ir-rispons tal-Unjoni għat-theddida tat-terroriżmu (4).

4.

L-għan tal-proposta huwa li ssaħħaħ u, fejn jitqies meħtieġ, testendi l-mandat tal-Europol fi ħdan il-missjoni u l-kompiti tal-Aġenzija kif stabbilit fl-Artikolu 88 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE). It-tliet oqsma ewlenin, indirizzati mill-proposta, huma msemmija b’mod espliċitu fit-titolu tal-abbozz ta’ Regolament, jiġifieri l-kooperazzjoni ma’ partijiet privati, l-appoġġ operazzjonali ta’ investigazzjonijiet kriminali, u r-riċerka u l-innovazzjoni. Madankollu, hemm għadd ta’ bidliet addizzjonali ta’ aspetti importanti oħra tal-ħidma tal-Europol, bħar-reġim legali dwar il-protezzjoni tad-data, it-trasferimenti ta’ data lil pajjiżi terzi, id-dħul ta’ allerti fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen, eċċ. L-element tal-aħħar huwa soġġett għal proposta leġiżlattiva separata (5), li dwarha l-EDPS ġie kkonsultat ukoll u kkummenta f’Opinjoni separata.

5.

Skont il-Memorandum ta’ Spjegazzjoni, il-proposta leġiżlattiva hija rispons għall-bidliet fix-xenarju tas-sigurtà u t-theddid li qed jevolvi u li qed isir dejjem aktar kumpless, inkluż l-isfruttament minn gruppi kriminali tat-trasformazzjoni diġitali, tat-teknoloġiji l-ġodda u tal-kriżi tal-COVID-19. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tfakkar f’diversi dikjarazzjonijiet politiċi reċenti mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew, li jindirizzaw speċifikament il-ħtieġa ta’ aktar tisħiħ tal-mandat u l-kapaċità tal-Europol (6).

6.

L-EDPS ġie kkonsultat b’mod informali mill-Kummissjoni f’diversi okkażjonijiet matul il-proċess ta’ tħejjija tal-proposta leġżlattiva, l-aħħar darba fil-25 ta’ Novembru 2020, u kkomunika l-kummenti informali tiegħu. Huwa jilqa’ l-fatt li l-fehmiet tiegħu ġew imfittxija fi stadju bikri tal-proċedura u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli b’din il-prattika tajba. Barra minn hekk, fid-9 ta’ Ottubru 2020, l-EDPS organizza webinar espert “Ir-riforma tal-Europol: il-perspettiva tal-protezzjoni tad-data”, b’enfasi speċjali fuq l-allinjament tad-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data fir-Regolament tal-Europol mar-regoli ġenerali dwar l-ipproċessar ta’ data personali operazzjonali.

7.

L-EDPS ġie kkonsultat formalment mill-Kummissjoni fis-7 ta’ Jannar 2021 dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/794, u adotta l-Opinjoni attwali f’konformità mal-Artikolu 42(3) tar-Regolament (KE) Nru 2018/1725.

2.   KONKLUŻJONIJIET

49.

Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, l-EDPS jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

Dwar il-kooperazzjoni ma’ partijiet privati

il-projbizzjoni ta’ trasferimenti sistematiċi, massivi jew strutturali (l-Artikolu 26(6), l-aħħar subparagrafu) għandha tapplika għall-iskambji kollha ma’ partijiet privati, inkluż fi ħdan l-UE;

l-obbligi tal-Europol meta taġixxi bħala proċessur tad-data/fornitur tas-servizzi, b’mod partikolari l-elementi obbligatorji previsti fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 87 tar-Regolament (UE) 2018/1725, għandhom jiġu stipulati f’att legali vinkolanti skont is-dritt tal-Unjoni jew il-liġi ta’ Stat Membru;

l-Europol għandha twettaq valutazzjoni tar-riskji possibbli għas-sigurtà li jirriżultaw mill-ftuħ tal-infrastruttura tagħha għall-użu minn partijiet privati u, fejn meħtieġ, timplimenta miżuri preventivi u ta’ mitigazzjoni xierqa.

Dwar l-ipproċessar ta’ settijiet tad-data kbar u kumplessi, inkluż b’appoġġ għal investigazzjonijiet kriminali speċifiċi

ir-Regolament tal-Europol għandu jipprovdi biżżejjed salvagwardji biex jiżgura li d-derogi skont l-Artikolu 18(5a) u l-Artikolu 18a fir-realtà ma jsirux ir-regola;

ir-Regolament tal-Europol għandu jiddefinixxi aktar il-każijiet meta l-Europol tkun tista’ tirrikorri għad-deroga skont l-Artikolu 18(5a), rispettivament meta l-Aġenzija tista’ titlob estensjoni tal-perjodu massimu ta’ sena. Barra minn hekk, l-interazzjoni bejn il-paragrafi 5a u 6 tal-Artikolu 18 għandha tiġi ċċarata;

l-Artikolu 18a għandu jistabbilixxi aktar kundizzjonijiet u limiti għall-ipproċessar mill-Europol ta’ data barra mill-kategoriji ta’ suġġetti tad-data elenkati fl-Anness II b’appoġġ għal investigazzjoni kriminali speċifika, bħal skala, kumplessità, tip jew importanza tal-investigazzjoni;

l-ipproċessar tad-data personali skont id-derogi fl-Artikolu 18(5a) u l-Artikolu 18a għandu fil-każijiet kollha jkun konformi mal-prinċipji u l-obbligi ġenerali stabbiliti fil-Kapitolu IX tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Dwar l-użu tad-data għar-riċerka u l-innovazzjoni

il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni għandu jiġi ddefinit aħjar fir-Regolament tal-Europol u jiġi ċċarat aktar f’dokument vinkolanti, li sussegwentement jista’ jiġi aġġornat.

Dwar il-kooperazzjoni tal-Europol ma’ pajjiżi terzi

it-tifsira ta’ “kategoriji ta’ trasferimenti” fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 25, kif ukoll id-distinzjoni minn “settijiet ta’ trasferimenti” fil-paragrafu 6 tal-istess Artikolu, għandhom jiġu ddefiniti u ċċarati aktar fir-Regolament tal-Europol.

Dwar il-qafas tal-protezzjoni tad-data applikabbli għall-Europol

is-setgħat superviżorji tal-EDPS fil-konfront tal-Europol għandhom ikunu allinjati bis-sħiħ mas-setgħat ġenerali tal-EDPS previsti fl-Artikolu 58 tar-Regolament (UE) 2018/1725;

l-għan il-ġdid propost fl-Artikolu 37a għandu jitħassar u għalhekk ir-restrizzjoni tal-ipproċessar ta’ data personali mill-Europol għandha tiġi rregolata direttament mid-dispożizzjoni tal-Artikolu 82 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

Dwar elementi oħra tal-proposta

il-kundizzjonijiet għat-trażmissjoni ta’ data lil korpi oħra tal-Unjoni fl-Artikolu 24 tar-Regolament tal-Europol għandhom jiġu allinjati mar-regoli ġenerali fl-Artikolu 71(2) tar-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari mar-rekwiżit tal-proporzjonalità;

il-kunċett ta’ “analiżi operazzjonali konġunta” kif ukoll ir-regoli legali applikabbli għall-ipproċessar ta’ data personali fi ħdanha, għandhom jiġu ddefiniti b’mod ċar fir-Regolament tal-Europol.

Brussell, 8 ta’ Marzu 2021.

Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37).

(2)  COM(2020) 796 final.

(3)  COM(2020) 605 final (24 ta’ Lulju 2020).

(4)  https://ec.europa.eu/commission/presscorner/detail/mt/ip_20_2326

(5)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1862 dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u l-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali fir-rigward tad-dħul ta’ twissijiet mill-Europol, COM (2020) 791 final.

(6)  Ara b’mod partikolari r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta’ Lulju 2020 dwar politika komprensiva tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-ħasil ta’ flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (2020/2686 (RSP), il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni tal-Europol mal-Partijiet Privati tat-2 ta’ Diċembru 2019 jew id-Dikjarazzjoni tal-Ministri tal-Affarijiet Interni tal-UE (“Għaxar punti dwar il-Futur tal-Europol”) tal-21 ta’ Ottubru 2020.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

23.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10182 — SADCO/COGNITE/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 143/06)

1.   

Fil-15 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Saudi Aramco Development Company (“SADCO”, l-Arabja Sawdija),

Cognite AS (“Cognite”, in-Norveġja)

SADCO u Cognite jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ kumpanija bħala impriża bi sħab (joint venture, JV) maħluqa ġdida (l-Arabja Sawdija).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

SADCO: sussidjarja kollha kemm hi proprjetà ta’ Saudi Arabian Oil Company (“Aramco”), involuta primarjament fl-esplorazzjoni, il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni taż-żejt mhux maħdum u fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti raffinati u petrokimiċi;

Cognite: fornitur tas-software Norveġiż li joffri servizzi tad-data u servizzi ta’ intelliġenza artifiċjali industrijali;

għall-kumpanija ta’ impriża bi sħab li għadha kif inħolqot: se tinvolvi ruħha fil-bejgħ ta’ servizzi ta’ trasformazzjoni diġitali kif ukoll ta’ prodotti cloud u s-servizzi professjonali relatati tagħhom fl-Arabja Sawdija.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10182 — SADCO/Cognite/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


23.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10187 - BBC/ITV/Channel 4/Freesat)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 143/07)

1.   

Fit-8 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

The British Broadcasting Corporation (“BBC”, ir-Renju Unit);

ITV Network Limited (“ITV”, ir-Renju Unit);

Channel 4 Television Corporation (“Channel 4”, ir-Renju Unit); kif ukoll

Freesat (UK) Limited (“Freesat”, ir-Renju Unit).

BBC, ITV u Channel 4 jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Freesat kollha kemm hi permezz ta’ Digital UK Trading Limited (ir-Renju Unit).

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

BBC: xandar tas-settur pubbliku li jipprovdi firxa wiesgħa ta’ kanali televiżi u tar-radju kif ukoll iPlayer u servizzi oħra on-demand li huma aċċessibbli lil min iħallas miżata tal-liċenzja fir-Renju Unit permezz ta’ varjetà ta’ pjattaformi u apparati.

ITV: xandar produttur integrat li toħloq, hija proprjetarja u tiddistribwixxi kontenut ta’ kwalità għolja fuq pjattaformi multipli globalment.. Hija xxandar portafoll kbir ta’ kanali kummerċjali inkluż il-kanal prinċipali ITV.

Channel 4: xandar tas-servizz pubbliku tar-Renju Unit bi sjieda pubblika u ffinanzjat kummerċjalment li jħaddem portafoll ta’ kanali aċċessibbli bla ħlas permezz ta’ varjetà ta’ pjattaformi u apparati.

Freesat: impriża bi sħab bejn il-BBC u ITV li tipprovdi pjattaforma ta’ xandir bis-satellita lil madwar 1,1 miljun dar (televiżjoni lineari bla ħlas u kontenut on-demand mis-satellita, kif ukoll għal kontenut on-demand bil-ħlas). Hija tipprovdi wkoll appoġġ tekniku u ta’ konsulenza lil numru żgħir ta’ klijenti internazzjonali li tagħtihom liċenzja għal ċerta teknoloġija u għarfien assoċjat ma servizzi televiżivi bla ħlas.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M. 10187 – BBC/ITV/Channel 4/Freesat

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

23.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 143/14


Addendum għall-Pubblikazzjoni tal-lista ta’ emendi standard fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għal inbejjed DOP u IĠP

(2021/C 143/08)

Dan l-addendum jissupplimenta l-pubblikazzjoni tal-lista ta’ emendi standard fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għal inbejjed DOP u IĠP (1) għal kull Stat Membru, f’konformità mal-Artikolu 61(6) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (2).

Il-Kummissjoni se tippubblika l-applikazzjonijiet u d-dokumenti uniċi marbutin ma’ dawk l-emendi standard f’konformità mal-Artikolu msemmi, fir-reġistru elettroniku tad-DOP u l-IĠP stabbilit f’konformità mal-Artikolu 104 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 (3)(eAmbrosia - ir-reġistru tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-UE).

Pajjiż

Ismijiet tal-inbejjed

Nru tal-fajl

L-Italja

Terre Siciliane

PGI-IT-A0810-AM03


(1)  Il-Pubblikazzjoni tal-lista ta’ emendi standard fl-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott għal inbejjed DOP u IĠP (2019/C 225/06), ĠU C 225, 5.7.2019, p. 38.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 tas-17 ta’ Ottubru 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni ta’ denominazzjonijiet ta’ oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi u termini tradizzjonali fis-settur tal-inbid, il-proċedura ta’ oġġezzjoni, ir-restrizzjonijiet tal-użu, l-emendi għall-ispeċifikazzjonijiet tal-prodott, it-tħassir tal-protezzjoni, u t-tikkettar u l-preżentazzjoni (ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).