|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 139/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.10081— KION/Jungheinrich/HSP) ( 1 ) |
|
|
2021/C 139/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10143 — Inter-Risco/Unavets/OneVet) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 139/03 |
||
|
2021/C 139/04 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 139/05 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10215 — CVC/Carlyle/MedRisk) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2021/C 139/06 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10236 — Goldman Sachs/Oikos) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2021/C 139/07 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10059 — SK hynix/Intel’s NAND and SSD business) ( 1 ) |
|
|
2021/C 139/08 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10219 — Cerberus/Koch Industries/PQ Performance Chemicals) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 139/09 |
||
|
2021/C 139/10 |
|
|
Rettifika |
|
|
|
||
|
|
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ M.10081— KION/Jungheinrich/HSP)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 139/01)
Fi 12 ta’ April 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt -dokument li jġib in-numru 32021M10081. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
|
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10143 — Inter-Risco/Unavets/OneVet)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 139/02)
Fit 14 ta’ April 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
|
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
|
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10143. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-19 ta' April 2021
(2021/C 139/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2035 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
130,09 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4364 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86355 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,0985 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0998 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
151,70 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
9,9733 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
25,903 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
360,23 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5473 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,9260 |
|
TRY |
Lira Turka |
9,7198 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5491 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5038 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,3475 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6750 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6014 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 340,89 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
17,1398 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8323 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5713 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 463,33 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9626 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,223 |
|
RUB |
Rouble Russu |
91,7527 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
37,589 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,7056 |
|
MXN |
Peso Messikan |
23,8860 |
|
INR |
Rupi Indjan |
90,0675 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
|
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/4 |
Avviż tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interess ta’ rkupru tal-għajnuna mill-Istat u r-rati ta’ referenza / ta’ skont applikabbli mill-1 ta’ Mejju 2021
(Ippubblikat f’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE ) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (1))
(2021/C 139/04)
Ir-rati ta’ bażi huma kkalkulati f’konformità mal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu għall-istabbiliment tar-rati ta’ referenza u ta’ skont (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad iridu jkunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ skont dan ifisser li kellu jiġi miżjud marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tal-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru tiġi kkalkulata wkoll biż-żieda ta’ 100 punti bażi għar-rata bażi.
Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.
It-tabella preċedenti kienet ippubblikata fil-ĠU C 87, 15.3.2021, p. 6.
|
Minn |
Sa |
AT |
BE |
BG |
CY |
CZ |
DE |
DK |
EE |
EL |
ES |
FI |
FR |
HR |
HU |
IE |
IT |
LT |
LU |
LV |
MT |
NL |
PL |
PT |
RO |
SE |
SI |
SK |
UK |
|
1.5.2021 |
… |
-0,45 |
-0,45 |
0,00 |
-0,45 |
0,50 |
-0,45 |
0,04 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
0,22 |
0,80 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
0,15 |
-0,45 |
1,75 |
0,01 |
-0,45 |
-0,45 |
0,11 |
|
1.4.2021 |
30.4.2021 |
-0,45 |
-0,45 |
0,00 |
-0,45 |
0,50 |
-0,45 |
0,04 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
0,22 |
0,80 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
0,15 |
-0,45 |
1,75 |
-0,02 |
-0,45 |
-0,45 |
0,11 |
|
1.3.2021 |
31.3.2021 |
-0,45 |
-0,45 |
0,00 |
-0,45 |
0,44 |
-0,45 |
0,04 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
0,22 |
0,80 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
0,15 |
-0,45 |
2,07 |
-0,02 |
-0,45 |
-0,45 |
0,11 |
|
1.2.2021 |
28.2.2021 |
-0,45 |
-0,45 |
0,00 |
-0,45 |
0,44 |
-0,45 |
0,05 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
0,22 |
0,80 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
0,19 |
-0,45 |
2,07 |
-0,02 |
-0,45 |
-0,45 |
0,12 |
|
1.1.2021 |
31.1.2021 |
-0,45 |
-0,45 |
0,00 |
-0,45 |
0,44 |
-0,45 |
0,06 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
0,22 |
0,80 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
-0,45 |
0,23 |
-0,45 |
2,07 |
0,00 |
-0,45 |
-0,45 |
0,15 |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/5 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10215 — CVC/Carlyle/MedRisk)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 139/05)
1.
Fit-13 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu), |
|
— |
The Carlyle Group, Inc. (“Carlyle”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
MedRisk Holdco, LLC (“MedRisk”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Carlyle. |
CVC u Carlyle jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ MedRisk kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CVC: ġestjoni ta’ fondi ta’ investiment u pjattaformi li għandhom interessi f’kumpaniji attivi f’diversi industriji primarjament fl-Ewropa, l-Istati Uniti tal-Amerka u r-reġjun tal-Asja-Paċifiku, |
|
— |
Carlyle: ġestjoni ta’ assi alternattivi globali ta’ fondi attivi globalment f’dixxiplini ta’ inverstiment differenti, inklużi fondi ta’ ekwità privata korporattiva, proprjetà immobbli, u riżorsi naturali, |
|
— |
MedRisk: forniment ta’ terapija fiżika ġestita għall-industrija tal-kumpens tal-ħaddiema u s-setturi tas-suq relatati fl-Istati Uniti tal-Amerka. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10215 — CVC/Carlyle/MedRisk
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/7 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10236 — Goldman Sachs/Oikos)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 139/06)
1.
Fit-8 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Oikos Holding GmbH (“Oikos”, il-Ġermanja). |
Goldman Sachs’ takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Oikos kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Goldman Sachs: servizzi bankarji globali għall-investiment, titoli u ġestjoni tal-investimenti. Hija tipprovdi firxa ta’ servizzi bankarji, ta’ titoli u ta’ investiment madwar id-dinja, |
|
— |
Oikos: ippjanar, kostruzzjoni, żvilupp, manifattura u bejgħ ta’ djar prefabbrikati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10236 — Goldman Sachs/Oikos
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10059 — SK hynix/Intel’s NAND and SSD business)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 139/07)
1.
Fit-13 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
SK hynix Inc. (“SK hynix”, il-Korea), |
|
— |
in-negozju NAND u SSD ta’ Intel (“in-Negozju fil-Mira”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
SK hynix takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ partijiet minn Intel, in-Negozju fil-Mira.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
SK hynix: kumpanija multinazzjonali attiva fis-(i) semikondutturi tal-memorja, bħad-Dynamic Random Access Memory (“DRAM”) u n-NAND flash memory, (ii) soluzzjoni għall-ħażna bħall-SSDs ibbazati fuq NAND, u (iii) semikondutturi tas-sistemi, bħas-sensuri tal-immaġni tal-Complementary Metal Oxide Semiconductor (“CMOS”), |
|
— |
in-Negozju tal-Mira: attiv fl-iżvilupp, id-disinjar, il-manifattura, l-assemblaġġ, l-ittestjar, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti li jużaw it-teknoloġija tal-memorja mhux volatili, riferut b’mod komuni fl-industrija tas-semikondutturi bħala NAND flash memory. In-Negozju fil-Mira huwa attiv ukoll fl-iżvilupp, id-disinjar, il-manfiattura, l-assemblaġġ u l-bejgħ ta’ SSDs li jużaw in-NAND flash memory. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10059 — SK hynix/Intel’s NAND and SSD business
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10219 — Cerberus/Koch Industries/PQ Performance Chemicals)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 139/08)
1.
Fl-14 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Cerberus Capital Management L.P. (“Cerberus”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Koch Minerals & Trading (“KM&T”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Koch Industries, Inc. (“KII”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
PQ LLC, PQ International Cooperative UA u PQ Netherlands Cooperative LLC (in-Netherlands) u PQ Silicates Limited, PQ China (Hong Kong) Limited (Ħong Kong) (flimkien “PQ Performance Chemicals”), ikkontrollati minn PQ Group Holdings, Inc. (“PQ Group”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
Cerberus u KM&T jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ PQ Performance Chemicals.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Cerberus: investiment fi proprjetà immobbli u proprjetà personali ta’ kull tip madwar id-dinja. Uħud mis-setturi ewlenin li fihom l-impriżi kkontrollati mis-Cerberus Group jiġġeneraw fatturat huma s-servizzi finanzjarji, tal-manifattura, tal-materjali tal-bini u l-proprjetà immobbli, |
|
— |
KM&T: kumpanija li tiġġestixxi tagħbija xotta tal-komoditajiet, u li tikkummerċjalizza u tagħmel kummerċ fil-komoditajiet bħall-kokk taż-żejt mhux maħdum, faħam, kubrit, polpa tal-injam u prodotti tal-karta. |
|
— |
KII: tikkontrolla portafoll varjat ta’ kumpaniji involuti fir-raffinar u l-kimiċi, tagħmir u teknoloġiji li jipproċessaw u jikkontrollaw it-tniġġis, minerali, fertilizzanti, kummerċ fil-komoditajiet u servizzi, polimeri u fibri, ħġieġ, prodotti tal-foresti u l-konsumatur, konnetturi elettroniċi, ranching, stampar u ppakkjar, software tal-intrapriżi u investimenti, |
|
— |
PQ Performance Chemicals: tipproduċi silika tas-sodju, silika speċjalizzata downstream, zeoliti u derivattivi oħra. Il-prodotti mmanifatturati minn PQ Performance Chemicals jintużaw bħala prodotti tal-input f’firxa ta’ prodotti tal-kura personali, tat-tindif, tal-ikel u tax-xorb u tal-kisi tal-wiċċ. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10219 — Cerberus/Koch Industries/PQ Performance Chemicals
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
|
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/11 |
Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33
(2021/C 139/09)
Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1).
KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMOD IFIKA D-DOKUMENT UNIKU
SIERRAS DE MÁLAGA
PDO-ES-A1480-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 27.1.2021
DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA
1. Titjib tal-formulazzjoni tat-taqsima dwar l-isem protett
DESKRIZZJONI:
It-termini tat-tikkettar bħat-termini tradizzjonali jew l-unitajiet ġeografiċi iżgħar tħassru.
It-Taqsima A tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata, iżda d-Dokument Uniku mhuwiex affettwat.
Din hija emenda standard, peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
It-tħassir ma jikkorrispondix mal-kontenut tat-taqsima fejn għandu jidher biss l-isem li għandu jiġi protett.
2. Titjib tal-formulazzjoni tat-taqsima dwar id-deskrizzjoni tal-inbejjed
DESKRIZZJONI:
Id-deskrizzjoni testwali tal-inbejjed koperti mid-DOP ġiet sostitwita minn tabella li tistabbilixxi l-parametri u l-valuri meħtieġa mill-Denominazzjoni tal-Oriġini u tinkludi referenza għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea.
Id-deskrizzjoni organolettika tal-inbejjed ittejbet sabiex jiġu ffaċilitati l-kontrolli mill-operatur u ċ-ċertifikazzjoni mill-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità.
Għalhekk it-Taqsima B tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 4 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
Din hija emenda standard, peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Il-formulazzjoni tad-deskrizzjoni analitika tal-inbejjed ġiet imtejba. Rigward l-informazzjoni sensorjali, id-deskrizzjonijiet kwalitattivi eżistenti ġew mibdula għal attributi u deskritturi definiti għall-evalwazzjoni minn bord ta’ aġġudikaturi sensorjali, f’konformità mar-rekwiżiti tal-istandard UNE ISO 17025.
3. Titjib tal-formulazzjoni tat-taqsima dwar il-prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
DESKRIZZJONI:
Id-definizzjonijiet relatati mal-ambitu ġeografiku (“Żona tal-produzzjoni”, “Erja tal-produzzjoni” u “Suberja”) tmexxew għall-intestatura D “Żona ġeografika demarkata”.
Fis-Subtaqsima C.1, il-formulazzjoni ġiet riveduta f’konformità mal-kriterji tal-verifikabbiltà (tħassir tal-espressjoni “attenzjoni akbar”) u l-preċiżjoni (tħassir tal-espressjoni “ġeneralment”). Ġew stabbiliti r-rekwiżiti dwar il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-kategorija tal-inbid, inkluż ir-rekwiżit li jikkorrispondi għall-inbid minn għeneb imqadded (li kien nieqes). Ġiet inkluża wkoll referenza għal-leġiżlazzjoni tal-UE.
Fis-Subtaqsima C.2, id-definizzjonijiet marbuta mal-ambitu ġeografiku (f’dan il-każ “erja tal-ipproċessar”) tmexxew għall-intestatura D “Żona ġeografika demarkata”.
Fis-Subtaqsima C.3, id-definizzjonijiet marbuta mal-ambitu ġeografiku tmexxew għall-intestatura D “Żona ġeografika demarkata”. Fit-tieni paragrafu l-formulazzjoni ġiet imtejba billi tħassret il-kelma “ġeneralment” u billi ġie speċifikat mingħajr ambigwità meta jistgħu jintużaw il-kontenituri ta’ 1 000 litru.
Din l-emenda tikkonċerna t-Taqsima C tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 5(a) tad-Dokument Uniku.
Din hija emenda standard, peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Il-formulazzjoni ġiet irranġata u mtejba u l-ommissjoni tal-limitu tal-qawwa alkoħolika naturali għall-inbejjed minn għeneb imqadded ġiet ikkoreġuta.
4. Espansjoni taż-żona demarkata
DESKRIZZJONI:
Id-definizzjonijiet relatati maż-żoni tal-ipproċessar, tat-tqaddim u tal-maturazzjoni, kif ukoll dwar l-unità ġeografika iżgħar “erja tal-produzzjoni” u “suberja”, tmexxew u ġew miżjuda taħt din l-intestatura.
Il-lista tal-muniċipalitajiet koperti mid-DOP ġiet estiża biex tinkludi l-provinċja kollha ta’ Málaga billi ġiet estiża s-suberja ta’ “Serranía de Ronda” u l-erjas ta’ “Montes de Málaga” u “Norte de Málaga”, u billi ġew inkorporati żewġ erjas ġodda, jiġifieri “Costa Occidental” [Il-Kosta tal-Punent] u “Sierra de las Nieves”.
It-Taqsima D tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 6 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
Din hija emenda standard, peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33. L-estensjoni taż-żona demarkata ma timplika l-ebda tibdil għar-rabta eżistenti, li ma nbidlitx.
RAĠUNIJIET:
Ir-rabta storika antika bejn il-provinċja ta’ Málaga u l-produzzjoni tal-inbid hija msejsa fuq il-klima moderata tagħha li hija ideali għall-kultivazzjoni, l-iżvilupp u l-isfruttament tad-dwieli, kif muri mill-bosta referenzi fil-letteratura għall-firxa u l-wisa’ tal-art okkupata mill-vinji fit-territorju kollu qabel faqqgħet il-ġlata tal-filossera.
L-erja tal-produzzjoni tradizzjonalment kienet il-provinċja kollha ta’ Málaga. Fil-fatt, fi żmien il-ġlata tal-filossera (1874) madwar 112 000 ettaru kienu jikkonsistu f’vinji li jinsabu f’kull waħda mill-muniċipalitajiet tal-provinċja. Din is-sitwazzjoni nżammet formalment matul is-seklu għoxrin, mill-ewwel Regolament tal-1935 ippubblikat fil-Gazzetta ta’ Madrid Nru 123 tat-3 ta’ Mejju 1935 sar-Regolament tal-1976 ippubblikat fil-Gazzetta Uffiċjali tal-Istat (BOE) Nru 305 tal-21 ta’ Diċembru 1976, fejn l-erja tal-produzzjoni kiene limitata għal parti tal-provinċja.
Ir-rikonoxximent mogħti lid-DOP Sierras de Málaga fl-2000 tant ta spinta qawwija lis-settur tal-inbid li l-vitikulturi, il-fabbriki tal-inbid u l-kunsilli tal-irħula tal-muniċipalitajiet tal-provinċja li mhumiex inklużi fl-erja tal-produzzjoni tad-DOP ressqu applikazzjoni formali li titlob li l-muniċipalitajiet tagħhom jerġgħu jiġu inklużi fl-erja tal-produzzjoni għad-DOP:
L-irqajja’ li jappartjenu għall-muniċipalitajiet li reġgħu ddaħħlu għandhom l-istess pajsaġġ u karatteristiċi ġeografiċi bħall-erjas u s-suberjas li bħalissa huma inklużi fl-erja tal-produzzjoni. L-ebda waħda mill-muniċipalitajiet il-ġodda, meqjusa waħedha jew bħala parti minn grupp (fil-każ ta’ “Sierra de las Nieves” jew “Costa Occidental”), ma tinvolvi l-introduzzjoni ta’ erjas tal-produzzjoni b’karatteristiċi agroklimatiċi ġodda.
5. Introduzzjoni ta’ limitu fuq ir-rendiment f’ettolitri għal kull ettaru
DESKRIZZJONI:
L-informazzjoni ġiet kompluta bl-espressjoni tal-limiti tar-rendimenti massimi f’ettolitri għal kull ettaru u f’konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-inbid.
It-Taqsima E tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 5(b) tad-Dokument Uniku ġew emendati.
Din hija emenda standard, peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Huwa meqjus xieraq li jiġi llimitat ir-rendiment għal kull ettaru, kemm f’kilogrammi ta’ għeneb kif ukoll f’ettolitri ta’ nbid.
6. Introduzzjoni ta’ varjetajiet ġodda
DESKRIZZJONI:
Il-lista tal-varjetajiet bojod u ħomor li jistgħu jintużaw biex jagħmlu l-inbid protett mid-DOP ġiet estiża.
It-Taqsima F tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 7 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
Din hija emenda standard, peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
Il-ġlata tal-filossera fl-aħħar tas-seklu dsatax ikkawżat qerda kbira għall-wirt varjetali, kif ukoll naqqset u qasmet iż-żona ddedikata għall-vitikultura, bil-vinji madwar il-provinċja ta’ Málaga jinfirxu.
Sa mis-snin tmenin, il-produtturi wettqu xogħol innovattiv u esperimentali importanti fuq il-varjetajiet, salvaw għeneb storiku u introduċew oħrajn li ntwerew li huma kapaċi li jikbru sew fiż-żoni vitikulturali tal-madwar (u t-tipi ta’ nbejjed miksuba minnhom). Dan ix-xogħol wassal biex id-DOP Sierras de Málaga tiġi rikonoxxuta fis-sena 2000.
Għalhekk il-karatteristiċi u l-elementi tipiċi tad-DOP Sierras de Málaga huma marbuta b’mod inseparabbli mal-ambjent naturali divers u mal-istruttura tat-territorju (bil-vinji mifruxa u żgħar f’termini ta’ qisien). Dan iżid il-fattur tat-territorju u jirriżulta fi nbejjed ta’ kwalità espressivi ħafna.
Matul l-aħħar tmien snin (il-verżjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott inħarġet fl-2011), l-enfasi fuq l-innovazzjoni fost il-vitikulturi involuti fid-DOP Sierras de Málaga wasslet biex żdiedu varjetajiet ġodda mal-lista ta’ varjetajiet rikonoxxuti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, minħabba l-introduzzjoni ta’ varjetajiet storiċi oriġinarjament imkabbra fiż-żona kif ukoll ta’ oħrajn li ntwera li huma kapaċi jikbru sew fiż-żoni vitikulturali tal-madwar.
7. Titjib tat-taqsima dwar ir-rabta
DESKRIZZJONI:
Il-formulazzjoni tar-rabta ġiet riveduta u ngħatat ordni ġdida.
It-Taqsima G tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 8 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
Din hija emenda standard, peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33. L-emenda hija biss biex tiċċara u ttejjeb il-formulazzjoni u r-rabta ma nbidlitx.
RAĠUNIJIET:
L-għan huwa li jiġu stabbiliti b’mod ċar u separat il-fatturi umani u naturali involuti fil-produzzjoni tal-inbejjed koperti mid-DOP, il-karatteristiċi prinċipali u distintivi ta’ dawn il-prodotti, u r-rabta ta’ kawżalità bejn il-fatturi involuti fl-istadji tal-produzzjoni u tal-ipproċessar u l-karatteristiċi finali tal-prodotti miksuba.
8. Titjib tat-taqsima dwar rekwiżiti oħra applikabbli
DESKRIZZJONI:
It-Taqsima H (“Rekwiżiti applikabbli mill-Bord Regolatorju”) ġiet adattata biex tikkonforma mal-intestaturi tal-mudell tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott stabbilit mill-Kummissjoni fl-2011, “REKWIŻITI OĦRA APPLIKABBLI”. Ir-rekwiżiti tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott huma applikati mill-operaturi u mhux mill-Bord Regolatorju, u għalhekk l-ewwel paragrafu tħassar.
Fir-rigward tas-subtaqsima H.1, il-formulazzjoni ġiet imtejba biex tikkonforma aħjar mal-Artikolu 103(1) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). Kif iddikjarat hemmhekk, l-uniku rekwiżit għall-kwalifika għall-użu tad-DOP huwa li l-inbid ikun konformi mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u ma hemm l-ebda rekwiżit li l-operaturi jkunu rreġistrati mal-Bord Regolatorju.
Fir-rigward tas-subtaqsima H.4:
|
— |
Il-formulazzjoni tal-ewwel paragrafu dwar l-inbejjed rilaxxati għall-konsum diġà ppakkjati jew ibbottiljati ġiet imtejba, bis-sostituzzjoni ta’ “regoli Komunitarji” b’“regoli jew leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea” u bl-allinjament tal-formulazzjoni mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 27(2) “Ippakkjar tal-prodotti protetti” tar-Regoli Operattivi maħruġa mill-Bord Regolatorju. |
|
— |
Fir-rigward tal-prattika qabel ma t-tikketti jitqiegħdu fiċ-ċirkolazzjoni, il-kelma “approvazzjoni” ġiet sostitwita b’“valutazzjoni”. |
|
— |
Fir-rigward tal-inbid ikkummerċjalizzat bl-ingrossa, il-formulazzjoni ġiet imtejba biex titneħħa l-kontradizzjoni bejn l-inbid bl-ingrossa u l-inbid ippakkjat. Dawn id-definizzjonijiet jeskludu lil xulxin u ma hemm l-ebda kontenitur speċifiku “tal-ingrossa”, peress li kull kontenitur ta’ aktar minn 60 litru jikkwalifika. |
|
— |
Fir-rigward tal-miżuri ta’ kontroll għall-inbejjed mibgħuta bl-ingrossa u bbottiljati barra l-erja tal-produzzjoni, il-formulazzjoni ġiet imtejba biex tiġi eliminata l-arbitrarjetà u jiġi speċifikat b’mod ċar li l-miżuri possibbli ta’ kontroll għandhom ikunu dawk meħtieġa sabiex il-prodott jikkwalifika għaċ-ċertifikazzjoni. |
|
— |
Fil-paragrafi dwar l-inklużjoni ta’ referenzi għal unitajiet ġeografiċi iżgħar mill-erja tal-produzzjoni, ir-referenza għall-“proċedura għall-użu tal-marka kif iddeterminata mill-Bord Regolatorju” ġiet imħassra, minħabba li r-rekwiżit bażiku għall-użu ta’ dawn it-termini fakultattivi diġà ġie definit fit-test preċedenti. |
|
— |
Il-paragrafu dwar l-użu ta’ unitajiet ġeografiċi iżgħar minbarra dawk definiti għall-muniċipalità, l-erja u s-suberja tħassar, peress li huwa referenza ġenerali għar-regoli tal-UE dwar x’għandu jsir għal demarkazzjonijiet futuri. |
It-Taqsima H tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott u t-Taqsima 9 tad-Dokument Uniku ġew emendati.
Din hija emenda standard, peress li ma taqa’ taħt l-ebda waħda mill-kategoriji previsti fl-Artikolu 14(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/33.
RAĠUNIJIET:
L-għan huwa li jsir titjib speċifiku għat-test ta’ din it-taqsima tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.
9. Aġġornament għall-informazzjoni dwar il-korpi ta’ kontroll.
DESKRIZZJONI:
Ir-referenza għar-regoli tal-UE dwar il-verifika tal-konformità mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet aġġornata b’informazzjoni dwar l-awtorità kompetenti għat-twettiq tal-verifiki u l-entità li hija responsabbli għall-verifika tal-Ispeċifikazzjonijiet tal-Prodott.
It-Taqsima I tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ġiet emendata, iżda d-Dokument Uniku mhuwiex affettwat.
RAĠUNIJIET:
L-informazzjoni indikata ġiet aġġornata.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni
Sierras de Málaga
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodott tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
16. |
Inbid minn għeneb misjur iżżejjed |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
Inbid abjad
Dehra: Isfar ċar sa dehbi antik.
Aroma: Intensità aromatika dixxernibbli, ta’ frott.
Togħma: Intensità fit-togħma dixxernibbli, aċidità dixxernibbli. Iddum ftit jew ħafna.
|
(*) |
Kwalunkwe valur mhux muri hawn jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
10 |
|
Aċidità totali minima |
(f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbid rożè
Dehra: Kulur li jvarja minn lewn il-qoxra tal-basal għal roża jagħti fl-aħmar bi ħjiel ta’ lewn ir-rubini.
Aroma: Intensità aromatika dixxernibbli, ta’ frott u fjuri.
Togħma: Intensità fit-togħma dixxernibbli. Aċidità u astrinġenza dixxernibbli. Iddum ftit jew ħafna.
|
(*) |
Kwalunkwe valur mhux muri hawn jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
(f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbid aħmar
Dehra: Vjola sa aħmar lewn il-lavanja fil-kulur.
Aroma: Intensità dixxernibbli, ta’ frott.
Togħma: Intensità fit-togħma dixxernibbli. Aċidità u densità dixxernibbli. B’astrinġenza. Finitura qasira jew twila ħafna.
|
(*) |
Kwalunkwe valur mhux muri hawn jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità totali minima |
(f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
Inbid aħmar minn għeneb misjur iżżejjed
Dehra: Vjola sa lewn iċ-ċirasa skura fil-kulur.
Aroma: Intensità aromatika dixxernibbli, ta’ frott.
Togħma: Intensità fit-togħma dixxernibbli; Aċidità u astrinġenza dixxernibbli. Densità minn ftit dixxernibbli sa dixxernibbli ħafna. Finitura qasira jew twila ħafna.
|
(*) |
Kwalunkwe valur mhux muri hawn jikkonforma mal-limiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni applikabbli. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità totali minima |
|
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
|
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
|
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi speċifiċi
It-tqaddim għandu jitwettaq fi btieti tal-ballut bis-sistema “añadas”.
Ir-referenzi għat-termini tradizzjonali Crianza, Reserva u Gran Reserva kif stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli jistgħu jintużaw għall-inbejjed fuq bażi fakultattiva.
Il-pressjoni applikata fil-produzzjoni tal-most u l-inbejjed għandha tkun tali li r-rendimenti ma jaqbżux is-70 % (litri ta’ nbid/kg ta’ għeneb).
Mhi permessa l-ebda żieda fil-ħlewwa jew arrikkiment artifiċjali tal-qawwa alkoħolika naturali. Kemm il-qawwa alkoħolika naturali kif ukoll iz-zokkor residwu fl-inbejjed koperti mid-DOP għandhom dejjem ikunu naturali.
Il-ħsad għandu jsir esklużivament minn għeneb f’saħħtu u misjur. Jista’ jintuża għeneb misjur iżżejjed għal inbejjed b’kontenut ta’ zokkor residwu ta’ aktar minn 4 grammi f’kull litru. Il-qawwa alkoħolika naturali minima tal-prodotti eliġibbli fil-kategorija “inbid” għandha tkun 10 % skont il-volum. L-għeneb li jinħasad minn irqajja’ b’qawwa alkoħolika potenzjali aktar baxxa mhuwiex adattat għall-produzzjoni tal-inbejjed protetti mid-DOP, bl-eċċezzjoni tal-kategorija “inbid minn għeneb misjur iżżejjed”, li għaliha l-qawwa alkoħolika naturali trid tkun ogħla minn 15 % skont il-volum.
Fis-suberja ta’ “Serranía de Ronda”, il-ħsad għandu jsir bl-idejn. L-għeneb għandu jitqiegħed f’pakketti li jiżnu mhux aktar minn 30 kg u jiġi ttrasportat fl-istess kontenituri.
b. Rendimenti massimi għal kull ettaru
12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
84 ettolitru għal kull ettaru
9 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
63 ettolitru għal kull ettaru
9 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
63 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
L-erja ta’ produzzjoni għall-inbejjed koperti mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Sierras de Málaga” hija magħmula mill-muniċipalitajiet ta’:
Málaga, Alameda, Alcaucín, Alfarnate, Alfarnatejo, Algarrobo, Algatocín, Alhaurín de la Torre, Alhaurín el Grande, Almáchar, Almargen, Almogía, Álora, Alozaina, Alpandeire, Antequera, Árchez, Archidona, Ardales, Arenas, Arriate, Atajate, Benadalid, Benahavís, Benalauría, Benalmdena, Benamargosa, Benamocarra, Benaoján, Benarrabá, El Borge, EL Burgo, Campillos, Canillas de Aceituno, Canillas de Albaida, Cañete la Real, Carratraca, Cartajima, Cártama, Casabermeja, Casarabonela, Casares, Coín, Colmenar, Comares, Cómpeta, Cortes de la Frontera, Cuevas Bajas, Cuevas del Becerro, Cuevas de San Marcos, Cútar, Estepona, Faraján, Frigiliana, Fuengirola, Fuentepiedra, Gaucín, Genalguacil, Guaro, Humilladero, Igualeja, Istán, Iznate, Jiména de líbar, Jubrique, Júzcar, Macharaviaya, Manilva, Marbella, Mijas, Moclinejo, Mollina, Monda, Montecorto, Montejaque, Nerja, Ojén, Parauta, Periana, Pizarra, Pujerra, Rincón de la Victoria, Riogordo, Ronda, Salares, Sayalonga, Sedella, Serrato, Sierra de Yeguas, Teba, Tolox, Torremolinos, Torrox, Totalán, Valle de Abdalajís, Vélez-Málaga, Villanueva de Algaidas, Villanueva de la Concepción, Villanueva del Rosario, Villanueva de Tapia, Villanueva del Trabuco, La Viñuela u Yunquera, li jappartjenu għall-provinċja ta’ Málaga, kif ukoll il-muniċipalitajiet ta’ Benamejí u Palenciana fil-provinċja ta’ Córdoba.
Suberja: Unità ġeografika iżgħar mill-erja tal-produzzjoni, li hija ambjent ġeografiku omoġenu, u li fiha japplikaw ċerti rekwiżiti differenzjati.
Erja: Unità ġeografika iżgħar mill-erja tal-produzzjoni, li hija kkaratterizzata minn ambjent ġeografiku b’ċerta omoġeneità.
Fl-erja tal-produzzjoni koperta mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini “Sierras de Málaga”, issir distinzjoni mis-suberja tradizzjonalment imsejħa “Serranía de Ronda”, distrett naturali li għalih jappartjenu l-muniċipalitajiet ta’ Algatocín, Alpandeire, Arriate, Atajate, Benadalid, Benalauría, Benaoján, Benarrabá, Cartajima, Cortes de la Frontera, Cuevas del Becerro, Faraján, Gaucín, Genalgaucín, Igualeja, Jimena de Líbar, Jubrique, Júzcar, Montecorto, Montejaque, Parauta, Pujerra, Ronda u Serrato.
Fl-erja tal-produzzjoni, issir distinzjoni wkoll għall-erjas li ġejjin:
“Axarquía”, li għalih jappartjenu l-muniċipalitajiet ta’ Alcaucín, Alfarnate, Alfarnatejo, Algarrobo, Almáchar, Árchez, Arenas, Benamargosa, Benamocarra, Borge, Canillas de Aceituno, Canillas de Albaida, Comares, Cómpeta, Cútar, Frigiliana, Iznate, Macharaviaya, Moclinejo, Nerja, Periana, Rincón de la Victoria, Riogordo, Salares, Sayalonga, Sedella, Torrox, Totalán, Vélez-Málaga u La Viñuela.
“Montes de Málaga”, li għalih jappartjenu l-muniċipalitajiet ta’ Alhaurín de la Torre, Alhaurín el Grande, Almogía, Álora, Antequera (il-parti li tinsab fin-Nofsinhar tal-muntanji Sierra Pelada, Sierra de las Cabras, Sierra Prieta, Sierra del Co u Sierra de Camarolas), Ardales, Carratraca, Cártama, Casabermeja, Coín, Colmenar, Málaga, Pizarra, Torremolinos u Villanueva de la Concepción.
“Manilva”, li għalih jappartjenu l-muniċipalitajiet ta’ Manilva, Casares u Estepona.
“Costa Occidental” [il-Kosta tal-Punent], li għalih jappartjenu l-muniċipalitajiet ta’ Benahavís, Benalmádena, Fuengirola, Marbella u Mijas.
“Norte de Málaga”, li għalih jappartjenu l-muniċipalitajiet ta’ Alameda, Almargen, Antequera, Archidona, Benamejí, Campillos, Cañete la Real, Cuevas Bajas, Cuevas de San Marcos, Fuentepiedra, Humilladero, Mollina, Palenciana, Sierra de Yeguas, Teba, Valle de Abdalajís, Villanueva de Algaidas, Villanueva del Rosario, Villanueva de Tapia u Villanueva del Trabuco.
“Sierra de las Nieves”, li għalih jappartjenu l-muniċipalitajiet ta’ Alozaina, El Burgo, Casarabonela, Guaro, Istán, Monda, Ojén, Tolox u Yunquera.
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed
BLAUER LIMBERGER — BLAUFRÄNKISCH
CABERNET FRANC
CABERNET SAUVIGNON
CHARDONNAY
COLOMBARD
DORADILLA
GARNACHA BLANCA
GARNACHA TINTA
GEWÜRZTRAMINER
GRACIANO
JAÉN TINTO
MACABEO — VIURA
MALBEC
MALVASIA AROMÁTICA
MERLOT
MONASTRELL
MONTÚA — CHELVA
MOSCATEL DE ALEJANDRÍA
MOSCATEL DE GRANO MENUDO — MOSCATEL MORISCO
MOSCATEL NEGRO
PARDINA — JAÉN BLANCO
PEDRO XIMÉNEZ
PERRUNO
PETIT VERDOT
PINOT NOIR
RIESLING
ROME
SAUVIGNON BLANC
SYRAH
TEMPRANILLO
TINTILLA DE ROTA
TINTO VELASCO — BLASCO
VERDEJO
VERMENTINO
VIJARIEGO BLANCO — BIGIRIEGO
VIOGNIER
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Id-diversità tat-tipi ta’ nbejjed u l-firxa ta’ karatteristiċi fi ħdan dawk tal-istess tip (abjad, rożè jew aħmar) jirriflettu l-interazzjoni bejn l-ambjent naturali kumpless u divers wara l-produzzjoni tagħhom, l-għadd kbir ta’ varjetajiet ta’ oriġini differenti (varjetajiet storiċi, mhux nattivi li adattaw u nattivi li ġew salvati) li jikbru sew fil-klima favorevoli tal-erja tal-produzzjoni, u l-kumplessità tar-riżalt tagħha. Dawn il-fatturi kollha jikkontribwixxu għall-vinji żgħar, u dan iżid l-effett tat-territorju.
Ix-xejriet tat-temperatura matul il-maturazzjoni huma partikolarment importanti, għaliex għandhom influwenza kbira fuq il-varjabilità tat-tonalitajiet tal-aromi u l-kwalità tal-polifenoli. It-temperaturi fl-erja huma tipikament moderati, u jitbaxxew matul il-lejl. Is-sħana mistennija għal-latitudni hija kontrobilanċjata mil-lok tagħha f’żona ta’ tranżizzjoni klimatika u minn fatturi oħra relatati mal-mesoklima. Karatteristika waħda tal-klima li hija partikolarment rilevanti hija s-sigħat twal ta’ xemx, peress li dawn jiffavorixxu l-produzzjoni ta’ most bil-qawwa naturali għolja meħtieġ għall-produzzjoni ta’ nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed.
Għal raġunijiet ta’ kompożizzjoni, konsistenza u/jew gradjent, il-ħamrija ġeneralment għandha skular tajjeb. Flimkien ma’ livelli ta’ fertilità minn medji sa baxxi, din tinkoraġġixxi l-konċentrazzjoni ta’ komposti aromatiċi u ttejjeb il-finezza tal-inbejjed.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
|
— |
L-unità ġeografika akbar tista’ tiġi indikata fuq bażi fakultattiva: “Andalusija”, ir-reġjun li fih tinsab iż-żona protetta kollha. |
|
— |
Unitajiet ġeografiċi iżgħar: ir-referenzi għas-suberja, id-diversi żoni ta’ produzzjoni u l-muniċipalitajiet fiż-żona demarkata huma rregolati espressament. |
Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://juntadeandalucia.es/export/drupaljda/PC_Sierras_de_Malaga_modificado.pdf
|
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/21 |
Pubblikazzjoni tad-dokument uniku msemmi fl-Artikolu 94(1)(d) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tar-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid
(2021/C 139/10)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
DOKUMENT UNIKU
“Urueña”
PDO-ES-02485
Data tal-applikazzjoni: 13 ta’ Novembru 2018
1. Isem għar-reġistrazzjoni
Urueña (es)
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
INBID — Inbid rożè
L-inbejjed rożè huma trasparenti, roża lewn il-lampun u mingħajr ebda sinjal ta’ turbidità. Fl-imnieħer, dawn huma nodfa u qawwija jew qawwija ħafna, b’aromi mill-familji tal-frott frisk u/jew tal-fjuri u/jew tal-karamelli. Fil-ħalq, dawn huma mimlijin u friski bi ħjiel ta’ ħlewwa residwa u b’bilanċ tajjeb ta’ alkoħol u aċidità.
|
(*) |
Il-parametri analitiċi mhux stabbiliti f’dan id-dokument għandhom jikkonformaw mar-regoli fis-seħħ. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12,5 |
|
Aċidità totali minima |
60,00 f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
16,7 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
180 |
INBID — Inbid aħmar imqaddem
L-inbejjed ħomor huma trasparenti mingħajr ebda sinjal ta’ turbidità, b’kuluri qawwija ħafna, kemm aħmar lewn iċ-ċirasa kif ukoll lewn il-granata. Sfumaturi vjola jidhru fil-wiċċ u l-kulur huwa qawwi jew qawwi ħafna. Fl-imnieħer, dawn huma nodfa u qawwija jew qawwija ħafna, b’aromi mill-familji tal-frott aħmar u/jew iswed u tal-ħwawar u/jew tal-balzmu. Fil-ħalq, dawn huma mimlijin u bbilanċjati sew b’togħma li tibqa’ qawwija u li ddum jew iddum ħafna.
|
(*) |
Il-parametri analitiċi mhux stabbiliti f’dan id-dokument għandhom jikkonformaw mar-regoli fis-seħħ. |
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
13,00 |
|
Aċidità totali minima |
60,00 f’milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
20,00 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
150 |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
Id-densità tat-tħawwil trid tkun ta’ mill-inqas 3 000 dielja għal kull ettaru.
Trid tintuża t-teknika taż-żbir li jħalli rimjiet qosra u d-dwieli jridu jinżabru ħodor biex jiġu regolati kemm it-tagħbija tal-għelejjel kif ukoll il-bilanċ bejn l-erja tal-weraq u l-piż tal-għalla.
Trid tintuża sistema ta’ tisqija bil-qatra.
Iridu jiġu implimentati tekniki integrati ta’ kontroll tal-pesti.
Għandu jintuża biss l-għeneb f’saħħtu li jkun laħaq maturità perfetta (livell ta’ alkoħol probabbli ta’ 12,5 o) għall-inbid ittikkettat bit-terminu tradizzjonali “Vino de pago”.
L-għeneb irid jintgħażel bil-quddiem qabel dan jilħaq it-tankijiet tal-fermentazzjoni.
Kull varjetà trid issir f’inbid separatament.
Inbejjed rożè: maċerazzjoni u fermentazzjoni pellikulari kesħin f’temperatura kkontrollata.
Inbejjed ħomor: maċerazzjoni qabel il-fermentazzjoni f’anqas minn 10 oC għal 24-48 siegħa. Fermentazzjoni f’temperatura kkontrollata.
Iridu jintużaw preses idrawliċi vertikali jew pnewmatiċi.
L-inbejjed iridu jitqaddmu fi btieti tal-ballut Franċiżi jew Amerikani, li jżommu temperatura ta’ bejn 15 oC u 18 oC u umdità relattiva ta’ 75 %.
Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed
Rata massima tal-estrazzjoni: 70 litru għal kull 100 kilogramma għeneb.
b. Rendimenti massimi għal kull ettaru
8 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru
56,00 ettolitru għal kull ettaru
6. Definizzjoni taż-żona demarkata
Iż-żona ġeografika għad-DOP Urueña tinsab fil-muniċipalità ta’ Urueña fil-provinċja ta’ Valladolid. Din hija porzjon kontinwu ta’ art fuq firxa ta’ 78 ettaru, identifikata mir-referenzi tas-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Irqajja’ tal-Art (LPIS) li ġejjin (*):
Poligonu 1: l-irqajja’ 114, 117, 121, 123, 124, 125, 126, 127, 128, 129, 130, 131, 132, 133, 140, 168, 5154, 5155, 5156, 5157, 5158, 5159, 9022, 9023, 9024 u 10120.
Poligonu 8: l-għalqa 2 tar-roqgħa 101 u l-għalqa 1 tar-roqgħa 9001.
L-irqajja’ li huma proprjetà tal-applikant huma kif ġej: l-irqajja’ 114, 117, 121, 123, 124, 125, 127, 128, 132, 133, 168, 5158 u 5159 fil-poligonu 1, u l-għalqa 2 tar-roqgħa 101 u l-għalqa 1 tar-roqgħa 9001 fil-poligonu 8.
|
(*) |
Minħabba li l-LPIS hija soġġetta għall-aġġornamenti, jekk jogħġbok innota li dawn huma referenzi għall-verżjoni tal-2020. |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
|
|
CABERNET SAUVIGNON |
|
|
MERLOT |
|
|
SYRAH |
|
|
TEMPRANILLO — TINTA DEL PAIS |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Karatteristiċi taż-żona ġeografika
Il-karatteristiċi ġeoloġiċi, morfoloġiċi, tal-ħamrija u dawk klimatiċi taż-żona ġeografika ddefiniti fil-punt 6 huma uniformi u differenti minn dawk taż-żoni tal-madwar, kif se jiġi spjegat hawn taħt. Din taqbel mad-deskrizzjoni ta’ dak li huwa tradizzjonalment magħruf bħala “pago” jew proprjetà tal-vitikultura: porzjon kontinwu wieħed ta’ art, li tradizzjonalment jintuża għat-tkabbir tad-dwieli, bil-karatteristiċi tal-ħamrija u dawk mikroklimatiċi tiegħu stess li jiddistingwuh miż-żoni ġirien. Din l-uniformità u dan il-karattru distintiv jiġu determinati normalment mill-eżistenza ta’ karatteristiċi fiżiċi bħal xmajjar, passaġġi tal-ilma u karatteristiċi oħra li jiddefinixxu l-pajsaġġ jew mill-kombinazzjoni ta’ karatteristiċi partikolari li jkunu jinsabu fiż-żona iżda mhux fil-madwar tagħha. Fil-każ speċifiku tad-DOP Urueña, iż-żona hija ddefinita mill-passaġġi tal-ilma ffurmati mix-xmara Sequillo u mix-xmajriet Ermita u Veterinario. Il-karatteristiċi naturali li jħallu impatt fuq din iż-żona ddefinita huma kif ġej:
|
1. |
Iż-żona ddefinita tinsab fil-muniċipalità ta’ Urueña, li tinsab fil-baċir tax-Xmara Duero, fil-punt fejn ix-xmara Sequillo (tributarja tal-Valderaduey) tiltaqa’ max-xmajra Ermita. Iż-żona li tinsab fil-Majjistral ta’ Urueña hija pjanura f’altitudni ta’ bejn 710 m u 720 m ’il fuq mil-livell tal-baħar, bil-linji tal-kontorn subparalleli max-xmara Sequillo, fit-Tramuntana. |
|
2. |
Urueña tinsab fil-Komunità Awtonoma ta’ Castile u Leon — li hija t-tielet fi Spanja f’termini ta’ żona tal-art iddedikata għall-vitikultura — u din tappartjeni għall-provinċja ta’ Valladolid, fejn hemm ħames denominazzjonijiet ta’ oriġini. Għalhekk, din tinsab f’żona li hija adattata ħafna għall-vitikultura, b’kundizzjonijiet ambjentali li jiffavorixxu ferm il-produzzjoni tal-inbejjed ta’ kwalità. L-istorja u l-kultura tal-vitikultura fiż-żona, flimkien mal-entużjażmu tal-vitikulturi, jiżguraw il-prontezza għall-adattament għal teknoloġiji u approċċi eżistenti u futuri. |
|
3. |
Ir-riżultati miksuba fl-istudju dwar iż-żonar intitolat “Estudio de Suelos y Ordenación del Cultivo de la Vid en el pago vitícola de Urueña (Urueña, Valladolid)” [Stħarriġ dwar l-Organizzazzjoni tad-Dwieli u tal-Ħamrija fiż-żona tal-vitikultura tal-Urueña (Urueña, Valladolid)], imwettaq fuq il-post minn tim mill-Università Politeknika ta’ Madrid, jipprovdu deskrizzjoni u mappa ta’ dan il-post, bil-konklużjoni li: “L-intersezzjoni fuq id-diversi mapep tal-fatturi ambjentali li ġew mistħarrġa (il-klima, it-tip ta’ ġebla, il-formazzjoni ġeoloġika, il-gradjent, l-orjentazzjoni u l-proprjetajiet tal-ħamrija) tenfasizza b’mod ċar l-ispeċifiċità tal-ambjent ġeografiku u l-adegwatezza taż-żona tad-DOP Urueña għall-produzzjoni tal-inbejjed ta’ kwalità, minħabba li l-karatteristiċi ambjentali partikolari tagħha jagħmluha differenti u distinta minn żoni oħra fil-madwar tagħha”. Dawn il-proprjetajiet u l-karatteristiċi mhumiex biss komuni bejn l-irqajja’ li huma proprjetà tal-applikant u attwalment bid-dwieli, iżda wkoll bejn l-irqajja’ ta’ maġenbhom li, flimkien magħhom, jifformaw iż-żona ddefinita. |
Abbażi tad-data miġbura fl-istazzjon tat-temp tal-uffiċċju meteoroloġiku Spanjol f’Castromonte u f’Villaderfrades, tal-osservatorju sħiħ għal Valladolid (l-Ajruport) u tad-data disponibbli għall-istazzjonijiet agriklimatiċi ta’ Villapando u Medine de Rioseco, li jappartjenu għan-network tal-SIAR (is-sistema ta’ informazzjoni agriklimatika għat-tisqija), il-qari tat-temperatura fir-reġjun ftit li xejn ivarja, b’anqas xita fl-artijiet muntanjużi ta’ Monte de Urueña u b’temperaturi ogħla rreġistrati fil-widien. L-ammont ta’ xita għandu t-tendenza li jkun l-ogħla fil-ħarifa u l-anqas fis-sajf (bl-ordni tkun il-ħarifa, ir-rebbiegħa, ix-xitwa u s-sajf) b’totali ta’ madwar 410 mm. Ġeneralment, dan huwa reġjun li ma għandux karatteristiċi muntanjużi li jistgħu jaġixxu bħala barrieri, u dan iħalli lill-arja niedja tidħol minħabba l-influwenza oċeanika.
L-istaġun tat-tkabbir attiv ivarja bejn April/Mejju u Ottubru. It-temperatura annwali medja hija madwar 11,4 oC. L-għadd medju ta’ sigħat ta’ dawl tax-xemx fis-sena huwa ta’ 2 650 siegħa.
Iċ-ċifri tal-evapotraspirazzjoni juru nuqqas ta’ ndewwa meta mqabbla mad-data dwar ix-xita.
L-indiċi klimatiċi u bijoklimatiċi:
|
— |
L-indiċi klimatiku ta’ De Martonne u Emberger: Kważi xotta, tip Mediterran |
|
— |
Id-dijagrammi ombrotermiċi ta’ Gaussen: Erba’ xhur nexfin (Ġunju sa Settembru) |
|
— |
Il-klassifika klimatika ta’ Köppen: Csb (klima moderata b’sajf sħun u xott, bit-temperatura medja fl-aktar xahar sħun taħt it-22 oC u aktar minn erba’ xhur b’temperaturi ’l fuq minn 10 °C) |
|
— |
L-indiċi ta’ Huglin (potenzjal eljotermali): 1 940 sa 2 000 grad |
|
— |
L-integral termali effettiv (Winkler): Madwar 1 400 sa 1 500 grad (iż-żona II) |
Dawn il-valuri jindikaw li ż-żona hija adattata għat-tkabbir tal-varjetajiet tad-dwieli li jintużaw għall-produzzjoni tal-inbejjed ta’ kwalità. Id-DOP Urueña tinsab f’meżoklima waħda ddefinita sew — distinta mit-tlieta u għoxrin l-oħra li jinsabu fil-Komunità Awtonoma ta’ Castile u Leon — li l-karatteristiċi relattivi tagħha huma ffurmati mill-kenn u l-protezzjoni offruti fin-naħa tal-Lvant mill-plateau espost għar-riħ fil-viċin (> 110 m), u mill-prossimità tal-ispazji tal-art tal-ħawtiet u tal-widien tan-network tal-iskular.
It-tip ta’ ġebla (litoloġija) li tinsab fiż-żona tad-DOP Urueña hija ffurmata minn żewġ materjali terzjarji (il-konglomerat aħmar ta’ Belver u l-SL tal-facies ta’ Tierra de Campos) u depożiti kwaternarji (ir-raba’ mtarrġa u l-art tal-widien). Il-materjal oriġinali huwa ġebli, u fih abbundanza ta’ ġebel kbir mifrux kemm fuq il-wiċċ (flimkien mal-ġebla tal-ġir mill-pjanura) kif ukoll fil-profil tal-ħamrija. Dan huwa fattur li jħalli impatt fuq il-kwalità tal-prodott finali. Is-simentazzjoni prinċipalment tal-ġebla tal-ġir tal-materjali oriġnali u bħala riżultat tal-formazzjoni tal-ħamrija hija r-raġuni ewlenija wara l-iżolament taż-żona mill-elementi ġeomorfoloġiċi li jagħmluha speċifika.
Ir-riżalt huwa bbażat fuq din il-litostratigrafija, li tifforma u tinfluwenza l-iskular. Il-passaġġi tal-ilma ta’ Sequillo, Ermita u Veterinario jifformaw il-konfini taż-żona ddefinita. Il-morfoloġija tar-riżalt li jirriżulta hija speċifika u adattata ferm għall-produzzjoni tal-inbejjed ta’ kwalità: moderata, bi gradjent żgħir lejn il-punti tal-iskular u b’altitudni ta’ bejn 710 u 720 metru (li jammonta għal 1,8 % biss tal-erja tal-wiċċ f’altitudni f’Castile u f’Leon).
Il-mudell terren diġitali u l-kolletturi ewlenin fin-network tal-iskular jiżvelaw l-importanza tal-baċir tax-xmara Sequillo, li jiddetermina r-riżalt baxx u l-gradjent ġenerali żgħir taż-żona mistħarrġa lejn it-tramuntana u tan-network tal-iskular sekondarju tagħha, li huwa ddominat mix-xmajra Veterinario fil-fruntiera tal-Punent u mix-xmajra Ermita fin-naħa tal-Lvant, li jħallu lill-ilma jiskula lejn it-tliet naħat fid-direzzjoni tal-gradjent.
Meta jsiru stħarriġiet fuq skala kbira (dettaljat ferm) dwar il-ħamrija, bħal f’dan il-każ, l-unità ta’ ħamrija li tintuża hija l-aħħar kategorija fil-klassifika (is-Serje), minħabba li din tagħmilha possibbli biex jiġi ddeterminat u ddefinit kif kull unità speċifika għandha tiġi mmaniġġjata. Il-ħamrija fiż-żona tad-DOP Urueña hija varjata mhux ħażin, fil-biċċa l-kbira minħabba l-litoloġija u r-riżalt. Madankollu, f’termini deskrittivi hemm biss żewġ profili tal-ħamrija fiż-żona ddefinita — Alfisols [A/Bt/Bk(m)] u Inceptisols [A/Bk(m)] — u t-tnejn huma adatti ferm għat-tkabbir tad-dwieli.
Il-ħamrija fiż-żona għandha livelli ta’ fertilità medji sa baxxi. Il-kontenut ta’ materja organika huwa medju sa baxx (0,75–1,5 %), il-kontenut ta’ nitroġenu huwa baxx (< 1 %) u l-proporzjon tal-karbonju man-nitroġenu huwa baxx ukoll (≤ 8 %). Il-kontenut baxx ta’ mikroelementi jitqies bħala fattur li jħalli impatt fuq il-kwalità. Għandu jiġi nnotat ukoll li l-kapaċità ta’ skambju ta’ katjoni (CEC) hija medja sa għolja (10–25 cmol+/kg tafal u/jew materja organika).
Ftit li xejn hemm varjazzjoni fil-kategoriji tas-sawra għall-ħamrija fiż-żona tad-DOP Urueña, bit-trab ġulġlieni ramli u tafli jkun il-kategorija predominanti. Ma hemmx sawriet li jikkuntrastaw. L-omoġeneità tal-profil hija kwalità pożittiva ħafna minħabba li din tirregola l-livell tal-indewwa (billi tnaqqas l-ilma tax-xeba’) u t-temperatura. Il-kapaċità tal-iskular tal-ħamrija u n-nuqqas ta’ varjazzjoni fil-profil, li jillimitaw l-ammont ta’ ilma tax-xeba’, ifisser li l-art tispiċċa tassorbi l-indewwa.
It-temperatura medja annwali tal-ħamrija f’fond ta’ 50 cm hija ogħla minn 15 oC iżda anqas minn 22 oC (temperatura meżika bejn 8 oC u 15 oC) u d-differenza bejn il-medji tas-sajf u tax-xitwa hija ta’ aktar minn 5 oC. Ir-reġim tal-indewwa kseriku jfisser li l-ħamrija tkun xotta f’mill-inqas nofs il-ġranet meta t-temperatura tal-ħamrija tkun ogħla minn 5 oC (tkun xotta għal aktar minn 45 ġurnata konsekuttiva fl-erba’ xhur wara s-solstizju tas-sajf u niedja għal aktar minn 45 ġurnata konsekuttiva fl-erba’ xhur wara s-solstizju tax-xitwa).
Il-ħamrija għandha kapaċità ta’ skular tajba. L-ilma żejjed jiġi skulat b’mod naturali mill-art b’mod effettiv, fil-biċċa l-kbira permezz tax-Xmara Sequillo, li tirċievi l-ilma mix-xmajriet Veterinario u Ermita.
Fil-qosor, dawn huma l-konklużjonijiet tal-istħarriġ dwar l-ambjent fiżiku:
|
1. |
L-intersezzjoni fuq id-diversi mapep tal-fatturi ambjentali li ġew mistħarrġa (il-klima, it-tip ta’ ġebla, il-formazzjoni ġeoloġika, il-gradjent, l-orjentazzjoni u l-proprjetajiet tal-ħamrija) jenfasizzaw b’mod ċar l-ispeċifiċità tal-ambjent ġeografiku u l-adegwatezza għall-produzzjoni ta’ nbejjed tal-kwalità meħtieġa b’immaniġġjar xieraq tad-dwieli. |
|
2. |
L-irqajja’ li jikkostitwixxu ż-żona ddefinita jiffurmaw unità sħiħa armonjuża u d-data speċifika miksuba fl-istħarriġiet imwettqa fi ftit minnhom japplikaw ukoll bis-sħiħ għall-irqajja’ tal-madwar, minħabba li dawn jaqsmu l-istess karatteristiċi klimatiċi, ġeoloġiċi, ġeomorfoloġiċi u tal-ħamrija. |
|
3. |
Iż-żona ddefinita għandha karatteristiċi komuni speċifiċi li jiddistingwuha minn żoni oħra li ġew stabbiliti bħala denominazzjonijiet ta’ oriġini fir-reġjun. |
L-aktar fattur uman importanti li jiddistingwi lil Urueña huwa l-mod uniku li bih adattaw ruħhom il-varjetajiet, fil-biċċa l-kbira bħala konsegwenza tat-tekniki tal-immaniġġjar tad-dwieli li jintużaw. Il-varjetajiet Tempranillo, Merlot, Syrah u Cabernet Sauvignon ukoll adattaw ruħhom perfettament għat-territorju.
Il-fatt li d-dwieli magħżula adattaw ruħhom tajjeb ħafna jgħin biex jitnaqqsu l-problemi kkawżati mir-riskju moderat tal-ġlata, li titfaċċa l-aktar bejn Ottubru u l-aħħar ta’ April (jew li ddum minn tard f’Settembru sa tard f’Mejju fis-snin l-aktar kesħin).
Bil-għan ukoll li jitnaqqsu r-riskji ppreżentati mill-ġlata, id-dwieli jinżabru fi tmiem ix-xitwa u ż-żbir tal-partijiet ħodor jibda fl-aħħar ta’ Mejju, meta r-riskju ta’ ġlata jkun minimu. Il-ħdim tar-raba’ jsir fuq bażi regolari biex il-ħaxix ħażin ma joktorx.
Il-maċerazzjoni qabel il-fermentazzjoni f’temperaturi baxxi tippermetti aromi stabbli ta’ frott kif ukoll varjetali. It-taħlita titħawwad fuq bażi regolari waqt il-fermentazzjoni u dan jippermetti estrazzjoni polifenolika u kromatika eċċellenti.
L-inbejjed tad-DOP Urueña huma uniċi għall-oriġinalità fl-espressjoni tal-varjetajiet u għall-kapaċità tagħhom li jevolvu b'mod pożittiv ħafna maż-żmien, u b'hekk jissaħħu l-aspetti speċifiċi għall-varjetà u l-kumplessità. Huma qawwija fil-palat bi ħlewwa residwa, b’ħafna struttura u b’kuluri stabbli ħafna. Jispikkaw għall-bilanċ, l-eleganza u l-karattru minerali tagħhom li jagħtuhom personalità distintiva u unika.
Ir-rożè Urueña għandhom sfumaturi roża lewn il-lampun u n-noti fil-blu tal-varjetà Syrah, li tokkupa l-akbar proporzjon taż-żona bid-dwieli. L-aromi ta’ frott frisk jispikkaw fl-imnieħer, flimkien ma’ xi noti ta’ fjuri u karamelli. Il-preżenza tal-frott aħmar hija aktar karatteristika tar-rożè Tempranillo.
L-inbejjed ħomor huma qawwija ħafna fil-kulur. Dawn huma ħomor lewn iċ-ċirasa jew il-granata, bi sfumaturi vjola li jidhru fil-wiċċ. Dawn għandhom ammont kbir ta’ kumplessità aromatika minħabba l-kombinazzjoni ta’ varjetajiet tal-għeneb li jintużaw u huma partikolarment ikkaratterizzati mit-togħma mimlija tagħhom u minn nuqqas ta’ noti sekondarji qawwija.
Interazzjoni bejn il-fatturi naturali u umani u l-karatteristiċi tal-prodott.
Iż-żona ddefinita għad-DOP Urueña hija medda ta’ art kontinwa. Kif ġie spjegat fit-taqsimiet ta’ qabel, il-karatteristiċi uniformi tal-ħamrija u dawk mikroklimatiċi tagħha jagħmluha differenti u distinta minn pajsaġġi oħra fiż-żona tal-madwar. Din hija magħrufa għall-vitikultura tagħha u l-inbejjed li jirriżultaw għandhom karatteristiċi u kwalitajiet distintivi u uniċi prinċipalment minħabba l-intervent uman fl-ambjent ikkonċernat. L-interazzjoni bejn il-fatturi ambjentali differenti li ġew studjati (il-klima, il-litoloġija u l-ħamrija) jixhdu li l-ambjent fiżiku ta’ Urueña huwa speċifiku ferm. Flimkien mal-għażla tal-varjetajiet u mad-deċiżjonijiet dwar l-immaniġġjar li saru fuq il-proprjetà, ir-riżultat huwa li l-inbejjed prodotti huma distintivi u ta’ kwalità għolja. Dan huwa msaħħaħ mill-kunsiderazzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
L-uniċità tal-għelieqi li jikkostitwixxu ż-żona tad-DOP Urueña jagħtu effett tipiku għall-post. Il-ħamrija bil-livelli tal-fertilità medji sa baxxi, bil-kontenut medju sa baxx ta’ materja organika, bil-kontenut baxx ta’ nitroġenu u bil-kapaċità tajba għall-iskular twassal għal inbejjed li huma rikki fl-estratti u fl-antoċjanini. Il-kontenut baxx ta’ mikroelementi jitqies bħala fattur li jħalli impatt fuq il-kwalità. |
|
2. |
In-natura varjata tal-ħamrija fit-territorju, kif ġie spjegat fil-parti a) hawn fuq, hija fiha nnifisha karatteristika differenzjali, minħabba li din tagħmilha possibbli biex jiġi dderminat u ddefinit kif kull unità għandha tiġi mmaniġġjata, u b’hekk isir l-aħjar użu mill-post u jinkisbu nbejjed b’kumplessità akbar. |
|
3. |
Il-kundizzjonijiet tal-biedja u l-klima jippermettu ċiklu tal-maturazzjoni twil wara l-veraison, b’varjazzjoni sinifikanti bejn it-temperaturi ta’ filgħodu u ta’ billejl, li jwasslu għal aromi stabbli u kumplessi b’riżultat ta’ dan il-kontroll naturali fuq l-aċidità tal-għeneb. Il-parametri tal-aċidità, tal-alkoħol u tal-istruttura jiġu bbilanċjati sakemm ikunu perfetti. |
|
4. |
L-aċidità naturali tajba tal-għeneb twassal għal definizzjoni u stabbiltà tal-kulur ħafna aħjar, li jfisser li l-inbejjed li jirriżultaw huma adatti aħjar għall-ħżin fit-tul wara l-ibbottiljar. Id-definizzjoni tal-kulur qawwi hija r-riżultat tal-varjazzjonijiet sinifikanti fit-temperatura matul is-sajf. |
|
5. |
Il-varjetajiet tal-għeneb li jitkabbru fiż-żona tad-DOP Urueña jsibu l-espressjoni vera tagħhom hemmhekk: is-Syrah hija straordinarjament qawwija u żejtnija fil-palat bi ħlewwa residwa, il-Cabernet Sauvignon tipproduċi inbejjed qawwija u bbilanċjati, il-Merlot hija aromatika ħafna b’togħma delikata fil-ħalq u, fl-aħħar iżda mhux l-anqas, it-Tempranillo, li hija l-varjetà ewlenija li titkabbar fiż-żona, għandha noti sinifikanti ta’ frott u teqdiem tajjeb ħafna fil-bettija. |
|
6. |
Il-maċerazzjoni qabel il-fermentazzjoni f’temperaturi baxxi tippermetti aromi stabbli ta’ frott kif ukoll varjetali. It-taħlita titħawwad fuq bażi regolari waqt il-fermentazzjoni u dan jippermetti estrazzjoni eċċellenti tal-polifenol kif ukoll kromatika. |
Abbażi tal-punti stabbiliti hawn fuq, iż-żona ġeografika ddefinita għad-DOP Urueña, li hija inkluża fiż-żona ddefinita tal-IĠP Castilla y León, tippreżenta karatteristiċi sostanzjalment differenti minn din tal-aħħar. Din hija wkoll imdawra bi wħud mid-DOP ewlenin fir-reġjun ta’ Castile u Leon: Id-DOP Cigales lejn it-Tramuntana, id-DOP Ribera del Duero lejn il-Grigal, id-DOP Rueda u d-DOP Toro lejn in-Nofsinhar, u d-DOP Arribes lejn il-Lbiċ. Minn dawn, id-DOP Toro hija l-eqreb u l-aktar waħda simili. Madankollu, minkejja li l-inbejjed Urueña għandhom il-karatteristiċi tal-IĠP Castilla y León, dawn għandhom ukoll il-proprjetajiet distintivi tagħhom stess li ma jinsabux f’inbejjed oħrajn koperti bl-IĠP jew fl-inbejjed tad-DOP Toro. Dawn il-karatteristiċi partikolari jistgħu jinstabu biss fiż-żona demarkata (il-“pago” jew il-proprjetà tal-produzzjoni tal-inbid) u mhux fiż-żona tal-madwar fejn fil-fatt ma hemm l-ebda vinji minħabba li l-kundizzjonijiet huma differenti.
Barra minn hekk, il-mappa tal-varjetajiet tal-għeneb għad-DOP Urueña hija differenti b’mod konsiderevoli mill-kombinazzjonijiet tal-varjetajiet ewlenin li jitkabbru fl-eqreb vinji ġirien. Il-varjetà Verdejo bajda tiddomina d-DOP Rueda (tammonta għal aktar minn 98 % taż-żona bid-dwieli), filwaqt li t-Tempranillo (inkluż is-sinonimi varji tagħha) hija virtwalment l-unika għalla li tinsab fil-vinji tar-Ribera del Duero, tat-Toro u tas-Cigales, u l-mappa tal-varjetajiet għad-DOP Arribes hija totalment differenti, magħmula minn varjetajiet nattivi għal dik iż-żona. Is-Syrah, il-Cabernet Sauvignon u l-Merlot jammontaw għal 75 % taż-żona totali bid-dwieli fil-proprjetà tal-Urueña, u dan jagħti lill-inbejjed profil organolettiku distint ħafna.
Issa se nipprovdu paragun bejn id-DOP Urueña u l-IĠP Castilla y León u d-DOP Toro:
|
|
Varjetajiet tal-għeneb aħmar D.O. TORO: Tinta de Toro u Garnacha; IĠP Castilla y León: Varjetajiet awtorizzati fil-Komunità Awtonoma ta’ Castile u Leon DOP Urueña: Syrah, Merlot, Cabernet Sauvignon, Tinta del País (Tinta de Toro) |
|
|
Rendiment massimu (kg/ha) D.O. TORO: 6 000-9 000 IĠP Castilla y León: 16 000 DOP Urueña: 8 000 |
|
|
Effiċjenza tal-estrazzjoni D.O. TORO: 70 % IĠP Castilla y León: 75 % DOP Urueña: 70 % |
|
|
Qawwa alkoħolika minima (% tal-vol.) D.O. TORO: 12,5 IĠP Castilla y León: 11 DOP Urueña: 13 |
|
|
Qawwa alkoħolika medja (% tal-vol.) D.O. TORO: 15 IĠP Castilla y León: 13 DOP Urueña: 14 |
|
|
Aċidità medja totali espressa bħala aċidu tartariku (g/l) D.O. TORO: 4 IĠP Castilla y León: 4,5 DOP Urueña: 5 |
|
|
Karatteristiċi organolettiċi D.O. TORO: mimlija togħma u bbilanċjata sew IĠP Castilla y León: friska u fiha l-frott DOP Urueña: eleganti u bbilanċjata sew bi ħlewwa residwa |
Finalment, bħalissa hemm biss produttur wieħed (fabbrika tal-inbid waħda) fiż-żona demarkata għad-DOP Urueña, u huwa għalhekk li dak il-produttur qed iressaq din l-applikazzjoni. Bħalissa ma hemm l-ebda vitikultur jew produttur tal-inbid ieħor biex jissieħeb mal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, u għalissa ma hemm l-ebda possibbiltà li jiġi ffurmat grupp ta’ produtturi. Madankollu, vitikulturi u fabbriki tal-inbid ġodda jistgħu jistabbilixxu ruħhom fl-irqajja’ li mhumiex proprjetà tal-applikant (jekk jogħġbok innota li dawn l-irqajja’ jammontaw għal 45,96 ettaru li jappartjenu għal sidien differenti) u dawn ikunu f’pożizzjoni li jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-prodotti tal-inbid koperti bid-DOP Urueña.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ kundizzjoni oħra:
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:
|
1. |
It-terminu tradizzjonali “Vino de pago” jista’ jintuża biex jiġu ttikkettati l-inbejjed minflok “Denominación de Origen Protegida” [Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta]. |
|
2. |
Il-vendemmja trid tiġi ddikjarata fuq it-tikketti tal-inbid tad-DOP Urueña, anke jekk l-inbejjed ma jkunux ġew imqaddma. |
|
3. |
Dment li dawn jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni rilevanti, l-inbejjed tad-DOP Urueña jistgħu jiġu ttikkettati “envejecido en roble” [imqaddma fil-ballut] jew ‘roble’ [ballut]. Referenza għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott www.itacyl.es/documents/20143/342640/Ppta+PCC+DOP+PAGO+URUE%C3%91A+Rev+0.docx/dd22fc9e-8f00-30df-252e-ded5a340131f |
Rettifika
|
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/29 |
Rettifika għall-Komunikazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 132 tal-15 April 2021 )
(2021/C 139/11)
Fil-paġna 4, fit-tabella:
minflok:
|
“Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku |
Mill-1 ta’ Ottubru/Mill-1 ta’ Novembru 2021” |
aqra:
|
“Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku |
Mill-1 ta’ Ottubru 2021” |
|
20.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 139/30 |
Rettifika għall-Komunikazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Stedina għall-offerti fir-rigward ta’ tħaddim ta’ servizzi bl-ajru skedati f’konformità mal-obbligi ta’ servizz pubbliku
( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 132 tal-15 April 2021 )
(2021/C 139/12)
Fil-paġna 5, fit-tabella:
minflok:
|
“Il-perjodu tal-validità tal-kuntratt |
Florø–Oslo u Ørsta-Volda–Oslo: mill-1 ta’ Ottubru / Novembru 2021 sal-31 ta’ Marzu 2024 Stokmarknes–Bodø u Stokmarknes–Tromsø: mill-1 ta’ Ottubru / Novembru 2021 sal-31 ta’ Marzu 2022 |
|
Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti |
il-15 ta’ Ġunju 2021 (data tentattiva)” |
aqra:
|
“l-perjodu tal-validità tal-kuntratt |
Florø–Oslo u Ørsta-Volda–Oslo: mill-1 ta’ Ottubru 2021 sal-31 ta’ Marzu 2024 Stokmarknes–Bodø u Stokmarknes–Tromsø: mill-1 ta’ Ottubru 2021 sal-31 ta’ Marzu 2022 |
|
Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti |
il-15 ta’ Ġunju 2021” |