|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2021/C 110/01 |
||
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
|
2021/C 110/02 |
Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI TAL-QORTI |
|
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja |
|
|
2021/C 110/03 |
||
|
2021/C 110/04 |
||
|
2021/C 110/05 |
||
|
2021/C 110/06 |
||
|
2021/C 110/07 |
||
|
2021/C 110/08 |
||
|
2021/C 110/09 |
||
|
2021/C 110/10 |
||
|
2021/C 110/11 |
||
|
2021/C 110/12 |
||
|
2021/C 110/13 |
||
|
2021/C 110/14 |
||
|
2021/C 110/15 |
||
|
2021/C 110/16 |
||
|
2021/C 110/17 |
||
|
2021/C 110/18 |
||
|
2021/C 110/19 |
||
|
2021/C 110/20 |
||
|
2021/C 110/21 |
||
|
2021/C 110/22 |
||
|
2021/C 110/23 |
||
|
2021/C 110/24 |
||
|
2021/C 110/25 |
||
|
2021/C 110/26 |
||
|
2021/C 110/27 |
||
|
|
Il-Qorti Ġenerali |
|
|
2021/C 110/28 |
||
|
2021/C 110/29 |
||
|
2021/C 110/30 |
||
|
2021/C 110/31 |
||
|
2021/C 110/32 |
||
|
2021/C 110/33 |
||
|
2021/C 110/34 |
||
|
2021/C 110/35 |
Kawża T-89/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2020 – PV vs Il-Kummissjoni |
|
|
2021/C 110/36 |
Kawża T-36/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2021 – PO vs Il-Kummissjoni |
|
|
2021/C 110/37 |
Kawża T-39/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2021 – PP et vs Il-Parlament Ewropew |
|
|
2021/C 110/38 |
||
|
2021/C 110/39 |
Kawża T-79/21: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2021 – Ryanair u AMS vs Il-Kummissjoni |
|
|
2021/C 110/40 |
||
|
2021/C 110/41 |
||
|
2021/C 110/42 |
Kawża T-87/21: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2021 – Condor Flugdienst vs Il-Kummissjoni |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2021/C 110/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
Il-Qorti Ġenerali
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/2 |
Kompożizzjoni tal-Awli u assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli
(2021/C 110/02)
Fl-1 ta’ Marzu 2021, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, wara d-dħul fil-kariga ta’ D. Petrlík bħala Mħallef fil-Qorti Ġenerali, li temenda d-deċiżjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Awli tat-30 ta’ Settembru 2019 (1), kif emendata (2), u d-deċiżjoni dwar l-assenjazzjoni tal-Imħallfin lill-Awli tal-4 ta’ Ottubru 2019 (3), kif emendata (4), għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2021 sal-31 ta’ Awwissu 2022, u li tassenja l-Imħallfin lill-awli kif ġej:
L-Ewwel Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
H. Kanninen, President tal-Awla, M. Jaeger, N. Półtorak, O. Porchia u M. Stancu, Imħallfin.
L-Ewwel Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
H. Kanninen, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: M. Jaeger u N. Półtorak, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: M. Jaeger u O. Porchia, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: M. Jaeger u M. Stancu, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti D: N. Półtorak u O. Porchia, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti E: N. Półtorak u M. Stancu, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti F: O. Porchia u M. Stancu, Imħallfin.
It-Tieni Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
V. Tomljenović, President tal-Awla, F. Schalin, P. Škvařilová-Pelzl, I. Nõmm u G. Steinfatt, Imħallfin.
It-Tieni Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
V. Tomljenović, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: F. Schalin u P. Škvařilová-Pelzl, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: F. Schalin u I. Nõmm, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: P. Škvařilová-Pelzl u I. Nõmm, Imħallfin.
It-Tielet Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
A. M. Collins, President tal-Awla, V. Kreuschitz, Z. Csehi, G. De Baere u G. Steinfatt, Imħallfin.
It-Tielet Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
A. M. Collins, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: V. Kreuschitz u Z. Csehi, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: V. Kreuschitz u G. De Baere, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: V. Kreuschitz u G. Steinfatt, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti D: Z. Csehi u G. De Baere, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti E: Z. Csehi u G. Steinfatt, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti F: G. De Baere u G. Steinfatt, Imħallfin.
Ir-Raba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
S. Gervasoni, President tal-Awla, L. Madise, P. Nihoul, R Frendo u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin.
Ir-Raba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
S. Gervasoni, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: L. Madise u P. Nihoul, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: L. Madise u R Frendo, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: L. Madise u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti D: P. Nihoul u R Frendo, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti E: P. Nihoul u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti F: R Frendo u J. Martín y Pérez de Nanclares, Imħallfin.
Il-Ħames Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
D. Spielmann, President tal-Awla, U. Öberg, O. Spineanu-Matei, R. Mastroianni u R. Norkus, Imħallfin.
Il-Ħames Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
D. Spielmann, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: U. Öberg u O. Spineanu-Matei, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: Öberg u R. Mastroianni, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: O. Spineanu-Matei u R. Mastroianni, Imħallfin.
Is-Sitt Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
A. Marcoulli, President tal-Awla, S. Frimodt Nielsen, J. Schwarcz, C. Iliopoulos u R. Norkus, Imħallfin.
Is-Sitt Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
A. Marcoulli, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: S. Frimodt Nielsen u J. Schwarcz, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: S. Frimodt Nielsen u C. Iliopoulos, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: S. Frimodt Nielsen u R. Norkus, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti D: J. Schwarcz u C. Iliopoulos, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti E: J. Schwarcz u R. Norkus, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti F: C. Iliopoulos u R. Norkus, Imħallfin.
Is-Seba’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
R. da Silva Passos, President tal-Awla, V. Valančius, I. Reine, L. Truchot u M. Sampol Pucurull, Imħallfin.
Is-Seba’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
R. da Silva Passos, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: V. Valančius u I. Reine, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: V. Valančius u L. Truchot, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: V. Valančius u M. Sampol Pucurull, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti D: I. Reine u L. Truchot, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti E: I. Reine u M. Sampol Pucurull, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti F: L. Truchot u M. Sampol Pucurull, Imħallfin.
It-Tmien Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
J. Svenningsen, President tal-Awla, R. Barents, C. Mac Eochaidh, T. R. Pynnä u C. J. Laitenberger, Imħallfin.
It-Tmien Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
J. Svenningsen, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: R. Barents u C. Mac Eochaidh, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: R. Barents u T. R. Pynnä, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: R. Barents u C. J. Laitenberger, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti D: C. Mac Eochaidh u T. R. Pynnä, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti E: C. Mac Eochaidh u C. J. Laitenberger, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti F: T. R. Pynnä u C. J. Laitenberger, Imħallfin.
Id-Disa’ Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
M. J. Costeira, President tal-Awla, D. Gratsias, M. Kancheva, B. Berke u T. Perišin, Imħallfin.
Id-Disa’ Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
M. J. Costeira, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: D. Gratsias u M. Kancheva, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: D. Gratsias u B. Berke, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: D. Gratsias u T. Perišin, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti D: M. Kancheva u B. Berke, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti E: M. Kancheva u T. Perišin, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti F: B. Berke u T. Perišin, Imħallfin.
L-Għaxar Awla Estiża, komposta minn ħames Imħallfin:
A. Kornezov, President tal-Awla, E. Buttigieg, K. Kowalik-Bańczyk, G. Hesse u D. Petrlík, Imħallfins.
L-Għaxar Awla, komposta minn tliet Imħallfin:
A. Kornezov, President tal-Awla;
Kulleġġ ġudikanti A: E. Buttigieg u K. Kowalik-Bańczyk, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti B: E. Buttigieg u G. Hesse, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti C: E. Buttigieg u D. Petrlík, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti D: K. Kowalik-Bańczyk u G. Hesse, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti E: K. Kowalik-Bańczyk u D. Petrlík, Imħallfin;
Kulleġġ ġudikanti F: G. Hesse u D. Petrlík, Imħallfin.
It-Tieni Awla komposta minn erba’ Mħallfin hija estiża biż-żieda tal-ħames Imħallef mit-Tielet Awla. Il-Ħames Awla komposta minn erba’ Mħallfin hija estiża biż-żieda tal-ħames Imħallef mis-Sitt Awla. Il-ħames Imħallef jinħatar skont l-ordni invers stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura għall-perijodu sal-31 ta’ Awwissu 2022.
Il-Qorti Ġenerali tikkonferma d-deċiżjoni tagħha tal-4 ta’ Ottubru 2019 li tgħid li l-Ewwel, ir-Raba’, is-Seba’ u t-Tmien Awla huma inkarigati mill-kawżi mressqa abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u, jekk ikun il-każ, tal-Artikolu 50a tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, u t-Tieni, it-Tielet, il-Ħames, is-Sitt, id-Disa’ u l-Għaxar Awla huma inkarigati mill-kawżi relatati mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali koperti mit-Titolu IV tar-Regoli tal-Proċedura.
Hija tikkonferma wkoll li:
|
— |
Il-President u l-Viċi President ma humiex assenjati b’mod permanenti lil awla; |
|
— |
Matul kull sena ġudizzjarja, il-Viċi President għandu jippresjedi f’kull waħda mill-għaxar awli komposti minn ħames Imħallfin, u dan f’kawża għal kull awla skont l-ordni li ġej:
|
Meta l-awla li fiha l-Viċi President jkollu jippresjedi tkun komposta:
|
— |
minn ħames Imħallfin, il-kulleġġ ġudikanti estiż għandu jkun kompost mill-Viċi President, mill-Imħallfin tal-Kulleġġ ġudikanti kompost minn tliet Imħallfin li quddiemu tkun tressqet inizjalment il-kawża kif ukoll minn wieħed mill-Imħallfin l-oħra tal-Awla kkonċernata, iddeterminat abbażi tal-ordni invers stabbilit fl-Artikolu 8 tar-Regoli tal-Proċedura; |
|
— |
minn erba’ Mħallfin, il-kulleġġ ġudikanti estiż għandu jkun kompost mill-Viċi President, mill-Imħallfin tal-Kulleġġ ġudikanti kompost minn tliet Imħallfin li quddiemu tkun tressqet inizjalment il-kawża u mir-raba’ Mħallef tal-awla kkonċernata. |
(1) ĠU C 372, 4.11.2019, p. 3.
(2) ĠU C 68, 2.3.2020, p. 2, ĠU C 114, 6.4.2020, p. 2 u ĠU C 371, 3.11.2020, p. 2.
(3) ĠU C 372, 4.11.2019, p. 3.
(4) ĠU C 68, 2.3.2020, p. 2, ĠU C 114, 6.4.2020, p. 2 u ĠU C 371, 3.11.2020, p. 2.
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Frar 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija
(Kawża C-637/18) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja ambjentali - Artikolu 13(1) u Anness XI - Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu stabbiliti għall-mikropartiċelli (PM10) f’ċerti żoni tal-Ungerija - Artikolu 23(1) - Anness XV - Perijodu “l-iqsar possibbli” li fih jinqabżu l-valuri limitu - Miżuri xierqa)
(2021/C 110/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Petersen, K. Talabér-Ritz u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenuta: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u A. Pokoraczki, aġenti)
Dispożittiv
|
1) |
L-Ungerija:
|
|
2) |
L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – L-Italja) – Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC), Consorzio Ge.Se.Av. S. c. arl vs De Vellis Servizi Globali Srl
(Kawżi Magħquda C-155/19 u C-156/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/24/UE - Artikolu 2(1)(4) - Awtorità kontraenti - Korpi rregolati mid-dritt pubbliku - Kunċett - Federazzjoni sportiva nazzjonali - Issodisfar ta’ ħtiġijiet ta’ interess ġenerali - Sorveljanza tat-tmexxija tal-federazzjoni minn korp irregolat mid-dritt pubbliku)
(2021/C 110/04)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC), Consorzio Ge.Se.Av. S. c. arl
Konvenut: De Vellis Servizi Globali Srl
fil-preżenza ta’: Consorzio Ge.Se.Av. S. c. arl, Comitato Olimpico Nazionale Italiano (CONI), Federazione Italiana Giuoco Calcio (FIGC),
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 2(1)(4)(a) tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li entità mogħtija missjonijiet ta’ natura pubblika ddefiniti b’mod eżawrjenti mid-dritt nazzjonali tista’ titqies bħala li nħolqot sabiex jiġu speċifikament issodisfatti ħtiġijiet ta’ interess ġenerali li ma għandhomx karattru industrijali jew kummerċjali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, anki jekk hija ma nħolqotx fil-forma ta’ amministrazzjoni pubblika iżda ta’ assoċjazzjoni rregolata mid-dritt privat u li wħud mill-attivitajiet tagħha, li fir-rigward tagħhom hija għandha kapaċità ta’ awtofinanzjament, ma humiex ta’ natura pubblika. |
|
2) |
It-tieni parti tal-alternattiva prevista fl-Artikolu 2(1)(4)(c) tad-Direttiva 2014/24 għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-każ fejn federazzjoni sportiva nazzjonali għandha, abbażi tad-dritt nazzjonali, awtonomija ta’ tmexxija, it-tmexxija ta’ din il-federazzjoni tista’ titqies bħala li hija suġġetta għall-kontroll ta’ awtorità pubblika biss jekk minn analiżi globali tas-setgħat li din l-awtorità għandha fil-konfront tal-imsemmija federazzjoni jirriżulta li jeżisti kontroll ta’ tmexxija attiv li, effettivament, jippreġudika din l-awtonomija sal-punt li jippermetti li l-imsemmija awtorità tinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-istess federazzjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi. Il-fatt li d-diversi federazzjonijiet sportivi nazzjonali jeżerċitaw influwenza fuq l-attività tal-awtorità pubblika kkonċernata minħabba l-parteċipazzjoni maġġoritarja tagħhom fi ħdan il-korpi kolleġjali prinċipali tagħha li jiddeċiedu huwa rilevanti biss jekk jista’ jiġi stabbilit li kull waħda minn dawn il-federazzjonijiet, ikkunsidrata b’mod iżolat, hija f’pożizzjoni li teżerċità influwenza sinjifikattiva fuq il-kontroll pubbliku eżerċitat minn din l-awtorità fir-rigward tagħha bil-konsegwenza li dan il-kontroll jiġi mxejjen u li tali federazzjoni sportiva nazzjonali terġa’ tikseb, b’dan il-mod, ir-riedni tat-tmexxija tagħha, u dan minkejja l-influwenza tal-federazzjonijiet sportivi nazzjonali l-oħra li jinstabu f’sitwazzjoni analoga. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – Il-Ġermanja) – eurocylinder systems AG vs Hauptzollamt Hamburg
(Kawża C-324/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika kummerċjali komuni - Dazji antidumping - Regolament (KE) Nru 384/96 - Artikolu 3(9) - Theddida ta’ dannu materjali - Fatturi - Artikolu 9(4) - Regolament (KE) Nru 926/2009 - Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina - Invalidità)
(2021/C 110/05)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: eurocylinder systems AG
Konvenut: Hauptzollamt Hamburg
Dispożittiv
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009 tal-24 ta’ Settembru 2009 li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa invalidu.
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte costituzionale – l-Italja) – DB vs Commissione Nazionale per le Societa e la Borsa (Consob)
(Kawża C-481/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2003/6/KE - Artikolu 14(3) - Regolament (UE) Nru 596/2014 - Artikolu 30(1)(b) - Abbuż tas-suq - Sanzjonijiet amministrattivi ta’ natura kriminali - Nuqqas ta’ kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti - Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Dritt li wieħed iżomm is-silenzju u li ma jikkontribwixxix għall-inkriminazzjoni tiegħu stess)
(2021/C 110/06)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte costituzionale
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: DB
Konvenut: Commissione Nazionale per le Società e la Borsa (Consob)
Fil-preżenza ta’: Presidente del Consiglio dei ministri
Dispożittiv
L-Artikolu 14(3) tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) u l-Artikolu 30(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6 u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jippermettu lill-Istati Membri li ma jissanzjonawx lil persuna fiżika li, fil-kuntest ta’ investigazzjoni mmexxija fir-rigward tagħha mill-awtorità kompetenti skont din id-direttiva jew skont dan ir-regolament, tirrifjuta li tipprovdilha risposti li minnhom tista’ tirriżulta r-responsabbiltà tagħha għal reat punibbli b’sanzjonijiet amministrattivi li għandhom natura kriminali jew ir-responsabbiltà kriminali tagħha.
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Stuttgart – il-Ġermanja) – Fussl Modestraße Mayr GmbH vs SevenOne Media GmbH, ProSiebenSat.1 TV Deutschland GmbH, ProSiebenSat.1 Media SE
(Kawża C-555/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2010/13/UE - Provvista ta’ servizzi ta’ media awdjoviżiva - Artikolu 4(1) - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Ugwaljanza fit-trattament - Artikolu 56 TFUE - Artikoli 11 u 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Komunikazzjoni kummerċjali awdjoviżiva - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lix-xandara tat-televiżjoni milli jinkludu fil-programmi tagħhom imxandra fit-territorju nazzjonali kollu reklamar televiżiv li x-xandir tiegħu huwa limitat għal livell reġjonali)
(2021/C 110/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Stuttgart
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Fussl Modestraße Mayr GmbH
Konvenuti: SevenOne Media GmbH, ProSiebenSat.1 TV Deutschland GmbH, ProSiebenSat.1 Media SE
Dispożittiv
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b’regolament jew b’azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta’ servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) u l-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lix-xandara tat-televiżjoni milli jinkludu fil-programmi tagħhom imxandra fit-territorju nazzjonali kollu reklamar televiżiv li x-xandir tiegħu huwa limitat għal livell reġjonali.
L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix tali leġiżlazzjoni nazzjonali, sakemm din tkun xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan ta’ protezzjoni tal-pluraliżmu tal-media fuq livell reġjonali u lokali li hija trid tilħaq u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan l-għan, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.
L-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix tali leġiżlazzjoni nazzjonali, sakemm din ma twassalx għal inugwaljanza fit-trattament bejn ix-xandara tat-televiżjoni nazzjonali u l-fornituri ta’ reklamar fuq l-internet għal dak li jirrigwarda x-xandir ta’ reklamar fuq livell reġjonali, ħaġa li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-4 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio – L-Italja) – Azienda Agricola Ambrosi Nicola Giuseppe et vs Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Ministero delle Politiche Agricole e Forestali
(Kawża C-640/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Regolament (KE) Nru 1234/2007 - Kwoti tal-ħalib - Imposti fuq l-eċċessi - Ħalib użat għall-produzzjoni ta’ ġobnijiet li jgawdu minn denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) u intiżi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi - Esklużjoni - Artikolu 32(a), Artikolu 39(1) u (2)(a), Artikolu 40(2) u Artikolu 41(b) TFUE - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni - Validità)
(2021/C 110/08)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Azienda Agricola Ambrosi Nicola Giuseppe, Azienda Agricola Castagna Giovanni, Soc. Azienda Agricola Castellani Enio, Nereo e Giuliano Ss, Azienda Agricola De Fanti Maria Teresa, Azienda Agricola Giacomazzi Vilmare, Soc. Azienda Agricola Iseo di Lunardi Giampaolo e Silvano Ss, Soc. Azienda Agricola Mastrolat di Mastrotto Franco e Luca Ss, Azienda Agricola Righetti Michele e Damiano, Azienda Agricola Scandola Stefano e Gianni, Azienda Agricola Tadiello Roberto, Azienda Agricola Turazza Mario, Azienda Agricola Zuin Tiziano, 2 B Società Agricola Srl, Azienda Agricola Fracasso Claudio, Azienda Agricola Pozzan Mirko
Konvenuti: Agenzia per le Erogazioni in Agricoltura (AGEA), Ministero delle Politiche Agricole e Forestali
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikoli 55, 65 u 78 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 248/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jeskludux mill-kalkolu tal-kwoti nazzjonali għall-produzzjoni tal-ħalib u ta’ prodotti oħra mill-ħalib, kif ukoll mill-imposti fuq l-eċċessi, il-kwantitajiet ta’ ħalib użati għall-produzzjoni ta’ ġobnijiet li jgawdu minn denominazzjoni ta’ oriġini protetta u intiżi għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi. |
|
2) |
L-eżami tat-tielet domanda preliminari ma rrileva l-ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikoli 55, 65 u 78 tar-Regolament Nru 1234/2007, kif emendat bir-Regolament Nru 248/2008. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – Ir-Renju Unit) – JCM Europe (UK) Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-760/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Tariffa doganali komuni - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestaturi 8472 u 9031 - Validatur tal-karti tal-flus u kaxxi tal-karti tal-flus - Apparat intiż sabiex jiġi integrat f’apparat ospitanti u konness ma’ ċentru ta’ kontroll estern - Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1760 - Validità)
(2021/C 110/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: JCM Europe (UK) Ltd
Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Dispożittiv
L-eżami tad-domandi magħmula ma żvela l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1760 tat-28 ta’ Settembru 2016 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda.
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-4 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – DQ vs Ministre de la Transition écologique et solidaire, Ministre de l’Action et des Comptes publics
(Kawża C-903/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Servizz pubbliku - Trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar - Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 11 tal-Anness VIII - Uffiċjali u membri tal-persunal temporanju li jintegraw mill-ġdid l-amministrazzjoni nazzjonali oriġinali tagħhom wara perijodu ta’ disponibbiltà u l-eżerċizzju ta’ dmirijiet f’istituzzjoni tal-Unjoni)
(2021/C 110/10)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: DQ
Konvenuti: Ministre de la Transition écologique et solidaire, Ministre de l’Action et des Comptes publics
Dispożittiv
L-Artikolu 11(1) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li t-trasferiment tal-ekwivalenza attwarjali tad-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar jista’ jintalab kemm mill-uffiċjali u mill-membri tal-persunal bil-kuntratt li jintegraw għall-ewwel darba amministrazzjoni nazzjonali wara li jkunu ġew impjegati f’istituzzjoni tal-Unjoni kif ukoll minn dawk li jirritornaw hemmhekk wara li jkunu eżerċitaw funzjonijiet f’tali istituzzjoni fil-kuntest ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni jew ta’ leave għal raġunijiet personali.
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Stichting Waternet vs MG
(Kawża C-922/19) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 97/7/KE - Artikolu 9 - Direttiva 2011/83/UE - Artikolu 27 - Direttiva 2005/29/KE - Artikolu 5(5) - Punt 29 tal-Anness I - Prattiċi kummerċjali żleali - Kunċett ta’ “provvista mhux mitluba” - Distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb)
(2021/C 110/11)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Stichting Waternet
Konvenut: MG
Dispożittiv
|
1) |
L-Artikolu 9 tad-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 1997 dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi in rigward ta’ kuntratti li jsiru mill-bogħod, u l-Artikolu 27 tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqrija flimkien mal-Artikolu 5(5) u mal-punt 29 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ma jirregolawx it-tfassil tal-kuntratti, b’tali mod li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, konformement mal-leġiżlazzjoni nazzjonali, jekk kuntratt jistax jitqies bħala konkluż bejn kumpannija ta’ distribuzzjoni tal-ilma u konsumatur fl-assenza tal-kunsens espliċitu ta’ dan tal-aħħar. |
|
2) |
Il-kunċett ta’ “provvista mhux mitluba”, fis-sens tal-punt 29 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29, għandu jiġi interpretat fis-sens li, bla ħsara għall-verifiki li għandhom jitwettqu mill-qorti tar-rinviju, dan ma jkoprix prattika kummerċjali ta’ kumpannija ta’ distribuzzjoni tal-ilma tajjeb għax-xorb li tikkonsisti fiż-żamma tal-konnessjoni man-network pubbliku ta’ distribuzzjoni ta’ ilma tajjeb għax-xorb meta konsumatur jibda jokkupa abitazzjoni preċedentement okkupata, meta dan il-konsumatur ma jkollux l-għażla tal-fornitur ta’ dan is-servizz, dan tal-aħħar jiffattura ammonti li jkopru l-ispejjeż, trasparenti u mhux diskriminatorji, skont il-konsum tal-ilma, u l-imsemmi konsumatur jaf li l-imsemmija abitazzjoni hija konnessa man-network pubbliku ta’ distribuzzjoni tal-ilma u li l-provvista tal-ilma hija bi ħlas. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-3 ta’ Frar 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Rottendorf Pharma GmbH vs Hauptzollamt Bielefeld
(Kawża C-92/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - It-tieni inċiż tal-Artikolu 239(1) - Rimbors tad-dazji doganali legalment miġbura - Sitwazzjoni partikolari - Ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ rilaxx għal ċirkulazzjoni libera - Invalidità tal-awtorizzazzjoni u ħruġ ta’ awtorizzazzjoni ta’ pproċessar attiv b’effett retroattiv - Esportazzjoni mill-ġdid tal-merkanzija barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea - Ommissjoni li tiġi ppreżentata l-merkanzija fid-dwana)
(2021/C 110/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Rottendorf Pharma GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Bielefeld
Dispożittiv
It-tieni inċiż tal-Artikolu 239(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, operatur ekonomiku ma jistax jitlob ir-rimbors tad-dazji doganali li jkun ħallas ħlief meta jsib ruħu f’sitwazzjoni partikolari u ma teżistix negliġenza manifesta jew manuvra min-naħa tiegħu u, min-naħa l-oħra, li l-fatt li l-merkanzija kkonċernata kienet ġiet esportata mill-ġdid lejn pajjiż terzi mingħajr ma daħlet fiċ-ċirkuwitu ekonomiku tal-Unjoni Ewropea ma huwiex biżżejjed sabiex jiġi stabbilit li dan l-operatur ekonomiku kien sab ruħu f’tali sitwazzjoni partikolari. L-istess konklużjoni tapplika meta l-aġir li ta lok għat-tassazzjoni tad-dazji doganali kkonċernati kien ġie kkawżat minn żball dwar l-informazzjoni li tinsab fis-sistema informatika tal-imsemmi operatur ekonomiku, peress li dan l-iżball seta’ ġie evitat kieku l-istess operatur ekonomiku kien ħa inkunsiderazzjoni kundizzjonijiet li jinsabu fl-awtorizzazzjoni li kienet ingħatatlu.
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/13 |
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2020 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fit-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawżi Magħquda T-515/13 RENV u T-719/13 RENV, Ir-Renju ta’ Spanja et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-649/20 P)
(2021/C 110/13)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: S. Centeno Huerta u S. Jiménez García, aġenti)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
|
— |
Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020, Ir-Renju ta’ Spanja et vs Il-Kummissjoni, mogħtija fil-Kawżi Magħquda T-515/13 RENV u T-719/13 RENV, EU:T:2020:434. |
|
— |
Tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE tas-17 ta’ Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja – Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni (1). |
|
— |
Tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
|
1. |
Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 47 tal-Karta, moqri flimkien mal-Artikolu 256 TFUE, minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni f’dak li jirrigwarda l-analiżi tas-selettività tal-Artikolu 107(1) TFUE u l-prinċipji ta’ rkupru. |
|
2. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE fir-rigward tas-selettività tal-miżura. |
|
3. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, fil-kuntest tal-istħarriġ tal-għajnuna tal-Artikolu 108 TFUE, permezz tal-metodu ta’ analiżi tagħha u minħabba li ġabet fix-xejn il-kontenut taż-żewġ prinċipji. |
|
4. |
Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-prinċipji applikabbli għall-irkupru. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/14 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2020 minn Lico Leasing, S.A.U u Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fit-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawżi magħquda T-515/13 RENV u T-719/13 RENV, Ir-Renju ta’ Spanja et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-658/20 P)
(2021/C 110/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Lico Leasing, S.A.U u Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, S.A. (rappreżentanti: J.M. Rodríguez Cárcamo u M.A. Sánchez, abogados)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Bankia, S.A. et u Aluminios Cortizo, S.A.
Talbiet
Lico Leasing, S.A.U., Establecimiento Financiero de Crédito (“LICO”) u Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, S.A. (“PYMAR”) jitolbu bir-rispett li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla kompletament is-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-23 ta’ Settembru 2020, Spanja et vs Il-Kummissjoni (T-515/13 RENV u T-719/13 RENV, EU:T:2020:434); |
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/200/UE tas-17 ta’ Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni (ĠU 2014, L 114, p. 1) jew, sussidjarjament, tannulla l-ordni ta’ rkupru tal-għajnuna, u |
|
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż sostnuti minn LICO u minn PYMAR fil-kuntest ta’ dan l-appell u għall-ispejjeż sostnuti minn LICO u PYMAR fil-proċeduri ta’ rinviju (T-719/13 RENV), fl-appell (C-128/16 P) u fil-proċedura inizjali fl-ewwel istanza (T-719/13). |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-ewwel aggravju: żbalji sostantivi ta’ klassifikazzjoni tal-fatti u ta’ motivazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE
LICO u PYMAR jallegaw li l-Qorti Ġenerali wettqet is-segwenti żbalji ta’ liġi, kemm sostantivi, kif ikoll ta’ klassifikazzjoni tal-fatti u ta’ motivazzjoni, fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 107 TFUE(1):
|
(i) |
Żball ta’ liġi fil-verifika tas-sistema ta’ referenza peress li l-Kummissjoni ma identifikatx, la fid-deċiżjoni, u lanqas quddiem il-Qorti Ġenerali, liema hija s-sistema ta’ referenza tal-Iskema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni, la b’mod ġenerali, u lanqas fir-rigward ta’ kull waħda mill-miżuri individwali li jiffurmaw din is-sistema. |
|
(ii) |
Żbalji ta’ liġi fil-klassifikazzjoni ġuridika tal-awtorizzazzjoni amministrattiva tad-deprezzament antiċipat: (a) żball meta qieset li l-eżistenza ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni tinvolvi neċessarjament is-selettività tal-miżura, mingħajr il-ħtieġa li jitwettaq l-eżami fi tliet fażijiet rikjest mill-ġurisprudenza tal-qorti, (b) żball fil-klassifikazzjoni tal-awtorizzazzjoni tad-deprezzament antiċipat bħala possibbiltà diskrezzjonali li tippermetti l-ilħuq ta’ għanijiet mhux relatati mas-sistema fiskali u (ċ) żball fl-evalwazzjoni li tgħid li, is-selettività ta’ waħda biss mill-miżuri li ppermettew li jittieħed benefiċċju mill-Iskema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni fil-globalità tagħha (l-awtorizzazzjoni tad-deprezzament antiċipat) tippermetti li jitqies li s-sistema kienet selettiva fil-globalità tagħha. |
|
(iii) |
Nuqqas ta’ motivazzjoni f’dak li jirrigwarda l-ipparagunar ta’ sitwazzjonijiet fattwali u ġuridiċi bejn l-impriżi affettwati mill-miżura eżaminata. |
It-tieni aggravju: żnaturament u żball fil-klassifikazzjoni tal-fatti fir-rigward tal-ittra tal-Kummissjoni responsabbli mid-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Kompetizzjoni” fid-dawl tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi
LICO u PYMAR jallegaw li l-Qorti Ġenerali żnaturati l-kontenut tal-ittra tal-Kummissjoni responsabbli mid-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Kompetizzjoni” u kklassifikat żbaljatament il-kontenut tagħha fis-sens li l-ittra ma kinitx toffri garanziji preċiżi, inkundizzjonati u konkordanti li setgħu joħolqu aspettattivi leġittimi.
It-tielet aggravju: żball ta’ klassifikazzjoni tal-fatti fl-applikazzjoni u fl-interpretazzjoni tal-principju ta’ ċertezza legali
LICO u PYMAR jallegaw li, anki li kieku l-Qorti Ġenerali ma żnaturatx il-kontenut tal-ittra tal-Kummissjoni responsabbli mid-Direttorat Ġenerali (DĠ) “Kompetizzjoni” għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi, il-Qorti Ġenerali kklassifikat żbaljatament, kemm dan il-fatt, kif ukoll id-deċiżjoni dwar il-gruppi ta’ interess ekonomiku fiskali Franċiżi, fil-kuntest tal-eżami tal-motiv dwar il-prinċipju ta’ ċertezza legali, li wassalha għal interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-imsemmi prinċipju.
Ir-raba’ aggravju: żball ta’ liġi fir-rigward tal-prinċipji applikabbli għall-irkupru tal-għajnuna
LICO u PYMAR jallegaw li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-prinċipji applikabbli għall-irkupru tal-għajnuna, (i) peress li ċ-ċirkustanza li l-kumpanniji tat-tbaħħir ma tqisux benefiċjarji tal-għajnuna ma tippermettix li jiġi ddikjarat li l-gruppi ta’ interess ekonomiku u l-investituri gawdew effettivament mit-totalità tal-għajnuna, meta huwa stabbilit li dan ma kienx il-każ u (ii) għaliex jekk sabiex tiġi ddeterminata l-eżistenza tal-għajnuna mill-Istat għandha tingħata attenzjoni għall-effetti tal-miżura u mhux għat-teknika użata, bl-istess mod, fil-kuntest tal-irkupru għandha tingħata attenzjoni għall-effetti u mhux għat-teknika użata, u għal din ir-raġuni ma huwiex raġonevoli li fil-każ Franċiż ingħataw skonti fuq l-ammonti ttrasferiti lill-utenti u dawn l-istess ammonti ma humiex suġġetti għal skont fil-każ Spanjol, meta l-effetti prattiċi fiż-żewġ każijiet huma identiċi.
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/16 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Diċembru 2020 minn Bankia S.A., Asociación Española de Banca, Unicaja Banco, SA, Liberbank, S.A., Banco de Sabadell, S.A., Banco Gallego S.A., Catalunya Banc, S.A., , Banco de Santanader, S.A., Santander Investment, S.A., Naviera Séneca, A.I.E. Caixabank, S.A., Industria de Diseño Textil, S.A., Naviera Nebulosa de Omega, A.I.E., Banco Mare Nostrum, S.A., Abanca Corporación Bancaria, S.A., Ibercaja Banco, S.A., Banco Grupo Cajatres, S.A.U., Naviera Bósforo, A.I.E., Joyería Tous, S.A., Corporación Alimentaria Guissona, S.A., Naviera Muriola, A.I.E., Poal Investments XXI, S.L., Poal Investments XXII, S.L., Naviera Cabo Vilaboa C-1658, A.I.E., Naviera Cabo Domaio, C-1659, A.I.E., Caamaño Sistemas Metálicos, S.L., Blumaq, S.A., Grupo Ibérica de Congelados, S.A., RNB, S.L., Inversiones Antaviana, S.L., Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A.U., Banco de Albacete, S.A., Bodegas Muga, S.L., u Aluminios Cortizo, S.A.U. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fit-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawżi Magħquda T-515/13 RENV u T-719/13 RENV, Ir-Renju ta’ Spanja et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-662/20 P)
(2021/C 110/15)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: Bankia S.A., Asociación Española de Banca, Unicaja Banco, SA, Liberbank, S.A., Banco de Sabadell, S.A., Banco Gallego S.A., Catalunya Banc, S.A., Banco de Santanader, S.A., Santander Investment, S.A., Naviera Séneca, A.I.E. Caixabank, S.A., Industria de Diseño Textil, S.A., Naviera Nebulosa de Omega, A.I.E., Banco Mare Nostrum, S.A., Abanca Corporación Bancaria, S.A., Ibercaja Banco, S.A., Banco Grupo Cajatres, S.A.U., Naviera Bósforo, A.I.E., Joyería Tous, S.A., Corporación Alimentaria Guissona, S.A., Naviera Muriola, A.I.E., Poal Investments XXI, S.L., Poal Investments XXII, S.L., Naviera Cabo Vilaboa C-1658, A.I.E., Naviera Cabo Domaio, C-1659, A.I.E., Caamaño Sistemas Metálicos, S.L., Blumaq, S.A., Grupo Ibérica de Congelados, S.A., RNB, S.L., Inversiones Antaviana, S.L., Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, S.A.U., Banco de Albacete, S.A., Bodegas Muga, S.L., u Aluminios Cortizo, S.A.U. (rappreżentanti: J.L. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, R. Calvo Salinero u A. Lamadrid de Pablo, abogados)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Lico Leasing, S.A.U u Pequeños y Medianos Astilleros Sociedad de Reconversión, S.A.
Talbiet
|
— |
Tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-aggravji esposti f’dan ir-rikors. |
|
— |
Tannulla fl-appell is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawżi magħquda T-515/13 RENV u T-719/13 RENV, Ir-Renju ta’ Spanja et vs Il-Kummissjoni (1). |
|
— |
Tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2013 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/11 (2) (ex NN/11, ex CP 137/06) mogħtija minn Spanja – Reġim tat-taxxa applikabbli għal ċerti ftehimiet ta’ lokazzjoni finanzjarja magħruf ukoll bħala s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni u, b’mod partikolari, l-Artikolu 1(1) sa fejn din tiddikjara li s-Sistema Spanjola tat-Taxxa tal-Lokazzjoni hija għajnuna mill-Istat illegali u, sussidjarjament, l-Artikolu 4(1) sa fejn dan jordna l-irkupru tal-għajnuna fit-totalità tagħha mingħand l-investituri fil-gruppi ta’ interess ekonomiku. |
|
— |
Tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jitolbu l-annullament fl-appell tas-sentenza appellata abbażi tal-aggravji li ġejjin:
L-ewwel aggravju: interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata min-naħa tal-Qorti Ġenerali tal-Artikolu 107(1) TFUE fir-rigward tal-kunċett ta’ selettività. B’mod partikolari, l-appellanti jqisu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta analizzat l-allegata “selettività settorjali” tas-SEAF (l-ewwel parti tal-aggravju). Sussidjarjament, u fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tilqax l-ewwel parti tal-aggravju, l-appellanti jqisu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni dwar l-allegata possibbiltà diskrezzjonali tal-amministrazzjoni fiskali (it-tieni part tal-aggravju).
It-tieni aggravju: applikazzjoni żbaljata min-naħa tal-Qorti Ġenerali tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
It-tielet aggravju: applikazzjoni żbaljata min-naħa tal-Qorti Ġenerali tal-prinċipji applikabbli għall-irkupru tal-għajnuna.
(1) EU:T:2020:434
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca do Porto Este – Penafiel – Juízo Trabalho (il-Portugall) fil-21 ta’ Diċembru 2020 – B vs O, P, OP, G, N
(Kawża C-691/20)
(2021/C 110/16)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Judicial da Comarca do Porto Este – Penafiel – Juízo Trabalho
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: B
Konvenuti: O, P, OP, G, N
Domanda preliminari
L-esklużjoni tal-applikazzjoni tar-regoli previsti fl-Artikolu 334 tal-Código de Trabalho (il-Kodiċi tax-Xogħol) għall-impriżi li għandhom is-sede tagħhom fi Stat Membru ieħor, bis-saħħa tar-regoli previsti fl-Artikolu 481(2) tal-Código das Sociedades Comerciais (CSC) (il-Kodiċi tal-Kumpanniji Kummerċjali), hija kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni Ewropea, b’mod speċifiku l-Artikolu 18 TFUE?
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/17 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-22 ta’ Diċembru 2020 – Fenix International Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
(Kawża C-695/20)
(2021/C 110/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Fenix International Limited
Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs
Domanda preliminari
L-Artikolu 9a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), miżjud permezz tal-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1042/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 fir-rigward tal-post tal-forniment ta’ servizzi (2), huwa invalidu minħabba li jmur lil hinn mill-kompetenza jew mill-obbligu ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill stabbiliti fl-Artikolu 397 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (3) sa fejn jikkompleta u/jew jemenda l-Artikolu 28 ta-Direttiva 2006/112?
(3) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-21 ta’ Diċembru 2020 – B vs Dyrektor Izby Skarbowej w W.
(Kawża C-696/20)
(2021/C 110/18)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: B
Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w W
Domanda preliminari
L-Artikolu 41 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità jipprekludu l-applikazzjoni, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 25(2) tal-ustawa z dnia 11 marca 2004 r. o podatku od towarów i usług (il-Liġi tal-11 ta’ Marzu 2004 dwar it-Taxxa fuq Oġġetti u Servizzi) għal tranżazzjonijiet ta’ akkwist intra-Komunitarju mwettqa mill-persuna taxxabbli,
|
— |
jekk diġà kienet ġiet applikata t-taxxa fuq dan l-akkwist fit-territorju tal-Istat Membru li fih tispiċċa l-merkanzija mix-xerrej tal-oġġetti ta’ din il-persuna taxxabbli, |
|
— |
fejn ġie kkonstatat li l-aġir tal-persuna taxxabbli ma kienx relatat ma’ xi tip ta’ frodi tat-taxxa iżda kien ir-riżultat ta’ identifikazzjoni żbaljata ta’ provvisti fi tranżazzjonijiet f’katina u n-numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT Pollakk ingħata minnha għal ħtiġijiet ta’ provvista nazzjonali u mhux intra-Komunitarja? |
(1) ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice Business and Property Courts of England and Wales (Ir-Renju Unit) fit-22 ta’ Diċembru 2020 – London Steam-Ship Owners’ Mutual Insurance Association Limitied vs Ir-Renju ta’ Spanja
(Kawża C-700/20)
(2021/C 110/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice Business and Property Courts of England and Wales
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: London Steam-Ship Owners’ Mutual Insurance Association Limited
Konvenut: Ir-Renju ta’ Spanja
Domandi preliminari
|
1) |
Minħabba n-natura tal-kwistjonijiet li l-qorti nazzjonali għandha tikkunsidra meta tiddeċiedi jekk tagħtix sentenza li tinkorpora t-termini ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ skont l-Artikolu 66 tal-Arbitration Act 1996 (il-Liġi dwar l-Arbitraġġ tal-1996), sentenza mogħtija skont dik id-dispożizzjoni tista’ tikkostitwixxi “sentenza” tal-Istat Membru li fih jintalab ir-rikonoxximent għall-finijiet tal-Artikolu 34(3) tar-Regolament KE Nru 44/2001 (1)? |
|
2) |
Minħabba li sentenza li tinkorpora t-termini ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ, bħal dik mogħtija taħt l-Artikolu 66 tal- Liġi dwar l-Arbitraġġ tal-1996, hija deċiżjoni li ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tar-Regolament Nru 44/2001 bħala riżultat tal-eċċezzjoni ta’ arbitraġġ prevista fl-Artikolu 1(2)(b), tali sentenza tista’ tikkostitwixxi “sentenza” rilevanti tal-Istat Membru li fih jintalab ir-rikonoxximent għall-finijiet tal-Artikolu 34(3) tar-Regolament? |
|
3) |
Fl-ipoteżi fejn l-Artikolu 34(3) tar-Regolament Nru 44/2001 ma japplikax u jekk ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenza ta’ Stat Membru ieħor imorru kontra l-ordni pubbliku intern fuq il-bażi li din is-sentenza tikser il-prinċipju tal-awtorità ta’ res judicata minħabba deċiżjoni ta’ arbitraġġ interna preċedenti jew sentenza preċedenti rreġistrata fit-termini tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ mogħtija mill-qorti tal-Istat Membru li fih jintalab ir-rikonoxximent, huwa permissibbli li wieħed jinvoka l-Artikolu 34(1) tar-Regolament Nru 44/2001 bħala raġuni għar-rifjut ta’ rikonoxximent jew infurzar jew l-Artikolu 34(3) u (4) tar-regolament jipprevedi b’mod eżawrjenti r-raġunijiet li għalihom l-awtorità tar-res judicata u/jew in-natura irrikonċiljabbli tista’ tipprekludi r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenza fis-sens tal-imsemmi regolament? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/19 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fid-29 ta’ Diċembru 2020 – Amoena Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
(Kawża C-706/20)
(2021/C 110/20)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
First-tier Tribunal (Tax Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Amoena Ltd
Konvenuti: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs
Domandi preliminari
|
1) |
Il-kliem “jpoġġuhom”, “dawn” u “tagħhom” fil-punt 53 tas-sentenza (1) għandhom jinftehmu bħala li jagħmlu riferiment għar-riċipettijiet jew għall-proteżijiet tas-sider? |
|
2) |
It-tieni sentenza tal-punt 53 tissuġġerixxi test differenti minn dak identifikat fil-punt 51 tas-sentenza Amoena, u dderivat min-nota ta’ spjegazzjoni tas-SA għall-intestatura 8473, billi tirrikjedi li r-riċipettijiet (jiġifieri l-aċċessorju potenzjali) għandhom ikunu jippermettu li l-proteżijiet jaqdu funzjoni differenti minn dik li għaliha “dawn” (preżumibbilment, il-proteżijiet) huma ddiżinjati, jew inkella hija intiża biss li tapplika t-test identifikat fil-punt 51, li jirrikjedi li r-riċipettijiet għandhom jaqdu servizz marbut mal-funzjoni prinċipali tal-proteżi? |
(1) C-677/18, Amoena, sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2019 (ECLI:EU:C:2019:1142)
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Diċembru 2020 – Gallaher Limited vs The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
(Kawża C-707/20)
(2021/C 110/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Upper Tribunal (Tax and Chancery Chamber)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gallaher Limited
Konvenut: The Commissioners for Her Majesty's Revenue & Customs
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 63 TFUE jista’ jiġi invokat fir-rigward ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħalma hija l-Group Transfer Rules (ir-Regoli dwar it-Trasferiment ta’ Grupp), li tapplika biss fir-rigward ta’ gruppi ta’ kumpanniji? |
|
2) |
Anki jekk l-Artikolu 63 TFUE ma jistax jiġi invokat b’mod ġenerali fir-rigward tar-Regoli dwar it-Trasferiment ta’ Grupp, jista’ madankollu jiġi invokat:
|
|
3) |
Leġiżlazzjoni, bħalma huma r-Regoli dwar it-Trasferiment ta’ Grupp, li timponi obbligu fiskali immedjat fuq trasferiment ta’ assi minn kumpannija residenti fir-Renju Unit lill-kumpannija oħt li hija residenti fl-Isvizzera (u li ma teżerċitax attività ekonomika fir-Renju Unit permezz ta’ stabbiliment permanenti), fil-każ fejn l-imsemmija kumpanniji huma t-tnejn li huma 100 % sussidjarji tal-istess kumpannija omm, li hija residenti fi Stat Membru ieħor, f’ċirkustanzi fejn tali trasferiment jitwettaq fuq bażi fiskali newtrali li kieku l-kumpannija oħt kienet ukoll residenti fir-Renju Unit (jew li kieku kienet teżerċita attività ekonomika fir-Renju Unit permezz ta’ stabbiliment permanenti), tikkostitwixxi restrizzjoni għal-libertà ta’ stabbiliment tal-kumpannija omm sanċita fl-Artikolu 49 TFEU jew inkella, jekk relevanti, restrizzjoni għall-moviment liberu tal-kapital sanċita fl-Artikolu 63 TFEU? |
|
4) |
Jekk jitqies li l-Artikolu 63 TFUE jista’ jiġi invokat:
|
|
5) |
Jekk kien hemm restrizzjoni, sa fejn huwa paċifiku li r-restrizzjoni kienet bħala prinċipju ġġustifikata għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali (jiġifieri, il-ħtieġa li jinżamm tqassim ibbilanċjat ta’ drittijiet ta’ ntaxxar), ir-restrizzjoni kienet neċessarja u proporzjonata fis-sens tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari f’ċirkustanzi fejn il-persuna taxxabbli inkwistjoni għamlet dħul mit-trasferiment tal-assi li kien ekwivalenti għall-valur sħiħ tas-suq tal-assi? |
|
6) |
Jekk kien hemm ksur tal-libertà ta’ stabbiliment u/jew tad-dritt għal moviment liberu tal-kapital:
|
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-County Court at Birkenhead (ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Diċembru 2020 – BT vs Seguros Catalana Occidente, EB
(Kawża C-708/20)
(2021/C 110/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
County Court at Birkenhead
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: BT
Konvenuti: Seguros Catalana Occidente, EB
Domandi preliminari
|
1) |
L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) jeħtieġ li s-suġġett u l-kawża invokati mill-persuna leża insostenn ta’ talba indirizzata kontra d-detentur tal-polza/l-persuna assigurata jkunu jinvolvu kwistjoni relatata mal-assigurazzjoni? |
|
2) |
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, ikun biżżejjed, sabiex jiġi konkluż li t-talba mressqa mill-persuna leża kontra d-detentur tal-polza/l-persuna assigurata hija kwistjoni relatata mal-assigurazzjoni, li din it-talba tkun tirriżulta mill-istess fatti u tkun imressqa fil-kuntest tal-istess azzjoni bħat-talba mressqa direttament kontra l-assiguratur, anki jekk is-suġġett u l-kawża tat-talba tal-persuna leża mressqa kontra d-detentur tal-polza/l-persuna assigurata ma jkollhomx rabta mal-assigurazzjoni? |
|
3) |
Barra minn hekk, u sussidjarjament, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, ikun biżżejjed, sabiex jiġi konkluż li t-talba mressqa mill-persuna leża hija kwistjoni relatata mal-assigurazzjoni, li jkun hemm tilwima bejn l-assiguratur u l-persuna leża dwar il-validità jew l-effett tal-polza ta’ assigurazzjoni? |
|
4) |
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, ikun biżżejjed li l-liġi li tirregola l-azzjoni diretta kontra l-assiguratur tkun tippermetti li d-detentur tal-polza/l-persuna assigurata jiġu kkjamati fil-kawża fil-kuntest tal-azzjoni diretta kontra l-assiguratur? |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/22 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Appeal Tribunal (Northern Ireland) (Ir-Renju Unit) fit-30 ta’ Diċembru 2020 – CG vs Department for Communities in Northern Ireland
(Kawża C-709/20)
(2021/C 110/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Appeal Tribunal (Northern Ireland)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: CG
Konvenut: Department for Communities in Northern Ireland
Domandi preliminari
|
1) |
Ir-Regola 9(3)(c)(i) tal-Universal Credit Regulations (Northern Ireland) 2016 (ir-Regoli dwar il-Kreditu Universali (l-Irlanda ta’ Fuq) 2016) li ġiet inkluża permezz tas-Social Security (Income-related Benefits) (Updating and Amendment) (EU Exit) Regulations (Northern Ireland) 2019) (ir-Regoli dwar is-Sigurtà Soċjali) (Benefiċċji Relatati mad-Dħul) (Aġġornament u Emenda) (Ħruġ mill-Unjoni Ewropea) (l-Irlanda ta’ Fuq) 2019), li teskludi d-dritt għal benefiċċji tas-sigurtà soċjali għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea li għandhom dritt ta’ residenza domestika (awtorizzazzjoni ta’ residenza limitata) (f’dan il-każ “l-istatus li jippreċedi l-istatus ta’ stabbilit” taħt Appendiċi UE tar-Regoli dwar l-Immigrazzjoni tar-Renju Unit) hija diskriminatorja u illegali (direttament jew indirettament) skont l-Artikolu 18 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u hija inkonsistenti mal-obbligi tar-Renju Unit taħt il-European Communities Act 1972 (l-Att dwar il-Komunitajiet Ewropej tal-1972)? |
|
2) |
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv, u r-Regola 9(3)(c)(i) tar-Regoli dwar il-Kreditu Universali (l-Irlanda ta’ Fuq) 2016 titqies li hija indirettament diskriminatorja, ir-Regola 9(3)(c)(i) tar-Regoli dwar il-Kreditu Universali (l-Irlanda ta’ Fuq) 2016 hija ġġustifikata skont l-Artikolu 18 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u hija inkonsistenti mal-obbligi tar-Renju Unit taħt l-Att dwar il-Komunitajiet Ewropej tal-1972? |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/23 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fil-31 ta’ Diċembru 2020 – RTL Television GmbH vs Grupo Pestana S.G.P.S., S.A., SALVOR – Sociedade de Investimento Hoteleiro, S.A.
(Kawża C-716/20)
(2021/C 110/24)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: RTL Television GmbH
Konvenuti: Grupo Pestana S.G.P.S., S.A., SALVOR – Sociedade de Investimento Hoteleiro, S.A.
Domandi preliminari
|
1) |
Il-kunċett ta’ “trażmissjoni mill-ġdid bil-cable” previst fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE (1) tas-27 ta’ Settembru 1993 dwar il-kordinazzjoni ta’ ċerti regoli dwar id-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati ma’ drittijiet ta’ l-awtur applikabbli għal xandir bis-satellita u ritrasmissjoni bil-cable, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jinkludix biss it-trażmissjoni simultanja minn organu ta’ xandir ta’ trażmissjoni ta’ organu ta’ xandir ieħor, bħal ma hi d-distribuzzjoni lill-pubbliku, ipproċessata b’mod simultanju u integrali bil-cable, ta’ trażmissjoni primarja ta’ programmi tat-televiżjoni jew tar-radju intiżi għar-riċezzjoni mill-pubbliku (indipendentement minn jekk min huwa responsabbli għal din id-distribuzzjoni lill-pubbliku huwiex, jew le, organu ta’ xandir)? |
|
2) |
Id-distribuzzjoni, b’mod simultanju, tal-programmi ta’ stazzjon televiżiv, imxandra permezz tas-satellita, għad-diversi apparati tat-televiżjoni installati fil-kmamar tal-lukandi permezz tal-cable koassjali, tikkostitwixxi trażmissjoni mill-ġdid ta’ dawn il-programmi li tagħmel parti mill-kunċett iddikjarat fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 93/83? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 134.
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/23 |
Appell ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2021 mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-28 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-594/18, Pharma Mar vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-6/21 P)
(2021/C 110/25)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: S. Heimerl, J. Möller, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Pharma Mar, SA, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
|
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-594/18, Pharma Mar vs Il-Kummissjoni; |
|
— |
tikkonferma d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2018) 4831 finali tas-17 ta’ Lulju 2018 li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni taħt ir-Regolament (KE) Nru 726/2004 (1) għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem “Aplidin – plitidepsin” u tiċħad ir-rikors; |
|
— |
sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali; u |
|
— |
tikkundanna lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, l-ewwel nett, bl-interpretazzjoni żbaljata u bl-applikazzjoni żbaljata tat-Taqsima 3.2.2. tal-politika tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) dwar it-trattament ta’ interessi li jikkompetu ma’ xulxin tas-6 ta’ Ottubru 2016 (2) (iktar ’il quddiem il-“politika tal-EMA”). B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha b’mod żbaljat fuq is-suppożizzjoni li l-isptar tal-università fejn kienu impjegati ż-żewġ esperti kien kumpannija farmaċewtika fis-sens tat-Taqsima 3.2.2. tal-politika tal-EMA.
It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali evalwat b’mod żbaljat it-tqassim tal-oneru tal-prova. B’mod partikolari, huwa żball li jiġi preżunt li kienet il-Kummissjoni li kellha tipproduċi l-prova li ċ-ċentru tat-terapija taċ-ċelloli huwa entità separata fi ħdan l-isptar tal-università, u għalhekk li ma huwiex taħt il-kontroll tiegħu, sabiex jitneħħa d-dubju li nħoloq b’dan il-mod. Minflok, hija r-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali li kellha tipproduċi l-prova li ċ-ċentru tat-terapija taċ-ċelloli huwa fil-fatt taħt il-kontroll tal-isptar tal-università.
It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi bl-interpretazzjoni żbaljata u bl-applikazzjoni żbaljata tat-Taqsima 4.2.1.2. tal-politika tal-EMA dwar l-hekk imsejħa prodotti rivali. Minn naħa, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi bit-teħid inkunsiderazzjoni tal-attivitajiet tat-tieni espert fir-rigward ta’ ċerti prodotti rivali u, min-naħa l-oħra, ikkonkludiet b’mod żbaljat, fil-kuntest tal-evalwazzjoni żbaljata tal-prova, li jeżistu biss ftit, jekk xejn, prodotti mediċinali alternattivi fis-suq għat-trattament tal-majeloma multipla.
Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta naqset milli tirrikonoxxi li l-parteċipazzjoni tat-tieni espert fil-Grupp Konsultattiv Xjentifiku għall-Onkoloġija ma kellhiex impatt deċiżiv fuq l-iżvolġiment jew l-eżitu tal-proċedura.
(1) Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).
(2) Il-politika dwar it-trattament ta’ interessi li jikkompetu ma’ xulxin tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) tas-6 ta’ Ottubru 2016, EMA/626261/2014,Rev. 1.
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-18 ta’ Jannar 2021 – Istituto nazionale per l’assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL), Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) vs Ryanair DAC
(Kawża C-33/21)
(2021/C 110/26)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Istituto nazionale per l’assicurazione contro gli infortuni sul lavoro (INAIL), Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
Konvenut: Ryanair DAC
Domanda preliminari
Il-kunċett ta’ “persuna impjegata prinċipalment fit-territorju tal-Istat Membru li fih tabita”, li jinsab fil-punt 2(a)(ii) tal-Artikolu 14 [tar-Regolament Nru 1408/71 (1), kif emendat] jista’ jiġi interpretat b’mod analogu għal dak li, fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili, ġudizzjarji u fil-qasam tal-kuntratti individwali ta’ xogħol (Regolament (KE) Nru 44/2001 (2)) il-punt 2(a) tal-Artikolu 19 [ta’ dan l-aħħar regolament] jiddefinixxi bħala “l-post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu”, dejjem fis-settur tal-avjazzjoni u tal-persunal tat-titjir (Regolament (KEE) Nru 3922/91 (3)), skont kif ġie stabbilit mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ċċitata fil-motivazzjoni?
(1) Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 1971 dwar l-applikazzjoni ta’ l-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
(3) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 tas-16 ta’ Diċembru 1991 dwar l-armonizzazzjoni tal-ħtiġijiet tekniċi u proċeduri amministrattivi fil-qasam ta’ l-avjazzjoni ċivili (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 1, p. 348).
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/25 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fis-27 ta’ Jannar 2021 – FCC Česká republika s.r.o.
(Kawża C-43/21)
(2021/C 110/27)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent fil-kassazzjoni: FCC Česká republika s.r.o.
Konvenuti fil-kassazzjoni: Městská část Praha-Ďáblice, Spolek pro Ďáblice
Parti oħra: Ministerstvo životního prostředí
Domandi preliminari
Il-punt 9 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li “bidla sostanzjali” ta’ installazzjoni tfisser ukoll l-estensjoni tal-perijodu ta’ ħżin f’terraferma, anki jekk fl-istess waqt ma jkun hemm ebda bidla fis-superfiċi massima approvata u lanqas fil-kapaċità totali permissibbli tat-terraferma?
(1) ĠU 2010, L 334, p. 17, rettifika fil-ĠU 2012, L 158, p. 25.
Il-Qorti Ġenerali
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Sanli vs Il-Kunsill
(Kawża T-585/18) (1)
(“Politika barranija u ta’ sigurtà Komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista - Rikors għall-annullament u għad-danni - Ksur tar-rekwiżiti formali - Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura - Inammissibbiltà”)
(2021/C 110/28)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Dalokay Şanli (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: D. Gürses u J. M. Langenberg, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Van Overmeire u B. Driessen, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1084 tat-30 ta’ Lulju 2018 li taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/475 (ĠU 2018, L 194, p. 144), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1071 tat-30 ta’ Lulju 2018 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/468 (ĠU 2018, L 194, p. 23), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba abbażi tal-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens għad-dannu li jirriżulta mill-illegalità ta’ dawn l-atti.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
|
2) |
Dalokay Şanli huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/26 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Spadafora vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-130/19) (1)
(“Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Pozizzjoni ta’ kap ta’ unità - Ċaħda ta’ kandidatura - Persunal ta’ ġestjoni intermedjarja - Prinċipju ta’ imparzjalità - Responsabbiltà”)
(2021/C 110/29)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Sergio Spadafora (rappreżentant: G. Belotti, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin u T. Bohr, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)
Intervenjent insostenn tal-kovenuta: CC (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċizjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) tat-18 ta’ Mejju 2018 li biha CC ġiet maħtura kap tal-unità [kunfidenzjali] tad-Dipartiment [kunfidenzjali] u, min-naħa l-oħra, għall-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni matejali u morali allegatament subiti minħabba din id-deċiżjoni.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Sergio Spadafora huwa kkundanat kemm għall-ispejjeż tiegħu kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn CC. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/27 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Sanli vs Il-Kunsill
(Kawża T-157/19) (1)
(“Politika barranija u ta’ sigurtà Komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-terroriżmu - Iffriżar ta’ fondi - Lista tal-persuni, gruppi u entitajiet li għalihom japplikaw l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista - Obbligu ta’ motivazzjoni”)
(2021/C 110/30)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Partijiet
Rikorrent: Dalokay Şanli (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: D. Gürses u J. M. Langenberg, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Van Overmeire u B. Driessen, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, J. Langer u J. Hoogveld, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/25 tat-8 ta’ Jannar 2019 li temenda u taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1084 (ĠU 2019, L 6, p. 6), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/24 tat-8 ta’ Jannar 2019 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1071 (ĠU 2019, L 6, p. 2), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba abbażi tal-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrent minħabba dawn l-atti.
Dispożittiv
|
1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/25 tat-8 ta’ Jannar 2019 li temenda u taġġorna l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2018/1084, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/24 tat-8 ta’ Jannar 2019 li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1071, huma annullati, sa fejn jikkonċernaw lil D. Şanli. |
|
2) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
|
3) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ D. Şanli. |
|
4) |
Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Biochange Group vs EUIPO – mysuperbrand (medical beauty research)
(Kawża T-98/20) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjon Ewropea medical beauty research - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) ta-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001) - Eżami tal-fatti - Artikolu 95(1) tar-Regolament 2017/1001)
(2021/C 110/31)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Biochange Group GmbH (Bad Schlema, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. König, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: mysuperbrand GmbH, li kienet Laubender GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Woller, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2019 (Każ R 114/2019-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Laubender u Biochange Group.
Dispożittiv
|
1) |
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Novembru 2019 (Każ Ro114/2019-2) hija annullata sa fejn tikkonċerna l-“ikel għat-trabi” li jaqa’ taħt il-klassi 5 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u tas-servizzi sabiex jiġu rreġistrati trade marks tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat. |
|
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
|
3) |
Biochange Group GmbH, l-EUIPO u mysuperbrand GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom stess. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Bachmann vs EUIPO (LIGHTYOGA)
(Kawża T-153/20) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni LIGHTYOGA - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2021/C 110/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Gabriele Bachmann (Bad Grönenbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appel tal-EUIPO tas-16 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 2346/2019-2), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali LIGHTYOGA bħala trade mark tal-Unjoni.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Gabriele Bachmann hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – Bachmann vs EUIPO (LICHTYOGA)
(Kawża T-157/20) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni LIGHTYOGA - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)
(2021/C 110/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Gabriele Bachmann (Bad Grönenbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Weil, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appel tal-EUIPO tad-9 ta’ Diċembru 2019 (Każ R 2317/2019-2), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali LIGHTYOGA bħala trade mark tal-Unjoni.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Gabriele Bachmann hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Frar 2021 – EAB vs EUIPO (RADIOSHUTTLE)
(Kawża T-341/20) (1)
(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea RADIOSHUTTLE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Limitazzjoni tal-prodotti indikati fl-applikazzjoni għal trade mark”)
(2021/C 110/34)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrent: EAB AB (Smålandsstenar, l-Isvezja) (rappreżentanti: J. Norderyd u C. Sundén, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: T. von Schantz u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Marzu 2020 (Każ R 1428/2019-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali RADIOSHUTTLE bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
EAB AB hija kkundannata għall-ispejjeż. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/30 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2020 – PV vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-89/20)
(2021/C 110/35)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: PV (rappreżentant: D. Birkenmaier, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; |
konsegwentement:
|
— |
tannulla t-tieni proċedura dixxiplinari CMS 17/025 f’dawn l-aspetti kollha, id-deċiżjoni ta’ revoka adottata mill-Awtorità tal-Ħatra Tripartitika fil-21 ta’ Ottubru 2019, kif ukoll iċ-ċaħda tal-ilment R/630/19 tal-25 ta’ Marzu 2020 skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
— |
tannulla ċ-ċaħda tat-talba għal assistenza D/456/19 tat-12 ta’ Diċembru 2019 skont l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal, kif ukoll iċ-ċaħda tal-ilment R/71/20 tal-20 ta’ Mejju 2020 skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ tnaqqis mill-paga tal-15 ta’ Settembru 2016 (Ref Ares(2016)5348994) kif ukoll iċ-ċaħda tal-ilment R/519/19 tat-22 ta’ Jannar 2020 skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, fuq il-bażi tal-prinċipju ġenerali tad-dritt “fraus omnia corrompit”, peress li ebda terminu ta’ dekadenza ma jista’ jiġi applikat; |
|
— |
tannulla r-rendikont sħiħ tad-dejn falz tal-21 ta’ Settembru 2016 (Ref Ares(2016)5486800) kif ukoll iċ-ċaħda tal-ilment R/537/19 tad-29 ta’ Jannar 2020 skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, wara retiċenzi u żbalji intenzjonati, konformement mal-prinċipju ġenerali tad-dritt “fraus omnia corrompit”, peress li ebda terminu ta’ dekadenza ma jista’ jiġi applikat; |
tagħti l-kumpensi li ġejjin abbażi tal-Artikoli 268 u 340 TFUE:
|
— |
tordna l-kumpens tad-dannu morali ta’ EUR 146 000 u tad-dannu materjali ta’ EUR 359 481,29 li jirriżultaw minn dawn id-deċiżjonijiet ikkontestatai, smat għat-total ta’ EUR 505 481,29, bla ħsara għall-evalwazzjoni mill-ġdid u flimkien mal-interessi moratorji u kumpensatorji sal-jum tal-ħlas kollu; |
u fi kwalunkwe każ,
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk tal-assistenza ġudizzjarja. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka għaxar motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 1, 3, 4 u 31(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) kif ukoll tal-punt 2 tal-Artikolu 1e u tal-Artikolu 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”) sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet jipprojbixxu l-fastidju morali u jistabbilixxu d-dritt għal smigħ. |
|
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Karta u tal-punt 3 tal-Artikolu 9 tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-prinċipju tad-dritt “non bis in idem”. |
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt tal-eċċezzjoni tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni u tal-prinċipju ta’ legalità. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-punt 1 tal-Artikolu 48 tal-Karta u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tad-DGE 2019 għall-kawżi dixxiplinari relatati ma’ ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza. |
|
5. |
Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-mandat kriminali tal-fajl dixxiplinari CMS 17/025 minn qorti istruttorja Belġjana għal “falsifikazzjoni ta’ dokumenti pubbliċi”, bil-konsegwenza li l-ilmenti dixxiplinari kkontestati ma humiex iktar stabbiliti fid-dritt. |
|
6. |
Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ kunsens għar-relazzjoni ta’ impjieg il-ġdida wara l-ewwel revoka mis-26 ta’ Lulju 2016 u sal-impjieg mill-ġdid mis-16 ta’ Settembru 2017, kif ukoll il-ksur tal-Artikolu 15 tal-Karta. |
|
7. |
Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta, tal-Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal dwar il-kunflitti ta’ interess u l-ksur tal-prinċipji ta’ imparzjalità u tal-opportunitajiet ugwali għall-partijiet. |
|
8. |
It-tmien motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba bid-dekorrenza tat-termini raġonevoli għall-proċedura dixxiplinari CMS 17/025. |
|
9. |
Id-disa’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt “fraus omnia corrompit” bl-użu ta’ firma falza fl-aħħar deċiżjoni dwar it-tnaqqis mill-paga tal-15 ta’ Settembru 2016, u dan irendi invalidu d-dejn falz ta’ EUR 58 837,20. |
|
10. |
L-għaxar motiv, ibbażat fuq abbuż mill-pożizzjoni, frodi manifesta u żbalji intenzjonati tal-PMO, fuq ksur tal-prinċipju ta’ legalità u ta’ ċertezza legali u tal-prinċipju ġenerali tad-dritt “fraus omnia corrompit”. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/32 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2021 – PO vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-36/21)
(2021/C 110/36)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: PO (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; |
konsegwentement:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-29 ta’ April 2020 li permezz tagħha r-rikorrent ġie informat li t-talba għal eżami mill-ġdid tiegħu intiża kontra d-deċiżjoni li ismu ma jiġix inkluż fil-“lista ta’ riżerva” għall-kompetizzjoni esterna EPSO/AD/338/17 kienet ġiet miċħuda; |
|
— |
skont il-każ, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Ottubru 2020 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent; |
|
— |
tikkumpensa d-danni materjali u morali tar-rikorrent; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), ksur tal-Artikolu 1(d) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”), ksur tal-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill Nru 2000/78 tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79), ksur tal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti, ksur tal-prinċipju ta’ nondiskrimazzjoni kif ukoll ta’ nuqqas ta’ tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ akkomodazzjoni raġonevoli. |
|
2. |
It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
|
3. |
It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/33 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2021 – PP et vs Il-Parlament Ewropew
(Kawża T-39/21)
(2021/C 110/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: PP, PQ, PR, PS u PT (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat; |
|
— |
tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati; |
|
— |
tannulla, sa fejn ikun meħtieġ, id-deċiżjonijiet ta’ ċaħda tal-ilmenti magħmula mir-rikorrenti fis-sens tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew jikkumpensa d-danni morali evalwati ex æquo et bono għal EUR 1 000 għal kull persuna; |
|
— |
tikkundanna lill-Parlament Ewropew jikkumpensa d-danni materjali li jikkorrispondu għal 25 % tar-remunerazzjoni tagħhom u jħallas l-interessi kumpensatorji u l-interessi moratorji miġmugħa fil-frattemp; |
|
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom kontra d-deċiżjoni tal-Parlament tal-31 ta’ Marzu 2020 dwar ix-xogħol temporanju part-time lil hinn mil-post ta’ assenjazzjoni għal-raġunijiet familjari b’reazzjoni għall-COVID-19 (“deċiżjoni dwar il-part-time 75 % COVID”) kif ukoll kontra kull deċiżjoni individwali f’dan ir-rigward li jikkonċernawhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità, sa fejn id-deċiżjonijiet ikkontestati ġew adottati b’applikazzjoni ta’ regoli interni illegali. |
|
2. |
It-tieni motiv huwa maqsum f’żewġ partijiet:
|
|
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni u fuq interpretazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ premura. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal dwar irkupru ta’ pagament mhux dovut. |
Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jitolbu kumpens għad-danni morali u materjali li huma allegatament ġarrbu minħabba d-deċiżjonijiet ikkontestati.
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/34 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2021 – Masterbuilders, Heiermann, Schmidtmann vs EUIPO – Cirillo (POMODORO)
(Kawża T-76/21)
(2021/C 110/38)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Masterbuilders, Heiermann, Schmidtmann GbR (Tübingen, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Hillers, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Francesco Cirillo (Berlin, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “POMODORO” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 926 152
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Novembru 2020 fil-Każ R 715/2020-5
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tiċħad l-appell tal-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni tas-17 ta’ April 2020 fl-intier tiegħu; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-konvenut ma tħalliex jieħu inkunsiderazzjoni d-dikjarazzjoni tal-motivi u l-evidenza tal-proprjetarju tat-trade mark tal-Unjoni għall-appell tiegħu peress li l-proprjetarju tat-trade ma ppreżentax il-motivi tiegħu fit-terminu mhux estendibbli ta’ erba’ xhur; |
|
— |
It-tieni motiv ibbażat fuq li l-evidenza ġdida hija inammissibbli skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/1430; |
|
— |
It-tielet motiv ibbażat fuq li l-motivi u l-evidenza l-ġdida ma stabbilewx prova ta’ użu ġenwin. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/35 |
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2021 – Ryanair u AMS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-79/21)
(2021/C 110/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda), Airport Marketing Services Ltd (AMS) (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F.-C. Laprévote, V. Blanc, S. Rating, u I. Metaxas-Maranghidis, lawyers)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1671 tat-2 ta’ Awwissu 2019 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.47867 2018/C (ex 2017/FC) implimentata minn Franza għal Ryanair u għal Airport Marketing Services (1); u |
|
— |
tordna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur min-naħa tal-konvenuta tal-Artikoli 41 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur min-naħa tal-konvenuta tal-Artikolu 107(1) TFUE u tal-obbligu ta’ motivazzjoni meta kkonstatat, f’corrigendum għad-deċiżjoni kkontestata, li l-prinċipju ta’ operatur fl-ekonomija tas-suq ma kienx japplika minkejja li deċiżjoni preċedenti kienet ikkonstatat l-applikabbiltà tiegħu. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur min-naħa tal-konvenuta tal-Artikolu 107(1) TFUE minħabba applikazzjoni żbaljata, fid-deċiżjoni kkontestata, tal-kriterju ta’ “ħtieġa reali”. |
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur min-naħa tal-konvenuta tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li injorat, b’mod żbaljat, ir-reġjun ta’ Montpellier u l-bżonn tal-ajruport għal servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni. |
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur min-naħa tal-konvenuta tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li ma kkonstatatx li l-ajruport ta’ Montpellier kien il-benefiċjarju ta’ għajnuna. |
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur min-naħa tal-konvenuta tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li hija ma stabbilixxietx selettività. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/35 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Frar 2021 – Jieyang Defa Industry vs EUIPO – Mattel (Ras ta’ pupa)
(Kawża T-84/21)
(2021/C 110/40)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Jieyang Defa Industry Co. Ltd (Jiedong, iċ-Ċina) (rappreżentant: C. Bercial Arias, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mattel, Inc. (El Segundo, California, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju Nru 2 459 701-0001
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 2021/2019-3
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tilqa’ l-appell u tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjenti, jekk ikun il-każ, għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Motiv invokat
|
— |
Ksur tal-Artikolu 25(1)(b) moqri flimkien mal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002. |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/36 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2021 – Distintiva Solutions vs EUIPO – Makeblock (Makeblock)
(Kawża T-86/21)
(2021/C 110/41)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Distintiva Solutions S. Coop. Pequeña (Victoria-Gasteiz, Spanja) (rappreżentant: M. J. Sanmartín Sanmartín, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Makeblock Co. Ltd (Shenzhen, iċ-Ċina)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Makeblock – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 249 488
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Novembru 2020 fil-Każ R 988/2020-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
|
— |
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
— |
Ksur tal-Artikolu 7(1)(g) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; |
|
29.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 110/37 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2021 – Condor Flugdienst vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-87/21)
(2021/C 110/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Condor Flugdienst GmbH (Kelsterbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Israel, J. Lang u M. Negro, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
|
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u |
|
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.
|
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-konvenuta, tal-obbligu tagħha li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni formali taħt l-Artikolu 108(2) TFUE. |
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, min-naħa tal-konvenuta, billi din qieset li l-għajnuna lil Lufthansa hija kompatibbli mas-suq intern taħt l-Artikolu 107(3)(b) TFUE. |
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-konvenuta. |