ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2021/C 128/01 |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2021/C 128/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Monomeles Protodikeio Lasithiou – il-Ġreċja) – M.V. et vs Organismos Topikis Aftodioikisis (O.T.A.) “Dimos Agiou Nikolaou”
(Kawża C-760/18) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP - Klawżola 5 - Miżuri maħsuba sabiex jipprevjenu l-abbuż li jirriżulta mill-użu ta’ kuntratti jew ta’ relazzjonijiet suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-settur pubbliku - Kuntratti suċċessivi jew l-ewwel kuntratt ipprorogat - Miżura legali ekwivalenti - Interdizzjoni kostituzzjonali assoluta li kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat jiġu ttrasformati f’kuntratti għal Żmien mhux determinat - Obbligu ta’ interpretazzjoni konformi)
(2021/C 128/02)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Qorti tar-rinviju
Monomeles Protodikeio Lasithiou
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: M.V. et
Konvenut: Organismos Topikis Aftodioikisis (O.T.A.) “Dimos Agiou Nikolaou”
Dispożittiv
1) |
Il-Klawżola 1 u l-Klawżola 5(2) tal-Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien fiss, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE tat-28 ta’ Ġunju 1999 dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-espressjoni “kuntratti […] ta’ l-impjieg għal terminu fiss” li tinsab fiha tkopri wkoll il-proroga ipso jure tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat tal-ħaddiema tas-settur tat-tindif tal-kollettivitajiet territorjali, li seħħet skont dispożizzjonijiet nazzjonali espressi u minkejja l-fatt li l-forma bil-miktub, bħala prinċipju prevista għall-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol, ma ġietx osservata. |
2) |
Il-Klawżola 5(1) tal-Ftehim Qafas għandha tiġi interpretata fis-sens li, meta jkun fis-seħħ użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, l-obbligu, tal-qorti tar-rinviju, li twettaq, sa fejn ikun possibbli, interpretazzjoni u applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti kollha tad-dritt nazzjonali sabiex tissanzjona debitament dan l-abbuż u tħassar il-konsegwenzi tal-ksur tad-dritt tal-Unjoni jinkludi l-evalwazzjoni tal-punt dwar jekk id-dispożizzjonijiet ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali preċedenti, li tkun għadha fis-seħħ, li jippermettu l-konverżjoni ta’ suċċessjoni ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien mhux determinat, jistgħux, fejn ikun xieraq, japplikaw għall-finijiet ta’ din l-interpretazzjoni konformi, minkejja li dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ natura kostituzzjonali jipprojbixxu b’mod assolut tali konverżjoni fis-settur pubbliku. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Frar 2021 – RFA International LP vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-56/19 P) (1)
(Appell - Dumping - Importazzjoni ta’ ferrosiliċju li joriġina mir-Russja - Regolament (KE) Nru 1225/2009 - Artikolu 11(9) u (10) - Ċaħda tat-talbiet għal rimbors ta’ dazji antidumping imħallsa - Prezz tal-esportazzjoni mfassal - Evalwazzjoni tar-riperkussjoni tad-dazji antidumping fuq il-prezzijiet ta’ bejgħ mill-ġdid u l-prezzijiet ta’ bejgħ sussegwenti fl-Unjoni Ewropea - Obbligu li jiġi applikat l-istess metodu bħal dak fl-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tad-dazju antidumping - Bidla fiċ-ċirkustanzi - Tnaqqis tad-dazji antidumping imħallsa - Provi konklużivi)
(2021/C 128/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: RFA International LP (rappreżentanti: B. Evtimov, avukat, M. Krestiyanova u E. Borovikov, avukati, N. Tuominen, avukat u D. O’Keeffe, solicitor)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J.-F. Brakeland, A. Demeneix u P. Němečková, sussegwentement minn J.-F. Brakeland u P. Němečková, aġenti)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
RFA International LP hija kkundannata għall-ispejjeż. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-11 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State, Grondwettelijk Hof – Il-Belġju) – Katoen Natie Bulk Terminals NV, General Services Antwerp NV (C-407/19), Middlegate Europe NV (C-471/19) vs Belgische Staat C-407/19), Ministerraad (C-471/19),
(Kawża Magħquda C-407/19 u C-471/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 45 TFUE - Moviment liberu tal ħaddiema - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Eżerċizzju ta’ attivitajiet portwali - Ħaddiema portwali - Aċċess għall-professjoni u reklutaġġ - Modalitajiet ta’ rikonoxximent tal-ħaddiema portwali - Ħaddiema portwali li ma jagħmlux parti mill-grupp ta’ ħaddiema previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali - Limitazzjoni tat-tul tal-kuntratt tax-xogħol - Mobbiltà tal ħaddiema portwali bejn żoni portwali differenti - Ħaddiema li jwettqu xogħol loġistiku - Ċertifikat tas-sigurtà - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Sigurtà fiż-żoni portwali - Protezzjoni tal-ħaddiema - Proporzjonalità)
(2021/C 128/04)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State, Grondwettelijk Hof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Katoen Natie Bulk Terminals NV, General Services Antwerp NV (C-407/19), Middlegate Europe NV (C-471/19)
Konvenuti: Belgische Staat (C-407/19), Ministerraad (C-471/19)
Fil-preżenza ta’: Katoen Natie Bulk Terminals NV, General Services Antwerp NV, Koninklijk Verbond der Beheerders van Goederenstromen (KVBG) CVBA, MVH Logistics en Stuwadoring BV
Dispożittiv
1) |
Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lil persuni jew impriżi li jixtiequ jeżerċitaw attivitajiet portwali f’żona portwali, inklużi attivitajiet oħra minbarra t-tagħbija u l-ħatt ta’ vapuri fis-sens strett tal-kelma, li jirrikorru biss għal ħaddiema portwali rrikonoxxuti bħala tali skont il-kundizzjonijiet u l-modalitajiet stabbiliti b’applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni, sa fejn l-imsemmija kundizzjonijiet u modalitajiet, minn naħa, ikunu bbażati fuq kriterji oġġettivi, nondiskriminatorji, magħrufa minn qabel u li jippermettu lill-ħaddiema portwali ta’ Stati Membri oħra juru li huma jissodisfaw, fl-Istat ta’ oriġini tagħhom, rekwiżiti ekwivalenti għal dawk applikati għall-ħaddiema portwali nazzjonali u, min-naħa l-oħra, ma jistabbilixxux grupp limitat ta’ ħaddiema li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ tali rikonoxximent. |
2) |
L-Artikoli 45, 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha:
|
3) |
L-Artikoli 45, 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha, sakemm ma jkunx jista’ juri li huwa jissodisfa fi Stat Membru ieħor kundizzjonijiet ekwivalenti, ħaddiem għandu, sabiex jiġi rrikonoxxut bħala ħaddiem portwali:
|
4) |
L-Artikoli 45, 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li abbażi tagħha l-ħaddiema portwali, irrikonoxxuti bħala tali skont is-sistema legali li kienet applikabbli għalihom qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din il-leġiżlazzjoni, iżommu, skont din tal-aħħar, il-kwalità ta’ ħaddiema portwali rrikonoxxuti u huma inklużi fil-grupp ta’ ħaddiema portwali previst mill-imsemmija leġiżlazzjoni. |
5) |
L-Artikoli 45, 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li t-trasferiment ta’ ħaddiem portwali fil-grupp ta’ ħaddiema ta’ żona portwali minbarra dik li fiha huwa kiseb ir-rikonoxximent tiegħu jkun suġġett għal kundizzjonijiet u għal modalitajiet stabbiliti minn FKX, sakemm dawn tal-aħħar jirriżultaw neċessarji u proporzjonati fid-dawl tal-għan li tiġi żgurata s-sigurtà f’kull żona portwali, ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. |
6) |
L-Artikoli 45, 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-ħaddiema loġistiċi għandu jkollhom “ċertifikat ta’ sigurtà”, maħruġ fuq preżentazzjoni tal-karta ta’ identità tagħhom u l-kuntratt ta’ xogħol tagħhom u li l-modalitajiet ta’ ħruġ tiegħu u l-proċedura li għandha tiġi segwita għall-kisba tiegħu huma stabbiliti minn FKX, sakemm il-kundizzjonijiet neċessarji għall-ħruġ ta’ tali ċertifikat ikunu neċessarji u proporzjonati fid-dawl tal-għan li tiġi żgurata s-sigurtà fiż-żoni portwali u li l-proċedura prevista għall-kisba tiegħu ma timponix piżijiet amministrattivi mhux raġonevoli u sproporzjonati. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Court of Appeal – L-Irlanda) – proċeduri kriminali kontra K.M.
(Kawża C-77/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika komuni tas-sajd - Regolament (KE) Nru 1224/2009 - Sistema ta’ kontroll sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd - Użu abbord bastiment tas-sajd ta’ apparat li jippermetti l-klassifikazzjoni awtomatika bid-daqs ta’ ħut - Artikolu 89 - Miżuri intiżi sabiex tiġi żgurata l-osservanza tar-regoli - Artikolu 90 - Sanzjonijiet kriminali - Prinċipju ta’ proporzjonalità)
(2021/C 128/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Court of Appeal
Parti fil-proċedura kriminali prinċipali
K.M.
Fil-preżenza ta’: The Director of Public Prosecutions
Dispożittiv
L-Artikoli 89 u 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006, moqrija fid-dawl tal-prinċipju ta’ proporzjonalità stabbilit fl-Artikolu 49(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, bla ħsara għall-verifiki li hija l-qorti tar-rinviju li għandha twettaq, huma ma jipprekludux dispożizzjoni nazzjonali li, sabiex tissanzjona ksur tal-Artikolu 32 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta’ Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta’ żgħar ta’ organiżmi tal-baħar, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 227/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Marzu 2013, tipprevedi mhux biss l-impożizzjoni ta’ multa, iżda wkoll il-qbid obbligatorju tal-qabdiet u tat-tagħmir tas-sajd ipprojbit jew mhux konformi li jinsab abbord il-bastiment ikkonċernat.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/5 |
Appell ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2020 minn AL mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-10 ta’ Ġunju 2020 fil-Kawża T-83/19, AL vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-356/20 P)
(2021/C 128/06)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: AL (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Blot, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Permezz ta’ digriet tal-10 ta’ Diċembru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament infondat.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige ondernemingsrechtbank Brussel (il-Belġju) fis-26 ta’ Ottubru 2020 – Q, R, S vs United Airlines, Inc.
(Kawża C-561/20)
(2021/C 128/07)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Nederlandstalige ondernemingsrechtbank Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Q, R, S
Konvenut: United Airlines, Inc.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 3(1)(a) u 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja, għandhom jiġu interpretati fis-sens li passiġġier għandu dritt għal kumpens finanzjarju minn trasportatur tal-ajru mhux Komunitarju meta jkun laħaq id-destinazzjoni finali tiegħu b’dewmien ta’ iktar minn tliet sigħat minħabba dewmien tal-aħħar titjira, li l-punt ta’ tluq u l-punt ta’ wasla tagħha kienu t-tnejn jinsabu fit-territorju ta’ pajjiż terz mingħajr waqfa fit-territorju ta’ Stat Membru, f’sensiela ta’ titjiriet konnessi li jibdew minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, fejn it-titjiriet kollha li materjalment ġew operati minn dan it-trasportatur tal-ajru mhux Komunitarju u fejn it-titjiriet kollha kienu ġew irriżervati f’riżervazzjoni unika mill-passiġġier ma’ trasportatur tal-ajru Komunitarju li materjalment ma kien opera ebda waħda minn dawn it-titjiriet? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, kif interpretat fl-ewwel domanda, jikser id-dritt internazzjonali u, b’mod partikolari, il-prinċipju tas-sovranità esklużiva u kompleta ta’ Stat fit-territorju tiegħu u fl-ispazju tal-ajru tiegħu, sa fejn din l-interpretazzjoni tagħmel id-dritt tal-Unjoni applikabbli għal sitwazzjoni li sseħħ fit-territorju ta’ pajjiż terz? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ Novembru 2020 – F, A, G, H, I vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
(Kawża C-579/20)
(2021/C 128/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: F, A, G, H, I
Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 15(c) Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Klassifikazzjoni”) (1) huwa intiż sabiex joffri protezzjoni biss fis-sitwazzjoni eċċezzjonali fejn il-vjolenza indiskriminata fil-każ ta’ kunflitt armat intern jew internazzjonali tilħaq livell tant għoli li jkun hemm raġunijiet serji sabiex wieħed jemmen li persuna ċivili mibgħuta lura fil-pajjiż ikkonċernat jew, jekk ikun il-każ, fir-reġjun ikkonċernat tkun, minħabba s-sempliċi fatt tal-preżenza tagħha fit-territorju ta’ dawn, f’riskju reali li tiġi suġġetta għat-theddid li hemm riferiment għalih f’din id-dispożizzjoni? U din is-sitwazzjoni eċċezzjonali taqa’ taħt il-kliem “most extreme case of general violence” [“każijiet l-iktar estremi ta’ vjolenza ġenerali”] [traduzzjoni mhux uffiċjali].fis-sens tas-sentenza N.A. vs Ir-Renju Unit? (2) Jekk l-ewwel parti tal-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv: |
2) |
L-Artikolu 15(c) tad-Direttiva Klassifikazzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li livell ta’ vjolenza indiskriminata inqas għoli minn dak li jikkaratterizza s-sitwazzjoni eċċezzjonali msemmija hawn fuq, b’mod konġunt maċ-ċirkustanzi personali u individwali ta’ applikant, jista’ wkoll iwassal sabiex ikun hemm raġunijiet serji sabiex wieħed jemmen li applikant mibgħut lura fil-pajjiż ikkonċernat jew fir-reġjun ikkonċernat ikun f’riskju li jiġi suġġett għat-theddid li hemm riferiment għalih f’din id-dispożizzjoni? Fil-każ li t-tieni domanda tingħata risposta fl-affermattiv: |
3) |
F’dan il-kuntest, għandha tiġi applikata skala flessibbli b’differenzazzjoni bejn livelli possibbli ta’ vjolenza indiskriminata u l-livell ta’ ċirkustanzi individwali li jikkorrispondi għal dawn il-livelli? U liema huma ċ-ċirkustanzi personali u individwali li jistgħu jkollhom rwol fl-evalwazzjoni mill-awtorità responsabbli għad-determinazzjoni u mill-qorti nazzjonali? Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fl-affermattiv: |
4) |
Huwa ssodisfatt dak li huwa previst fl-Artikolu 15 tad-Direttiva Klassifikazzjoni meta, lil applikant li jkun jinsab f’sitwazzjoni li tinvolvi livell ta’ vjolenza indiskriminata ta’ livell inqas minn dak li hemm riferiment għalih fis-sitwazzjoni eċċezzjonali, u li jkun jista’ juri li huwa affettwat speċifikament (inter alia) għal raġunijiet marbuta maċ-ċirkustanzi personali tiegħu, jingħata esklużivament protezzjoni sussidjarja skont l-Artikolu 15(a) jew (b) tad-Direttiva Klassifikazzjoni? |
(2) Qorti EDB, 17 ta’ Lulju 2008, CE:ECHR:2008:07l7JUDO02590407.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ Novembru 2020 – E.K. vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
(Kawża C-624/20)
(2021/C 128/09)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: E.K.
Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
Domandi preliminari
1) |
Jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri li jistabbilixxu jekk id-dritt ta’ residenza skont l-Artikolu 20 TFUE huwiex minnu nnifsu ta’ natura temporanja jew mhux temporanja, jew din il-kwistjoni għandha tiġi ddefinita fil-livell tad-dritt tal-Unjoni? |
2) |
Jekk hija interpretazzjoni fil-livell tad-dritt tal-Unjoni li għandha tapplika, teżisti, fl-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE tal-25 ta’ Novembru 2003 dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (1), distinzjoni bejn id-drittijiet ta’ residenza anċillari differenti li ċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jistgħu jibbenefikaw minnhom skont id-dritt tal-Unjoni, fosthom id-dritt ta’ residenza anċillari mogħti lil membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni skont id-Direttiva 2004/38 u d-dritt ta’ residenza skont l-Artikolu 20 TFUE? |
3) |
Id-dritt ta’ residenza skont l-Artikolu 20 TFUE, li, min-natura tiegħu, huwa anċillari mal-eżistenza [ta’] relazzjoni ta’ dipendenza bejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz u ċ-ċittadin tal-Unjoni u huwa għalhekk limitat, huwa ta’ natura temporanja? |
4) |
Jekk id-dritt ta’ residenza skont l-Artikolu 20 TFUE huwa ta’ natura temporanja, l-Artikolu 3(2)(e) tad-Direttiva 2003/109 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi biss permessi ta’ residenza maħruġa taħt id-dritt nazzjonali milli jiksbu status ta’ residenza għal żmien twil skont id-Direttiva 2003/109? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/8 |
Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2020 minn Arkadiusz Kaminski mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-677/19 – Polfarmex vs EUIPO – Kaminski
(Kawża C-626/20 P)
(2021/C 128/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Arkadiusz Kaminski (rappreżentanti: E. Pijewska, M. Mazurek, W. Trybowski, radcowie prawni)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Polfarmex S.A
Permezz ta’ digriet tat-28 ta’ Jannar 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammess u li Arkadiusz Kaminski għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/8 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Diċembru 2020 – Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra X; parti oħra fil-proċedura: Openbaar Ministerie
(Kawża C-665/20)
(2021/C 128/11)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra: X
Parti oħra fil-proċedura: Openbaar Ministerie
Domandi preliminari
1) |
Il-punt 5 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta Stat Membru jagħżel li jittrasponi din id-dispożizzjoni fid-dritt nazzjonali tiegħu, l-awtorità ġudizzjarja ta’ eżekuzzjoni għandha tgawdi minn marġni ta’ diskrezzjoni sabiex tevalwa jekk l-eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew għandhiex tiġi rrifjutata? |
2) |
Il-kunċett ta’ “l-istess atti”, li jinsab fil-punt 5 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI u l-istess kunċett li jinsab fil-punt 2 tal-Artikolu 3 ta’ din id-Deċiżjoni Qafas għandhom jiġu interpretati bl-istess mod, u, jekk dan ma huwiex il-każ, kif għandu jiġi interpretat dan il-kunċett fl-ewwel dispożizzjoni ċċitata? |
3) |
Il-kundizzjoni tal-punt 5 tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI li teżiġi li l-kundanna “ġiet skontata […] jew ma tistax tiġi esegwita iżjed taħt il-liġi tal-pajjiż li ta s-sentenza” għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tirreferi wkoll għas-sitwazzjoni fejn il-persuna rikjesta tkun ġiet ikkundannata definittivament għall-istess fatti għal piena ta’ priġunerija li hija tkun skontat parti minnha fil-pajjiż li fih ingħatat il-kundanna u li bbenefikat għall-bqija tal-kundanna minn maħfra tal-piena, mogħtija minn awtorità mhux ġudizzjarja ta’ dan il-pajjiż, bħala parti minn miżura ta’ klemenza ġenerali li hija applikabbli wkoll għal persuni kkundannati għal fatti gravi, bħal fil-każ tal-persuna rikjesta, u li ma hijiex ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet razzjonali ta’ politika kriminali? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34, rettifika fil-ĠU 2009, L 17, p. 45.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/9 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fl-10 ta’ Diċembru 2020 – Airbnb Ireland UC vs Région de Bruxelles-Capitale
(Kawża C-674/20)
(2021/C 128/12)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour constitutionnelle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Airbnb Ireland UC
Konvenut: Région de Bruxelles-Capitale
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 1(5)(a) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lill-fornituri ta’ servizz ta’ intermedjazzjoni li għandu bħala għan, permezz ta’ pjattaforma elettronika, li jqiegħed f’kuntatt, bi ħlas, kerrejja potenzjali ma’ sidien il-kera professjonali jew mhux professjonali li joffru servizzi ta’ akkomodazzjoni għal żmien qasir, jikkomunikaw, fuq talba bil-miktub tal-amministrazzjoni fiskali u taħt piena ta’ multa amministrattiva, “id-data tal-operatur u d-dettalji tal-istabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika, kif ukoll in-numru ta’ ljieli u ta’ unitajiet ta’ akkomodazzjoni operati matul is-sena li tkun għaddiet” bl-għan li jiġu identifikati l-persuni responsabbli għall-ħlas tat-taxxa reġjonali fuq l-istabbilimenti ta’ akkomodazzjoni turistika u d-dħul taxxabbli tagħhom, taqa’ taħt il-“qasam tat-tassazzjoni” u għandha, b’konsegwenza, titqies bħala li hija eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva? |
2) |
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 1 sa 3 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li din id-direttiva tapplika għal leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li hija deskritta fl-ewwel domanda preliminari? Jekk ikun il-każ, l-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat bħala li japplika għal tali leġiżlazzjoni? |
3) |
L-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2003/31 għandu jiġi interpretat bħala li japplika għal leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik li hija deskritta fl-ewwel domanda preliminari u bħala li jawtorizza tali leġiżlazzjoni? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju) fil-21 ta’ Diċembru 2020 – Orde van Vlaamse Balies, IG, Belgian Association of Tax Lawyers, CD, JU vs Vlaamse Regering
(Kawża C-694/20)
(2021/C 128/13)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Grondwettelijk Hof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Orde van Vlaamse Balies, IG, Belgian Association of Tax Lawyers, CD, JU
Konvenut: Vlaamse Regering
Domanda preliminari
Il-punt 2 tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta’ informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta’ arranġamenti transkonfinali rapportabbli (1) jikser id-dritt għal smigħ xieraq iggarantit mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata ggarantit mill-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, sa fejn l-Artikolu 8ab(5) il-ġdid li huwa daħħal fid-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-direttiva 77/799/KEE (2), jipprevedi li, jekk Stat Membru jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jagħti lill-intermedjarji d-dritt li jiġu eżentati mill-obbligu li jipprovdu informazzjoni dwar arranġament transkonfinali li għandu jkun is-suġġett ta’ dikjarazzjoni meta l-obbligu ta’ dikjarazzjoni jikser is-sigriet professjonali applikabbli skont id-dritt nazzjonali tal-imsemmi Stat Membru, dan l-Istat Membru għandu jobbliga lill-imsemmija intermedjarji li jinnotifikaw mingħajr dewmien lil kull intermedjarju ieħor jew, fejn ma jkunx hemm tali intermedjarju, lill-persuna taxxabbli rilevanti, bl-obbligi ta’ dikjarazzjoni tiegħu, sa fejn dan l-obbligu għandu bħala effett li avukat li jaġixxi bħala intermedjarju jkun obbligat li jaqsam ma’ intermedjarju ieħor li ma jkunx il-klijent tiegħu l-informazzjoni li huwa jikseb fl-eżerċizzju tal-attivitajiet essenzjali tal-professjoni tiegħu, jiġifieri d-difiża jew ir-rappreżentanza legali tal-klijent u l-għoti ta’ pariri legali, anki fl-assenza ta’ kwalunkwe proċedura ġudizzjarja?
(1) ĠU 2018, L 139, p. 1, rettifika fil-ĠU 2020, L 279, p. 23.
(2) ĠU 2011, L 64, p. 1, rettifika fil-ĠU 2020, L 274, p. 58.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ Diċembru 2020 – Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid vs C, B
(Kawża C-704/20)
(2021/C 128/14)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
Konvenuti: C, B
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod iktar partikolari l-Artikolu 15(2) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (iktar ’il quddiem, id-“Direttiva Ritorn”) (1) u l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Akkoljenza”) (2), moqrija flimkien mal-Artikolu 6 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2007, C 303, p. 1), jobbligaw lill-qorti tipproċedi bi stħarriġ ex officio fis-sens li hija marbuta tevalwa fuq inizjattiva tagħha stess (ex officio) jekk il-kundizzjonijiet kollha tad-detenzjoni ġewx issodisfatti, b’mod partikolari l-kundizzjonijiet li l-ksur tagħhom ma ġiex invokat miċ-ċittadin barrani, minkejja li huwa kellu effettivament il-possibbiltà li jagħmel dan?
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Diċembru 2020 – GJ vs Ryanair DAC
(Kawża C-712/20)
(2021/C 128/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Köln
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: GJ
Konvenut: Ryanair DAC
Domanda preliminari
Strajk mill-impjegati tal-kumpannija tal-ajru stess ikkawżat minn sejħa mis-sindakat huwa ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ Diċembru 2020 – Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank, Y vs X, Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank
(Kawża C-713/20)
(2021/C 128/16)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank, Y
Konvenuti: X, Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 11(3)(a) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ħaddiem li jirrisjedi fi Stat Membru u jaħdem fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor abbażi ta’ kuntratt ta’ xogħol temporanju li jipprevedi li r-relazzjoni ta’ xogħol tintemm mat-tmiem tal-missjoni u hija sussegwentement stabbilita mill-ġdid, jibqa’ suġġett, fil-perijodi bejn wieħed u l-ieħor, għal-leġiżlazzjoni ta’ dan l-aħħar Stat Membru, sakemm ma jkunx waqaf temporanjament minn dan ix-xogħol? |
2) |
Liema huma l-fatturi rilevanti sabiex jiġi evalwat, f’tali każijiet, jekk kienx hemm jew le waqfien temporanju mill-attività tiegħu? |
3) |
Wara liema perijodu ta’ żmien ħaddiem li ma għadx għandu relazzjoni kuntrattwali ta’ xogħol għandu, ħlief meta jeżistu indikazzjonijiet kuntrarji konkreti, jitqies li jkun waqqaf temporanjament l-attività tiegħu fl-Istat ta’ impjieg? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/12 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Diċembru 2020 – Proċedura ta’ insolvenza fir-rigward tal-assi ta’ Galapagos S.A., u l-partijiet interessati huma DE bħala amministratur tal-insolvenza, Galapagos BidCo. S.a.r.l., Hauck Aufhäuser Fund Services S.A. u Prime Capital S.A.
(Kawża C-723/20)
(2021/C 128/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Debitur: Galapagos S.A.
Partijiet oħra fil-proċedura: DE, amministratur tal-insolvenza ta’ Galapagos S.A., Galapagos BidCo. S.a.r.l., Hauck Aufhäuser Fund Services S.A., Prime Capital S.A.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2015/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar proċedimenti ta’ insolvenza (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija debitriċi li l-uffiċċju rreġistrat tagħha jkun jinsab fi Stat Membru ma jkollhiex iċ-ċentru tal-interessi prinċipali tagħha f’tieni Stat Membru li fih jinsab il-post tal-amministrazzjoni ċentrali tagħha, kif dan il-post jista’ jiġi ddeterminat abbażi ta’ elementi oġġettivi u verifikabbli minn terzi, meta, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-proċedura fil-kawża prinċipali, din il-kumpannija tkun ittrasferixxiet dan il-post ta’ amministrazzjoni ċentrali minn tielet Stat Membru lejn dan it-tieni Stat Membru, fi żmien li fih talba għal ftuħ tal-proċedura ta’ insolvenza prinċipali fir-rigward tal-assi tal-imsemmija kumpannija tkun tressqet f’dan it-tielet Stat Membru u tkun għadha ma ngħatatx deċiżjoni dwar din it-talba? |
2) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: l-Artikolu 3(1) tar-Reglament 2015/848 għandu jiġi interpretat fis-sens li:
|
(1) ĠU 2015, L 141 p. 19, rettifika fil-ĠU 2016, L 349, p. 9.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Miercurea Ciuc (ir-Rumanija) fl-4 ta’ Jannar 2021 – Pricoforest SRL vs Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier (ISCTR)
(Kawża C-13/21)
(2021/C 128/18)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Judecătoria Miercurea Ciuc
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Pricoforest SRL
Konvenut: Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier (ISCTR)
Domandi preliminari
1) |
Il-kunċett ta’ “raġġ ta’ 100 km” li jirriżulta mill-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li linja dritta mfassla fuq il-mappa bejn is-sede tal-impriża u d-destinazzjoni għandha tkun inqas minn 100 km jew fis-sens li d-distanza effettiva vvjaġġata mill-vettura għandha tkun inqas minn 100 km? |
2) |
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-twettiq ta’ operazzjonijiet ta’ trasport fil-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni, li wħud minnhom isiru f’raġġ ta’ 100 km mis-sede tal-impriża, filwaqt li oħrajn jaqbżu dan ir-raġġ, f’perijodu ta’ żmien ta’ xahar, fil-kuntest tal-eżenzjoni tas-sitwazzjoni prevista fl-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 561/2006 mill-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament permezz ta’ dispożizzjoni nazzjonali, jimplika l-eżenzjoni tal-operazzjonijiet ta’ trasport inkwistjoni kollha mill-applikazzjoni tar-Regolament, jew biss ta’ dawk l-operazzjonijiet ta’ trasport imwettqa [mingħajr ma] jaqbżu r-raġġ ta’ 100 km, jew inkella ta’ ebda waħda minn dawn l-operazzjonijiet ta’ trasport? |
(1) ĠU 2006, L 102, p. 1, rettifika fil-ĠU 2016, L 195, p. 83.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/13 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-12 ta’ Jannar 2021 – Uniqa Versicherungen AG vs VU
(Kawża C-18/21)
(2021/C 128/19)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Uniqa Versicherungen AG
Konvenut: VU
Domanda preliminari
L-Artikoli 20 u 26 tar-Regolament (KE) Nru 1896/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 li joħloq proċedura għal ordni ta’ ħlas Ewropea (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu interruzzjoni tat-terminu ta’ 30 jum għall-preżentazzjoni ta’ oppożizzjoni għal talba għal ordni ta’ ħlas Ewropea stabbilita fl-Artikolu 16(2) ta’ dan ir-regolament, bħal dik prevista fl-Artikolu 1(1) tal-Bundesgesetz betreffend Begleitmaßnahmen zu COVID-19 in der Justiz (il-Liġi Federali Awstrijaka dwar Miżuri ta’ Akkumpanjament tal-COVID-19 fil-Qasam Ġudizzjarju), li jipprovdi li t-termini proċedurali kollha fi proċeduri ċivili, li jkunu ġew skattati minn avveniment li seħħ wara l-21 ta’ Marzu 2020 jew li jkunu għadhom ma skadewx f’din id-data, għandhom jiġu interrotti sat-30 ta’ April 2020 u jibdew jiddekorru mill-ġdid fl-1 ta’ Mejju 2020?
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/14 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Jannar 2021 – I, S vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
(Kawża C-19/21)
(2021/C 128/20)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag zittingsplaats Haarlem
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: I, S
Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Dublin”) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jeżiġi li l-Istat Membru mitlub, flimkien jew le mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), jagħti lill-applikant li jirrisjedi fl-Istat Membru rikjedenti u li jixtieq jiġi ttrasferit skont l-Artikolu 8 (jew skont l-Artikolu 9 jew 10) tar-Regolament Dublin, jew inkella lill-membru tal-familja tal-applikant li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 8, 9 jew 10 tar-Regolament Dublin, rimedju ġudizzjarju effettiv quddiem qorti kontra ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal teħid ta’ inkarigu? |
2) |
Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv u l-Artikolu 27 tar-Regolament Dublin ma jistax iservi bħala bażi għal rimedju effettiv, l-Artikolu 47 tal-Karta, moqri flimkien mad-dritt fundamentali għall-unità tal-familja u għall-interess tal-wild (kif stabbiliti fl-Artikoli 8 sa 10 u fil-premessa 19 tar-Regolament Dublin), għandu jiġi interpretat fis-sens li jeżiġi li l-Istat Membru mitlub jagħti lill-applikant li jirrisjedi fl-Istat Membru rikjedenti u li jixtieq jiġi ttrasferit skont l-Artikoli 8 sa 10 tar-Regolament Dublin, jew inkella lill-membru tal-familja tal-applikant li hemm riferiment għalih fl-Artikoli 8 sa 10 tar-Regolament Dublin, rimedju ġudizzjarju effettiv quddiem qorti kontra ċ-ċaħda tal-applikazzjoni għal teħid ta’ inkarigu? |
3) |
Jekk l-ewwel domanda jew it-tieni domanda (it-tieni parti) jingħataw risposta fl-affermattiv, b’liema mod u minn liema Stat Membru d-deċiżjoni ta’ rifjut tal-Istat mitlub u d-dritt li jiġi ppreżentat rikors kontra din għandhom jiġu mgħarrfa lill-applikant jew lill-membru tal-familja tal-applikant? |
(1) ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gericht Erster Instanz Eupen (il-Belġju) fl-14 ta’ Jannar 2021 – IO vs Wallonische Region
(Kawża C-23/21)
(2021/C 128/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Gericht Erster Instanz Eupen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: IO
Konvenut: Wallonische Region
Domandi preliminari
1) |
Leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik applikata mill-Wallonische Region (ir-Reġjun ta’ Wallonie), li bis-saħħa tagħha l-użu, mingħajr obbligu ġdid ta’ reġistrazzjoni, ta’ vettura ta’ kumpannija barranija mqiegħda għad-dispożizzjoni ta’ direttur (jew professjonist) li jirrisjedi fil-Belġju minn impriża (bi jew mingħajr personalità ġuridika) stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li ma huwiex il-Belġju, suġġetta għall-kundizzjoni li dan id-direttur (jew professjonist) iżomm fil-vettura attestazzjoni mill-kumpannija (bi jew mingħajr personalità ġuridika) jew il-prova ta’ ordni (jiġifieri attestazzjoni fis-sens tal-punt 2 tal-Artikolu 3(2) tal-Königlichen Erlasses vom 20. Juli 2001 (id-Digriet Irjali tal-20 ta’ Lulju 2001), tmur kontra r-regoli rilevanti tad-dritt Ewropew u b’mod partikolari, kontra l-Artikoli 49 (libertà ta’ stabbiliment) u 56 (libertà li jiġu pprovduti servizzi) TFUE? |
2) |
Ir-rekwiżit għall-użu ta’ vettura ta’ kumpannija rreġistrata barra mill-pajjiż li tkun disponibbli għal azzjonist u għal direttur li jgħix fil-Belġju, li dan tal-aħħar irid jirċievi salarju jew dħul mill-kumpannija, huwa kompatibbli mar-regoli rilevanti tad-dritt Ewropew u b’mod partikolari mal-Artikoli 49 (libertà ta’ stabbiliment) u 56 (libertà li jiġu pprovduti servizzi) TFUE? |
3) |
Leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik deskritta iktar ’il fuq u implimentata mir-Reġjun ta’ Wallonie hija ġġustifikata minn rekwiżiti marbuta mas-sigurtà pubblika jew ma’ miżuri oħra ta’ protezzjoni u, sabiex jintlaħaq l-għan imfittex, huwa meħtieġ li din il-leġiżlazzjoni nazzjonali tiġi osservata billi tiġi interpretata fis-sens li teżiġi ż-żamma obbligatorja fil-vettura ta’ prova ta’ ordni kif ukoll ta’ attestazzjoni tal-provvista tal-vettura, jew l-għan seta’ wkoll jintlaħaq b’mod ieħor permezz ta’ mezzi inqas stretti u inqas formalistiċi? |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Jannar 2021 – Sense Visuele Communicatie en Handel vof (li taġixxi wkoll taħt l-isem “De Scharrelderij”) vs Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
(Kawża C-36/21)
(2021/C 128/22)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sense Visuele Communicatie en Handel vof (li taġixxi wkoll taħt l-isem “De Scharrelderij”)
Konvenut: Minister van Landbouw, Natuur en Voedselkwaliteit
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi evalwazzjoni abbażi tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi taħt id-dritt nazzjonali jekk awtorità amministrattiva nazzjonali ħolqot aspettattivi kuntrarji għal dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni u aġixxiet, b’dan il-mod, illegalment, skont id-dritt nazzjonali, billi naqset milli tikkumpensa lill-persuna leża għad-dannu li hija sofriet minħabba f’hekk, meta l-parti leża ma tistax tinvoka b’mod effettiv il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi taħt id-dritt tal-Unjoni għaliex id-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni hija ċara?
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/16 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Ravensburg (il-Ġermanja) fit-22 ta’ Jannar 2021 – VK vs BMW Bank GmbH
(Kawża C-38/21)
(2021/C 128/23)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Ravensburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: VK
Konvenut: BMW Bank GmbH
Domandi preliminari
1) |
Dwar il-preżunzjoni tal-legalità, skont it-tielet sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 247(6) u tat-tielet sentenza tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 247(12) tal-Einführungsgesetz zum Bürgerlichen Gesetzbuche (l-Att Introduttorju għall-Kodiċi Ċivili, iktar ’il quddiem l-“EGBGB”):
|
2) |
Dwar l-indikazzjonijiet obbligatorji konformement mal-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48:
|
3. |
Dwar id-dekadenza tad-dritt tal-irtirar previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48:
|
4. |
Rigward il-preżunzjoni tan-natura abbużiva ta’ eżerċizzju tad-dritt għall-irtirar tal-konsumatur previst fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48:
|
(1) ĠU 2008, L 133, p. 66, rettifiki fil-ĠU 2009, L 207, p. 14, fil-ĠU 2010, L 199, p. 40, u fil-ĠU 2011, L 234, p. 46.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-rechtbank Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Jannar 2021 – X vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
(Kawża C-39/21)
(2021/C 128/24)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Den Haag, sedenti f’Hertogenbosch
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: X
Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid
Domandi preliminari
1) |
Fid-dawl tal-Artikolu 47, moqri flimkien mal-Artikoli 6 u 53 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) kif ukoll fil-kuntest tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (iktar ’il quddiem, id-“Direttiva Ritorn”) (1), tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (iktar ’il quddiem id-“Direttiva Akkoljenza”) (2) u tal-Artikolu 28(4) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Dublin III”) (3), l-Istati Membri jistgħu jorganizzaw il-proċedura ġudizzjarja li tippermetti l-kontestazzjoni tad-detenzjoni ordnata mill-awtoritajiet b’tali mod li l-qorti tkun ipprojbita milli teżamina u tevalwa ex officio l-aspetti kollha tal-legalità tad-detenzjoni u, jekk hija tikkonstata ex officio li d-detenzjoni hija illegali, milli ttemm immedjatament din id-detenzjoni illegali u tordna l-ħelsien immedjat taċ-ċittadin barrani? Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tqis li tali leġiżlazzjoni nazzjonali hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, dan ifisser ukoll li, jekk iċ-ċittadin barrani jitlob lill-qorti l-ħelsien tiegħu, din il-qorti għandha dejjem teżamina u tevalwa ex officio, b’mod attiv u fid-dettall, il-fatti u l-elementi rilevanti kollha tal-legalità tad-detenzjoni? |
2) |
Fid-dawl tal-Artikolu 24(2) tal-Karta, moqri flimkien mal-punt 9 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva Ritorn, l-Artikolu 21 tad-Direttiva Akkoljenza u tal-Artikolu 6 tar-Regolament Dublin III, ir-risposta għall-ewwel domanda hija differenti jekk iċ-ċittadin barrani mqiegħed f’detenzjoni mill-awtoritajiet ikun minuri? |
3) |
Id-dritt għal rimedju effettiv, iggarantit mill-Artikolu 47, moqri flimkien mal-Artikoli 6 u 53 tal-Karta u fil-kuntest tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva Ritorn, tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva Akkoljenza u tal-Artikolu 28(4) tar-Regolament Dublin III, jimplika li l-qorti, fuq kull livell ta’ ġurisdizzjoni, meta ċittadin barrani jitlobha t-tmiem tad-detenzjoni u l-ħelsien tiegħu, għandha takkumpanja kull deċiżjoni dwar din it-talba b’motivazzjoni sostantiva suffiċjenti jekk ir-rimedju, barra minn hekk, huwa organizzat bl-istess mod bħal fil-Pajjiżi l-Baxxi? Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tqis inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni prattika ġudizzjarja nazzjonali li fiha l-qorti tat-tieni u għaldaqstant tal-ogħla istanza tista’ sempliċement tiddeċiedi mingħajr ebda motivazzjoni sostantiva, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-mod li bih dan ir-rimedju ġie organizzat fil-Pajjiżi l-Baxxi, dan ifisser li din is-setgħa tal-qorti li tiddeċiedi fit-tieni u għaldaqstant fl-ogħla istanza f’kawżi fil-qasam ta’ ażil u f’kawżi ordinarji tad-dritt dwar il-barranin għandha wkoll titqies bħala inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, fid-dawl tas-sitwazzjoni vulnerabbli taċ-ċittadin barrani, tal-interessi importanti inkwistjoni fil-proċeduri fil-qasam tad-dritt dwar il-barranin u tal-konstatazzjoni li, bil-kontra tal-proċeduri amministrattivi l-oħra kollha, fir-rigward ta’ protezzjoni ġudizzjarja, dawn il-proċeduri għandhom l-istess garanziji proċedurali dgħajfa għaċ-ċittadin barrani bħall-proċedura ta’ detenzjoni? Fid-dawl tal-Artikolu 24(2) tal-Karta, ir-risposta għal dawn id-domandi hija differenti jekk iċ-ċittadin barrani li jikkontesta quddiem qorti deċiżjoni tal-awtoritajiet fil-qasam tad-dritt dwar il-barranin ikun minuri? |
(3) ĠU 2013, L 180, p. 31, rettifika fil-ĠU 2017, L 49, p. 50.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Ustavno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fit-28 ta’ Jannar 2021 – Banka Slovenije vs Državni zbor Republike Slovenije
(Kawża C-45/21)
(2021/C 128/25)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Qorti tar-rinviju
Ustavno sodišče Republike Slovenije
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Banka Slovenije
Parti oħra fil-proċedura: Državni zbor Republike Slovenije
Domandi preliminari
(a) |
L-Artikolu 123 TFUE u l-Artikolu 21 tal-Protokoll Nru 4 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li bank ċentrali nazzjonali li huwa membru tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali jġarrarb responsabbiltà li jħallas kumpens mir-riżorsi tiegħu stess lil detenturi preċedenti ta’ strumenti finanzjarji li kienu ġew imħassra permezz ta’ deċiżjoni ta’ dan il-bank ċentrali fl-eżerċizzju tas-setgħa legali tiegħu stess li jadotta miżuri straordinarji fl-interess pubbliku sabiex jipprevjeni theddid għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, fil-każ li waqt proċeduri legali sussegwenti jirriżulta li, fil-kuntest tat-tħassir ta’ strumenti finanzjarji, kien hemm nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipju li ebda detentur ta’ strument finanzjarju ma għandu jitqiegħed f’pożizzjoni agħar minn dik li kien ikun fiha li kieku l-miżura straordinarja ma kinitx ġiet adottata, fejn, f’dan il-kuntest, il-bank ċentrali nazzjonali huwa responsabbli: (1) għad-dannu li seta’ jipprevedi mill-fatti u miċ-ċirkustanzi kif kienu fil-mument tad-deċiżjoni tiegħu u li kien ħa inkunsiderazzjoni jew li kellu jieħu inkunsiderazzjoni, u (2) għad-dannu li jirriżulta mill-aġir ta’ individwi li, fl-eżerċizzju ta’ tali setgħat tal-bank ċentrali, aġixxew abbażi ta’ struzzjonijiet tiegħu fejn, f’dan il-kuntest, fid-dawl tal-fatti u taċ-ċirkustanzi li kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom jew li misshom kellhom għad-dispożizzjoni tagħhom fid-dawl tas-setgħat mogħtija, dawk l-individwi ma aġixxewx bid-diliġenza ta’ espert prudenti? |
(b) |
L-Artikolu 123 TFUE u l-Artikolu 21 tal-Protokoll Nru 4 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li bank ċentrali nazzjonali li huwa membru tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali jħallas kumpens finanzjarju individwali mir-riżorsi tiegħu stess lil xi wħud mid-detenturi preċedenti ta’ strumenti finanzjarji li kienu tħassru (skont il-kriterju tas-sitwazzjoni patrimonjali) minħabba t-tħassir ta’ [strumenti finanzjarji] deċiż mill-bank fl-eżerċizzju tas-setgħa legali tiegħu stess li jadotta miżuri straordinarji fl-interess pubbliku sabiex jipprevjeni theddid għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, fejn, f’dan il-kuntest, id-dritt għal kumpens jirriżulta mis-sempliċi fatt li l-istrument finanzjarju tħassar, irrispettivament minn jekk kienx hemm ksur tal-prinċipju li ebda detentur ta’ strument finanzjarju ma għandu, bħala riżultat ta’ miżura straordinarja, jitqiegħed f’pożizzjoni agħar minn dik li kien ikun fiha li kieku l-miżura straordinarja ma kinitx ġiet adottata? |
(c) |
L-Artikolu 130 TFUE u l-Artikolu 7 tal-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li bank ċentrali nazzjonali jiġi obbligat iħallas kumpens għal dannu li jirriżulta mill-eżerċiżżju tas-setgħat legali tiegħu f’ammonti li jistgħu jaffettwaw il-kapaċità tal-bank li jwettaq il-kompiti tiegħu b’mod effettiv? F’dan il-kuntest, sabiex jiġi stabbilit jekk inkisirx il-prinċipju ta’ indipendenza finanzjarja tal-bank ċentrali nazzjonali, huma rilevanti l-kundizzjonijiet legal li taħthom tiġġarrab tali responsabbiltà? |
(d) |
L-Artikoli 53 sa 62 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1) jew l-Artikoli 44 sa 52 tad-Direttiva 2006/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 rigward il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju ta’ l-istituzzjonijiet ta’ kreditu (2), li jiggarantixxu l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kunfidenzjali miksuba jew iġġenerata fil-kuntest tas-superviżjoni prudenzjali tal-banek, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn iż-żewġ direttivi jiggarantixxu wkoll il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni miksuba jew iġġenerata fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ salvagwardja tal-banek sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, fejn it-theddid għas-solvenza u għal-likwidità tal-banek ma setax jiġi eliminat permezz ta’ miżuri normali ta’ superviżjoni prudenzjali u fejn tali miżuri kienu meqjusa bħala miżuri ta’ riorganizzazzjoni fis-sens tad-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (3)? |
(e) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda (d), l-Artikoli 53 sa 62 tad-Direttiva 2013/36 jew l-Artikoli 44 sa 52 tad-Direttiva 2006/48, li jikkonċernaw il-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali miksuba jew iġġenerata fil-kuntest tas-superviżjoni prudenzjali tal-banek, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, għall-finijiet tal-protezzjoni li huma jagħtu, id-Direttiva 2013/36, li hija d-direttiva sussegwenti, hija applikabbli anki fir-rigward tal-informazzjoni miksuba jew iġġenerata matul il-perijodu meta kienet tapplika d-Direttiva 2006/48, fejn tali informazzjoni għandha tiġi żvelata matul il-perijodu meta tapplika d-Direttiva 2013/36? |
(f) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda (d), l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2013/36 (jew l-ewwel subparagrafu tal-Arikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/48, skont ir-risposta tad-domanda preċedenti) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-bank ċentrali nazzjonali fil-kapaċità tiegħu bħala awtorità ta’ sorveljanza li saret informazzjoni pubblika ċertu żmien wara li nħolqot, jew l-informazzjoni li tista’ tikkostitwixxi sigriet professjonali iżda li għandha ħames snin jew iktar u li, minħabba ż-żmien li għadda, bħala prinċipju hija meqjusa bħala informazzjoni storika li ma għadhiex kunfidenzjali, ma tibqax informazzjoni kunfidenzjali li għaliha japplika l-obbligu tas-sigriet professjonali? Fil-każ ta’ informazzjoni storika li għandha ħames snin jew iktar, iż-żamma tal-kunfidenzjalità tiddependi fuq jekk il-kunfidenzjalità tistax tiġi ġġustifikata għal raġunijiet differenti minn dik tas-sitwazzjoni kummerċjali tal-banek li qegħdin taħt sorveljanza jew dik ta’ impriżi oħra? |
(g) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda (d), it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2013/36 (jew it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/48, skont ir-risposta għad-domanda (e)) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dokumenti kunfidenzjali li ma jikkonċernawx it-terzi involuti fit-tentattivi ta’ salvataġġ ta’ istituzzjoni ta’ kreditu iżda li huma legalment rilevanti għall-finijiet tad-deċiżjoni tal-qorti fil-kuntest ta’ azzjoni ġudizzjarja ċivili għal danni kontra l-awtorità ta’ sorveljanza prudenzjali kompetenti għandhom jiġu żvelati awtomatikament, diġà qabel il-bidu ta’ proċeduri ġudizzjarji, mingħajr ma l-ewwel tkun stabbilita proċedura speċifika għad-determinazzjoni każ b’każ tan-natura ġustifikata tal-iżvelar ta’ kull dokument individwali lil kull wieħed mid-destinatarji, u mingħajr ibbilanċjar tal-interessi kuntrarji f’kull każ individwali, u dan anki fil-każ ta’ informazzjoni dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma ġewx iddikjarati falluti jew li ma humiex fi stralċ obbligatorju iżda li rċevew għajnuna mill-Istat fi proċedura li fiha tħassru strumenti finanzjarji miżmuma minn azzjonisti jew minn kredituri subordinati tal-istituzzjonijiet finanzjarji? |
(h) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda (d), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(1) tad-Direttiva 2013/36 (jew it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 44(1) tad-Direttiva 2006/48, skont ir-risposta għad-domanda (e)) għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-pubblikazzjoni fuq sit tal-internet, b’mod aċċessibbli għal kulħadd, ta’ dokumenti kunfidenzjali jew estratti ta’ dokumenti kunfidenzjali li ma jikkonċernawx lil terzi involuti fit-tentattivi ta’ salvataġġ ta’ istituzzjoni finanzjarja iżda li huma legalment rilevanti għall-finijiet tad-deċiżjoni tal-qorti f’azzjoni ġudizzjarja ċivili għal danni kontra l-awtorità ta’ sorveljanza prudenzjali kompetenti, fil-każ li dawn id-dokumenti jkun fihom informazzjoni dwar istituzzjonijiet ta’ kreditu li ma ġewx iddikjarati falluti jew li ma humiex fi stralċ obbligatorju iżda li rċevew għajnuna mill-Istat fi proċedura li fiha tħassru l-istrumenti finanzjarji miżmuma minn azzjonisti jew minn kredituri subordinati tal-istituzzjonijiet finanzjarji, fejn tkun prevista l-oskurazzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali kollha qabel il-pubblikazzjoni tagħha fuq l-internet? |
(1) ĠU 2013, L 176, p. 338, rettifiki fil-ĠU 2013, L 208, p. 73, fil-ĠU 2017, L 20, p. 1, u fil-ĠU 2020, L 203, p. 95.
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 15.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tallinna Halduskohus (l-Estonja) fit-28 ta’ Jannar 2021 – Aktsiaselts M.V.WOOL vs Põllumajandus- ja Toiduamet
(Kawża C-51/20)
(2021/C 128/26)
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Tallinna Halduskohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Aktsiaselts M.V.WOOL
Konvenut: Põllumajandus- ja Toiduamet (früher Veterinaar- ja Toiduamet)
Domandi preliminari
1) |
It-tieni kriterju mikrobijoloġiku, jiġifieri li “ma jinstabx f’25 g”, kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) u fil-punt 1.2 tat-tabella fil-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2073/2005 tal-15 ta’ Novembru 2005 dwar il-kriterji mikrobijoloġiċi applikabbli għall-prodotti tal-ikel (1), għandu jiġi interpretat fid-dawl ta’ dak ir-regolament u tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà ta’ l-ikel (2) u mir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifikazzjoni tal-konformità mal-liġi ta’ l-għalf u l-ikel, mar-regoli dwar s-saħħa ta’ l-annimali u l-welfare ta’ l-annimali (3), fis-sens li, fejn l-operatur fis-settur tal-ikel ma kienx fil-pożizzjoni li juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-prodotti tal-ikel lesti sabiex jittieklu għajr dawk intiżi għat-trabi jew għal skopijiet mediċi speċjali li jistgħu jiffavorixxu l-multiplikazzjoni ta’ L. monocytogenes ma jaqbżux il-valur ta’ limitu ta’ 100 CFU/g matul il-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa, allura l-kriterju mikrobijoloġiku li “ma jinstabx f’25 g” japplika wkoll fi kwalunkwe każ għal prodotti mqiegħda fis-suq matul il-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa? |
2) |
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv: It-tieni kriterju mikrobijoloġiku, jiġifieri li “ma jinstabx f’25 g”, kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) u fil-punt 1.2 tat-tabella fil-Kapitolu 1 tal-Anness I tar-Regolament Nru 2073/2005, għandu jiġi interpretat fid-dawl ta’ dak ir-regolament u tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika u tal-għanijiet li għandhom jintlaħqu mir-Regolamenti Nru 178/2002 u Nru 882/2004, fis-sens li, irrispettivament minn jekk l-operatur fis-settur tal-ikel jistax juri għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-prodott tal-ikel ma jaqbiżx il-limitu ta’ 100 CFU/g matul il-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa, allura żewġ kriterji mikrobijoloġiċi alternattivi japplikaw għal dan il-prodott tal-ikel, jiġifieri (1) sakemm il-prodott tal-l-ikel ikun taħt il-kontroll tal-operatur fis-settur tal-ikel, il-kriterju li “ma jinstabx f’25 g”, u (2) wara li l-prodott tal-ikel ikun ħalla l-kontroll tal-operatur fis-settur tal-ikel, il-kriterju ta’ “100 CFU/g”? |
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 463, rettifiki fil-ĠU 2014, L 327, p. 9, u fil-ĠU 2016, L 227, p. 5.
(3) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 200, rettifika fil-ĠU 2015, L 187, p. 91.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Liège (il-Belġju) fit-28 ta’ Jannar 2021 – Pharmacie populaire – La Sauvegarde SCRL vs L-Istat Belġjan – SPF Finances
(Kawża C-52/21)
(2021/C 128/27)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pharmacie populaire – La Sauvegarde SCRL
Konvenut: L-Istat Belġjan – SPF Finances
Domanda preliminari
L-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, jew prassi nazzjonali, li skontha il-kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru wieħed li jagħmlu użu minn servizzi ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor huma obbligati, sabiex jevitaw l-istabbiliment ta’ kontribuzzjoni għat-taxxa fuq il-kumpanniji ekwivalenti għal 100 % jew għal 50 % tal-ammonti ffatturati minn dawn tal-aħħar, li jistabbilixxu u jittrażmettu lill-awtorità fiskali irċevuti u dikjarazzjonijiet sommarji ta’ dawn l-ispejjeż filwaqt li, jekk dawn jagħmlu użu mis-servizzi ta’ kumpanniji residenti, dawn ma jiġux suġġetti għal tali obbligu sabiex jevitaw l-istabbiliment tal-imsemmija kontribuzzjoni?
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Liège (il-Belġju) fit-28 ta’ Jannar 2021 – Pharma Santé – Réseau Solidaris SCRL vs État belge SPF Finances
(Kawża C-53/21)
(2021/C 128/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Liège
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pharma Santé – Réseau Solidaris SCRL
Konvenut: État belge SPF Finances
Domanda preliminari
L-Artikolu 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni, jew prattika nazzjonali, li abbażi tagħha l-kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru li jirrikorru għal servizzi ta’ kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru ieħor huma obbligati, sabiex jiġi evitat l-istabbiliment ta’ kontribuzzjoni għat-taxxa fuq il-kumpanniji ugwali għal 100 % jew għal 50 % tas-somom iffatturati minn dawn tal-aħħar, li jistabbilixxu u jibagħtu lill-amministrazzjoni fiskali dikjarazzjonijiet u estratti rekapitulattivi relatati ma’ dawn l-ispejjeż filwaqt li, kieku jirrikorru għas-servizzi ta’ kumpanniji residenti, huma ma jkunux vinkolati b’tali obbligu sabiex jiġi evitat l-istabbiliment tal-imsemmija kontribuzzjoni?
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-28 ta’ Jannar 2021 – Direktor na Agentsia “Mitnitsi” vs “IMPERIAL TOBACCO BULGARIA” EOOD
(Kawża C-55/21)
(2021/C 128/29)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Varhoven administrativen sad
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Direktor na Agentsia “Mitnitsi”
Konvenut:“IMPERIAL TOBACCO BULGARIA” EOOD
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (1) u l-punt (b) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jobbligaw lill-Istati Membri jadottaw qafas ġuridiku li jipprevedi r-rimbors tad-dazji tas-sisa fir-rigward tal-merkanzija, inkluż it-tabakk immanifatturat, li tkun ġiet rilaxxata għall-konsum u li tkun ġiet meqruda taħt sorveljanza doganali? |
2) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u fil-każ li l-obbligu tal-Istati Membri li jadottaw tali qafas ġuridiku ma jitwettaqx, il-persuni kkonċernati jistgħu jinvokaw l-effett dirett tad-dispożizzjonijiet tad-Direttivi kif ukoll il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni? |
3) |
Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel żewġ domandi u fid-dawl tal-fatti stabbiliti f’din il-kawża, l-effett dirett tad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq jagħti dritt għar-rimbors, fuq sempliċi talba u mingħajr ebda formalità oħra, tad-dazji tas-sisa mħallsa? |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos vyriausybės (il-Litwanja) fid-29 ta’ Jannar 2021 – “ARVI” ir ko UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
(Kawża C-56/21)
(2021/C 128/30)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Mokestinių ginčų komisija prie Lietuvos Respublikos vyriausybės
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent:“ARVI” ir ko UAB
Konvenut: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
Domandi preliminari
1) |
Leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha persuna rreġistrata għall-finijiet tal-VAT tista’ tagħżel biss li tieħu inkunsiderazzjoni VAT fuq il-[provvista ta’] proprjetà immobbli eżentata fil-każ li din il-proprjetà tiġi ttrasferita lil persuna taxxabbli li, fil-mument meta tiġi konkluża t-tranżazzjoni, tkun persuna rreġistrata għall-finijiet tal-VAT, tikkonforma mal-Artikolu 135 u mal-Artikolu 137 tad-Direttiva dwar il-VAT (1) u mal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività? |
2) |
F’każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li l-fornitur ta’ proprjetà immobbli huwa obbligat li jaġġusta t-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fuq din il-proprjetà immobbli, peress li l-fornitur ikun għażel li jissuġġetta din il-provvista għall-VAT meta din l-għażla tkun eskluża mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għall-unika raġuni li x-xerrej ma jkollux l-istatus ta’ persuna rreġistrata għall-finijiet tal-VAT, tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-VAT li jirregolaw id-dritt tal-fornitur għat-tnaqqis u għall-aġġustament kif ukoll għall-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività tal-VAT? |
3) |
Prattika amministrattiva li bis-saħħa tagħha, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, il-fornitur ta’ proprjetà immobbli għandu l-obbligu ta’ aġġustament tat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa fuq l-akkwist jew il-produzzjoni ta’ dan il-proprjetà immobbli, minħabba li din it-tranżazzjoni hija kkunsidrata bħala provvista ta’ proprjetà immobbli eżentata minħabba l-assenza tad-dritt li tittieħed inkunsiderazzjoni l-VAT fuqha (peress li x-xerrej ma jkollux numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT fil-mument meta ġiet konkluża t-tranżazzjoni), meta x-xerrej kien diġà talab numru ta’ reġistrazzjoni tal-VAT qabel ma tkun ġiet konkluża t-tranżazzjoni u li jkun ġie rreġistrat għall-finijiet tal-VAT xahar wara dan, tikkonforma mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar il-VAT dwar id-dritt tal-fornitur għat-tnaqqis tal-VAT u għall-aġġustament kif ukoll għall-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività tal-VAT? F’dan il-każ, huwa rilevanti li jiġi ddeterminat jekk ix-xerrej tal-proprjetà immobbli, irreġistrat għall-finijiet tal-VAT wara t-tranżazzjoni, fil-fatt uża l-proprjetà akkwistata fil-kuntest ta’ attività suġġetta għall-VAT u li ma hemm ebda prova ta’ frodi jew ta’ abbuż? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour administrative d'appel de Versailles (Franza) fit-2 ta’ Frar 2021 – JP vs Ministre de la Transition écologique, Permier ministre
(Kawża C-61/21)
(2021/C 128/31)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour administrative d'appel de Versailles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: JP
Konvenuti: Ministre de la Transition écologique, Permier ministre
Domandi preliminari
1) |
Ir-regoli applikabbli tad-dritt tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(1) u tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50/KE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill] tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (1) għandhom jiġu interpretati bħala li jagħtu lill-individwi, fil-każ ta’ ksur suffiċjentement serju minn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea tal-obbligi li jirriżultaw minnha, dritt li jiksbu mingħand l-Istat Membru inkwistjoni kumpens għad-danni kkawżati lil saħħithom li għandhom rabta kawżali diretta u ċerta mad-degradazzjoni tal-kwalità tal-arja? |
2) |
Jekk jitqies li d-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq jistgħu effettivament jagħtu tali dritt għal kumpens tad-danni għas-saħħa, għal liema kundizzjonijiet huwa suġġett l-għoti ta’ dan id-dritt, b’mod partikolari fir-rigward tad-data li fiha trid tiġi evalwata l-eżistenza tal-ksur attribwibbli lill-Istat Membru inkwistjoni? |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/25 |
Appell ippreżentat fit-2 ta’ Frar 2021 minn SGL Carbon SE mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-639/18, SGL Carbon SE vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-65/21 P)
(2021/C 128/32)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: SGL Carbon SE (rappreżentanti: P. Sellar, advocaat, K. Van Maldegem, avocat, M. Grunchard, avocate)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja u L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
— |
tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali għall-eżami tagħha; u |
— |
tirriżerva l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju bbażat fuq il-fatt li l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li l-argument tal-appellanti li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ma jimplikax neċessarjament ukoll l-argument li l-Kummissjoni kisret l-obbligu li taġixxi b’mod diliġenti hija żbaljata bħala punt ta’ liġi.
It-tieni aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata bħala punt ta’ liġi meta użat l-allegat nuqqas ta’ ċarezza legali tal-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008 (1) bħala raġuni għaċ-ċaħda tal-argument legali li kien effettivament qiegħed jiġi magħmul mill-appellanti.
It-tielet aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tibbaża ruħha fuq il-konstatazzjoni li l-kuntest legali kien kumpless sabiex tiskuża n-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni n-nuqqas ta’ solubbiltà ta’ ŻQFTGĦ (żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja). Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali kienet iddeċidiet il-kontra fi proċeduri relatati preċedenti (Kawża T-689/13 DEP, Bilbaina de Alquitranes SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea). Mingħajr ebda spjegazzjoni għal din id-deċiżjoni bil-kontra, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali huwa insuffiċjenti u kontradittorju.
Ir-raba’ aggravju bbażat fuq l-applikazzjoni żbaljata tal-Qorti Ġenerali tat-test ordinarju ta’ diliġenza dovuta. Billi kkonstatat li l-Kummissjoni aġixxiet bħalma kienet taġixxi kwalunkwe awtorità amministrattiva ordinarja oħra b’diliġenza dovuta, il-Qorti Ġenerali użat punt ta’ paragun żbaljat u mhux xieraq sabiex tevalwa d-diliġenza dovuta u n-natura ordinarja tal-Kummissjoni.
Il-ħames aggravju bbażat fuq il-fatt li l-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija insuffiċjenti u kontradittorja sa fejn dik il-qorti kkonstatat, mingħajr ma indikat l-ebda prova u billi ddependiet biss fuq il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, li l-Kummissjoni setgħet kellha diffikultajiet sabiex tikkorreġi l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni tagħha, b’mod li jissuġġerixxi li l-approċċ tal-Kummissjoni seta’ jiġi skużat.
Is-sitt aggravju bbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali żbaljat fid-dritt billi kkonkludiet li l-iżball tal-Kummissjoni seta’ jiġi skużat b’riferiment għall-prinċipju ta’ prekawzjoni minħabba li hija ġurisprudenza stabbilita li dan il-prinċipju ma jistax jiġi invokat matul il-klassifikazzjoni ta’ sustanza.
(1) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU 2008, L 353, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2011, L 16, p. 1, fil-ĠU 2016, L 349, p. 1, u fil-ĠU 2019, L 117, p. 8).
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/26 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-3 ta’ Frar 2021 – Iveco Orecchia SpA vs APAM Esercizio SpA
(Kawża C-68/21)
(2021/C 128/33)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Iveco Orecchia SpA
Konvenut: APAM Esercizio SpA
Domandi preliminari
1) |
Huwa konformi tad-dritt Ewropew – u, b’mod partikolari, mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (1) (l-Artikoli 10, 19 u 28 tal-imsemmija direttiva Komunitarja), kif ukoll mal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ imparzjalità, ta’ kompetizzjoni ġusta u ta’ amministrazzjoni tajba – li, b’riferiment speċifiku għall-provvista permezz ta’ kuntratt pubbliku ta’ komponenti tal-bdil għal karozzi tal-linja maħsuba għas-servizz pubbliku, ikun permess li l-awtorità kontraenti taċċetta komponenti tal-bdil maħsuba għal vettura partikolari, immanufatturati minn manifattur differenti mill-produttur tal-vettura, u għaldaqstant mhux approvati flimkien mal-vettura, taħt wieħed mit-tipi ta’ komponenti previsti mir-regoli tekniċi elenkati fl-Anness IV tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq (Lista ta’ ħtiġijiet għall-finijiet ta’ approvazzjoni KE tal-vetturi) u offruti fis-sejħa għal offerti mingħajr ma jkunu akkumpanjati miċ-ċertifikat ta’ approvazzjoni u mingħajr biss tissemma’ l-approvazzjoni effettiva u dan taħt il-premessa li l-approvazzjoni ma hijiex neċessarja, billi jirriżulta li hija suffiċjenti semplici dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza mal-oriġinal approvat prodotta mill-offerent? |
2) |
Huwa konformi tad-dritt Ewropew – u, b’mod partikolari, mal-punt 27 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46 – li, b’rabta mal-provvista permezz ta’ kuntratt pubbliku ta’ komponenti tal-bdil għal karozzi tal-linja maħsuba għas-servizz pubbliku, huwa permess li offerent wieħed jista’ jikkwalifika lilu nniffsu bħala “manifattur” ta’ komponenti tal-bdil partikolari mhux oriġinali maħsuba għal vettura partikolari, b’mod partikolari meta din taqa’ taħt wieħed mit-tipi ta’ komponenti previsti mir-regoli tekniċi elenkati fl-Anness IV (Lista ta’ ħtiġijiet għall-finijiet ta’ approvazzjoni KE tal-vetturi) tad-Direttiva 2007/46, jew dan l-imsemmi offerent għandu għall-kuntrarju jipprova – għal kull wieħed mill-komponenti tal-bdil hekk offruti u sabiex jikkonferma l-ekwivalenza mal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tas-sejħa għal offerti – li huwa persuna responsabbli b’rabta mal-awtorità ta’ approvazzjoni tal-aspetti kollha tal-proċess ta’ approvazzjoni kif ukoll tal-konformità tal-produzzjoni u b’rabta mal-livell kwalitattiv u li jwettaq direttament tal-inqas uħud mill-fażijiet tal-produzzjoni tal-komponenti suġġett għall-approvazzjoni, filwaqt li jiċċara wkoll, f’każ affermattiv, b’liema mezzi għandha tiġi prodotta l-imsemmija prova? |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/27 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta Frar 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rebubblika Ellenika
(Kawża C-70/21)
(2021/C 128/34)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kostantinidis, M. Noll-Ehlers)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja togħġobha:
A) |
tikkonstata li:
|
B) |
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tal-ewwel motiv, il-Kummissjoni tenfasizza li d-Direttiva 2008/50 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa teżiġi li l-Istati Membri jillimitaw l-espożizzjoni taċ-ċittadini għal partikuli fini msejħa partikuli f’sospensjoni (PM10). Il-Kummissjoni ssostni li, sa mill-2005, data li fiha saret obbligatorja l-osservanza tal-valuri massimi ta’ kuljum u annwali ta’ PM10 (inizjalment skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 1999/30, u sussegwentement l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/50), ir-Repubblika Ellenika, abbażi tar-rapporti annwali fuq il-kwalità tal-arja li hija ttrażmettiet, ma żguratx, b’mod kontinwu, li tikkonforma ruħha mal-valuri massimi fl-agglomerazzjoni EL0004 ta’ Tessaloniki.
Permezz tat-tieni motiv tar-rikors, il-Kummissjoni tirreleva li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 jimponi fuq l-Istati Membri, f’każ ta’ eċċess tal-valuri massimi, obbligu ċar u urġenti li japprovaw pjanijiet marbuta mal-kwalità tal-arja li jinkludu miżuri adatti sabiex il-perijodu ta’ eċċess tal-valuri massimi ikun l-iqsar possibbli. Il-Kummissjoni ssostni li r-Repubblika Ellenika ma żviluppatx pjan adatt marbut mal-kwalità tal-arja għall-agglomerazzjoni EL0004 ta’ Tessaloniki, bi ksur tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50.
(1) Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU 2008, L 152, p. 1).
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/28 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2021 minn Química del Nalón SA, li kienet Industrial Química del Nalón SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-635/18, Industrial Química del Nalón SA vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-73/21 P)
(2021/C 128/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Química del Nalón SA, li kienet Industrial Química del Nalón SA (rappreżentanti: P. Sellar, advocaat, K. Van Maldegem, avocat, M. Grunchard, avocate)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja u L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
— |
tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali; |
— |
tirriżerva l-ispejjeż ta’ din il-proċedura. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li l-argument tal-appellanti li jgħid li l-Kummissjoni wettqet żball manifest mhux neċessarjament jimplika wkoll l-argument li l-Kummissjoni kienet kisret id-dmir li taġixxi b’mod diliġenti, hija żbaljata fil-liġi.
It-tieni aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata fil-liġi meta użat nuqqas allegat ta’ ċarezza legali tal-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008 (1) bħala raġuni għaċ-ċaħda tal-argument legali li fil-fatt kien qiegħed isir mill-appellanti.
It-tielet aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tibbaża ruħha fuq il-konstatazzjoni li l-qafas legali kien kumpless sabiex tiskuża n-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-assenza tas-solubbiltà taż-ŻQFTGĦ (żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja). Il-Qorti Ġenerali kienet fil-fatt iddeċidiet l-oppost fi proċeduri relatati preċedenti (Kawża T 689/13 DEP, Bilbaina de Alquitranes SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea). Mingħajr l-ebda spjegazzjoni sabiex jiġi deċiż l-oppost, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali huwa insuffiċjenti u kontradittorju.
Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat it-test ordinarju ta’ diliġenza dovuta. Billi kkonstatat li l-Kummissjoni aġixxiet bħalma tagħmel kull awtorità amministrattiva ordinarja u debitament diliġenti oħra, hija użat punt ta’ paragun inkorrett u mhux xieraq sabiex tevalwa d-diliġenza dovuta u l-ordinarjetà tal-Kummissjoni.
Il-ħames aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija insuffiċjenti u kontradittorja sa fejn din il-qorti kkonstatat, mingħajr ma indikat l-ebda prova u billi bbażat ruħha biss fuq l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali, li l-Kummissjoni setgħet kellha diffikultajiet sabiex tikkoreġi l-iżball ta’ evalwazzjoni manifest tagħha, u b’hekk tissuġġerixxi li l-approċċ tal-Kummissjoni jista’ jkun skużat.
Is-sitt aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata fil-liġi meta kkonkludiet li l-iżball tal-Kummissjoni jista’ jiġi skużat b’riferiment għall-prinċipju ta’ prekawzjoni minħabba li hija ġurisprudenza stabbilita li dan il-prinċipju ma jistax jiġi invokat matul il-klassifikazzjoni ta’ sustanza.
(1) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU 2008, L 353, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2011, L 16, p. 1, fil-ĠU 2016, L 349, p. 1 u fil-ĠU 2019, L 117, p. 8).
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/29 |
Appell ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2021 minn Deza a.s. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-638/18, Deza a.s. vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-74/21 P)
(2021/C 128/36)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Deza a.s. (rappreżentanti: P. Sellar, advocaat, K. Van Maldegem, avocat, M. Grunchard, avocate)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja, L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
— |
tirrinvija l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali għal kunsiderazzjoni; u |
— |
tirriżerva l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li l-argument tal-appellanti skont liema l-Kummissjoni wettqet żball manifest ma kienx neċessarjament jimplika wkoll l-argument li l-Kummissjoni kienet kisret id-dmir li taġixxi b’mod diliġenti, hija żbaljata fil-liġi.
It-tieni aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata fil-liġi li tuża allegat nuqqas ta’ ċarezza legali tal-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008 (1) bħala bażi sabiex tiċħad l-argument legali li fil-verità kien qiegħed isir mill-appellanti.
It-tielet aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali meta setgħetx tibbaża ruħha fuq il-konklużjoni li l-qafas legali kien kumpless sabiex tiskuża n-nuqqas tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni in-nuqqas ta’ solubbiltà taż-żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja. Il-Qorti Ġenerali kienet fil-fatt iddeċidiet bil-kontra fi proċeduri relatati preċedenti (Kawża T-689/13 DEP, Bilbaina de Alquitranes SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea). Mingħajr ebda spjegazzjoni talli ddeċidiet b’mod oppost, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali huwa insuffiċjenti u kontradittorju.
Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat it-test ordinarju tad-diliġenża dovuta. Billi ddeċidiet li l-Kummissjoni aġixxiet kif kienet taġixxi kwalunkwe awtorità amministrattiva debitament diliġenti oħra, hija użat punt ta’ paragun skorrett u mhux xieraq sabiex tevalwa d-diliġenza dovuta u l-ordinarjetà tal-Kummissjoni.
Il-ħames aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija insuffiċjenti u kuntradittorja sa fejn il-qorti ddeċidiet, mingħajr ma indikat ebda evidenza u billi bbażat ruħha biss fuq l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali, li l-Kummissjoni seta’ kellha diffikultajiet sabiex tikkoreġi l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni tagħha, u b’dan il-mod issuġġeriet li l-approċċ tal-Kummissjoni seta’ jiġi skużat.
Is-sitt aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata fil-liġi li tiddeċiedi li l-iżball tal-Kummissjoni seta’ jiġi skużat b’riferiment għall-prinċipju ta’ prekawzjoni għaliex hija ġurisprudenza stabbilita li l-prinċipju ma jistax jiġi invokat matul il-klassifikazzjoni ta’ sustanza.
(1) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU 2008, L 353, p. 1, u rettifiki fil-ĠU 2016, L 349, p. 1, fil-ĠU 2019, L 117, p. 8).
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/30 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2021 minn Bilbaína de Alquitranes, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla, Extended Composition) fis-16 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-654/18, Bilbaína de Alquitranes SA vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-75/21 P)
(2021/C 128/37)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Bilbaína de Alquitranes, SA (rappreżentanti: P. Sellar, avukat, K. Van Maldegem, avukat, M. Grunchard, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju ta’ Spanja u Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
— |
tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali għall-eżami tagħha; u |
— |
tirriżerva l-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-konklużjoni tal-Qorti Ġenerali li l-argument tal-appellant, li l-Kummissjoni wettqet żball manifest, mhux neċessarjament jimplika wkoll l-argument li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ diliġenza, hija żbaljata fil-liġi.
It-tieni aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kienet żbaljata fid-dritt li tuża allegat nuqqas ta’ ċarezza legali tal-punt 4.1.3.5.5 tal-Anness I tar-Regolament Nru 1272/2008 (1) bħala raġuni biex jiġi miċħud l-argument legali li fil-fatt kien qed isir mill-appellant.
It-tielet aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali ma setgħetx tibbaża ruħha fuq il-konklużjoni li l-qafas legali kien kumpless sabiex tiskuża n-nuqqas tal-Kummissjoni li tqis in-nuqqas tas-solubbiltà tas-CTPHT (żift tal-qatran tal-faħam b’temperatura għolja). Il-Qorti Ġenerali fil-fatt kienet iddeċidiet l-oppost fi proċeduri preċedenti rrelatati (Kawża T-689/13 DEP, Bilbaina de Alquitranes SA et vs Il-Kummissjoni Ewropea). Mingħajr l-ebda spjegazzjoni biex jiġi sostnut l-oppost, ir-raġunament tal-Qorti Ġenerali huwa insuffiċjenti u kontradittorju.
Ir-raba’ aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali applikat it-test ordinarju tad-diliġenza dovuta b’mod żbaljat. Billi kkonkludiet li l-Kummissjoni aġixxiet kif tagħmel kull awtorità amministrattiva ordinarja, debitament diliġenti, hija użat punt ta’ paragun mhux korrett u mhux xieraq biex tevalwa d-diliġenza dovuta u n-natura ordinarja tal-Kummissjoni.
Il-ħames aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali kellha motivazzjoni insuffiċjenti u kontradittorja safejn dik il-qorti kkonkludiet, mingħajr ma indikat l-ebda prova u billi bbażat ruħha biss fuq l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali, li l-Kummissjoni setgħet kellha diffikultajiet biex tikkoreġi l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni tagħha, u b’hekk tissuġġerixxi li l-approċċ tal-Kummissjoni jista’ jiġi skużat.
Is-sitt aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-iżball tal-Kummissjoni jista’ jiġi skużat b’riferiment għall-prinċipju ta’ prekawzjoni minħabba li hemm ġurisprudenza stabbilita li tgħid li l-prinċipju ma jistax jiġi invokat matul il-klassifikazzjoni ta’ sustanza.
(1) Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU 2008, L 353, p. 1, u rettifiki fil-ĠU 2011, L 16, p. 1, ĠU 2016, L 349, p. 1, ĠU 2019, L 117, p. 8).
Il-Qorti Ġenerali
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – XC vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-488/18) (1)
(“Servizz pubbliku - Reklutaġġ - Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/338/17 - Deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrent ma jitħalliex jgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bbażat fuq id-diżabbiltà - Aċċess għal dokumenti - Ċaħda tat-talba għal aċċess għall-mistoqsijiet magħmula matul eżami - Sigriet tax-xogħlijiet tal-Bord tal-Għażla - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/356/18 - Lista ta’ riżerva - Rikors għal annullament - Assenza ta’ interess ġuridiku - Inammissibbiltà - Responsabbiltà”)
(2021/C 128/38)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: XC (rappreżentant: C. Bottino, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Spina u L. Vernier, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Suġġett
L-ewwel nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/338/17, tal-4 ta’ Diċembru 2017, li r-rikorrent ma jitħalliex jgħaddi għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni, it-tieni nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 3969 tad-19 ta’ Ġunju 2018, dwar aċċess għad-dokumenti, it-tielet nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tal-lista ta’ riżerva tal-Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/356/18, ippubblikata fit-22 ta’ Mejju 2019, u, ir-raba’ nett, talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-kumpens ta’ diversi danni allegatament imġarrba mir-rikorrent.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
XC huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Santini et vs Il-Parlament
(Kawżi magħquda T-345/19, T 346/19, T-364/19 sa T-366/19, T-372/19 sa T-375/19 u T-385/19) (1)
(“Dritt istituzzjonali - Statut uniku ta’ Membri tal-Parlament Ewropew - Membri tal-Parlament Ewropew eletti fil-kostitwenzi Taljani - Adozzjoni mill-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, fil-qasam tal-pensjonijiet - Bidla fl-ammont tal-pensjonijiet għall-Membri tal-Parlament nazzjonali Taljani - Bidla korrispondenti, mill-Parlament Ewropew, tal-ammont tal-pensjonijiet ta’ ċerti eks Membri tal-Parlament Ewropew eletti fl-Italja - Kompetenza tal-awtur tal-att - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet miksuba - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Ksur suffiċjentement ikkaratterizzat ta’ regola tad-dritt li tikkonferixxi drittijiet lill-individwi”)
(2021/C 128/39)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Giacomo Santini (Trento, l-Italja) u d-disa’ rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tas-sentenza (rappreżentant: M. Paniz, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u S. Alves, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tan-noti tal-11 ta’ April 2019, kif ukoll, fir-rigward tar-rikorrent fil-Kawża T-375/19, ta’ dik tat-8 ta’ Mejju 2019, stabbiliti, fil-każ ta’ kull wieħed mir-rikorrenti, mill-Parlament u li jikkonċernaw l-adattament tal-ammont tal-pensjonijiet li jibbenefikaw minnhom ir-rikorrenti wara d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Jannar 2019, tad-Deċiżjoni Nru 14/2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati), u, min-naħa l-oħra, talba abbażi tal-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti b’riżultat ta’ dawn l-atti.
Dispożittiv
1. |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
2. |
Giacomo Santini u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk esposti mill-Parlament Ewropew. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Forte vs Il-Parlament
(Kawża T-519/19) (1)
(“Dritt istituzzjonali - Statut uniku tal-Membru Parlamentari Ewropew - Membri Parlamentari Ewropej eletti f’distretti elettorali Taljani - Adozzjoni mill-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, dwar il-pensjonijiet - Modifika tal-ammont tal-pensjonijiet tal-ex deputati nazzjonali Taljani - Modifika korrelativa, mill-Parlament Ewropew, tal-ammont tal-pensjonijiet ta’ ċerti Membri Parlamentari Ewropej eletti fl-Italja - Kompetenza tal-awtur tal-att - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet miksuba - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament”)
(2021/C 128/40)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Mario Forte (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: C. Forte u G. Forte, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u S. Alves, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tan-nota tal-11 ta’ Ġunju 2019 stabbilita mill-Parlament u li tirrigwarda l-adattament tal-ammont tal-pensjoni li minnha jibbenefika r-rikorrent insegwitu għad-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Jannar 2019, tad-Deċiżjoni Nru 14/2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Mario Forte għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Sophia Group vs Il-Parlament
(Kawża T-578/19) (1)
(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ assistenza għall-bini - Caħda tal-offerta ta’ offerent - Għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Kriterji ta’ selezzjoni - Kriterji ta’ għoti - Offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament - Użu ta’ tikketti u ta’ ċertifikazzjonijiet fil-kuntest tal-formulazzjoni ta’ kriterji ta’ għoti - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2021/C 128/41)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Sophia Group (Saint-Josse-ten-Noode, il-Belġju) (rappreżentanti: Y. Schneider u C.-H. de la Vallée Poussin, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Tapper Brandberg u B. Simon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikoli 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-30 ta’ Lulju 2019 li tattribwixxi l-lott Nru 1 tal-kuntratt li għadu bħala s-suġġett tiegħu “provvisti ta’ servizzi ta’ Buildings HelpDesk” (sejħa għal offerti 06A 0010/2019/M011) lil offerent ieħor.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Sophia Group hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Herlyn u Beck vs EUIPO – Brillux (B.home)
(Kawża T-821/19) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea B.home - Trade mark verbali internazzjonali preċedenti B-Wohnen - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)
(2021/C 128/42)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sonja Herlyn (Grünwald, il-Ġermanja) u Christian Beck (Grünwald) (rappreżentant: H. Hofmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Brillux GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentant: R. Schiffer, avukata)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Settembru 2019 (Każ R 373/2019-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Brillux u, min-naħa l-oħra, S. Herlyn u C. Beck.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Sonja Herlyn u Christian Beck huma kkundannati għall-ispejjeż. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/35 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – El Corte Inglés vs EUIPO – MKR Design (PANTHÉ)
(Kawża T-117/20) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattivi PANTHÉ - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti PANTHER u trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti P PANTHER - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti”)
(2021/C 128/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: L. Rampini, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: MKR Design Srl (Milan, l-Italja) (rappreżentant: G. Dragotti, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 378/2019-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés u MKR Design.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
El Corte Inglés, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/36 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2020 – Robert Stockdale vs Il-Kunsill et
(Kawża T-776/20)
(2021/C 128/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Robert Stockdale (Bristol, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea fil- Bosnja-Ħerzegovina
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tiddikjara d-deċiżjoni ta’ tkeċċija bħala illegali; |
— |
fir-rigward tad-drittijiet li jirriżultaw mill-kuntratt irregolat bid-dritt privat:
|
— |
fir-rigward tad-drittijiet l-oħra, ibbażati fuq id-diskriminazzjoni bejn it-trattament tar-rikorrent u l-membri tal-persunal l-oħra tal-Unjoni Ewropea:
|
— |
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż. |
Sussidjarjament:
— |
tikkundanna lill-istituzzjonijiet għall-ħlas lir-rikorrent ta’ kumpens għad-danni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali li jirriżultaw mill-assenza ta’ rispett tad-drittijiet fundamentali tiegħu, ekwivalenti għal ammont stabbilit b’mod provviżorju, ex aequo et bono, għal EUR 400 000. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrenti jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq responsabbiltajiet kuntrattwali u mhux kuntrattwali tal-konvenuti għar-raġunijiet li ġejjin:
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrent. Dan il-motiv huwa maqsum f’żewġ ilmenti.
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, imqajjem mir-rikorrent fil-każ li t-talbiet tiegħu marbuta mar-responsabbiltà kuntrattwali tal-konvenuti jitqiesu li huma inammissibbli jew mhux fondati. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/38 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2021 – VI vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-20/21)
(2021/C 128/45)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: VI (rappreżentanti: G. Pandey, D. Rovetta u V. Villante, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ Ottubru 2020 tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO), irċevuta mir-rikorrenti fis-7 ta’ Ottubru 2020, li ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti, imressaq fis-27 ta’ Mejju 2020, inkluża ċ-ċaħda tat-talba għal kumpens ta’ EUR 50 000; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-27 ta’ Frar 2020 ta’ EPSO/Bord tal-Għażla li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li ma tiġix ammessa għall-fażi segwenti tal-kompetizzjoni; |
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ EPSO/Bord tal-Għażla tas-26 ta’ Ġunju 2019 li r-rikorrenti ma tiġix inkluża fil-lista ta’ riżerva għall-finijiet tal-kompetizzjoni EPSO/AD/363/18 (AD7) – Amministraturi fil-Qasam tad-Dwana; |
— |
tannulla l-avviż tal-Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/363/18 – Amministraturi (AD 7) – Amministraturi fil-Qasam tad-Dwana, ippubblikata fil-11 ta’ Ottubru 2018 (1), u l-lista ta’ riżerva kollha kemm hi u l-ismijiet tal-kandidati elenkati fiha b’riżultat tal-imsemmija kompetizzjoni; |
— |
tordna lill-konvenuta tħallas kumpens fl-ammont ta’ EUR 70 000 għad-danni mġarrba minħabba l-imsemmija deċiżjonijiet illegali kkontestati; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbżat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali tar-rikorrenti – assenza ta’ eżami tal-ilment skont l-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal – abbuż ta’ poter mill-Bord tal-Għażla u ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal dovut għal selezzjoni manifestament inadegwata ta’ membru tal-Bord tal-Għażla sabiex imexxi l-intervista mar-rikorrenti – ksur tal-obbligu li ssir evalwazzjoni komparattiva u oġġettiva tal-kandidati u ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ opportunitajiet indaqs. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq eżami mhux xieraq tar-risposti pprovduti mir-rikorrenti għad-domandi magħmula minn membru tal-Bord tal-Għażla – ksur tal-punt 1 tal-Anness I u tal-punt 2 tal-Anness II tal-avviż tal-kompetizzjoni – żball manifest ta’ evalwazzjoni tar-risposti pprovduti mir-rikorrenti. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-Artikolu 296 TFUE. |
4. |
Ir-raba motiv ibbażat fuq assenza ta’ stabbilità fil-kompożizzjoni tal-Bord tal-Għażla matul il-fażi orali tal-kompetizzjoni – assenza ta’ implimentazzjoni ta’ miżuri ta’ koordinazzjoni suffiċjenti sabiex jiġu żgurati evalwazzjoni koerenti u oġġettiva, opportunitajiet indaqs u ugwaljanza fit-trattament tal-kandidtati. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tar-Regolament Nru 1 tal-1958 (2) – ksur tal-Artikolu 1d u tal-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll tal-Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III tiegħu – ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni. |
(2) Regolament Nru 1 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3) kif emendat fl-aħħar lok mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta’ Mejju 2013 li jadatta ċerti regolamenti u deċiżjonijiet fl-oqsma tal-moviment liberu tal-merkanzija, il-moviment liberu tal-persuni, d-dritt soċjetarju, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura, is-sikurezza tal-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja, il-politika tat-trasport, l-enerġija, it-tassazzjoni, l-istatistika, in-netwerks trans-Ewropej, id-drittijiet ġudizzjarji u fundamentali, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, l-ambjent, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika barranija, ta’ sigurtà u ta’ difiża u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (ĠU 2013, L 158, p. 1).
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/39 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Jannar 2021 – Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-22/21)
(2021/C 128/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Equinoccio-Compañía de Comercio Exterior, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: D. Luff u R. Sciaudone, lawyers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla l-ittra tal-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ Novembru 2020 [Ref. Ares(2020)6365704] relatata mal-likwidazzjoni tal-garanzija finanzjarja invokata mill-Ministeru Tork għax-Xjenza, l-Industrija u t-Teknoloġija – Direttorat Ġenerali għall-Unjoni Ewropea u Affarijiet Barranin – Direttorat tal-programm finanzjarju tal-Unjoni; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ diliġenza, tad-dmir ta’ imparzjalità, tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet u tal-Artikolu 78 tar-Regolament Finanzjarju (1).
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq id-dritt għal smiegħ.
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-kundizzjonijiet ta’ likwidazzjoni tal-garanzija.
|
(1) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU 2012, L 298, p. 1).
(2) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU 2012, L 362, p. 1).
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/40 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2021 – L’Oréal vs EUIPO – Debonair Trading Internacional (SO COUTURE)
(Kawża T-30/21)
(2021/C 128/47)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: L’Oréal (Clichy, Franza) (rappreżentanti: M. Treis u E. Strobel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Debonair Trading Internacional Lda (Funchal, il-Portugall)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-SO COUTURE – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 194 015
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Novembru 2020 fil-Każ R 158/2016-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-kull intervenjent għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fil-kuntest tal-evalwazzjoni globali u fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/41 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2021 – PZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-49/21)
(2021/C 128/48)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: PZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Champetier, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni 2019 li jkopri l-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar u l-31 ta’ Diċembru 2019, ikkomunikat lir-rikorrent fid-19 ta’ Frar 2020; |
— |
kif ukoll, sa fejn neċessarju, id-deċiżjoni tat-23 ta’ Ottubru 2020 (innotifikata lir-rikorrent fit-30 ta’ Ottubru 2020) li tiċħad l-ilment tas-26 ta’ Ġunju 2020 u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-konvenuta. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-konvenuta. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smiegħ. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ indipendenza tal-persuna li tagħmel l-evalwazzjoni. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/41 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2021 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-52/21)
(2021/C 128/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: ClientEarth AISBL (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: O. Brouwer, avukat)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-konvenuta tas-16 ta’ Novembru 2020 li permezz tagħha din tal-aħħar irrifjutat li tagħti aċċess għal ċerti dokumenti mitluba dwar il-kontroll tas-sajd, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) u r-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (2); |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motivi wieħed ibbażat fuq il-fatt li, billi ma bagħtitx lir-rikorrenti deċiżjoni espressa dwar it-talba għal aċċess ta’ din tal-aħħar fit-termini għall-ipproċessar tat-talbiet konfermattivi msemmija fl-Artikolu 8(1) u (2) tar-Regolament Nru 1049/2001, il-konvenuta irrifjuta impliċitament l-aċċess fis-sens tal-Artikolu 8(3) tal-istess regolament. Ir-rikorrenti tallega li din id-deċiżjoni impliċita ta’ rifjut ma kinitx immotivata u għalhekk ssostni li għandha tiġi annullata minħabba l-ksur, mill-Kummissjoni, tal-obbligu ta’ motivazzjoni impost fuqha skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament 1049/2001, l-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 296 TFUE.
(1) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
(2) Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Settembru 2006 dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006, L 264, p. 13).
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/42 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2021 – Mendes de Almeida vs Il-Kunsill
(Kawża T-75/21)
(2021/C 128/50)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrent: Anna Carla Mendes de Almeida (Sobreda, il-Portugall) (rappreżentanti: R. Leandro Vasconcelos u M. Marques de Carvalho, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2020/1117 tas-27 ta’ Lulju 2020 li taħtar il-Prosekuturi Ewropej għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU 2020, L 244, p. 18), fil-parti fejn taħtar għall-kariga ta’ Prosekutur Ewropew għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bħala membru tal-persunal temporanju fil-grad AD 13, għal perijodu li ma jistax jiġġedded, ta’ tliet snin, mid-29 ta’ Lulju 2020, lil José Eduardo Moreira Alves d’Oliveira Guerra, kandidat innominat mill-Portugall; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż taż-żewġ partijiet. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli applikabbli għall-ħatra tal-Prosekuturi Ewropej, garanti tal-prinċipju ta’ indipendenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew. Ir-rikorrenti ssostni li l-kontestazzjoni mill-Gvern Portugiż, permezz ta’ ittra mibgħuta lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fid-29 ta’ Novembru 2019, tal-klassifikazzjoni magħmula mill-Bord tal-Għażla msemmi fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) (ĠU 2017, L 283, p. 1), tal-kandidati proposti mill-Gvern innifsu, bl-indikazzjoni ta’ kandidat differenti mill-preferenza tiegħu u bl-aċċettazzjoni ta’ din l-ittra mill-Kunsill, tqiegħed inkwistjoni l-istruttura tal-proċedura ta’ ħatra tal-Prosekuturi Ewropej, liema struttura għandha bħala għan li tiżgura l-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew u tal-Prosekuturi Ewropej. In-natura leġittima tal-Prosekuturi Ewropej tirriżulta mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni involuti fil-proċedura ta’ ħatra, b’mod partikolari l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, iżda wkoll il-Parlament Ewropew, u mhux mill-involviment tal-gvernijiet nazzjonali. L-imsemmija ittra tal-Gvern Portugiż u l-aċċettazzjoni tagħha mill-Kunsill iqiegħdu serjament inkwistjoni l-indipendenza, u b’hekk il-kredibbiltà, tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Ewropew u tal-Prosekuturi Ewropej. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest dwar il-preżupposti tad-deċiżjoni. Ir-rikorrenti tallega, b’mod partikolari, li l-ittra tad-29 ta’ Novembru 2019 mibgħuta mill-Gvern Portugiż lill-Kunsill, kienet tinkludi żewġ żbalji gravi, li barra minn hekk ġew irrikonoxxuti bħala tali mill-Gvern innifsu. Dawn kienu r-riferiment għall-kandidat ippreferut tal-Gvern Portugiż, għal sitt darbiet bħala “il-Prosekutur Ġenerali Awżiljarju José Guerra”, u l-affermazzjoni li l-istess Prosekutur kellu pożizzjoni ta’ natura inkwiżitorja u akkużatorja f’kawża importanti fil-qasam ta’ reati mwettqa kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea. Issa la l-Prosekutur maħtur mill-att ikkontestat ma kien jew ma huwa l-Prosekutur Ġenerali Awżiljarju, u lanqas ma pparteċipa fl-imsemmija kawża fil-fażi inkwiżitorja. Filwaqt li huwa minnu li l-Kunsill jiċħad ir-rilevanza ta’ dawn iż-żewġ żbalji fid-deċiżjoni tiegħu, huwa minnu wkoll li huwa qatt ma għamel riferiment għalihom, u kkorreġihom, minkejja l-fatt li aċċetta l-kumplament tal-argumenti tal-Gvern Portugiż imsemmija fl-ittra. Fil-verità, il-Kunsill ittratta l-kwistjoni tal-iżbalji biss wara li l-fatti inkwistjoni saru ta’ natura pubblika, fejn effettivament inħolqot kritika mill-pubbliku sew fil-Portugall kif ukoll fl-Ewropa. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter. Ir-rikorrenti tallega li l-għanijiet li fir-rigward tagħhom ġew attribwiti l-kompetenzi lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, fl-ambitu tal-proċedura ta’ għażla u ħatra tal-Prosekuturi Ewropej, jikkonsistu f’li tiġi żgurata l-indipendenza tal-organu, kif ukoll f’li jinħatru l-kandidati nazzjonali l-iktar ikkwalifikati u li joffru l-garanziji kollha ta’ indipendenza għall-eżerċizzju tal-kariga ta’ Prosekutur Ewropew. L-intervent tal-Gvern Portugiż u l-azzjoni tal-Kunsill kellhom għanijiet differenti minn dawk invokati jew mill-inqas hekk irriżultaw. L-għażla u l-ħatra sussegwenti, permezz tal-att ikkontestat, tal-Prosekutur Portugiż, ma kkontribwixxewx neċessarjament għall-ħatra tal-kandidati nazzjonali iktar ikkwalifikati u li kienu joffru l-garanziji kollha ta’ indipendenza fl-eżerċizzju tal-kariga ta’ Prosekutur Ewropew, bi ħsara għall-għanijiet li jirriżultaw mir-regolamenti u mid-deċiżjonijiet imsemmija, fejn ġiet ippreġudikata n-natura leġittima tal-Prosekuturi maħtura u l-kredibbiltà tal-organu nnifsu. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/43 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2021 – Darment vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-92/21)
(2021/C 128/51)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Darment Oy (Helsinki, il-Finlandja) (rappreżentant: C. Ginter, lawyer)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tnaqqas il-kwoti allokati lir-rikorrenti għas-sena 2021 għat-tqegħid fis-suq ta’ idrofluorokarburi li r-rikorrenti ġiet informata dwarha permezz tas-sistema tal-portal F-Gas tal-konvenuta fil-15 ta’ Diċembru 2020 u permezz ta’ ittra elettronika tat-12 ta’ Jannar 2021, |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn il-konvenuta imponiet multa fuq ir-rikorrenti minkejja li l-Qorti tal-Ġustizzja kienet annullat id-deċiżjoni tal-konvenuta li tikkonstata li r-rikorrenti kienet eċċediet il-kwota tagħha ta’ tqegħid fis-suq ta’ idrofluorokarburi fl-2017 u li timponi sanzjoni fuqha. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 25(2) tar-Regolament (UE) 517/2014 (1) moqri flimkien mal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkwantu l-konvenuta kompliet timponi s-sanzjoni fuq ir-rikorrenti. |
(1) Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (ĠU 2014 L 150, p. 195).
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/44 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Boshab vs Il-Kunsill
(Kawża T-103/21)
(2021/C 128/52)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Évariste Boshab (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033 tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 6 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021/UE tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 6 tal-anness ta’ dan ir-regolament; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża tiegħu. Ir-rikorrent jinvoka diversi lmenti fir-rigward tal-ksur tad-drittijiet tad-difiża matul il-proċeduri li wasslu lill-Kunsill għall-adozzjoni u għat-tiġdid tal-miżuri restrittivi fil-konfront tiegħu u jinvoka, b’mod partikolari, il-ksur tad-dritt tas-smigħ tiegħu f’kundizzjonijiet aċċettabbli. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, sa fejn il-Kunsill ikkunsidra li r-rikorrent kien involut f’atti li jikkostitwixxu ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Ir-rikorrent jikkritika l-kuntest ta’ eżami mill-ġdid li seħħ qabel it-tiġdid tal-miżuri restrittivi fil-konfront tiegħu u jikkontesta kwalunkwe involviment attwali fil-fatti li kkostitwixxew il-bażi tad-deċiżjoni ta’ inklużjoni tiegħu fil-lista ta’ persuni msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (ĠU 2010, L 336, p. 30). |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/44 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Kande Mupompa vs Il-Kunsill
(Kawża T-104/21)
(2021/C 128/53)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Alex Kande Mupompa (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033, tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn iżżomm lir-rikorrent fin-nru 7 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021, tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn iżomm lir-rikorrent fin-nru 7 tal-anness ta’ dan ir-regolament; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/21, Boshab vs Il-Kunsill.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/45 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Kanyama vs Il-Kunsill
(Kawża T-105/21)
(2021/C 128/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Célestin Kanyama (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033 tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 4 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2020, sakemm iżomm lir-rikorrent fin-Nru 4 tal-anness ta’ dan ir-regolament; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment l-istess jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/21, Boshab vs Il-Kunsill.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/45 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Kazembe Musonda vs Il-Kunsill
(Kawża T-106/21)
(2021/C 128/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-Claude Kazembe Musonda (Lubumbashi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033, tal-10 ta’ Diċembru 2020, safejn din iżżomm lir-rikorrenti f’Nru 8 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021, tal-10 ta’ Diċembru 2020, safejn din iżżomm lir-rikorrenti f’Nru 8 tal-anness ta’ dan ir-regolament; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Każ T-103/21, Boshab vs Il-Kunsill.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/46 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill
(Kawża T-107/21)
(2021/C 128/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Gabriel Amisi Kumba (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033 tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 2 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 2 tal-anness ta’ dan ir-regolament; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/21, Boshab vs Il-Kunsill.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/46 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Ilunga Luyoyo vs Il-Kunsill
(Kawża T-108/21)
(2021/C 128/57)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ferdinand Ilunga Luyoyo (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033 tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 3 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 3 tal-anness ta’ dan ir-regolament; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/21, Boshab vs Il-Kunsill.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/47 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Mutondo vs Il-Kunsill
(Kawża T-109/21)
(2021/C 128/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Kalev Mutondo (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033, tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn hija żżomm l-isem tar-rikorrent fin-Numru 11 tal-Anness ta’ din id-deċiżjoni; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021, tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn iżomm l-isem tar-rikorrent fin-Numru 11 tal-Anness ta’ dan ir-regolament; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/21, Boshab vs Il-Kunsill.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/47 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Kampete vs Il-Kunsill
(Kawża T-110/21)
(2021/C 128/59)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Ilunga Kampete (Kinshasa, Ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033, tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 1 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021, tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 1 tal-anness ta’ dan ir-regolament; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokat fil-kuntest tal-Kawża T-103/21, Boshab vs Il-Kunsill.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/48 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Numbi vs Il-Kunsill
(Kawża T-112/21)
(2021/C 128/60)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: John Numbi (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033 tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn din iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 5 tal-Anness ta’ din id-deċiżjoni; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn dan iżomm lir-rikorrent fin-Nru 5 tal-Anness ta’ dan ir-regolament; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li, essenzjalment, huma identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/21, Boshab vs Il-Kunsill.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/48 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Team Beverage vs EUIPO (Beverage Analytics)
(Kawża T-113/21)
(2021/C 128/61)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Team Beverage AG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Beverage Analytics” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 101 437
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 727/2020-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad l-appell tar-rikorrenti mid-deċiżjoni tal-konvenut tal-21 ta’ Frar 2020; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/49 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2021 – Growth Finance Plus vs EUIPO (doglover)
(Kawża T-114/21)
(2021/C 128/62)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Growth Finance Plus AG (Gommiswald, l-Isvizzera) (rappreżentant: H. Twelmeier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “doglover” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 107 487
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2020 fil-Każ R 720/2020-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/50 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2021 – Growth Finance Plus vs EUIPO (catlover)
(Kawża T-115/21)
(2021/C 128/63)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Growth Finance Plus AG (Gommiswald, l-Isvizzera) (rappreżentant: H. Twelmeier, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “catlover” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 107 485
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Novembru 2020 fil-Każ R 717/2020-1
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/50 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Frar 2021 – Deichmann vs EUIPO – Munich (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ strixxi li jinkroċjaw fuq il-ġenb ta’ żarbun)
(Kawża T-117/21)
(2021/C 128/64)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Deichmann, SE (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Onken, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Munich, SL (La Torre de Claramunt, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ strixxi inkroċjati fuq il-ġenb ta’ żarbun – Trade mark tal-Unjoni Nru 2 923 852
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 2882/2019-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem l-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
— |
Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/51 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2021 – Cilem Records International vs EUIPO –KVZ Music (HALIX RECORDS)
(Kawża T-118/21)
(2021/C 128/65)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Cilem Records International UG (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Hecht, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: KVZ Music Ltd (Sofija, il-Bulgarija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HALIX RECORDS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 288 235
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Jannar 2021 fil-Każ R 1060/2020-4
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-28 ta’ Jannar 2021 u d-deċiżjoni tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-trade mark tal-Unjoni Nru 016288235 u tilqa’ l-oppożizzjoni tar-rikorrenti kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 16288235 tas-17 ta’ April 2017; |
— |
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-28 ta’ Jannar 2021 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell għal deċiżjoni mill-ġdid; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/52 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Ramazani Shadary vs Il-Kunsill
(Kawża T-119/21)
(2021/C 128/66)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Emmanuel Ramazani Shadary (Kinshasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033 tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn iżżomm lir-rikorrent fin-Nru 10 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn iżomm lir-rikorrent fin-Nru 10 tal-anness ta’ dan ir-regolament; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma, essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/21, Boshab vs Il-Kunsill.
12.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 128/52 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Frar 2021 – Ruhorimbere vs Il-Kunsill
(Kawża T-120/21)
(2021/C 128/67)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Éric Ruhorimbere (Mbuji-Mayi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/2033 tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn hija żżomm lir-rikorrent fin-Nru 9 tal-anness ta’ din id-deċiżjoni; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/2021 tal-10 ta’ Diċembru 2020, sa fejn huwa jżomm lir-rikorrent fin-Nru 9 tal-anness ta’ dan ir-regolament; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi li huma, essenzjalment, identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-103/21 Boshab vs Il-Kunsill.