ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 132

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
15 ta' April 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 132/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10159 — Infosys/Daimler (Certain Assets and Personnel)) ( 1 )

1

2021/C 132/02

Komunikazzjoni dwar il-pubblikazzjoni tal-ammonti tal-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat kif imsemmi fl-Artikolu 149(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 132/03

Rata tal-kambju tal-euro — L-14 ta' April 2021

3

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

2021/C 132/04

Komunikazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati

4

2021/C 132/05

Komunikazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Stedina għall-offerti fir-rigward ta’ tħaddim ta’ servizzi bl-ajru skedati f’konformità mal-obbligi ta’ servizz pubbliku

5


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 132/06

Sejħa għall-proposti 2021 — EAC/A02/2021 — Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

6

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 132/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10162 - AmerisourceBergen/parts of Walgreens Boots Alliance’s Pharmaceutical Business) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

8

2021/C 132/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10227 — KPS Capital Partners/Hydro Rolling) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 132/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

12


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10159 — Infosys/Daimler (Certain Assets and Personnel))

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 132/01)

Fit 8 ta’ April 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10159. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/2


Komunikazzjoni dwar il-pubblikazzjoni tal-ammonti tal-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat kif imsemmi fl-Artikolu 149(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

(2021/C 132/02)

Data annwali (1000 t)

Ammonti tal-produzzjoni tal-ħalib mhux ipproċessat ((**)) kif imsemmi fl-Artikolu 149(5) tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013

2019

Tal-baqra

Tan-nagħġa

Tal-mogħża

Tal-bufla

BE

4 351,00

0,00

44,00

0,00

BG

822,30

67,00

37,00

13,20

CZ

3 155,79

0,4  ((***))

2,7  ((***))

0,00

DK

5 615,00

0,00

0,00

0,00

DE

33 080,18

6,50

15,89

0,00

EE

820,80

0,00

0,70

0,00

IE

8 244,87

0,00

0,00

0,00

EL

659,38

944,30

355,76

0,00

ES

7 460,36

563,53

535,79

0,00

FR

24 930,81

321,44

656,74

0,00

HR

599,00

7,00

9,00

0,00

IT

12 494,40

493,91

62,34

249,45

CY

238,76

36,56

35,03

0,00

LV

978,90

0,00

2,50

0,00

LT

1 547,43

0,00

3,71

0,00

LU

421,26

0,06

2,91

0,00

HU

1 962,78

1,58

3,01

0,00

MT

41,27

1,91

0,93

0,00

NL

14 555,00

0,00

386,00

2,80

AT

3 781,34

12,19

26,52

0,00

PL

14 502,76

0,57

8,16

0,00

PT

1 972,87

72,66

26,63

0,00

RO

3 663,20

425,50

236,40

14,50

SI

623,02

0,57

2,05

0,00

SK

904,26

11,10

0,35

0,00

FI

2 374,36

0,00

0,00

0,00

SE

2 704,39

0,00

0,00

0,00

EU-27

152 505,49

2 966,78

2 454,12

279,95


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

((*))  0,00: żero jew anqas minn 5 t.

((**))  Il-Produzzjoni tal-Ħalib fl-irziezet għall-2019, Eurostat — NewCronos Products Obtained.

((***))  Kif irrappurtata mill-Istat Membru u/jew il-produzzjoni stmata/ikkalkulata.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-14 ta' April 2021

(2021/C 132/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1964

JPY

Yen Ġappuniż

130,33

DKK

Krona Daniża

7,4372

GBP

Lira Sterlina

0,86918

SEK

Krona Żvediża

10,1433

CHF

Frank Żvizzeru

1,1033

ISK

Krona Iżlandiża

151,70

NOK

Krona Norveġiża

10,0745

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

25,929

HUF

Forint Ungeriż

358,61

PLN

Zloty Pollakk

4,5537

RON

Leu Rumen

4,9240

TRY

Lira Turka

9,6792

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5561

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5026

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2915

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6821

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5998

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 333,87

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,2989

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8146

HRK

Kuna Kroata

7,5703

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 496,57

MYR

Ringgit Malażjan

4,9393

PHP

Peso Filippin

58,031

RUB

Rouble Russu

90,5504

THB

Baht Tajlandiż

37,519

BRL

Real Brażiljan

6,8189

MXN

Peso Messikan

24,0508

INR

Rupi Indjan

89,8330


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/4


Komunikazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

L-istabbiliment ta’ obbligi tas-servizz pubbliku fir-rigward ta’ servizzi tal-ajru skedati

(2021/C 132/04)

Stat Membru

In-Norveġja

Ir-rotot ikkonċernati

Florø–Oslo u lura

Ørsta-Volda–Oslo u lura

Stokmarknes–Bodø u lura

Stokmarknes–Tromsø u lura

Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

Mill-1 ta’ Ottubru/Mill-1 ta’ Novembru 2021

L-indirizz minn fejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni u / jew dokumentazzjoni rilevanti marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku modifikati

Ministry of Transport

PO Box 8010 Dep

0030 OSLO

NORWAY

Tel. +47 22248353

postmottak@sd.dep.no

https://www.regjeringen.no/en/find-document/id2000006/?documenttype=dokumenter/anbud


15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/5


Komunikazzjoni tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Stedina għall-offerti fir-rigward ta’ tħaddim ta’ servizzi bl-ajru skedati f’konformità mal-obbligi ta’ servizz pubbliku

(2021/C 132/05)

L-Istat Membru

In-Norveġja

Ir-rotot konċernati

Florø–Oslo u lura

Ørsta-Volda–Oslo u lura

Stokmarknes–Bodø u lura

Stokmarknes–Tromsø u lura

Il-perjodu tal-validità tal-kuntratt

Florø–Oslo u Ørsta-Volda–Oslo:

mill-1 ta’ Ottubru / Novembru 2021 sal-31 ta’ Marzu 2024

Stokmarknes–Bodø u Stokmarknes–Tromsø:

mill-1 ta’ Ottubru / Novembru 2021 sal-31 ta’ Marzu 2022

Skadenza għall-preżentazzjoni tal-offerti

il-15 ta’ Ġunju 2021 (data tentattiva)

L-indirizz fejn jista’ jinkiseb it-test tal-istedina għall-offerti u kull informazzjoni relevanti u / jew dokumentazzjoni relatati għall-offerta pubblika kif ukoll l-obbligi modifikati tas-servizz pubbliku

Ministry of Transport

PO Box 8010 Dep

0030 OSLO

NORWAY

Tel. +47 22248353

postmottak@sd.dep.no

https://www.regjeringen.no/en/find-document/id2000006/?documenttype=dokumenter/anbud


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/6


Sejħa għall-proposti 2021 — EAC/A02/2021

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

(2021/C 132/06)

1.   Introduzzjoni u objettivi

Din is-sejħa għall-proposti hija soġġetta għal:

l-adozzjoni mingħajr modifiki sinifikanti mill-awtorità leġiżlattiva tal-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas legali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 2018/1475 u r-Regolament (UE) Nru 375/2014.

l-opinjoni pożittiva mill-Kumitat stabbilit fl-att bażiku dwar il-programm ta’ ħidma annwali għall-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fl-2021.

l-adozzjoni mill-Kummissjoni tal-programm ta’ ħidma annwali tal-2021, wara riferiment mingħand il-kumitat tal-programm,

id-disponibbiltà tal-approprjazzjonijiet previsti fl-abozz tal-baġit għall-2021 wara l-adozzjoni tal-baġit għall-2021 mill-awtorità tal-baġit jew jekk il-baġit ma jiġix adottat kif previst fis-sistema tad-dodiċeżmi proviżorji, u

il-ħatra tal-Aġenzija Nazzjonali mill-Awtorità Nazzjonali u l-aċċettazzjoni mill-Kummissjoni, u l-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Kontribuzzjoni.

Għalhekk, din in-notifika ma torbotx legalment lill-Kummissjoni (l-awtorità kontraenti). F’każ li mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet ta’ hawn fuq ma tiġix issodisfata, l-awtorità kontraenti tirriżerva d-dritt li tabbanduna jew tikkanċella din is-sejħa u li tniedi oħrajn b’kontenut differenti u bi skadenzi xierqa għas-sottomissjoni.

2.   Azzjonijiet

Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:

Proġetti ta’ Volontarjat

Timijiet ta’ Volontarjat f’Oqsma ta’ Prijorità Għolja

Proġetti ta’ Solidarjetà

Tikketta tal-Kwalità għall-attivitajiet ta’ volontarjat ta’ solidarjetà

Tikketta tal-Kwalità għall-volontarjat ta’ għajnuna umanitarja

3.   Eliġibbiltà

Kwalunkwe korp pubbliku jew privat jista’ japplika għall-finanzjament mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Barra minn hekk, gruppi ta’ żgħażagħ irreġistrati fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, jistgħu japplikaw għall-finanzjament għall-Proġetti ta’ Solidarjetà.

Dawn il-pajjiżi li ġejjin jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà:

is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi u t-territorji extra Ewropej,

il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm:

il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE (1): l-Iżlanda u l-Liechtenstein,

il-pajjiżi kandidati tal-UE (2): ir-Repubblika tat-Turkija, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq

Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm.

Jekk jogħġbok għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni, ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2021.

4.   Baġit u durata tal-proġetti

Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti huwa stmat għal EUR 138 873 000.

Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikattivi u soġġetti għall-adozzjoni tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2021 u jistgħu jiġu mmodifikati soġġett għal emenda tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. L-applikanti potenzjali huma mistiedna jikkonsultaw regolarment il-programm ta’ ħidma annwali għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq: https://europa.eu/youth/solidarity/organisations/reference-documents-resources fir-rigward tal-baġit għal kull azzjoni koperta mis-sejħa.

Il-livell tal-għotjiet kif ukoll id-durata tal-proġetti jvarjaw skont il-fatturi bħalma huma t-tip ta’ proġett u l-għadd ta’ sħab involuti.

5.   Data ta’ skadenza għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sa 12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.

Proġetti ta’ Volontarjat

28 ta’ Mejju 2021

5 ta’ Ottubru 2021

Proġetti ta’ Solidarjetà

28 ta’ Mejju 2021

5 ta’ Ottubru 2021

L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sal-17.00, ħin ta’ Brussell.

Timijiet ta’ Volontarjat f’oqsma ta’ prijorità għolja

5 ta’ Ottubru 2021

L-applikazzjonijiet għat-Tikketta tal-Kwalità jistgħu jiġu ppreżentati fuq bażi kontinwa.

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2021 għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar it-tressiq tal-applikazzjonijiet.

6.   Informazzjoni fid-dettall

Il-kundizzjonijiet fid-dettall ta’ din is-sejħa għall-proposti, inkluż il-prijoritajiet, jistgħu jinstabu fil-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2021 fuq dan l-indirizz tal-internet: https://europa.eu/youth/solidarity/organisations/calls-for-proposals

Il-Gwida tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-2021 hija parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u għall-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.


(1)  Soġġett għad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għall-parteċipazzjoni fil-programm

(2)  Soġġett għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/8


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10162 - AmerisourceBergen/parts of Walgreens Boots Alliance’s Pharmaceutical Business)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 132/07)

1.   

Fis-7 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

AmerisourceBergen Corporation (“AmerisourceBergen”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

(i) negozji tal-farmaċewtika bl-ingrossa fl-Alġerija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, l-Eġittu, Franza, il-Litwanja, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Portugall, ir-Rumanija, Spanja, it-Turkija, l-Emirati Għarab Magħquda u r-Renju Unit u (ii) negozji tal-farmaċewtika bl-imnut fin-Netherlands, in-Norveġja, u l-Litwanja ta’ Walgreens Boots Alliance, Inc. (“il-Kumpanija fil-Mira”, in-Netherlands).

AmerisourceBergen takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Kumpanija fil-Mira kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

AmerisourceBergen: distribuzzjoni u servizzi farmaċewtiċi;

il-Kumpanija fil-Mira: bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut tal-farmaċewtiċi u loġistika

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10162 - AmerisourceBergen/parts of Walgreens Boots Alliance’s Pharmaceutical Business

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10227 — KPS Capital Partners/Hydro Rolling)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 132/08)

1.   

Fil-31 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

KPS Capital Partners, LP (“KPS”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Hydro Aluminium Rolled Products GmbH (il-Ġermanja), li tappartjeni għal Norsk Hydro ASA (in-Norveġja), u

Hydro Aluminium Rolled Products AS (in-Norveġja), li tappartjeni għal Norsk Hydro ASA.

KPS takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Hydro Aluminium Rolled Products GmbH u Hydro Aluminium Rolled Products AS, li flimkien jiffurmaw in-negozju tal-prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti ta’ Norsk Hydro ASA.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

KPS: fond ta’ investiment li jikkontrolla kumpaniji tal-manifattura u dawk industrijali f’sensiela ta’ industriji, inklużi materjali bażiċi, prodotti tad-ditta għall-konsumatur, prodotti għall-kura tas-saħħa u lussużi, partijiet tal-karozzi, tagħmir kapitali u manifattura ġenerali.

Hydro Aluminium Rolled Products GmbH: produzzjoni u l-provvista ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti

Hydro Aluminium Rolled Products AS: produzzjoni u l-provvista ta’ prodotti tal-aluminju rrumblati ċatti

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10227 — KPS Capital Partners/Hydro Rolling

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

15.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 132/12


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2021/C 132/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“SEL DE CAMARGUE”/“FLEUR DE SEL DE CAMARGUE”

Nru tal-UE: PGI-FR-02443 — 05.12.2018

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem

“Sel de Camargue”/“Fleur de Sel de Camargue”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 2.6. Melħ

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Is-“Sel de Camargue” u l-“Fleur de sel de Camargue” huma mluħa tal-baħar, li ġejjin mill-evaporazzjoni naturali tal-ilma baħar, u li jikkristallizzaw biss bix-xemx u r-riħ.

Is-“Sel de Camargue” u l-“Fleur de sel de Camargue” fihom aktar minn 97 % NaCl (fuq estratt niexef), huma bojod minħabba l-kontenut baxx ħafna li ma jinħallx.

Is-“Sel de Camargue” jista’ jiġi ppreżentat f’forom differenti:

“Fin” [Fin] b’90 % tal-kristalli b’daqs tal-partikoli ta’ 0,9 mm jew inqas, bi kwantitajiet li ma jinħallux ta’ 500 ppm jew inqas u kontenut ta’ ndewwa ta’ 0,05 % jew inqas;

“Gros” [Oħxon] b’90 % tal-kristalli li għandhom daqs tal-partikoli ta’ 0,9 mm jew aktar, bi kwantitajiet li ma jinħallux ta’ 500 ppm jew inqas u ndewwa ta’ 0,05 % jew inqas;

“Gros essoré” [Oħxon u mnixxef] b’90 % tal-kristalli li għandhom daqs tal-partikoli ta’ 0,4 mm jew aktar, bi kwantitajiet li ma jinħallux mhux aktar minn 500 ppm u ndewwa ta’ mhux aktar minn 2,8 %;

“Brut” [Mhux raffinat] b’90 % tal-kristalli b’daqs ta’ partikola ta’ 0,9 mm jew inqas, kwantitajiet li ma jinħallux ta’ 700 ppm jew inqas u kontenut ta’ ndewwa ta’ inqas minn 5 %;

ma huwa permess l-ebda trattament (għajr it-tnixxif).

Il-“Fleur de sel de Camargue” għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

granulometrija ta’ 5 mm jew inqas;

kontenut li ma jinħallx ta’ mhux aktar minn 600 ppm;

ebda materja barranija akbar minn 3 mm;

kontenut ta’ ndewwa ta’ inqas minn 4 %;

densità volumetrika tal-massa apparenti tal-melħ mingħajr kompattazzjoni ta’ mhux aktar minn 0,90;

ma huwa permess l-ebda trattament (għajr it-tnixxif).

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-operazzjonijiet li ġejjin jitwettqu fiż-żona ġeografika:

l-ippumpjar fil-baħar;

iċ-ċirkolazzjoni tal-ilma ppumpjat fis-salini;

il-forniment tad-dixxijiet kristallizzaturi;

il-ġbir;

il-ħżin primarju (f’forma ta’ piramidi jew f’boroż kbar).

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni tas-“Sel de Camargue”/tal-“Fleur de sel de Camargue” hija ddefinita skont kriterji pedoklimatiċi, klimatiċi u storiċi.

Din iż-żona ġeografika tinsab:

fi tliet muniċipalitajiet tad-département ta’ Gard: Aigues-Mortes, Le-Grau-du-Roi, u Saint-Laurent-d’Aigouze;

f’muniċipalità fid-département ta’ Bouches du Rhône: Les-Saintes-Maries-de-la-Mer.

Il-konfini taż-żona huma konfini fiżiċi jew naturali bħall-kanali u l-Baħar Mediterran.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta maż-żona ġeografika tas-“Sel de Camargue”/tal-“Fleur de sel de Camargue” hija bbażata fuq ir-reputazzjoni u l-kwalità speċifika tagħha.

Is-“Sel de Camargue” u l-“Fleur de sel de Camargue” ġejjin esklussivament miż-żona ġeografika li tinsab f’ Petite Camargue. Fuq iż-żona ġeografika kollha ta’ 18 000 ettaru, is-salini fejn jiġi prodott il-melħ ikopru 8 500 ettaru ta’ art selvaġġa, fejn il-ħaddiema tal-melħ jiċċirkolaw l-ilma baħar fis-salini.

Il-klima Mediterranja taż-żona ġeografika, grazzi għas-sjuf bi rjieħ qawwija tagħha mit-Tramuntana u mill-Majjistral, tiffavorixxi l-kristallizzazzjoni tal-melħ u l-metodi speċifiċi tal-ġbir (il-formazzjoni ta’ kejk ta’ melħ u l-ġbir annwali). Il-produzzjoni ssir billi l-ilma baħar jikkonċentra ruħu gradwalment permezz ta’ evaporazzjoni naturali bl-effett tax-xemx u tar-riħ, tul salini differenti sakemm il-melħ jiġi preċipitat fuq id-dixxijiet kristallizzaturi.

Il-karatteristiċi klimatiċi u pedoloġiċi huma deċiżivi għall-metodi tal-produzzjoni u tal-ġbir.

Fil-fatt, iż-żona ġeografika, li tinsab fil-klima Mediterranja, tgawdi minn xemx qawwija u temp sħun fis-sajf, li jinkoraġġixxu produzzjoni ta’ melħ abbundanti u aktar regolari milli fuq in-naħa tal-Atlantiku. Barra minn hekk, il-produzzjoni tas-“Sel de Camargue” issir fuq art ratba u ramlija, li tkopri naturalment id-dixxijiet kristallizzaturi. In-natura tal-ħamrija ramlija li fuqha jiċċirkola l-ilma baħar u t-tiġdid frekwenti ta’ dan l-ilma jagħmluha possibbli li tinkiseb salmura li fiha ftit li xejn kontenut li ma jinħallx, u dan jirriżulta fil-kulur abjad tal-melħ u tal-“Fleur de sel de Camargue”. Dan il-kulur abjad huwa karatteristika ta’ dawn il-prodotti.

F’din iż-żona, is-salina ta’ Aigues-Mortes suċċessivament imsejħa Salin de Peccais, “inġinier” Ruman responsabbli mill-organizzazzjoni tal-produzzjoni tal-Melħ u mbagħad Salin du Roi, il-produzzjoni tas-“Sel de Camargue” tmur lura għall-Medjuevu.

Il-kulur abjad ħafna tas-“Sel de Camargue” u tal-“Fleur de sel de Camargue” jiggarantixxi l-ispeċifiċità tagħhom. Is-“Sel de Camargue” kif ukoll il-“Fleur de sel de Camargue” huma magħrufa wkoll għar-rikkezza tagħhom f’termini ta’ NaCl (> 97%). Din ir-rata toriġina mill-veloċità tal-evaporazzjoni fid-dixxijiet kristallizzaturi u mir-rata baxxa tagħha ta’ kontenut li ma jinħallx marbuta mal-ambjent ġeografiku: fil-fatt, dawn il-karatteristiċi huma dovuti għas-sħana qawwija u n-natura ramlija tal-art fid-dixxijiet kristallizzanti.

Il-kristallizzazzjoni tal-melħ fi kristalli kbar (b’dijametru sa 1–2 cm) tippermetti l-formazzjoni ta’ saff tal-melħ bi ħxuna ta’ mill-inqas 4–5 cm. Dan is-saff ta’ melħ jista’ għalhekk jinġabar.

Il-produzzjoni għandha vantaġġ minħabba x-xemx u r-riħ. Is-sħana qawwija tas-sajf twassal għal evaporazzjoni u konċentrazzjoni intensa li tippermetti livell għoli ta’ produzzjoni. Il-metodi tal-ġbir huma kkundizzjonati wkoll mill-karatteristiċi tal-ambjent naturali. Id-dixxijiet kristalizzaturi ta’ Camargue huma kbar fid-daqs, u għalhekk l-azzjoni mir-riħ hija kruċjali għall-ġbir bla xkiel tas-“Sel de Camargue” u tal-“Fleur de sel de Camargue”. Għaldaqstant, il-produzzjoni tvarja skont is-snin u l-kundizzjonijiet klimatiċi.

Il-“Fleur de sel de Camargue” jinħoloq fis-sajf meta r-riħ jieqaf jonfoħ u miljuni ta’ kristalli tal-melħ jiffurmaw fuq wiċċ l-ilma. Id-differenza fit-temperatura bejn binhar u billejl toħloq kristallizzazzjoni fuq is-salmura.

Sussegwentement, ir-riħ Majjistral jgħaddi minn fuq l-uċuħ kbar tad-dixxijiet kristallizzaturi u jimbotta l-fleur de sel kristallizzat fil-wiċċ lejn ix-xifer fejn jakkumula u jaqa’ fis-salmura oriġinali tiegħu. Il-fleur de sel li tkun għadha fis-salmura inizjali saturata tagħha ma tinħallx u s-saff ta’ “contre sel”, melħ iebes ħafna u oħxon iżommha milli tiġi f’kuntatt mal-art ramlija, li jiggarantixxi l-purità tagħha.

Il-“Fleur de sel de Camargue” huwa fin ħafna, minħabba li r-rata mgħaġġla ta’ evaporazzjoni kkawżata mill-kundizzjonijiet tat-temp tinkoraġġixxi l-formazzjoni ta’ kristalli żgħar.

Is-“Sel de Camargue” u tal-“Fleur de sel de Camargue” huma magħrufa bil-kbir. Il-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi tagħhom huma speċifiċi.

Ir-reputazzjoni tas-“Sel de Camargue” tmur lura għas-seklu sbatax, bl-ambaxxatur ta’ Sardenja, li kien jikseb il-melħ mir-reġjun, u mill-1753, il-kantini tal-ġobon Roquefort li jużaw is-“Sel de Camargue” biex isir it-tmelliħ. Minn dak iż-żmien, ir-reputazzjoni qatt ma battiet. Mill-1995, is-“Sel de Camargue” u l-“Fleur de sel de Camargue” ngħataw preġju għall-valur tagħhom b’mod partikolari permezz tar-ristoranti.

Persuni famużi bħall-aħwa Pourcel, Roger Merlin jew Michel Kayser, li jiddefinixxu l-kċina lokali, ħarġu b’riċetti msejsa fuq prodotti reġjonali rikonoxxuti, bħas-“Sel de Camargue” u l-“Fleur de sel de Camargue” (sorsi: Cuisine en Duo, l-aħwa Pourcel, 1999; Saveurs salées de la Méditerranée, partikolarment l-edizzjonijiet Gallimard).

Mis-snin 1990 lil hawn, il-pubblikazzjonijiet gastronomiċi u l-gwidi turistiċi ppromwovew is-“Sel de Camargue” u l-“Fleur de sel de Camargue” fost il-pubbliku ġenerali, li ppermettew l-iżvilupp ta’ attivitajiet turistiċi f’Aigues-Mortes bħaż-żjara tas-salina (aktar minn 100 000 viżitatur fis-sena). Bħala eżempju, il-pubblikazzjonijiet fl-edizzjoni Gallimard tal-1999 ta’ Camargue, fleur de sel, jew ir-rivista “France Aéro”, li fl-2001 iddedikat artiklu sħiħ għall-produzzjoni tal-melħ ta’ Camargue, b’mod partikolari l-“Fleur de sel de Camargue”, jew inkella “la semaine de Nîmes” ta’ kull ġimgħa fl-2001, li tgħid li “en cuisine, la fleur de sel de Camargue fait merveille pour des réalisations en croûte de sel. Mais sa finesse permet de donner de la noblesse à un simple œuf au plat ou à un légume cru. […] Elle a la faculté de sublimer les mets qu’elle accompagne. [fil-kċina, il-fleur de sel ta’ Camargue hija addatta ferm għar-riċetti li jinvolvu tisjir taħt qoxra ta’ melħ. Iżda l-finezza tiegħu tagħmilha possibbli li tingħata nobbiltà lil sempliċi bajda moqlija jew lil ħaxixa nejja.[...] Huwa għandu l-fakultà li kulma jakkumpanja jagħmlu sublimi.] ”.

Il-pubblikazzjoni ta’ artikli tal-istampa reġjonali u nazzjonali (Midi-Libre, L’Alsace, La Marseillaise, La Gazette, La Provence, Le Figaro, Le Point, Les Echos) u x-xandir ta’ rapporti televiżivi (France Télévision, TF1, Arte, BFM) kontinwi tul is-snin 1990 jixhdu l-interess fis-“Sel de Camargue” u l-“Fleur de sel de Camargue”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://extranet.inao.gouv.fr/fichier/CDC-SelFdsCamargVNov2020.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.