ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 108

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
26 ta' Marzu 2021


Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2019–2020
Dati tas-seduti: 25-28 ta’ Marzu 2019
Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 438, 18.12.2020 .
It-testi adottati tas-26 ta' Marzu 2019 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2017 ġew ippublikati fil- ĠU L 249, 27.9.2019 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 26 ta’ Marzu 2019

2021/C 108/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar id-drittijiet fundamentali tal-persuni ta' dixxendenza Afrikana fl-Ewropa (2018/2899(RSP))

2

2021/C 108/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa (2018/2121(INI))

8

 

L-Erbgħa 27 ta’ Marzu 2019

2021/C 108/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 (MON-87751-7), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060916/01 – 2019/2603(RSP))

63

2021/C 108/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × NK603 (DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060917/01 – 2019/2604(RSP))

69

2021/C 108/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (DEZA a.s.) (D060865/01 – 2019/2605(RSP))

75

2021/C 108/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni parzjali għal ċerti użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Grupa Azoty Zakłady Azotowe Kędzierzyn S.A.) (D060866/01 – 2019/2606(RSP))

80

2021/C 108/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għal ċerti użi tat-triossidu tal-kromu skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Lanxess Deutschland GmbH u oħrajn) (D060095/03 – 2019/2654(RSP))

85

2021/C 108/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-perjodu wara r-Rebbiegħa Għarbija: it-triq' il quddiem għar-reġjun MENA (2018/2160(INI))

90

 

Il-Ħamis 28 ta’ Marzu 2019

2021/C 108/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar is-sitwazzjoni ta' emerġenza fil-Venezwela (2019/2628(RSP))

103

2021/C 108/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, b'mod speċifiku f'Malta u fis-Slovakkja (2018/2965(RSP))

107

2021/C 108/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar l-iżviluppi riċenti rigward l-iskandlu Dieselgate (2019/2670(RSP))

120

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 26 ta’ Marzu 2019

2021/C 108/12

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-ftehim komprensiv il-ġdid bejn l-UE u l-Użbekistan (2018/2236(INI))

126

2021/C 108/13

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Ftehim Qafas Istituzzjonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera (2018/2262(INI))

133

 

Il-Ħamis 28 ta’ Marzu 2019

2021/C 108/14

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Marzu 2019 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, lill-Kunsill għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi (2018/2237(INI))

141


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 26 ta’ Marzu 2019

2021/C 108/15

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jørn Dohrmann (2018/2277(IMM))

150


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 26 ta’ Marzu 2019

2021/C 108/16

P8_TA(2019)0222
Azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (COM(2018)0184 – C8-0149/2018 – 2018/0089(COD))
P8_TC1-COD(2018)0089
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

152

2021/C 108/17

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (09547/2018 – C8-0021/2019 – 2018/0080(NLE))

179

2021/C 108/18

P8_TA(2019)0225
Twaqqif tal-bidliet staġonali fil-ħin ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE (COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD))
P8_TC1-COD(2018)0332
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta’ Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

180

2021/C 108/19

P8_TA(2019)0226
Regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (riformulazzjoni) (COM(2016)0864 – C8-0495/2016 – 2016/0380(COD))
P8_TC1-COD(2016)0380
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni)

187

2021/C 108/20

P8_TA(2019)0227
Is-suq intern tal-elettriku ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) (COM(2016)0861 – C8-0492/2016 – 2016/0379(COD))
P8_TC1-COD(2016)0379
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni)

190

2021/C 108/21

P8_TA(2019)0228
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (riformulazzjoni) (COM(2016)0863 – C8-0494/2016 – 2016/0378(COD))
P8_TC1-COD(2016)0378
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (riformulazzjoni)

193

2021/C 108/22

P8_TA(2019)0229
It-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE (COM(2016)0862 – C8-0493/2016 – 2016/0377(COD))
P8_TC1-COD(2016)0377
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE

195

2021/C 108/23

P8_TA(2019)0230
It-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (COM(2018)0296 – C8-0190/2018 – 2018/0148(COD))
P8_TC1-COD(2018)0148
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

196

2021/C 108/24

P8_TA(2019)0231
Id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali (COM(2016)0593 – C8-0383/2016 – 2016/0280(COD))
P8_TC1-COD(2016)0280
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE

231

2021/C 108/25

P8_TA(2019)0232
Kuntratti għall-provvista ta' kontenut u servizzi diġitali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali (COM(2015)0634 – C8-0394/2015 – 2015/0287(COD))
P8_TC1-COD(2015)0287
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali

234

2021/C 108/26

P8_TA(2019)0233
Kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2017)0637 – C8-0379/2017 – 2015/0288(COD))
P8_TC1-COD(2015)0288
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE

236

2021/C 108/27

P8_TA(2019)0234
Sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) Żona tal-Ftehim ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (COM(2018)0143 – C8-0123/2018 – 2018/0069(COD))
P8_TC1-COD(2018)0069
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran).

238

2021/C 108/28

P8_TA(2019)0235
L-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali u b'hekk jemenda d-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005 (COM(2018)0381 – C8-0244/2018 – 2018/0205(COD))
P8_TC1-COD(2018)0205
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-leġislazzjoni relatata mal-ambjent u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005, u d-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE

241

2021/C 108/29

P8_TA(2019)0236
Regoli speċjali dwar it-tul massimu fil-każ ta' kabini ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE fir-rigward tal-limitu ta' żmien għall-implimentazzjoni tar-regoli speċjali dwar it-tul massimu fil-każ ta' kabini li jagħtu prestazzjoni ajrudinamika, effiċjenza enerġetika u prestazzjoni tas-sikurezza mtejba (COM(2018)0275 – C8-0195/2018 – 2018/0130(COD))
P8_TC1-COD(2018)0130
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE fir-rigward tal-limitu ta' żmien għall-implimentazzjoni tar-regoli speċjali dwar it-tul massimu għall-kabini li jagħtu prestazzjoni ajrudinamika, effiċjenza enerġetika u prestazzjoni tas-sikurezza mtejba

243

2021/C 108/30

P8_TA(2019)0237
Parametri referenzjarji b’livell baxx ta’ karbonju u parametri referenzjarji b’livell ta’ karbonju b’impatt pożittiv ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 dwar parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u parametri referenzjarji b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv (COM(2018)0355 – C8-0209/2018 – 2018/0180(COD))
P8_TC1-COD(2018)0180
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi u divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà għall-parametri ta’ referenza

245

2021/C 108/31

P8_TA(2019)0238
Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD))
P8_TC1-COD(2018)0199
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern

247

 

L-Erbgħa 27 ta’ Marzu 2019

2021/C 108/32

P8_TA(2019)0295
Riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (COM(2019)0055 – C8-0041/2019 – 2019/0027(COD))
P8_TC1-COD(2019)0027
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

309

2021/C 108/33

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (riformulazzjoni) (COM(2018)0346 – C8-0381/2018 – 2018/0176(CNS))

310

2021/C 108/34

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE f'dak li jirrigwarda l-prodotti li huma eliġibbli għal eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazju tal-baħar (COM(2018)0825 – C8-0034/2019 – 2018/0417(CNS))

311

2021/C 108/35

P8_TA(2019)0298
L-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (COM(2018)0460 – C8-0275/2018 – 2018/0243(COD))
P8_TC1-COD(2018)0243
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali

312

2021/C 108/36

P8_TA(2019)0299
L-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) (COM(2018)0465 – C8-0274/2018 – 2018/0247(COD))
P8_TC1-COD(2018)0247
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

409

2021/C 108/37

P8_TA(2019)0300
Qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012 u (UE) 2015/2365 (COM(2016)0856 – C8-0484/2016 – 2016/0365(COD))
P8_TC1-COD(2016)0365
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012 u (UE) Nru 2015/2365
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

442

2021/C 108/38

P8_TA(2019)0301
Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji (COM(2018)0113 – C8-0103/2018 – 2018/0048(COD))
P8_TC1-COD(2018)0048
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

534

2021/C 108/39

P8_TA(2019)0302
Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji: fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (COM(2018)0099 – C8-0102/2018 – 2018/0047(COD))
P8_TC1-COD(2018)0047
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

563

2021/C 108/40

P8_TA(2019)0303
Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni (COM(2018)0372 – C8-0227/2018 – 2018/0197(COD))
P8_TC1-COD(2018)0197
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni

566

2021/C 108/41

P8_TA(2019)0304
Standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni) (COM(2017)0676 – C8-0395/2017 – 2017/0293(COD))
P8_TC1-COD(2017)0293
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (riformulazzjoni)

599

2021/C 108/42

P8_TA(2019)0305
It-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (COM(2018)0340 – C8-0218/2018 – 2018/0172(COD))
P8_TC1-COD(2018)0172
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

602

2021/C 108/43

P8_TA(2019)0306
Prodotti fertilizzanti tal-UE ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 (COM(2016)0157 – C8-0123/2016 – 2016/0084(COD))
P8_TC1-COD(2016)0084
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003

604

2021/C 108/44

P8_TA(2019)0307
Il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (COM(2018)0171 – C8-0130/2018 – 2018/0081(COD))
P8_TC1-COD(2018)0081
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

606

2021/C 108/45

P8_TA(2019)0308
Regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri (COM(2017)0648 – C8-0391/2017 – 2017/0290(COD))
P8_TC1-COD(2017)0290
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE dwar it-twaqqif ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

608

2021/C 108/46

P8_TA(2019)0309
Divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat (COM(2016)0198 – C8-0146/2016 – 2016/0107(COD))
P8_TC1-COD(2016)0107
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

623

2021/C 108/47

P8_TA(2019)0310
Dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (COM(2018)0375 – C8-0230/2018 – 2018/0196(COD))
P8_TC1-COD(2018)0196
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lli jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi [Em. 1]

638

2021/C 108/48

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta' Diċembru 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (C(2018)08466 – 2018/2996(DEA))

875

2021/C 108/49

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta' Diċembru 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (C(2018)08465 – 2018/2994(DEA))

876

 

Il-Ħamis 28 ta’ Marzu 2019

2021/C 108/50

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-Kosovo) (COM(2016)0277 – C8-0177/2016 – 2016/0139(COD))

877

2021/C 108/51

P8_TA(2019)0320
Il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (COM(2017)0753 – C8-0019/2018 – 2017/0332(COD))
P8_TC1-COD(2017)0332
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

878

2021/C 108/52

P8_TA(2019)0321
Tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar oqfsa ta' ristrutturar preventiv u tat-tieni opportunità, kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn u li temenda d-Direttiva 2012/30/UE (COM(2016)0723 – C8-0475/2016 – 2016/0359(COD))
P8_TC1-COD(2016)0359
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta’ Marzu 2019 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar oqfsa ta' ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva(EU) 2017/1132 (Direttiva dwar ir-ristrutturar l-insolvenza)

930

2021/C 108/53

P8_TA(2019)0322
Regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikawgħal ċertu xandir online tat-televiżjoni u tar-radju ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju (COM(2016)0594 – C8-0384/2016 – 2016/0284(COD))
P8_TC1-COD(2016)0284
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE

932

2021/C 108/54

P8_TA(2019)0323
L-istabbiliment tal-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 (COM(2018)0366 – C8-0237/2018 – 2018/0190(COD))
P8_TC1-COD(2018)0190
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

934

2021/C 108/55

P8_TA(2019)0324
Erasmus: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Erasmus: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (COM(2018)0367 – C8-0233/2018 – 2018/0191(COD))
P8_TC1-COD(2018)0191
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Erasmus Erasmus+: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 [Em. 1 Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

965

2021/C 108/56

P8_TA(2019)0325
It-twaqqif ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli (COM(2018)0353 – C8-0207/2018 – 2018/0178(COD))
P8_TC1-COD(2018)0178
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

1005

2021/C 108/57

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2020 (2019/2003(BUD))

1032


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2019–2020

Dati tas-seduti: 25-28 ta’ Marzu 2019

Il-Minuti ta' din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 438, 18.12.2020.

It-testi adottati tas-26 ta' Marzu 2019 rigward il-kwittanzi għall-baġit tal-2017 ġew ippublikati fil-ĠU L 249, 27.9.2019.

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 26 ta’ Marzu 2019

26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/2


P8_TA(2019)0239

Id-Drittijiet Fundamentali tal-Persuni ta' Dixxendenza Afrikana

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar id-drittijiet fundamentali tal-persuni ta' dixxendenza Afrikana fl-Ewropa (2018/2899(RSP))

(2021/C 108/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), u b'mod partikolari t-tieni, ir-raba', il-ħames, is-sitt u s-seba' inċiżi tal-preambolu, l-Artikolu 2, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(3) u l-Artikolu 6 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/43/KE tad-29 ta' Ġunju 2000 li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrispettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/913/ĠAI tat-28 ta' Novembru 2008 dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2012/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li tistabbilixxi standards minimi fir-rigward tad-drittijiet, l-appoġġ u l-protezzjoni tal-vittmi tal-kriminalità, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/220/ĠAI (4),

wara li kkunsidra t-Tieni Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni (EU-MIDIS II), ippubblikat f'Diċembru 2017 mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u r-rapport tal-FRA dwar l-esperjenzi ta' diskriminazzjoni razzjali u vjolenza razzista fost il-persuni ta' dixxendenza Afrikana fl-UE (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-Unjoni Ewropea fl-2016 (6),

wara li kkunsidra l-istabbiliment f'Ġunju 2016 tal-Grupp ta' Livell Għoli tal-UE biex jiġu miġġielda r-razziżmu, il-ksenofobija u forom oħra ta' intolleranza,

wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta għall-ġlieda kontra d-diskors ta' mibegħda online illegali li ġie miftiehem fil-31 ta' Mejju 2016 bejn il-Kummissjoni u kumpaniji ewlenin tal-IT, kif ukoll ma' pjattaformi u kumpaniji ta' midja soċjali oħra,

wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni Ġenerali Nru 34 tal-Kumitat tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni Razzjali tat-3 ta' Ottubru 2011 dwar id-diskriminazzjoni razzjali kontra persuni ta' dixxendenza Afrikana,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 68/237 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, tat-23 ta' Diċembru 2013, li ddikjarat is-snin 2015-2024 bħala d-Deċennju Internazzjonali għall-Persuni ta' Dixxendenza Afrikana,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 69/16 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU, tat-18 ta' Novembru 2014, li tinkludi l-programm ta' attivitajiet għall-implimentazzjoni tad-Deċennju Internazzjonali għall-Persuni ta' Dixxendenza Afrikana,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Programm ta' Azzjoni ta' Durban mill-Konferenza Dinjija dwar ir-Razziżmu fl-2001, li rrikonoxxew is-sekli ta' razziżmu, diskriminazzjoni u inġustizzja li ħabbtu wiċċhom magħhom il-persuni ta' dixxendenza Afrikana,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-politika ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat tal-Ministri tal-Kunsill tal-Ewropa tad-19 ta' Settembru 2001 dwar il-Kodiċi Ewropew tal-Etika tal-Pulizija (7),

wara li kkunsidra l-kumment dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kummissarju Għoli tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-25 ta' Lulju 2017, bit-titlu “Afrophobia: Europe should confront this legacy of colonialism and the slave trade” (L-Afrofobija: l-Ewropa jeħtieġ li tikkonfronta dan il-legat tal-kolonjaliżmu u l-kummerċ tal-iskjavi),

wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 12 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali dwar in-nondiskriminazzjoni,

wara li kkunsidra l-mistoqsija tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-persuni ta' dixxendenza Afrikana fl-Ewropa (O-000022/2019 – B8-0016/2019),

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi t-terminu “persuni ta' dixxendenza Afrikana” jista' jintuża wkoll ma' “Afro-Ewropew”, “Afrikan Ewropew”, jew “Ewropew Iswed”, “Afro-Karibew” jew “Karibew Iswed”, u jirreferi għal persuni li jkollhom antenati jew dixxendenza Afrikana li twieldu fl-Ewropa, huma ċittadini tal-Ewropa, jew qed jgħixu fl-Ewropa;

B.

billi t-termini “Afrofobija”, “Afrifobija” u “razziżmu kontra s-suwed” jirreferu għal forma speċifika ta' razziżmu, li tinkludi kwalunkwe att ta' vjolenza jew diskriminazzjoni, imkebbes minn abbużi storiċi u stereotipizzazzjoni negattiva, u jwassal għall-esklużjoni u d-diżumanizzazzjoni ta' persuni ta' dixxendenza Afrikana. billi dan jikkorelata mal-istrutturi storikament ripressivi tal-kolonjaliżmu u l-kummerċ transatlantiku tal-iskjavi, kif rikonoxxut mill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem;

C.

billi hawn madwar 15-il miljun persuna ta' dixxendenza Afrikana jgħixu fl-Ewropa (8), għalkemm il-ġbir tad-data dwar l-ugwaljanza fl-Istati Membri tal-UE mhuwiex sistematiku, mhuwiex ibbażat fuq l-awtoidentifikazzjoni u sikwit ma jinkludix id-dixxendenti tal-migranti jew il-“migranti tat-tielet ġenerazzjoni” u lil hinn;

D.

billi l-FRA ddokumentat il-fatt li l-minoranzi fl-Ewropa bi sfondi Afrikani sub-Saħarjani huma partikolarment suxxettibbli li jesperjenzaw razziżmu u diskriminazzjoni fl-oqsma kollha tal-ħajja (9);

E.

billi skont it-Tieni Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni li sar riċentement mill-FRA (10), parteċipanti żgħażagħ ta' dixxendenza Afrikana, li għandhom bejn 16 u 24 sena, esperjenzaw rati ogħla minn dawk ta' parteċipanti aktar anzjani ta' fastidju instigat mill-mibegħda matul it-12-il xahar ta' qabel l-istħarriġ (32 %), u li r-rata ta' fastidju ċibernetiku indirizzat lejn parteċipanti żgħażagħ hija ogħla, u tonqos mal-età;

F.

billi l-ġrajjiet tal-inġustizzji kontra l-Afrikani u l-persuni ta' dixxendenza Afrikana – inkluż l-iskjavitù, ix-xogħol furzat, l-apartheid razzjali, il-massakri u l-ġenoċidji fil-kuntest tal-kolonjaliżmu Ewropew u l-kummerċ transatlantiku tal-iskjavi – fil-parti l-kbira għadhom ma ġewx rikonoxxuti u meqjusa fuq livell istituzzjonali fl-Istati Membri;

G.

billi l-persistenza ta' stereotipi diskriminatorji f'xi tradizzjonijiet madwar l-Ewropa, inkluż l-użu ta' blackfacing, tkompli tħeġġeġ l-istereotipi b'għeruq profondi dwar il-persuni ta' dixxendenza Afrikana, u dan jista' jżid id-diskriminazzjoni;

H.

billi l-ħidma importanti tal-korpi nazzjonali tal-ugwaljanza u tan-Netwerk Ewropew ta' Korpi tal-Ugwaljanza jeħtieġ li tintlaqa' tajjeb u tiġi appoġġjata;

I.

billi r-Rapport Annwali dwar ir-Reati ta' Mibegħda (11) tal-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) sab li l-persuni ta' dixxendenza Afrikana spiss ikunu fil-mira ta' vjolenza razzista, iżda f'ħafna pajjiżi hemm nuqqas ta' assistenza legali u appoġġ finanzjarju għall-vittmi li jkunu qed jirkupraw minn attakki vjolenti;

J.

billi r-responsabbiltà ewlenija għall-istat tad-dritt u għad-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini hi tal-gvernijiet, u billi r-responsabbiltà ewlenija għall-monitoraġġ u l-prevenzjoni tal-vjolenza, inkluża l-vjolenza Afrofobika, u l-prosekuzzjoni tal-awturi, hija għaldaqstant tal-gvernijiet;

K.

billi teżisti biss data limitata disponibbli dwar id-diskriminazzjoni razzjali fis-sistema edukattiva; billi, madankollu, l-evidenza tissuġġerixxi li tfal ta' dixxendenza Afrikana fl-Istati Membri tal-UE jingħataw marki aktar baxxi mill-pari bojod tagħhom fl-iskejjel, u t-tluq bikri mill-iskola huwa sostanzjalment ogħla fost it-tfal ta' dixxendenza Afrikana (12);

L.

billi l-adulti u t-tfal ta' dixxendenza Afrikana huma kulma jmur dejjem aktar vulnerabbli meta jiġu miżmuma fil-kustodja tal-pulizija, u ġew reġistrati diversi inċidenti ta' vjolenza u ta' mwiet; wara li kkunsidra l-użu ta' rutina ta' tfassil ta' profili razzjali, prattiki ta' waqfien u tiftix (“stop-and-search”) u sorveljanza diskriminatorji fil-kuntest ta' abbuż ta' poter fl-infurzar tal-liġi, il-prevenzjoni tal-kriminalità, miżuri kontra t-terroriżmu, jew il-kontroll tal-immigrazzjoni;

M.

billi jeżistu rimedji legali għad-diskriminazzjoni, u huma meħtieġa politiki sodi u speċifiċi sabiex jiġi indirizzat ir-razziżmu strutturali li jesperjenzaw il-persuni ta' dixxendenza Afrikana fl-Ewropa, inkluż fl-impjiegi, l-edukazzjoni, is-saħħa, il-ġustizzja kriminali, il-parteċipazzjoni politika u l-impatt tal-politiki u l-prattiki tal-migrazzjoni u l-asil;

N.

billi l-persuni ta' dixxendenza Afrikana fl-Ewropa jesperjenzaw diskriminazzjoni fis-suq tad-djar u jesperjenzaw segregazzjoni spazjali f'żoni b'introjtu baxx, b'abitazzjonijiet iffullati u b'livell baxx ta' kwalità;

O.

billi l-persuni ta' dixxendenza Afrikana kkontribwew b'mod sinifikanti fil-bini tas-soċjetà Ewropea matul iż-żmien, u billi għadd kbir minnhom iħabbtu wiċċhom diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol;

P.

billi l-persuni ta' dixxendenza Afrikana jiġu rrappreżentati b'mod sproporzjonat fis-saffi ta' introjtu aktar baxx tal-popolazzjoni Ewropea;

Q.

billi l-persuni ta' dixxendenza Afrikana huma sottorappreżentati ferm fl-istituzzjonijiet politiċi u tat-tfassil tal-liġijiet, fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali fl-Unjoni Ewropea;

R.

billi l-persunaġġi politiċi ta' dixxendenza Afrikana għadhom qed jiffaċċjaw attakki tal-mistħija fl-isfera pubblika, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew;

S.

billi r-razziżmu u d-diskriminazzjoni esperjenzati mill-persuni ta' dixxendenza Afrikana huma strutturali u spiss jinteraġixxu ma' fuq forom oħra ta' diskriminazzjoni u oppressjoni abbażi ta' sess, razza, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew oħra, sħubija f'minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali;

T.

billi żieda fl-attakki Afrofobiċi fl-Ewropa riċentement kienet immirata lejn ċittadini ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari rifuġjati u migranti;

1.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet tal-UE jirrikonoxxu li l-persuni ta' dixxendenza Afrikana huma soġġetti għal razziżmu, diskriminazzjoni u ksenofobija b'mod partikolari, u għat-tgawdija mhux ugwali tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali b'mod ġenerali, u dan jammonta għal razziżmu strutturali, u li huma intitolati għal protezzjoni minn dawn l-inugwaljanzi, kemm bħala individwi kif ukoll bħala grupp, inklużi miżuri pożittivi għall-promozzjoni u t-tgawdija sħiħa u ugwali tad-drittijiet tagħhom;

2.

Jikkunsidra li parteċipazzjoni soċjali, ekonomika, politika u kulturali attiva u sinifikanti tal-persuni ta' dixxendenza Afrikani hija kruċjali biex jiġi indirizzat il-fenomenu tal-Afrofobija u tiġi żgurata l-inklużjoni tagħhom fl-Ewropa;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa qafas tal-UE għall-istrateġiji nazzjonali għall-inklużjoni u l-integrazzjoni soċjali tal-persuni ta' dixxendenza Afrikana;

4.

Jikkundanna b'qawwa kwalunkwe attakk fiżiku jew verbali mmirat lejn persuni ta' dixxendenza Afrikana kemm fl-isfera pubblika kif ukoll fl-isfera privata;

5.

Iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istat Membri jirrikonoxxu u jimmarkaw b'mod uffiċjali l-istorja tal-persuni ta' dixxendenza Afrikana fl-Ewropa – inklużi l-inġustizzji u r-reati tal-passat u tal-preżent kontra l-umanità, bħall-iskjavitù u l-kummerċ transatlantiku tal-iskjavi, u dawk imwettqa fl-ambitu tal-kolonjaliżmu Ewropew, kif ukoll id-diversi kisbiet u kontributi pożittivi tal-persuni ta' dixxendenza Afrikana, permezz tar-rikonoxximent uffiċjali fil-livell tal-UE u nazzjonali tal-Jum Internazzjonali ta' Tifkira tal-Vittmi tal-Iskjavitù u tal-Kummerċ Transatlantiku tal-Iskjavi, fosthom billi jiġu stabbiliti Black History Months (Xhur dwar l-Istorja tas-Suwed);

6.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet Ewropej jimmarkaw b'mod formali d-Deċennju Internazzjonali tan-NU dwar il-Persuni ta' Dixxendenza Afrikana u jieħdu miżuri effettivi għall-implimentazzjoni tal-programm ta' attivitajiet fi spirtu ta' rikonoxximent, ġustizzja u żvilupp;

7.

Ifakkar li xi Stati Membri ħadu xi passi għal rimedji importanti u effettivi għal inġustizzji u reati li saru fil-passat kontra l-umanità – filwaqt li jitqiesu l-impatti dejjiema tagħhom fil-preżent – kontra persuni ta' dixxendenza Afrikana;

8.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-bqija tal-Istati Membri jsegwu dan l-eżempju, li jista' jinkludi xi forma ta' reparazzjoni, bħal apoloġiji pubbliċi u r-radd lura ta' artefatti misruqa lill-pajjiżi ta' oriġini tagħhom;

9.

Jistieden lill-Istati Membri jiddeklassifikaw l-arkivji kolonjali tagħhom;

10.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jagħmlu sforzi biex jiġġieldu b'mod sistematiku kontra d-diskriminazzjoni etnika u r-reati ta' mibegħda u, flimkien ma' partijiet ikkonċernati ewlenin oħra, jiżviluppaw risponsi legali u tal-politika effettivi u msejsa fuq l-evidenza għal dawn il-fenomeni; jikkunsidra li kieku kellha tinġabar data dwar id-diskriminazzjoni etnika u r-reati ta' mibegħda, dan għandu jsir bl-iskop uniku li jiġu identifikati l-għeruq u ta' diskorsi u atti ksenofobiċi u diskriminatorji u biex dawn jiġu miġġielda, b'mod konformi mal-oqfsa legali nazzjonali rilevanti u l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data;

11.

Jistieden lill-Istati Membri jiżviluppaw strateġiji nazzjonali kontra r-razziżmu li jindirizzaw is-sitwazzjoni komparattiva tal-persuni ta' dixxendenza Afrikana f'oqsma bħall-edukazzjoni, l-abitazzjoni, is-saħħa, l-impjieg, il-pulizija, is-servizzi soċjali, is-sistema tal-ġustizzja kif ukoll il-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza politika, u jħeġġu l-parteċipazzjoni ta' persuni ta' dixxendenza Afrikana fil-programmi tat-televiżjoni u f'mezzi oħra tax-xandir, sabiex jindirizzaw b'mod adegwat in-nuqqas ta' rappreżentanza tagħhom, kif ukoll in-nuqqas ta' mudelli tar-rwol għat-tfal ta' dixxendenza Afrikana;

12.

Jenfasizza r-rwol importanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni, u jitlob li jiżdied l-appoġġ finanzjarju fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali għall-organizzazzjonijiet grassroots;

13.

Jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tinkludi fokus fuq il-Persuni ta' Dixxendenza Afrikana fil-programmi ta' finanzjament tagħha, kemm dawk attwali kif ukoll dawk tal-perjodu pluriennali li jmiss;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi tim speċifiku fi ħdan is-servizzi rilevanti, b'fokus speċifiku fuq kwistjonijiet ta' Afrofobija;

15.

Jinsisti biex l-Istati Membri jimplimentaw u jinfurzaw b'mod xieraq id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra ċerti forom u espressjonijiet ta' razziżmu u ksenofobija permezz tal-liġi kriminali, b'mod partikolari l-inklużjoni ta' motivazzjonijiet ta' preġudizzju għal reati bbażati fuq ir-razza, l-oriġini nazzjonali jew etnika bħala fattur aggravanti sabiex jiġi żgurat li r-reati ta' mibegħda kontra l-persuni ta' dixxendenza Afrikana jiġu rreġistrati, investigati, imħarrka u sanzjonati;

16.

Jistieden lill-Istati Membri jirrispondu b'mod effettiv għal reati ta' mibegħda, inkluża l-investigazzjoni ta' motivazzjoni ta' preġudizzju għal reati bbażati fuq ir-razza, l-oriġini nazzjonali jew etnika, u jiżguraw li r-reati ta' mibegħda kontra l-persuni ta' dixxendenza Afrikana jiġu reġistrati, investigati, ipprċessati fil-qrati u kkastigati;

17.

Jistieden lill-Istati Membri jtemmu t-tfassil ta' profili razzjali jew etniċi fil-forom kollha tal-infurzar tal-liġi kriminali, il-miżuri ta' kontra t-terroriżmu u l-kontroll tal-immigrazzjoni, u jiġġieldu u jirrikonoxxu b'mod uffiċjali kwalunkwe prattika ta' diskriminazzjoni u vjolenza illegali permezz ta' taħriġ kontra r-razziżmu u kontra l-preġudizzju għall-awtoritajiet;

18.

Jistieden lill-Istati Membri jiddenunzjaw u jiskoraġġixxu tradizzjonijiet razzisti u Afrofobiċi;

19.

Jistieden lill-Istati Membri jimmonitorjaw il-preġudizzju razzjali fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali tagħhom, is-sistemi edukattivi tagħhom u s-servizzi soċjali tagħhom, u jieħdu passi proattivi sabiex jiżguraw l-istess ġustizzja u jtejbu r-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-komunitajiet tal-minoranzi, jiżguraw l-istess edukazzjoni u jtebju r-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet tal-edukazzjoni u l-komunitajiet tal-minoranzi, u jiżguraw l-istess servizzi soċjali u jtejbu r-relazzjonijiet bejn l-awtoritajiet tas-servizzi soċjali u l-komunitajiet tal-minoranzi, b'mod partikolari mal-komunitajiet Suwed u l-persuni ta' dixxendenza Afrikana;

20.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-adulti u t-tfal ta' dixxendenza Afrikana jkollhom aċċess ugwali għal edukazzjoni u kura ta' kwalità u ħielsa mid-diskriminazzjoni u s-segregazzjoni, u jipprovdu miżuri adegwati ta' appoġġ għat-tagħlim fejn ikun meħtieġ; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu l-ġrajja tal-persuni ta' dixxendenza Afrikana parti mill-kurrikuli tagħhom u jippreżentaw perspettiva komprensiva dwar il-kolonjaliżmu u l-iskjavitù li tirrikonoxxi wkoll l-effetti negattivi storiċi u kontemporanji tal-persuni ta' dixxendenza Afrikana, u jiżguraw li l-għalliema jkunu mħarrġa b'mod adegwat għal dan il-kompitu u mgħammra kif jixraq sabiex jindirizzaw id-diversità fil-klassi;

21.

Jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri tal-UE jippromwovu u jappoġġaw l-impjieg, l-intraprenditorija u l-inizjattivi ta' tisħiħ tal-pożizzjoni ekonomika għall-persuni ta' dixxendenza Afrikana sabiex jindirizzaw ir-rati ta' qgħad ogħla mill-medja u diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol li jħabbtu wiċċhom magħhom;

22.

Jistieden lill-Istati Membri jindirizzaw id-diskriminazzjoni kontra l-persuni ta' dixxendenza Afrikana fis-suq tad-djar, u jieħdu passi konkreti biex jindirizzaw l-inugwaljanzi fl-aċċess għad-djar, filwaqt li jiżguraw abitazzjoni adegwata;

23.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE jiżguraw – filwaqt li jqisu l-leġiżlazzjoni u l-prattiki eżistenti – rotot sikuri u legali ta' dħul fl-UE għall-migranti, ir-rifuġjati u l-persuni li jfittxu l-asil;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jiżguraw b'mod effettiv li l-ebda fondi tal-UE ma jkunu disponibbli, u li ma jingħata ebda appoġġ u li ma jkun hemm ebda kollaborazzjoni ma' organizzazzjonijiet jew gruppi involuti jew marbuta mal-iskjavitù, it-traffikar, it-tortura jew l-estorsjoni ta' migranti Suwed jew Afrikani;

25.

Jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej jadottaw strateġija għad-diversità u l-inklużjoni fil-forza tax-xogħol li tistabbilixxi pjan strateġiku għall-parteċipazzjoni ta' minoranzi etniċi u razzjali fil-forza tax-xogħol tagħhom li tikkomplementa l-isforzi eżistenti għal dan l-għan;

26.

Jistieden lill-partiti u lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej, kif ukoll il-parlamenti fil-livelli kollha tal-UE, jappoġġaw u jiżviluppaw inizjattivi li jħeġġu l-parteċipazzjoni politika tal-persuni ta' dixxendenza Afrikana;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkoopera mill-qrib ma' atturi internazzjonali bħall-OSCE, in-NU, l-Unjoni Afrikana u l-Kunsill tal-Ewropa, kif ukoll ma' sħab internazzjonali oħra, sabiex jiġġieldu l-Afrofobija fil-livell internazzjonali;

28.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri u lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

(1)  ĠU L 180, 19.7.2000, p. 22.

(2)  ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16.

(3)  ĠU L 328, 6.12.2008, p. 55.

(4)  ĠU L 315, 14.11.2012, p. 57.

(5)  “Being Black in Europe”, (Li Tkun Iswed fl-Ewropa), Novembru 2018, rapport li jiddeskrivi riżultati magħżula mill-EU-MIDIS II.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2018)0056.

(7)  https://search.coe.int/cm/Pages/result_details.aspx?ObjectID=09000016805e297e

(8)  Ara, Afrophobia in Europe – ENAR Shadow Report 2014-15, (L-Afrofobija fl-Ewropew – Shadow Report tal-ENAR) 2015, tan-Netwerk Ewropew kontra r-Razziżmu, disponibbli fuq: http://www.enar-eu.org/IMG/pdf/shadowreport_afrophobia_final_with_corrections.pdf

(9)  Ara t-tieni Stħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Minoranzi u d-Diskriminazzjoni (EU-MIDIS II) (2017) fuq: http://fra.europa.eu/en/publication/2017/eumidis-ii-main-results

(10)  Ibid.

(11)  Ara l-aktar rapport riċenti, ippubblikat fl-2016: http://hatecrime.osce.org/2016-data

(12)  opinjoni 11 tal-FRA.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/8


P8_TA(2019)0240

Rapport dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa (2018/2121(INI))

(2021/C 108/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 4 u 13 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 107, 108, 113, 115 u 116 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa (TAX3), u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni u l-mandat tiegħu (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat TAXE tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 (2) u r-riżoluzzjoni tal-Kumitat TAX2 tiegħu tas-6 ta' Lulju 2016 (3) dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar li ndaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni (4),

wara li kkunsidra r-riżultati tal-Kumitat ta' Inkjesta għall-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, li tressqu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni fit-13 ta' Diċembru 2017 (5),

wara li kkunsidra s-segwitu mogħti mill-Kummissjoni għal kull waħda mir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament imsemmijin hawn fuq (6),

wara li kkunsidra l-bosta rivelazzjonijiet li saru mill-ġurnalisti investigattivi, bħal LuxLeaks, Panama papers, Paradise papers u dan l-aħħar l-iskandli cum-ex, kif ukoll il-każijiet ta' ħasil tal-flus li jinvolvu, partikolarment, banek fil-Ġermanja, fid-Danimarka, fl-Estonja, fil-Latvja, fin-Netherlands u fir-Renju Unit,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Novembru 2018 dwar l-iskandlu cum-ex: il-kriminalità finanzjarja u l-lakuni fil-qafas legali kurrenti (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-19 ta' April 2018 dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi fl-Ewropa: il-każ tal-ġurnalist Slovakk Jan Kuciak u Martina Kušnírová (8),

wara li kkunsidra l-istudji mħejjija mis-Servizz ta' Riċerka tal-Parlament Ewropew bit-titli “Citizenship by investment (CBI) and residency by investment (RBI) schemes in the EU: state of play, issues and impacts” (L-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment fl-UE: is-sitwazzjoni attwali, il-problemi u l-impatti), “Money laundering and tax evasion risks in free ports and customs warehouses” (Riskji ta' ħasil tal-flus u tal-evażjoni tat-taxxa fil-portijiet ħielsa u fid-deposti tad-dwana) u “An overview of shell companies in the European Union” (Ħarsa ġenerali lill-kumpaniji fittizji fl-Unjoni Ewropea) (9),

wara li kkunsidra l-istudju bit-titlu “VAT fraud: economic impact, challenges and policy issues” (10) (Il-frodi fil-VAT: l-impatt ekonomiku, l-isfidi u l-kwistjonijiet politiċi) , l-istudju bit-titlu “Cryptocurrencies and blockchain – Legal context and implications for financial crime, money laundering and tax evasion” (Kriptovaluti u blockchain – il-kuntest ġuridiku u l-implikazzjonijiet għall-kriminalità finanzjarja, il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa) u l-istudju bit-titlu “Impact of Digitalisation on International Tax Matters” (11) (L-impatt tad-diġitalizzazzjoni fuq il-kwistjonijiet internazzjonali fil-qasam tat-taxxa),

wara li kkunsidra l-istudji tal-Kummissjoni bit-titli “aggressive tax planning indicators” (12),

wara li kkunsidra l-provi li nġabru mill-Kumitat TAX3 fl-34 seduta ta' smigħ mal-esperti jew skambji ta' fehmiet ma' Kummissarji u Ministri kif ukoll matul il-missjonijiet f'Washington, f'Riga, fl-Isle of Man, fl-Estonja u fid-Danimarka,

wara li kkunsidra l-qafas modernizzat u aktar sod tat-taxxa korporattiva introdott matul il-leġiżlatura, partikolarment id-Direttivi kontra l-evitar tat-taxxa (ATAD I (13) u ATAD II (14)) u r-rieżamijiet tad-Direttiva dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni (DAC) (15),

wara li kkunsidra l-proposti tal-Kummissjoni li l-adozzjoni tagħhom għadha pendenti, partikolarment dwar il-BK(K)TK (16), il-pakkett tat-tassazzjoni diġitali (17) u r-rapport għal kull pajjiż (CBCR) (18), kif ukoll il-pożizzjoni tal-Parlament dwar dawn il-proposti,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-1 ta' Diċembru 1997 dwar Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi, u r-rapporti regolari ta' dan il-Grupp indirizzati lill-Kunsill ECOFIN,

wara li kkunsidra l-lista tal-Kunsill ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa adottata fil-5 ta' Diċembru 2017 u emendata fuq il-bażi tal-monitoraġġ li għaddej tal-impenji tal-pajjiżi terzi,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Marzu 2018 bit-titlu “on new requirements against tax avoidance in EU legislation governing in particular financing and investment operations” (dwar ir-rekwiżiti l-ġodda għall-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa introdotti fil-leġiżlazzjoni tal-UE li tirregola l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment) (C(2018)1756),

wara li kkunsidra l-modernizzazzjoni li għaddejja tal-qafas tal-VAT, partikolarment is-sistema definittiva tal-VAT,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Novembru 2016 dwar lejn sistema definittiva ta' VAT u l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT (19),

wara li kkunsidra l-qafas il-ġdid tal-UE, li għadu kemm ġie adottat, dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, b'mod partikolari wara l-adozzjoni tar-raba' (AMLD4) (20) u tal-ħames (AMLD5) (21) rieżami tad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus,

wara li kkunsidra l-proċeduri ta' ksur mibdija mill-Kummissjoni fil-konfront ta' 28 Stat Membru talli naqsu milli jittrasponu jew talli ttrasponew korrettament l-AMLD4 fil-leġiżlazzjoni nazzjonali,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni, tat-2 ta' Frar 2016, għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu (COM(2016)0050) (22),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni, tat-12 ta' Settembru 2018, bit-titlu “It-tisħiħ tal-qafas tal-Unjoni għal superviżjoni prudenzjali u ta' kontra l-ħasil tal-flus għall-istituzzjonijiet finanzjarji” (COM(2018)0645),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar l-urġenza għal lista sewda tal-UE tal-pajjiżi terzi konformi mad-Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus (23);

wara li kkunsidra l-eżerċizzju ta' mmappjar u l-analiżi tal-lakuni tal-Pjattaforma tal-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja tal-Unjoni Ewropea (Pjattaforma tal-UIF tal-UE) tal-15 ta' Diċembru 2016 dwar is-setgħat u l-ostakli tal-UIF tal-UE biex jiksbu u jiskambjaw l-informazzjoni, u d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni tas-26 ta' Ġunju 2017 dwar it-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja (SWD(2017)0275),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) u tal-Kummissjoni tal-11 ta' Lulju 2018 lill-Unità ta' Analiżi tal-Intelligence Finanzjarja (Financial Intelligence Analysis Unit – FIAU) ta' Malta dwar l-azzjoni neċessarja biex tikkonforma mad-Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu,

wara li kkunsidra l-ittra ddatata s-7 ta' Diċembru 2018 mibgħuta mill-President tal-Kumitat TAX3 lir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-UE, l-E.T. Daniel Azzopardi, li fiha jintalbu spjegazzjonijiet dwar il-kumpanija “17 Black”,

wara li kkunsidra l-investigazzjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat (24),

wara li kkunsidra l-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni (COM(2018)0218),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika;

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit;

wara li kkunsidra l-eżiti ta' diversi summits tal-G7, tal-G8 u tal-G20 li saru dwar il-kwistjonijiet tat-taxxa internazzjonali,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fis-27 ta' Lulju 2015 dwar l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar il-Flussi Finanzjarji Illeċiti mill-Afrika, ikkummissjonat minn talba konġunta tal-Kummissjoni tal-Unjoni Afrikana (Kummissjoni tal-UA)/Kummissjoni Ekonomika għall-Afrika (ECA) tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Konferenza tal-Ministri Afrikani għall-Finanzi, l-Ippjanar u l-Iżvilupp Ekonomiku,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar 2016 dwar Strateġija Esterna għal Tassazzjoni Effettiva (COM(2016)0024) li fiha l-Kummissjoni tistieden lill-UE “tmexxi bl-eżempju”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-8 ta' Lulju 2015 dwar l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa bħala sfidi għall-governanza, il-protezzjoni soċjali u l-iżvilupp fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw (25), u tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki tat-tassazzjoni fl-UE (26),

wara li kkunsidra l-obbligu previst mill-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) biex tiġi osservata l-liġi dwar il-privatezza f'kull ħin,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2019 bit-titlu “Skemi ta' Ċittadinanza u ta' Residenza b'Investiment fl-Unjoni Ewropea” (COM(2019)0012),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Jannar 2019 bit-titlu “Lejn teħid ta' deċiżjonijiet aktar effiċjenti u demokratiku fil-qasam tal-politika tat-tassazzjoni tal-UE” (COM(2019)0008),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2017 bit-titlu “Sħubijiet għall-iżvilupp tal-UE u l-isfida tal-ftehimiet internazzjonali dwar it-taxxa”,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat Speċjali dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa (A8-0170/2019),

1.    Introduzzjoni ġenerali li tippreżenta l-kuntest

1.1.    Bidliet

1.

Jafferma li r-regoli eżistenti fil-qasam tat-taxxa ta' spiss ma jkunux jistgħu jlaħħqu mal-veloċità dejjem tikber tal-ekonomija; ifakkar li r-regoli internazzjonali u nazzjonali attwali fil-qasam tat-taxxa kienu, fil-biċċa l-kbira tagħhom, imfassla fil-bidu tas-seklu XX; jafferma li jeżisti bżonn urġenti u kontinwu ta' riforma ta' dawn ir-regoli sabiex is-sistemi tat-taxxa internazzjonali, tal-UE u nazzjonali jkunu adatti għall-isfidi ekonomiċi, soċjali u teknoloġiċi l-ġodda tas-seklu XXI; jinnota l-opinjoni mifruxa skont liema s-sistemi attwali tat-taxxa u l-metodi kontabilistiċi mhumiex mgħammra biex ilaħħqu ma' dawn l-iżviluppi u jiżguraw li l-parteċipanti kollha fis-suq iħallsu s-sehem ġust tagħhom ta' taxxi;

2.

Jenfasizza li l-Parlament Ewropew ta kontribut sostanzjali fil-ġlieda kontra r-reati finanzjarji, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa kif żvelati, fost oħrajn, fil-każijiet LuxLeaks, Panama papers, Paradise papers, Football Leaks, Bahamas Leaks u l-każijiet cum-ex, partikolarment bis-saħħa tal-ħidma tal-Kumitati Speċjali TAXE, TAX2 (27) u TAX3, tal-Kumitat ta' Inkjesta PANA u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON);

3.

Jilqa' pożittivament il-fatt li matul il-mandat attwali tagħha, il-Kummissjoni ppreżentat 26 proposta leġiżlattiva mmirati li jimlew uħud mil-lakuni, itejbu l-ġlieda kontra r-reati finanzjarji u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, u jżidu l-effiċjenza tal-ġbir tat-taxxi u l-ġustizzja fit-taxxi; jiddispjaċih profondament bin-nuqqas ta' progress fil-Kunsill fuq l-inizjattivi ewlenin fir-rigward tar-riforma tat-taxxa korporattiva li għadhom ma ġewx finalizzati minħabba n-nuqqas ta' rieda politika ġenwina; jitlob l-adozzjoni rapida tal-inizjattivi tal-UE li għadhom ma ġewx finalizzati u monitoraġġ bir-reqqa tal-implimentazzjoni biex ikunu żgurati l-effiċjenza u l-infurzar adegwat, bil-għan li jinżamm il-pass mal-versatilità tal-frodi tat-taxxa, tal-evażjoni tat-taxxa u tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa;

4.

Ifakkar li ġurisdizzjoni fil-qasam tat-taxxa għandha kontroll biss fuq kwistjonijiet ta' taxxa relatati mat-territorju tagħha, filwaqt li l-flussi ekonomiċi u xi kontribwenti bħal intrapriżi multinazzjonali (MNEs) u individwi b'valur nett għoli (HNWIs) joperaw globalment;

5.

Jenfasizza li d-definizzjoni tal-bażijiet għat-taxxa tirrikjedi li dak li jkun ikollu stampa sħiħa tas-sitwazzjoni tal-kontribwent, inklużi dawk il-komponenti li huma barra minn ġurisdizzjoni fil-qasam tat-taxxa partikolari, u d-determinazzjoni ta' liema komponent jirreferi għal liema ġurisdizzjoni; jinnota li jeħtieġ ukoll li tali bażijiet għat-taxxa jiġu allokati bejn il-ġurisdizzjonijiet fil-qasam tat-taxxa sabiex jiġu evitati t-tassazzjoni doppja u n-nontassazzjoni doppja; jafferma li għandha tingħata prijorità lill-eliminazzjoni tan-nontassazzjoni doppja, kif ukoll lill-iżgurar li l-kwistjoni tat-tassazzjoni doppja tiġi indirizzata;

6.

Iqis li jeħtieġ li jsiru sforzi mill-istituzzjonijiet kollha tal-UE, kif ukoll mill-Istati Membri, sabiex tiġi spjegata liċ-ċittadini l-ħidma li qed issir fil-qasam tat-tassazzjoni u l-azzjonijiet li qed jittieħdu sabiex jiġu rrimedjati l-problemi u l-lakuni eżistenti; iqis li jeħtieġ li l-UE tadotta strateġija wiesgħa li biha l-UE tappoġġa, bil-politiki rilevanti, lill-Istati Membri sabiex jgħaddu mis-sistemi tat-taxxa detrimentali li għandhom bħalissa għal sistema tat-taxxa kompatibbli mal-qafas ġuridiku tal-UE u mal-ispirtu tat-Trattati tal-UE;

7.

Jinnota li l-flussi ekonomiċi (28) u l-opportunitajiet biex tinbidel ir-residenza tat-taxxa żdiedu b'mod konsiderevoli; iwissi li wħud mill-fenomeni l-ġodda (29) huma inerentement opaki jew jiffaċilitaw l-opaċità li jippermettu l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-ħasil tal-flus;

8.

Jiddeplora l-fatt li xi Stati Membri jikkonfiskaw il-bażi għat-taxxa ta' Stati Membri oħrajn billi jattiraw profitti ġġenerati band'oħra u, b'hekk, jippermettu lill-kumpaniji jbaxxu artifiċjalment il-bażi għat-taxxa tagħhom; jindika li din il-prattika mhux biss tagħmel ħsara lill-prinċipju tas-solidarjetà tal-UE, iżda tagħti lok għal ridistribuzzjoni tal-ġid lejn l-MNEs u l-azzjonisti tagħhom, a spejjeż taċ-ċittadini tal-UE; jappoġġa l-ħidma importanti tal-akkademiċi u tal-ġurnalisti li qegħdin jgħinu sabiex jitfgħu dawl fuq dawn il-prattiki;

1.2.    Skop tat-tassazzjoni u impatt tal-frodi tat-taxxa, tal-evażjoni tat-taxxa, tal-prattiki dwar it-taxxa dannużi u tal-ħasil tal-flus fuq is-soċjetajiet Ewropej

9.

Iqis li tassazzjoni ġusta u ġlieda riżoluta kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-ħasil tal-flus għandhom rwol ċentrali x'jiżvolġu fit-tiswir ta' soċjetà ġusta u ekonomija b'saħħitha, filwaqt li jiddefendu l-kuntratt soċjali u l-istat tad-dritt; josserva li sistema ta' tassazzjoni ġusta u effiċjenti hija fundamentali biex tindirizza l-inugwaljanza, mhux biss permezz tal-finanzjament tal-infiq pubbliku li jsostni l-mobilità soċjali, iżda wkoll permezz tat-tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-introjtu; jissottolinja li l-politika tat-tassazzjoni tista' tinfluwenza bil-qawwa d-deċiżjonijiet fil-qasam tal-impjiegi, il-livelli ta' investiment u r-rieda tal-kumpaniji li jespandu;

10.

Jissottolinja li l-aktar prijorità urġenti hija t-tnaqqis tad-distakk fiskali li jirriżulta mill-frodi tat-taxxa, mill-evażjoni tat-taxxa, mill-ippjanar aggressiv tat-taxxa u mill-ħasil tal-flus, kif ukoll mill-impatt li dawn l-attivitajiet għandhom fuq il-baġits nazzjonali u tal-UE, bil-għan li jiġu żgurati kundizzjonijiet ta' parità u ġustizzja fiskali għall-kontribwenti kollha, li tiġi miġġielda ż-żieda fl-inugwaljanzi u tissaħħaħ il-fiduċja fit-tfassil demokratiku tal-politiki, u dan billi jiġi garantit li l-frodaturi ma jgawdux minn vantaġġ kompetittiv f'dik li hi taxxa meta mqabbla mal-kontribwenti onesti;

11.

Jisħaq fuq il-fatt li huwa kruċjali li jsiru sforzi konġunti fil-livell nazzjonali u tal-UE biex il-baġits nazzjonali u tal-UE jitħarsu mit-telf minħabba t-taxxi mhux imħallsa; josserva li huwa biss bis-saħħa ta' dħul mit-taxxa li jinġabar b'mod sħiħ u effiċjenti li l-Istati jistgħu jiżguraw, fost affarijiet oħra, servizzi pubbliċi ta' kwalità, inklużi edukazzjoni, kura tas-saħħa u alloġġi bi prezzijiet aċċessibbli, is-sigurtà, il-ġlieda kontra l-kriminalità u l-interventi ta' emerġenza, is-sigurtà soċjali u l-assistenza, l-infurzar tal-istandards fil-qasam tax-xogħol u tal-ambjent, il-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-trasport pubbliku u l-infrastrutturi essenzjali biex irawmu u, jekk meħtieġ, jistabbilizzaw żvilupp soċjalment ibbilanċjat sabiex ikun hemm progress fit-triq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

12.

Iqis li l-iżviluppi reċenti fil-qasam tat-tassazzjoni u tal-ġbir tat-taxxi, li mexxew l-inċidenza tat-taxxa mill-patrimonju lejn l-introjtu, mill-introjtu mill-kapital lejn l-introjtu mix-xogħol u mill-konsum, mill-MNEs lejn l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) u mis-settur finanzjarju lejn l-ekonomija reali, kellhom impatt sproporzjonat għan-nisa u għall-persuni b'introjtu baxx, li għandhom tendenza li jiddependi aktar mill-introjtu mix-xogħol u jonfqu parti akbar tal-introjtu tagħhom għall-konsum (30); josserva li r-rati ta' evażjoni tat-taxxa huma ogħla fost dawk l-aktar sinjuri (31); jistieden lill-Kummissjoni tqis l-impatt fuq l-iżvilupp soċjali, inkluż fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki l-oħra msemmija hawn fuq, fil-proposti leġiżlattivi tagħha fl-oqsma tat-tassazzjoni u tal-ħasil tal-flus;

1.3.    Riskji u vantaġġi marbuta mat-tranżazzjonijiet fi flus kontanti

13.

Jenfasizza li, minkejja l-vantaġġi tagħhom bħall-aċċessibbiltà u r-rapidità, it-tranżazzjonijiet fi flus kontanti jibqgħu dejjem riskju għoli ħafna f'terminu ta' ħasil tal-flus u ta' evażjoni tat-taxxa, inkluża l-frodi tal-VAT; josserva li għadd ta' Stati Membri diġà daħlu restrizzjonijiet għal dawk li huma pagamenti fi flus kontanti; josserva wkoll li, filwaqt li r-regoli dwar il-kontrolli ta' flus kontanti fil-fruntieri esterni tal-UE ġew armonizzati, ir-regoli dwar il-movimenti ta' flus kontanti fi ħdan il-fruntieri tal-UE jvarjaw minn Stat Membru għall-ieħor;

14.

Josserva li l-frammentazzjoni u n-natura diverġenti ta' dawn il-miżuri jirriskjaw li jinterferixxu mal-funzjonament korrett tas-suq intern; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni tħejji proposta dwar ir-restrizzjonijiet Ewropej fir-rigward tal-pagamenti fi flus kontanti, filwaqt li żżomm il-flus kontanti bħala mezz ta' pagament; josserva, barra minn hekk, li d-denominazzjonijiet għoljin tal-karti tal-flus tal-euro jippreżentaw riskju ogħla f'termini ta' ħasil tal-flus; jilqa' pożittivament il-fatt li fl-2016 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ħabbar li ma kienx se jibqa' joħroġ karti tal-flus ġodda tal-EUR 500 (anki jekk il-karti tal-flus fiċ-ċirkolazzjoni għadhom valuta legali); jistieden lill-BĊE jistabbilixxi kalendarju għat-tneħħija gradwali tal-użu tal-karti tal-flus tal-EUR 500;

1.4.    Valutazzjoni kwantitattiva

15.

Jenfasizza li l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa jirriżultaw f'riżorsi mitlufa għall-baġits nazzjonali u tal-Unjoni Ewropea (32); jirrikonoxxi li l-kwantifikazzjoni ta' dan it-telf mhijiex sempliċi; jinnota, madankollu, li r-rekwiżiti ta' trasparenza akbar mhux biss jipprovdu data aħjar, iżda jikkontribwixxu wkoll sabiex tonqos l-opaċità;

16.

Josserva li diversi valutazzjonijiet ippruvaw jikkwantifikaw il-kobor tat-telf minħabba l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa; ifakkar li l-ebda waħda minnhom ma tat, waħedha, stampa biżżejjed kompluta, minħabba n-natura u n-nuqqas tad-data; josserva li ċerti valutazzjonijiet reċenti supplimentaw lil xulxin abbażi ta' metodoloġiji differenti iżda komplementari;

17.

Jinnota li, sallum, filwaqt li l-Kummissjoni twettaq stima tad-diskrepanza tal-VAT għall-UE, huma biss 15-il Stat Membru li jippreparaw l-istimi tad-diskrepanza tat-taxxa nazzjonali tagħhom; jistieden lill-kull Stat Membru, taħt il-gwida tal-Kummissjoni, iħejji stima komprensiva tad-diskrepanza tat-taxxa, mhux limitata għall-VAT u jinkludi valutazzjoni tal-kost tal-inċentivi kollha tat-taxxa;

18.

Jiddeplora għal darb'oħra “n-nuqqas ta' statistika affidabbli u imparzjali fuq l-enormità tal-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa [u] jisħaq fuq l-importanza tal-iżvilupp ta' metodoloġiji xierqa u trasparenti li jikkwantifikaw l-iskala ta' dawn il-fenomeni, kif ukoll l-impatt ta' dawn l-attivitajiet fuq il-finanzi pubbliċi, l-attivitajiet ekonomiċi u l-investimenti pubbliċi tal-pajjiżi” (33); ifakkar fl-importanza tal-indipendenza politika u finanzjarja tal-istituti tal-istatistika biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-data statistika; jappella biex tintalab assistenza teknika mill-Eurostat għall-ġbir ta' statistika komprensiva u preċiża, sabiex din tingħata f'format diġitali komparabbli u li jista' jiġi faċilment ikkoordinat;

19.

Ifakkar b'mod partikolari l-valutazzjoni empirika tal-kobor tat-telf annwali tad-dħul ikkawżat mill-ippjanar aggressiv tat-taxxa korporattiva fl-UE li ġie elaborat fl-2015; jinnota li l-valutazzjoni tmur minn EUR 50-70 biljun (somma li ntilfet minħabba trasferiment tal-profitt biss, ekwivalenti għal tal-anqas 17 % tad-dħul mit-taxxa korporattiva fl-2013 u 0,4 % tal-PDG) għal EUR 160-190 biljun (biż-żieda ta' arranġamenti individwalizzati tat-taxxa tal-MNEs, kif ukoll l-ineffiċjenzi fil-ġbir);

20.

Jistieden lill-Kunsill u lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-proġetti, b'mod partikolari bis-sostenn tal-programm Fiscalis, immirati sabiex jikkwantifikaw il-kobor tal-evitar tat-taxxa bil-għan li jiġi indirizzat aħjar id-distakk fiskali attwali; jenfasizza li l-Parlament Ewropew adotta (34) żieda tal-programm Fiscalis; iħeġġeġ lill-Istati Membri, taħt il-koordinament tal-Kummissjoni, jagħmlu stima tad-distakki fiskali tagħhom u jippubblikaw ir-riżultati kull sena;

21.

Jinnota li, skont l-istimi tad-dokument ta' ħidma tal-FMI (35), it-telf fuq livell dinji minħabba erożjoni tal-bażi u trasferiment tal-profitt (BEPS) u marbut mar-rifuġji fiskali jammonta għal madwar USD 600 biljun fis-sena; jinnota li l-istimi approssimattivi tal-FMI għat-terminu twil huma USD 400 biljun għall-pajjiżi tal-OECD (1 % tal-PDG tagħhom) u USD 200 biljun għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw (1,3 % tal-PDG tagħhom);

22.

Jilqa' pożittivament l-estimi reċenti tal-ekonomija mhux osservata (NOE) – ta' spiss imsejħa ekonomija li ma tidhirx – fl-Istħarriġ tal-2017 dwar il-Politiki tat-Tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea (36) li jagħti indikazzjoni usa' tal-evażjoni tat-taxxa; jenfasizza li l-valur tal-NOE jkejjel l-attivitajiet ekonomiċi, li jistgħu ma jinqabdux fis-sorsi tad-data bażiċi użati għall-kumpilazzjoni tal-kontijiet nazzjonali;

23.

Jenfasizza li, kull sena, fuq livell dinji, kważi 40 % tal-profitti tal-MNEs huma trasferiti f'rifuġji fiskali, u xi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jidhru li huma l-akbar telliefa tat-trasferiment tal-profitt, minħabba li 35 % tal-profitti trasferiti jiġu minn pajjiżi tal-UE, segwiti mill-pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw (30 %) (37); jirrimarka li madwar 80 % tal-profitti trasferiti minn ħafna Stati Membri tal-UE jiġu mgħoddija lejn l-Istati Membri tal-UE jew bl-intermedjazzjoni tagħhom; jindika li l-MNEs jistgħu jħallsu sa 30 % taxxa anqas mill-kompetituri nazzjonali, u li l-ippjanar aggressiv tat-taxxa tgħawweġ il-kompetizzjoni għall-impriżi nazzjonali, partikolarment l-SMEs;

24.

Jinnota li l-aħħar stimi tal-evażjoni tat-taxxa fi ħdan l-UE jindikaw ċifra ta' madwar EUR 825 biljun fis-sena (38);

25.

Josserva li l-MNEs li sema' l-Kumitat TAX3 jipproduċu l-estimi tagħhom tar-rati tat-taxxa effettivi (ETR) (39); jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ċerti esperti għandhom dubji dwar dawn l-estimi;

26.

Jitlob li l-istatistika tinġabar rigward it-tranżazzjonijiet il-kbar li jsiru fil-portijiet ħielsa, fid-deposti tad-dwana u fiż-żoni ekonomiċi speċifiċi, kif ukoll l-informazzjoni żvelata mill-intermedjarji u mill-informaturi ta' irregolaritajiet;

1.5.    Frodi tat-taxxa, evażjoni tat-taxxa, evitar tat-taxxa u ppjanar aggressiv tat-taxxa

27.

Ifakkar li l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-frodi tat-taxxa timmira l-atti illegali, filwaqt il-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa tindirizza sitwazzjonijiet li, a priori, huma fi ħdan il-limiti tal-liġi – sakemm ma jitqisux bħala illegali mill-awtoritajiet tat-taxxa jew, fl-aħħar mill-aħħar, mill-awtoritajiet ġudizzjarji – iżda jmorru kontra l-ispirtu tagħha. jitlob, għalhekk, semplifikazzjoni tal-qafas tat-taxxa;

28.

Ifakkar li t-titjib fil-ġbir tat-taxxi fil-pajjiżi tal-UE aktarx inaqqas il-kriminalità assoċjata mal-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus li jsegwiha;

29.

Ifakkar li l-ippjanar aggressiv tat-taxxa jiddeskrivi d-definizzjoni ta' struttura tat-taxxa mmirata li tnaqqas it-taxxa dovuta billi tuża t-teknikalitajiet ta' sistema tat-taxxa jew l-arbitraġġ bejn żewġ sistemi tat-taxxa jew aktar li jmorru kontra l-ispirtu tal-liġi;

30.

Jilqa' b'sodisfazzjon it-tweġiba tal-Kummissjoni għall-appelli li saru fir-riżoluzzjonijiet TAXE, TAX2 u PANA tagħha biex tidentifika aħjar l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-prattiki dwar it-taxxa dannużi;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jipproponu u jadottaw definizzjoni komprensiva u speċifika tal-indikaturi tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa, abbażi kemm tal-karatteristiċi distintivi identifikati fil-ħames rieżami tad-Direttiva dwar il-kooperazzjoni amministrattiva (DAC6) (40) kif ukoll tal-istudji u tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Kummissjoni (41); jenfasizza li dawn l-indikaturi ċari jistgħu jkunu bbażati, fejn xieraq, fuq standards miftiehma fuq livell internazzjonali; jistieden lill-Istati Membri jużaw dawn l-indikaturi bħala bażi biex jirrevokaw il-prattiki dwar it-taxxa dannużi kollha li jirriżultaw mil-lakuni eżistenti fil-qasam tat-taxxa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jaġġornaw dawn l-indikaturi regolarment jekk jinbtu arranġamenti jew prattiki ġodda ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa;

32.

Jenfasizza x-xebh bejn il-kontribwenti korporattivi u l-HNWIs fl-użu tal-istrutturi korporattivi u strutturi simili bħat-trusts u l-postijiet offshore għal finijiet ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa; jirrimarka r-rwol tal-intermedjarji (42) fil-ħolqien ta' skemi bħal dawn; ifakkar, f'dan il-kuntest, li għall-HNWIs, ħafna mill-introjtu tagħhom jasal fil-forma ta' qligħ kapitali minflok profitt;

33.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-valutazzjoni tal-Kummissjoni u l-inklużjoni tal-indikaturi tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa fir-rapporti tagħha tas-Semestru Ewropew għal kull pajjiż għall-2018; jitlob li valutazzjoni bħal din issir element regolari biex ikunu żgurati kundizzjonijiet ta' parità fis-suq intern tal-UE, kif ukoll aktar stabbiltà tad-dħul pubbliku fit-terminu twil; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li jingħata segwitu ċar biex jintemmu l-prattiki tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa, jekk ikun il-każ fil-forma ta' rakkomandazzjonijiet formali;

34.

Itenni l-appell tiegħu lill-kumpaniji, inkwantu kontribwenti, biex jottemperaw ruħhom bis-sħiħ mal-obbligi tagħhom marbutin mat-taxxa u jastjenu mill-ippjanar aggressiv tat-taxxa li jwassal għall-fenomenu tal-BEPS, u jqisu strateġija tat-tassazzjoni ġusta u l-fatt li jastjenu mill-prattiki dwar it-taxxa dannużi, bħala parti importanti tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħhom u b'kont meħud tal-Prinċipji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem u l-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali, bil-għan li tkun garantita l-fiduċja tal-kontribwenti fl-oqfsa tat-taxxa;

35.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri li qed jieħdu sehem fil-proċedura ta' kooperazzjoni msaħħa sabiex jaqblu malajr kemm jista' jkun fuq l-adozzjoni ta' Taxxa fuq it-Tranżazzjonijiet Finanzjarji (TTF), filwaqt li jirrikonoxxu li soluzzjoni globali tkun it-triq l-aktar adegwata;

2.    Tassazzjoni korporattiva

36.

Ifakkar li l-opportunitajiet għall-għażla ta' post ta' negozju jew ta' residenza abbażi tal-qafas regolatorju żdiedu bil-globalizzazzjoni u bid-diġitalizzazzjoni;

37.

Ifakkar li t-taxxi għandhom jitħallsu fil-ġurisdizzjonijiet fejn effettivament issir l-attività ekonomika u fejn jinħoloq il-valur reali u sostanzjali jew, fil-każ ta' tassazzjoni indiretta, fejn isir il-konsum; jenfasizza li dan jista' jinkiseb bl-adozzjoni tal-bażi komuni konsolidata għat-taxxa korporattiva (BKKTK) fl-UE b'distribuzzjoni adegwata u ġusta, li tintegra fost oħrajn l-assi tanġibbli kollha;

38.

Jinnota li ġiet adottata taxxa ta' ħruġ mill-UE fl-okkażjoni tal-ATAD I, li tippermetti lill-Istati Membri jintaxxaw il-valur ekonomiku tal-qligħ kapitali li jinħoloq fit-territorju tagħhom anki meta tali qligħ ma jkunx għadu ġie realizzat fil-mument tal-ħruġ; iqis li jkun tajjeb li jissaħħaħ il-prinċipju tal-intaxxar tal-profitti li jsiru fl-Istati Membri qabel ma joħorġu mill-Unjoni, pereżempju permezz ta' koordinament tat-taxxi minn ras il-għajn fuq l-imgħax u r-royalties; sabiex jingħalqu l-lakuni eżistenti u jiġi evitat li l-profitti jħallu l-UE mingħajr ma jkunu intaxxati; jistieden lill-Kunsill jissokta n-negozjati dwar il-proposta dwar l-imgħax u r-royalties (43); josserva li t-trattati dwar it-taxxa jnaqqsu r-rata tat-taxxa minn ras il-għajn bil-għan li jevitaw it-tassazzjoni doppja (44);

39.

Jafferma mill-ġdid li l-adattament tar-regoli fiskali internazzjonali jeħtieġ li jwieġeb għall-evitar li jirriżulta mill-isfruttament possibbli tal-interazzjoni bejn id-dispożizzjonijiet fiskali nazzjonali, u n-netwerks tat-trattati tat-taxxa, li jirriżultaw f'erożjoni tal-bażi għat-taxxa u n-nontassazzjoni doppja, filwaqt li jiġi żgurat li ma jkunx hemm tassazzjoni doppja;

2.1.    Pjan ta' Azzjoni dwar il-BEPS u l-implimentazzjoni tiegħu fl-UE: ATAD

40.

Jirrikonoxxi li l-proġett relatat mal-BEPS, immexxi mill-G20/OECD, kien maħsub biex jindirizza, b'mod koordinat, il-kawżi u ċ-ċirkostanzi li joħolqu l-prattiki BEPS, billi jtejjeb il-koerenza tar-regoli transfruntieri tat-taxxa, isaħħaħ ir-rekwiżit relatat mas-sustanza u jżid it-trasparenza u ċ-ċertezza; jiddikjara, madankollu, li l-grad ta' rieda u impenn għal kooperazzjoni fuq il-Pjan ta' Azzjoni BEPS tal-OECD ivarja minn pajjiż għall-ieħor u skont l-azzjonijiet ikkonċernati;

41.

Jinnota li l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-BEPS tal-G20/OECD, maqsum fi 15-il punt, maħsub biex jindirizza b'mod ikkoordinat il-kawżi u ċ-ċirkostanzi li joħolqu l-prattiki tal-BEPS, qiegħed jiġi implimentat u monitorjat u qegħdin isiru aktar diskussjonijiet, f'kuntest usa' minn dak tal-pajjiżi parteċipanti inizjali biss, bis-saħħa tal-Qafas Inklużiv; jistieden, għaldaqstant, lill-Istati Membri jappoġġaw riforma kemm tal-mandat kif ukoll tal-funzjonament tal-Qafas Inklużiv bil-għan li jkun żgurat li l-lakuni li għad fadal u l-kwistjonijiet li għadhom ma ssolvewx fil-qasam tat-taxxa, jkunu koperti mill-qafas internazzjonali attwali; jilqa' pożittivament l-inizjattiva tal-Qafas Inklużiv biex issir diskussjoni u jinstab kunsens globali għall-allokazzjoni aħjar tad-drittijiet ta' impożizzjoni ta' taxxi fost il-pajjiżi;

42.

Jieħu nota tal-fatt li l-azzjonijiet jeħtieġu implimentazzjoni; jieħu nota tal-nota politika (45) tal-Qafas Inklużiv dwar il-BEPS, bil-għan li jitfasslu soluzzjonijiet potenzjali għall-isfidi identifikati fil-qasam tat-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali;

43.

Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li ċerti pajjiżi dan l-aħħar adottaw kontromiżuri unilaterali kontra l-prattiki dwar it-taxxa dannużi (ngħidu aħna t-Taxxa fuq il-Profitti Devjati tar-Renju Unit u d-dispożizzjonijiet GILTI [Global Intangible Low-Taxed Income] tar-riforma tat-taxxa tal-Istati Uniti) biex jiżguraw li l-introjtu barrani tal-MNEs ikun intaxxat kif dovut b'rata tat-taxxa effettiva minima fil-pajjiż ta' residenza tal-kumpanija omm; jitlob valutazzjoni, min-naħa tal-UE, ta' dawn il-miżuri; jinnota li, f'kuntrast ma' dawn il-miżuri unilaterali, l-UE ġeneralment tippromwovi soluzzjonijiet multilaterali u kunsenswali sabiex tittratta allokazzjoni ġusta tad-drittijiet ta' impożizzjoni ta' taxxi; jenfasizza li, pereżempju, l-UE tagħti prijorità lil soluzzjoni globali għat-tassazzjoni tas-settur diġitali, iżda madankollu tipproponi Taxxa fuq is-Servizzi Diġitali (TSD) Ewropea, billi d-diskussjonijiet globali mexjin bil-mod;

44.

Ifakkar li l-“pakkett kontra l-evitar tat-taxxa” tal-UE għall-2016 jissupplimenta d-dispożizzjonijiet eżistenti sabiex il-15-il azzjoni tal-BEPS jiġu implimentati b'mod ikkoordinat mill-UE fis-suq uniku;

45.

Jilqa' pożittivament l-adozzjoni ta' ATAD I u ATAD II min-naħa tal-UE; jieħu nota li joffru aktar tassazzjoni aktar ġusta permezz tal-istabbiliment ta' livell minimu ta' protezzjoni kontra l-evitar tat-taxxa korporattiva fl-UE kollha, filwaqt li jiżguraw kuntest aktar ġust u aktar stabbli għall-impriżi, mil-lat tad-domanda kif ukoll mil-lat tal-offerta; jilqa' favorevolment id-dispożizzjonijiet dwar id-diskrepanzi ibridi għall-prevenzjoni tan-nontassazzjoni doppja ħalli jiġu eliminati d-diskrepanzi eżistenti u ma jinħolqux aktar diskrepanzi, bejn l-Istati Membri u mal-pajjiżi terzi;

46.

Jilqa' pożittivament id-dispożizzjonijiet dwar il-kumpaniji kkontrollati minn barra l-pajjiż inklużi f'ATAD I biex ikun żgurat li jiġu effettivament intaxxati l-profitti, iġġenerati minn kumpaniji relatati, ipparkjati f'pajjiżi b'rata baxxa ta' taxxa jew li ma jimponux taxxi; jirrikonoxxi li jipprevjenu, fi ħdan l-Unjoni, li l-assenza jew id-diversità tar-regoli nazzjonali relatati mal-kumpaniji kkontrollati minn barra l-pajjiż ixekklu l-funzjonament tas-suq intern, b'hekk ikunu evitati arranġamenti purament artifiċjali kif talab bosta drabi l-Parlament; jiddeplora l-koeżistenza ta' żewġ approċċi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar il-kumpaniji kkontrollati minn barra l-pajjiż f'ATAD I u jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw biss dawk li fost dan it-tip ta' regoli huma l-aktar sempliċi u l-aktar effiċjenti, skont l-Artikolu 7(2)(a) ta' ATAD I;

47.

Jilqa' pożittivament ir-regola ġenerali kontra l-abbuż għal finijiet tal-kalkolu tat-taxxa korporattiva dovuta inkluża f'ATAD I, li tħalli lill-Istati Membri jinjoraw l-arranġamenti li mhumiex ġenwini u tqis il-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha li jimmiraw esklużivament li jiksbu benefiċċju fuq it-taxxa; itenni l-appell ripetut tiegħu għal adozzjoni ta' regola kontra l-abbuż li tkun ġenerali, komuni u rigoruża, jiġifieri fil-leġiżlazzjoni fis-seħħ u b'mod partikolari fid-Direttiva dwar Kumpaniji Prinċipali (Omm) u Sussidjarji, id-Direttiva dwar il-Mergers (Fużjonijiet) u d-Direttiva dwar l-Imgħax u r-Royalties;

48.

Itenni l-appell tiegħu għal definizzjoni ta' “stabbiliment permanenti” u “preżenza ekonomika sinifikanti” sabiex il-kumpaniji ma jkunux jistgħu jevitaw artifiċjalment li jkollhom preżenza taxxabbli fi Stat Membru li fih ikollhom attività ekonomika;

49.

Jitlob il-finalizzazzjoni tax-xogħol li qiegħed isir fi ħdan il-Forum Konġunt tal-UE dwar il-Prezzijiet ta' Trasferiment (JTPF) dwar l-iżvilupp ta' prattiki tajba u monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Istati Membri min-naħa tal-Kummissjoni;

50.

Ifakkar fit-tħassib li esprima fir-rigward tal-użu tal-prezzijiet ta' trasferiment fl-ippjanar aggressiv tat-taxxa u, konsegwentement, ifakkar fil-bżonn ta' azzjoni u titjib adegwati tal-qafas tal-prezzijiet ta' trasferiment biex il-kwistjoni tkun indirizzata; jisħaq fuq il-bżonn li jkun żgurat li jirriflettu r-realtà ekonomika, joffru ċertezza, ċarezza u ġustizzja lill-Istati Membri u lill-kumpaniji li joperaw fi ħdan l-Unjoni, u jnaqqsu r-riskju ta' abbuż tar-regoli għal finijiet ta' trasferiment tal-profitt, u jqisu l-Linji Gwida 2010 tal-OECD dwar l-ipprezzar tat-trasferimenti għall-Impriżi Multinazzjonali u l-Amministrazzjonijiet tat-Taxxa (46); josserva madankollu li, kif enfasizzat minn esperti u pubblikazzjonijiet, l-użu tal-“kunċett ta' entità indipendenti” jew tal-“prinċipju ta' distakkament [arm's length]” jikkostitwixxi wieħed mill-fatturi prinċipali li jippermettu l-prattiki dwar it-taxxa dannużi (47);

51.

Jenfasizza li l-azzjonijiet tal-UE mmirati li jindirizzaw il-BEPS u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa jkollhom awtoritajiet tat-taxxa mgħammra b'sensiela ta' strumenti aġġornati biex jiggarantixxu ġbir ta' taxxi ġust filwaqt li tinżamm il-kompetittività tal-impriżi tal-UE; jissottolinja li l-awtoritajiet tat-taxxa għandhom ikunu responsabbli li jagħmlu użu effikaċi tal-istrumenti mingħajr ma jimponu piż ieħor fuq il-kontribwenti responsabbli, b'mod speċjali l-SMEs;

52.

Jirrikonoxxi li l-fluss il-ġdid ta' informazzjoni lill-awtoritajiet tat-taxxa, wara l-adozzjoni ta' ATAD I u DAC4, joħloq il-bżonn ta' riżorsi adegwati biex ikun żgurat l-użu l-aktar effiċjenti ta' tali informazzjoni u jitnaqqas b'mod effikaċi d-distakk fiskali attwali; jistieden lill-Istati Membri kollha jaċċertaw ruħhom li l-istrumenti użati mill-awtoritajiet ikunu biżżejjed u adegwati biex jużaw fin l-informazzjoni u jikkombinaw u jissottoponu għal kontrolli inkroċjati l-informazzjoni li tkun ġejja minn sorsi u settijiet ta' data differenti;

2.2.    Tisħiħ tal-azzjonijiet tal-UE mmirati li jiġġieldu kontra l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u jissupplimentaw il-Pjan ta' Azzjoni dwar il-BEPS

2.2.1.    Skrutinju tas-sistemi tat-taxxa u tal-kuntest ġenerali tat-taxxa tal-Istati Membri – l-ippjanar aggressiv tat-taxxa fi ħdan l-UE (Semestru Ewropew)

53.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li s-sistemi tat-taxxa u l-kuntest ġenerali tat-taxxa tal-Istati Membri saru parti mis-Semestru Ewropew b'mod konformi mal-appell tal-Parlament f'dan is-sens (48); jilqa' favorevolment l-istudji u d-data li l-Kummissjoni (49) elaborat biex jippermettu s-sitwazzjonijiet li jipprovdu titjib fl-indirizzar tal-indikaturi ekonomiċi tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa, u jagħtu indikazzjoni ċara tal-espożizzjoni għall-ippjanar tat-taxxa kif ukoll jalimentaw bażi tad-data rikka għall-Istati Membri kollha fir-rigward ta' dan il-fenomenu; jirrimarka li l-Istati Membri, skont l-ispirtu ta' kooperazzjoni leali, ma għandhomx jiffaċilitaw il-ħolqien ta' skemi ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa li jkunu inkompatibbli mal-qafas ġuridiku tal-UE u mal-spirtu tat-Trattati tal-UE;

54.

Jitlob li dawn l-indikaturi tat-taxxa ġodda għas-Semestru Ewropew jingħataw l-istess valur bħall-indikaturi relatati mal-kontroll tan-nefqa; jissottolinja l-vantaġġ li s-Semestru Ewropew jingħata b'din id-dimensjoni tat-taxxa, minħabba li jagħmilha possibbli li jiġu indirizzati ċerti prattiki dwar it-taxxa dannużi li ma ġewx indirizzati sa issa permezz tad-Direttiva ATAD u permezz ta' regolamenti Ewropej eżistenti oħrajn;

55.

Japprezza l-fatt li DAC6 tistabbilixxi l-karatteristiċi distintivi tal-arranġamenti transfruntieri rapportabbli li l-intermedjarji għandhom l-obbligu li jirrapportaw lill-awtoritajiet tat-taxxa biex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jivvalutawhom; jilqa' pożittivament il-fatt li dawn il-karatteristiċi tal-iskemi tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa jistgħu jiġu aġġornati jekk jinbtu arranġamenti jew prattiki ġodda; jirrimarka li d-data tal-għeluq għall-implimentazzjoni tad-direttiva għandha ma għaddietx u li d-dispożizzjonijiet se jkollhom bżonn jiġu ssorveljati sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tagħhom;

56.

Jistieden lill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi jirrapporta kull sena lill-Kunsill u lill-Parlament dwar l-arranġamenti ewlenin irrapportati fl-Istati Membri biex id-deċiżuri jinżammu aġġornati bl-iskemi tat-taxxa l-ġodda li jkunu qegħdin jiġu elaborati u jieħu l-kontromiżuri neċessarji li jistgħu potenzjalment ikunu meħtieġa;

57.

Jistieden kemm lill-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll lill-Istati Membri jiżguraw li l-kuntratti tal-akkwist pubbliku ma jiffaċilitawx l-evitar tat-taxxa mill-fornituri; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jimmonitorjaw u jiżguraw li l-kumpaniji jew entitajiet ġuridiċi oħra involuti fis-sejħiet għal offerti u fil-kuntratti ta' akkwist ma jkunux mdaħħlin f'frodi tat-taxxa, fl-evażjoni tat-taxxa u fl-ippjanar aggressiv tat-taxxa; jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-prattiki eżistenti fil-qasam tal-akkwist skont id-Direttiva tal-UE dwar l-Akkwist u, jekk neċessarju, tipproponi aġġornament tad-direttiva li ma jipprojbix l-applikazzjoni ta' kunsiderazzjonijiet relatati mat-taxxa bħala kriterji ta' esklużjoni jew saħansitra ta' selezzjoni fl-akkwist pubbliku;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika proposta li tobbliga lill-Istati Membri jiżguraw li l-operaturi ekonomiċi li jipparteċipaw fi proċeduri ta' akkwist pubbliku jikkonformaw ma' livell minimu ta' trasparenza fir-rigward tat-taxxa, b'mod partikolari b'rapportar pubbliku għal kull pajjiż u strutturi ta' sjieda trasparenti;

59.

Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ, mill-aktar fis possibbli, proposta mmirata li tirrevoka s-sistemi ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi (“patent boxes”), u jistieden lill-Istati Membri jiffavorixxu appoġġ li ma jagħmilx ħsara u, jekk ikun il-każ, dirett għall-attivitajiet ta' riċerka u żvilupp (R&Ż); jenfasizza li jeħtieġ li jiġi definit b'attenzjoni l-ħelsien mit-taxxa u li jiġi implimentat biss fil-każijiet li fihom hemm impatt pożittiv fuq l-impjiegi u t-tkabbir u meta jkun eskluż kwalunkwe riskju li jinħolqu lakuni ġodda fis-sistema tat-tassazzjoni;

60.

Itenni, barra minn dan, l-appell tiegħu biex jiġi garantit li s-sistemi ta' inċentivi tat-taxxa attwali favur il-privattivi jistabbilixxu rabta reali mal-attività ekonomika, bħal testijiet tan-nefqa, u li dawn ma jgħawġux il-kompetizzjoni; Jinnota r-rwol dejjem jikber tal-assi intanġibbli fil-katina tal-valur tal-MNEs; jinnota d-definizzjoni mtejba tal-kostijiet tar-riċerka u l-iżvilupp fil-proposta għal bażi komuni għat-taxxa korporattiva (BKTK); iżomm il-pożizzjoni tal-Parlament dwar il-krediti ta' taxxa għall-ispejjeż ta' R&Ż ġenwini, pjuttost milli t-tnaqqis għar-R&Ż;

2.2.2.    Kooperazzjoni aħjar fil-qasam tat-tassazzjoni, inkluża l-BKKTB

61.

Jenfasizza li l-politika tat-tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea ma għandhiex tiffoka biss fuq il-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa iżda wkoll fuq l-faċilitazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi transfruntieri permezz tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa kif ukoll tat-tfassil intelliġenti tal-politika tat-tassazzjoni;

62.

Jissottolinja li hemm ħafna ostakoli relatati mat-taxxa li jfixklu l-attivitajiet ekonomiċi transfruntieri; jinnota, f'dan ir-rigward, ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-20 preokkupazzjonijiet ewlenin taċ-ċittadini u n-negozji Ewropej rigward il-funzjonament tas-Suq Uniku (50); iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta pjan ta' azzjoni li jindirizza dawn l-ostakoli bħala kwistjoni ta' prijorità;

63.

Jilqa' pożittivament il-varar mill-ġdid tal-proġett tal-BKKTK bis-saħħa tal-adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-proposti interkonnessi dwar il-BKTK u l-BKKTK; jenfasizza li, ladarba tiġi implimentata kompletament, il-BKKTK se telimina l-lakuni bejn is-sistemi tat-taxxa nazzjonali, b'mod partikolari l-ipprezzar tat-trasferiment;

64.

Jistieden lill-Kunsill jadotta u jimplimenta malajr iż-żewġ proposti simultanjament u jqis l-opinjoni tal-Parlament li diġà tinkludi l-kunċett ta' stabbiliment permanenti virtwali u formuli ta' tqassim li jkun jimla l-lakuni li jagħmlu possibbli l-evitar tat-taxxa li għad fadal, u joħloq kundizzjonijiet ta' parità fid-dawl tad-diġitalizzazzjoni; jiddispjaċih bir-rifjut kontinwu min-naħa ta' ċerti Stati Membri li jsibu soluzzjoni u jistieden lill-Istati Membri jqarrbu l-pożizzjonijiet diverġenti tagħhom;

65.

Ifakkar li l-applikazzjoni tal-BK(K)TK għandha tkun akkumpanjata mill-implimentazzjoni ta' regoli kontabilistiċi komuni u minn armonizzazzjoni adegwata tal-prattiki amministrattivi;

66.

Ifakkar li sabiex tintemm il-prattika ta' trasferiment tal-profitt u sabiex jiġi introdott il-prinċipju li t-taxxa titħallas fejn jiġi ġġenerat il-profitt, il-BKTK u l-BKKTK għandhom jiġu introdotti simultanjament fl-Istati Membri kollha; jistieden lill-Kummissjoni toħroġ proposta ġdida bbażata fuq l-Artikolu 116 tat-TFUE, skont liema l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja sabiex joħorġu l-leġiżlazzjoni neċessarja, jekk il-Kunsill jonqos milli jadotta deċiżjoni unanima dwar il-proposta sabiex tiġi stabbilita BKKTK;

2.2.3.    Tassazzjoni diġitali korporattiva

67.

Jinnota li l-fenomenu tad-diġitalizzazzjoni ħoloq sitwazzjoni ġdida fis-suq, li fiha l-kumpaniji diġitali u diġitalizzati huma kapaċi jieħdu vantaġġ mis-swieq lokali mingħajr ma jkollhom preżenza fiżika, u għalhekk taxxabbli, f'dak is-suq, b'hekk jinħolqu kundizzjonijiet mhux ta' parità u l-kumpaniji tradizzjonali jisfaw fi żvantaġġ; jinnota li l-mudelli ta' impriża diġitali fl-UE jerfgħu medja ta' piż ta' taxxa effettiva aktar baxxa mill-mudelli ta' impriża tradizzjonali (51);

68.

Jirrimarka li, f'dan il-kuntest, it-tranżizzjoni gradwali minn produzzjoni tanġibbli għal assi intanġibbli fil-ktajjen tal-valur tal-MNEs, kif rifless fir-rati relattivi ta' tkabbir matul l-aħħar ħames snin ta' royalties u dħul mid-drittijiet tal-liċenzja (kważi 5 % kull sena) meta mqabbla mal-kummerċ ta' oġġetti u l-investiment dirett barrani (IDB) (anqas minn 1 % fis-sena) (52); jiddeplora l-fatt li l-impriżi diġitali ma jħallsu kważi l-ebda taxxa f'xi Stati Membri minkejja l-preżenza diġitali sinifikanti tagħhom u d-dħul kbir f'dawk l-Istati Membri;

69.

Jemmen li l-UE għandha tippermetti kuntest aktar favorevoli għall-impriżi, bil-għan li jinkiseb funzjonament regolari tas-suq uniku diġitali, filwaqt li tiġi żgurata tassazzjoni ġusta tal-ekonomija diġitali; ifakkar li, fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija fl-intier tagħha, il-post fejn jinħoloq il-valur għandu jqis il-kontribut tal-utenti u tal-informazzjoni miġbura dwar l-imġiba tal-konsumaturi online;

70.

Jissottolinja li n-nuqqas ta' approċċ komuni tal-Unjoni fil-qasam tat-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali se twassal, u anzi diġà wasslet, lill-Istati Membri jadottaw soluzzjonijiet unilaterali li se jwasslu għal arbitraġġ regolatorju u l-frammentazzjoni tas-suq uniku u jistgħu barra minn hekk isiru piż għall-kumpaniji li joperaw fil-livell transfruntier kif ukoll għall-awtoritajiet tat-taxxa;

71.

Jinnota r-rwol gwida li jiżvolġu l-Kummissjoni u ċerti Stati Membri fid-dibattitu globali dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija diġitalizzata; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jkomplu l-ħidma proattiva fil-livell tal-OECD u tan-Nazzjonijiet Uniti, partikolarment permezz tal-proċess introdott mill-Qafas Inklużiv dwar il-BEPS fil-nota politika tiegħu (53); ifakkar, madankollu, li l-UE ma għandhiex tistenna soluzzjoni globali u jeħtiġilha taġixxi immedjatament;

72.

Jilqa' pożittivament il-pakkett dwar it-tassazzjoni diġitali adottat mill-Kummissjoni fil-21 ta' Marzu 2018; jiddispjaċih, madankollu, bil-fatt li d-Danimarka, il-Finlandja, l-Irlanda u l-Iżvezja żammew ir-riżervi tagħhom jew l-oppożizzjoni fundamentali tagħhom għall-pakkett dwar it-TSD matul il-laqgħat tal-ECOFIN tat-12 ta' Marzu 2019 (54);

73.

Jenfasizza li l-ftehim dwar dak li jikkostitwixxi stabbiliment diġitali stabbli, l-uniku li ntlaħaq s'issa, huwa pass fit-triq it-tajba, iżda ma jsolvix il-kwistjoni tal-allokazzjoni tal-bażi għat-taxxa;

74.

Jistieden lill-Istati Membri li lesti jikkunsidraw il-possibbiltà li jintroduċu taxxa diġitali jkomplu f'din it-triq fil-qafas ta' kooperazzjoni msaħħa bil-għan li tkun evitata l-frammentazzjoni ulterjuri tas-suq uniku, kif diġà qiegħed jiġri meta l-Istati Membri individwali jikkunsidraw l-introduzzjoni ta' soluzzjonijiet nazzjonali;

75.

Jagħraf li l-hekk imsejħa soluzzjoni interim mhijiex ottimali; jemmen li se tgħin tħaffef it-tfittxija ta' soluzzjoni aħjar fil-livell globali, filwaqt li toħloq, sa ċertu punt, kundizzjonijiet ta' parità fis-swieq lokali; jistieden lill-Istati Membri tal-UE jiddiskutu, jadottaw u jimplimentaw is-soluzzjoni fuq żmien twil li tikkonċerna t-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali (dwar il-preżenza diġitali sinifikanti) mill-aktar fis possibbli sabiex l-UE tibqa' prekursur fil-livell globali; jisħaq fuq il-fatt li s-soluzzjoni fuq żmien twil tal-Kummissjoni għandha sservi ta' bażi għal aktar ħidma fil-livell internazzjonali;

76.

Jieħu nota tal-fatt li ċ-ċittadini tal-UE qegħdin jitolbu bil-qawwa TSD; ifakkar li l-istħarriġ juri li 80 % taċ-ċittadini tal-Ġermanja, Franza, l-Awstrija, in-Netherlands, l-Iżvezja u d-Danimarka jappoġġaw TSD, u jidhrilhom li l-UE għandha tkun pijuniera fl-isforzi internazzjonali; jissottolinja wkoll li l-maġġoranza taċ-ċittadini mistħarrġa tixtieq li t-TSD ikollha kamp ta' applikazzjoni wiesa' (55);

77.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li t-TSD tkun miżura provviżorja, billi jinkludu “klawżola ta' estinzjoni” fil-proposta għal direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Marzu 2018 dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali (56) (COM(2018)0148) u billi jħaffu d-diskussjoni dwar il-preżenza diġitali sinifikanti;

2.2.4.    Tassazzjoni effettiva

78.

Josserva li r-rati ta' taxxa korporattiva nominali, fil-livelli tal-UE, naqsu, minn medja ta' 32 % fl-2000 għal 21,9 % fl-2018 (57), fatt li jirrappreżenta tnaqqis ta' 32 %; jinsab imħasseb bl-implikazzjonijiet ta' din il-kompetizzjoni fis-sostenibbiltà tas-sistemi tat-taxxa u r-riperkussjonijiet potenzjali fuq pajjiżi oħra; josserva li l-ewwel proġett relatat mal-BEPS, immexxi mill-G20/OECD, ma aċċennax għal dan il-fenomenu; jilqa' pożittivament il-fatt li l-Qafas Inklużiv dwar il-BEPS ħabbar li se jeżamina, fuq bażi “mingħajr preġudizzju”, id-dritt ta' impożizzjoni ta' taxxi li jkunu jsaħħu l-kapaċità tal-ġurisdizzjonijiet li jintaxxaw il-profitti meta l-ġurisdizzjoni l-oħra bid-dritt li tintaxxa tapplika rata ta' taxxa effettiva baxxa għal dawk il-profitti, sal-2020 (58), u dan jiġifieri tassazzjoni effettiva minima; josserva li, kif indikat fil-Qafas Inklużiv dwar il-BEPS, il-ħidma li qiegħda tagħmel bħalissa l-OECD ma timplikax bidliet tal-fatt li l-pajjiżi jew il-ġurisdizzjonijiet huma liberi li jiffissaw ir-rati tat-taxxa tagħhom jew li ma jkollhom l-ebda sistema ta' tassazzjoni korporattiva (59);

79.

Jilqa' l-istandard globali l-ġdid tal-OECD dwar il-fattur ta' attivitajiet sostanzjali għal ebda ġurisdizzjoni tat-taxxa jew ġurisdizzjonijiet tat-taxxa nominali biss (60), ispirat fil-parti l-kbira tiegħu mill-ħidma tal-UE fuq il-proċess tal-elenkar tal-UE (Kriterju ġust 2.2 tal-lista tal-UE);

80.

Josserva d-diskrepanzi bejn l-estimi tar-rati tat-taxxa effettivi tal-kumpaniji l-kbar – spiss ibbażati fuq proviżjonijiet għat-taxxi (61) – u t-taxxa reali mħallsa mill-MNEs il-kbar; jinnota li s-setturi tradizzjonali jħallsu f'medja rata tat-taxxa korporattiva effettiva ta' 23 % filwaqt is-settur diġitali jħallas madwar 9,5 % (62);

81.

Jieħu nota tal-metodoloġiji diverġenti għall-valutazzjoni tar-rati ta-taxxa effettivi, li ma jippermettux li jsir tqabbil affidabbli tal-valuri tagħhom fl-UE u fil-livell dinji; josserva li ċerti valutazzjonijiet tar-rati tat-taxxa effettivi fl-UE jvarjaw minn 2,2 % sa 30 % (63); jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa l-metodoloġija tagħha stess u tippubblika perjodikament ir-rati tat-taxxa effettivi fl-Istati Membri;

82.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-fenomenu tat-tnaqqis tar-rata tat-taxxa nominali u l-impatt tiegħu fuq ir-rati tat-taxxa effettivi fl-UE, u tipproponi rimedji, kemm fi ħdan l-UE kif ukoll fir-rigward tal-pajjiżi terzi skont kif japplika, inklużi regoli b'saħħithom dwar il-ġlieda kontra l-abbużi, miżuri difensivi, bħal regoli aktar b'saħħithom għall-kumpaniji kkontrollati minn barra l-pajjiż, u rakkomandazzjoni għal emenda tat-trattati tat-taxxa;

83.

Jemmen li l-koordinament globali fuq il-bażi tat-taxxa bħala riżultat tal-proġett OECD/BEPS għandu jkun akkumpanjat minn koordinament aħjar tar-rati tat-taxxa fi sforz biex tinkiseb effiċjenza mtejba;

84.

Jistieden lill-Istati Membri jaġġornaw il-mandat tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta biex jeżaminaw il-kunċett ta' tassazzjoni effettiva minima tal-profitti tal-kumpaniji biex jingħata segwitu lill-ħidma tal-OECD dwar l-isfidi tat-taxxa tad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija;

85.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni li għamel il-Ministru tal-Finanzi Franċiż waqt il-laqgħa tal-Kumitat TA X 3 tat-23 ta' Ottubru 2018 rigward il-bżonn li ssir diskussjoni dwar il-kunċett ta' tassazzjoni minima; jilqa' b'sodisfazzjon ir-rieda ta' Franza li tinkludi d-dibattitu dwar it-tassazzjoni minima fost il-prijoritajiet tal-Presidenza tal-G7 tagħha fl-2019, kif tenniet matul il-laqgħat tal-ECOFIN tat-12 ta' Marzu 2019;

2.3.    Kooperazzjoni amministrattiva fir-rigward tat-taxxi diretti

86.

Jenfasizza l-fatt li minn Ġunju 2014 id-DAC ġiet emendata erba' darbiet;

87.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u tippreżenta proposti sabiex tneħħi l-lakuni fid-DAC2, b'mod partikolari billi tinkludi assi tanġibbli u kriptovaluti fil-kamp ta' applikazzjoni tad-direttiva, billi tippreskrivi sanzjonijiet għal nuqqas ta' konformità jew għal rappurtar falz minn istituzzjonijiet finanzjarji, kif ukoll billi tinkludi aktar tipi ta' istituzzjoni finanzjarja u tipi ta' kontijiet li mhumiex qed jiġu rappurtati bħalissa, bħall-fondi tal-pensjonijiet;

88.

Itenni l-appell tiegħu għal portata usa' fir-rigward tal-iskambju tad-deċiżjonijiet tat-taxxa u aċċess akbar mill-Kummissjoni, u għal armonizzazzjoni akbar tal-prattiki ta' deċiżjonijiet tat-taxxa tal-awtoritajiet nazzjonali differenti tat-taxxa;

89.

Jistieden lill-Kummissjoni toħroġ malajr l-ewwel valutazzjoni tagħha tad-DAC3 f'dan ir-rigward, u tkopri b'mod partikolari l-għadd ta' deċiżjonijiet tat-taxxa skambjati u l-għadd ta' okkażjonijiet li fihom l-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa aċċedew għall-informazzjoni fil-pussess ta' Stat Membru ieħor; jitlob li l-valutazzjoni tqis ukoll l-impatt tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni importanti relatata mad-deċiżjonijiet tat-taxxa (l-għadd ta' deċiżjonijiet, l-ismijiet tal-benefiċjarji, ir-rata tat-taxxa effettiva li ġejja minn kull deċiżjoni); jistieden lill-Istati Membri jippubblikaw id-deċiżjoni tat-taxxa nazzjonali;

90.

Jiddeplora l-fatt li l-Kummissarju inkarigat mit-tassazzjoni ma jirrikonoxxix il-ħtieġa li tiġi estiża s-sistema eżistenti għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa;

91.

Itenni, barra minn hekk, l-appell tiegħu biex jiġi żgurat awditjar tat-taxxa simultanju tal-persuni b'interessi komuni jew komplementari (fosthom il-kumpaniji omm u s-sussidjarji tagħhom), u l-appell tiegħu biex tkompli tiżdied il-kooperazzjoni fil-qasam tat-taxxa bejn l-Istati Membri bis-saħħa ta' obbligu li tingħata tweġiba lit-talbiet mingħand gruppi dwar materja ta' taxxa; ifakkar li d-dritt għas-silenzju fil-konfront tal-awtoritajiet tat-taxxa ma japplikax fil-kuntest ta' sempliċi inkjesta amministrattiva u li l-kooperazzjoni hija meħtieġa (64);

92.

Jikkunsidra li spezzjonijiet fuq il-post u awditi konġunti koordinati għandhom ikunu parti mill-qafas Ewropew ta' kooperazzjoni bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa;

93.

Jenfasizza l-fatt li mhux biss l-iskambju ta' informazzjoni u l-ipproċessar tagħha bejn l-awtoritajiet tat-taxxa jikkontribwixxu għal ġbir tat-taxxi aktar effiċjenti, iżda wkoll il-qsim tal-aħjar prattiki; jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-qsim tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet tat-taxxa, partikolarment fir-rigward tad-diġitalizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa;

94.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jarmonizzaw il-proċeduri għal sistema diġitali għall-preżentazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa bil-għan li jiffaċilitaw l-attivitajiet transfruntieri u jnaqqsu l-proċeduri burokratiċi;

95.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta malajr l-implimentazzjoni tad-DAC4 u jekk l-amministrazzjonijiet nazzjonali tat-taxxa jaċċedux effettivament għall-informazzjoni skont il-pajjiż fil-pussess ta' Stat Membru ieħor; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-mod kif id-DAC4 tinteraġixxi mal-Azzjoni 13 tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-BEPS tal-G20 dwar l-informazzjoni skont il-pajjiż;

96.

Jilqa' pożittivament l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji bbażat fuq l-istandard globali żviluppat mill-OECD flimkien ma' Andorra, il-Liechtenstein, Monaco, San Marino u l-Iżvizzera; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaġġornaw id-dispożizzjonijiet tat-Trattat biex jiġu jaqblu mad-DAC kif emendata;

97.

Jenfasizza wkoll il-kontribuzzjoni li saret permezz tal-Programm Fiscalis 2020 li għandu l-għan li jżid il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi parteċipanti, l-awtoritajiet tat-taxxa tagħhom u l-uffiċjali tagħhom; jenfasizza l-valur miżjud li jirriżulta minn azzjonijiet konġunti f'dan il-qasam u r-rwol tal-programm possibbli fl-iżvilupp u fl-operazzjoni ta' sistemi tal-IT trans-Ewropej ewlenin;

98.

Ifakkar lill-Istati Membri fl-obbligi kollha tagħhom skont it-Trattat (65), partikolarment biex jikkooperaw b'mod leali, sinċier u fil-pront; jitlob, għaldaqstant, fid-dawl tal-każijiet transfruntieri, b'mod partikolari l-hekk imsejħa “cum-ex files”, in-nomina ta' Punti Uniċi ta' Kuntatt min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa tal-Istati Membri kollha, konformement mas-sistema ta' punti uniċi ta' kuntatt tal-Joint International Taskforce on Shared Intelligence and Collaboration (JITSIC – task force konġunta internazzjonali dwar l-intelligence kondiviża u l-kollaborazzjoni) fil-qafas tal-OECD (66), bil-għan li tiġi faċilitata u msaħħa l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa; ikompli jistieden lill-Kummissjoni tiffaċilita u tikkoordina l-kooperazzjoni bejn il-Punti Uniċi ta' Kuntatt tal-Istati Membri;

99.

Jirrakkomanda lill-awtoritajiet tal-Istati Membri, li jiġu nnotifikati mill-kontropartijiet tagħhom fl-Istati Membri l-oħrajn bi ksur potenzjali tal-liġi, ifornu notifika uffiċjali ta' rċevuta u, meta tkun f'lokha, risposta sostanzjali dwar l-azzjonijiet meħuda wara n-notifika msemmija qabel fi żmien raġonevoli;

2.4.    Tneħħija tad-dividendi u ħasil tal-bonds

100.

Josserva li t-tranżazzjonijiet cum-ex huma problema dinjija magħrufa mis-snin '90, anki fl-Ewropa, iżda għadha ma ttieħdet l-ebda azzjoni koordinata biex tingħeleb; jiddeplora l-frodi tat-taxxa żvelati mill-hekk imsejjaħ skandlu tal-cum-ex files, li wasslu għal telf irrapportat pubblikament tad-dħul mit-taxxa tal-Istati Membri, li skont xi stimi tal-midja jammonta għal EUR 55,2 biljun; jenfasizza li l-konsorzju tal-ġurnalisti Ewropej allegatament jidentifika l-Ġermanja, id-Danimarka, Spanja, l-Italja u Franza bħala s-swieq fil-mira ewlenin għal prattiki kummerċjali cum-ex, segwiti mill-Belġju, il-Finlandja, il-Polonja, in-Netherlands, l-Awstrija u r-Repubblika Ċeka;

101.

Jenfasizza li l-kumplessità tas-sistemi tat-taxxa tista' tagħti lok għal modi kif dak li jkun jaħrab min-normi ġuridiċi li jiffaċilitaw l-iskemi ta' frodi tat-taxxa bħal, pereżempju, il-cum-ex files;

102.

Josserva li l-frodi sistematika ċċentrata fuq l-iskemi “cum-ex” u “cum-cum” kienet parzjalment possibbli għax l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri ma għamlux biżżejjed kontrolli fuqha l-applikazzjonijiet għal rifużjoni tat-taxxi u li l-awtoritajiet rilevanti ma kellhomx stampa ċara u sħiħa tas-sjieda reali tal-ishma; jistieden lill-Istati Membri jagħtu aċċess għall-informazzjoni sħiħa u aġġornata lill-awtoritajiet rilevanti kollha dwar is-sjieda tal-ishma; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta jekk hijiex meħtieġa azzjoni tal-UE f'dan ir-rigward, u tippreżenta proposta leġiżlattiva f'każ li l-valutazzjoni turi l-ħtieġa għal tali azzjoni;

103.

Jissottolinja li r-rivelazzjonijiet jidhru li jindikaw nuqqasijiet possibbli fil-liġijiet nazzjonali dwar it-tassazzjoni u fis-sistemi attwali tal-iskambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istat Membri; iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw b'mod effikaċi l-kanali ta' komunikazzjoni, id-data nazzjonali u d-data kollha li tkun disponibbli mill-qafas imsaħħaħ għall-iskambju ta' informazzjoni;

104.

Jenfasizza li l-aspetti transfruntieri tal-cum-ex files għandhom jiġu indirizzati fuq livell multilaterali; iwissi li l-introduzzjoni ta' trattati bilaterali ġodda dwar l-iskambji ta' informazzjoni u mekkaniżmi ta' kooperazzjoni bilaterali bejn l-Istati Membri individwali tkun tikkomplika x-xibka diġà kumplessa ta' regoli internazzjonali, tintroduċi modi ġodda kif dak li jkun jaħrab min-normi u tikkontribwixxi għan-nuqqas ta' trasparenza;

105.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha jinvestigaw u janalizzaw bir-reqqa l-prattiki tal-pagament tal-imgħax fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom, jidentifikaw il-lakuni fil-liġijiet tat-taxxa tagħhom li jiġġeneraw opportunitajiet għal sfruttament minn dawk li jwettqu frodi jew jevitaw it-taxxa, janalizzaw kwalunkwe dimensjoni transfruntiera potenzjali ta' dawn il-prattiki u jtemmu dawn il-prattiki dwar it-taxxa dannużi kollha; jistieden lill-Istati Membri jiskambjaw l-aħjar prattiki f'dan ir-rigward;

106.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet superviżorji finanzjarji tagħhom jivvalutaw il-ħtieġa li jipprojbixxu unikament il-prattiki finanzjarji xprunati minn raġunijiet ta' taxxa, bħall-arbitraġġ tad-dividendi jew it-tneħħija tad-dividendi u skemi simili, salv prova kuntrarja mill-emittent li dawn il-prattiki finanzjarji għandhom skop ekonomiku sostanzjali differenti mir-rifużjoni tat-taxxa inġustifikata u/jew mill-evitar tat-taxxa; jistieden lil-leġiżlaturi tal-UE jevalwaw il-possibbiltà li jimplimentaw din il-miżura fil-livell tal-UE;

107.

Jistieden lill-Kummissjoni tibda taħdem immedjatament fuq proposta għal pulizija finanzjarja Ewropea fi ħdan il-qafas tal-Europol, bil-kapaċitajiet investigattivi tagħha stess, kif ukoll fuq qafas Ewropew għall-investigazzjonijiet transfruntieri fil-qasam tat-taxxa u għal reati finanzjarji transfruntieri oħrajn;

108.

Jikkonkludi li l-cum-ex files juru l-ħtieġa urġenti li titjieb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri tal-UE, partikolarment fir-rigward tal-qsim tal-informazzjoni; iħeġġeġ, għalhekk, lill-Istati Membri jtejbu l-kooperazzjoni tagħhom fl-identifikazzjoni, fit-twaqqif, fl-investigazzjoni u fil-prosekuzzjoni tal-iskemi tal-frodi u tal-evażjoni tat-taxxa bħal cum-ex u, meta japplika, cum-cum, inkluż l-iskambju tal-aħjar prattiki, u jappoġġaw is-soluzzjonijiet fil-livell tal-UE, meta jkun iġġustifikat;

2.5.    Trasparenza fir-rigward tat-taxxa korporattiva

109.

Jilqa' l-adozzjoni tad-DAC4 li tipprevedi CBCR għall-awtoritajiet tat-taxxa, f'konformità mal-istandard tal-Azzjoni 13 tal-BEPS;

110.

Ifakkar li CBCR pubbliku huwa wieħed mill-miżuri ewlenin biex tinħoloq aktar trasparenza fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-taxxa tal-kumpaniji; jisħaq fuq il-fatt li l-proposta għal CBCR pubbliku min-naħa ta' ċerti impriżi u fergħat tressqet lill-koleġiżlaturi ftit wara li faqqa' l-iskandlu tal-Panama papers fit-12 ta' April 2016, u li l-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu dwarha fl-4 ta' Lulju 2017 (67); ifakkar li l-Parlament talab li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tar-rapportar u tal-protezzjoni tal-informazzjoni kummerċjalment sensittiva fir-rispett dovut tal-kompetittività tal-impriżi tal-UE;

111.

Ifakkar fil-pożizzjoni tal-Parlament mogħtija bir-rakkomandazzjonijiet tal-PANA li fiha sejjaħ għal rapportar pubbliku u ambizzjuż pajjjiż pajjiż (CBCR) sabiex isaħħaħ it-trasparenza tat-taxxa u l-iskrutinju pubbliku tal-impriżi multinazzjonali (MNEs); iħeġġeġ lill-Kunsill jilħaq ftehim komuni sabiex jiġi adottat CBCR pubbliku, bħala waħda mill-miżuri ewlenin biex tinkiseb aktar trasparenza għaċ-ċittadini kollha fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-taxxa tal-kumpaniji;

112.

Jiddeplora n-nuqqas ta' progress u kooperazzjoni min-naħa tal-Kunsill mill-2016; iħeġġeġ li jsir progress rapidu fil-Kunsill sabiex jidħol f'negozjati mal-Parlament;

113.

Ifakkar li l-iskrutinju pubbliku huwa utli għar-riċerkaturi (68), għall-ġurnalisti investigattivi, għall-investituri u għall-partijiet interessati l-oħra biex jivvalutaw adegwatament ir-riskji, ir-responsabbiltajiet u l-opportunitajiet biex tiġi stimolata imprenditorija ġusta; ifakkar li dispożizzjonijiet simili diġà huma previsti għas-settur bankarju mill-Artikolu 89 tad-Direttiva 2013/36/UE (CDR IV) (69) u għall-industriji estrattivi u tal-qtugħ ta' foresti mid-Direttiva 2013/34/UE (70); josserva li ċerti partijiet interessati privati qegħdin jiżviluppaw fuq bażi volontarja strumenti ġodda ta' rappurtar li jsaħħu t-trasparenza fiskali, bħall-istandard tal-Inizjattiva Globali għar-Rappurtar (Global Reporting Initiative) “Divulgazzjoni dwar it-taxxi u l-pagamenti lill-gvernijiet” bħala parti mill-politika tagħhom fil-qasam tar-responsabbiltà soċjali korporattiva;

114.

Ifakkar li l-miżuri marbuta mat-trasparenza fit-taxxa korporattiva għandhom jitqiesu relatati mal-Artikolu 50(1) tat-TFUE dwar il-libertà ta' stabbiliment, għaldaqstant, dan l-Artikolu jikkostitwixxi l-bażi ġuridika xierqa għall-proposta għal CBCR pubbliku kif inhu fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2016 (COM(2016)0198);

115.

Josserva li, għal dak li għandu x'jaqsam mal-kapaċità limitata tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jissodisfaw ir-rekwiżiti permezz tal-proċeduri eżistenti għall-iskambju ta' informazzjoni, it-trasparenza hija partikolarment importanti inkwantu tkun tiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa tagħhom;

2.6.    Regoli dwar l-għajnuna mill-Istat

116.

Ifakkar li l-qasam tat-tassazzjoni diretta tal-impriżi jaqa' fi ħdan l-ambitu tal-għajnuna mill-Istat (71) meta l-miżuri fiskali jiddiskriminaw bejn il-kontribwenti, bil-maqlub tal-miżuri fiskali ta' natura ġenerali li japplikaw għall-impriżi kollha mingħajr distinzjoni;

117.

Jistieden lill-Kummissjoni u b'mod partikolari lid-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni, jivvalutaw il-miżuri possibbli biex l-Istati Membri jiġu skoraġġuti milli jagħtu tali għajnuna mill-Istat fil-forma ta' benefiċċju fuq it-taxxa;

118.

Jilqa' l-approċċ proattiv u miftuħ il-ġdid tal-Kummissjoni għall-investigazzjonijiet dwar l-għajnuna illegali mill-Istat matul dan il-mandat, li wassal biex il-Kummissjoni kkonkludiet għadd kbir ta' każijiet ta' profil għoli;

119.

Jiddeplora l-fatt li l-kumpaniji jistgħu jagħmlu ftehimiet mal-gvernijiet biex kważi ma jħallsu l-ebda taxxa f'pajjiż partikolari minkejja li jwettqu attività sostanzjali hemm; jindika f'dan ir-rigward deċiżjoni tat-taxxa bejn l-awtorità tad-dħul mit-taxxa Netherlandiża u Royal Dutch Shell plc li tidher li qed tikser il-leġiżlazzjoni fir-rigward tat-taxxa Netherlandiża, magħmula unikament minħabba l-fatt li l-uffiċċju prinċipali jkun jinsab fin-Netherlands wara l-unifikazzjoni taż-żewġ kumpaniji omm preċedenti, u li tirriżulta f'eżenzjoni mit-taxxa minn ras il-għajn tad-dividendi Netherlandiżi; jirrimarka fl-istess ħin, li l-investigazzjonijiet reċenti jidher li juru li l-kumpanija ma tħallas ebda taxxa fuq il-profit lanqas fin-Netherlands; itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tinvestiga dan il-każ ta' għajnuna mill-Istat potenzjalment illegali;

120.

Jilqa' pożittivament il-fatt li mill-2014, il-Kummissjoni ilha tinvestiga l-prattiki ta' deċiżjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri, b'segwitu għall-allegazzjonijiet ta' trattament favorevoli f'dik li hija taxxa fil-konfront ta' ċerti kumpaniji, u li, mill-2014, tat bidu għal disa' investigazzjonijiet formali, sitta minnhom ikkonkludew li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat illegali (72); josserva li investigazzjoni waħda minnhom ingħalqet billi kkonkludiet li n-nontassazzjoni doppja ta' ċerti profitti ma kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (73), filwaqt li t-tnejn l-oħra għadhom għaddejjin (74);

121.

Jiddeplora l-fatt li, kważi ħames snin wara r-rivelazzjonijiet LuxLeaks, il-Kummissjoni fetħet investigazzjoni formali (75) f'waħda biss minn fost aktar minn 500 deċiżjoni tat-taxxa li ħareġ il-Lussemburgu li ġew żvelati mill-investigazzjoni LuxLeaks immexxija mill-Konsorzju Internazzjonali ta' Ġurnalisti Investigattivi (ICIJ);

122.

Jinnota li minkejja l-fatt li l-Kummissjoni sabet li McDonald's ibbenefika minn nontassazzjoni doppja fuq ċerti profitti fl-UE, ma setgħet toħroġ l-ebda deċiżjoni fl-ambitu tar-regoli tal-UE fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat, peress li l-Kummissjoni kkonkludiet li n-nontassazzjoni doppja rriżultat minn diskrepanza bejn il-leġiżlazzjoni Lussemburgiża u dik tal-Istati Uniti fir-rigward tat-taxxa u t-trattat kontra t-taxxa doppja bejn il-Lussemburgu u l-Istati Uniti (76); jieħu nota tal-fatt li l-Lussemburgu ħabbar li se jirrevedi t-trattati tiegħu kontra t-tassazzjoni doppja biex jikkonforma mad-dritt internazzjonali dwar it-taxxa;

123.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Kummissjoni iddeċidiet li n-nontassazzjoni doppja miksuba minn McDonald seħħet minn asimetrija bejn il-liġijiet tat-taxxa Lussemburgiżi u dawk tal-Istati Uniti u t-trattat dwar it-taxxa bejn il-Lussemburgu u l-Istati Uniti, u li minn din l-asimetrija McDonald approfitta b'arbitraġġ bejn il-ġurisdizzjonijiet; jinsab ulterjorment imħasseb dwar il-fatt li dan l-evitar tat-taxxa mmexxi mill-arbitraġġ qed ikun possibbli fl-UE;

124.

Jinsab imħasseb bl-enormità tat-taxxa li ma tħallsitx fir-rigward tal-Istati Membri kollha fuq żminijiet twal (77); ifakkar li l-objettiv tal-irkupru tal-għajnuna illegali huwa li jerġa' jinġieb l-istatus quo, u li l-kalkolu tas-somma eżatta ta' għajnuna li għandha titħallas huwa parti mill-obbligu ta' implimentazzjoni gravanti fuq l-awtoritajiet nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta u tistabbilixxi kontromiżuri fattibbli, fosthom multi, bil-għan li tgħin lill-Istati Membri jevitaw li joffru trattament favorevoli selettiv f'dik li hija taxxa li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat u mhux konformi mar-regoli tal-UE;

125.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni li tifformula linji gwida li jiċċaraw x'jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat relatati mat-taxxa u pprezzar tat-trasferiment “adegwat”; jitlob ukoll lill-Kummissjoni tneħħi l-inċertezzi ġuridiċi kemm għall-kontribwenti konformi kif ukoll għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa u tiddefinixxi konsegwentement qafas komprensiv ta' prattiki fil-qasam tat-taxxa għall-Istati Membri;

126.

Jesprimi d-dispjaċir tiegħu minħabba li l-Kummissjoni naqset milli tuża r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kontra kwalunkwe miżura fiskali li xxekkel b'mod serju l-kompetizzjoni, u li hija tapplika dawn ir-regoli biss f'każijiet speċifiċi b'karatteristiċi partikolari sabiex tibdel il-prattika tal-istat ikkonċernat; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel kull sforz biex tirkupra għajnuna mill-Istat mhux dovuta, inkluż għall-kumpaniji kollha msemmija fl-iskandlu Luxleaks, bil-għan li tistabbilixxi mill-ġdid kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ekwi; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tipprovdi aktar gwida lill-Istati Membri u lill-atturi tas-suq fir-rigward tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u xi tfisser għall-prattiki tal-ippjanar tat-taxxa tal-kumpaniji;

127.

Jitlob riforma tad-dritt tal-kompetizzjoni bil-għan li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat sabiex tkun tista' tittieħed azzjoni aktar b'saħħitha kontra l-għajnuna fiskali dannuża mill-Istat destinata għall-kumpaniji multinazzjonali, li jinkludu deċiżjonijiet tat-taxxa;

2.7.    Kumpaniji fittizji

128.

Jinnota li ma hemm l-ebda definizzjoni unika ta' kumpanija fittizja, jiġifieri kumpanija rreġistrata f'ġurisdizzjoni għal skopijiet ta' evitar tat-taxxa jew evażjoni tat-taxxa biss u mingħajr l-ebda preżenza ekonomika sinifikanti; jenfasizza, madankollu, li kriterji sempliċi bħall-attività ekonomika reali jew il-preżenza fiżika ta' persunal li jaħdem għall-kumpanija, jistgħu jkunu mezzi ta' identifikazzjoni u ta' ġlieda kontra l-proliferazzjoni ta' dawn il-kumpaniji fittizji; itenni l-appell tiegħu għal definizzjoni ċara;

129.

Jenfasizza li, kif propost fil-pożizzjoni tal-Parlament għan-negozjati interistituzzjonali relatati mad-direttiva li temenda fir-rigward tal-konverżjonijiet, il-fużjonijiet [mergers] u x-xissjonijiet [diviżjonijiet] transfruntieri (78), l-Istati Membri għandhom ikunu obbligati li jiżguraw li l-konverżjonijiet transfruntieri jikkorrispondu għall-eżerċizzju effettiv ta' attività ekonomika ġenwina, anki fis-settur diġitali, bil-għan li jiġi evitat il-ħolqien ta' kumpaniji fittizji;

130.

Jistieden lill-Istati Membri jitolbu li bejn l-awtoritajiet kompetenti tiġi skambjata ġabra ta' informazzjoni finanzjarja qabel l-eżekuzzjoni tal-konverżjonijiet, tal-fużjonijiet jew tax-xissjonijiet transfruntieri;

131.

Jirrakkomanda li kwalunkwe entità li toħloq struttura offshore għandha tipprovdi r-raġunijiet leġittimi wara tali deċiżjoni lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jiġi żgurat li kontijiet offshore ma jintużawx għal skopijiet ta' ħasil tal-flus jew ta' evażjoni tat-taxxa;

132.

Jitlob li tiġi divulgata l-identità tas-sidien reali lill-awtoritajiet tat-taxxa;

133.

Jiġbed l-attenzjoni għall-miżuri nazzjonali li speċifikament jipprojbixxu relazzjonijiet kummerċjali mal-kumpaniji fittizji; jevidenzja, b'mod partikolari, il-leġiżlazzjoni Latvjana li tiddefinixxi kumpanija fittizja bħala entità li ma għandha l-ebda attività ekonomika effettiva u mingħajr prova dokumentarja biex turi l-maqlub, u li hija rreġistrata f'ġurisdizzjoni li fiha l-kumpaniji mhumiex meħtieġa jippreżentaw rapporti finanzjarji, u/jew ma għandha l-ebda post tan-negozju fil-pajjiż tar-residenza tagħha; josserva, madankollu, li, skont id-dritt tal-UE, il-projbizzjoni ta' kumpaniji fittizji fil-Latvja ma tistax tintuża biex jiġu pprojbiti l-kumpaniji fittizji residenti fl-Istati Membri tal-UE, inkwantu dan ikun meqjus diskriminatorju (79); jistieden lill-Kummissjoni tipproponi bidliet fil-leġiżlazzjoni attwali tal-UE li jkunu jippermettu l-projbizzjoni tal-kumpaniji fittizji anki jekk residenti fl-Istati Membri tal-UE;

134.

Jissottolinja l-fatt li l-livell għoli ta' IDB dieħel u ħiereġ bħala perċentwal tal-PDG f'seba' Stati Membri (il-Belġju, Ċipru, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Malta u n-Netherlands) jista' jkun sa ċertu punt spjegat biss permezz ta' attivitajiet ekonomiċi reali li jseħħu f'dawn l-Istati Membri (80);

135.

Jissottolinja l-perċentwal għoli ta' IDB f'diversi Stati Membri, partikolarment fil-Lussemburgu, f'Malta, f'Ċipru, fin-Netherlands u fl-Irlanda (81); josserva li normalment entitajiet bi skop speċjali jiddetjenu tali IDB, li spiss iservu biex jisfruttaw il-lakuni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta r-rwol tal-entitajiet bi skop speċjali li jiddetjenu IDB;

136.

Jinnota li l-indikaturi ekonomiċi bħal livell għoli ta' IDB b'mod mhux tas-soltu, kif ukoll l-IDB li jiddetjenu l-entitajiet bi skop speċjali huma parti mill-indikaturi ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa (82);

137.

Jinnota li r-regoli ATAD kontra l-abbuż (arranġamenti artifiċjali) ikopru l-kumpaniji fittizji, filwaqt li l-BKTK u l-BKKTK ikunu jiżguraw li l-introjtu jiġi attribwit fil-post fejn issir l-attività ekonomika reali;

138.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu rekwiżiti koordinati, vinkolanti, infurzabbli u sostanzjali relatati mal-attività ekonomika kif ukoll testijiet tan-nefqa;

139.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq, fi żmien sentejn, kontrolli tal-idoneità tal-inizjattivi leġiżlattivi u politiċi interkonnessi mmirati li jindirizzaw l-użu tal-kumpaniji fittizji fil-kuntest tal-frodi tat-taxxa, tal-evażjoni tat-taxxa, tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa u tal-ħasil tal-flus;

3.    Taxxa fuq il-Valur Miżjud (VAT)

140.

Jissottolinja l-ħtieġa għall-armonizzazzjoni tar-regoli tal-VAT fil-livell tal-UE sal-punt li jkun neċessarju biex jiġu żgurati l-istabbiliment u l-funzjonament tas-suq intern u biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni (83);

141.

Jisħaq fuq il-fatt li l-VAT hija għajn ta' dħul mit-taxxa importanti għall-baġits nazzjonali; jinnota li fl-2016, id-dħul mill-VAT fit-28 Stat Membru tal-UE ammonta għal EUR 1 044 biljun, li jikkorrispondu għal 18 % tad-dħul mit-taxxa totali fl-Istati Membri; jieħu nota tal-fatt li l-baġit annwali tal-UE għall-2017 ammonta għal EUR 157 biljun;

142.

Jiddispjaċih, madankollu, li, minħabba l-frodi, jintilfu kull sena somom kbar ta' dħul mill-VAT mistenni; jenfasizza li skont l-istatistika tal-Kummissjoni, id-diskrepanza tal-VAT (li tfisser id-differenza bejn id-dħul mill-VAT mistenni u l-VAT realment miġbura, b'hekk tingħata stima tas-somma ta' VAT li ntilfet mhux biss minħabba l-frodi, iżda wkoll minħabba l-fallimenti, il-kalkoli żbaljati u l-evitar) fl-2016 fl-UE ammontat għal EUR 147 biljun, li jirrappreżentaw aktar minn 12 % tat-total ta' dħul mill-VAT mistenni (84), għalkemm is-sitwazzjoni hija ferm agħar f'għadd ta' Stati Membri, fejn id-diskrepanza toqrob jew hija saħansitra ogħla minn 20 %, li turi differenza kbira bejn l-Istati Membri fil-mod kif isibu tarf id-diskrepanza tal-VAT;

143.

Jinnota li l-Kummissjoni tistima li jintilfu madwar EUR 50 biljun – jew EUR 100 għal kull ċittadin tal-UE kull sena – minħabba frodi tal-VAT transfruntiera (85); filwaqt li skont l-istimi tal-Europol, madwar EUR 60 biljun fi frodi tal-VAT huma marbuta mal-kriminalità organizzata u mal-finanzjament tat-terroriżmu; josserva ż-żieda fl-armonizzazzjoni u fis-semplifikazzjoni tar-reġimi tal-VAT fl-UE, għad li sal-lum il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri la hi biżżejjed u lanqas effikaċi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqawwu l-kooperazzjoni tagħhom biex itejbu l-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT; jistieden lill-Kummissjoni li jmiss tagħti prijorità lill-introduzzjoni u lill-implimentazzjoni tar-reġim tal-VAT definittiv bil-għan li dan jitjieb;

144.

Jitlob statistika affidabbli għall-istima tad-diskrepanza tal-VAT u jenfasizza l-ħtieġa ta' approċċ komuni fir-rigward tal-ġbir u tal-qsim ta' data fi ħdan l-UE; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li tinġabar u tiġi ppubblikata regolarment statistika armonizzata fl-Istati Membri;

145.

Jissottolinja li l-karatteristika tar-reġim (ta' tranżizzjoni) tal-VAT attwali li tapplika eżenzjoni għall-provvisti intra-Komunitarji fi ħdan l-UE u għall-esportazzjonijiet ġiet abbużata mill-frodaturi, partikolarment fil-frodi karusell tal-VAT jew fil-frodi intra-Komunitarja b'negozjant nieqes (MTIC);

146.

Jieħu nota tal-fatt li, skont il-Kummissjoni, l-impriżi li jagħmlu kummerċ transfruntier attwalment ibatu minn kostijiet tal-konformità li huma 11 % ogħla meta mqabbla ma' dawk inkorsi mill-kumpaniji li jagħmlu kummerċ f'pajjiżhom; josserva li, partikolarment, l-SMEs ibatu minn kostijiet ta' konformità mal-VAT sproporzjonati, u din hija waħda mir-raġunijiet għala baqgħu kawti biex jisfruttaw il-vantaġġi tas-suq uniku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jelaboraw soluzzjonijiet biex inaqqsu l-kostijiet ta' konformità mal-VAT marbuta mal-kummerċ transfruntier;

3.1.    Modernizzazzjoni tal-qafas tal-VAT

147.

Jilqa' pożittivament għalhekk il-pjan ta' azzjoni tal-Kummissjoni dwar il-VAT tas-6 ta' April 2016 għar-riforma tal-qafas tal-VAT u t-13-il proposta leġiżlattiva adottata mill-Kummissjoni minn Diċembru 2016 li jindirizzaw il-bidla lejn sistema definittiva tal-VAT, ineħħu l-ostakli relatati mal-VAT għall-kummerċ elettroniku, jirrieżaminaw ir-reġim tal-VAT għall-SMEs, jimmodernizzaw il-politika tar-rati tal-VAT u jindirizzaw il-kwistjoni tad-diskrepanza tal-VAT;

148.

Jilqa' pożittivament il-fatt li fl-2015 ġiet introdott Punt Uniku ta' Servizz Żgħir (MOSS) tal-VAT għas-servizzi ta' telekomunikazzjoni, xandir u dawk elettroniċi bħala sistema volontarja għar-reġistrazzjoni, id-dikjarazzjoni u l-pagament tal-VAT; jilqa' pożittivament l-estensjoni tal-MOSS għal forniment oħra ta' oġġetti u servizzi lill-konsumaturi finali mill-1 ta' Jannar 2021;

149.

Jinnota li l-Kummissjoni tistima li r-riforma li timmodernizza l-VAT mistennija tnaqqas il-burokrazija żejda b'95 %, li jammonta għal madwar EUR 1 biljun;

150.

Jilqa' pożittivament il-fatt li, fil-5 ta' Diċembru 2017, il-Kunsill adotta regoli ġodda li lill-impriżi online jiffaċilitawlhom ir-rispett tal-obbligi marbuta mal-VAT; jilqa' favorevolment il-fatt li, b'mod partikolari, il-Kunsill qies l-opinjoni tal-Parlament fir-rigward tal-introduzzjoni tar-responsabbiltà, għall-pjattaformi online, li jiġbru l-VAT fuq il-bejgħ mill-bogħod li jiffaċilitaw; iqis li din il-miżura se tiżgura kundizzjonijiet ta' parità mal-impriżi mhux tal-UE, billi ħafna oġġetti importati għall-bejgħ mill-bogħod attwalment jidħlu fl-UE eżenti mill-VAT; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw korrettament ir-regoli l-ġodda sal-2021;

151.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposti għal sistema definittiva tal-VAT adottati fl-4 ta' Ottubru 2017 (86) u fl-24 ta' Mejju 2018 (87); jilqa' pożittivament b'mod partikolari l-proposta tal-Kummissjoni biex tapplika l-prinċipju tad-destinazzjoni lit-tassazzjoni, li jfisser li l-VAT titħallas lill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istat Membru tal-konsumatur finali, skont ir-rata applikabbli f'dan l-Istat Membru;

152.

Jilqa' favorevolment, b'mod partikolari, il-progress li għamel il-Kunsill fis-sistema definittiva tal-VAT billi adotta l-“Quick Fixes” (88) (soluzzjonijiet ta' malajr) fl-4 ta' Ottubru 2018; jesprimi, madankollu, it-tħassib tiegħu dwar il-fatt li ma ġiet adottata l-ebda salvagwardja fir-rigward tal-aspetti tagħha sensittivi għall-frodi, ispirata mill-pożizzjoni tal-Parlament (89) dwar il-proposta għal persuna taxxabbli ċertifikata (90), kif ġie espress fl-opinjoni tiegħu tat-3 ta' Ottubru 2018 (91); jiddispjaċih immens li l-Kunsill ippospona d-deċiżjoni dwar l-introduzzjoni tal-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata sal-adozzjoni tas-sistema definittiva tal-VAT;

153.

Jistieden lill-Kunsill jiżgura li l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata jkun konsistenti mal-istatus ta' Operatur Ekonomiku Awtorizzat (AEO) li jingħata mill-awtoritajiet doganali;

154.

Jitlob koordinament minimu trasparenti fil-livell tal-UE dwar id-definizzjoni tal-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata, inkluża valutazzjoni regolari mill-Kummissjoni dwar kif l-Istati Membri jagħtu l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata; jitlob l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa tal-Istati Membri dwar ir-rifjuti li jagħtu l-istatus ta' persuna taxxabbli ċertifikata lil ċerti kumpaniji, biex isaħħu l-koerenza u l-istandards komuni;

155.

Jilqa' pożittivament, barra minn hekk, ir-reviżjoni tal-iskemi speċjali għall-SMEs (92), li hija fundamentali biex jiġu garantiti kundizzjonijiet ta' parità peress li l-iskemi ta' eżenzjoni mill-VAT bħalissa huma disponibbli biss lil entitajiet nazzjonali, u tista' tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-kostijiet ta' konformità mal-VAT għall-SMEs; jitlob lill-Kunsill iqis l-opinjoni tal-Parlament tal-11 ta' Settembru 2018 (93), partikolarment f'dik li hija s-semplifikazzjoni amministrattiva ulterjuri għall-SMEs; jitlob, għalhekk, lill-Kummissjoni toħloq portal online li fih huma meħtieġa jirreġistraw dawk l-SMEs li biħsiebhom jagħmlu użu mill-eżenzjoni fi Stat Membru ieħor, u tistabbilixxi “one-stop shop” li permezz tiegħu l-impriżi ż-żgħar jistgħu jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet tal-VAT għad-diversi Stati Membri li joperaw fihom;

156.

Jinnota l-adozzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni għal Mekkaniżmu tar-reverse charge ġeneralizzat (GRCM) (94), li se tippermetti derogi temporanji mir-regoli normali tal-VAT sabiex tiġi evitata aħjar il-frodi karusell fl-Istati Membri li jiġu affettwati bl-aktar mod sever minn dan it-tip ta' frodi; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-applikazzjoni u r-riskji potenzjali kif ukoll il-vantaġġi ta' din il-leġiżlazzjoni l-ġdida; jinsisti, madankollu, li l-GRCM ma għandu bl-ebda mod idewwem l-implimentazzjoni rapida ta' sistema definittiva tal-VAT;

157.

Josserva li l-espansjoni tal-kummerċ elettroniku spiss jista' joħloq problema għall-awtoritajiet tat-taxxa, eż. l-assenza ta' identifikazzjoni taxxabbli ta' bejjiegħ fl-UE, u r-reġistrazzjoni tad-dikjarazzjonijiet tal-VAT ferm inferjuri għall-valur reali tat-tranżazzjonijiet iddikjarati; jilqa' pożittivament, għaldaqstant, l-ispirtu tar-regoli ta' implimentazzjoni proposti relatati mal-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti adottati fil-11 ta' Diċembru 2018 min-naħa tal-Kummissjoni (COM(2018)0819 u COM(2018)0821), skont liema, partikolarment, mill-2021 il-pjattaformi online se jkunu responsabbli milli jiżguraw li l-VAT tinġabar fuq il-bejgħ ta' prodotti mill-kumpaniji mhux tal-UE lill-konsumaturi tal-UE li jsir fuq il-pjattaformi tagħhom;

158.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmonitorjaw it-tranżazzjonijiet tal-kummerċ elettroniku li jinvolvu lill-bejjiegħa bbażati barra mill-UE li ma jkunu ddikjaraw l-ebda VAT (ngħidu aħna billi jużaw b'mod indebitu l-istatut ta' “kampjun”) jew jissottostimaw deliberatament il-valur biex jevitaw għalkollox jew ibaxxu l-ammont ta' VAT dovut; iqis li prattiki bħal dawn jpoġġu f'periklu l-integrità u l-funzjonament bla problemi tas-suq intern tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposti leġiżlattivi, jekk tqis li huwa xieraq u meħtieġ;

3.2.    Id-diskrepanza tal-VAT, il-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT u l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT

159.

Itenni t-talba tiegħu biex jiġu indirizzati l-fatturi li jikkontribwixxu għad-differenza fit-taxxa, bħall-VAT;

160.

Jilqa' pożittivament il-ftuħ tal-proċedura ta' ksur min-naħa tal-Kummissjoni fit-8 ta' Marzu 2018 fil-konfront ta' Ċipru, tal-Greċja u ta' Malta, u fit-8 ta' Novembru 2018 fil-konfront tal-Italja u tal-Isle of Man fir-rigward ta' prattiki abbużivi f'dik li hija VAT relatati mal-akkwiżizzjoni ta' jottijiet u inġenji tal-ajru, biex jiġi żgurat li jieqfu joffru trattament favorevoli allegatament illegali f'dik li hija taxxa għall-jottijiet u għall-inġenji tal-ajru privati, li jgħawweġ il-kompetizzjoni fis-settur marittimu u dak tal-avjazzjoni;

161.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-emendi għar-Regolament (UE) Nru 904/2010 fir-rigward tal-miżuri li jsaħħu l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-VAT; jilqa' pożittivament iż-żjarat ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni f'10 Stati Membri li saru fl-2017, speċjalment ir-rakkomandazzjoni sussegwenti maħsuba biex ittejjeb l-affidabbiltà tas-Sistema tal-iskambju ta' informazzjoni tal-VAT (VIES);

162.

Jinnota li l-Kummissjoni reċentement ipproponiet għodod addizzjonali ta' kontroll u rwol imsaħħaħ għall-Eurofisc, kif ukoll mekkaniżmi għal kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-amministrazzjonijiet tad-dwana u tat-taxxa; jistieden lill-Istati Membri kollha jipparteċipaw b'mod aktar attiv fis-sistema tal-Analiżi tan-Netwerks ta' Tranżazzjonijiet (TNA) fil-qafas tal-Eurofisc;

163.

Huwa tal-fehma li l-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha fl-Eurofisc trid tkun obbligatorja u kundizzjoni biex jirċievu l-fondi tal-UE; itenni t-tħassib tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar ir-rifużjoni tal-VAT fl-infiq ta' koeżjoni (95) u dwar il-Programm tal-UE Kontra l-Frodi (96);

164.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltajiet ta' ġbir u komunikazzjoni fil-ħin reali tad-data tat-tranżazzjonijiet tal-VAT mill-Istati Membri, peress li dan ikun iżid l-effikaċja tal-Eurofisc u jippermetti l-iżvilupp ulterjuri ta' strateġiji ġodda biex tingħeleb il-frodi tal-VAT; jistieden lill-awtoritajiet rilevanti kollha jużaw diversi teknoloġiji tal-istatistika u ta' estrazzjoni tad-data (data-mining) biex jidentifikaw anomaliji, relazzjonijiet u xejriet suspetti, li jippermettu lill-aġenziji tat-taxxa jindirizzaw aħjar spettru wiesa' ta' mġiba mhux konformi b'mod proattiv, immirat u effikaċi f'termini tal-ispejjeż;

165.

Jilqa' favorevolment l-adozzjoni tad-Direttiva dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji (PIF) (97) li tiċċara l-kwistjonijiet tal-kooperazzjoni transfruntiera u tal-assistenza legali reċiproka bejn l-Istati Membri, l-Eurojust, l-Europol, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF) u l-Kummissjoni fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT; jistieden lill-UPPE, lill-OLAF, lill-Eurofisc, lill-Europol u lill-Eurojust jikkooperaw mill-qrib bl-għan li jikkoordinaw l-isforzi tagħhom fil-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT u jidentifikaw u jadattaw ruħhom għall-prattiki frawdolenti l-ġodda;

166.

Jiġbed, madankollu, l-attenzjoni għall-bżonn ta' kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet amministrattivi, ġudizzjarji u tal-infurzar tal-liġi fi ħdan l-UE, kif enfasizzaw l-esperti matul is-seduta ta' smigħ tat-28 ta' Ġunju 2018 u fi studju kkummissjonat mill-Kumitat TAX3;

167.

Jilqa' favorevolment il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-twessigħ tal-kompetenzi tal-UPPE għar-reati ta' terroriżmu transfruntieri; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-UPPE tkun tista' tibda topera mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard mill-2022, filwaqt li jiżgura kooperazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-aġenziji u l-uffiċċji tal-Unjoni li diġà huma stabbiliti, li huma inkarigati mill-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jitlob li jiġu imposti sanzjonijiet eżemplari, dissważivi u proporzjonati; iqis li kull min huwa involut fi skema ta' frodi tal-VAT organizzata għandu jiġi sanzjonat b'mod aħrax biex tiġi evitata l-perċezzjoni tal-impunità;

168.

Iqis li waħda mill-kwistjonijiet ewlenin li jħallu lil dak li jkun iġib ruħu b'mod frawdolenti fir-rigward tal-VAT huwa l-“profitt fi flus kontanti” li l-frodatur jista' jagħmel; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tanalizza l-proposta li ressqu l-esperti (98) skont liema d-data tat-tranżazzjonijiet transfruntiera titqiegħed fi blockchain, u jintużaw muniti diġitali protetti li jistgħu jintużaw biss għall-pagamenti tal-VAT (għal skop uniku) minflok li tintuża munita ta' kors legali;

169.

Jilqa' bi pjaċir il-fatt li l-Kunsill indirizza l-frodi marbuta mal-importazzjonijiet (99); iqis li l-integrazzjoni adegwata tad-data mid-dikjarazzjonijiet doganali fil-VIES se tippermetti lill-Istati Membri tad-destinazzjoni jagħmlu kontroverifika tal-informazzjoni tad-dwana u tal-VAT biex jiġi żgurat li l-VAT titħallas fil-pajjiżi tad-destinazzjoni; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw din il-leġiżlazzjoni l-ġdida f'mod effikaċi u f'ħin raġonevoli sal-1 ta' Jannar 2020;

170.

Iqis li l-kooperazzjoni amministrattiva bejn l-awtoritajiet tad-dwana u tat-taxxa hija subottimali (100); jistieden lill-Istati Membri jagħtu mandat lill-Eurofisc biex jiżviluppa strateġiji ġodda biex jiġu intraċċati l-oġġetti skont il-proċedura doganali 42, il-mekkaniżmu li jippermetti lill-importatur jikseb eżenzjoni mill-VAT meta l-oġġetti importati jkollhom l-għan li eventwalment jiġu ttrasportati lejn klijent kummerċjali fi Stat Membru differenti mill-Istat Membri ta' importazzjoni;

171.

Jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni ta' reġistru tas-sidien benefiċjarji ta' entità korporattiva fl-ambitu tal-AMLD5 bħala għodda importanti biex tiġi indirizzata l-frodi tal-VAT; iħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-kompetenzi u l-kwalifiki tal-forzi tal-pulizija, tas-servizzi tat-taxxa, tal-prosekuturi u tal-imħallfin li jieħdu ħsieb dan it-tip ta' frodi;

172.

Jinsab imħasseb bir-riżultati tal-istudju (101) kkummissjonat mill-Kumitat TAX3, li jgħid li l-proposti tal-Kummissjoni se jnaqqsu l-frodi fl-importazzjonijiet iżda mhumiex se jeliminawhom; jieħu nota tal-fatt li mhijiex se tissolva l-kwistjoni tas-sottovalutazzjoni u tal-infurzar tar-regoli tal-UE b'mod ġenerali fil-każ ta' persuni taxxabbli mhux tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga l-metodi ta' ġbir alternattivi għal dawn il-provvisti għat-terminu itwal; jisħaq fuq il-fatt li l-prattika li tuża l-bona fide tal-persuni taxxabbli mhux tal-UE biex jiġbru l-VAT tal-UE mhijiex għażla sostenibbli; iqis li tali mudelli ta' ġbir alternattivi mhux biss għandhom jimmiraw il-bejgħ li jsir permezz tal-pjattaformi elettroniċi, iżda jħaddnu l-bejgħ kollu li jsir minn persuni taxxabbli mhux tal-UE, indipendentement mill-mudell ta' negozju li jużaw;

173.

Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-konsegwenzi fuq l-Istati Membri tal-introduzzjoni ta' reġim definittiv għall-ġbir tal-VAT; jistieden lill-Kummissjoni tinvestiga bis-serjetà l-possibbiltajiet ta' riskji ta' frodi ġodda fis-sistema definittiva tal-VAT, partikolarment il-fornitur nieqes potenzjali fit-tranżazzjonijiet transfruntieri li ħa post it-tip ta' frodi karusell bi klijent nieqes; jenfasizza f'dan ir-rigward li s-sistema tat-tranżitu doganali ċertament tista' tiffaċilita l-kummerċ fi ħdan l-UE; josserva, madankollu, li l-abbużi huma possibbli u li l-organizzazzjonijiet kriminali, huma u jevitaw li jħallsu t-taxxi u d-dazji, jistgħu jikkawżaw telf enormi kemm għall-Istati Membri kif ukoll għall-UE (billi jevitaw il-VAT); jistieden, għalhekk, lill-Kummissjoni timmonitorja s-sistema tat-tranżitu doganali u tressaq proposti bbażati fuq ir-rakkomandazzjonijiet ifformulati, b'mod partikolari, mill-OLAF, mill-Europol u mill-Eurofisc;

174.

Jemmen li l-maġġoranza kbira taċ-ċittadini Ewropej tistenna leġiżlazzjoni Ewropea u nazzjonali ċara li tagħmilha possibbli li dawk li ma jħallsux it-taxxa li għandhom l-obbligu jħallsu jiġu identifikati u sanzjonati, filwaqt li t-taxxa l-mitlufa tiġi rkuprata fi żmien raġonevoli;

4.    Tassazzjoni tal-individwi

175.

Jenfasizza li l-persuni fiżiċi ġeneralment ma jeżerċitawx il-libertà ta' moviment tagħhom għal finijiet ta' frodi tat-taxxa, evażjoni tat-taxxa u ppjanar aggressiv tat-taxxa; jissottolinja, madankollu, li ċerti persuni fiżiċi għandhom bażi għat-taxxa biżżejjed wiesgħa li tkopri aktar minn ġurisdizzjoni waħda fil-qasam tat-taxxa;

176.

Jiddispjaċih bil-fatt li l-HNWIs u dawk ta' valur nett għoli immens (UHNWIs), li jużaw strutturi tat-taxxa kumplessi, inkluż l-istabbiliment ta' kumpaniji, għad għandhom il-possibbiltà li jittrasferixxu l-qligħ u l-fondi tagħhom jew ix-xiri tagħhom minn ġurisdizzjoni tat-taxxa waħda għall-oħra biex jiksbu sostanzjalment obbligazzjoni mnaqqsa jew l-ebda obbligazzjoni billi jużaw is-servizzi tal-amministraturi tal-patrimonji u ta' intermedjarji oħrajn; jiddeplora l-fatt li xi Stati Membri implimentaw skemi tat-taxxa biex jattiraw l-HNWIs mingħajr ma ġiet maħluqa attività ekonomika reali;

177.

Josserva li r-rati ta' bażi relatati mal-introjtu mix-xogħol is-soltu huma ogħla minn dawk relatati mal-introjtu mill-kapital fl-UE kollha; josserva li, kumplessivament, il-kontribuzzjoni tat-taxxi bbażati fuq il-patrimonju għat-total tad-dħul mit-taxxi baqgħet pjuttost limitata, billi laħaq l-4,3 % tad-dħul totali mit-taxxi fl-UE (102);

178.

Jinnota b'dispjaċir li l-frodi tat-taxxa korporattiva, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa jikkontribwixxu biex l-obbligazzjoni ta' taxxa tgħaddi fuq spallejn il-kontribwent onest u rett;

179.

Jistieden lill-Istati Membri jimponu penali dissważivi, effikaċi u proporzjonati fil-każijiet ta' frodi tat-taxxa, evażjoni tat-taxxa u ppjanar aggressiv illegali tat-taxxa, u jiżguraw li dawn il-penali jiġu applikati;

180.

Jiddeplora l-fatt li ċerti Stati Membri ħolqu reġimi tat-taxxa dubjużi li jippermettu lill-individwi li jsiru residenti għal finijiet fiskali biex jiksbu benefiċċju tat-taxxa fuq l-introjtu, b'hekk jikkompromettu l-bażi għat-taxxa tal-Istati Membri l-oħra u jrawmu politiki dannużi li jiddiskriminaw kontra ċ-ċittadini tagħhom stess; josserva li tali reġimi jistgħu jinkludu vantaġġi li mhumiex disponibbli għaċ-ċittadini, bħan-nontassazzjoni tal-proprjetajiet u tal-introjtu barranin, taxxa fil-forma ta' somma f'daqqa fuq l-introjtu minn barra l-pajjiż, eżenzjoni mit-taxxa fuq parti mill-introjtu li jinqala' fil-pajjiż jew rati tat-taxxa inferjuri fuq il-pensjonijiet trasferiti fil-pajjiż tal-oriġini;

181.

Ifakkar li l-Kummissjoni, f'komunikazzjoni tal-2001, issuġġeriet l-inklużjoni ta' reġimi speċjali għall-persunal espatrijat ikkwalifikat ħafna fil-lista ta' prattiki dwar it-taxxa dannużi tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi) (103), iżda minn dak iż-żmien ma forniet l-ebda tagħrif dwar il-kobor tal-problema; jistieden lill-Kummissjoni terġa' tivvaluta din il-kwistjoni u, b'mod partikolari, tivvaluta r-riskji tat-tassazzjoni doppja kif ukoll tan-nontassazzjoni doppja ta' tali skemi;

4.1.    Skemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment

182.

Jinsab imħasseb li maġġoranza tal-Istati Membri adottat skemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment (104), magħrufa ġeneralment bħala programmi “tal-viżi tad-deheb u tal-passaporti” jew programmi tal-investitur, li permezz tagħhom tingħata ċ-ċittadinanza jew ir-residenza lil ċittadini tal-UE u mhux tal-UE talli jagħmlu investiment finanzjarju;

183.

Josserva li l-investimenti li jsiru fl-ambitu ta' dawn il-programmi mhux neċessarjament jippromwovu l-ekonomija reali tal-Istat Membru li jagħti ċ-ċittadinanza jew ir-residenza, u li spiss ma jipprevedux l-obbligu li l-applikanti jqattgħu żmien fit-territorju li fih isir l-investiment, u anki meta dan l-obbligu jeżisti formalment, l-ottemperanza miegħu normalment mhijiex ivverifikata; jisħaq fuq il-fatt li skemi bħal dawn jikkompromettu l-ksib tal-objettivi tal-Unjoni u għaldaqstant jiksru l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali;

184.

Josserva li mill-inqas 5 000 ċittadin mhux tal-UE kisbu ċ-ċittadinanza tal-UE permezz tal-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment (105); jinnota li, skont studju (106), mill-anqas 6 000 persuna ngħataw iċ-ċittadinanza u nħarġu kważi 100 000 permess ta' residenza;

185.

Huwa inkwetat bil-fatt li ċ-ċittadinanza b'investiment u r-residenza b'investiment jingħataw mingħajr investigazzjoni ta' sigurtà fuq l-applikanti, anki fuq iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jippreżentaw riskju għoli, u għaldaqstant dan joħloq riskji għas-sigurtà għall-Unjoni; jiddeplora l-fatt li l-opaċità li teżisti madwar l-oriġini tal-flus marbuta mal-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment żiedet notevolment ir-riskji politiċi, ekonomiċi u tas-sigurtà għall-pajjiżi Ewropej;

186.

Jisħaq fuq il-fatt li l-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment jinvolvu riskji konsiderevoli oħrajn, inkluż żvalutazzjoni taċ-ċittadinanza tal-UE u u dawk nazzjonali u l-potenzjal għal korruzzjoni, ħasil tal-flus u evażjoni tat-taxxa; jinnota li d-deċiżjoni ta' Stat Membru partikolari li jimplimenta skemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment għandha riperkussjonijiet fl-Istati Membri l-oħra; itenni t-tħassib tiegħu li ċ-ċittadinanza jew ir-residenza jistgħu jingħataw permezz ta' dawn l-iskemi mingħajr ma jkun sar eżerċizzju adegwat ta' diliġenza dovuta tal-klijent (CDD), jew saħansitra l-ebda eżerċizzju ta' dan it-tip affattu mill-awtoritajiet kompetenti;

187.

Jinnota li l-obbligu stabbilit mill-AMLD5, skont liema l-entitajiet marbuta b'obbligu għandhom iqisu, matul il-proċess CDD tagħhom, lill-applikanti tal-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment bħala li jippreżentaw riskju għoli, ma jeżentax lill-Istati Membri mir-responsabbiltà tagħhom li jistabbilixxu u jwettqu huma stess diliġenza dovuta msaħħa; jinnota li ngħata bidu għal bosta investigazzjonijiet formali f'każijiet ta' korruzzjoni u ħasil tal-flus, kemm f'livell nazzjonali kif ukoll tal-UE, relatati mal-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment;

188.

Jissottolinja li, fl-istess ħin, is-sostenibbiltà u l-fattibbiltà ekonomiċi tal-investimenti fornuti permezz ta' dawn l-iskemi għadhom inċerti; jenfasizza li ċ-ċittadinanza u d-drittijiet assoċjati magħha qatt ma għandhom ikunu għall-bejgħ;

189.

Josserva li l-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment ta' ċerti Stati Membri ntużaw b'mod abbundanti minn ċittadini Russi u miċ-ċittadini ta' pajjiżi taħt l-influwenza Russa; jenfasizza li tali skemi jistgħu jservu liċ-ċittadini Russi mniżżlin fil-lista ta' sanzjonijiet adottata b'segwitu għall-annessjoni illegali tal-Krimea min-naħa tar-Russja u għall-aggressjoni tal-Russja fil-konfront tal-Krimea bħala mezz biex tevita s-sanzjonijiet tal-UE;

190.

Jikkritika l-fatt li dawn il-programmi jinvolvu regolarment privileġġi tat-taxxa jew reġimi speċjali tat-taxxa għall-benefiċjarji; jinsab imħasseb bil-fatt li dawn il-privileġġi x'aktarx jostakolaw l-objettiv skont liema ċ-ċittadini kollha jikkontribwixxu b'mod ġust fis-sistema tat-taxxa;

191.

Jinkwieta bin-nuqqas ta' trasparenza fir-rigward tan-numru u tal-oriġini tal-applikanti, in-numri ta' individwi mogħtija ċ-ċittadinanza jew ir-residenza bis-saħħa ta' dawn l-iskemi u l-ammont investit permezz ta' dawn l-iskemi u l-oriġini ta' dan l-ammont; japprezza l-fatt li ċerti Stati Membri joħorġu b'mod espliċitu l-isem u n-nazzjonalitajiet tal-individwi li jingħataw iċ-ċittadinanza jew ir-residenza bis-saħħa ta' dawn l-iskemi; iħeġġeġ lill-Istati Membri l-oħra jsegwu dan l-eżempju;

192.

Jinsab imħasseb bil-fatt li, skont l-OECD, l-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment jew tal-għoti tar-residenza b'investiment jistgħu jintużaw b'mod ħażin biex jimminaw l-istandard komuni ta' rapportar u l-proċeduri tad-diliġenza dovuta, u jwasslu għal rapportar mhux preċiż u inkomplut fl-ambitu tal-istandard komuni ta' rapportar, b'mod partikolari meta mhux il-ġurisdizzjonijiet kollha tar-residenza tat-taxxa jiġu divulgati lill-istituzzjoni finanzjarja; jinnota li, fil-fehma tal-OECD, l-iskemi tal-viżi li potenzjalment joħolqu riskju għoli għall-integrità tal-istandard komuni ta' rapportar huma dawk li jagħtu lill-kontribwent l-aċċess għal rata tat-taxxa fuq l-introjtu personali baxxa ta' anqas minn 10 % fuq assi finanzjarji offshore, u ma jeħtiġux preżenza fiżika sinifikanti ta' almenu 90 jum fil-ġurisdizzjoni li toffri l-iskemi tal-viżi tad-deheb;

193.

Jinsab imħasseb bil-fatt li Malta u Ċipru għandhom skemi (107) fost dawk li potenzjalment joħolqu riskju għoli għall-integrità tal-istandard komuni ta' rapportar;

194.

Jikkonkludi li l-benefiċċji ekonomiċi potenzjali tal-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment ma jpaċux ir-riskji serji li jippreżentaw f'dawk li huma s-sigurtà, il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa;

195.

Jitlob lill-Istati Membri jeliminaw gradwalment l-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment jew tal-għoti tar-residenza b'investiment kollha eżistenti mill-aktar fis possibbli;

196.

Jenfasizza li, sadattant, l-Istati Membri għandhom jimponu l-obbligu tal-preżenza fiżika fil-pajjiż bħala kundizzjoni biex dak li jkun jibbenefika mill-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment, u għandhom jiżguraw b'mod adegwat li s-CDD imsaħħa fil-konfront tal-applikanti għaċ-ċittadinanza u għar-residenza bis-saħħa ta' dawn l-iskemi ssir kif suppost, kif meħtieġ mill-AMLD5; jenfasizza li l-AMLD5 timponi CDD imsaħħa għall-persuni politikament esposti (PEPs); jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li, fl-aħħar mill-aħħar, il-gvernijiet jerfgħu r-responsabbiltà biex iwettqu diliġenza dovuta fuq l-applikanti tal-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment jew tal-għoti tar-residenza b'investiment; jitlob lill-Kummissjoni tagħmel monitoraġġ rigoruż u kontinwu tal-implimentazzjoni u tal-applikazzjoni korretti tas-CDD fi ħdan il-qafas tal-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment sakemm jiġu revokati f'kull Stat Membru;

197.

Jinnota li l-akkwiżizzjoni tal-permess ta' residenza jew taċ-ċittadinanza ta' Stat Membru tagħti lill-benefiċjarju l-aċċess għal firxa wiesgħa ta' drittijiet fit-territorju tal-Unjoni kollu kemm hu, inkluż id-dritt li jiċċaqlaq u jirrisjedi liberament fiż-żona Schengen; jistieden, għaldaqstant, lill-Istati Membri jimplimentaw il-programmi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment, sakemm dawn finalment jiġu revokati, jivverifikaw kif xieraq il-karatteristiċi tal-applikanti u jirrifjutaw l-applikazzjoni tagħhom jekk huma jippreżentaw riskji għas-sigurtà, inkluż fil-qasam tal-ħasil tal-flus; Iwissi kontra l-perikli li joħolqu l-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment assoċjati mar-riunifikazzjoni tal-familja, li permezz tagħhom il-membri tal-familja tal-benefiċjarji ta' dawn l-iskemi jkunu jistgħu jiksbu ċittadinanza jew residenza b'kontrolli limitati jew saħansitra ineżistenti;

198.

Jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Istati Membri jikkumpilaw u jippubblikaw data trasparenti relatata mal-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment tagħhom, inkluż in-numru ta' rifjuti u r-raġunijiet għat-tiċħid; jistieden lill-Kummissjoni, sakemm jiġu revokati l-iskemi, toħroġ linji gwida u tiżgura ġbir ta' data u skambju ta' informazzjoni aħjar fost l-Istati Membri fil-kuntest tal-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment tagħhom, inkluż dwar l-applikanti li l-applikazzjoni tagħhom ġiet miċħuda minħabba problemi relatati mas-sigurtà;

199.

Iqis li sakemm ma jiġu revokati l-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment, l-Istati Membri għandhom jimponu l-istess obbligi fuq l-intermedjarji li joperaw fil-qafas ta' dawn l-iskemi bħal dawk li japplikaw għall-entitajiet marbuta b'obbligu skont il-leġiżlazzjoni AML; jistieden lill-Istati Membri jipprevjenu l-kunflitti ta' interess marbutin mal-iskemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment u tal-għoti tar-residenza b'investiment, li jistgħu jinqalgħu meta l-kumpaniji privati li assistew lill-gvern fil-proġettazzjoni, fil-ġestjoni u fil-promozzjoni ta' tali skemi, jagħtu wkoll konsulenza u sostenn lill-individwi billi jeżaminaw l-idoneità tagħhom u jimlewlhom l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jew għar-residenza;

200.

Jilqa' b'sodisfazzjon ir-rapport tal-Kummissjoni tat-23 ta' Jannar 2019 bit-titlu “Skemi ta' Ċittadinanza u ta' Residenza b'Investiment fl-Unjoni Ewropea” (COM(2019)0012); josserva li r-rapport jikkonferma li iż-żewġ tipi ta' skemi joħolqu riskji serji għall-Istati Membri u għall-Unjoni fl-intier tagħha, b'mod partikolari f'termini ta' sigurtà, ħasil tal-flus, korruzzjoni, evażjoni tar-regoli tal-UE u evażjoni tat-taxxa, u li dawn ir-riskji serji jkomplu jiġu aċċentwati aktar permezz tan-nuqqasijiet fit-trasparenza u l-governanza tal-iskemi; jinkwieta li l-Kummissjoni tinsab imħassba bil-fatt li r-riskji li joħolqu l-iskemi mhumiex dejjem imtaffija biżżejjed mill-miżuri meħuda mill-Istati Membri;

201.

Jieħu nota tal-fatt li l-Kummissjoni beħsiebha twaqqaf grupp ta' esperti ħalli jiġu indirizzati l-kwistjonijiet ta' trasparenza, governanza u sigurtà ta' dawn l-iskemi; jilqa' pożittivament il-fatt li l-Kummissjoni bdiet monitoraġġ tal-impatt tal-iskemi ta' ċittadinanza b'investiment implimentati mill-pajjiżi eżenti mill-obbligu ta' viża bħala parti mill-mekkaniżmu ta' sospensjoni tal-viża; jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina l-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-applikazzjonijiet rifjutati; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta r-riskji assoċjati mal-bejgħ taċ-ċittadinanza u tar-residenza bħala parti mill-valutazzjoni tar-riskji supranazzjonali li jmiss tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta kemm dawn l-iskemi ntużaw minn ċittadini tal-UE;

4.2.    Portijiet ħielsa, deposti tad-dwana u żoni ekonomiċi speċifiċi oħrajn (SEZs)

202.

Japprezza l-fatt li l-portijiet ħielsa ser ikunu entitajiet marbuta b'obbligu skont l-AMLD5, li ser ikollhom l-obbligu li jwettqu rekwiżiti marbuta ma' CDD u jirrapportaw tranżazzjoni suspetti lill-unitajiet tal-intelligence finanzjarja (UIF);

203.

Jinnota li l-portijiet ħielsa fi ħdan l-UE jistgħu jiġu stabbiliti skont il-proċedura taż-“żoni ħielsa”; jinnota li ż-żoni ħielsa huma spazji magħluqa fi ħdan it-territorju doganali tal-Unjoni li fih il-merkanzija mhux tal-Unjoni tista' tiddaħħal ħielsa mid-dazju tal-importazzjoni, tariffi oħrajn (eż. taxxi) u miżuri ta' politika kummerċjali;

204.

Ifakkar li l-portijiet ħielsa huma deposti fiż-żoni ħielsa li oriġinarjament kienu maħsuba bħala spazji fejn tinħażen il-merkanzija fi tranżitu; jiddeplora l-fatt li ilhom żmien li saru popolari biex fihom jinħażnu assi sostituti, fosthom opri tal-arti, ħaġar prezzjuż, antikitajiet, deheb, kollezzjonijiet ta' nbid, spiss fuq bażi permanenti (108), u ffinanzjati minn sorsi ta' flus mhux magħrufa; jisħaq fuq li l-portijiet ħielsa jew iż-żoni ħielsa ma jistgħux jintużaw għall-evażjoni tat-taxxa jew biex jinkisbu l-istess effetti ta' rifuġju fiskali;

205.

Jinnota li, barra mill-ħżin protett, il-motivazzjonijiet għall-użu tal-portijiet ħielsa jinkludu grad għoli ta' segretezza u differiment tad-dazji tal-importazzjoni u tat-taxxi indiretti bħall-VAT jew it-taxxa tal-utent;

206.

Jissottolinja l-fatt li fl-UE (109) hemm aktar minn 80 żona ħielsa u diversi eluf ta' deposti oħrajn fl-ambitu ta' “proċeduri ta' ħażna speċjali” fl-UE, partikolarment “deposti tad-dwana”, li jistgħu joffru l-istess grad ta' segretezza u vantaġġi tat-taxxa (indiretta) (110);

207.

Josserva li skont il-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, id-deposti tad-dwana għandhom livell normattiv kważi identiku bħal dak tal-portijiet ħielsa; jirrakkomanda, għaldaqstant, li jitqiegħdu fl-istess livell bħal dak tal-portijiet ħielsa f'dawk li huma miżuri ġuridiċi mmirati li jrażżnu l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa fihom, bħall-AMLD5; jikkunsidra li jenħtieġ li d-deposti jkunu mgħammra b'biżżejjed persunal ikkwalifikat sabiex ikunu jistgħu jwettqu l-iskrutinju neċessarju tal-operazzjonijiet li jospitaw;

208.

Jinnota li r-riskji ta' ħasil tal-flus fil-portijiet ħielsa huma direttament assoċjati mar-riskji ta' ħasil tal-flus fis-suq tal-assi sostituti;

209.

Jinnota li skont id-DAC5, mill-1 ta' Jannar 2018, l-awtoritajiet tat-taxxi diretti għandhom “aċċess fuq talba” għal ġabra wiesgħa ta' informazzjoni fir-rigward tal-informazzjoni dwar is-sid benefiċjarju aħħari (UBO) miġbura skont l-AMLD; jinnota li l-leġiżlazzjoni AML tal-UE hija mibnija fuq il-fiduċja fir-riċerka fil-qasam ta' CDD u fir-rapportar diliġenti ta' tranżazzjonijiet suspetti minn entitajiet marbuta b'obbligu, li ser isiru gwardjani tal-AML; jinnota bi tħassib li l-“aċċess fuq talba” għall-informazzjoni fil-pussess tal-portijiet ħielsa jista' jkollu biss effett limitat ħafna f'każijiet speċifiċi (111);

210.

Jappella lill-Kummissjoni tivvaluta kemm il-portijiet liberi u l-liċenzji tat-trasport marittimu jistgħu jintużaw b'mod ħażin għall-finijiet ta' evażjoni tat-taxxa (112); jappella lill-Kummissjoni biex, barra minn hekk, tressaq proposta leġiżlattiva biex tiżgura l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti, bħal bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, tat-taxxa u dawk doganali mal-Europol, dwar is-sjieda benefiċjarja u t-tranżazzjonijiet li jseħħu f'portijiet ħielsa, fid-deposti jew f'żoni ekonomiċi speċifiċi u biex tipprovdi għal obbligu ta' traċċabbiltà;

211.

Jistieden lill-Kummissjoni tressaq proposta għall-eliminazzjoni gradwali urġenti tas-sistema ta' portijiet ħielsa fl-UE;

212.

Jinnota li t-tmiem tas-segretezza bankarja wassal għall-ħolqien ta' investiment f'assi ġodda bħall-arti, li f'dawn l-aħħar snin irriżulta fi tkabbir rapidu tas-suq tal-arti; jisħaq fuq li ż-żoni ħielsa jipprovdulhom spazju għall-ħżin sikur, u li b'mod ġenerali dan jiġi injorat, fejn il-kummerċ jista' jitwettaq mingħajr ma jiġi intaxxat u s-sjieda tista' tinħeba, filwaqt li l-arti nnifisha tibqa' suq mhux regolat, minħabba fatturi bħad-diffikultà biex jiġu ddeterminati l-prezzijiet tas-suq u biex jinstabu speċjalisti; jirrimarka li, pereżempju, huwa aktar faċli li pittura ta' valur tiġi ttrasportata lejn in-naħa l-oħra tad-dinja milli jiġi ttrasportat ammont ta' flus simili;

4.3.    Amnestiji tat-taxxa

213.

Ifakkar (113) fil-ħtieġa li l-amnestiji jintużaw b'attenzjoni kbira, jew li ma jintużawx għalkollox, billi dawn jirrappreżentaw biss sors ta' ġbir faċli u malajr tat-taxxa fuq perjodu ta' żmien qasir li spiss jiġi introdott għar-riżoluzzjoni ta' lakuni baġitarji, iżda li jistgħu jservu wkoll biex jinkoraġġixxu lir-residenti jevadu t-taxxi u jistennew l-amnestija li jmiss mingħajr ma jkunu soġġetti għal sanzjonijiet dissważivi jew penali; jappella lill-Istati Membri li jippromulgaw amnestiji tat-taxxa biex jirrikjedu dejjem lill-benefiċjarju jispjega s-sors tal-fondi li qabel kienu tħallew barra;

214.

Jappella lill-Kummissjoni tivvaluta l-programmi ta' amnestija tal-passat promulgati mill-Istati Membri, u, b'mod partikolari, id-dħul pubbliku rkuprat u l-impatt tagħhom fuq it-terminu medju u twil fuq il-volatilità tal-bażi għat-taxxa; iħeġġeġ lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li d-data rilevanti relatata mal-benefiċjarji tal-amnestiji tat-taxxa preċedenti u futuri tinqasam kif xieraq mal-awtoritajiet tal-ġudikatura, tal-infurzar tal-liġi u tat-taxxa, sabiex jiġu żgurati konformità mar-regoli dwar l-AML/CFT u l-prosekuzzjoni possibbli għal reati finanzjarji oħra;

215.

Huwa tal-fehma li l-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta għandu janalizza u jawtorizza b'mod obbligatorju kull programm ta' amnestija tat-taxxa qabel ma jiġi implimentat minn Stat Membru; huwa tal-fehma li kontribwent jew UBO ta' kumpanija li diġà bbenefikaw minn amnestija tat-taxxa waħda jew aktar m'għandhom qatt ikunu intitolati li jibbenefikaw minn amnestija oħra; jitlob lill-awtoritajiet nazzjonali li jimmaniġġjaw id-data dwar persuni li jkunu bbenefikaw minn amnestiji tat-taxxa jinvolvu ruħhom fi skambju effikaċi tad-data mill-infurzar tal-liġi jew mill-awtoritajiet kompetenti oħra li jinvestigaw reati li mhumiex frodi jew evażjoni tat-taxxa;

4.4.    Kooperazzjoni amministrattiva

216.

Jirrikonoxxi li fatt li l-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tal-oqfsa tat-taxxa diretta issa tkopri kemm kontribwenti individwali kif ukoll dawk korporattivi;

217.

Jisħaq fuq li l-istandards internazzjonali għall-kooperazzjoni amministrattiva huma l-istandards minimi; iqis, għaldaqstant, li jenħtieġ li l-Istati Membri jmorru lil hinn milli sempliċement jirrispettaw dawn l-istandards minimi; jappella lill-Istati Membri jkomplu jneħħu l-ostakli għall-kooperazzjoni amministrattiva u legali;

218.

Jilqa' l-fatt li, bl-adozzjoni tal-istandard globali dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni (AEOI) implimentat minn DAC1, u bit-tħassir tad-Direttiva dwar it-Tfaddil tal-2003, ġie stabbilit mekkaniżmu uniku tal-UE għall-iskambju ta' informazzjoni;

5.    Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus (AML)

219.

Jisħaq fuq li l-ħasil tal-flus jista' jieħu diversi forom u li l-flus maħsulin jistgħu joriġinaw minn diversi attivitajiet illeċiti bħall-korruzzjoni, it-traffikar ta' armi u ta' bnedmin, il-bejgħ ta' drogi, l-evażjoni u l-frodi tat-taxxa u jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw it-terroriżmu; jinnota bi tħassib li r-rikavat mill-attivitajiet kriminali fl-UE huwa stmat li jammonta għal EUR 110 biljun fis-sena (114), jiġifieri 1 % tal-PDG totali tal-Unjoni; jaċċentwa li l-Kummissjoni tistima li, f'xi Stati Membri, sa 70 % tal-każijiet tal-ħasil tal-flus għandhom dimensjoni transfruntiera (115); jinnota wkoll li d-daqs tal-ħasil tal-flus huwa stmat min-NU (116) bħala l-ekwivalenti ta' bejn 2 % sa 5 % tal-PDG globali, jew madwar EUR 715-il biljun u EUR 1,87 triljun fis-sena;

220.

Jissottolinja li diversi każijiet reċenti ta' ħasil tal-flus fl-Unjoni huma marbuta ma' kapital, mexxejja u/jew ċittadini li ġejjin b'mod partikolari mir-Russja u mill-Komunità ta' Stati Indipendenti (KSI); jesprimi t-tħassib tiegħu dwar it-theddida għas-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea minħabba rikavati illeċiti mir-Russja u l-pajjiżi KSI li jidħlu fis-sistema finanzjarja Ewropea sabiex dawn jinħaslu u jintużaw aktar biex jiffinanzjaw attivitajiet kriminali; jisħaq fuq li dawn ir-rikavati jipperikolaw is-sigurtà taċ-ċittadini tal-UE u joħolqu distorsjonijiet u żvantaġġi kompetittivi inġusti għaċ-ċittadini u l-kumpaniji li josservaw il-liġi; iqis li, flimkien mad-delokalizzazzjoni tal-kapital, li ma tistax titrażżan mingħajr soluzzjoni għall-problemi ekonomiċi u amministrattivi tal-pajjiż ta' oriġini, u flimkien mal-ħasil tal-flus għal raġunijiet esklużivament kriminali, dawn l-attivitajiet ostili, li l-intenzjoni tagħhom hija li jdgħajfu d-demokraziji Ewropej, l-ekonomiji tagħhom u l-istituzzjonijiet tagħhom, jitwettqu b'tali mod li jiddestabbilizzaw il-kontinent Ewropew; jappella għal kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri rigward il-kontroll tal-kapital li jidħol fl-Unjoni mir-Russja;

221.

Itenni l-appell tiegħu (117) għal sanzjonijiet madwar l-UE kollha fuq abbużi tad-drittijiet tal-bniedem ispirati mill-Att Global Magnitsky tal-Istati Uniti, li għandu jippermetti għall-impożizzjoni ta' projbizzjonijiet tal-viżi u ta' sanzjonijiet immirati bħall-imblokkar ta' proprjetà u ta' interessi fil-proprjetà fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-UE permezz ta' uffiċjali pubbliċi individwali jew persuni li jaġixxu f'kapaċità uffiċjali li jkunu responsabbli għal atti ta' korruzzjoni jew għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; jilqa' l-adozzjoni mill-Parlament tar-rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea (118); jappella għal aktar skrutinju u superviżjoni tal-portafolli tal-banek f'isem nonresidenti, u kemm huwa s-sehem tagħhom fihom, li joriġinaw minn pajjiżi meqjusa li huma ta' riskju għas-sigurtà tal-Unjoni;

222.

Jilqa' l-adozzjoni tal-AMLD4 u tal-AMLD5; jisħaq fuq li dawn jirrappreżentaw passi sinifikanti fit-titjib tal-effikaċja tal-isforzi tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus minn attivitajiet kriminali u kontra l-finanzjament tal-attivitajiet terroristiċi; jinnota li l-qafas tal-Unjoni dwar l-AML jibbaża primarjament fuq approċċ preventiv għall-ħasil tal-flus, b'enfasi fuq id-detezzjoni u r-rappurtar ta' tranżazzjonijiet suspettużi;

223.

Jiddeplora l-fatt li l-Istati Membri naqsu milli jittrasponu l-AMLD4 bis-sħiħ jew parzjalment fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom fl-iskadenza stabbilita, u li għal din ir-raġuni, infetħu proċeduri ta' ksur mill-Kummissjoni kontrihom, inklużi riferimenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (119); jappella lil dawn l-Istati Membri biex isibu rimedju malajr għal din is-sitwazzjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri, b'mod partikolari, biex ikunu konformi mal-obbligu legali tagħhom li jirrispettaw l-iskadenza tal-10 ta' Jannar 2020 għat-traspożizzjoni tal-AMLD5 fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom; jenfasizza u jilqa' l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Novembru 2018 li jistiednu lill-Istati Membri sabiex jittrasponu l-AMLD5 fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom qabel l-iskadenza tal-2020; jappella lill-Kummissjoni tagħmel użu sħiħ mill-istrumenti disponibbli biex tipprovdi appoġġ u tiżgura li l-Istati Membri jittrasponu u jimplimentaw kif dovut l-AMLD5 mill-aktar fis possibbli;

224.

Ifakkar fl-importanza kruċjali ta' CDD bħala parti mill-obbligu “kun af lill-klijent tiegħek” (KYC) li jfisser li l-entitajiet marbuta b'obbligu jkollhom jidentifikaw b'mod xieraq il-klijenti tagħhom u s-sors tal-fondi tagħhom kif ukoll UBOs, inkluża l-immobilizzazzjoni tal-kontijiet anonimi; jiddeplora l-fatt li xi istituzzjonijiet finanzjarji u l-mudelli kummerċjali relatati tagħhom iffaċilitaw b'mod attiv il-ħasil tal-flus; jappella lis-settur privat sabiex, kemm jista' jkun, jieħu rwol attiv fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u fil-prevenzjoni ta' attivitajiet terroristiċi; jappella lill-istituzzjonijiet finanzjarji biex jirrieżaminaw b'mod attiv il-proċeduri interni tagħhom biex jipprevjenu kwalunkwe riskju ta' ħasil tal-flus;

225.

Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni adottat mill-Kunsill fl-4 ta' Diċembru 2018 li jinkludi diversi miżuri mhux leġiżlattivi sabiex jiġu indirizzati aħjar il-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu fl-Unjoni; jappella lill-Kummissjoni sabiex taġġorna b'mod regolari lill-Parlament dwar il-progress fl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni;

226.

Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' proċeduri konkreti għall-valutazzjoni u għar-rieżami tal-probità ta' membri tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, b'mod partikolari meta dawn jiġu akkużati b'mod formali b'attività kriminali; jappella għal mekkaniżmi għall-monitoraġġ u r-rieżami tal-kondotta u tal-kondotta tal-membri tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE, u jappella sabiex dawn jiġu protetti f'każ ta' abbuż ta' poter mill-awtorità tal-ħatra;

227.

Jikkundanna l-fatt li nuqqasijiet sistemiċi fl-infurzar tar-rekwiżiti tal-AML, flimkien mas-superviżjoni ineffiċjenti, wasslu għal għadd ta' każijiet prominenti reċenti ta' ħasil tal-flus f'banek Ewropej marbuta ma' ksur sistematiku tar-rekwiżiti l-aktar bażiċi tal-KYC u ta' CDD;

228.

Ifakkar li l-KYC u CDD huma essenzjali u għandhom ikomplu matul ir-relazzjoni kummerċjali kollha, u li t-tranżazzjonijiet tal-klijenti għandhom jiġu mmonitorjati b'mod kontinwu u b'attenzjoni partikolari għal attivitajiet suspetti jew mhux tas-soltu; ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-obbligu tal-entitajiet marbuta b'obbligu li jinfurmaw minnufih lill-UIF nazzjonali, fuq inizjattiva tagħhom stess, dwar tranżazzjonijiet suspetti ta' ħasil tal-flus, reati predikati assoċjati jew finanzjament tat-terroriżmu; jiddispjaċih dwar il-fatt li minkejja l-isforzi tal-Parlament l-AMLD5 ikompli, bħala l-aħħar rimedju, jippermetti lill-persuna jew persuni fiżiċi li għandhom il-kariga ta' uffiċjal maniġerjali għoli jiġu rreġistrati bħala sidien benefiċjarji ta' kumpanija jew trust, filwaqt li s-sid benefiċjarju reali ma jkunx magħruf jew ikun hemm suspett dwarhom; jistieden lill-Kummissjoni, fl-okkażjoni tar-reviżjoni li jmiss tar-regoli AML fl-UE, biex tagħmel valutazzjoni ċara tal-impatt ta' din id-dispożizzjoni fuq id-disponibbiltà ta' informazzjoni affidabbli rigward sjieda benefiċjarja fl-Istati Membri, u biex tipproponi t-tneħħija tagħha jekk ikun hemm indikazzjonijiet li d-dispożizzjoni tista' twassal għal abbuż bil-ħsieb li tinħeba l-identità tas-sidien benefiċjarji;

229.

Jinnota li f'xi Stati Membri jeżistu mekkaniżmi ta' kontroll tal-ġid mhux ġustifikat li jsegwu r-rikavati minn attivitajiet kriminali; jisħaq li dan il-mekkaniżmu ta' spiss huwa magħmul minn ordni tal-qorti li tirrikjedi li persuna li tkun raġonevolment suspettata li kienet involuta f'reat serju, jew hija konnessa ma' persuna involuta fih, tispjega n-natura u l-firxa tal-interess tagħha fi proprjetà partikolari u tispjega kif dik il-proprjetà nkisbet, fejn ikun hemm bażi raġonevoli sabiex jiġi ssuspettat li l-introjtu miksub legalment magħruf tar-rispondent ma jkunx biżżejjed sabiex ir-rispondent ikun jista' jikseb il-proprjetà; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-effetti u l-fattibbiltà ta' tali miżura fil-livell tal-Unjoni;

230.

Jilqa' d-deċiżjoni f'ċerti Stati Membri sabiex jipprojbixxu l-ħruġ ta' ishma tal-portatur u sabiex jikkonvertu dawk eżistenti f'titoli nominali; jitlob lill-Istati Membri jqisu l-ħtieġa li jużaw miżuri simili fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ġodda tal-ALDL5 dwar ir-rapportar tas-sjieda benefiċjarja u r-riskji identifikati;

231.

Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tinħoloq sistema aktar effiċjenti għall-iskambju ta' komunikazzjoni u informazzjoni fost l-awtoritajiet ġudizzjarji fi ħdan l-Unjoni li tissostitwixxi l-istrumenti tradizzjonali ta' assistenza legali reċiproka f'materji kriminali, li jipprovdu proċeduri twal u ta' piż u għaldaqstant huma ta' ħsara għall-investigazzjonijiet transfruntiera dwar il-ħasil tal-flus u reati serji oħra; itenni t-talba tiegħu biex il-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa għal azzjoni leġiżlattiva f'dan ir-rigward;

232.

Jappella lill-Kummissjoni tivvaluta u tirrapporta lura għand il-Parlament dwar ir-rwol u r-riskji partikolari tal-ħasil tal-flus ippreżentati minn arranġamenti legali bħall-veikoli bi skop speċjali (SPVs), SPEs u trusts bi skop mhux ta' karità (NCPTs), b'mod partikolari fir-Renju Unit u f'Dipendenzi tal-Kuruna tiegħu u f'Territorji extra-Ewropej;

233.

Iħeġġeġ l-Istati Membri sabiex jikkonformaw bis-sħiħ mal-leġiżlazzjoni dwar l-AML meta joħorġu bonds sovrani fis-swieq finanzjarji; iqis li d-diliġenza dovuta f'operazzjonijiet finanzjarji bħal dawn hija wkoll strettament meħtieġa;

234.

Jinnota li matul il-mandat biss tal-Kumitat TAX3, ġew żvelati tliet każijiet deplorevoli ta' ħasil tal-flus minn banek tal-UE: Reċentement ING Bank N.V. ammetta nuqqasijiet serji fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-AML/CFT u qabel li jħallas EUR 775 miljun f'saldu mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tan-Netherlands (120); ABLV Bank fil-Latvja daħal f'likwidazzjoni volontarja wara li n-Netwerk dwar l-Infurzar tal-Kriminalità Finanzjarja tal-Istati Uniti (FinCEN) iddeċieda li jipproponi projbizzjoni fuq l-ABLV milli jkollu kont ta' korrispondenza fl-Istati Uniti minħabba tħassib ta' ħasil tal-flus (121), u Danske Bank ammetta, wara li saret investigazzjoni ta' 15 000 klijent u madwar 9,5 miljun tranżazzjoni marbuta mal-fergħa Estonjana tiegħu, li nuqqasijiet kbar fis-sistemi ta' governanza u kontroll tal-bank kienu għamluha possibbli li tintuża l-fergħa Estonjana tiegħu għal tranżazzjonijiet suspetti (122);

235.

Josserva bi tħassib li l-każ “Troika Laundromat” kixef pubblikament ukoll il-mod kif USD 4,6 biljun mir-Russja u minn bnadi oħra għaddew minn banek u impriżi Ewropej; jisħaq fuq il-fatt li fil-qalba tal-iskandlu hemm Troika Dialog, li kien wieħed mill-akbar banek Russi ta' investimenti privati, u x-xibka li ppermettiet lill-elite fil-poter fir-Russja tagħmel użu bil-moħbi ta' rikavat illeċitu biex takkwista ishma f'kumpaniji ta' proprjetà tal-Istat, tixtri proprjetajiet immobbli kemm fir-Russja kif ukoll barra u tixtri prodotti tal-lussu; jiddeplora wkoll il-fatt li diversi banek Ewropej, skont dak li ġie rrapportat, kienu involuti f'dawn it-tranżazzjonijiet suspetti, jiġifieri Danske Bank, Swedbank AB, Nordea Bank Abp, ING Groep NV, Crédit Agricole SA, Deutsche Bank AG, KBC Group NV, Raiffeisen Bank International AG, ABN Amro Group NV, Cooperatieve Rabobank U.A. u l-unità Netherlandiża tat-Türkiye Garanti Bankası A.Ş.;

236.

Jinnota li fil-każ ta' Danske Bank, daħlu u ħarġu tranżazzjonijiet b'valur li jaqbeż il-EUR 200 biljun fil-fergħa Estonjana tiegħu (123) mingħajr ma l-bank wettaq il-proċeduri interni adegwati tal-AML u tal-KYC, fatt li sussegwentement ammetta l-bank stess u kkonfermat mill-Awtoritajiet Superviżorji Finanzjarji tal-Estonja u tad-Danimarka; iqis li dan il-falliment juri nuqqas totali ta' responsabbiltà kemm min-naħa tal-bank kif ukoll min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti; jitlob lill-awtoritajiet kompetenti jwettqu evalwazzjonijiet urġenti tal-adegwatezza tal-proċeduri tal-AML u tal-KYC fil-banek Ewropej kollha biex jiġi żgurat infurzar xieraq tal-leġiżlazzjoni tal-AML tal-Unjoni;

237.

Barra minn hekk, jinnota li nstabu 6 200 klijent tal-fergħa Estonjana ta' Danske Bank li kienu involuti fi tranżazzjonijiet suspetti, li madwar 500 klijent ġew marbuta ma' skemi ta' ħasil tal-flus irrapportati pubblikament, li 177 kienu marbuta mal-iskandlu tal-“Laundromat Russu”, u 75 mal-iskandlu tal-“Laundromat tal-Ażerbajġan”, u li 53 klijent kienu kumpaniji li nstabu li jikkondividu l-indirizzi u d-diretturi (124); jappella lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti sabiex jittraċċaw id-destinazzjonijiet tat-tranżazzjonijiet suspettużi tas-6 200 klijent tal-fergħa Estonjana ta' Danske Bank sabiex jiġi kkonfermat li l-flus maħsula ma ntużawx għal aktar attivitajiet kriminali; jappella lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti sabiex jikkooperaw kif xieraq f'din il-kwistjoni peress li jidher ċar li l-ktajjen ta' tranżazzjonijiet suspettużi huma transfruntiera;

238.

Jaċċentwa li l-BĊE irtira l-liċenzja bankarja ta' Pilatus Bank ta' Malta wara l-arrest fl-Istati Uniti ta' Ali Sadr Hashemi Nejad, President ta' Pilatus Bank u l-azzjonist uniku tiegħu, fuq akkużi ta' ħasil tal-flus, fost affarijiet oħra; jisħaq fuq li l-EBA kkonkludiet li l-FIAU Maltija kisret id-dritt tal-Unjoni minħabba li kienet naqset milli twettaq superviżjoni effikaċi ta' Pilatus Bank minħabba, fost affarijiet oħra, in-nuqqasijiet proċedurali u n-nuqqas ta' azzjonijiet superviżorji; jinnota li fit-8 ta' Novembru 2018, il-Kummissjoni indirizzat opinjoni formali lill-FIAU Maltija li fiha talbitha tieħu miżuri addizzjonali biex tkun konformi mal-obbligi legali tagħha (125); jappella lill-FIAU Maltija tieħu passi biex tkun konformi mar-rakkomandazzjonijiet rispettivi;

239.

Jieħu nota tal-ittra lill-Kumitat TAX3 mir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-UE bħala tweġiba għat-tħassib tal-Kumitat dwar l-allegat involviment ta' xi PEPs Maltin f'każ ġdid possibbli ta' ħasil tal-flus u evażjoni tat-taxxa marbut ma' kumpanija bbażata fl-Emirati Għarab Magħquda (EGħM) li ġġib l-isem “17 Black” (126); jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' preċiżjoni fit-tweġibiet li ngħataw; huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' azzjoni politika apparenti mill-awtoritajiet Maltin; huwa partikolarment imħasseb dwar il-fatt li, skont ir-rivelazzjonijiet dwar 17 Black, jidher li l-PEPs mill-ogħla livelli tal-Gvern Malti huma involuti; jappella lill-awtoritajiet Maltin jitolbu evidenza mingħand l-EGħM f'forma ta' ittri ta' assistenza legali; jappella lill-EGħM biex jikkooperaw mal-awtoritajiet Maltin u Ewropej u biex jiżguraw li l-fondi ffriżati fil-kontijiet ta' 17 Black jibqgħu ffriżati sakemm tkun saret investigazzjoni bir-reqqa; jaċċentwa, b'mod partikolari, in-nuqqas apparenti ta' indipendenza kemm tal-FIAU Maltija kif ukoll tal-Kummissarju Malti tal-Pulizija; jiddispjaċih dwar il-fatt li s'issa ma ttieħdu ebda miżuri kontra dawk il-PEPs involuti fil-każijiet allegati ta' korruzzjoni; jissottolinja li l-investigazzjoni Maltija tibbenefika jekk tiġi stabbilita Skwadra ta' Investigazzjoni Konġunta (SIK), ibbażata fuq ftehim ad hoc (127), sabiex jiġu indirizzati d-dubji serji dwar l-indipendenza u l-kwalità tal-investigazzjonijiet nazzjonali li għaddejjin, bl-appoġġ tal-Europol u l-Eurojust;

240.

Jinnota li fiż-żmien li ġiet maqtula, il-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia kienet qiegħda taħdem fuq l-akbar każ ta' żvelar ta' informazzjoni li qatt kienet irċeviet mis-servers tal-ElectroGas, il-kumpanija li topera l-impjant tal-enerġija ta' Malta; jinnota wkoll li sid 17 Black, li kien ser jittrasferixxi ammonti kbar ta' flus lil PEPs Maltin responsabbli għal dan l-impjant tal-enerġija, huwa wkoll direttur u azzjonist ta' ElectroGas;

241.

Jinsab imħasseb dwar iż-żieda fil-ħasil tal-flus fil-kuntest ta' forom oħra ta' attivitajiet kummerċjali, b'mod partikolari l-fenomenu tal-hekk imsejħa “flying money” u “notorious streets”; jisħaq li koordinazzjoni u kooperazzjoni msaħħa bejn l-awtoritajiet amministrattivi u tal-infurzar tal-liġi lokali u reġjonali huma neċessarji sabiex dawn il-kwistjonijiet jiġu indirizzati fl-ibliet Ewropej;

242.

Huwa konxju li l-qafas ġuridiku kurrenti tal-AML s'issa kien jikkonsisti f'direttivi u huwa bbażat fuq armonizzazzjoni minima, li wasslet għal prattiki nazzjonali differenti ta' superviżjoni u ta' infurzar fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta, fil-kuntest ta' reviżjoni futura tal-leġiżlazzjoni tal-AML, fil-valutazzjoni tal-impatt meħtieġa, jekk regolament ikunx att ġuridiku aktar f'loku minn direttiva; jitlob, f'dan il-kuntest, li ssir trasformazzjoni rapida f'regolament tal-leġiżlazzjoni tal-AML jekk il-valutazzjoni tal-impatt tissuġġerixxi dan;

5.1.    Kooperazzjoni bejn il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u s-superviżuri prudenzjali fl-Unjoni Ewropea

243.

Jilqa' l-fatt li, wara l-każijiet reċenti ta' ksur jew ksur allegat tar-regoli tal-AML, ġiet imħabbra azzjoni supplimentari mill-President tal-Kummissjoni fid-diskors tiegħu dwar l-Istat tal-Unjoni tat-12 ta' Settembru 2018;

244.

Jappella għal skrutinju akbar meħtieġ u superviżjoni kontinwa tal-membri tal-bordijiet ta' tmexxija u tal-azzjonisti ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti tal-investiment u assiguraturi fl-Unjoni, u jisħaq b'mod partikolari fuq id-diffikultà li jiġu revokati l-liċenzji bankarji jew awtorizzazzjonijiet speċifiċi ekwivalenti;

245.

Jappoġġja l-ħidma li saret mill-Grupp Konġunt ta' Ħidma li jinkludi rappreżentanti tad-Direttorat Ġenerali għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi tal-Kummissjoni u d-Direttorat Ġenerali tagħha għall-Istabbiltà Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali, il-BĊE, l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE) u l-President tal-Kumitat Konġunt tal-ASE Kontra l-Ħasil tal-Flus, bil-għan li jiġu identifikati n-nuqqasijiet attwali u jiġu proposti miżuri li jippermettu kooperazzjoni u koordinazzjoni effettivi flimkien ma' skambju ta' informazzjoni fost l-aġenziji ta' superviżjoni u ta' infurzar;

246.

Jikkonkludi li l-livell attwali ta' koordinament tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT), is-superviżjoni tal-istituzzjonijiet finanzjarji, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet tal-AML/CFT b'effetti transfruntiera, mhuwiex biżżejjed biex jindirizza l-isfidi attwali f'dan is-settur u li l-kapaċità tal-Unjoni li tinforza regoli u prattiki tal-AML ikkoordinati bħalissa hija inadegwata;

247.

Jappella għal valutazzjoni tal-objettivi fuq żmien twil li twassal għal qafas imtejjeb tal-AML/CFT kif imsemmi fid-“Dokument ta' Riflessjoni dwar elementi possibbli ta' Pjan Direzzjonali għal kooperazzjoni bla xkiel bejn is-Superviżuri ta' Kontra l-Ħasil tal-Flus u dawk Prudenzjali fl-Unjoni Ewropea” (128), bħall-istabbiliment fil-livell tal-UE ta' mekkaniżmu biex jiġu kkoordinati aħjar l-attivitajiet tas-superviżuri fil-qasam tal-AML/CFT tal-entitajiet tas-settur finanzjarju, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet fejn it-tħassib dwar l-AML/CFT x'aktarx li jkollu effetti transfruntiera, u ċentralizzazzjoni possibbli tas-superviżjoni tal-AML permezz ta' korp eżistenti jew ġdid tal-Unjoni li jkollu s-setgħa li jinforza regoli u prattiki armonizzati fost l-Istati Membri; jappoġġja sforzi ulterjuri għaċ-ċentralizzazzjoni tas-superviżjoni ta' kontra l-ħasil tal-flus u jqis li jekk jiġi stabbilit tali mekkaniżmu,, għandu jiġi allokat biżżejjed riżorsi umani u finanzjarji sabiex il-funzjonijiet tiegħu jitwettqu b'mod effiċjenti;

248.

Ifakkar li l-BĊE għandu l-kompetenza u r-responsabbiltà li jirtira l-awtorizzazzjoni mill-istituzzjonijiet ta' kreditu għal ksur serju tar-regoli fil-qasam tal-AML/CFT; jinnota, madankollu, li l-BĊE huwa kompletament dipendenti fuq is-superviżuri nazzjonali tal-AML għal informazzjoni relatata mat-tali ksur skopert mill-awtoritajiet nazzjonali; jappella għaldaqstant lill-awtoritajiet nazzjonali tal-AML sabiex jagħmlu informazzjoni ta' kwalità disponibbli għall-BĊE b'mod puntwali sabiex il-BĊE jkun jista' jwettaq il-funzjoni tiegħu kif xieraq; jilqa', f'dan ir-rigward, il-Ftehim Multilaterali dwar il-modalitajiet prattiċi għall-iskambju ta' informazzjoni bejn il-BĊE u l-awtoritajiet kompetenti (CAs) kollha li huma responsabbli għas-superviżjoni tal-konformità tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u dawk finanzjarji mal-obbligi tal-AML/CFT fl-ambitu tal-AMLD4;

249.

Iqis li s-superviżjoni prudenzjali u s-superviżjoni kontra l-ħasil tal-flus ma jistgħux jiġu ttrattati b'mod separat; jaċċentwa li l-ASE għandhom kapaċitajiet limitati biex jaqdu rwol aktar sostanzjali fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus minħabba l-istrutturi għat-teħid tad-deċiżjonijiet, in-nuqqas ta' setgħat u r-riżorsi limitati tagħhom; jisħaq fuq li l-EBA għandha tieħu rwol mexxej f'din il-ġlieda, filwaqt li tikkoordina mill-qrib mal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), u għaldaqstant għandha, b'urġenza, tingħata biżżejjed kapaċità ta' riżorsi umani u materjali biex tikkontribwixxi b'mod effettiv għall-prevenzjoni konsistenti u effiċjenti tal-użu tas-sistema finanzjarja għal finijiet tal-ħasil tal-flus, inkluż billi twettaq valutazzjonijiet tar-riskju u rieżamijiet tal-awtoritajiet kompetenti fi ħdan il-qafas ġenerali tagħha; jappella sabiex tingħata aktar pubbliċità lil dawk ir-rieżamijiet u, b'mod partikolari, tiġi pprovduta informazzjoni rilevanti b'mod sistematiku lill-Parlament u lill-Kunsill f'każ ta' nuqqasijiet serji identifikati fil-livell nazzjonali jew fil-livell tal-UE (129);

250.

Jinnota l-importanza dejjem akbar tas-superviżuri finanzjarji nazzjonali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex, wara konsultazzjoni mal-EBA, tipproponi mekkaniżmi biex tiffaċilita aktar kooperazzjoni u koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji finanzjarji; jappella biex fuq perjodu fit-tul ikun hemm aktar armonizzazzjoni tal-prattiki superviżorji tad-diversi awtoritajiet tal-AML nazzjonali;

251.

Jilqa' l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 dwar it-tisħiħ tal-qafas tal-Unjoni għal superviżjoni prudenzjali u ta' kontra l-ħasil tal-flus għall-istituzzjonijiet finanzjarji (COM(2018)0645) u l-proposta li fiha dwar ir-rieżami tal-ASE għat-tisħiħ tal-konverġenza superviżorja; iqis li l-EBA għandha tieħu rwol ta' tmexxija, koordinazzjoni u monitoraġġ fil-livell tal-Unjoni biex tipproteġi s-sistema finanzjarja b'mod effikaċi mill-ħasil tal-flus u mir-riskji tal-finanzjament tat-terroriżmu fid-dawl tal-konsegwenzi sistemiċi potenzjali mhux mixtieqa għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni li jistgħu jirriżultaw minn abbużi tas-settur finanzjarju għal skopijiet ta' ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu u fid-dawl tal-esperjenza diġà miksuba mill-EBA fil-protezzjoni tas-settur bankarju minn abbużi bħal dawn bħala l-awtorità li għandha s-setgħa ta' sorveljanza fuq l-Istati Membri kollha;

252.

Jinnota t-tħassib tal-EBA dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital (2013/36/UE) dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment (130); jilqa' s-suġġerimenti tal-EBA sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ikkawżati mill-qafas legali kurrenti tal-UE; jappella lill-Istati Membri biex jittrasponu b'mod rapidu fil-liġi nazzjonali l-bidliet li ġew adottati dan l-aħħar fid-Direttiva dwar ir-Rekwiżiti ta' Kapital;

5.2.    Kooperazzjoni bejn l-unitajiet tal-intelligence finanzjarja (UIF)

253.

Ifakkar li, skont l-AMLD5, l-Istati Membri huma obbligati li jistabbilixxu mekkaniżmi ċentralizzati awtomatizzati li jippermettu l-identifikazzjoni rapida ta' detenturi ta' kontijiet bankarji u ta' kontijiet ta' pagament, u li jiżguraw li kwalunkwe UIF tkun kapaċi tipprovdi informazzjoni miżmuma f'dawk il-mekkaniżmi ċentralizzati lil kwalunkwe UIF oħra fi żmien raġonevoli; jisħaq fuq l-importanza li jkun hemm aċċess għall-informazzjoni fil-ħin sabiex jiġi evitat li jkun hemm reati finanzjarji u jieqfu l-investigazzjonijiet; jappella lill-Istati Membri jħaffu l-istabbiliment ta' dawn il-mekkaniżmi sabiex l-UIF tal-Istati Membri jkunu jistgħu jikkooperaw b'mod effikaċi ma' xulxin sabiex jidentifikaw u jiġġieldu attivitajiet ta' ħasil tal-flus; jinkoraġġixxi bis-sħiħ lill-UIF tal-Istati Membri biex jużaw is-sistema FIU.net; jinnota l-importanza tal-protezzjoni tad-data f'dan il-qasam ukoll;

254.

Iqis li sabiex, b'mod effettiv, tiġi megħjuna l-ġlieda kontra l-attivitajiet ta' ħasil tal-flus huwa kruċjali li l-UIF nazzjonali jingħataw riżorsi u kapaċitajiet adegwati;

255.

Jaċċentwa li sabiex jiġu miġġielda, b'mod effettiv, l-attivitajiet ta' ħasil tal-flus hija essenzjali wkoll kooperazzjoni mhux biss bejn l-UIF tal-Istati Membri iżda wkoll bejn l-UIF tal-Istati Membri u dawk ta' pajjiżi terzi; jinnota l-ftehimiet politiċi dwar in-negozjati interistituzzjonali (131) bil-ħsieb tal-adozzjoni futura tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli li jiffaċilitaw l-użu ta' informazzjoni finanzjarja u informazzjoni oħra għall-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta' ċerti reati kriminali u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/642/ĠAI;

256.

Jappella lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa korsijiet ta' taħriġ speċjalizzat għall-UIF, b'mod partikolari fir-rigward tal-kapaċitajiet iżgħar f'xi Stati Membri; jinnota l-kontribut tal-Grupp Egmont, li jgħaqqad flimkien 159 UIF, u li għandu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni operattiva tagħhom billi jinkoraġġixxi l-kontinwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' bosta proġetti; jistenna l-valutazzjoni mill-Kummissjoni tal-qafas ta' kooperazzjoni tal-UIF ma' pajjiżi terzi u l-ostakli u l-opportunitajiet sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UIF fl-Unjoni inkluża l-possibbiltà li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' koordinazzjoni u ta' appoġġ; ifakkar li din il-valutazzjoni jenħtieġ li tkun lesta sal-1 ta' Ġunju 2019; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra din l-opportunità biex toħroġ proposta leġiżlattiva għall-UIF tal-UE, li toħloq ċentru għall-ħidma u għall-koordinazzjoni investigattiva konġunta, b'mandat proprju ta' awtonomija u ta' kompetenzi investigattivi dwar il-kriminalità finanzjarja transfruntiera, kif ukoll mekkaniżmu ta' twissija bikrija; huwa tal-fehma li UIF tal-UE jenħtieġ li jkollha rwol wiesa' biex tikkoordina, tassisti u tappoġġja l-UIFs tal-Istati Membri f'każijiet transfruntiera bil-għan li jiġi estiż l-iskambju ta' informazzjoni u tiġi garantita l-analiżi konġunta ta' każijiet transfruntiera u l-koordinazzjoni b'saħħitha tax-xogħol;

257.

Jappella lill-Kummissjoni timpenja ruħha b'mod attiv mal-Istati Membri biex jinstabu mekkaniżmi li jtejbu u jsaħħu l-kooperazzjoni tal-UIF tal-Istati Membri ma' dawk ta' pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni tieħu azzjoni xierqa f'dan ir-rigward fil-fora internazzjonali rilevanti, bħall-OECD u t-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF); iqis li, fi kwalunkwe ftehim li jirriżulta, għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa lill-protezzjoni ta' data personali;

258.

Jappella lill-Kummissjoni tfassal rapport li għandu jiġi indirizzat lill-Parlament u lill-Kunsill fejn jiġi vvalutat jekk id-differenzi fl-istatus u fl-organizzazzjoni bejn l-UIF tal-Istati Membri jkunux qegħdin ixekklu l-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra reati serji li għandhom dimensjoni transfruntiera;

259.

Jindika li n-nuqqas ta' standardizzazzjoni ta' formati ta' rapporti dwar tranżazzjonijiet suspetti (STR) u l-limiti tal-STR fost l-Istati Membri u fir-rigward tad-diversi entitajiet marbuta b'obbligu jwassal għal diffikultajiet fl-ipproċessar u fl-iskambju ta' informazzjoni bejn l-UIF; jappella lill-Kummissjoni tesplora, bl-appoġġ tal-EBA, mekkaniżmi biex jiġu stabbiliti, malajr kemm jista' jkun, formati standardizzati ta' rappurtar għall-entitajiet marbuta b'obbligu sabiex jiġu ffaċilitati u msaħħa l-ipproċessar u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-UIF f'każijiet li għandhom dimensjoni transfruntiera u sabiex titqies l-istandardizzazzjoni tal-limiti ta' tranżazzjonijiet suspettużi;

260.

Jappella lill-Kummissjoni sabiex tesplora l-possibbiltà li tistabbilixxi sistemi ta' rkupru awtomatizzat tal-STR li tkun tippermetti lill-UIF tal-Istati Membri sabiex ifittxu tranżazzjonijiet, flimkien ma' min nidihom u min irċevihom, li jiġu rrapportati ripetutament bħala suspettużi fi Stati Membri differenti;

261.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti u lill-UIF jimpenjaw ruħhom ma' istituzzjonijiet finanzjarji u entitajiet oħra marbuta b'obbligu biex isaħħu r-rapportar ta' attività suspetta u biex inaqqsu r-rapportar difensiv u b'hekk jgħinu sabiex fl-iżgurar li l-UIF jirċievu informazzjoni aktar utli, iffukata u kompluta biex iwettqu dmirijiethom b'mod xieraq, filwaqt li fl-istess ħin jiżguraw konformità mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data;

262.

Ifakkar fl-importanza li jiġu żviluppati mezzi mtejba għad-djalogu, il-komunikazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati speċifiċi tas-settur privat, ġeneralment magħrufa bħala sħubijiet pubbliċi-privati (PPPs), b'mod partikolari għall-entitajiet marbutin b'obbligu skont l-AMLD, u jaċċentwa l-eżistenza u r-riżultati pożittivi tal-unika PPP transnazzjonali, is-Sħubija Pubblika-Privata tal-Intelligence Finanzjarja tal-Europol, li tippromwovi l-kondiviżjoni ta' informazzjoni strateġika bejn il-banek, l-UIF, l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi (LEAs) u r-regolaturi nazzjonali fl-Istati Membri kollha;

263.

Jappoġġja t-titjib kontinwu tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn l-UIF u l-LEAs, inkluż l-Europol; iqis li sħubija bħal din għandha tiġi stabbilita fil-qasam ta' teknoloġiji ġodda, inklużi l-assi virtwali, sabiex jiġu fformalizzati l-operazzjonijiet li diġà jeżistu fl-Istati Membri; jappella lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) sabiex jipprovdi aktar kjarifika lill-operaturi tas-suq li jipproċessaw data personali bħala parti mill-obbligi ta' diliġenza dovuta tagħhom biex dawn ikunu jistgħu jkunu konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data;

264.

Jaċċentwa li ż-żieda u t-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali u l-UIF huma kruċjali għall-ġlieda effettiva kontra l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa; jaċċentwa aktar li l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa tirrikjedi wkoll kooperazzjoni tajba bejn l-UIF u l-awtoritajiet doganali;

265.

Jappella lill-Kummissjoni sabiex tirrapporta dwar l-istatus quo u t-titjib fl-UIF tal-Istati Membri rigward it-tixrid, l-iskambju u l-ipproċessar ta' informazzjoni, wara r-rakkomandazzjonijiet tal-PANA (132) u r-rapport ta' mmappjar imwettaq mill-Pjattaforma tal-UIF tal-Istati Membri;

5.3.    Entitajiet marbuta b'obbligu (ambitu)

266.

Jilqa' l-fatt li l-AMLD5 wessgħet il-lista ta' entitajiet marbuta b'obbligu biex tinkludi l-fornituri involuti f'servizzi ta' skambju bejn muniti virtwali u muniti ta' kors legali, fornituri ta' portafolji diġitali, kummerċjanti tal-arti u portijiet ħielsa;

267.

Jappella lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex ittejjeb l-infurzar ta' CDD, b'mod partikolari biex tiċċara aħjar li r-responsabbiltà għal applikazzjoni korretta ta' CDD dejjem taqa' fuq l-entità marbuta b'obbligu, anke meta tiġi esternalizzata, u biex issir dispożizzjoni għal penali fil-każ ta' negliġenza jew kunflitti ta' interess f'każijiet ta' esternalizzazzjoni; jissottolinja l-obbligu legali skont l-AMLD5 għall-entitajiet obbligati li jwettqu aktar kontrolli u rapportar sistematiku meta jwettqu CDD fir-rigward ta' relazzjonijiet jew tranżazzjonijiet kummerċjali li jinvolvu pajjiżi identifikati mill-Kummissjoni bħala pajjiżi terzi b'riskju kbir fir-rigward ta' ħasil tal-flus;

5.4.    Reġistri

268.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-aċċess għas-sjieda benefiċjarja u informazzjoni oħra dwar CDD mogħtija lill-awtoritajiet tat-taxxa fid-DAC5; ifakkar li dan l-aċċess huwa meħtieġ biex l-awtoritajiet tat-taxxa jwettqu dmirijiethom kif xieraq;

269.

Jinnota li l-leġiżlazzjoni tal-AML tal-Unjoni tobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu reġistri ċentrali li fihom data kompluta dwar is-sjieda benefiċjarja għall-kumpaniji u t-trusts, u li tipprovdi wkoll l-interkonnessjoni tagħhom; jilqa' l-fatt li l-AMLD5 tobbliga lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tkun aċċessibbli fil-każijiet kollha għal kwalunkwe membru tal-pubbliku ġenerali;

270.

Jinnota, madankollu, li fir-rigward tat-trusts, ir-reġistri nazzjonali ser ikunu aċċessibbli biss fil-prinċipju għal dawk li juru interess leġittimu għall-aċċess; jisħaq fuq li l-Istati Membri jibqgħu ħielsa li jiftħu reġistri tas-sjieda benefiċjarja għat-trusts għall-pubbliku, kif diġà rakkomandat mill-Parlament; jistieden lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu reġistri tad-data liberament aċċessibbli u miftuħa; ifakkar, fi kwalunkwe każ, li t-tariffa li jistgħu jiddeċiedu li jimponu m'għandhiex taqbeż l-ispejjeż amministrattivi involuti sabiex l-informazzjoni ssir disponibbli, inklużi l-ispejjeż tal-manutenzjoni u tal-iżviluppi tar-reġistri;

271.

Jisħaq fuq li l-interkonnessjoni tar-reġistri tas-sidien benefiċjarji għandha tiġi żgurata mill-Kummissjoni; iqis li l-Kummissjoni għandha timmonitorja mill-qrib il-funzjonament ta' din is-sistema interkonnessa u tivvaluta fi żmien raġonevoli jekk hux qiegħda taħdem kif suppost u jekk għandhiex tkun issupplimentata mill-ħolqien ta' reġistru pubbliku tal-UE tas-sjieda benefiċjarja jew strumenti oħra li joffru rimedju effettiv għal kwalunkwe nuqqasijiet potenzjali; jappella sadanittant lill-Kummissjoni sabiex tiżviluppa u toħroġ linji gwida tekniċi bil-għan li tippromwovi l-konverġenza tal-format, l-interoperabilità u l-interkonnessjoni tar-reġistri tal-Istati Membri; huwa tal-fehma li s-sjieda benefiċjarja tat-trusts għandu jkollha l-istess livell ta' trasparenza bħall-kumpaniji fl-ambitu tal-AMLD5, filwaqt li tiżgura salvagwardji xierqa;

272.

Huwa mħasseb li l-informazzjoni fir-reġistri tas-sidien benefiċjarji mhix dejjem suffiċjenti u/jew preċiża; jappella għaldaqstant lill-Istati Membri sabiex jiżguraw li r-reġistri ta' sidien benefiċjarji jkun fihom mekkaniżmi ta' verifika għall-iżgurar tal-preċiżjoni tad-data; jappella lill-Kummissjoni tivvaluta l-mekkaniżmi ta' verifika u tal-affidabbiltà tad-data fir-rieżamijiet tagħha;

273.

Jitlob definizzjoni aktar stretta u preċiża tas-sjieda benefiċjarja biex jiġi żgurat li jiġu identifikati l-persuni fiżiċi kollha li fl-aħħar mill-aħħar jippossjedu jew jikkontrollaw entità ġuridika;

274.

Ifakkar fil-bżonn ta' regoli ċari li jiffaċilitaw l-identifikazzjoni diretta tas-sidien benefiċjarji, inkluż obbligu li t-trusts u arranġamenti simili jeżistu bil-miktub u jkunu rreġistrati fl-Istat Membru fejn inħolqu, huma amministrati jew joperaw;

275.

Jissottolinja l-problema tal-ħasil tal-flus permezz tal-investiment fil-proprjetà immobbli fl-ibliet Ewropej permezz ta' kumpaniji fittizji barranin; ifakkar li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa u l-proporzjonalità tal-armonizzazzjoni tal-informazzjoni fir-reġistri katastali u tal-proprjetà u tivvaluta l-ħtieġa għall-interkonnessjoni ta' dawn ir-reġistri; jappella lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva flimkien ma' dan ir-rapport meta jkun il-każ; huwa tal-fehma li l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ informazzjoni pubblikament aċċessibbli dwar is-sjieda benefiċjarja aħħarija tal-art u tal-proprjetà immobbli;

276.

Itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar il-ħolqien ta' reġistri tas-sjieda benefiċjarja għall-kuntratti tal-assigurazzjoni tal-ħajja, kif deskritt fin-negozjati interistituzzjonali dwar l-AMLD5; jappella lill-Kummissjoni tivvaluta l-fattibilità u l-ħtieġa li l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja tal-kuntratti ta' assigurazzjoni tal-ħajja u tal-istrumenti finanzjarji tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet rilevanti;

277.

Jinnota li skont l-AMLD5, il-Kummissjoni trid twettaq analiżi tal-fattibbiltà ta' miżuri u mekkaniżmi speċifiċi fil-livell tal-Unjoni u tal-Istati Membri sabiex tkun tista' tinġabar l-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja ta' entitajiet korporattivi u ġuridiċi oħrajn inkorporati barra mill-Unjoni, u jsir aċċess għal tali informazzjoni; jappella lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva għal mekkaniżmu bħal dan jekk l-analiżi tal-fattibbiltà tkun favorevoli;

5.5.    Riskji tat-teknoloġija u assi virtwali, inkluż muniti virtwali u kriptografiċi

278.

Jissottolinja l-potenzjal pożittiv ta' teknoloġiji ġodda tar-reġistru distribwit (DLTs), bħat-teknoloġija blockchain; jinnota fl-istess ħin l-abbuż dejjem jikber ta' metodi ġodda ta' pagamenti u trasferimenti bbażati fuq dawn it-teknoloġiji għall-ħasil ta' rikavat tal-kriminalità jew biex jitwettqu reati finanzjarji oħra; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġu mmonitorjati l-iżviluppi teknoloġiċi rapidi biex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tindirizza b'mod effikaċi l-abbuż ta' teknoloġiji ġodda u l-anonimat, li jiffaċilita l-attività kriminali, mingħajr ma jiġu limitati l-aspetti pożittivi tagħha;

279.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni teżamina mill-qrib dawk l-atturi rilevanti fil-kriptografija li għadhom mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni AML tal-Unjoni u biex tespandi l-lista tal-entitajiet marbutin b'obbligu jekk dan ikun meħtieġ, b'mod partikolari l-fornituri tas-servizzi fil-qasam tat-tranżazzjonijiet li jinvolvu skambji ta' munita virtwali partikolari jew aktar; jappella sadanittant lill-Istati Membri biex jittrasponu malajr kemm jista' jkun id-dispożizzjonijiet tal-AMLD5 li jimponu obbligu fuq portafolli ta' muniti virtwali u fuq l-iskambju ta' servizzi biex jidentifikaw il-klijenti tagħhom, li b'hekk jagħmilha diffiċli ħafna li l-muniti virtwali jintużaw b'mod anonimu;

280.

Jappella lill-Kummissjoni biex tissorvelja mill-qrib l-iżviluppi teknoloġiċi, inkluż l-espansjoni rapida ta' mudelli kummerċjali innovattivi tat-teknoloġija finanzjarja u l-adozzjoni ta' teknoloġiji emerġenti bħall-IA, id-DLTs, l-informatika konjittiva u t-tagħlim awtomatiku, sabiex jiġu vvalutati r-riskji teknoloġiċi u d-diskrepanzi potenzjali u tingħata spinta lir-reżiljenza għaċ-ċiberattakki jew għall-falliment tas-sistemi, prinċipalment billi tiġi promossa l-protezzjoni tad-data; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti u lill-Kummissjoni jwettqu valutazzjoni bir-reqqa tar-riskji sistemiċi possibbli li jinvolvu l-applikazzjonijiet DLT;

281.

Jisħaq fuq li l-iżvilupp u l-użu ta' assi virtwali huma xejra fit-tul li jenħtieġ tkompli u teskala matul is-snin li ġejjin, b'mod partikolari bis-saħħa tal-użu ta' muniti virtwali għal diversi użi, fosthom għall-finanzjament tal-intrapriżi; jappella lill-Kummissjoni biex tiżviluppa qafas xieraq fil-livell tal-UE sabiex tirregola dawn l-iżviluppi, abbażi kemm tal-ħidma fil-livell internazzjonali kif ukoll fil-korpi Ewropej bħall-ESMA; jemmen li dan il-qafas jeħtieġlu jipprovdi s-salvagwardji meħtieġa kontra r-riskji speċifiċi relatati mal-assi virtwali mingħajr ma tixxekkel l-innovazzjoni;

282.

Jinnota, b'mod partikolari, li n-nuqqas ta' trasparenza tal-assi virtwali tista' tintuża sabiex tiffaċilita l-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, f'dan il-kuntest, tipprovdi gwida ċara dwar il-kundizzjonijiet li skonthom l-assi virtwali jistgħu jiġu kklassifikati bħala strument finanzjarju eżistenti jew ġdid fil-MiFID II u ċ-ċirkostanzi li fihom il-leġiżlazzjoni tal-UE hija applikabbli għall-offerti inizjali tal-muniti;

283.

Jappella lill-Kummissjoni tivvaluta l-projbizzjoni ta' ċerti miżuri ta' anonimità fuq assi virtwali speċifiċi u, jekk tqis li huwa meħtieġ, tikkunsidra li tirregola l-assi virtwali bħala strumenti finanzjarji; iqis li l-UIF għandu jkollhom il-kapaċità li jirrelataw l-indirizzi virtwali u l-kriptomuniti mal-identità tas-sid tal-assi virtwali; iqis li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-possibbiltà ta' reġistrazzjoni obbligatorja tal-utenti ta' assi virtwali; ifakkar li xi Stati Membri diġà adottaw diversi tipi ta' miżuri għal segmenti partikolari f'dan il-qasam, bħall-offerti inizjali tal-muniti, li jistgħu jkunu sors ta' ispirazzjoni għal azzjoni futura tal-UE;

284.

Jisħaq fuq li, dan l-aħħar, l-FATF enfasizza l-ħtieġa urġenti li l-pajjiżi kollha jieħdu azzjoni kkoordinata biex jiġi evitat l-użu ta' assi virtwali għall-kriminalità u t-terroriżmu, filwaqt li ħeġġeġ lill-ġurisdizzjonijiet kollha jieħdu passi legali u prattiċi biex jipprevjenu l-użu ħażin tal-assi virtwali (133); jappella lill-Kummissjoni tfittex modi kif tintegra fil-qafas legali Ewropew ir-rakkomandazzjonijiet u l-istandards żviluppati mill-FATF sabiex jiġu rregolati l-assi virtwali; jisħaq fuq li l-Unjoni għandha tkompli tirrakkomanda qafas regolatorju internazzjonali koerenti u kkoordinat dwar l-assi virtwali, abbażi tal-isforzi li wettqet fil-G20;

285.

Itenni t-talba tiegħu għal valutazzjoni urġenti mill-Kummissjoni tal-implikazzjonijiet tal-attivitajiet tal-logħob-e għall-ħasil tal-flus u r-reati fiskali; iqis li din l-evalwazzjoni hija prijorità; jinnota l-kobor fis-settur tal-logħob-e f'xi ġurisdizzjonijiet, inkluż ċerti Dipendenzi tal-Kuruna tar-Renju Unit bħal Isle of Man, fejn il-logħob-e diġà jammonta għal 18 % tad-dħul nazzjonali;

286.

Jieħu nota tal-ħidma esperta dwar il-proċessi ta' identifikazzjoni elettronika u tal-KYC mill-bogħod, li tesplora kwistjonijiet bħall-possibbiltà ta' istituzzjonijiet finanzjarji li jużaw l-identifikazzjoni elettronika (e-ID) u tal-portabbiltà tal-KYC sabiex jiġu identifikati l-klijenti b'mod diġitali; jappella lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tivvaluta l-vantaġġi potenzjali tal-introduzzjoni ta' sistema ta' e-ID Ewropea; ifakkar fl-importanza li jinżamm bilanċ xieraq bejn il-protezzjoni tad-data u tal-privatezza u l-bżonn li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess għall-informazzjoni għall-finijiet ta' investigazzjonijiet kriminali;

5.6.    Sanzjonijiet

287.

Jisħaq fuq li l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-AML tirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu sanzjonijiet għall-ksur tar-regoli kontra l-ħasil tal-flus; jisħaq fuq li dawn is-sanzjonijiet iridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi; jappella għall-introduzzjoni ta' proċeduri simplifikati fl-Istati Membri għall-infurzar ta' sanzjonijiet finanzjarji imposti għall-ksur tal-leġiżlazzjoni AML;

288.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jippubblikaw, malajr kemm jista' jkun u b'mod konsistenti, informazzjoni dwar in-natura u l-valur tas-sanzjonijiet imposti flimkien ma' informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna responsabbli; jappella lill-Istati Membri sabiex japplikaw ukoll sanzjonijiet u miżuri rigward il-membri tal-korp maniġerjali u persuni fiżiċi oħra li huma responsabbli għal ksur tar-regoli AML fl-ambitu tal-leġiżlazzjoni nazzjonali (134);

289.

Jappella lill-Kummissjoni tirrapporta lura għand il-Parlament kull sentejn dwar il-leġiżlazzjoni u l-prattiki nazzjonali fir-rigward ta' sanzjonijiet għall-ksur tal-leġiżlazzjoni AML;

290.

Jilqa' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2018/1805 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' ordnijiet ta' ffriżar u ta' konfiska (135), li għandu l-għan jiffaċilita l-irkupru transfruntier tal-assi kriminali u li għaldaqstant jgħin biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-terroriżmu u biex jitnaqqsu s-sorsi ta' finanzjament għall-kriminali u t-terroristi fl-Unjoni kollha;

291.

Jilqa' l-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2018/1673 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali (136), li għandha l-għan li tintroduċi dispożizzjonijiet ġodda tal-liġi kriminali u li tippermetti kooperazzjoni transfruntiera aktar effiċjenti u aktar mgħaġġla bejn l-awtoritajiet kompetenti sabiex jipprevjenu, b'mod aktar effettiv, il-ħasil tal-flus u l-finanzjament relatat mat-terroriżmu u l-kriminalità organizzata; jinnota li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw, kif opportun, li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jiffriżaw jew jikkonfiskaw, f'konformità mad-Direttiva 2014/42/UE (137), ir-rikavat li jirriżulta minn reati u l-mezzi strumentali li jintużaw jew li huma maħsubin li jintużaw fit-twettiq jew il-kontribut għat-twettiq ta' dawn ir-reati;

5.7.    Dimensjoni internazzjonali

292.

Jinnota li, skont l-AMLD4, il-Kummissjoni għandha l-obbligu tidentifika pajjiżi terzi ta' riskju għoli li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fis-sistema tagħhom dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu;

293.

Iqis li, anke jekk għandha titqies il-ħidma mwettqa fil-livell internazzjonali biex jiġu identifikati pajjiżi terzi b'riskju kbir għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, b'mod partikolari dik tal-FATF, huwa essenzjali li l-Unjoni jkollha lista awtonoma ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir; jilqa', f'dan ir-rigward, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (C(2019)1326), u jiddispjaċih li l-Kunsill qajjem oġġezzjoni għall-att delegat; jilqa', barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tal-31 ta' Jannar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji għall-azzjoni minima u t-tipi ta' miżuri addizzjonali li jridu jittieħdu mill-istituzzjonijiet ta' kreditu u finanzjarji sabiex irażżnu r-riskju mill-ħasil tal-flus u mill-finanzjament tat-terroriżmu f'ċerti pajjiżi terzi (138);

294.

Jilqa' li l-Kummissjoni adottat il-Metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir fl-ambitu tad-Direttiva (UE) 2015/849, ippubblikata fit-22 ta' Ġunju 2018 (139); jilqa' l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Jannar 2019 rigward il-pajjiżi ta' “Prijorità 1”;

295.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġi żgurat li jkun hemm konsistenza u komplementarjetà bejn il-lista tal-AML ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir u l-lista Ewropea ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx; itenni s-sejħa tiegħu sabiex il-Kummissjoni tiġi inkarigata bi rwol ċentrali għall-ġestjoni taż-żewġ listi; jappella lill-Kummissjoni tiżgura t-trasparenza tal-proċess li fih il-ġurisdizzjonijiet iwettqu eżami analitiku;

296.

Jinsab imħasseb dwar l-allegazzjonijiet li l-awtoritajiet kompetenti fl-Iżvizzera mhumiex qegħdin iwettqu l-funzjonijiet tagħhom kif suppost fir-rigward tal-AML/CFT (140); jappella lill-Kummissjoni tqis dawn l-elementi meta taġġorna l-lista ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir u fir-relazzjonijiet bilaterali futuri bejn l-Iżvizzera u l-Unjoni;

297.

Jappella lill-Kummissjoni tipprovdi assistenza teknika lill-pajjiżi terzi bil-għan li jiġu żviluppati sistemi effettivi għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u t-titjib kontinwu tagħhom;

298.

Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-UE tiġi rappreżentata minn vuċi unika fl-FATF u li dawn jikkontribwixxu b'mod attiv għar-riflessjoni li għaddejja bħalissa dwar ir-riforma tiegħu, bil-ħsieb li jissaħħu r-riżorsi u l-leġittimità tiegħu; jappella lill-Kummissjoni tinkludi lill-persunal tal-Parlament Ewropew bħala osservaturi fid-delegazzjoni tal-Kummissjoni għall-FATF;

299.

Jappella lill-Kummissjoni tmexxi inizjattiva globali għall-istabbiliment ta' reġistri ċentrali pubbliċi ta' sjieda benefiċjarja fil-ġurisdizzjonijiet kollha; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq ir-rwol vitali tal-organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-OECD u n-NU;

6.    Dimensjoni internazzjonali tat-tassazzjoni

300.

Jindika li sistema tat-taxxa Ewropea ġusta tirrikjedi ambjent globali tat-taxxa aktar ġust; itenni s-sejħa tiegħu għall-monitoraġġ tar-riformi attwali tat-taxxa fil-pajjiżi terzi;

301.

Jinnota l-isforz li għamlu xi pajjiżi terzi biex jaġixxu b'mod deċiżiv kontra l-BEPS; jenfasizza, madankollu, li tali riformi għandhom jibqgħu konformi mar-regoli eżistenti tad-WTO;

302.

Iqis li l-informazzjoni miġbura matul iż-żjara tal-kumitat f'Washington DC dwar ir-riformi tat-taxxa tal-Istati Uniti u l-impatt possibbli tagħhom fuq il-kooperazzjoni internazzjonali hija ta' importanza partikolari; iqis li, skont ċerti esperti, xi dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Istati Uniti dwar it-Tnaqqis tat-Taxxa u dwar l-Impjiegi tal-2017 mhux ser ikunu kompatibbli mar-regoli eżistenti tad-WTO; jinnota li ċerti dispożizzjonijiet tar-riforma fiskali tal-Istati Uniti jfittxu, unilateralment u mingħajr reċiproċità, li jerġgħu jagħtu ħajja lil benefiċċji transnazzjonali attribwiti lit-territorju tal-Istati Uniti (jekk jitqies li tal-inqas 50 % minn dawn jiġu ġġenerati fit-territorju tal-Istati Uniti); jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni bħalissa qiegħda fil-proċess li tivvaluta l-implikazzjonijiet regolatorji u kummerċjali potenzjali, b'mod partikolari, tad-dispożizzjonijiet BEAT, GILTI u FDII (141) tar-riforma l-ġdida tat-taxxa tal-Istati Uniti; jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament bir-riżultati tal-valutazzjoni;

303.

Jinnota li ġew żviluppati żewġ tipi ta' ftehimiet intergovernattivi (IGAs) fl-Att dwar il-Konformità Fiskali tal-Kontijiet Barranin (FATCA) biex jgħinu l-FATCA jkun konformi mal-liġijiet internazzjonali (142); jinnota li huwa Mudell tal-IGA wieħed biss li huwa reċiproku; jiddeplora l-iżbilanċi qawwija fir-reċiproċità ta' dawn il-ftehimiet, billi normalment l-Istati Uniti jirċievu ħafna aktar informazzjoni minn gvernijiet barranin milli jipprovdu; jappella lill-Kummissjoni twettaq eżerċizzju ta' mmappjar biex tanalizza l-marġni tar-reċiproċità fl-iskambju ta' informazzjoni bejn l-Istati Uniti u l-Istati Membri;

304.

Jappella lill-Kunsill jagħti mandat lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim mal-Istati Uniti biex tiġi żgurata r-reċiproċità fil-FATCA;

305.

Itenni l-proposti mressqa fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2018 dwar l-effetti negattivi tal-FATCA fuq iċ-ċittadini tal-UE, u b'mod partikolari fuq l-“Amerikani aċċidentali” (143), li tappella lill-Kummissjoni tieħu azzjoni biex tiżgura li jiġu garantiti d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha, b'mod partikolari dawk tal-“Amerikani aċċidentali”;

306.

Jappella lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jippreżentaw approċċ konġunt tal-UE għall-FATCA sabiex jipproteġu b'mod adegwat id-drittijiet taċ-ċittadini Ewropej (b'mod partikolari l-“Amerikani aċċidentali”) u jiżguraw reċiproċità fl-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni mill-Istati Uniti fejn is-CRS ikun l-istandard preferut; jappella sadanittant lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex, fejn xieraq, iqisu kontromiżuri, bħal taxxa minn ras il-għajn, biex jassigura kundizzjonijiet ekwi jekk l-Istati Uniti ma jiżgurawx reċiproċità fil-qafas tal-FATCA;

307.

Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri sabiex jissorveljaw id-dispożizzjonijiet il-ġodda dwar it-taxxa korporattiva ta' pajjiżi li jikkooperaw mal-UE abbażi ta' ftehim internazzjonali (144);

6.1.    Rifuġji u ġurisdizzjoni tat-taxxa li jiffaċilitaw ippjanar aggressiv tat-taxxa fi ħdan u barra l-UE

308.

Ifakkar fl-importanza ta' lista komuni tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa (minn hawn' il quddiem “il-lista tal-UE”) ibbażata fuq kriterji komprensivi, trasparenti, robusti, verifikabbli b'mod oġġettiv u komunement aċċettati, li jiġu aġġornati regolarment;

309.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-proċess ta' elenkar inizjali tal-UE kkunsidra biss pajjiżi terzi; jinnota li l-Kummissjoni, fi ħdan il-qafas tas-Semestru Ewropew, identifikat nuqqasijiet f'xi sistemi tat-taxxa tal-Istati Membri u li b'hekk jiffaċilitaw l-ippjanar aggressiv tat-taxxa; jilqa', madankollu, id-dikjarazzjoni li saret mill-President tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta rigward it-Tassazzjoni tal-Impriżi matul is-seduta tal-Kumitat TA X 3 tal-10 ta' Ottubru 2018 dwar il-possibbiltà tal-iskrinjar tal-Istati Membri kontra l-istess kriterji stabbiliti għal-lista tal-UE fil-kuntest tar-reviżjoni tal-mandat tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (145);

310.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni mill-Kunsill tal-ewwel lista tal-UE fil-5 ta' Diċembru 2017 u l-monitoraġġ li għaddej bħalissa tal-impenji magħmula minn pajjiżi terzi; jinnota li l-lista ġiet aġġornata diversi drabi abbażi tal-valutazzjoni ta' dawn l-impenji u, b'konsegwenza ta' dan, tneħħew diversi pajjiżi; jinnota li bħala konsegwenza tar-reviżjoni tat-12 ta' Marzu 2019 il-lista issa hija magħmula mill-ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ġejjin: is-Samoa Amerikana, Aruba, Guam, Barbados, Belize, Bermuda, Dominica, Fiġi, il-Gżejjer Marshall, l-Oman, Samoa, Trinidad u Tobago, l-Emirati Għarab Magħquda, il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti u Vanuatu;

311.

Josserva li żdiedu żewġ ġurisdizzjonijiet oħrajn mal-lista l-griża (l-Awstralja u l-Costa Rica) (146);

312.

Josserva li fi tmien ekonomiji ta' tranżitu kbar – in-Netherlands, il-Lussemburgu, Hong Kong, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi, Bermuda, il-Gżejjer Cayman, l-Irlanda u Singapore – hemm aktar minn 85 % tal-invesitmenti globali fl-entitajiet bi skop speċjali, li spiss jiġu stabbiliti għal raġunijiet marbuta mat-taxxa (147); jiddispjaċih li ġurisdizzjoni waħda biss minnhom (Bermuda) hija attwalment imniżżla fil-lista ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa (148);

313.

Jissottolinja li l-proċessi ta' skrinjar u monitoraġġ mhumiex trasparenti u li mhuwiex ċar jekk sarx progress reali fir-rigward ta' dawk il-pajjiżi li tneħħew mil-lista;

314.

Jissottolinja li din il-valutazzjoni tal-Kunsill u l-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta tiegħu rigward it-Tassazzjoni tal-Impriżi hija bbażata fuq kriterji li jirriżultaw minn tabella ta' valutazzjoni teknika tal-Kummissjoni u li l-Parlament ma kellu ebda involviment legali f'dan il-proċess; jappella, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jinformaw lill-Parlament fid-dettall qabel kwalunkwe bidla proposta fil-lista; jappella lill-Kunsill jippubblika rapport ta' progress regolari dwar il-ġurisdizzjonijiet elenkati fil-lista s-sewda u l-griża bħala parti mill-aġġornament regolari mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta lill-Kunsill;

315.

Jappella lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jaħdmu fuq metodoloġija ambizzjuża u oġġettiva li ma tiddependix fuq l-impenji iżda fuq valutazzjoni tal-effetti ta' leġiżlazzjoni implimentata kif xieraq u adatt f'dawk il-pajjiżi;

316.

Jiddispjaċih ħafna dwar in-nuqqas ta' trasparenza matul il-proċess inizjali tal-elenkar u jiddeplora l-applikazzjoni mhux oġġettiva tal-kriterji tal-elenkar stabbiliti mill-ECOFIN; jinsisti li l-proċess għandu jkun ħieles minn kwalunkwe interferenza politika; jilqa', madankollu, it-titjib fit-trasparenza li sar permezz tal-iżvelar tal-ittri mibgħuta lill-ġurisdizzjonijiet analizzati mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta, kif ukoll is-sett ta' ittri ta' impenn riċevuti; jappella sabiex il-bqija tal-ittri kollha mhux żvelati jsiru disponibbli għall-pubbliku biex jiġu żgurati skrutinju u implimentazzjoni xierqa tal-impenji; huwa tal-fehma li dawk il-ġurisdizzjonijiet li jirrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni tagħhom għad-divulgazzjoni tal-impenji tagħhom, iqajmu suspett pubbliku li ma jkunux kooperattivi fi kwistjonijiet tat-taxxa;

317.

Jilqa' l-kjarifiki reċenti mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta dwar il-kriterji ta' tassazzjoni ġusta, speċjalment fir-rigward tan-nuqqas ta' sustanza ekonomika għall-ġurisdizzjonijiet li m'għandhom l-ebda rata ta' taxxa korporattiva jew rata qrib iż-0 %; jappella lill-Istati Membri jaħdmu favur it-titjib gradwali tal-kriterji ta' elenkar tal-UE biex ikopru l-prattiki dwar it-taxxa dannużi kollha (149), notevolment billi jinkludu analiżi ekonomika dettaljata li tħares lejn l-iffaċilitar tal-evitar tat-taxxa u rata tat-taxxa ta' 0 % jew nuqqas ta' taxxa korporattiva fuq l-introjtu bħala kriterju indipendenti;

318.

Jilqa' l-istandard globali l-ġdid tal-OECD dwar l-applikazzjoni tal-fattur ta' attivitajiet sostanzjali għal ebda ġurisdizzjoni tat-taxxa jew ġurisdizzjonijiet tat-taxxa nominali biss (150), ispirat fil-parti l-kbira tiegħu mill-ħidma tal-UE fuq il-proċess tal-elenkar tal-UE (151); jappella lill-Istati Membri jinkoraġġixxu lill-G20 jirriforma l-kriterji tal-lista s-sewda tal-OECD biex din tmur lil hinn mit-trasparenza pura tat-taxxa u tindirizza wkoll l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa;

319.

Jinnota u jilqa' l-ħidma mwettqa mit-timijiet ta' negozjar tal-UE u tar-Renju Unit dwar il-kwistjoni tat-tassazzjoni, kif indikat fl-Anness IV tal-abbozz ta' ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (152); jinsab imħasseb dwar id-diverġenzi possibbli li għandhom imnejn jitfaċċaw saħansitra fuq perjodu qasir wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE rigward politiki kontra l-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa bejn ir-Renju Unit u l-UE, li jkunu jikkostitwixxu riskji ġodda mil-lat tal-ekonomija, tat-tassazzjoni u tas-sigurtà; jappella biex il-Kummissjoni u l-Kunsill jirreaġixxu minnufih għal kwalunkwe riskju ta' dan it-tip u jiżguraw li l-interessi tal-UE jkunu protetti;

320.

Ifakkar li, skont l-Artikolu 79 tad-dikjarazzjoni politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit (153), ir-relazzjoni futura għandha tiżgura kompetizzjoni miftuħa u ġusta permezz ta' dispożizzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat, il-kompetizzjoni, l-istandards soċjali u tal-impjieg, l-istandards ambjentali, it-tibdil fil-klima u kwistjonijiet ta' taxxa rilevanti; jinnota bi tħassib it-tħabbira tal-Prim Ministru Brittaniku, Theresa May, li “l-aktar livell baxx ta' taxxa korporattiva fil-G20” se jiġi introdott fir-Renju Unit; jappella biex ir-Renju Unit jibqa' sieħeb b'saħħtu fl-isforz globali biex tiġi żgurata tassazzjoni aħjar u aktar effiċjenti u fil-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja bħala membru tal-komunità internazzjonali; jappella biex il-Kummissjoni u l-Kunsill jinkludu lir-Renju Unit fil-valutazzjoni tal-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx u l-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet b'nuqqasijiet fir-reġimi tagħhom għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, inkluż monitoraġġ dettaljat tar-relazzjonijiet ekonomiċi tiegħu mad-dipendenzi tal-kuruna u t-territorji extra-Ewropej tiegħu, hekk kif ir-Renju Unit isir pajjiż terz;

321.

Jenfasizza li, minkejja l-iżviluppi li jseħħu wara l-iskadenza għall-ħruġ tiegħu, ir-Renju Unit se jibqa' membru tal-OECD marbut mir-rakkomandazzjonijiet tal-Pjan ta' Azzjoni tal-OECD dwar il-BEPS u miżuri oħra ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa;

322.

Jappella, fil-każ speċifiku tal-Iżvizzera, li għaliha ma hija prevista l-ebda skadenza preċiża minħabba ftehim preċedenti bejn l-Iżvizzera u l-UE, biex il-pajjiż jitqiegħed fl-Anness I sa tmiem l-2019, diment li sa dak iż-żmien, wara l-proċedura eskalanti xierqa, l-Iżvizzera ma tħassarx is-sistemi tat-taxxa tagħha li mhumiex konformi, li jippermettu trattament inugwali ta' introjtu barrani u nazzjonali kif ukoll benefiċċji tat-taxxa għal ċerti tipi ta' kumpaniji;

323.

Jinnota bi tħassib li pajjiżi terzi jistgħu jirrevokaw sistemi tat-taxxa li mhumiex konformi iżda jibdluhom b'oħrajn ġodda li huma potenzjalment ta' ħsara għall-UE; jisħaq fuq li dan jista' jkun partikolarment minnu fil-każ tal-Iżvizzera; jappella lill-Kunsill biex jirrivaluta sew lill-Iżvizzera u lil kwalunkwe pajjiż terz ieħor (154) li jintroduċi bidliet leġiżlattivi simili (155);

324.

Jinnota li n-negozjati bejn l-UE u l-Iżvizzera dwar ir-reviżjoni tal-approċċ bilaterali għal aċċess tas-suq reċiproku għadhom għaddejjin; jappella lill-Kummissjoni tiżgura li l-ftehim finali bejn l-UE u l-Iżvizzera jinkludi klawżola ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa li tinkludi regoli speċifiċi dwar l-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' vantaġġ tat-taxxa, l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar it-tassazzjoni, l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja, fejn xieraq, u d-dispożizzjonijiet dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus; jitlob li n-negozjaturi tal-UE jiffinalizzaw ftehim li, fost oħrajn, jelimina n-nuqqasijiet (156) fis-sistema superviżorja tal-Iżvizzera u jipproteġi lill-informaturi;

325.

Jilqa' l-lista riveduta tal-UE tat-12 ta' Marzu 2019 (157); jilqa' l-ħruġ tal-valutazzjoni dettaljata tal-impenji u r-riformi tal-ġurisdizzjonijiet li kienu elenkati fl-Anness II meta nħarġet l-ewwel lista tal-UE fil-5 ta' Diċembru 2017; jilqa' l-fatt li l-ġurisdizzjonijiet li kienu elenkati preċedentement fl-Anness II bis-saħħa tal-impenji meħuda fl-2017 issa qegħdin elenkati fl-Anness I minħabba li r-riformi ma ġewx implimentati sal-aħħar tal-2018 jew skont iż-żmien miftiehem;

326.

Jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-residenti Awstrijaċi li għandhom kontijiet bankarji ma' istituzzjonijiet ta' kreditu fil-Liechtenstein ma jiġux affettwati mill-Att dwar l-Istandards Komuni ta' Rappurtar jekk id-dħul minn kapital tagħhom jiġi minn strutturi tal-assi (fondazzjonijiet privati, stabbilimenti, trusts u oħrajn simili), u l-istituzzjoni ta' kreditu fil-Liechtenstein tieħu ħsieb it-tassazzjoni b'mod konformi mat-trattati bilaterali; jappella lill-Awstrija tibdel din il-liġi f'dan ir-rigward sabiex tagħlaq il-lakuna tas-CRS;

327.

Jinnota, pereżempju, li skont id-data tal-OECD dwar investiment IDB, il-Lussemburgu u n-Netherlands flimkien għandhom aktar investiment esoġenu mill-Istati Uniti, b'parti sostanzjali minnu fl-entitajiet bi skop speċjali b'ebda attività ekonomika sostanzjali evidenti, u li l-Irlanda għandha aktar investiment esoġenu mill-Ġermanja jew Franza; jiġbed l-attenzjoni li, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tiegħu, l-investiment barrani f'Malta jammonta għal 1 474 % tad-daqs tal-ekonomija tagħha;

328.

Ifakkar fi studju ta' riċerka li juri l-evitar tat-taxxa permezz ta' sitt Stati Membri tal-UE jirriżulta fit-telf ta' dħul mit-taxxa ta' EUR 42,8 biljun fit-22 Stat Membru l-ieħor (158), u dan ifisser li l-qagħda ta' pagament nett ta' dawn il-pajjiżi tista' tpatti għat-telf li jikkawżaw fuq il-bażi għat-taxxa ta' Stati Membri oħra; jinnota, pereżempju, li n-Netherlands jimponu kost nett fuq l-Unjoni kollha kemm hi ta' EUR 11,2-il biljun euro, u dan ifisser li l-pajjiż qed iċaħħad lil Stati Membri oħra mill-introjtu mit-taxxa għall-benefiċċju tal-kumpaniji multinazzjonali u l-azzjonisti tagħhom;

329.

Ifakkar li, sabiex tittejjeb il-ġlieda tal-Unjoni u tal-Istati Membri kontra l-frodi tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ħasil tal-flus, id-data kollha disponibbli, inkluża d-data makroekonomika, trid tintuża b'mod effettiv;

330.

Ifakkar li l-Kummissjoni kkritikat seba' Stati Membri (159) – il-Belġju, Ċipru, l-Ungerija, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Malta u n-Netherlands – għan-nuqqasijiet fis-sistemi tat-taxxa tagħhom li jiffaċilitaw l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u li b'hekk idgħajfu l-integrità tas-suq uniku Ewropew; huwa tal-fehma li dawn il-ġurisdizzjonijiet jistgħu jitqiesu wkoll li jiffaċilitaw l-ippjanar aggressiv tat-taxxa fuq skala globali; jenfasizza li l-Kummissjoni rrikonoxxiet li wħud mill-Istati Membri msemmija qabel ħadu miżuri biex itejbu s-sistemi tat-taxxa tagħhom biex jindirizzaw il-kritika espressa mill-Kummissjoni (160); jinnota li studju ta' riċerka reċenti identifika ħames Stati Membri tal-UE bħala rifuġji fiskali korporattivi: Ċipru, l-Irlanda, il-Lussemburgu, Malta u n-Netherlands; jenfasizza li l-kriterji u l-metodoloġija użati biex jintgħażlu dawk l-Istati Membri kienu jinkludu valutazzjoni komprensiva tal-prattiki tat-taxxa dannużi tagħhom, il-miżuri li jiffaċilitaw l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u d-distorsjoni tal-flussi ekonomiċi abbażi tad-data tal-Eurostat, inkluża taħlita ta' flussi għoljin ta' dividendi, mgħaxijiet, royalties u investimenti diretti barranin endoġeni u esoġeni; jappella biex il-Kummissjoni fil-preżent tqis mill-anqas dawn il-ħames Stati Membri bħala rifuġji fiskali tal-UE sakemm jiġu implimentati riformi fiskali sostanzjali (161);

331.

Jitlob lill-Kunsill joħroġ valutazzjoni dettaljata ta' impenji minn ġurisdizzjonijiet li impenjaw ruħhom b'mod volontarju għal riforma u li ġew elenkati fl-Anness II meta nħarġet għall-ewwel darba l-lista tal-UE fil-5 ta' Diċembru 2017;

6.2.    Kontromiżuri

332.

Iġedded l-appell tiegħu lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jieħdu kontromiżuri effettivi u dissważivi kontra ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx bil-għan li jingħata inċentiv għal kooperazzjoni tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa u għal konformità mill-pajjiżi inklużi fl-Anness I tal-lista tal-UE;

333.

Jiddeplora l-fatt li l-maġġoranza tal-kontromiżuri proposti mill-Kunsill jitħallew għad-diskrezzjoni nazzjonali; jinnota bi tħassib li waqt is-seduta tal-Kumitat TA X 3 tat-15 ta' Mejju 2018, xi esperti (162) aċċentwaw il-fatt li kontromiżuri jaf ma joffrux biżżejjed inċentiv lill-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx sabiex ikunu konformi, billi “l-lista tal-UE ma tinkludix uħud mill-aktar rifuġji fiskali magħrufa”; jemmen li dan idgħajjef il-kredibilità tal-proċess tal-elenkar, hekk kif indikaw ukoll xi esperti;

334.

Jappella lill-Istati Membri jadottaw ġabra unika ta' kontromiżuri b'saħħithom, bħal taxxi minn ras il-għajn, l-esklużjoni minn sejħiet għal offerti ta' akkwist pubbliku, aktar rekwiżiti ta' verifika u regoli awtomatiċi dwar CFC għall-kumpaniji li jinsabu f'ġurisdizzjonijiet elenkati li ma jikkooperawx sakemm il-kontribwenti ma jkollhomx attivitajiet ekonomiċi ġenwini hemmhekk;

335.

Jistieden kemm lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll lill-kontribwenti jikkooperaw biex jinġabru l-fatti rilevanti f'każ li l-kumpanija kkontrollata minn barra l-pajjiż twettaq attività ekonomika sostanzjali u jkollha preżenza ekonomika sostanzjali appoġġjata minn persunal, tagħmir, assi u bini, kif evidenzjat mill-fatti u ċ-ċirkostanzi rilevanti;

336.

Jinnota li l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jaf ma jkollhomx ir-riżorsi biex jimplimentaw standards tat-taxxa internazzjonali jew Ewropej li jkun għadu kemm intlaħaq qbil dwarhom; jappella lill-Kunsill, għaldaqstant, jeskludi kontromiżuri bħat-tnaqqis fl-għajnuna għall-iżvilupp;

337.

Jinnota li l-kontromiżuri huma essenzjali fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-ħasil tal-flus; jinnota wkoll li l-influwenza ekonomika tal-Unjoni Ewropea tista' sservi biex tiskoraġġixxi lill-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx u lill-kontribwenti milli jisfruttaw id-diskrepanzi tat-taxxa u l-prattiki dwar it-taxxa dannużi li dawn il-ġurisdizzjonijiet joffru;

338.

Jappella lill-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej (163) jikkunsidraw l-applikazzjoni ta' diliġenza dovuta rinforzata u msaħħa fuq bażi ta' proġett bi proġett għall-ġurisdizzjonijiet elenkati fl-Anness II tal-lista tal-UE sabiex jiġi evitat li l-fondi tal-UE jiġu investiti jew mgħoddija permezz ta' entitajiet f'pajjiżi terzi li ma jikkonformawx mal-istandards tat-taxxa tal-UE; jinnota l-fatt li l-BEI approva l-politika ta' grupp riveduta tiegħu dwar ġurisdizzjonijiet li huma rregolati b'mod dgħajjef, li mhumiex trasparenti u li ma jikkooperawx u dwar il-governanza tajba tat-taxxa u jappella biex din il-politika tiġi aġġornata regolarment u tinkludi aktar rekwiżiti ta' trasparenza skont l-istandards tal-UE; jappella biex il-BEI jippubblika din il-politika malli tiġi adottata; jappella biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi u biex l-istess livell ta' standards jiġi applikat fl-istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej kollha;

6.3.    Pożizzjoni tal-UE bħala protagonista globali

339.

Itenni t-talba tiegħu biex l-UE u l-Istati Membri tagħha jkollhom, permezz ta' koordinazzjoni ex ante, rwol ta' protagonisti fil-ġlieda globali kontra l-evażjoni tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-ħasil tal-flus, b'mod partikolari permezz ta' inizjattivi tal-Kummissjoni fil-fora internazzjonali kollha relatati, inkluż fin-NU, fil-G20 u fl-OECD, li kellhom rwol ċentrali fil-kwistjonijiet tat-taxxa, b'mod partikolari wara l-kriżi finanzjarja internazzjonali;

340.

Ifakkar li l-politiki multilaterali u l-kooperazzjoni internazzjonali bejn il-pajjiżi, inklużi l-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, għadhom il-mezz preferut biex jinkisbu riżultati konkreti filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju ta' reċiproċità; jiddispjaċih dwar il-fatt li xi proposti leġiżlattivi, li jmorru lil hinn mir-rakkomandazzjonijiet tal-OECD dwar il-BEPS u li jistgħu jservu bħala bażi għal aktar ħidma produttiva fil-livell internazzjonali, jinsabu wieqfa fi ħdan il-Kunsill;

341.

Jemmen li l-ħolqien ta' korp intergovernattiv tat-taxxa fi ħdan il-qafas tan-NU, li għandu jkun mgħammar tajjeb u jkollu biżżejjed riżorsi u fejn xieraq setgħat ta' infurzar, jiżgura li l-pajjiżi kollha jkunu jistgħu jipparteċipaw fuq bażi ugwali fil-formulazzjoni u r-riforma tal-aġenda globali tat-taxxa (164) sabiex jiġu missielta b'mod effettiv il-prattiki dwar it-taxxa dannużi u tiġi żgurata allokazzjoni adegwata tad-drittijiet ta' tassazzjoni; jieħu nota tal-appelli reċenti biex il-Kumitat tal-Esperti tan-NU dwar il-Kooperazzjoni Internazzjonali fi Kwistjonijiet Fiskali jiġi promoss għal Korp Dinji tat-Taxxa intergovernattiv tan-NU (165); jisħaq fuq li l-Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tan-NU jiżgura distribuzzjoni aktar ġusta ta' drittijiet ta' impożizzjoni ta' taxxi bejn pajjiżi ta' oriġini u ta' residenza;

342.

Jappella li jkun hemm summit intergovernattiv dwar il-bqija tar-riformi tat-taxxa globali meħtieġa sabiex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali u ssir pressjoni fuq il-pajjiżi kollha, b'mod partikolari ċ-ċentri finanzjarji tagħhom, biex jikkonformaw mal-istandards ta' trasparenza u tassazzjoni ġusta; jappella lill-Kummissjoni tieħu l-inizjattiva għal tali summit u biex waqt is-summit jingħata bidu għat-tieni ġabra ta' riformi internazzjonali tat-taxxa bħala segwitu għall-pjan ta' azzjoni dwar il-BEPS u biex dan tal-aħħar jippermetti l-istabbiliment tal-korp intergovernattiv tat-taxxa msemmi hawn fuq;

343.

Jieħu nota tal-azzjoni u l-kontribut tal-Kummissjoni għall-OECD, il-Forum Globali dwar it-Trasparenza u l-Iskambju tal-Informazzjoni u l-Qafas Inklużiv dwar il-BEPS, jiġifieri l-promozzjoni ta' standards ogħla ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa globalment, filwaqt li jiġi żgurat li l-istandards internazzjonali ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa jkomplu jiġu rrispettati b'mod sħiħ fi ħdan l-UE;

6.4.    Pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp

344.

Jemmen li l-appoġġ lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, kif ukoll il-korruzzjoni u s-segretezza li jiffaċilitaw il-flussi finanzjarji illeċiti, huwa tal-akbar importanza għat-tisħiħ tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp fl-UE u għat-titjib tal-kapaċità u l-abbiltà tat-taxxa tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex jimmobilizzaw ir-riżorsi proprji għal żvilupp ekonomiku sostenibbli; jisħaq fuq il-ħtieġa li jiżdied is-sehem tal-assistenza finanzjarja u teknika tal-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp sabiex jinħolqu oqfsa tat-taxxa legali li jkunu stabbli u moderni;

345.

Jilqa' l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Unjoni Afrikana (UA) bħala parti mill-Inizjattiva Fiskali ta' Addis Ababa (ATI), l-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi (EITI) u l-Proċess ta' Kimberley; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw lill-pajjiżi tal-UA fl-implimentazzjoni ta' politiki dwar it-trasparenza; iħeġġeġ, f'dan ir-rigward, lill-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali u reġjonali sabiex ikollhom skambju awtomatiku tal-informazzjoni; ifakkar fil-konvenjenza ta' kooperazzjoni mill-qrib u msaħħa bejn l-Interpol u l-Afripol;

346.

Ifakkar fil-ħtieġa għall-Istati Membri, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni, li jwettqu analiżi regolari tal-effetti konsegwenzjali tal-impatt materjali tal-politiki dwar it-taxxa u t-trattati bilaterali dwar it-taxxa fuq Stati Membri oħra u pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, filwaqt li jirrikonoxxi li saret xi ħidma f'dan ir-rigward fi ħdan il-qafas tal-Pjattaforma għal Governanza Tajba fil-Qasam tat-Taxxa; jappella lill-Istati Membri kollha jwettqu dawn l-analiżi tal-effetti konsegwenzjali taħt is-superviżjoni tal-Kummissjoni;

347.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jirrevedu u jaġġornaw il-ftehimiet bilaterali dwar it-taxxa bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi sabiex jagħlqu l-lakuni li jinċentivaw il-prattiki ta' kummerċ immexxija mit-taxxa bl-iskop ta' evitar tat-taxxa;

348.

Ifakkar fil-ħtieġa li jitqiesu l-karatteristiċi ġuridiċi u l-vulnerabbiltajiet speċifiċi tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, b'mod partikolari fil-kuntest tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni, jiġifieri f'termini tal-perjodu ta' tranżizzjoni u l-ħtieġa tagħhom għal appoġġ fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħhom;

349.

Jinnota li hija meħtieġa kollaborazzjoni aktar stretta mal-organizzazzjonijiet reġjonali, b'mod partikolari mal-UA sabiex jiġu miġġielda l-flussi finanzjarji illegali u l-korruzzjoni fis-setturi privati u pubbliċi;

350.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-parteċipazzjoni fuq bażi ugwali tal-pajjiżi kollha involuti fil-Qafas Inklużiv, li jlaqqa' flimkien aktar minn 115-il pajjiż u ġurisdizzjoni biex jikkollaboraw fl-implimentazzjoni tal-Pakkett dwar il-BEPS tal-OECD/G20; jappella lill-Istati Membri jappoġġjaw riforma kemm tal-mandat kif ukoll tal-funzjonament tal-Qafas Inklużiv sabiex jiġi żgurat li l-interessi tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jiġu kkunsidrati; ifakkar, madankollu, fl-esklużjoni ta' aktar minn 100 pajjiż fil-fażi tal-iżvilupp min-negozjati tal-azzjonijiet tal-BEPS;

351.

Jirrikonoxxi li s-sistemi tar-rifuġji fiskali jeżistu wkoll fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; jilqa' l-proposta tal-Kummissjoni għal kooperazzjoni msaħħa ma' pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu u, b'mod partikolari, fil-ħolqien ta' liċenzja tal-importazzjoni għall-antikitajiet;

352.

Ifakkar li l-għajnuna pubblika għall-iżvilupp intiż għat-tnaqqis tal-faqar għandha tiġi indirizzata aktar lejn l-implimentazzjoni ta' qafas regolatorju xieraq u li l-amministrazzjoni tat-taxxa u l-istituzzjonijiet responsabbli għall-ġlieda kontra l-flussi finanzjarji illeċiti jiġu msaħħa; jappella sabiex din l-għajnuna tingħata fl-għamla ta' għarfien espert tekniku dwar il-ġestjoni tar-riżorsi, l-informazzjoni finanzjarja u r-regoli kontra l-korruzzjoni; jappella sabiex din l-għajnuna tiffavorixxi wkoll il-kooperazzjoni reġjonali kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa u l-ħasil tal-flus; jenfasizza li din l-għajnuna għandha tinkludi appoġġ għas-soċjetà ċivili u l-midja fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp biex jiġi żgurat skrutinju pubbliku fuq il-politiki nazzjonali dwar it-taxxa;

353.

Jistenna li l-Kummissjoni tipproponi riżorsi adegwati biex timplimenta l-approċċ “Iġbor Aktar – Onfoq Aħjar”, b'mod partikolari permezz tal-programmi emblematiċi tagħha (166);

354.

Jappella għal azzjoni esterna miftiehma bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha fil-livelli kollha tal-politika, biex jipprovdu lill-pajjiżi terzi u b'mod partikolari lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp l-għodod biex isaħħu l-iżvilupp ekonomiku bbilanċjat u jevitaw dipendenza fuq settur wieħed, b'mod partikolari dak finanzjarju;

355.

Ifakkar fil-bżonn ta' trattament ġust tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp meta jkunu qegħdin jinnegozjaw trattati dwar it-taxxa, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni partikolari tagħhom u tiġi żgurata allokazzjoni ġusta tad-drittijiet ta' impożizzjoni ta' taxxi skont l-attività ekonomika ġenwina u l-ħolqien tal-valur; jappella, f'dan ir-rigward, sabiex l-aderenza mal-Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa tan-NU titqies bħala l-istandard minimu u li tiġi żgurata t-trasparenza fin-negozjati tat-trattati; jirrikonoxxi li l-Mudell ta' Trattat dwar it-Taxxa tal-OECD jagħti aktar drittijiet lill-pajjiż ta' residenza;

356.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dispożizzjonijiet kontra r-reati finanzjarji, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa fit-trattat li għandu jiġi nnegozjat mal-pajjiżi tal-AKP hekk kif fi Frar 2020 jiskadi l-Ftehim ta' Cotonou attwali; jinnota l-importanza partikolari tat-trasparenza fi kwistjonijiet tat-taxxa sabiex dawn id-dispożizzjonijiet jiġu implimentati b'mod effettiv;

6.5.    Ftehimiet tal-UE ma' pajjiżi terzi

357.

Ifakkar li l-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa hija sfida globali li teħtieġ, fuq kollox, soluzzjonijiet globali; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu li klawżola ta' “governanza tajba fil-qasam tat-taxxa” għandha tiġi inkluża b'mod sistematiku fil-ftehimiet rilevanti ġodda tal-UE ma' pajjiżi terzi sabiex jiġi żgurat li dawn il-ftehimiet ma jkunux jistgħu jintużaw ħażin minn kumpaniji jew intermedjarji biex jevitaw jew jevadu t-taxxi jew għall-ħasil ta' rikavat illeċitu, mingħajr ma jfixklu l-kompetenzi esklużivi tal-UE; huwa tal-fehma li din il-klawżola għandha tinkludi regoli speċifiċi dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' benefiċċju fuq it-taxxa, rekwiżiti ta' trasparenza u dispożizzjonijiet għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus;

358.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw ir-relazzjonijiet bilaterali tagħhom mal-pajjiżi terzi rispettivi b'mod ikkoordinat u bl-appoġġ tal-Kummissjoni, jekk ikun xieraq, biex jistabbilixxu aktar kooperazzjoni bilaterali bejn l-UIF, l-awtoritajiet tat-taxxa u l-awtoritajiet kompetenti fil-ġlieda kontra l-kriminalità finanzjarja;

359.

Jinnota li, b'mod parallel mal-ftehimiet politiċi li jinkludu din il-klawżola ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa, il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles (FTAs) tal-UE jinkludu eċċezzjonijiet fit-taxxa li jipprovdu spazju politiku għall-implimentazzjoni tal-approċċ tal-UE fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-ħasil tal-flus, pereżempju billi ssir insistenza fuq il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa u permezz tal-użu effikaċi tal-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx; jinnota wkoll li l-FTAs għandhom ukoll l-għan li jippromwovu l-istandards internazzjonali rilevanti u l-infurzar tagħhom f'pajjiżi terzi;

360.

Iqis li l-UE m'għandhiex tikkonkludi ftehimiet ma' ġurisdizzjonijiet tat-taxxa li ma jikkooperawx kif jidhru fl-Anness I tal-lista tal-UE sakemm il-ġurisdizzjoni tkun konformi mal-istandards tal-UE ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa; jappella lill-Kummissjoni tinvestiga jekk in-nuqqas ta' konformità mal-istandards tal-UE ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa jaffettwax il-funzjonament xieraq tal-FTAs jew tal-ftehimiet politiċi f'każijiet fejn ftehim ikun diġà ġie ffirmat;

361.

Ifakkar li l-klawżoli dwar il-governanza tajba fil-qasam tat-taxxa u dwar it-trasparenza, kif ukoll l-iskambju ta' informazzjoni, għandhom jiġu inklużi fil-ftehimiet rilevanti l-ġodda kollha tal-UE mal-pajjiżi terzi, u għandhom jiġu nnegozjati bħala parti mir-reviżjoni ta' ftehimiet eżistenti, bil-ħsieb tal-fatt li dawn huma strumenti ewlenin tal-politika esterna tal-UE iżda minkejja dan jiddependu fuq il-qasam ta' politika speċifiku u jinvolvu livelli ta' kompetenza differenti;

6.6.    Trattati bilaterali fil-qasam tat-taxxa konklużi mill-Istati Membri

362.

Jinnota li xi esperti jqisu li ħafna trattati fil-qasam tat-taxxa konklużi mill-Istati Membri tal-UE fis-seħħ bħalissa jirrestrinġu d-drittijiet tat-taxxa ta' pajjiżi bi dħul baxx u dawk bi dħul baxx-medju (167); jitlob li meta jinnegozjaw trattati dwar it-taxxa, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jikkonformaw mal-prinċipju ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp stabbilit fl-Artikolu 208 TFUE; jissottolinja li hija l-prerogattiva tal-Istati Membri li jikkonkludu trattati dwar it-taxxa;

363.

Jinnota li l-intensità tat-telf minħabba l-evitar tat-taxxa hija sostanzjalment akbar f'pajjiżi b'introjtu baxx u medju, b'mod speċjali fl-Afrika sub-Saħarjana, fl-Amerka Latina u l-Karibew, u fl-Asja t'Isfel aktar minn reġjuni oħra (168); jitlob lill-Istati Membri, għaldaqstant, jinnegozjaw mill-ġdid it-trattati bilaterali dwar it-taxxa tagħhom ma' pajjiżi terzi bil-għan li jintroduċu klawżoli kontra l-abbuż, jipprevjenu “għażla opportunistika tat-trattati” u ġirja lejn l-aktar livell baxx fost il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

364.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi t-trattati kollha fil-qasam tat-taxxa fis-seħħ u ffirmati mill-Istati Membri ma' pajjiżi terzi biex tiżgura li kollha huma konformi ma' standards globali ġodda bħall-Konvenzjoni Multilaterali biex jiġu Implimentati Miżuri Relatati mat-Trattat dwar it-Taxxa biex jiġu Evitati l-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt (“MLI”); jinnota li l-MLI tirrappreżenta standards ibbażati fuq l-OECD li ma ġewx stabbiliti b'kunsiderazzjoni għall-ħtiġijiet u l-isfidi ta' pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar it-trattati bilaterali eżistenti tagħhom fil-qasam tat-taxxa biex jiġi żgurat li dawn jinkludu regoli ġenerali kontra l-abbuż, li jħarsu lejn l-attività ekonomika ġenwina u l-ħolqien tal-valur;

365.

Jinsab konxju li trattati bilaterali dwar it-taxxa ma jirriflettux ir-realtà attwali ta' ekonomiji diġitalizzati; jappella lill-Istati Membri jaġġornaw it-trattati bilaterali dwar it-taxxa tagħhom abbażi tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (169);

6.7.    Tassazzjoni Doppja

366.

Jilqa' l-qafas imsaħħaħ dwar l-evitar tan-nontassazzjoni doppja; jenfasizza li l-eliminazzjoni tat-tassazzjoni doppja hija ta' importanza kbira sabiex jiġi żgurat li kontribwenti onesti jiġu trattati b'mod ġust u li l-fiduċja tagħhom ma tiġix imdgħajfa; jappella lill-Istati Membri ikunu konformi mat-trattati kontra t-tassazzjoni doppja tagħhom u jikkooperaw b'mod sinċier u mgħaġġel f'każijiet irrapportati ta' tassazzjoni doppja;

367.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/1852 tal-10 ta' Ottubru 2017 dwar mekkaniżmi għas-soluzzjoni tat-tilwim dwar it-taxxa fl-UE, li timplimenta l-istandard stabbilit fl-azzjoni 14 dwar il-BEPS; jirrimarka li l-iskadenza għall-implimentazzjoni tad-direttiva (30 ta' Ġunju 2019) għadha ma skadietx u li d-dispożizzjonijiet jeħtieġ li jiġu mmonitorjati sabiex jiġi żgurat li huma effiċjenti u effikaċi;

368.

Jistieden lill-Kummissjoni tiġbor u tirrilaxxa informazzjoni dwar l-għadd ta' tilwim dwar it-taxxa ppreżentati u solvuti, elenkati skont it-tip ta' tilwima kull sena u skont il-pajjiżi involuti, sabiex jiġi ssorveljat il-mekkaniżmu u jiġi żgurat li dan ikun effiċjenti u effikaċi;

6.8.    Ir-Reġjuni Ultraperiferiċi

369.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li r-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE jimplimentaw l-istandards minimi dwar il-BEPS, kif ukoll l-ATAD;

370.

Jinnota li l-Kummissjoni fetħet investigazzjoni fil-fond tal-applikazzjoni mill-Portugall għall-iskema ta' għajnuna reġjonali taż-Żona Ħielsa ta' Madeira (170);

7.    Intermedjarji

371.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-definizzjoni miftuħa kemm ta' “intermedjarju” (171) kif ukoll ta' “arranġament transfruntier rapportabbli” fid-DAC6 (172) li ġiet adottata reċentement; jitlob li l-karatteristiċi distintivi tad-DAC6 jiġu aġġornati sabiex ikopru, fost oħrajn, skemi ta' arbitraġġ ta' dividendi, inkluż l-għoti ta' rifużjonijiet tat-taxxa fuq dividendi u qligħ kapitali; jappella lill-Kummissjoni tirrivvaluta l-estensjoni tal-obbligu ta' rapportar ta' DAC6 għall-każijiet nazzjonali; ifakkar fl-obbligu tal-intermedjarji, skont id-DAC6, li jirrapportaw skemi bbażati fuq diskrepanzi strutturali fil-leġiżlazzjoni tat-taxxa lill-awtoritajiet tat-taxxa, b'mod partikolari fid-dawl tal-għadd dejjem akbar ta' strateġiji transkonfinali għall-evitar tat-taxxa; iqis li l-iskemi li l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jqisu bħala li huma ta' ħsara għandhom jiġu indirizzati u magħmula pubbliċi b'mod anonimu;

372.

Itenni li l-intermedjarji għandhom rwol kruċjali fl-iffaċilitar tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u jenħtieġ li jinżammu responsabbli għal dawn l-azzjonijiet;

373.

Itenni l-ħtieġa għal kooperazzjoni msaħħa bejn l-amministrazzjonijiet tat-taxxa u s-superviżuri finanzjarji għal sorveljanza konġunta u effettiva tar-rwol ta' intermedjarji finanzjarji u fid-dawl tal-fatt li xi strumenti finanzjarji mmexxija mit-taxxa jistgħu joħolqu riskju għal-istabbiltà tas-suq finanzjarju u l-integrità tas-suq;

374.

Iqis li l-Unjoni jenħtieġ li tmexxi bl-eżempju, u jappella lill-Kummissjoni tiżgura li intermedjarji li jippromwovu ippjanar aggressiv tat-taxxa u evażjoni tat-taxxa ma jkollhomx rwoli ta' gwida jew konsulenza fit-tfassil tal-politika tal-Unjoni dwar dawn il-kwistjonijiet;

375.

Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu u jindirizzaw ir-riskji ta' kunflitti ta' interess li jirriżultaw mill-għoti ta' pariri legali, pariri dwar it-taxxa u servizzi ta' awditjar meta jkunu qegħdin jingħataw pariri kemm lill-klijenti korporattivi kif ukoll lill-awtoritajiet pubbliċi; jinnota li dan il-kunflitt ta' interess jista' jieħu diversi forom, bħal kuntratti tal-akkwist pubbliku li jirrikjedu l-provvista ta' parir imħallas għal dawn is-servizzi, għoti ta' parir informali jew mhux imħallas, gruppi konsultattivi u esperti uffiċjali jew revolving doors; jisħaq, għaldaqstant, fuq l-importanza ta' indikazzjoni trasparenti ta' liema servizzi huma pprovduti lil klijent partikolari u separazzjoni ċara bejn dawn is-servizzi; itenni t-talbiet tiegħu minn rapporti preċedenti (173) dwar din il-kwistjoni;

376.

Jilqa' l-monitoraġġ tal-infurzar tad-Direttiva 2014/56/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva 2006/43/KE dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati (174) u tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar rekwiżiti speċifiċi dwar l-awditjar statutorju ta' entitajiet ta' interess pubbliku u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/909/KE (175), b'mod partikolari d-dispożizzjoni dwar awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar li jwettqu awditi statutorji ta' entitajiet ta' interess pubbliku; jiġbed l-attenzjoni għall-ħtieġa li jiġi żgurat li r-regoli jiġu applikati kif suppost;

377.

Jappella lill-Istati Membri biex jikkunsidraw l-introduzzjoni ta' obbligu ta' rappurtar fiskali għall-intermedjarji fiskali u finanzjarji kollha msemmija fil-punt ta' azzjoni 12 tal-Proġett BEPS li jistipula li, matul l-attivitajiet professjonali tagħhom, għandhom ikunu konxji mill-eżistenza ta' tranżazzjonijiet, arranġamenti jew strutturi ta' natura abbużiva jew aggressiva;

378.

Jappella għal rotazzjoni tal-awdituri kull seba' snin biex jiġu evitati kunflitti ta' interess u li l-għoti ta' servizzi mhux tal-awditjar ikunu l-inqas livell possibbli;

379.

Itenni li l-istituzzjonijiet finanzjarji, il-konsulenti u intermedjarji oħra li konxjament, sistematikament u ripetutament jiffaċilitaw, jinvolvu ruħhom jew jipparteċipaw f'attivitajiet ta' ħasil tal-flus jew ta' evażjoni tat-taxxa, jew li jistabbilixxu uffiċċji, fergħat jew sussidjarji f'ġurisdizzjonijiet elenkati fl-UE biex joffru lill-klijenti tagħhom skemi ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa, għandhom jiffaċċjaw penali effettivi, proporzjonali u dissważivi; jappella sabiex il-liċenzji operattivi tan-negozju ta' dawn l-istituzzjonijiet u individwi jiġu soġġetti għal rieżami serju f'każ li jkunu nstabu ħatja li pparteċipaw f'imġiba frodulenti, jew li huma konxji li din qiegħda titwettaq mill-klijenti tagħhom, u fejn applikabbli jiġu soġġetti għal restrizzjonijiet fuq l-operat tagħhom fis-suq uniku;

380.

Jiġbed l-attenzjoni li s-segretezza professjonali ma tistax tintuża għall-finijiet tal-protezzjoni jew il-ħabi ta' prattiki illegali jew għall-ksur tal-ispirtu tal-liġi; iħeġġeġ li l-prinċipju tal-privileġġ bejn l-avukat u l-klijent jenħtieġ li ma jostakolax STRs adegwati jew ir-rappurtar ta' attivitajiet potenzjalment illegali oħra mingħajr preġudizzju għad-drittijiet iggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ġenerali tal-liġi kriminali;

381.

Jappella lill-Kummissjoni toħroġ gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-prinċipju tal-privileġġ legali għal professjonisti u biex tintroduċi linja ta' demarkazzjoni ċara bejn parir ġudizzjarju tradizzjonali u avukati li jaġixxu bħala operaturi finanzjarji, f'konformità mal-ġurisprudenza tal-qrati Ewropej;

8.    Il-protezzjoni tal-informaturi u tal-ġurnalisti

382.

Jemmen li l-protezzjoni tal-informaturi kemm fis-settur privat kif ukoll dak pubbliku hija ta' importanza kbira biex jiġi żgurat li l-attivitajiet illegali u l-abbuż tad-dritt jiġu evitati jew ma jiżdidux; jirrikonoxxi li l-informaturi għandhom rwol kruċjali fit-tisħiħ tad-demokrazija fis-soċjetajiet fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u reati serji oħra jew attivitajiet illegali u fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni; jisħaq fuq li l-informaturi ta' spiss huma sors kruċjali għall-ġurnaliżmu investigattiv u għaldaqstant għandhom jiġu protetti minn kull forma ta' fastidju u ta' ritaljazzjoni; jinnota l-importanza li kull mezz ta' rapportar ikun disponibbli;

383.

Iqis li huwa meħtieġ li tiġi protetta l-kunfidenzjalità tas-sorsi tal-ġurnaliżmu investigattiv, inklużi l-informaturi, jekk għandu jiġi ssalvagwardjat ir-rwol tal-ġurnaliżmu investigattiv bħala għassies fis-soċjetà demokratika;

384.

Iqis, għaldaqstant, li d-dmir tal-kunfidenzjalità jenħtieġ, għalhekk, li jiġi rinunzjat biss f'ċirkostanzi eċċezzjonali fejn l-iżvelar ta' informazzjoni relatat mad-data personali tal-persuna li tirrapporta huwa obbligu neċessarju u proporzjonat meħtieġ skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni fil-kuntest ta' investigazzjonijiet jew proċedimenti ġudizzjarji jew biex jiġu ssalvagwardjati l-libertajiet ta' oħrajn inkluż id-dritt tad-difiża tal-persuna kkonċernata, u f'kwalunkwe każ għandu jkun soġġett għal salvagwardji xierqa skont dawn il-liġijiet; iqis li jenħtieġ li jiġu pprovduti sanzjonijiet xierqa fil-każ ta' ksur tad-dmir tal-kunfidenzjalità dwar l-identità tal-persuna li tirrapporta (176);

385.

Jinnota li l-Att dwar Dikjarazzjonijiet Foloz tal-Istati Uniti jipprovdi qafas solidu għall-ippremjar tal-informaturi f'każijiet fejn il-gvern jirkupra fondi mitlufa minħabba frodi (177); jissottolinja li skont ir-rapport tad-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti, l-informaturi kienu direttament responsabbli għad-detezzjoni u r-rapportar ta' USD 3,4 biljun mit-USD 3,7 biljun irkuprati; jappella lill-Istati Membri jistabbilixxu mezzi ta' komunikazzjoni sikur u kunfidenzjali għar-rapportar tal-informaturi fi ħdan l-awtoritajiet u f'entitajiet privati rilevanti;

386.

Jappella lill-Kummissjoni biex teżamina l-aħjar prattiki madwar id-dinja (178) dwar il-protezzjoni u l-għoti ta' inċentivi għall-informaturi u, fejn adatt u meħtieġ, tqis rieżami tal-leġiżlazzjoni eżistenti sabiex skemi simili fl-UE jsiru aktar effettivi;

387.

Jappella sabiex jiġi stabbilit fond ġenerali tal-UE biex jingħata appoġġ finanzjarju xieraq lill-informaturi li l-għajxien tagħhom jitpoġġa f'riskju minħabba żvelar ta' attività kriminali jew fatti li huwa ċar li huma ta' interess pubbliku;

388.

Jinkwieta li l-informaturi ta' spiss jaqtgħu qalbhom milli jirrapportaw it-tħassib tagħhom għax jibżgħu minn ritaljazzjoni u li jekk ir-ritaljazzjoni ma tiġix skoraġġuta u tibqa' mhux ikkastigata, l-informaturi potenzjali; jaf ma jkollhomx il-motivazzjoni jirrapportaw it-tħassib tagħhom; iqis li r-rikonoxximent fl-AMLD5 tad-dritt tal-informaturi li jressqu lment b'mod sikur lill-awtoritajiet kompetenti rispettivi, jiġifieri permezz ta' punt uniku ta' kuntatt f'każijiet internazzjonali kumplessi, meta jkunu esposti għal theddida jew ritaljazzjoni u d-dritt tagħhom għal rimedju effettiv jikkostitwixxi titjib sinifikanti tas-sitwazzjoni tal-individwi li jirrapportaw suspetti ta' ħasil tal-flus jew ta' finanzjament tat-terroriżmu internament fil-kumpanija jew f'UIF; iħeġġeġ lill-Istati Membri jittrasponu, fil-ħin, u jinfurzaw kif xieraq id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-informaturi stabbiliti fl-AMLD5;

389.

Jilqa' l-eżitu tan-negozjati interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni, u jappella għal konklużjoni rapida tan-negozjati interistituzzjonali, u jistieden lill-Istati Membri jadottaw l-istandards il-ġodda malajr kemm jista' jkun sabiex jipproteġu lill-informaturi permezz ta' miżuri bħal mezzi ta' rapportar ċari, il-kunfidenzjalità, il-protezzjonijiet u s-sanzjonijiet legali għal dawk li jippruvaw jippersegwitaw lill-informaturi;

390.

Ifakkar li l-uffiċjali tal-UE jaqgħu taħt il-protezzjoni tal-informaturi skont ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea (179) u jistieden lill-Istati Membri jintroduċu standards komparattivi għall-impjegati taċ-ċivil tagħhom;

391.

Iqis li l-ftehimiet ta' nondivulgazzjoni inklużi fil-kuntratti ta' impjieg u fil-ftehimiet ta' tkeċċija m'għandhom bl-ebda mod jipprevjenu lill-impjegati milli jirrapportaw każijiet suspettużi ta' ksur tal-liġi u tad-drittijiet tal-bniedem (180) lill-awtoritajiet kompetenti; jappella lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li tipproponi leġiżlazzjoni li tipprojbixxi ftehimiet abbużivi ta' nondivulgazzjoni;

392.

Jinnota li l-Kumitat TAX3 stieden lill-informaturi fil-każijiet ta' Julius Bär u Danske Bank biex jixhdu waqt is-seduti parlamentari pubbliċi (181); jinsab imħasseb li l-protezzjoni tal-informaturi fl-istituzzjonijiet finanzjarji mhijiex tal-livell meħtieġ u li l-biżgħat ta' ritaljazzjoni kemm mill-impjegaturi kif ukoll mill-awtoritajiet jistgħu jipprevjenu lill-informaturi milli jressqu informazzjoni dwar ksur tal-liġi; jiddispjaċih profondament għall-fatt li l-informatur dwar Danske Bank ma kienlux possibbli li jikkondividi b'mod liberu u komplut l-għarfien tiegħu fil-każ ta' Danske Bank minħabba restrizzjonijiet legali;

393.

Jiddeplora l-fatt li l-Awtorità Superviżorja Finanzjarja Daniża naqset milli tagħmel kuntatt mal-informatur li rrapporta attivitajiet kbar ta' ħasil tal-flus f'Danske Bank; huwa tal-fehma li din l-ommissjoni tikkostitwixxi negliġenza gravi min-naħa tal-Awtorità Superviżorja Finanzjarja Daniża tad-dmir tagħha li twettaq investigazzjonijiet xierqa wara allegazzjonijiet serji ta' ħasil tal-flus fuq skala kbira u b'mod sistematiku permezz ta' bank; jistieden lill-awtoritajiet rilevanti tal-UE u tal-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-informazzjoni pprovduta mill-informaturi u jaġixxu malajr u b'mod deċiżiv fuq l-informazzjoni miksuba minnhom;

394.

Jappella lill-Istati Membri jaħdmu mill-qrib mal-Kunsill tal-Ewropa għall-promozzjoni u l-implimentazzjoni, fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri kollha tal-Kunsill tal-Ewropa, tar-rakkomandazzjoni dwar il-protezzjoni tal-informaturi; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkunu mexxejja f'fora internazzjonali oħra biex jippromwovu l-adozzjoni ta' standards internazzjonali vinkolanti għall-protezzjoni tal-informaturi;

395.

Jinnota li minbarra s-salvagwardja tal-kunfidenzjalità tal-identità tal-informaturi bħala miżura essenzjali għall-protezzjoni tal-persuna li tirrapporta, ir-rapportar anonimu jeħtieġlu jiġi protett aktar minn theddid ġeneralizzat u attakki minn dawk li huwa allegat li wettqu reat u li jfittxu li jiskreditaw il-persuna li tirrapporta;

396.

Jirrikonoxxi d-diffikultajiet li jiffaċċjaw il-ġurnalisti meta jinvestigaw jew jirrapportaw dwar każijiet ta' ħasil tal-flus, frodi tat-taxxa, evażjoni tat-taxxa u ppjanar aggressiv tat-taxxa; jinkwieta li l-ġurnalisti investigattivi ta' spiss jiġu soġġetti għal theddid u intimidazzjoni, inkluż intimidazzjoni legali permezz ta' kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika (SLAPPs); jappella lill-Istati Membri jtejbu l-protezzjoni għall-ġurnalisti, b'mod partikolari dawk involuti fl-investigazzjonijiet dwar il-kriminalità finanzjarja;

397.

Jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi skema ta' appoġġ finanzjarju għal ġurnaliżmu investigattiv kemm jista' jkun malajr, possibilment fil-forma ta' linja baġitarja permanenti u ddedikata għall-appoġġ ta' midja indipendenti u ta' kwalità u ġurnaliżmu investigattiv fil-qafas finanzjarju pluriennali l-ġdid;

398.

Jikkundanna bil-qawwa l-atti ta' vjolenza fil-konfront tal-ġurnalisti; ifakkar b'dispjaċir li f'dawn l-aħħar snin il-ġurnalisti involuti fl-investigazzjoni ta' attivitajiet dubjużi b'komponent ta' ħasil tal-flus inqatlu f'Malta u fis-Slovakkja (182); jissottolinja li skont il-Kunsill tal-Ewropa, abbużi u reati mwettqa kontra ġurnalisti għandhom effett profondament xokkanti fuq il-libertà tal-espressjoni u jamplifikaw il-fenomenu tal-awtoċensura;

399.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Maltin jużaw ir-riżorsi disponibbli kollha biex jagħmlu progress fl-identifikazzjoni tal-imħuħ wara l-qtil tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia; jilqa' l-inizjattiva ta' 26 organizzazzjoni internazzjonali tal-ġurnalisti u tal-libertà tal-midja biex jagħmlu pressjoni għal inkjesta pubblika indipendenti dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u biex din l-inkjesta tivvaluta jekk dan il-qtil setax jiġi evitat; iħeġġeġ lill-Gvern ta' Malta jibda din l-inkjesta pubblika indipendenti mingħajr dewmien; jinnota li l-Gvern ta' Malta involva ruħu ma' organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Europol, l-FBI u l-Istitut Forensiku Netherlandiż bħala sforz biex isaħħaħ l-għarfien espert tiegħu;

400.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-akkużi mressqa mill-awtoritajiet Slovakki kontra l-allegat provokatur tal-qtil ta' Ján Kuciak u Martina Kušnírová kif ukoll l-allegati awturi tal-qtil; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Slovakki jkomplu l-investigazzjoni tagħhom dwar il-qtil u jiżguraw li l-aspetti kollha tal-każ jiġu investigati b'mod sħiħ, inkluża kwalunkwe rabta politika possibbli mad-delitti; jappella lill-awtoritajiet Slovakki jinvestigaw b'mod sħiħ il-każijiet ta' evażjoni tat-taxxa fuq skala kbira, frodi tal-VAT u ħasil tal-flus li ġew żvelati mill-investigazzjonijiet ta' Ján Kuciak;

401.

Jiddeplora l-fatt li l-ġurnalisti investigattivi, inkluża Daphne Caruana Galizia, ta' spiss jisfaw vittmi ta' kawżi abbużivi maħsuba biex jiċċensurawhom, jintimidawhom u jsikktuhom billi jgħabbuhom bi spejjeż ta' difiża legali sakemm jiġu sfurzati jabbandunaw il-kritika jew l-oppożizzjoni tagħhom; ifakkar li dawn il-kawżi abbużivi jikkostitwixxu theddida għad-drittijiet demokratiċi fundamentali, bħal-libertà ta' espressjoni, il-libertà tal-istampa u l-libertà li wieħed ixerred u jirċievi informazzjoni;

402.

Jappella lill-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi biex jipprevjenu SLAPPs; iqis li dawn il-mekkaniżmi għandhom iqisu kif dovut id-dritt ta' isem tajjeb u reputazzjoni tajba; jappella lill-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà u n-natura ta' azzjoni konkreta li għandha tittieħed f'dan il-qasam;

403.

Jiddeplora l-fatt li l-liġijiet Żvizzeri dwar il-libelli jintużaw biex isikktu kritiċi fl-Iżvizzera u madwar id-dinja minħabba li l-oneru tal-provi jaqa' fuq il-konvenut u mhux fuq l-attur; jaċċentwa li dan mhux biss jaffettwa lill-ġurnalisti u lill-informaturi, iżda wkoll lill-entitajiet ta' rapportar fl-Unjoni Ewropea u lill-persuni obbligati fi ħdan ir-reġistru tas-sjieda benefiċjarja, billi f'każ li jkun hemm l-obbligu ta' rapportar ta' sid benefiċjarju Żvizzeru, il-persuna li tirrapporta jaf titressaq għal prosekuzzjoni fl-Iżvizzera għal libell u malafama, li huma reati kriminali (183);

9.    Aspetti istituzzjonali

9.1.    Trasparenza

404.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħidma li saret mill-Pjattaforma għal Governanza Tajba fil-qasam tat-Taxxa; jinnota li l-mandat tal-Pjattaforma japplika sas-16 ta' Ġunju 2019; jitlob li dan jiġi estiż jew imġedded biex jiġi żgurat li t-tħassib u l-għarfien espert tas-soċjetà ċivili jinstemgħu mill-Istati Membri u l-Kummissjoni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni twessa' l-ambitu tal-esperti mistiedna għall-Grupp ta' Esperti dwar il-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (EGMLTF) biex jiġu inklużi esperti mis-settur privat (negozji u NGOs);

405.

Jenfasizza li l-Ombudsman Ewropew għandha l-mandat li teżamina l-applikazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE tar-regoli tal-UE dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti, inkluż fil-metodi ta' ħidma tal-Kunsill jew tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta fil-qasam tat-tassazzjoni;

406.

Ifakkar fir-riżultati tal-inkjesta tal-Ombudsman fuq inizjattiva proprja dwar il-metodi ta' ħidma tal-Kunsill u r-rakkomandazzjoni tagħha tad-9 ta' Frar 2018 li tikkonkludi li l-prattika tal-Kunsill li ma jagħmilx dokumenti leġiżlattivi aċċessibbli b'mod wiesa', l-użu sproporzjonat tal-istatus ta' “LIMITE” u n-nuqqas sistematiku tiegħu li jirreġistra l-identitajiet tal-Istati Membri li jieħdu pożizzjoni fi proċedura leġiżlattiva jikkostitwixxu amministrazzjoni ħażina (184);

407.

Ifakkar li t-tassazzjoni tibqa' l-kompetenza tal-Istati Membri u li s-setgħat tal-Parlament Ewropew f'dawn il-kwistjonijiet huma limitati;

408.

Jiġbed l-attenzjoni, madankollu, li kwistjonijiet ta' frodi tat-taxxa, evażjoni tat-taxxa u ppjanar aggressiv tat-taxxa ma jistgħux jiġu indirizzati b'mod effettiv mill-Istati Membri waħidhom; jiddeplora l-fatt li, għaldaqstant, minkejja talbiet lill-Kunsill, ebda dokument rilevanti ma sar disponibbli għall-Kumitat TAX3; jinsab imħasseb profondament dwar in-nuqqas ta' rieda politika tal-Istati Membri fil-Kunsill biex jieħdu passi sostanzjali fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa jew li jikkonforma mat-TUE u mal-prinċipju tal-kooperazzjoni leali (185) billi jiżguraw trasparenza u kooperazzjoni suffiċjenti mal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE;

409.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li r-regoli attwali fis-seħħ għall-aċċess ta' informazzjoni kklassifikata u informazzjoni kunfidenzjali oħra, magħmula disponibbli lill-Parlament mill-Kunsill, mill-Kummissjoni jew mill-Istati Membri, ma jipprovdux ċarezza legali sħiħa iżda huma ġeneralment interpretati bħala li jeskludu assistenti parlamentari akkreditati (APAs) milli jikkonsultaw u janalizzaw “informazzjoni kunfidenzjali oħra” mhux ikklassifikata f'kamra tal-qari sikura; jappella, għaldaqstant, għall-introduzzjoni ta' dispożizzjoni fformulata b'mod ċar fi ftehim interistituzzjonali negozjat li tiggarantixxi d-dritt ta' aċċess għad-dokumenti għal APAs abbażi tal-prinċipju “ħtieġa ta' tagħrif” fir-rwol ta' appoġġ tagħhom għall-Membri;

410.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li minkejja stediniet ripetuti, ir-rappreżentanti tal-Presidenza tal-Kunsill irrifjutaw li jidhru quddiem il-Kumitat TAX3 biex jirrapportaw dwar progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitati TAXE, TAX2 u PANA; jenfasizza li kuntatti ta' ħidma bejn il-Presidenza tal-Kunsill u kumitati speċjali u ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew għandhom ikunu prattika standard;

9.2.    Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi

411.

Jinnota ż-żieda fil-komunikazzjoni mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta u jilqa' b'mod partikolari l-pubblikazzjoni darbtejn fis-sena tar-rapport tiegħu lill-Kunsill, kif ukoll l-ittri mibgħuta lill-ġurisdizzjonijiet u l-impenji riċevuti fil-kuntest tal-proċess tal-elenkar tal-UE;

412.

Jiddispjaċih, madankollu, in-natura mhux trasparenti tan-negozjati dwar il-proċess ta' elenkar tal-UE, u jistieden lill-Istati Membri jiżguraw it-trasparenza fl-aġġornament li jmiss tal-listi;

413.

Jilqa' l-fatt li l-President tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta deher quddiem il-Kumitat TAX3, fi treġġigħ lura tal-pożizzjoni preċedenti tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta; jinnota wkoll li sa mill-bidu tal-ħidma tal-Kumitat TAX3, saru disponibbli l-kompilazzjonijiet tal-ħidma tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta (186); jiddispjaċih, madankollu, li dawn id-dokumenti ma ġewx ippubblikati qabel, u l-partijiet essenzjali tgħattew bl-iswed;

414.

Jisħaq fuq li r-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman imsemmija hawn fuq japplikaw ukoll għall-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta, li għandu jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa, relatata b'mod partikolari ma' prattiki dwar it-taxxa dannużi tal-Istati Membri u mal-proċess ta' elenkar tal-UE;

415.

Jappella lill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta biex jieħu aktar miżuri sabiex jiżgura t-trasparenza tal-laqgħat tiegħu, b'mod partikolari billi jippubblika l-pożizzjonijiet tal-Istati Membri differenti fuq l-aġenda diskussa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-laqgħa;

416.

Jappella lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-kodiċi tal-kondotta dwar it-tassazzjoni tal-intrapriżi u dwar l-applikazzjoni tal-għajnuna fiskali mill-Istat, kif stabbilit fil-Premessa N tal-kodiċi (187);

417.

Jemmen li l-mandat tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta jeħtieġ li jiġi aġġornat, peress li jindirizza kwistjonijiet li jmorru lil hinn mill-valutazzjoni ta' prattiki tal-UE dwar it-taxxa dannużi, u mhux sempliċement l-għoti ta' kontribut tekniku għad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill; jitlob, abbażi tan-natura tal-ħidma mwettqa mill-Grupp, li hija wkoll ta' natura politika, li tali kompiti jinġiebu lura f'qafas li jippermetti kontroll demokratiku jew superviżjoni, l-ewwel billi tiġi applikata t-trasparenza;

418.

Jitlob, f'dan il-kuntest, li tiġi rimedjata n-natura mhux trasparenti tal-kompożizzjoni tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta billi tiġi ppubblikata lista tal-membri tiegħu;

9.3.    Infurzar tal-leġiżlazzjoni tal-UE

419.

Jappella lill-Parlament il-ġdid elett biex jagħti bidu għal valutazzjoni ġenerali dwar il-progress fir-rigward tal-aċċess għad-dokumenti mitluba mill-Kumitati TAXE, TAX2, PANA u TAX3, billi jqabbel it-talbiet li saru ma' dawk mogħtija mill-Kunsill u minn istituzzjonijiet oħra tal-UE, u biex jagħti bidu, jekk ikun hemm bżonn, għall-miżuri proċedurali u/jew legali meħtieġa;

420.

Jappella għall-ħolqien ta' Ċentru tal-Unjoni ġdid għall-Koerenza u l-Koordinament tal-Politika dwar it-Taxxa (TPCCC) fi ħdan l-istruttura tal-Kummissjoni, li għandu jkollu l-kapaċità jivvaluta u jimmonitorja l-politiki dwar it-taxxa tal-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni u jiżgura li ma jiġu implimentati ebda miżuri tat-taxxa dannużi mill-Istati Membri;

9.4.

Kooperazzjoni tal-parteċipanti mhux istituzzjonali

421.

Jilqa' l-parteċipazzjoni u l-kontribut tal-partijiet ikkonċernati fis-seduti tal-Kumitat TAX3, hekk kif imsemmi fit-Taqsima IV.3 tal-ħarsa ġenerali tal-attivitajiet fi ħdan il-mandat tal-Kumitat TAX3; jiddeplora l-fatt li partijiet ikkonċernati oħra rrifjutaw li jipparteċipaw fis-seduti tal-Kumitat TAX3, hekk kif imsemmi fit-Taqsima IV.4 tal-ħarsa ġenerali tal-attivitajiet; jinnota li ma setgħu jinstabu ebda sanzjonijiet dissważivi għal każijiet fejn ma ngħatat ebda raġuni għal dan ir-rifjut;

422.

Jappella lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jaqblu dwar l-istabbiliment ta' lista aċċessibbli għall-pubbliku u aġġornata regolarment ta' partijiet mhux istituzzjonali li ma jikkooperawx fil-ftehim interistituzzjonali dwar reġistru ta' trasparenza mandatorju għal-lobbisti; iqis, sadanittant, li għandu jinżamm rekord ta' dawk il-professjonisti u l-organizzazzjonijiet li mingħajr raġuni ġustifikabbli rrifjutaw li jattendu s-seduti tal-Kumitati TAXE, TAX2, PANA u TAX3; jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex iqisu li jużaw din l-attitudni matul kwalunkwe negozjar futur mal-partijiet ikkonċernati u biex jirtirawlhom il-badges tal-aċċess għall-bini tagħhom;

9.5.    Id-dritt ta' inkjesta/id-dritt ta' investigazzjoni tal-Parlament

423.

Iqis li huwa indispensabbli għall-eżerċizzju tal-kontroll demokratiku fuq l-eżekuttiv li l-Parlament jingħata s-setgħat ta' investigazzjoni u ta' inkjesta li jaqblu ma' dawk tal-parlamenti nazzjonali tal-Istati Membri; jemmen li sabiex jeżerċita dan ir-rwol, il-Parlament irid ikollu s-setgħa li jsejjaħ u jġiegħel lix-xhieda biex jidhru u li jġiegħel il-preżentazzjoni ta' dokumenti;

424.

Jemmen li sabiex dawn id-drittijiet jiġu eżerċitati, jeħtieġ li l-Istati Membri jaqblu li jimplimentaw sanzjonijiet kontra individwi talli jonqsu milli jidhru jew milli jippreżentaw dokumenti f'konformità mal-liġi nazzjonali li tirregola l-inkjesti u l-investigazzjonijiet parlamentari nazzjonali;

425.

Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jinvolvu ruħhom fil-konklużjoni f'waqtha tan-negozjati dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament;

9.6.    Unanimità vs. votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata

426.

Itenni l-appell tiegħu lill-Kummissjoni biex tuża, kif xieraq, il-proċedura stipulata fl-Artikolu 116 tat-TFUE, li tagħmilha possibbli li r-rekwiżit ta' unanimità jinbidel f'każijiet fejn il-Kummissjoni ssib li differenza bejn id-dispożizzjonijiet stabbiliti permezz ta' liġi, regolament jew azzjoni amministrattiva fl-Istati Membri tkun qiegħda tikkawża distorsjoni fil-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni fis-suq intern;

427.

Jilqa' kontribut tal-Kummissjoni permezz tal-komunikazzjoni tagħha “Lejn teħid ta' deċiżjonijiet aktar effiċjenti u demokratiku fil-qasam tal-politika tat-tassazzjoni tal-UE” li tipproponi pjan direzzjonali għal votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata għal kwistjonijiet speċifiċi u urġenti tal-politika tat-tassazzjoni fejn dossiers u inizjattivi leġiżlattivi vitali mmirati lejn il-ġlieda kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa ġew ibblokkati fil-Kunsill għad-detriment tal-Istati Membri; jilqa' l-appoġġ mogħti minn xi Stati Membri għal din il-proposta (188);

428.

Jisħaq fuq li x-xenarji kollha għandhom jibqgħu previsti u mhux dak biss li tinbidel minn unanimità għal votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata permezz ta' klawżola “passerelle”; jappella lill-Kunsill Ewropew iżid dan il-punt f'aġenda ta' Summit qabel tmiem l-2019 sabiex isir dibattitu utli dwar kif jista' jiġi ffaċilitat it-teħid tad-deċiżjonijiet rigward kwistjonijiet tat-taxxa, fl-interess tal-funzjonament tas-suq uniku;

9.7.    Segwitu

429.

Huwa tal-fehma li l-ħidma tal-Kumitati TAXE, TAX2, PANA u TAX3 għandha titkompla, fil-leġiżlatura li jmiss, fi struttura permanenti fil-Parlament, fil-forma ta' sottokumitat għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON), filwaqt li tippermetti l-parteċipazzjoni bejn il-kumitati;

o

o o

430.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lil Moneyval, lill-Istati Membri, lill-parlamenti nazzjonali, lin-NU, lill-G20, lit-Task Force ta' Azzjoni

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Marzu 2018 dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar il-kriminalità finanzjarja, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa (TAX3), u d-definizzjoni tar-responsabbiltajiet, il-kompożizzjoni u l-mandat tiegħu, Testi adottati, P8_TA(2018)0048.

(2)  Ir-Riżoluzzjoni tas-25 ta' Novembru 2015 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, ĠU C 366, 27.10.2017, p. 51.

(3)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2016 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, ĠU C 101, 16.3.2018, p. 79.

(4)  ĠU C 399, 24.11.2017, p. 74.

(5)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill Ewropew u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132.

(6)  Is-segwitu mogħti b'mod konġunt fis-16 ta' Marzu 2016 dwar li ndaħħlu t-trasparenza, il-koordinazzjoni u l-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni u lir-riżoluzzjonijiet TAXE 1, is-segwitu mogħti fis-16 ta' Novembru 2016 lir-riżoluzzjoni TAXE 2 u s-segwitu mogħti lir-riżoluzzjoni PANA f'April 2018.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2018)0475.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2018)0183.

(9)  Scherrer A. u Thirion E., Citizenship by Investment (CBI) and Residency by Investment (RBI) schemes in the EU, EPRS, PE 627.128, Parlament Ewropew, Ottubru 2018; Korver R., Money laundering and tax evasion risks in free ports, EPRS, PE 627.114, Parlament Ewropew, Ottubru 2018 u Kiendl Kristo I. u Thirion E., An overview of shell companies in the European Union, EPRS, PE 627.129, Parlament Ewropew, Ottubru 2018.

(10)  Lamensch M. u Ceci, E., VAT fraud: Economic impact, challenges and policy issues, Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku A – Politiki Ekonomiċi, Xjentifiċi u tal-Kwalità tal-Ħajja, 15 ta' Ottubru 2018.

(11)  Houben R. u Snyers A, Cryptocurrencies and blockchain, Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku A – Politiki Ekonomiċi, Xjentifiċi u tal-Kwalità tal-Ħajja, 5 ta' Lulju 2018 u Hadzhieva E., Impact of Digitalisation on International Tax Matters, Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku A – Politiki Ekonomiċi, Xjentifiċi u tal-Kwalità tal-Ħajja, 15 ta' Frar 2019.

(12)  “Study on Structures of Aggressive Tax Planning and Indicators – Final Report” (Indikaturi tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa, Studju dwar l-Istrutturi tal-Ippjanar Aggressiv tat-Taxxa u l-Indikaturi – Rapport Finali) (Dokument ta' Xogħol dwar it-Tassazzjoni nru 61, 27 ta' Jannar 2016), “The Impact of Tax Planning on Forward-Looking Effective Tax Rates” (L-Impatt tal-Ippjanar tat-Taxxa fuq il-Livelli Effikaċi ta' Tassazzjoni Prospettivi) (Dokument ta' Xogħol dwar it-Tassazzjoni nru 64, 25 ta' Ottubru 2016) u “Aggressive tax planning indicators – Final Report” (L-Indikaturi tal-Ippjanar Aggressiv tat-Taxxa – Rapport Finali) (Dokument ta' Xogħol dwar it-Tassazzjoni nru 71, 7 ta' Marzu 2018).

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/1164 tat-12 ta' Lulju 2016 li tistabbilixxi regoli kontra l-prattiki ta' evitar tat-taxxa li jaffettwaw direttament il-funzjonament tas-suq intern (ĠU L 193, 19.7.2016, p. 1).

(14)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2017/952 tad-29 ta' Mejju 2017 li temenda d-Direttiva (UE) 2016/1164 fir-rigward ta' diskrepanzi ibridi ma' pajjiżi terzi, ĠU L 144, 7.6.2017, p. 1.

(15)  Relatati rispettivament mal-iskambju awtomatiku ta' deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa (tax rulings) (Direttiva (UE) 2015/2376 tat-8 ta' Diċembru 2015 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni, ĠU L 332, 18.12.2015, p. 1, DAC3), mal-iskambju ta' rapporti għal kull pajjiż bejn l-awtoritajiet tat-taxxa (Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/881 tal-25 ta' Mejju 2016 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni, ĠU L 146, 3.6.2016, p. 8, DAC4), mal-aċċess mill-awtoritajiet tat-taxxa għal informazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, mas-sjieda benefiċjarja u mad-diliġenza dovuta tal-klijent oħra (Direttiva tal-Kunsill (UE) 2016/2258 tas-6 ta' Diċembru 2016 i temenda d-Direttiva 2011/16/UE fir-rigward tal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni, ĠU L 342, 16.12.2016, p. 1, DAC5), mal-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta' arranġamenti transkonfinali rapportabbli (Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni, ĠU L 139, 5.6.2018, p. 1, DAC6).

(16)  Proposta tal-25 ta' Ottubru 2016 għal direttiva tal-Kunsill dwar Bażi Komuni għat-Taxxa Korporattiva (BKTK), COM(2016)0685 u tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar Bażi Komuni Konsolidata għat-Taxxa Korporattiva (BKKTK), COM(2016)0683.

(17)  Il-pakkett jikkonsisti mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Marzu 2018 bit-titlu “Wasal iż-żmien li jiġi stabbilit standard modern, ġust u effiċjenti tat-tassazzjoni għall-ekonomija diġitali” (COM(2018)0146), mill-proposta tal-21 ta' Marzu 2018 għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi r-regoli dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti, (COM(2018)0147), mill-proposta tal-21 ta' Marzu 2018 għal direttiva tal-Kunsill dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq is-servizzi diġitali fir-rigward tad-dħul li jirriżulta mill-provvista ta' ċerti servizzi diġitali (COM(2018)0148), u mir-rakkommandazzjoni tal-21 ta' Marzu 2018 dwar it-tassazzjoni korporattiva ta' preżenza diġitali sinifikanti (C(2018)1650).

(18)  Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' April 2016 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat (COM(2016)0198).

(19)  ĠU C 224, 27.6.2018, p. 107.

(20)  Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE, ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73.

(21)  Id-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE, ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43.

(22)  Komunikazzjoni tat-2 ta' Frar 2016 tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Pjan ta' Azzjoni għat-tisħiħ tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, COM(2016)0050.

(23)  Testi adottati, P8_TA(2019)0216.

(24)  Fir-rigward tal-Fiat, ta' Starbucks u tad-deċiżjoni dwar il-qligħ eċċessiv tal-Belġju, u d-deċiżjonijiet biex jinbdew l-investigazzjonijiet dwar l-għajnuna mill-Istat fil-konfront ta' McDonald's, Apple u Amazon.

(25)  ĠU C 265, 11.8.2017, p. 59.

(26)  Testi adottati, P8_TA(2019)0014.

(27)  Skont ir-regoli interni tal-Parlament, l-ismijiet tal-Kumitati jistgħu jitqassru sa massimu ta' erba' ittri, għalhekk ir-referenzi għall-ex kumitati temporanji dwar it-tassazzjoni huma TAXE, TAX2, PANA u TAX3. Għandu jiġi nnutat, madankollu, li l-mandat relatat mat-“Twaqqif ta' kumitat speċjali dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili” jirreferi esklużivament għal TAX2.

(28)  Bħall-finanzjalizzazzjoni.

(29)  Pereżempju, l-użu ta' programmi ta' software għat-tneħħija awtomatika tal-flus kontanti minn cash registers elettroniċi jew sistemi ta' punti tal-bejgħ (“zapping”), jew l-użu dejjem jikber ta' sistemi li jipproċessaw il-pagi ta' partijiet terzi li jippermettu lill-frodaturi jgħaddu t-taxxi leġittimi.

(30)  Gunnarsson A., Schratzenstaller M. u Spangenberg U., Gender equality and taxation in the European Union, Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku C – Politiki tad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali, 15 ta' Marzu 2017; Grown C. u Valodia I. (edituri), Taxation and Gender Equity: A Comparative Analysis of Direct and Indirect Taxes in Developing and Developed Countries, Routledge, 2010, pp. 32 – 74, pp. 309 – 310, u p. 315; Action Aid, Value-Added Tax (VAT), Briefing strateġiku dwar it-tassazzjoni progressiva, 2018; u Stotsky J. G., Gender and Its Relevance to Macroeconomic Policy: A Survey, Dokument ta' Ħidma tal-FMI, WP/06/233, p. 42.

(31)  Seduta ta' smigħ tal-Kumitat TA X 3 tal-24 ta' Jannar 2018 dwar id-distakk fiskali fl-UE: ara Fig. 4.

(32)  Paragrafu 49 tal-pożizzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, Testi adottati P8_TA(2018)0449.

(33)  Ara l-paragrafu 63 tar-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132.

(34)  Fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 – Pożizzjoni tal-Parlament bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim u l-emendi adottati mill-Parlament Ewropew fis-17 ta' Jannar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm “Fiscalis” għall-kooperazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni (Testi adottati, P8_TA(2019)0039).

(35)  Crivelli E., De Mooij R. A., u Keen M., Base Erosion, Profit Shifting and Developing Countries, 2015.

(36)  Tax Policies in the European Union (Stħarriġ tal-2017 dwar Il-Politiki tat-Tassazzjoni fl-Unjoni Ewropea), ISBN 978-92-79-72282-0.

(37)  Tørsløv T. R., Wier L. S. u Zucman G., The missing profits of nations, National Bureau of Economic Research, Dokument ta' Ħidma nru 24701, 2018.

(38)  Richard Murphy, “The European Tax Gap”, 2019 – http://www.taxresearch.org.uk/Documents/EUTaxGapJan19.pdf

(39)  Rapport tal-missjoni tad-delegazzjoni f'Washington D.C.

Rapport verbatim tas-seduta ta' smigħ pubbliku tal-Kumitat TA X 3 tas-27 ta' Novembru 2018

(40)  Id-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta' arranġamenti transkonfinali rapportabbli, ĠU L 139, 5.6.2018, p. 1.

(41)  Study on Structures of Aggressive Tax Planning and Indicators – Final Report (Studju dwar l-Istrutturi u l-Indikaturi tal-Ippjanar Aggressiv tat-Taxxa) (Dokument ta' Xogħol dwar it-Tassazzjoni nru 61, 27 ta' Jannar 2016) u Tax policies in the EU – 2017 Survey (Stħarriġ 2017 dwar il-politiki tat-taxxa fl-UE)

(42)  Kultant issir referenza għalihom bħala faċilitaturi jew promoturi tal-evażjoni tat-taxxa.

(43)  Proposta għal direttiva tal-Kunsill tal-11 ta' Novembru 2011 dwar sistema komuni ta' tassazzjoni applikabbli għall-pagamenti ta' imgħax u ta' royalties bejn kumpaniji assoċjati ta' Stati Membri differenti, (COM(2011)0714).

(44)  Hearson M., The European Union’s Tax Treaties with Developing Countries: leading By Example?, 27 ta' Settembru 2018.

(45)  Nota politika approvata mill-Qafas Inklużiv dwar il-BEPS, bit-titlu “Addressing the Tax Challenges of the Digitalisation of the Economy” (Nindirizzaw l-isfidi tat-taxxa tad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija), ippubblikata fid-29 ta' Jannar 2019.

(46)  Ara l-OECD Transfer Pricing Guidelines for Multinational Enterprises and Tax Administrations 2017 ippubblikat fl-10 ta' Lulju 2017.

(47)  Seduta ta' smigħ pubbliku tal-24 ta' Jannar 2019 dwar l-evalwazzjoni tad-distakk fiskali u “Addressing the Tax Challenges of the Digitalisation of the Economy”(Nindirizzaw l-isfidi tat-taxxa tad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija), nota politika tal-OECD, ippubblikata fid-29 ta' Jannar 2019.

(48)  Ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament tal-25 ta' Novembru 2015 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, ĠU C 366, 27.10.2017, p. 51, paragrafu 96.

(49)  Imsemmija aktar 'il fuq. L-istudji jagħtu ħarsa ġenerali tal-espożizzjoni tal-Istati Membri għall-istrutturi tal-ippjanar aggressiv tat-taxxa li jolqtu l-bażi għat-taxxa tagħhom (erożjoni jew żieda), avolja ma hemmx indikatur awtonomu tal-fenomenu, madankollu teżisti ġabra ta' indikaturi meqjusa bħala “provi miġbura”.

(50)  ĠU C 72 E, 11.3.2014, p. 1.

(51)  Kif evidenzjat fil-valutazzjoni tal-impatt tal-21 ta' Marzu 2018 li takkumpanja l-pakkett dwar it-tassazzjoni diġitali (SWD(2018)0081), li skont din, bħala medja, l-impriżi diġitalizzati jħallsu rata ta' taxxa effettiva ta' 9,5 % biss, meta mqabbla mat- 23,2 % tal-mudell ta' impriża tradizzjonali.

(52)  UNCTAD, World Investment Report (Rapport dwar l-Investiment f'Livell Dinji), 2018.

(53)  Addressing the Tax Challenges of the Digitalisation of the Economy, (Nindirizzaw l-isfidi tat-taxxa tad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija), nota politika, ippubblikata fid-29 ta' Jannar 2019.

(54)  Konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, 12 ta' Marzu 2019.

(55)  KiesKompas, Public Perception towards taxing digital companies in six countries (Perċezzjoni pubblika fil-konfront tat-taxxa tal-kumpaniji diġitali f'sitt pajjiżi), Diċembru 2018.

(56)  COM(2018)0148.

(57)  Taxation Trends in the European Union (Tendenzi tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-tassazzjoni), tabella 3: Top statutory corporate income tax rates (including surcharges) (L-ogħla rati tat-taxxa korporattiva skont il-liġi (inklużi taxxi addizzjonali)), 1995-2018, Kummissjoni Ewropea, 2018.

(58)  Addressing the Tax Challenges of the Digitalisation of the Economy, (Nindirizzaw l-isfidi tat-taxxa tad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija), nota politika, kif approvata mill-Qafas Inklużiv dwar il-BEPS fit-23 ta' Jannar 2019.

(59)  Ibid.

(60)  OECD, Resumption of Application of Substantial Activities Factor to No or only Nominal Tax Jurisdictions – Inclusive Framework on BEPS: Action 5, (Tkomplija tal-Applikazzjoni tal-Fattur ta' Attivitajiet Sostanzjali għall-Qafas Inklużiv ta' Ebda Ġurisdizzjoni tat-Taxxa jew Ġurisdizzjonijiet tat-Taxxa Nominali biss – Qafas Inklużiv dwar il-BEPS: Azzjoni 5, 2018.

(61)  Seduta ta' smigħ pubbliku tas-27 ta' Novembru 2018 bit-titlu “L-allegat ippjanar aggressiv tat-taxxa aggressiva fi ħdan l-UE”.

(62)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu “Wasal iż-żmien li jiġi stabbilit standard modern, ġust u effiċjenti tat-tassazzjoni għall-ekonomija diġitali” (COM(2018)0146).

(63)  Seduta' smigħ pubbliku bit-titlu “L-evalwazzjoni tad-Distakk Fiskali” tal-24 ta' Jannar 2019.

(64)  QEDB, sentenza tas-16 ta' Ġunju 2015 (Nru 787/14) Van Weerelt vs In-Netherlands.

(65)  Artikolu 4(3) tat-TUE.

(66)  Joint International Taskforce on Shared Intelligence and Collaboration.

(67)  Ara r-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132).

(68)  Seduta ta' smigħ pubbliku bit-titlu “L-evalwazzjoni tad-Distakk Fiskali” tal-24 ta' Jannar 2019.

(69)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 63).

(70)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE, ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19.

(71)  Kif affermat, diġà fl-1974, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

(72)  Deċiżjoni tal-20 ta' Ġunju 2018 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mil-Lussemburgu favur ENGIE (SA.44888);deċiżjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mil-Lussemburgu favur Amazon (SA.38944);deċiżjoni tat-30 ta' Awwissu 2016 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mill-Irlanda favur Apple (SA.38373);deċiżjoni tal-11 ta' Jannar 2016 dwar l-“eżenzjoni tal-qligħ eċċessiv fil-Belġju – Art. 185§ 2 b) CIR92” (SA.37667);deċiżjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata min-Netherlands favur Starbucks (SA.38374)u deċiżjoni tal-21 ta' Ottubru 2015 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata mil-Lussemburgu favur Fiat (SA.38375).Quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ġenerali hemm proċedimenti li għadhom pendenti relatati mas-sitt deċiżjonijiet kollha kemm huma.

(73)  Deċiżjoni tad-19 ta' Settembru 2018 dwar “Allegata għajnuna lil McDonald's – Lussemburgu” (SA.38945).

(74)  Investigazzjoni miftuħa fit-18 ta' Diċembru 2017 dwar “Għajnuna mill-Istat possibbli favur Inter IKEA” (SA.46470)u investigazzjoni miftuħa fis-26 ta' Ottubru 2018 dwar l-“iskema tat-taxxa tar-Renju Unit għall-korporazzjonijiet multinazzjonali (regoli dwar il-korporazzjonijiet ikkontrollati minn barra l-pajjiż)” (SA.44896).

(75)  Deċiżjoni tas-7 ta' Marzu 2019 dwar “Allegata għajnuna lil Huhtamaki – Lussemburgu” (SA.50400).

(76)  http://europa.eu/rapid/press-release_IP-18-5831_en.htm

(77)  Skont il-każ tad-deċiżjoni tat-30 ta' Awwissu 2016 (SA.38373)dwar l-għajnuna mill-Istat implimentat mill-Irlanda favur Apple. L-Irlanda ħarġet id-deċiżjonijiet tat-taxxa inkwistjoni fid-29 ta' Jannar 1991 u fit-23 ta' Mejju 2007.

(78)  Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji, ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46.

(79)  Delegazzjoni tal-Kumitat TAX3 f'Riga (il-Latvja), 30-31 ta' Awwissu 2018, Rapport tal-missjoni.

(80)  Kiendl Kristo I. u Thirion E., An overview of shell companies in the European Union, EPRS, Parlament Ewropew, Ottubru 2018, p. 23.

(81)  Kiendl Kristo I. u Thirion E., op. cit., p. 23; "Study on Structures of Aggressive Tax Planning and Indicators – Final Report (Studju dwar l-Istrutturi u l-Indikaturi tal-Ippjanar Aggressiv tat-Taxxa – Rapport Finali) (Dokument ta' Xogħol dwar it-Tassazzjoni nru 61, 27 ta' Jannar 2016); “The Impact of Tax Planning on Forward-Looking Effective Tax Rates” (L-Impatt tal-Ippjanar tat-Taxxa fuq il-Livelli Effikaċi ta' Tassazzjoni Prospettivi) (Dokument ta' Xogħol dwar it-Tassazzjoni nru 64, 25 ta' Ottubru 2016) u “Aggressive tax planning indicators – Final Report” (L-Indikaturi tal-Ippjanar Aggressiv tat-Taxxa – Rapport Finali) (Dokument ta' Xogħol dwar it-Tassazzjoni nru 71, 7 ta' Marzu 2018).

(82)  IHS, “Aggressive tax planning indicators”, imħejji għall-Kummissjoni Ewropea, Dokument ta' Xogħol ta' DĠ TAXUD dwar it-Tassazzjoni Nru 71, 7 ta' Marzu 2018.

(83)  Artikolu 113 tat-TFUE.

(84)  Study and Reports on the VAT Gap in the EU-28 Member States: 2018 Final Report / TAXUD/2015/CC/131 (Studju u Rapporti dwar id-Diskrepanza tal-VAT fit-28 Stat Membru tal-UE: Rapport finali 2018).

(85)  Ara l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni.

(86)  COM(2017)0569, COM(2017)0568 u COM(2017)0567.

(87)  COM(2018)0329.

(88)  Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri (COM(2017)0569).

(89)  Ir-Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-3 ta' Ottubru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE fir-rigward tal-armonizzazzjoni u s-simplifikazzjoni ta' ċerti regoli tas-sistema tat-taxxa fuq il-valur miżjud u li tintroduċi s-sistema definittiva għat-tassazzjoni tal-kummerċ bejn l-Istati Membri, testi adottati, P8_TA(2018)0366.

(90)  Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE u d-Direttiva 2009/132/KE fir-rigward ta' ċerti obbligi tat-taxxa fuq il-valur miżjud għall-provvisti ta' servizzi u għall-bejgħ mill-bogħod ta' prodotti (COM(2016)0757).

(91)  Testi adottati, P8_TA(2018)0367.

(92)  Proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar (COM(2018)0021).

(93)  Ir-Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta' Settembru 2018 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud rigward l-iskema speċjali għall-impriżi ż-żgħar, Testi adottati, P8_TA(2018)0319.

(94)  Proposta għal direttiva tal-Kunsill tal-21 ta' Diċembru 2016 li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud fir-rigward tal-applikazzjoni temporanja ta' mekkaniżmu tar-reverse change ġeneralizzat b'rabta mal-provvista ta' prodotti u servizzi 'l fuq minn ċertu livell limitu (COM(2016)0811).

(95)  QEA, Analiżi Rapida dwar Każ Speċifiku, Rimborż tal-VAT fil-qasam tal-Koeżjoni – użu tal-fondi tal-UE li huwa suxxettibbli għall-iżbalji u li mhuwiex ottimu, 29 ta' Novembru 2018

(96)  Opinjoni Nru 9/2018 tal-QEA tat-22 ta' Novembru 2018 rigward il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Programm tal-UE Kontra l-Frodi.

(97)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali, ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29, b'mod partikolari l-Artikoli 3 u 15 tagħha.

(98)  Ainsworth, R. T., Alwohabi, M., Cheetham, M. u Tirand, C.: “A VATCoin Solution to MTIC Fraud: Past Efforts, Present Technology, and the EU's 2017 Proposal”, Boston University School of Law, Law and Economics Series Paper, Nru 18-08, 26 Marzu 2018. Ara wkoll: Ainsworth, R. T., Alwohabi, M. u Cheetham, M.: “VATCoin: Can a Crypto Tax Currency Prevent VAT Fraud?”, Tax Notes International, Vol. 84, 14 ta' Novembru 2016.

(99)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2454 tal-5 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 904/2010 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 348, 29.12.2017, p. 1.

(100)  Lamensch M. u Ceci, E., VAT fraud: Economic impact, challenges and policy issues, Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku A – Politiki Ekonomiċi, Xjentifiċi u tal-Kwalità tal-Ħajja, 15 ta' Ottubru 2018.

(101)  Ibid.

(102)  Gunnarson A., Spangenberg U. u Schratzenstaller M., Gender equality and taxation in the European Union, Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Dipartiment Tematiku C – Politiki tad-Drittijiet taċ-Ċittadini u l-Affarijiet Kostituzzjonali, 17 ta' Jannar 2017;

(103)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu “Tax policy in the European Union – Priorities for the years ahead” (Il-politika tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tat-taxxa – Prijoritajiet għas-snin li ġejjin) (COM(2001)0260).

(104)  Huma 18 l-Istati Membri li għandhom fis-seħħ xi forma ta' skema tal-għoti tar-residenza b'investiment, inklużi erba' Stati Membri li joffru skemi tal-għoti taċ-ċittadinanza b'investiment flimkien ma' dawk tar-residenza: il-Bulgarija, Ċipru, Malta u r-Rumanija. Għaxar Stati Membri ma għandhom l-ebda forma ta' skemi bħal dawn: l-Awstrija, il-Belġju, id-Danimarka, il-Finlandja, il-Ġermanja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Iżvezja. Sors: Scherrer A. u Thirion E., Citizenship by investment (CBI) and Residency by investment (RBI) schemes in the EU, EPRS, PE 627.128, Parlament Ewropew, Ottubru 2018, pp. 12-13 u 55-56; ISBN: 978-92-846-3375-3.

(105)  Ara l-istudju msemmi aktar 'il fuq. Studji oħrajn jindikaw ċifri ogħla, li jinkludu wkoll l-iskemi tal-għoti tar-residenza b'investiment.

(106)  Transparency International and Global Witness, European Getaway: Inside the Murky World of Golden Visas, 10 ta' Ottubru 2018.

(107)  Iċ-Ċittadinanza Ċiprijotta b'Investiment: Skema għan-Naturalizzazzjoni tal-Investituri b'Eċċezzjoni, ir-Residenza Ċiprijotta b'Investiment, il-Programm tal-Investitur Individwali ta' Malta u l-Programm ta' Residenza u Viża ta' Malta.

(108)  Korver R.,'Money Laundering and tax evasion risks in free ports', EPRS, PE: 627.114, Ottubru 2018; ISBN: 978-92-846-3333-3.

(109)  Lista taż-żoni ħielsa tal-UE tal-Kummissjoni.

(110)  Korver R., op. cit.

(111)  Korver R., op. cit.

(112)  Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132).

(113)  Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132).

(114)  Mis-swieq illegali għan-negozji legali:the portfolio of organised crime in Europe (Mis-swieq illegali għan-negozji legali: il-portafoll tal-kriminalità organizzata fl-Ewropa), Rapport Finali tal-Proġett OCP – Portafoll tal-Kriminalità Organizzata, Marzu 2015.

(115)  http://www.europarl.europa.eu/news/mt/press-room/20171211IPR90024/new-eu-wide-penalties-for-money-laundering; Proposta tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2016 għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus permezz tal-liġi kriminali (COM(2016)0826).

(116)  UNODC

(117)  Ikkonsulta, pereżempju, ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Settembru 2017 dwar il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 82), paragrafi 35 u 36, u L-eżitu tat-3662 Laqgħa tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Barranin li saret fi Brussell fl-10 ta' Diċembru 2018.

(118)  Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Frar 2019 (Testi adottati, P8_TA(2019)0121).

(119)  Fid-19 ta' Lulju 2018 il-Kummissjoni rreferiet lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea minħabba nuqqas ta' traspożizzjoni tar-Raba' Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus min-naħa tal-Greċja u tar-Rumanija fid-dritt nazzjonali. L-Irlanda ttrasponiet biss parti limitata ħafna tar-regoli u kienet suġġetta wkoll għal riferiment quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. Fis-7 ta' Marzu 2019, il-Kummissjoni bagħtet opinjoni motivata lill-Awstrija u lin-Netherlands u ittra ta' intimazzjoni lir-Repubblika Ċeka, lill-Ungerija, lill-Italja, lis-Slovenja, lill-Iżvezja u lir-Renju Unit talli naqsu milli jitrasponu bis-sħiħ ir-Raba' Direttiva dwar il-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus.

(120)  Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tan-Netherlands, 4 ta' Settembru 2018

(121)  Parlament Ewropew, Direttorat Ġenerali għall-Politiki Interni, Unità tas-Sostenn għall-Governanza Ekonomika, analiżi fil-fond intitolata “Ħasil tal-flus – Każijiet reċenti minn perspettiva ta' superviżjoni bankarja tal-UE”, April 2018, PE 614.496.

(122)  Bruun & Hjejle: Report on the Non-Resident Portfolio at Danske Bank's Estonian Branch (Rapport fuq il-Portafoll Mhux Residenti fil-fergħa Estonjana ta' Danske Bank), Copenhagen, 19 ta' Settembru 2018.

(123)  Ibid.

(124)  Ibid.

(125)  Opinjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta' Novembru 2018 indirizzata lill-Unità ta' Analiżi tal-Intelligence Finanzjarja ta' Malta, abbażi tal-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar l-azzjoni meħtieġa biex tkun konformi mal-liġi tal-Unjoni (C(2018)7431).

(126)  Ittra mir-Rappreżentant Permanenti ta' Malta għall-UE tal-20 ta' Diċembru 2018 bħala tweġiba għall-ittra tal-President tal-Kumitat TA X 3 tas-7 ta' Diċembru 2018.

(127)  Ibbażata fuq l-anness tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar Mudell ta' Ftehim għall-Istabbiliment ta' Skwadra ta' Investigazzjoni Konġunta (SIK) (ĠU C 18, 19.1.2017, p. 1).

(128)  Dokument ta' riflessjoni dwar elementi possibbli ta' Pjan Direzzjonali għal kooperazzjoni bla xkiel bejn is-Superviżuri kontra l-Ħasil tal-Flus u s-Superviżuri Prudenzjali fl-Unjoni Ewropea, 31 ta' Awwissu 2018.

(129)  Fil-mument tal-votazzjoni fil-Kumitat TAX3 nhar is-27 ta' Frar 2019, in-negozjati interistituzzjonali kienu għadhom għaddejjin.

(130)  Ittra lil Tiina Astola tal-24 ta' Settembru 2018 dwar it-talba biex jiġi investigat ksur possibbli tad-dritt tal-Unjoni fl-ambitu tal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

(131)  COM(2018)0213.

(132)  Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132).

(133)  FATF, Regolament tal-assi virtwali, 19 ta' Ottubru 2018

(134)  Rapport ta' missjoni tal-Kumitat TAX3 tad-delegazzjoni għall-Estonja u d-Danimarka, 6-8 ta' Frar 2019.

(135)  ĠU L 303, 28.11.2018, p. 1.

(136)  ĠU L 284, 12.11.2018, p. 22.

(137)  Id-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta' mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 39).

(138)  C(2019)0646.

(139)  SWD(2018)0362.

(140)  Waqt is-seduta tal-Kumitat TA X 3 tal-1 ta' Ottubru 2018 dwar ir-relazzjonijiet mal-Iżvizzera fi kwistjonijiet tat-taxxa u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-kelliema ddikjaraw li l-Iżvizzera ma kinitx qiegħda ssegwi r-Rakkomandazzjonijiet 9 u 40 tal-FATF.

(141)  Rispettivament “Base Erosion and Anti-Abuse Tax” (BEAT), “Global Intangible Low Tax Income” (GILTI) u “Foreign-Derived Intangible Income” (FDII).

(142)  B'mod aktar speċifiku: Mudell 1 tal-IGA, li bih l-istituzzjonijiet finanzjarji barranin jirrappurtaw informazzjoni rilevanti lill-awtoritajiet tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom, li mbagħad jgħaddu din lill-IRS tal-Istati Uniti, u Mudell 2 tal-IGA li bih l-istituzzjonijiet finanzjarji barranin ma jirrapportawx lura għand il-gvernijiet tal-pajjiżi ta' oriġini tagħhom iżda direttament lill-IRS.

(143)  Testi adottati, P8_TA(2018)0316.

(144)  Kif imsemmi fis-smigħ ta' tal-Kumitat TA X 3 tal-1 ta' Ottubru 2018.

(145)  Skambju ta' fehmiet tal-Kumitat TAX3 ma' Fabrizia Lapecorella, President tal-Grupp dwar l-Kodiċi tal-Kondotta dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi, li sar fl-10 ta' Ottubru 2018.

(146)  Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-lista riveduta tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa, disponibbli f' dan l-indirizz: https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-7441-2019-INIT/mt/pdf

(147)  https://www.oxfam.org/en/research/hook-how-eu-about-whitewash-worlds-worst-tax-havens

(148)  Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-lista riveduta tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa, disponibbli f' dan l-indirizz: https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-7441-2019-INIT/mt/pdf

(149)  Ħidma fuq il-kriterji 2.1 u 2.2 dwar it-tassazzjoni ġusta tal-konklużjonijiet tal-Kunsill 14166/16 tat-8 ta’ Novembru 2016.

(150)  OECD, “Resumption of Application of Substantial Activities Factor to No or only Nominal Tax Jurisdictions – Inclusive Framework on BEPS”: Action 5, 2018.

(151)  Kriterju 2.2 tal-lista tal-UE dwar tassazzjoni ġusta.

(152)  It-test tal-abbozz ta' ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika huwa disponibbli hawn: https://ec.europa.eu/commission/publications/draft-agreement-withdrawal-united-kingdom-great-britain-and-northern-ireland-european-union-and-european-atomic-energy-community-agreed-negotiators-level-14-november-2018_en

(153)  It-test tad-dikjarazzjoni politika li tistabbilixxi l-qafas għar-relazzjoni futura bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit huwa disponibbli hawn: https://www.consilium.europa.eu/media/37059/20181121-cover-political-declaration.pdf

(154)  Inklużi Andorra u Liechtenstein.

(155)  Seduta tal-Kumitat TAX3 dwar ir-relazzjonijiet mal-Iżvizzera fi kwistjonijiet fiskali u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, 1 ta' Ottubru 2018, u skambju ta' fehmiet ma' Fabrizia Lapicorella, President tal-Grupp dwar il-Kodiċi ta' Kondotta rigward it-Tassazzjoni tal-Impriżi, 10 ta' Ottubru 2018.

(156)  Ibid.

(157)  Il-lista riveduta tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa – Il-konklużjonijiet tal-Kunsill 7441/19 tat-12 ta' Marzu 2019.

(158)  Fl-ewwel taqsima ta' “The missing profits of nations” ta' Tørsløv, T.R., Wier L.S. u Zucman G., huwa ssuġġerit, permezz ta' mudelli makroekonomiċi moderni u data tal-bilanċ tal-pagamenti li ġiet ippubblikata dan l-aħħar, li d-distakk fid-dħul mit-taxxa globali jammonta għal madwar USD 200 biljun u li l-IDB li jgħaddi mill-ġurisdizzjonijiet tar-rifuġji fiskali jammonta għal bejn 10 u 30 % tal-IDB totali. Dawn iċ-ċifri huma pjuttost ogħla minn estimi preċedenti li jużaw metodi oħra.

(159)  Ir-Rapport tal-Pajjiż għall-Belġju – 2018;

Ir-Rapport tal-Pajjiż għal Ċipru – 2018;

Ir-Rapport tal-Pajjiż għall-Ungerija – 2018;

Ir-Rapport tal-Pajjiż għall-Irlanda – 2018;

Ir-Rapport tal-Pajjiż għal-Lussemburgu – 2018;

Ir-Rapport tal-Pajjiż għal Malta – 2018;

Ir-Rapport tal-Pajjiż għan-Netherlands – 2018.

(160)  Ara r-Rapport tal-Pajjiż għall-Belġju – 2019; Ir-Rapport tal-Pajjiż għal Ċipru – 2019; Ir-Rapport tal-Pajjiż għall-Ungerija – 2019; Ir-Rapport tal-Pajjiż għall-Irlanda – 2019; Ir-Rapport tal-Pajjiż għal-Lussemburgu – 2019; Ir-Rapport tal-Pajjiż għal Malta – 2019; Ir-Rapport tal-Pajjiż għan-Netherlands – 2019 (https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/file_import/2019-european-semester-country-report-netherlands_en_0.pdf)

(161)  https://www.oxfam.org/en/research/hook-how-eu-about-whitewash-worlds-worst-tax-havens

(162)  Kontribuzzjonijiet minn Alex Cobham (In-Netwerk tal-Ġustizzja fit-Taxxa) u Johan Langerock (Oxfam), seduta tas-smigħ tal-Kumitat TAX3 dwar il-ġlieda kontra l-prattiki dwar it-taxxa dannużi, 15 ta' Mejju 2018.

(163)  B'mod partikolari il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp.

(164)  Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-6 ta' Lulju 2016 dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili (ĠU C 101, 16.3.2018, p. 79) u rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132).

(165)  Il-G77 appell għal korp bħal dan fl-2017.

(166)  Dokument ta' diskussjoni tal-Kummissjoni Ewropea: A Contribution to the Third Financing for Development Conference in Addis Ababa(Kontribut għat-Tielet Konferenza dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp f'Addis Ababa).

(167)  Action Aid, Mistreated Tax Treaties Report, Frar 2016.

(168)  Cobham, A and Janský, P., 2017. 'Global distribution of revenue loss from tax avoidance' (Distribuzzjoni Globali ta' Telf mid-Dħul mill-Evitar tat-Taxxa).

(169)  C(2018)1650.

(170)  Investigazzjoni fil-fond tal-Kummissjoni biex teżamina jekk il-Portugall applikax l-iskema ta' għajnuna reġjonali taż-Żona Ħielsa tal-Madeira f'konformità mad-deċiżjonijiet tagħha tal-2007 u l-2013 li japprovawha, jiġifieri billi tivverifika jekk l-eżenzjonijiet mit-taxxa mogħtija mill-Portugall lil kumpaniji stabbiliti fiż-Żona Ħielsa tal-Madeira humiex konformi mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni u mar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat; jaċċentwa li l-Kummissjoni qiegħda tivverifika jekk il-Portugall kienx konformi mar-rekwiżiti tal-iskemi, jiġifieri jekk il-profitt tal-kumpaniji li jibbenefikaw mit-tnaqqis tat-taxxa fuq l-introjtu oriġinax biss minn attivitajiet imwettqa fil-Madeira u jekk il-kumpaniji benefiċjarji kinux fil-fatt ħolqu u żammew l-impjiegi fil-Madeira.

(171)  Magħrufa wkoll bħala promoturi jew faċilitaturi f'xi leġiżlazzjoni.

(172)  Direttiva tal-Kunsill (UE) 2018/822 tal-25 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar l-iskambju awtomatiku u obbligatorju ta' informazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward ta' arranġamenti transkonfinali rapportabbli (ĠU L 139, 5.6.2018, p. 1).

(173)  Ara, pereżempju, ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa, paragrafu 143 (ĠU C 369, 11.10.2018, p. 132).

(174)  ĠU L 158, 27.5.2014, p. 196.

(175)  ĠU L 158, 27.5.2014, p. 77.

(176)  Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni li jirrappurtaw dwar ksur tad-dritt tal-Unjoni (COM(2018)0218) – C8-0159/2018 – 2018/0106(COD)).

(177)  Seduta tal-Kumitat TA X 3 tal-21 ta' Novembru 2018.

(178)  B'mod partikolari l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Istati Uniti.

(179)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat-22 ta' Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1).

(180)  Kif issuġġerit mill-Kunsill tal-Ewropa fir-Rakkomandazzjoni CM/Rec (2014)7 tal-Kumitat tal-Ministri tiegħu lill-Istati Membri dwar il-protezzjoni tal-informaturi, adottata fit-30 ta' April 2014.

(181)  Is-Sur Rudolf Elmer, smigħ fl-1 ta' Ottubru 2018; Is-Sur Howard Wilkinson, smigħ fil-21 ta' Novembru 2018.

(182)  Daphne Caruana Galizia, inqatlet f'Malta fis-16 ta' Ottubru 2017; Ján Kuciak, inqatel flimkien mas-sieħba tiegħu Martina Kušnírová, fis-Slovakkja fil-21 ta' Frar 2018.

(183)  Seduta tal-Kumitat TA X 3 tal-1 ta' Ottubru 2018.

(184)  Rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-Każ OI/2/2017/TE dwar it-Trasparenza tal-proċess leġiżlattiv tal-Kunsill.

(185)  Artikolu 4(3) tat-TUE.

(186)  B'mod partikolari kif imfakkar fir-rapport tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta lill-Kunsill ta' Ġunju 2018: il-Linji Gwida Proċedurali għat-twettiq tal-proċess ta' monitoraġġ tal-impenji li jirrigwardjaw il-lista tal-UE ta' ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa (dok 6213/18); kompilazzjoni tal-gwida kollha miftiehma minn mindu nħoloq il-Grupp fl-1998 (dok. 5814/18 REV1); kompilazzjoni tal-ittri kollha ffirmati mill-President tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta li jfittxu impenji mill-ġurisdizzjonijiet (dok. 6671/18); kompilazzjoni tal-ittri ta' impenn li ntbagħtu bi tweġiba fejn ingħatat approvazzjoni mill-ġurisdizzjoni kkonċernata (dok. 6972/18 u l-addenda); u ħarsa ġenerali lejn il-miżuri individwali vvalutati mill-Grupp sa mill-1998 (dok. 9 639/18).

(187)  Il-kodiċi jinsab fl-Anness I tal-konklużjonijiet tal-Laqgħa tal-Kunsill ECOFIN tal-1 ta' Diċembru 1997 dwar il-politika ta' tassazzjoni, li l-premessa N tagħhom hija relatata mal-monitoraġġ u r-reviżjoni tad-dispożizzjonijiet tal-kodiċi (ĠU C 2, 6.1.1998, p. 1.).

(188)  Seduta tal-Kumitat TAX3 mas-Segretarju tal-Istat Spanjol għall-Finanzi, 19 ta' Frar 2019.


L-Erbgħa 27 ta’ Marzu 2019

26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/63


P8_TA(2019)0313

Fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 (MON-87751-7)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 (MON-87751-7), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060916/01 – 2019/2603(RSP))

(2021/C 108/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 (MON-87751-7), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060916/01),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-7 ta' Marzu 2019, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-20 ta' Ġunju 2018 u ppubblikata fit-2 ta' Awwissu 2018 (3),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, 2017/0035(COD),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw l-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (4),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, fis-26 ta' Settembru 2014, Monsanto Europe S.A./N.V. ippreżentat applikazzjoni, f'isem il-kumpanija Monsanto, l-Istati Uniti, f'konformità mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata (ĠM) MON 87751 (“l-applikazzjoni”) lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands, u billi l-applikazzjoni kienet tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jinkludu jew li jikkonsistu mill-fażola tas-sojja ĠM MON 87751 għal użi oħra għajr għall-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.

billi, fl-20 ta' Ġunju 2018, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli b'rabta mal-awtorizzazzjoni (5);

C.

billi l-fażola tas-sojja ĠM MON 87751 ġiet żviluppata biex tagħti reżistenza kontra ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani u tesprimi l-proteini Bt Cry1A.105 u Cry2Ab2 għal dan il-għan;

Tossini Bt

D.

billi l-istudji juru li t-tossini Bt jista' jkollhom proprjetajiet aġġuvanti li jirrinforzaw il-proprjetajiet allerġeniċi ta' oġġetti tal-ikel oħra; billi l-fażola tas-sojja nfisha tipproduċi bosta allerġeni tal-pjanti, u hemm riskju speċifiku li l-proteina Bt tista' ssaħħaħ ir-reazzjoni tas-sistema immunitarja għal dawn il-komposti fl-istadju tal-konsum;

E.

billi membru tal-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati (il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM) preċedentement iddikjara li filwaqt li qatt ma ġew identifikati effetti mhux intenzjonati fl-ebda applikazzjoni fejn jiġu espressi l-proteini Bt, dawn ma jistgħux jiġu osservati mill-istudji tossikoloġiċi attwalment irrakkomandati u mwettqa għall-valutazzjoni tas-sikurezza tal-pjanti ĠM fl-EFSA, minħabba li l-istudji ma jinkludux it-testijiet xierqa għal dan il-għan (6);

F.

billi b'rabta mal-awtorizzazzjoni attwali, il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM innifsu jirrikonoxxi li hemm disponibbli biss għarfien limitat u evidenza sperimentali dwar il-potenzjal tal-proteini ġodda espressi biex jaġixxu bħala aġġuvanti (7);

G.

billi l-istudji jenfasizzaw il-ħtieġa għal riċerka ulterjuri u għal studji fuq terminu twil dwar il-proprjetajiet aġġuvanti tat-tossini Bt; billi, sakemm għad hemm xi mistoqsijiet relatati mar-rwol tat-tossini Bt u tal-proprjetajiet aġġuvanti tagħhom, il-pjanti ĠM li jinkluduhom ma għandhomx jiġu awtorizzati għall-importazzjoni għal użu relatat mal-ikel u l-għalf;

Tossiċità u studji alimentari ta' 90 jum

H.

billi twettqu żewġ studji tat-tossiċità ta' 28 jum b'doża ripetuta fuq il-ġrieden, wieħed bil-proteina Cry1a.105 u l-ieħor bil-proteina Cry2Ab2;

I.

billi dawk l-istudji tat-tossiċità twettqu bil-proteini iżolati, jiġifieri mhux bil-proteini kkombinati, li ġew idderivati mill-batterji u li għalhekk mhumiex identiċi għal dawk prodotti fil-pjanta; billi dan ifisser li l-istudji ma ssimulawx l-esponiment taħt kundizzjonijiet prattiċi;

J.

billi ż-żewġ studji tat-tossiċità ma kkonformawx bis-sħiħ mar-rekwiżiti rilevanti tal-OECD, fis-sens li l-eżaminazzjonijiet tal-koagulazzjoni kienu bbażati fuq għadd relattivament baxx ta' kampjuni, u ma twettqux testijiet tal-batterija ta' osservazzjoni funzjonali u testijiet tal-attività tal-lokomotur; billi huwa essenzjali li dawn it-tip ta' rekwiżiti jiġu ssodisfati kollha fil-proċedura ta' awtorizzazzjoni;

K.

billi fl-istudju alimentari ta' 90 jum ġew identifikati bosta differenzi statistikament sinifikanti bejn il-grupp ta' kontroll u dak ittestjat li, skont kummenti minn awtorità kompetenti ta' Stat Membru, kien imisshom ġew eżaminati aktar (8);

L.

billi l-istudju alimentari ta' 90 jum fuq il-firien kien jinkludi d-dgħufijiet li ġejjin: l-istudju ma użax żewġ dożaġġi differenti tal-materjal ittestjat, kif meħtieġ mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 503/2013 (9), u l-ebda wieħed mill-materjali ttestjati ma ġie analizzat għal kontaminazzjoni possibbli ma' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) oħra;

M.

billi, filwaqt li l-EFSA tidentifika l-ħalib tas-sojja bħala l-kontributur prinċipali fid-dieti tal-bniedem bl-ogħla esponiment kroniku (10), fl-istudju alimenarji, bħala materjal ittestjat intużat grixa tal-fażola tas-sojja mixwija u mingħajr xaħam; billi ma tkejlux il-livelli ta' espressjoni tal-proteini Bt fil-grixa tal-fażola tas-sojja, li jfisser li mhuwiex possibbli li l-eżitu tal-istudju jintrabat ma' livelli speċifiċi ta' tossina Bt;

Kummenti mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri

N.

billi l-awtoritajiet tal-Istati Membri ppreżentaw bosta kummenti kritiċi matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur (11), fost l-oħrajn li għadhom mhumiex riżolti ħafna mistoqsijiet rigward is-sikurezza u t-tossiċità possibbli tal-fażola tas-sojja ĠM, li l-effetti kombinatorji taż-żewġ proteini ma ġewx analizzati, li għandha titqies aktar informazzjoni qabel tkun tista' tiġi ffinalizzata l-valutazzjoni tar-riskju, li l-pjan ta' monitoraġġ ambjentali ma jissodisfax l-objettivi stipulati fl-Anness VII tad-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) u li dan għandu jiġi emendat qabel jingħata l-kunsens, u li ma hemmx raġuni biex jiġi preżunt li l-konsum ta' proteini Cry huwa sikur u li ma jirrappreżentax periklu għall-bniedem, l-annimali jew l-ambjent;

O.

billi l-Unjoni hija firmatarja tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, li timponi fuq il-partijiet kontraenti tagħha r-responsabbiltà li jiżguraw li l-attivitajiet fil-ġurisdizzjonijiet tagħhom ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent ta' Stati oħrajn (13); billi d-deċiżjoni dwar jekk tiġix awtorizzata l-fażola tas-sojja ĠM hija fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni;

P.

billi, f'konformità ma' talba minn Stat Membru partikolari, fl-applikazzjoni għandha titqies id-data eżistenti dwar l-impatt tal-kultivazzjoni tal-fażola tas-sojja ĠM MON 87751 fuq pajjiżi produtturi u esportaturi; billi l-istess Stat Membru jirrakkomanda studju biex jiġi vvalutat kif l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti jinfluwenzaw l-għażliet tal-għelejjel fl-Ewropa, u għalhekk il-bijodiversità li tirriżulta minn dawn l-għażliet ta' agrosistema (14);

Q.

billi l-awtoritajiet kompetenti ta' bosta Stati Membri kkritikaw in-nuqqas ta' robustezza tal-pjan ta' monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq;

Nuqqas ta' leġittimità demokratika

R.

billi l-votazzjoni fis-7 ta' Marzu 2019 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata favur l-awtorizzazzjoni;

S.

billi f'diversi okkażjonijiet (15), il-Kummissjoni kkundannat il-fatt li, mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, hija adottat deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni mingħajr l-appoġġ tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li hija verament l-eċċezzjoni għall-proċedura fl-intier tagħha, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ĠM; billi din il-prattika ġiet ikkundannata wkoll mill-President Juncker bħala li mhijiex demokratika (16);

T.

billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari (17) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

U.

billi l-premessa 14 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tiddikjara l-Kummissjoni għandha, kemm jista' jkun, timxi b'tali mod li tevita l-kunflitt ma' xi pożizzjoni predominanti li tista' tfeġġ fil-kumitat ta' appell kontra l-idoneità ta' att ta' implimentazzjoni, speċjalment dwar kwistjonijiet sensittivi bħalma huma s-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza tal-ikel u l-ambjent;

V.

billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li ikel jew għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u li matul l-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni trid tqis kull dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qed tiġi kkunsidrata;

1.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni, billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.

Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' OĠM sakemm il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhijiex adegwata;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għall-użu fl-ikel u l-għalf;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM (Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati), 2018. Opinjoni xjentifika dwar l-evalwazzjoni tal-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87751 għal użu ta' ikel u għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-NL-2014–121). Il-Ġurnal tal-EFSA 2018; 16(8):5346, 32 pp. doi: 10.2903/j.efsa.2018.5346.

(4)  

Riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).

Riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn, qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).

Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).

Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83).

Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).

Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).

Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).

Riżoluzzjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).

Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).

Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 122).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 × Ms8 × Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 × Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).

Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).

Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' ikel u għalf li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).

Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat,(Testi adottati, P8_TA(2018)0221).

Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2018)0416).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u tħassir tad-Deċiżjoni 2011/366/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0417).

– Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/327/UE fir-rigward tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0057).

Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2019)0058).

Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87403 (MON-874Ø3-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0059).

Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0060).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 4114 (DP-ØØ4114-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0196)).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikata MON 87411 (MON-87411-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0197).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × 1507 × GA21 u s-sottokombinazzjonijiet Bt11 × MIR162 × 1507, MIR162 × 1507 × GA21 u MIR162 × 1507 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0198).

(5)  https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5346

(6)  https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2018.5309 p34

(7)  Ir-rispons tal-EFSA għall-kummenti mill-Istati Membri, p. 109, l-Anness G: http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2014-00719

(8)  L-Anness G, kummenti mill-Istati Membri, pp. 27-33, http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2014-00719

(9)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta' April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1).

(10)  Opinjoni tal-EFSA, p. 22, https://www.efsa.europa.eu/en/efsajournal/pub/5346

(11)  Ara l-Anness G, kummenti mill-Istati Membri, http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2014-00719

(12)  Id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU L 106, 17.4.2001, p. 1).

(13)  Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika, 1992, l-Artikolu 3, https://www.cbd.int/convention/articles/default.shtml?a=cbd-03

(14)  L-Anness G, kummenti mill-Istati Membri, pp. 67-68, http://registerofquestions.efsa.europa.eu/roqFrontend/questionLoader?question=EFSA-Q-2014-00719

(15)  Ara, pereżempju, il-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tagħha ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà li l-Istati Membri jillimitaw jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel jew għalf ġenetikament modifikat fit-territorju tagħhom, u fil-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(16)  Pereżempju, fid-Dikjarazzjoni Inawgurali tas-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew fid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).

(17)  ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.

(18)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/69


P8_TA(2019)0314

Qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 x NK603 (DAS-Ø15Ø7-1x MON-ØØ6Ø3-6)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × NK603 (DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060917/01 – 2019/2604(RSP))

(2021/C 108/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × NK603 (DAS-Ø15Ø7-1 × MON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060917/01),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 11(3) u 23(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tas-7 ta' Marzu 2019, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fl-20 ta' Ġunju 2018 u ppubblikata fil-25 ta' Lulju 2018 (3),

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (COM(2017)0085, 2017/0035(COD),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw l-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (4),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/703/KE (5) awtorizzat it-tqegħid fis-suq ta' ikel u għalf li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (ĠM) 1507 × NK603; billi l-kamp ta' applikazzjoni ta' dik l-awtorizzazzjoni jkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti, għajr l-ikel u l-għalf, li fihom jew li jikkonsistu mill-qamħirrum ĠM 1507 × NK603 għall-istess użi bħal kull qamħirrum ieħor għajr għall-kultivazzjoni;

B.

billi, fl-20 ta' Ottubru 2016, Pioneer Overseas Corporation, f'isem Pioneer Hi-Bred International, Inc., u Dow AgroSciences Europe, f'isem Dow AgroSciences LLC, flimkien ippreżentaw applikazzjoni lill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikoli 11 u 23 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tiġdid ta' dik l-awtorizzazzjoni;

C.

billi, fil-25 ta' Lulju 2018, l-EFSA ħarġet opinjoni favorevoli f'konformità mal-Artikoli 6 u 18 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

D.

billi l-opinjoni tal-EFSA ddikjarat li t-tiftix tal-applikanti fil-letteratura kien sab 120 pubblikazzjoni, li minnhom, wara li ġew applikati l-kriterji ta' eliġibbiltà u inklużjoni li kienu ġew stabbiliti mill-applikanti a priori, pubblikazzjoni waħda biss tqieset bħala rilevanti mill-applikanti, li kienet opinjoni mill-Bord tal-EFSA dwar l-Organiżmi Ġenetikament Modifikati (il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM);

E.

billi l-EFSA, minkejja l-fatt li qieset li jista' jitjieb it-tiftix tal-applikanti fil-letteratura fil-futur, ma wettqitx tiftix sistematiku fil-letteratura hija stess, iżda sempliċement ivvalutat it-tiftix fil-letteratura mwettaq mill-applikanti, u abbażi ta' dan ikkonkludiet li ma kienet ġiet identifikata l-ebda pubblikazzjoni ġdida li kieku tqajjem dubju dwar is-sikurezza;

F.

billi, bl-istess mod, għall-oġġetti l-oħra vvalutati, bħad-data bijoinformatika, il-monitoraġġ ta' wara t-tqegħid fis-suq, kif ukoll il-valutazzjoni globali, l-EFSA sempliċement toqgħod fuq l-informazzjoni mogħtija mill-applikanti, u bħala konsegwenza ta' dan tadotta l-valutazzjoni tal-applikanti;

G.

billi l-EFSA adottat l-opinjoni tagħha bis-suppożizzjoni li s-sekwenza tad-DNA taż-żewġ eventi fil-qamħirrum ĠM NK603 x MON 810 hija identika għas-sekwenza tal-eventi li ġew ivvalutati oriġinarjament; billi ma jidhirx li din l-ipoteżi kienet ibbażata fuq xi data jew evidenza pprovduta mill-applikanti, iżda minflok purament fuq dikjarazzjoni pprovduta minnhom;

H.

billi l-EFSA tirrikonoxxi li r-rapporti annwali ta' monitoraġġ ambjentali ta' wara t-tqegħid fis-suq li ġew proposti mill-applikanti jikkonsistu prinċipalment minn sorveljanza ġenerali tal-materjal tal-pjanti ĠM importat; billi l-EFSA tqis li hija meħtieġa diskussjoni ulterjuri mal-applikanti u mal-maniġers tar-riskju dwar l-implimentazzjoni prattika tar-rapporti ta' monitoraġġ ambjentali ta' wara t-tqegħid fis-suq, eż. rigward id-data verament miġbura dwar l-esponiment u/jew l-effetti negattivi, kif implimentata fis-sistemi ta' monitoraġġ eżistenti;

I.

billi l-qamħirrum ĠM 1507 × NK603 jesprimi l-ġene cry1F, li jikkonferixxi protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri, il-ġene pat, li jikkonferixxi tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq il-glufosinat-ammonju, u l-ġene cp4 epsps, li jikkonferixxi tolleranza għall-erbiċidi bbażati fuq il-glifosat;

J.

billi l-pjanti Bt ĠM jesprimu t-tossina insettiċida f'kull ċellola matul ħajjithom, anke fil-partijiet li jittieklu mill-bnedmin u mill-annimali; billi esperimenti ta' alimentazzjoni bl-annimali juru li pjanti Bt ĠM jistgħu jkollhom effetti tossiċi (6); billi ntwera li t-tossina Bt fi pjanti ĠM hija differenti ħafna mit-tossina Bt li teżisti b'mod naturali (7); billi hemm tħassib dwar l-evoluzzjoni possibbli ta' reżistenza għall-proteini Cry fil-pesti lepidopteri fil-mira, li tista' twassal għal tibdil fil-prattiki ta' kontroll tal-pesti fil-pajjiżi fejn tiġi kkultivata;

K.

billi l-glufosinat huwa klassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni u għalhekk jaqa' taħt il-kriterji ta' esklużjoni stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8); billi l-approvazzjoni tal-glufosinat skadiet fil-31 ta' Lulju 2018 (9);

L.

billi għad hemm xi dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi, f'Novembru 2015, l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġeniku, filwaqt li, f'Marzu 2017, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ikkonkludiet li ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015 l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa kklassifikat il-glifosat bħala probabbilment karċinoġeniku għall-bnedmin (10);

M.

billi l-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari, f'dan il-każ tal-glifosat u tal-glufosinat, hija parti minn prattika agrikola regolari fil-kultivazzjoni ta' pjanti reżistenti għall-erbiċidi u għalhekk jista' jkun mistenni li r-residwi mill-bexx ikunu preżenti fil-ħsad u huma kostitwenti inevitabbli;

N.

billi għandu jkun mistenni li l-qamħirrum ĠM se jkun espost kemm għal dożi ogħla kif ukoll għal dożi ripetuti ta' glifosat u glufosinat, li mhux biss iwasslu għal piż ogħla ta' residwi fil-ħsad, iżda jistgħu wkoll jinfluwenzaw il-kompożizzjoni tal-pjanta tal-qamħirrum ĠM u l-karatteristiċi agronomiċi tagħha;

O.

billi informazzjoni dwar il-livelli ta' residwi ta' erbiċidi u tal-metaboliti tagħhom hija essenzjali għal valutazzjoni tar-riskju bir-reqqa ta' pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi; billi r-residwi mill-bexx bl-erbiċidi jitqiesu bħala barra mill-mandat tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM; billi l-impatti tal-bexx tal-qamħirrum ĠM bl-erbiċidi ma ġewx ivvalutati, u lanqas ma ġie vvalutat l-effett kumulattiv tal-bexx bil-glifosat u bil-glufosinat;

P.

billi l-Unjoni hija firmatarja tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, li timponi fuq il-partijiet kontraenti tagħha r-responsabbiltà li jiżguraw li l-attivitajiet fil-ġurisdizzjoni tagħhom ma jikkawżawx ħsara lill-ambjent ta' Stati oħra (11); billi d-deċiżjoni dwar jekk jiġix awtorizzat il-qamħirrum ĠM hija fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-Unjoni;

Q.

billi l-kummenti ppreżentati mill-Istati Membri matul il-perjodu ta' konsultazzjoni ta' tliet xhur jirreferu, fost l-oħrajn: għan-nuqqas ta' konformità mal-linji gwida tal-EFSA fir-rigward tar-rapporti ta' monitoraġġ ambjentali ta' wara t-tqegħid fis-suq, bosta nuqqasijiet f'dawk ir-rapporti, inkluż il-fatt li kienet ġiet injorata l-okkorrenza tat-teosinte bħala qarib selvaġġ tal-qamħirrum fl-Ewropa, li hija nieqsa l-informazzjoni dwar id-destin tat-tossini Bt fl-ambjent; għal tħassib rigward l-affidabbiltà tad-data biex tiġi kkonfermata l-konklużjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskju; għal pjan ta' monitoraġġ propost li huwa insuffiċjenti; għal tiftix inadegwat fil-letteratura li jwassal għall-ommissjoni ta' xi studji importanti, u dikjarazzjoni mhux xierqa tal-letteratura identifikata bħala irrilevanti; u għan-nuqqas ta' provvista ta' kwalunkwe data li turi l-identità sekwenzjali ta' varjetà ta' qamħirrum attwali li fih l-event ta' trasformazzjoni 1507 x NK603 mal-event ivvalutat oriġinarjament (12);

R.

billi l-votazzjoni fis-7 ta' Marzu 2019 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmija fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li ma kienx hemm maġġoranza kwalifikata favur l-awtorizzazzjoni;

S.

billi f'diversi okkażjonijiet (13), il-Kummissjoni kkundannat il-fatt li mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, hija adottat deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni mingħajr l-appoġġ tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għal deċiżjoni finali, li hija verament l-eċċezzjoni għall-proċedura fl-intier tagħha, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjonijiet tal-ikel u l-għalf ĠM; billi din il-prattika ġiet ikkundannata wkoll mill-President Juncker bħala li mhijiex demokratika (14);

T.

billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari (15) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003, u appella biex il-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

U.

billi l-premessa 14 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tiddikjara l-Kummissjoni għandha, kemm jista' jkun, taġixxi b'tali mod li tevita li tmur kontra xi pożizzjoni predominanti li tista' tfeġġ fi ħdan il-kumitat ta' appell kontra l-idoneità ta' att ta' implimentazzjoni, speċjalment dwar kwistjonijiet sensittivi bħalma huma s-saħħa tal-konsumatur, is-sikurezza tal-ikel u l-ambjent;

V.

billi r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 jiddikjara li ikel jew għalf ĠM ma jridx ikollu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, is-saħħa tal-annimali jew l-ambjent, u li l-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tad-dritt tal-Unjoni u fatturi leġittimi oħra li jkunu rilevanti għall-kwistjoni li tkun qiegħda tiġi kkunsidrata matul l-abbozzar tad-deċiżjoni tagħha għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni;

1.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ĠM, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.

Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) sakemm il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li jirriżulta li mhijiex adegwata;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għall-użu fl-ikel u l-għalf;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-impenji tagħha skont il-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Diversità Bijoloġika, u b'mod partikolari biex ma tawtorizzax l-importazzjoni ta' kwalunkwe pjanta ĠM għal użu fl-ikel jew fl-għalf li tkun saret tolleranti għal erbiċida li ma jkunx awtorizzat biex jintuża fl-Unjoni;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza l-ebda pjanta ĠM tolleranti għall-erbiċida mingħajr valutazzjoni sħiħa tar-residwi minn bexx b'erbiċidi komplementari u l-formulazzjonijiet kummerċjali tagħhom kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  Il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM, 2018. Opinjoni Xjentifika dwar il-valutazzjoni ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × NK603 għat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-RX-008). Il-Ġurnal tal-EFSA 2018; 16(7): 5347.

(4)  

Riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).

Riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu minn, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).

Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).

Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83).

Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).

Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).

Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).

Riżoluzzjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).

Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).

Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 122).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).

Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).

Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' ikel u għalf li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).

Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat, (Testi adottati, P8_TA(2018)0221).

Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2018)0416).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u tħassir tad-Deċiżjoni 2011/366/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0417).

Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/327/UE fir-rigward tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0057).

Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2019)0058).

Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87403 (MON-874Ø3-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0059).

Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0060).

Riżoluzzjoni tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 4114 (DP-ØØ4114-3) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0196).

Riżoluzzjoni tal-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87411 (MON-87411-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0197).

Riżoluzzjoni tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × 1507 × GA21 u s-sottokombinazzjonijiet Bt11 × MIR162 × 1507, MIR162 × 1507 × GA21 u MIR162 × 1507 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0198).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/703/KE tal-24 ta' Ottubru 2007 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu fi, jew li jkunu prodotti minn, qamħirrum modifikat ġenetikament 1507xNK603 (DAS-Ø15Ø7-1xMON-ØØ6Ø3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 285, 31.10.2007, p. 47).

(6)  Ara pereżempju, El-Shamei, Z.S., Gab-Alla, A.A., Shatta, A.A., Moussa, E.A., Rayan, A.M., Histopathological Changes in Some Organs of Male Rats Fed on Genetically Modified Corn (Bidliet Istopatoloġiċi f'xi Organi ta' Firien Irġiel Mitmugħa Qamħirrum Ġenetikament Modifikat) (Ajeeb YG). Journal of American Science 2012; 8(9):1127-1123. https://www.researchgate.net/publication/235256452_Histopathological_Changes_in_Some_Organs_of_Male_Rats_Fed_on_Genetically_Modified_Corn_Ajeeb_YG

(7)  Székács, A., Darvas, B., Comparative aspects of Cry toxin usage in insect control (Aspetti komparattivi tal-użu tat-tossina Cry fil-kontroll tal-insetti). In: Ishaaya, I., Palli, S.R., Horowitz, A.R., eds. Advanced Technologies for Managing Insect Pests (Teknoloġiji Avvanzati għall-Ġestjoni ta' Pesti tal-Insetti). Dordrecht, in-Netherlands: Springer; 2012:195-230. https://link.springer.com/chapter/10.1007/978-94-007-4497-4_10

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(9)  https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/active-substances/?event=as.details&as_id=79

(10)  Monografi tal-IARC, Volum 112: Some organophosphate insecticides and herbicides (Xi insettiċidi u erbiċidi organofosfati), l-20 ta' Marzu 2015 (http://monographs.iarc.fr/ENG/Monographs/vol112/mono112.pdf).

(11)  L-Artikolu 3, https://www.cbd.int/convention/articles/default.shtml?a=cbd-03

(12)  Ara r-Reġistru ta' Mistoqsijiet tal-EFSA, l-Anness G għall-Mistoqsija Nru EFSA-Q-2018-00509,

disponibbli online fuq: https://www.efsa.europa.eu/en/register-of-questions

(13)  Ara pereżempju l-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva tagħha ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 rigward il-possibbiltà li l-Istati Membri jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat fit-territorju tagħhom, u l-memorandum ta' spjegazzjoni tal-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(14)  Ara pereżempju d-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew id-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).

(15)  ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.

(16)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/75


P8_TA(2019)0315

Ċerti użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) (DEZA a.s.)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (DEZA a.s.) (D060865/01 – 2019/2605(RSP))

(2021/C 108/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li parzjalment tagħti awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis(2-etileżil) ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (DEZA a.s.) (D060865/01),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (1) (“ir-Regolament REACH”), u b'mod partikolari l-Artikolu 64(8) tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Valutazzjoni tar-Riskji (RAC) u tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika (SEAC) (2), skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 64(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/2005 tas-17 ta' Diċembru 2018 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-bis(2-etileksil) ftalat (DEHP), tal-ftalat tad-dibutil (DBP), tal-benżil-butil-ftalat (BBP) u tal-ftalat tad-diisobutil (DIBP) (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni ta' XXX tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis(2-etileżil) ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-837/16 (6),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi d-DEHP ġie miżjud mal-lista ta' kandidati ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna skont ir-Regolament REACH fl-2008 (7) minħabba l-klassifikazzjoni tiegħu bħala tossiku għar-riproduzzjoni;

B.

billi d-DEHP kien inkluż fl-Anness XIV tar-Regolament REACH fl-2011 (8), minħabba dik il-klassifikazzjoni, l-użu mifrux tiegħu u l-volum għoli ta' produzzjoni fl-Unjoni (9), b'data tat-terminazzjoni tal-21 ta' Frar 2015;

C.

billi l-kumpaniji li kienu lesti li jkomplu jużaw id-DEHP kellhom jissottomettu applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni sa Awwissu 2013; billi d-DEZA, wara li preżentat l-applikazzjoni tagħha qabel dik l-iskadenza, tħalliet tkompli tuża d-DEHP sakemm tittieħed id-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni kif prevista mill-Artikolu 58 tar-Regolament REACH;

D.

billi l-Kummissjoni rċeviet l-opinjonijiet tal-RAC u tas-SEAC f'Jannar 2015; billi d-dewmien tal-Kummissjoni fl-abbozzar tad-deċiżjoni de facto wassal biex l-użu kontinwu tad-DEHP jiġi ttollerat għal aktar minn erba' snin wara d-data tat-terminazzjoni;

E.

billi fl-2014 id-DEHP ġie identifikat bħala li għandu proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali għall-annimali u l-bnedmin; billi l-lista ta' kandidati ġiet aġġornata skont dan fl-2014 (10) fir-rigward tal-ambjent u fl-2017 (11) fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem;

F.

billi r-Regolament (UE) 2018/2005 illimita l-użu tad-DEHP u ftalati oħra f'ħafna oġġetti fuq il-bażi ta' riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem; billi l-RAC enfasizza, fil-kuntest ta' dik ir-restrizzjoni, il-fatt li “l-valutazzjoni ta' inċertezza tindika li l-perikli u għalhekk ir-riskji mill-erba' ftalati jistgħu jiġu sottovalutati” (12);

G.

billi r-Regolament (UE) 2018/2005 jeżenta ċerti applikazzjonijiet sakemm ma jitqisux li jippreżentaw riskju mhux aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem; billi apparti l-esportazzjoni ta' formulazzjonijiet li fihom id-DEHP, l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni huwa għalhekk ta' rilevanza partikolari għal dawk l-applikazzjonijiet eżentati;

H.

billi applikazzjonijiet bħal dawn jistgħu, madankollu, jirrappreżentaw riskju inaċċettabbli għall-ambjent, b'mod partikolari minħabba l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali tad-DEHP;

I.

billi l-għan primarju tar-Regolament REACH huwa li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent fid-dawl tal-premessa 16 tiegħu, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (13);

J.

billi skont l-Artikolu 55 u l-premessa 12 tar-Regolament REACH, is-sostituzzjoni ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna b'sustanzi jew teknoloġiji alternattivi aktar adegwati huwa għan ċentrali tal-awtorizzazzjoni;

K.

billi l-punt (d) tal-Artikolu 62(4) tar-Regolament REACH jirrikjedi li l-applikant jipprovdi rapport dwar is-sigurtà kimika skont l-Anness I;

L.

billi f'dan il-każ l-opinjoni tal-RAC identifikat nuqqasijiet kbar fl-informazzjoni pprovduta mill-applikant (14); billi għal użu wieħed ma ġiet ipprovduta l-ebda informazzjoni (15);

M.

billi l-RAC u l-Kummissjoni kkonkludew li l-applikant naqas li juri li r-riskju kien ikkontrollatb'mod adegwat skont l-Artikolu 60(2); billi l-RAC ikkonkluda wkoll li, kuntrarju għall-Artikolu 60(10), ir-riskju ma tnaqqasx għal-livell l-aktar baxx possibbli mil-lat tekniku u prattiku;

N.

billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jirrifjuta l-awtorizzazzjoni għal dak l-uniku użu li għalih ma ngħatat l-ebda informazzjoni fl-applikazzjoni, abbażi tal-Artikolu 60(7) tar-Regolament REACH;

O.

billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni x'imkien ieħor jirrikonoxxi n-nuqqasijiet indikati mill-RAC billi jirreferi għal “informazzjoni limitata sottomessa dwar l-esponiment fuq il-post tax-xogħol (16)”, iżda minflok jirrifjuta bl-istess mod l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 60(7), jirrikjedi li l-applikant jipprovdi d-data nieqsa fir-rapport ta' reviżjoni tiegħu 18-il xahar wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni (17);

P.

billi r-rapport ta' reviżjoni previst mill-Artikolu 61 mhuwiex maħsub biex jagħti aktar ħin lill-kumpaniji biex jimlew lakuni fl-informazzjoni li kellha tiġi pprovduta inizjalment, iżda huwa maħsub biex jiżgura li l-informazzjoni inizjalment ipprovduta fl-applikazzjoni tkun għadha aġġornata wara perjodu stabbilit, inkluż, b'mod partikolari, rigward jekk sarux disponibbli alternattivi ġodda;

Q.

billi l-Qorti Ġenerali ddikjarat biċ-ċar li l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni, fit-tifsira tal-Artikolu 60(8) u (9), ma jistgħux jintużaw legalment biex jirrimedjaw in-nuqqasijiet potenzjali jew lakuni fl-informazzjoni pprovduta mill-applikant għall-awtorizzazzjoni (18);

R.

billi l-Artikolu 60(4) jipprovdi għal obbligu li juri li l-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-użu tas-sustanza huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent u li ma hemm l-ebda sustanza alternattiva xierqa disponibbli;

S.

billi l-opinjoni tas-SEAC enfasizzat nuqqasijiet sinifikanti fl-analiżi soċjoekonomika ppreżentata mill-applikant, riflessa wkoll fl-abbozz tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (19);

T.

billi, fid-dawl tal-Artikolu 55 u l-Artikolu 60(4), applikant għandu jagħti prova li m'hemmx alternattivi xierqa għall-użi li jkun applika għalihom;

U.

billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jirrikonoxxi li l-użu 2 ma kienx speċifiku biżżejjed (20); billi s-SEAC sab nuqqasijiet gravi fl-applikazzjoni fir-rigward tad-disponibilità ta' alternattivi (21)(22);

V.

billi mhijiex ġustifikazzjoni leġittima għall-applikant li jiddependi fuq l-istatus tiegħu bħala manifattur tas-sustanza biex jonqos milli jipprovdi biżżejjed informazzjoni dwar l-idoneità ta' alternattivi għall-użi koperti fl-applikazzjoni;

W.

billi minħabba d-data nieqsa pprovduta membru tas-SEAC uffiċjalment ma qabilx mal-konklużjoni tas-SEAC dwar in-nuqqas ta' alternattivi xierqa (23);

X.

billi l-Artikolu 60(5) ma jistax jiġi interpretat li jfisser li l-adattabbiltà tal-alternattivi mill-perspettiva tal-applikant hija l-fattur uniku u determinanti; billi l-Artikolu 60(5) ma jistabbilixxix lista eżawrjenti tal-informazzjoni li għandha titqies fl-analiżi tal-alternattivi; billi l-punt (c) tal-Artikolu 60(4) jirrikjedi wkoll li titqies l-informazzjoni minn kontribuzzjonijiet ta' partijiet terzi; billi l-informazzjoni pprovduta waqt il-konsultazzjoni pubblika diġà kienet kixfet f'dak il-perjodu d-disponibbiltà ta' alternattivi għall-użi koperti (24);

Y.

billi l-Qorti Ġenerali fakkret lill-Kummissjoni li, sabiex tagħti legalment awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 60(4), hija għandha tivverifika ammont suffiċjenti ta' informazzjoni sostanzjali u verifikabbli sabiex tikkonkludi jew li mhija disponibbli l-ebda alternattiva xierqa għal kwalunkwe wieħed mill-użi koperti fl-applikazzjoni jew li l-inċertezzi li għad baqa' dwar in-nuqqas ta' alternattivi disponibbli, fid-data tal-adozzjoni tal-awtorizzazzjoni, huma negliġibbli (25);

Z.

billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jagħti wara li qies “l-informazzjoni l-ġdida disponibbli mill-proċess ta' restrizzjoni” (26) bħala raġuni għad-dewmien fl-adozzjoni tagħha; billi għalhekk huwa ta' sorpriża li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni naqas milli jikkunsidra d-disponibbiltà ta' alternattivi li hija ddokumentata b'mod ċar fid-dossier dwar ir-restrizzjoni (27); billi l-alternattivi msemmija fil-proposta ta' restrizzjoni huma wkoll rilevanti għall-użi koperti fl-abbozz tad-deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (28);

AA.

billi, finalment, il-Kummissjoni ma qisitx il-fatt li d-DEHP ġie uffiċjalment rikonoxxut bħala sustanza li tfixkel is-sistema endokrinali li taffettwa s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent; billi din l-informazzjoni kellha titqies mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-valutazzjoni soċjoekonomika skont l-Artikolu 60(4), billi l-benefiċċji ta' rifjut ta' awtorizzazzjoni huma xort'oħra sottovalutati;

AB.

billi l-awtorizzazzjoni proposta mill-Kummissjoni hija għalhekk bi ksur tal-Artikolu 60(4) u 60(7) tar-Regolament REACH;

AC.

billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jippremja lil dawk li baqgħu lura, u jaffettwa negattivament lill-kumpaniji li investew f'alternattivi (29);

AD.

billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jiddikjara li “l-Kummissjoni ħadet nota” tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2015; billi ħafna min-nuqqasijiet strutturali fl-implimentazzjoni tal-kapitolu tal-awtorizzazzjoni tar-Regolament REACH li l-Parlament enfasizza f'dik ir-riżoluzzjoni jivvizzjaw ukoll l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni attwali tal-Kummissjoni (30);

AE.

billi l-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari: alternattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart" (31), tenna li “t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari tirrikjedi l-applikazzjoni stretta tal-ġerarkija tal-iskart u, fejn possibbli, l-eliminazzjoni gradwali ta' sustanzi ta' tħassib, b'mod partikolari fejn diġà jeżistu jew se jiġu żviluppati alternattivi aktar sikuri”;

1.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid li jirrifjuta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni ttemm malajr l-użu tad-DEHP fl-applikazzjonijiet li fadal kollha, speċjalment minħabba l-fatt li alternattivi aktar sikuri għall-PVC artab u għad-DEHP huma disponibbli;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Opinjonijiet tal-RAC u tas-SEAC għall-użu 1: https://echa.europa.eu/documents/10162/60f338a5-09ac-423a-b7c1-2511ee2d9b77; għall-użu 2: https://echa.europa.eu/documents/10162/1ce96eb6-9e30-447d-a9ff-dc315f75f124; għall-użu 3: https://echa.europa.eu/documents/10162/bfbf6ddc-dd94-456b-bbff-32d7d32e6c92

(3)  ĠU L 322, 18.12.2018, p. 14..

(4)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(5)  ĠU C 366, 27.10.2017, p. 96.

(6)  http://curia.europa.eu/juris/documents.jsf?oqp=&for=&mat=or&lgrec=en&jge=&td=%3BALL&jur=C%2CT%2CF&num=T-837%252F16&page=1&dates=&pcs=Oor&lg=&pro=&nat=or&cit=none%252CC%252CCJ%252CR%252C2008E%252C%252C%252C%252C%252C%252C%252C%252C%252C%252Ctrue%252Cfalse%252Cfalse&language=en&avg=&cid=2535071

(7)  https://echa.europa.eu/documents/10162/c94ac248-378f-4058-9907-205b497c286e

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 143/2011 tas-17 ta' Frar 2011 li jemenda l-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH), (ĠU L 44, 18.2.2011, p. 2.).

(9)  https://echa.europa.eu/documents/10162/6f89a308-c467-4836-ae1e-9c6163a9ae10

(10)  https://echa.europa.eu/documents/10162/30b654ce-1de3-487a-8696-e05617c3173b

(11)  https://echa.europa.eu/documents/10162/88c20879-606b-03a6-11e4-9edb90e7e615

(12)  “Il-valutazzjoni tal-inċertezza indikat li l-perikli u għalhekk ir-riskji mill-erba' ftalati jistgħu jiġu sottovalutati. Id-DNELs għad-DEHP u l-BBP jistgħu jkunu inqas minn dawk derivatifil-preżent. Numru ta' studji sperimentali u epidemjoloġiċi indikaw effetti possibbli fuq is-sistema immunitarja, is-sistema metabolika u l-iżvilupp newroloġiku. Xi wħud minn dawn l-istudji jindikaw li t-tossiċità riproduttiva tista' ma tkunx l-aktar punt aħħari sensittiv u li d-DNELs magħżula jistgħu ma jkunux protettivi biżżejjed kontra dawn l-effetti l-oħra. Barra minn hekk, il-Kumitat tal-Istati Membri (MSC) ikkonferma li dawn l-erba' ftalati huma sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem u l-Kummissjoni qed tikkunsidra li tidentifikahom bħala sustanzi ta' tħassib ekwivalenti skont l-Artikolu 57(f) ta' REACH. Dan joħloq inċertezzi addizzjonali mar-riskju ta' dawn is-sustanzi.” Ara https://www.echa.europa.eu/documents/10162/713fd91d-2919-0575-836a-f66937202d66, p. 9.

(13)  Kawża C-558/07, S.P.C.M. SA and Others vs Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs, ECLI:EU:C:2009:430, punt 45.

(14)  “L-RAC jivvaluta li d-data dwar l-esponiment ippreżentata fis-CSR mhijiex rappreżentattiva għall-kamp ta' applikazzjoni estensiv tal-applikazzjoni. Għalhekk, valutazzjoni tal-esponiment imsejsa tajjeb mill-RAC mhijiex possibbli. L-evalwazzjonijiet li ġejjin huma bbażati biss fuq bażi ta' data b'nuqqasijiet u b'dan [huma] ta' ftit sinifikat għall-evalwazzjoni tar-riskju li ġejja” – ara l-opinjoni tal-RAC dwar l-użu 2, p. 10: https://echa.europa.eu/documents/10162/1ce96eb6-9e30-447d-a9ff-dc315f75f124

(15)  L-abbozz tad-Deċiżjoni, paragrafu 19.

(16)  L-abbozz tad-Deċiżjoni, paragrafu 17.

(17)  L-abbozz tad-Deċiżjoni, paragrafu 17.

(18)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2019, l-Iżvezja vs il-Kummissjoni, Kawża T-837/16, § 82-83

(19)  “valutazzjoni kwantitattiva tal-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem tal-użu kontinwu ma kinitx possibbli minħabba l-limitazzjonijiet fl-informazzjoni disponibbli” – Abbozz ta' awtorizzazzjoni, paragrafu 5

(20)  L-abbozz tad-Deċiżjoni, paragrafu 18.

(21)  “il-konklużjoni tal-applikant dwar l-idoneità u d-disponibbiltà ta' alternattivi… mhijiex ġustifikata biżżejjed” – Opinjoni tas-SEAC dwar l-użu 2, p. 18 – https://echa.europa.eu/documents/10162/1ce96eb6-9e30-447d-a9ff-dc315f75f124

(22)  “il-valutazzjoni tal-alternattivi ma tindirizzax speċifikament is-sitwazzjonijiet differenti koperti mill-kamp ta' applikazzjoni wiesa' ħafna ta' din l-applikazzjoni u għalhekk ma turix li l-alternattivi mhumiex teknikament fattibbli” – Opinjoni tas-SEAC dwar l-użu 2, p. 19

(23)  https://echa.europa.eu/documents/10162/03434073-5619-4395-8293-92ddaf6c85ad

(24)  https://echa.europa.eu/comments-public-consultation-0004-02 – ara b'mod partikolari l-linja 58;

(25)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2019, L-Iżvezja vs Il-Kummissjoni, TEU:T:2019:144, § 86

(26)  L-abbozz tad-Deċiżjoni, paragrafu 3.

(27)  “Alternattivi teknikament fattibbli b'riskju aktar baxx fil-preżent huma disponibbli bi prezzijiet simili għall-użi kollha fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-proposta” – https://www.echa.europa.eu/documents/10162/713fd91d-2919-0575-836a-f66937202d66

(28)  https://www.echa.europa.eu/documents/10162/713fd91d-2919-0575-836a-f66937202d66 – p. 69; ara l-“applikazzjonijiet” fit-tabella, li jkopru wkoll użi fuq barra.

(29)  Ara pereżempju: https://marketplace.chemsec.org/Alternative/Non-phthalate-plasticizer-for-extreme-applications-302; https://marketplace.chemsec.org/Alternative/Safe-plasticizer-for-demanding-outdoor-applications-298; http://grupaazoty.com/en/wydarzenia/plastyfikatory-nieftalanowe.html

(30)  Ara b'mod partikolari l-premessi N, O, P u R ta' dik ir-riżoluzzjoni.

(31)  Testi adottati, P8_TA(2018)0353.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/80


P8_TA(2019)0316

Ċerti użu tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) (Grupa Azoty Zakłady Azotowe Kędzierzyn S.A.)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni parzjali għal ċerti użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Grupa Azoty Zakłady Azotowe Kędzierzyn S.A.) (D060866/01 – 2019/2606(RSP))

(2021/C 108/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni parzjali għal ċerti użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Grupa Azoty Zakłady Azotowe Kędzierzyn S.A.) (D060866/01),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1) tal-Kummissjoni (“ir-Regolament REACH”), u b'mod partikolari l-Artikolu 64(8) tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) u tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika (SEAC) (2), skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 64(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2018/2005 tas-17 ta' Diċembru 2018 li jemenda l-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH) fir-rigward tal-bis(2-etileksil) ftalat (DEHP), tal-ftalat tad-dibutil (DBP), tal-benżil-butil-ftalat (BBP) u tal-ftalat tad-diisobutil (DIBP) (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Novembru 2015 dwar l-abbozz ta' Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni XXX li tagħti awtorizzazzjoni għall-użi tal-bis(2-etileżil)ftalat (DEHP) skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea fil-Kawża T-837/16 (6),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi d-DEHP ġie miżjud fil-lista ta' sustanzi kandidati ta' tħassib serju ħafna skont ir-Regolament REACH fl-2008 (7) minħabba l-klassifikazzjoni tiegħu bħala tossiku għar-riproduzzjoni;

B.

billi d-DEHP ġie inkluż fl-Anness XIV tar-Regolament REACH fl-2011 (8) minħabba dik il-klassifikazzjoni, l-użu mifrux tiegħu u l-volum kbir ta' produzzjoni fl-Unjoni (9), b'data tat-terminazzjoni tal-21 ta' Frar 2015;

C.

billi l-kumpaniji li riedu jkomplu jużaw id-DEHP kellhom jippreżentaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni sa Awwissu 2013; billi l-kumpanija Grupa Azoty, peress li ppreżentat l-applikazzjoni tagħha qabel dik l-iskadenza, tħalliet tkompli tuża d-DEHP sakemm tittieħed id-deċiżjoni dwar l-awtorizzazzjoni prevista fl-Artikolu 58 tar-Regolament REACH;

D.

billi l-Kummissjoni rċeviet l-opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC f'Jannar 2015; billi d-dewmien tal-Kummissjoni fl-abbozzar tad-deċiżjoni de facto wassal biex l-użu kontinwu tad-DEHP ġie ttollerat għal aktar minn erba' snin wara d-data tat-terminazzjoni;

E.

billi fl-2014 id-DEHP ġie identifikat bħala sustanza bi proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali tal-annimali u l-bnedmin; billi l-lista ta' kandidati ġiet aġġornata skont dan fl-2014 (10) fir-rigward tal-ambjent u fl-2017 (11) fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem;

F.

billi r-Regolament (UE) 2018/2005 rrestrinġa l-użu tad-DEHP u ta' ftalati oħra f'ħafna oġġetti abbażi ta' riskju inaċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem; billi l-RAC enfasizza, fil-kuntest ta' dik ir-restrizzjoni, il-fatt li “l-valutazzjoni tal-inċertezzi tissuġġerixxi li l-perikli u b'hekk ir-riskji mill-erba' ftalati jistgħu jkunu sottovalutati” (12);

G.

billi r-Regolament (UE) 2018/2005 rrestrinġa l-użu tad-DEHP u ta' ftalati oħra f'ħafna oġġetti, filwaqt li eżenta ċerti applikazzjonijiet; billi, minbarra l-esportazzjoni ta' formulazzjonijiet li fihom id-DEHP, l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni huwa għalhekk ta' rilevanza partikolari għal dawk l-applikazzjonijiet eżentati;

H.

billi, madankollu, tali applikazzjonijiet jistgħu jirrappreżentaw riskju inaċċettabbli għall-ambjent, b'mod partikolari minħabba l-proprjetajiet li jfixklu s-sistema endokrinali tad-DEHP;

I.

billi l-objettiv primarju tar-Regolament REACH huwa li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent fid-dawl tal-premessa 16 tiegħu, kif interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (13);

J.

billi skont l-Artikolu 55 u l-premessa 12 tar-Regolament REACH, is-sostituzzjoni ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna b'sustanzi jew teknoloġiji alternattivi adatti hija għan ċentrali tal-awtorizzazzjoni;

K.

billi l-punt (d) tal-Artikolu 62(4) tar-Regolament REACH jirrikjedi li l-applikant jipprovdi rapport dwar is-sikurezza kimika skont l-Anness I;

L.

billi, f'dan il-każ, l-opinjoni tal-RAC identifikat nuqqasijiet kbar fl-informazzjoni pprovduta mill-applikant (14);

M.

billi l-RAC u l-Kummissjoni kkonkludew li l-applikant naqas milli juri li r-riskju kien ikkontrollat adegwatament skont l-Artikolu 60(2); billi l-RAC ikkonkluda wkoll li, kuntrarju għall-Artikolu 60(10), ir-riskju ma tnaqqasx għal livell baxx kemm daqs kemm hu teknikament u prattikament possibbli;

N.

billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jirrikonoxxi l-“informazzjoni limitata mressqa dwar l-esponiment fuq il-post tax-xogħol” (15), iżda minflok ma jirrifjuta l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 60(7), jirrikjedi li l-applikant jipprovdi d-data nieqsa fir-rapport ta' rieżami tiegħu 18-il xahar wara l-adozzjoni ta' dik id-deċiżjoni (16);

O.

billi r-rapport ta' rieżami, previst fl-Artikolu 61, mhuwiex maħsub biex jagħti aktar żmien lill-kumpaniji biex jikkompletaw l-informazzjoni li kellha tiġi pprovduta inizjalment, iżda huwa maħsub biex jiżgura li l-informazzjoni pprovduta inizjalment fl-applikazzjoni tkun għadha aġġornata wara perjodu stabbilit, inkluż, b'mod partikolari, fir-rigward ta' jekk sarux disponibbli alternattivi ġodda;

P.

billi l-Qorti Ġenerali ddikjarat b'mod ċar li l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 60(8) u (9) ma jistgħux jintużaw legalment biex jiġu rimedjati n-nuqqasijiet jew il-lakuni potenzjali fl-informazzjoni pprovduta mill-applikant għall-awtorizzazzjoni (17);

Q.

billi l-Artikolu 60(4) jipprevedi obbligu li jintwera li l-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-użu tas-sustanza huma ferm akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent u li l-ebda sustanza alternattiva xierqa mhija disponibbli;

R.

billi l-opinjoni tal-SEAC enfasizzat nuqqasijiet sinifikanti fl-analiżi soċjoekonomika ppreżentata mill-applikant, riflessi wkoll fl-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (18);

S.

billi, fid-dawl tal-Artikolu 55 u l-Artikolu 60(4), applikant jeħtieġ li jagħti prova li m'hemmx alternattivi xierqa għall-użi li applika għalihom;

T.

billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jirrikonoxxi li l-użu 2 ma kienx speċifiku biżżejjed (19); billi l-SEAC sab nuqqasijiet serji fl-applikazzjoni fir-rigward tad-disponibbiltà ta' alternattivi (20) (21);

U.

billi mhijiex ġustifikazzjoni leġittima għall-applikant li jiddependi fuq l-istatus tiegħu bħala manifattur tas-sustanza biex ma jipprovdix biżżejjed informazzjoni dwar l-adegwatezza ta' alternattivi għall-użi koperti fl-applikazzjoni;

V.

billi, minħabba n-nuqqasijiet fid-data pprovduta, membru tal-SEAC ma qabilx uffiċjalment mal-konklużjoni tal-SEAC dwar in-nuqqas ta' alternattivi xierqa (22);

W.

billi l-Artikolu 60(5) ma jistax jiġi interpretat li jfisser li l-adegwatezza tal-alternattivi mill-perspettiva tal-applikant hija l-fattur uniku u determinanti; billi l-Artikolu 60(5) ma jistabbilix lista eżawrjenti tal-informazzjoni li għandha titqies fl-analiżi tal-alternattivi; billi l-punt (c) tal-Artikolu 60(4) jirrikjedi wkoll ukoll li titqies l-informazzjoni minn kontribuzzjonijiet ta' partijiet terzi; billi l-informazzjoni pprovduta fil-konsultazzjoni pubblika diġà wriet, dak iż-żmien, id-disponibbiltà ta' alternattivi għall-użi koperti (23);

X.

billi l-Qorti Ġenerali fakkret lill-Kummissjoni li, sabiex tagħti legalment awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 60(4), hija għandha tivverifika ammont suffiċjenti ta' informazzjoni sostanzjali u verifikabbli sabiex tikkonkludi jew li mhija disponibbli l-ebda alternattiva xierqa għal kwalunkwe wieħed mill-użi koperti fl-applikazzjoni jew li l-inċertezzi li għad baqa' dwar in-nuqqas ta' alternattivi disponibbli, fid-data tal-adozzjoni tal-awtorizzazzjoni, huma negliġibbli (24);

Y.

billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jagħti l-kunsiderazzjoni tal-“informazzjoni l-ġdida disponibbli mill-proċess ta' restrizzjoni” (25) bħala raġuni għad-dewmien fl-adozzjoni tagħha; billi, għalhekk, huwa sorprendenti li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni naqas milli jikkunsidra d-disponibbiltà ta' alternattivi li hija dokumentata b'mod ċar fid-dossier tar-restrizzjoni (26); billi l-alternattivi msemmija fil-proposta dwar ir-restrizzjoni huma rilevanti wkoll għal użi koperti fl-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (27);

Z.

billi l-applikant innifsu ħabbar li issa m'għadux juża l-ortoftalati, inkluż id-DEHP (28);

AA.

billi, finalment, il-Kummissjoni ma qisitx il-fatt li d-DEHP ġie rikonoxxut uffiċjalment bħala interferent endokrinali li jaffettwa s-saħħa tal-bniedem u l-ambjent; billi din l-informazzjoni kellha titqies mill-Kummissjoni fil-kuntest tal-valutazzjoni soċjoekonomika skont l-Artikolu 60(4), peress li inkella l-benefiċċji ta' rifjut tal-awtorizzazzjoni jkunu sottovalutati;

AB.

billi, għaldaqstant, l-awtorizzazzjoni proposta mill-Kummissjoni tikser l-Artikoli 60(4) u 60(7) tar-Regolament REACH;

AC.

billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jippremja lil min jibqa' lura, u jaffettwa b'mod negattiv lill-kumpaniji li investew f'alternattivi (29);

AD.

billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jiddikjara li “l-Kummissjoni ħadet nota” tar-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-25 ta' Novembru 2015; billi ħafna min-nuqqasijiet strutturali fl-implimentazzjoni tal-kapitolu tal-awtorizzazzjoni tar-Regolament REACH li l-Parlament enfasizza f'dik ir-riżoluzzjoni jivvizzjaw ukoll l-abbozz preżenti ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (30);

AE.

billi l-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-pakkett tal-ekonomija ċirkolari: alternattivi li jindirizzaw l-interfaċċa bejn il-leġiżlazzjoni dwar is-sustanzi kimiċi, dwar il-prodotti u dwar l-iskart (31), tenna li “t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari tirrikjedi l-applikazzjoni stretta tal-ġerarkija tal-iskart u, fejn possibbli, l-eliminazzjoni gradwali ta' sustanzi ta' tħassib, b'mod partikolari fejn diġà jeżistu jew se jiġu żviluppati alternattivi aktar sikuri”;

1.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1907/2006;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid li jirrifjuta l-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni ttemm malajr l-użu tad-DEHP fl-applikazzjonijiet li fadal kollha, speċjalment minħabba l-fatt li huma disponibbli alternattivi aktar sikuri għall-PVC artab u għad-DEHP;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  opinjonijiet tal-RAC u tal-SEAC għall-użu 1 – https://echa.europa.eu/documents/10162/99c8c723-b76e-4ca4-a747-6e1b59a8d7f7; u 2 – https://echa.europa.eu/documents/10162/29db4e36-94dd-41bd-b9ea-9d0f08fbbac7

(3)  ĠU L 322, 18.12.2018, p. 14.

(4)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(5)  ĠU C 366, 27.10.2017, p. 96.

(6)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2019, L-Iżvezja vs Il-Kummissjoni, T-837/16, ECLI:EU:T:2015:144, disponibbli fuq http://curia.europa.eu/juris/documents.jsf?oqp=&for=&mat=or&lgrec=en&jge=&td=%3BALL&jur=C%2CT%2CF&num=T-837%252F16&page=1&dates=&pcs=Oor&lg=&pro=&nat=or&cit=none%252CC%252CCJ%252CR%252C2008E%252C%252C%252C%252C%252C%252C%252C%252C%252C%252Ctrue%252Cfalse%252Cfalse&language=mt&avg=&cid=5704206.

(7)  https://echa.europa.eu/documents/10162/c94ac248-378f-4058-9907-205b497c286e

(8)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 143/2011 tas-17 ta' Frar 2011 li jemenda l-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (“REACH”), (ĠU L 44, 18.2.2011, p. 2)

(9)  https://echa.europa.eu/documents/10162/6f89a308-c467-4836-ae1e-9c6163a9ae10

(10)  https://echa.europa.eu/documents/10162/30b654ce-1de3-487a-8696-e05617c3173b

(11)  https://echa.europa.eu/documents/10162/88c20879-606b-03a6-11e4-9edb90e7e615

(12)  “Il-valutazzjoni tal-inċertezzi tissuġġerixxi li l-perikli u b'hekk ir-riskji mill-erba' ftalati jistgħu jkunu sottovalutati. Id-DNELs għad-DEHP u l-BBP jistgħu jkunu aktar baxxi minn dawk li huma derivati attwalment. Għadd ta' studji sperimentali u epidemjoloġiċi ssuġġerew effetti possibbli fuq is-sistema immunitarja, is-sistema metabolika u l-iżvilupp newroloġiku. Uħud minn dawn l-istudji jindikaw li t-tossiċità riproduttiva tista' ma tkunx l-aktar punt tat-tmiem sensittiv u li d-DNELs magħżula jistgħu ma jkunux protettivi biżżejjed kontra dawn l-effetti l-oħra. Barra minn hekk, il-Kumitat tal-Istati Membri (MSC) ikkonferma li dawn l-erba' ftalati huma interferenti endokrinali relatati mas-saħħa tal-bniedem u l-Kummissjoni qed tikkunsidra li tidentifikahom bħala sustanzi ta' tħassib ekwivalenti skont l-Artikolu 57(f) tar-REACH. Dan iqajjem inċertezzi addizzjonali bir-riskju ta' dawn is-sustanzi.” Ara https://www.echa.europa.eu/documents/10162/713fd91d-2919-0575-836a-f66937202d66, p. 9.

(13)  Kawża C-558/07, S.P.C.M. SA u Oħrajn vs Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs, § 45, ECLI:EU:C:2009:430

(14)  “L-RAC jevalwa li d-data dwar l-esponiment ippreżentata fis-CSR mhijiex rappreżentattiva għall-kamp ta' applikazzjoni estensiv tal-applikazzjoni. Għalhekk, valutazzjoni tal-esponiment b'bażi soda mill-RAC mhijiex possibbli. L-evalwazzjonijiet li ġejjin huma bbażati biss fuq bażi ta' data b'nuqqasijiet u, għaldaqstant, ma tantx huma sinifikanti għall-valutazzjoni tar-riskju li ġejja” – ara l-opinjoni tal-RAC dwar l-użu 2, p. 10.

(15)  Abbozz ta' deċiżjoni § 17.

(16)  Abbozz ta' deċiżjoni § 17.

(17)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2019, L-Iżvezja vs Il-Kummissjoni, Kawża T-837/16, § 82-83, ECLI:EU:T:2019:144..

(18)  “valutazzjoni kwantitattiva tal-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem tal-użu kontinwu ma kinitx possibbli minħabba limitazzjonijiet fl-informazzjoni disponibbli” – abbozz ta' deċiżjoni, § 5.

(19)  Abbozz ta' deċiżjoni § 18.

(20)  “il-konklużjoni tal-applikant rigward l-adegwatezza u d-disponibbiltà ta' alternattivi … mhijiex ġustifikata biżżejjed” – Opinjoni tal-SEAC dwar l-użu 2, p. 18.

(21)  “il-valutazzjoni tal-alternattivi ma tindirizzax b'mod speċifiku s-sitwazzjonijiet differenti koperti mill-kamp ta' applikazzjoni wiesa' ħafna ta' din l-applikazzjoni u għalhekk ma turix li l-alternattivi mhumiex teknikament fattibbli” – Opinjoni tal-SEAC dwar l-użu 2, p. 19.

(22)  Ara l-Opinjoni tal-Minoranza: https://echa.europa.eu/documents/10162/7211effb-0e5a-430b-a1f1-15114cb9fcc9

(23)  https://echa.europa.eu/comments-public-consultation-0003-02, ara b'mod partikolari l-linja 56.

(24)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2019, L-Iżvezja vs Il-Kummissjoni, Kawża T-837/16, § 86, ECLI:EU:T:2019:144.

(25)  Abbozz ta' deċiżjoni § 3.

(26)  “Alternattivi teknikament fattibbli b'riskju aktar baxx fil-preżent huma disponibbli bi prezzijiet simili għall-użi kollha fil-kamp ta' applikazzjoni ta' din il-proposta” – https://www.echa.europa.eu/documents/10162/713fd91d-2919-0575-836a-f66937202d66

(27)  https://www.echa.europa.eu/documents/10162/713fd91d-2919-0575-836a-f66937202d66, p. 69 — ara “applikazzjonijiet” fit-tabella li tkopri wkoll l-użi esterni.

(28)  http://grupaazoty.com/en/wydarzenia/plastyfikatory-nieftalanowe.html

(29)  Ara pereżempju, https://marketplace.chemsec.org/Alternative/Non-phthalate-plasticizer-for-extreme-applications-302; https://marketplace.chemsec.org/Alternative/Safe-plasticizer-for-demanding-outdoor-applications-298

(30)  Ara b'mod partikolari l-premessi N, O, P u R ta' dik ir-riżoluzzjoni.

(31)  Testi adottati, P8_TA(2018)0353.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/85


P8_TA(2019)0317

Ċerti użi tat-triossidu tal-kromju

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għal ċerti użi tat-triossidu tal-kromu skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Lanxess Deutschland GmbH u oħrajn) (D060095/03 – 2019/2654(RSP))

(2021/C 108/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tagħti awtorizzazzjoni għal ċerti użi tat-triossidu tal-kromu skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Lanxess Deutschland GmbH u oħrajn) (D060095/03),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE (1) tal-Kummissjoni (“ir-Regolament REACH”), u b'mod partikolari l-Artikolu 64(8) tiegħu,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Istima tar-Riskji (RAC) u tal-Kumitat għall-Analiżi Soċjoekonomika (SEAC), (2) skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 64(5) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (3),

wara li kkunsidra s-sentenza tas-7 ta' Marzu 2019 tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-837/16 (4),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi t-triossidu tal-kromu ġie miżjud fil-lista ta' sustanzi kandidati ta' tħassib serju ħafna skont ir-Regolament REACH fl-2010 (5) minħabba l-klassifikazzjoni tiegħu bħala karċinoġeniku (kategorija A1) u mutaġeniku (kategorija B1);

B.

billi t-triossidu tal-kromu ġie inkluż fl-Anness XIV tar-Regolament REACH fl-2013 (6) minħabba dik il-klassifikazzjoni, il-volumi għoljin li qed jintużaw bħalissa, l-għadd kbir ta' siti fejn jintuża fl-Unjoni u r-riskju ta' esponiment sinifikanti għall-ħaddiema (7), b'data tat-terminazzjoni tal-21 ta' Settembru 2017;

C.

billi l-kumpaniji li huma lesti jkomplu jużaw it-triossidu tal-kromu kellhom jippreżentaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni sal-21 ta' Marzu 2016;

D.

billi Lanxess u sitt kumpaniji oħra (“l-Applikanti”) iffurmaw konsorzju biex jissottomettu applikazzjoni konġunta, bi sħubija ta' aktar minn 150 kumpanija, iżda li s-sħubija eżatta tiegħu mhijiex magħrufa (8);

E.

billi, wara li ressqu applikazzjoni konġunta qabel l-iskadenza tal-21 ta' Marzu 2016, l-Applikanti u l-utenti downstream tagħhom tħallew ikomplu jużaw it-triossidu tal-kromu, sakemm tittieħed id-deċiżjoni ta' awtorizzazzjoni fl-applikazzjoni tal-Artikolu 58 tar-Regolament REACH, fir-rigward tal-użi li saret applikazzjoni għalihom;

F.

billi l-Kummissjoni rċeviet l-opinjonijiet tar-RAC u tas-SEAC f'Settembru 2016; billi d-dewmien tal-Kummissjoni fl-abbozzar tad-deċiżjoni de facto wassal biex l-użu kontinwu tat-triossidu tal-kromu jiġi ttollerat għal aktar minn sena u nofs wara d-data tat-terminazzjoni;

G.

billi l-objettiv primarju tar-Regolament REACH, fid-dawl tal-premessa 16 tiegħu, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (9), huwa li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent;

H.

billi skont l-Artikolu 55, u fid-dawl tal-premessa 12 tar-Regolament REACH, is-sostituzzjoni ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna b'sustanzi jew teknoloġiji alternattivi aktar sikuri, jirrappreżenta għan ewlieni tal-awtorizzazzjoni;

I.

billi r-RAC ikkonferma li mhuwiex possibbli li jiġi stabbilit livell derivat ta' bla effett għall-proprjetajiet karċinoġeniċi tat-triossidu tal-kromu u, għaldaqstant, huwa meqjus bħala “sustanza mingħajr valur ta' limitu” għall-finijiet tal-Artikolu 60(3)(a) tar-Regolament REACH; billi dan ifisser li ma jistax jiġi stabbilit u użat bħala punt ta' riferiment “livell ta' esponiment sikur” teoretiku għal din is-sustanza bil-għan li jiġi vvalutat jekk ir-riskju ta' użu huwiex ikkontrollat b'mod xieraq;

J.

billi r-RAC stima li l-għoti ta' tali awtorizzazzjoni jwassal għal 50 każ statistiku fis-sena ta' kanċer fatali;

K.

billi l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH jipprevedi li tista' tingħata awtorizzazzjoni għall-użu ta' sustanza li toħloq riskji mhux ikkontrollati b'mod xieraq biss jekk jintwera li l-benefiċċji soċjoekonomiċi jegħlbu r-riskju għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent li jinħoloq mill-użu tas-sustanza u jekk ma jkun hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva xierqa;

L.

billi l-applikazzjoni tikkonċerna l-użu ta' 20 000 tunnellata ta' triossidu tal-kromu fis-sena;

M.

billi l-applikazzjoni tikkonċerna għadd kbir ħafna ta' utenti downstream (aktar minn 4 000 sit) attivi f'setturi industrijali li jvarjaw minn kożmetiċi sas-settur ajruspazjali, mill-ippakkjar tal-ikel sal-karozzi, u mis-settur sanitarju sa dak tal-kostruzzjoni, bl-esponiment ta' għadd bla preċedent ta' ħaddiema (aktar minn 100 000 ħaddiem);

N.

billi l-applikazzjoni formalment tikkonċerna sitt “użi”; billi dawk id-deskrizzjonijiet ta' użu madankollu tant huma ġeneriċi li jirriżultaw f'ambitu wiesa' ħafna, jew anke “f'ambitu estremament wiesgħa” (10); billi dan il-fatt jivvizzja kemm il-valutazzjoni soċjoekonomika kif ukoll il-valutazzjoni ta' alternattivi xierqa;

O.

billi l-punt (d) tal-Artikolu 62(4) tar-Regolament REACH jirrikjedi li l-Applikanti jipprovdu rapport dwar is-sikurezza kimika skont l-Anness I; billi dan irid jinkludi valutazzjoni ta' esponiment (11);

P.

billi r-RAC innota diskrepanza ewlenija bejn l-ambitu tal-applikazzjoni sottomessa u l-informazzjoni pprovduta fiha (12);

Q.

billi r-RAC identifika lakuni kbar fl-informazzjoni pprovduta mill-Applikanti rigward ix-xenarji ta' esponiment għall-ħaddiema (13);

R.

billi l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (14) jirrikonoxxi n-nuqqas tal-Applikanti li jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa rigward ix-xenarji ta' esponiment tal-ħaddiema;

S.

billi minflok l-applikazzjoni tiġi kkunsidrata bħala mhux konformi mal-Artikolu 60(7) tar-regolament REACH, l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jirrikjedi sempliċement li l-Applikanti jipprovdu d-data nieqsa fir-rapport ta' rieżami taghħom, snin wara l-adozzjoni ta' dan l-abbozz ta' deċiżjoni (15);

T.

billi r-rapport ta' rieżami, bi qbil mal-Artikolu 61 tar-Regolament REACH, mhuwiex intiż biex jagħti lill-kumpaniji żmien addizzjonali biex jimtlew id-diskrepanzi fl-informazzjoni li kellha tiġi pprovduta minn qabel (peress li din l-informazzjoni hija ewlenija għat-teħid ta' deċiżjonijiet), iżda għandu l-għan li jiżgura li l-informazzjoni inizjalment ipprovduta fl-applikazzjoni tkun għadha aġġornata;

U.

billi l-Qorti Ġenerali ddikjarat b'mod ċar li l-kundizzjonijiet għal awtorizzazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 60(8) u (9) tar-Regolament REACH, ma jistgħux jintużaw biex jiġu rimedjati n-nuqqasijiet jew id-diskrepanzi potenzjali fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni (16);

V.

billi l-opinjoni tas-SEAC enfasizzat, barra minn hekk, l-inċertezzi sinifikanti fl-analiżi ta' alternattivi ppreżentati mill-Applikanti, li ġew riflessi wkoll fl-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (17);

W.

billi, fid-dawl tal-Artikolu 55 u tal-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH, applikant jeħtieġ li jagħti prova li m'hemmx sustanzi jew teknoloġiji alternattivi xierqa għall-użi li jkun applika għalihom;

X.

billi ntwera li jeżistu alternattivi xierqa għal ħafna mill-applikazzjonijiet li huma koperti mill-użi li għandhom jiġu awtorizzati (18);

Y.

billi l-Qorti Ġenerali fakkret lill-Kummissjoni li, sabiex tagħti awtorizzazzjoni ġuridika skont l-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH, hija trid tivverifika kwantità suffiċjenti ta' informazzjoni sostanzjali u verifikabbli sabiex tikkonkludi jew li m'hemmx alternattivi xierqa disponibbli għal kwalunkwe wieħed mill-użi koperti fl-applikazzjoni jew, inkella, li l-inċertezzi li baqa' dwar in-nuqqas ta' alternattivi disponibbli fid-data tal-adozzjoni tal-awtorizzazzjoni, huma biss negliġibbli (19);

Z.

billi f'dan il-każ l-inċertezzi dwar l-analiżi tal-alternattivi ma kinux daqshekk negliġibbli (20);

AA.

billi, il-fatt li “l-użi” li għalihom l-Applikanti ddeċidew li japplikaw huma wiesgħa ħafna ma jiġġustifikax b'mod leġittimu li jkun hemm analiżi mhux kompleta tal-alternattivi;

AB.

billi l-Artikolu 62 tar-Regolament REACH ma jipprovdi l-ebda rinunzja ta' informazzjoni għall-kumpaniji li japplikaw flimkien bħala konsorzju;

AC.

billi, għalhekk, l-awtorizzazzjoni proposta mill-Kummissjoni tikser l-Artikoli 60(7) u (4) tar-Regolament REACH;

AD.

billi, barra minn hekk, numru ta' utenti downstream, koperti mill-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni, diġà applikaw separatament għall-awtorizzazzjoni; billi r-RAC u s-SEAC diġà ħarġu l-opinjoni tagħhom dwar uħud minn dawn l-applikazzjonijiet; billi diġà ngħataw xi awtorizzazzjonijiet għall-utenti downstream;

AE.

billi, madankollu, jista' jkun hemm applikazzjonijiet speċifiċi fost l-użi wiesa' ħafna tal-applikazzjoni konġunta mill-Applikanti li dwarhom l-utenti downstream ma għamlux talba separata għal awtorizzazzjoni, iżda li għalihom jistgħu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 60(4) tar-Regolament REACH;

AF.

billi tali applikazzjonijiet jistgħu jkunu f'oqsma importanti;

AG.

billi, għalhekk, ikun xieraq li eċċezzjonalment tingħata opportunità lil utenti downstream simili li għadhom ma għamlux applikazzjoni speċifika biex jippreżentaw applikazzjoni separata abbażi ta' skadenza qasira;

1.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa jekk tistax tingħata kwalunkwe awtorizzazzjoni f'konformità sħiħa mar-Regolament REACH għal użi speċifiċi u ddefiniti sewwa koperti mill-applikazzjoni ppreżentata mill-Applikanti;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni, eċċezzjonalment, tagħti lill-utenti downstream li l-użu tagħhom huwa kopert mill-applikazzjoni mill-Applikanti, iżda li għalihom tkun għadha ma saritx applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni separata, u li għalihom id-data rilevanti tkun għadha nieqsa, il-possibbiltà li jissottomettu d-data nieqsa fi żmien skadenza qasira;

4.

Jistieden lir-RAC u lis-SEAC jivvalutaw malajr dawk l-applikazzjonijiet, ikkompletati sussegwentement inkluża verifika xierqa li dawk l-applikazzjonijiet ikunu inkludew l-informazzjoni kollha meħtieġa speċifikata fl-Artikolu 62 tar-Regolament REACH;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tieħu deċiżjonijiet rapidi fir-rigward ta' dawk l-applikazzjonijiet f'konformità sħiħa mar-Regolament REACH;

6.

Jistieden lir-RAC u s-SEAC ma jibqgħux jaċċettaw applikazzjonijiet li ma jinkludux l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 62 tar-Regolament REACH;

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(2)  Użu 1: https://echa.europa.eu/documents/10162/a43a86ab-fcea-4e2b-87d1-78a26cde8f80

Użu 2: https://echa.europa.eu/documents/10162/dc9ea416-266e-4f49-88cb-35576f574f4a

Użu 3:https://echa.europa.eu/documents/10162/fab6fe18-3d69-483b-8618-f781d18d472e

Użu 4: https://echa.europa.eu/documents/10162/0f5571f8-d3aa-4031-9454-843cd7f765a8

Użu 5: https://echa.europa.eu/documents/10162/6ee57573-de19-43b5-9153-dad5d9de3c1e

Użu 6: https://echa.europa.eu/documents/10162/ab92f048-a4df-4d06-a538-1329f666727a

(3)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(4)  Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2019, L-Iżvezja vs Il-Kummissjoni, T-837/16, ECLI:EU:T:2019:144. http://curia.europa.eu/juris/documents.jsf?oqp=&for=&mat=or&lgrec=en&jge=&td=%3BALL&jur=C%2CT%2CF&num=T-837%252F16&page=1&dates=&pcs=Oor&lg=&pro=&nat=or&cit=none%252CC%252CCJ%252CR%252C2008E%252C%252C%252C%252C%252C%252C%252C%252C%252C%252Ctrue%252Cfalse%252Cfalse&language=en&avg=&cid=2535071

(5)  https://echa.europa.eu/documents/10162/6b11ec66-9d90-400a-a61a-90de9a0fd8b1

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 348/2013 tas-17 ta' April 2013 li jemenda l-Anness XIV għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (“REACH”) (ĠU L 108, 18.4.2013, p. 1).

(7)  https://echa.europa.eu/documents/10162/13640/3rd_a_xiv_recommendation_20dec2011_en.pdf

(8)  http://www.jonesdayreach.com/SubstancesDocuments/CTAC%20Press%20Release%20Conclusion%20plus%20Annex%20+%20Cons%20Agt+amendm.PDF

(9)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta' Lulju 2009, S.P.C.M. SA u Oħrajn vs Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs, C-558/07, ECLI:EU:C:2009:430 paragrafu 45.

(10)  Ara l-opinjoni RAC/SEAC dwar l-użu 2, p. 25 jew dwar l-użu 5, p. 61.

(11)  REACH, l-Anness I, it-taqsima 5.1

(12)  “Ir-RAC jinnota diskrepanza f'kull użu applikat għal, […] bejn a) in-numru totali ta' siti potenzjali li l-applikant […] jikkunsidra li jistgħu jiġu koperti b'din l-applikazzjoni (sa 1 590 sit kif stipulat fis-SEA) [għall-użu 2], b) in-numru ta' membri CTAC (150+) u c) id-data ta' esponiment imkejla fornuta (minn 6 sa 23 sit għall-użi minn 1 sa 5)”.

(13)  “L-akbar inċertezza tirriżulta min-nuqqas ta' rabta ċara bejn l-OCs [kundizzjonijiet operattivi], l-RMMs [miżuri ta' ġestjoni tar-riskju] u l-valuri ta' esponiment għal kompiti u siti speċifiċi, li jistgħu jirriflettu l-applikazzjoni b'mod ġustifikabbli. Ir-RAC jikkunsidra dan bħala dgħjufija sostanzjali tal-applikazzjoni” (opinjoni RAC dwar l-użu 2, p. 12).

(14)  “Ir-RAC ikkonkluda li hemm inċertezzi sinifikanti rigward l-esponiment tal-ħaddiema minħabba d-disponibbiltà limitata ta' data mkejla dwar l-esponiment. Ikkonkluda wkoll li nuqqas prevalenti ta' informazzjoni kuntestwali għamilha diffiċli li tiġi stabbilita rabta bejn il-kundizzjonijiet operattivi u l-miżuri ta' ġestjoni tar-riskju deskritti fl-applikazzjoni u l-livelli ta' esponiment dikjarati għal kompiti u siti speċifiċi, u b'hekk tiġi evitata evalwazzjoni ulterjuri mir-RAC. Dawk l-inċertezzi jikkonċernaw l-affidabbiltà u r-rappreżentanza tad-data ta' esponiment u kif din tirrelata mal-miżuri speċifiċi ta' ġestjoni tar-riskju fis-seħħ”, Abbozz ta' deċiżjoni, premessa 7.

(15)  Abbozz ta' deċiżjoni, premessa 25 u Artikolu 8.

(16)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2019, L-Iżvezja vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2019:144, paragrafi 82 u 83.

(17)  “Minħabba l-ambitu wiesa' ħafna tal-użi intiżi, is-SEAC ma jistax jeskludi l-inċertezza possibbli rigward il-fattibbiltà teknika ta' alternattivi għal numru limitat ta' applikazzjonijiet speċifiċi li huma koperti mid-deskrizzjoni tal-użi li saret applikazzjoni għalihom” Abbozz ta' deċiżjoni, premessa 14.

(18)  Alternattivi relatati mal-applikazzjonijiet 2 sa 5

PVD CROMATIPIC plasma coating, ara https://marketplace.chemsec.org/Alternative/Eco-friendly-chrome-plating-based-on-nanotechnologies-94

EHLA process, ara https://marketplace.chemsec.org/Alternative/Effective-Protection-against-Wear-Corrosion-with-the-EHLA-Process--185

TripleHard, ara https://marketplace.chemsec.org/Alternative/TripleHard-REACH-compliant-hard-chrome-is-the-best-in-the-market-96

Hexigone Inhibitors, ara https://marketplace.chemsec.org/Alternative/Chrome-and-Zinc-free-Corrosion-Inhibitor-for-Coatings-Highly-Effective-Drop-In-Replacement-of-Hexavalent-Chromate--95

SUPERCHROME PVD COATING, ara https://marketplace.chemsec.org/Alternative/SUPERCHROME-PVD-COATING-a-green-alternative-to-hexavalent-chrome-plating-10

Oerlikon Balzers ePD, ara https://marketplace.chemsec.org/Alternative/Oerlikon-Balzers-ePD-Reach-compliant-Chrome-look-for-plastic-parts-on-a-new-level-69

(19)  Is-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta' Marzu 2019, L-Iżvezja vs il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2019:144, paragrafu 86.

(20)  “Skont l-applikant, dawk l-applikazzjonijiet fejn is-sostituzzjoni hija diġà possibbli, minkejja kollox, mhumiex koperti mill-applikazzjoni. L-applikant, madankollu, ma jispeċifikax dawn l-applikazzjonijiet jew ir-rekwiżiti tekniċi relatati magħhom. Is-SEAC ikkunsidra li l-approċċ tal-applikant biex isolvi din il-kwistjoni mhuwiex kompletament adegwat u jenfasizza l-ħtieġa li l-applikant jindika b'mod aktar konkret li s-sostituzzjoni seħħet fejn tabilħaqq hija diġà fattibbli. Dan seta' jinkiseb bit-twettiq ta' valutazzjoni aktar preċiża u ta' valutazzjoni speċifika skont l-użu tal-alternattivi”, opinjoni tas-SEAC dwar l-użu 2, p. 25.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/90


P8_TA(2019)0318

Wara r-Rebbiegħa Għarbija: It-triq 'il quddiem għar-reġjun tal-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq (MENA)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-perjodu wara r-Rebbiegħa Għarbija: it-triq' il quddiem għar-reġjun MENA (2018/2160(INI))

(2021/C 108/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-dokument bit-titolu “Shared Vision, Common Action: A Stronger Europe – A Global Strategy for the European Union’s Foreign and Security Policy” (Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa Aktar b'Saħħitha – Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea) ippreżentat mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/HR) fit-28 ta' Ġunju 2016 (1), u r-rapporti ta' implimentazzjoni tal-2017 u l-2018,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 232/2014 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew tal-Viċinat (ENI),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 235/2014 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument ta' finanzjament għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja,

wara kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ġunju 2018 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (COM(2018)0460),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-18 ta' Novembru 2015 bit-titolu “Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat” (JOIN(2015)(0050), r-rapport konġunt tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-18 ta' Mejju 2017 dwar l-Implimentazzjoni tar-Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (JOIN(2017)0018),

wara li kkunsidra l-komunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-8 ta' Marzu 2011 bit-titolu “Sħubija għad-Demokrazija u l-Prosperità Komuni fin-Nofsinhar tal-Mediterran” (COM(2011)0200), u tal-25 ta' Mejju 2011 bit-titolu “Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni” (COM(2011)0303),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2017 bit-titlu “Elementi għal Strateġija tal-UE għas-Sirja” (JOIN(2017)0011) u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar is-Sirja tat-3 ta' April 2017, li flimkien jikkostitwixxu l-istrateġija l-ġdida tal-UE rigward is-Sirja,

wara li kkunsidra l-prijoritajiet tas-sħubija konklużi bejn l-Unjoni Ewropea u firxa ta' pajjiżi fil-Lvant Nofsani, inkluż l-Eġittu, il-Lebanon u l-Ġordan,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tas-Summit tan-NATO tal-2018,

wara li kkunsidra d-Djalogu Mediterranju tan-NATO u l-immaniġġar ta' kriżijiet u l-isforzi kooperattivi għas-sigurtà li għaddejjin bħalissa fir-reġjun,

wara li kkunsidra l-Approċċ Globali tal-UE għall-Migrazzjoni u l-Mobbiltà (GAMM),

wara li kkunsidra s-settijiet ta' linji gwida tematiċi tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż dwar id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi u dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha mill-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), adottati mill-Kunsill fl-24 ta' Ġunju 2013,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tal-Viċi President tal-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, tal-25 ta' Jannar 2017 bit-titolu “Il-migrazzjoni fuq ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali – Niġġestixxu l-flussi, insalvaw il-ħajjiet” (JOIN(2017)0004),

wara li kkunsidra l-Patt Globali għall-Migrazzjoni,

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU (SDGs),

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija 2015-2019, adottat mill-Kunsill fl-20 ta' Lulju 2015, u r-rieżami ta' nofs it-terminu tiegħu ta' Ġunju 2017,

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma konġunt tal-persunal tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-21 ta' Settembru 2015 bit-titolu “Gender Equality and Women's Empowerment: Transforming the Lives of Girls and Women through EU External Relations 2016-2020” (L-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Emanċipazzjoni tan-Nisa: Nittrasformaw Ħajjet il-Bniet u n-Nisa permezz tar-Relazzjonijiet Esterni tal-UE 2016-2020) (SWD(2015)0182),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran (PA UfM) bit-titolu “Participation of women in the leadership positions and decision making: Challenges and prospects” (Il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-karigi ta' tmexxija u fit-teħid ta' deċiżjonijiet: Sfidi u prospetti), adottata fil-13-il Sessjoni Plenarja tagħha li saret f'Mejju 2017 f'Ruma,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa (CEDAW),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-vjolenza domestika (il-Konvenzjoni ta' Istanbul),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni u l-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing ta' Settembru 1995 u l-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (il-Konferenza tal-Kajr) ta' Settembru 1994 u l-eżiti tal-konferenzi ta' rieżami tagħhom,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-isfidi fir-rigward tas-sigurtà fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta' Fuq u l-prospettivi ta' stabbiltà politika (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-relazzjonijiet tal-UE mat-Tuneżija fil-kuntest reġjonali attwali (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tal-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE: analiżi ta' nofs it-terminu fl-2017 u arkitettura futura wara l-2020 (7),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ dwar il-Libja (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 (9),

wara li kkunsidra l-Kunsilli ta' Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Tuneżija tal-11 ta' Mejju 2017 u l-15 ta' Mejju 2018, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Alġerija tal-14 ta' Mejju 2018, il-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-25 ta' Lulju 2017,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar il-Libja tas-6 ta' Frar 2017 u l-15 ta' Ottubru 2018, u dwar is-Sirja tat-3 ta' April 2017 u s-16 ta' April 2018,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0077/2019),

A.

billi r-ribelljonijiet Għarab li affettwaw ir-reġjun tal-Lvan Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq (MENA(fl-2011 ikkostitwixxew mument ta' taqlib kbir kontra r-reġimi awtoritarji u deterjorament tal-kundizzjonijiet soċjoekonomiċi; billi l-parti l-kbira tad-dimostranti kienu nisa u rġiel żgħażagħ li kienu qegħdin jaspiraw għad-demokrazija, għal-libertà u għall-istat tad-dritt, kif ukoll għal futur aħjar u aktar inklużiv, rikonoxximent tad-dinjità tagħhom u inklużjoni soċjali u prospetti ekonomiċi aħjar; billi t-twaqqigħ tal-poter ta' xi wħud mir-reġimi u, f'xi każijiet, l-introduzzjoni ta' riformi demokratiċi wasslu għal tama u aspettattivi kbar;

B.

billi l-maġġoranza tal-popolazzjoni fir-reġjun MENA hija taħt il-35 sena; billi l-qgħad fost iż-żgħażagħ fir-reġjun għadu fost l-ogħla fid-dinja; billi dan iwassal għall-esklużjoni soċjali u għaċ-ċaħda tad-drittijiet tal-votazzjoni politika, kif ukoll eżodu ta' mħuħ lejn pajjiżi oħra; billi dawn il-fatturi kollha kienu l-kawża tal-protesti tal-2011 u għal darb'oħra qegħdin jiġġeneraw protesti fi wħud mill-pajjiżi; billi żgħażagħ f'ambjenti vulnerabbli, mingħajr aġenzija jew prospetti, jistgħu jikkostitwixxu grupp fil-mira għal movimenti radikali;

C.

billi fil-pajjiżi importaturi taż-żejt b'mod partikolari, il-kriżi finanzjarja globali, it-tnaqqis fil-prezzijiet taż-żejt, ix-xejriet demografiċi, il-kunflitti u t-terroriżmu komplew jaggravaw is-sitwazzjoni wara l-avvenimenti tal-2011; billi l-mudell ekonomiku li jikkaratterizza dawn il-pajjiżi ma għadux vijabbli, u jirriżulta fi kriżi ta' fiduċja li jeħtieġ li tiġi indirizzata b'mod urġenti mill-gvernijiet ikkonċernati, bil-għan li jiġi stabbilit kuntratt soċjali ġdid maċ-ċittadini rispettivi tagħhom; billi l-impatt soċjali dejjem jiżdied tat-tnaqqis fis-sussidji tal-istat, l-impjiegi fis-settur pubbliku u s-servizzi pubbliċi, il-firxa ta' faqar u problemi ambjentali, speċjalment f'żoni remoti u fost il-komunitajiet emarġinati, kien sors ta' taqlib kontinwu u protesti spontanji fir-reġjun, li x'aktarx se jkomplu jikbru fis-snin li ġejjin;

D.

billi, tmien snin wara r-Rebbiegħa Għarbija u l-iżviluppi politiċi li wasslu lill-pajjiżi fir-reġjuni tal-Magreb u l-Maxreq biex isegwu ħafna mogħdijiet evoluzzjonarji differenti f'termini ta' politika u stabbiltà, għadu essenzjali li jiġi vvalutat x'risposta għandha tingħata għall-aspirazzjonijiet demokratiċi leġittimi u għax-xewqa ta' stabbiltà sostenibbli fir-reġjun, kif ukoll għall-ħtieġa urġenti ta' impjiegi, l-istat tad-dritt u titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien u sigurtà sostenibbli; billi huwa importanti li jinżamm rendikont tal-isforzi u l-pożizzjoni ta' politika adottata mill-UE b'rispons għar-Rebbiegħa Għarbija u biex tiġi vvalutata l-kapaċità tagħha għat-twettiq tal-politika; billi huwa essenzjali li jiġi vvalutat mill-ġdid u adattat il-qafas ta' politika tal-UE lejn il-pajjiżi tal-Viċinat tan-Nofsinhar u l-objettivi futuri tiegħu u l-mezzi biex dawn jinkisbu, filwaqt li titqies id-diversità tas-sitwazzjonijiet fil-pajjiżi tar-reġjun;

E.

billi nuqqas ta' koordinazzjoni bejn l-Istati Membri u l-UE jdgħajjef il-kapaċità tat-tnejn li huma li jeżerċitaw influwenza pożittiva fir-reġjuni tal-Magreb u tal-Maxreq; billi l-azzjoni tal-Istati Membri individwali fir-reġjun teħtieġ li tkun koordinata, u li tkun f'sinerġija mal-objettivi tal-UE; billi l-UE jeħtiġilha ssegwi l-objettivi stabbiliti fl-Artikoli 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; billi l-UE teħtieġ li żżid l-influwenza politika u diplomatika tagħha; billi l-istabbiltà politika u ekonomika fit-tul fir-reġjuni, kif ukoll ir-reżiljenza tal-Magreb u l-Maxreq hija ta' importanza strateġika fundamentali għall-UE, u għalhekk tirrikjedi approċċ aktar fit-tul, integrat u li jħares 'il quddiem fir-rigward tal-qafas ta' politika u l-objettivi tiegħu, f'konformità mal-ħtiġijiet taċ-ċittadini tal-pajjiżi sħab u tal-interessi strateġiċi tal-UE;

F.

billi l-politika tal-UE fir-rigward tal-pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq u tal-Lvant Nofsani għandha żewġ objettivi ewlenin, jiġifieri li jitħeġġu riformi politiċi u ekonomiċi f'kull pajjiż individwali filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi, u li titħeġġeġ il-kooperazzjoni reġjonali bejn il-pajjiżi tar-reġjun stess u mal-UE;

G.

billi l-UE għandha rwol ċentrali fil-promozzjoni tal-prevenzjoni tal-kunflitti, il-medjazzjoni u r-riżoluzzjoni, fil-ħarsien u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt u l-ispazju għas-soċjetà ċivili, kif ukoll il-governanza demokratika, soċjali u ekonomika ġusta fir-reġjuni tal-Magreb u tal-Maxreq; billi soċjetà ċivili miftuħa u l-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem bħala atturi għall-bidla soċjali huma fundamentali għar-reżiljenza u l-prosperità fit-tul tar-reġjun;

H.

billi kwalunkwe detenzjoni li tirriżulta mill-eżerċizzju tad-drittijiet jew il-libertajiet garantiti mid-dritt internazzjonali, bħal-libertà tal-espressjoni u l-libertà ta' għaqda, tikkostitwixxi detenzjoni arbitrarja li hija pprojbita skont id-dritt internazzjonali; billi, f'oqsma sinifikanti tar-reġjun MENA, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti, avukati, attivisti tal-oppożizzjoni politika u s-soċjetà ċivili inġenerali jiffaċċjaw persekuzzjoni sistematika, theddid, attakki, ritaljazzjoni, fastidju ġudizzjarju, detenzjoni arbitrarja, tortura u maltrattament, li lkoll qegħdin jiżdiedu; billi l-UE u l-Istati Membri jeħtiġilhom iżidu b'mod sinifikanti l-isforzi tagħhom sabiex jindirizzaw b'mod adegwat din il-kwistjoni;

I.

billi fir-reġjun, hemm bosta kunflitti armati u eluf ta' persuni nqatlu u għebu u miljuni sfaw spostati; billi l-ISIS/Daesh u gruppi ġiħadisti oħra wettqu atroċitajiet, fosthom eżekuzzjonijiet brutali, kif ukoll atti tal-waħx ta' vjolenza sesswali, ħtif, tortura, konverżjonijiet furzati u tjassir tan-nisa u l-bniet; billi tfal ġew irreklutati u użati f'attakki terroristiċi; billi hemm tħassib serju dwar il-benessri tal-popolazzjoni li bħalissa tinsab taħt il-kontroll tal-ISIS/Daesh u dwar l-użu possibbli tagħhom bħala tarki umani waqt il-kampanja ta' liberazzjoni; billi dawn ir-reati jistgħu jikkostitwixxu delitti tal-gwerra u delitti kontra l-umanità;

J.

billi bi tweġiba għall-iżviluppi fir-reġjun, fl-2015, l-UE rrevediet il-Politika tal-Viċinat tagħha; billi r-rieżami jipprevedi involviment aktar profond tal-Istati Membri fil-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV);

K.

billi l-istat u r-reżiljenza soċjetali huma fost il-prijoritajiet ewlenin tal-Istrateġija Globali tal-UE; billi din tal-aħħar tirrikonoxxi li soċjetà reżiljenti hija kkaratterizzata mid-demokrazija, il-fiduċja fl-istituzzjonijiet, u l-iżvilupp sostenibbli li jinsabu fil-qalba ta' stat reżiljenti, filwaqt li l-istati repressivi huma intrinsikament fraġli fuq terminu twil;

L.

billi, għal dawk il-pajjiżi li magħhom l-UE ffirmat ftehimiet ta' assoċjazzjoni, l-impenji ġuridikament vinkolanti ta' dawn il-ftehimiet, inkluż dwar id-drittijiet tal-bniedem, għandhom jiffurmaw bażi għar-relazzjonijiet u, b'mod partikolari, il-prijoritajiet ta’ sħubija maqbula bejn l-UE u ċerti pajjiżi tal-viċinat;

M.

billi, skont il-UNICEF, l-ewwel theddida li tolqot lit-tfal f'żoni ta' kunflitt tal-MENA hija t-tħaddim tat-tfal; billi 2,1 miljun tifel u tifla fis-Sirja u 700 000 tifel u tifla refuġjati Sirjani ma għandhomx aċċess għall-edukazzjoni; billi l-vjolenza kontinwa u l-ispostament estern, id-diżastri naturali, iż-żieda fl-inugwaljanza ekonomika u bejn is-sessi, u r-rati għoljin ta' qgħad fost iż-żgħażagħ u l-faqar f'diversi pajjiżi MENA ħallew 28 miljun tifel u tifla fi bżonn ta' assistenza umanitarja;

1.

Jinnota bi tħassib li, tmien snin wara l-ewwel taqlib, il-biċċa l-kbira tal-aspirazzjonijiet leġittimi tad-dimostranti paċifiċi għal dinjità, drittijiet tal-bniedem u riformi soċjali, ekonomiċi u politiċi progressivi għadhom ma ġewx issodisfati fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi; jirrikonoxxi li f'xi każijiet kien hemm xi ftit ta' żviluppi pożittivi u ġew ikkonsolidati xi kisbiet demokratiċi, madankollu, jirrimarka l-fatt li dawn għadhom mhumiex biżżejjed; jikkundanna l-ksur persistenti u kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt u tal-libertajiet fundamentali, u diskriminazzjoni mifruxa kontra minoranzi; jinsab imħasseb ħafna dwar is-sitwazzjoni soċjoekonomika li għadha mwiergħa fir-reġjun, u b'mod partikolari, dwar il-livelli għoljin ta' qgħad (li jaffettwaw, b'mod partikolari, lin-nisa u liż-żgħażagħ) u l-esklużjoni soċjali, li jikkawżaw diżillużjoni u nuqqas tal-eżerċitar tad-dritt tal-vot fuq skala kbira, speċjalment fost iż-żgħażagħ, li jwassalhom għal disprament, għall-migrazzjoni irregolari bħala mezz ta' ħelsien jew isiru aktar vulnerabbli għar-radikalizzazzjoni; jenfasizza li s-sitwazzjoni ekonomika ta' dawn il-pajjiżi għandha impatt qawwi wkoll fuq is-sitwazzjoni tas-sigurtà tagħhom; jiddeplora l-livelli persistenti ta' korruzzjoni, nepotiżmu u nuqqas ta' responsabbiltà fir-reġjun;

2.

Jenfasizza li l-prosperità fuq żmien twil tal-pajjiżi ta' wara r-Rebbiegħa Għarbija timxi id f'id mal-kapaċità tagħhom li jiżguraw b'mod attiv il-protezzjoni tad-drittijiet universali tal-bniedem u l-istabbiliment u l-ankrar ta' istituzzjonijiet demokratiċi u trasparenti li jkunu impenjati li jipproteġu d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini; jinsab, għalhekk, imħasseb ħafna dwar il-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem, it-tnaqqis jew l-għeluq tal-ispazju għad-demokrazija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali, it-tneħħija tal-kisbiet tal-libertà tal-espressjoni – kemm online kif ukoll offline – u ta' għaqda u assoċjazzjoni, ir-repressjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u t-trażżin tar-rwol tal-midja – inkluż permezz ta' abbużi tal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu u t-teknoloġija ta' sorveljanza u l-limitazzjoni tal-istat tad-dritt, f'għadd ta' pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq; jinnota bi tħassib ir-rwol u r-responsabbiltà partikolari tas-servizzi militari u tas-sigurtà fid-deterjorament tar-rotta politika ta' diversi pajjiżi wara r-Rebbiegħa Għarbija, u l-kontroll persistenti u dominanti tagħhom fuq l-Istat u r-riżorsi ekonomiċi; jappella, għalhekk, lill-UE u lill-Istati Membri jinkorporaw b'mod adegwat din id-dimensjoni fundamentali fl-involviment tagħhom mar-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq; jappella lill-UE u lill-Istat Membri jinvolvu ruħhom mal-gvernijiet ta' pajjiżi terzi sabiex itemmu dawn il-prattiki u jirrevokaw il-leġiżlazzjoni ripressiva, kif ukoll jiżguraw skrutinju xieraq tal-esportazzjonijiet ta' teknoloġija ta' sorveljanza u assistenza teknika Ewropej; iħeġġeġ lill-UE tagħti prijorità lill-appoġġ tal-isforzi parlamentari u tas-soċjetà ċivili lejn responsabilità u trasparenza akbar tas-servizzi tas-sigurtà u dawk militari;

3.

Jilqa' l-isforzi kontinwi tal-UE u tal-Istati Membri biex jippromwovu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, kif ukoll l-iżvilupp ekonomiku u r-rabta importanti bejn id-demokrazija u s-sigurtà sostenibbli f'pajjiżi ta' wara r-Rebbiegħa Għarbija, u jagħraf il-kumplessità ta' tali kompitu; huwa tal-fehma, madankollu, li, minkejja ffukar tal-politika għal ħmistax-il sena fuq il-pajjiżi tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran, sforzi tal-politika mġedda u żieda fir-riżorsi baġitarji fid-dawl tar-Rebbiegħa Għarbija (jew Rebbiegħat Għarbin), għadhom ma ntlaħqux sal-punt huwa meħtieġ l-għanijiet u l-politiki tal-UE (u f'ċertu każijiet is-sitwazzjoni ġiet agħar), u li proċess reali għall-inklużjoni soċjoekonomika għad irid jibda; jenfasizza li l-azzjoni esterna tal-UE fil-konfront tal-pajjiżi ta' wara r-Rebbiegħa Għarbija għandha tqis ir-realtajiet fil-livell lokali u tadatta l-istrateġiji ta' politika u l-implimentazzjoni tagħhom kif xieraq; iqis li tmexxija u inizjattiva insuffiċjenti tal-UE fil-ħidma lejn ir-riżoluzzjoni ta' kunflitti mtawla dgħajfu l-kapaċità tal-UE li tagħmel impatt diplomatiku fir-reġjun; jappella lill-UE tappoġġa bil-qawwa l-proċessi ta' paċi tan-NU mmirati lejn ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq;

4.

Ifakkar id-dannu u t-tbatija kkawżati mill-estremiżmu u t-terroriżmu fir-reġjun, u jenfasizza li l-vjolenza hija theddida serja għall-istabbiltà tiegħu u li l-kooperazzjoni tas-sigurtà fir-reġjun, kif ukoll il-kooperazzjoni mal-UE u l-Istati Membri tagħha, b'rispett sħiħ għad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, jibqgħu ta' importanza assoluta sabiex jingħelbu b'suċċess organizzazzjonijiet terroristiċi bħal Daesh u, b'hekk, jgħinu lin-nies fir-reġjun biex eventwalment jgħixu fil-paċi u f'ambjent ta' stabbiltà u progress; jilqa', għalhekk, l-inizjattivi tal-UE li għandhom l-għan li jindirizzaw it-theddida terroristika fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq; jissottolinja l-importanza li tissaħħaħ il-kapaċità tal-atturi statali li jaqdu rwol ewlieni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti, kif ukoll il-ħtieġa essenzjali li ssir enfasi fuq is-sħubijiet bejn l-awtoritajiet, iż-żgħażagħ u l-komunitajiet biex jiġu indirizzati l-fatturi sottostanti li jistgħu jagħmlu lill-komunitajiet vulnerabbli għal estremiżmu vjolenti, u biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-kunflitt;

5.

Jesprimi tħassib dwar il-fatt li, minkejja l-investimenti politiċi u baġitarji konsiderevoli u s-sensibilizzazzjoni politika u ekonomika kontinwa tagħha, l-UE ma rnexxilhiex tikseb influwenza politika u ekonomika reali u sostanzjali, l-impatt tal-politiki tal-UE għadu limitat, u l-UE mhijiex meqjusa bħala bidla radikali mill-pajjiżi fir-reġjun; jirrimarka n-nuqqas ta' sodisfazzjon li ħassew is-soċjetà ċivili, l-NGOs lokali u ż-żgħażagħ b'mod ġenerali dwar kif l-UE tonqos milli tittraduċi kompletament il-viżjoni tagħha f'azzjoni fil-post; huwa mħasseb dwar is-sitwazzjoni politika dejjem aktar kumplessa fir-reġjuni tal-Magreb u l-Maxreq, u jinnota l-introduzzjoni ta' atturi politiċi u ekonomiċi reġjonali ġodda u oħrajn li qamu mill-ġdid, bħar-Russja u ċ-Ċina, minbarra n-narrattivi u l-finanzjament li qed jikkompetu mill-pajjiżi tal-Golf u l-Iran, li għandhom objettivi li jistgħu saħansitra jkunu konfliġġenti ma' dawk tal-UE; jappella għal impenn aktar b'saħħtu u viżjoni aktar soda min-naħa tal-UE biex din tkun tista' ssir parteċipant aktar ċentrali; jappella lill-UE tinvolvi ruħha fi djalogu akbar mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili sabiex issegwi politiki li jkunu kapaċi jissodisfaw l-aspettattivi tal-partijiet interessati demokratiċi kollha; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE timpenja ruħha fi djalogu mal-atturi politiċi kollha fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq;

6.

Jenfasizza l-importanza tal-Unjoni għall-Mediterran (UgħM), li hija l-uniku forum politiku li jgħaqqad flimkien l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi Mediterranji kollha; jenfasizza li l-Unjoni għall-Mediterran, li dan l-aħħar iċċelebrat l-għaxar anniversarju tagħha, jeħtiġilha jkollha rwol akbar fl-indirizzar konġunt tal-isfidi li għandna komuni; jieħu nota pożittiva tat-Tielet Forum Reġjonali tal-UgħM li sar fit-8 ta' Ottubru 2018, li fakkar l-għaxar Anniversarju tas-Summit ta' Pariġi għall-Mediterran, u rrikonoxxa l-utilità li jkomplu jiġu żviluppati l-interazzjonijiet bejn l-UgħM u atturi oħra fir-reġjun Ewro-Mediterranju; jistieden lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lir-Rappreżentant Għoli jerġgħu jikkunsidraw u jerġgħu jqajmu b'mod sostanzjali l-proġett tal-UgħM; iħeġġeġ l-użu ta' dan il-proġett bħala mezz biex titrawwem kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Mediterran;

7.

Jiddispjaċih li qed jiġu konklużi prijoritajiet ta' sħubija ma' pajjiżi mingħajr l-ebda kundizzjoni mehmuża u minkejja rigress sinifikanti u kontinwu fil-qasam tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt;

8.

Huwa tal-fehma li għal wisq żmien il-pożizzjoni tal-politika lejn il-pajjiżi tal-Magreb u tal-Maxreq kienet imtappna b'approċċ li kien ibbażat wisq fuq l-aspettattivi u l-objettivi tal-UE, li ma kkunsidrawx kompletament l-interessi u r-realtajiet tal-pajjiżi sħab tal-UE, u bi ftit inċentiv għal dawn tal-aħħar u sjieda min-naħa tagħhom, u ftit wisq kunsiderazzjoni għall-aspirazzjonijiet tal-popolazzjonijiet li għandhom jibbenefikaw mill-politiki tal-UE, u għas-sitwazzjoni politika partikolari f'pajjiżi differenti; jiddispjaċih li l-isforzi inizjali wara r-Rebbiegħa Għarbija (jew ir-Rebbiegħat Għarbin) biex jiġu introdotti inċentivi aktar stretti ta' kondizzjonalità u twettiq fir-rigward tal-pajjiżi benefiċjarji permezz tal-prinċipju “aktar għal aktar” ma wasslux għal influwenza akbar min-naħa tal-UE fil-kapaċità tagħha li tippromwovi bidla reali fl-oqsma tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, tal-iżvilupp ekonomiċi u soċjali u s-sigurtà sostenibbli fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi; jenfasizza li d-differenzazzjoni u s-sjieda reċiproka akbar huma l-karatteristika tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li tirrikonoxxi l-livelli differenti ta' involviment, u tirrifletti l-interessi ta' kull pajjiż fir-rigward tan-natura u l-fokus tas-sħubija tiegħu mal-Unjoni; jappella għal applikazzjoni aktar konsistenti tal-prinċipju “aktar għal aktar”, billi jiġu definiti, fil-livelli ta' politika, programmi u proġetti fir-relazzjonijiet bilaterali, objettivi u punti ta' riferiment konkreti għal aktar appoġġ; ifakkar li l-għan tad-demokratizzazzjoni jista' jintlaħaq biss b'mod sostenibbli jekk jiġi segwit bir-reqqa mill-pajjiżi rispettivi kemm fiż-żoni urbani kif ukoll, b'mod partikolari, fiż-żoni rurali, u jenfasizza li l-istabbiltà tappoġġja l-iżvilupp ta' demokrazija, u li proċess ta' tħejjija f'waqtu li għandu jinkludi konsultazzjoni wiesgħa u l-inklużjoni ta' gruppi u mexxejja tas-soċjetà rilevanti, huwa ta' benefiċċju biex jintlaħaq dan l-għan; jenfasizza wkoll li d-demokratizzazzjoni tappoġġa l-iżvilupp ekonomiku u ssaħħaħ l-istat tad-dritt;

9.

Jagħraf l-isforzi inizjali tas-SEAE u tal-Kummissjoni, b'kooperazzjoni u fi djalogu mal-Parlament Ewropew, biex jirriformaw b'mod sostanzjali l-qafas ta' politika tal-UE għall-pajjiżi ta' wara r-Rebbiegħa Għarbija sabiex tiżdied il-kapaċità ta' ingranaġġ politiku fir-reġjuni tal-Magreb u l-Maxreq; jirrimarka l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea u l-valur miżjud tagħha fir-rigward tal-potenzjal biex jinkisbu sinerġiji fl-azzjonijiet fil-livell tal-UE, jinbena djalogu politiku, ekonomiku u soċjali, tiġi enfasizzata aktar ir-rabta bejn l-iżvilupp soċjoekonomiku u s-sigurtà sostenibbli, u jiġu żgurati appoġġ u implimentazzjoni adegwati permezz tal-Istrumenti Finanzjarji għall-azzjoni esterna tal-UE; jieħu nota tar-reviżjoni tal-2015 tal-Politika Ewropea tal-Viċinat immirata biex tqis ix-xenarji li qed jinbidlu fir-reġjun; jinsisti fuq l-importanza ta' rappurtar fil-fond, annwali u pajjiż b'pajjiż dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat; ifakkar ukoll fl-appoġġ importanti pprovdut mill-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) fl-implimentazzjoni tal-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija u l-linji gwida tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-istrateġiji tal-pajjiż, li ppermetta lill-UE taġixxi b'mod aktar strateġiku f'dan il-qasam, inkluż fil-Viċinat tan-Nofsinhar, u żgurat aktar responsabbiltà, viżibbiltà u effikaċja;

10.

Jenfasizza l-ħtieġa li jsir sforz favur l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli sabiex jiġi ottimizzat l-impatt tal-azzjoni esterna tal-UE li għandha tinkiseb permezz ta' koerenza u komplementarjetà bejn l-istrumenti ta' finanzjament għall-azzjoni esterna tal-Unjoni;

11.

Jirrimarka l-kumplessità ta' rispons xieraq għall-flussi tal-migrazzjoni u tar-refuġjati minn u permezz tar-reġjuni tal-Magreb u l-Maxreq u lejhom, il-kumplessità ta' perspettiva ffokata fuq is-sigurtà fir-rigward tal-migrazzjoni, tal-isfidi tat-terroriżmu u tat-tħassib leġittimu dwar il-fraġilità ta' ċerti pajjiżi fir-reġjun, u tal-ħtieġa li tingħata kunsiderazzjoni akbar fil-kuntest tal-imperattivi marbuta mat-tibdil fil-klima, kif ukoll tal-isfidi li jirriżultaw min-nuqqas ta' approċċ koeżiv tal-Istati Membri; jinsab imħasseb dwar il-fatt li dawn il-fatturi qed iwasslu biex l-azzjoni tal-UE fir-rigward tar-reġjun tiddependi b'mod eċċessiv fuq ideoloġija ta' stabbiltà għal żmien qasir, u b'hekk tinjora aspetti importanti oħra; huwa tal-fehma li meta l-istabbiltà u s-sigurtà jsiru l-objettivi predominanti, dawn iwasslu għal viżjoni ta' politika fuq terminu iqsar u li ma tħarisx fit-tul, u jipprevjenu azzjoni tal-UE mmirata lejn l-affermazzjoni mill-ġdid tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali bl-intensità meħtieġa; ifakkar li t-trawwim ta' reżiljenza tal-istat u tas-soċjetà m'għandux iwassal għall-kontinwazzjoni ta' reġimi awtoritarji; itenni li d-drittijiet tal-bniedem mhumiex subordinati għal azzjonijiet ta' ġestjoni tal-migrazzjoni jew azzjonijiet kontra t-terroriżmu, u huwa konvint li stabilità kredibbli u koerenti u politika ta' sigurtà sostenibbli tista' tinkiseb biss billi jiġu segwiti interessi u prinċipji aktar fit-tul, bħall-iżvilupp ekonomiku u soċjali inklużiv u ta' benefiċċju, kif ukoll it-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, fil-qafas ta' approċċ iċċentrat fuq il-bniedem u sensittiv għall-kunflitti; ifakkar, madankollu, li l-istabbiltà fit-tul ta' dawn il-pajjiżi tista' tinkiseb biss permezz ta' relazzjoni bilanċjata bejn ir-rekwiżiti ta' sigurtà u l-iżvilupp, ibbażata fuq l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

12.

Jistieden lill-UE tindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni bħalma huma l-kunflitti, il-kwistjonijiet ambjentali, il-faqar estrem u l-esklużjoni soċjali, u torjenta mill-ġdid il-kooperazzjoni politika lejn sħubija aktar bilanċjata u ugwali mar-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, billi tpoġġi l-politiki dwar iż-żgħażagħ u l-investimenti għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fil-qalba tagħha;

13.

Jinnota li xi pajjiżi jospitaw miljuni ta' rifuġjati, li l-maġġoranza tagħhom huma nisa u tfal li jgħixu fil-faqar, u li dan jaggrava l-vjolenza domestika, il-prostituzzjoni tan-nisa u l-bniet, iż-żwieġ furzat tat-tfal u t-tħaddim tat-tfal fil-komunità;

14.

Jappella lill-istituzzjonijiet Ewropej, lill-Istati Membri tal-UE kif ukoll lill-aġenziji tal-iżvilupp nazzjonali, jistinkaw biex jipprovdu pożizzjoni Ewropea unifikata lejn ir-reġjun, li tiffoka fuq l-interessi komuni tagħna, biex tiġi żgurata strateġija Ewropea unika u koerenti, sabiex jiġi ssodisfat il-potenzjal sħiħ tal-UE bħala sostenitur sinifikanti tar-riformi demokratiċi, ekonomiċi u soċjali;

15.

Jinnota bi tħassib partikolari li s-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq jiffaċċjaw theddid, rappreżalji, fastidju ġudizzjarju, detenzjoni arbitrarja, tortura u maltrattament kif ukoll forom oħra ta' persekuzzjoni li lkoll qegħdin jiżdiedu; jissottolinja li l-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem hija kruċjali għall-iżvilupp u l-istabbiltà fit-tul tar-reġjun; itenni, f'dan il-kuntest, it-talba tiegħu għall-implimentazzjoni sħiħa tal-linji gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-ħtieġa li l-mexxejja u d-diplomatiċi tal-Istati Membri u tal-UE fil-livelli kollha jqajmu każijiet ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem individwali li jinsabu f'riskju ma' gvernijiet ta' pajjiżi terzi inkluż, fejn xieraq, permezz ta' dikjarazzjonijiet pubbliċi, inizjattivi politiċi u djalogi regolari, laqgħat mad-difensuri, żjarat lid-difensuri fid-detenzjoni, u osservazzjoni tal-proċessi tad-difensuri; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri jżidu l-finanzjament u l-kapaċità tagħhom għall-appoġġ tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju, permezz ta' għotjiet ta' emerġenza kif ukoll permezz ta' appoġġ għall-mekkaniżmi ta' protezzjoni tas-soċjetà ċivili bħal ProtectDefenders.eu; jilqa' l-isforzi konsistenti tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija u tal-EIDHR biex jippromwovu d-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet u tal-libertajiet fundamentali fil-viċinat tan-Nofsinhar tal-UE; jinsisti li l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom ifittxu b'mod attiv li jinvolvu u jappoġġaw lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-atturi tas-soċjetà ċivili li huma l-aktar vulnerabbli fir-reġjun, inklużi dawk f'reġjuni remoti u rurali, dawk li qed jiġġieldu għad-drittijiet tal-persuni LGBTI u indiġeni, għad-drittijiet ambjentali u tal-art, għad-drittijiet tar-refuġjati u d-difensuri tad-drittijiet tal-ħaddiema, u n-nisa, li jiffaċċjaw riskji u theddid speċifiċi minħabba l-ġeneru tagħhom;

16.

Jilqa' l-kunċett ta' sjieda konġunta mressaq mill-Politika Ewropea tal-Viċinat riveduta; huwa mħasseb, madankollu, li din toħloq ir-riskju li tippermetti lil reġimi awtoritarji f'ċerti pajjiżi sħab biex jagħżlu l-prijoritajiet li jaqblilhom skont l-aġenda nazzjonali tagħhom, minflok ma jimxu fit-triq lejn id-demokratizzazzjoni; jisħaq, għaldaqstant, fuq l-importanza ta' qafas ta' politika fit-tul u sinerġiji fil-programmazzjoni għall-pajjiżi ta' wara r-Rebbiegħat Għarbin abbażi tal-primat tad-demokrazija, l-inklużjoni tal-forzi politiċi demokratiċi kollha u l-primat tal-istat tad-dritt, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-valuri fundamentali; itenni li t-tisħiħ ta' dawn l-aspetti, kif ukoll l-iżvilupp ta' klima ekonomika attraenti u l-appoġġ għal riformi pożittivi huma fl-interess tal-pajjiżi sħab u tal-popolazzjonijiet tagħhom, kif ukoll tal-UE, u jappella għal kundizzjonalità aktar b'saħħitha f'każijiet ta' ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem mill-awtoritajiet; ifakkar li l-pajjiżi sħab li huma lesti li jwettqu riformi, li jkollhom djalogu politiku aktar mill-qrib u li jiksbu aktar għandhom jingħataw inċentivi ġdida u appoġġ adegwat għall-aspirazzjonijiet u l-impenji tagħhom, u jitlob approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni, ibbażat fuq djalogu inklużiv, prijoritajiet u objettivi ċari f'dan is-sens; jinsisti li f'każijiet ta' ksur sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem mill-awtoritajiet, l-assistenza baġitarja tal-UE għandha tiġi diretta mill-ġdid lejn is-soċjetà ċivili lokali;

17.

Jappoġġa l-aspirazzjonijiet ta' dawk kollha li jinsabu fir-reġjun MENA, inkluż tal-maġġoranza taż-żgħażagħ, li jixtiequ jistabbilixxu pajjiżi liberi, stabbli, prosperi, inklużivi u demokratiċi, li jirrispettaw l-impenji nazzjonali u internazzjonali tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jilqa' l-proċessi demokratiċi fir-reġjun u s-sħubija sostnuti mal-UE; jistieden lill-UE tqis dan fl-oqsma tal-politika kollha tagħha, sabiex issaħħaħ il-koerenza tagħhom u tgħin lill-pajjiżi sħab b'mod aktar effettiv; jenfasizza li, biex kwalunkwe trasformazzjoni politika tkun sostenibbli għalkollox, huwa importanti u meħtieġ li wieħed jsib tarf l-imgħoddi tiegħu u, f'dan il-kuntest, jindika x-xogħol importanti tal-“Kummissjoni għall-Verità u d-Dinjità” tat-Tuneżija, li tagħti eżempju lir-reġjun kollu;

18.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li f'ċerti każijiet, il-kooperazzjoni investigattiva u ġudizzjarja bilaterali dwar każijiet ta' detenzjoni, vjolenza jew imwiet taċ-ċittadini tal-UE ma kinitx adegwata, bħal fil-każ tar-riċerkatur Taljan Giulio Regeni; iqis li huwa essenzjali li jkun hemm rabta bejn aktar kollaborazzjoni f'setturi oħra għal titjib sostanzjali f'dan il-qasam;

19.

Huwa konvint li fejn il-prerekwiżiti għan-negozjar ta' Żoni t' Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi (DCFTAs), li jiddependu fuq progress demokratiku, għadhom mhumiex fis-seħħ jew ma jissodisfawx l-aspirazzjonijiet tal-pajjiżi rispettivi, l-UE għandha tipprovdi aċċess akbar għall-kummerċ u l-investiment sostenibbli, b'mod partikolari għall-benefiċċju tal-popolazzjonijiet u tal-ekonomiji tan-Nofsinhar tal-Mediterran, tappoġġa l-kapaċitajiet ta' produzzjoni, il-modernizzazzjoni tal-infrastruttura u l-ħolqien ta' klimi ekonomiċi attraenti, b'enfasi fuq is-swieq domestiċi u reġjonali, filwaqt li trawwem xogħol deċenti, protezzjoni soċjali u żvilupp soċjoekonomiku inklużiv;

20.

Huwa tal-fehma li, hekk kif l-UE tbati biex toħroġ b'viżjoni li tħares 'il quddiem, li hija bbażata fuq id-drittijiet u ċċentrata fuq il-poplu għall-politika tagħha dwar il-migrazzjoni u l-asil, hemm riskju dejjem akbar li xi pajjiżi fir-reġjun jistgħu jużaw konteniment tal-migrazzjoni u r-rwol tagħhom fih biex ifittxu influwenza akbar fid-djalogu politiku u ta' politika tagħhom mal-UE; iqis li għandha tingħata aktar għajnuna lill-pajjiżi tal-MENA biex jindirizzaw l-influss ta' immigranti mill-Afrika sub-Saħarjana, u, f'dan il-kuntest, jilqa' l-isforzi li saru mill-UE biex jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-migrazzjoni, iżda jfakkar li hemm bżonn ta' aktar sforzi biex dan l-isforz jirnexxi; iqis li huwa importanti li s-sħab fir-reġjun MENA jkunu involuti fl-implimentazzjoni ta' soluzzjonijiet komuni biex jiġu indirizzati kwistjonijiet bħall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin; jinsab imħasseb, madankollu, dwar l-istrumentalizzazzjoni possibbli tal-politika estera tal-UE bħala “ġestjoni tal-migrazzjoni”, u jenfasizza li t-tentattivi kollha għal ħidma ma' pajjiżi ta' wara r-Rebbiegħat Għarbin, inkluż pajjiżi ta' oriġini u tranżitu, fir-rigward tal-migrazzjoni jridu jimxu id f'id mat-titjib tal-kundizzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem f'dawn il-pajjiżi u l-konformità tagħhom mad-dritt internazzjonali fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt dwar ir-refuġjati; jenfasizza li l-isfida tal-flussi migratorji hija sfida komuni għall-pajjiżi tar-reġjun MENA (pajjiżi ta' oriġini u ta' tranżitu) u għall-pajjiżi tal-Unjoni (pajjiżi ta' destinazzjoni); jenfasizza, barra minn hekk, l-importanza ta' qafas ta' politika li jippromwovi l-inklużjoni demokratika, politika u soċjoekonomika bħala fatturi li jsaħħu lil xulxin, inkluż fir-rigward tat-trawwim tal-kundizzjonijiet għal ħajja sikura u dinjituża għall-persuni fir-reġjun u t-tnaqqis tal-ispostament furzat;

21.

Jirrimarka r-riskju li l-azzjoni tal-UE għar-reġjun u l-approċċ magħżul mill-Istati Membri permezz ta' relazzjonijiet bilaterali jistgħu jkunu qegħdin jiġu imminati minn approċċi mhux koordinati u unilaterali, u li l-kapaċità tal-UE biex ikollha impatt politiku tista' tintilef b'riżultat ta' dan; jilqa', f'dan il-kuntest, il-proposta magħmula mill-President tal-Kummissjoni biex nimxu lil hinn mill-unanimità fit-teħid ta' deċiżjonijiet mill-Kunsill fl-oqsma dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni, peress li dan jista' jgħin lill-UE titkellem b'vuċi waħda, magħquda wara strateġija waħda ċara dwar ir-relazzjonijiet barranin tagħha u jkollha influwenza akbar; huwa tal-fehma li l-involviment aktar profond tal-Istati Membri fil-PEV kif previst fir-rieżami tal-PEV tal-2015, għalkemm pożittiv, għandu jiġi segwit aħjar; jenfasizza l-importanza u l-profondità tar-rabtiet bejn bosta Stati Membri u l-popli tagħhom u ħafna mill-pajjiżi tan-Nofsinhar tal-Mediterran; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Istati Membri tal-UE jsaħħu l-koordinazzjoni tal-azzjonijiet tagħhom fir-reġjun u jeżaminaw modi li bihom jistgħu jaġixxu b'mod aktar effettiv;

22.

Jappella lill-UE u lill-Istati Membri, filwaqt li jqisu l-acquis tal-UE kontra l-korruzzjoni, isaħħu l-programmi ta' kooperazzjoni ġudizzjarja tagħhom mal-pajjiżi sħab fir-reġjun sabiex jiġi promoss l-iskambju tal-aħjar prattiki u jiġu stabbiliti mezzi legali effikaċi biex tiġi miġġielda l-korruzzjoni; jemmen li r-riformi tal-amministrazzjonijiet pubbliċi u tas-settur pubbliku fil-Viċinat tan-Nofsinhar għandhom ikunu prijorità, flimkien mal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u għandhom jiġu segwiti permezz ta' żieda fir-riżorsi finanzjarji, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet u kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-Istati Membri, kif ukoll appoġġ għall-atturi tas-soċjetà ċivili fl-oqsma tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-trasparenza u r-responsabbiltà;

23.

Itenni li l-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt huma fost il-prinċipji fundamentali tal-politika barranija tal-UE; jinsab imħasseb dwar il-bejgħ kontinwu ta' armi u tagħmir tas-sigurtà mill-Istati Membri tal-UE, inklużi teknoloġiji ta' sorveljanza użati għar-repressjoni interna lill-awtoritajiet fir-reġjun li ma jirrispettawx id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali; iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonformaw b'mod strett mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/994/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (10), li fost affarijiet oħra tiddikjara li l-liċenzji ta' esportazzjoni għandhom jiġu miċħuda meta jkun hemm riskju ċar li t-teknoloġija jew it-tagħmir militari li se jiġu esportati jistgħu jintużaw għal repressjoni interna, jew biex jitwettaq ksur serju tad-dritt umanitarja internazzjonali; itenni l-pożizzjoni tiegħu kif stabbilita fl-emendi tiegħu għall-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija, l-assistenza teknika u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju, kif adottat fit-17 ta' Jannar 2018 (11); iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jagħtu l-akbar importanza lil dan il-fajl biex jippruvaw jilħqu ftehim mal-Kunsill;

24.

Iqis li l-prijoritajiet ta' sħubija miftiehma bejn l-UE u l-pajjiżi sħab fl-ambitu tal-PEV għandhom jagħmlu referenza espliċita għall-ftehim ta' assoċjazzjoni rilevanti, b'mod partikolari l-klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem, biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem jikkostitwixxu aspett essenzjali u trasversali tal-prijoritajiet miftiehma ta' sħubija, li għandhom jiġu diskussi fil-livelli kollha, b'mod partikolari fl-ogħla livell politiku, u mhux limitati għal laqgħat tas-sottokumitati ta' livell baxx;

25.

Jappella għal aktar inklużività u involviment aktar mill-qrib tas-soċjetà ċivili lokali fl-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet fil-pajjiżi sħab; jilqa' l-isforzi tas-SEAE u tal-Kummissjoni biex iwessgħu s-sensibilizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u jinkludu s-settur privat, u jħeġġiġhom jaħdmu aktar f'dan ir-rigward; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti indipendenti tas-soċjetà ċivili, inklużi gruppi tad-drittijiet tal-bniedem mhux reġistrati u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u jiddispjaċih li dan qed jiġi mxekkel b'mod partikolari f'każijiet fejn id-djalogu u l-appoġġ jgħaddu minn aġenziji kkontrollati mill-gvern jew jiffukaw biss fuq organizzazzjonijiet favur il-gvern; huwa tal-fehma li l-UE għandha tiffaċilita l-aċċess għall-fondi disponibbli għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili iżgħar u lokali, inklużi s-sħab soċjali, u tissimplifika l-proċessi ta' applikazzjoni u tiffoka fuq organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali; jirrimarka l-perċezzjoni fost interlokuturi tas-soċjetà ċivili lokali ta' fokus primarju mill-UE fuq organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kbar u internazzjonali; jappella lill-UE tinvesti aktar riżorsi fil-promozzjoni tal-bini ta' kapaċità ta' organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u tiffaċilita sħubijiet imsaħħa bejnhom u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kbar u internazzjonali, kif ukoll ittejjeb il-kapaċità tas-sħab soċjali li jkollhom djalogu soċjali mal-gvern, bil-għan li tiżdied is-sjieda lokali;

26.

Jistieden lis-SEAE jżid l-isforzi tiegħu biex jiskambja l-aħjar prattiki f'dak li għandu x'jaqsam mar-rwol tan-nisa fil-ħajja pubblika;

27.

Jissottolinja li l-involviment u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa fl-isferi pubbliċi, politiċi, ekonomiċi u kulturali fil-pajjiżi tar-reġjun MENA huma essenzjali biex jinkisbu l-istabbiltà, il-paċi u l-prosperità ekonomika fit-tul; jissottolinja li fil-pajjiżi li fihom ir-Rebbiegħa Għarbija wasslet għal kunflitt kontinwu, l-involviment tan-nisa fil-proċessi tal-istabbiliment tal-paċi u l-medjazzjoni huma essenzjali biex tiġi stabbilita soċjetà mhux vjolenti; iqis li l-aċċess għall-edukazzjoni għan-nisa, bl-appoġġ tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u l-ugwaljanza bejn is-sessi, huma essenzjali biex jinkiseb dan;

28.

Jenfasizza li t-tisħiħ tal-awtoritajiet lokali jikkontribwixxi għat-tixrid tad-demokrazija u l-prinċipji tal-istat tad-dritt; jappella, għalhekk, biex jitħeġġeġ il-proċess ta' deċentralizzazzjoni u tissaħħaħ il-pożizzjoni tar-reġjuni bl-iżvilupp tal-awtonomija lokali; iħeġġeġ u jappoġġa s-sħubijiet mal-Istati Membri tal-UE u l-proġetti ta' kooperazzjoni deċentralizzata mwettqa mill-awtoritajiet lokali tal-Istati Membri bil-għan li tiġi żviluppata l-governanza muniċipali u reġjonali fil-pajjiżi tar-reġjun;

29.

Ifakkar fl-importanza li tiġi żgurata viżibbiltà adegwata għall-isforzi tal-UE u għall-assistenza u l-investiment mill-UE fir-reġjun, permezz ta' komunikazzjoni strateġika msaħħa, diplomazija pubblika, kuntatti bejn il-persuni, diplomazija kulturali, kooperazzjoni fi kwistjonijiet edukattivi u akkademiċi, u attivitajiet ta' outreach biex jiġu promossi l-valuri tal-Unjoni. jitlob, b'mod partikolari, li jerġa' jiġi stabbilit il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għan-Nofsinhar tal-Mediterran, li għandu jmexxi l-impenn tal-UE mar-reġjun u jiżgura viżibbiltà akbar tal-UE;

30.

Jemmen li bil-għan li tiżdied il-kapaċità tal-UE biex ikollha impatt politiku u ta' politika u biex tippromwovi sjieda u appoġġ mifrux minn pajjiżi benefiċjarji, kull Delegazzjoni tal-UE għandha tipprevedi konsultazzjonijiet regolari mal-esperti u mar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u b'mod partikolari, għandha tistabbilixxi kunsilli konsultattivi ta' livell għoli, li jirriflettu d-diversità soċjali, ekonomika u politika tal-pajjiż ikkonċernat, li jkunu magħmula minn mexxejja ekonomiċi, medjatiċi, kulturali, akkademiċi, tas-soċjetà ċivili u mexxejja taż-żgħażagħ prominenti, u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem ewlenin mill-pajjiż ikkonċernat, u tipprovdi input fir-rigward tal-prijoritajiet ta' politika u l-istruttura tal-politika mfassla mill-UE;

31.

Huwa konvint li ż-żgħażagħ għandhom ikunu fokus primarju tal-azzjoni tal-UE lejn ir-reġjun, b'azzjoni intersezzjonali; jitlob li l-politiki għaż-żgħażagħ jiġu ssimplifikati fil-politiki kollha tal-Unjoni fir-reġjun MENA; jemmen li huwa kruċjali li jitfasslu soluzzjonijiet dejjiema li jirriflettu l-iskala tal-isfida tal-impjiegi taż-żgħażagħ, u jissottolinja r-rilevanza tal-promozzjoni ta' impjiegi deċenti, l-intraprenditorija u l-opportunitajiet ta' impjieg indipendenti; jipproponi, f'dan il-kuntest, li kull Delegazzjoni tal-UE taħdem biex tistabbilixxi bord taż-żgħażagħ informali magħmula minn mexxejja politiċi, soċjali, ekonomiċi, medjatiċi, kulturali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili żgħażagħ bil-għan li jipprovdu input dwar il-prijoritajiet ta' politika, il-kapaċità ta' politiki tal-UE li jkollhom impatt fil-pajjiż u jintroduċu element addizzjonali ta' obbligu ta' rendikont fir-rigward tal-għażliet ta' politika; jistieden lill-familji politiċi u lill-grupp ta' riflessjoni Ewropej biex jinvolvu ruħhom fi skambji mtejba ma' żgħażagħ lokali attivi mill-pajjiżi tal-MENA, bil-għan li jippromwovu l-awtonomizzazzjoni, it-taħriġ u l-bini ta' kapaċità tagħhom biex ikunu jistgħu jikkontestaw f'elezzjonijiet lokali u jsiru atturi ġodda ta' bidla pożittiva fil-pajjiżi rispettivi tagħhom;

32.

Jappella lill-UE tgħin lis-sħab tagħha jindirizzaw il-kawżi ewlenin tar-radikalizzazzjoni bħall-faqar, il-qgħad, l-esklużjoni soċjali u politika u n-nuqqas ta' kapaċità tas-soċjetà li tindirizza l-ħtiġijiet tan-nies u toħloq opportunitajiet għaż-żgħażagħ permezz ta' kooperazzjoni msaħħa mar-reġjun MENA li tpoġġi n-nies, b'mod speċjali ż-żgħażagħ, fil-qalba tagħha; jappella lill-UE tappoġġa l-aċċess taż-żgħażagħ għall-intraprenditorija permezz ta', pereżempju, l-inkoraġġiment u l-appoġġ ta' investimenti f'negozji ġodda; jemmen li l-azzjoni tal-UE fir-rigward tar-reġjun għandha tqiegħed enfasi akbar fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali inklużiv biex jiġu promossi l-ħolqien tal-impjiegi, l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ, l-introduzzjoni ta' taħriġ imfassal aħjar għas-suq tax-xogħol u r-riformi tad-drittijiet tax-xogħol, flimkien ma' riformi mmirati biex jistabbilixxu sistemi ta' protezzjoni soċjali universali b'saħħithom, b'enfasi speċifika fuq il-gruppi l-aktar vulnerabbli; jappella lill-UE tinvesti aktar riżorsi f'azzjonijiet immirati lejn it-titjib tal-aċċess għal servizzi essenzjali ta' kwalità għal kulħadd, bħall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, u biex iżżid l-isforzi tagħha biex ittejjeb id-djalogu soċjali kif ukoll fil-promozzjoni tar-riformi leġiżlattivi fir-rigward tal-libertà ta' assoċjazzjoni, tal-assemblea paċifika u tal-espressjoni, tal-libertà tal-istampa, tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-iżgurar tal-aċċess għar-riżorsi u għall-informazzjoni bħala ingredjenti ewlenin għall-istabbiltà u għal soċjetà miftuħa, dinamika u reżiljenti;

33.

Huwa inkwetat ħafna dwar il-fatt li t-tensjonijiet fir-reġjun qegħdin jiħraxu; jiddenunzja l-istrumentalizzazzjoni tad-differenzi reliġjużi biex jiġu istigati kriżijiet politiċi u gwerer settarji;

34.

Jappella lill-UE tappoġġa bil-qawwa l-pajjiżi tar-reġjun MENA fil-ġlieda tagħhom kontra l-perikli tar-radikaliżmu reliġjuż, li ż-żgħażagħ qiegħda huma partikolarment esposti għalihom;

35.

Jemmen li huma meħtieġa mekkaniżmi biex jitwaqqaf il-finanzjament tat-terroriżmu permezz ta' entitajiet lil hinn mill-kosta li jinvolvu stati u istituzzjonijiet finanzjarji, u biex jitwaqqaf it-traffikar tal-armi u x-xiri u l-bejgħ ta' riżorsi tal-enerġija u materja prima li minnhom jibbenefikaw il-gruppi terroristiċi;

36.

Jiġbed l-attenzjoni għall-isfidi relatati mat-tibdil fil-klima, id-deżertifikazzjoni u n-nuqqas ta' ilma li qed jaffettwaw bil-kbir lir-reġjun; iħeġġeġ bil-qawwa lil dawk li jfasslu l-politika kif ukoll lill-atturi kollha kemm fl-UE kif ukoll fir-reġjun tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq biex iżidu l-kooperazzjoni tagħhom mal-pajjiżi sħab, inklużi l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, dwar is-sigurtà tal-enerġija, il-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u sostenibbli u l-miri tal-effiċjenza fl-enerġija, sabiex jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi; jenfasizza l-opportunità għar-reġjun biex jimxi 'l quddiem fit-tranżizzjoni tal-enerġija tiegħu permezz ta' żieda fl-isfruttament ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli li għandhom potenzjal ekonomiku kbir għal ħafna mill-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq; jirrimarka l-opportunitajiet għal tkabbir sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi li dan jġib miegħu, kif ukoll l-opportunitajiet għal kooperazzjoni reġjonali dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima; jenfasizza, f'dan il-kuntest, l-opportunità li sejbiet reċenti tar-riżervi tal-gass naturali fil-Mediterran tal-Lvant jistgħu jikkostitwixxu għall-pajjiżi kollha involuti;

37.

Jirrimarka l-fatt li l-ftuħ tas-settur privat u ekonomiji ulterjuri li jiddifferenzjaw jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien tal-impjiegi tant meħtieġ fil-qasam, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ u n-nisa; jilqa' s-sinjali pożittivi ta' rkupru fis-settur tat-turiżmu fiż-żona, jirrikonoxxi l-potenzjal kbir tiegħu biex irawwem tkabbir sostenibbli u opportunitajiet ta' impjiegi, u jitlob attenzjoni u appoġġ partikolari tal-UE għaż-żoni affettwati minn sfidi infrastrutturali u/jew ta' sigurtà; jistieden lill-UE ssaħħaħ l-appoġġ tagħha lill-pajjiżi li huma aktar lesti li javvanzaw fuq id-demokratizzazzjoni, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali billi tuża l-għodod finanzjarji kollha disponibbli għad-dispożizzjoni tagħha, mill-assistenza makrofinanzjarja, permezz tal-Istrument Ewropew ta' Viċinat, tal-Pjan ta' Investiment Estern Ewropew, kif ukoll l-Istrument futur ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI);

38.

Ifakkar fil-ħtieġa li jiġi sfruttat il-potenzjal, li fil-biċċa l-kbira tiegħu għadu mhux sfruttat, għall-innovazzjoni u d-dinamiżmu tas-settur privat fir-reġjun b’mod aktar wiesa'; iħeġġeġ lill-UE żżid id-djalogu u l-assistenza finanzjarja u teknika tagħha f'dan is-sens; jilqa' inizjattivi bħal Startup Europe Mediterranean (SEMED) maħsuba biex jimmappjaw u jistabbilixxu netwerk bejn negozji ġodda, investituri, universitajiet, istituzzjonijiet ta' riċerka u dawk li jfasslu l-politika fuq iż-żewġt ixtut tal-Mediterran, bħala azzjoni ewlenija biex tiġi stimulata l-kooperazzjoni fl-innovazzjoni, fil-ħolqien tal-impjiegi u fit-tkabbir ekonomiku sostenibbli;

39.

Jenfasizza l-importanza li jiġu konnessi r-riformi u l-investimenti kollha, kif ukoll l-azzjoni tal-UE b'rabta maż-żona, mal-kisba tal-SDGs u mal-iżvilupp sostenibbli b'mod ġenerali;

40.

Ifakkar fil-valur miżjud tad-diplomazija parlamentari u tal-laqgħat interparlamentari bilaterali regolari li l-Parlament jorganizza mal-kontropartijiet tiegħu mill-Viċinat tan-Nofsinhar bħala għodda għall-iskambju ta' esperjenzi u t-trawwim ta' fehim reċiproku; jirrimarka l-importanza tal-Kumitati Parlamentari Konġunti f'dan il-kuntest bħala strument uniku għall-formulazzjoni ta' politiki konġunti ambizzjużi bejn l-UE u l-eqreb sħab tagħha; iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali tal-UE jorganizzaw laqgħat interparlamentari bilaterali fi ħdan il-qafas tal-PEV; jenfasizza għal darb'oħra li l-partiti politiċi fil-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew jista' jkollhom rwol f'dan ir-rigward; huwa tal-fehma li djalogu bejn il-Parlament Ewropew, il-parlamenti nazzjonali tal-UE u l-parlamenti tal-Viċinat tan-Nofsinhar jista' jipprovdi opportunità ta' valur kbir biex jitrawmu djalogu u kooperazzjoni reġjonali fil-Viċinat tan-Nofsinhar; jindika, f'dan ir-rigward, ir-rwol importanti li l-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran jista' jkollha bħala post fejn l-integrazzjoni reġjonali u aġenda politika u ekonomika ambizzjuża għal din l-organizzazzjoni jistgħu jerġgħu jingħataw enerġija mill-ġdid; jinnota t-trikkib bejn l-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran u l-Assemblea Parlamentari għall-Mediterran; huwa tal-fehma li l-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran għandu jkollha rwol aktar importanti fi ħdan il-qafas reġjonali tal-Unjoni għall-Mediterran, billi tiżgura t-trasparenza u s-sorveljanza parlamentari tal-attivitajiet tal-Unjoni għall-Mediterran, b'mod partikolari l-proġetti bit-tikketta tal-Unjoni għall-Mediterran;

41.

Jenfasizza li n-nisa jistgħu jkunu muturi b'saħħithom fil-promozzjoni u l-bini tal-paċi, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti u l-proċessi ta' stabilizzazzjoni, u jenfasizza r-rwol essenzjali tan-nisa fil-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni, l-indirizzar tal-estremiżmu vjolenti u l-ġlieda kontra t-terroriżmu; ifakkar li l-parteċipazzjoni tan-nisa fil-livelli kollha tat-teħid ta' deċiżjonijiet fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta' dawn l-istrateġiji tikkontribwixxi għall-effettività u s-sostenibbiltà tal-politiki u l-programmi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw lin-nisa fir-reġjun MENA u l-organizzazzjonijiet li jiddefendu u jippromwovu d-drittijiet tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa ta' aċċess faċli għall-ġustizzja u l-ġustizzja tranżitorja, li tiffoka fuq in-nisa superstiti tal-vjolenza sesswali relatata mal-kunflitti;

42.

Itenni t-talba tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran għal appoġġ għal proġett Ewro-Mediterranju dwar id-disparitajiet bejn is-sessi, biex jinkludi analiżi tar-rata tar-rappreżentanza tan-nisa fil-parlamenti nazzjonali u reġjonali u fl-istituzzjonijiet lokali; huwa tal-fehma li l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa ta' dik l-Assemblea Parlamentari u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Parlament Ewropew għandhom jirċievu informazzjoni kull sena dwar l-indikaturi tal-inugwaljanza bejn is-sessi fir-reġjun Ewro-Mediterranju;

43.

Ifakkar li d-drittijiet tan-nisa, l-awtonomizzazzjoni tan-nisa, l-ugwaljanza bejn is-sessi, id-drittijiet tat-tfal, il-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin u d-dritt ta' nondiskriminazzjoni ta' minoranzi etniċi u reliġjużi u ta' gruppi vulnerabbli, inklużi persuni b'diżabbiltà u persuni LGBTQI, huma drittijiet fundamentali u prinċipji ewlenin tal-azzjoni esterna tal-UE;

44.

Jitlob li tissaħħaħ id-dimensjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tad-drittijiet tan-nisa tal-PEV, skont il-prijoritajiet tal-GAP II; jilqa' r-riformi reċenti approvati f'xi wħud mill-pajjiżi dwar kwistjonijiet bħall-eżonerazzjoni tal-istupraturi li sussegwentement jiżżewġu lill-vittmi tagħhom, il-vjolenza kontra n-nisa u d-drittijiet tal-wirt; jappella għal infurzar qawwi ta' dawn il-liġijiet; jinsab imħasseb, madankollu, li – b'mod ġenerali – is-sitwazzjoni tan-nisa ma tjibitx fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi affettwati mir-Rebbiegħa Għarbija; jissottolinja li l-involviment u l-awtonomizzazzjoni tan-nisa fl-isferi pubbliċi, politiċi, ekonomiċi u kulturali fil-pajjiżi tar-reġjun MENA huma essenzjali biex jinkisbu l-istabbiltà, il-paċi u l-prosperità ekonomika fit-tul; iqis li l-aċċess għall-edukazzjoni għan-nisa huwa essenzjali biex jinkiseb dan; jinsab imħasseb ukoll dwar il-fatt li l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol fir-reġjun hija waħda mill-aktar baxxi fid-dinja, li tikkawża l-esklużjoni soċjali u telf sostanzjali għall-ekonomija kollha kemm hi; jirrimarka l-importanza li din il-kwistjoni tiġi indirizzata bħala komponent fundamentali tat-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-koeżjoni soċjali; jinnota wkoll li d-difensuri tad-drittijiet tan-nisa jiffaċċjaw detenzjoni arbitrarja, fastidju ġudizzjarju, kampanji ta' malafama u intimidazzjoni;

45.

Jikkundanna l-persekuzzjoni mifruxa tal-persuni LGBTI u d-difensuri tad-drittijiet tal-persuni LGBTI fir-reġjun MENA, inklużi l-fastidju ġudizzjarju, it-tortura, l-attakki fiżiċi u l-kampanji ta' malafama; jappella lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri jiddefendu b'mod attiv u konsistenti l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-drittijiet LGBTQI, fil-qafas tal-kooperazzjoni tagħhom mal-istati MENA, u jenfasizzaw li dawn id-drittijiet jeħtieġ li jiġu rispettati permezz ta' prattiki tal-Istat kif ukoll permezz ta' leġiżlazzjoni;

46.

Jistieden lill-pajjiżi tal-MENA jkollhom rwol attiv fl-indirizzar tal-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa; jistieden lill-pajjiżi tal-MENA jiffirmaw u jirratifikaw il-Konvenzjoni ta' Istanbul, strument għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, inklużi l-vjolenza domestika u l-mutilazzjoni ġenitali femminili (MĠF); jistieden, b'mod partikolari, lill-pajjiżi li għad iridu jagħmlu dan biex jirrevedu l-leġiżlazzjoni tagħhom billi jżidu diċitura dwar il-vjolenza sessista u d-delitti tal-unur, billi jagħmlu theddid għat-twettiq ta' tali atti reat u billi jimponu pieni aktar ħorox għad-delitti kollha ta' dak it-tip;

47.

Jistieden lill-pajjiżi fir-reġjun MENA jimplimentaw il-Pjan ta' Azzjoni ta' Beijing għall-aċċess tan-nisa għall-edukazzjoni u s-saħħa bħala drittijiet fundamentali tal-bniedem, inkluż l-aċċess għall-ippjanar tal-familja volontarju u għas-saħħa u d-drittijiet riproduttivi sesswali, bħall-aċċess għal kontraċezzjoni mingħajr ħlas, aborti sikuri u legali u edukazzjoni dwar is-sess u r-relazzjonijiet għall-bniet u s-subien;

48.

Jinsab imħasseb dwar ir-restrizzjonijiet fuq l-aċċess għall-kura tas-saħħa pubblika u, b'mod partikolari, dwar l-aċċess għas-saħħa sesswali u riproduttiva, speċjalment għan-nisa u l-bniet fiż-żoni rurali;

49.

Iħeġġeġ lil dawn il-pajjiżi kollha jirratifikaw u jneħħu kull riżerva eżistenti għas-CEDAW; iħeġġeġ lil dawn il-pajjiżi jieħdu l-miżuri meħtieġa biex isaħħu l-ugwaljanza bejn is-sessi fis-soċjetà, pereżempju permezz tal-adozzjoni ta' pjanijiet ta' azzjoni nazzjonali li jinkludu miżuri effettivi għall-ugwaljanza bejn is-sessi, fi sħubija mal-organizzazzjonijiet tan-nisa u ma' partijiet ikkonċernati oħrajn tas-soċjetà ċivili;

50.

Jemmen li l-UE għandha tiżviluppa approċċ aktar komprensiv għall-assistenza dwar ir-riformi fl-edukazzjoni fil-pajjiżi sħab u tiddedika r-riżorsi u l-programmi rilevanti għall-edukazzjoni bikrija, inkluż il-livell preskolastiku, kif ukoll biex tiżgura l-iżvilupp tal-kompetenzi u l-ħiliet, inklużi l-ħiliet diġitali, it-taħriġ vokazzjonali u edukattiv adegwat u l-programmi edukattivi tal-intraprenditorija, il-ħsieb kritiku u s-sensibilizzazzjoni soċjali fi ħdan is-soċjetà b'mod ġenerali, u minn età żgħira ħafna; jenfasizza l-importanza li tiġi pprovduta edukazzjoni ta' kwalità bħala mezz biex tingħata s-setgħa liż-żgħażagħ u tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali;

51.

Jilqa' l-programmi żviluppati mis-Segretarjat tal-Unjoni għall-Mediterran, bħal Med4Jobs, bħala mezz biex tiġi indirizzata l-problema tal-impjegabbiltà taż-żgħażagħ u tan-nisa fil-Mediterran; jistieden lill-Istati Membri tal-Unjoni għall-Mediterran biex jagħtu istruzzjonijiet lis-Segretarjat tagħha biex jiffoka l-ħidma tiegħu fuq l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-pajjiżi tal-MENA bil-ħsieb li jappoġġa l-konsolidazzjoni tal-proċess ta' tranżizzjoni tagħha, filwaqt li jagħti prominenza partikolari lin-nisa u lill-bniet;

52.

Jistieden għal darb'oħra lill-Kummissjoni taġixxi fuq il-proposta tal-Parlament għall-ħolqien ta' programm Erasmus Ewro-Mediterranju ambizzjuż separat mill-Erasmus+, b'fondi ddedikati u dimensjoni ambizzjuża f'termini ta' kamp ta' applikazzjoni u riżorsi disponibbli, u b'enfasi mhux biss fuq iċ-ċikli tal-edukazzjoni primarja, sekondarja u ogħla, iżda wkoll fuq it-tagħlim vokazzjonali u edukattiv; itenni li l-investiment fiż-żgħażagħ se jipprovdi bażi solida għar-reżiljenza u l-prosperità fit-tul tar-reġjun; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Parlament iżidu l-kamp ta' applikazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-programm ta' Żjarat tal-Unjoni Ewropea tagħhom u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u tal-mexxejja politiċi nisa; jappella, barra minn hekk, lill-UE tappoġġa riformi biex jiġu mmodernizzati s-sistemi edukattivi f'dawn il-pajjiżi;

53.

Ifakkar fl-appoġġ tiegħu għall-finanzjament ta' programmi ta' taħriġ akkademiku u vokazzjonali biex jinħolqu riżervi kbar ta' ħiliet professjonali fil-pajjiżi tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta' Fuq, kif ukoll għal azzjonijiet bħall-Karta ta' Mobbiltà tal-Erasmus+ ETV, li għandhom jiġu estiżi kemm jista' jkun għall-pajjiżi kollha tal-Lvant Nofsani u tal-Afrika ta; Fuq permezz ta' għodod flessibbli u li qed jevolvu bħalma huma s-sħubijiet għall-mobbiltà;

54.

Jikkundanna bil-qawwa, għal darb'oħra, l-atroċitajiet kollha u l-ksur mifrux tad-drittijiet tal-bniedem u tad-dritt umanitarju internazzjonali mwettqa matul il-kunflitt, u b’mod partikolari dawk imwettqa mill-forzi tar-reġim ta' Assad, inkluż bl-appoġġ tal-alleati tiegħu, kif ukoll mill-organizzazzjonijiet terroristiċi elenkati min-NU; jiddispjaċih ħafna dwar il-falliment tal-isforzi ripetuti reġjonali u internazzjonali biex tintemm il-gwerra, u jħeġġeġ kooperazzjoni globali mġedda u intensiva sabiex tinkiseb soluzzjoni paċifika u sostenibbli għall-kunflitt; jenfasizza li m'għandu jkun hemm l-ebda tolleranza jew impunità għad-delitti tal-waħx li twettqu fis-Sirja; itenni l-appell tiegħu biex isiru investigazzjonijiet indipendenti, imparzjali, bir-reqqa u kredibbli, kif ukoll prosekuzzjonijiet ta' dawk responsabbli, u jappoġġa l-ħidma tal-Mekkaniżmu Internazzjonali, Imparzjali u Indipendenti (MIII) dwar delitti internazzjonali mwettqa fir-Repubblika Għarbija Sirjana sa minn Marzu 2012; jappella, barra minn hekk, biex jingħata appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-NGOs, li qed jiġbru u jgħinu biex tiġi ppreservata l-evidenza ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u ta' ksur tad-dritt umanitarju;

55.

Jiddispjaċih li sa mir-reviżjoni tal-PEV tal-2015, rapport wieħed biss, tat-18 ta' Mejju 2017 dwar l-Implimentazzjoni tar-Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (JOIN(2017)0018), ivvaluta l-iżviluppi fil-viċinat fil-livell reġjonali, minkejja l-impenn li jinsab fil-komunikazzjoni tal-2015 dwar ir-rieżami tal-PEV biex jitfasslu rapporti regolari fil-livell tal-viċinat, flimkien ma' rappurtar speċifiku għall-pajjiż, inkluża informazzjoni dwar il-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt, l-ugwaljanza bejn is-sessi u kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob li r-rapporti fuq livell nazzjonali u reġjonali jinkludu analiżi xierqa tal-eżitu u valutazzjonijiet tal-impatt tad-drittijiet tal-bniedem tal-politiki tal-UE u tal-Istati Membri;

56.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ.

(1)  https://eeas.europa.eu/archives/docs/top_stories/pdf/eugs_review_web.pdf

(2)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27.

(3)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 85.

(4)  ĠU C 265, 11.8.2017, p. 110.

(5)  ĠU C 265, 11.8.2017, p. 98.

(6)  ĠU C 204, 13.6.2018, p. 100.

(7)  Testi Adottati, P8_TA(2018)0119.

(8)  Testi Adottati, P8_TA(2018)0227.

(9)  Testi Adottati, P8_TA(2018)0449.

(10)  ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.

(11)  ĠU C 458, 19.12.2018, p. 187.


Il-Ħamis 28 ta’ Marzu 2019

26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/103


P8_TA(2019)0327

Is-sitwazzjoni ta' emerġenza fil-Venezwela

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar is-sitwazzjoni ta' emerġenza fil-Venezwela (2019/2628(RSP))

(2021/C 108/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Venezwela, b'mod partikolari dawk tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-elezzjonijiet presidenzjali fil-Venezwela (1), tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-kriżi tal-migrazzjoni u s-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela u fuq il-fruntieri tal-art tagħha mal-Kolombja u l-Brażil (2) u tal-25 ta' Ottubru 2018 (3) u l-31 ta' Jannar 2019 (4) dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela, fejn din tal-aħħar tirrikonoxxi lis-Sur Juan Guaidó bħala l-president interim leġittimu tal-Venezwela,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Viċi President tal-Kummissjoni / ir-Rappreżentant Għoli tal-Union għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (RGħ/VP) dwar il-Venezwela tal-10 ta' Jannar 2019, is-26 ta' Jannar 2019 u l-24 ta' Frar 2019, u l-aktar konklużjonijiet riċenti tal-Kunsill,

wara li kkunsidra dikjarazzjoni mill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) tal-20 ta' April 2018 dwar id-deterjorament tas-sitwazzjoni umanitarja fil-Venezwela, u d-dikjarazzjoni konġunta tal-istati membri tal-OAS dwar il-Venezwela tal-24 ta' Jannar 2019,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Grupp ta' Lima tal-25 ta' Frar 2019,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet dwar il-Venezwela tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-25 ta' Jannar 2019 u l-20 ta' Marzu 2019,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Venezwela, u b'mod partikolari l-Artikolu 233 tagħha,

wara li kkunsidra l-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI),

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Venezwela qed tħabbat wiċċha ma' kriżi politika, ekonomika, istituzzjonali, soċjali u umanitarja multidimensjonali profonda u bla preċedent, nuqqas ta' mediċini u ikel, sitwazzjoni ta' ksur estensiv tad-drittijiet tal-bniedem, l-iperinflazzjoni, l-oppressjoni politika, il-korruzzjoni u l-vjolenza; billi l-kundizzjonijiet tal-għajxien iddeterjoraw b'mod serju u 87 % tal-popolazzjoni issa qed jgħixu fil-faqar; billi 78 % tat-tfal fil-Venezwela jinsabu f'riskju ta' malnutrizzjoni; billi 31 minn kull 1 000 tifel u tifla jmutu qabel l'età ta' 5 snin; billi aktar minn 1 miljun tifel u tifla ma għadhomx jattendu l-iskola;

B.

billi l-UE tibqa' konvinta li soluzzjoni politika paċifika u demokratika hija l-uniku mod sostenibbli biex noħorġu mill-kriżi; billi kwalunkwe spekulazzjoni dwar strateġija biex jinbeda intervent militari fil-Venezwela tiġġenera u żżid il-vjolenza fil-pajjiż u jkollha effett diżastruż fuq ir-reġjun kollu kemm hu;

C.

billi hemm ir-riskju li l-provvisti tal-ikel fil-Venezwela, li diġà huma limitati, ma jibqgħux tajba għall-konsum; billi n-nies qed isibuha diffiċli ħafna biex jiksbu l-ilma, l-ikel u l-mediċini; billi, skont il-Kummissarju Għoli tan-NU għar-Rifuġjati (UNHCR) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), aktar minn 2,7 miljun Venezwelan telqu mill-pajjiż mill-2015 'l hawn u dan in-numru jista' jiżdied għal 5 miljun sal-aħħar tas-sena jekk il-kriżi tkompli tmur għall-agħar;

D.

billi fit-23 ta' Frar 2019 l-għajnuna umanitarja li kienet maħżuna fil-Kolombja u l-Brażil ġiet irrifjutata bis-saħħa u f'xi każijiet inqerdet mir-reġim illegali ta' Maduro bl-użu ta' forzi militari u paramilitari; billi r-repressjoni rriżultat fil-qtil ta' bosta persuni, it-tidrib ta' għexieren ta' nies u mijiet arrestati; billi l-operazzjonijiet militari Venezwelani, il-kriminalità organizzata u t-terroristi jirrappreżentaw riskju għall-istabbiltà tar-reġjun, u b'mod partikolari għat-territorju ġar tal-Kolombja;

E.

billi fil-bidu ta' Marzu l-Venezwela esperjenzat qtugħ fil-provvista tal-elettriku li dam iktar minn 100 siegħa, li aggrava l-kriżi tal-kura tas-saħħa li diġà kienet drammatika, bir-riżultat li l-isptarijiet spiċċaw mingħajr ilma tax-xorb u s-servizzi tagħhom ikkrollaw, filwaqt li seħħ ukoll sakkeġġ; billi, skont l-organizzazzjoni Doctors for Health, tal-inqas 26 persuna mietu fi sptarijiet minħabba nuqqas ta' elettriku; billi fil-25 ta' Marzu 2019 kien hemm qtugħ ieħor twil fil-provvista tal-elettriku, li ħalla lil Caracas u 20 reġjun ieħor fil-pajjiż fi dlam totali;

F.

billi l-qtugħ tal-provvista tal-elettriku ilu jseħħ għal bosta snin u huwa konsegwenza diretta ta' ġestjoni ħażina, nuqqas ta' manutenzjoni, u korruzzjoni mir-reġim illegali ta' Maduro;

G.

billi fi Frar 2019 delegazzjoni ta' erba' Membri tal-grupp tal-Partit Popolari Ewropew (PPE) mistiedna uffiċjalment mill-Assemblea Nazzjonali u l-president interim Juan Guaidó, tkeċċiet mill-pajjiż;

H.

billi fis-6 ta' Marzu 2019 ir-reġim illegali ta' Maduro ordna lill-Ambaxxatur Ġermaniż jitlaq il-pajjiż, wara li kien akkużat b'atti rikorrenti ta' interferenza fl-affarijiet interni; billi xi ġurnalisti barranin u lokali ġew arrestati wkoll, it-tagħmir tal-midja tagħhom ġie konfiskat, u, wara li nħelsu, tkeċċew;

I.

billi Juan Guaidó ħatar lil Ricardo Hausmann bħala r-rappreżentant tal-pajjiż fil-Bank Interamerikan tal-Iżvilupp (IDB) u l-Korporazzjoni Interamerikana tal-Investiment (IIC);

J.

billi, fil-21 ta' Marzu 2019, il-pulizija tal-intelligence Venezwelana arrestat lill-kap tal-kabinett ta' Juan Guaidó, Roberto Marrero, u daħlet bil-forza fid-dar ta' Sergio Vergara, membru tal-Assemblea Nazzjonali għall-Istat ta' Táchira, minkejja l-immunità parlamentari tiegħu;

K.

billi fit-23 ta' Marzu 2019, żewġ ajruplani tal-Forza tal-Ajru Russa waslu fl-Ajruport Internazzjonali ta' Simón Bolívar, f'Maiquetía, b'tagħmir militari u mill-inqas mitt suldat abbord, u billi avvenimenti analogi seħħew ripetutament f'dawn l-aħħar xhur;

L.

billi fil-21 ta' Marzu 2019, l-Imħallef Venezwelan Afiuni Mora ngħata sentenza ta' 5 snin ħabs fuq akkużi ta' “korruzzjoni spiritwali”; billi dan l-imħallef kien diġà skonta sentenza twila ta' ħabs fil-passat u kien għadu qed jinżamm taħt arrest domiċiljarju inġust;

M.

billi ġie rappurtat fil-15 ta' Marzu 2019 li Tomasz Surdel, il-korrispondent Venezwelan għall-gazzetta Pollakka Gazeta Wyborcza, kien ġie attakkat b'mod vjolenti, allegatament mill-Forzi ta' Azzjoni Speċjali tal-Pulizija Nazzjonali Venezwelana, waqt li kien qed isuq il-karozza tiegħu f'Caracas;

N.

billi l-forza tal-pulizija u s-servizz tal-intelligence militari Kubani huma l-element strateġiku li jippermetti l-eżistenza kontinwa tar-reġim illegali ta' Maduro;

1.

Jikkonferma r-rikonoxximent tiegħu ta’ Juan Guaidó bħala l-president interim leġittimu tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, f'konformità mal-Artikolu 233 tal-Kostituzzjoni tal-Venezwela, u jtenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-Assemblea Ġenerali, l-uniku korp demokratiku leġittimu tal-Venezwela; jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għall-pjan direzzjonali ta' Guaidó, partikolarment dwar it-tmiem tal-użurpazzjoni, l-istabbiliment ta' gvern tranżitorju nazzjonali u l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali ta' malajr; jilqa' l-fatt li parti sinifikanti mill-komunità internazzjonali u l-maġġoranza kbira tal-Istati Membri tal-UE rrikonoxxew il-leġittimità ta' Guaidó, u jistieden lill-bqija tal-Istati Membri biex jagħmlu dan b’mod urġenti;

2.

Jikkundanna r-repressjoni u l-vjolenza ħorox, li wasslu biex persuni nqatlu u ndarbu; jesprimi s-solidarjetà tiegħu man-nies tal-Venezwela u jesprimi l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familji u lill-ħbieb tagħhom;

3.

Itenni t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni umanitarja ta' emerġenza gravi, li qed tagħmel ħsara kbira lil ħajjet il-Venezwelani;

4.

Itenni t-talba tiegħu għar-rikonoxximent sħiħ bħala ambaxxaturi tar-rappreżentanti diplomatiċi maħtura mill-president interim leġittimu tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, Juan Guaidó, għall-UE u l-Istati Membri tagħha; jilqa' r-rikonoxximent mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Bank Inter-Amerikan tal-Iżvilupp u l-Korporazzjoni Inter-Amerikana tal-Investiment ta' Ricardo Hausmann bħala Gvernatur tal-Venezwela f'dawk l-entitajiet; jiddispjaċih dwar is-sospensjoni tal-Laqgħa Annwali tal-Assemblej tal-Gvernaturi tal-IDB tal-2019 mill-ospitanti Ċiniżi tagħha;

5.

Jikkundanna l-abbuż tal-infurzar tal-liġi u r-repressjoni brutali minn korpi ta' sigurtà, li llimitaw id-dħul ta' għajnuna umanitarja; jikkundanna l-użu ta' gruppi armati irregolari biex jattakkaw u jintimidaw liċ-ċittadini u l-leġiżlaturi li mmobilizzaw ruħhom biex iqassmu l-għajnuna; jappoġġja l-membri tal-militar tal-Venezwela li rrifjutaw li jrażżnu lill-popolazzjoni ċivili waqt din il-kriżi u telqu; jirrikonoxxi l-ħidma tal-awtoritajiet Kolombjani fil-ħarsien u l-kura ta' dawn is-suldati leali lejn il-Kostituzzjoni u l-poplu tal-Venezwela;

6.

Jikkundanna bil-qawwa l-fastidju, id-detenzjoni u t-tkeċċija ta' diversi ġurnalisti li kienu qed isegwu s-sitwazzjoni fil-Venezwela; itenni t-talbiet preċedenti tiegħu lir-reġim illegali ta' Maduro biex b'mod immedjat itemm ir-repressjoni kontra l-mexxejja politiċi, il-ġurnalisti u l-membri tal-oppożizzjoni, inkluż ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov Leopoldo López; jitlob ir-rilaxx immedjat u inkundizzjonat tal-persuni detenuti kollha minħabba l-fatt li huma qraba tal-president interim Juan Guaidó jew membri tat-tim tiegħu;

7.

Jikkundanna l-attakki mis-servizzi tas-sigurtà ta' Maduro u d-detenzjoni ta' Robert Marrero, il-kap tal-kabinett tal-president interim Juan Guaidó, kif ukoll id-dħul furzat reċenti fid-dar tal-membru tal-Assemblea Nazzjonali Sergio Vergara; jitlob li Marrero jinħeles immedjatament; jikkundanna s-sekwestru tal-membru tal-Assemblea Nazzjonali Juan Requesens u jitlob il-ħelsien immedjat tiegħu;

8.

Itenni l-pożizzjoni tiegħu favur soluzzjoni paċifika għall-pajjiż permezz ta' elezzjonijiet presidenzjali ħielsa, trasparenti u kredibbli msejsa fuq kalendarju fiss, kundizzjonijiet ġusti għall-atturi kollha, inkluż Kunsill Elettorali Nazzjonali newtrali, it-trasparenza u l-preżenza ta' osservaturi internazzjonali kredibbli;

9.

Ifaħħar l-isforzi li saru mill-pajjiżi tal-Grupp ta' Lima bħala mekkaniżmu reġjonali ewlieni li qed ifittex soluzzjoni demokratika għall-kriżi taħt it-tmexxija ta' Juan Guaidó bħala president interim leġittimu tal-Venezwela;

10.

Jiġbed l-attenzjoni fuq il-kriżi migratorja akbar fir-reġjun kollu u jirrikonoxxi l-isforzi u s-solidarjetà murija mill-pajjiżi ġirien, u jitlob lill-Kummissjoni tkompli tikkoopera ma' dawn il-pajjiżi, mhux biss billi tipprovdi għajnuna umanitarja iżda wkoll billi tipprovdi aktar riżorsi u permezz tal-politika tal-iżvilupp;

11.

Jesprimi tħassib serju dwar il-preżenza ta' gruppi terroristiċi u tal-kriminalità organizzata fil-Venezwela, u l-espansjoni u l-operazzjoni transfruntiera tagħha, b'mod speċjali lejn il-Kolombja, li qed tqiegħed f'sogru l-istabbiltà tar-reġjun kollu;

12.

Jitlob sanzjonijiet addizzjonali mmirati lejn l-assi tal-awtoritajiet statali illegittimi barra mill-pajjiż u dawk l-individwi responsabbli mill-ksur u r-repressjoni tad-drittijiet tal-bniedem; iqis li l-awtoritajiet tal-UE konsegwentement iridu jillimitaw il-movimenti ta' dawn l-individwi, kif ukoll tal-eqreb qraba tagħhom, u jiffriżaw l-assi u l-viżi tagħhom;

13.

Jieħu nota tal-istabbiliment tal-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali, li jrid jinżamm milli jintuża mir-reġim illegali ta' Maduro bħala strateġija għal dewmien biex tissolva l-kriżi bl-għan li jibqa' fil-poter; jinnota n-nuqqas ta' kwalunkwe riżultat tanġibbli s'issa min-naħa tal-grupp ta' kuntatt, li l-iskop ewlieni tiegħu għandu jkun il-ħolqien tal-kundizzjonijiet li jistgħu jwasslu għal elezzjonijiet presidenzjali ta' malajr u l-faċilitazzjoni tat-twassil tal-għajnuna umanitarja biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet urġenti tal-popolazzjoni Venezwelana; jitlob lill-Grupp ta' Kuntatt Internazzjonali jikkollabora mal-Grupp ta' Lima, bħala attur reġjonali ewlieni; f'dan il-qafas, jitlob lis-SEAE, b'kollaborazzjoni mal-Parlament Ewropew, biex joffri l-għarfien espert tiegħu fil-qasam tal-assistenza elettorali;

14.

Jistieden lill-Istati Membri, lill-VP/RGħ u lill-pajjiżi tar-reġjun jesploraw il-possibilità li jistabbilixxu konferenza internazzjonali tad-donaturi bil-għan li jipprovdu appoġġ finanzjarju wiesa' għar-rikostruzzjoni u t-tranżizzjoni għad-demokrazija;

15.

Jappoġġa bil-qawwa t-talba tas-Segretarju Ġenerali tan-NU biex issir investigazzjoni indipendenti u sħiħa dwar id-diżgrazzji rrappurtati; ifakkar fl-impenn tal-UE favur multilateraliżmu effikaċi fil-qafas tan-NU sabiex tiġi evitata katastrofi umanitarja b'konsegwenzi akbar; itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għar-rwol tal-QKI fil-ġlieda kontra l-impunità u biex dawk li wettqu l-vjolenza u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem iħallsu ta' għemilhom, u għall-ftuħ ta' investigazzjoni wara l-eżami preliminari f'delitti mwettqa mir-reġim illegali ta' Maduro, inklużi wħud li huma delitti serji kontra l-umanità;

16.

Jiddenunzja l-influwenza tar-reġim Kuban fil-Venezwela, li bl-użu tal-aġenti tiegħu, ikkontribwixxa għad-destabbilizzazzjoni tad-demokrazija u għal żieda fir-repressjoni politika kontra l-forzi demokratiċi tal-Venezwela; jindika li intervent ta' dan it-tip jaf ikollu konsegwenzi għar-relazzjonijiet bejn l-UE u Kuba, inkluż id-Djalogu Politiku u l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn l-UE u Kuba;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-President interim leġittimu tar-Repubblika u lill-Assemblea Nazzjonali tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-pajjiżi tal-Grupp ta' Lima, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana u lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2018)0199.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2018)0313.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2018)0436.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2019)0061.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/107


P8_TA(2019)0328

Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, b'mod speċifiku f'Malta u fis-Slovakkja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, b'mod speċifiku f'Malta u fis-Slovakkja (2018/2965(RSP))

(2021/C 108/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 4, 5, 6, 7, 9 u 10 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikoli 6, 7, 8, 10, 11, 12 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-ħatra tal-imħallfin tal-qorti kostituzzjonali tar-Repubblika Slovakka, adottata mill-Kummissjoni ta' Venezja fil-110 Sessjoni Plenarja tagħha (Venezja, l-10 u l-11 ta' Marzu 2017),

wara li kkunsidra l-opinjoni dwar l-arranġamenti kostituzzjonali u s-separazzjoni tas-setgħat u l-indipendenza tal-ġudikatura u l-infurzar tal-liġi f'Malta, adottata mill-Kummissjoni ta' Venezja fil-117-il Sessjoni Plenarja tagħha (Venezja, l-14 u l-15 ta' Diċembru 2018),

wara li kkunsidra r-rapport tat-23 ta' Jannar 2019 tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titlu “Skemi ta' Ċittadinanza u ta' Residenza b'Investiment fl-Unjoni Ewropea” (COM(2019)0012),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Jannar 2014 dwar iċ-ċittadinanza tal-UE għall-bejgħ (1) u l-istqarrija konġunta għall-istampa tad-29 ta' Jannar 2014 tal-Kummissjoni u tal-awtoritajiet Maltin dwar il-Programm tal-Investituri Individwali (IIP) ta' Malta,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (2) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-ħtieġa ta' mekkaniżmu komprensiv tal-UE għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 dwar l-istat tad-dritt f'Malta (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Marzu 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni biex jiġi attivat l-Artikolu 7(1) tat-TUE minħabba s-sitwazzjoni fil-Polonja (5), kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tat-13 ta' April 2016 dwar is-sitwazzjoni fil-Polonja (6), tal-14 ta' Settembru 2016 dwar l-iżviluppi reċenti fil-Polonja u l-impatt tagħhom fuq id-drittijiet fundamentali kif stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (7), u tal-15 ta' Novembru 2017 dwar il-qagħda tal-istat tad-dritt u tad-demokrazija fil-Polonja (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' April 2018 dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti investigattivi fl-Ewropa: il-każ tal-ġurnalist Slovakk Ján Kuciak u Martina Kušnírová (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Mejju 2018 dwar il-pluraliżmu tal-midja u l-libertà tal-midja fl-Unjoni Ewropea (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Settembru 2018 dwar proposta li titlob lill-Kunsill jiddetermina, skont l-Artikolu 7(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-eżistenza ta' riskju ċar ta' ksur serju mill-Ungerija tal-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni (11), kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2015 (12), tas-16 ta' Diċembru 2015 (13) u tas-17 ta' Mejju 2017 (14) dwar is-sitwazzjoni fl-Ungerija,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2018 dwar l-istat tad-dritt fir-Rumanija (15),

wara li kkunsidra r-rapport tat-22 ta' Marzu 2018 dwar iż-żjara tad-delegazzjoni ad hoc tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fis-Slovakkja tas-7 sad-9 ta' Marzu 2018,

wara li kkunsidra r-rapport tat-30 ta' Jannar 2019 dwar il-missjoni għall-ġbir ta' fatti tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit fis-Slovakkja tas-17 sad-19 ta' Diċembru 2018,

wara li kkunsidra r-rapport tal-11 ta' Jannar 2018 dwar iż-żjara tad-delegazzjoni ad hoc tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u tal-Kumitat ta' Inkjesta biex jinvestiga allegazzjonijiet ta' kontravvenzjonijiet u ta' amministrazzjoni ħażina fl-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni b'rabta mal-ħasil tal-flus, l-evitar tat-taxxa u l-evażjoni tat-taxxa (PANA) f'Malta bejn it-30 ta' Novembru u l-1 ta' Diċembru 2017,

wara li kkunsidra r-rapport tas-16 ta' Novembru 2018 dwar iż-żjara tad-delegazzjoni ad hoc tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern f'Malta u fis-Slovakkja mis-17 sal-20 ta' Settembru 2018,

wara li kkunsidra s-seduti ta' smigħ u l-iskambji ta' fehmiet li saru mill-Grupp ta' Ħidma b'mandat ġenerali biex jimmonitorja s-sitwazzjoni fir-rigward tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fi ħdan l-UE u biex jindirizza sitwazzjonijiet speċifiċi, b'mod partikolari ta' Malta u s-Slovakkja (Grupp ta' Monitoraġġ tal-Istat tad-Dritt), imwaqqaf fl-4 ta' Ġunju 2018 mill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, b'mod partikolari mal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Kumitat tiegħu ta' Esperti dwar l-Evalwazzjoni ta' Miżuri Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (MONEYVAL), mal-Grupp ta' Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO), mal-istituzzjonijiet u awtoritajiet nazzjonali, mar-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea, ma' aġenziji tal-UE bħall-Europol, u ma' diversi partijiet interessati inklużi rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u ma' informaturi f'Malta u fis-Slovakkja,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Prim Ministru ta' Malta bid-data tat-13 ta' Marzu 2019;

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-UE, b'mod speċifiku f'Malta u fis-Slovakkja (O-000015/2019 – B8-0017/2019),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Grupp ta' Monitoraġġ tal-Istat tad-Dritt (ROLMG) twaqqaf fl-4 ta' Ġunju 2018 b'mandat ġenerali biex jimmonitorja s-sitwazzjoni rigward l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni fi ħdan l-UE u jindirizza sitwazzjonijiet speċifiċi, b'mod partikolari f'Malta u fis-Slovakkja;

B.

billi l-istat tad-dritt u r-rispett tad-demokrazija, d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u l-valuri u l-prinċipji minquxa fit-Trattati tal-UE u fi strumenti internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, huma obbligi għall-Unjoni u għall-Istati Membri tagħha u jridu jiġu osservati;

C.

billi l-Artikolu 6(3) tat-TUE jikkonferma li d-drittijiet fundamentali, kif iggarantiti mill-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u kif jirriżultaw mit-tradizzjonijiet kostituzzjonali komuni għall-Istati Membri, jikkostitwixxu prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni;

D.

billi l-UE topera abbażi tal-preżunzjoni ta' fiduċja reċiproka li l-Istati Membri jaġixxu f'konformità mad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, kif minquxa fil-KEDB, fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u fil-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR);

E.

billi la s-sovranità nazzjonali u lanqas is-sussidjarjetà ma jistgħu jiġġustifikaw ir-rifjut sistematiku min-naħa ta' Stat Membru li jikkonforma mal-valuri fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mat-Trattati li aderixxa magħhom liberament;

F.

billi r-ROLMG kellu għadd ta' laqgħat ma' partijiet ikkonċernati differenti, b'enfasi ewlenija fuq is-sitwazzjoni f'Malta u fis-Slovakkja; billi kellu wkoll skambju wieħed ta' fehmiet dwar is-sikurezza tal-ġurnalisti fil-Bulgarija wara l-qtil ta' Viktoria Marinova; billi d-detenzjoni temporanja tal-ġurnalisti Attila Biro u Dimitar Stoyanov, li kienu qed jinvestigaw allegazzjonijiet ta' frodi li jinvolvu fondi tal-UE fir-Rumanija u l-Bulgarija, ġiet diskussa wkoll f'dik il-laqgħa;

G.

billi l-assassinji ta' Daphne Caruana Galizia f'Malta u ta' Ján Kuciak u l-għarusa tiegħu Martina Kušnírová fis-Slovakkja, u l-qtil ta' Viktoria Marinova fil-Bulgarija, ħasdu l-opinjoni pubblika Ewropea u kellhom effett dissważiv fuq il-ġurnalisti fl-UE;

H.

billi l-investigazzjonijiet ta' dawn il-każijiet ta' qtil s'issa wasslu għall-identifikazzjoni ta' diversi persuni suspettati, mingħajr, madankollu, ma wasslu għal konklużjonijiet dwar l-imħuħ possibbli wara dawn id-delitti, għalkemm dan huwa l-aktar element importanti li jeħtieġ kjarifika; billi f'Malta tressqu l-Qorti tliet persuni, u billi l-investigazzjonijiet tal-pulizija u dawk maġisterjali dwar il-qtil għadhom għaddejjin;

I.

billi r-ROLMG ma kienx f'pożizzjoni li jivverifika l-istat tal-investigazzjonijiet fl-aspetti kollha tagħhom, peress li l-awtoritajiet qajmu l-ħtieġa leġittima li jiżguraw il-kunfidenzjalità biex jissalvagwardjaw il-progress f'każijiet ta' qtil bħal dawn;

J.

billi r-ROLMG irnexxielu jeżamina bosta oqsma ta' tħassib rigward l-istat tad-dritt f'Malta u fis-Slovakkja, b'mod partikolari f'dawk l-oqsma koperti mill-ħidma ta' Daphne Caruana Galizia u ta' Ján Kuciak;

K.

billi r-ROLMG kien infurmat regolarment, inkluż mill-qraba ta' Daphne Caruana Galizia, rigward it-talba għal inkjesta pubblika sħiħa u indipendenti dwar il-qtil tagħha, b'mod partikolari rigward iċ-ċirkostanzi li ppermettew li dan iseħħ, ir-rispons tal-awtoritajiet pubbliċi, u l-miżuri li jistgħu jiġu stabbiliti biex jiżguraw li qtil bħal dan ma jerġax iseħħ;

L.

billi l-livell ta' kooperazzjoni mal-Europol f'dawn l-investigazzjonijiet ivarja fost l-investigazzjonijiet imwettqa;

M.

billi, b'mod partikolari fil-każ ta' Malta, id-Direttur preċedenti tal-Europol kien indika livell subottimali ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet Maltin u l-Europol – sitwazzjoni li s-suċċessur tiegħu sussegwentement ivvaluta li tjiebet u saret sodisfaċenti; billi r-rappreżentanti tal-Europol qalu lill-membri tar-ROLMG li l-investigazzjoni ma waqfitx mal-arrest tat-tliet persuni suspettati li huma l-awturi tad-delitt; billi esperti tal-Europol inħatru biex iwettqu kompiti speċifiċi fl-inkjesta maġisterjali;

N.

billi, rigward il-konfiska tat-telefon tal-ġurnalist Pavla Holcová fis-Slovakkja, għad hemm nuqqas ta' ċarezza dwar il-mod kif dan inkiseb u dwar l-aċċess tal-Europol għad-data estratta minnu, għalkemm l-Europol indikat li kienet se tgħin fl-analiżi tat-telefon;

O.

billi hemm tħassib serju dwar il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata fl-UE, inkluż f'Malta u fis-Slovakkja, u billi dan jhedded li jdgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet pubbliċi, b'mod li potenzjalment jirriżulta f'interkonnessjoni perikoluża bejn gruppi kriminali u l-awtoritajiet pubbliċi;

P.

billi konsorzju kbir Ewropew ta' ġurnalisti investigattivi rriċerka u ppubblika b'mod wiesa' l-investigazzjonijiet li kienu ġew ippubblikati minn Daphne Caruana Galizia;

Q.

billi, b'mod partikolari, il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fl-UE mhijiex adegwata, inter alia minħabba l-lakuni li jeżistu fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE kontra l-ħasil tal-flus, kif enfasizzat minn każijiet reċenti ta' infurzar insuffiċjenti kontra l-ħasil tal-flus li jinvolvu istituzzjonijiet bankarji kbar fi Stati Membri differenti;

R.

billi l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) kkonkludiet, fir-rakkomandazzjoni tagħha ta' Lulju 2018 lill-Unità ta' Analiżi tal-Intelligence Finanzjarja (FIAU) ta' Malta, li hemm “nuqqasijiet ġenerali u sistematiċi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus” f'Malta, b'mod partikolari rigward il-każ tal-Pilatus Bank, filwaqt li rrikonoxxiet li l-Pjan ta' Azzjoni tal-FIAU kien “pass fid-direzzjoni t-tajba”; billi l-Kummissjoni sussegwentement sabet li “l-FIAU Maltija kisret l-obbligi tagħha” skont il-leġiżlazzjoni tal-UE kontra l-ħasil tal-flus, u li ma implimentatx bis-sħiħ ir-rakkomandazzjoni tal-EBA; billi, għalhekk, il-Kummissjoni adottat l-opinjoni tagħha fuq dan il-każ f'Novembru 2018;

S.

billi Malta tospita settur bankarju kbir, inklużi xi istituzzjonijiet bankarji partikolari li ma jikkonformawx mal-istandards u r-rekwiżiti regolatorji kollha, kif juru l-każ ta' Pilatus Bank u l-irtirar tal-liċenzja tiegħu mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE);

T.

billi r-rapport tal-inkjesta ''Egrant'' mhuwiex disponibbli għall-pubbliku; billi l-konklużjonijiet disponibbli ma jikkonfermawx l-allegazzjonijiet li jorbtu s-sjieda ta' Egrant Inc. mal-Prim Ministru Malti u martu; billi huma biss il-Prim Ministru, il-Ministru tal-Ġustizzja, iċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-uffiċjal tal-komunikazzjoni tal-Prim Ministru li għandhom aċċess għar-rapport ta' inkjesta sħiħ u mhux redatt;

U.

billi sussegwentement ma tnediet l-ebda inkjesta biex tikxef is-sjieda benefiċjarja ta' Egrant, li għad trid tiġi ċċarata;

V.

billi r-rivelazzjonijiet dwar is-sid benefiċjarju tal-kumpanija ''17 Black'' – li issa ntqal li huwa s-CEO ta' Tumas Group, li ngħata kuntratt mill-Gvern Malti biex jibni l-impjant tal-enerġija Electrogas f'Malta – ikomplu jissottolinjaw il-ħtieġa ta' aktar trasparenza rigward l-interessi finanzjarji u r-rabtiet mal-membri tal-gvern, bħaċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministru tat-Turiżmu kurrenti u ex Ministru tal-Enerġija;

W.

billi ċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministru tat-Turiżmu kurrenti u ex Ministru tal-Enerġija huma l-uniċi uffiċjali għolja tal-gvern fil-kariga fi kwalunkwe Stat Membru tal-UE li nstabu li kienu sidien benefiċjarji ta' entità ġuridika mikxufa fil-Panama Papers; billi dan tal-aħħar xehed quddiem delegazzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-użu tal-entitajiet tiegħu u għamel dikjarazzjonijiet li kkontradixxew id-dokumenti ppubblikati fil-Panama Papers;

X.

billi n-nuqqas ta' sikurezza għall-ġurnalisti u t-tnaqqis tal-ispazju għas-soċjetà ċivili minħabba fastidju u intimidazzjoni qed jimminaw is-sorveljanza fuq is-setgħa eżekuttiva u jnaqqru l-impenn ċiviku taċ-ċittadini;

Y.

billi l-ġurnalisti, u b'mod partikolari iżda mhux biss il-ġurnalisti investigattivi, qed jiffaċċjaw dejjem aktar l-hekk imsejħa “Strategic Lawsuits Against Public Participation” (SLAPP, Kawżi Strateġiċi Kontra l-Parteċipazzjoni Pubblika) kontrihom, maħsuba purament biex jiffrustrawlhom xogħolhom;

Z.

billi l-familja ta' Daphne Caruana Galizia qed ikollha tiffaċċja kampanji ta' mibegħda u kawżi ta' libell saħansitra anke wara mewtha, inkluż minn Membri tal-Gvern Malti, u billi l-Viċi Prim Ministru indika li hu ma jemminx li jeħtieġ li dawn il-kawżi ta' libell jiġu rtirati;

AA.

billi l-familja u l-ħbieb ta' Daphne Caruana Galizia, kif ukoll attivisti tas-soċjetà ċivili, qed ikollhom ukoll jiffaċċjaw sitwazzjoni kontinwa li tinvolvi t-tneħħija u l-qerda ta' oġġetti ta' kommemorazzjoni li tpoġġew fuq il-mafkar improvvizzat tagħha;

AB.

billi l-Kummissjoni ta' Venezja, fl-opinjoni tagħha dwar Malta, adottata fil-117-il Sessjoni Plenarja tagħha tal-14 u l-15 ta' Diċembru 2018 (16), enfasizzat l-obbligu pożittiv tal-Istati li jipproteġu l-ġurnalisti bħala kwistjoni direttament relatata mal-istat tad-dritt, u insistiet li huwa obbligu internazzjonali tal-Gvern [ta' Malta] li jiżgura li l-midja u s-soċjetà ċivili jista' jkollhom rwol attiv biex iżommu l-awtoritajiet responsabbli (17);

AC.

billi l-Kummissjoni ta' Venezja enfasizzat li l-istabbiliment tal-Kumitat għall-Ħatriet Ġudizzjarji (JAC) fl-2016 kien pass pożittiv meħud mill-awtoritajiet Maltin, u enfasizzat ukoll li, madankollu, għad hemm diversi punti ta' tħassib fid-dawl tal-prinċipju tal-indipendenza ġudizzjarja, b'mod partikolari rigward l-organizzazzjoni tas-setgħat ta' prosekuzzjoni u l-istruttura ġudizzjarja, u b'rabta mas-separazzjoni u l-bilanċ ġenerali tas-setgħat fil-pajjiż, li b'mod ċar qed ixaqilbu lejn l-eżekuttiv, u b'mod partikolari lejn il-Prim Ministru li jgawdi minn sett ta' setgħat estensivi, anke f'diversi proċeduri ta' ħatra bħal dawk għall-membri tal-ġudikatura, u li dan mhuwiex akkumpanjat minn kontrolli u bilanċi sodi (18);

AD.

billi l-Kummissjoni ta' Venezja ddikjarat li d-diviżjoni kurrenti tas-setgħat ta' prosekuzzjoni bejn il-Pulizija u l-Avukat Ġenerali f'Malta tikkostitwixxi sistema ambigwa li “hija problematika mill-perspettiva tas-separazzjoni tas-setgħat”; billi hi nnotat ukoll li l-Avukat Ġenerali, li għandu setgħat ta' prosekuzzjoni filwaqt li huwa wkoll il-konsulent legali tal-gvern u jippresiedi l-FIAU, huwa l-okkupant ta' uffiċċju b'saħħtu ħafna li huwa “problematiku mill-perspettiva tal-prinċipju ta' kontrolli u bilanċi demokratiċi u s-separazzjoni tas-setgħat” (19);

AE.

billi d-delegazzjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja nnotat li separazzjoni futura tar-rwoli tal-Avukat Ġenerali issa hija ġeneralment aċċettata f'Malta wara r-Rapport tal-Kummissjoni tal-2013 għal Riforma Olistika tas-Sistema tal-Ġustizzja (20); billi l-Gvern Malti issa ħabbar il-bidu tal-proċess leġiżlattiv li jwassal għal dik is-separazzjoni;

AF.

billi l-Kummissjoni ta' Venezja ddikjarat li, minbarra l-kompiti ta' prosekuzzjoni tal-Avukat Ġenerali u tal-pulizija, il-maġistrati wkoll għandhom il-possibbiltà li jibdew inkjesti, u li “jidher li m'hemm l-ebda koordinazzjoni bejn l-inkjesti u l-investigazzjoni tal-pulizija” (21);

AG.

billi l-Kummissjoni ta' Venezja enfasizzat ukoll li l-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni (PCAC) issofri minn nuqqasijiet rigward il-kompożizzjoni tagħha, peress li l-ħatriet tal-membri jiddependu fuq il-Prim Ministru, anke jekk jeħtieġlu jikkonsulta mal-oppożizzjoni, u wkoll rigward id-destinatarji tar-rapporti tiegħu, jiġifieri l-Ministru tal-Ġustizzja li m'għandux setgħat investigattivi, bir-riżultat li r-rapporti jwasslu għal investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet reali biss f'għadd limitat ħafna ta' każijiet (22);

AH.

billi l-Kummissjoni ta' Venezja sabet li l-proċedura ta' ħatra għal Kummissarju tal-Pulizija għandha tkun ibbażata fuq kompetizzjoni pubblika; Il-Kummissarju tal-Pulizija għandu jitqies bħala politikament newtrali mill-pubbliku ġenerali (23);

AI.

billi Malta bdiet proċess esploratorju dwar riformi kostituzzjonali, taħt is-superviżjoni tal-President tagħha, li fih huma involuti forzi politiċi differenti u s-soċjetà ċivili, u billi ħafna minn dawn ir-riformi se jirrikjedu maġġoranza ta' żewġ terzi fil-Parlament biex jiġu implimentati;

AJ.

billi l-monitoraġġ mill-Parlament Ewropew tas-sitwazzjonijiet tal-istat tad-dritt li sejrin għall-agħar fl-Istati Membri huwa parti vitali mid-demokrazija Ewropea, u billi l-format tal-Grupp ta' Monitoraġġ tal-Istat tad-Dritt jippermetti lill-Parlament li jsegwi mill-qrib u jżomm kuntatt mal-awtoritajiet tal-Istati Membri u mas-soċjetà ċivili;

AK.

billi, minkejja r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew (24) li jgawdu appoġġ wiesa', il-Kummissjoni għadha ma ppreżentatx proposta għal mekkaniżmu komprensiv u indipendenti għall-monitoraġġ, fuq bażi annwali, tas-sitwazzjoni rigward id-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u d-Drittijiet Fundamentali (DRF) fl-Istati Membri kollha;

AL.

billi l-użu ta' “skemi ta' ċittadinanza u ta' residenza b'investiment” mill-Istati Membri tal-UE joħloq riskji serji għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, jimmina l-fiduċja reċiproka u l-integrità taż-żona Schengen, jippermetti l-ammissjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi biss abbażi tal-ġid akkumulat aktar milli abbażi ta' għarfien, ħiliet jew kunsiderazzjonijiet umanitarji utli, u jirriżulta fil-bejgħ reali taċ-ċittadinanza tal-UE; billi l-Kummissjoni ddikjarat b'mod espliċitu li m'għadhiex tappoġġa l-iskemi Maltin ta' ċittadinanza u ta' residenza b'investiment;

AM.

billi l-Kummissjoni ppubblikat rapport dwar l-iskemi ta' ċittadinanza u ta' residenza b'investiment li jagħti stampa tal-prattiki eżistenti u jidentifika ċerti riskji li dawn l-iskemi jinvolvu għall-UE, b'mod partikolari rigward is-sigurtà, il-ħasil tal-flus, l-evażjoni tat-taxxa u l-korruzzjoni;

AN.

billi l-gvern Malti kkonkluda ftehim kunfidenzjali mal-kumpanija privata Henley & Partners biex timplimenta “l-iskema Maltija ta' ċittadinanza u ta' residenza b'investiment”, hekk li mhuwiex possibbli li jiġi vverifikat jekk il-proċeduri miftehma, il-volum tal-bejgħ, u termini oħra humiex konformi mad-dritt Malti, ma' dak tal-UE u dak internazzjonali, u ma' kunsiderazzjonijiet ta' sigurtà;

AO.

billi l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti ta' residenza għall-applikanti għall-iskema Maltija ta' ċittadinanza u ta' residenza b'investiment mhijiex konformi mal-kundizzjonijiet għal skemi bħal dawn maqbula mal-Kummissjoni fl-2014; billi l-Kummissjoni ma ħadet l-ebda azzjoni effikaċi biex tindirizza dan in-nuqqas ta' rispett tar-rekwiżiti ta' residenza;

AP.

billi l-allegazzjonijiet rigward il-bejgħ ta' viżi mediċi u viżi ta' Schengen fil-Libja u fl-Alġerija minn uffiċjali Maltin għadhom ma ġewx investigati bis-sħiħ (25);

AQ.

billi, waqt iż-żjara tad-delegazzjoni ROLMG, ġurnalisti fis-Slovakkja indikaw li qed joperaw f'ambjent fejn l-indipendenza sħiħa u s-sikurezza mhux dejjem jistgħu jiġu garantiti; billi, fil-każ ta' RTVS (Radju u Televiżjoni tas-Slovakkja), kien hemm każijiet ta' perċezzjoni ta' indħil politiku f'xogħol ġurnalistiku, bħal bil-ħruġ ta' linji gwida qosra għall-aħbarijiet;

AR.

billi l-Att dwar l-Istampa Nazzjonali għaddej minn proċess ta' reviżjoni fis-Slovakkja, u billi dan jipprovdi opportunità biex jissaħħu l-libertà tal-midja u s-sikurezza tal-ġurnalisti; billi l-proposta leġiżlattiva kurrenti tirriskja li tillimita l-libertà tal-midja;

AS.

billi hemm rapporti ta' korruzzjoni u frodi fis-Slovakkja, inkluż b'fondi agrikoli tal-UE li jinvolvu l-Aġenzija tal-Pagamenti Agrikoli, li jistħoqqilhom investigazzjonijiet profondi u indipendenti, li wħud minnhom qed jiġu tabilħaqq investigati mill-OLAF u li dwarhom il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament wettaq missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni fis-Slovakkja f'Diċembru 2018; billi s-Slovakkja għandha l-ogħla rati ta' irregolaritajiet u ta' detezzjoni tal-frodi tal-Istati Membri kollha tal-UE (26);

AT.

billi l-membri tal-ROLMG għandhom tħassib dwar l-imparzjalità tal-infurzar tal-liġi u l-indipendenza tal-ġudikatura fis-Slovakkja, speċjalment fir-rigward tal-politiċizzazzjoni u n-nuqqas ta' trasparenza fil-proċessi ta' għażla u ta' ħatra, bħal dawk għall-pożizzjoni ta' Kap tal-Pulizija;

AU.

billi l-Prim Ministru tas-Slovakkja u membri oħra għolja tal-gvern, kif ukoll il-Viċi Prosekutur Ġenerali u l-Kap tal-Pulizija, irriżenjaw wara l-qtil ta' Ján Kuciak;

AV.

billi l-proċess leġiżlattiv fis-Slovakkja rigward ir-riforma tal-għażla tal-imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali ma tlestiex, u billi l-proċess ta' għażla li jmiss biex jissostitwixxi d-disa' mħallfin tal-qorti li se jirtiraw se jsir skont il-proċeduri eżistenti; billi dan il-proċess ta' għażla bħalissa jinsab imblukkat fil-Parlament Slovakk;

AW.

billi, matul il-missjoni tagħhom, il-membri tad-delegazzjoni ROLMG ħadu nota tal-impenn muri minn diversi membri tal-persunal tal-awtoritajiet pubbliċi Slovakki u atturi tas-soċjetà ċivili biex jiddefendu l-istandards tal-istat tad-dritt;

AX.

billi l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2018 tar-Reporters Mingħajr Fruntieri jikklassifika lis-Slovakkja fis-27 post, meta mqabbel mas-17-il post fl-2017, lil Malta fil-65 post, niżla mis-47 post, u lill-Bulgarija fil-111-il post, l-aħħar fost l-Istati Membri tal-UE, ukoll niżla mill-109 post fl-2017;

AY.

billi Transparency International fl-Indiċi dwar il-Perċezzjoni tal-Korruzzjoni annwali tagħha kklassifikat lil Malta fil-51 post (niżla mis-46 post fl-2017), lis-Slovakkja fis-57 post (niżlamill-54 post fl-2017) u lill-Bulgarija fis-77 post (niżla mill-71 post fl-2017); billi t-tliet pajjiżi kollha jirreġistraw punteġġ li huwa inqas mill-medja tal-UE b'mod sinifikanti (27);

OSSERVAZZJONIJIET ĠENERALI

1.

Jikkundanna bil-qawwa l-isforzi kontinwi ta' għadd dejjem jikber ta' gvernijiet tal-Istati Membri biex idgħajfu l-istat tad-dritt, is-separazzjoni tas-setgħat u l-indipendenza tal-ġudikatura; jesprimi tħassib għall-fatt li, minkejja li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri adottaw leġiżlazzjoni biex jiżguraw l-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura f'konformità mal-istandards tal-Kunsill tal-Ewropa, għad hemm problemi fil-mod kif dawn l-istandards jiġu applikati;

2.

Ifakkar li l-istat tad-dritt huwa parti mill-valuri kollha elenkati fl-Artikolu 2 tat-TUE u prerekwiżit għall-protezzjoni tagħhom; jistieden lill-atturi rilevanti kollha fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali, inklużi l-gvernijiet, il-parlamenti u l-ġudikatura, biex jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jirrispettaw u jsaħħu l-istat tad-dritt;

3.

Jinnota bi tħassib kbir iż-żieda fit-theddid kontra l-ġurnalisti u l-libertà tal-midja, tqawwija tat-tmaqdir pubbliku u dgħajfien ġenerali tal-professjoni, aktar konċentrazzjoni ekonomika fis-settur u tkattir tad-diżinformazzjoni; ifakkar li demokrazija b'saħħitha bbażata fuq l-istat tad-dritt ma tistax tiffunzjona mingħajr ma r-raba' poter ikun b'saħħtu u indipendenti;

4.

Iħeġġeġ lill-Kunsill biex jeżamina u jsegwi kwalunkwe proposta mill-Kummissjoni u mill-Parlament rigward il-proċeduri ta' ksur u l-proċedura tal-Artikolu 7 tat-TUE, b'mod partikolari billi jieħu azzjoni rapida abbażi tal-proposta motivata tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2017 dwar il-Polonja, kif ukoll billi jqiegħed is-sitwazzjoni fl-Ungerija fuq l-aġenda tal-Kunsill bħala kwistjoni ta' prijorità, billi jinforma lill-Parlament immedjatament u b'mod sħiħ fl-istadji kollha tal-proċedura, u billi jistieden lill-Parlament jippreżenta l-proposta motivata tiegħu dwar l-Ungerija lill-Kunsill;

INVESTIGAZZJONIJIET U INFURZAR TAL-LIĠI

5.

Jistieden lill-Gvern ta' Malta biex, mingħajr dewmien, iniedi inkjesta pubblika sħiħa u indipendenti dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia, b'enfasi partikolari fuq iċ-ċirkostanzi li ppermettew li dan iseħħ, ir-rispons tal-awtoritajiet pubbliċi, u l-miżuri li jistgħu jiġu stabbiliti biex jiżguraw li qtil ta’ dan ix-xorta ma jerġax iseħħ;

6.

Iħeġġeġ bil-qawwa lill-Gvern Malti biex jikkundanna pubblikament u mingħajr ambigwità kull diskors ta' mibegħda u disprezz kontra l-memorja tad-deċeduta Daphne Caruana Galizia; iħeġġeġ biex tittieħed azzjoni b'saħħitha kontra kwalunkwe uffiċjal pubbliku li jalimenta l-mibegħda;

7.

Iqis li huwa ta' importanza kbira li tinstab soluzzjoni għas-sit ta' kommemorazzjoni ta' Daphne Caruana Galizia fil-Belt Valletta, b'kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili u mal-familja tagħha, sabiex tkun tista' tiġi mfakkra mingħajr xkiel;

8.

Jistieden lill-awtoritajiet Maltin rilevanti jippubblikaw ir-rapport sħiħ u mhux redatt tal-inkjesta maġisterjali “Egrant”;

9.

Iħeġġeġ lill-Gvernijiet ta' Malta u tas-Slovakkja biex jiżguraw li l-indikazzjonijiet kollha ta' atti kriminali jiġu investigati fil-pront u b'mod sħiħ mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, inkluż fejn dawn l-indikazzjonijiet jiġu żvelati minn informaturi u ġurnalisti, speċjalment il-każijiet allegati ta', pereżempju, korruzzjoni, reati finanzjarji, ħasil tal-flus, frodi u evażjoni tat-taxxa kif irrappurtati minn Daphne Caruana Galizia u Ján Kuciak;

10.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri biex jibdew inkjesta pubblika internazzjonali indipendenti dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u l-allegati każijiet ta' korruzzjoni, reati finanzjarji, ħasil tal-flus, frodi u evażjoni tat-taxxa rrappurtati minnha, li jinvolvu uffiċjali pubbliċi ta' Malta fi grad għoli, kemm attwali kif ukoll preċedenti;

11.

Jiddispjaċih li mhux il-membri kollha tal-Gvern ta' Malta, bħall-Ministru għat-Turiżmu u ex Ministru għall-Enerġija, kienu disponibbli biex jiltaqgħu mad-delegazzjoni ROLMG, u li lanqas ma kien possibbli għaliha li tiltaqa' mar-rappreżentanti ta' Nexia BT, bħal pereżempju s-Soċju Maniġerjali tal-kumpanija;

12.

Jinnota bi tħassib li l-awtoritajiet Maltin qatt ma ħarġu talba uffiċjali għal assistenza legali lill-Uffiċċju Federali Ġermaniż tal-Pulizija Kriminali (“Bundeskriminalamt”) biex jingħataw aċċess għad-data maħżuna fuq il-laptops u l-hard disks ta' Daphne Caruana Galizia wara li dawn ingħaddew lill-awtoritajiet Ġermaniżi minn familtha;

13.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-akkużi miġjuba mill-awtoritajiet Slovakki kontra l-allegat instigatur tal-qtil ta' Ján Kuciak u Martina Kušnírová u l-allegati awturi tal-qtil; jistieden lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkomplu l-investigazzjoni kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak internazzjonali bil-mezzi kollha disponibbli, inkluż il-Ftehim tat-Tim ta' Investigazzjoni Konġunta jiġi estiż għal wara April 2019, u li jiżguraw li l-aspetti kollha tal-każ huma investigati bis-sħiħ, inkluża kwalunkwe rabta politika possibbli mar-reati;

14.

Jinnota li l-investigazzjoni dwar il-qtil ta' Ján Kuciak u Martina Kušnírová kixfet attivitajiet kriminali oħra, fosthom allegata konfoffa biex jinqatlu l-prosekuturi Peter Šufliarsky u Maroš Žilinka u l-avukat Daniel Lipšic; jinnota li din l-investigazzjoni tal-aħħar, b'deċiżjoni konġunta tal-Prosekutur Ġenerali u l-Prosekutur Speċjali, għandha titmexxa mill-Ispettorat tal-Pulizija tal-Ministeru tal-Intern, minħabba involviment possibbli ta' uffiċjali tal-pulizija fl-iskrinjar tal-bażijiet tad-data tal-pulizija dwar il-persuni fil-mira; u se jkompli jissorvelja dan l-iżvilupp;

15.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien taċ-Ċentru Investigattiv Ján Kuciak, id-Daphne Project imwaqqaf minn diversi ġurnalisti lejn l-aħħar tal-2018, u tal-Forbidden Stories Daphne Project, imwaqqaf minn 18-il konsorzju ta' ġurnalisti investigattivi f'Marzu 2018, bil-għan li jkomplu x-xogħol ta' Daphne minn fejn ħallietu; jinnota li, sitt xhur wara l-ħolqien tiegħu, id-Daphne Project għamel rivelazzjonijiet ġodda fl-ewwel pubblikazzjoni tiegħu;

16.

Jitlob li l-Kummissjoni u l-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi jwettqu investigazzjonijiet fil-fond tal-każijiet kollha li tressqu għall-attenzjoni tad-delegazzjonijiet ad hoc tal-Parlament fl-2018, jiġifieri allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u frodi, relatati wkoll ma' fondi agrikoli tal-UE, u inċentivi possibbilment ħżiena għall-ħtif tal-art;

17.

Jistieden lill-Gvern Malti jniedi investigazzjoni dwar ir-rivelazzjonijiet tal-Panama Papers u r-rabtiet bejn il-kumpanija bbażata f'Dubai “17 Black” u l-Ministru għat-Turiżmu u ex Ministru għall-Enerġija u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru;

18.

Jistieden lill-Gvern Malti u lil dak Slovakk, u lill-Istati Membri kollha tal-UE u lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tagħhom, biex jintensifikaw il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni, sabiex titreġġa' lura l-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet tagħhom;

19.

Jinnota l-adozzjoni fit-22 ta' Marzu 2019 tal-Addendum tat-Tieni Rapport ta' Konformità dwar is-Slovakkja mill-GRECO dwar il-prevenzjoni tal-korruzzjoni fir-rigward tal-membri tal-parlament, l-imħallfin u l-prosekuturi; jistieden lill-Gvern tas-Slovakkja jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet kollha;

20.

Jinnota l-adozzjoni fit-23 ta' Marzu 2019 tar-Rapport dwar il-Ħames Stadju ta' Evalwazzjoni dwar Malta mill-GRECO; jistieden lill-Gvern ta' Malta jawtorizza malajr kemm jista' jkun il-pubblikazzjoni ta' dan ir-rapport u jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet kollha;

21.

Huwa mħasseb ħafna dwar ir-rwol possibbli tal-Gvern Slovakk fil-ħtif ta' ċittadin Vjetnamiż mill-Ġermanja, u jitlob rapport ta' investigazzjoni komprensiv, b'kooperazzjoni kontinwa mal-awtoritajiet Ġermaniżi, inkluż dwar l-allegat involviment tal-ex Ministru għall-Intern;

22.

Huwa mħasseb dwar l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni, kunflitti ta' interess, impunità u bibien iduru fiċ-ċrieki tal-poter tas-Slovakkja; jistagħġeb dwar il-fatt li, wara r-riżenja tagħhom, ex uffiċjal għoli tal-pulizija mill-Aġenzija Kriminali Nazzjonali (NAKA) u l-ex Kap tal-Pulizija nħatru bħala konsulenti għall-Ministru għall-Intern, inkluż fir-Repubblika Ċeka; jinnota li l-ex Kap tal-Pulizija issa rriżenja bħala konsulent għall-Ministru għall-Intern wara li saru rapporti fl-istampa dwar tiftixa għal Ján Kuciak f'bażi ta' data tal-pulizija qabel il-qtil tiegħu, allegatament ordnat mill-ex Kap tal-Pulizija;

23.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn taċ-ċittadini Slovakki u Maltin u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-ġlieda għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; iħeġġeġ lill-Gvernijiet tas-Slovakkja u ta' Malta jappoġġjaw bis-sħiħ dan l-impenn ċiviku, u jżommu lura milli jiskoraġġuh;

24.

Jistieden lill-Gvernijiet ta' Malta, tas-Slovakkja u tal-Bulgarija jkomplu jiffaċilitaw il-kooperazzjoni kollha mal-Europol, inkluż billi jinvolvu b'mod sħiħ l-aġenzija u b'mod proattiv jagħtuha aċċess sħiħ għall-fajls relatati mal-investigazzjonijiet;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida ċara dwar il-modalitajiet u l-qafas legali rigward l-iskambju tad-data u l-evidenza bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u bejniethom u l-aġenziji tal-UE, inkluż permezz tal-applikazzjoni tal-Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea;

26.

Josserva li r-riżorsi baġitarji u umani u l-mandati tal-Europol u l-Eurojust tal-lum mhumiex biżżejjed għal dawk l-aġenziji biex jipprovdu valur miżjud sħiħ u proattiv tal-UE fit-twettiq ta' investigazzjonijiet bħal fil-każijiet tal-qtil ta' Daphne Caruana Galizia u ta' Ján Kuciak u Martina Kušnírová; jitlob li jiġu allokati aktar riżorsi lill-Europol u lill-Eurojust għal investigazzjonijiet ta' dan it-tip fil-futur qrib;

27.

Jissottolinja li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji tal-Istati Membri jiffurmaw parti minn sistema ta' kooperazzjoni tal-UE; iqis li l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-UE għandhom għalhekk, b'mod proattiv, jindirizzaw nuqqasijiet min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali, u jqis li huwa ta' tħassib li tali azzjonijiet minn istituzzjonijiet, korpi u aġenziji tal-UE regolarment jinbdew biss wara li ġurnalisti u informaturi jiżvelaw l-informazzjoni;

28.

Jitlob li l-Kummissjoni u l-Kunsill iżidu l-baġit tal-Europol bi qbil mal-ħtiġijiet operattivi u strateġiċi identifikati matul in-negozjati għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2021-2027, u jsaħħu l-mandat tal-Europol sabiex tkun tista' tipparteċipa b'mod aktar proattiv fl-investigazzjonijiet dwar gruppi ewlenin ta' kriminalità organizzata fi Stati Membri fejn hemm dubji serji dwar l-indipendenza u l-kwalità ta' investigazzjonijiet bħal dawn, eż. billi, b'mod proattiv, ikunu jistgħu jibdew iwaqqfu Timijiet Konġunti ta' Investigazzjoni f'każijiet bħal dawn;

29.

Jitlob li l-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) futur jikkooperaw bl-aħjar mod f'investigazzjonijiet li jikkonċernaw l-interessi finanzjarji tal-UE, speċjalment rigward l-Istati Membri li ma ngħaqdux mal-UPPE; jitlob, għal dak il-għan, li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jiffaċilitaw it-twaqqif rapidu tal-UPPE, u jqis li l-Istati Membri kollha li għadhom ma ħabbrux l-intenzjoni tagħhom li jingħaqdu mal-UPPE għandhom jagħmlu dan;

30.

Jitlob li l-Kummissjoni ssegwi r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament li talbu għall-immappjar tal-aħjar prattiki fit-tekniki investigattivi madwar l-UE sabiex jiġi ffaċilitat l-iżvilupp ta' prattiki investigattivi komuni fl-UE (28);

SFIDI KOSTITUZZJONALI F'MALTA U FIS-SLOVAKKJA

31.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-dikjarazzjonijiet mill-Gvern ta' Malta dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-rapport reċenti tal-Kummissjoni ta' Venezja;

32.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ħolqien ta' grupp li fih membri kemm tal-gvern kif ukoll tal-oppożizzjoni jkunu involuti fl-esplorazzjoni ta' riforma kostituzzjonali;

33.

Jilqa' t-tħabbir reċenti mill-Gvern ta' Malta dwar il-bidu tal-proċessi leġiżlattivi biex jimplimenta diversi rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja; jistieden lill-Gvern u lill-Parlament ta' Malta jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni ta' Venezja mingħajr eċċezzjoni, anke b'mod retroattiv meta dan ikun rilevanti, sabiex jiżguraw li d-deċiżjonijiet, il-pożizzjonijiet u l-istrutturi tal-imgħoddi u tal-lum jinġiebu f'konformità ma' dawn ir-rakkomandazzjonijiet, u b'mod partikolari,

isaħħu l-indipendenza, is-setgħat tas-sorveljanza u l-kapaċitajiet tal-Membri tal-Kamra tad-Deputati Maltija, b'mod partikolari billi jissikkaw ir-regoli dwar l-inkompatibbiltajiet u billi jipprovdu salarju xieraq u appoġġ mhux partiġġjan;

iħabbru pubblikament postijiet battala għal pożizzjonijiet ġudizzjarji (il-paragrafu 44);

ibiddlu l-kompożizzjoni tal-JAC, b'tali mod li tal-anqas nofs il-membri tiegħu jkunu mħallfin eletti mill-pari tagħhom, u li jagħtu lill-JAC l-kompetenza li jikklasifika l-kandidati abbażi tal-mertu u li jipproponi dawk il-kandidati direttament lill-President għall-ħatra, anke fil-każ ta' ħatra tal-Prim Imħallef (il-paragrafu 44);

jagħtu s-setgħa ta' tneħħija tal-imħallfin jew tal-maġistrati lill-Kummissjoni dwar l-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, u jipprevedu l-possibbiltà li jsir appell fil-qorti kontra miżuri dixxiplinari imposti minn dik il-Kummissjoni (il-paragrafu 53);

iwaqqfu uffiċċju ta' Direttur ta' Prosekuzzjonijiet Pubbliċi (DPP) indipendenti, li jkun responsabbli għall-prosekuzzjonijiet pubbliċi kollha u li jassumi l-kompiti prosekutorjali kurrenti tal-Avukat Ġenerali, kif ukoll il-kompiti prosekutorjali tal-pulizija u l-inkjesti maġisterjali, kif irrakkomandat il-Kummissjoni ta' Venezja (il-paragrafi 61-73); jistieden lill-Gvern ta' Malta biex jissoġġetta dan id-DPP li potenzjalment ikun għadu kif ġie stabbilit għar-reviżjoni ġudizzjarja, b'mod partikolari fir-rigward ta' deċiżjonijiet ta' nonprosekuzzjoni (il-paragrafi 68, 73);

jirriformaw il-Kumitat Permanenti Kontra l-Korruzzjoni (PCAC), kemm billi jiżguraw proċess ta' ħatra li jkun anqas dipendenti fuq il-fergħa eżekuttiva u fuq il-Prim Ministru b'mod partikolari, u billi jiżguraw li r-rapporti tal-PCAC tassew iwasslu għal prosekuzzjonijiet; jikkunsidraw ukoll l-opzjoni li l-PCAC jirrapporta direttament lid-DPP li jkun għadu kif ġie stabbilit (il-paragrafu 72);

jagħtu bidu għal riforma kostituzzjonali biex jiżguraw li s-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali iwasslu, mingħajr ma jintervjeni l-Parlament, għall-annullament ta' dispożizzjonijiet li jkun ġie deċiż li ma jkunux kostituzzjonali (il-paragrafu 79);

jabolixxu l-prattika li jkun hemm Membri Parlamentari (MP) part-time, iżidu s-salarju tal-MP, jirrestrinġu l-ħatra ta' MP fuq korpi maħtura uffiċjalment, iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-MP persunal ta' appoġġ u għarfien u pariri indipendenti, u joqogħdu lura mill-użu estensiv ta' leġiżlazzjoni delegata (il-paragrafu 94);

jiżguraw li l-awtoritajiet jirrispettaw bis-sħiħ it-talbiet tal-Ombudsman għal informazzjoni, li r-rapporti tal-Ombudsman jiġu diskussi fil-Parlament, li l-uffiċċju tal-Ombudsman ikun irregolat fil-livell kostituzzjonali, u li l-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni jiġi aġġornat (il-paragrafi 100–101);

ifasslu mill-ġdid il-proċess tal-ħatra ta' Segretarji Permanenti, jiġifieri permezz ta' għażla bbażata fuq il-mertu minn Kummissjoni Indipendenti tas-Servizz Ċivili, aktar milli mill-Prim Ministru (il-paragrafi 119-120);

jillimitaw b'mod serju l-prattika ta' “pożizzjonijiet jew persuni ta' fiduċja” u jintroduċu regoli legali ċari u emenda kostituzzjonali li tifforma l-bażi u l-qafas għar-regolamentazzjoni ta' din il-prattika (il-paragrafu 129);

jibdlu l-proċedura tal-ħatra għall-Kummissarju tal-Pulizija, jiġifieri billi jagħmluha bbażata fuq il-mertu bl-introduzzjoni ta' kompetizzjoni pubblika (il-paragrafu 134);

34.

Jinnota li bħalissa tinsab għaddejja proċedura ta' għażla u ta' nomina għal Imħallfin tal-Qorti Kostituzzjonali fis-Slovakkja, peress li l-mandati ta' disgħa mit-13-il Imħallef jintemmu fi Frar; jissottolinja li r-regolamenti li jkopru dan il-proċess ta' għażla u ta' nomina, kif ukoll il-kwalifiki u r-rekwiżiti, iridu jissodisfaw l-ogħla standards possibbli f'termini ta' trasparenza, skrutinju u obbligu ta' rendikont, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja dwar din it-tema (29); jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' progress kurrenti f'dan il-proċess ta' għażla fil-Parlament Slovakk;

35.

Jitlob li jiġu applikati b'mod trasparenti, oġġettiv u mhux ambigwu regoli u proċeduri għall-għażla, fl-2019, tal-Kap tal-Pulizija Slovakka, li jiżguraw l-indipendenza u n-newtralità tal-kariga; jinnota li bħalissa għaddej il-proċess ta' għażla u li l-kandidati dalwaqt se jieħdu sehem fis-seduti ta' smigħ quddiem il-kumitat rilevanti tal-Parlament Slovakk; jitlob li dawn is-seduti ta' smigħ ikunu pubbliċi;

ĊITTADINANZA U RESIDENZA B'INVESTIMENT U VIŻI

36.

Jistieden lill-Gvern ta' Malta biex itemm l-iskemi tiegħu ta' ċittadinanza u ta' residenza b'investiment, u jikkummissjona investigazzjoni indipendenti u internazzjonali dwar l-impatt ta' dan il-bejgħ fuq il-kapaċitajiet ta' Malta għall-infurzar ta' miżuri kontra l-ħasil tal-flus, fuq reati transfruntieri oħra u fuq l-integrità taż-żona Schengen;

37.

Jistieden lill-Gvern ta' Malta biex jippubblika kull sena lista awtonoma tal-persuni kollha li jkunu xtraw iċ-ċittadinanza Maltija u dik tal-UE, u biex jiżgura li x-xerrejja ma jkunux elenkati flimkien ma' dawk li akkwistaw iċ-ċittadinanza Maltija b'modi oħra; jistieden lill-Gvern ta' Malta biex jiżgura li dawn iċ-ċittadini l-ġodda kollha jkunu ilhom tassew jgħixu sena sħiħa f'Malta qabel ix-xirja, kif kien inqabel mal-Kummissjoni qabel il-varar tal-programm; jitlob li l-Kummissjoni tagħmel dak kollu li tista' biex tiżgura li l-qbil oriġinali dwar din il-kwistjoni jiġi rrispettat fil-ġejjieni;

38.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li, fi Frar 2019, meta ntalbet tagħti kjarifika, il-Kummissjoni stqarret b'mod ċar li bl-ebda mod ma tapprova l-iskemi Maltin ta' ċittadinanza u ta' residenza b'investiment;

39.

Jistieden lill-Gvern ta' Malta biex jiżvela kompletament, u jtemm, il-kuntratt tiegħu ma' Henley & Partners, id-ditta privata li attwalment qed timplimenta l-iskemi Maltin ta' ċittadinanza u ta' residenza b'investiment, mingħajr konsegwenzi għall-finanzi pubbliċi f'każ ta' terminazzjoni jew sospensjoni;

40.

Jitlob lil l-Kummissjoni teżamina jekk il-kuntratti fis-seħħ bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri u ditti privati li jirregolaw u jesternalizzaw l-iskemi ta' ċittadinanza u ta' residenza b'investiment humiex kompatibbli mad-dritt tal-UE, mad-dritt internazzjonali u ma' kunsiderazzjonijiet ta' sigurtà;

41.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni dwar “Skemi ta' ċittadinanza u ta' residenza b'investiment”, iżda huwa mħasseb dwar in-nuqqas ta' data fih; jitlob li l-Kummissjoni tkompli tissorvelja l-iskala u l-impatt tad-diversi skemi ta' ċittadinanza u ta' residenza b'investiment fl-UE, b'enfasi partikolari fuq proċessi ta' diliġenza dovuta, il-profili u l-attivitajiet tal-benefiċjarji, l-impatti potenzjali fuq il-kriminalità transfruntiera, u l-integrità taż-żona Schengen; jistieden lill-Istati Membri jneħħu gradwalment l-iskemi kollha eżistenti ta' ċittadinanza u residenza b'investiment kemm jista' jkun malajr; jitlob li, sadanittant, il-Kummissjoni tindirizza b'mod espliċitu l-iskemi ta' ċittadinanza u ta' residenza għall-investituri fil-Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni ta' Schengen, u tressaq proposta leġiżlattiva li tistabbilixxi limiti ċari għall-iskemi ta' ċittadinanza u ta' residenza b'investiment;

42.

Jitlob li l-Kummissjoni, filwaqt li tibni fuq ir-rapport tagħha dwar l-iskemi ta' ċittadinanza u ta' residenza b'investiment f'diversi Stati Membri tal-UE, teżamina b'mod speċifiku l-impatti tal-iskemi ta' ċittadinanza u ta' residenza b'investiment tal-gvern Malti fuq l-integrità taż-żona Schengen;

43.

Jitlob li l-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jwettqu valutazzjoni konġunta tat-theddida rigward il-konsegwenzi tal-iskemi ta' ċittadinanza u ta' residenza b'investiment tal-Istati Membri tal-UE għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u għall-integrità taż-żona Schengen;

44.

Jistieden lill-Gvern ta' Malta biex jinvestiga bis-sħiħ l-allegazzjonijiet rigward il-bejgħ bil-massa ta' viżi ta' Schengen u ta' viżi mediċi, inkluż l-allegat involviment ta' uffiċjali jew ex uffiċjali għolja tal-gvern Malti, bħaċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru u Neville Gafà;

SIKUREZZA TAL-ĠURNALISTI U INDIPENDENZA TAL-MIDJA

45.

Jistieden lill-Gvern tas-Slovakkja biex jiżgura s-sikurezza tal-ġurnalisti; jiddeplora n-nuqqas ta' trasparenza dwar is-sjieda tal-midja; għandu dubji dwar l-indipendenza u l-kwalità tal-midja pubblika wara li diversi ġurnalisti telqu mill-RTVS; jinnota bi tħassib li l-proposta leġiżlattiva kurrenti għall-Att dwar l-Istampa tirriskja li tillimita l-libertà tal-midja;

46.

Huwa mħasseb dwar l-istqarrijiet minn politiċi Slovakki li jqajmu dubji dwar il-valur tal-ġurnaliżmu indipendenti u tal-midja pubblika, bħal dawk magħmula mill-ex Prim Ministru fil-pubbliku, pereżempju, waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fit-2 ta' Ottubru 2018;

47.

Itenni t-talba tiegħu li l-membri rispettivi tal-Gvern ta' Malta jiżguraw l-irtirar, b'effett immedjat, tal-kawżi ta' libell li qed jiffaċċjaw il-membri tal-familja ta' Daphne Caruana Galizia, majużawx il-liġijiet tal-libell biex jiffriżaw il-kontijiet bankarji ta' ġurnalisti li jesprimu kritika, u jirriformaw il-liġijiet ta' libell li qed jintużaw biex jiffrustraw ix-xogħol tal-ġurnalisti;

48.

Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta proposti biex tipprevjeni l-hekk imsejħa “Strategic Lawsuits Against Public Participation” (SLAPP, Kawżi Strateġiċi Kontra l-Parteċipazzjoni Pubblika);

REAZZJONIJIET TAL-UE

49.

Itenni t-talba tiegħu li l-Kummissjoni tidħol fi djalogu mal-Gvern Malti fil-kuntest tal-Qafas tal-Istat tad-Dritt;

50.

Jieħu nota tal-isforzi tal-Kummissjoni u tal-Kunsill biex jiżguraw li l-Istati Membri kollha jirrispettaw bis-sħiħ l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali; madankollu, huwa mħasseb dwar l-impatt limitat tal-Qafas tal-Istat tad-Dritt tal-Kummissjoni u tal-proċeduri l nbdew sal-lum skont l-Artikolu 7(1) tat-TUE; jenfasizza li n-nuqqas persistenti ta' indirizzar tal-ksur serju u persistenti tal-valuri msemmija fl-Artikolu 2 tat-TUE inkoraġġixxa lil Stati Membri oħra biex jaqbdu l-istess triq; jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipposponi għal Lulju 2019 il-pubblikazzjoni tal-proposta tagħha għat-tisħiħ tal-Qafas tal-Istat tad-Dritt;

51.

Ifakkar fil-ħtieġa li ssir evalwazzjoni imparzjali u regolari tas-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt, tad-demokrazija u tad-drittijiet fundamentali fl-Istati Membri kollha; jenfasizza li din l-evalwazzjoni trid tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi; jerġa' jiġbed l-attenzjoni għar-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-10 ta' Ottubru 2016 u tal-14 ta' Novembru 2018 li jitolbu mekkaniżmu tal-UE komprensiv, permanenti u oġġettiv għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; iqis li dan ikun mekkaniżmu ġust, ibbilanċjat, regolari u preventiv għat-trattament ta' ksur possibbli tal-valuri elenkati fl-Artikolu 2 tat-TUE, u jissottolinja li dan il-mekkaniżmu huwa meħtieġ illum b'aktar urġenza minn qatt qabel;

52.

Jiddeplora l-fatt li l-Kummissjoni għadha ma ppreżentatx proposta tali għal mekkaniżmu komprensiv tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, u jitlobha tagħmel dan fiż-żmien dovut, b'mod partikolari billi tipproponi l-adozzjoni tal-ftehim interistituzzjonali dwar il-Patt tal-UE għad-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt u D-Drittijiet Fundamentali;

53.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-Kummissjoni għal regolament dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, jerġa' jiġbed l-attenzjoni għar-rapport li l-Parlament adotta dwaru f'Jannar 2019, u jħeġġeġ lill-Kunsill biex jidħol fin-negozjati b'mod kostruttiv mill-aktar fis possibbli;

54.

Jissottolinja l-importanza li l-Parlament jibgħat delegazzjonijiet ad hoc fl-Istati Membri meta jkun hemm evidenza ċara ta' ksur serju tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali; jirrakkomanda li tinħoloq struttura permanenti fi ħdan il-Kumitat tiegħu għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern biex tissorvelja tali każijiet ta' ksur fl-Istati Membri;

55.

Jitlob li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jiġġieldu l-korruzzjoni sistemika b'mod determinat u joħolqu strumenti effikaċi biex jipprevjenu, jikkumbattu u jissanzjonaw il-korruzzjoni u jiġġieldu kontra l-frodi, kif ukoll biex jissorveljaw b'mod regolari l-użu tal-fondi pubbliċi; itenni d-dispjaċir tiegħu li l-Kummissjoni ddeċidiet li ma tippubblikax ir-Rapport tal-UE kontra l-Korruzzjoni f'dawn l-aħħar snin, u jissottolinja li l-fatt li hemm skedi informattivi kontra l-korruzzjoni bħala parti mis-Semestru Ewropew mhuwiex miżura effikaċi biżżejjed biex tiżgura li l-korruzzjoni titqiegħed fuq l-aġenda b'mod ċar; jitlob, għalhekk, li l-Kummissjoni minnufih tissokta l-monitoraġġ u r-rappurtar annwali tagħha kontra l-korruzzjoni, b'referenza għall-Istati Membri kollha u għall-istituzzjonijiet tal-UE;

56.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-ftehim bejn il-BĊE u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali dwar mekkaniżmu ġdid ta' kooperazzjoni għall-iskambju ta' informazzjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kollha li jieħdu sehem biex jagħmlu użu estensiv minn dak il-mekkaniżmu bil-għan li jiżguraw kooperazzjoni rapida u effikaċi fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus;

57.

Ifakkar lill-President tiegħu li s-sejħa tiegħu biex jinħoloq’Premju Ewropew Daphne Caruana Galizia għall-Ġurnaliżmu investigattiv‘, li għandu jingħata kull sena għal ġurnaliżmu investigattiv eċċellenti fl-Ewropa, messha ilha li ġiet implimentata;

58.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Parlament li jsemmi l-programm ta' taħriġ tiegħu għall-ġurnalisti investigattivi għal Ján Kuciak;

o

o o

59.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Parlamenti u lill-Gvernijiet tal-Istati Membri u lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

(1)  ĠU C 482, 23.12.2016, p. 117.

(2)  ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2018)0456.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2017)0438.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2018)0055.

(6)  ĠU C 58, 15.2.2018, p. 148.

(7)  ĠU C 204, 13.6.2018, p. 95.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2017)0442.

(9)  Testi adottati, P8_TA(2018)0183.

(10)  Testi adottati, P8_TA(2018)0204.

(11)  Testi adottati, P8_TA(2018)0340.

(12)  ĠU C 407, 4.11.2016, p. 46.

(13)  ĠU C 399, 24.11.2017, p. 127.

(14)  Testi adottati, P8_TA(2017)0216.

(15)  Testi adottati, P8_TA(2018)0446.

(16)  Malta – Opinion on Constitutional arrangements and separation of powers, adopted by the Venice Commission at its 117th Plenary Session (Venice, 14-15 December 2018) (Malta – Opinjoni dwar l-arranġamenti kostituzzjonali u s-separazzjoni tas-setgħat, adottata mill-Kummissjoni ta' Venezja fil-117-il Sessjoni Plenarja tagħha (Venezja, l-14 u l-15 ta' Diċembru 2018).

(17)  Opinjoni tal-Kummissjoni ta' Venezja, paragrafu 142.

(18)  Ibid., paragrafi 107-112.

(19)  Ibid., paragrafu 54.

(20)  Ibid., paragrafu 59.

(21)  Ibid., paragrafu 71.

(22)  Ibid., paragrafu 72.

(23)  Ibid., paragrafu 132.

(24)  Ir-Riżoluzzjoni tal-25 ta' Ottubru 2016 li tinkludi rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu tal-UE dwar id-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali – ĠU C 215, 19.6.2018, p. 162; Ir-Riżoluzzjoni tal-14 ta' Novembru 2018 dwar il-ħtieġa ta' mekkaniżmu komprensiv tal-UE għall-protezzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali – Testi adottati, P8_TA(2018)0456.

(25)  http://nao.gov.mt//loadfile/77c82f0e-89b3-44b4-85d4-e48ecfd251b0

(26)  https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR19_01/SR_FRAUD_RISKS_EN.pdf

(27)  https://www.transparency.org/cpi2018

https://www.transparency.org/news/feature/corruption_perceptions_index_2017

(28)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1539189225045&uri=CELEX:52011IP0459

https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:52016IP0403

(29)  https://www.venice.coe.int/webforms/documents/?pdf=CDL-AD(2017)001-e


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/120


P8_TA(2019)0329

Żviluppi riċenti rigward l-iskandlu “Dieselgate”

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar l-iżviluppi riċenti rigward l-iskandlu “Dieselgate” (2019/2670(RSP))

(2021/C 108/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 226 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 95/167/KE, Euratom, KEFA tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tad-19 ta' April 1995 dwar id-dispożizzjonijiet dettaljati li jirregolaw l-eżerċizzju tad-dritt ta' inkjesta tal-Parlament Ewropew (1),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2016/34 tiegħu tas-17 ta' Diċembru 2015 dwar it-twaqqif ta' Kumitat ta' Inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku, is-setgħat, id-daqs numeriku u t-tul tal-mandat tiegħu (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (3),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta' vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta' vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta' sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (5),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646 tal-20 ta' April 2016 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 692/2008 fir-rigward tal-emissjonijiet minn vetturi ħfief għall-passiġġieri u minn vetturi kummerċjali (Euro 6) (6),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Ottubru 2015 dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2016 dwar l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (9) (abbażi tar-rapport interim tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku),

wara li kkunsidra r-rapport finali tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku tat-2 ta' Marzu 2017,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (10),

wara li kkunsidra d-dokument informattiv u analitiku tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tas-7 ta' Frar 2019 dwar ir-rispons tal-UE għall-iskandlu “Dieselgate”,

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) tat-13 ta' Diċembru 2018 fil-Kawżi Magħquda T-339/16, T-352/16 u T-391/16 (11),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-każ 1275/2018/EWM,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2019 dwar Ewropa li tipproteġi: Arja nadifa għal kulħadd (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Parlament kien talab rapport komprensiv mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri dwar il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (minn hawn 'il quddiem “il-Kumitat EMIS”);

B.

billi, fit-18 ta' Ottubru 2018, il-Kummissarju għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, Elżbieta Bieńkowska, bagħtet ittra lill-ex President tal-Kumitat EMIS b'tabella ta' azzjonijiet ta' segwitu meħuda mill-Kummissjoni bħala rispons għat-talba għal “rapport komprensiv dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni u l-Istati Membri dwar il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat EMIS”;

C.

billi t-tabella mehmuża ma' din l-ittra kienet intiża biss biex tindirizza kwistjonijiet imqajma fir-rakkomandazzjonijiet u ma indirizzatx il-konklużjonijiet tal-Kumitat EMIS, b'mod partikolari fir-rigward tal-każijiet ta' amministrazzjoni ħażina u ksur tad-dritt tal-UE; billi l-Kummissarju Bieńkowska ssottolinjat diversi drabi fit-tabella li ċerti kwistjonijiet indirizzati fir-rakkomandazzjonijiet ma jaqgħux taħt il-mandat tagħha;

D.

billi, fit-12 ta' Ottubru 2018, l-Ombudsman Ewropew ikkonfermat l-ilment li sar minn Membru tal-Parlament Ewropew u sabet li l-fatt li l-Kummissjoni rrifjutat li tagħti aċċess pubbliku għall-pożizzjonijiet kollha tar-rappreżentanti tal-Istati Membri b'rabta ma' informazzjoni ambjentali jikkostitwixxi amministrazzjoni ħażina;

E.

billi din l-imġiba ostruttiva min-naħa tal-Kummissjoni wasslet għal tnaqqis sinifikanti fir-ritmu tal-ħidma tal-Kumitat EMIS u, fost impatti negattivi oħra, ċekknet l-ammont ta' informazzjoni disponibbli għall-Membri tal-Parlament Ewropew huma u jagħmlu mistoqsijiet lir-rappreżentanti tal-Kummissjoni waqt is-seduti ta' smigħ;

F.

billi, fit-13 ta' Diċembru 2018, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li tappoġġja l-azzjonijiet imressqa mill-bliet ta' Pariġi, Brussell u Madrid (is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Kawżi Magħquda T-339/16, T-352/16 u T-391/16) u annullat parzjalment ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2016/646, li kien stabbilixxa limiti għoljin wisq għall-emissjonijiet ta' nitroġenu għat-testijiet ta' vetturi ħfief ġodda għall-passiġġieri jew ta' vetturi ħfief ġodda kummerċjali;

G.

billi, fit-22 ta' Frar 2019, il-Kummissjoni ddeċidiet li tappella din is-sentenza, fattur li għandu mnejn itawwal l-iskadenza stabbilita mill-Qorti għaż-żamma tal-hekk imsejħa “fatturi ta' konformità”;

H.

billi, fis-6 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi proċeduri ta' ksur kontra seba' Stati Membri, jiġifieri r-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, il-Greċja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Spanja u r-Renju Unit, talli naqsu milli jistabbilixxu sistemi ta' penali biex jiskoraġġixxu lill-manifatturi tal-karozzi milli jiksru l-leġiżlazzjoni dwar l-emissjonijiet tal-karozzi jew talli naqsu milli jimponu tali sanzjonijiet fil-każ tal-grupp Volkswagen;

I.

billi, fis-17 ta' Mejju 2017, il-Kummissjoni bdiet proċedura oħra ta' ksur rigward l-istrateġiji ta' kontroll tal-emissjonijiet użati mill-grupp Fiat Chrysler Automobiles (FCA) u rigward il-fatt li l-Italja naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha li tadotta miżuri korrettivi u timponi sanzjonijiet fuq dan il-manifattur;

J.

billi, minkejja l-fatt li dawn il-proċeduri – li għadhom għaddejjin kontra l-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu u r-Renju Unit – tnedew aktar minn sentejn ilu, il-Kummissjoni għadha ma marritx lil hinn mill-istadju li tfittex aktar informazzjoni mill-Istati Membri permezz ta' ittri addizzjonali ta' intimazzjoni;

K.

billi jidher li xi Stati Membri mhumiex qed jikkooperaw b'mod sinċier mal-Kummissjoni f'dan ir-rigward;

L.

billi, fi stqarrija għall-istampa maħruġa fis-16 ta' Ottubru 2018 dwar il-programm ta' ħidma tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) għall-2019, il-President tal-QEA, Klaus-Heiner Lehne, ħabbar li l-QEA kellha teżamina l-approċċ tal-UE għall-kejl tal-emissjonijiet tal-vetturi sabiex “jiġi stabbilit jekk l-UE hijiex twettaq dak li wiegħdet”;

M.

billi d-dokument informattiv u analitiku tal-QEA tas-7 ta' Frar 2019 dwar ir-rispons tal-UE għall-iskandlu “Dieselgate” indika li għad hemm numri kbar ta' karozzi niġġiesa ħafna fit-triq u osserva li s-sejħiet lura tal-vetturi li għaddejjin bħalissa kellhom impatt limitat fuq l-emissjonijiet ta' NOx, kif kellhom ukoll l-aġġornamenti tas-software mibdija f'dak ir-rigward;

N.

billi l-Ġermanja tirrikjedi li l-manifatturi tal-karozzi Ġermaniżi joffru lis-sidien tal-karozzi programm ta' skambju jew modifika retroattiva għall-hardware b'sistema ta' riduzzjoni katalitika selettiva (RKS);

O.

billi l-wirt li se jħallu l-vetturi diżil niġġiesa ħafna għadu fil-biċċa l-kbira ma ġiex affrontat, peress li tali vetturi se jibqa' jkollhom effett negattiv fuq il-kwalità tal-arja għal ħafna snin jekk l-ebda azzjoni koordinata effikaċi ma tittieħed mill-Kummissjoni u l-Istati Membri bil-ħsieb li jonqsu l-emissjonijiet dannużi li jipproduċu tali vetturi, b'mod partikolari fiż-żoni li fihom tali vetturi jiġu esportati f'numri kbar;

P.

billi, skont l-informazzjoni mibgħuta lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, il-kampanji ta' sejħiet lura tal-vetturi fl-Istati Membri jirrigwardaw biss għadd limitat ta' karozzi mid-ditti li ġejjin: Volkswagen, Renault, Daimler, Opel u Suzuki;

Q.

billi diversi organizzazzjonijiet mhux governattivi u l-midja rrappurtaw li mudelli minn diversi ditti oħrajn urew imġiba suspetta fil-konfront tal-emissjonijiet jew qabżu l-limiti tat-tniġġis stabbiliti fid-dritt tal-UE;

R.

billi xi Stati Membri, jiġifieri l-Bulgarija, l-Ungerija, l-Irlanda, is-Slovenja u l-Iżvezja, għadhom ma bagħtu l-ebda informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-programmi ta' sejħiet lura tal-vetturi;

S.

billi r-rispons tal-Kummissjoni għall-iskandlu “Dieselgate” ma kienx jikkonsisti biss mir-reviżjoni tad-Direttiva 2007/46/KE, iżda kien jinkludi wkoll proposta għal direttiva dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi (COM(2018)0184); billi tali leġiżlazzjoni vinkolanti hija essenzjali biex jiġi żgurat li l-konsumaturi jkollhom drittijiet ċari u jkunu jistgħu jieħdu azzjoni kollettiva sinifikattiva, b'mod partikolari peress li fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjoni tal-2013 dwar ir-rimedju kollettiv kienet waħda skarsa; billi fl-Istati Uniti, fejn is-sistema tal-azzjoni kollettiva hija żviluppata tajjeb, il-vittmi ta' Dieselgate rċevew bejn USD 5 000 u USD 10 000 fi ħlasijiet ta' kumpens, filwaqt li l-konsumaturi Ewropej għadhom qed jistennew kumpens xieraq; billi dan il-fajl huwa fost il-ħafna li huma bblukkati fil-Kunsill;

T.

billi l-President Juncker ippropona reviżjoni tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (13), sabiex l-Istati Membri jiġu obbligati jkunu aktar trasparenti rigward il-pożizzjonijiet li jadottaw fil-livell tal-kumitat; billi proċedura aktar trasparenti għall-adozzjoni tat-test tal-emissjonijiet f'sewqan reali (RDE) ma kinitx tippermetti lill-Istati Membri jdewmu l-proċedura indebitament, kif spjegat fil-konklużjonijiet tal-EMIS; billi dan il-fajl huwa wkoll fost il-ħafna li huma bblukkati fil-Kunsill;

U.

billi wara investigazzjoni mill-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF), il-Bank Ewropew tal-Investiment u Volkswagen AG waslu għal ftehim rigward parti ta' sottoproġett ta' self ta' EUR 400 miljun li ngħata fl-2009 u li tħallas lura kompletament fil-ħin fi Frar 2014;

V.

billi, skont dan il-ftehim, il-Bank Ewropew tal-Investiment se jikkonkludi l-investigazzjoni tiegħu u Volkswagen AG, min-naħa tagħha, mhijiex se tipparteċipa minn jeddha fi kwalunkwe proġett tal-Bank Ewropew tal-Investiment matul perjodu ta' esklużjoni ta' 18-il xahar;

Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni

1.

Ifakkar li, skont l-Artikolu 17(8) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, “il-Kummissjoni bħala grupp għandha tkun responsabbli quddiem il-Parlament Ewropew”; jiddispjaċih, għalhekk, li l-Kummissjoni, bħala grupp, ma ppreżentatx rapport komprensiv lill-Parlament li jindirizza kemm il-konklużjonijiet kif ukoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat EMIS;

2.

Jiddeplora l-fatt li l-ittra mill-Kummissarju għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs, Elżbieta Bieńkowska, lill-ex President tal-Kumitat EMIS, mhijiex biżżejjed, peress li mhux il-kwistjonijiet kollha jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissarju, kif iddikjarat fl-ittra, u l-ittra tonqos milli tindirizza l-konklużjonijiet tal-Kumitat EMIS;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tibgħat rapport komprensiv minnufih, approvat mill-Kulleġġ sħiħ, lill-Parlament, kif rikjest mill-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu, li jindirizza mhux biss ir-rakkomandazzjonijiet, iżda anke l-qalba tal-kompitu investigattiv tal-inkjesta parlamentari, jiġifieri l-konklużjonijiet tal-Kumitat EMIS, b'mod partikolari fir-rigward tal-każijiet ta' amministrazzjoni ħażina u ksur tad-dritt tal-UE; iqis li l-Kummissjoni għandha tislet konklużjonijiet politiċi ċari abbażi tal-konklużjonijiet tal-Kumitat EMIS;

4.

Jinnota li r-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman tikkonferma li l-Kummissjoni xekklet b'mod sinifikanti l-ħidma ta' kumitat ta' inkjesta parlamentari uffiċjali; iqis li l-Kummissjoni għandha tislet konklużjonijiet politiċi ċari minn dan in-nuqqas;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tagħti aċċess għall-minuti tal-laqgħat tal-kumitati tekniċi, b'mod ġenerali, u għal dawk tal-Kumitat Tekniku għall-Vetturi bil-Mutur, b'mod partikolari;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika linji gwida dwar is-sejħa lura ta' vetturi, filwaqt li tiddeskrivi fid-dettall kif il-vetturi li jissejħu lura jridu jikkonformaw mar-regolamenti rilevanti tal-UE, fosthom bl-applikazzjoni ta' modifiki retroattivi tal-hardware meta l-aġġornamenti tas-software ma jiżgurawx il-konformità mal-limiti tal-emissjonijiet;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni biex fil-linji gwida tinkludi miżuri li jiżguraw li l-vetturi li jniġġsu ħafna ma jibqgħux fiċ-ċirkolazzjoni fis-suq tal-prodotti użati, inkluż fi Stati Membri u f'pajjiżi terzi oħra;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq mill-Istati Membri b'konformità mar-Regolament (UE) 2018/858;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproċedi bil-ħidma fl-ewwel stadju tal-proċeduri ta' ksur kontra l-Ġermanja, il-Lussemburgu, ir-Renju Unit u l-Italja, peress li dawn il-proċeduri ġew varati aktar minn sentejn ilu, u toħroġ opinjonijiet motivati;

10.

Jilqa' d-deċiżjoni tal-QĠUE tat-13 ta' Diċembru 2018, li kkonkludiet li l-Kummissjoni ma kellha ebda setgħa li temenda, bħala parti mit-tieni pakkett tal-RDE, il-limiti ta' emissjonijiet ta' NOx stabbiliti mill-istandard Euro 6; jinnota li l-QĠUE kkonkludiet ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi spjegazzjoni teknika sodisfaċenti għall-ħtieġa li l-limiti ta' emissjonijiet ta' NOx jiġu aġġustati bl-introduzzjoni ta' fatturi ta' konformità; iqis li l-limiti ta' emissjonijiet ta' NOx stabbiliti mill-istandard Euro 6 għandhom jiġu rrispettati f'kundizzjonijiet normali ta' użu u li r-responsabbiltà tal-Kummissjoni hija li tfassal testijiet tal-RDE sabiex jirriflettu l-emissjonijiet fid-dinja reali;

11.

Jiddispjaċih dwar id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tappella s-sentenza tal-QĠUE fil-kawżi T-339/16, T-352/16 u T-391/16, u jitlob lill-Kummissjoni tbiddel id-deċiżjoni tagħha fid-dawl tal-iżviluppi riċenti;

12.

Jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament jekk id-deċiżjoni biex tappella ttawwal l-iskadenza stabbilita mill-QĠUE sa meta l-fatturi ta' konformità jistgħu jibqgħu fis-seħħ;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-limiti ta' emissjonijiet fis-seħħ bħalissa, stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 715/2007, li għandhom jiġu rispettati waqt kundizzjonijiet reali tas-sewqan skont dan ir-Regolament, u ma tintroduċi ebda koeffiċjent ta' korrezzjoni ġdid (jiġifieri fatturi ta' konformità) li jagħmlu dawn il-limiti legali inqas stretti;

14.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li r-rapport tal-OLAF wara l-investigazzjoni tiegħu b'rabta mas-self tal-BEI “Antrieb RDI” lil Volkswagen AG qatt ma sar pubbliku, u jiddispjaċih dwar id-dgħufija tal-miżuri meħuda mill-BEI;

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri

15.

Jistieden lill-Istati Membri biex, mingħajr dewmien, jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa mill-Kummissjoni biex tħejji rapport dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri dwar il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat EMIS;

16.

Jiddispjaċih dwar l-approċċi differenti u n-nuqqas ta' koordinazzjoni mill-Istati Membri fis-sejħa lura ta' vetturi u fl-offerta ta' programmi ta' skambju; iqis li dawn l-approċċi differenti jikkompromettu l-interessi tal-konsumatur, il-ħarsien tal-ambjent, is-saħħa taċ-ċittadini u l-funzjonament tas-suq intern;

17.

Jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw b'urġenza l-miżuri meħtieġa biex isejħu lura jew jirtiraw mis-suq in-numru kbir ta' karozzi li jniġġsu ħafna, u jikkooperaw bis-sħiħ mal-Kummissjoni dwar approċċ komuni għal azzjonijiet ta' sejħa lura abbażi ta' linji gwida tal-Kummissjoni;

18.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li r-rekwiżiti ta' programmi ta' skambju u ta' modifiki retroattivi tal-hardware għall-manifatturi Ġermaniżi tal-karozzi mhumiex applikati barra l-Ġermanja jew għal manifatturi tal-karozzi oħra fl-Unjoni;

19.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-manifatturi tal-karozzi jikkoordinaw modifiki retroattivi tal-hardware mandatorji għal vetturi diesel mhux konformi, inklużi modifiki retroattivi tal-hardware tar-riduzzjoni katalitika selettiva, biex inaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tan-nitroġenu (NO2) u jnaddfu l-flotta eżistenti; iqis li l-ispejjeż ta' dawn il-modifiki retroattivi għandhom jiġġarrbu mill-manifatturi tal-karozzi responsabbli;

20.

Jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma pprovdew ebda informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-programmi ta' sejħa lura tagħhom biex jipprovdu tali informazzjoni mingħajr aktar dewmien;

21.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw l-effikaċja tal-kontrolli tas-sorveljanza tas-suq u jittestjaw il-karozzi fiċ-ċirkolazzjoni lil hinn mill-parametri tal-RDE biex jiżguraw li l-manifatturi ma jottimizzawx il-vetturi għal dawn it-testijiet tal-RDE bl-użu tal-faċilitajiet tagħhom stess, kif issuġġerit fid-dokument informattiv u analitiku tal-QEA;

22.

Jistieden lill-Istati Membri involuti fil-proċeduri ta' ksur rilevanti jikkooperaw bis-sħiħ mal-Kummissjoni u jipprovdulha l-informazzjoni kollha meħtieġa;

23.

Jistieden lill-Istati Membri ma jħallux lill-manifatturi tal-karozzi jużaw flessibbiltajiet ġodda fil-proċedura ta' ttestjar armonizzata fuq livell dinji għall-vetturi ħfief (WLTP) bħala mezz biex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom ta' CO2;

24.

Ifakkar lill-Istati Membri jiżguraw li l-karozzi kollha fl-istabbilimenti tal-vetturi jużaw biss il-valuri ta' CO2 tad-WLTP, biex tiġi evitata kwalunkwe konfużjoni min-naħa tal-konsumaturi, u jenfasizza li l-Istati Membri għandhom jaġġustaw it-tassazzjoni tal-vetturi u l-inċentivi fiskali għall-valuri tad-WLTP, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju li d-WLTP m'għandux ikollha impatt negattiv fuq il-konsumaturi;

25.

Iħeġġeġ lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jassumi r-responsabbiltajiet tiegħu u jadotta b'urġenza approċċ ġenerali dwar il-proposta għal Direttiva dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi u l-proposta għal reviżjoni tar- Regolament (UE) Nru 182/2011;

26.

Jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat livell għoli u uniformi ta' protezzjoni tal-konsumatur fis-suq uniku fil-konfront ta' kwalunkwe manipulazzjoni futura mill-manifatturi tal-karozzi li tirriżulta f'emissjonijiet ogħla minn dawk mistennijin u jistieden lill-Istati Membri jappoġġjaw l-iżvilupp ta' proċeduri ġusti, affordabbli u f'waqthom għal rimedju kollettiv;

27.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu passi deċiżivi biex jiffaċilitaw l-aċċess għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi fl-Istati Membri kollha, filwaqt li jevitaw żieda fl-użu ta' vetturi qodma u li jniġġsu ħafna fi Stati Membri b'introjtu aktar baxx;

28.

Jenfasizza, f'dan ir-rigward, li d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-infrastruttura tal-iċċarġjar, inkluż fil-bini privat u pubbliku f'konformità mad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (EPBD) (14), kif ukoll il-kompetittività tal-vetturi elettriċi, huma essenzjali biex il-konsumaturi jaċċettawhom aktar;

29.

Iħeġġeġ lill-President tal-Kunsill Ewropew u lill-President tal-Kummissjoni jattendu l-ewwel sessjoni parzjali tal-Parlament Ewropew f'April 2019 biex iwieġbu kwalunkwe mistoqsija li jkun fadal rigward il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-EMIS, ir-rakkomandazzjoni tal-Ombudsman u elementi oħra ta' din ir-riżoluzzjoni;

o

o o

30.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 113, 19.5.1995, p. 1.

(2)  ĠU L 10, 15.1.2016, p. 13.

(3)  ĠU L 171, 29.6.2007, p. 1.

(4)  ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.

(5)  ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1.

(6)  ĠU L 109, 26.4.2016, p. 1.

(7)  ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1.

(8)  ĠU C 355, 20.10.2017, p. 11.

(9)  ĠU C 204, 13.6.2018, p. 21.

(10)  ĠU C 298, 23.8.2018, p. 140.

(11)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta' Diċembru 2018, Ville de Paris, Ville de Bruxelles, Ayuntamiento de Madrid vs Il-Kummissjoni, T-339/16, T-352/16 u T-391/16, ECLI:EU:T:2018:927.

(12)  Testi adottati, P8_TA(2019)0186.

(13)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(14)  Id-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75).


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 26 ta’ Marzu 2019

26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/126


P8_TA(2019)0224

Ftehim komprensiv UE-Użbekistan

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-ftehim komprensiv il-ġdid bejn l-UE u l-Użbekistan (2018/2236(INI))

(2021/C 108/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/… tas-16 ta' Lulju 2018 li tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà jiftħu negozjati dwar, u jinnegozjaw, f'isem l-Unjoni, id-dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Unjoni ta' Ftehim Komprensiv bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra (10336/18),

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, tas-16 ta' Lulju 2018, li tawtorizza lill-Kummissjoni Ewropea tiftaħ negozjati dwar, u tinnegozja, f'isem l-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Istati Membri ta' Ftehim Komprensiv bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra (10337/18),

wara li kkunsidra d-direttivi ta' negozjati tal-Kunsill tas-16 ta' Lulju 2018 (10601/18 EU Restricted), trażmessi lill-Parlament fis-6 ta' Awwissu 2018,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) eżistenti bejn l-UE u r-Repubblika tal-Użbekistan, li daħal fis-seħħ fl-1999,

wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil bejn l-UE u l-Użbekistan dwar l-enerġija ffirmat f'Jannar 2011,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha mill-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), adottati mill-Kunsill fl-2013,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, filwaqt li titqies l-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (1)

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta' Protokoll għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra, li jemenda l-Ftehim sabiex jestendi d-dispożizzjonijiet tal-Ftehim għall-kummerċ bilaterali fit-tessuti, filwaqt li titqies l-iskadenza tal-Ftehim bilaterali dwar it-tessuti (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Użbekistan (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-Ażja Ċentrali (4), u tat-13 ta' April 2016 dwar implimentazzjoni u rieżami tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali (5),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tad-19 ta' Settembru 2018 bit-titolu “Konnessjoni bejn l-Ewropa u l-Asja – Elementi Fundamentali għal Strateġija tal-UE” (JOIN(2018)0031),

wara li kkunsidra ż-żjarat fl-Użbekistan mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tiegħu u s-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem tiegħu ta' Settembru 2018 u Mejju 2017 rispettivament, u ż-żjarat regolari fil-pajjiż mid-Delegazzjoni tiegħu għall-Kumitati ta' Kooperazzjoni Parlamentari UE-Każakistan, UE-Kirgiżistan, UE-Użbekistan u UE-Taġikistan, u għar-relazzjonijiet mat-Turkmenistan u l-Mongolja,

wara li kkunsidra r-riżultati tat-13-il laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE u l-Asja Ċentrali, li saret fl-10 ta' Novembru 2017 f'Samarkand, li indirizzat l-aġenda bilaterali (l-ekonomija, il-konnettività, is-sigurtà u l-istat tad-dritt) u kwistjonijiet reġjonali,

wara li kkunsidra l-Joint Communiqué tal-14-il laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-UE u l-Asja Ċentrali, li saret fit-23 ta' Novembru 2018 fi Brussell, bit-titolu “EU-Central Asia – Working together to build a future of inclusive growth, sustainable connectivity and stronger partnerships” (6) (L-UE u l-Asja Ċentrali – Naħdmu flimkien biex nibnu futur ta' tkabbir inklużiv, konnettività sostenibbli u sħubiji aktar b'saħħithom),

wara li kkunsidra l-assistenza għall-iżvilupp kontinwa mill-UE lill-Użbekistan, li tammonta għal EUR 168 miljun fil-perjodu bejn l-2014 u l-2020, l-assistenza finanzjarja mill-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) u l-Bank Ewropew għar-Rikostituzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ), u miżuri oħra tal-UE f'appoġġ tal-paċi u s-sigurtà u t-tnaqqis tal-iskart nukleari fil-pajjiż,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Konferenza ta' Tashkent dwar l-Afganistan tas-26 u s-27 ta' Marzu 2018, ospitata mill-Użbekistan u kopreseduta mill-Afganistan, bit-titolu “Peace process, security cooperation and regional connectivity” (Il-proċess ta' paċi, il-kooperazzjoni tas-sigurtà u l-konnettività reġjonali),

wara li kkunsidra l-Istrateġija ta' Azzjonijiet f'Ħames Oqsma Prijoritarji għall-Iżvilupp tal-Użbekistan (l-Istrateġija għall-Iżvilupp) għall-2017-2021,

wara li kkunsidra l-passi meħuda mill-Użbekistan lejn soċjetà aktar miftuħa u lejn relazzjonijiet aktar miftuħa mal-ġirien tiegħu sa mill-indipendenza mill-Unjoni Sovjetika,

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU,

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0149/2019),

A.

billi fit-23 ta' Novembru 2018, l-UE u l-Użbekistan nedew negozjati dwar Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni (EPCA) komprensiv, bil-ħsieb li jiġi sostitwit l-FSK attwali bejn l-UE u l-Użbekistan, bil-għan ta' kooperazzjoni msaħħa u aktar profonda fl-oqsma ta' interess reċiproku u abbażi tal-valuri kondiviżi tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett għal-libertajiet fundamentali, u governanza tajba, sabiex jiġu promossi l-iżvilupp sostenibbli u s-sigurtà internazzjonali u jiġu indirizzati b'mod effettiv sfidi globali bħat-terroriżmu, it-tibdil fil-klima u l-kriminalità organizzata;

B.

billi l-EPCA jirrikjedi l-kunsens tal-Parlament sabiex jidħol fis-seħħ;

1.

Jirrakkomanda dan li ġej lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ):

Relazzjonijiet UE-Użbekistan

(a)

jilqa' l-impenji u l-passi meħuda mill-Użbekistan lejn soċjetà aktar miftuħa u l-livell ta' impenn ġenwin fi ħdan id-djalogu politiku bejn l-UE u l-Użbekistan, li wasslu għal ftuħ ta' negozjati dwar EPCA komprensiv; jenfasizza l-interess tal-UE fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet tagħha mal-Użbekistan fuq il-bażi ta' valuri komuni u jirrikonoxxi r-rwol tal-Użbekistan bħala pont kulturali u politiku importanti bejn l-Ewropa u l-Asja;

(b)

jipprevedi djalogu regolari u fil-fond u jissorvelja l-implimentazzjoni sħiħa tar-riformi politiċi u demokratiċi mmirati lejn il-ħolqien ta' ġudikatura indipendenti – inkluż it-tneħħija tar-restrizzjonijiet kollha fuq l-indipendenza tal-avukati –, parlament ġenwinament indipendenti li jirriżulta minn elezzjoni ġenwinament kompetittiva, li jipproteġi d-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-libertà tal-media, it-tneħħija tal-influwenza politika fuq is-servizzi tas-sigurtà u l-iżgurar li jimpenjaw ruħhom biex jirrispettaw l-istat tad-dritt, u involviment qawwi tas-soċjetà ċivili fil-proċess ta' riforma; jilqa' s-setgħat il-ġodda mogħtija lill-Oliy Majlis u l-mekkaniżmi l-ġodda li jsaħħu s-sorveljanza parlamentari; jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-OSKE/ODIHR wara l-elezzjonijiet parlamentari tal-2014;

(c)

jenfasizza l-importanza ta', u jipprovdi appoġġ sinifikanti għal, riformi sostenibbli u l-implimentazzjoni tagħhom, abbażi tal-ftehimiet attwali u futuri, li jwassal għal riżultati tanġibbli u jindirizza kwistjonijiet politiċi, soċjetali u ekonomiċi, bil-għan, b'mod partikolari, li tittejjeb il-governanza, li jinfetaħ spazju għal soċjetà ċivili ġenwinament diversa u indipendenti, li jissaħħaħ ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, li jitħarsu l-minoranzi u l-persuni vulnerabbli kollha, inklużi l-persuni b'diżabilità, li jiġi żgurat l-obbligu ta' rendikont għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u reati oħra u li jitneħħew l-ostakoli għall-intraprenditorja;

(d)

jirrikonoxxi u jappoġġja l-impenn tal-Użbekistan għar-riformi strutturali, amministrattivi u ekonomiċi li għaddejjin biex jittejbu l-klima tan-negozju, is-sistema ġudizzjarja u s-servizzi tas-sigurtà, il-kundizzjonijiet tax-xogħol, u l-obbligu ta' rendikont u l-effiċjenza amministrattiva, u jenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa u verifikabbli tagħhom; jilqa' l-liberalizzazzjoni tal-operazzjonijiet ta' muniti barranin u tas-suq tal-muniti barranin; jenfasizza li l-pjan ta' riforma komprensiv tal-Użbekistan, l-Istrateġija ta' Żvilupp għall-2017-2021, irid jiġi implimentat u appoġġjat minn miżuri li jiffaċilitaw il-kummerċ estern u jtejbu l-ambjent tan-negozju; iqis li l-migrazzjoni tal-ħaddiema u r-rimessi huma mekkaniżmi ewlenin biex jiġi indirizzat il-faqar fl-Użbekistan;

(e)

iħeġġeġ lill-Gvern Użbek biex jiżgura li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, is-soċjetà ċivili, l-osservaturi internazzjonali u l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem ikunu jistgħu joperaw liberament f'ambjent legalment sod u politikament sikur, b'mod partikolari billi jiffaċilitaw il-proċessi ta' reġistrazzjoni u jippermettu rikors legali f'każ ta' ċaħda ta' reġistrazzjoni; iħeġġeġ lill-gvern biex jippermetti monitoraġġ regolari, bla xkiel u indipendenti tal-kundizzjonijiet fil-ħabsijiet u fis-siti tad-detenzjoni; jinkoraġġixxi lill-gvern biex jistieden lir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, jimplimenta r-rakkomandazzjoni mill-aħħar żjara tiegħu fl-2003 u jġib il-liġijiet u l-prattiki nazzjonali konformi mal-liġi u l-istandards internazzjonali, inkluż mekkaniżmu ta' monitoraġġ indipendenti li jagħti aċċess bla xkiel għal postijiet ta' detenzjoni sabiex it-trattament tal-priġunieri jkun jista' jiġi mmonitorjat; jistieden lill-awtoritajiet jinvestigaw bir-reqqa l-allegazzjonijiet kollha ta' tortura jew ta' trattament inuman;

(f)

jippromwovi l-ħolqien ta' soċjetà tolleranti, inklussiva, pluralista u demokratika taħt gvern kredibbli billi jappoġġja l-liberalizzazzjoni gradwali b'rispett sħiħ għall-prinċipji ta' gwida tan-NU dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem u l-progress soċjoekonomiku għall-benefiċċju tan-nies;

(g)

jilqa' l-ħelsien ta' priġunieri politiċi iżda jħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jiggarantulhom rijabilitazzjoni sħiħa u aċċess għal rimedju u trattament mediku; jitlob ir-rilaxx tal-priġunieri politiċi kollha li fadal u l-individwi l-oħra kollha detenuti jew ippersegwitati fuq akkużi politikament motivati bħall-attivisti għad-drittijiet tal-bniedem, is-soċjetà ċivili u l-attivisti reliġjużi, il-ġurnalisti u l-politiċi tal-oppożizzjoni; jesprimi tħassib dwar il-bosta proċessi bil-bibien magħluqa u jħeġġeġ lill-gvern biex itemm dawn il-prattiki; iħeġġeġ lill-gvern biex jemenda malajr id-dispożizzjonijiet tal-kodiċi kriminali tiegħu dwar l-estremiżmu li xi kultant jintużaw ħażin biex jikkriminalizzaw in-nuqqas ta' qbil; jilqa' l-impenji li ttieħdu biex tieqaf tintuża l-akkuża ta' “ksur tar-regoli tal-ħabs” biex jiġu estiżi b'mod arbitrarju s-sentenzi ta' priġunieri politiċi; jiżgura li l-priġunieri politiċi kollha li huma kkundannati għal reati kriminali u reati oħra jingħataw kopji tas-sentenzi tal-qorti dwar il-każijiet tagħhom sabiex ikunu jistgħu jużaw id-dritt tagħhom li jappellaw u japplikaw għal riabilitazzjoni; jilqa' il-laxkar ta' xi restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' għaqda paċifika u jinkoraġġixxi ukoll it-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq dawk id-drittijiet, bħad-detenzjoni ta' dimostranti paċifiċi, u b'hekk jaderixxi mad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; jilqa' ż-żjara riċenti mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin;

(h)

jinnota li l-klassifikazzjoni tal-Użbekistan fl-Indiċi tal-Libertà tal-Istampa tar-Reporters Mingħajr Fruntieri tjiebet biss ftit bejn l-2016 u l-2018 u jibqa' mħasseb dwar iċ-ċensura, l-imblukkar ta' siti web, l-awtoċensura ta' ġurnalisti u bloggers, il-fastidju, kemm onlajn kif ukoll offline, u akkużi kriminali motivati politikament; iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex iwaqqfu l-pressjoni fuqil-midja u s-sorveljanza tagħha, biex iwaqqfu l-imblukkar ta' siti web indipendenti u biex jippermettu lill-midja internazzjonali takkredita l-korrispondenti u topera fil-pajjiż; jappoġġja u jilqa' l-miżuri meħuda lejn indipendenza akbar tal-midja u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, pereżempju t-tneħħija ta' xi restrizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tagħhom, kif ukoll ir-ritorn ta' midja barranija u internazzjonali u NGOs, li qabel kienu esklużi mill-pajjiż; jilqa' l-liġi l-ġdida dwar ir-reġistrazzjoni tal-NGOs, li naqqset xi proċeduri ta' reġistrazzjoni u xi rekwiżiti biex jingħata permess minn ħafna qabel għal attivitajiet jew laqgħat; iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jimplimentaw bis-sħiħ din il-liġi, inkluż billi jitneħħew l-ostakli kollha għar-reġistrazzjoni ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, u jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet jindirizzaw ir-restrizzjonijiet li fadal li jillimitaw il-ħidma tal-NGOs, bħal rekwiżiti ta' reġistrazzjoni li huma ta' piż u monitoraġġ intrużiv;

(i)

jilqa' l-progress li sar lejn l-eradikazzjoni tat-tħaddim tat-tfal u l-eliminazzjoni gradwali tax-xogħol furzat, kif ukoll iż-żjarat riċenti fl-Użbekistan minn Rapporteurs Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti u l-ftuħ mill-ġdid tal-pajjiż għal NGOs internazzjonali f'dan il-qasam; jirrimarka li x-xogħol furzat sponsorjat mill-istat fl-industriji tal-qoton u tal-ħarir u f'oqsma oħra jibqa' problema; jistenna passi mill-Gvern tal-Użbekistan biex jeqred il-forom kollha ta' xogħol furzat, jindirizza l-kawżi fundamentali tal-fenomenu, b'mod partikolari s-sistema ta' kwoti obbligatorji, u jżomm l-awtoritajiet lokali responsabbli li jimmobilizzaw il-ħaddiema fis-settur pubbliku u l-istudenti taħt pressjoni; jenfasizza li huma meħtieġa aktar sforzi u aktar miżuri legali biex jiġi kkonsolidat il-progress f'dan il-qasam bil-ħsieb li jitneħħa x-xogħol furzat; jinkoraġġixxi f'dan ir-rigward aktar kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO); jinkoraġġixxi l-għoti ta' aċċess fil-pajjiż għal żjara mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-forom kontemporanji ta' skjavitù; jenfasizza l-importanza tal-isforzi biex tiġi żviluppata katina tal-provvista tal-qoton sostenibbli kif ukoll teknoloġiji u prattiki tal-biedja moderni u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent għat-tkabbir tal-qoton fil-pajjiż; jappoġġja lill-bdiewa lokali li jkabbru l-qoton fit-titjib tal-effiċjenza tal-produzzjoni tagħhom, is-salvagwardja tal-ambjent u t-titjib tal-prattiki tax-xogħol bil-ħsieb li jitneħħa x-xogħol furzat;

(j)

iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex iżidu l-azzjoni biex inaqqsu l-qgħad fil-pajjiż, inkluż il-ftuħ tas-settur privat u t-tisħiħ tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju; jilqa', f'dan ir-rigward, l-estensjoni tal-Programm ta' Taħriġ għal Ġestjoni u jinkoraġġixxi programmi ta' taħriġ ulterjuri għall-intraprendituri; ifakkar fil-potenzjal tal-popolazzjoni żagħżugħa u l-livell ta' edukazzjoni relattivament għoli f'dan ir-rigward; jinkoraġġixxi l-promozzjoni ta' programmi edukattivi ta' intraprenditorija; ifakkar fl-importanza ta' programmi tal-UE bħall-Erasmus+ għall-promozzjoni ta' djalogu interkulturali bejn l-UE u l-Użbekistan u fil-provvista ta' opportunitajiet għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-studenti li jieħdu sehem f'dawn il-programmi bħala atturi pożittivi ta' bidla fis-soċjetà tagħhom;

(k)

ikompli jorganizza djalogi annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem organizzati mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u, f'dan il-kuntest, jagħmel pressjoni biex jiġu solvuti każijiet individwali ta' tħassib, inklużi dawk tal-priġunieri politiċi; jaqbel dwar oqsma konkreti qabel kull sensiela ta' djalogi fuq bażi annwali u jivvaluta l-progress fuq ir-riżultati skont l-istandards tal-UE, filwaqt li jintegra l-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-laqgħat u l-politiki l-oħra kollha; jinkoraġġixxi u jevalwa l-konformità ma' strumenti internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem, kif irratifikati mill-Użbekistan, b'mod partikolari fin-NU, l-OSKE u l-ILO; jesprimi tħassib kontinwu dwar il-problemi pendenti u n-nuqqas ta' implimentazzjoni ta' xi riformi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jiddekriminalizzaw ir-relazzjonijiet sesswali kunsenswali bejn persuni tal-istess sess u jrawmu kultura ta' tolleranza għall-persuni LGBTI; jistieden lill-awtoritajiet Użbeki biex jirrispettaw u jippromwovu d-drittijiet tan-nisa;

(l)

jiżgura reviżjoni tas-sistema tal-passaporti; jilqa' l-abolizzjoni tas-sistema ta' “viżi ta' ħruġ”, li qabel kienu meħtieġa minn ċittadini Użbeki li jivvjaġġaw barra mill-Commonwealth ta' Stati Indipendenti (CIS); jilqa' t-tħabbira tal-Użbekistan li mhux se jibqa' jirrikjedi viżi minn ċittadini tal-Istati Membri tal-UE minn Jannar 2019;

(m)

iħeġġeġ lill-awtoritajiet itejbu s-sistema lokali tal-kura tas-saħħa u jżidu r-riżorsi tal-istat biex jiffaċilitaw it-titjib, ladarba s-sitwazzjoni ddeterjorat b'mod sinifikanti minn meta l-pajjiż kiseb l-indipendenza;

(n)

iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jipprovdu l-appoġġ meħtieġ u jfittxu l-kontribuzzjoni u l-appoġġ tal-imsieħba internazzjonali biex jippermettu lill-Użbekistan, u b'mod partikolari r-Repubblika awtonoma ta' Karakalpakstan, biex jindirizzaw aktar il-konsegwenzi ekonomiċi, soċjali u dawk relatati mas-saħħa tad-diżastru ambjentali tal-Baħar Aral billi jistabbilixxu politiki u prattiki ta' konservazzjoni u ta' ġestjoni tal-ilma sostenibbli u pjan ta' tindif gradwali kredibbli għar-reġjun; jilqa' l-iżviluppi pożittivi fil-kooperazzjoni reġjonali dwar l-ilma, b'mod partikolari mat-Taġikistan u l-Każakistan, it-twaqqif tal-Fond Fiduċjarju għas-Sigurtà tal-Bniedem tan-NU għal Bosta Msieħba għar-Reġjun tal-Baħar Aral u l-impenn muri mill-awtoritajiet; ikompli jappoġġja l-isforzi biex tittejjeb l-infrastruttura tat-tisqija;

(o)

jirrikonoxxi l-politika barranija l-ġdida tal-Użbekistan, li wasslet għal titjib fil-kooperazzjoni ma' ġirien u msieħba internazzjonali, b'mod partikolari dwar il-promozzjoni tal-istabilità u s-sigurtà fir-reġjun, il-ġestjoni tal-fruntieri u tal-ilma, id-demarkazzjoni tal-fruntiera u l-enerġija; jappoġġja l-impenn pożittiv tal-Użbekistan fil-proċess ta' paċi fl-Afganistan;

(p)

jilqa' l-impenn kontinwu tal-Użbekistan biex iħares iż-Żona Ħielsa minn Armi Nukleari tal-Asja Ċentrali; ifakkar fl-impenn tal-UE biex tappoġġja lill-Użbekistan fit-trattament ta' skart tossiku u radjuattiv; iħeġġeġ lill-Użbekistan biex jiffirma t-Trattat dwar il-Projbizzjoni ta' Armi Nukleari;

(q)

iqis ir-rwol importanti tal-Użbekistan fir-rieżmi li jmiss tal-Istrateġija tal-UE u l-Asja Ċentrali, li tapplika l-prinċipju tad-differenzjazzjoni;

(r)

jirrikonoxxi t-tħassib dwar is-sigurtà leġittima tal-Użbekistan, u jżid il-kooperazzjoni fl-appoġġ tal-ġestjoni ta' kriżijiet, il-prevenzjoni ta' konflitti, il-ġestjoni integrata tal-fruntieri u l-isforzi biex jiġu indirizzati r-radikalizzazzjoni vjolenti, it-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-kummerċ illeċitu fid-drogi, filwaqt li jiġi rrispettat l-istat tad-dritt, inkluż il-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem;

(s)

jiżgura kooperazzjoni effettiva fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa;

(t)

jorbot it-twassil tal-assistenza lill-Użbekistan mal-istrumenti finanzjarji esterni tal-UE u ma' self mill-BEI u l-BERŻ lejn il-kontinwazzjoni tal-progress tar-riforma;

(u)

jappoġġja l-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet internazzjonali ewlenin meħtieġa għal status ta' GSP+;

(v)

jappoġġja l-isforzi tal-Użbekistan biex jinvolvi ruħu fil-proċess biex jingħaqad mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) sabiex jintegra aħjar lill-pajjiż fl-ekonomija dinjija u jtejjeb il-klima kummerċjali tiegħu, u b'hekk jattira aktar investiment dirett barrani (IDB);

(w)

iqis l-iżvilupp ta' dawn ir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-inizjattiva taċ-Ċina ta' “One Belt, One Road” (OBOR); u jinsisti fuq il-konformità mat-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem marbuta ma' din l-inizjattiva, inkluż billi jiżviluppa linji gwida f'dan ir-rigward;

Ftehim komprensiv ġdid

(x)

juża n-negozjati tal-EPCA biex jappoġġja progress ġenwin u sostenibbli lejn reġim responsabbli u demokratiku li jiggarantixxi u jipproteġi d-drittijiet fundamentali għaċ-ċittadini kollha u jiffoka b'mod partikolari fuq l-iżgurar ta' ambjent favorevoli għas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-indipendenza tal-avukati; jiżgura li, qabel it-tmiem tan-negozjati, l-Użbekistan jagħmel progress tajjeb lejn l-iżgurar tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà ta' assoċjazzjoni u għaqda paċifika skont l-istandards internazzjonali, inkluż billi jitneħħew l-ostakli li jfixklu l-gruppi l-ġodda kollha milli jirreġistraw u jibdew legalment attivitajiet fil-pajjiż u li jirċievu finanzjament barrani;

(y)

jinnegozja ftehim modern, kumplessiv u ambizzjuż bejn l-UE u l-Użbekistan li jissostitwixxi l-FSK tal-1999, isaħħaħ il-kuntatt bejn il-ġnus, il-kooperazzjoni politika, ir-relazzjonijiet kummerċjali u ta' investiment, u l-kooperazzjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli, il-protezzjoni tal-ambjent, il-konnettività, id-drittijiet tal-bniedem u l-governanza, u jikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli tal-Użbekistan;

(z)

iġedded l-impenn tagħhom lejn l-avvanz ta' standards demokratiċi, il-prinċipji ta' governanza tajba u l-istat tad-dritt, u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inkluż il-libertà ta' reliġjon jew twemmin, u d-difensuri tagħhom;

(aa)

jappoġġja l-isforzi mġedda tal-Użbekistan lejn kooperazzjoni multilaterali u internazzjonali fir-rigward ta' sfidi globali u reġjonali, bħas-sigurtà internazzjonali u l-ġlieda kontra l-estremiżmu vjolenti, il-kriminalità organizzata, it-traffikar tad-droga, l-immaniġġjar tal-ilma, id-degradazzjoni ambjentali, it-tibdil fil-klima u l-migrazzjoni, fost l-oħrajn;

(ab)

jiżgura li l-ftehim komprensiv jiffaċilita u jsaħħaħ il-kooperazzjoni reġjonali u r-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti tal-kontroversji eżistenti, u jwitti t-triq għal relazzjonijiet ġenwini ta' viċinat tajjeb;

(ac)

itejjeb id-dispożizzjonijiet relatati mar-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi billi jorbothom aħjar mad-dispożizzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u impenn għall-implimentazzjoni tal-prinċipji gwida tan-NU dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li jipprovdi mekkaniżmi biex jiġu vvalutati u indirizzati l-impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem, minn naħa, u billi jippromwovi l-prinċipji tal-ekonomija tas-suq, inkluża ċ-ċertezza legali, u istituzzjonijiet indipendenti u trasparenti, djalogu soċjali u implimentazzjoni tal-istandards tax-xogħol tal-ILO sabiex jiġi garantit investiment dirett barrani sostenibbli u jingħata kontribut għad-diversifikazzjoni tal-ekonomija min-naħa l-oħra; itejjeb il-kooperazzjoni fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus u l-evażjoni tat-taxxa u jiżgura li l-assi attwalment iffriżati f'diversi Stati Membri tal-UE u taż-ŻEE jiġu ripatrijati b'mod responsabbli għall-benefiċċju tal-poplu Użbek kollu;

(ad)

isaħħaħ l-aspetti tal-kooperazzjoni interparlamentari fi ħdan Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni fl-oqsma tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-obbligu ta' rendikont dirett ta' rappreżentanti tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni u l-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni;

(ae)

jiżgura l-involviment tal-atturi rilevanti kollha, inkluż tas-soċjetà ċivili, kemm waqt in-negozjati kif ukoll waqt il-fażi ta' implimentazzjoni tal-ftehim;

(af)

jinkludi termini dwar is-sospensjoni potenzjali tal-kooperazzjoni f'każ ta' ksur ta' elementi essenzjali minn xi parti, fir-rigward, b'mod partikolari, tar-rispett għad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, inkluż il-konsultazzjoni tal-Parlament Ewropew f'każijiet bħal dawn; jistabbilixxi mekkaniżmu ta' monitoraġġ u ta' lmenti indipendenti li jipprovdi lill-popolazzjonijiet affettwati u lir-rappreżentanti tagħhom b'għodda effettiva biex jindirizzaw l-impatti fuq id-drittijiet tal-bniedem u jissorvelja l-implimentazzjoni;

(ag)

jiżgura li l-Parlament Ewropew ikun involut mill-qrib fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-partijiet kollha tal-EPCA ladarba jidħol fis-seħħ, jorganizza konsultazzjonijiet f'dan il-kuntest, jiżgura li l-Parlament u s-soċjetà ċivili ikunu infurmati kif suppost dwar l-implimentazzjoni tal-EPCA mis-SEAE, u jirreaġixxu kif mistħoqq;

(ah)

jiżgura t-trażmissjoni tad-direttivi ta' negozjati kollha lill-Parlament Ewropew, soġġetta għar-regoli ta' kunfidenzjalità, sabiex ikun jista' jsir skrutinju xieraq mill-Parlament tal-proċess ta' negozjar; jiġu ssodisfati l-obbligi interistituzzjonali li jirriżultaw mill-Artikolu 218(10) tat-TFUE, u jinforma fil-qosor, b'mod perjodiku, lill-Parlament;

(ai)

japplika l-EPCA b'mod proviżorju biss wara li l-Parlament ikun ta l-kunsens tiegħu;

(aj)

jimplimenta kampanja ta' sensibilizzazzjoni pubblika li tenfasizza r-riżultati pożittivi mistennija ta' kooperazzjoni għall-benefiċċju taċ-ċittadini tal-UE u tal-Użbekistan, li ttejjeb ukoll ir-relazzjonijiet bejn il-ġnus;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Użbekistan.

(1)  ĠU C 238, 6.7.2018, p. 394.

(2)  ĠU C 238, 6.7.2018, p. 51.

(3)  ĠU C 274, 27.7.2016, p. 25.

(4)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 91.

(5)  ĠU C 58, 15.2.2018, p. 119.

(6)  https://eeas.europa.eu/headquarters/headquarters-homepage/54354/joint-communiqué-european-union-–-central-asia-foreign-ministers-meeting-brussels-23-november_en


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/133


P8_TA(2019)0241

Ftehim Qafas Istituzzjonali UE-Żvizzera

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Ftehim Qafas Istituzzjonali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera (2018/2262(INI))

(2021/C 108/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta' Mejju 2014 li tawtorizza n-negozjati dwar ftehim bejn l-UE u l-Iżvizzera dwar qafas istituzzjonali li jirregola r-relazzjonijiet bilaterali, u l-bidu tan-negozjati fit-22 ta' Mejju 2014,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2017 dwar ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Konfederazzjoni Żvizzera,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2010 u tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar ir-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi tal-EFTA,

wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) tal-1 ta' Jannar 1994 (1),

wara li kkunsidra r-rifjut tal-poplu Żvizzeru tal-vot popolari dwar il-parteċipazzjoni fiż-ŻEE b'50,3 % f'Diċembru 1992, l-inizjattiva “EU membership negotiations: let the people decide” (Negozjati dwar is-sħubija fl-UE: ħallu f'idejn il-poplu biex jiddeċiedi) b'74 % f'Ġunju 1997, u l-inizjattiva “Yes to Europe!” (Iva għall-Ewropa!) b'77 % f'Marzu 2001,

wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-UE u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-Iskambju ta' Kwoti tal-Emissjonijiet, li ġie ffirmat fit-23 ta' Novembru 2017 (2),

wara li kkunsidra l-Qafas ta' Kooperazzjoni bejn l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) u l-Iżvizzera, li ġie ffirmat fis-16 ta' Marzu 2012,

wara li kkunsidra l-ftehim bejn l-Iżvizzera u l-Eurojust dwar il-kooperazzjoni ġudizzjarja, li ġie ffirmat fis-27 ta' Novembru 2008 u daħal fis-seħħ fit-22 ta' Lulju 2011,

wara li kkunsidra l-ftehim bejn l-Iżvizzera u l-Europol dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pulizija fil-prevenzjoni u fil-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali serja u organizzata u t-terroriżmu, li ġie ffirmat fl-24 ta' Settembru 2004 u li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Marzu 2006, u t-tkabbir tal-qasam ta' applikazzjoni taħtu tal-1 ta' Jannar 2008,

wara li kkunsidra l-Ftehim tal-21 ta' Ġunju 1999 bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment liberu tal-persuni (3), u b'mod partikolari l-Anness I dwar il-moviment liberu tal-persuni u l-Anness III dwar ir-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki professjonali,

wara li kkunsidra l-Protokoll tas-27 ta' Mejju 2008 mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Konfederazzjoni Żvizzera, min-naħa l-oħra, dwar il-moviment ħieles tal-persuni rigward il-parteċipazzjoni, bħala partijiet kontraenti, tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija wara l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra l-Ftehim tal-25 ta' Ġunju 2009 bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar is-simplifikazzjoni tal-kontrolli u tal-formalitajiet fir-rigward tat-trasport ta' merkanzija u dwar miżuri doganali ta' sigurtà (5),

wara li kkunsidra l-inizjattiva popolari federali Żvizzera tad-9 ta' Frar 2014, li fiha 50,3 % tal-poplu Żvizzeru appoġġja proposti biex jerġgħu jiġu introdotti kwoti fuq l-immigrazzjoni mal-Unjoni Ewropea, biex tingħata preferenza nazzjonali meta jkunu qegħdin jimtlew postijiet tax-xogħol battala, u biex jiġu ristretti d-drittijiet tal-immigranti għall-benefiċċji soċjali,

wara li kkunsidra l-Ftehim bejn l-UE u l-Iżvizzera dwar il-Kummerċ Ħieles tal-1972 (6), li ġie adattat u żviluppat matul is-snin,

wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002 (7),

wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport tal-Merkanzija u tal-Passiġġieri bil-Ferrovija u bit-Triq, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002 (8),

wara li kkunsidra n-negozjati dwar il-ftehimiet bejn l-UE u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-elettriku, u dwar is-sikurezza tal-ikel, is-sikurezza tal-prodotti u s-saħħa pubblika,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2047 tal-20 ta' Diċembru 2018 dwar l-ekwivalenza tal-qafas legali u superviżorju applikabbli għall-boroż fl-Iżvizzera f'konformità mad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9),

wara li kkunsidra s-37 laqgħa interparlamentari bejn l-UE u l-Iżvizzera, li saret fi Brussell fl-4 u fil-5 ta' Lulju 2018,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar l-Iżvizzera, b'mod partikolari tad-9 ta' Settembru 2015 dwar iż-ŻEE-Żvizzera: Ostakoli fir-rigward tal-implimentazzjoni sħiħa tas-suq intern (10), u l-abbozz ta' mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat tiegħu għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur dwar l-istess suġġett tal-24 ta' April 2018,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Frar 2017 dwar ir-Rapport Annwali dwar il-Governanza tas-Suq Uniku fi ħdan is-Semestru Ewropew 2017 (11),

wara li kkunsidra l-Artikoli 108(4) u 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0147/2019),

A.

billi r-relazzjoni attwali tal-Iżvizzera mal-UE hija bbażata fuq sett kumpless ta' madwar 20 ftehim bilaterali settorjali prinċipali u madwar 100 ftehim ieħor; billi l-Iżvizzera tipparteċipa b'mod parzjali biss fl-erba' libertajiet ilkoll kemm huma; billi filwaqt li fil-passat dawn il-ftehimiet saħħew il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iżvizzera fl-oqsma tas-suq intern, is-sigurtà interna u l-ażil, it-trasport u l-kwistjonijiet tat-taxxa, fil-futur dan is-sett kumpless ta' ftehimiet jista' ma jibqax jgħodd, filwaqt li jagħmel l-implimentazzjoni tagħhom inqas rilevanti, sakemm ma jiġix miftiehem qafas globali;

B.

billi skont id-data tal-Eurostat, fl-2017 l-Iżvizzera kienet it-tielet l-akbar sieħba tal-UE f'termini ta' esportazzjoni ta' merkanzija u r-raba' l-akbar sieħba tagħha f'termini ta' importazzjoni ta' merkanzija;

C.

billi l-Kunsill iddikjara li ftehim istituzzjonali globali mal-Iżvizzera għandu jfittex li jipproteġi l-omoġeneità tas-suq intern u jiżgura ċ-ċertezza tad-dritt għall-awtoritajiet, iċ-ċittadini u l-operaturi ekonomiċi;

D.

billi l-Kunsill Federali Żvizzeru jixtieq jikkonkludi qafas istituzzjonali mal-UE li jiżgura ċ-ċertezza tad-dritt fil-qasam tal-aċċess għas-suq u li jippreserva l-prosperità, l-indipendenza u l-ordinament ġuridiku tal-Iżvizzera (12); billi l-Kunsill Federali Żvizzeru ħabbar konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati abbażi tat-test li ġie maqbul bejn in-negozjaturi fit-23 ta' Novembru 2018;

E.

billi huwa meħtieġ suq uniku li jiffunzjona tajjeb u effettiv, ibbażat fuq ekonomija soċjali tas-suq kompetittiva ħafna, sabiex tingħata spinta lit-tkabbir u lill-kompetittività u jinħolqu l-impjiegi bil-ħsieb li l-ekonomija tal-Ewropea terġa' tingħata l-ħajja; billi l-leġiżlazzjoni tas-suq uniku trid tiġi trasposta, implimentata u infurzata b'mod xieraq jekk l-Istati Membri u l-Iżvizzera jridu jgawdu l-benefiċċji kollha;

F.

billi l-Iżvizzera esprimiet ix-xewqa tagħha li titlaq mid-dispożizzjonijiet materjali vinkolanti dwar l-għajnuna mill-Istat għal ftehim futur dwar l-aċċess għas-suq u jkollha aċċess għas-suq uniku għall-elettriku;

G.

billi fit-28 ta' Settembru 2018 il-Kunsill Federali approva t-tieni kontribuzzjoni Żvizzera lil għadd ta' Stati Membri tal-UE ta' CHF 1,3 biljun matul għaxar snin u issa qiegħed jistenna deċiżjoni pożittiva mill-Assemblea Federali;

H.

billi l-Iżvizzera hija membru tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;

I.

billi l-Iżvizzera rratifikat il-parteċipazzjoni tagħha fil-programmi Ewropej ta' navigazzjoni satellitari Galileo u EGNOS;

J.

billi l-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-programm qafas għar-riċerka Orizzont 2020 tal-UE u l-Programm Qafas 7 predeċessur tiegħu (FP7) kienet siewja għall-partijiet kollha involuti minħabba l-kwalità għolja tal-proposti;

K.

billi fis-27 ta' Mejju 2015, l-Iżvizzera u l-UE ffirmaw protokoll addizzjonali għall-Ftehim dwar it-Taxxa u l-Introjtu mit-Tfaddil, li jirrikjedi li ż-żewġ partijiet iwettqu skambju awtomatiku ta' informazzjoni (AEI) dwar il-kontijiet finanzjarji tar-residenti ta' xulxin minn Settembru 2018; billi l-UE elenkat lill-Iżvizzera fl-Anness II għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2017 li jikkonċerna pajjiżi li ħadu l-impenn li jimplimentaw prinċipji ta' governanza tajba tat-taxxa biex jindirizzaw kwistjonijiet relatati mat-trasparenza, it-tassazzjoni ġusta u miżuri kontra l-BEPS (erożjoni tal-bażi u trasferiment tal-profitt);

L.

billi l-Iżvizzera tikkoopera f'ċerti partijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u ħadet sehem fil-missjonijiet ta' paċi ċivili u militari tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK), b'mod partikolari fl-Ukrajna u fil-Mali; billi l-Qafas ta' Kooperazzjoni bejn l-EDA u l-Iżvizzera, li ġie ffirmat fis-16 ta' Marzu 2012, jippermetti li jsir skambju tal-informazzjoni u jipprevedi attivitajiet konġunti fir-riċerka u fit-teknoloġija u fil-proġetti u fil-programmi dwar l-armamenti;

M.

billi l-Iżvizzera ilha tagħmel parti miż-żona Schengen mill-bidu tal-implimentazzjoni Żvizzera tagħha f'Diċembru 2008;

N.

billi l-Iżvizzera tieħu sehem fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), fis-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u fil-Eurodac, il-bażi tad-data tal-EU dwar il-marki tas-swaba' tal-persuni li jfittxu l-ażil u se tieħu sehem fis-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES) futura, li se tirreġistra l-qsim tal-fruntieri esterni tal-UE, u fis-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), li tipprovdi sigurtà qabel l-ivvjaġġar u skrinjar tal-migrazzjoni irregolari ta' ċittadini mhux tal-UE li jkunu eżentati mill-obbligu tal-viża;

O.

billi abbażi tal-ftehim ta' assoċjazzjoni ta' Dublin, l-Iżvizzera hija assoċjata ma' partijiet tal-acquis tal-UE dwar l-ażil; billi l-Iżvizzera ilha mill-2010 tagħti kontribut finanzjarju u operazzjonali lill-Frontex;

P.

billi fl-2017, il-popolazzjoni Żvizzera ta' 8,48 miljun inkludiet 2,13 miljun ċittadin barrani, li 1,4 miljun minnhom ġew minn Stati Membri tal-UE u tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA); billi 320 000 ċittadin tal-UE jivvjaġġaw lejn l-Iżvizzera kuljum; billi 750 000 ċittadin Żvizzeru jgħixu barra mill-pajjiż, filwaqt li 450 000 ċittadin Żvizzeru jgħixu fl-UE;

Q.

billi fl-2009, l-Iżvizzera qablet li tkompli l-Ftehim bilaterali tal-1999 bejn l-UE u l-Iżvizzera dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni (FMPA), li jagħti liċ-ċittadini Żvizzeri u tal-UE bl-istess mod id-dritt li jagħżlu liberament il-post ta' impjieg u ta' residenza tagħhom fi ħdan it-territorji nazzjonali tal-partijiet kontraenti;

R.

billi l-kumpaniji barranin huma obbligati li jirrispettaw il-kundizzjonijiet minimi tax-xogħol Żvizzeri meta jistazzjonaw ħaddiema barranin fl-Iżvizzera; billi l-kuntrattur ewlieni għandu r-responsabbiltà legali li jiżgura li s-sottokuntratturi josservaw ir-regolamenti Żviżżeri tas-suq tax-xogħol;

S.

billi fl-2002 l-Iżvizzera introduċiet “miżuri ta' akkumpanjament” bl-għan iddikjarat li tipproteġi l-pagi, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-istandards soċjali Żvizzeri, li l-UE tqis bħala mhux konformi mal-FMPA;

T.

billi l-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini (2004/38/KE) u d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE għall-benefiċċji tal-protezzjoni soċjali u d-drittijiet ta' stabbiliment ikkawżaw tħassib fl-Iżvizzera;

U.

billi l-Iżvizzera ilha mill-1960 membru tal-EFTA u ilha mill-2002 membru tan-Nazzjonijiet Uniti;

V.

billi fil-25 ta' Novembru 2018 il-votazzjoni “Swiss law, not foreign judges” (Liġi Żvizzera, mhux imħallfin barranin) (magħrufa bħala “Self-Determination Initiative” (l-Inizjattiva tal-Awtodeterminazzjoni)) ġiet irrifjutata permezz ta' vot popolari ta' 66 % u mill-cantons kollha;

W.

billi l-Iżvizzera hija impenjata għan-newtralità politika u bħala tali ospitat għadd ta' negozjati internazzjonali bil-għan li jinstabu soluzzjonijiet paċifiċi fir-rigward tal-kunflitti armati madwar id-dinja;

X.

billi fl-aħħar tal-2018, il-Kummissjoni estendiet għal sitt xhur id-deċiżjoni tagħha li tirrikonoxxi ċ-ċentri tan-negozjar fl-Iżvizzera bħala eliġibbli għall-konformità mal-obbligu tan-negozjar għall-ishma stabbilit fid-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (2004/39/KE) u r-Regolament ((UE) Nru 600/2014);

Y.

billi l-Unjoni Interparlamentari (IPU) hija bbażata f'Ġinevra;

Z.

billi l-Iżvizzera tospita l-kwartieri ġenerali globali ta' 25 organizzazzjoni u konferenza internazzjonali ewlenija, li l-parti l-kbira tagħhom huma bbażati f'Ġinevra;

AA.

billi mijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali mhux governattivi huma bbażati fl-Iżvizzera, filwaqt li jipprovdu pariri lin-NU u lil organizzazzjonijiet oħra mhux governattivi;

AB.

billi l-Iżvizzera biħsiebha torganizza elezzjonijiet federali fl-20 ta' Ottubru 2019;

1.

Jirrakkomanda dan li ġej lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:

(a)

jenfasizza li l-Iżvizzera u l-UE jgawdu sħubija mill-qrib, wiesgħa u komprensiva, li hija ta' benefiċċju reċiproku u bbażata fuq storja kulturali konġunta u valuri komuni, u li r-rabtiet u l-konnessjonijiet ekonomiċi, politiċi, soċjali, ambjentali, xjentifiċi u bejn il-persuni huma eżemplari, filwaqt li jfakkar fil-prossimità kulturali u ġeografika unika bejn dawn it-tnejn;

(b)

jenfasizza li l-Iżvizzera hija integrata ħafna mal-UE, hija sieħba li taħsibha l-istess u tikkondividi sfidi reġjonali u globali Ewropej mal-UE; jilqa' d-dikjarazzjoni Żvizzera li huwa fl-interess tagħhom li jġeddu u jikkonsolidaw l-approċċ bilaterali u jibnu relazzjoni dejjem aktar mill-qrib;

(c)

jinnota li l-UE hija s-sieħba kummerċjali ewlenija tal-Iżvizzera, li tammonta għal 52 % tal-esportazzjonijiet tagħha u għal aktar minn 71 % tal-importazzjonijiet tagħha, u li l-kummerċ fil-merkanzija skont il-ftehimiet kummerċjali bilaterali attwali jammonta għal mhux inqas minn CHF 1 biljun kuljum (13); billi l-Iżvizzera hija t-tielet l-akbar sieħba kummerċjali tal-UE, li tammonta għal 7 % tal-kummerċ tagħha; iqis li l-grad sinifikanti ta' integrazzjoni tal-Iżvizzera mas-suq intern tal-UE huwa fattur essenzjali għat-tkabbir ekonomiku, li jagħmel lill-UE l-aktar sieħba kummerċjali u ekonomika importanti tal-Iżvizzera;

(d)

jenfasizza li l-UE wriet flessibbiltà kbira fin-negozjati għall-Ftehim Qafas Istituzzjonali (IFA) u li dan irid jiġi rikonoxxut mill-partijiet kollha kkonċernati;

(e)

iħeġġeġ li l-IFA bilaterali jiġi konkluż malajr kemm jista' jkun bl-għan li tiġi stabbilita l-koerenza fis-sett kumpless eżistenti ta' ftehimiet bilaterali inkluż l-istabbiliment ta' mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim; jilqa' l-qbil li sar min-negozjaturi dwar it-test finali tal-ftehim; jistieden lill-Kunsill Federali Żvizzeru jieħu deċiżjoni biex jikkonkludi l-ftehim ladarba l-konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati tkun ġiet konkluża b'mod pożittiv f'dan ir-rigward;

(f)

ifakkar li l-istabbiliment ta' qafas istituzzjonali komuni għal ftehimiet eżistenti u futuri li jippermettu l-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fis-suq uniku tal-UE, sabiex jiġu żgurati l-omoġeneità u ċ-ċertezza legali għaċ-ċittadini u għan-negozji, jibqa' prekundizzjoni għall-iżvilupp ulterjuri ta' approċċ settorjali; jenfasizza li wara erba' snin ta' negozjati, wasal iż-żmien biex jiġi konkluż l-IFA; iqis li l-konklużjoni tal-ftehim se tippermetti li s-sħubija komprensiva bejn l-UE u l-Iżvizzera tiżviluppa l-potenzjal sħiħ tagħha;

(g)

jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' IFA, peress li r-relazzjoni bejn l-UE u l-Iżvizzera hija bbażata fuq sistema kumplessa ta' 120 ftehim speċifiku għas-settur, u koerenza u ċertezza tad-dritt addizzjonali jkunu ta' benefiċċju għall-partijiet kollha;

(h)

jistieden lill-partijiet jorganizzaw malajr kemm jista' jkun laqgħa interparlamentari tal-leġiżlaturi kemm mill-UE kif ukoll mill-Iżvizzera sabiex jiġu diskussi l-kwistjonijiet kollha relatati ma' dan il-ftehim;

(i)

jesprimi d-dispjaċir tiegħu għall-fatt li l-Kummissjoni ppreżentat biss it-test negozjat tal-IFA bejn l-UE u l-Iżvizzera lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali fis-6 ta' Frar 2019, minkejja l-fatt li ġie ffinalizzat f'Novembru 2018;

(j)

jirrikonoxxi l-fatt li r-relazzjonijiet b'saħħithom bejn l-UE u l-Iżvizzera jmorru lil hinn mill-integrazzjoni ekonomika u l-estensjoni tas-suq uniku, filwaqt li jikkontribwixxu għall-istabbiltà u l-prosperità għall-benefiċċju taċ-ċittadini u tan-negozji kollha, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs); jissottolinja l-importanza li jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-suq uniku sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi u jiġu ġġenerati l-impjiegi;

(k)

iqis li l-iżgurar ta' IFA mal-Iżvizzera huwa ta' importanza kbira, peress li jiggarantixxi ċertezza tad-dritt kemm għall-Iżvizzera kif ukoll għall-UE, l-inkorporazzjoni dinamika tal-acquis tal-UE, l-aċċess imtejjeb għas-suq intern għall-Iżvizzera għall-benefiċċju taż-żewġ naħat, u l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta' tilwim mhux solvut dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni tal-IFA;

(l)

jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Diċembru 2018 li tirrikonoxxi ċ-ċentri tan-negozjar fl-Iżvizzera bħala eliġibbli għall-konformità mal-obbligu tan-negozjar għall-ishma stabbilit fid-Direttiva dwar is-Swieq fl-Istrumenti Finanzjarji (14) u r-Regolament (15) (MiFID II/MiFIR); jenfasizza li din l-ekwivalenza hija limitata sat-30 ta' Ġunju 2019, iżda tista' tiġi estiża dment li jkun sar progress lejn l-iffirmar ta' ftehim li jistabbilixxi dak il-qafas istituzzjonali komuni;

(m)

jenfasizza, flimkien mal-Kunsill, li l-moviment liberu tal-persuni huwa pilastru fundamentali u mhux negozjabbli tal-politika tal-UE u tas-suq intern, u li l-erba' libertajiet fundamentali tas-suq intern huma indiviżibbli; jesprimi dispjaċir għall-“miżuri ta' akkumpanjament” sproporzjonati unilaterali tal-Iżvizzera, li ilhom fis-seħħ mill-2004; jistieden lill-Iżvizzera, li tqis li l-miżuri ta' akkumpanjament huma importanti, biex issib soluzzjoni li tkun kompatibbli bis-sħiħ mal-istrumenti rilevanti tal-UE; jistieden lill-Iżvizzera tqis ukoll li tqassar il-perjodu ta' applikazzjoni tal-miżuri tranżitorji li jikkonċernaw lill-ħaddiema mill-Kroazja, billi tqis il-benefiċċji tal-moviment liberu tal-persuni bejn l-UE u l-Iżvizzera;

(n)

jinnota l-implimentazzjoni tal-inizjattiva “preferenza domestika light”, u li l-Kunsill iqis li t-test li rriżulta, adottat fis-16 ta' Diċembru 2016 mill-Assemblea Federali Żvizzera, jista' jiġi implimentat b'mod kompatibbli mad-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE skont l-FMPA jekk fl-ordinanzi ta' implimentazzjoni meħtieġa jiġu ċċarati l-kwistjonijiet miftuħa pendenti, bħad-dritt għal informazzjoni fir-rigward ta' postijiet vakanti u r-rispett għad-drittijiet tal-ħaddiema tal-fruntieri; ifakkar, madankollu, li l-kwistjoni tal-migrazzjoni taċ-ċittadini minn pajjiżi terzi m'għandhiex tiġi konfuża mal-moviment liberu tal-persuni kif stabbilit fit-Trattati; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi ssorveljata mill-qrib l-implimentazzjoni tal-ordinanza bil-ħsieb li tiġi vvalutata l-konformità tagħha mal-FMPA;

(o)

jissottolinja l-fatt li l-Iżvizzera tibbenefika bil-bosta mill-iżvilupp demokratiku u kompetittiv tal-ġirien Ewropej kollha tagħha u li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tagħha għall-programmi bħall-Fond ta' Koeżjoni huma għalhekk fl-interess tagħha stess u għandhom jitkomplew, u jilqa' r-riżultati pożittivi tal-kontribut fl-Istati Membri riċeventi; ifakkar li l-Iżvizzera tikseb benefiċċji sinifikanti mill-parteċipazzjoni fis-suq uniku; jenfasizza li l-kontribut futur Żvizzeru fir-rigward tal-koeżjoni tal-UE huwa essenzjali u għandu jiġi intensifikat b'mod konsiderevoli, f'konformità mal-eżempju mogħti miż-ŻEE/min-Norveġja;

(p)

jilqa' d-dibattitu intern intensiv dwar il-kooperazzjoni mal-UE li qiegħed isir fl-Iżvizzera; jissuġġerixxi, madankollu, li l-Iżvizzera tipprova tikkomunika aħjar liċ-ċittadini tagħha d-diversi benefiċċji tanġibbli li jiksbu jekk ikollhom aċċess għas-suq intern u l-ħtieġa ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib mal-UE;

(q)

iħeġġeġ biex ladarba l-IFA jiġi konkluż, dan jiġi sottomess mingħajr dewmien lill-Parlament Ewropew, lill-Istati Membri, u lill-Parlament Żvizzeru għal approvazzjoni, u lill-elettorat Żvizzeru f'referendum, f'konformità mal-kostituzzjoni Żvizzera;

(r)

jinnota li 1,4 miljun ċittadin tal-UE jgħixu fl-Iżvizzera, filwaqt li aktar minn 450 000 ċittadin Żvizzeru jgħixu fl-UE;

(s)

ifakkar li wara r-referendum tad-9 ta' Frar 2014, fl-2016 il-Parlament Żvizzeru għadda emenda għall-Att dwar iċ-Ċittadini Barranin għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 121a tal-Kostituzzjoni Federali, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2018; jenfasizza li huwa essenzjali li l-Kunsill Federali jagħti attenzjoni partikolari biex jimplimenta l-Artikolu 121a sabiex ma jxekkilx id-dritt taċ-ċittadini tal-UE għall-moviment liberu;

(t)

jiddispjaċih għal kwalunkwe inizjattiva kantonali jew nazzjonali li jista' jkollha l-effett li tillimita l-aċċess għas-suq tax-xogħol Żvizzeru għall-ħaddiema tal-UE, b'mod partikolari l-ħaddiema transfruntiera, u b'hekk jiddgħajfu d-drittijiet taċ-ċittadini tal-UE fl-FMPA u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Iżvizzera;

(u)

jilqa' bis-sħiħ id-dikjarazzjoni politika ta' intenzjoni biex jiġi modernizzat il-Ftehim dwar l-Akkwisti Pubbliċi u l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Iżvizzera tal-1972, u jappoġġja l-ambizzjoni li tinkiseb sħubija kummerċjali riveduta li tkun tinkludi oqsma bħas-servizzi li jmorru lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni tal-IFA u li huma koperti parzjalment biss mill-Ftehim dwar il-Moviment Liberu tal-Persuni (FMPA), fosthom l-aspetti diġitali, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, il-faċilitazzjoni tal-kummerċ, ir-rikonoxximent reċiproku tal-valutazzjonijiet ta' konformità u l-akkwist pubbliku, flimkien ma' kapitolu dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli; jitlob kooperazzjoni ulterjuri sabiex jiġu protetti aħjar l-indikazzjonijiet ġeografiċi u jiġi estiż il-mekkaniżmu modern u affidabbli ta' soluzzjoni tat-tilwim bejn Stat u ieħor inkluż fl-abbozz tal-IFA biex ikopri r-relazzjoni kummerċjali bilaterali futura u jsolvi b'mod effiċjenti l-ostakoli kummerċjali bejn il-partijiet;

(v)

huwa konxju tal-fatt li ma hemm l-ebda ftehim komprensiv dwar is-servizzi fis-seħħ bejn l-UE u l-Iżvizzera u li s-servizzi huma koperti parzjalment biss permezz tal-FMPA, li juri li hemm potenzjal għal aktar żvilupp;

(w)

jieħu nota tal-liġi riveduta dwar l-akkwist pubbliku adottata fl-2017 fil-kanton ta' Ticino, li għandha tkun konformi mal-Ftehim tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-Akkwisti Pubbliċi u l-ftehim settorjali bejn l-UE u l-Iżvizzera rilevanti, li daħal fis-seħħ fl-2002; iħeġġeġ bil-qawwa lill-awtoritajiet kontraenti jittrattaw lill-fornituri u lill-fornituri tas-servizzi tal-UE b'mod mhux diskriminatorju, anke f'każijiet ta' kuntratti ta' akkwist taħt il-livell limitu;

(x)

iħeġġeġ li tkun tista' titkompla l-prattika attwali fejn impriżi tat-taksis mill-Istati Membri tal-UE jistgħu jipprovdu servizzi fl-Iżvizzera mingħajr restrizzjoni, peress li ilha żmien twil tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku fir-reġjuni Żvizzeri tal-fruntiera u hija ta' benefiċċju reċiproku;

(y)

huwa tal-fehma li r-reċiproċità u l-ekwità bejn iż-ŻEE u l-Iżvizzera huma meħtieġa sabiex iż-żewġ naħat ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fis-suq uniku;

(z)

jinnota li f'termini ġenerali, il-kooperazzjoni skont il-ftehim UE-Żvizzera dwar ir-rikonoxximent reċiproku fir-rigward tal-valutazzjoni tal-konformità (MRA) hija sodisfaċenti; jilqa' l-aktar aġġornament reċenti tal-MRA li sar fl-2017 u jittama li l-aġġornamenti li jmiss ikunu jistgħu jitwettqu malajr meta jiġi żviluppat il-potenzjal sħiħ tal-ftehim qafas istituzzjonali futur;

(aa)

jilqa' l-leġiżlazzjoni l-ġdida dwar it-taxxa li se tirrestrinġi reġimi tat-taxxa preferenzjali u se tqarreb il-prattiki lejn l-istandards internazzjonali, u jittama li jinkiseb riżultat pożittiv mill-votazzjoni popolari li jmiss fl-Iżvizzera; jissottolinja l-ħtieġa li tkompli tittejjeb il-kooperazzjoni sabiex jiġi miġġieled l-evitar tat-taxxa u tissaħħaħ il-ġustizzja tat-taxxa;

(ab)

jistieden lill-Iżvizzera tkompli l-ħidma tagħha fuq l-Istrateġija Żvizzera Diġitali, bil-għan li tkun allinjata mas-suq uniku diġitali tal-UE;

(ac)

jirrikonoxxi l-kontribut għas-sħubija mill-qrib bejn l-UE u l-Iżvizzera li jirriżulta mill-ftehimiet settorjali bilaterali fir-rigward tal-moviment liberu tal-persuni, il-pensjonijiet, l-ambjent, l-istatistika, il-kooperazzjoni ġudizzjarja u mal-pulizija, iż-żona Schengen, l-ażil (Dublin), il-PESK/il-PSDK, in-navigazzjoni satellitari, ir-riċerka, l-avjazzjoni ċivili, it-trasport terrestri, l-aċċess reċiproku għas-suq ta' prodotti u servizzi miftiehma, il-prodotti agrikoli pproċessati, l-armonizzazzjoni legali, ir-rikonoxximent reċiproku, il-ġlieda kontra l-frodi, u t-tassazzjoni u l-iffrankar; iħeġġeġ, madankollu, li wasal iż-żmien biex tissaħħaħ is-sħubija, u jittieħed pass ferm aktar komprensiv u sostanzjali fir-relazzjonijiet bilaterali billi jiġi konkluż ftehim qafas malajr kemm jista' jkun;

(ad)

jilqa' l-fatt li, għal żmien twil ħafna, il-promozzjoni tal-paċi, tal-medjazzjoni u tar-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti kienet parti importanti mill-politika barranija Żvizzera; jilqa' r-rwol b'saħħtu tal-Iżvizzera fil-bini tal-paċi u l-involviment tagħha biex tgħin jinstabu soluzzjonijiet għall-kriżijiet, il-faċilitazzjoni ta' djalogu, u l-iżvilupp ta' miżuri relatati mal-bini tal-fiduċja u r-rikonċiljazzjoni; jilqa' r-rwol Żvizzeru bħala faċilitatur fl-implimentazzjoni ta' strutturi federali kumplessi u arranġamenti għall-paċi u kostituzzjonali, sabiex tiġi ffaċilitata l-koeżistenza ta' sfondi etniċi differenti;

(ae)

jilqa' l-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera fil-missjonijiet ta' sigurtà u ta' difiża tal-UE, bħal fil-EUFOR, l-ALTHEA, il-EULEX Kosovo, il-EUTM Mali u l-EUBAM Libya u l-appoġġ tagħha għalihom, u fil-ħidma tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża; jilqa' l-kooperazzjoni mill-qrib mal-Iżvizzera dwar l-għajnuna umanitarja, il-protezzjoni ċivili, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u t-tibdil fil-klima;

(af)

jirrikonoxxi l-kontribut u l-kooperazzjoni Żvizzeri fil-kuntest tal-migrazzjoni tal-massa lejn iż-żona Schengen u fl-implimentazzjoni tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni; iħeġġeġ lill-Iżvizzera ssir parti mill-Patt Globali għall-Migrazzjoni u jistenna li dan għandu jseħħ wara d-dibattitu fil-Parlament Żvizzeru;

(ag)

jistieden lill-Iżvizzera tapplika d-direttivi rilevanti tal-UE sabiex iżżomm il-livell ta' protezzjoni soċjali u l-livell tal-pagi attwali tagħha, fir-rigward tal-għoti ta' servizzi transfruntiera;

(ah)

jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-IFA bejn l-UE u l-Iżvizzera jkun jinkludi klawżola ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa li tinkludi regoli speċifiċi dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta' benefiċċju fuq it-taxxa, rekwiżiti ta' trasparenza rigward l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar it-tassazzjoni u s-sjieda benefiċjarja, u dispożizzjonijiet kontra l-ħasil tal-flus;

(ai)

jilqa' d-deċiżjoni tal-Iżvizzera li tissieħeb mat-Taskforce ta' Azzjoni Konġunta kontra ċ-Ċiberkriminalità (J-CAT) tal-Europol f'April 2018, bħala pass proattiv fil-ġlieda tagħha kontra t-theddid internazzjonali taċ-ċiberkriminalità;

(aj)

jilqa' l-assoċjazzjoni tal-Iżvizzera mal-programm sħiħ ta' Orizzont 2020 u jittama li jkun hemm aktar kooperazzjoni fil-programmi futuri ta' riċerka;

(ak)

iħeġġeġ lill-Iżvizzera tinvolvi ruħha fin-negozjar tal-assoċjazzjoni tagħha mal-programmi Erasmus;

(al)

jilqa' l-progress li sar fil-kostruzzjoni tal-konnessjoni ferrovjarja transalpina magħrufa bħala “New Railway Link through the Alps” (Konnessjoni Ferrovjarja Ġdida fl-Alpi), investiment iffinanzjat mill-Iżvizzera li huwa ta' benefiċċju wkoll għall-UE;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà kif ukoll lill-Assemblea Federali u lill-Kunsill Federali tal-Konfederazzjoni Żvizzera.

(1)  ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3.

(2)  ĠU L 322, 7.12.2017, p. 3.

(3)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 6.

(4)  ĠU L 124, 20.5.2009, p. 53.

(5)  ĠU L 199, 31.7.2009, p. 24.

(6)  ĠU L 300, 31.12.1972, p. 189.

(7)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 73.

(8)  ĠU L 114, 30.4.2002, p. 91.

(9)  ĠU L 327, 21.12.2018, p. 77.

(10)  ĠU C 316, 22.09.2017, p. 192.

(11)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 164.

(12)  https://www.eda.admin.ch/dam/dea/en/documents/fs/11-FS-Institutionelle-Fragen_en.pdf

(13)  https://www.eda.admin.ch/dam/dea/en/documents/abkommen/InstA-Wichtigste-in-Kuerze_en.pdf

(14)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(15)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.


Il-Ħamis 28 ta’ Marzu 2019

26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/141


P8_TA(2019)0330

Deċiżjoni li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Marzu 2019 lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-Proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, lill-Kunsill għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi (2018/2237(INI))

(2021/C 108/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari l-SDGs 1, 16 u 17, immirati lejn il-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi u inklużivi għall-iżvilupp sostenibbli (1),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-membri tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat f'Cotonou fit-23 ta' Ġunju 2000,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/322 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (2),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/528 tas-27 ta' Marzu 2015 li tistabbilixxi mekkaniżmu sabiex jiġi amministrat il-finanzjament tal-ispejjeż komuni tal-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża (Athena) u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/871/PESK (3),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/2306 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (5),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Interistituzzjonali, mehmuża mar-Regolament (UE) 2017/2306, dwar is-sorsi ta' finanzjament ta' miżuri ta' assistenza skont l-Artikolu 3a tar-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (6),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/323 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (7),

wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari (8) kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju (9),

wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta' għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-Ftehim ta' Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta' assistenza finanzjarja għall-Pajjiżi u Territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba' Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (10),

wara li kkunsidra l-Proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, lill-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2018 għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi (HR(2018) 94),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta' Diċembru 2013, tas-26 ta' Ġunju 2015, tal-15 ta' Diċembru 2016, tad-9 ta' Marzu 2017, tat-22 ta' Ġunju 2017, tal-20 ta' Novembru 2017, tal-14 ta' Diċembru 2017 u tat-28 ta' Ġunju 2018,

wara li kkunsidra d-dokument bit-titlu “Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa Aktar b'Saħħitha – Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea”, ippreżentat mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika Soċjali (VP/RGħ) fit-28 ta' Ġunju 2016,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-13 ta' Novembru 2017, tal-25 ta' Ġunju 2018 u tad-19 ta' Novembru 2018 dwar is-sigurtà u d-difiża fil-kuntest tal-Istrateġija Globali tal-UE,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta' Ġunju 2017 bit-titlu “Dokument ta' Riflessjoni dwar il-Futur tad-Difiża Ewropea” (COM(2017)0315),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tas-SEAE tal-5 ta' Lulju 2016 dwar “Elementi għal qafas strateġiku għall-UE kollha biex tiġi appoġġata r-riforma tas-settur tas-sigurtà”,

wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 20 tat-18 ta' Settembru 2018 dwar “L-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà: jeħtieġ li l-appoġġ li jingħata mill-UE jiġi ffukat mill-ġdid”,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2015 dwar il-finanzjament tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2016 dwar l-Unjoni Ewropea tad-Difiża (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-13 ta' Diċembru 2017 (13) u tat-12 ta' Diċembru 2018 (14) dwar ir-Rapport Annwali dwar l-implimentazzjoni tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK),

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0157/2019),

A.

billi l-ambizzjoni tal-UE hija li tkun attur globali għall-paċi, filwaqt li tħabrek għaż-żamma tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali u r-rispett għad-dritt internazzjonali umanitarju u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

B.

billi l-UE għandha responsabbiltà dejjem akbar biex tissalvagwardja s-sigurtà tagħha stess, f'ambjent strateġiku li mar għall-agħar konsiderevolment f'dawn l-aħħar snin;

C.

billi l-ambjent ta' sigurtà diffiċli madwar l-UE jitlob li jkollha awtonomija strateġika, fatt li ġie rikonoxxut f'Ġunju 2016 mit-28 Kap ta' Stat u ta' Gvern fl-Istrateġija Globali tal-UE u li jirrikjedi l-provvista ta' strumenti li jsaħħu l-kapaċità tal-UE fiż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti, il-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi, ġusti u inklużivi u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali; billi ġie rikonoxxut li soċjetajiet siguri u paċifiċi huma prerekwiżit għal żvilupp dejjiemi;

D.

billi l-għan tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (minn hawn 'il quddiem “EPF” jew “il-Faċilità”) mhuwiex li tiġi militarizzata l-azzjoni esterna tal-Unjoni Ewropea iżda li jkun hemm sinerġiji u titjib fl-effiċjenza billi jiġi pprovdut approċċ bħala pakkett għall-finanzjament operattiv tal-azzjoni esterna li diġà teżisti llum u fejn il-finanzjament mill-baġit tal-UE mhuwiex possibbli;

E.

billi t-Trattat jirrikjedi li l-UE u l-istituzzjonijiet tagħha jimplimentaw politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK), inkluż it-tfassil progressiv ta' politika ta' difiża komuni, li tista' twassal għal difiża komuni f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 42, biex b'hekk tissaħħaħ l-identità Ewropea u l-indipendenza tagħha sabiex jiġu promossi l-paċi, is-sigurtà u l-progress fl-Ewropa u fid-dinja; billi l-Faċilità proposta trid tintlaqa' bħala pass progressiv f'din id-direzzjoni, u l-VP/RGħ għandha tiġi mħeġġa ssegwi l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ulterjuri tagħha;

F.

billi l-UE hija l-akbar fornitur ta' għajnuna għall-iżvilupp u umanitarja fid-dinja, u billi dan isaħħaħ ir-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp tagħha lejn il-kisba ta' paċi sostenibbli;

G.

billi għandu jitħeġġeġ użu akbar tal-finanzjament u l-istrumenti tal-Unjoni għall-finijiet tat-titjib tal-kooperazzjoni, l-iżvilupp ta' kapaċitajiet u l-iskjerament ta' missjonijiet fil-futur, kif ukoll għaż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, u l-indirizzar tat-theddid għas-sigurtà internazzjonali; jissottolinja li l-EPF għandha, b'mod partikolari, tiffinanzja l-missjonijiet militari tal-Unjoni, issaħħaħ il-kapaċitajiet militari u ta' difiża tal-Istati terzi u tal-organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali, u tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi mmexxija minn organizzazzjoni reġjonali jew internazzjonali jew minn Stati terzi;

H.

billi, fil-passat, l-UE sabitha diffiċli tiffinanzja operazzjonijiet b'implikazzjonijiet ta' difiża; billi l-Parlament enfasizza ripetutament il-ħtieġa li l-finanzjament ikun aktar flessibbli u effiċjenti u jesprimi solidarjetà u determinazzjoni; billi hemm bżonn strumenti u għodod addizzjonali biex jiġi żgurat li l-UE tkun tista' twettaq ir-rwol tagħha bħala attur globali fil-qasam tas-sigurtà; billi kwalunkwe strument bħal dan jeħtieġ li jkun soġġett għal kontroll parlamentari xieraq u rregolat mil-leġiżlazzjoni tal-UE;

I.

billi l-parteċipazzjoni tan-nisa fi proċessi ta' paċi tibqa' wieħed mill-inqas aspetti li rreġistraw progress fl-aġenda tan-nisa, il-paċi u s-sigurtà, minkejja li n-nisa huma l-vittmi primarji ta' kriżijiet umanitarji u tas-sigurtà u minkejja l-fatt li meta n-nisa jkollhom rwol espliċitu fi proċessi ta' paċi, il-probabbiltà li ftehim idum tal-anqas 15-il sena tiżdied b'35 %;

J.

billi s-sigurtà interna u esterna huma marbuta dejjem aktar mill-qrib ma' xulxin; billi l-UE ħadet passi sinifikanti biex tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri tagħha fil-qasam tad-difiża; billi l-UE dejjem kienet kburija bis-setgħa ta' persważjoni tagħha u se tkompli tagħmel dan; billi din ir-realtà li qiegħda tevolvi u li toħloq tħassib, madankollu, tirrikjedi li l-UE ma tibqax esklużivament “setgħa ċivili”, iżda li tiżviluppa u ssaħħaħ il-kapaċitajiet militari tagħha, li għandhom jintużaw b'mod konsistenti u koerenti mal-azzjoni esterna l-oħra kollha tal-UE; billi l-iżvilupp fil-pajjiżi terzi mhuwiex possibbli mingħajr is-sigurtà u l-paċi; billi l-militar għandu rwol kruċjali f'dan ir-rigward, speċjalment f'pajjiżi fejn l-awtoritajiet ċivili ma jistgħux iwettqu bis-sħiħ l-kompiti tagħhom fid-dawl tas-sitwazzjoni tas-sigurtà; billi l-Faċilità għandha l-potenzjal ċar li twassal għal involviment aktar b'saħħtu min-naħa tal-UE fil-konfront ta' pajjiżi sħab u żżid l-effikaċja tal-azzjoni esterna tal-UE, filwaqt li tippermetti lill-UE ssir fornitur ta' stabbiltà u sigurtà rilevanti fil-futur;

K.

billi l-azzjoni esterna tal-UE ma tridx tiġi strumentalizzata bħala “ġestjoni tal-migrazzjoni”, u l-isforzi kollha għal ħidma ma' Stati terzi trid timxi id f'id mat-titjib tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem f'dawn il-pajjiżi;

L.

billi n-nonproliferazzjoni u d-diżarm ikollhom effett sinifikanti fit-tnaqqis tal-ħolqien ta' kunflitti u jikkontribwixxu għal aktar stabbiltà, f'konformità mal-obbligi li jirriżultaw mit-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u r-riżoluzzjoni rispettiva tal-Parlament dwar is-sigurtà nukleari u n-nonproliferazzjoni (15); billi dinja mingħajr armi ta' qerda massiva hija waħda aktar sikura; billi l-UE kienet protagonista fil-projbizzjoni tal-armi nukleari u għandha tespandi r-rwol tagħha f'dan is-sens;

M.

billi t-Trattati ma jipprevedu l-ebda azzjoni militari esterna tal-Unjoni lil hinn mill-qafas tal-PSDK; billi PESK ġenwina għall-Istati Membri kollha tal-UE żżid l-ispazju għall-intervent tal-UE fil-politika esterna; billi l-unika azzjoni militari esterna possibbli skont il-PSDK hija fl-għamla ta' missjonijiet barra l-Unjoni għaż-żamma tal-paċi, għall-prevenzjoni tal-kunflitt u għat-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali f'konformità mal-prinċipji tal-Karta tan-NU kif imsemmi fl-Artikolu 42(1) tat-TUE;

N.

billi l-appoġġ għall-operazzjonijiet militari ta' appoġġ għall-paċi tal-pajjiżi sħab s'issa kien jingħata barra mill-baġit tal-UE permezz tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika (FPA), stabbilita fil-qafas tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u ffinanzjata minnu; billi l-FPA bħalissa hija limitata għal operazzjonijiet immexxija mill-Unjoni Afrikana jew minn organizzazzjonijiet reġjonali Afrikani;

O.

billi l-Faċilità Ewropea għall-Paċi hija mistennija tagħti lill-Unjoni l-kapaċità li tikkontribwixxi direttament għall-finanzjament ta' operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi mmexxija minn pajjiżi terzi, kif ukoll għall-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, fuq bażi globali u mhux limitata għall-Afrika jew għall-Unjoni Afrikana biss;

P.

billi l-Faċilità Ewropea għall-Paċi proposta se tissostitwixxi l-mekkaniżmu Athena u l-FPA; billi hija se tikkomplementa l-inizjattiva għat-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet għas-Sigurtà u l-Iżvilupp billi tiffinanzja l-ispejjeż tal-attivitajiet ta' difiża tal-UE bħall-missjonijiet ta' żamma tal-paċi tal-Unjoni Afrikana, l-ispejjeż komuni għall-operazzjonijiet militari proprji tal-PSDK u t-tisħiħ tal-kapaċità militari tal-pajjiżi sħab, li huma esklużi mill-baġit tal-UE skont l-Artikolu 41(2) tat-TUE;

Q.

billi l-operazzjonijiet imwettqa fl-ambitu tal-Faċilità jridu jikkonformaw mal-prinċipji u l-valuri minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u jirrispettaw id-dritt internazzjonali umanitarju u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi l-operazzjonijiet li mhumiex definiti bħala etikament aċċettabbli mill-perspettiva tas-sikurezza tal-bniedem, is-saħħa u s-sigurtà, il-libertà, il-privatezza, l-integrità u d-dinjità, iridu jiġu vvalutati bir-reqqa u kkunsidrati mill-ġdid;

R.

billi l-proporzjon attwali tal-ispejjeż komuni għadu baxx ħafna (bejn wieħed u ieħor 5-10 % tal-ispejjeż kollha), u li l-proporzjon għoli tal-ispejjeż u r-responsabbiltajiet li jinġarru minn nazzjon fl-operazzjonijiet militari, abbażi tal-prinċipju li l-ispejjeż jitħallsu fejn jintefqu (“costs lie where they fall”), imur kontra l-prinċipji tas-solidarjetà u tal-kondiviżjoni tal-piżijiet, u dan jiskoraġġixxi ulterjorment lill-Istati Membri milli jkollhom sehem attiv fl-operazzjonijiet tal-PSDK;

S.

billi l-pakkett annwali medju propost għall-Faċilità Ewropea għall-Paċi huwa ta' EUR 1 500 000 000, filwaqt li l-infiq kombinat fl-ambitu tal-mekkaniżmu Athena u l-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika jvarja bejn EUR 250 000 000 u EUR 500 000 000 fis-sena; billi l-għanijiet potenzjali tal-EUR 1 000 000 000 addizzjonali fis-sena mhumiex speċifikati jew iggarantiti b'mod adegwat fil-proposta;

T.

billi bħala mekkaniżmu barra mill-baġit iffinanzjat permezz ta' kontribuzzjonijiet annwali mill-Istati Membri, abbażi ta' skema ta' distribuzzjoni tal-introjtu nazzjonali gross (ING), l-EPF hija mistennija tippermetti lill-UE tiffinanzja proporzjon ogħla ta' spejjeż komuni (35-45 %) tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet militari, kif inhu l-każ bħalissa bil-mekkaniżmu Athena; billi l-EPF hija wkoll mistennija li tiżgura li l-finanzjament tal-UE jkun disponibbli fuq bażi permanenti, filwaqt li tiżgura programmazzjoni adegwata għat-tħejjija għall-kriżijiet, l-iffaċilitar tal-iskjerament rapidu, u t-titjib tal-flessibbiltà f'każ ta' rispons rapidu; billi l-Parlament ilu għal żmien twil jitlob l-inklużjoni u l-espansjoni ambizzjużi tal-mekkaniżmu Athena għall-finanzjament komuni tal-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-PSDK; billi, madankollu, id-Deċiżjoni tal-Kunsill proposta ma għandhiex l-istess karattru vinkolanti bħall-ftehim intern tal-Faċilità għall-Paċi fl-Afrika, li jfisser li l-Istati Membri jistgħu jagħżlu li ma jiffinanzjawx azzjonijiet tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi;

U.

billi, biż-żieda fl-ispejjeż komuni, il-Faċilità proposta se ssaħħaħ is-solidarjetà u l-kondiviżjoni tal-piżijiet bejn l-Istati Membri, u tħeġġeġ lill-Istati Membri, speċjalment dawk li ma għandhomx biżżejjed riżorsi finanzjarji jew operattivi, jikkontribwixxu għall-operazzjonijiet tal-PSDK;

V.

billi fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta' Novembru 2018, il-Kunsill huwa riżervat fl-appoġġ tiegħu għall-proposta tal-EPF; billi, madankollu, huwa importanti li ssir ħidma lejn l-adozzjoni ta' proposta ambizzjuża li jkun fiha l-komponenti proposti kollha, inkluż il-mekkaniżmu ta' Athena;

W.

billi l-kompiti militari kollha fl-ambitu tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi, bħall-operazzjonijiet konġunti ta' diżarm, kompiti umanitarji u ta' salvataġġ, kompiti ta' konsulenza u assistenza militari, prevenzjoni ta' kunflitti u taż-żamma tal-paċi, kompiti ta' forzi ta' kumbattiment fil-ġestjoni ta' kriżijiet, inkluż l-istabbiliment tal-paċi u l-istabbilizzazzjoni ta' wara kunflitt, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, inkluż billi jiġu appoġġati pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu fit-territorji tagħhom kif elenkat fl-Artikolu 43(1) tat-TUE, b'rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem, huma fil-kompetenza tal-PSDK; billi l-eċċezzjoni tal-Artikolu 41(2) tat-TUE tapplika għan-nefqa operattiva li tirriżulta minn dawn il-missjonijiet militari biss; billi n-nefqa operattiva l-oħra kollha li tirriżulta mill-PSDK, inkluża n-nefqa li tirriżulta minn kwalunkwe azzjoni oħra msemmija fl-Artikolu 42 tat-TUE, għandha titħallas mill-baġit tal-Unjoni; billi n-nefqa amministrattiva tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi għandha titħallas mill-baġit tal-Unjoni;

X.

billi skont l-Artikolu 41(2) tat-TUE n-nefqa operattiva kollha li tirriżulta mill-PESK għandha titħallas mill-baġit tal-Unjoni, ħlief għan-nefqa li tirriżulta minn operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża; billi l-punti (a) u (d) tal-Artikolu 2 tal-proposta għal deċiżjoni jiddisponu rispettivament li l-Faċilità Ewropea għall-Paċi għandha tiffinanzja kemm “operazzjonijiet li għandhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża” kif ukoll “azzjonijiet operattivi oħra tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża”;

Y.

billi skont l-Artikolu 21(2)(d) tat-TUE, l-Unjoni għandha tiddefinixxi u ssegwi politiki u azzjonijiet komuni u għandha taħdem biex jinkiseb grad għoli ta' kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali, sabiex jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bl-għan primarju li jinqered il-faqar;

Z.

billi, skont l-Artikolu 208(1), it-tieni paragrafu, tat-TFUE: “L-objettiv prinċipali tal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni għandu jkun it-tnaqqis u, eventwalment, il-qerda tal-faqar”; billi, skont l-istess paragrafu, “l-Unjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-objettivi ta' koperazzjoni għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-politika li x'aktarx tolqot lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw”; billi t-tieni sentenza tifforma dispożizzjoni tat-Trattat, u bħala tali, dmir kostituzzjonali għall-UE, imsemmi bħala “Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp” (PCD);

AA.

billi l-missjonijiet militari u ċivili barra mill-Unjoni jeħtieġ li jinżammu separati minn xulxin sabiex jiġi żgurat li l-missjonijiet ċivili jkunu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni biss;

AB.

billi l-UE għandha tagħti lill-persunal tal-missjonijiet tal-PSDK status simili għal dak ta' esperti nazzjonali sekondati billi tipprovdilhom status uniformi u l-aqwa protezzjoni possibbli skont ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni; billi l-allowances kollha li jirriżultaw minn tali status u n-nefqa relatata mal-ivvjaġġar, mas-sussistenza u mal-kura tas-saħħa għandhom jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni bħala nefqa amministrattiva;

AC.

billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) ippubblikat rapport speċjali dwar l-Arkitettura Afrikana għall-Paċi u s-Sigurtà ffinanzjata permezz tal-FPA, li huwa propost li għandha tiġi inkluża u estiża fl-EPF; billi l-QEA temmen li dan l-appoġġ ma ngħatax biżżejjed prijorità u kellu effett limitat; billi r-rakkomandazzjonijiet tal-QEA jridu jitqiesu kif xieraq fid-dawl tal-finanzjament miżjud ambizzjuż għall-Faċilità l-ġdida;

AD.

billi l-proposta ma ġiet akkumpanjata mill-ebda valutazzjoni tal-impatt finanzjarju rigward in-nefqa amministrattiva; billi n-nefqa amministrattiva tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi għandha implikazzjonijiet sostanzjali għall-baġit tal-Unjoni; billi l-ebda persunal addizzjonali ma għandu jiġi ingaġġat mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi, jew delegat lilha, aktar mill-persunal li diġà qiegħed jaħdem fuq l-istrumenti li qegħdin jiġu sostitwiti; billi s-sinerġiji li jirriżultaw mill-ġbir tal-istrumenti distinti attwali fi struttura amministrattiva waħda għandhom jiffaċilitaw il-ġestjoni tal-ambitu ġeografiku usa' tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi; billi l-persunal addizzjonali għandu jiġi ingaġġat biss jekk u meta d-dħul għal missjoni jew miżura jkun effettivament inġabar mill-Istati Membri parteċipanti kollha; billi n-natura temporanja tad-dħul tirrikjedi li l-kuntratti tal-persunal ingaġġat mill-Faċilità Ewropea għall-Paċi jew issekondat mal-Faċilità għal missjoni jew miżura partikolari jkollhom limiti ta' żmien korrispondenti; billi l-ebda persunal ma għandu jiġi ingaġġat jew issekondat mill-Faċilità minn Stat Membru li jkun għamel dikjarazzjoni formali skont l-Artikolu 31(1) tat-TUE għal missjoni jew miżura partikolari;

AE.

billi l-VP/RGħ għandha tikkonsulta b'mod regolari lill-Parlament dwar l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi kollha tal-PESK u l-PSDK u dwar l-evoluzzjoni sussegwenti tagħhom; billi l-Parlament għandu jiġi kkonsultat u infurmat fil-pront, b'tali mod li jkun jista' jippreżenta l-fehmiet tiegħu u jsaqsi mistoqsijiet, inkluż dwar il-PCD, lill-VP/RGħ u lill-Kunsill qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet jew qabel ma tittieħed azzjoni deċiżiva; billi l-VP/RGħ għandha tqis il-fehmiet tal-Parlament, inkluż dwar il-PCD, u tinkorporahom fil-proposti tagħha, tikkunsidra mill-ġdid id-deċiżjonijiet jew parti mid-deċiżjonijiet li l-Parlament jkun oppona għalihom, jew tirtira tali proposti, minkejja l-possibbiltà li Stat Membru javvanza l-inizjattiva inkwistjoni, u tipproponi deċiżjonijiet tal-Kunsill relatati mal-PSDK fuq stedina tal-Parlament; billi l-Parlament għandu jkollu dibattitu kull sena mal-VP/RGħ dwar l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-Faċilità;

1.

Jirrakkomanda lill-Kunsill li:

(a)

ma jnaqqasx il-kontribuzzjoni ta' Stat Membru għall-Faċilità jekk l-Istat Membru jirrikorri għall-użu tal-Artikolu 31(1) tat-TUE, peress li dan jimmina l-ING ewlieni sottostanti għall-mekkaniżmu ta' finanzjament u għall-finanzjament kumplessiv tal-Faċilità;

(b)

jinkludi fid-deċiżjoni referenza għar-rwol tal-Parlament bħala awtorità ta' kwittanza, kif inhu l-każ bħalissa fir-rigward tal-FEŻ u għalhekk għall-FPA, f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-regolamenti finanzjarji applikabbli għall-FEŻ, bil-għan li tinżamm il-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-UE skont il-Fond u skont il-politiki rilevanti l-oħra tiegħu f'konformità mal-Artikolu 18 tat-TUE u l-Artikolu 21(2)(d) tat-TUE moqrija flimkien mal-Artikolu 208 tat-TFUE;

(c)

jaħdem fuq it-twaqqif ta' mekkaniżmu fil-Parlament Ewropew, li, skont parametri definiti b'mod strett, jipprovdi aċċess f'waqtu għall-informazzjoni, inklużi d-dokumenti oriġinali, dwar il-baġit annwali tal-EPF, baġits emendatorji, trasferimenti, programmi ta' azzjoni (inkluż matul il-fażi preparatorja), implimentazzjoni ta' miżuri ta' assistenza (inkluż miżuri ad hoc), ftehimiet ma' atturi responsabbli mill-implimentazzjoni, u rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-introjtu u l-infiq, kif ukoll il-kontijiet annwali, id-dikjarazzjoni finanzjarja, ir-rapport ta' evalwazzjoni u r-rapport annwali mill-QEA;

(d)

jaqbel li jinkludi aċċess għad-dokumenti kunfidenzjali kollha fin-negozjati għall-Ftehim Interistituzzjonali aġġornat bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fir-rigward tal-aċċess tal-Parlament għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża;

(e)

jiżgura li l-operazzjonijiet, il-programmi ta' azzjoni, il-miżuri ta' assistenza ad hoc u azzjonijiet operattivi oħra ffinanzjati mill-Faċilità ma jiksrux jew ma jintużawx biex jiksru bi kwalunkwe mod il-prinċipji fundamentali stabbiliti fl-Artikolu 21 tat-TUE u lanqas biex jiksru d-dritt internazzjonali, b'mod partikolari d-dritt internazzjonali umanitarju u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem;

(f)

jikkonkludi r-reviżjoni tal-mekkaniżmu ta' Athena – jekk jista' jkun qabel ma tintemm din is-sena – u jinkorporah mingħajr xkiel fl-EPF filwaqt li jżomm l-effiċjenza u l-flessibbiltà operattivi tal-mekkaniżmu;

(g)

jiżgura li jinżamm it-titjib fl-effiċjenza u l-effikaċja offrut minn strument wieħed meta jsiru l-aġġustamenti neċessarji għall-proposta;

(h)

jinkorpora l-emendi li ġejjin:

jissostitwixxi “Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni” b'“Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni” fil-premessa (4) u fl-Artikolu 1;

iżid il-premessa ġdida (10a) li ġejja: “(10a) Il-kompiti ta' konsulenza u assistenza militari msemmija fl-Artikolu 43(1) tat-TUE jistgħu jieħdu l-għamla ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet militari u ta' difiża tal-Istati terzi u ta' organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali għaż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, kif ukoll l-indirizzar tat-theddid għas-sigurtà internazzjonali, f'konformità stretta mad-dritt internazzjonali umanitarju u d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u mal-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju”;

iżid il-premessa ġdida (10b) li ġejja: “(10b) Il-kompiti ta' prevenzjoni ta' kunflitti u taż-żamma tal-paċi msemmija fl-Artikolu 43(1) tat-TUE jistgħu jieħdu l-għamla ta' kontribuzzjoni għall-finanzjament ta' operazzjonijiet ta' appoġġ għall-paċi mmexxija minn organizzazzjoni reġjonali jew internazzjonali jew minn Stati terzi.”;

iżid il-premessa ġdida (10c) li ġejja: “(10c) L-operazzjonijiet appoġġjati mill-finanzjament tal-UE jridu jinkorporaw ir-riżoluzzjoni 1325 tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà”;

jemenda l-punt (a) tal-Artikolu 2 kif ġej: “a) jikkontribwixxi għall-finanzjament ta' missjonijiet fl-ambitu tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża”;

jemenda l-punt b) tal-Artikolu 2 kif ġej: “b) isaħħaħ il-kapaċitajiet militari u ta' difiża ta' Stati terzi u organizzazzjonijiet reġjonali u internazzjonali għaż-żamma tal-paċi, il-prevenzjoni, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, u l-indirizzar tat-theddid għas-sigurtà internazzjonali u ċ-ċibersigurtà”;

fl-Artikolu 3, iżid il-punt 2a ġdid li ġej: “2a. It-tqassim annwali tan-nefqa amministrattiva għal din il-faċilità li titħallas mill-baġit tal-Unjoni għandu jiġi stabbilit fl-Anness I (ġdid) għal skopijiet ta' informazzjoni.”;

jemenda l-punt (c) tal-Artikolu 5 kif ġej: “c) ‘operazzjoni’ tfisser operazzjoni militari stabbilita fl-ambitu tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni f'konformità mal-Artikolu 42 tat-TUE biex jitwettqu l-kompiti msemmija fl-Artikolu 43(1) tat-TUE li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża, inkluż kompitu fdat lil grupp ta' Stati Membri f'konformità mal-Artikolu 44 tat-TUE”;

fl-aħħar tal-Artikolu 6, iżid is-subparagrafu l-ġdid li ġej: "L-aspetti ċivili kollha, l-assi jew il-missjonijiet fl-ambitu tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK) u b'mod partikolari fl-ambitu tal-PSDK, jew partijiet minnhom, għandhom jiġu ffinanzjati esklużivament mill-baġit tal-Unjoni;

jemenda l-Artikolu 7 kif ġej: “Kull Stat Membru, ir-Rappreżentant Għoli jew ir-Rappreżentant Għoli bl-appoġġ tal-Kummissjoni jista' jippreżenta proposti għal azzjonijiet tal-Unjoni skont it-Titolu V tat-TUE biex jiġu ffinanzjati mill-Faċilità. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jinforma lill-Parlament Ewropew fil-pront bi kwalunkwe proposta bħal din.”;

jemenda l-paragrafu 1 tal-Artikolu 10 kif ġej: “Il-konsistenza bejn l-azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Faċilità u azzjonijiet oħra tal-Unjoni skont il-politiki rilevanti l-oħra tiegħu għandha tiġi żgurata f'konformità mal-Artikoli 21(3) u 26(2) tat-TUE. L-azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom jiġu ffinanzjati mill-Faċilità għandhom ikunu konsistenti wkoll mal-objettivi ta' dawk il-politiki l-oħra tal-Unjoni lejn pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali;)”;

fl-Artikolu 10, iżid il-paragrafu 3a ġdid li ġej: “3a. Darbtejn fis-sena r-Rappreżentant Għoli għandu jinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-konsistenza msemmija fil-paragrafu 1.”;

fl-Artikolu 11, iżid il-paragrafu 2a ġdid li ġej: “2a. Il-Faċilità għandu jkollha uffiċjal ta' kollegament mal-Parlament Ewropew. Barra minn hekk, id-Deputat Segretarju Ġenerali għall-PSDK u r-Rispons għall-Kriżijiet, għandu jkollu skambju ta' opinjonijiet annwali mal-korp parlamentari rilevanti sabiex jingħataw aġġornamenti regolari.”;

jemenda l-paragrafu 1 tal-Artikolu 12 kif ġej: “Għandu jitwaqqaf Kumitat tal-Faċilità (minn hawn 'il quddiem ‘il-Kumitat’) magħmul minn rappreżentant wieħed ta' kull Stat Membru parteċipanti. Rappreżentanti tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u tal-Kummissjoni għandhom jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat mingħajr ma jieħdu sehem fil-votazzjonijiet tiegħu. Rappreżentanti tal-Aġenzija Ewropea għad-Difiża (EDA) jistgħu jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat għall-punti li jkunu qed jiġu diskussi dwar il-qasam ta' attività tal-EDA, mingħajr ma jieħdu sehem fil-votazzjonijiet tiegħu jew ikunu preżenti għalihom. Rappreżentanti tal-Parlament Ewropew jistgħu jiġu mistiedna għal-laqgħat tal-Kumitat mingħajr ma jieħdu sehem fil-votazzjonijiet tiegħu jew ikunu preżenti għalihom.”;

jemenda l-paragrafu 8 tal-Artikolu 13 kif ġej: “8. L-amministratur għandu jiżgura l-kontinwità tal-funzjonijiet tiegħu permezz tal-istruttura amministrattiva tal-istrutturi militari kompetenti tas-SEAE msemmija fl-Artikolu 9.”;

fl-Artikolu 13, iżid il-paragrafu 8a ġdid li ġej: “8a. L-amministratur għandu jkun involut fl-aġġornamenti mogħtija lill-Parlament Ewropew.”;

fl-Artikolu 16, iżid il-paragrafu 8a ġdid li ġej: “8a. Il-kmandanti tal-operazzjoni għandhom ikunu involuti fl-aġġornamenti mogħtija lill-Parlament Ewropew.”;

jemenda l-paragrafu 1 tal-Artikolu 34 kif ġej: “L-amministratur għandu jipproponi lill-Kumitat il-ħatra ta' awditur intern tal-Faċilità, u tal-anqas deputat awditur intern ieħor, għal perjodu ta' erba' snin, li jista' jiġġedded għal perjodu totali ta' mhux aktar minn tmien snin. L-awdituri interni jrid ikollhom il-kwalifiki professjonali neċessarji u joffru biżżejjed garanziji ta' sigurtà, oġġettività u indipendenza. L-awditur intern ma jistax ikun l-uffiċjal awtorizzanti jew l-uffiċjal tal-kontabbiltà; ma jistax jieħu sehem fit-tħejjija ta' dikjarazzjonijiet finanzjarji.”;

jemenda l-paragrafu 4 tal-Artikolu 47 kif ġej: “4. Id-destinazzjoni finali tat-tagħmir u l-infrastruttura ffinanzjati b'mod komuni għandha tiġi approvata mill-Kumitat, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet operazzjonali, id-drittijiet tal-bniedem, is-sigurtà u l-valutazzjoni tar-riskju ta' diverżjoni fir-rigward tal-użu finali u l-utenti finali ċertifikati, u kriterji finanzjarji. Id-destinazzjoni finali tista' tkun kif ġej:

(i)

fil-każ tal-infrastruttura, tinbiegħ jew tiġi trasferita permezz tal-Faċilità lill-pajjiż ospitanti, lil Stat Membru jew lil parti terza;

(ii)

fil-każ ta' tagħmir, jinbiegħ permezz tal-Faċilità lil Stat Membru, lill-pajjiż ospitanti jew lil parti terza, jew jinħażen u jinżamm mill-Faċilità, Stat Membru jew parti terza, għal użu f'operazzjoni sussegwenti.”;

jemenda l-paragrafu 6 tal-Artikolu 47 kif ġej: “6. Il-bejgħ jew it-trasferiment lill-pajjiż ospitanti jew lil parti terza għandhom isiru f'konformità mad-dritt internazzjonali, inklużi d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipju non nocere, kif ukoll mar-regoli dwar is-sigurtà rilevanti fis-seħħ u jikkonformaw b'mod strett mal-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju”;

jemenda l-paragrafu 1 tal-Artikolu 48 kif ġej: “Ir-Rappreżentant Għoli jista' jippreżenta lill-Kunsill kunċett għall-possibbiltà ta' Programm ta' Azzjoni jew miżura ta' assistenza ad hoc. Ir-Rappreżentant Għoli għandu jinforma minnufih lill-Parlament Ewropew dwar kwalunkwe Kunċett bħal dan.”;

jemenda l-paragrafu 1 tal-Artikolu 49 kif ġej: “Il-Programmi ta' Azzjoni għandhom jiġu approvati mill-Kunsill fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar il-Programmi ta' Azzjoni approvati ladarba jiġu adottati mill-Kunsill.”;

jemenda l-paragrafu 3 tal-Artikolu 50 kif ġej: “Meta talba taqa' barra mill-Programmi ta' Azzjoni eżistenti, il-Kunsill jista' japprova miżura ta' assistenza ad hoc fuq proposta tar-Rappreżentant Għoli. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi infurmat dwar il-miżuri ta' assistenza ad hoc approvati ladarba jiġu adottati mill-Kunsill.”;

fl-Artikolu 52, paragrafu 2, iżid il-punt fa) ġdid li ġej: “fa) għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni lista dettaljata ta' tagħmir iffinanzjat mill-Faċilità;”;

jemenda l-punt b) tal-Artikolu 53, paragrafu 1, kif ġej: “b) imwassla b'mod effettiv lill-forzi armati tal-Istat terz ikkonċernat sakemm tkun ġiet ivvalutata l-konformità mal-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju;”;

jemenda l-punt d) tal-Artikolu 53, paragrafu 1, kif ġej: “d) użati f'konformità mal-politiki tal-Unjoni, b'kunsiderazzjoni xierqa għad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari rigward id-drittijiet tal-bniedem, u maċ-ċertifikati tal-utent finali, b'mod partikolari l-klawsoli dwar trasferimenti mill-ġdid;”;

jemenda l-punt e) tal-Artikolu 53, paragrafu 1, kif ġej: “e) ġestiti f'konformità ma' kwalunkwe restrizzjoni jew limitazzjoni fuq l-użu, il-bejgħ jew it-trasferiment tagħhom deċiżi mill-Kunsill jew mill-Kumitat, u f'konformità maċ-ċertifikati rilevanti tal-utent finali, il-kriterji tal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta' Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta' esportazzjonijiet ta' teknoloġija u tagħmir militari u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 tal-5 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi reġim Komunitarju għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferiment, is-senserija u t-transitu ta' oġġetti b'użu doppju”;

jemenda l-paragrafu 1 tal-Artikolu 54 kif ġej: “Kwalunkwe attur responsabbli mill-implimentazzjoni fdat bl-implimentazzjoni tan-nefqa ffinanzjata permezz tal-Faċilità għandu jirrispetta l-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u ta' trasparenza, għandu jkun wettaq il-valutazzjonijiet tar-riskju neċessarji u l-kontrolli tal-użu finali, u għandu jqis kif xieraq il-valuri fundamentali tal-UE u d-dritt internazzjonali, b'mod partikolari rigward id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipju non nocere. Kwalunkwe attur responsabbli mill-implimentazzjoni bħal dan għandu jiġi sottomess għal valutazzjoni tar-riskju minn qabel biex jitqiesu r-riskji li jista' jkun hemm għad-drittijiet tal-bniedem u l-governanza.”;

2.

Jirrakkomanda lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà li:

(a)

tikkonsulta lill-Parlament dwar l-emendi rakkomandati, u li tiżgura li l-fehmiet tal-Parlament jiġu kkunsidrati, f'konformità mal-Artikolu 36 tat-TUE;

(b)

f'konformità mal-Artikolu 36 tat-TUE, timplimenta b'mod sħiħ il-fehmiet tal-Parlament meta tħejji proposti għal “programmi ta' azzjoni” pluriennali jew miżuri ta' assistenza ad hoc, inkluż billi tirtira l-proposti li l-Parlament ikun oppona għalihom;

(c)

tipprovdi valutazzjoni tal-impatt finanzjarju għad-deċiżjoni, minħabba l-implikazzjonijiet tagħha għall-baġit tal-UE, li tiddeskrivi b'mod partikolari l-ħtiġijiet addizzjonali tal-persunal;

(d)

tippreżenta l-abbozzi ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Faċilità Ewropea għall-Paċi lill-Parlament għal konsultazzjoni fl-istess ħin li dawn jiġu ppreżentati lill-Kunsill jew lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà, sabiex il-Parlament ikollu żmien biżżejjed biex jippreżenta l-fehmiet tiegħu; jistieden lill-VP/RGħ temenda l-abbozzi ta' deċiżjoni tal-Kunsill fuq talba tal-Parlament;

(e)

tiżgura, f'konformità mal-Artikolu 18 tat-TUE, il-komplementarjetà ma' fondi, programmi u strumenti eżistenti tal-UE, il-konsistenza tal-EPF mal-aspetti l-oħra kollha tal-azzjoni esterna tal-UE, b'mod partikolari rigward l-inizjattiva għat-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet għas-Sigurtà u l-Iżvilupp (CBSD) u l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI) proposti, li, fil-każijiet kollha, għandhom jiġu implimentati fil-qafas tal-programm ta' riforma tas-settur tas-sigurtà aktar wiesgħa, li jrid ikollu komponenti b'saħħithom rigward il-governanza tajba, kif ukoll dispożizzjonijiet kontra l-vjolenza sessista u, b'mod partikolari, dwar is-sorveljanza ċivili fuq is-sistema tas-sigurtà u l-kontroll demokratiku tal-forzi armati;

(f)

tipprovdi feedback regolari lill-Parlament dwar il-progress magħmul fl-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1325 dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, u tikkonsulta lill-Parlament dwar il-komponent tal-ġeneru rakkomandat li jiffoka fuq ir-rwol tan-nisa fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, fir-rikostruzzjoni wara l-kunflitti u n-negozjati dwar il-paċi, kif ukoll valutazzjonijiet regolari tal-miżuri meħuda biex jiġu protetti persuni vulnerabbli, inklużi n-nisa u l-bniet, mill-vjolenza f'sitwazzjonijiet ta' kunflitt;

(g)

tiżgura, f'konformità mal-Artikolu 18 tat-TUE, il-konsistenza tal-EPF mal-aspetti l-oħra kollha tal-azzjoni esterna tal-UE, inklużi l-politiki umanitarji u tal-iżvilupp tagħha, bil-għan li jitrawwem l-iżvilupp tal-pajjiż terzi kkonċernati u li jitnaqqas u jinqered il-faqar f'dawn il-pajjiżi.

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, kif ukoll, għal skopijiet ta' informazzjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.

(1)  https://sustainabledevelopment.un.org/

(2)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 1.

(3)  ĠU L 84, 28.3.2015, p. 39.

(4)  ĠU L 77, 15.3.2014, p. 1.

(5)   ĠU L 335, 15.12.2017, p. 6.

(6)  ĠU L 335, 15.12.2017, p. 6.

(7)  ĠU L 58, 3.3.2015, p. 17.

(8)  ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99.

(9)  ĠU L 134, 29.5.2009, p. 1.

(10)  ĠU L 210, 6.8.2013, p. 1.

(11)  ĠU C 353, 27.9.2016, p. 68.

(12)  ĠU C 224, 27.6.2018, p. 18.

(13)  ĠU C 369, 11.10.2018, p. 36.

(14)  Testi adottati, P8_TA(2018)0514.

(15)  ĠU C 215, 19.6.2018, p. 202.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 26 ta’ Marzu 2019

26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/150


P8_TA(2019)0221

Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jørn Dohrmann

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jørn Dohrmann (2018/2277(IMM))

(2021/C 108/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jørn Dohrmann mill-Ministru tal-Ġustizzja tar-Renju tad-Danimarka, imressqa fis-6 ta' Novembru 2018 mir-Rappreżentant Permanenti tad-Danimarka lill-Unjoni Ewropea, b'rabta ma' proċediment kriminali fis-sens tal-punt (1) tal-Artikolu 260(1), l-Artikolu 291(1) u l-Artikolu 293(1), flimkien mal-Artikolu 21 tal-Kodiċi Kriminali Daniża, u mħabbra fis-seduta plenarja fit-28 ta' Novembru 2018,

wara li sema' lil Jørn Dohrmann, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 57 tal-Kostituzzjoni tar-Renju tad-Danimarka,

wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0178/2019),

A.

billi l-Prosekutur tal-Istat ta' Viborg ippreżenta talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jørn Dohrmann, Membru tal-Parlament Ewropew elett għad-Danimarka, b'rabta ma' reati fis-sens tal-Artikolu 260(1)(1), l-Artikolu 291(1) u l-Artikolu 293(1), flimkien mal-Artikolu 21 tal-Kodiċi Kriminali Daniża; billi, mod partikolari, il-proċedimenti jirrigwardaw koerċizzjoni illegali, ħsara doluża u tentattiv ta' użu illegali ta' oġġett li jappartjeni lil persuna oħra;

B.

billi fis-26 ta' April 2017, barra mir-residenza privata tiegħu f'Vamdrup, Jørn Dohrmann ħataf kamera minn kameraman li kien qed jiffilmja d-dar tiegħu minn distanza ta' madwar 195 metru bil-ħsieb li juża l-filmat miksub f'dokumentarju televiżiv dwar ċerti Membri tal-Parlament Ewropew Daniżi; billi Jørn Dohrmann hedded li se jfarrak il-kamera; billi huwa għamel ħsara lill-imsemmija kamera, inkluż l-mikrofonu, l-iskrin u l-cable tagħha; billi ħa pussess tal-kamera u l-kard tal-memorja bl-intenzjoni li jagħmel użu mhux awtorizzat minnha billi jispezzjona l-filmat irrekordjat, iżda fl-aħħar mill-aħħar ma setax jagħmel dan peress li l-pulizija marru fl-indirizz u rkupraw il-kamera u l-kard tal-memorja, li huwa kien neħħa mill-apparat;

C.

billi l-kameraman inizjalment kien akkużat b'reat fis-sens tal-Artikolu 264a tal-Kodiċi Kriminali Daniża talli b'mod illegali ħa ritratti ta' persuni li kienu f'proprjetà privata; billi l-Prosekutur tal-Istat irrakkomanda li jitwaqqgħu l-akkużi minħabba n-nuqqas tal-element doluż meħtieġ biex wieħed jiġi kkundannat għal ksur tal-Artikolu 264a tal-Kodiċi Kriminali Daniża;

D.

billi l-Pulizija tax-Xlokk ta' Jutland irrimarkat li l-kumpanija li qed timpjega l-ġurnalist u s-sid tal-kamera ressqet talba għall-kumpens ta' DKK 14 724,71 b'rabta mal-każ u li kawżi għal ħsara doluża, serq, approprjazzjoni u atti simili, meta l-piena mitluba tkun multa, iridu jkunu s-suġġett ta' proċediment ġudizzjarju jekk il-parti leża kkonċernata għandha dritt għal ħlas għad-danni;

E.

billi, iniżjalment, l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-Istat irrakkomanda li jiġi stabbilita multa ta' DKK 20 000 fil-kawża kontra Jørn Dohrmann minflok piena ta' detenzjoni, mingħajr ma jitressqu akkużi formali;

F.

billi Jørn Dohrmann ċaħad l-akkużi kontrih; billi, skont id-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi, se jkun għalhekk inkonsistenti li wieħed jipprova jikseb ftehim extraġudizzjarju permezz ta' avviż ta' penali fissa;

G.

billi sabiex jitressaq proċediment kriminali kontra Jørn Dohrmann, l-awtorità kompetenti ressqet talba għat-tneħħija tal-immunità tiegħu;

H.

billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament tagħhom;

I.

billi l-Artikolu 57(1) tal-Kostituzzjoni Daniża jistipula li mingħajr il-kunsens tal-Parlament Daniż, l-ebda Membru tal-Folketing ma jista' jiġi akkużat jew soġġett għal priġunerija ta' kwalunkwe tip sakemm ma jkunx inqabad fl-att li jwettaq reat; billi din id-dispożizzjoni tipprovdi protezzjoni minn proċedimenti kriminali pubbliċi iżda mhux minn proċedimenti privati f'materji kriminali; billi, jekk il-kundizzjonijiet jiġu sodisfatti sabiex tiġi riżolta l-kwistjoni b'mod extraġudizzjarju permezz ta' avviż ta' penali fissa, il-kunsens tal-Parlament Daniż ma jkunx meħtieġ.

J.

billi l-portata tal-immunità mogħtija lill-Membri tal-Parlament Daniż tikkorrispondi fil-fatt għall-portata tal-immunità mogħtija lill-Membri tal-Parlament Ewropew fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea; billi l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ddeċidiet li, sabiex Membru tal-Parlament Ewropew ikun kopert bl-immunità, opinjoni trid tingħata mill-Membru fil-qadi ta' dmirijietu, u dan jimplika r-rekwiżit ta' rabta bejn l-opinjoni espressa u d-dmirijiet parlamentari; billi tali rabta għandha tkun diretta u ovvja;

K.

billi l-atti allegati mhumiex relatati ma' opinjonijiet espressi jew voti mitfugħin mill-Membru tal-Parlament Ewropew fil-qadi ta' dmirijietu fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokol Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea u għalhekk ma għandhom bl-ebda relazzjoni ċara u diretta mal-qadi minn Jørn Dohrmann ta' dmirijietu bħala Membru tal-Parlament Ewropew;

L.

billi ma hemm l-ebda evidenza ta' kwalunkwe motiv biex wieħed jissuspetta fumus persecutionis;

1.

Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Jørn Dohrmann;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja tar-Renju tad-Danimarka u lil Jørn Dohrmann.

(1)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI:EU:C:2011:543; is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 26 ta’ Marzu 2019

26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/152


P8_TA(2019)0222

Azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (COM(2018)0184 – C8-0149/2018 – 2018/0089(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0184),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0149/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-Kunsill Federali Awstrijak u l-Parlament Svediż, billi affermaw li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Settembru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Ottubru 2018 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0447/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 66.

(2)  ĠU C 461, 21.12.2018, p. 232.


P8_TC1-COD(2018)0089

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-għan ta' din id-Direttiva huwa li tippermetti lill-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati, li jirrappreżentaw l-interess kollettiv tal-konsumaturi, li jfittxu ifittxu rimedju permezz ta' azzjonijiet rappreżentattivi kontra l-ksur ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni. L-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu għall-waqfien l-waqfien jew il-projbizzjoni ta' ksur, li jiġi kkonfermat li seħħ ksur u jfittxu rimedju, bħall-kumpens bħal kumpens, rimborż tal-prezz imħallas , tiswija , sostituzzjoni, tneħħija, roħs fuq il-prezz jew terminazzjoni tal-kuntratt kif disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali. [Em. 1]

(2)

Id-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) ippermettiet lill-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi bl-għan primarju li jinġieb fi tmiem ksur tal-liġi tal-Unjoni li jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Madankollu, dik id-Direttiva ma tindirizzax biżżejjed l-isfidi għall-infurzar tal-liġi tal-konsumatur. Sabiex Biex titjieb id-deterrenza ta' prassi illegali , biex jitħeġġu prassi kummerċjali tajba u responsabbli, u biex jitnaqqas id-detriment tal-konsumaturi, huwa meħtieġ li jissaħħaħ il-mekkaniżmu għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Minħabba l-għadd kbir ta' tibdiliet, għal raġunijiet ta' ċarezza, huwa xieraq li d-Direttiva 2009/22/KE tiġi ssostitwita. Hemm ħtieġa kbira ta' intervent tal-Unjoni, abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE, sabiex jiġu żgurati kemm aċċess għall-ġustizzja kif ukoll amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja peress li dan se jnaqqas l-ispejjeż u l-piż li jġibu magħhom il-kawżi individwali. [Em. 2]

(3)

Azzjoni rappreżentattiva jenħtieġ li toffri mod effettiv u effiċjenti li tipproteġi biex l-interessi kollettivi tal-konsumaturi jiġu protetti kemm kontra l-ksur intern kif ukoll kontra dak trasnfruntier . Din l-azzjoni jenħtieġ li tippermetti lill-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jaġixxu bl-għan li jiżguraw konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u li jegħlbu l-ostakli li jiltaqgħu magħhom il-konsumaturi f'azzjonijiet individwali, bħal pereżempju l-inċertezza dwar id-drittijiet tagħhom u l-mekkaniżmi proċedurali disponibbli, ir-riluttanza esperjenza preċedenti ta' talbiet li ma rnexxewx, proċeduri twal wisq, riluttanza psikoloġika li jieħdu azzjoni u l-bilanċ negattiv tal-ispejjeż u l-benefiċċji mistennija ta' azzjoni individwali , u b'hekk tiżdied iċ-ċertezza legali kemm għall-għall-kwerelanti u l-konvenuti, kif ukoll għas-sistema legali . [Em. 3]

(4)

Huwa importanti li jiġi żgurat il-bilanċ meħtieġ bejn l-aċċess għall-ġustizzja u s-salvagwardji proċedurali kontra l-litigazzjoni abbużiva li tista' tfixkel b'mod mhux ġustifikabbli il-kapaċità tan-negozji biex joperaw fis-Suq Uniku. Sabiex jiġi evitat l-abbuż tal-azzjonijiet rappreżentattivi jenħtieġ li jiġu evitati elementi bħal danni punittivi u nuqqas ta' limitazzjonijiet b'rabta mad-dritt li titressaq azzjoni f'isem il-konsumaturi li ġarrbu dannu u jenħtieġ li jiġu stabbilitili regoli ċari dwar id-diversi aspetti proċedurali, bħall-ħatra tal-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati, l-oriġini tal-fondi tagħhom u n-natura tal-informazzjoni meħtieġa biex isostnu l-azzjoni rappreżentattiva. Jenħtieġ li din id-Direttiva Il-parti li titlef il-kawża jenħtieġ li ġġarrab l-ispejjeż tal-proċedimenti. Madankollu, il-qorti jew it-tribunal jenħtieġ li ma taffettwax ir-regoli nazzjonali dwar l-allokazzjoni tal-ispejjeż proċedurali jaġġudikawx l-ispejjeż lill-parti li titlef il-kawża meta tali spejjeż ikunu nġarrbu mingħajr ħtieġa jew ma jkunux proporzjonati għat-talba . [Em. 4]

(5)

Ksur li jaffettwa l-interessi kollettivi tal-konsumaturi ta’ spiss ikollu implikazzjonijiet transfruntiera. Azzjonijiet rappreżentattivi aktar effettivi u effiċjenti disponibbli fl-Unjoni kollha jenħtieġ li jsaħħu l-fiduċja tal-konsumaturi fis-suq intern u jagħtu setgħa lill-konsumaturi biex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

(6)

Din id-Direttiva jenħtieġ li tkopri varjetà ta' oqsma bħall-protezzjoni tad-dejta, is-servizzi finanzjarji, l-ivvjaġġar u t-turiżmu, l-enerġija, il-mezzi tat-telekomunikazzjoni it-telekomunikazzjoni, l-ambjent tal-ambjent s-saħħa . Jenħtieġ li tkopri l-ksur tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, kemm jekk dawn ikunu msemmija bħala konsumaturi jew bħala vjaġġaturi, utenti, konsumaturi, investituri bl-imnut, klijenti mhux professjonali jew mod ieħor fil-liġi rilevanti tal-Unjoni , kif ukoll l-interessi kollettivi tas-suġġetti tad-dejta fis-sens tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta . Biex ikun żgurat rispons xieraq għal ksur tal-liġi tal-Unjoni, li l-forma u d-daqs tagħha qed jevolvu b'rata mgħaġġla, jenħtieġ jiġi kkunsidrat, kull darba li jiġi adottat att ġdid tal-Unjoni, relevanti għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, jekk jenħtieġx li jiġi emendat l-Anness ta' din id-Direttiva sabiex l-att il-ġdid jaqa' taħt il-kamp ta' applikazzjoni tagħha. [Em. 5]

(6a)

Din id-Direttiva tapplika għal azzjonijiet rappreżentattivi miġjuba kontra ksur b'impatt wiesa' fuq il-konsumaturi b'rabta mad-dispożizzjonijiet koperti bil-liġi tal-Unjoni elenkati fl-Anness I. L-impatt wiesa' jibda meta jiġu affettwati żewġ konsumaturi. [Em. 6]

(7)

Il-Kummissjoni adottat proposta leġiżlattiva għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 261/2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u r-Regolament (KE) Nru 2027/97 dwar ir-responsabbiltà ta’ trasportaturi bl-ajru fir-rigward tat-trasport ta’ passiġġieri u l-bagalji tagħhom bl-ajru u għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji. Għalhekk huwa xieraq li jiġi stipulat li, sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni tivvaluta jekk ir-regoli tal-Unjoni fil-qasam tad-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u tal-ferrovija joffrux livell xieraq ta’ protezzjoni għall-konsumaturi, komparabbli għal dak previst f’din id-Direttiva, u tiġbed il-konklużjonijiet meħtieġa fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva.

(8)

Filwaqt li tibni fuq id-Direttiva 2009/22/KE, din id-Direttiva jenħtieġ li tkopri kemm il-ksur domestiku kif ukoll il-ksur transfruntier, b’mod partikolari meta l-konsumaturi konċernati minn ksur ikunu jgħixu f’wieħed jew bosta Stati Membri għajr l-Istat Membru fejn ikun stabbilit in-negozjant li wettaq il-ksur. Jenħtieġ ukoll li tkopri ksur li jkun waqaf qabel tinbeda jew titlesta l-azzjoni rappreżentattiva, peress li xorta jista’ jkun għadu meħtieġ li jiġi evitat li l-prassi tirrepeti ruħha, li jiġi stabbilit li l-prassi tikkostitwixxi ksur u li jiġi ffaċilitat ir-rimedju lill-konsumaturi.

(9)

Din id-Direttiva jenħtieġ li ma tistabbilixxix regoli ta' liġi internazzjonali privata dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi jew il-liġi applikabbli. L-istrumenti eżistenti tal-liġi tal-Unjoni japplikaw għall-azzjonijiet rappreżentattivi stabbiliti minn din id-Direttiva biex tiġi evitata kwalunkwe żieda fl-għażla opportunistika tal-ġurisdizzjoni . [Em. 7]

(9a)

Din id-Direttiva jenħtieġ li ma taffettwax l-applikazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-liġi internazzjonali privata f'każijiet transfruntiera. Ir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (riformulazzjoni – Brussell I), ir-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) u r-Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) japplikaw għall-azzjonijiet rappreżentattivi stabbiliti minn din id-Direttiva. [Em. 8]

(10)

Peress li huma biss l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati li jistgħu jressqu azzjonijiet rappreżentattivi, biex jiġi żgurat li l-interessi kollettivi tal-konsumaturi jkunu rappreżentati b'mod adegwat, l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jenħtieġ li jkunu konformi mal-kriterji stabbiliti minn din id-Direttiva. B'mod partikolari, jeħtieġ li dawn ikunu kkostitwiti kif suppost skont il-liġi ta' Stat Membru, u dan jista' jenħtieġ li jinkludi, pereżempju, rekwiżiti dwar l-għadd ta' membri, il-grad ta' permanenza, jew rekwiżiti ta' trasparenza dwar aspetti rilevanti mill-istruttura tagħhom, bħall-istatuti kostituttivi tagħhom, l-istruttura maniġerjali, l-objettivi u l-metodi ta' ħidma. Jenħtieġ ukoll li ma jkunux bi skop ta' qligħ u li jkollhom interess leġittimu fl-iżgurar tal-konformità mal-liġi rilevanti tal-Unjoni. Dawn il-kriterji Barra minn hekk, l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jenħtieġ li japplikaw kemm għall-entitajiet kwalifikati maħtura minn qabel u kif jkunu indipendenti mill-operaturi tas-suq, inkluż finanzjarjament. L-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jenħtieġ li jkollhom ukoll għall-entitajiet kwalifikati ad hoc proċedura stabbilita biex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jimponux kriterji li jiġu kkostitwiti għal xi azzjoni speċifika jmorru lil hinn minn dawk stabbiliti f'din id-Direttiva . [Em. 9]

(11)

Korpi pubbliċi indipendenti u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur b’mod speċjali jenħtieġ li jkollhom rwol attiv f’li jiżguraw il-konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni u li jkunu kollha f’pożizzjoni tajba biex jaġixxu bħala entitajiet kwalifikati. Minħabba li dawn l-entitajiet ikollhom aċċess għal sorsi differenti ta’ informazzjoni dwar il-prassi tan-negozjanti fil-konfront tal-konsumaturi u jkollhom prijoritajiet differenti għall-attivitajiet tagħhom, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi jiddeċiedu dwar it-tipi ta’ miżuri li jistgħu jitressqu minn kull entità kwalifikata f’azzjonijiet rappreżentattivi.

(12)

Peress li kemm il-proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi jistgħu b’mod effettiv u effiċjenti jservu għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi huwa fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri jekk l-azzjoni rappreżentattiva tistax titressaq bi proċedimenti ġudizzjarji jew amministrattivi, jew bihom it-tnejn, skont il-qasam rilevanti tal-liġi jew tas-settur ekonomiku. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt għal rimedju effettiv skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li tgħid li l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-konsumaturi u n-negozji jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti jew tribunal, kontra kull deċiżjoni amministrattiva meħuda skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw din id-Direttiva. Dan jenħtieġ jinkludi l-possibbiltà li l-partijiet jiksbu deċiżjoni ta’ sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, skont il-liġi nazzjonali.

(13)

Sabiex tiżdied l-effettività proċedurali tal-azzjonijiet rappreżentattivi, l-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li jkollhom il-possibilità li jitolbu miżuri differenti fl-istess azzjoni rappreżentattiva jew f’azzjonijiet rappreżentattivi separati. Dawn il-miżuri jenħtieġ jinkludu miżuri interim għall-waqfien ta’ prassi fis-seħħ jew għall-projbizzjoni ta’ prassi li tkun għandha ma twettqitx, iżda hemm riskju li din il-prassi tista’ tikkawża dannu serju jew irriversibbli lill-konsumaturi, miżuri li jistabbilixxu li xi prassi partikolari tikkostitwixxi ksur tal-liġi u, jekk ikun meħtieġ, li jwaqqfu jew jipprojbixxu l-prassi fil-futur, kif ukoll miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni l-effetti tal-ksur, inkluż rimedju. Jekk jintalbu f’azzjoni waħda, l-entitajiet kwalifikati jenħtieġ li jkunu jistgħu jitolbu l-miżuri rilevanti kollha fl-istess ħin li jressqu l-azzjoni jew li jitolbu għall-ewwel darba għal ordnijiet ta’ inġunzjonijiet u sussegwentement u jekk ikun xieraq ordni ta’ rimedju.

(14)

Ordnijiet ta’ inġunzjoni għandhom l-għan li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi b’mod indipendenti minn kwalunkwe telf jew dannu reali mġarrab minn konsumaturi individwali. Ordnijiet ta’ inġunzjoni jistgħu jeħtieġu lin-negozjanti jieħdu azzjoni speċifika, bħal pereżempju li jipprovdu lill-konsumaturi b’informazzjoni li qabel kienet tħalliet barra bi ksur ta’ obbligi legali. Id-deċiżjonijiet li jistabbilixxu li prassi tikkostitwixxi ksur jenħtieġ li ma tkunx tiddependi fuq jekk il-prassi twettqitx intenzjonalment jew b’negliġenza.

(15)

L-entità kwalifikata li tibda azzjoni rappreżentattiva skont din id-Direttiva jenħtieġ li tkun parti fil-proċedimenti. Il-konsumaturi konċernati mill-ksur jenħtieġ li jkollhom biżżejjed opportunitajiet adegwati biex jibbenefikaw mir-riżultati informazzjoni adegwata dwar ir-riżultati rilevanti tal-azzjoni rappreżentattiva u kif jistgħu jibbenefikaw minnhom . Ordnijiet ta’ inġunzjoni maħruġa skont din id-Direttiva jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għall-azzjonijiet individwali miġjuba minn konsumaturi li tkun saritilhom ħsara minħabba l-prassi suġġetta għall-ordni ta’ inġunzjoni. [Em. 10]

(16)

L-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jenħieġ li jkunu jistgħu jitolbu għal miżuri bl-għan li tiġi eliminata l-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jieħdu l-forma ta'ordni ta' rimedju li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, fost l-oħrajn, kumpens, tiswija, sostituzzjoni , tneħħija , roħs fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq u skont kif disponibbli skont il-liġijiet nazzjonali. [Em. 11]

(17)

Il-kumpens mogħti lill-konsumaturi li sofrew dannu f’sitwazzjoni ta’ dannu tal-massa jenħtieġ li ma jaqbiżx l-ammont dovut min-negozjant skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni applikabbli biex ikopri d-dannu reali subit mill-konsumaturi. B’mod partikolari, danni punittivi, li jwasslu għal kumpens żejjed għad-dannu mġarrab lill-parti pretendent jenħtieġ li jkunu evitati.

(18)

L-Istati Membri jistgħu Jenħtieġ li l-Istati Membri jeħtieġu li l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jipprovdu biżżejjed informazzjoni biex isostnu azzjoni rappreżentattiva għal rimedju, inkluż inklużi deskrizzjoni tal-grupp ta' konsumaturi konċernati mill-ksur u l-kwistjonijiet ta' fatti u ta' liġi li jridu jiġu riżolti fl-azzjoni rappreżentattiva. L-entità kwalifikata jenħtieġ li ma tkunx meħtieġa tidentifika individwalment il-konsumaturi kollha konċernati minn ksur biex tibda azzjoni. F'azzjonijiet rappreżentattivi għal rimedju, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva jenħtieġ li tivverifika kemm jista' jkun kmieni fil-proċedimenti jekk il-każ huwiex adatt biex jitressaq bħala azzjoni rappreżentattiva, minħabba n-natura tal-ksur u l-karatteristiċi tad-danni mġarrba mill-konsumaturi konċernati. B'mod partikolari, it-talbiet jenħtieġ li jkunu aċċertabbli u uniformi u jenħtieġ li jkun hemm komunalità fil-miżuri mfittxija, u l-arranġament ta' finanzjament minn parti terza tal-entità kwalifikata jenħtieġ li jkun trasparenti u mingħajr ebda kunflitt ta' interess. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw ukoll li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva jkollha l-awtorità li tiċħad sa mill-aktar stadju bikri possibbli tal-proċedimenti kawżi li jkunu manifestament infondati. [Em. 12]

(19)

L-Istati Membri għandhom jitħallew jiddeċiedu jekk il-qorti jew l-awtorità nazzjonali li quddiemha tressqet azzjoni rappreżentattiva għal rimedju tista’, b’mod eċċezzjonali, toħroġ minflok ordni ta’ rimedju, deċiżjoni dikjaratorja dwar ir-responsabilità tan-negozjant lejn il-konsumaturi milquta mill-ksur li tista’ tiġi direttament invokata f’azzjonijiet ta’ rimedju sussegwenti mill-konsumaturi individwali. Din il-possibbiltà jenħtieġ li tkun riżervata għal każijiet ġustifikati kif dovut meta l-kwantifikazzjoni tar-rimedju individwali li jrid jiġi attribwiti lil kull konsumatur konċernat mill-azzjoni rappreżentattiva tkun kumplessa u ma jkunx effiċjenti li titwettaq fl-azzjoni rappreżentattiva. Id-deċiżjonijiet dikjaratorji jenħtieġ li ma jinħarġux f’sitwazzjonijiet li mhumiex kumplessi u b’mod partikolari fejn il-konsumaturi konċernati jkunu identifikabbli u meta l-konsumaturi jkunu sofrew dannu komparabbli tul perjodu ta’ żmien jew mill-akkwist. Bl-istess mod, jenħtieġ li ma jinħarġux deċiżjonijiet dikjaratorji meta l-ammont ta’ telf imġarrab minn kull konsumatur individwali jkun tant żgħir li x’aktarx il-konsumaturi individwali ma jressqux pretensjoni għal rimedju individwali. Il-qorti jew l-awtorità nazzjonali jenħtieġ li tagħti r-raġunijiet kif dovut għalfejn użat deċiżjoni deklaratorja minflok ordni ta’ rimedju f’każ partikolari. [Em. 13]

(20)

Meta l-konsumaturi konċernati mill-istess prassi jkunu identifikabbli u jkunu ġarrbu ħsara komparabbli tul perjodu ta’ żmien jew mill-akkwist, bħal fil-każ ta’ kuntratti tal-konsumatur fit-tul, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tista’ tiddefinixxi b’mod ċar il-grupp ta’ konsumaturi konċernati mill-ksur matul l-azzjoni rappreżentattiva. B’mod partikolari, qorti jew awtorità amministrattiva tista’ titlob lin-negozjant li wettaq il-ksur biex jipprovdi l-informazzjoni rilevanti, bħalma hija l-identità tal-konsumaturi konċernati u kemm damet il-prassi. Għal raġunijiet ta’ ħeffa u effiċjenza, f’dawn il-każijiet l-Istati Membri, skont il-liġijiet nazzjonali tagħhom, jistgħu jikkunsidraw li l-konsumaturi jingħataw il-possibbiltà li jibbenefikaw direttament minn ordni ta’ rimedju wara li tkun inħarġet mingħajr ma jkunu meħtieġa jagħtu l-mandat individwali tagħhom qabel ma tinħareġ l-ordni ta’ rimedju. [Em. 14]

(21)

F’każijiet ta’ valur baxx il-biċċa l-kbira tal-konsumaturi x’aktarx ma jiħdux azzjoni biex jinfurzaw id-drittijiet tagħhom minħabba li l-isforzi jissuperaw il-benefiċċji individwali. Madankollu, jekk l-istess prassi tikkonċerna għadd ta’ konsumaturi, it-telf aggregat jista’ jkun sinifikanti. F’dawn il-każijiet, il-qorti jew l-awtorità tista’ tikkunsidra li huwa sproporzjonat li tiddistribwixxi l-fondi lura lill-konsumaturi konċernati, pereżempju minħabba li dan ikun oneruż wisq jew imprattikabbli. Għalhekk, il-fondi riċevuti bħala kumpens permezz tal-azzjonijiet rappreżentattivi jistgħu jkunu aktar utli għal finijiet ta’ protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi u jenħtieġ li jiġu diretti lejn skop pubblika rilevanti, bħal fond għall-għajnuna legali lill-konsumaturi, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni jew assoċjazzjonijiet tal-konsumatur. [Em. 15]

(22)

Miżuri li jkollhom l-għan li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur jistgħu jintalbu biss fuq il-bażi ta’ deċiżjoni finali, li tistabbilixxi ksur tal-liġi tal-Unjoni koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva u li jagħmel ħsara lill-interess kollettiv ta’ konsumaturi, inkluż ordni ta’ inġunzjoni finali maħruġa fi ħdan l-azzjoni rappreżentattiva. B’mod partikolari, miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur jistgħu jintalbu fuq il-bażi ta’ deċiżjonijiet finali ta’ qorti jew awtorità amministrattiva fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ infurzar regolati mir-Regolament (UE) 2017/2394 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2017 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (5).

(23)

Din id-Direttiva tipprevedi mekkaniżmu proċedurali, li ma jaffettwawx ir-regoli li jistabbilixxu drittijiet sostantivi tal-konsumatur għal rimedji kuntrattwali u mhux kuntrattwali f’każ li l-interessi tagħhom ikunu ġew milquta minn ksur, bħalma huwa d-dritt għal kumpens għad-danni, it-terminazzjoni ta’ kuntratt, rimborż, sostituzzjoni, tneħħija , tiswija jew roħs fuq il-prezz. Azzjoni rappreżentattiva li titlob rimedju skont din id-Direttiva tista’ titressaq biss meta l-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali tipprevedi dawn id-drittijiet sostantivi. [Em. 16]

(24)

Din id-Direttiva għandha l-għan ta' armonizzazzjoni minima u ma tissostitwixxix mekkaniżmi nazzjonali ta' rimedju kollettiv eżistenti. B'kunsiderazzjoni tat-tradizzjonijiet legali tagħhom, id-Direttiva tħalli f'idejn l-Istati Membri jekk ifasslux l-azzjoni rappreżentattiva stabbilita minn din id-Direttiva bħala parti minn mekkaniżmu ta' rimedju kollettiv eżistenti jew futuri futur jew bħala alternattiva għal dawn il-mekkaniżmi, dment li l-mekkaniżmu nazzjonali jikkonforma mal-modalitajiet stabbiliti minn din id-Direttiva. Din ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jżommu l-qafas eżistenti tagħhom, u lanqas ma tobbliga lill-Istati Membri biex jemendawh. L-Istati Membri se jkollhom il-possibbiltà li jimplimentaw ir-regoli previsti f'din id-Direttiva fis-sistema tagħhom stess ta' rimedju kollettiv jew li jimplimentawhom fi proċedura separata. [Em. 17]

(25)

L-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jenħtieġ li jkunu kompletament trasparenti dwar is-sors tal-finanzjament tal-attività tagħhom inġenerali u dwar il-fondi li jappoġġjaw azzjoni rappreżentattiva speċifika għal rimedju sabiex jippermettu lill-qrati jew lill-awtoritajiet amministrattivi jivvalutaw jekk jistax ikun hemm kunflitt ta' interess bejn it-terza parti li qed tipprovdi l-fondi terza finanzjatur u l-entità kwalifikata u biex jiġu evitati r-riskji ta' litigazzjoni abbużiva, kif ukoll biex jivvalutaw jekk il-parti terza finanzjatur l-entità kwalifikata għandhiex biżżejjed riżorsi biex tissodisfa l-impenji finanzjarji tagħha lejn l-entità kwalifikata tirrappreżenta l-aħjar interessi tal-konsumaturi konċernati u tassumi l-ispejjeż legali kollha meħtieġa jekk l-azzjoni tfalli . L-informazzjoni pprovduta mill-entità kwalifikata fl-aktar stadju bikri tal-proċediment lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva li tissorvelja l-azzjoni rappreżentattiva jenħtieġ li tippermettilom jivvalutaw jekk il-parti terza tistax tinfluwenza d-deċiżjonijiet proċedurali tal-entità kwalifikata b'mod ġenerali u fil-kuntest tal-azzjoni rappreżentattiva, inkluż dwar is-soluzzjonijiet u jekk hijiex qed tipprovdi finanzjament għal azzjoni rappreżentattiva għal rimedju kontra konvenut li huwa kompetitur tal-fornitur tal-fondi jew kontra konvenut li l-fornitur tal-fondi jiddependi minnu. Jekk xi waħda minn dawn iċ-ċirkustanzi tiġi kkonfermata, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva jenħtieġ li jkollha s-setgħa li tirrikjedi lill-entità kwalifikata tirrifjuta l-fondi rilevanti u, jekk ikun meħtieġ, tiċħad il-locus standi tal-entità kwalifikata f'każ speċifiku. L-Istati Membri jenħtieġ li ma jħallux li d-ditti legali jistabbilixxu entitajiet rappreżentattivi kwalifikati. Il-finanzjament indirett tal-azzjoni permezz ta' donazzjonijiet, inklużi donazzjonijiet ta' negozjanti fil-qafas ta' inizjattivi ta' responsabbiltà soċjali korporattiva, jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal finanzjament minn parti terza dment li dan ikun konformi mar-rekwiżiti dwar it-trasparenza, l-indipendenza u n-nuqqas ta' kunflitt ta' interess elenkati fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 7. [Em. 18]

(26)

Soluzzjonijiet kollettivi extraġudizzjarji , bħall-medjazzjoni, bl-għan li jingħata rimedju lill-konsumaturi li ġarbu ġarrbu dannu jenħtieġ li jiġu mħeġġa kemm qabel ma titressaq l-azzjoni rappreżentattiva u kif ukoll fi kwalunkwe stadju tal-azzjoni rappreżentattiva. [Em. 19]

(27)

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li entità kwalifikata u negozjant li jkunu laħqu ftehim dwar soluzzjoni għal rimedju għall-konsumaturi affettwati minn prassi allegatament illegali ta' dak in-negozjant jistgħu jitolbu b'mod konġunt lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva biex japprovah tapprovah . Talba bħal din jenħtieġ li tiġi aċċettata mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva biss jekk ma jkunx hemm għaddejja azzjoni rappreżentattiva oħra dwar l-istess prassi. Qorti kompetenti jew awtorità amministrattiva li tapprova tali soluzzjoni kollettiva jenħtieġ li tqis l-interessi u d-drittijiet tal-partijiet kollha konċernati, inklużi tal-konsumaturi l-konsumaturi individwali. Il-konsumaturi individwali konċernati Is-soluzzjonijiet jenħtieġ li tingħatalhom il-possibbiltà jaċċettaw jew jirrifjutaw li jintrabtu b'din is-soluzzjoni jkunu finali u vinkolanti għall-partijiet kollha . [Em. 20]

(28)

Il-qorti u l-awtorità amministrattiva jenħtieġ ikollhom is-setgħa jistiednu lin-negozjant li qed iwettaq il-ksur u lill-entità kwalifikata li ressqet l-azzjoni rappreżentattiva biex jidħlu f’negozjati bl-għan li jinlaħqu ftehim dwar soluzzjoni dwar ir-rimedju li jrid jingħata lill-konsumaturi konċernati. Id-deċiżjoni dwar jekk il-partijiet għandhomx jiġu mistiedna jsolvu tilwima barra l-qorti jenħtieġ tqis it-tip ta’ ksur li hija marbuta miegħu l-azzjoni, il-karatteristiċi tal-konsumaturi konċernati, it-tipi possibbli ta’ rimedju li jridu jiġu offruti, u r-rieda tal-partijiet li jilħqu ftehim u l-ħeffa tal-proċedura.

(29)

Sabiex jiġi ffaċilitat ir-rimedju għall-konsumaturi individwali abbażi ta’ deċiżjonijiet dikjaratorji finali rigward ir-responsabbiltà tan-negozjant lejn il-konsumaturi milquta minn ksur, maħruġa f’azzjonijiet rappreżentattivi, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva li tkun ħarġet id-deċiżjoni jenħtieġ ikollha s-setgħa titlob lill-entità kwalifikata u lin-negozjant biex jilħqu soluzzjoni kollettiva. [Em. 21]

(30)

Kwalunkwe soluzzjoni extraġudizzjarja milħuqa fil-kuntest ta' azzjoni rappreżentattiva jew abbażi ta' deċiżjoni dikjaratorja finali jenħtieġ li tiġi approvat approvata mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva rilevanti biex tiġi żgurata l-legalità u l-imparzjalità tagħha, u filwaqt li jitqiesu l-interessi u d-drittijiet tal-partijiet kollha konċernati. Il-konsumaturi individwali konċernati jenħtieġ li tingħatalhom il-possibbiltà jaċċettaw jew jirrifjutaw Is-soluzzjoni hija vinkolanti għall-partijiet kollha mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt addizzjonali għal rimedju li jintrabtu b'din is-soluzzjoni l-konsumaturi konċernati jista' jkollhom skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali . [Em. 22]

(31)

Biex azzjoni rappreżentattiva jkollha suċċess huwa kruċjali li l-konsumaturi jiġu infurmati dwarha. Il-konsumaturi jenħtieġ jiġu infurmati li għaddejja azzjoni rappreżentattiva, dwar il-fatt li prassi ta’ negozjant ġiet ikkunsidrata bħala ksur tal-liġi, id-drittijiet tagħhom wara l-istabbiliment ta’ ksur u kwalunkwe pass sussegwenti li se jittieħed mill-konsumaturi konċernati, partikolarment biex jiksbu rimedju. Ir-riskji għar-reputazzjoni assoċjati mat-tixrid tal-informazzjoni dwar ksur huma wkoll importanti biex jiskoraġġixxu lin-negozjanti milli jiksru d-drittijiet tal-konsumaturi.

(32)

Biex tkun effettiva, l-informazzjoni jenħtieġ li tkun adegwata u proporzjonata għaċ-ċirkostanzi tal-każ. In-negozjant jenħieġ L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li jinforma l-qorti jew l-awtorità amministrattiva tkun tista' tirrikjedi lill-parti li titlef tinforma b'mod adegwat lill-konsumaturi konċernati kollha dwar il-ordnijiet deċiżjoni finali ta' rigward inġunzjoni u rimedju maħruġa fl-azzjoni rappreżentattiva kif ukoll dwar , u liż-żewġ partijiet f'każijiet ta' soluzzjoni approvata minn qorti jew awtorità amministrattiva. Din l-informazzjoni tista' tiġi pprovduta, pereżempju fuq il-websajt tan-negozjant, fil-midja soċjali, minn postijiet f'postijiet tas-suq onlajn online , jew f'gazzetti popolari, inklużi dawk distribwiti esklussivament b'mezzi ta' komunikazzjoni elettroniċi. Jekk ikun possibbli, il-konsumaturi Din l-informazzjoni jenħtieġ jiġu informati individwalment permezz ta' ittri elettroniċi jew stampati. Din l-informazzjoni jenħtieġ tingħata f'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità fuq talba li tingħata f'formati aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità fuq talba . Il-parti li titlef jenħtieġ li ġġarrab l-ispejjeż tal-informazzjoni tal-konsumatur. . [Em. 23]

(32a)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jitħeġġu jistabbilixxu reġistru nazzjonali għal azzjonijiet rappreżentattivi mingħajr ħlas, li jkun jista' jkompli jsaħħaħ l-obbligi ta' trasparenza [Em. 24]

(33)

Sabiex tissaħħaħ iċ-ċertezza legali, tiġi evitata l-inkonsistenza fl-applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni u tiżdied l-effettività u l-effiċjenza proċedurali tal-azzjonijiet rappreżentattivi u tal-azzjonijiet ta' segwitu possibbli għal rimedju, il-konstatazzjoni ta' ksur jew nuqqas ta' ksur stabbilit f'deċiżjoni finali, inkluż inġunzjoni finali skont din id-Direttiva, maħruġa minn awtorità amministrattiva jew minn qorti jenħtieġ li ma tiġix litigata mill-ġdid f'azzjonijiet legali sussegwenti relatati mal-istess ksur mill-istess negozjant fir-rigward tan-natura tal-ksur u tal-ambitu materjali, personali, temporali u territorjali tiegħu kif stabbilit b'dik id-deċiżjoni finali tkun vinkolanti għall-partijiet kollha li jkunu pparteċipaw fl-azzjoni rappreżentattiva. Id-deċiżjoni finali jenħtieġ li tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt addizzjonali għal rimedju li l-konsumaturi konċernati jista' jkollhom skont il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi nazzjonali. Ir-rimedju miksub permezz tas-soluzzjoni jenħtieġ li jkun vinkolanti wkoll għall-każijiet li jinvolvu l-istess prassi, l-istess negozjant u l-istess konsumatur . Meta azzjoni li titlob miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur, inkluż għal rimedju, titressaq fi Stat Membru ieħor apparti mill-Istat Membru fejn tkun inħarġet deċiżjoni finali li tistabbilixxi dan il-ksur jew nuqqas ta' ksur , din id-deċiżjoni jenħtieġ li titqies li tikkostitwixxi preżunzjoni konfutabbli evidenza li l-ksur seħħ jew ma seħħx fil-każijiet relatati. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li deċiżjoni finali ta' qorti ta' Stat Membru li tistabbilixxi l-eżistenza jew l-ineżistenza tal-ksur għall-finijiet ta' kwalunkwe azzjoni oħra li titlob rimedju quddiem il-qrati nazzjonali tagħhom fi Stat Membru ieħor kontra l-istess negozjant għall-istess ksur jenħtieġ li titqies bħala suppożizzjoni konfutabbli. [Em. 25]

(34)

L-Istati Membri jenħtieġ jiżguraw li azzjonijiet individwali ta’ rimedju jistgħu jkunu bbażati fuq deċiżjoni dikjaratorja finali maħruġa f’azzjoni rappreżentattiva. Azzjonijiet bħal dawn jenħtieġ li jkunu disponibbli permezz ta’ proċeduri ħfif u simplifikati.

(35)

Azzjonijiet għal rimedju bbażati fuq l-istabbiliment ta' ksur minn ordni ta' inġunzjoni finali jew minn deċiżjoni dikjaratorja finali dwar ir-responsabilità tan-negozjant lejn l-konsumaturi il-konsumaturi li ġarrbu dannu skont din id-Direttiva jenħtieġ li ma jiġux imfixkla minn regoli nazzjonali dwar il-preskrizzjoni. It-tressiq ta' azzjoni rappreżentattiva jenħtieġ ikollu li jkollu l-effett li jissospendi jew li jinterrompi l-preskrizzjoni għal kwalunkwe azzjoni ta' rimedju għall-konsumaturi konċernati minn din l-azzjoni. [Em. 26]

(36)

L-azzjonijiet rappreżentattivi għal ordnijiet ta’ inġunzjoni jenħtieġ li jiġu ttrattati bil-ħeffa proċedurali dovuta. L-ordni ta’ inġunzjoni b’effett provviżorju jenħtieġ li dejjem jiġu ttrattati permezz ta’ proċedura aċċellerata biex jiġi evitat kwalunkwe dannu jew dannu ulterjuri kkawżat mill-ksur.

(37)

L-evidenza hija element importanti biex jiġi stabbilit jekk prassi partikolari tikkostitwixxix ksur tal-liġi, jekk hemmx riskju li tirrepeti ruħha, biex jiġu identifikati l-konsumaturi konċernati minn ksur, tittieħed deċiżjoni dwar rimedju u l-konsumaturi konċernati minn azzjoni rappreżentattiva jiġu infurmati b’mod adegwat dwar il-proċedimenti u l-eżitu finali tagħha. Madankollu, ir-relazzjonijiet bejn in-negozji u l-konsumaturi huma karatterizzati minn asimmetrija fl-informazzjoni u l-informazzjoni meħtieġa tista’ tkun esklussivament għand in-negozjant u dan jagħmilha inaċċessibbli għall-entità kwalifikata. L-entitajiet kwalifikati għalhekk jenħtieġ jingħataw id-dritt li jitolbu lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva kompetenti biex tiġi żvelata l-evidenza rilevanti għall-pretensjoni tagħhom u li tkun għand in-negozjant jew li tkun meħtieġa biex il-konsumaturi konċernati jiġu infurmati b’mod adegwat dwar l-azzjoni rappreżentattiva, mingħajr ma jkun meħtieġ li jispeċifikaw l-elementi speċifiċi tal-evidenza. Il-ħtieġa, l-iskop u l-proporzjonalità ta’ dan l-iżvelar jenħtieġ jiġi vvalutat bir-reqqa mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva li tissorvelja l-azzjoni rappreżentattiva biex tqis il-protezzjoni tal-interessi leġittimi ta’ partijiet terzi u soġġett għar-regoli applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità.

(38)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-azzjonijiet rappreżentattivi n-negozjanti li jwettqu ksur jenħtieġ jiffaċċjaw penali effettivi, dissważivi u proporzjonati għan-nuqqas ta’ konformità ma’ deċiżjoni finali maħruġa fl-azzjoni rappreżentattiva.

(39)

Wara li jikkunsidraw il-fatt li l-azzjonijiet rappreżentattivi huma ta' interess pubbliku billi jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati ma jkunux impediti milli jressqu azzjonijiet rappreżentattivi skont din id-Direttiva minħabba l-ispejjeż involuti fil-proċeduri. Madankollu, soġġett għall-kundizzjonijiet rilevanti skont il-liġi nazzjonali, dan jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għall-fatt li l-parti li titlef azzjoni rappreżentattiva trodd lura l-ispejjeż legali mġarrba mill-parti rebbieħa (“il-prinċipju ta' min jitlef iħallas”). Madankollu, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva jenħtieġ li ma taġġudikax l-ispejjeż lill-parti li titlef il-kawża meta tali spejjeż ikunu nġarrbu mingħajr ħtieġa jew ma jkunux proporzjonati għat-talba. [Em. 27]

(39a)

L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-ħlasijiet ta' kontinġenza jiġu evitati u r-rimunerazzjoni tal-avukati u l-metodu li biha tiġi kkalkulata ma joħolqux xi inċentiv għal litigazzjoni li ma tkunx neċessarja mil-lat tal-interess tal-konsumaturi jew ta' kwalunkwe parti konċernata u li tista' tipprevjeni lill-konsumaturi milli jibbenefikaw bis-sħiħ mill-azzjoni rappreżentattiva. L-Istati Membri li jippermettu ħlasijiet ta' kontinġenza jenħtieġ li jiżguraw li tali ħlasijiet ma jipprevjenux il-kisba ta' kumpens sħiħ mill-konsumaturi. [Em. 28]

(40)

Il-kooperazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni , prassi tajba u esperjenza bejn l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati minn Stati Membri differenti wrew li huma utli biex jiġu indirizzati każijiet ta' ksur transfruntier. Jeħtieġ li jkun hemm tkomplija u espansjoni tal-bini tal-kapaċità u ta' miżuri ta' kooperazzjoni ma' għadd akbar ta' entitajiet rappreżentattivi kwalifikati madwar l-Unjoni sabiex jiżdied l-użu tal-azzjonijiet rappreżentattivi b'implikazzjonijiet transfruntiera. [Em. 29]

(41)

Sabiex il-ksur b’implikazzjonijiet transfruntiera jiġi indirizzat b’mod effettiv, ir-rikonoxximent reċiproku tal-istatus legali tal-entitajiet kwalifikati maħtura minn qabel fi Stat Membru wieħed biex iressqu azzjoni rappreżentattiva fi Stat Membru ieħor jenħtieġ li tkun żgurata. Barra minn hekk, entitajiet kwalifikati minn Stati Membri differenti jenħtieġ li jkunu jistgħu jingħaqdu f’azzjoni rappreżentattiva waħda quddiem forum wieħed, soġġetti għar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni kompetenti. Għal raġunijiet ta’ effiċjenza u effettività, entità kkwalifikata waħda jenħtieġ li tkun tista’ tressaq azzjoni rappreżentattiva f’isem l-entitajiet kwalifikati l-oħra li jirrappreżentaw il-konsumaturi minn Stati Membri differenti.

(41a)

Sabiex tesplora l-possibbiltà li jkun hemm proċedura fil-livell tal-Unjoni għal azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-possibbiltà li jiġi stabbilit Ombudsman Ewropew għal rimedji kollettivi. [Em. 30]

(42)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għaldaqstant, din id-Direttiva jenħtieġ li tkun interpretata u applikata skont dawk id-drittijiet u l-prinċipji, inkluż dawk relatati mad-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust, kif ukoll id-dritt għal difiża.

(43)

Fir-rigward tal-liġi ambjentali, din id-Direttiva tqis il-Konvenzjoni UNECE dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta' Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (“il-Konvenzjoni ta’ Aarhus”).

(44)

L-objettivi ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu għal azzjoni rappreżentattiva għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi bil-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni għall-konsumaturi fl-Unjoni kollha u l-funzjonament xieraq tas-suq intern, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed bl-azzjonijiet meħuda biss mill-Istati Membri, iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-implikazzjonijiet transfruntiera tal-azzjonijiet rappreżentattivi, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma teċċedix dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(45)

F’konformita mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta’ Settembru 2011 tal-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni (6), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ dawk id-dokumenti hija ġġustifikata.

(46)

Huwa xieraq li jiġu previsti regoli għall-applikazzjoni temporali ta' din id-Direttiva,

(47)

Id-Direttiva 2009/22/KE jenħtieġ għalhekk titħassar,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Kapitolu 1

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

1.   Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli li jippermettu li entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi bl-għan li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi u b'hekk, b'mod partikolari, jiksbu u jimplimentaw livell għoli ta' protezzjoni u aċċess għall-ġustizzja , filwaqt li fl-istess ħin tiżgura salvagwardji xierqa biex tiġi evitata l-litigazzjoni abbużiva. [Em. 31]

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex tipprevjeni lill-Istati Membri milli jadottaw jew iżommu fis-seħħ dispożizzjonijiet imfassla biex jagħtu lill-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jew lil xi persuni oħra konċernati kwalunkwe korp pubbliku mezzi proċedurali oħrajn biex iressqu azzjonijiet bl-għan li jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi fil-livell nazzjonali. L-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva ma għandha taħt l-ebda ċirkostanza tikkostitwixxi raġunijiet għat-tnaqqis tal-protezzjoni tal-konsumatur fl-oqsma koperti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni. [Em. 32]

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din id-Direttiva għandha tapplika għal azzjonijiet rappreżentattivi mressqa kontra l-ksur ksur b'impatt wiesa' fuq il-konsumatur , minn negozjanti, ta' dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni elenkata elenkati fl-Anness I li jagħmlu ħsara jew li jistgħu jkunu ta' dannu għall-interessi jipproteġu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi. Id-Direttiva għandha tapplika għal ksur domestiku u transfruntier, inkluż meta dak il-ksur ikun waqaf qabel ma tkun bdiet u l-azzjoni rappreżentattiva jew qabel ma tkun intemmet l-azzjoni rappreżentattiva. [Em. 33]

2.   Din id-Direttiva ma għandhiex taffettwa regoli li jistabbilixxu rimedji kuntrattwali u mhux kuntrattwali disponibbli għall-konsumaturi għal ksur bħal dan skont il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali.

3.   Din ir-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-Unjoni dwar id-dritt il-liġi internazzjonali privat privata , b'mod partikolari r-regoli relatati mal-ġurisdizzjoni tal-qrati , ir-rikonoxximent l-liġijiet l-infurzar tad-deċiżjonijiet f'materji ċivili u kummerċjali u r-regoli dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali u mhux kuntrattwali, li japplikaw għall-azzjonijiet rappreżentattivi stabbiliti minn din id-Direttiva . [Em. 34]

3a.     Din id-Direttiva hija mingħajr preġudizzju għal forom oħra ta' mekkaniżmi ta' rimedju previsti fil-liġi nazzjonali. [Em. 35]

3b.     Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali, u tosserva l-prinċipji, rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u b'mod partikolari d-dritt għal proċess ġust u imparzjali u d-dritt għal rimedju effettiv. [Em. 36]

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“konsumatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika li tkun qiegħda taġixxi għal skopijiet li jkunu lil hinn mill-kummerċ, min-negozju, mis-sengħa jew il-professjoni tagħha;

(1a)

“organizzazzjoni tal-konsumatur” tfisser kwalunkwe grupp li jkollu l-għan li jipproteġi l-interessi tal-konsumaturi minn atti illegali jew minn omissjonijiet imwettqa min-negozjanti. [Em. 37]

(2)

“negozjant” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew kwalunkwe persuna ġuridika, indipendentement minn jekk ikollhiex sjieda pubblika jew privata, li taġixxi f'kapaċità ċivili skont ir-regoli tal-liġi ċivili , anki permezz ta' xi persuna oħra li tkun qed taġixxi f'isimha jew għall-interessi tagħha, għall-iskopijiet relatati mal-kummerċ, in-negozju, is-sengħa jew il-professjoni tagħha; [Em. 38]

(3)

“interessi kollettivi tal-konsumaturi” tfisser l-interessi ta' għadd ta' konsumaturi jew ta' suġġetti tad-dejta kif definit fir-Regolament (UE) 2016/679 (ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta) ; [Em. 39]

(4)

“azzjoni rappreżentattiva” tfisser azzjoni għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi li l-konsumaturi konċernati ma jkunux parti fiha;

(5)

“prassi” tfisser kwalunkwe att jew ommissjoni minn negozjant;

(6)

“deċiżjoni finali” tfisser deċiżjoni minn qorti ta’ Stat Membru li ma tistax appellata jew li warajha ma hemmx aktar dritt ta’ appell jew deċiżjoni ta’ awtorità amministrattiva li ma tistax tkun suġġetta għal aktar stħarriġ ġudizzjarju;

(6a)

“liġi tal-konsumatur” tfisser id-dritt tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali adottati għall-protezzjoni tal-konsumaturi. [Em. 40]

Kapitolu 2

Azzjoni rappreżentattiva

Artikolu 4

Entitajiet rappreżentattivi kwalifikati [Em. 41]

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkunu jistgħu jitressqu azzjonijiet rappreżentattivi minn entitajiet kwalifikati maħtura, fuq talba tagħhom, mill-Istati Membri minn qabel għal dan l-għan u mqiegħda f’lista li tkun disponibbli għall-pubbliku. L-Istati Membri jew il-qrati tagħhom għandhom jaħtru, fi ħdan it-territorju rispettiv tagħhom, tal-inqas entità rappreżentattiva waħda għall-fini ta' azzjonijiet rappreżentattivi fis-sens tal-Artikolu 3(4).

L-Istati Membri għandhom jinnominaw jaħtru entità bħala entità rappreżentattiva kwalifikata jekk din tkun tikkonforma mal-kriterji kollha li ġejjin: [Em. 42]

(a)

tkun kostitwita korrettament skont il-liġi ta’ Stat Membru;

(b)

ikollha interess l-istatuti tagħha jew dokument ta' governanza ieħor u l-attività kontinwa tagħha li tinvolvi l-ħarsien u l-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatir juru l-interess leġittimu tagħha li tiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni koperti minn din id-Direttiva jiġu rrispettati; [Em. 43]

(c)

tkun mingħajr skop ta’ qligħ.

(ca)

taġixxi b'mod indipendenti minn entitajiet u minn persuni oħra għajr konsumaturi li jista' jkollhom interess fl-eżitu tal-azzjonijiet rappreżentattivi, b'mod partikolari mill-operaturi tas-suq; [Em. 44]

(cb)

ma jkollhiex ftehimiet finanzjarji ma' ditti legali tal-kwerelant lil hinn minn kuntratt ta' servizz normali; [Em. 45]

(cc)

tkun stabbiliet proċeduri interni biex tipprevjeni kunflitt ta' interess bejnha u l-finanzjaturi tagħha; [Em. 46]

L-Istati Membri għandhom jipprevedu li kull entità rappreżentattiva kwalifikata tiżvela pubblikament, b'mezzi xierqa, bħal fuq il-websajt proprja, b'kitba sempliċi u li tinftiehem, kif tiġi ffinanzjata, l-istruttura organizzattiva u ta' ġestjoni tagħha, l-objettiv tagħha u l-metodi ta’ ħidma tagħha kif ukoll l-attivitajiet tagħha

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw, fuq bażi regolari, jekk entità rappreżentattiva kwalifikata għadhiex tissodisfa dawn il-kriterji. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li entità rappreżentattiva kwalifikata titlef l-istatus tagħha skont din id-Direttiva jekk ma tibqax konformi ma' xi kriterju jew aktar mill-kriterji elenkati fl-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta' entitajiet rappreżentattivi li jikkonformaw mal-kriterji elenkati fil-paragrafu 1 u jagħmluha disponibbli għall-pubbliku. Għandhom jikkomunikaw il-lista lill-Kummissjoni u jaġġornawha fejn ikun neċessarju.

Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' entitajiet rappreżentattivi li tkun irċeviet mingħand l-Istati Membri f'portal online li jkun aċċessibbli għall-pubbliku. [Em. 47]

1a.     L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-entitajiet rappreżentativi diġà maħtura qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva skont il-liġi nazzjonali għandhom jibqgħu eliġibbli għall-istatus ta' entità rappreżentattiva fis-sens ta' dan l-Artikolu. [Em. 48]

2.   L-Istati Membri jistgħu jaħtru entità kwalifikata fuq bażi ad hoc għal azzjoni rappreżentattiva partikolari, fuq talba tagħha, jekk din tkun konformi mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1. [Em. 49]

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li b'mod partikolari organizzazzjonijiet tal-konsumaturi l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur jissodisfaw il-kriterji elenkati fil-paragrafu 1 korpi pubbliċi indipendenti li l-korpi pubbliċi huma eliġibbli għall-istatus ta' entità rappreżentattiva kwalifikata. L-Istati Membri jistgħu jaħtru bħala entitajiet rappreżentattivi kwalifikati organizzazzjonijiet tal-konsumatur li jirrappreżentaw membri minn aktar minn Stat Membru wieħed. [Em. 50]

4.   L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu regoli li jispeċifikaw liema entitajiet kwalifikati jistgħu jitolbu għall-miżuri kollha msemmija fl-Artikoli 5 u 6, u liema entitajiet kwalifikati jistgħu jitlobu biss waħda minn dawn il-miżuri jew aktar. [Em. 51]

5.   Il-konformità minn entità kwalifikata mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 1 hija mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-qorti għall-obbligu tal-qorti jew l-awtorità tal-awtorità amministrattiva jeżaminaw li teżamina jekk l-għan tal-entità kwalifikata jiġġustifikax il-fatt li hija qed tieħu azzjoni f'każ speċifiku f'konformità mal-Artikolu 4 u mal-Artikolu 5(1). [Em. 52]

Artikolu 5

Azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li azzjonijiet rappreżentattivi quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi nazzjonali jkunu jistgħu jitressqu jkunu jistgħu jitressqu biss minn entitajiet rappreżentattivi kwalifikati sakemm ikun maħtura skont l-Artikolu 4(1) u dment li jkun hemm relazzjoni diretta bejn l-objettivi ewlenin tal-entità u d-drittijiet mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni li jkun qed jiġi allegat li nkisret nkisru u li fir-rigward tagħhom tkun tressqet l-azzjoni.

L-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati huma liberi li jagħżlu kwalunkwe proċedura disponibbli skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni li tiżgura l-ogħla livell ta' protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda azzjoni oħra li tkun għaddejja ma tkun tressqet quddiem qorti jew awtorità amministrattiva ta' Stat Membru rigward l-istess prassi, l-istess negozjant u l-istess konsumaturi.. [Em. 53]

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jkunu , inklużi l-korpi pubbliċi maħtura minn qabel, ikunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi biex jitolbu dawn il-miżuri li ġejjin: [Em. 54]

(a)

ordni ta' inġunzjoni bħala miżura interim biex tintemm prassi il-prassi illegali jew, jekk il-prassi tkun għadha ma twettqitx iżda tkun imminenti, li tipprojbixxi l-prassi illegali ; [Em. 56]

(b)

ordni ta’ inġunzjoni li tistabbilixxi li prassi tikkostitwixxi ksur tal-liġi u jekk meħtieġ twaqqaf il-prassi jew, jekk il-prassi tkun għadha ma twettqitx iżda tkun imminenti, tipprojbixxi l-prassi.

Sabiex jitolbu ordnijiet ta’ inġunzjoni, l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati ma għandhomx għalfejn jiksbu l-mandat tal-konsumaturi individwali konċernati jew u jipprovdu prova ta’ telf jew dannu reali min-naħa tal-konsumaturi konċernati jew tal-intenzjoni jew tan-negliġenza min-naħa tan-negozjant. [Em. 55]

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jkunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi li jitolbu miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur: Dawn il-miżuri għandhom jintalbu abbażi ta' kwalunkwe deċiżjoni finali li tistabbilixxi li prassi tikkostitwixxi ksur tal-liġi tal-Unjoni elenkata fl-Anness I li jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi, inklużi ordni finali ta' inġunzjoni msemmija fil-paragrafu (2)(b). [Em. 57]

4.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(4), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kwalifikati jkunu jistgħu jitolbu, fl-istess azzjoni rappreżentattiva, miżuri li jeliminaw il-kontinwazzjoni tal-effetti tal-ksur flimkien ma’ miżuri msemmija fil-paragrafu 2. [Em. 58]

Artikolu 5a

Reġistru ta' azzjonijiet ta' rimedju kollettiv

1.     L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu reġistru nazzjonali għal azzjonijiet rappreżentattivi, li għandu jkun disponibbli mingħajr ħlas għal kwalunkwe persuna interessata permezz ta' mezzi elettroniċi u/jew b'xi mod ieħor.

2.     Il-websajts li jippubblikaw ir-reġistri għandhom jipprovdu aċċess għal informazzjoni komprensiva u oġġettiva dwar il-metodi disponibbli ta' kisba ta' kumpens, inklużi metodi straġudizzjarji kif ukoll l-azzjonijiet rappreżentattivi pendenti.

3.     Ir-reġistri nazzjonali għandhom ikunu interkonnessi. Għandu japplika l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2017/2394. [Em. 59]

Artikolu 6

Miżuri ta’ rimedju

1.   Għall-fini tal-Artikolu 5(3), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jkunu intitolati jressqu azzjonijiet rappreżentattivi li jitolbu ordni ta’ rimedju li tobbliga lin-negozjant jipprovdi, fost l-oħrajn, kumpens, tiswija, sostituzzjoni, tnaqqis fil-prezz, terminazzjoni tal-kuntratt jew rimborż tal-prezz imħallas, kif xieraq. Stat Membru jista’ jeħtieġ il-mandat ta’ konsumaturi individwali konċernat qabel ma tittieħed deċiżjoni dikjaratorja jew jew jista' ma jeħtieġx il-mandat tal-konsumaturi individwali konċernati qabel ma tinħareġ ordni ta’ rimedju. [Em. 60]

Jekk Stat Membru ma jeħtieġx mandat tal-konsumatur individwali biex jingħaqad mal-azzjoni rappreżentattiva, dan l-Istat Membru xorta għandu jippermetti lil dawk l-individwi li ma jkunux residenti b'mod abitwali fl-Istat Membru fejn isseħħ l-azzjoni, jipparteċipaw fl-azzjoni rappreżentattiva, fil-każ li jkunu taw il-mandat espliċitu tagħhom biex ikunu parti mill-azzjoni rappreżentattiva fil-limitu taż-żmien applikabbli. [Em. 61]

L-entità rappreżentattiva kwalifikata għandha tipprovdi biżżejjed informazzjoni kif meħtieġ l-informazzjoni kollha meħtieġa skont il-liġi nazzjonali biex issostni l-azzjoni, inkluż inklużi deskrizzjoni tal-konsumaturi konċernati mill-azzjoni u l-kwistjonijiet tal-fatti u tal-liġi li jridu jiġu riżolti. [Em. 62]

2.   B’deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jagħtu s-setgħa lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva li minflok toħroġ ordni ta’ rimedju, toħroġ deċiżjoni deklaratorja dwar ir-responsabilità tan-negozjant lejn il-konsumaturi li jkunu sofrew danni minħabba ksur tal-liġi tal-Unjoni elenkata fl-Anness I, f’każijiet ġustifikati kif dovut meta, minħabba l-karatteristiċi tad-danni individwali tal-konsumaturi konċernati, il-kwantifikazzjoni tar-rimedju individwali tkun kumplessa. [Em. 63]

3.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika meta:

(a)

il-konsumaturi konċernati mill-ksur ikunu identifikabbli u ġarrbu dannu komparabbli kkawżat mill-istess prassi tul perjodu ta’ żmien jew minn akkwist. F’każijiet bħal dawn, ir-rekwiżit tal-mandat tal-konsumaturi individwali ma għandux jikkostitwixxi kundizzjoni biex tinbeda azzjoni. Ir-rimedju għandu jkun dirett lejn il-konsumaturi konċernati;

(b)

il-konsumaturi jkunu sofrew ammont żgħir ta’ telf u jkun sproporzjonat li jiġu distribwiti rimedju lilhom. F’każijiet bħal dawn, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkunx meħtieġ il-mandat tal-konsumaturi individwali konċernati. Ir-rimedju għandu jkun intiż għal skop pubbliku li jservi l-interessi kollettivi tal-konsumaturi. [Em. 64]

4.    Ir-rimedji miksuba permezz ta' deċiżjoni finali f'konformità mal-paragrafu  1 għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt addizzjonali għal rimedju li l-konsumaturi konċernati jista' jkollu jkollhom skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. Il-prinċipju res judicata għandu jiġi rrispettat fl-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni. [Em. 65]

4a.     Il-miżuri ta' rimedju għandhom l-għan li jagħtu lill-konsumaturi konċernati kumpens sħiħ gat-telf tagħhom. F'każ li jifdal ammont mill-kumpens li ma jinġabarx, il-Qorti għandha tiddeċiedi dwar il-benefiċjarju ta' dak l-ammont mhux miġbur li jifdal. Dan l-ammont mhux miġbur la għandu jingħata lill-entità kwalifikata u lanqas ma għandu jingħata lin-negozjant. [Em. 66]

4b.     B'mod partikolari, danni punittivi, li jwasslu għal kumpens żejjed lill-parti kwerelanti tad-dannu mġarrab, għandhom ikunu projbiti. Pereżempju, il-kumpens mogħti lill-konsumaturi li sofrew dannu b'mod kollettiv ma għandux jaqbeż l-ammont dovut min-negozjant skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni applikabbli sabiex jiġi kopert id-dannu reali mġarrab minnhom individwalment. [Em. 67]

Artikolu 7

Finanzjament L-ammissibbiltà ta' azzjoni rappreżentattiva [Em. 68]

1.   L-entità rappreżentattiva kwalifikata li titlob ordni ta' rimedju kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) għandha tiddikjara fi tippreżenta quddiem il-qorti jew l-awtorità amministrattiva fl-aktar stadju bikri tal-azzjoni s-sors prospett finanzjarju komplut, li jelenka s-sorsi kollha tal-fondi użati għall-attività tagħha inġenerali u l-fondi li tuża biex issostni l-azzjoni sabiex turi n-nuqqas ta' kunflitt ta' interess . Hija għandha turi li għandha biżżejjed riżorsi finanzjarji biex tirrappreżenta l-aħjar interessi tal-konsumaturi konċernati u biex tħallas l-ispejjeż jekk azzjoni ma tirnexxix. [Em. 69]

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li f’każijiet fejn azzjoni rappreżentattiva għal rimedju tkun finanzjata minn parti terza, ikun ipprojbit li l-parti L-azzjoni rappreżentattiva tista' tiġi ddikjarata inammissibbli mill-qorti nazzjonali jekk tistabbilixxi li l-finanzjament mill-parti terza: [Em. 70]

(a)

tinfluwenza jinfluwenza d-deċiżjonijiet tal-entità rappreżentattiva kwalifikata fil-kuntest ta' azzjoni rappreżentattiva, inkluż fir-rigward tat-tnedija ta' azzjonijiet rappreżentattivi u d-deċiżjonijiet dwar is-soluzzjonijiet; [Em. 71]

(b)

li tipprovdi finanzjament għal azzjoni kollettiva kontra konvenut li hu kompetitur ta’ min jipprovdi l-fondi jew kontra konvenut li fuqu jiddependi min jipprovdi l-fondi;

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati u l-awtoritajiet amministrattivi jingħataw is-setgħa jivvalutaw iċ-ċirkostanzi jivvalutaw in-nuqqas ta' kunflitt ta' interess imsemmi fil-paragrafu 1 u ċ-ċirkostanzi msemmija fil-paragrafu 2 u għalhekk jeħtieġu li l-entità kwalifikata tirrifjuta l-finanzjament rilevanti u, jekk ikun meħtieġ tiċħad il-locus standi tal-entità kkwalifikata f'każ speċifiku fl-istadju tal-ammissibbiltà tal-azzjoni rappreżentattiva u fi stadju aktar tard matul il-proċedimenti tal-qorti biss jekk f'dak iż-żmien iċ-ċirkostanzi jkunu jippermettu dan . [Em. 72]

3a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva jkollha l-awtorità li tiċħad kawżi li jkunu manifestament infondati fl-aktar stadju bikri possibbli tal-proċedimenti. [Em. 73]

Artikolu 7a

Il-prinċipju ta' min jitlef iħallas

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-parti li titlef azzjoni ta' rimedju kollettiv tirrimborża l-ispejjeż legali mġarrba mill-parti rebbieħa, soġġett għall-kundizzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali. Madankollu, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva ma għandhiex taġġudika spejjeż lill-parti li titlef l-azzjoni jekk dawn ikunu saru mingħajr ħtieġa jew ma jkunux proporzjonati għat-talba. [Em. 74]

Artikolu 8

Soluzzjonijiet

1.   L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li entità rappreżentattiva kwalifikata u negozjant li jkunu laħqu ftehim dwar soluzzjoni għal rimedju għall-konsumaturi affettwati minn prassi allegatament illegali ta’ dak in-negozjant jistgħu jitolbu b’mod konġunt lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva biex japprovah tapprovah . Tali talba għandha tiġi aċċettata mill-qorti jew mill-awtorità amministrattiva biss jekk ma tkunx għaddejja azzjoni rappreżentattiva oħra quddiem il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tal-istess Stat Membru rigward l-istess negozjant u fir-rigward tal-istess prattika. [Em. 75]

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fi kwalunkwe mument matul azzjoni rappreżentattiva, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tkun tista’ tistieden lill-entità kwalifikata u lill-konvenut, wara li tkun ikkonsultathom, sabiex jilħqu soluzzjoni ta’ rimedju f’limitu raġonevoli ta’ żmien stabbilit.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva li tkun ħarġet deċiżjoni dikjaratorja finali msemmija fl-Artikolu 6(2) ikollha s-setgħa titlob lill-partijiet fl-azzjoni rappreżentattiva biex jilħqu f’perjodu raġonevoli ta’ żmien stabbilit soluzzjoni dwar ir-rimedju li jrid jingħata lill-konsumaturi fuq il-bażi ta’ din id-deċiżjoni finali.

4.   Is-soluzzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom ikunu suġġetti għall-iskrutinju tal-qorti jew tal-awtorità amministrattiva. Il-qorti jew l-awtorità amministrattiva għandhom jivvalutaw il-legalità u l-imparzjalità tas-soluzzjoni billi jqisu d-drittijiet u l-interessi tal-partijiet kollha, inklużi tal-konsumaturi konċernati.

5.   Jekk is-soluzzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma tintlaħaqx sal-iskadenzi stabbiliti jew is-soluzzjoni milħuqa ma tiġix approvata, il-qorti jew l-awtorità amministrattiva għandhom ikomplu l-azzjoni rappreżentattiva.

6.   Il-konsumaturi individwali konċernati jenħtieġ li tingħatalhom il-possibbiltà jaċċettaw jew jirrifjutaw li jintrabtu bis-soluzzjoni msemmija fil-paragrafi 1, 2 u 3. Ir-rimedju Ir-rimedju miksub permezz ta' soluzzjoni approvata f'konformità mal-paragrafu 4 għandu jkun vinkolanti għall-partijiet kollha u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dritt addizzjonali għal rimedju li l-konsumaturi konċernati jista' jkollhom skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali. [Em. 76]

Artikolu 9

Informazzjoni dwar l-azzjonijiet rappreżentattivi

-1.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet rappreżentattivi:

(a)

jinformaw lill-konsumaturi dwar il-ksur tad-drittijiet mogħtija skont il-liġi tal-Unjoni li jkun qed jiġi sostnut u l-intenzjoni li jfittxu inġunzjoni jew li jressqu azzjoni għad-danni,

(b)

jispjegaw lill-konsumaturi konċernati diġà minn qabel il-possibbiltà li jingħaqdu mal-azzjoni sabiex jiġi żgurat li jinżammu d-dokumenti rilevanti u informazzjoni oħra meħtieġa għall-azzjoni.

(c)

fejn rilevanti, jinformaw dwar il-passi sussegwenti u l-konsegwenzi legali potenzjali. [Em. 77]

1.   L-Istati Meta soluzzjoni jew deċiżjoni finali tkun ta' benefiċċju għal konsumaturi li jaf ma jkunux konxji tagħha, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qorti jew l-awtorità amministrattiva għandha teġiżi lin-negozjant li wettaq il-ksur jgħarraf teżiġi li l-parti li titlef jew iż-żewġ partijiet jgħarrfu lill-konsumaturi affettwati, għas-spejjeż tiegħu tagħhom , dwar id-deċiżjonijiet finali li jipprevedu għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 5 u 6, u s-soluzzjonijiet approvati msemmija fl-Artikolu 8, b'mezzi xierqa taċ-ċirkustanzi għaċ-ċirkustanzi tal-każ u fil-limiti ta' żmien speċifikati, inkluż, fejn xieraq, billi jinnotifika individwalment lill-konsumaturi konċernati kollha . L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-obbligu ta' informazzjoni jista' jiġi rispettat permezz ta' websajt disponibbli għall-pubbliku u aċċessibbli faċilment . [Em. 78]

1a.     Il-parti li titlef għandha ġġarrab l-ispejjeż tal-informazzjoni tal-konsumatur b'konformità mal-prinċipju stabbilit fl-Artikolu 7. [Em. 79]

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi b'mod li jinftiehem spjegazzjoni dwar is-suġġett tal-azzjoni rappreżentattiva, il-konsegwenzi legali tagħha u, jekk rilevanti, il-passi sussegwenti li jridu jittieħdu mill-konsumaturi konċernati. Il-modalitajiet u l-perjodu taż-żmien tal-informazzjoni għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim mal-qorti jew mal-awtorità amministrattiva. [Em. 80]

2a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar azzjonijiet kollettivi li ġejjin, li jkunu għaddejjin u li jkunu magħluqa tkun disponibbli għall-pubbliku b'mod aċċessibbli, inkluż permezz tal-midja u online permezz ta' websajt pubblika meta qorti tiddeċiedi li l-każ ikun ammissibbli. [Em. 81]

2b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet pubbliċi minn entitajiet kwalifikati dwar it-talbiet ikunu fattwali u jqisu kemm id-dritt tal-konsumaturi li jirċievu l-informazzjoni kif ukoll id-drittijiet relatati mar-reputazzjoni tal-konvenuti u d-drittijiet għas-segretezza kummerċjali. [Em. 82]

Artikolu 10

Effetti ta’ deċiżjonijiet finali

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ksur li jagħmel ħsara lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi stabbilit f'deċiżjoni finali ta' awtorità amministrattiva jew ta' qorti, inkluż inkluża ordni finali ta' inġunzjoni msemmija fl-Artikolu 5(2)(b), jitqies titqies bħala evidenza li jistabbilixxi tistabbilixxi l-eżistenza inkonfutabbli ta' dak il-ksur għall-finijiet ta' kwalunkwe azzjoni oħra li titlob rimedju quddiem il-qrati nazzjonali tagħhom kontra l-istess negozjant għall-istess ksur fatti, filwaqt li l-istess dannu ma jistax jiġi kkumpensat darbtejn lill-istess konsumaturi konċernati . [Em. 83]

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni finali msemmija fil-paragrafu 1 li tittieħed fi Stat Membru ieħor titqies mill-qrati nazzjonali jew mill-awtoritajiet amministrattivi tagħhom bħala preżunzjoni konfutabbli tal-inqas bħala evidenza li seħħ ksur. [Em. 84]

2a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni finali ta' qorti ta' Stat Membru wieħed li tistabbilixxi l-eżistenza jew in-nuqqas ta' eżistenza tal-ksur għall-finijiet ta' kwalunkwe azzjoni oħra li titlob rimedju quddiem il-qrati nazzjonali tagħhom fi Stat Membru ieħor kontra l-istess negozjant għall-istess ksur titqies bħala suppożizzjoni konfutabbli. [Em. 85]

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjoni dikjaratorja finali msemmija fl-Artikolu 6(2) titqies huma mħeġġa joħolqu database li tistabbilixxi b'mod inkonfutabbli r-responsabbiltà tan-negozjant lejn il-konsumaturi li ġarrbu dannu minn ksur għall-finijiet jkun fiha d-deċiżjonijiet finali kollha dwar azzjonijiet ta' kwalunkwe azzjoni rimedju li tfittex rimedju quddiem il-qrati nazzjonali tagħhom kontra l-istess negozjant għall-istess ksur. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li azzjonijiet bħal dawn għal jistgħu jiffaċilitaw miżuri oħra ta' rimedju , u jikkondividu l-aħjar prassi f'dan il-qasam mressqa individwalment minn konsumaturi jkunu jistgħu jsiru permezz ta' proċeduri ħfif u simplifikati. [Em. 86]

Artikolu 11

Sospensjoni tal-preskrizzjoni

B'konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tressiq ta' azzjoni rappreżentattiva msemmija fl-Artikolu 5 u 6 għandu jkollu l-effett li jissospendi jew jinterrompi preskrizzjoni applikabbli għal kwalunkwe azzjoni ta' rimedju għall-konsumaturi għall-individwi konċernati, jekk id-drittijiet rilevanti jkunu soġġetti għal perjodu ta' preskrizzjoni skont il-liġi nazzjonali jew tal-Unjoni. [Em. 87]

Artikolu 12

Il-ħeffa proċedurali

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-azzjonijiet rappreżentattivi msemmija fl-Artikoli 5 u 6 jiġu ttrattati b’ħeffa.

2.   Azzjonijiet rappreżentattivi għal ordni ta’ inġunzjoni f’forma ta’ miżura interim msemmija fl-Artikolu 5(2)(a) għandhom jiġu trattati permezz ta’ proċedura aċċellerata.

Artikolu 13

Evidenza

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba ta' entità kwalifikata waħda mill-partijiet li tkun ippreżentat fatti raġonevolment disponibbli , biżżejjed evidenza biżżejjed evidenza spjegazzjoni sostantiva biex issostni l-azzjoni rappreżentattiva l-fehmiet tagħha , u tkun indikat aktar evidenza speċifika u definita b'mod ċar li tkun tinsab fil-kontroll tal-konvenut tal-parti l-oħra , il-qorti jew l-awtorità amministrattiva tista' tordna, skont ir-regoli nazzjonali ta' proċedura, li din l-evidenza tiġi ppreżentata mill-konvenut minn din il-parti, bl-aktar mod ristrett possibbli abbażi ta' fatti raġonevolment disponibbli , skont ir-regoli applikabbli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-kunfidenzjalità. L-ordni trid tkun xierqa u proporzjonata fil-każ rispettiv u ma tridx toħloq żbilanċ bejn iż-żewġ partijiet involuti. [Em. 88]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati jillimitaw id-divulgazzjoni tal-evidenza għal dak li jkun proporzjonat. Sabiex tiddetermina jekk divulgazzjoni mitluba minn entità rappreżentattiva hijiex proporzjonata, il-qorti għandha tikkunsidra l-interess leġittimu tal-partijiet kollha konċernati, jiġifieri sa liema punt it-talba għad-divulgazzjoni tal-evidenza tkun sostnuta mill-fatti u mill-evidenza disponibbli u jekk l-evidenza li d-divulgazzjoni tagħha tkun qed tintalab fihiex informazzjoni kunfidenzjali. [Em. 89]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qrati nazzjonali jkollhom is-setgħa li jordnaw id-divulgazzjoni ta' evidenza li jkun fiha informazzjoni kunfidenzjali meta jikkunsidraw li dan ikun rilevanti għall-azzjoni għad-danni. [Em. 90]

Artikolu 14

Penali

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-penali applikabbli għal nuqqas ta’ konformità mad-deċiżjoni finali maħruġa f’azzjoni rappreżentattiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali jistgħu jkun jkunu, inter alia, fil-forma ta' multi. [Em. 91]

3.   Meta jiddeċiedu dwar l-allokazzjoni tad-dħul mill-multi, l-Istati Membri għandhom iqisu l-interessi kollettivi tal-konsumaturi . L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li tali dħul jiġi allokat f'fond maħluq bl-għan li jiffinanzja l-azzjonijiet rappreżentattivi . [Em. 92]

4.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn [data għat-traspożizzjoni tad-Direttiva] u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Artikolu 15

Assistenza għall-entitajiet kwalifikati

1.   L-Istati Membri għandhom jiġu mħeġġa, f'konformità mal-Artikolu 7(1), jiżguraw li l-entitajiet rappreżentattivi kwalifikati jkollhom fondi disponibbli suffiċjenti għall-azzjonijiet rappreżentattivi. Għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-ġustizzja u għandhom jiżguraw li l-ispejjeż proċedurali relatati ma' azzjonijiet rappreżentattivi ma jikkostitwixxux ostakoli ostakli finanzjarji biex l-entitajiet kwalifikati jeżerċitaw b'mod effettiv id-dritt li jitolbu l-miżuri msemmija fl-Artikoli 5 u 6, bħal li jillimitaw it-tariffi applikabbli tal-qorti jew amministrattivi jagħtihom jew jagħtuhom aċċess għal għajnuna legali fejn meħtieġ, jew billi jipprovdulhom finanzjament pubbliku għal dan il-għan. [Em. 93]

1a.     L-Istati Membri għandhom jipprovdu appoġġ strutturali lill-entitajiet li jaġixxu bħala entitajiet kwalifikati fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva. [Em. 94]

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li, f’każijiet fejn l-entitajiet kwalifikati jkunu meħtieġa jinformaw lill-konsumaturi konċeranti dwar azzjoni rappreżentattiva li tkun għaddejja, l-ispejjeż relatat ikunu jistgħu jiġu rkuprat mingħand in-negozjant jekk l-azzjoni tirnexxi.

3.   L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jappoġġjaw u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bejn l-entitajiet kwalifikati u l-iskambju u t-tixrid tal-aħjar prassi u esperjenzi tagħhom fir-rigward tar-riżoluzzjoni ta’ ksur transfruntier u domestiku.

Artikolu 15a

Rappreżentanza legali u tariffi

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li r-remunerazzjoni tal-avukati u l-metodu li bih din tiġi kkalkulata ma joħolqu l-ebda inċentiv għal-litigazzjoni li ma tkunx meħtieġa mil-lat tal-interessi ta' kwalunkwe waħda mill-partijiet. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxi t-tariffi ta' kontinġenza [Em. 96]

Artikolu 16

Azzjonijiet rappreżentattivi transfruntieri

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li kull entità kwalifikata maħtura minn qabel f’xi Stat Membru skont l-Artikolu 4(1) tkun tista’ tirrikorri quddiem il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi ta’ Stat Membru ieħor fuq il-preżentazzjoni tal-lista disponibbli pubblikament imsemmija f’dak l-Artikolu. Il-qrati jew l-awtoritajiet amministrattivi għandhom jaċċettaw din il-lista bħala prova tal-locus jistgħu jeżaminaw mill-ġdid il-locus standi legali tal-entità rappreżentattiva kwalifikata mingħajr preġudizzju għad-dritt tagħhom li jeżaminaw jekk l-għan tal-entità rappreżentattiva kwalifikata jiġġustifikahiex tieħu azzjoni f’każ speċifiku. [Em. 97]

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn ksur jaffettwa jew x’aktarx jaffettwa konsumaturi minn Stati Membri differenti, l-azzjoni rappreżentattiva tista’ titressaq quddiem il-qorti jew l-awtorità amministrattiva kompetenti ta’ Stat Membru minn diversi entitajiet kwalifikati minn Stati Membri differenti, li jaġixxu b’mod konġunt jew li jkunu rappreżentati minn entità kwalifikata waħda, għall-protezzjoni tal-interess kollettiv tal-konsumaturi minn Stati Membri differenti.

2a.     L-Istat Membru fejn iseħħ rimedju kollettiv jista' jeħtieġ mandat mill-konsumaturi li jkunu residenti f'dan l-Istat Membru u għandu jeħtieġ mandat minn konsumaturi individwali bbażat fi Stat Membru ieħor meta l-azzjoni tkun transfruntiera. F'tali ċirkostanzi, tiġi pprovduta lista konsolidata tal-konsumaturi kollha minn Stati Membri oħra li jkunu taw tali mandat lill-qorti jew lill-awtorità amministrattiva u lill-konvenut fil-bidu ta' azzjoni. [Em. 98]

3.   Għall-finijiet ta’ azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera, u mingħajr preġudizzju għad-drittijiet mogħtija lil entitajiet oħra skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-lista tal-entitajiet kwalifikati maħtura minn qabel. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni dwar l-isem u l-għan ta’ dawn l-entitajiet kwalifikati. Il-Kummissjoni għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku u jżommuha aġġornata.

4.   Jekk Stat Membru , il-Kummissjoni jew il-Kummissjoni tqajjem il-Kummissjoni tqajjemin-negozjant iqajmu tħassib rigward il-konformità minn entità rappreżentattiva kwalifikata mal-kriterji stipulati fl-Artikolu 4(1), l-Istat Membru li jkun ħatar dik l-entità għandu jinvestiga t-tħassib u, fejn ikun xieraq, iħassar il-ħatra jekk xi wieħed jew iżjed minn dawn il-kriterji ma jkunux ġew rispettati. [Em. 99]

Artikolu 16a

Reġistru Pubbliku

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti rilevanti jistabbilixxu reġistru aċċessibbli għall-pubbliku ta' atti illegali li ġew soġġetti għal ordnijiet ta' inġunzjoni b'konformità mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva. [Em. 100]

Kapitolu 3

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 17

Tħassir

Id-Direttiva 2009/22/UE hi revokata b’effett minn [id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva] mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 20(2).

Ir-referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw f’konformità mat-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.

Artikolu 18

Monitoraġġ u evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha, mhux qabel ħames snin wara d-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet ewlenin lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. L-evalwazzjoni għandha ssir skont il-linji gwida tal-Kummissjoni dwar ir-regolamentazzjoni aħjar. F’dan ir-rapport, il-Kummissjoni għandha b’mod partikolari tivvaluta l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva definit fl-Artikolu 2 u fl-Anness I.

2.   Sa mhux aktar tard minn sena wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-regoli dwar id-drittijiet tal-passiġġieri tal-ajru u tal-ferrovija, joffrux livell ta’ protezzjoni tad-drittijiet tal-konsumaturi paragunabbli ma’ dak previst skont din id-Direttiva. Meta dan ikun il-każ, il-Kummissjoni għandha l-intenzjoni li tagħmel proposti xierqa, li jistgħu jikkonsistu b’mod partikolari f’li jitneħħew l-atti msemmija fil-punti 10 u 15 tal-Anness I mill-kamp tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, kif definit fl-Artikolu 2. [Em. 101]

3.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni fuq bażi annwali, u għall-ewwel darba sa mhux aktar tard minn erba’ 4 snin wara d-data ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva, l-informazzjoni neċessarja biex tħejji r-rapport imsemmi fil-paragrafu 1:

(a)

l-għadd ta’ azzjonijiet rappreżentattivi mressqa skont din id-Direttiva quddiem l-awtoritajiet amministrattivi u ġudizzjarji;

(b)

it-tip ta’ entità kwalifikata li ressqet l-azzjonijiet;

(c)

it-tip ta’ ksur indirizzat fl-azzjonijiet rappreżentattivi, il-partijiet fl-azzjonijiet rappreżentattivi u s-settur ekonomiku konċernat mill-azzjonijiet rappreżentattivi;

(d)

it-tul tal-proċedimenti minn meta tinbeda azzjoni sal-adozzjoni ta’ ordnijiet finali ta’ inġunzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5, ordnijiet ta’ rimedju jew deċiżjonijiet dikjaratorji msemmija fl-Artikolu 6 jew approvazzjoni finali ta’ soluzzjoni msemmija fl-Artikolu 8;

(e)

l-eżitu ta’ azzjonijiet rappreżentattivi;

(f)

l-għadd ta’ entitajiet kwalifikati li jipparteċipaw fil-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni u skambju tal-aħjar prassi msemmi fl-Artikolu 15(3).

Artikolu 18a

Klawżola ta' rieżami

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 16, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk azzjonijiet rappreżentattivi transfruntiera jistgħux jiġu indirizzati bl-aħjar mod fil-livell tal-Unjoni billi jiġi stabbilit Ombudsman Ewropew għal rimedji kollettivi. Sa mhux aktar tard minn tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tfassal rapport f'dan ir-rigward u tippreżentah quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, akkumpanjat, jekk ikun xieraq, minn proposta rilevanti.[Em. 102]

Artikolu 19

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard minn [18-il xhar wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jgħaddu minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet minn [6 xhur wara d-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni].

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn referenza f’dak is-sens meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir din ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 20

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu din id-Direttiva għal ksur li bdew wara [id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva].

2.   L-Istati Membri għandhom japplikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu d-Direttiva 2009/22/KE għal ksur li beda qabel [id-data tal-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva].

Artikolu 21

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 22

Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 66.

(2)  ĠU C 461, 21.12.2018, p. 232.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019.

(4)  ĠU L 110, 1.5.2009, p. 30.

(5)  ĠU L 345, 27.12.2017.

(6)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

ANNESS I

LISTA TA' DISPOŻIZZJONIJIET TAL-LIĠI TAL-UNJONI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE tal-25 ta’ Lulju 1985 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU L 210, 07.08.1985, p. 29 – 33(1).

(2)

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumaturi (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29).

(3)

Id-Direttiva 98/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur fl-indikazzjoni tal-prezzijiet ta’ prodotti offruti lill-konsumaturi (ĠU L 80, 18.3.1998, p. 27).

(4)

Id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12).

(5)

Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(6)

Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem: l-Artikoli 86 sa 100 (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(7)

Id-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali) (ĠU L 108, 24.4.2002, p. 51); (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 29 p. 367).

(8)

Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37): l-Artikolu 13.

(9)

Id-Direttiva 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2002 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq b’distanza ta’ servizzi finanzjarji tal-konsumatur (ĠU L 271, 9.10.2002, p. 16).

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU L 46, 17.2.2004, p. 1).

(11)

Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (ĠU L 149, 11.6.2005, p. 22).

(12)

Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà u ta’ persuni b’mobilità mnaqqsa meta jivvjaġġaw bl-ajru (ĠU L 204, 26.7.2006, p. 1).

(13)

Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar reklamar qarrieqi u komparattiv (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 21): l-Artikolu 1, il-punt (c) tal-Artikolu 2 l-Artikoli 4 sa 8.

(14)

Id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36).

(15)

Ir-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar id-drittijiet u l-obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (ĠU L 315, 3.12.2007, p. 14).

(16)

Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

(17)

Ir-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Settembru 2008 dwar regoli komuni għall-operat ta' servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, 31.10.2008, p. 3): l-Artikoli 22, 23 u 24

(18)

Ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet, li jemenda u jħassar id-Direttivi 67/548/KEE u 1999/45/KE, u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1–1355).

(19)

Id-Direttiva 2008/122/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Jannar 2009 dwar il-protezzjoni tal-konsumatur rigward ċerti aspetti ta’ kuntratti ta’ timeshare, kuntratti dwar prodotti ta’ vaganza għal perijodu fit-tul, kuntratti ta’ bejgħ mill-ġdid u kuntratti ta’ skambju (ĠU L 33, 3.2.2009, p. 10).

(20)

Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55-93).

(21)

Id-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 94-136).

(22)

Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32-96).

(23)

Ir-Regolament (KE) Nru 924/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-ħlas transkonfinali fil-Komunità u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2560/2001 (ĠU L 266, 9.10.2009, p. 11-18).

(24)

Id-Direttiva 2009/110/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Settembru 2009 dwar il-bidu, l-eżerċizzju u s-superviżjoni prudenzjali tan-negozju tal-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li temenda d-Direttivi 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 2000/46/KE (ĠU L 267, 10.10.2009, p. 7-17).

(25)

Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10–35).

(26)

Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46–58).

(27)

Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-Assigurazzjoni u tar-Riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1–155): l-Artikoli 183, 184, 185 u 186.

(28)

Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1): l-Artikoli 9, 10, 11 u l-Artikoli 19 sa 26.

(29)

Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13–35).

(30)

Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar skema ta’ Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1–19).

(31)

Ir-Regolament (UE) Nru 1177/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri meta jivvjaġġaw bil-baħar jew minn passaġġi fuq l-ilma interni u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 1).

(32)

Ir-Regolament (UE) Nru 181/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fit-trasport bix-xarabank u bil-kowċ u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 1).

(33)

Id-Direttiva 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 dwar l-applikazzjoni tad-drittijiet tal-pazjenti fil-qasam tal-kura tas-saħħa transkonfinali (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 45- 65 ).

(34)

Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1-73).

(35)

Id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64).

(36)

Ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004, ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18-63).

(37)

Ir-Regolament (UE) Nru 260/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u tan-negozju għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009 (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 22–37).

(38)

Ir-Regolament (UE) Nru 531/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ġunju 2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 172, 30.6.2012, p. 10-35).

(39)

Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1–56).

(40)

Id-Direttiva 2013/11/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni alternattiva għat-tilwim, għat-tilwim tal-konsumaturi (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 63): l-Artikolu 13.

(41)

Ir-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar soluzzjoni online għat-tilwim mal-konsumaturi (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi)(ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1): l-Artikolu 14.

(42)

Ir-Regolament (UE) Nru 345/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar fondi Ewropej ta' kapital ta' riskju (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 1-17).

(43)

Ir-Regolament (UE) Nru 346/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2013 dwar il-fondi ta’ intraprenditorija soċjali Ewropej (ĠU L 115, 25.4.2013, p. 18-38).

(44)

Id-Direttiva 2014/17/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar kuntratti ta' kreditu għall-konsumaturi marbutin ma' proprjetà immobbli residenzjali u li temenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 34): l-Artikoli 10, 11, 13, 14, 15, 16, 17, 18, 21, 22, 23, il-Kapitolu 10 u l-Annessi I u II.

(45)

Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349-496).

(46)

Id-Direttiva 2014/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar il-komparabbiltà tat-tariffi relatati mal-kontijiet tal-ħlas, il-bdil tal-kontijiet tal-ħlas u l-aċċess għal kontijiet tal-ħlas b’karatteristiċi bażiċi (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 214): l-Artikoli 3 sa 18 u l-Artikolu 20(2).

(47)

Id-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (ĠU L 326, 11.12.2015, p. 1).

(48)

Ir-Regolament (UE) Nru 1286/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2014 dwar dokumenti bl-informazzjoni ewlenija għal prodotti aggregati ta' investiment għall-konsumaturi bbażati fuq l-assigurazzjoni (PRIIPs) (ĠU L 352, 9.12.2014, p. 1-23).

(49)

Ir-Regolament (UE) 2015/760 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar il-Fondi ta’ Investiment Ewropej fuq Terminu Twil (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 98-121).

(50)

Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar is-servizzi ta’ pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35-127).

(51)

Ir-Regolament (UE) 2015/2120 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi miżuri dwar aċċess għal internet miftuħ u li jemenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u r-Regolament (UE) Nru 531/2012 dwar roaming fuq netwerks pubbliċi ta’ komunikazzjoni mobbli fi ħdan l-Unjoni (ĠU L 310, 26.11.2015, p. 1-18).

(52)

Id-Direttiva (UE) 2016/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Jannar 2016 dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazzjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 26, 2.2.2016, p. 19-59).

(53)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1-88).

(54)

Id-Direttiva (UE) 2016/2341 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2016 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali (IORPs) (ĠU L 354, 23.12.2016, p. 37-85).

(55)

Ir-Regolament (UE) 2017/1128 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar l-iżgurar tal-portabbiltà transkonfinali tas-servizzi tal-kontenut online fis-suq intern (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 1).

(56)

Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12-82).

(57)

Ir-Regolament (UE) Nru 2017/1131 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-fondi tas-suq monetarju (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 8-45).

(58)

Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1-23).

(59)

Ir-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-28 ta’ Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku mhux ġustifikat u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-klijenti fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 60 I, 2.3.2018, p. 1).

(59a)

I d-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament u tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4). [Em. 103]

(59b)

Id-Direttiva 2014/35/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta' tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357). [Em. 104]

(59c)

Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta' Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1). [Em. 105]

(59d)

Id-Direttiva 2014/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta' strumenti tal-użin mhux awtomatiċi (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 107). [Em. 106]

(59e)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2136/89 tal-21 ta' Ġunju 1989 li jippreskrivi standards komuni ta' marketing għal sardin ippriservat u deskrizzjonijiet kummerċjali għal sardin ippriservat u prodotti tat-tip tas-sardin. [Em. 107]

(59e)

Ir-Regolament (KE) Nru 715/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks ta' trażmissjoni tal-gass naturali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1775/2005. [Em. 108]


(1)  Din id-Direttiva ġiet emendata bid-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 Mejju 1999 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi (ĠU L 141, 04.06.1999, p. 20- 21 ).

ANNESS II

TABELLA TA' KORRELAZZJONI

id-Direttiva 2009/22/EC

Din id-Direttiva

l-Artikolu 1(1)

l-Artikolu 1(1)

l-Artikolu 1(2)

l-Artikolu 2(1)

l-Artikolu 2(2)

l-Artikolu 3

l-Artikolu 2(1)

l-Artikolu 5(1)

l-Artikolu 2(1) il-punt (a)

l-Artikolu 5(2) punti (a) u (b)

Artikolu 12

l-Artikolu 5(2), it-tieni subparagrafu

l-Artikolu 2(1) il-punt (b)

l-Artikolu 5(3)

l-Artikolu 9

l-Artikolu 2(1) il-punt (c)

l-Artikolu 14

l-Artikolu 2(2)

l-Artikolu 2(3)

l-Artikolu 3

l-Artikolu 4(1)-(3)

l-Artikolu 4(4)

l-Artikolu 4(5)

l-Artikolu 5(4)

l-Artikolu 6

l-Artikolu 7

l-Artikolu 8

l-Artikolu 10

l-Artikolu 11

l-Artikolu 13

l-Artikolu 15

l-Artikolu 4

l-Artikolu 16

l-Artikolu 5

l-Artikolu 6

l-Artikolu 18

l-Artikolu 7

l-Artikolu 1(2)

l-Artikolu 8

l-Artikolu 19

l-Artikolu 9

l-Artikolu 17

l-Artikolu 20

l-Artikolu 10

l-Artikolu 21

l-Artikolu 11

l-Artikolu 22


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/179


P8_TA(2019)0223

Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju UE-Iżrael (l-adeżjoni tal-Kroazja) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (09547/2018 – C8-0021/2019 – 2018/0080(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 108/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill 09547/2018),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (09548/2018),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0021/2019),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0164/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Istat ta' Iżrael.

26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/180


P8_TA(2019)0225

Twaqqif tal-bidliet staġonali fil-ħin ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE (COM(2018)0639 – C8-0408/2018 – 2018/0332(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0639),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0408/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità, mill-Parlament Daniż, mill-House of Commons tar-Renju Unit u mill-House of Lords tar-Renju Unit, li jiddikjaraw li l-abbozz tal-att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2018 (1),

wara li kkunsidra r-riżultati tal-konsultazzjoni online li saret mill-Kummissjoni Ewropea bejn l-4 ta' Lulju 2018 u s-16 ta' Awwissu 2018,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0169/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 305.


P8_TC1-COD(2018)0332

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta’ Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li twaqqaf il-bidliet staġonali fil-ħin u tħassar id-Direttiva 2000/84/KE

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(1)

Fl-imgħoddi, l-Istati Membri għażlu li jdaħħlu arranġamenti għall-ħin tas-sajf fil-livell nazzjonali. Għal dik ir-raġuni, kien importanti għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern li jiġu ffissati dati u ħinijiet komuni għall-bidu u t-tmiem tal-perjodu tal-ħin tas-sajf madwar l-Unjoni biex jiġi kkoordinat it-tibdil tas-siegħa fl-Istati Membri . Skont id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), illum il-ġurnata l-Istati Membri kollha japplikaw arranġamenti il-bidliet staġonali fil-ħin darbtejn fis-sena. Il-ħin standard jinbidel għall-ħin tas-sajf mill-aħħar fl-aħħar Ħadd f'Marzu u jibqa' fis-seħħ sal-aħħar Ħadd ta' Ottubru tal-istess sena. [Em. 1]

(2)

Fil-kuntest tad-diversi petizzjonijiet, inizjattivi taċ-ċittadini u mistoqsijiet parlamentari, il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tagħha tiegħu tat-8 ta' Frar 2018, il-Parlament Ewropew appella lill-Kummissjoni biex twettaq valutazzjoni eżawrjenti tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf skont id-Direttiva 2000/84/KE, u jekk meħtieġ, toħroġ bi proposta għar-rieżami tagħha. Dik ir-riżoluzzjoni kkonfermat enfasizzat ukoll li huwa essenzjali l-importanza li jibqa' jkun hemm approċċ armonizzat jinżamm approċċ armonizzat u koordinat għall-arranġamenti tal-ħin fl-Unjoni kollha , u għal reġim tal-ħin unifikat tal-UE. [Em. 2]

(3)

Il-Kummissjoni eżaminat l-evidenza disponibbli, li tixħet dawl fuq l-importanza li jkun hemm regoli tal-Unjoni armonizzati f'dawn f'dan il-qasam sabiex jiġi żgurat li jiżguraw il-funzjonament tajjeb tas-suq intern , il-ħolqien tal-prevedibbiltà u ċ-ċertezza fit-tul, kif ukoll sabiex jiġu evitati, fost l-oħrajn, it-tfikxil it-tfixkil għall-iskedar tal-operati tal-operazzjonijiet tat-trasport u għall-funzjonament tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kostijiet ogħla għall-kummerċ transfruntiera, jew inqas produttività għall-oġġetti u s-servizzi. L-evidenza mhijiex konklużjoni rigward jekk il-benefiċċji tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf humiex ikbar mill-inkonvenjenzi marbutin mal-bidla fil-ħin ta' darbtejn fis-sena. [Em. 3]

(3a)

Id-dibattitu pubbliku dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf mhuwiex ġdid, u wara l-introduzzjoni tal-ħin tas-sajf kien hemm bosta inizjattivi li kellhom l-għan li jtemmu din il-prattika. Xi Stati Membri organizzaw konsultazzjonijiet nazzjonali u l-parti l-kbira tan-negozji u tal-partijiet interessati appoġġjaw it-tmiem tal-prattika. Il-konsultazzjoni varata mill-Kummissjoni Ewropea waslet għall-istess konklużjoni. [Em. 4]

(3b)

F'dan il-kuntest, is-sitwazzjoni tal-bdiewa li jrabbu l-bhejjem tista' sservi ta' eżempju ta' kif l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf fil-bidu kienu meqjusa inkompatibbli mal-prattiki tax-xogħol agrikolu, b'mod partikolari rigward il-bidu diġà kmieni ħafna tal-ġurnata tax-xogħol bil-ħin standard. Barra minn hekk, kien jitqies li t-tranżizzjoni għall-ħin tas-sajf darbtejn fis-sena kienet tagħmilha aktar diffiċli li l-prodotti jew l-annimali jitwasslu lejn is-swieq. U fl-aħħar nett kien preżunt li l-produzzjoni tal-ħalib kienet sejra tonqos, minħabba li l-baqar isegwu r-ritmu tal-ħlib naturali tagħhom. Madankollu, it-tagħmir u l-prattiki agrikoli moderni rrevoluzzjonaw il-biedja b'tali mod li l-parti l-kbira ta' dawn il-preokkupazzjonijiet m'għadhomx aktar rilevanti, filwaqt li jibqa' rilevanti t-tħassib relatat mal-bijoritmu tal-annimali kif ukoll mal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-bdiewa. [Em. 5]

(4)

Għaddej dibattitu pubbliku mqanqal dwar l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf . Madwar 4,6 miljun ċittadin ipparteċipaw fil-konsultazzjoni pubblika organizzata mill-Kummissjoni, total li jirrappreżenta l-ogħla għadd ta' risponsi li qatt ntlaqgħu matul kwalunkwe konsultazzjoni organizzata mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, numru ta' inizjattivi taċ-ċittadini enfasizzaw it-tħassib pubbliku rigward it-tibdil tas-siegħa darbtejn fis-sena , u ċerti Stati Membri diġà esperimew esprimew il-preferenza tagħhom li jtemmu tali arranġamenti ma jibqgħux japplikaw għall-ħin tas-sajf . Fid-dawl ta' dawn l-iżviluppi, hemm bżonn li jibqa' jiġi ssalvagwardjat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, u li jiġi evitat kull tfixkil sinifikanti li jista' jinqala' minħabba diverġenzi bejn l-Istati Membri f'dan il-qasam. Għaldaqstant, jixraq li l-arranġamenti għall-ħin tas-sajf jinqatgħu b'mod koordinat u armonizzat . [Em. 6]

(4a)

Il-kronobijoloġija turi li l-bijoritmu tal-ġisem tal-bniedem huwa affettwat minn kwalunkwe tibdil fil-ħin, li jista' jkollu impatt negattiv fuq is-saħħa tal-bniedem. L-evidenza xjentifika riċenti tissuġġerixxi b'mod ċar li hemm rabta bejn il-bidliet fil-ħin u l-mard kardjovaskulari, il-mard infjammatorju tas-sistema immunitarja jew l-ipertensjoni, b'rabta mad-disturb taċ-ċiklu ċirkadjan. Ċerti gruppi, bħat-tfal u l-anzjani, huma partikolarment vulnerabbli. Għaldaqstant, għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, ikun tajjeb li l-bidliet staġonali fil-ħin jintemmu. [Em. 7]

(4b)

It-territorji, apparti t-territorji extra-Ewropej tal-Istati Membri, huma raggruppati fi tliet żoni ta' ħin jew ta' ħinijiet standard differenti, jiġifieri GMT, GMT + 1 u GMT + 2. L-estensjoni vasta mit-Tramuntana għan-Nofsinhar tal-Unjoni Ewropea tfisser li l-effetti tad-dawl ta' binhar ivarjaw madwar l-Unjoni. Għalhekk, huwa importanti li l-Istati Membri jikkunsidraw l-aspetti ġeografiċi tal-ħin, jiġifieri ż-żoni tal-ħin naturali u l-pożizzjoni ġeografika, qabel ma jibdlu ż-żoni tal-ħin tagħhom. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkonsultaw liċ-ċittadini u lill-partijiet interessati rilevanti qabel ma jiddeċiedu li jibdlu ż-żoni tal-ħin tagħhom. [Em. 8]

(4c)

Għadd ta' inizjattivi taċ-ċittadini enfasizzaw it-tħassib taċ-ċittadini dwar il-qlib fis-siegħa darbtejn fis-sena u l-Istati Membri jenħtieġ li jingħataw iż-żmien u l-opportunità li jwettqu l-konsultazzjonijiet pubbliċi u l-valutazzjonijiet tal-impatt tagħhom stess sabiex jifhmu aħjar l-implikazzjonijiet tat-tmiem tal-bidliet staġonali fil-ħin fir-reġjuni kollha. [Em. 9]

(4d)

Il-ħin tas-sajf ippermetta li l-inżul tax-xemx jidher li jsir aktar tard matul ix-xhur tas-sajf. Għall-maġġoranza taċ-ċittadini tal-Unjoni, i s-sajf huwa sinonimu mal-fatt li d-dawl tax-xemx jibqa' preżenti sa tard filgħaxija. Li nerġgħu lura għall-ħin “standard” iwassal biex fis-sajf ix-xemx tinżel siegħa aktar kmieni, b'perjodu tas-sena ferm aqsar li matulu d-dawl ta' binhar jibqa' preżenti sa tard filgħaxija. [Em. 10]

(4e)

Bosta studji eżaminaw ir-rabta bejn il-bidla għall-ħin tas-sajf u r-riskju ta' attakki tal-qalb, it-tħarbit tar-ritmu tal-ġisem, in-nuqqas ta' rqad, in-nuqqas ta' konċentrazzjoni u attenzjoni, ir-riskju akbar ta' inċidenti, il-livell aktar baxx ta' sodisfazzjon fil-ħajja u anke r-rati ta' suwiċidju. Madankollu, huwa ċar li s-sigħat itwal ta' dawl matul il-jum, l-attivitajiet fil-beraħ wara x-xogħol jew l-iskola u l-espożizzjoni għad-dawl tax-xemx għandhom xi effetti pożittivi fit-tul fuq il-benesseri ġenerali. [Em. 11]

(4f)

Il-bidliet staġonali fil-ħin għandhom ukoll impatt negattiv fuq it-trattament xieraq tal-annimali, li huwa evidenti fil-biedja, pereżempju, fejn il-produzzjoni tal-ħalib tal-baqar tbati. [Em. 12]

(4 g)

Hemm preżunzjoni komuni li l-bidliet staġonali fil-ħin iwasslu għal iffrankar tal-enerġija. Tabilħaqq, din kienet ir-raġuni ewlenija għalfejn dawn ġew introdotti għall-ewwel darba matul is-seklu li għadda. Ir-riċerka turi, madankollu, li filwaqt li t-tibdil staġonali jista' jkollu benefiċċji marġinali fit-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija fl-Unjoni kollha, dan mhux il-każ f'kull Stat Membru. L-enerġija għad-dawl li tiġi ffrankata bil-bidla għall-ħin tas-sajf tista' tingħeleb ukoll minn żieda fil-konsum tal-enerġija għat-tisħin. Barra minn hekk, l-interpretazzjoni tar-riżultati hija diffiċli, peress li dawn huma influwenzati ħafna minn fatturi esterni, bħall-meteoroloġija, l-imġiba tal-utenti tal-enerġija jew it-tranżizzjoni enerġetika li għadha għaddejja. [Em. 13]

(5)

Jenħtieġ li din id-Direttiva tkun mingħajr ħsara għad-dritt li kull Stat Membru jiddeċiedi dwar il-ħin jew ħinijiet standard għat-territorji taħt il-ġuriżdizzjoni il-ġurisdizzjoni tiegħu u li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni territorjali tat-Trattati, kif ukoll dwar bidliet fil-ħin ulterjuri. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-applikazzjoni tal-arranġamenti għall-ħin tas-sajf minn ċerti Stati Membri biss ma tfixkilx il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu lura milli jibdlu l-ħin standard tagħhom f'territorju partikolari taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom għal raġunijiet marbutin ma' bidliet staġonali, anki jekk tali bidla tiġi ppreżentata bħala bidla taż-żona tal-ħin. Barra minn hekk, sabiex jiġi minimizzat it-tfixkil, fost l-oħrajn, għat-trasport, għall-komunikazzjonijiet jew għal setturi oħra kkonċernati, jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni fi żmien xieraq bl-intenzjoni tagħhom li jibdlu l-ħin standard tagħhom, u sussegwentement japplikaw il-bidliet notifikati. Abbażi sa mhux aktar tard mill -1 ta' dik in-notifika, jenħtieġ li l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istati Membri kollha l-oħra sabiex ikunu jistgħu jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. Jenħtieġ li tgħarraf ukoll lill-pubbliku ġenerali u lill-partijiet ikkonċernati billi tippubblika dik l-informazzjoni April 2020 fl-eventwalità li jiddeċiedu li jibdlu l-ħin standard tagħhom, fl-aħħar Ħadd ta' Ottubru 2021. [Em. 14]

(6)

Għaldaqstant, hemm bżonn li tintemm l-armonizzazzjoni tal-perjodu kopert mill-arranġamenti għall-ħin tas-sajf kif stabbiliti fid-Direttiva 2000/84/KE, u li jiddaħħlu regoli komuni li jipprevjenu li l-Istati Membri japplikaw arranġamenti differenti tal-ħin skont l-istaġun billi jibdlu l-ħin standard tagħhom aktar minn darba matul is-sena, u li jistabbilixxu l-obbligu ta’ notifika tal-bidliet previsti fil-ħin standard. Din id-Direttiva timmira li jikkontribwixxi, b’mod determinanti, għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, u għaldaqstant jenħtieġ li tissejjes fuq l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif interpretat skont il-ġurisprudenza konsistenti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. [Em. 15]

(6a)

Id-deċiżjoni dwar liema ħin standard għandu jiġi applikat f'kull Stat Membru tirrikjedi li, minn qabel, ikunu saru konsultazzjonijiet u studji li jikkunsidraw il-preferenzi taċ-ċittadini, il-varjazzjonijiet ġeografiċi, id-differenzi reġjonali, l-arranġamenti standard tax-xogħol u fatturi oħra rilevanti għall-Istat Membru partikolari. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex janalizzaw l-impatt tal-proposta u jagħżlu s-soluzzjoni li l-aktar taqdi lill-popolazzjonijiet tagħhom, filwaqt li jqisu l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. [Em. 16]

(6b)

Bidla fil-ħin mhux relatata mal-bidliet staġonali twassal għal spejjeż ta' tranżizzjoni, speċjalment rigward is-sistemi tal-IT fis-settur tat-trasport u f'setturi oħrajn. Jeħtieġ perjodu ta' tħejjija raġonevoli għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva bil-għan li jkun hemm tnaqqis sinifikanti tal-ispejjeż ta' tranżizzjoni. [Em. 17]

(7)

Jenħtieġ li din id-Direttiva tapplika mill-1 ta' April 2019 mill-1 ta' April 2021 , sabiex l-aħħar perjodu tal-ħin tas-sajf soġġett għar-regoli tad-Direttiva 2000/84/KE ikun jenħtieġ li jibda, f'kull Stat Membru, fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat (UTC), fil-31 fl-aħħar Ħadd ta'  ta' Marzu 2019 2021 . L-Istati Membri li, wara dak il-perjodu tal-ħin tas-sajf, ikunu beħsiebhom jadottaw ħin standard li jikkorrispondi għall-ħin applikat matul ix-xitwa skont id-Direttiva 2000/84/KE, jenħtieġ li jibdlu l-ħin standard tagħhom fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27 fl-aħħar Ħadd  ta' Ottubru 2019 2020 , sabiex bidliet simili u fit-tul li jsiru fi Stati Membri differenti jseħħu b'mod simultanju. Huwa mixtieq li l-Istati Membri jieħdu d-deċiżjonijiet dwar il-ħin standard li kull wieħed minnhom ikun se japplika mill-2019 2021 'il quddiem b'mod ikkoordinat. [Em. 18]

(7a)

Bil-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri jenħtieġ li jikkoordinaw flimkien u jieħdu deċiżjonijiet dwar il-previżjonijiet tal-arranġamenti tal-ħin tagħhom b'mod kondiviż u koordinat. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' koordinazzjoni li jkun jikkonsisti minn rappreżentant maħtur minn kull Stat Membru u minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni jenħtieġ li jiddiskuti u jivvaluta l-impatt potenzjali fuq il-funzjonament tas-suq intern tal-bidla prevista fil-ħinijiet standard ta' Stat Membru, bil-għan li jiġi evitat tfixkil sinifikanti. [Em. 19]

(7b)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk l-arranġamenti tal-ħin previsti fl-Istati Membri differenti jkollhomx il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti u permanenti l-funzjonament tajjeb tas-suq intern. Fejn dik il-valutazzjoni ma twassalx biex l-Istati Membri jikkunsidraw mill-ġdid l-arranġamenti tal-ħin previsti tagħhom, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tipposponi d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'mhux aktar minn 12-il xahar u tissottometti proposta leġiżlattiva, jekk dan ikun xieraq. Minħabba f'hekk, u sabiex tiġi garantita l-applikazzjoni adegwata ta' din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata s-setgħa li tadotta l-atti bi qbil mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) bil-għan li tipposponi d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'mhux aktar minn 12-il xahar. [Em. 20]

(8)

Jenħtieġ li l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva tkun immonitorjata. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tressaq rapport bir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport jenħtieġ li jissejjes fuq l-informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni mill-Istati Membri fi żmien suffiċjenti biex ir-rapport ikun jista’ jitressaq fil-mument speċifikat.

(9)

Billi l-għanijiet ta’ din id-Direttiva rigward l-arranġamenti tal-ħin armonizzati ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minflok, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet.

(10)

Jenħtieġ li l-arranġamenti tal-ħin armonizzati jiġu applikati skont id-dispożizzjonijiet dwar il-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tat-Trattati kif speċifikat fl-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

(11)

Għaldaqstant, id-Direttiva 2000/84/KE jenħtieġ li titħassar,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

1.   L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw bidliet staġonali għall-ħin jew ħinijiet standard tagħhom.

2.   Minkejja l-paragrafu 1 B'deroga mill - paragrafu 1 , l-Istati Membri xorta jistgħu japplikaw bidla staġonali fil-ħin jew ħinijiet standard tagħhom fl-2019 fl-2021 , dejjem jekk jagħmlu dan fis-1:00 a.m., Ħin Universali Koordinat, fis-27 fl-aħħar Ħadd  ta' Ottubru 2019 ta' dik is-sena . L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw din id-deċiżjoni skont l-Artikolu 2 lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta' April 2020 . [Em. 21]

Artikolu 2

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 1, jekk Stat Membru jiddeċiedi li jibdel il-ħin jew il-ħinijiet standard tiegħu fi kwalunkwe territorju taħt il-ġuriżdizzjoni tiegħu, għandu jinnotifika lill-Kummissjoni tal-anqas sitt (6) xhur qabel ma l-bidla tidħol fis-seħħ. Fejn Stat Membru jkun bagħat tali notifika u ma jkunx irtiraha tal-anqas sitt (6) xhur qabel id-data tal-bidla prevista, l-Istat Membru għandu japplika din il-bidla Il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni b'dan huwa stabbilit bil-għan li jiżgura approċċ armonizzat kkoordinat għal arranġamenti tal-ħin madwar l-Unjoni . [Em. 22]

2.   Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri l-oħra b’dan Il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni għandu jikkonsisti minn rappreżentant wieħed għal kull Stat Membru tippubblika dik l-informazzjoni f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea minn rappreżentant wieħed tal-Kummissjoni . [Em. 23]

2a.     Meta Stat Membru jinnotifika lill-Kummissjoni bid-deċiżjoni tiegħu skont l-Artikolu 1(2), il-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni għandu jitlaqqa' biex jiddiskuti u jivvaluta l-impatt potenzjali tal-bidla prevista fuq il-funzjonament tas-suq intern, bil-ħsieb li jiġi evitat tfixkil sinifikanti. [Em. 24]

2b.     Meta, abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2a, il-Kummissjoini tqis li l-bidla prevista se taffettwa b'mod sinifikanti l-funzjonament tajjeb tas-suq intern, għandha tinforma lill-Istat Membru notifikanti b'dan [Em. 25]

2c.     Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Ottubru 2020, l-Istat Membru notifikanti għandu jiddeċiedi jekk hux se jipproċedi bl-intenzjoni tiegħu jew le. Meta l-Istat Membru notifikanti jiddeċiedi li jipproċedi bl-intenzjoni tiegħu, għandu jipprovdi spjegazzjoni dettaljata dwar kif se jindirizza l-impatt negattiv tal-bidla fuq il-funzjonament tas-suq intern. [Em. 26]

Artikolu 3

1.    Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva , akkumpanjat, fejn meħtieġ, bi proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni tagħha abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt dettaljata, bil-parteċipazzjoni tal-partijiet interessanti kollha . [Em. 27]

2.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni rilevanti lill-Kummissjoni sa mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2024 2025 . [Em. 28]

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux iktar tard mill-1 ta’ April 2019 2021 , il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-testi ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Għandhom japplikaw dawk id-dispożizzjonijiet mill-1 ta’ April 2019 2021 .

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati mit-tali referenza mal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu kif għandha ssir it-tali referenza. [Em. 29]

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 4a

1.     Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-mekkaniżmu ta' koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 2, għandha timmonitorja mill-qrib l-arranġamenti tal-ħin previsti madwar l-Unjoni.

2.     Fejn il-Kummissjoni tiddetermina li l-arranġamenti tal-ħin previsti, notifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 1(2), għandhom il-potenzjal li jfixklu b'mod sinifikanti u permanenti l-funzjonament tajjeb tas-suq intern, hija għandha s-setgħa li tadotta atti delegati biex tipposponi d-data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva b'mhux aktar minn 12-il xahar u tippreżenta proposta leġiżlattiva, jekk dan ikun xieraq. [Em. 30]

Artikolu 4b

1.     Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.     Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4 għandha tingħata lill-Kummissjoni minn [data ta' dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] sa [data ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva].

3.     Id-delega ta' setgħat msemmija fl-Artikolu 4a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega ta' setgħat speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tibda tapplika l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.     Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.     Fil-mument li tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.     Att delegat adottat skont l-Artikolu 4a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 31]

Artikolu 5

Id-Direttiva 2000/84/KE titħassar b’effett mill-1 ta’ April 2019 Jannar 2021 . [Em. 32]

Artikolu 6

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 7

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 305.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019.

(3)  Id-Direttiva 2000/84/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Jannar 2001 dwar arranġamenti għal ħin t għall-ħin tas-sajf (ĠU L 31, 2.2.2001, p. 21).


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/187


P8_TA(2019)0226

Regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku (riformulazzjoni) (COM(2016)0864 – C8-0495/2016 – 2016/0380(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

(2021/C 108/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0864),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0495/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Ungeriż, il-Kunsill Federali Awstrijak u s-Senat Pollakk, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017 (1);

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 2017 (2);

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (3),

wara li kkunsidra l-ittra tas-7 ta' Settembru 2017 mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0044/2018),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma 'din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 288, 31.8.2017, p. 91.

(2)  ĠU C 342, 12.10.2017, p. 79.

(3)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


P8_TC1-COD(2016)0380

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għas-suq intern għall-elettriku u li temenda d-Direttiva 2012/27/UE (riformulazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2019/944.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR ID-DEFINIZZJONI TA’ INTERKONNETTUR

“Il-Kummissjoni tieħu nota tal-ftehim tal-koleġiżlaturi rigward ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Elettriku u r-riformulazzjoni tar-Regolament dwar l-Elettriku, li jerġgħu lura għad-definizzjoni ta’ ‘interkonnettur’ kif intużat fid-Direttiva 2009/72/KE u fir-Regolament (KE) Nru 714/2009. Il-Kummissjoni taqbel li s-swieq tal-elettriku huma differenti minn swieq oħra bħal dak tal-gass naturali, pereżempju permezz tal-kummerċ ta’ prodotti li attwalment ma jistgħux jinħażnu faċilment u li jiġu prodotti minn varjetà kbira ta’ installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni, inkluż installazzjonijiet fil-livell tad-distribuzzjoni. B’konsegwenza ta’ dan, ir-rwol tal-konnessjonijiet ma’ pajjiżi terzi jvarja b’mod sinifikanti bejn is-setturi tal-elettriku u tal-gass u jistgħu jintgħażlu approċċi regolatorji differenti.

Il-Kummissjoni se tkompli teżamina l-impatt ta’ dan il-ftehim u se tipprovdi gwida dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fejn ikun meħtieġ.

Għal raġunijiet ta’ ċarezza ġuridika, il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza dan li ġej:

Id-definizzjoni maqbula ta’ interkonnettur fid-Direttiva dwar l-Elettriku tirreferi għal tagħmir ta’ konnessjoni tas-sistemi tal-elettriku. Din il-formulazzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn oqfsa regolatorji jew sitwazzjonijiet tekniċi differenti, u b’hekk tinkludi minn qabel il-konnessjonijiet tal-elettriku kollha lejn pajjiżi terzi fl-ambitu tal-applikazzjoni. Fir-rigward tad-definizzjoni maqbula ta’ interkonnettur fir-Regolament dwar l-Elettriku, il-Kummissjoni tisħaq li l-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku teħtieġ livell għoli ta’ kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema, il-parteċipanti fis-suq u r-regolaturi. Filwaqt li l-ambitu tar-regoli applikabbli jista’ jvarja skont il-livell ta’ integrazzjoni mas-suq intern tal-elettriku, jenħtieġ li l-integrazzjoni mill-qrib ta’ pajjiżi terzi fis-suq intern tal-elettriku, bħall-parteċipazzjoni fi proġetti tal-akkoppjament tas-swieq, tkun ibbażata fuq ftehimiet li jeħtieġu l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni rilevanti.”

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR IS-SOLUZZJONI ALTERNATTIVA GĦAT-TILWIM

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-ftehim tal-koleġiżlaturi li għandu x’jaqsam mal-Artikolu 26 biex jirregolaw li fil-livell tal-UE il-parteċipazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-enerġija fis-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim għandha tkun obbligatorja. Il-Kummissjoni mhijiex kuntenta b’din id-deċiżjoni peress li l-proposta tagħha ħalliet din l-għażla f’idejn l-Istati Membri f’konformità mal-approċċ adottat fid-Direttiva 2013/11/UE dwar is-Soluzzjoni Alternattiva għat-Tilwim tal-konsumaturi (id-Direttiva ADR) u b’kunsiderazzjoni għall-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità.

Mhuwiex ir-rwol tal-Kummissjoni li twettaq valutazzjonijiet komparattivi tal-mudelli individwali ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim stabbiliti mill-Istati Membri. Għalhekk, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-effettività ġenerali tal-mudelli nazzjonali ta’ soluzzjoni alternattiva għat-tilwim fil-kuntest tal-obbligu ġenerali tagħha li tissorvelja t-traspożizzjoni u l-applikazzjoni effettiva tal-liġi tal-Unjoni.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/190


P8_TA(2019)0227

Is-suq intern tal-elettriku ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni) (COM(2016)0861 – C8-0492/2016 – 2016/0379(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

(2021/C 108/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0861),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0492/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mill-Bundestag Ġermaniż, mill-Parlament Spanjol, mis-Senat Franċiż, mill-Parlament Ungeriż, mill-Kunsill Federali Awstrijak, mis-Sejm Pollakk, mis-Senat Pollakk, mill-Kamra tad-Deputati Rumena, u mis-Senat Rumen, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017 (1)

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 2017 (2)

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (3),

wara li kkunsidra l-ittra tat-13 ta’ Lulju 2017 mibgħuta mill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0042/2018),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 288, 31.8.2017, p. 91.

(2)  ĠU C 342, 12.10.2017, p. 79.

(3)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


P8_TC1-COD(2016)0379

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-suq intern tal-elettriku (riformulazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE 2019/943.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR ID-DEFINIZZJONI TA’ INTERKONNETTUR

“Il-Kummissjoni tieħu nota tal-ftehim tal-koleġiżlaturi rigward ir-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-Elettriku u r-riformulazzjoni tar-Regolament dwar l-Elettriku, li jerġgħu lura għad-definizzjoni ta’ ‘interkonnettur’ kif intużat fid-Direttiva 2009/72/KE u fir-Regolament (KE) Nru 714/2009. Il-Kummissjoni taqbel li s-swieq tal-elettriku huma differenti minn swieq oħra bħal dak tal-gass naturali, pereżempju permezz tal-kummerċ ta’ prodotti li attwalment ma jistgħux jinħażnu faċilment u li jiġu prodotti minn varjetà kbira ta’ installazzjonijiet tal-ġenerazzjoni, inkluż installazzjonijiet fil-livell tad-distribuzzjoni. B’konsegwenza ta’ dan, ir-rwol tal-konnessjonijiet ma’ pajjiżi terzi jvarja b’mod sinifikanti bejn is-setturi tal-elettriku u tal-gass u jistgħu jintgħażlu approċċi regolatorji differenti.

Il-Kummissjoni se tkompli teżamina l-impatt ta’ dan il-ftehim u se tipprovdi gwida dwar l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni fejn ikun meħtieġ.

Għal raġunijiet ta’ ċarezza ġuridika, il-Kummissjoni tixtieq tenfasizza dan li ġej:

Id-definizzjoni maqbula ta’ interkonnettur fid-Direttiva dwar l-Elettriku tirreferi għal tagħmir ta’ konnessjoni tas-sistemi tal-elettriku. Din il-formulazzjoni ma tagħmilx distinzjoni bejn oqfsa regolatorji jew sitwazzjonijiet tekniċi differenti, u b’hekk tinkludi minn qabel il-konnessjonijiet tal-elettriku kollha lejn pajjiżi terzi fl-ambitu tal-applikazzjoni. Fir-rigward tad-definizzjoni maqbula ta’ interkonnettur fir-Regolament dwar l-Elettriku, il-Kummissjoni tisħaq li l-integrazzjoni tas-swieq tal-elettriku teħtieġ livell għoli ta’ kooperazzjoni bejn l-operaturi tas-sistema, il-parteċipanti fis-suq u r-regolaturi. Filwaqt li l-ambitu tar-regoli applikabbli jista’ jvarja skont il-livell ta’ integrazzjoni mas-suq intern tal-elettriku, jenħtieġ li l-integrazzjoni mill-qrib ta’ pajjiżi terzi fis-suq intern tal-elettriku, bħall-parteċipazzjoni fi proġetti tal-akkoppjament tas-swieq, tkun ibbażata fuq ftehimiet li jeħtieġu l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni rilevanti.”

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR IL-PJANIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAR-RIFORMA TAS-SUQ

Il-Kummissjoni tieħu nota tal-ftehim tal-koleġiżlaturi rigward l-Artikolu 20(3) li jipprevedi li l-Istati Membri bi tħassib identifikat dwar l-adegwatezza għandhom jippubblikaw pjan ta’ implimentazzjoni bi skeda ta’ żmien għall-adozzjoni ta’ miżuri biex tiġi eliminata kwalunkwe distorsjoni regolatorja identifikata u/jew kwalunkwe falliment tas-suq bħala parti mill-proċess ta’ Għajnuna mill-Istat.

Skont l-Artikolu 108 tat-TFUE, il-Kummissjoni għandha l-kompetenza esklużiva biex tivvaluta l-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat mas-suq intern. Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni skont it-TFUE u ma jistax jaffettwaha. Għalhekk, fejn ikun rilevanti, il-Kummissjoni tista’ tagħti l-opinjoni tagħha dwar il-pjanijiet ta’ riforma tas-suq b’mod parallel mal-proċess ta’ approvazzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kapaċità skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, iżda ż-żewġ proċessi huma ġuridikament separati.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/193


P8_TA(2019)0228

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (riformulazzjoni) (COM(2016)0863 – C8-0494/2016 – 2016/0378(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

(2021/C 108/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0863),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0494/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Bundestag Ġermaniż, is-Senat Franċiż u s-Senat Rumen, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 2017 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (3),

wara li kkunsidra l-ittra tat-13 ta' Lulju 2017 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat dwar l-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0040/2018),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 288, 31.8.2017, p. 91.

(2)  ĠU C 342, 12.10.2017, p. 79.

(3)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


P8_TC1-COD(2016)0378

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (riformulazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/942.)


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/195


P8_TA(2019)0229

It-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE (COM(2016)0862 – C8-0493/2016 – 2016/0377(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0862),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0493/2016),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali fuq il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-31 ta' Mejju 2017 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-13 ta' Lulju 2017 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-5 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0039/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 288, 31.8.2017, p. 91.

(2)  ĠU C 342, 12.10.2017, p. 79.


P8_TC1-COD(2016)0377

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari tas-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tħejjija għar-riskji fis-settur tal-elettriku u li jħassar id-Direttiva 2005/89/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/941.)


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/196


P8_TA(2019)0230

It-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 (COM(2018)0296 – C8-0190/2018 – 2018/0148(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0296),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 114 u 194(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0190/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0086/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 280.


P8_TC1-COD(2018)0148

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 u l-Artikolu 194(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)

L-Unjoni hija impenjata li tibni Unjoni tal-Enerġija b’politika progressiva dwar il-klima. L-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil hija element kruċjali tal-Qafas ta’ Politika għall-Klima u l-Enerġija għall-2030, u hija fundamentali għall-moderazzjoni tad-domanda tal-enerġija.

(2)

Il-Kummissjoni wettqet rieżami (3) tal-effettività tar-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u identifikat il-bżonn li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet tiegħu biex l-effettività tittejjeb.

(3)

Jixraq li r-Regolament (KE) Nru 1222/2009 jiġi ssostitwit b'Regolament ġdid, li jinkorpora emendi li saru fl-2011, u li jimmodifika u jtejjeb uħud mid-dispożizzjonijiet tiegħu sabiex il-kontenut jiġi ċċarat u aġġornat, filwaqt li jitqies jqis il-progress teknoloġiku li sar fl-aħħar snin fil-qasam tat-tajers. Madankollu, peress li l-provvista u d-domanda ftit li xejn inbidlu f'termini tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, f'dan l-istadju m'hemmx bżonn li tinbidel l-iskala ta' gradazzjoni għall-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġu eżaminati r-raġunijiet għal dak in-nuqqas ta' żvilupp u l-fatturi tax-xiri, bħalma huma l-prezz, il-prestazzjoni, eċċ.. [Em. 1]

(4)

Is-settur tat-trasport jirrappreżenta terz tal-konsum tal-enerġija tal-Unjoni. Fl-2015, it-trasport bit-triq kien responsabbli għal madwar 22 % tal-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra tal-UE. It-tajers, l-aktar minħabba r-reżistenza għad-dawrien tagħhom, jirrappreżentaw bejn 5 % u 10 % tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi. Għaldaqstant, it-tnaqqis fir-reżistenza għad-dawrien tat-tajers jista' jikkontribwixxi b'mod sinifikanti għall-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tat-trasport bit-triq, u b'hekk ukoll għat-tnaqqis fl-emissjonijiet u għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur tat-trasport . [Em. 2]

(4a)

Sabiex tiġi indirizzata l-isfida tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 tat-trasport bit-triq, huwa xieraq li l-Istati Membri, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jipprovdu inċentivi favur l-innovazzjoni ta' proċess teknoloġiku ġdid għat-tajers C1, C2 u C3 effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u sikuri. [Em. 3]

(5)

It-tajers huma kkaratterizzati minn għadd ta’ parametri marbutin ma’ xulxin. It-titjib ta’ parametru wieħed bħar-reżistenza għad-dawrien jista’ jolqot ħażin parametri oħra, bħall-qabda fuq l-imxarrab, u bil-maqlub, it-titjib tal-qabda fuq l-imxarrab jista’ jolqot ħażin l-istorbju estern tad-dawrien. Jenħtieġ li l-manifatturi tat-tajers jiġu mħeġġa jtejbu l-parametri kollha lil hinn mill-istandards diġà miksuba. [Em. 4, Ma taffettwax il-verżjoni Maltija.]

(6)

It-tajers li huma effiċjenti fl-użu tal-fjuwil jistgħu jkunu kosteffettivi, billi l-iffrankar fuq il-fjuwil imur lil hinn mis-sempliċi kumpens għaż-żieda fil-prezz tax-xiri tat-tajers minħabba l-kostijiet ogħla ta’ produzzjoni tagħhom.

(7)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxi rekwiżiti minimi għar-reżistenza għad-dawrien tat-tajers. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li t-telf tal-enerġija jitnaqqas permezz ta’ reżistenza għad-dawrien tat-tajers li tkun ferm lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti minimi. Għaldaqstant, sabiex jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport bit-triq, jixraq li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet għat-tikkettar tat-tajers bil-għan li l-utenti aħħarija jkun mħeġġa jixtru tajers iktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, billi tingħata informazzjoni armonizzata u aġġornata fuq dan il-parametru.

(7a)

It-titjib tat-tikkettar tat-tajers se jippermetti li l-konsumaturi jiksbu informazzjoni aktar rilevanti u kumparabbli dwar l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, is-sikurezza u l-istorbju u jieħdu deċiżjonijiet ta' xiri kosteffettivi u b'rispett lejn l-ambjent meta jiġu biex jixtru tajers ġodda. [Em. 5]

(8)

L-istorbju tat-traffiku huwa ta’ fastidju sinifikanti u għandu effett ta’ ħsara għas-saħħa. Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-istorbju estern tad-dawrien tat-tajers. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li l-istorbju estern tad-dawrien jitnaqqas ferm lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti minimi. Għaldaqstant, sabiex jitnaqqas l-istorbju tat-traffiku, jixraq li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tat-tajers bil-għan li l-utenti aħħarija jkunu mħeġġa jixtru tajers li jagħmlu inqas storbju estern tad-dawrien, billi tingħata informazzjoni armonizzata fuq dan il-parametru.

(9)

L-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar l-istorbju estern tad-dawrien jiffaċilita wkoll l-implimentazzjoni ta’ miżuri biex jiġi limitat l-istorbju tat-traffiku, u jikkontribwixxi għal aktar għarfien tal-effett tat-tajers fuq l-istorbju tat-traffiku fil-qafas tad-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jistabbilixxi rekwiżiti minimi għall-prestazzjoni tat-tajers fir-rigward tal-qabda tagħhom fuq l-imxarrab. L-iżviluppi teknoloġiċi jagħmluha possibbli li l-qabda fuq l-imxarrab tittejjeb ferm lil hinn minn dawk ir-rekwiżiti minimi, u b’hekk li jitnaqqsu d-distanzi tal-ibbrejkjar fuq l-imxarrab. Għaldaqstant, sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq, jixraq li jiġu aġġornati d-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tat-tajers bil-għan li l-utenti aħħarija jkunu mħeġġa jixtru tajers bi prestazzjoni għolja fejn tidħol il-qabda fuq l-imxarrab, billi tingħata informazzjoni armonizzata dwar dan il-parametru.

(11)

Sabiex jiġi żgurat allinjament mal-qafas internazzjonali, ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 jirreferi għar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 (7), li jinkludi l-metodi ta’ kejl rilevanti għar-reżistenza għad-dawrien, għall-istorbju, u għall-prestazzjoni tat-tajers fir-rigward tal-qabda fuq l-imxarrab u fuq il-borra.

(12)

Sabiex tittejjeb is-sikurezza fit-toroq ġewwa l-Unjoni fejn il-klima hija aktar kiesħa u biex l-utenti aħħarija jingħataw informazzjoni dwar il-prestazzjoni tat-tajers iddisinjati speċifikament għall-kundizzjonjiet tal-borra u tas-silġ, jixraq li jkun hemm l-obbligu li t-tikketta tinkludi informazzjoni dwar it-tajers tal-borra u tas-silġ. It-tajers tal-borra u tas-silġ għandhom parametri speċifiċi li ma jistgħux jitqabblu bis-sħiħ ma' tipi ta' tajers oħra. Sabiex jiġi żgurat li l-utenti aħħarija jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet meqjusa u informati, l-informazzjoni dwar il-qabda fuq il-borra u l-qabda fuq is-silġ u l-kodiċi QR jenħtieġ li jkunu inklużi fit-tikketta. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżviluppa skala dwar il-prestazzjonijiet kemm għall-qabda fuq il-borra kif ukoll għall-qabda fuq is-silġ. Dawk l-iskali jenħtieġ li jkunu bbażati fuq ir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u fuq l-ISO 19447 għall-borra u għas-silġ rispettivament. Fi kwalunkwe każ, il-logo tal-muntanja bi tliet quċċati b'farka borra (“3PMSF”) jenħtieġ li jiġi intaljat fuq tajer li jissodisfa l-valuri minimi tal-indiċi għall-prestazzjoni fuq il-borra stabbiliti fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. Bl-istess mod, tajer li jissodisfa l-valur minimu tal-indiċi għall-prestazzjoni fuq is-silġ stabbilit fl-ISO 19447 jenħtieġ li juri l-logo tat-tajers tas-silġ miftiehem skont dan l-istandard. [Em. 6]

(13)

Il-brix tat-tajers matul l-użu huwa sors sinifikanti tal-mikroplastiċi, li jagħmlu l-ħsara lill-ambjent, u għaldaqstant il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Strateġija Ewropea għall-Plastik f'Ekonomija Ċirkolari” (8) ssemmi issemmi l-bżonn li jiġi indirizzat ir-rilaxx mhux intenzjonat tal-mikroplastiċi mit-tajers, fost l-oħrajn permezz ta' miżuri ta' informazzjoni bħat-tikkettar u rekwiżiti minimi għat-tajers. Madankollu, s'issa ma hemm ebda metodu ta' ttestjar xieraq disponibbli biex ikejjel il-brix tat-tajers. Għaldaqstant , l-applikazzjoni tar-rekwiżiti ta' tikkettar fir-rigward tar-rata ta' brix tat-tajers toħloq benefiċċji sostanzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent . Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqabbad l-iżvilupp ta' tali metodu, filwaqt li jitqiesu bis-sħiħ l-istandards jew ir-regolamenti kollha tal-aħħar teknoloġija żviluppati jew proposti internazzjonalment , kif ukoll ir-riżultat tar-riċerka industrijali , bil-għan li jiġi stabbilit metodu ta' ttestjar xieraq mill-iktar fis. [Em. 7]

(14)

It-tajers ittredjati mill-ġdid huma parti sostanzjali tas-suq għat-tajers tal-vetturi heavy-duty. L-ittredjar mill-ġdid tat-tajers itawwal il-ħajja utli tagħhom u jikkontribwixxi lejn għanijiet tal-ekonomija ċirkolari, fosthom it-tnaqqis tal-iskart. L-applikazzjoni ta’ rekwiżiti ta’ tikkettar fuq tali tajers mistennija ġġib magħha ffrankar sostanzjali tal-enerġija. Madankollu, billi s’issa ma hemm ebda metodu ta’ ttestjar xieraq disponibbli biex ikejjel il-prestazzjoni tat-tajers ittredjati mill-ġdid, jenħtieġ li dan ir-Regolament jipprevedi l-inklużjoni futura ta’ tali rekwiżiti.

(15)

It-tikketta tal-enerġija skont ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), li tikklassifika l-konsum tal-enerġija tal-prodotti fi skala minn “A” sa “G”, hija rikonoxxuta minn aktar minn 85 % tal-konsumaturi tal-Unjoni, bħala għodda ta' informazzjoni ċara u trasparenti, u wriet li hija effettiva fil-promozzjoni ta’ prodotti aktar effiċjenti. Jenħtieġ li t-tikketta tat-tajers tkompli tuża l-istess disinn sa fejn huwa possibbli, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-parametri tat-tajers. [Em. 8]

(16)

L-għoti ta’ informazzjoni komparabbli dwar il-parametri tat-tajers fil-forma ta’ tikketta standard x’aktarx li jinfluwenza d-deċiżjonijiet tax-xiri tal-utenti aħħarija favur tajers aktar sikuri, sostenibbli, inqas storbjużi u aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil. Dan min-naħa tiegħu x’aktarx iħeġġeġ lill-manifatturi tat-tajers itejbu kemm jistgħu dawk il-parametri, u b’hekk iwittu t-triq għal konsum u produzzjoni aktar sostenibbli. [Em. 9]

(17)

Il-ħtieġa ta’ aktar informazzjoni dwar l-effiċjenza tat-tajers fl-użu tal-fjuwil u parametri oħra hija rilevanti għall-utenti aħħarija kollha, inkluż dawk li jixtru t-tajers ta’ rikambju u t-tajers armati fuq vetturi ġodda, kif ukoll il-maniġers tal-flotot u l-intrapriżi tat-trasport, li ma jistgħux iqabblu faċilment il-parametri ta’ marki differenti tat-tajers fin-nuqqas ta’ skema armonizzata ta’ ttestjar u tikkettar. Għaldaqstant, jixraq li jkun hemm obbligu li t-tajers li jitwasslu mal-vetturi jkunu tikkettati fil-każijiet kollha.

(18)

Bħalissa t-tikketti huma espliċitament meħtieġa għat-tajers tal-vetturi (C1) u tal-vannijiet (C2), iżda mhux tal-vetturi heavy-duty (C3). It-tajers C3 jikkonsmaw aktar fjuwil u jkopru aktar kilometri fis-sena mit-tajers C1 u C2, u għalhekk il-potenzjal li jitnaqqsu l-konsum tal-fjuwil u l-emissjonijiet mill-vetturi heavy-duty huwa sinifikanti.

(19)

L-inklużjoni bis-sħiħ tat-tajers C3 fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament taqbel ukoll mal-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-konsum tal-fjuwil mill-vetturi heavy-duty (10), u taqbel ukoll mal-proposta tal-Kummissjoni dwar standards tas-CO2 għall-vetturi heavy-duty (11).

(20)

Ħafna utenti aħħarija jieħdu deċiżjonijiet dwar ix-xiri tat-tajers mingħajr ma jaraw it-tajer stess, u b’hekk ma jarawx it-tikketta mwaħħla miegħu. Fis-sitwazzjonijiet kollha, jenħtieġ li t-tikketta tintwera lill-utent aħħari qabel ma jikkonferma d-deċiżjoni tiegħu li jixtri. Jenħtieġ li l-wiri ta’ tikketta fuq it-tajers fil-post tal-bejgħ, kif ukoll fil-materjal promozzjonali tekniku, jiżgura li d-distributuri u l-utenti aħħarija potenzjali jirċievu informazzjoni armonizzata dwar il-parametri rilevanti tat-tajers fil-waqt u fil-post tad-deċiżjoni dwar ix-xiri.

(21)

Xi utenti aħħarija jagħżlu t-tajers qabel ma jaslu fil-post tal-bejgħ, jew jixtruhom bil-posta jew bl-internet. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-utenti finali wkoll ikunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata abbażi ta’ informazzjoni armonizzata dwar l-effiċjenza tat-tajers fl-użu tal-fjuwil, il-prestazzjoni fir-rigward tal-qabda tagħhom fuq l-imxarrab u l-istorbju estern tad-dawrien, fost parametri oħra, jenħtieġ li t-tikketti jintwerew fil-materjal promozzjonali tekniku kollu, inkluż fejn tali materjal ikun disponibbli fuq l-internet.

(22)

L-utenti aħħarija potenzjali għandhom jingħataw informazzjoni li tispjega kull komponent tat-tikketta u r-rilevanza tiegħu. Din l-informazzjoni għandha tingħata f’materjal promozzjonali tekniku, pereżempju fuq is-siti web tal-fornituri. Il-materjal promozzjonali tekniku jenħtieġ li ma jinkludix reklami fuq billboards, gazzetti, rivisti jew xandir tar-radju u t-televiżjoni. [Em. 10]

(23)

Jenħtieġ li l-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, il-qabda fuq l-imxarrab, l-istorbju estern u parametri oħra dwar it-tajers jitkejlu b’metodi affidabbli, preċiżi u riproduċibbli, li jqisu l-qisien u l-metodi ta’ kalkolu tal-iktar teknoloġiji riċenti ġeneralment rikonoxxuti. Sa fejn huwa possibbli, jenħtieġ li tali metodi jirriflettu l-imġiba tal-konsumatur medju, u li jkunu b’saħħithom sabiex jiskoraġġixxu l-ksur intenzjonali jew mhux intenzjonali. Jenħtieġ li t-tikketti tat-tajers jirriflettu l-prestazzjoni komparattiva tat-tajers fl-użu reali, fi ħdan il-limiti dderivati mill-bżonn ta’ ttestjar fil-laboratorju li jkun affidabbli, preċiż u riproduċibbli, sabiex l-utenti aħħarija jkunu jistgħu jqabblu tajers differenti u sabiex jiġu limitati l-kostijiet tal-ittestjar għall-manifatturi.

(24)

Il-konformità min-naħa tal-fornituri u tad-distributuri mad-dispożizzjonijiet dwar it-tikkettar tat-tajers hija essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Istati Membri jimmonitorjaw tali konformità permezz ta’ sorveljanza tas-suq u kontrolli ex-post regolari, skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12).

(25)

Sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-konformità, tingħata għodda siewja lill-utenti aħħarija, u jingħata lok għal modi alternattivi biex id-distributuri jirċievu skedi tal-informazzjoni dwar il-prodott, jenħtieġ li t-tajers jiġu inklużi fil-bażi tad-data stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2017/1369. Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2017/1369 jiġi emendat skont dan.

(26)

Mingħajr ħsara għall-obbligi tal-Istati Membri marbutin mas-sorveljanza tas-suq u għall-obbligi tal-fornituri li jivverifikaw il-konformità tal-prodott, jenħtieġ li l-fornituri jagħmlu l-informazzjoni rikjesta dwar il-konformità tal-prodott disponibbli elettronikament fil-bażi tad-data tal-prodotti.

(27)

Sabiex l-utenti aħħarija jkollhom fiduċja fit-tikketta tat-tajer, jenħtieġ li jkunu pprojbiti tikketti oħra li jimitawha. Għall-istess raġuni, jenħtieġ li jkunu pprojbiti tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet addizzjonali li aktarx iqarrqu jew igerfxu lill-utenti aħħarija fir-rigward tal-parametri koperti mit-tikketta tat-tajer.

(28)

Jenħtieġ li l-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(29)

Biex jippromwovu l-effiċjenza enerġetika, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-protezzjoni tal-ambjent, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu joħolqu inċentivi għall-użu ta’ prodotti effiċjenti fl-użu tal-enerġija. L-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu dwar in-natura ta’ dawn l-inċentivi. Jenħtieġ li dawn l-inċentivi jikkonformaw mar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, u jenħtieġ li ma joħolqux xkiel mhux ġustifikat għas-suq. Dan ir-Regolament ma jippreġudika l-eżitu ta’ ebda proċedura futura marbuta mal-għajnuna mill-Istat li tista’ ssir skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fir-rigward ta’ tali inċentivi.

(30)

Biex jiġu emendati l-kontenut u l-format tat-tikketta, biex jiddaħħlu rekwiżiti dwar it-tajers it-tajers tal-borra jew tas-silġ, ittredjati mill-ġdid, il-brix u l-kilometraġġ, u biex l-Annessi jiġu adattati għall-progress tekniku, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (13). B’mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ndaqs waqt it-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 12]

(30a)

Id-data dwar il-kilometraġġ u l-brix tat-tajers, ladarba jkun disponibbli metodu ta' ttestjar xieraq, se tkun għodda ta' benefiċċju li tinforma lill-konsumaturi dwar id-durabbiltà, il-ħajja u r-rilaxx mhux intenzjonat tal-mikroplastiċi mit-tajers li jkunu xtraw. L-informazzjoni dwar il-kilometraġġ tippermetti wkoll li l-konsumaturi jagħmlu għażla infurmata rigward it-tajers b'ħajja itwal, b'kontribuzzjoni għall-ħarsien tal-ambjent, u fl-istess waqt tippermetti wkoll li dawn jagħmlu stima tal-kostijiet operattivi tat-tajers fuq perjodu ta' żmien itwal. Għalhekk, id-data dwar il-prestazzjoni fir-rigward tal-kilometraġġ u l-brix tat-tajers jenħtieġ li tiżdied mat-tikketta meta jkun hemm disponibbli metodu ta' ttestjar rilevanti, sinifikanti u riproduċibbli għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-riċerka u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda f'dak il-qasam jenħtieġ li jkomplu. [Em. 13]

(31)

It-tajers li jkunu diġà tqiegħdu fis-suq qabel id-data tal-applikazzjoni tar-rekwiżiti inklużi f’dan ir-Regolament ma hemmx għalfejn jiġu ttikkettati mill-ġdid.

(32)

Sabiex tissaħħaħ il-fiduċja fit-tikketta u tiġi żgurata l-preċiżjoni tagħha, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tal-fornituri fuq it-tikketta rigward il-valuri għar-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab , il-qabda fuq il-borra u l-istorbju tkun soġġetta għall-proċess ta' approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009. [Em. 14]

(32a)

Id-daqs tat-tikketta jenħtieġ li jibqa' l-istess bħal dak stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1222/2009. Id-dettalji dwar il-Qabda fuq il-Borra u l-Qabda fuq is-Silġ u l-kodiċi QR jenħtieġ li jiġu inklużi fit-tikketta. [Em. 15]

(33)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, jenħtieġ li dik l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji ta’ effiċjenza, effettività, rilevanza, koerenza u valur miżjud għall-UE, u jenħtieġ li tipprovdi l-bażi għal valutazzjonijiet tal-impatt għal miżuri ulterjuri possibbli.

(34)

Ġaladarba l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, speċifikament iż-żieda tas-sikurezza u tal-effiċjenza ekonomika u ambjentali tat-trasport bit-triq billi tingħata informazzjoni lill-utenti aħħarija biex dawn ikunu jistgħu jagħżlu tajers aktar effiċjenti fl-użu tal-fjuwil, iktar sikuri u inqas storbjużi, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri peress li jeħtieġ informazzjoni armonizzata għall-utenti aħħarija, iżda min-naħa l-oħra, bis-saħħa ta’ qafas regolatorju armonizzat u kundizzjonijiet ewki għall-manifatturi, jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea. Regolament jibqa’ l-istrument legali xieraq peress li jimponi regoli ċari u dettaljati li jipprekludu traspożizzjoni diverġenti mill-Istati Membri u b’hekk jiżgura livell ogħla ta’ armonizzazzjoni fl-Unjoni kollha. Qafas regolatorju armonizzat fil-livell tal-Unjoni pjuttost milli fil-livell tal-Istat Membru jnaqqas il-kostijiet għall-manifatturi, jiżgura kundizzjonijiet ekwi u jiżgura l-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern kollu. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat fl-istess l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(35)

Għaldaqsant, ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 għandu jitħassar,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Għan u suġġett

1.   L-għan ta' dan ir-Regolament huwa li jiżdiedu s-sikurezza, il-ħarsien tas-saħħa, u jippromwovi tajers sostenibbli, sikuri u effiċjenti fl-użu tal-fjuwil b'livelli ta' storbju baxxi li jistgħu jgħinu biex jitnaqqas kemm jista' jkun l-impatt fuq l-ambjent u fuq is-saħħa filwaqt li jitjiebu s-sikurezza u l-effiċjenza ekonomika u ambjentali tat-trasport bit-triq, permezz tal-promozzjoni ta' tajers effiċjenti fl-użu tal-fjuwil u tajers sikuri b'emissjonijiet ta' storbju baxxi. [Em. 16]

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas għall-għoti ta’ informazzjoni armonizzata dwar il-parametri tat-tajers permezz tat-tikkettar, sabiex l-utenti aħħarija jkunu jistgħu jagħmlu għażla infurmata meta jixtru t-tajers.

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament japplika għat-tajers C1, C2, u C3 li jitqiegħdu fis-suq . [Em. 17]

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għat-tajers ittredjati mill-ġdid, ladarba metodu ta’ ttestjar xieraq biex ikejjel il-prestazzjoni ta’ tali tajers jiżdied mal-Annessi permezz ta’ att delegat skont l-Artikolu 12.

3.   Dan ir-Regolament ma japplikax għal dawn li ġejjin:

(a)

tajers off-road professjonali;

(b)

tajers iddisinjati biss biex jiġu armati fuq vetturi reġistrati għall-ewwel darba qabel l-1 ta’ Ottubru 1990;

(c)

tajers ta’ rikambju tat-tip T għal użu temporanju;

(d)

tajers li l-kategorija tal-veloċità tagħhom hija ta’ anqas minn 80 km fis-siegħa;

(e)

tajers li d-dijametru nominali tar-rimm tagħhom ma jkunx aktar minn 254 mm jew ikun 635 mm jew aktar;

(f)

tajers mgħammra b’mezzi addizzjonali biex itejbu l-proprjetajiet tat-trazzjoni, bħat-tajers bl-istuds;

(g)

tajers iddisinjati biss biex jiġu armati fuq vetturi maħsubin esklużivament għat-tlielaq.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tajers C1, C2 u C3” tfisser il-klassijiet ta’ tajers iddefiniti fl-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 661/2009;

(2)

“tajer ittredjat mill-ġdid” tfisser tajer użat rikondizzjonat billi l-wiċċ mikul ta’ barra jinbidel b’materjal ġdid;

(3)

“tajer ta’ rikambju tat-tip T għal użu temporanju” tfisser tajer ta’ rikambju għal użu temporanju, iddisinjat biex jintuża fi pressjonijiet ta’ nfiħ ogħla minn dawk stabbiliti għat-tajers standard u rinforzati;

(4)

“tikketta” tfisser dijagramma grafika, stampata jew f’forma elettronika, inkluż fil-forma ta’ stiker, li tinkludi simboli biex jinfurmaw lill-utenti aħħarija dwar il-prestazzjoni ta’ tajer jew lott ta’ tajers, marbuta mal-parametri stabbiliti fl-Anness I;

(5)

“post tal-bejgħ” tfisser post fejn it-tajers huma murija jew maħżuna u offruti għall-bejgħ lil utenti aħħarija, inkluż showrooms tal-karozzi, fir-rigward ta’ tajers li huma offruti għall-bejgħ lil utenti aħħarija iżda li mhumiex armati fuq il-vetturi;

(6)

“materjal promozzjonali tekniku” tfisser dokumentazzjoni, f’forma stampata jew elettronika, prodotta mill-fornitur biex tissupplimenta materjal ta’ riklamar tal-anqas bl-informazzjoni teknika skont l-Anness V;

(7)

“skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott” tfisser dokument li fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IV, f’forma stampata jew elettronika;

(8)

“dokumentazzjoni teknika” tfisser dokumentazzjoni suffiċjenti biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jistgħu jivvalutaw il-preċiżjoni tat-tikketta u tal-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott, u li tinkludi l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III;

(9)

“bażi tad-data tal-prodotti” tfisser il-bażi tad-data stabbilita skont ir-Regolament (UE) 1369/2017, li tikkonsisti minn parti pubblika orjentata lejn il-konsumaturi, fejn l-informazzjoni rigward il-parametri tal-prodotti individwali tkun aċċessibbli b’mezzi elettroniċi, portal online għall-aċċessibbiltà, kif ukoll minn parti dwar il-konformità, b’rekwiżiti ta’ aċċessibbiltà u ta’ sigurtà speċifikati b’mod ċar;

(10)

“bejgħ mill-bogħod” tfisser l-offerta ta’ bejgħ, kiri, jew bejgħ bin-nifs bil-posta, minn katalgu, bl-internet, bit-telebejgħ jew bi kwalunkwe metodu ieħor, li permezz tagħha l-utent aħħari potenzjali ma jkunx mistenni li jara l-prodott espost;

(11)

“manifattur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat u li tqiegħed dak il-prodott fis-suq f’isimha jew bil-marka kummerċjali tagħha;

(12)

“importatur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni;

(13)

“rappreżentant awtorizzat” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li rċeviet mandat bil-miktub minn manifattur sabiex taġixxi f’ismu fir-rigward ta’ kompiti speċifikati;

(14)

“fornitur” tfisser manifattur stabbilit fl-Unjoni, ir-rappreżentant awtorizzat ta’ manifattur li mhuwiex stabbilit fl-Unjoni, jew importatur, li jqiegħed prodott fis-suq tal-Unjoni;

(15)

“distributur” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika fil-katina tal-forniment, barra mill-manifattur jew l-importatur, li tagħmel tajer disponibbli fis-suq;

(16)

“kummerċjalizzazzjoni” tfisser il-forniment ta’ prodott għad-distribuzzjoni jew għall-użu fis-suq tal-Unjoni matul attività kummerċjali, sew jekk bi flus sew ukoll jekk mingħajr ħlas;

(17)

“tqegħid fis-suq” tfisser li prodott isir disponibbli għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni;

(18)

“utent aħħari” tfisser konsumatur, maniġer ta’ flotta jew intrapriża tat-trasport bit-triq, li jixtri jew li huwa mistenni li jixtri tajer;

(19)

“parametru” tfisser parametru ta' tajer kif stabbilit fl-Anness I, bħar-reżistenza għad-dawrien, il-qabda fuq l-imxarrab, l-istorbju estern tad-dawrien, il-borra jew is-silġ, il-kilometraġġ jew il-brix, li jkollu impatt sinifikanti fuq l-ambjent, fuq is-sikurezza fit-toroq jew fuq is-saħħa matul l-użu; [Em. 18]

(20)

“tip ta’ tajer” tfisser verżjoni ta’ tajer li l-unitajiet kollha tagħha jaqsmu l-istess karatteristiċi tekniċi rilevanti għat-tikketta u għall-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott, kif ukoll l-istess identifikatur tal-mudell.

Artikolu 4

Responsabbiltajiet tal-fornituri tat-tajers

1.   Il-fornituri għandhom jiżguraw li t-tajers C1, C2 u C3 li jitqiegħdu fis-suq ikunu akkumpanjati , mingħajr ħlas : [Em. 19]

(a)

għal kull tajer individwali, minn tikketta konformi mal-Anness II fil-forma ta’ stiker, li tindika l-informazzjoni u l-klassi għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, kif ukoll minn skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness IV; jew [Em. 20]

(b)

għal kull lott ta’ tajers identiċi (wieħed jew aktar), minn tikketta konformi mal-Anness II f’forma stampata li tindika l-informazzjoni u l-klassi għal kull wieħed mill-parametri stabbiliti fl-Anness I, kif ukoll minn skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott kif stabbilit fl-Anness IV.

2.   Fir-rigward ta' tajers reklamati jew mibjugħa bl-internet, il-fornituri għandhom jagħmlu t-tikketta disponibbli u jiżguraw f'sitwazzjoni ta' xiri li t-tikketta tintwera b'mod viżibbli qrib il-prezz, u li l-iskeda ta' informazzjoni dwar il-prodott tkun aċċessibbli It-tikketta għandha tintwera permezz ta' immaġni mbejta, wara klikkjatura tal-maws, mogħdija bil-maws jew espansjoni tattili tal-iskrin jew permezz ta' tekniki simili. [Em. 21]

3.   Il-fornituri għandhom jiżguraw li kull riklam viżiv għal tip speċifiku ta’ tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta. [Em. 22]

4.   Il-fornituri għandhom jiżguraw li kull materjal promozzjonali tekniku dwar tip speċifiku ta' tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta u jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness V. [Em. 23]

5.   Il-fornituri għandhom jiżguraw li l-valuri, il-klassijiet relatati i , l-identifikatur tal-mudell u kull informazzjoni addizzjonali oħra dwar il-prestazzjoni li jiddikjaraw fuq it-tikketta għall-parametri essenzjali stabbiliti fl-Anness I , kif ukoll il-parametri ta' dokumentazzjoni teknika stabbiliti fl-Anness III ikunu ġew soġġetti għall-proċess ta’ approvazzjoni tat-tip skont ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 ipprovduti lill-awtoritajiet tal-Approvazzjoni tat-Tip qabel ma jqiegħdu tajer fis-suq. L-Awtorità tal-Approvazzjoni tat-Tip għandha tirrikonoxxi li tkun irċeviet id-dokumentazzjoni mingħand il-fornitur u tivverifikaha . [Em. 24]

6.   Il-fornituri għandhom jiżguraw il-preċiżjoni tat-tikketti u tal-iskedi ta’ informazzjoni dwar il-prodott li jipprovdu.

7.   Il-fornituri għandhom jagħmlu d-dokumentazzjoni teknika skont l-Anness III disponibbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri jew għal kwalunkwe parti terza akkreditata fuq talba tagħhom. [Em. 25]

8.   Il-fornituri għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u jieħdu azzjoni immedjata biex jirrimedjaw kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tagħhom, fuq inizjattiva tagħhom stess jew meta jintalbu jagħmlu dan mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.

9.   Il-fornituri ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti, marki, simboli jew skrizzjonijiet oħra li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, jekk dawn aktarx iqarrqu jew igerfxu lill-utenti aħħarija fir-rigward tal-parametri essenzjali.

10.   Il-fornituri ma għandhomx jipprovdu jew juru tikketti li jimitaw it-tikketta prevista b’din ir-Regolament.

Artikolu 5

Responsabbiltajiet tal-fornituri tat-tajers rigward il-bażi tad-data tal-prodotti

1.   B'effett mill-1 ta' Jannar 2020 minn… disa' xhur wara [jekk jogħġbok daħħal d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] , qabel ma jqiegħdu fis-suq tajer fis-suq prodott wara dik id-data , il-fornituri għandhom idaħħlu fil-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1369 fir-rigward ta' dawk it-tajers , bl-eċċezzjoni tal-parametri tekniċi mkejla tal-mudell .

2.   Fejn jitqiegħdu fis-suq tajers bejn [please insert the date of entry into force of this Regulation] u l-31 ta' Diċembru 2019 Meta t-tajers jiġu prodotti bejn [jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament] u disa' xhur nieqes ġurnata wara [jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] , il-fornitur għandu jdaħħal, sat-30 ta' Ġunju 2020 , sa 12-il xahar wara [jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ , dan ir-Regolament] , idaħħal fil-bażi tad-data ta' data tal-prodotti l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1369 fir-rigward ta' dawk it-tajers bl-eċċezzjoni tal-parametri tekniċi mkejla tal-mudell .

2a.     Meta t-tajers jitqiegħdu fis-suq qabel [jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-fornitur jista' jdaħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1369 fir-rigward ta' dawk it-tajers.

3.   Sakemm l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ma tkunx iddaħħlet fil-bażi tad-data tal-prodotti, il-fornitur għandu jagħmel verżjoni elettronika tad-dokumentazzjoni teknika disponibbli għall-ispezzjoni fi żmien 10 ijiem minn talba li tkun waslet mingħand l-awtorità tas-sorveljanza tas-suq.

4.   Tajer li għalih isiru bidliet li jolqtu t-tikketta jew l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott għandu jitqies tip ta’ tajer ġdid. Il-fornitur għandu jindika fil-bażi tad-data meta ma jibqax iqiegħed fis-suq l-unitajiet kummerċjali ta’ tip ta’ tajer.

5.   Wara li l-aħħar unità ta’ tip ta’ tajer tkun tqiegħdet fis-suq, il-fornitur għandu jżomm l-informazzjoni dwar dak it-tip ta’ tajer fil-parti dwar il-konformità tal-bażi tad-data tal-prodotti għal perjodu ta’ ħames snin. [Em. 58]

Artikolu 6

Responsabbiltajiet tad-distributuri tat-tajers

1.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li:

(a)

it-tajers, fil-post tal-bejgħ, iġorru t-tikketta skont l-Anness II fil-forma ta’ stiker mogħti mill-fornituri skont il-punt (a) tal-Artikolu 4(1) f’pożizzjoni ċarament viżibbli; jew [Em. 26]

(b)

qabel il-bejgħ ta’ tajer li huwa parti minn lott ta’ tajers identiċi (wieħed jew aktar), it-tikketta msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tintwera tiġi ppreżentata lill-utent aħħari u tidher b’mod ċar qrib ħafna tat-tajer fil-post tal-bejgħ. [Em. 27]

(ba)

it-tikketta għandha titwaħħal direttament mat-tajer u tkun tista' tinqara kollha kemm, filwaqt li ma jkun hemm xejn li jostakola l-viżibilità tagħha. [Em. 28]

2.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li kull riklam viżiv għal tip speċifiku ta’ tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta. [Em. 29]

3.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li kull materjal promozzjonali tekniku dwar tip speċifiku ta' tajer, inkluż fuq l-internet, juri t-tikketta u jissodisfa r-rekwiżiti tal-Anness V [Em. 30]

4.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li, fejn it-tajers offruti għall-bejgħ ma jkunux viżibbli għall-utent aħħari, jipprovdu lill-utent aħħari b’kopja tat-tikketta qabel il-bejgħ.

5.   Id-distributuri għandhom jiżguraw li tintwera t-tikketta ma’ kull bejgħ mill-bogħod u bil-karta, u li l-utent aħħari jista’ jaċċessa l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott permezz ta’ sit web b’aċċess bla ħlas, jew jista’ jitlob kopja stampata tal-istess skeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott.

6.   Id-distributuri li jbigħu mill-bogħod abbażi tat-telebejgħ għandhom jinfurmaw speċifikament lill-utenti aħħarija bil-klassijiet tal-parametri essenzjali fuq it-tikketta, u li jistgħu jaċċessaw it-tikketta sħiħa u l-iskeda ta’ informazzjoni dwar il-prodott permezz ta’ sit web ta’ aċċess bla ħlas, jew billi jitolbu kopja stampata.

7.   Fir-rigward ta' tajers reklamati jew mibjugħa direttament bl-internet, id-distributuri għandhom jagħmlu t-tikketta disponibbli u jiżguraw f'sitwazzjoni ta' xiri li t-tikketta tintwera qrib il-prezz, u li l-iskeda ta' informazzjoni dwar il-prodott tkun aċċessibbli. Din għandha tintwera wara klikkjatura ta' maws, mogħdija bil-maws jew espansjoni tattili tal-iskrin jew tekniki simili; [Em. 31]

Artikolu 7

Responsabbiltajiet tal-fornituri tal-vetturi u tad-distributuri tal-vetturi

Fejn l-utenti aħħarija jkunu beħsiebhom jakkwistaw vettura ġdida, il-fornituri u d-distributuri tal-vetturi, qabel il-bejgħ, għandhom jagħtuhom it-tikketta għat-tajers offruti mal-vettura, kif ukoll il-materjal promozzjonali tekniku rilevanti.

Artikolu 8

Metodi ta’ ttestjar u ta’ kejl

L-informazzjoni li għandha tingħata skont l-Artikoli 4, 6 u 7 dwar il-parametri inklużi fuq it-tikketta għandha tinkiseb bl-applikazzjoni tal-metodi f'konformità mal-metodi ta' ttestjar u ta' kejl imsemmija fl-Anness I, u bil-proċedura ta' allinjament f'laboratorju msemmija fl-Anness VI. [Em. 32]

Artikolu 9

Proċedura ta’ verifika

L-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-konformità tal-klassijiet iddikjarati għal kull wieħed mill-parametri essenzjali indikati fl-Anness I, skont il-proċedura stabbilita fl-Anness VII.

Artikolu 10

Obbligi tal-Istati Membri

1.   L-Istati Membri ma għandhomx ifixklu t-tqegħid fis-suq jew fis-servizz, fit-territorji tagħhom, ta’ tajers li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament.

2.   L-Istati Membri ma għandhomx jagħtu inċentivi għat-tajers ta’ taħt il-klassi B fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil jew il-qabda fuq l-imxarrab fit-tifsira tal-Anness I, it-taqsimiet A u B rispettivament. It-tassazzjoni u l-miżuri fiskali ma jikkostitwixxux inċentivi għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

2a.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq jistabbilixxu sistema ta' spezzjonijiet ta' rutina u ad-hoc tal-postijiet tal-bejgħ bil-għan li tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament. [Em. 33]

3.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali u l-mekkaniżmi ta’ infurzar applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

4.   Sal-1 ta’ Ġunju 2020, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bir-regoli msemmija fil-paragrafu 3 li ma jkunux ġew innotifikati qabel lill-Kummissjoni, u għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda suċċessiva li taffettwahom.

Artikolu 11

Sorveljanza tas-suq tal-Unjoni u kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni

1.   [L-Artikoli 16 sa 29 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 / tar-Regolament dwar il-konformità u l-infurzar propost skont COM(2017)0795] għandhom japplikaw għall-prodotti koperti minn dan ir-Regolament u mill-atti delegati rilevanti adottati skontu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi u tappoġġa l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar is-sorveljanza tas-suq relatata mat-tikkettar tal-prodotti bejn l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri li jkunu responsabbli mis-sorveljanza tas-suq jew inkarigati mill-kontroll tal-prodotti li jidħlu fis-suq tal-Unjoni, kif ukoll bejniethom u l-Kummissjoni, b’mod partikulari b’involviment aktar mill-qrib tal-Grupp Espert dwar it-Tikkettar tat-Tajers – “Kooperazzjoni Amministrattiva dwar is-Sorveljanza tas-Suq”.

3.   Il-programmi ġenerali ta’ sorveljanza tas-suq tal-Istati Membri stabbiliti skont [l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 / ir-Regolament dwar il-konformità u l-infurzar skont COM(2017)0795] għandhom jinkludu azzjonijiet biex jiżguraw l-infurzar effettiv ta’ dan ir-Regolament u għandhom jiġu msaħħa; [Em. 34].

Artikolu 11a

Tajers ittredjati mill-ġdid

Sa … [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tintroduċi rekwiżiti ġodda ta' informazzjoni fl-Annessi għat-tajers ittredjati mill-ġdid, sakemm ikun hemm disponibbli metodu xieraq u fattibbli.. [Em. 35]

Artikolu 12

Atti delegati

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 13 biex:

(a)

iddaħħal bidliet fil-kontenut u fil-format tat-tikketta;

(aa)

iddaħħal parametri u rekwiżiti ta' informazzjoni għat-tajers tal-qabda fuq il-borra u fuq is-silġ; [Em. 37]

(ab)

iddaħħal metodu ta' ttestjar xieraq għall-kejl tal-prestazzjonijiet tat-tajers tal-qabda fuq il-borra u tal-qabda fuq is-silġ; [Em. 38]

(b)

iddaħħal parametri jew rekwiżiti ta’ informazzjoni fl-Anness, b’mod partikulari għall-kilometraġġ u l-brix, dejjem jekk ikunu disponibbli metodi ta’ ttestjar xierqa; [Em. 39]

(c)

tadatta għall-progress tekniku l-valuri, il-metodi ta’ kalkolu u r-rekwiżiti tal-Annessi.

Fejn xieraq, waqt li tkun qiegħda tħejji atti delegati, il-Kummissjoni għandha tittestja d-disinn u l-kontenut tat-tikketti għal gruppi speċifiċi ta’ prodotti għat-tajers ma’ gruppi rappreżentattivi tal-konsumaturi tal-Unjoni biex jiġi żgurat li t-tikketti jifhmuhom b’mod ċar. [Em. 40]

Artikolu 13

Eżerċizzju ta’ delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmijin fl-Artikolu 12 għal perjodu ta’ ħames snin minn [please insert the date of entry into force of this Regulation]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa’ xhur qabel tmiem il-perjodu ta’ ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perjodi ta’ żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal dik l-estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta’ kull perjodu.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandha tolqot il-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma’ esperti maħturin minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma jkunx hemm oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 14

Evalwazzjoni u rapport

Sal-1 ta' Ġunju 2026 2022 , il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament, tressaq ikkomplementata b'valutazzjoni tal-impatt stħarriġ fost il-konsumaturi, u tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun xieraq, bi proposta leġiżlattiva biex dan ir-Regolament jiġi emendat. [Em. 41]

Dan ir-rapport għandu jivvaluta l-effettività li biha dan ir-Regolament u l-atti delegati adottati skontu jkunu ppermettew lill-utenti aħħarija jagħżlu tajers ta' prestazzjoni aħjar, filwaqt li jitqiesu l-impatti tar-Regolament fuq in-negozju, il-konsum tal-fjuwil, is-sikurezza, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u , l-attivitajiet ta' sorveljanza tas-suq u s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi . Ir-rapport għandu jivvaluta wkoll il-kostijiet u l-benefiċċji ta' verifika, indipendenti u obbligatorja minn parti terza, tal-informazzjoni mogħtija fit-tikketta, filwaqt li titqies l-esperjenza b'rabta mal-qafas usa' previst bir-Regolament (KE) Nru 661/2009. [Em. 42]

Artikolu 15

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 2017/1369

Fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1369, il-punt (a) huwa ssostitwit b’dan li ġej:

“(a)

li tappoġġa lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti, inkluż l-infurzar tagħhom, u skont ir-Regolament (UE) [insert reference to the present regulation]”.

Artikolu 16

Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 2009/1222

Ir-Regolament (KE) Nru 2009/1222 huwa mħassar.

Ir-referenzi li jsiru għar-Regolament imħassar għandhom jinftiehmu li jkunu qed isiru għar-Regolament preżenti, u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

Artikolu 17

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2020 minn … [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] . [Em. 43]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 280.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019.

(3)  COM(2017)0658 final.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar it-tikkettar tat-tajers fir-rigward tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil u parametri essenzjali oħra (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 46).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 661/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip għas-sikurezza ġenerali tal-vetturi bil-mutur, it-trejlers tagħhom, u s-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati destinati għalihom (ĠU L 200, 31.7.2009, p. 1).

(6)  Id-Direttiva 2002/49/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ġunju 2002 li tirrigwardja l-istudju u l-amministrazzjoni tal-ħsejjes ambjentali (ĠU L 189, 18.7.2002, p. 12).

(7)  ĠU L 307, 23.11.2011, p. 3.

(8)  COM(2018)0028.

(9)  Ir-Regolament (UE) 2017/1369 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2017 li jistabbilixxi qafas għat-tikkettar tal-enerġija u li jħassar id-Direttiva 2010/30/UE (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 1).

(10)  COM(2017)0279.

(11)  Reference to be added once the proposal is adopted.

(12)  Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(13)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

ANNESS I

L-ittestjar, l-ikklassifikar u l-kejl tal-parametri tat-tajers

Taqsima A: Klassijiet tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil

Il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-koefiċċjent tar-reżistenza għad-dawrien (RRC), skont l-iskala “A” sa “G” speċifikata hawn isfel, u għandha titkejjel skont l-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, u tiġi allinjata skont il-proċedura stipulata fl-Anness VI. Jekk tip ta’ tajer jiġi approvat għal aktar minn klassi waħda ta’ tajer (eż. C1 u C2), l-iskala tal-klassifika użata biex tiġi ddeterminata l-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil ta’ dan it-tip ta’ tajer għandha tkun applikabbli għall-ogħla klassi ta’ tajer (eż. C2, mhux C1). [Em. 44]

Il-klassi F għat-tajers C1, C2, C3 ma għandhiex tibqa' titqiegħed fis-suq wara l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjoni rigward ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 u għandha tintwera fuq it-tikketta bil-griż. [Em. 45]

Tajers C1

Tajers C2

Tajers C3

RRC f’kg/t

Klassi tal-

effiċjenza fl-użu

tal-enerġija

RRC f’kg/t

Klassi tal-

effiċjenza fl-użu

tal-enerġija

RRC f’kg/t

Klassi tal-

effiċjenza fl-użu

tal-enerġija

RRC ≤ 5,4 6,5

A

RRC ≤ 4,4 5,5

A

RRC ≤ 3,1 4,0

A

5,5 6,6 RRC ≤ 6,5 7,7

B

4,5 5,6 RRC ≤ 5,5 6,7

B

3,2 4,1 RRC ≤ 4,0 5,0

B

6,6 7,8 RRC7,7 9,0

C

5,6 6,8 RRC ≤ 6,7 8,0

C

4,1 5,1 RRC ≤ 5,0 6,0

C

7,8 ≤ RRC ≤ 9,0 Vojta

D

6,8 ≤ RRC ≤ 8,0 Vojta

D

5,1 6,1 RRC ≤ 6,0 7,0

D

9,1 ≤ RRC ≤10,5

E

8,1 ≤ RRC ≤9,2

E

6,1 7,1 RRC ≤ 7, 8,0

E

10,6 < RRC 10,6 12,0

F

9,3 < RRC 9,3 10,5

F

RRC 7,1 8,1

F

[Em. 46]

Taqsima B: Klassijiet tal-qabda fuq l-imxarrab

1.

Il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab (G), skont l-iskala “A” sa “G” speċifikata fit-tabella ta’ hawn isfel, u għandha tiġi kkalkolata skont il-punt 2 u titkejjel skont l-Anness 5 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. [Em. 47]

1a.

Il-klassi F għat-tajers C1, C2, C3 ma għandhiex tibqa' titqiegħed fis-suq wara l-implimentazzjoni sħiħa tad-dispożizzjoni rigward ir-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tar-Regolament (KE) Nru 661/2009 u għandha tintwera fuq it-tikketta bil-griż. [Em. 48]

2.

Il-kalkolu tal-qabda fuq l-imxarrab (G):

G = G(T) - 0,03

fejn:

G(T) = l-indiċi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer kandidat kif imkejjel f’ċiklu tal-ittestjar wieħed

Tajers C1

Tajers C2

Tajers C3

G

Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

G

Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

G

Klassi tal-qabda fuq l-imxarrab

1,68 1,55 G

A

1,53 1,40 G

A

1,38 1,25 G

A

1,55 1,40 G ≤ 1,67 1,54

B

1,40 1,25 G ≤ 1,52 1,39

B

1,25 1,10 G ≤ 1,37 1,24

B

1,40 1,25 G ≤ 1,54 1,39

C

1,25 1,10 G ≤ 1,39 1,24

C

1,10 0,95 G ≤ 1,24 1,09

C

1,25 ≤ G ≤ 1,39 Vojta

D

1,10 ≤ G ≤ 1,24 Vojta

D

0,95 0,80 G ≤ 1,09 0,94

D

1,10 ≤ G ≤1,24

E

0,95 ≤ G ≤1,09

E

0,80 G ≤ 0,94 0,79

E

G ≤1,09

F

G ≤0,94

F

0,65 0,65 ≤ G ≤ 0,79 0,64

F

Vojta

G

Vojta

G

G ≤ 0,64

G

[Em. 49]

Taqsima C: Klassijiet u valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien [Em. 50]

Il-valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien (N) għandu jiġi ddikjarat f'deċibeli u għandu jitkejjel skont l-Anness 3 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. [Em. 51]

Il-klassi tal-istorbju estern tad-dawrien għandha tiġi ddeterminata u murija fuq it-tikketta abbażi tal-valuri f'konformità mal-valuri limitu (LV) stipulati fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) tal-Istadju 2 stipulati fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 661/2009 kif ġej 117: [Em. 52]

N f’dB

Klassi tal-istorbju estern tad-dawrien

Image 1

N ≤ LV – 6 3

Image 2

LV – 6 3 < N ≤ LV – 3

Image 3

N > LV – 3

[Em. 53]

Taqsima D: Qabda fuq il-borra

Il-prestazzjoni tat-tajers fuq il-borra għandha tiġi ttestjata ttikkettata skont l-Anness 7 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117. [Em. 54]

Tajer li jissodisfa l-valuri tal-indiċi minimi għall-borra stipulati fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandu jiġi kklassifikat bħala tajer tal-borra, u t-tikketta għandha tista' tinkludi l-ikona li ġejja: [Em. 55]

Image 4

Taqsima E: Qabda fuq is-silġ

Il-prestazzjoni tat-tajers fuq is-silġ għandha tiġi ttestjata ttikkettata skont ISO 19447. [Em. 56]

Tajer li jissodisfa l-valur tal-indiċi minimu għas-silġ stipulat f’ISO 19447 u t-tip approvat skont il-prestazzjoni fuq il-borra fir-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 għandu jiġi kklassifikat bħala tajer tas-silġ, u t-tikketta għandha tista' tinkludi l-ikona li ġejja: [Em. 57]

Image 5

ANNESS II

Il-format tat-tikketta

1.   TIKKETTI

1.1.

L-informazzjoni li ġejja għandha tiġi inkluża fit-tikketti, skont l-illustrazzjonijiet hawn isfel.

Image 6

Image 7

Image 8

I.

Isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;

II.

L-identifikatur tal-mudell tal-fornitur, fejn “identifikatur tal-mudell” tfisser il-kodiċi, ġeneralment alfanumeriku, li jiddistingwi tip speċifiku ta’ tajer minn tip ieħor bl-istess marka kummerċjali jew bl-istess isem tal-fornitur;

III.

Kodiċi QR;

IV.

Effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

V.

Qabda fuq l-imxarrab;

VI.

Storbju estern tad-dawrien;

VII.

Qabda fuq il-borra;

VIII.

Qabda fuq is-silġ.

2.   DISINN TAT-TIKKETTA

2.1.

Id-disinn tat-tikketta għandu jkun skont il-grafika hawn taħt:

Image 9

2.2.

It-tikketta għandha tkun wiesgħa mill-inqas 90 mm u għolja mill-inqas 130 mm. F’każ li t-tikketta tiġi stampata f’format ikbar, il-kontenut tagħha xorta waħda għandu jibqa’ proporzjonat mal-ispeċifikazzjonijiet ta’ hawn fuq.

2.3.

It-tikketta għandha tkun konformi mar-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

Il-kuluri huma CMYK – blu jagħti fl-aħdar (“cyan”), maġenta, isfar u iswed – u jingħataw skont l-eżempju li ġej: 00-70-X-00: 0 % cyan, 70 % maġenta, 100 % isfar, 0 % iswed;

(b)

In-numri elenkati hawn isfel jirreferu għall-ispjegi indikati fil-punt 2.1.:

(1)

Bordura tat-tikketta: linja: 1,5 pts – kulur: X-10-00-05;

(2)

Calibri regular 8 pts;

(3)

Bandiera Ewropea: wisa’: 15 mm, għoli: 10 mm;

(4)

Strixxun: wisa’: 51,5 mm, għoli: 13 mm;

Test “BRAND”: Calibri regular 15 pts, 100 % abjad;

Test “Model Number”: Calibri regular 13 pts, 100 % abjad;

(5)

Kodiċi QR: wisa’: 13 mm, għoli: 13 mm;

(6)

Skala “A” sa “F”:

Vleġeġ: għoli: 5,6 mm, spazju bejn vleġġa u oħra: 0,78 mm, linja sewda: 0,5 pt – kuluri:

A: X-00-X-00;

B: 70-00-X-00;

C: 30-00-X-00;

D: 00-00-X-00;

E: 00-30-X-00;

F: 00-70-X-00.

(7)

Linja: wisa’: 88 mm, għoli: 2 pts – kulur: X-00-00-00;

(8)

Pittogramma tal-istorbju estern tad-dawrien:

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 25,5 mm, għoli: 17 mm – kulur: X-10-00-05;

(9)

Vleġġa:

Vleġġa: wisa’: 20 mm, għoli: 10 mm, 100 % iswed;

Test: Helvetica Bold 20 pts, 100 % abjad;

Test tal-unità: Helvetica Bold 13 pts, 100 % abjad;

(10)

Pittogramma tas-silġ:

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 15 mm, għoli: 15 mm – linja: 1,5 pts – kulur: 100 % iswed;

(11)

Pittogramma tal-borra:

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 15 mm, għoli: 15 mm – linja: 1,5 pts – kulur: 100 % iswed;

(12)

“A” sa “G”: Calibri regular 13 pts, 100 % iswed;

(13)

Vleġeġ:

Vleġeġ: wisa’: 11,4 mm, għoli: 9 mm, 100 % iswed;

Test: Calibri Bold 17 pts, 100 % abjad;

(14)

Pittogramma tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 19,5 mm, għoli: 18,5 mm – kulur: X-10-00-05;

(15)

Pittogramma tal-qabda fuq l-imxarrab:

Pittogramma kif fornuta: wisa’: 19 mm, għoli: 19 mm – kulur: X-10-00-05.

(c)

L-isfond għandu jkun abjad.

2.4.

Il-klassi tat-tajer għandha tkun indikata fuq it-tikketta fil-format preskritt fl-illustrazzjoni li tidher fil-punt 2.1.

ANNESS III

Dokumentazzjoni teknika

Id-dokumentazzjoni teknika msemmija fl-Artikolu 4(7) għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

l-isem u l-indirizz tal-fornitur;

(b)

l-identifikazzjoni u l-firma tal-persuna mogħtija s-setgħa li torbot lill-fornitur;

(c)

l-isem kummerċjali jew il-marka kummerċjali tal-fornitur;

(d)

il-mudell tat-tajer;

(e)

il-qies, l-indiċi tat-tagħbija u l-klassifikazzjoni tal-veloċità tat-tajer;

(f)

ir-referenza għall-metodi ta’ kejl applikati.

ANNESS IV

Skeda tal-informazzjoni dwar il-prodott

L-informazzjoni fl-iskeda tal-informazzjoni dwar il-prodott għat-tajers għandha tkun inkluża fil-fuljett tal-prodott jew f’pubblikazzjonijiet oħra mogħtija mal-prodott, u għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

isem il-fornitur jew il-marka kummerċjali;

(b)

l-identifikatur tal-mudell tal-fornitur;

(c)

il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil tat-tajer skont l-Anness I;

(d)

il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab tat-tajer skont l-Anness I;

(e)

il-klassi tal-istorbju estern tad-dawrien u d-deċibeli skont l-Anness I;

(f)

jekk it-tajer huwiex tajer tal-borra;

(g)

jekk it-tajer huwiex tajer tas-silġ.

ANNESS V

Informazzjoni mogħtija fil-materjal promozzjonali tekniku

1.

L-informazzjoni dwar it-tajers inkluża fil-materjal promozzjonali tekniku għandha tingħata fl-ordni speċifikata kif ġej:

(a)

il-klassi tal-effiċjenza fl-użu tal-fjuwil (ittra “A” sa “G”);

(b)

il-klassi tal-qabda fuq l-imxarrab (ittra “A” sa “G”);

(c)

il-klassi u l-valur imkejjel tal-istorbju estern tad-dawrien (dB);

(d)

jekk it-tajer huwiex tajer tal-borra;

(e)

jekk it-tajer huwiex tajer tas-silġ.

2.

L-informazzjoni mogħtija fil-punt 1 għandha tissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

(a)

tinqara faċilment;

(b)

tinftiehem faċilment;

(c)

jekk tkun disponibbli klassifikazzjoni differenti għal ċertu tip ta’ tajer skont il-qies jew parametri oħra, għandha tiġi ddikjarata l-firxa bejn it-tajer bl-agħar prestazzjoni u t-tajer bl-aqwa prestazzjoni.

3.

Il-fornituri għandhom ukoll jagħmlu disponibbli fuq is-siti web tagħhom dan li ġej:

(a)

link għall-paġna web rilevanti tal-Kummissjoni ddedikata għal dan ir-Regolament;

(b)

spjega tal-pittogrammi stampati fuq it-tikketta;

(c)

stqarrija li tisħaq fuq il-fatt li l-iffrankar reali tal-fjuwil u s-sikurezza fit-toroq jiddependu ħafna mill-imġiba tas-sewwieqa, partikolarment dan li ġej:

is-sewqan ekoloġiku jista’ jnaqqas ferm il-konsum tal-fjuwil;

il-pressjoni tat-tajers trid tiġi vverifikata regolarment għall-aħjar qabda fuq l-imxarrab u għall-aħjar effiċjenza fl-użu tal-fjuwil;

id-distanzi tal-waqfien għandhom jiġu strettament rispettati.

ANNESS VI

Proċedura ta’ allinjament f’laboratorju għall-kejl tar-reżistenza għad-dawrien

1.   DEFINIZZJONIJIET

Għall-finijiet tal-proċedura ta’ allinjament f’laboratorju, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“laboratorju ta’ referenza” tfisser laboratorju li jagħmel parti min-netwerk ta’ laboratorji msemmija għall-finijiet tal-proċedura ta’ allinjament f’pubblikazzjoni ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u li kapaċi jikseb ir-riżultati tat-testijiet bil-preċiżjoni indikata fit-Taqsima 3 bil-magna ta’ referenza tiegħu;

2.

“laboratorju kandidat” tfisser laboratorju li jipparteċipa fil-proċedura ta’ allinjament u li mhuwiex laboratorju ta’ referenza;

3.

“tajer tal-allinjament” tfisser tajer li jiġi ttestjat biex issir il-proċedura ta’ allinjament;

4.

“sett ta’ tajers tal-allinjament” tfisser sett ta’ ħames tajers tal-allinjament jew aktar għall-allinjament ta’ magna waħda;

5.

“valur assenjat” tfisser valur teoretiku tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien (RRC) ta’ tajer tal-allinjament wieħed kif imkejjel minn laboratorju teoretiku li jirrappreżenta n-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza li jintuża għall-proċedura ta’ allinjament;

6.

“magna” tfisser kull fus għall-ittestjar tat-tajers f’metodu wieħed speċifiku ta’ kejl. Pereżempju, żewġ fusien li jaġixxu fuq l-istess tanbur ma għandhomx jitqiesu bħala magna waħda.

2.   DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

2.1.   Prinċipju

Il-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien imkejjel (m) f’laboratorju ta’ referenza (l), (RRCm, l ), għandu jiġi allinjat mal-valuri assenjati tan-netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza.

Il-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien imkejjel (m) miksub minn magna f’laboratorju ta’ referenza (c), RRCm, c , għandu jiġi allinjat permezz ta’ laboratorju ta’ referenza wieħed tan-netwerk tal-għażla tiegħu.

2.2.   Rekwiżiti għall-għażla tat-tajers

Għandu jintgħażel sett ta’ ħames tajers tal-allinjament jew aktar għall-proċedura ta’ allinjament skont il-kriterji hawn taħt. Għandu jintgħażel sett wieħed għat-tajers C1 u C2 flimkien, u sett wieħed għat-tajers C3.

(a)

Is-sett ta’ tajers tal-allinjament għandu jintgħażel b’mod li jkopri l-firxa ta’ RRCs differenti tat-tajers C1 u C2 flimkien, jew tat-tajers C3. Fi kwalunkwe każ, id-differenza bejn l-ogħla RRCm tas-sett ta’ tajers, u l-inqas RRCm tat-tajer, għandha tkun, qabel u wara l-allinjament, tal-anqas daqs il-valuri li ġejjin:

(i)

3 kg/t għat-tajers C1 u C2; u

(ii)

2 kg/t għat-tajers C3.

(b)

L-RRCm fil-laboratorji kandidati jew ta’ referenza (RRCm, c or RRCm, l ), ibbażat fuq valuri tal-RRC iddikjarati ta’ kull tajer tal-allinjament tas-sett, għandu jitqassam b’mod ugwali.

(c)

Il-valuri tal-indiċi tat-tagħbija għandhom ikopru b’mod adegwat il-firxa tat-tajers li għandhom jiġu ttestjati, biex ikun żgurat li l-valuri tal-forza tar-reżistenza għad-dawrien ikopru wkoll il-firxa għat-tajers li għandhom jiġu ttestjati.

Kull tajer tal-allinjament għandu jkun ikkontrollat qabel ma jintuża, u għandu jiġi sostitwit meta:

(a)

juri kundizzjoni li minħabba fiha ma jibqax adattat għal aktar testijiet; u/jew

(b)

ikun hemm devjazzjonijiet ta’ RRCm, c jew RRCm, l ta’ aktar minn 1,5 % meta mqabbel ma’ kejl preċedenti wara l-korrezzjoni għal kwalunkwe deriva tal-magna.

2.3.   Metodu ta’ kejl

Il-laboratorju ta’ referenza għandu jkejjel kull tajer tal-allinjament erba’ darbiet u jżomm l-aħħar tliet riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, filwaqt li japplika l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu.

Il-laboratorju kandidat għandu jkejjel kull tajer tal-allinjament (n + 1) darbiet, fejn il-valur ta’ n jiġi speċifikat fit-Taqsima 5, u għandu jżomm l-aħħar n riżultati għal aktar analiżi, skont il-paragrafu 4 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, filwaqt li japplika l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu.

Kull darba li jitkejjel tajer tal-allinjament, l-assemblaġġ tat-tajer/tar-rota għandu jitneħħa mill-magna, u l-proċedura kollha tat-test speċifikata fil-paragrafu 4 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu għandha terġa’ tiġi segwita mill-bidu.

Il-laboratorju kandidat jew ta’ referenza għandu jikkalkula:

(a)

il-valur imkejjel ta’ kull tajer tal-allinjament għal kull kejl kif speċifikat fil-paragrafi 6.2 u 6.3 tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu (jiġifieri, jiġi kkoreġut għal temperatura ta’ 25 oC u dijametru tat-tanbur ta’ 2 m);

(b)

il-valur medju tal-aħħar tliet valuri (fil-każ tal-laboratorji ta’ referenza) jew tal-aħħar n valuri (fil-każ tal-laboratorji kandidati) imkejla għal kull tajer tal-allinjament; u

(c)

id-devjazzjoni standard (σm), kif ġej:

Image 10

fejn:

i hija l-mgħadd minn 1 sa p għat-tajers tal-allinjament;

j hija l-mgħadd minn 2 sa n+1 għall-aħħar n ripetizzjonijiet ta’ kull kejl ta’ tajer tal-allinjament partikolari

n+1 hija n-numru ta’ ripetizzjonijiet ta’ kejl tat-tajers (n+1=4 għal-laboratorji ta’ referenza, u n+1>4 għal-laboratorji kandidati);

p hija n-numru ta’ tajers tal-allinjament (p ≥ 5).

2.4.   Formati tad-data li għandhom jintużaw għall-kalkoli u r-riżultati

Il-valuri ta’ RRC imkejla kkoreġuti għad-dijametru tat-tanbur u t-temperatura għandhom jiġu mqarrba sa żewġ pożizzjonijiet deċimali.

Wara dan, il-kalkoli għandhom isiru bid-deċimali kollha: ma għandu jkun hemm ebda tqarrib ħlief fl-ekwazzjonijiet tal-allinjament aħħari.

Il-valuri kollha tad-devjazzjoni standard għandhom jiġu indikati sa 3 pożizzjonijiet deċimali.

Il-valuri kollha ta’ RRC għandhom jiġu indikati sa 2 pożizzjonijiet deċimali.

Il-koeffiċjenti kollha tal-allinjament (A1l, B1l, A2c u B2c) għandhom jiġu mqarrba u indikati sa 4 pożizzjonijiet deċimali.

3.   REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦAL-LABORATORJI TA’ REFERENZA U D-DETERMINAZZJONI TAL-VALURI ASSENJATI

Il-valuri assenjati għal kull tajer tal-allinjament għandhom jiġu ddeterminati minn netwerk ta’ laboratorji ta’ referenza. Kull sentejn, in-netwerk għandu jivvaluta l-istabbiltà u validità tal-valuri assenjati.

Kull laboratorju ta’ referenza li jipparteċipa fin-netwerk għandu jibqa’ konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 tar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, b’devjazzjoni standard (σm) kif ġej:

(a)

mhux akbar minn 0,05 kg/t għat-tajers tal-klassijiet C1 u C2; u

(b)

mhux akbar minn 0,05 kg/t għat-tajers tal-klassi C3.

Is-settijiet ta’ tajers tal-allinjament, b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-Taqsima 2.2, għandhom jitkejlu skont it-Taqsima 2.3 minn kull laboratorju ta’ referenza tan-netwerk.

Il-valur assenjat ta’ kull tajer tal-allinjament huwa l-medja tal-valuri mkejla u mogħtija mil-laboratorji ta’ referenza tan-netwerk għal dak it-tajer tal-allinjament.

4.   PROĊEDURA GĦALL-ALLINJAMENT TA’ LABORATORJU TA’ REFERENZA MAL-VALURI ASSENJATI

Kull laboratorju ta’ referenza (l) għandu jallinja ruħu ma’ kull sett ġdid ta’ valuri assenjati, u dejjem wara kull bidla sinifikanti fil-magna u kull deriva fid-data ta’ monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll fil-magna.

L-allinjament għandu juża teknika ta’ rigressjoni lineari fuq id-data individwali kollha. Il-koeffiċjenti ta’ rigressjoni, A1 l u B1l, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

Image 11

fejn:

RRC hija l-valur assenjat tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien;

RRCm, l hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza “l” (inkluż il-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur).

5.   REKWIŻITI APPLIKABBLI GĦAL-LABORATORJI KANDIDATI

Il-laboratorji kandidati għandhom jirrepetu l-proċedura ta’ allinjament mill-inqas darba kull sentejn għal kull magna, u dejjem wara kull bidla sinifikanti fil-magna u kull deriva fid-data ta’ monitoraġġ tat-tajer ta’ kontroll fil-magna.

Sett komuni ta’ ħames tajers differenti, b’konformità mal-ispeċifikazzjoni tat-Taqsima 2.2, għandu jitkejjel skont it-Taqsima 2.3, l-ewwel mil-laboratorju kandidat u aktar tard minn laboratorju ta’ referenza wieħed. Fuq talba tal-laboratorju kandidat, jistgħu jiġu ttestjati aktar minn ħames tajers tal-allinjament.

Il-laboratorju ta’ referenza magħżul għandu jirċievi s-sett ta’ tajers tal-allinjament mingħand il-laboratorju kandidat.

Il-laboratorju kandidat (c) għandu jibqa’ konformi mal-ispeċifikazzjonijiet tal-Anness 6 tr-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, u preferibbilment b’devjazzjonijiet standard m) kif ġej:

(a)

mhux akbar minn 0,075 kg/t għat-tajers C1 u C2; u

(b)

mhux akbar minn 0,06 kg/t għat-tajers C3.

Jekk id-devjazzjoni standard (σm) tal-laboratorju kandidat hija ogħla mill-valuri ta’ hawn fuq b’erba’ kejliet, l-aħħar tlieta li jkunu qegħdin jintużaw għall-kalkoli, u mbagħad in-numru n+1 ta’ ripetizzjonijiet tal-kejl, għandhom jiżdiedu kif ġej għal-lott sħiħ:

n+1 = 1+(σm/γ)2, imqarreb ‘il fuq sal-eqreb numru sħiħ

fejn:

γ = 0,043 kg/t għat-tajers tal-Klassijiet C1 u C2

γ = 0,035 kg/t għat-tajers tal-Klassi C3

6.   PROĊEDURA GĦALL-ALLINJAMENT TA’ LABORATORJU KANDIDAT

Laboratorju ta’ referenza wieħed (l) tan-netwerk għandu jikkalkula l-funzjoni tar-rigressjoni lineari fuq id-data kollha individwali tal-laboratorju kandidat (c). Il-koeffiċjenti ta’ rigressjoni, A2c u B2c, għandhom jiġu kkalkolati kif ġej:

Image 12

fejn:

RRCm, l hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju ta’ referenza (l) (inkluż il-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur)

RRCm, c hija l-valur imkejjel individwali tal-koeffiċjent ta’ reżistenza għad-dawrien mil-laboratorju kandidat (c) (inkluż il-korrezzjonijiet għat-temperatura u għad-dijametru tat-tanbur)

Jekk il-koeffiċjent ta’ determinazzjoni R2 huwa inqas minn 0,97, il-laboratorju kandidat ma għandux jiġi allinjat.

L-RRC allinjat tat-tajers ittestjati mil-laboratorju kandidat jiġi kkalkulat kif ġej:

Image 13

ANNESS VII

Proċedura ta’ verifika

Il-konformità ma’ dan ir-Regolament tal-klassijiet iddikjarati ta’ effiċjenza fl-użu tal-fjuwil, ta’ qabda fuq l-imxarrab u ta’ storbju estern tad-dawrien, kif ukoll il-valuri ddikjarati, u kull informazzjoni addizzjonali dwar il-prestazzjoni, għandha tiġi vvalutata għal kull tip ta’ tajer jew grupp ta’ tajers kif iddeterminat mill-fornitur, skont waħda mill-proċeduri li ġejjin:

(a)

l-ewwel jiġi ttestjat tajer wieħed jew sett wieħed ta’ tajers:

1.

jekk il-valuri mkejla jissodisfaw il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju estern tad-dawrien, fil-limiti ta’ tolleranza ddefiniti fit-Tabella 1, it-tajer jista’ jitqies li jkun għadda mit-test;

2.

jekk il-valuri mkejla ma jissodisfawx il-klassijiet iddikjarati jew il-valur iddikjarat tal-istorbju estern tad-dawrien, fil-firxa tal-valuri definita fit-Tabella 1, għandhom jiġu ttestjati tliet tajers jew tliet settijiet ta’ tajers oħra. Il-valur medju tal-kejl tat-tliet tajers jew settijiet ta’ tajers għandu jintuża sabiex tiġi vvalutata l-konformità mal-informazzjoni ddikjarata fil-firxa ta’ valuri ddefinita fit-Tabella 1;

(b)

fejn il-klassijiet jew il-valuri tat-tikketti jkunu ġejjin mir-riżultati tat-testijiet tal-approvazzjonijiet tat-tipi f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 661/2009, jew mar-Regolament tan-NU/KEE Nru 117 u l-emendi sussegwenti tiegħu, l-Istati Membri jistgħu jużaw data tal-kejl li tkun ġejja minn testijiet għall-konformità tal-produzzjoni tat-tajers.

Il-valutazzjoni tad-data tal-kejl li tkun ġejja mit-testijiet għall-konformità tal-produzzjoni tat-tajers għandha tqis it-tolleranzi ddefiniti fit-Tabella 1.

Tabella 1

Parametru mkejjel

Tolleranzi tal-verifika

Koefiċċjent tar-reżistenza għad-dawrien (effiċjenza fl-użu tal-fjuwil)

Il-valur medju allinjat ma għandux ikun ogħla mil-limitu ta’ fuq (l-ogħla RRC) tal-klassi ddikjarata b’aktar minn 0,3  kg/1 000  kg.

Storbju estern tad-dawrien

Il-valur imkejjel ma għandux ikun ogħla mill-valur iddikjarat ta’ N b’aktar minn 1 dB(A).

Qabda fuq l-imxarrab

Il-valur imkejjel G(T) ma għandux ikun inqas mil-limitu minimu (l-iżgħar valur ta’ G) tal-klassi ddikjarata.

Qabda fuq il-borra

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-indiċi minimu tal-prestazzjoni fil-borra.

Qabda fuq is-silġ

Il-valur imkejjel ma għandux ikun inqas mill-indiċi minimu tal-prestazzjoni fis-silġ.

ANNESS VIII

Tabella ta’ korrelazzjoni

Ir-Regolament (KE) Nru 1222/2009

Dan ir-Regolament

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(1)

Artikolu 1(2)

Artikolu 1(2)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(1)

Artikolu 2(2)

Artikolu 2(2)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(1)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(2)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(3)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(4)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(5)

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(8)

Artikolu 3(9)

Artikolu 3(6)

Artikolu 3(10)

Artikolu 3(7)

Artikolu 3(11)

Artikolu 3(8)

Artikolu 3(12)

Artikolu 3(9)

Artikolu 3(13)

Artikolu 3(10)

Artikolu 3(14)

Artikolu 3(11)

Artikolu 3(15)

Artikolu 3(16)

Artikolu 3(12)

Artikolu 3(17)

Artikolu 3(13)

Artikolu 3(18)

Artikolu 3(19)

Artikolu 4

Artikolu 4

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)

Artikolu 4(1)(a)

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 4(1)(b)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(2)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(3)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(4)

Artikolu 4(6)

Artikolu 4(5)

Artikolu 4(6)

Artikolu 4(7)

Artikolu 4(8)

Artikolu 4(9)

Artikolu 5

Artikolu 5

Artikolu 6

Artikolu 5(1)

Artikolu 6(1)

Artikolu 5(1)(a)

Artikolu 6(1)(a)

Artikolu 5(1)(b)

Artikolu 6(1)(b)

Artikolu 6(2)

Artikolu 6(3)

Artikolu 5(2)

Artikolu 6(4)

Artikolu 5(3)

Artikolu 6(5)

Artikolu 6(6)

Artikolu 6(7)

Artikolu 6

Artikolu 7

Artikolu 7

Artikolu 8

Artikolu 8

Artikolu 9

Artikolu 9(1)

Artikolu 10(1)

Artikolu 9(2)

Artikolu 10

Artikolu 10(2)

Artikolu 11

Artikolu 12

Artikolu 12(a)

Artikolu 12(b)

Artikolu 12(c)

Artikolu 11(a)

Artikolu 11(b)

Artikolu 11(c)

Artikolu 12(d)

Artikolu 12

Artikolu 11

Artikolu 11(1)

Artikolu 11(2)

Artikolu 11(3)

Artikolu 13

Artikolu 13

Artikolu 14

Artikolu 14

Artikolu 15

Artikolu 15

Artikolu 16

Artikolu 16

Artikolu 17


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/231


P8_TA(2019)0231

Id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur fis-Suq Uniku Diġitali (COM(2016)0593 – C8-0383/2016 – 2016/0280(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0593),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0383/2016),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali fuq il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikoli 53(1), 62 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2017 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-8 ta' Frar 2017 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Frar 2019 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, tal-Kumitat u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0245/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni mehmuża ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 125, 21.4.2017, p. 27.

(2)  ĠU C 207, 30.6.2017, p. 80.


P8_TC1-COD(2016)0280

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-Suq Uniku Diġitali u li temenda d-Direttivi 96/9/KE u 2001/29/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2019/790.)


ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI DWAR L-ORGANIZZATURI TAL-AVVENIMENTI SPORTIVI

“Il-Kummissjoni tirrikonoxxi l-importanza tal-organizzazzjonijiet tal-avvenimenti sportivi u r-rwol tagħhom b’rabta mal-iffinanzjar tal-attivitajiet sportivi fl-Unjoni. Fid-dawl tad-dimensjoni soċjetali u ekonomika tal-isport fl-Unjoni, il-Kummissjoni se tevalwa l-isfidi tal-organizzaturi tal-avvenimenti sportivi fl-ambjent diġitali, b’mod partikolari l-kwistjonijiet relatati mat-trażmissjonijiet online illegali tax-xandiriet sportivi”.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/234


P8_TA(2019)0232

Kuntratti għall-provvista ta' kontenut u servizzi diġitali ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali (COM(2015)0634 – C8-0394/2015 – 2015/0287(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0634),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0394/2015),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016 (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0375/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 264, 20.7.2016, p. 57.


P8_TC1-COD(2015)0287

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw il-kuntratti għall-provvista ta' kontenut diġitali u ta' servizzi diġitali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2019/770.)


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/236


P8_TA(2019)0233

Kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta emendata għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2009/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2017)0637 – C8-0379/2017 – 2015/0288(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)0635) u l-proposta emendata (COM(2017)0637),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0379/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' April 2016 (1) u tal-15 ta' Frar 2018 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0043/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 264, 20.7.2016, p. 57.

(2)  ĠU C 227, 28.6.2018, p. 58.


P8_TC1-COD(2015)0288

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti li jikkonċernaw kuntratti għall-bejgħ ta' oġġetti, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE, u li tħassar id-Direttiva 1999/44/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2019/771.)


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/238


P8_TA(2019)0234

Sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) Żona tal-Ftehim ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran) (COM(2018)0143 – C8-0123/2018 – 2018/0069(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0143),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0123/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2018 (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0381/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni annessi ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 283, 10.8.2018, p. 95.


P8_TC1-COD(2018)0069

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1343/2011 dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-GFCM (Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran).

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/982.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar is-sajd rikreattiv

Il-Kummissjoni tfakkar li wieħed mill-objettivi stabbiliti fid-Dikjarazzjoni Ministerjali ta’ Malta MedFish4Ever li ġiet adottata f’Marzu tal-2017 huwa li jiġi stabbilit, malajr kemm jista’ jkun u sa mhux aktar tard mill-2020, sett ta’ regoli bażiċi biex tiġi żgurata ġestjoni effettiva tas-sajd rikreattiv fil-Mediterran.

Skont dan l-objettiv, l-istrateġija ta’ nofs it-terminu tal-Kummissjoni Ġenerali għas-Sajd fil-Mediterran (il-GFCM) għall-2017 sal-2020 tinkludi, fost l-azzjonijiet li għandhom jiġu implimentati fiż-żona ta’ din il-Kummissjoni, il-valutazzjoni tal-impatti tas-sajd rikreattiv u l-fatt li jitqiesu l-aħjar miżuri ta’ ġestjoni biex jiġu rregolati dawn l-attivitajiet. F’dan il-kuntest, fil-GFCM ġie stabbilit grupp ta’ ħidma dwar is-sajd rikreattiv bil-għan li tiġi żviluppata metodoloġija reġjonali armonizzata għall-valutazzjoni tas-sajd rikreattiv.

Il-Kummissjoni se tkompli taħdem qatigħ fil-GFCM sabiex jintlaħaq l-objettiv stabbilit fid-Dikjarazzjoni MedFish4Ever.

Stqarrija tal-Kummissjoni dwar il-qroll l-aħmar

Il-Kummissjoni tfakkar li l-miżuri ta’ konservazzjoni adottati fil-qafas tal-pjan ta’ ġestjoni reġjonali adattiv għall-isfruttament tal-qroll l-aħmar fil-Mediterran [ir-Rakkomandazzjoni GFCM/41/2017/5] huma miżuri temporanji. Fl-2019, il-Kumitat Konsultattiv Xjentifiku tal-GFCM se jivvaluta dawn il-miżuri, li jinkludu l-possibbiltà li jiddaħħlu limiti fuq il-qbid, bil-għan li l-GFCM tirrevedihom waqt it-43 sessjoni annwali tagħha (li se ssir f’Novembru tal-2019).


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/241


P8_TA(2019)0235

L-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-politika ambjentali u b'hekk jemenda d-Direttivi 86/278/KEE, 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE, ir-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010, u r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005 (COM(2018)0381 – C8-0244/2018 – 2018/0205(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0381),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 114, 192(1) u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0244/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2018 (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Jannar 2019 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0324/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 110, 22.3.2019, p. 99.

(2)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fit-23 ta' Ottubru 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0399).


P8_TC1-COD(2018)0205

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-allinjament tal-obbligi ta' rapportar fil-qasam tal-leġislazzjoni relatata mal-ambjent u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 166/2006 u (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi 2002/49/KE, 2004/35/KE, 2007/2/KE, 2009/147/KE u 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 338/97 u (KE) Nru 2173/2005, u d-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/1010.)


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/243


P8_TA(2019)0236

Regoli speċjali dwar it-tul massimu fil-każ ta' kabini ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE fir-rigward tal-limitu ta' żmien għall-implimentazzjoni tar-regoli speċjali dwar it-tul massimu fil-każ ta' kabini li jagħtu prestazzjoni ajrudinamika, effiċjenza enerġetika u prestazzjoni tas-sikurezza mtejba (COM(2018)0275 – C8-0195/2018 – 2018/0130(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0275),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0195/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0042/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 62,15.2.2019, p. 286.


P8_TC1-COD(2018)0130

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE fir-rigward tal-limitu ta' żmien għall-implimentazzjoni tar-regoli speċjali dwar it-tul massimu għall-kabini li jagħtu prestazzjoni ajrudinamika, effiċjenza enerġetika u prestazzjoni tas-sikurezza mtejba

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Deċiżjoni (UE) 2019/984.)


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/245


P8_TA(2019)0237

Parametri referenzjarji b’livell baxx ta’ karbonju u parametri referenzjarji b’livell ta’ karbonju b’impatt pożittiv ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 dwar parametri referenzjarji b'livell baxx ta' karbonju u parametri referenzjarji b'livell ta' karbonju b'impatt pożittiv (COM(2018)0355 – C8-0209/2018 – 2018/0180(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/30)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0355),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0209/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Diċembru 2018 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-13 ta' Marzu 2019 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0483/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 103.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 24.


P8_TC1-COD(2018)0180

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-Parametri Referenzjarji tat-Tranżizzjoni Klimatika tal-UE u tal-Parametri Referenzjarji tal-UE allinjati mal-Ftehim ta' Pariġi u divulgazzjonijiet relatati mas-sostenibbiltà għall-parametri ta’ referenza

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/2089.)


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/247


P8_TA(2019)0238

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta' finanzjament estern (COM(2018)0374 – C8-0229/2018 – 2018/0199(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0374),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 178, 209(1), 212(2) u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0229/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad 19 ta’ Settembru 2018 … (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta’ Diċembru 2018 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, il-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0470/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 116.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 137.

(3)  Din il-pożizzjoni tikkorrispondi għall-emendi adottati fis-16 ta’ Jannar 2019 (Testi adottati, P8_TA(2019)0021).


P8_TC1-COD(2018)0199

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-26 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 178, l-Artikolu 209(1), l-Artikolu 212(2) u l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

F’azzjoni skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”) huwa intiż sabiex jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni. Skont dak l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis fid-diverġenzi bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta’ dawk ir-reġjuni li huma anqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari għal ċerti kategoriji ta’ reġjuni, fosthom ir-reġjuni transkonfinali elenkati b’mod espliċitu iż-żoni rurali, iż-żoni affettwati minn tranżizzjoni industrijali, żoni b'densità ta' popolazzjoni baxxa, gżejjer u reġjuni muntanjużi . [Em. 1]

(2)

Ir-Regolament (UE) [CPR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-FEŻR u ċerti fondi oħra u r-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar l-objettivi speċifiċi u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ tal-FEŻR. Issa huwa meħtieġ li jiġu adottati dispożizzjonijiet speċifiċi relatati mal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) fejn Stat Membru wieħed jew aktar jikkoopera u r-reġjuni tagħhom jikkooperaw minn naħa għall-oħra tal-fruntiera fir-rigward ta’ programmazzjoni effettiva inklużi dispożizzjonijiet dwar assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll dwar ġestjoni finanzjarja. [Em. 2]

(3)

Sabiex ikun appoġġat l-iżvilupp kooperattiv u armonjuż tat-territorju tal-Unjoni f'livelli differenti, u sabiex jitnaqqsu d-diverġenzi eżistenti, il-FEŻR jenħtieġ li jappoġġa l-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali, il-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg). Fil-proċess, il-prinċipji dwar il-governanza u s-sħubija f'diversi livelli jenħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni, u jenħtieġ li jissaħħu l-approċċi bbażati fuq il-post. [Em. 3]

(3a)

Il-komponenti differenti tal-Interreg jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) kif deskritti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli adottata f'Settembru 2015. [Em. 4]

(4)

Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jkollu l-għan li jittratta l-isfidi komuni identifikati b’mod konġunt fir-reġjuni tal-fruntieri, u li jisfrutta l-potenzjal ta’ tkabbir mhux sfruttat f’żoni tal-fruntieri kif jidher fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE (6) (“Komunikazzjoni dwar ir-Reġjuni tal-Fruntieri”). Konsegwentement Għaldaqstant , il-komponent transfruntier jenħtieġ li jkun limitat għal jinkludi kooperazzjoni fil-fruntieri kemm fuq l-art u l-kooperazzjoni transfruntiera kif ukoll fil-fruntieri marittimi jenħtieġ li tkun integrata fil-komponent transnazzjonali , mingħajr preġudizzju għall-komponent il-ġdid għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi . [Em. 5]

(5)

Il-komponent tal-kooperazzjoni transfruntiera jenħtieġ li jinvolvi wkoll il-kooperazzjoni bejn Stat Membru wieħed jew aktar jew ir-reġjuni tagħhom, u pajjiż jew reġjun wieħed jew aktar jew territorji oħra barra l-Unjoni. L-inklużjoni f’dan ir-Regolament tal-kooperazzjoni transfruntiera interna u esterna jenħtieġ li tirriżulta f’simplifikazzjoni u razzjonalizzazzjoni ewlenin tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtoritajiet tal-programm fl-Istati Membri u għall-awtoritajiet sħab u l-benefiċjarji barra mill-Unjoni meta mqabbla mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. [Em. 6]

(6)

Il-komponent tal-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li jkollu l-għan li jsaħħaħ il-kooperazzjoni permezz ta' azzjonijiet li jwasslu għal żvilupp territorjali integrat konness mal-prijoritajiet tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni, u jenħtieġ li jinkludi wkoll il-kooperazzjoni transfruntiera marittima b'rispett sħiħ tas-sussidjarjetà . Il-kooperazzjoni transnazzjonali jenħtieġ li tkopri territorji transnazzjonali akbar u, fejn xieraq fuq l-art kontinentali tal-Unjoni, filwaqt li l-kooperazzjoni marittima jenħtieġ li tkopri territorji madwar il-baċiri tal-baħar li ġeografikament jestendu lil hinn minn dawk tal-programmi u tintegra l-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri marittimi matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. Jenħtieġ li tingħata flessibbiltà massima biex titkompla l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera marittima preċedenti f'qafas ta' kooperazzjoni marittima akbar, b'mod partikolari billi jkunu definiti t-territorju kopert, l-objettivi speċifiċi għal tali kooperazzjoni, ir-rekwiżiti għal proġett ta' sħubija u t-twaqqif ta' sottoprogrammi u kumitati ta' tmexxija speċifiċi. [Em. 7]

(7)

Fuq il-bażi tal-esperjenza bil-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 fir-reġjuni ultraperiferiċi, fejn l-għaqda taż-żewġ komponenti fi programm wieħed għal kull qasam ta’ kooperazzjoni ma ġabitx biżżejjed simplifikazzjoni għall-awtoritajiet tal-programm u għall-benefiċjarji tal-programm , jenħtieġ li jiġi stabbilit komponent speċifiku addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex jippermetti lir-reġjuni ultraperiferiċi jikkooperaw mal-pajjiżi tal-viċinat ma' pajjiżi terzi, pajjiżi t-territorji tagħhom territorji extra-Ewropej (PTEE), jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali bl-aktar mod effettiv u sempliċi li jqis il-karatteristiċi individwali tagħhom [Em. 8].

(8)

Fuq il-bażi tal-esperjenza pożittiva bil-programmi ta’ kooperazzjoni interreġjonali fil-qafas ta’ Interreg minn naħa waħda u n-nuqqas ta’ tali kooperazzjoni fi programmi fil-qafas tal-mira tal-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, il-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jiffoka b’mod aktar speċifiku fuq it-tisħiħ tal-effettività tal-politika ta’ koeżjoni. Dan il-komponent għalhekk jenħtieġ li jkun limitat għal żewġ programmi, wieħed li jippermetti kull tip ta’ esperjenza, approċċi innovattivi u bini tal-kapaċità għal programmi fil-qafas taż-żewġ miri u għall-promozzjoni ta’ raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali (“REKT”) stabbiliti jew li għad iridu jiġu stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u ieħor li jtejjeb l-analiżi tax-xejriet ta’ żvilupp. Il-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġett fl-Unjoni kollha jenħtieġ li tiġi integrata fil-komponent il-ġdid dwar l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni u marbuta mill-qrib mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Insaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli” (8) , b’mod partikolari biex jiġu appoġġati l-pjattaformi ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti tematiċi dwar oqsma bħall-enerġija, l-immodernizzar tal-industrija jew il-qasam agroalimentari. Fl-aħħar nett, l-iżvilupp territorjali integrat li jiffoka fuq żoni urbani funzjonali jew żoni urbani jenħtieġ li jkun ikkonċentrat fil-programmi taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u fi strument wieħed li jakkumpanja, l-“Inizjattiva Urbana Ewropea”. Iż-żewġ programmi fil-qafas tal-komponent tal-kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi. min-naħa l-oħra, il-kooperazzjoni interreġjonali, permezz ta' skambju ta' esperjenzi, l-iżvilupp tal-kapaċitajiet għall-programmi fil-qafas taż-żewġ għanijiet (il-kooperazzjoni territorjali Ewropea u l-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi) fost il-bliet u r-reġjuni, hija komponent importanti li għandha l-għan li ssib soluzzjonijiet komuni fil-qasam tal-politika ta' koeżjoni u li tibni sħubiji dejjiema. Jenħtieġ li għaldaqstant jitkomplew il-programmi eżistenti u, b'mod partikolari, il-promozzjoni tal-kooperazzjoni bbażata fuq il-proġetti, inkluża l-promozzjoni ta' raggruppamenti Ewropej ta' kooperazzjoni territorjali (“REKT”), kif ukoll l-istrateġiji makroreġjonali. [Em. 9]

(8a)

L-inizjattiva l-ġdida dwar l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, u tintuża biex tappoġġa pjattaformi tematiċi ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti f'oqsma bħall-enerġija, il-modernizzazzjoni industrijali, l-ekonomija ċirkolari, l-innovazzjoni soċjali, l-ambjent jew is-settur agroalimentari, u biex tgħin lil dawk involuti fi strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti biex jingħaqdu flimkien, sabiex tiżdied l-innovazzjoni u jinġiebu prodotti, proċessi u ekosistemi innovattivi fis-suq Ewropew. L-evidenza tissuġġerixxi li għad hemm falliment sistemiku persistenti fl-istadju tal-ittestjar u l-validazzjoni tad-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji ġodda (pereżempju, Teknoloġiji Ewlenin Abilitanti), speċjalment meta l-innovazzjoni tkun riżultat tal-integrazzjoni tal-ispeċjalizzazzjonijiet reġjonali komplementari li joħolqu ktajjen ta' valur innovattivi. Dak il-falliment huwa partikolarment kritiku fil-fażi bejn il-pilotaġġ u l-adozzjoni sħiħa fis-suq. F'xi oqsma teknoloġiċi u industrijali strateġiċi, l-SMEs attwalment ma jistgħux iserrħu fuq infrastruttura ta' dimostrazzjoni pan-Ewropea eċċellenti, miftuħa u konnessa. Il-programmi taħt l-inizjattiva ta' kooperazzjoni interreġjonali jenħtieġ li jkopru l-Unjoni Ewropea kollha u jenħtieġ li jkunu miftuħa wkoll għall-parteċipazzjoni tal-PTEE, pajjiżi terzi, ir-reġjuni tagħhom, u organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, inklużi r-reġjuni ġirien l-aktar imbiegħda. Is-sinerġiji bejn l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali u programmi rilevanti oħra tal-UE bħal dawk taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej, Orizzont 2020, is-Suq Diġitali Ewropa u l-programm tas-suq uniku jenħtieġ li jiġu mħeġġa, peress li dawn se jamplifikaw l-impatt tal-investimenti u jipprovdu valur aħjar għaċ-ċittadini. [Em. 10]

(9)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi komuni għad-deżinjazzjoni ta’ reġjuni u żoni eliġibbli. Għal dan il-għan, l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni eliġibbli fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta’ klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). [Em. 11]

(10)

Huwa neċessarju li jitkompla l-appoġġ jew, kif xieraq, tiġi stabbilita kooperazzjoni fid-dimensjonijiet kollha tiegħu mal-pajjiżi terzi tal-viċinat tal-Unjoni, billi din il-kooperazzjoni hija strument importanti tal-politika dwar l-iżvilupp reġjonali u jenħtieġ li tkun ta’ benefiċċju għar-reġjuni tal-Istati Membri li għandhom fruntieri ma’ pajjiżi terzi. Għal dan il-għan, il-FEŻR u l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, l-IPA (10), l-NDICI (11) u l-OCTP (12), jenħtieġ li jappoġġaw programmi fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali. L-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni jenħtieġ li jkun ibbażat fuq ir-reċiproċità u l-proporzjonalità. Madankollu, għall-IPA III CBC u l-NDICI CBC, l-appoġġ tal-FEŻR jenħtieġ li jkun ikkumplementat ikkomplementat b’tal-anqas ammonti ekwivalenti skont l-IPA III CBC u l-NDICI CBC, suġġett għal ammont massimu stabbilit fl-att legali rispettiv, jiġifieri, sa 3 % tal-pakkett finanzjarju skont l-IPA III u sa 4 % tal-pakkett finanzjarju tal-programm ġeografiku tal-Viċinat skont l-Artikolu 4(2)(a) tal-NDICI. [Em. 12]

(10a)

Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lil reġjuni li jsiru fruntieri esterni ġodda tal-Unjoni sabiex tiġi żgurata kontinwità adegwata tal-programmi ta' kooperazzjoni li għaddejjin bħalissa. [Em. 13]

(11)

L-assistenza tal-IPA III jenħtieġ li tiffoka prinċipalment fuq l-assistenza lill-benefiċjarji biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, ir-riforma tal-ġudikatura u l-amministrazzjoni pubblika, ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali u n-nondiskriminazzjoni kif ukoll l-iżvilupp reġjonali u lokali . L-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tkompli tappoġġa l-isforzi tal-benefiċjarji tal-IPA biex isir progress fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE. Barra minn hekk, l-assistenza tal-IPA jenħtieġ li tindirizza s-sigurtà, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri, billi jkun żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-iskambju ta’ informazzjoni rilevanti, it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u t-tkomplija tal-isforzi komuni fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-kuntrabandu tal-migranti. [Em. 14]

(12)

Fir-rigward tal-assistenza tal-NDICI, l-Unjoni jenħtieġ li tiżviluppa relazzjoni privileġġata mal-pajjiżi tal-viċinat tagħha, bil-ħsieb li tiġi stabbilita żona ta’ prosperità u ta’ relazzjonijiet tajbin tal-viċinat, ibbażata fuq il-valuri tal-Unjoni u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi li jserrħu fuq il-kooperazzjoni. Dan ir-Regolament u l-NDICI għalhekk jenħtieġ li jappoġġaw l-aspetti interni u esterni tal-istrateġiji makroreġjonali rilevanti. Dawn l-inizjattivi huma strateġikament importanti u joffru oqfsa politiċi ta’ importanza għall-approfondiment tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħab u fosthom, ibbażati fuq il-prinċipji ta’ responsabbiltà reċiproka, sjieda u responsabbiltà kondiviżi.

(12a)

L-iżvilupp ta' sinerġiji mal-azzjoni esterna u l-programmi ta' żvilupp tal-Unjoni jenħtieġ ukoll li jgħinu biex jiġi żgurat impatt massimu filwaqt li jiġi osservat il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp previst fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Il-kisba tal-koerenza fil-politiki kollha tal-Unjoni hija kruċjali għall-kisba tal-SDGs. [Em. 15]

(13)

Huwa importanti li jitkompla jiġi osservat ir-rwol tas-SEAE u l-Kummissjoni fit-tħejjija tal-programmazzjoni strateġika u l-programmi Interreg appoġġati mill-FEŻR u l-NDICI kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/EU (13).

(14)

Fid-dawl tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni, huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet it-titjib tal-kundizzjonijiet li skonthom dawk ir-reġjuni jista’ jkollhom aċċess għall-fondi strutturali. Konsegwentement, ċerti dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tar-reġjuni ultraperiferiċi sabiex tiġi ssimplifikata u titrawwem il-kooperazzjoni mal-viċinat tagħhom tagħhom ma' pajjiżi terzi u PTEE , filwaqt li titqies il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” (14)
. [Em. 16]

(14a)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-possibbiltà li Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (PTEE) jipparteċipaw fil-programmi Interreg. Jenħtieġ li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet u l-isfidi tal-PTEE sabiex jiġu ffaċilitati l-aċċess u l-parteċipazzjoni effettivi tagħhom. [Em. 17]

(15)

Huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti r-riżorsi allokati lil kull wieħed mill-komponenti differenti ta’ Interreg, inkluż is-sehem ta’ kull Stat Membru tal-ammonti globali għall-kooperazzjoni transfruntiera, il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi u l-kooperazzjoni interreġjonali, il-potenzjal disponibbli għall-Istati Membri rigward il-flessibbiltà bejn dawn il-komponenti. Meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, is-sehem għall-kooperazzjoni transfruntiera Minħabba l-globalizzazzjoni, il-kooperazzjoni mmirata biex tagħti spinta lill-investimenti f'aktar impjiegi u tkabbir u investimenti konġunti ma' reġjuni oħra jenħtieġ li jitnaqqas, filwaqt li s-sehem għall-kooperazzjoni transnazzjonalil-kooperazzjoni marittima mhux neċessarjament mill-fruntieri, u għalhekk jenħtieġ li jiżdied minħabba l-integrazzjoni tal-kooperazzjoni marittima, u jenħtieġ li jinħoloq komponent ġdid tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi. jkunu disponibbli fondi addizzjonali suffiċjenti għall-inizjattiva l-ġdida dwar investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni biex iwieġbu għall-kundizzjoni tas-suq globali . [Em. 18]

(16)

Għall-aktar użu effiċjenti tal-appoġġ mill-FEŻR u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, jenħtieġ li jkun stabbilit mekkaniżmu sabiex jiġi organizzat ir-ritorn ta’ dan l-appoġġ f’każijiet fejn il-programmi ta’ kooperazzjoni esterna ma jkunux jistgħu jiġu adottati jew ikollhom jitwaqqfu, inkluż ma’ pajjiżi terzi li ma jirċievu appoġġ minn ebda strument finanzjarju tal-Unjoni. Dak il-mekkaniżmu jenħtieġ li jfittex jikseb funzjonament ottimali tal-programmi u l-koordinazzjoni massima possibbli bejn dawk l-istrumenti.

(17)

Il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxi, fil-qafas ta’ Interreg, għall-objettivi speċifiċi skont l-objettivi tal-politika ta’ koeżjoni. Madankollu, il-lista ta’ objettivi speċifiċi fil-qafas tal-objettivi tematiċi differenti jenħtieġ li tiġi adattata għall-ħtiġijiet speċifiċi ta’ Interreg, billi tipprovdi għal objettivi speċifiċi addizzjonali fil-qafas tal-objettiv tal-politika “Ewropa aktar soċjali permezz tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” sabiex tippermetti interventi tat-tip FSE.

(18)

Fil-kuntest ta’ ċirkostanzi uniċi u speċifiċi fil-gżira tal-Irlanda, u fid-dawl li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, programm transfruntier ġdid “PEACE-PLUS”jenħtieġ li jkompli għandu jitkompla u jibni fuq il-ħidma ta’ programmi preċedenti bejn il-pajjiżi tal-fruntieri tal-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq. Meta tittieħed inkunsiderazzjoni l-importanza prattika tiegħu, hu meħtieġ li jiġi żgurat li, fejn il-programm jaġixxi favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, il-FEŻR jenħtieġ ukoll li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-istabbiltà u l-kooperazzjoni soċjali, ekonomika ekonomiċi u reġjonali fir-reġjuni kkonċernati, b’mod partikolari permezz ta’ azzjonijiet li jippromwovu l-koeżjoni bejn il-komunitajiet. Minħabba l-ispeċifiċitajiet tal-programm huwa jenħtieġ li jiġi ġestiti b’mod integrat bl-integrazzjoni tal-kontribuzzjoni tar-Renju Unit fil-programm bħala dħul assenjat estern. Barra minn hekk, ċerti regoli dwar l-għażla ta’ operazzjonijiet f’dan ir-Regolament ma jenħtieġx li japplikaw għal dan il-programm b’rabta mal-operazzjonijiet favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni. [Em. 19]

(19)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jżid żewġ objettivi speċifiċi għal Interreg, wieħed biex jappoġġa l-objettiv tat-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali, billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni legali u amministrattiva, b’mod partikolari fejn marbuta mal-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni dwar il-Reġjuni tal-Fruntieri, bl-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet u l-iżvilupp u l-koordinazzjoni ta’ strateġiji makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar, u ieħor biex jindirizza kwistjonijiet speċifiċi ta’ kooperazzjoni esterna bħas-sikurezza, is-sigurtà, il-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u tal-migrazzjoni.

(20)

Il-parti l-kbira tal-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ikkonċentrata fuq għadd limitat ta’ objettivi ta’ politika sabiex jiġi massimizzat l-impatt ta’ Interreg. Jenħtieġ li jissaħħu s-sinerġiji u l-komplementarjetajiet bejn il-komponenti tal-INTERREG. [Em. 20]

(21)

Id-dispożizzjonijiet dwar it-tħejjija, l-approvazzjoni u l-emenda tal-programmi Interreg kif ukoll dwar l-iżvilupp territorjali, dwar l-għażla tal-operazzjonijiet, dwar il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, dwar l-awtoritajiet tal-programm, dwar l-awditjar tal-operazzjonijiet, u dwar it-trasparenza u l-komunikazzjoni jenħtieġ li jkunu adattati għall-ispeċifiċitajiet tal-programmi Interreg meta mqabbla mad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Dawn id-dispożizzjonijiet speċifiċi jenħtieġ li jinżammu sempliċi u ċari biex tkun evitata regolamentazzjoni żejda u piżijiet amministrattivi addizzjonali għall-Istati Membri u għall-benefiċjarji. [Em. 21]

(22)

Id-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji għal operazzjonijiet li jridu jitqiesu bħala awtentikament konġunti u kooperattivi, dwar sħubija fil-qafas tal-operazzjoni ta’ Interreg u dwar l-obbligi tas-sieħeb ewlieni kif stabbiliti matul il-perjodu tal-programm 2014-2020 jenħtieġ li jitkomplew. Madankollu, is-sħab ta’ Interreg jenħtieġ li jikkooperaw fl-erba’ dimensjonijiet kollha (l-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ħatra fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni kif ukoll fil-ħatra ta’ persunal u l-finanzjament) jew fil-finanzjament, jew it-tnejn li huma, u, fil-qafas tal-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi, fi tlieta minn erbgħa minnhom, billi jenħtieġ li jsir aktar faċli li jkun ikkombinat appoġġ mill-FEŻR u minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fuq il-livell tal-programmi u tal-operazzjonijiet. [Em. 22]

(22a)

Strument importanti u ta' suċċess fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera huma l-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira, sabiex jiġu eliminati l-ostakli relatati mal-fruntieri u dawk transfruntiera, jitrawmu l-kuntatti bejn il-persuni lokali u b'hekk ir-reġjuni tal-fruntiera u ċ-ċittadini tagħhom jinġiebu aktar qrib xulxin. Il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira jitwettqu f'bosta oqsma, bħal fost l-oħrajn il-kultura, l-isport, it-turiżmu, l-edukazzjoni ġenerali u t-taħriġ vokazzjonali, l-ekonomija, ix-xjenza, il-ħarsien tal-ambjent u l-ekoloġija, il-kura tas-saħħa, it-trasport u proġetti infrastrutturali fuq skala żgħira, il-kooperazzjoni amministrattiva u r-relazzjonijiet pubbliċi. Kif stabbilit ukoll fl-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni magħrufa bħala “Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera”  (15) , il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira għandhom valur miżjud Ewropew għoli u jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-objettiv globali tal-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera. [Em. 23]

(23)

Huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli li jirregolaw il-fondi għal proġetti żgħar li Fil-biċċa l-kbira tagħhom, il-proġetti bejn il-persuni u l-proġetti fuq skala żgħira ilhom implimentati mill-ħolqien ta’ Interreg, iżda qatt ma kienu koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi. Kif stabbilit ukoll fl-Opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar “Proġetti bejn il-persuni jiġu appoġġati permezz ta' fondi ta' proġetti żgħar jew strumenti simili, iżda qatt ma kienu koperti minn dispożizzjonijiet speċifiċi, proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera” (16) , dawn għalhekk huwa meħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli li jirregolaw il-fondi għal proġetti żgħar. għandhom rwol importanti fil-bini ta’ fiduċja bejn iċ-ċittadini u l-istituzzjonijiet, joffru valur Sabiex jiġu ppreservati l-valur miżjud kbir Ewropew l-benefiċċji tal-proġetti bejn il-persuni u tal-proġetti fuq skala żgħira, anke fir-rigward tal-iżvilupp lokali jikkontribwixxu b’mod konsiderevoli għall-objettiv ġenerali tal-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera billi jegħlbu l-ostakli tal-fruntieri reġjonali, jintegraw iż-żoni tal-fruntieri biex ċ-ċittadini tagħhom. Sabiex tiġi ssimplifikata l-ġestjoni tal-finanzjament ta’ proġetti żgħar mir-riċevituri finali, li sikwit mhumiex midħla ta’ kif japplikaw għall-fondi mill-Unjoni, l-użu ta’ opzjonijiet simplifikati ta’ kostijiet u ta’ ammonti f’daqqa jenħtieġ li jsir obbligatorju taħt ċertu livell limitu. [Em. 24]

(24)

Minħabba l-involviment ta’ iżjed minn Stat Membru wieħed, u l-ispejjeż amministrattivi ogħla li jirriżultaw, inkluż għal punti ta' kuntatt reġjonali (jew “antenni”), li huma punti ta' kuntatt importanti għal dawk li jipproponu u jimplimentaw proġetti, u għaldaqstant jiffunzjonaw bħala linja diretta lejn is-segretarjati konġunti jew l-awtoritajiet rilevanti, iżda b’mod partikolari fir-rigward tal-kontrolli u t-traduzzjoni, il-limitu massimu għan-nefqa f’assistenza teknika jenħtieġ li jkun ogħla minn dak fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir. Sabiex ipattu għal spejjeż amministrattivi ogħla, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jnaqqsu l-piż amministrattiv fir-rigward tal-implimentazzjoni ta’ proġetti konġunti fejn hu possibbli. Barra minn hekk, il-programmi Interreg b’appoġġ limitat mill-Unjoni jew minn programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera esterna jenħtieġ li jirċievu ċertu ammont minimu għall-assistenza teknika biex jiġi żgurat finanzjament suffiċjenti għal attivitajiet ta’ assistenza teknika effettivi. [Em. 25]

(25)

Skont il-paragrafu 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li l-Fondi jiġu evalwati fuq il-bażi ta’ informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi b’mod prattiku.

(25a)

Bħala parti mit-tnaqqis tal-piżijiet amministrattivi jenħtieġ li l-Kummissjoni, l-Istati Membri u r-reġjuni jaħdmu flimkien mill-qrib, sabiex ikunu jistgħu jagħmlu użu mill-arranġamenti proporzjonati u msaħħa għas-sistema ta' ġestjoni u kontroll ta' programm Interreg li huma msemmija fl-Artikolu 77 tar-Regolament (UE) …/… [CPR ġdid]. [Em. 26]

(26)

Fuq il-bażi tal-esperjenza matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, jenħtieġ li titkompla s-sistema li introduċiet ġerarkija ċara tar-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa filwaqt li jinżamm il-prinċipju tar-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa stabbilit fil-livell tal-Unjoni jew għall-programm Interreg fl-intier tiegħu sabiex jiġu evitati l-kuntradizzjonijiet jew l-inkonsistenzi kollha possibbli bejn Regolamenti differenti jew bejn Regolamenti u regoli nazzjonali. Regoli addizzjonali adottati minn Stat Membru wieħed li jkunu japplikaw biss għall-benefiċjarji f’dak l-Istat Membru jenħtieġ li jkunu limitati għall-minimu strett. B’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 (17) adottat għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 jenħtieġ li jiġu integrati f’dan ir-Regolament.

(27)

L-Istati Membri , fejn xieraq, jenħtieġ li jkunu inkoraġġiti jassenjaw jiddelegaw il-funzjonijiet tal-awtorità ta’ ġestjoni lil REKT ġdid jew, fejn applikabbli, li jeżisti jew li jagħmlu raggruppament bħal dan, bħal entitajiet legali transfruntieri oħra, responsabbli għall-ġestjoni ta’ sottoprogramm, investiment territorjali integrat jew fond wieħed jew aktar għal proġetti żgħar, jew li jaġixxu bħala sieħeb uniku. Jenħtieġ li l-Istati Membri jippermettu lill-awtoritajiet reġjonali u lokali u lil korpi pubbliċi oħra minn Stati Membri differenti jistabbilixxu tali raggruppamenti ta' kooperazzjoni ma' personalità ġuridika u jenħtieġ li jinvolvu lill-awtoritajiet lokali u reġjonali fil-funzjonament tagħhom. [Em. 27]

(28)

Sabiex titkompla l-katina tal-pagament stabbilita għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, jiġifieri mill-Kummissjoni għas-sieħeb prinċipali permezz tal-awtorità ta’ ċertifikazzjoni, dik il-katina tal-pagament jenħtieġ li titkompla fil-qafas tal-funzjoni ta’ kontabbiltà. L-appoġġ tal-Unjoni jenħtieġ li jitħallas lis-sieħeb prinċipali, sakemm dan ikun jirriżulta f’tariffi doppji għall-konverżjoni f’euro u f’muniti oħra jew vice versa bejn is-sieħeb ewlieni u sħab oħra. Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, is-sieħeb ewlieni jenħtieġ li jiżgura li s-sħab l-oħrajn jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni mill-fond rispettiv tal-Unjoni bis-sħiħ u fil-limitu ta' żmien maqbul mis-sħab kollha u skont l-istess proċedura applikata fir-rigward tas-sieħeb ewlieni. [Em. 28]

(29)

Skont l-Artikolu [63(9)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] ir-regoli speċifiċi għas-settur iridu jieħdu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-programmi ta’ Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) fir-rigward, b’mod partikolari tal-funzjoni tal-awditjar. Id-dispożizzjonijiet dwar l-opinjoni annwali tal-awditjar, ir-rapport annwali ta’ kontroll u l-awditi tal-operazzjonijiet għalhekk jenħtieġ li jiġu simplifikat simplifikati u adattati għal dawk il-programmi li jinvolvu aktar minn Stat Membru wieħed. [Em. 29]

(30)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita katina ċara fir-rigward tar-responsabbiltà finanzjarja għall-irkupru fil-każ ta’ irregolaritajiet minn sieħeb uniku jew sħab oħra permezz tas-sieħeb ewlieni u l-awtorità ta’ ġestjoni għall-Kummissjoni. Jenħtieġ li ssir dispożizzjoni għar-responsabbiltà ta’ Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (PTEE), fejn l-irkupru mis-sieħeb uniku jew dak ewlieni ma jirnexxix, fis-sens li l-Istat Membru jirrimborża lill-awtorità ta’ ġestjoni. Konsegwentement, fil-qafas tal-programmi Interreg ma hemm l-ebda lok għal ammonti irrekuperabbli fuq il-livell tal-benefiċjarji. Madankollu, jenħtieġ li jiġu ċċarati r-regoli, f’każ li Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ma jirrimborżax lill-awtorità ta’ ġestjoni. L-obbligi tas-sieħeb ewlieni għall-irkupru jenħtieġ li jiġu ċċarati wkoll. B’mod partikolari Barra minn hekk, jenħtieġ li l-proċeduri relatati mal-irkupri jiġu stabbiliti u miftiehma mill-kumitat ta' monitoraġġ. Minkejja dan , l-awtorità ta’ ġestjoni ma jenħtieġx li titħalla tobbliga lis-sieħeb ewlieni biex iniedi proċedura ġudizzjarja f’pajjiż differenti. [Em. 30]

(30a)

Huwa xieraq li tiġi mħeġġa d-dixxiplina finanzjarja. Fl-istess ħin, arranġamenti għad-diżimpenn tal-impenji baġitarji jenħtieġ li jqisu l-kumplessità tal-programmi Interreg u l-implimentazzjoni tagħhom. [Em. 31]

(31)

Sabiex japplikaw l-aktar sett komuni ta’ regoli kemm fl-Istati Membri kif ukoll f’pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTTE parteċipanti, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE, sakemm regoli speċifiċi huma stabbiliti f’Kapitolu speċifiku ta’ dan ir-Regolament. L-awtoritajiet tal-programm Interreg jistgħu jikkorrispondu għal awtoritajiet kompetenti oħrajn f’pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE. Il-punt ta’ tluq għall-eliġibbiltà tal-infiq jenħtieġ li jkun marbut mal-iffirmar tal-ftehim ta’ finanzjament mill-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE rilevanti. L-akkwist għall-benefiċjarji fil-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE jenħtieġ li jsegwi r-regoli dwar l-akkwist estern skont ir-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). Jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-proċeduri għall-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ finanzjament ma’ kull wieħed mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE kif ukoll ftehimiet bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u kull wieħed mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE fir-rigward tal-appoġġ minn strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni jew fil-każ ta’ trasferiment ta’ kontribuzzjoni addizzjonali minn pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE lill-programm Interreg minbarra l-kofinanzjament nazzjonali.

(32)

Għalkemm il-programmi Interreg bil-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jenħtieġ li jiġu implimentati b’ġestjoni kondiviża, il-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi tista’ tiġi implimentata b’ġestjoni indiretta. Jenħtieġ li jiġu stipulati regoli speċifiċi dwar kif jiġu implimentati dawn il-programmi fl-intier tagħhom jew parzjalment b’ġestjoni indiretta. [Em. 32 ma taffettwax il-verżjoni Maltija]

(33)

Fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 bi proġetti ta’ infrastruttura kbar fil-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera fil-qafas tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat, il-proċeduri jenħtieġ li jkunu ssimplifikati. Madankollu, il-Kummissjoni jenħtieġ li żżomm ċerti drittijiet li jikkonċernaw l-għażla ta’ proġetti bħal dawn.

(34)

Is-setgħat ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu konferiti lill-Kummissjoni biex tadotta u temenda l-listi ta’ programmi Interreg, il-lista tal-ammont globali tal-appoġġ mill-Unjoni għal kull programm Interreg u biex tadotta deċiżjonijiet li japprovaw il-programmi Interreg u l-emendi tagħhom. Dawn is-setgħat ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (19). Minkejja li dawn l-atti huma ta’ natura ġenerali, jenħtieġ li tintuża l-proċedura konsultattiva billi huma jimplimentaw biss id-dispożizzjonijiet b’mod tekniku.

(35)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni jew l-emenda tal-programmi Interreg, jenħtieġ li jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Madankollu, fejn applikabbli, il-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera esterna, fejn applikabbli, jenħtieġ li jirrispettaw il-proċeduri tal-Kumitat stabbiliti skont ir-Regolamenti (UE) [IPA III] u [NDICI] fir-rigward tal-ewwel deċiżjoni ta’ approvazzjoni ta’ dawk il-programmi. [Em. 33]

(36)

Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex temenda l-Anness dwar il-mudell għall-programmi Interreg. Hu ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti waqt il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta’ atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(36a)

Il-promozzjoni tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea hija prijorità ewlenija tal-politika ta' koeżjoni tal-Unjoni. L-appoġġ tal-SMEs għall-ispejjeż tal-proġetti ETC diġà huwa eżentat skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014  (20) (Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa (GBER)). Dispożizzjonijiet speċjali fir-rigward tal-għajnuna reġjonali għall-investimenti li jsiru minn intrapriżi ta' kull daqs huma wkoll inklużi fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020  (21) u fit-taqsima dwar l-għajnuna reġjonali tal-GBER. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba, l-għajnuna għall-proġetti ta' Kooperazzjoni Territorjali Ewropea jenħtieġ li jkollha biss effetti limitati fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri, u b'hekk il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista' tiddikjara li tali għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern u li l-finanzjament ipprovdut bħala appoġġ għall-proġetti tal-ETC jista' jiġi eżentat. [Em. 34]

(37)

Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-titjib tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE ma jistgħux jintlaħqu sew mill-Istati Membri iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq dak l-objettiv,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

TAQSIMA I

SUĠĠETT, KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U KOMPONENTI TA’ INTERREG

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) bl-għan li titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom fl-Unjoni u bejn l-Istati Membri , ir-reġjuni tagħhom u pajjiżi terzi kontigwi, pajjiżi sħab, territorji oħra jew pajjiżi u territorji extra-Ewropej (“PTEE”) , jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali, rispettivament. [Em. 35]

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll id-dispożizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi żgurata programmazzjoni effettiva inkluż fuq assistenza teknika, monitoraġġ, evalwazzjoni, komunikazzjoni, eliġibbiltà, ġestjoni u kontroll, kif ukoll ġestjoni finanzjarja tal-programmi skont il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (“programmi Interreg”) appoġġati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”).

3.   Fir-rigward tal-appoġġ mill-“Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni” (“IPA III”), l-“Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali” (“NDICI”) u l-finanzjament għall-PTEE kollha għall-perjodu mill-2021 sal-2027 stabbilit bħala Programm bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) XXX (“OCTP”) għall-programmi Interreg (it-tliet strumenti flimkien: “l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni”), dan ir-Regolament jiddefinixxi objettivi speċifiċi addizzjonali kif ukoll l-integrazzjoni ta’ dawk il-fondi fil-programmi Interreg, il-kriterji għal pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE u r-reġjuni tagħhom biex ikunu eliġibbli u ċerti regoli ta’ implimentazzjoni speċifiċi.

4.   Fir-rigward tal-appoġġ mill-FEŻR u l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni (imsejħa b’mod konġunt “il-fondi Interreg”) lill-programmi Interreg, dan ir-Regolament jiddefinixxi l-objettivi speċifiċi għal Interreg kif ukoll l-organizzazzjoni, il-kriterji għall-Istati Membri, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, u l-PTEE u r-reġjuni tagħhom biex ikunu eliġibbli, ir-riżorsi finanzjarji, u l-kriterji għall-allokazzjoni tagħhom.

5.   Ir-Regolament (UE) [CPR ġdid] u r-Regolament (KE) [FEŻR ġdid] għandhom japplikaw għall-programmi Interreg, ħlief fejn speċifikament previst mod ieħor skont dawk ir-Regolamenti u dan ir-Regolament jew fejn dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jistgħu japplikaw biss għall-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw ukoll:

(1)

“benefiċjarju IPA” tfisser pajjiż jew territorju elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) [IPA III];

(2)

“pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhux Stat Membru tal-Unjoni u li ma jirċevix appoġġ minn fondi Interreg;

(3)

“pajjiż sieħeb” tfisser benefiċjarju tal-IPA jew pajjiż jew territorju kopert miż-“żona ġeografika tal-Viċinat” elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) [NDICI] u l-Federazzjoni Russa, u li jirċievi appoġġ minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni;

(4)

“entità legali transfruntiera” tfisser entità legali , inkluż Ewroreġjun, stabbilita skont il-liġijiet ta’ wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fi programm Interreg bil-kundizzjoni li din titwaqqaf minn awtoritajiet territorjali jew korpi oħra minn tal-anqas żewġ pajjiżi parteċipanti. [Em. 36]

(4a)

“organizzazzjoni dwar l-integrazzjoni u l-kooperazzjoni reġjonali” tfisser grupp ta' Stati Membri jew reġjuni fl-istess żona ġeografika li għandhom l-għan li jikkooperaw mill-qrib dwar kwistjonijiet ta' interess komuni. [Em. 37]

2.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, fejn id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jirreferu għal “Stat Membru”, din għandha tiġi interpretata li tfisser “l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni” u meta d-dispożizzjonijiet jirreferu għal “Kull Stat Membru” jew “Stati Membri”, din għandha tiġi interpretata li tfisser “l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE li jipparteċipaw fi programm Interreg partikolari”.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, meta d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jirreferu għal “il-Fondi” kif elenkati fil-punt (a) tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-Regolament, jew il-“FEŻR”, din għandha tiġi interpretata li tfisser li jkopru wkoll l-istrument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni rispettiv.

Artikolu 3

Komponenti tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg)

Skont il-mira tal-kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg), il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jappoġġaw il-komponenti li ġejjin:

(1)

il-kooperazzjoni transfruntiera bejn reġjuni kontigwi għall-promozzjoni tal-iżvilupp reġjonali integrat u armonjuż (il-komponent 1): [Em. 38]

(a)

il-kooperazzjoni transfruntiera interna bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar li jmissu ma' żewġ Stati Membri jew aktar jew bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar li jmissu ma' tal-anqas Stat Membru wieħed u pajjiż terz wieħed jew aktar elenkati fl-Artikolu 4(3); jew [Em. 39]

(b)

il-kooperazzjoni transfruntiera esterna, bejn reġjuni tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar li jmissu ma’ tal-anqas Stat Membru wieħed u ma’ wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: [Em. 40]

(i)

benefiċjarji tal-IPA; jew

(ii)

pajjiżi sħab appoġġati mill-NDICI; jew

(iii)

il-Federazzjoni Russa, biex tkun permesa l-parteċipazzjoni tagħha f’kooperazzjoni transfruntiera appoġġata wkoll mill-NDICI;

(2)

il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima fuq territorji transnazzjonali akbar jew madwar il-baċiri tal-baħar, li tinvolvi sħab tal-programm nazzjonali, reġjonali u lokali fi Stati Membri, pajjiżi terzi u pajjiżi sħab u  f'PTEE fi Greenland, bil-għan li jintlaħaq livell ogħla ta’ integrazzjoni territorjali (“il-komponent 2”; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni transnazzjonali: “il-komponent 2A”; meta ssir referenza biss għall-kooperazzjoni marittima: “il-komponent 2B”); [Em. 41]

(3)

il-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi bejniethom u ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE tal-viċinat, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali, jew diversi minnhom, biex tiġi ffaċilitata l-integrazzjoni reġjonali u l-iżvilupp armonjuż tagħhom fil-viċinat tagħhom (“il-komponent 3”); [Em. 42]

(4)

il-kooperazzjoni interreġjonali sabiex tissaħħaħ l-effettività tal-politika ta’ koeżjoni (“il-komponent 4”) bil-promozzjoni ta’:

(a)

l-iskambju ta’ esperjenzi, approċċi innovattivi u l-bini tal-kapaċità fir-rigward ta’:

(i)

l-implimentazzjoni ta’ programmi Interreg;

(ia)

l-implimentazzjoni ta' proġetti komuni għall-iżvilupp interreġjonali ; [Em. 43]

(ib)

l-iżvilupp ta' kapaċitajiet bejn is-sħab fl-Unjoni b'rabta ma': [Em. 44]

(ii)

l-implimentazzjoni ta’ programmi għall-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, b’mod partikolari fir-rigward ta’ azzjonijiet interreġjonali u transnazzjonali ma’ benefiċjarji li jinsabu minn tal-anqas fi Stat Membru wieħed ieħor;

(iia)

l-identifikazzjoni u t-tixrid ta' prattiki tajbin bil-għan li jiġu ttrasferiti l-aktar fi programmi operazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għall-Impjiegi u t-Tkabbir; [Em. 45]

(iib)

l-iskambju ta' esperjenzi dwar l-identifikazzjoni, it-trasferiment u t-tixrid tal-aħjar prattika dwar l-iżvilupp urban sostenibbli, inklużi konnessjonijiet bejn żoni urbani u rurali; [Em. 46]

(iii)

l-istabbiliment, il-funzjonament u l-użu ta’ raggruppamenti Ewropej ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT);

(iiia)

it-twaqqif, il-funzjonament u l-użu tal-Mekkaniżmu Transkonfinali Ewropew kif imsemmi fir-Regolament (UE) …/… [il-Mekkaniżmu Transkonfinali Ewropew il-ġdid]; [Em. 47]

(b)

l-analiżi tax-xejriet tal-iżvilupp relatati mal-għanijiet tal-koeżjoni territorjali;

(5)

l-investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali permezz tal-kummerċjalizzazzjoni u ż-żieda fi proġetti ta’ innovazzjoni interreġjonali bil-potenzjal li jħeġġu l-iżvilupp tal-katini ta’ valur Ewropej (“il-komponent 5”). [Em. 48]

TAQSIMA II

KOPERTURA ĠEOGRAFIKA

Artikolu 4

Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni transfruntiera

1.   Għall-kooperazzjoni transfruntiera, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu r-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni fuq il-fruntieri kollha fuq l-art kollha jew fil-baħar interni u esterni ma' pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab , mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe aġġustament sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-kontinwità tal-oqsma tal-programmi ta' kooperazzjoni stabbiliti għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 . [Em. 49]

2.   Ir-reġjuni fuq il-fruntieri marittimi li huma konnessi fuq il-baħar b’kollegament fiss għandhom ikunu appoġġati wkoll fil-qafas tal-kooperazzjoni transfruntiera. [Em. 50]

3.   Il-kooperazzjoni transfruntiera interna tal-programmi Interreg tista’ tkopri reġjuni fin-Norveġja, l-Iżvizzera u r-Renju Unit li huma ekwivalenti għal reġjuni tal-livell NUTS 3 kif ukoll il-Liechtenstein, Andorra, u Monaco u San Marino . [Em. 51]

4.   Għall-kooperazzjoni transfruntiera esterna, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-IPA III jew l-NDICI għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-pajjiż sieħeb rispettiv jew, fin-nuqqas ta’ klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti tal-fruntieri fuq l-art jew fil-baħar bejn l-Istati Membri kollha u pajjiżi sħab eliġibbli skont l-IPA III jew l-NDICI. [Em. 52]

Artikolu 5

Kopertura ġeografika għal kooperazzjoni transnazzjonali u kooperazzjoni marittima [Em. 53]

1.   Għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima, ir-reġjuni li għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 tal-Unjoni li jkopru żoni funzjonali kontigwi, mingħajr preġudizzju għall-aġġustamenti potenzjali biex jiżguraw il-koerenza u l-kontinwità ta' din il-kooperazzjoni f'oqsma koerenti akbar abbażi tal-perjodu ta' tħejjija ta' programmazzjoni 2014-2020 u filwaqt li jitqiesu, fejn applikabbli, l-istrateġiji makroreġjonali jew strateġiji tal-baċiri tal-baħar. [Em. 54]

2.   Il-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima tal-programmi Interreg tista’ tkopri: [Em. 55]

(a)

reġjuni fl-Iżlanda, in-Norveġja, l-Iżvizzera, ir-Renju Unit kif ukoll il-Liechtenstein, Andorra, Monaco u San Marino;

(b)

Greenland PTEE jibbenefikaw mill-appoġġ ipprovdut mill-programm tal-PTEE ; [Em. 56]

(c)

il-Gżejjer Faroe;

(d)

reġjuni ta’ pajjiżi sħab skont l-IPA III jew l-NDICI;

jekk humiex jew le appoġġati mill-baġit tal-UE.

3.   Ir-reġjuni, pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab , jew PTEE elenkati fil-paragrafu 2 għandhom ikunu reġjuni tal-livell NUTS 2 jew, fin-nuqqas ta’ klassifikazzjoni NUTS, żoni ekwivalenti. [Em. 57]

Artikolu 6

Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi

1.   Għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi, ir-reġjuni kollha elenkati fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 349 TFUE għandhom jiġu appoġġati mill-FEŻR.

2.   Il-programmi Interreg tar-reġjuni ultraperiferiċi jistgħu jkopru pajjiżi sħab tal-viċinat appoġġati mill-NDICI jew PTEE appoġġati mill-OCTP, organizzazzjonijiet ta' kooperazzjoni reġjonali, jew it-tnejn kombinazzjoni tat-tnejn jew it-tlieta li huma. [Em. 58]

Artikolu 7

Kopertura ġeografika għall-kooperazzjoni interreġjonali u l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni [Em. 59]

1.   Għal kwalunkwe programm Interreg tal-komponent 4 jew għal investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni skont il-komponent 5, it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR , inklużi r-reġjuni ultraperiferiċi . [Em. 60]

2.   Il-programmi Interreg tal-komponent 4 jistgħu jkopru kompletament jew parti mill-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab, territorji jew PTEE oħra msemmija fl-Artikoli 4, 5 u 6, kemm jekk dawn ikunu jew ma jkunux appoġġati mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni. Il-pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem f'dawk il-programmi, dment li jikkontribwixxu għall-finanzjament fil-forma ta' dħul allokat esternament. [Em. 61]

Artikolu 8

Lista ta’ żoni li jirċievu appoġġ mill-programm Interreg

1.   Għall-finijiet tal-Artikoli 4, 5 u 6, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-lista ta’ żoni li jirċievu appoġġ mill-programm Interreg, maqsuma għal kull komponent u kull programm Interreg. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 63(2).

Il-programmi Interreg transfruntieri esterni għandhom jiġu elenkati bħala “programmi Interreg IPA III CBC” jew “programmi Interreg tal-Viċinat CBC” rispettivament.

2.   L-att ta’ implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi wkoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 tal-Unjoni li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-allokazzjoni mill-FEŻR għall-kooperazzjoni transfruntiera fuq il-fruntieri interni kollha u dawk il-fruntieri esterni koperti mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni kif ukoll lista li tispeċifika dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 li ttieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet ta’ allokazzjoni skont il-komponent 2B imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 9(3). [Em. 62]

3.   Ir-reġjuni ta’ pajjiżi terzi jew sħab jew territorji barra mill-Unjoni li ma jirċevux appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jissemmew ukoll fil-lista msemmija fil-paragrafu 1. [Em. 63 ma taffettwax il-verżjoni Maltija]

TAQSIMA III

RIŻORSI U RATI TA’ KOFINANZJAMENT

Artikolu 9

Riżorsi tal-FEŻR għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg)

1.   Ir-riżorsi tal-FEŻR għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandhom jammontaw għal EUR 8 430 000 000 tar-riżorsi 11 165 000 000 (prezzijiet tal-2018) mir-riżorsi globali disponibbli għall-impenn baġitarju mill-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021- 2027 u stabbiliti fl-Artikolu [102(1) 103(1) ] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]. [Em. 64]

2.   Ir-riżorsi EUR 10 195 910 000 (91,31 %) tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati kif ġej: [Em. 65]

(a)

52,7 % (jiġifieri, total ta’ EUR 4 440 000 000 EUR 7 500 000 000 (67,16 % ) għall-kooperazzjoni transkonfinali (il-komponent 1) ; [Em. 66]

(b)

31,4 % (jiġifieri, total ta’ EUR 2 649 900 000 EUR 1 973 000 000 (17,68 % ) għall-kooperazzjoni transnazzjonali u l-kooperazzjoni marittima (il-komponent 2); [Em. 67]

(c)

3,2 % (jiġifieri, total ta’ EUR 270 100 000 EUR 357 309 120 (3,2 % ) għall-kooperazzjoni mar-reġjuni ultraperiferiċi (il-komponent 3); [Em. 68]

(d)

1,2 % (jiġifieri, total ta’ EUR 100 000 000 EUR 365 000 000 (3,27 % ) għall-kooperazzjoni interreġjonali (il-komponent 4); [Em. 69]

(e)

11,5 % (jiġifieri, total ta’ EUR 970 000 000) għall-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni (il-komponent 5); [Em. 70]

3.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika lil kull Stat Membru s-sehem tiegħu tal-ammonti globali għall-komponenti 1, 2 u 3, maqsumin skont is-sena.

Id-daqs tal-popolazzjoni fir-reġjuni li ġejjin għandu jintuża bħala l-kriterju għat-tqassim skont l-Istat Membru:

(a)

ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 1 u dawk ir-reġjuni tal-livell NUTS 3 għall-komponent 2B elenkati fl-att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 8(2); [Em. 71]

(b)

ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 għall-komponenti 2A u 3 għall-komponent 2 . [Em. 72]

(ba)

ir-reġjuni tal-livell NUTS 2 u 3 għall-komponent 3. [Em. 73]

4.   Kull Stat Membru jista’ jittrasferixxi sa 15 % tal-allokazzjoni finanzjarja tiegħu lil kull wieħed mill-komponenti 1, 2 u 3 minn wieħed minn dawn il-komponenti għal wieħed jew aktar mill-oħrajn.

5.   Fuq il-bażi tal-ammonti kkomunikati skont il-paragrafu 3, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni jekk u kif huwa uża l-opzjoni ta’ trasferiment prevista fil-paragrafu 4 u d-distribuzzjoni riżultanti tas-sehem tiegħu fost il-programmi Interreg li l-Istat Membru jipparteċipa fihom.

5a.     EUR 970 000 000 (8,69 %) tar-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati għall-inizjattiva l-ġdida dwar l-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15a (ġdid).

Jekk sal-31 ta' Diċembru 2026, il-Kummissjoni ma tkunx wettqet ir-riżorsi kollha disponibbli msemmija fil-paragrafu 1 dwar il-proġetti magħżula skont dik l-inizjattiva, il-bilanċi mhux impenjati li jifdal għandhom jiġu allokati mill-ġdid fost il-komponenti 1 sa 4. [Em. 74]

Artikolu 10

Dispożizzjonijiet bejn il-fondi

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi dokument ta’ strateġija pluriennali fir-rigward tal-programmi Interreg transfruntieri esterni appoġġati mill-FEŻR u l-NDICI jew l-IPA III. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 63(2).

Fil-rigward tal-programmi Interreg appoġġati mill-FEŻR u l-NDICI, dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jistabbilixxi l-elementi msemmija fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament (UE) [NDICI].

2.   Il-kontribuzzjoni mill-FEŻR għall-programmi Interreg transfruntieri esterni li jridu jiġu appoġġati wkoll mill-pakkett finanzjarju skont l-IPA III allokat lill-kooperazzjoni transfruntiera (“IPA III CBC”) jew mill-pakkett finanzjarju skont l-NDICI allokat lill-kooperazzjoni transfruntiera għaż-żona ġeografika tal-Viċinat (“NDICI CBC”) għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati. Il-kontribuzzjoni tal-FEŻR stabbilita għal kull Stat Membru m’għandhiex tiġi sussegwentement riallokata bejn l-Istati Membri kkonċernati.

3.   L-appoġġ mill-FEŻR għandu jingħata lil programmi Interreg transfruntieri esterni sakemm tal-inqas ammonti ekwivalenti jiġu pprovduti mill-IPA III CBC u l-NDICI CBC skont id-dokument ta' programmazzjoni strateġika rilevanti. Dik il-kontribuzzjoni għandha tkun soġġetta għall-ammont massimu stabbilit fl-att leġiżlattiv tal-IPA III jew l-NDICI. [Em. 75]

Madankollu, meta r-rieżami tad-dokument ta’ programmazzjoni strateġika rilevanti skont l-IPA III jew l-NDICI jirriżulta fi tnaqqis tal-ammont korrispondenti għas-snin li jifdal, kull Stat Membru kkonċernat għandu jagħżel fost l-opzjonijiet li ġejjin:

(a)

jitlob il-mekkaniżmu skont l-Artikolu 12(3);

(b)

ikompli l-programm Interreg bil-bqija tal-appoġġ mill-FEŻR u l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC; jew

(c)

jgħaqqad l-opzjonijiet (a) u (b) flimkien.

4.   L-approprjazzjonijiet annwali li jikkorrispondu għall-appoġġ mill-FEŻR, l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC għall-programmi Interreg transfruntieri esterni għandhom jiddaħħlu fl-intestaturi tal-baġit rilevanti għall-eżerċizzju baġitarju tal-2021.

5.   Jekk il-Kummissjoni tinkludi allokazzjoni finanzjarja speċifika biex tassisti lil pajjiżi jew reġjuni sħab skont ir-Regolament (UE) [NDICI] u l-PTEE skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill [Deċiżjoni OCT] jew it-tnejn li huma biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni tagħhom ma’ reġjuni ultraperiferiċi tal-viċinat tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu [33(2)] tar-Regolament (UE) [NDICI] jew l-Artikolu [87] tad-[Deċiżjoni OCTP] jew it-tnejn li huma, il-FEŻR jista’ jikkontribwixxi wkoll skont dan ir-Regolament, fejn ikun xieraq u fuq bażi ta’ reċiproċità u proporzjonalità fir-rigward tal-livell ta’ finanzjament mill-NDICI jew l-OCTP jew it-tnejn li huma, għal azzjonijiet implimentati minn pajjiż jew reġjun sieħeb jew kwalunkwe entità oħra skont ir-Regolament (UE) [NDICI], minn pajjiż, territorju, jew kwalunkwe entità oħra skont id-[Deċiżjoni OCT] jew minn reġjun ultraperiferiku tal-Unjoni skont, b’mod partikolari, programm Interreg konġunt wieħed jew aktar tal-komponenti 2, 3 jew 4 jew skont miżuri ta’ kooperazzjoni msemmija fl-Artikolu 60 li huma stabbiliti u implimentati skont dan ir-Regolament.

Artikolu 11

Lista ta’ riżorsi tal-programm Interreg

1.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9(5), il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi lista tal-programmi Interreg kollha u tindika għal kull programm l-ammont globali tal-appoġġ totali tal-FEŻR u, fejn applikabbli, l-appoġġ totali minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 63(2).

2.   Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jinkludi wkoll lista tal-ammonti trasferiti skont l-Artikolu 9(5) mqassmin skont l-Istat Membru u minn strument finanzjarju estern tal-Unjoni.

Artikolu 12

Ritorn tar-riżorsi u twaqqif

1.   Fl-2022 u l-2023, il-kontribuzzjoni annwali mill-FEŻR għall-programmi Interreg transfruntieri esterni, li għalihom ma jkun ġie ppreżentat l-ebda programm lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu tas-snin rispettivi, u li ma ġietx riallokata lil programm ieħor ippreżentat taħt l-istess kategorija ta’ programmi Interreg transfruntieri esterni, għandha tiġi allokata lill-programmi Interreg transfruntieri interni li fihom l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat(i) jipparteċipa(w).

2.   Jekk sal-31 ta’ Marzu 2024, ikun għad hemm programmi Interreg transfruntieri esterni li ma jkunux ġew ippreżentati lill-Kummissjoni, il-kontribuzzjoni kollha mill-FEŻR imsemmija fl-Artikolu 9(5) għal dawk il-programmi għas-snin li jifdal sal-2027, li ma ġietx riallokata lil programm Interreg transfruntier estern ieħor appoġġat ukoll mill-IPA III CBC jew l-NDICI CBC rispettivament, għandha tiġi allokata lill-programmi Interreg transfruntieri interni li fihom l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat(i) jipparteċipa(w).

3.   Kwalunkwe programm Interreg transfruntier estern diġà approvat mill-Kummissjoni għandu jitwaqqaf, jew l-allokazzjoni lil dak il-programmi għandha titnaqqas, f’konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli, b’mod partikolari, jekk:

(a)

ebda wieħed mill-pajjiżi sħab koperti mill-programm Interreg rispettiv ma jkun iffirma l-ftehim ta’ finanzjament rilevanti sal-iskadenzi stipulati skont l-Artikolu 57;

(b)

il-programm f'każijiet debitament iġġustifikati, meta l-programm Interreg ma jkunx jista’ jiġi implimentat kif ippjanat minħabba problemi fir-relazzjonijiet bejn il-pajjiżi parteċipanti. [Em. 76]

F’dawn il-każijiet, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR imsemmija fil-paragrafu 1 li tikkorrispondi għall-pagamenti akkont annwali li jkunu għadhom ma ġewx impenjati, jew pagamenti akkont annwali impenjati u diżimpenjati totalment jew parzjalment fl-istess sena baġitarja, li ma tkunx ġiet riallokata lil programm Interreg transfruntier estern ieħor appoġġat ukoll mill-IPA III CBC jew l-NDICI CBC, għandha tiġi allokata lill-programmi Interreg transfruntieri interni li fihom l-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonċernat(i) jipparteċipa(w).

4.   Fir-rigward tal-programm Interreg tal-komponent 2 diġà approvat mill-Kummissjoni, il-parteċipazzjoni ta’ pajjiż sieħeb jew ta’ Greenland PTEE għandha titwaqqaf, jekk waħda mis-sitwazzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 3 tiġi ssodisfata. [Em. 77]

L-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, il-bqija tal-pajjiżi sħab parteċipanti, għandhom jitolbu waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

li l-programm Interreg jitwaqqaf totalment, b’mod partikolari fejn l-isfidi ewlenin tal-iżvilupp konġunt tagħhom ma jistgħux jintlaħqu mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ dak il-pajjiż sieħeb jew ta’ Greenland PTEE ; [Em. 78]

(b)

li l-allokazzjoni lil dak il-programm Interreg titnaqqas, f’konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli;

(c)

li l-programm Interreg ikompli mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ dak il-pajjiż sieħeb jew ta’ Greenland PTEE . [Em. 79]

Jekk l-allokazzjoni lill-programm Interreg titnaqqas skont il-punt (b) tat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR li tikkorrispondi għall-pagamenti akkont annwali li jkunu għadhom ma ġewx impenjati, għandha tiġi allokata lil programm Interreg ieħor tal-komponent 2 fejn Stat Membru wieħed jew aktar ikkonċernat jipparteċipa jew, fejn Stat Membru jipparteċipa biss fi programm Interreg tal-komponent 2, lil programm Interreg transfruntier intern wieħed jew aktar li fih jipparteċipa dak l-Istat Membru.

5.   Il-kontribuzzjoni mill-IPA III, l-NDICI jew l-OCTP imnaqqsa skont dan l-Artikolu għandha tintuża f’konformità mar-Regolamenti (UE) [IPA III], [NDICI] jew id-Deċiżjoni tal-Kunsill [OCT] rispettivament.

6.   Jekk pajjiż terz jew, pajjiż sieħeb jew PTEE li jikkontribwixxi għal programm Interreg b’riżorsi nazzjonali, li ma jikkostitwixxux il-kofinanzjament nazzjonali ta’ appoġġ mill-FEŻR jew minn strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, inaqqas dik il-kontribuzzjoni matul l-implimentazzjoni tal-programm Interreg, jew globalment jew fir-rigward ta’ operazzjonijiet konġunti diġà magħżula u wara li jkun irċieva d-dokument previst fl-Artikolu 22(6), l-Istat Membru jew l-Istati Membri parteċipanti għandhom jitolbu waħda mill-opzjonijiet stipulati fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu . [Em. 80]

Artikolu 13

Rati ta’ kofinanzjament

Ir-rata ta’ kofinanzjament fil-livell ta’ kull programm Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 70 80 %, sakemm, fir-rigward tal-programm Interreg transfruntier estern jew tal-komponent 3, perċentwali ogħla huwa ffissat fir-Regolamenti (UE) [IPA III], [NDICI] jew [OCTP] rispettivament jew fi kwalunkwe att adottat skontu. [Em. 81]

KAPITOLU II

Objettivi speċifiċi għal Interreg u konċentrazzjoni tematika

Artikolu 14

Objettivi speċifiċi għal Interreg

1.   Il-FEŻR, skont il-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu kif stabbilit fl-Artikolu [4] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandu jikkontribwixxi għall-objettivi ta’ politika kif stipulati fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] permezz ta’ azzjonijiet konġunti ġodda fil-qafas tal-programmi Interreg.

2.   Fil-każ tal-programm PEACE PLUS, fejn ikun qed jaġixxi favur il-paċi u r-rikonċiljazzjoni, il-FEŻR, bħala objettiv speċifiku skont l-objettiv ta’ politika 4, għandu jikkontribwixxi wkoll għall-promozzjoni tal-istabbiltà soċjali, ekonomika u reġjonali fir-reġjuni kkonċernati, partikolarment permezz ta’ azzjonijiet għall-promozzjoni tal-koeżjoni bejn il-komunitajiet. Prijorità separata għandha tappoġġa dan l-objettiv speċifiku.

3.   Minbarra l-objettivi speċifiċi għall-FEŻR kif stabbiliti fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni jistgħu wkoll għandhom ukoll jikkontribwixxu għall-objettivi speċifiċi skont l-OP 4 kif ġej: [Em. 82]

(a)

it-tisħiħ tal-effettività tas-swieq tax-xogħol u t-titjib tal-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità bejn il-fruntieri;

(b)

it-titjib tal-aċċess u l-kwalità tal-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja bejn il-fruntieri bil-ħsieb li tiżdied il-kisba edukattiva u l-livelli fil-ħiliet tagħha kif rikonoxxuta lil hinn mill-fruntieri;

(c)

it-tisħiħ tal-aċċess ugwali u f’waqtu għal servizzi tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità, sostenibbli u affordabbli bejn il-fruntieri;

(d)

it-titjib tal-aċċessibbiltà, l-effettività u r-reżiljenza tas-sistemi tal-kura tas-saħħa u tas-servizzi tal-kura fit-tul bejn il-fruntieri;

(e)

il-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, inkluż permezz tat-titjib tal-opportunitajiet indaqs u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bejn il-fruntieri.

4.   Skont il-komponenti 1, 2 u 3, il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni jistgħu jappoġġaw ukoll l-objettiv speċifiku ta’ Interreg “governanza aħjar ta’ Interreg”, b’mod partikolari permezz tal-azzjonijiet li ġejjin:

(a)

fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponenti 1 u 2B 2 : [Em. 83]

(i)

it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi, b’mod partikolari dawk inkarigati li jiġġestixxu territorju speċifiku, u tal-partijiet ikkonċernati;

(ii)

it-tisħiħ ta’ amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz tal-promozzjoni tal-kooperazzjoni legali u amministrattiva u l-kooperazzjoni bejn iċ-ċittadini , inklużi l-proġetti bejn il-persuni, l-atturi tas-soċjetà ċivili u l-istituzzjonijiet, b’mod partikolari, bil-ħsieb li jiġu solvuti ostakli legali u ostakli oħrajn f’reġjuni tal-fruntieri; [Em. 84]

(b)

fil-qafas tal-programmi Interreg tal-komponent 1, 2 u 3: it-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet ikkonċernati biex jiġu implimentati strateġiji makroreġjonali u strateġiji tal-baċiri tal-baħar;

(c)

fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 2 u 3 appoġġati mill-fondi Interreg, minbarra l-punti (a) u (b): il-bini ta’ fiduċja reċiproka, b’mod partikolari billi jiġu inkoraġġiti azzjonijiet interpersonali, bit-tisħiħ ta’ demokrazija sostenibbli u bl-appoġġ tal-atturi tas-soċjetà ċivili u r-rwol tagħhom fil-proċessi ta’ riforma u ta’ tranżizzjonijiet demokratiċi;

5.   Fil-qafas tal-programmi Interreg transfruntieri esterni u l-komponenti 1, 2 u 3 tagħhom il-FEŻR u, fejn applikabbli, l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jistgħu jikkontribwixxu wkoll għall-objettiv speċifiku ta’ Interreg estern “Ewropa b’inqas periklu u aktar sigurtà”, b’mod partikolari permezz ta’ azzjonijiet fl-oqsma tal-mobbiltà u tal-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri u l-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-protezzjoni tal-migranti , il-protezzjoni ekonomika u soċjali tagħhom u r-rifuġjati taħt protezzjoni internazzjonali . [Em. 85]

Artikolu 15

Konċentrazzjoni tematika

1.   Tal-anqas 60 % tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni allokati fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għal kull programm Interreg fil-qafas tal-komponenti 1, 2 u 3, għandhom ikunu allokati lil massimu ta’ tlieta mill-objettivi ta’ politika stabbiliti fl-Artikolu 4(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

2.   Ħmistax fil-mija (15 %) addizzjonali tal-FEŻR Mill-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet mill-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għal kull programm Interreg fil-qafas tal-komponenti 1, 2 u 3, sa 15 % għandhom ikunu allokati lill-objettiv speċifiku għal Interreg “governanza aħjar ta’ Interreg”jew u sa 10 % jistgħu jiġu allokati għall-objettiv speċifiku għal Interreg estern“Ewropa b’inqas periklu u aktar sigurtà”. [Em. 86]

3.   Jekk programm Interreg tal-komponent 2A 1 jew 2 jappoġġa strateġija makroreġjonali, it-total jew strateġija tal-baċiri tal-baħar , tal-inqas 80 % tal-FEŻR u, fejn applikabbli, it-total tal-allokazzjonijiet parti mill-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandu jkun programmat fuq l-objettivi għandha tikkontribwixxi għall-objettivi ta’ dik l-istrateġija. [Em. 87]

4.   Jekk programm Interreg tal-komponent 2B jappoġġa strateġija makroreġjonali jew strateġija tal-baċiri tal-baħar, tal-anqas 70 % tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandhom ikunu allokati lill-objettivi ta’ dik l-istrateġija. [Em. 88]

5.   Għall-programmi Interreg tal-komponent 4, it-total tal-FEŻR u, fejn applikabbli, tal-allokazzjonijiet lill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fil-qafas ta’ prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika għandu jkun allokat lill-objettiv speċifiku għal Interreg “governanza aħjar ta’ Interreg”.

Artikolu 15a

Investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali

1.     Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 9(5a) (ġdid) għandhom jiġu allokati għal inizjattiva ġdida dwar investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni li hija allokata għal:

(a)

il-kummerċjalizzazzjoni u ż-żieda fi proġetti ta' innovazzjoni komuni li aktarx iħeġġu l-iżvilupp tal-katini ta' valur Ewropej;

(b)

it-tlaqqigħ flimkien ta' riċerkaturi, negozji, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, u amministrazzjonijiet pubbliċi involuti fl-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti u ta' innovazzjoni soċjali fil-livell nazzjonali jew reġjonali;

(c)

il-proġetti pilota mmirati lejn l-identifikazzjoni jew l-ittestjar ta' soluzzjonijiet ta' żvilupp ġodda fil-livell reġjonali u lokali li huma bbażati fuq strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti; jew

(d)

il-qsim tal-esperjenzi ta' innovazzjoni bil-għan li jibbenefikaw mill-esperjenza miksuba fl-iżvilupp reġjonali jew lokali.

2.     Sabiex jinżamm il-prinċipju ta' koeżjoni territorjali Ewropea, b'sehem indaqs approssimattiv tar-riżorsi finanzjarji, dawk l-investimenti għandhom jiffukaw fuq il-ħolqien ta' rabtiet bejn ir-reġjuni inqas żviluppati ma' dawk fir-reġjuni ewlenin billi jżidu l-kapaċità ta' ekosistemi ta' innovazzjoni reġjonali f'reġjuni anqas żviluppati biex jintegraw u jmexxu l-valur eżistenti jew emerġenti tal-UE kif ukoll il-kapaċità li jipparteċipaw fi sħubiji ma' reġjuni oħra.

3.     Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk l-investimenti b'ġestjoni diretta jew indiretta. Għandha tkun appoġġata minn grupp ta' esperti fid-definizzjoni ta' programm ta' ħidma fit-tul u sejħiet relatati.

4.     Fir-rigward tal-investimenti interreġjonali fl-innovazzjoni, it-territorju kollu tal-Unjoni għandu jiġi appoġġat mill-FEŻR. Il-pajjiżi terzi jistgħu jieħdu sehem f'dawk l-investimenti, dment li jikkontribwixxu għall-finanzjament fil-forma ta' dħul allokat esternament. [Em. 89]

KAPITOLU III

Programmazzjoni

TAQSIMA I

TĦEJJIJA, APPROVAZZJONI U EMENDA TAL-PROGRAMMI INTERREG

Artikolu 16

Tħejjija u preżentazzjoni tal-programmi Interreg

1.   Il-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandha tiġi implimentata permezz tal-programmi Interreg b’ġestjoni kondiviża bl-eċċezzjoni tal-komponent 3, li jista’ jiġi implimentat fl-intier tiegħu jew parzjalment b’ġestjoni indiretta u tal-komponent 5 li għandu jiġi implimentat b’ġestjoni diretta jew indiretta wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati . [Em. 90]

2.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab , PTEE jew PTEE organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti, għandhom iħejju programm Interreg skont il-mudell stabbilit fl-Anness għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027. [Em. 91]

3.   L-Istati Membri parteċipanti għandhom iħejju programm Interreg f’kooperazzjoni mas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Fit-tħejjija tal-programmi Interreg, li jkopru strateġiji makroreġjonali jew tal-baċiri tal-baħar, l-Istati Membri u s-sħab tal-programm għandhom iqisu l-prijoritajiet tematiċi tal-istrateġiji makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar rilevanti u jikkonsultaw lill-atturi rilevanti. L-Istati Membri u s-sħab tal-programmi għandhom jistabbilixxu mekkaniżmu ex ante biex jiżguraw li l-atturi kollha fil-livell makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar, l-awtoritajiet tal-programm ETC, ir-reġjuni u l-pajjiżi jinġiebu flimkien fil-bidu tal-perjodu ta' programmazzjoni biex jiddeċiedu flimkien dwar il-prijoritajiet għal kull programm. Dawk il-prijoritajiet għandhom ikunu allinjati mal-Pjanijiet ta' Azzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali jew tal-baċiri tal-baħar kull fejn ikun rilevanti. [Em. 92]

Il-pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, fejn applikabbli, għandhom jinvolvu wkoll is-sħab tal-programm ekwivalenti għal dawk imsemmija f’dak l-Artikolu.

4.   L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni prospettiva, għandu jippreżenta programm Interreg wieħed jew aktar lill-Kummissjoni sa [data tad-dħul fis-seħħ plus disa’ xhur tnax-il xahar ;] f’isem l-Istati Membri kollha u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti , PTEE, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti . [Em. 93]

Madankollu, programm Interreg li jkopri appoġġ minn strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandu jiġi ppreżentat mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni prospettiva mhux aktar tard minn sitt xhur tnax-il xahar wara l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-dokument tal-programmazzjoni strateġika rilevanti skont l-Artikolu 10(1) jew fejn meħtieġ skont l-att bażiku rispettiv ta’ strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni wieħed jew aktar. [Em. 94]

5.   L-Istati Membri, u fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, għandhom jikkonfermaw bil-miktub il-ftehim tagħhom dwar il-kontenut ta’ programm Interreg qabel il-preżentazzjoni tiegħu lill-Kummissjoni. Dan il-qbil għandu jinkludi wkoll impenn mill-Istati Membri kollha u, fejn applikabbli, minn pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti, sabiex jipprovdu l-kofinanzjament meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-programm Interreg u, fejn applikabbli, l-impenn għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, fil-każ tal-programmi Interreg li jinvolvu reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkonsultaw lill-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE rispettivi qabel ma jippreżentaw il-programmi Interreg lill-Kummissjoni. F’dan il-każ, il-ftehimiet dwar il-kontenut tal-programmi Interreg u l-kontribuzzjoni possibbli tal-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jistgħu minflok jiġu espressi fil-minuti formalment approvati tal-laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE jew tad-deliberazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet ta’ kooperazzjoni reġjonali.

6.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 62 biex temenda l-Anness sabiex tadatta għal bidliet li jseħħu matul il-perjodu ta’ programmazzjoni għal elementi mhux essenzjali tiegħu.

Artikolu 17

Kontenut tal-programmi Interreg

1.   Kull programm Interreg għandu jistabbilixxi strateġija konġunta għall-kontribuzzjoni tal-programm biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika stabbiliti fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u l-objettivi speċifiċi għal Interreg stipulati fl-Artikolu 14(4) u (5) ta’ dan ir-Regolament u l-komunikazzjoni tar-riżultati tiegħu.

2.   Kull programm Interreg għandu jikkonsisti minn prijoritajiet.

Kull prijorità għandha tikkorrispondi għal objettiv ta’ politika wieħed jew, fejn applikabbli, għal objettiv wieħed jew għaż-żewġ objettivi speċifiċi għal Interreg rispettivament jew għal assistenza teknika. Prijorità li tikkorrispondi għal objettiv ta’ politika jew, fejn applikabbli, għal objettiv wieħed jew għaż-żewġ objettivi speċifiċi għal Interreg rispettivament għandha tikkonsisti minn objettiv speċifiku wieħed jew aktar. Aktar minn prijorità waħda tista’ tikkorrispondi għall-istess politika jew objettiv speċifiku għal Interreg.

3.   F’każijiet debitament ġustifikati u bi qbil mal-Kummissjoni, Sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-implimentazzjoni tal-programm u biex jinkisbu operazzjonijiet fuq skala akbar, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jiddeċiedi li jittrasferixxi lejn il-programmi Interreg sa [x] 20 % tal-ammont tal-FEŻR allokat lill-programm korrispondenti fil-qafas tal-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir għall-istess reġjun. Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni minn qabel li beħsiebu jagħmel użu minn din il-possibbiltà ta' trasferiment u għandu jagħti r-raġunijiet għad-deċiżjoni tiegħu. L-ammont trasferit għandu jikkostitwixxi prijorità separata jew prijoritajiet separati. [Em. 95]

4.   Kull programm Interreg għandu jistabbilixxi:

(a)

iż-żona tal-programm (inkluża mappa tiegħu bħala dokument separat);

(b)

taqsira tal-isfidi konġunti ewlenin, billi jittieħdu partikolarment inkunsiderazzjoni: [Em. 96]

(i)

id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali;

(ii)

il-ħtiġijiet ta’ investiment konġunt u l-komplementarjetà ma’ forom oħrajn ta’ appoġġ u sinerġiji potenzjali li jridu jinkisbu ; [Em. 97]

(iii)

il-lezzjonijiet mislutin mill-esperjenza tal-passat u kif tqiesu fil-programm ; [Em. 98]

(iv)

l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar fejn il-qasam tal-programm kollu kemm hu jew parzjalment huwa koperta minn strateġija waħda jew aktar;

(c)

ġustifikazzjoni għall-objettivi ta’ politika u l-objettivi speċifiċi għal Interreg magħżula, il-prijoritajiet korrispondenti, l-objettivi speċifiċi u l-forom ta’ appoġġ, li jindirizzaw, u, l-indirizzar , fejn xieraq, il- tal- konnessjonijiet nieqsa fl-infrastruttura transfruntiera; [Em. 99]

(d)

għal kull prijorità, ħlief għall-assistenza teknika, objettivi speċifiċi;

(e)

għal kull objettiv speċifiku:

(i)

it-tipi ta’ azzjonijiet relatati, inkluża lista ta’ operazzjonijiet ippjanati ta’ importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom lejn dawk l-objettivi speċifiċi u l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq, kif ukoll il-ġabra ta' kriterji u l-kriterji ta' għażla trasparenti korrispondenti għal din l-operazzjoni rispettivament ; [Em. 100]

(ii)

l-indikaturi tal-output u l-indikaturi tar-riżultati bl-istadji importanti u l-miri korrispondenti;

(iii)

il-gruppi fil-mira ewlenin; [Em. 101]

(iv)

it-territorji speċifiċi mmirati, inklużi l-użu ppjanat ta’ investimenti territorjali integrati, żvilupp lokali mmexxi mill-komunità jew għodod territorjali oħra;

(v)

l-użu ppjanat ta’ strumenti finanzjarji; [Em. 102]

(vi)

analiżi indikattiva tar-riżorsi pprogrammati skont it-tip ta’ intervent.

(f)

għall-prijorità tal-assistenza teknika, l-użu ppjanat skont l-Artikoli [30], [31] u [32] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u tipi ta’ interventi rilevanti;

(g)

pjan ta’ finanzjament li jinkludi t-tabelli li ġejjin (mingħajr ebda diviżjoni għal kull Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE parteċipanti, sakemm mhux speċifikat mod ieħor fih):

(i)

tabella li tispeċifika l-allokazzjoni finanzjarja totali mill-FEŻR u, fejn rilevanti, għal kull strument finanzjarju estern tal-Unjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu u skont is-sena;

(ii)

tabella li tispeċifika li l-allokazzjoni finanzjarja totali għal kull prijorità mill-FEŻR u, fejn rilevanti, minn kull strument finanzjarju tal-Unjoni skont il-prijorità u l-kofinanzjament nazzjonali u jekk il-kofinanzjament nazzjonali hux magħmul minn kofinanzjament pubbliku u privat;

(h)

l-azzjonijiet meħudin biex jiġu involuti s-sħab rilevanti tal-programm imsemmijin fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) fil-preparazzjoni tal-programm Interreg, u r-rwol ta’ dawk is-sħab tal-programm fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni ta’ dak il-programm;

(i)

l-approċċ previst għall-komunikazzjoni u l-viżibbiltà għall-programm Interreg permezz tad-definizzjoni tal-objettivi, l-udjenzi fil-mira, il-kanali ta’ kommunikazzjoni, is-sensibilizzazzjoni mill-midja soċjali, il-baġit ippjanat u l-indikaturi rilevanti għal monitoraġġ u evalwazzjoni.

5.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 għandha tingħata kif ġej:

(a)

rigward it-tabelli msemmija fil-punt (g) u f’dak li jikkonċerna l-appoġġ minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, dawk il-fondi għandhom ikunu stabbiliti kif ġej:

(i)

għal programmi Interreg transfruntieri esterni appoġġ mill-IPA III u mill-NDICI bħala ammont wieħed (“IPA III CBC” jew “Viċinat CBC” li jikkombinaw il-kontribuzzjoni minn [Intestatura 2 Koeżjoni u Valuri, sottolimitu Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali] u [Intestatura 6 Viċinat u d-Dinja];

(ii)

għal programmi Interreg tal-komponenti 2 u 4 appoġġati mill-IPA III, mill-NDICI jew mill-OCTP bħala ammont wieħed (“Fondi Interreg”) li jikkombina l-kontribuzzjoni minn [Intestatura 2] u [Intestatura 6] jew qsim għal kull strument ta’ finanzjament “FEŻR”, “IPA III”, “NDICI” u “OCTP”, skont l-għażla tas-sħab tal-programm;

(iii)

għal programmi Interreg tal-komponent 2 appoġġati mill-OCTP li jikkonċerna l-qsim għal kull strument ta’ finanzjament (“FEŻR” u “OCTP Greenland”); [Em. 103]

(iv)

għal programmi Interreg tal-komponent 3 appoġġati mill-NDICI u mill-OCTP qsim għal kull strument ta’ finanzjament (“FEŻR”, “NDICI” u “OCTP”, kif xieraq).

(b)

fir-rigward tat-tabella msemmija fil-punt (g)(ii) ta’ paragrafu 4, din għandha tinkludi l-ammonti għas-snin 2021 sa 2025 biss. [Em. 104]

6.   fir-rigward tal-punt (e)(vi) u (f) tal-paragrafu 4, it-tipi ta’ intervent għandhom ikunu bbażati fuq nomenklatura stabbilita fl-Anness [I] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

7.   Il-programm Interreg għandu:

(a)

jidentifika l-awtorità ta’ ġestjoni, l-awtorità ta’ awditjar u l-korp li għalihom għandhom isiru l-pagamenti mill-Kummissjoni;

(b)

jispeċifika l-proċedura għat-twaqqif tas-segretarjat konġunt u, fejn applikabbli, ta' strutturi ta' appoġġ maniġerjali fl-Istati Membri jew f'pajjiżi terzi ; [Em. 105]

(c)

jistabbilixxu t-tqassim tar-responsabbiltajiet fost l-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab jew PTEE parteċipanti, fl-eventwalità ta’ korrezzjonijiet finanzjarji imposti mill-awtorità ta’ ġestjoni jew il-Kummissjoni.

8.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe bidliet fl-informazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ paragrafu 7 mingħajr ma teħtieġ emenda tal-programm.

9.   B’deroga minn paragrafu 4, il-kontenut tal-programmi Interreg tal-komponent 4 għandu jkun adattat għall-karattru speċifiku ta’ dawn il-programmi Interreg, b’mod partikolari kif ġej:

(a)

l-informazzjoni msemmija fil-punt (a) mhix meħtieġa;

(b)

l-informazzjoni meħtieġa taħt il-punti (b) u (h) għandha tingħata bħala deskrizzjoni qasira;

(c)

għal kull objettiv speċifiku taħt kull prijorità ħlief assistenza teknika, għandha tingħata l-informazzjoni li ġejja:

(i)

id-definizzjoni ta’ benefiċjarju wieħed jew lista limitata ta’ benefiċjarji u l-proċedura ta’ għotja;

(ii)

it-tipi ta’ azzjonijiet relatati u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom għall-objettivi speċifiċi;

(iii)

l-indikaturi tal-outputs u l-indikaturi tar-riżultati mal-istadji importanti u l-miri korrispondenti;

(iv)

il-gruppi mira ewlenin;

(v)

l-analiżi indikattiva tar-riżorsi pprogrammati skont it-tip ta’ intervent.

Artikolu 18

Approvazzjoni tal-programmi Interreg

1.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta bi trasparenza sħiħa kull programm Interreg u l-konformità tiegħu mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u, fil-każ ta’ appoġġ minn strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni u fejn rilevanti, il-konsistenza tiegħu mad-dokument ta’ strateġija pluriennali skont l-Artikolu 10(1) ta' dan ir-Regolament jew il-qafas ta’ pprogrammar strateġiku rilevanti skont l-att bażiku rispettiv ta’ wieħed jew aktar minn dawn l-istrumenti. [Em. 106]

2.   Il-Kummissjoni tista’ tagħmel kummenti fi żmien tliet xhur mid-data ta’ preżentazzjoni tal-programm Interreg mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni prospettiva.

3.   L-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi jew sħab , il-PTEE jew l-PTEE parteċipanti organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni. [Em. 107]

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta' att ta' implimentazzjoni li japprova kull programm Interreg mhux aktar tard wara tliet xhur wara d-data ta' preżentazzjoni tal-verżjoni riveduta ta' dak il-programm mill-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni prospettiva. [Em. 108]

5.   Fir-rigward tal-programmi Interreg tranfruntieri esterni, il-Kummissjoni għandha tadotta d-deċiżjonijiet tagħha skont il-paragrafu 4 wara l-konsultazzjoni tal-“Kumitat tal-IPA III” f’konformità mal-Artikolu [16] tar-Regolament (UE) [IPA III] u tal-“Kumitat għall-Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Viċinat u l-Iżvilupp” skont l-Artikolu [36] tar-Regolament (UE) [NDICI].

Artikolu 19

Emenda tal-programmi Interreg

1.    Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE)…/… [CPR ġdid], l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni jista’ jippreżenta talba motivata għal emenda ta’ programm Interreg flimkien mal-programm emendat, li tistabbilixxi l-impatt mistenni ta’ dik l-emenda fuq it-twettiq tal-objettivi. [Em. 109]

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konformità tal-emenda mar-Regolament (UE) [CPR ġdid], ir-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan ir-Regolament u tista’ tagħmel kummenti fi żmien tliet xhur xahar mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm li jemenda. [Em. 110]

3.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi jew sħab , il-PTEE jew l-PTEE organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali parteċipanti għandhom jeżaminaw mill-ġdid il-programm Interreg billi jikkunsidraw il-kummenti magħmulin mill-Kummissjoni. [Em. 111]

4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emenda ta’ programm Interreg sa mhux aktar tard minn sitt tliet xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru. [Em. 112]

5.    Wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u f'konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE)…/… [CPR ġdid], l-Istat Membru jista’ jittrasferixxi matul il-perjodu ta’ programmazzjoni ammont sa 5 10 % tal-allokazzjoni inizjali ta’ prijorità u mhux aktar minn 3 5 % tal-baġit tal-programm għal prijorità oħra tal-istess programm Interreg. [Em. 113]

Tali trasferimenti ma għandhomx jaffettwaw snin preċedenti.

Dawn għandhom ikunu kkunsidrati bħala mhux sostanzjali u ma għandhomx jeħtieġu deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-programm Interreg. Iżda, huma għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji kollha. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippreżenta lill-Kummissjoni t-tabella riveduta msemmija fil-punt (g)(ii) tal-Artikolu 17(4).

6.   L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tkun meħtieġa għal korrezzjonijiet ta' natura purament klerikali jew editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjoni tal-programm Interreg. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tinforma lill-Kummissjoni dwar tali korrezzjonijiet.

TAQSIMA II

ŻVILUPP TERRITORJALI

Artikolu 20

Żvilupp territorjali integrat

Għal programmi Interreg, l-awtoritajiet jew korpi rilevanti urbani, lokali jew territorjali oħrajn responsabbli għat-tfassil ta’ strateġiji ta’ żvilupp territorjali jew lokali kif elenkati fl-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) [CRP ġdid], jew responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati taħt dawk l-istrateġiji kif imsemmi fl-Artikolu [23(4)] ta’ dak ir-Regolament jew għat-tnejn li huma għandhom ikunu jew entitajiet legali tranfruntieri jew REKT.

Entità legali transfruntiera jew REKT li jimplimenta investiment territorjali integrat skont l-Artikolu [24] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], jew għodda territorjali oħra skont il-punt (c) tal-Artikolu [22] ta’ dak ir-Regolament jista’ wkoll ikun l-uniku benefiċjarju skont l-Artikolu 23(5) ta’ dan ir-Regolament, dment li jkun hemm separazzjoni ta’ funzjonijiet f'entitajiet legali transfruntieri jew ir-REKT.

Artikolu 21

Żvilupp lokali mmexxi mill-Komunità

L-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (“CLLD”) taħt il-punt (b) tal-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jista’ jkun implimentat fil-programmi Interreg, dment li l-gruppi ta’ azzjoni lokali rilevanti huma komposti minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi u privati, li fihom ebda grupp wieħed ta’ interess ma jikkontrolla t-teħid tad-deċiżjonijiet, u tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti, li wieħed minnhom huwa Stat Membru.

TAQSIMA III

OPERAZZJONIJIET U FONDI TA’ PROĠETT ŻGĦIR

Artikolu 22

Għażla tal-operazzjonijiet Interreg

1.   L-operazzjonijiet Interreg għandhom jintgħażlu skont l-istrateġija u l-objettivi tal-programm minn kumitat ta’ monitoraġġ imwaqqaf f’konformità mal-Artikolu 27.

Dak il-kumitat ta’ monitoraġġ jista’ jistabbilixxi wieħed jew, b’mod partikolari fil-każ ta’ sottoprogrammi, aktar kumitati ta’ tmexxija li jaġixxu taħt ir-responsabbiltà tiegħu għall-għażla tal-operazzjonijiet. Il-Kumitati ta' Tmexxija għandhom japplikaw il-prinċipju tas-sħubija kif stabbilit fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE)…/… [CPR ġdid] u għandhom jinvolvu sħab mill-Istati Membri parteċipanti kollha. [Em. 114]

Jekk operazzjoni sħiħa jew parti minnha tkun implimentata barra miż-żona tal-programm [ġewwa jew barra l-Unjoni], l-għażla ta’ dik l-operazzjoni għandha teħtieġ l-approvazzjoni espliċita mill-awtorità ta’ ġestjoni fil-kumitat ta’ monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-kumitat ta’ tmexxija.

2.   Għall-għażla tal-operazzjonijiet, il-kumitat ta’ monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-kumitat ta’ tmexxija għandhom jistabbilixxu u japplikaw kriterji u proċeduri mhux diskriminatorji u trasparenti, li jiżguraw l-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli u tal-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent f’konformità mal-Artikolu 11 u l-Artikolu 191(1) TFUE.

Il-kriterji u l-proċeduri għandhom jiżguraw il-prijoritizzazzjoni ta’ operazzjonijiet li għandhom jintgħażlu bil-ħsieb li jimmassimizzaw il-kontribuzzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni biex jitwettqu l-objettivi tal-programm Interreg u biex tiġi implimentata d-dimensjoni tal-kooperazzjoni tal-operazzjonijiet taħt il-programmi ta’ Interreg, kif stabbilit fl-Artikolu 23(1) u (4).

3.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tikkonsulta mal-Kummissjoni u tikkunsidra l-kummenti tagħha tinnotifika lill-Kummissjoni qabel l-ewwel preżentazzjoni tal-kriterji tal-għażla lill-kumitat ta’ monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta’ tmexxija. L-istess għandu japplika għal kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-kriterji. [Em. 115]

4.   Fl-għażla tal-operazzjonijiet, il-kumitat Qabel ma l-kumitat ta’ monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta’ tmexxija għandu jagħżel l-operazzjonijiet, l-awtorità ta' ġestjoni għandha : [Em. 116]

(a)

jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jikkonformaw mal-programm Interreg u jipprovdu kontribuzzjoni effettiva għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tiegħu;

(b)

jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula ma jkunux f’kunflitt mal-istrateġiji korrispondenti stabbiliti skont l-Artikolu 10(1) jew stabbiliti għal wieħed jew aktar mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni;

(c)

jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jippreżentaw l-aħjar relazzjoni bejn l-ammont ta’ appoġġ, l-attivitajiet li jsiru u t-twettiq tal-objettivi;

(d)

jivverifika li l-benefiċjarju għandu r-riżorsi finanzjarji u l-mekkaniżmi neċessarji biex ikopri l-ispejjeż operattivi u ta’ manutenzjoni;

(e)

jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22) huma soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew proċedura ta’ skrinjar, fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23).

(f)

jivverifika li fejn l-operazzjonijiet ikunu bdew qabel il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-finanzjament lill-awtorità ta’ ġestjoni, tkun ġiet osservata l-liġi applikabbli;

(g)

jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-fond Interreg ikkonċernat u huma attribwiti għal tip ta’ intervent;

(h)

jiżgura li l-operazzjonijiet ma jinkludux attivitajiet li kienu parti minn operazzjoni soġġetta għal rilokazzjoni f’konformità mal-Artikolu [60] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], jew li se jkunu qed jikkostitwixxi trasferiment ta’ attività produttiva f’konformità mal-[punt (a) tal-Artikolu 59(1)] ta’ dak ir-Regolament.

(i)

jiżgura li l-operazzjonijiet magħżula mhumiex affettwati minn opinjoni motivata mill-Kummissjoni rigward ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-operazzjonijiet;

(j)

jiżgura l-protezzjoni kontra t-tibdil fil-klima ta’ investimenti fl-infrastruttura u b’tul ta’ żmien tal-anqas ta’ ħames snin.

5.   Il-kumitat ta’ monitoraġġ jew, fejn applikabbli, il-Kumitat ta’ tmexxija għandu japprova l-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla ta’ operazzjonijiet Interreg, inkluża kwalunkwe bidla għalih, mingħajr preġudizzju għall-[punt (b) tal-Artikolu 27(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] fir-rigward tas-CLLD u l-Artikolu 24 ta’ dan ir-Regolament.

6.   Għal kull operazzjoni Interreg, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tipprovdi dokument tas-sieħeb ewlieni jew uniku li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ tal-operazzjoni Interreg, inklużi r-rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw il-prodotti jew is-servizzi li għandhom jitwasslu, il-pjan ta’ finanzjament tagħha, il-limitu ta’ żmien għall-eżekuzzjoni tagħha u, fejn applikabbli, il-metodu li għandu jiġi applikat għad-determinazzjoni tal-ispejjeż tal-operazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-pagament tal-għotja.

Dan id-dokument għandu wkoll jistipula l-obbligi tas-sieħeb ewlieni fir-rigward tal-irkupri skont l-Artikolu 50. Dawn l-obbligi Proċeduri relatati mal-irkupri għandhom ikunu definiti u miftiehma mill-kumitat ta’ monitoraġġ. Madankollu, sieħeb ewlieni lokalizzat fi Stat Membru, pajjiż terz jew pajjiż imsieħeb sieħeb jew f’PTEE differenti mis-sieħeb ma għandux ikun obbligat li jirkupra permezz ta’ proċedura ġudizzjarja. [Em. 117]

Artikolu 23

Sħubija fl-operazzjonijiet Interreg

1.   L-operazzjonijiet magħżula taħt il-komponenti 1, 2 u 3 għandhom jinvolvu atturi tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti jew PTEE , fejn mill-anqas wieħed minnhom għandu jkun benefiċjarju minn Stat Membru. [Em. 118]

Il-benefiċjarji li jirċievu appoġġ minn fond Interreg u sħab li ma jirċievu ebda appoġġ finanzjarju minn dawn il-fondi (il-benefiċjarji u s-sħab flimkien: “sħab”) jikkostitwixxu sħubija ta’ operazzjoni Interreg.

2.   Operazzjoni Interreg tista’ tiġi implimentata f’pajjiż wieħed jew PTEE , dment li l-impatt u l-benefiċċji għaż-żona tal-programm huma identifikati fl-applikazzjoni tal-operazzjoni. [Em. 119]

3.   Paragrafu 1 ma għandux japplika għall-operazzjonijiet taħt il-programme PEACE PLUS li fihom il-programm qed jaġixxi biex jappoġġa l-paċi u r-rikonċiljazzjoni.

4.   Is-sħab għandhom jikkooperaw fl-iżvilupp, l-implimentazzjoni, il-ħatra ta’ u fl-implimentazzjoni kif ukoll fil-ħatra ta' persunal u l-finanzjament /jew fil-finanzjament ta’ operazzjonijiet Interreg. Għandu jsir sforz biex jiġi limitat l-għadd ta' sħab għal kull operazzjoni Interreg sa mhux aktar minn għaxra. [Em. 120]

Għal operazzjonijiet Interreg taħt il-programmi Interreg tal-komponent 3, is-sħab minn reġjuni ultraperiferiċi u pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE għandhom ikunu meħtieġa li jikkooperaw biss fi tlieta tnejn mill-erba’ dimensjonijiet elenkati fl-ewwel subparagrafu. [Em. 121]

5.   Jekk hemm żewġ sħab jew aktar, wieħed minnhom għandu jkun innominat mis-sħab kollha bħala s-sieħeb ewlieni.

6.   Entità legali transfruntiera jew REKT jista’ jkun l-uniku sieħeb ta’ operazzjoni Interreg taħt il-programmi Intereg komponenti 1, 2 u 3, dment li l-membri tiegħu jinvolvu sħab tal-anqas minn żewġ pajjiżi parteċipanti jew PTEE . [Em. 122]

Entità legali transfruntiera jew REKT għandu jkollu membri minn tal-anqas tliet pajjiżi parteċipanti taħt il-programmi Interreg tal-komponent 4.

Entità legali li timplimenta strument finanzjarju jew fond ta’ fondi, kif applikabbli, tista’ tkun l-uniku sieħeb ta’ operazzjoni Interreg mingħajr l-applikazzjoni tar-rekwiżiti għall-kompożizzjoni tagħha stipulati f’paragrafu 1.

7.   L-uniku sieħeb għandu jkun irreġistrat fi Stat Membru parteċipanti fil-programm Interreg.

Madankollu, l-uniku sieħeb jista’ jkun reġistrat fi Stat Membru mhux parteċipanti fil-programm, dment li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 23 jiġu ssodisfatti. [Em. 123]

Artikolu 24

Fondi ta’ proġett żgħir

1.   Il-kontribuzzjoni totali mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, għal fond fondi ta’ proġett żgħir wieħed jew aktar fi programm Interreg ma għandhiex taqbeż EUR 20 000 000 jew 15 20 % tal-allokazzjoni totali għall-programm Interreg, u , fil-każ ta' programm Interreg għal kooperazzjoni transfruntiera, għandha tkun liema tkun l-anqas minnhom għall-inqas 3 % tal-allokazzjoni totali . [Em. 124]

Ir-riċevituri finali f'fond ta’ proġett żgħir għandhom jirċievu l-appoġġ mill-FEŻR jew, fejn applikabbli mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni permezz tal-benefiċjarju u jimplimentaw proġetti żgħar f'dak il-fond ta’ proġett żgħir (“proġett żgħir”).

2.   Il-benefiċjarju ta’ fond ta’ proġett żgħir għandu jkun korp tal-liġi pubblika jew privata, entità legali b'personalità ġuridika jew REKT transfruntier mingħajrha jew persuna fiżika, li hija responsabbli biex tibda l-operazzjonijiet jew kemm biex tibdihom kif ukoll biex timplimentahom . [Em. 125]

3.   Id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ għal fond ta’ proġett żgħir għandu, minbarra l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 22(6) jistabbilixxi l-elementi meħtieġa sabiex jiżgura li l-benefiċjarju:

(a)

jistabbilixxi proċedura ta’ selezzjoni mhux diskriminatorja u trasparenti;

(b)

japplika kriterji oġġettivi għall-għażla ta’ proġetti żgħar, li jevitaw il-kunflitti ta’ interess;

(c)

jivvaluta l-applikazzjonijiet għal appoġġ;

(d)

jagħżel il-proġetti u jiffissa l-ammont ta’ appoġġ għal kull proġett żgħir;

(e)

huwa responsabbli għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni u jżomm fil-livell tiegħu d-dokumenti ta’ appoġġ kollha meħtieġa għal rekord tal-awditjar f’konformità mal-Anness [IX] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];

(f)

ipoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tar-riċevituri finali li jibbenefikaw mill-operazzjoni.

Il-benefiċjarju għandu jiżgura li r-riċevituri finali jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 35.

4.   L-għażla ta’ proġetti żgħar ma għandhiex tikkostitwixxi delegazzjoni ta’ kompiti mill-awtorità ta’ ġestjoni lil korp intermedju kif imsemmi fl-Artikolu [65(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

5.   Spejjeż tal-persunal u  spejjeż oħra diretti li jikkorrispondu mal-kategoriji tal-ispejjeż fl-Artikoli 39 sa 42, kif ukoll spejjeż indiretti ġġenerati fil-livell tal-benefiċjarju għall-ġestjoni ta' fond jew fondi għal proġett żgħir, ma għandhomx jaqbżu 20 % tal-ispiza tal-ispiża totali eliġibbli tal-fond jew fondi għal proġett żgħir rispettiv. [Em. 126]

6.   Jekk il-kontribuzzjoni pubblika għal proġett żgħir li ma taqbiżx EUR 100 000, il-kontribuzzjoni mill-FEŻR jew, fejn applikabbli, strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandu jieħu l-forma ta’ kost unitarju jew somom f’daqqa jew jinkludi rati fissi, minbarra proġetti li għalihom l-appoġġ jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. [Em. 127]

Meta l-ispejjeż totali ta' kull operazzjoni ma jaqbżux il-EUR 100 000, l-ammont ta' appoġġ għal proġett żgħir wieħed jew aktar jista' jiġi stabbilit fuq il-bażi ta' abbozz ta' baġit li huwa stabbilit fuq bażi ta' każ b'każ u miftiehem ex ante mill-korp li jagħżel l-operazzjoni. [Em. 128]

Jekk jintuża finanzjament b’rata fissa, il-kategoriji tal-ispejjeż li għalihom tapplika r-rata fissa jistgħu jiġu rimborżati f’konformità mal-[punt (a) tal-Artikolu 48(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

Artikolu 25

Kompiti tas-sieħeb ewlieni

1.   Is-sieħeb ewlieni għandu:

(a)

jistabbilixxi l-arranġamenti mas-sħab l-oħra fi ftehim li jinkludi dispożizzjonijiet li, inter alia, jiggarantixxu l-ġestjoni finanzjarja tajba tal-fond rispettiv tal-Unjoni allokat lill-operazzjoni Interreg, inklużi l-arranġamenti għall-irkupru ta' ammonti mħallsa indebitament;

(b)

jassumi r-responsabbiltà għall-iżgurar tal-implimentazzjoni tal-operazzjoni Interreg kollha;

(c)

jiżgura li n-nefqa ppreżentata mis-sħab kollha tkun saret fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni Interreg u tikkorrispondi mal-attivitajiet miftiehma bejn is-sħab kollha, u hija f'konformità mad-dokument ipprovdut mill-awtorità ta' ġestjoni f’konformità mal-Artikolu 22(6).

2.   Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-arranġamenti stipulati skont il-punt (a) tal-paragrafu 1, is-sieħeb prinċipali għandu jiżgura li s-sħab l-oħra jirċievu l-ammont totali tal-kontribuzzjoni minn fond rispettiv tal-Unjoni mill-aktar fis possibbli u b’mod sħiħ b'mod sħiħ u fiż-żmien miftiehem mis-sħab kollha u wara l-istess proċedura applikata fir-rigward tas-sieħeb ewlieni . L-ebda ammont ma għandu jitnaqqas jew jinżamm u ma għandha tinġabar l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b’effett ekwivalenti li se tkun qed tnaqqas dak l-ammont għas-sħab l-oħra. [Em. 129]

3.   Kwalunkwe benefiċjarju fi Stat Membru, f’pajjiż terz, f’pajjiż sieħeb jew f’PTEE parteċipanti fi programm Interreg jista’ jinħatar bħala sieħeb ewlieni. [Em. 130]

Madankollu, Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jaqblu li sieħeb li mhux qed jirċievi appoġġ mill-FEŻR jew strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni jista’ jintgħażel ukoll bħala s-sieħeb ewlieni. [Em. 131]

TAQSIMA IV

ASSISTENZA TEKNIKA

Artikolu 26

Assistenza teknika

1.   Assistenza teknika għal kull programm Interreg għandha tiġi rimborżata bħala rata fissa bl-applikazzjoni tal-perċentwali stabbilit billi jiġu applikati l-perċentwali stabbiliti fil-paragrafu 2 għall-2021 u l-2022 għall-pagamenti fis-sena tal-prefinanzjament skont il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 49(2) ta' dan ir-Regolament u mbagħad għal nefqa eliġibbli inkluża f’kull applikazzjoni għal pagament skont il-[punti (a) jew (c) tal-Artikolu 85(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] kif xieraq għas-snin sussegwenti . [Em. 132]

2.   Il-perċentwali tal-FEŻR u l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni li għandhom jiġu rimborżati għal assistenza teknika għandu jkun kif ġej:

(a)

għal programmi Interreg ta’ kooperazzjoni tranfruntiera interna appoġġati mill-FEŻR: 6 7 %; [Em. 133]

(b)

għal programmi Interreg transfruntiera esterni appoġġati mill-IPA III CBC jew mill-NDICI CBC: 10 %;

(c)

għall-programmi Interreg tal-komponenti 2, 3 u 4, kemm għall-FEŻR u, fejn applikabbli, għal strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni: 7 8 %. [Em. 134]

3.   Għal programmi Interreg b’allokazzjoni totali bejn EUR 30 000 000 u EUR 50 000 000, l-ammont li jirriżulta mill-perċentwali għal assistenza teknika għandu jiżdied b’ammont addizzjonali ta’ EUR 500 000. Il-Kummissjoni għandha żżid dak l-ammont għall-ewwel pagament interim.

4.   Għal programmi Interreg b’allokazzjoni totali anqas minn EUR 30 000 000, l-ammont meħtieġ għall-għajnuna teknika espress f’EUR u tal-perċentwali li jirriżulta għandu jiġi stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm Interreg ikkonċernat.

KAPITOLU IV

Monitoraġġ, evalwazzjoni u komunikazzjoni

TAQSIMA I

MONITORAĠĠ

Artikolu 27

Kumitat ta’ monitoraġġ

1.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab , il-PTEE jew l-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni l-PTEE kooperazzjoni reġjonali parteċipanti f’dan il-programm għandhom jistabbilixxu, bi qbil mal-awtorità ta’ ġestjoni, kumitat biex jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv (aktar ’il quddiem il-“kumitat ta’ monitoraġġ”) fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istati Membri tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta programm Interreg. [Em. 135]

2.   Il-kumitat tal-monitoraġġ għandu jkun presedut minn rappreżentant tal-Istat Membru li jospita l-awtorità ta' ġestjoni jew tal-awtorità ta’ ġestjoni.

Fejn ir-regoli ta’ proċedura tal-kumitat ta’ monitoraġġ jistabbilixxu presidenza b’rotazzjoni, il-kumitat ta’ monitoraġġ jista’ jkun ippresedut minn rappreżentant ta’ pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE, u kopresedut minn rappreżentant tal-Istat Membru jew tal-awtorità ta’ ġestjoni, u viċi versa. [Em. 136]

3.   Kull membru tal-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jkollu d-dritt li jivvota.

4.   Kull kumitat ta’ monitoraġġ għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu waqt l-ewwel laqgħa tiegħu.

Ir-regoli ta’ proċedura tal-kumitat ta’ monitoraġġ u, fejn applikabbli, il-kumitat ta’ tmexxija għandhom jevitaw kwalunkwe sitwazzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi fl-għażla tal-operazzjonijiet Interreg.

5.   Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jiltaqa’ tal-anqas darba f’sena u għandu jirrevedi il-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress tal-programm fit-twettiq tal-objettivi tiegħu.

6.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippubblika r-regoli ta’ proċedura tal-kumitat ta’ monitoraġġ u d-data , is-sinteżi tad-data u l-informazzjoni kif ukoll id-deċiżjonijiet kollha kondiviżi mal-kumitat ta’ monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2). [Em. 137]

Artikolu 28

Kompożizzjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ

1.   Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ ta’ programm Interreg għandha tista' tkun miftiehma mill-Istati Membri u, fejn applikabbli, mill-pajjiżi terzi, mill-pajjiżi sħab u mill-PTEE parteċipanti f’dak il-programm u tiżgura għandha timmira lejn rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet rilevanti, il-korpi intermedji u rappreżentanti tas-sħab tal-programm imsemmija fl-Artikolu [6] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] minn Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE. [Em. 138]

Il-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ għandha tikkunsidra n-numru ta’ Stati Membri, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fil-programm Interreg ikkonċernat. [Em. 139]

Il-Kumitat ta’ monitoraġġ għandu jinkludi wkoll rappreżentanti ta’ reġjuni u gvernijiet lokali kif ukoll korpi mwaqqfa b’mod konġunt fuq iż-żona kollha tal-programm jew li tkopri parti minnha, inklużi r-REKT. [Em. 140]

2.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippubblika lista tal-membri ta' awtoritajiet jew korpi maħtura bħala membri tal-kumitat ta’ monitoraġġ fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2). [Em. 141]

3.   Rappreżentanti tal-Kummissjoni għandhom jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta’ monitoraġġ f’kapaċità konsultattiva. [Em. 142]

3a.     Rappreżentanti ta' korpi stabbiliti matul il-qasam tal-programm jew li jkopru parti minnu, inklużi r-REKT, jistgħu jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva. [Em. 143]

Artikolu 29

Funzjonijiet tal-kumitat ta’ monitoraġġ

1.   Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jeżamina:

(a)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u t-twettiq tal-għanijiet u l-miri tal-programm Interreg;

(b)

kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm Interreg u l-miżuri meħudin biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet;

(c)

fir-rigward ta’ strumenti finanzjarji, elementi ta’ valutazzjoni ex ante elenkati fl-Artikolu [52(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u d-dokument ta’ strateġija msemmi fl-Artikolu [53(2)] ta’ dak ir-Regolament;

(d)

il-progress li sar fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet, sinteżi tal-evalwazzjonijiet u kwalunkwe segwitu għas-sejbiet;

(e)

l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà;

(f)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet Interreg ta’ importanza strateġika u, fejn applikabbli, ta’ proġetti kbar ta’ infrastruttura;

(g)

il-progress fil-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi għall-istituzzjonijiet pubbliċi u l-benefiċjarji, fejn rilevanti u jipproponi kwalunkwe miżura ta' appoġġ jekk meħtieġ . [Em. 144]

2.   Flimkien mal-kompiti tiegħu li jikkonċernaw l-għażla tal-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 22, il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu japprova:

(a)

il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet, inkluża kwalunkwe bidla fihom, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni li jinnotifika lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 22(2), mingħajr preġudizzju għall-[punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 27(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]; [Em. 145]

(b)

il-pjan ta’ evalwazzjoni u kwalunkwe emenda li ssirilu;

(c)

kull proposta mill-awtorità ta’ ġesjoni għal emenda tal-programm Interreg jew għal trasferiment f’konformità mal-Artikolu 19(5);

(d)

ir-rapport finali tal-prestazzjoni.

Artikolu 30

Rieżami

1.   Ir-rieżami jista’ jiġi organizzat mill-Kummissjoni bl-għan li tiġi eżaminata l-prestazzjoni tal-programmi Interreg.

Ir-rieżami jista’ jsir bil-miktub.

2.   B'talba tal-Kummissjoni, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha, fi żmien xahar tliet xhur , tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar l-elementi elenkati fl-Artikolu 29(1): [Em. 146]

(a)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u t-twettiq tal-għanijiet u l-miri, kull kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm Interreg rispettiv u l-azzjonijiet meħuda biex jindirizzawhom;

(b)

il-progress li sar fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet, sinteżi tal-evalwazzjonijiet u kwalunkwe segwitu għas-sejbiet

(c)

il-progress fil-bini tal-kapaċitajiet amministrattivi tal-awtoritajiet pubbliċi u l-benefiċjarji.

3.   L-eżitu tar-rieżami għandu jiġi rreġistrat f’minuti miftehma.

4.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha ssegwi l-kwistjonijiet imqajma mill-Kummissjoni u tinforma lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur dwar il-miżuri meħuda.

Artikolu 31

Trażmissjoni tad-data

1.   Kull awtorità ta’ ġestjoni għandha tittrażmetti elettronikament lill-Kummissjoni data kumulattiva tal-programm Interreg rispettiv skont il-punt (a) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament sal-31 ta’ Jannar, il-31 ta’ Marzu, il-31 ta’ Mejju, il-31 ta’ Lulju, it-30 u t-30 ta’ Settembru u t-30 ta’ Novembru ta’ kull sena ta' kull sena kif ukoll data skont il-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta' dan ir-Regolament darba f'sena f’konformità mal-mudell fl-Anness [VII] għar-Regolament (UE) [CPR ġdid]. [Em. 147]

It-trażmissjoni tad-data għandha ssir permezz tas-sistemi ta' rapportar tad-data eżistenti dment li dawk is-sistemi jkunu taw prova tal-affidabbiltà tagħhom matul il-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti. [Em. 148]

L-ewwel trażmissjoni għandha tkun dovuta fil-31 ta’ Jannar 2022 u l-aħħar waħda fit-31 ta’ Jannar 2030.

2.   Id-data msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiddettalja kull prijorità skont kull objettiv speċifiku u għandha tirreferi għal:

(a)

in-numru ta’ operazzjonijiet Interreg magħżula, l-ispiża totali eliġibbli tagħhom, il-kontribuzzjoni minn fond Interreg rispettiv u n-nefqa totali eliġibbli dikjarata mis-sħab lill-awtorità ta’ ġestjoni, ilkoll iddettaljati skont it-tipi ta’ intervent;

(b)

il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għal operazzjonijiet Interreg magħżula u l-valuri mwettqa minn operazzjonijiet Interreg finalizzati . [Em. 149]

3.   Għal strumenti ta’ finanzjament, id-data għandha tiġi pprovduta wkoll dwar dawn li ġejjin:

(a)

in-nefqa eliġibbli skont it-tip ta’ prodott finanzjarju;

(b)

l-ammont tal-ispiża u ta’ tariffi tal-ġestjoni ddikjarati bħala nefqa eliġibbli;

(c)

l-ammont, it-tip ta’ prodott finanzjarju, ir-riżorsi pubbliċi u privati mobilizzati flimkien mal-Fondi;

(d)

l-imgħax u dħul ieħor iġġenerat permezz tal-appoġġ minn fondi Interreg lill-istrumenti finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u r-riżorsi ritornati li jistgħu jiġu attribwiti għall-appoġġ mill-fondi Interreg kif imsemmi fl-Artikolu 56 ta’ dak ir-Regolament.

4.   Id-data ppreżentata f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tkun aġġornata sal-aħħar tax-xahar ta’ qabel ix-xahar tal-preżentazzjoni.

5.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippubblika d-data trażmessa lill-Kummissjoni fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).

Artikolu 32

Rapport finali tal-prestazzjoni

1.   Kull awtorità ta’ ġestjoni għandha tippreżenta lill-Kummissjoni rapport finali tal-prestazzjoni tal-programm Interreg rispettiv sal-15 ta’ Frar 2031.

Ir-rapport finali tal-prestazzjoni għandu jkun ippreżentat bl-użu tal-mudell stabbilit f’konformità mal-Artikolu [38(5)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

2.   Ir-rapport finali tal-prestazzjoni għandu jivvaluta t-twettiq tal-objettivi tal-programmi fuq il-bażi tal-elementi elenkati fl-Artikolu 29, bl-eċċezzjoni tal-punt (c) tal-paragrafu 1 tiegħu.

3.   Il-Kummissjoni għandha teżamina r-rapport finali tal-prestazzjoni u tinforma lill-awtorità ta’ ġestjoni dwar il-kummenti tagħha fi żmien ħames xhur mid-data li fiha tkun irċeviet dan ir-rapport. Jekk isiru dawn il-kummenti, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward ta’ dawn il-kummenti u, fejn ikun xieraq, tinforma lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur dwar il-miżuri meħuda. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru bl-aċċettazzjoni tar-rapport.

4.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippubblika r-rapport finali tal-prestazzjoni fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).

Artikolu 33

Indikaturi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg)

1.   L-indikaturi tal-output komuni u tar-riżultat komuni, stabbiliti fl-Anness [I] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid], u, fejn neċessarju, l-indikaturi tal-output speċifiku għal programm u tar-riżultat li jirriżulta li jkunu l-aktar adatti biex ikejlu l-progress lejn l-għanijiet tal-programm tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), għandhom ikunu użati f’konformità mal-Artikolu [12(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], u l-punt (d)(ii) tal-Artikolu 17(3) u l-punt (b) tal-Artikolu 31(2) ta’ dan ir-Regolament. [Em. 150]

1a.     Meta neċessarju u f'każijiet debitament ġustifikati mill-awtorità ta' ġestjoni, l-indikaturi tal-output speċifiku għal programm u tar-riżultat għandhom jintużaw flimkien mal-indikaturi li ntgħażlu f'konformità mal-paragrafu 1. [Em. 151]

2.   Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti fil-livell ta’ żero. L-istadji importanti stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.

TAQSIMA II

EVALWAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI

Artikolu 34

Evalwazzjoni matul il-perjodu ta' programmazzjoni

1.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet ta’ kull programm Interreg , mhux aktar minn darba fis-sena . Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-effettività tal-programm, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE bil-għan li tittejjeb il-kwalità tad-disinn u l-implimentazzjoni tal-programm Interreg rispettiv. [Em. 152]

2.   Barra minn hekk, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha twettaq evalwazzjoni għal kull programm Interreg biex tevalwa l-impatt tiegħu sal-30 ta’ Ġunju 2029.

3.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tafda l-evalwazzjonijiet lil esperti funzjonalment indipendenti.

4.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha l-għan li tiżgura l-proċeduri neċessarji biex tipproduċi u tiġbor id-data meħtieġa għall-evalwazzjonijiet. [Em. 153]

5.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tfassal pjan ta’ evalwazzjoni li jista’ jkopri aktar minn programm Interreg wieħed.

6.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippreżenta l-pjan ta’ evalwazzjoni lill-kumitat ta’ monitoraġġ mhux aktar tard minn sena wara l-approvazzjoni tal-programm Interreg rispettiv.

7.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippubblika l-evalwazzjonijiet kollha fis-sit web imsemmi fl-Artikolu 35(2).

Artikolu 35

Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni u tas-sħab fir-rigward tat-trasparenza u l-komunikazzjoni

1.   Kull awtorità ta’ ġestjoni għandha tidentifika uffiċjal tal-komunikazzjoni għal kull programm Interreg taħt ir-responsabbiltà tagħha.

2.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li, fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm Interreg, ikun hemm sit web fejn informazzjoni dwar kull programm Interreg taħt ir-responsabbiltà tagħha hija disponibbli, li tkopri l-objettivi, l-attivitajiet, l-opportunitajiet ta’ finanzjament disponibbli u t-twettiq tal-programm.

3.   L-Artikolu [44 minn (2) sa (7 6 )] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] dwar ir-responsabbiltajiet tal-awtorità ta’ ġestjoni għandu japplika. [Em. 154]

4.   Kull sieħeb ta’ operazzjoni Interreg jew kull korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju għandu jirrikonoxxi l-appoġġ minn fond Interreg, inklużi riżorsi użati mill-ġdid għal strumenti finanzjarji f’konformità mal-Artikolu [56] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], għal operazzjoni Interreg billi:

(a)

jipprovdi fis-sit web professjonali tas-sieħeb, fejn jeżisti sit web ta’ din ix-xorta, spjegazzjoni qasira dwar l-operazzjoni, proporzjonata għal-livell tal-appoġġ ipprovdut minn fond Interreg, inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jixħet dawl fuq l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni;

(b)

jipprovdi dikjarazzjoni li tenfasizza l-appoġġ minn fond Interreg b’mod viżibbli fuq dokumenti u materjal ta’ komunikazzjoni relatati mal-implimentazzjoni Interreg, użati għall-pubbliku jew għall-parteċipanti;

(c)

juri pubblikament billboards jew plakek pubbliċi hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni Interreg li tinvolvi investiment fiżiku jew ix-xiri ta’ tagħmir, li l-ispiża totali tiegħu jeċċedi EUR 100 000 l-EUR 50 000 ; [Em. 155]

(d)

għall-operazzjonijiet Interreg li ma jaqgħux taħt il-punt (c), juri pubblikament tal-anqas wiri stampat jew u, fejn applikabbli, f’forma elettronika ta’ daqs minimu ta’ A3 A2 b’informazzjoni dwar l-operazzjoni Interreg li tenfasizza l-appoġġ minn fond Interreg; [Em. 156]

(e)

għal operazzjonijiet ta’ importanza strateġika u operazzjonijiet li l-ispiża totali tagħhom taċċedi EUR 10 000 000 5 000 000 li jorganizzaw avveniment ta’ komunikazzjoni u jinvolvu l-Kummissjoni u lill-awtorità ta’ ġestjoni responsabbli f’ħin xieraq. [Em. 157]

It-terminu “Interreg” għandu jintuża ħdejn l-emblema tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu [42] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

5.   Għal fondi għal proġett żgħir u strumenti ta’ finanzjament, il-benefiċjarju għandu jiżgura li r-riċevituri finali jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (c) tal-paragrafu 4.

6.   Meta l-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu [42] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] jew il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu japplika jew ma jirrimedjax l-ommissjoni tiegħu f'ħin xieraq, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tapplika korrezzjoni finanzjarja billi jikkanċella tikkanċella sa 5 % tal-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni kkonċernata. [Em. 158]

KAPITOLU V

Eligibbiltà

Artikolu 36

Regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa

1.   It-totalità jew parti minn operazzjoni Interreg tista’ tkun implimentata barra minn Stat Membru, inkluż barra l-Unjoni, sakemm dik l-operazzjoni Interreg tikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm Interreg rispettiv.

2.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli tal-eliġibbiltà stipulati fl-Artikoli minn [57 sa 62] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], l-Artikoli [4 u 6] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] jew f’dan il-Kapitolu, inklużi f’atti adottati taħtu, l-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE għandhom, b’deċiżjoni konġunta fil-kumitat ta’ monitoraġġ, biss jistabbilixxu regoli addizzjonali dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programm Interreg fuq il-kategoriji ta’ nefqa mhux koperti minn dawk id-dispożizzjonijiet. Dawk ir-regoli addizzjonali għandhom ikopru ż-żona tal-programm b’mod ġenerali.

Madankollu, fejn programm Interreg jagħżel l-operazzjonijiet ibbażati fuq sejħiet għal proposti, dawn ir-regoli għandhom jiġu adottati qabel ma tiġi ppubblikata l-ewwel sejħa għall-proposti. Fil-każijiet l-oħra kollha, dawn ir-regoli għandhom ikunu adottati qabel ma jintgħażlu l-ewwel operazzjonijiet.

3.   Għal kwistjonijiet mhux koperti mir-regoli dwar l-eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli minn [minn 57 sa 62] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], l-Artikoli [4 u 6] tar-Regolament (UE) [FEŻR ġdid] u dan il-Kapitolu, inklużi f’atti adottati taħtu jew regoli stabbiliti f’konformità mal-paragrafu 4, ir-regoli nazzjonali tal-Istat Membru u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE li fihom issir in-nefqa għandhom japplikaw.

4.   F’każ ta’ differenza ta’ opinjoni bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-awtorità ta’ awditjar fir-rigward tal-eliġibbiltà bħala tali ta’ operazzjoni Interreg magħżula taħt il-programm Interreg rispettiv, l-opinjoni tal-awtorità ta’ ġestjoni għandha tipprevali, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-opinjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ.

5.   Il-PTEE ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR taħt il-programmi Interreg, iżda jistgħu jipparteċipaw f’dawn il-programmi taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

Artikolu 37

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-eliġibbiltà ta’ kategoriji tal-ispiża

1.   L-Istati Membri parteċipanti u, fejn applikabbli, pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE, jistgħu jaqblu fil-kumitat ta’ monitoraġġ ta’ programm Interreg li n-nefqa li taqa’ taħt waħda jew aktar mill-kategoriji msemmija fl-Artikoli minn 38 sa 43 ma għandhiex tkun eliġibbli taħt prijorità waħda jew aktar ta’ programm Interreg.

2.   Kull nefqa eliġibbli f'konformità ma' dan ir-Regolament, imħallsa minn jew f’isem sieħeb Interreg, għandha tkun relatata mal-ispejjeż ta’ bidu jew mal-bidu u l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni jew ta’ parti minn operazzjoni.

3.   L-ispejjeż li ġejjin mhumiex eliġibbli:

(a)

multi, penalitajiet finanzjarji u n-nefqa fuq tilwim legali u l-litigazzjoni;

(b)

spejjeż ta' rigali, apparti dawk li l-valur unitarju tagħhom ma jkunx ogħla minn EUR 50, meta jkunu jirrigwardaw il-promozzjoni, il-komunikazzjoni, ir-reklamar jew l-informazzjoni;

(c)

l-ispejjeż relatati ma' fluttwazzjoni fir-rata tal-kambju.

Artikolu 38

Spejjeż tal-persunal

1.   L-ispejjeż tal-persunal għandhom jikkonsistu fi spejjeż ta' impjieg gross tal-persunal impjegat mis-sieħeb Interreg f'waħda mill-modalitajiet li ġejjin:

(a)

full time;

(b)

part-time b'perċentwali fiss ta' ħin maħdum għal kull xahar;

(c)

part-time b’numru flessibbli ta' sigħat maħduma għal kull xahar; jew

(d)

fuq bażi ta' kull siegħa.

2.   L-ispejjeż tal-persunal għandhom ikunu limitati għal dawn li ġejjin:

(a)

il-pagamenti ta' salarji relatati mal-attivitajiet li l-entità ma twettaqx jekk l-operazzjoni kkonċernata ma tkunx saret, stabbiliti f'kuntratt ta' impjieg jew xogħol, f'deċiżjoni ta' ħatra (minn hawn 'il quddiem imsejħa t-tnejn li huma “dokument ta' impjieg”) jew bil-liġi, u marbuta mar-responsabbiltajiet speċifikati fid-deskrizzjoni tal-impjieg tal-membru tal-persunal ikkonċernat;

(b)

kwalunkwe spejjeż oħra direttament marbuta mal-pagamenti ta’ salarji mġarrba u mħallsa mill-impjegatur, bħalma huma t-taxxi fuq l-impjieg u s-sigurtà soċjali inklużi l-pensjonijiet, kif kopert mir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24), sakemm huma:

(i)

ikunu stabbiliti f'xi dokument ta' impjieg jew bil-liġi;

(ii)

ikunu f'konformità mal-leġiżlazzjoni msemmija fid-dokument ta' impjieg u mal-prassi standard tal-pajjiż jew tal-organizzazzjoni fejn effettivament ikun qed jaħdem il-membru individwali tal-persunal jew mat-tnejn li huma; u

(iii)

ma jkunux irkuprabbli mill-impjegatur.

Fir-rigward tal-punt (a), il-pagamenti lil persuni fiżiċi li jaħdmu għas-sieħeb Interreg fil-qafas ta' kuntratt ħlief kuntratt tal-impjieg jew tax-xogħol jistgħu jiġu assimilati mal-pagamenti ta' salarji u kuntratt bħal dan ikun jista' jitqies bħala dokument ta' impjieg.

3.   L-ispejjeż marbuta mal-persunal jistgħu jiġu rimborżati:

(a)

f’konformità mal-[punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] (ipprovat permezz tad-dokument ta’ impjieg u tal-payslips); jew

(b)

fuq il-bażi tal-opzjonijiet tal-ispejjeż simplifikati, kif stabbilit fil-[punti minn (b) sa (e) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 48(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]; jew

(c)

bħala rata L-ispejjeż diretti marbuta mal-persunal ta' operazzjoni jistgħu jiġu kkalkulati b'rata fissa f’konformità mal-Artikolu [50(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] ta' mhux aktar minn 20 % tal-ispejjeż diretti minbarra l-ispejjeż marbuta mal-persunal ta' dik l-operazzjoni, mingħajr ma jkun hemm obbligu fuq l-Istat Membru li jagħmel kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli . [Em. 159]

4.   L-ispejjeż tal-persunal relatati ma' individwi li jiġu assenjati inkarigu part-time waqt operazzjoni, għandhom ikunu kkalkulati jew bħala:

(a)

perċentwali fiss tal-ispiża ta’ impjieg gross f’konformità mal-Artikolu [50(2)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]; jew

(b)

sehem flessibbli tal-ispiża tal-impjieg gross, f'konformità man-numru ta' sigħat li jvarjaw minn xahar għal ieħor, maħduma waqt l-operazzjoni, fuq il-bażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni ta' ħin li tkopri 100 % tal-ħin tax-xogħol tal-impjegat.

5.   Fir-rigward tal-karigi part-time msemmija taħt il-punt (b) tal-paragrafu 4, ir-rimborż tal-ispejjeż marbuta mal-persunal jiġi kkalkulat fuq bażi ta' rata fis-siegħa, determinat billi:

(a)

tiġi diviża l-ispiża jinqasmu l-ispejjeż gross tal-impjieg ta' kull xahar li ġew iddokumentati l-aħħar bil-ħin tax-xogħol ta’ kull xahar stabbilit fid-dokument ta' tal-persuna kkonċernata skont il-liġi applikabbli kif imsemmi fil-kuntratt ta' impjieg u espress f’sigħat l-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 50 tar-Regolament (UE) …/…[CPR ġdid] ; jew [Em. 160]

(b)

tiġi diviża l-ispiża dokumentata tal-impjieg gross annwali l-aktar riċenti, b'1 720 siegħa, f’konformità mal-[paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu [50] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

6.   L-ispejjeż marbuta mal-persunal relatati ma' individwi li, skont id-dokument ta' impjieg, jaħdmu fuq bażi ta' kull siegħa, ikunu eliġibbli billi jiġi mmultiplikat in-numru ta' sigħat li jkunu effettivament inħadmu waqt l-operazzjoni mar-rata fis-siegħa miftiehma fid-dokument ta' impjieg, fuq il-bażi ta' sistema ta' reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol. Jekk ma jkunux għadhom ġew inklużi fir-rata fis-siegħa miftiehma, l-ispejjeż tas-salarji kif imsemmija fl-ambitu tal-punt (b) tal-Artikolu 38(2) jistgħu jiġu miżjuda ma' dik ir-rata fis-siegħa, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli. [Em. 161]

Artikolu 39

Spejjeż għall-uffiċċju u amministrattivi

L-ispejjeż għall-uffiċċju u amministrattivi għandhom ikunu għal 15 % tal-ispejjeż diretti totali ta' operazzjoni u limitati għall-elementi li ġejjin: [Em. 162]

(a)

il-kirja tal-uffiċċji;

(b)

l-assigurazzjoni u t-taxxi relatati mal-bini fejn ikun qiegħed il-persunal u mat-tagħmir tal-uffiċċji (pereż. assigurazzjonijiet fuq is-serq u kontra n-nar);

(c)

l-utilitajiet (pereż. l-elettriku, it-tisħin, l-ilma);

(d)

il-provvisti tal-uffiċċju;

(e)

il-kontabbiltà ġenerali pprovduta fl-organizzazzjoni benefiċjarja;

(f)

l-arkivji;

(g)

il-manutenzjoni, it-tindif u t-tiswijiet;

(h)

is-sigurtà;

(i)

is-sistemi tal-IT;

(j)

il-mezzi ta' komunikazzjoni (pereż. it-telefown, il-faks, l-Internet, is-servizzi postali, il-biljetti ta' kuntatt);

(k)

l-imposti bankarji għall-ftuħ u l-amministrazzjoni ta' kont jew kontijiet, meta l-implimentazzjoni ta' operazzjoni tkun tirrikjedi li jinfetaħ kont separat;

(l)

l-imposti għal tranżazzjonijiet finanzjarji tranżnazzjonali.

Artikolu 40

Spejjeż ta' vvjaġġar u ta' akkomodazzjoni;

1.   L-ispejjeż ta’ vvjaġġar u ta' akkomodazzjoni għandhom ikunu limitati għall-elementi li ġejjin:

(a)

l-ispejjeż ta' vvjaġġar (pereż. il-biljetti, l-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar u tal-karozzi, il-fjuwil, il-kilometraġġ, in-nollijiet, u l-miżati għall-parkeġġ);

(b)

l-ispejjeż tal-ikliet;

(c)

l-ispejjeż ta' akkomodazzjoni;

(d)

l-ispejjeż tal-viża;

(e)

l-indennizzi ta’ kuljum,

irrispettivament minn jekk dawn l-ispejjeż jiġġarrbux u jitħallsux fi jew barra ż-żona tal-programm.

2.   Kull element elenkat fil-punti minn (a) sa (d) tal-paragrafu 1, kopert minn indennizz ta' kuljum, ma jkunx rimborżat flimkien mal-indennizz ta’ kuljum.

3.   L-ispejjeż ta’ vvjaġġar u ta’ akkomodazzjoni ta' esperti u fornituri tas-servizz esterni jaqgħu taħt l-ispejjeż għall-għarfien espert u s-servizzi esterni elenkati fl-Artikolu 41.

4.   Il-pagament dirett ta' nefqa għal spejjeż skont dan l-Artikolu min-naħa ta' impjegat tal-benefiċjarju għandu jkun appoġġat bi prova ta' rimborż mill-benefiċjarju lil dak l-impjegat. Dik il-kategorija tal-ispejjeż tista' tintuża għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar tal-persunal tal-operazzjoni u partijiet ikkonċernati oħra għall-fini tal-implimentazzjoni u l-promozzjoni tal-operazzjoni u l-Programm Interreg. [Em. 163]

5.   L-ispejjeż ta’ vvjaġġar u ta’ akkommodazzjoni ta’ operazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati b'rata fissa ta' mhux aktar minn 15 % tal-ispejjeż diretti ħlief l-ispejjeż diretti tal-persunal ta’ dik l-operazzjoni. [Em. 164]

Artikolu 41

Spejjeż għall-għarfien espert u s-servizzi esterni

L-ispejjeż għall-għarfien espert u s-servizzi esterni għandhom ikun ikunu magħmula iżda mhux limitati għas-servizzi u l-għarfien espert li ġejjin, ipprovduti minn xi korp legali pubbliku jew privat jew minn persuna fiżika, ħlief il-benefiċjarju tal-operazzjoni , inklużi s-sħab kollha tagħha : [Em. 165]

(a)

l-istudji jew l-istħarriġiet (pereż. evalwazzjonijiet, strateġiji, dokumenti kunċettwali, pjanijiet ta' disinn, manwali);

(b)

it-taħriġ;

(c)

it-traduzzjonijiet;

(d)

is-sistemi tal-IT u l-iżvilupp ta' siti web, il-modifiki u l-aġġornamenti;

(e)

il-promozzjoni, il-komunikazzjoni, ir-reklamar jew l-informazzjoni marbuta ma' operazzjoni jew ma' programm ta' kooperazzjoni bħala tali;

(f)

il-ġestjoni finanzjarja;

(g)

is-servizzi relatati mal-organizzazzjoni u mal-implimentazzjoni ta' avvenimenti jew laqgħat (inklużi l-kiri, il-forniment tal-ikel jew l-interpretazzjoni);

(h)

il-parteċipazzjoni f'avvenimenti (pereż. il-miżati ta' reġistrazzjoni);

(i)

il-konsulenza legali u s-servizzi notarili, l-għarfien espert tekniku u finanzjarju, servizzi oħra ta' konsulenza u kontabbiltà;

(j)

id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali;

(k)

il-verifiki skont il-[punt (a) tal-Artikolu 68(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u l-Artikolu 45(1) ta’ dan ir-Regolament;

(l)

l-ispejjeż tal-funzjoni ta’ kontabbiltà fuq il-livell ta’ programm skont l-Artikolu [70] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u l-Artikolu 46 ta’ dan ir-Regolament;

(m)

l-ispejjeż tal-awditjar fuq il-livell tal-programm skont l-Artikolu [72] u [75] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] skont l-Artikoli 47 u 48 ta’ dan ir-Regolament;

(n)

l-għoti ta' garanziji minn bank jew istituzzjoni finanzjarja oħra, fejn ikun mitlub mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali, jew f'xi dokument ta' programmazzjoni adottat mill-kumitat ta' monitoraġġ;

(o)

l-ivvjaġġar u l-akkomodazzjoni għall-esperti esterni, il-kelliema, il-presidenti tal-laqgħat u l-fornituri tas-servizz; [Em. 166]

(p)

għarfien espert u servizzi speċifiċi oħra meħtieġa għall-operazzjonijiet.

Artikolu 42

Spejjeż tat-tagħmir

1.   L-ispejjeż tat-tagħmir mixtri, mikri jew imwelli mill-benefiċjarju tal-operazzjoni ħlief dawk koperti bl-Artikolu 39, għandhom ikunu magħmula iżda mhux limitati għal li ġejjin: [Em. 167]

(a)

l-apparat tal-uffiċċju;

(b)

il-hardware u s-software tal-IT;

(c)

l-għamara u l-fittings;

(d)

l-apparat tal-laboratorju;

(e)

il-magni u l-istrumenti;

(f)

l-għodod jew l-apparat;

(g)

il-vetturi;

(h)

tagħmir speċifiku ieħor meħtieġ għall-operazzjonijiet.

2.   L-ispejjeż tax-xiri ta' tagħmir second-hand jistgħu jkunu eliġibbli bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ma tkun ingħatat ebda assistenza oħra għalih mill-fondi tal-Interreg jew mill-Fondi elenkati fil-[punt (a) tal-Artikolu 1(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid];

(b)

dan il-prezz ma jaqbiżx il-prezz ġeneralment aċċettat fis-suq inkwistjoni;

(c)

ikollu l-karatteristiċi tekniċi meħtieġa għall-operazzjoni u jkun konformi man-normi u mal-istandards applikabbli.

Artikolu 43

Spejjeż għall-infrastruttura u x-xogħlijiet

L-ispejjeż għall-infrastruttura u xogħlijiet għandhom ikunu limitati għal dawn li ġejjin:

(a)

ix-xiri tal-art f’konformità mal-[punt (c) (b) tal-Artikolu 58(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]; [Em. 168]

(b)

il-permessi tal-bini;

(c)

il-materjal tal-bini;

(d)

ix-xogħol;

(e)

l-interventi speċjalizzati (pereż. ir-remedjazzjoni tal-ħamrija, it-tindif tal-mini).

KAPITOLU VI

Awtoritajiet ta’ programm Interreg, ġestjoni, kontroll u awditjar

Artikolu 44

Awtoritajiet ta’ programm Interreg

1.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab , il-PTEE, l-organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jidentifikaw, għall-finijiet tal-Artikolu [65] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], awtorità ta’ ġestjoni unika u awtorità ta’ awditjar waħda. [Em. 169]

2.   L-awtorità ta’ ġestjoni u l-awtorità ta’ awditjar għandhom ikunu jistgħu jkunu lokalizzati fl-istess Stat Membru. [Em. 170]

3.   Fir-rigward tal-programm PEACE PLUS, il-Korp Speċjali tal-Programmi tal-UE, meta dan jiġi identifikat bħala l-awtorità ta’ ġestjoni, għandu jkun kkunsidrat li huwa lokalizzat fi Stat Membru.

4.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, u l-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jidentifikaw REKT bħala awtorità ta’ ġestjoni ta’ dak il-programm.

5.   Fir-rigward ta’ programm Interreg taħt il-komponent 2B, u taħt il-komponent 1, fejn dan tal-aħħar ikopri fruntieri twal bi sfidi u ħtiġijiet ta’ żvilupp eteroġenju, l-Istati Membri u, fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg jistgħu jiddefinixxu oqsma tas-sottoprogramm. [Em. 171]

6.   Jekk l-awtorità ta' ġestjoni tidentifika korp intermedju wieħed jew aktar taħt programm Interreg f'konformità mal-Artikolu [65(3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], il-korp intermedju għandu jwettaq jew il-korpi kkonċernati għandhom iwettqu dawk il-kompiti f'aktar minn Stat Membru parteċipanti wieħed jew fl-Istati Membri rispettivi tagħhom, jew , fejn applikabbli, f'aktar minn pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE wieħed . [Em. 172]

Artikolu 45

Funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni

1.   L-awtorità ta’ ġestjoni ta’ programm Interreg għandha twettaq il-funzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli [66], [68] u [69] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] bl-eċċezzjoni tal-kompitu li tagħżel l-operazzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 66(1), u l-Artikolu 67 u ta’ pagamenti lil benefiċjarji msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 68(1). Dawn il-funzjonijiet għandhom jitwettqu madwar it-territorju kollu kopert minn dak il-programm, suġġett għad-derogi stabbiliti fil-Kapitolu VIII ta’ dan ir-Regolament.

1a.     B'deroga mill-Artikolu 87(2) tar-Regolament (UE) …/… [CPR ġdid], il-Kummissjoni għandha tirrimborża bħala pagamenti interim 100 % tal-ammonti inklużi fl-applikazzjoni għal ħlas li jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-rata ta' kofinanzjament tal-programm għan-nefqa eliġibbli totali jew għall-kontribuzzjoni pubblika, kif xieraq. [Em. 173]

1b.     Meta l-awtorità ta' ġestjoni ma twettaqx verifika fl-ambitu tal-punt (a) tal-Artikolu 68(1) tar-Regolament (UE) …/… [CPR ġdid] fuq iż-żona kollha tal-programm, kull Stat Membru għandu jaħtar korp jew persuna responsabbli mit-twettiq ta' tali verifika fir-rigward tal-benefiċjarji preżenti fit-territorju tiegħu. [Em. 174]

1c.     B'deroga mill-Artikolu 92 tar-Regolament (UE)…/… [CPR ġdid], il-programmi Interreg mhumiex soġġetti għall-approvazzjoni annwali tal-kontijiet. Il-kontijiet jiġu approvati fi tmiem programm, abbażi tar-rapport finali dwar il-prestazzjoni. [Em. 175]

2.   L-awtorità ta’ ġestjoni, wara konsultazzjoni mal-Istati Membri u, fejn applikabbli, kwalunkwe pajjiżi terzi, pajjiżi sħab jew PTEE parteċipanti fil-programm Interreg, għandha twaqqaf segretarjat konġunt, b’persunal billi titqies is-sħubija tal-programm.

Is-segretarjat konġunt għandu jassisti lill-awtorità ta’ ġestjoni u lill-kumitat ta’ monitoraġġ fit-twettiq tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom. Is-segretarjat konġunt għandu jipprovdi wkoll informazzjoni lill-benefiċjarji potenzjali dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament taħt programmi Interreg u għandu jassisiti lill-benefiċjarji u s-sħab fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet.

3.   B’deroga minn [punt (c) tal-Artikolu 70(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid], nefqa mħallsa f’munita oħra għandha tkun konvertita f’euro minn kull sieħeb bl-użu tar-rata ta’ kambju tal-kontabbiltà ta’ kull xahar tal-Kummissjoni fix-xahar li matulu dik in-nefqa tkun ġiet ippreżentata għall-verifika lill-awtorità ta’ ġestjoni f’konformità mal-[punt (a) tal-Artikolu 68(1)] ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 46

Il-funzjoni tal-kontabbiltà

1.   L-Istati Membri u, fejn applikabbli, u l-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab u l-PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jaqblu dwar l-arranġamenti biex titwettaq il-funzjoni tal-kontabbiltà.

2.   Il-funzjoni tal-kontabbiltà għandha tikkonsisti fil-kompiti elenkati fil-[punti (a) u (b) tal-Artikolu 70(1)] tar-Regolament [CPR ġdid] u għandha wkoll tkopri l-pagamenti magħmula mill-Kummissjoni u, bħala regola ġenerali, il-pagamenti magħmula lis-sieħeb ewlieni f’konformità mal-[punt (b) tal-Artikolu 68(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

Artikolu 47

Funzjonijiet tal-awtorità tal-awditjar

1.   L-awtorità ta’ awditjar ta’ programm Interreg għandha twettaq il-funzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 48 fit-territorju kollu kopert minn dak il-programm Interreg, soġġett għad-derogi stabbiliti fil-Kapitolu VIII.

Madankollu, Stat Membru parteċipanti jista’ jispeċifika meta l-awtorità tal-awditjar għandha tkun akkumpanjata minn awditur minn dak l-Istat Membru parteċipanti.

2.   L-awtorità ta’ awditjar ta’ programm Interreg għandha tkun responsabbli li twettaq awditjar tas-sistema u awditjar fuq operazzjonijiet sabiex tipprovdi assigurazzjoni indipendenti lill-Kummissjoni li s-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll jiffunzjonaw b’mod effettiv u li n-nefqa inkluża fil-kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni hija legali u regolari.

3.   Jekk programm Interreg ikun inkluż fil-popolazzjoni li minnha l-Kummissjoni għażlet kampjun komuni skont l-Artikolu 48(1), l-awtorità ta’ awditjar għandha twettaq awditjar ta’ operazzjonijiet magħżula mill-Kummissjoni sabiex tipprovdi assigurazzjoni indipendenti lill-Kummissjoni li s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll jiffunzjonaw b’mod effettiv.

4.   Ix-xogħol tal-awditjar jitwettaq f’konformità mal-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.

5.   L-awtorità ta’ awditjar għandha tfassal u tippreżenta lill-Kummissjoni kull sena sal-15 ta’ Frar wara tmiem is-sena ta’ kontabbiltà opinjoni annwali tal-awditjar f’konformità mal-Artikolu [63(7)] tar-Regolament [FR-Omnibus] bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness [XVI] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u bbażata fuq ix-xogħol tal-awditjar kollu mwettaq, li jkopri kull wieħed mill-komponenti li ġejjin:

(a)

il-kompletezza, il-veraċità u l-akkuratezza tal-kontijiet;

(b)

il-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni;

(c)

is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-programm Interreg.

Jekk il-programm Interreg hu inkluż fil-popolazzjoni li minnha l-Kummissjoni tagħżel kampjun skont l-Artikolu 48(1), l-opinjoni annwali tal-awditjar għandha tkopri biss il-komponenti msemmija fil-punti (a) u (c) tal-ewwel subparagrafu.

L-iskadenza tal-15 ta’ Frar tista' tiġi estiża b'mod eċċezzjonali mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu, fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mill-Istat Membru ospitanti l-awtorità ta’ ġestjoni kkonċernati.

6.   L-awtorità ta’ awditjar għandha tfassal u tippreżenta lill-Kummissjoni kull sena sal-15 ta’ Frar wara tmiem is-sena ta’ kontabbiltà rapport ta’ kontroll annwali f’konformità mal-[punt (b) tal-Artikolu 63(5)] tar-Regolament [FR-Omnibus] bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness [XVII] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u, tappoġġa l-opinjoni tal-awditjar prevista fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu u tistabbilixxi sommarju tas-sejbiet, inklużi analiżi tan-natura u l-firxa ta’ żbalji u nuqqasijiet fis-sistemi kif ukoll azzjonijiet korrettivi proposti u implimentati u r-rata ta’ żball totali u r-rata ta’ żball residwu għan-nefqa mniżżla fil-kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni.

7.   Jekk il-programm Interreg hu inkluż fil-popolazzjoni li minnha l-Kummissjoni tagħżel kampjun skont l-Artikolu 48(1), l-awtorità ta’ awditjar għandha tfassal ir-rapport annwali ta’ kontroll imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu u tissodisfa r-rekwiżiti tal-[punt (b) tal-Artikolu 63(5)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] bl-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness XVII tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u tappoġġa l-opinjoni ta’ awditjar prevista fil-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Dan ir-rapport għandu jipprovdi sommarju tas-sejbiet, inklużi analiżi tan-natura u l-firxa ta’ żbalji u nuqqasijiet fis-sistemi kif ukoll azzjonijiet korrettivi proposti u implimentati, ir-riżultati tal-awditjar tal-operazzjonijiet imwettqa mill-awtorità tal-awditjar fir-rigward ta’ kampjun komuni msemmi fl-Artikolu 48(1) u l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-awtoritajiet tal-programm Interreg għal kwalunkwe irregolarità individwali misjuba mill-awtorità ta’ awditjar għal dawn l-operazzjonijiet.

8.   L-awtorità ta’ awditjar għandha tittrażmetti rapporti ta’ awditjar tas-sistema lill-Kummissjoni hekk kif il-proċedura kontradittorja meħtieġ mal-awditjat rilevanti hi konkluża.

9.   Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet ta’ awditjar għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari u tal-anqas darba fis-sena, sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor, sabiex jeżaminaw l-istrateġija ta’ awditjar, ir-rapport annwali ta’ kontroll u l-opinjoni tal-awditjar, sabiex jikkoordinaw il-pjanijiet u l-metodi tagħhom ta’ awditjar u sabiex jiskambjaw fehmiet dwar kwistjonijiet relatati mat-titjib tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

Artikolu 48

Awditjar ta’ operazzjonijiet

1.   Il-Kummissjoni għandha tagħżel kampjun ta’ operazzjonijiet komuni (jew unitajiet oħra ta’ kampjunar) bl-użu ta’ metodu ta’ statistika ta’ teħid ta’ kampjuni għall-awditjar ta’ operazzjonijiet li għandu jitwettaq mill-awtoritajiet tal-awditjar għal programmi Interreg u li jirċievu appoġġ mill-FEŻR jew strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull sena tal-kontabbiltà.

Il-kampjun komuni għandu jkun rappreżentattiv għall-programmi Interreg kollha li jikkostitwixxu l-popolazzjoni.

Għall-finijiet tal-għażla ta’ kampjun komuni, il-Kummissjoni tista’ tistratifika l-gruppi ta’ programmi Interreg skont ir-riskji speċifiċi tagħhom.

2.   L-awtoritajiet tal-programm għandhom jipprovdu l-informazzjoni neċessarja għall-għażla tal-kampjun komuni lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru wara t-tmiem ta’ kull sena fiskali.

Din l-informazzjoni għandha tkun ippreżentata f’format elettroniku standardizzat, għandha tkun kompleta u għandha tirrikonċilja man-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni għas-sena ta’ referenza tal-kontabbiltà.

3.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li jitwettaq l-awditjar imsemmi fl-Artikolu 47(2), l-awtoritajiet ta’ awditjar għal programmi Interreg koperti minn kampjun komuni ma għandhomx iwettqu awditjar addizzjonali ta’ operazzjonijiet taħt dawk il-programmi, sakemm ma jkunux mitluba mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 8 ta’ dan l-Artikolu jew f’każijiet fejn awtorità tal-awditjar identifikat riskji speċifiċi.

4.   Il-Kummissjoni għandha tinforma l-awtoritajiet ta’ awditjar tal-programmi Interreg ikkonċernati dwar il-kampjun komuni magħżul fil-ħin biex tippermetti li dawn l-awtoritajiet iwettqu awditjar tal-operazzjonijiet, b’mod ġenerali, mhux iżjed tard mill-1 ta’ Ottubru wara t-tmiem tas-sena ta’ kontabbiltà.

5.   L-awtoritajiet ta’ awditjar konċernati għandhom jippreżentaw l-informazzjoni dwar ir-riżultati ta’ dan l-awditjar kif ukoll dwar kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja meħuda fir-rigward ta’ irregolaritajiet individwali misjuba l-aktar tard fir-rapporti annwali ta’ kontroll li għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 47(6) u (7).

6.   Wara l-valutazzjoni tagħha tar-riżultati ta’ awditjar ta’ operazzjonijiet magħżula skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tikkalkula rata ta’ żball globali estrapolata fir-rigward tal-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, għall-finijiet tal-proċess ta’ assigurazzjoni tagħha stess.

7.   Jekk ir-rata ta’ żball globali estrapolata msemmija fil-paragrafu 6 tkun ogħla minn 2 3,5 % tan-nefqa totali ddikjarata għall-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tikkalkula r-rata tal-iżball globali residwu, billi tikkunsidra l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-awtoritajiet tal-programm Interreg rispettiv għal irregolaritajiet individwali identifikati permezz ta’ awditjar ta’ operazzjonijiet magħżula skont il-paragrafu 1. [Em. 176]

8.   Jekk ir-rata tal-iżball residwu globali msemmi fil-paragrafu 7 tkun ogħla minn 2 3,5 % tan-nefqa dikjarata tal-programmi Interreg inkluż fil-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun komuni, il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk hux neċessarju li titlob lill-awtorità tal-awditjar ta’ programm Interreg speċifiku jew grupp ta’ programmi Interreg l-iżjed milquta biex twettaq xogħol ta’ awditjar addizzjonali sabiex tkompli tiġi evalwata r-rata ta’ żball u jiġu vvalutati l-miżuri korrettivi meħtieġa għall-programmi Interreg affettwati mill-irregolaritajiet misjuba. [Em. 177]

9.   Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tar-riżultati ta’ xogħol ta’ awdijar addizzjonali mitlub skont il-paragrafu 8 il-Kummissjoni tista’ titlob li jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji addizzjonali fuq il-programmi Interreg affettwati mill-irregolaritajiet misjuba. F’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet tal-programm Interreg għandhom iwettqu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa f’konformità mal-Artikolu [97] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

10.   Kull awtorità ta’ awditjar ta’ programm Interreg li għalih l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 hija nieqsa jew mhix kompleta jew ma ġietx ippreżentata qabel l-iskadenza stipulata fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandha twettaq eżerċizzju tat-teħid ta’ kampjuni separat għal programm Interreg rispettiv f’konformità mal-Artikolu [73] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

KAPITOLU VII

Ġestjoni finanzjarja

Artikolu 49

Pagamenti u prefinanzjament

1.   L-appoġġ tal-FEŻR u, fejn applikabbli, l-appoġġ minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għal kull programm Interreg għandu jitħallas, f’konformità mal-Artikolu 46(2), f’kont uniku mingħajr ebda subkontijiet nazzjonali.

2.   Il-Kummissjoni għandha tħallas prefinanzjament ibbażat fuq l-appoġġ totali minn kull fond Interreg, kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova programm Interreg skont l-Artikolu 18, suġġett għad-disponibbiltà ta’ fondi, f’pagamenti annwali kif ġej u qabel l-1 ta’ Lulju tas-snin 2022 sa 2026, jew, is-sena tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni, sa mhux aktar tard minn 60 jum wara li dik id-deċiżjoni hija adottata:

(a)

2021: 1 % 3 % ; [Em. 178]

(b)

2022: 1 % 2,25 % ; [Em. 179]

(c)

2023: 1 % 2,25 % ; [Em. 180]

(d)

2024: 1 % 2,25 % ; [Em. 181]

(e)

2025: 1 % 2,25 % ; [Em. 182]

(f)

2026: 1 % 2,25 % . [Em. 183]

3.   Jekk programmi Intereg transfuntieri esterni jkunu appoġġati mill-FEŻR u l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC, il-prefinanzjament għal kull fond li jappoġġa tali programm Interreg għandu jsir f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) [IPA III] jew [NDICI] jew ta’ xi att adottat taħtu. [Em. 184]

L-ammont ta' prefinanzjament jista' jitħallas f'żewġ pagamenti, fejn xieraq, skont il-ħtiġijiet baġitarji.

L-ammont totali mħallas bħala prefinanzjament jiġi rimborsat lill-Kummissjoni jekk ma tintbagħat ebda applikazzjoni għal pagament permezz tal-programm Interreg transfruntier fi żmien 24 36 xahar mid-data li fiha l-Kummissjoni tħallas l-ewwel pagament tal-ammont tal-prefinanzjament. Tali rimborż għandu jikkostitwixxi dħul assenjat intern u ma għandux inaqqas l-appoġġ mill-FEŻR, l-IPA III CBC jew l-NDICI CBC għall-programm. [Em. 185]

Artikolu 50

Irkupri

1.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li kwalunkwe ammont imħallas bħala riżultat ta’ irregolarità jkun irkuprat mis-sieħeb ewlieni jew uniku. Is-saħb għandhom iħallsu lura lis-sieħeb ewlieni kwalunkwe ammont imħallas indebitament.

2.   Jekk is-sieħeb ewlieni ma jirnexxilux jiggarantixxi l-pagament lura minn sħab oħra jew fejn l-awtorità ta’ ġestjoni ma jirnexxilhiex tiggarantixxi l-pagament lura mis-sieħeb ewlieni jew uniku, l-Istat Membru, il-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE li fit-territorju tagħhom is-sieħeb ikkonċernat huwa lokalizzat jew, fil-każ ta’ REKT, huwa rreġistrat għandu jirrimborża lill-awtorità ta’ ġestjoni kwalunkwe ammont imħallas indebitament lil dak is-sieħeb. L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tkun responsabbli għar-rimborż tal-ammonti kkonċernati għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, f’konformità mat-tqassim tar-responsabbiltajiet fost l-Istati Membri parteċipanti, il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE kif stabbilit fil-programm Interreg.

3.   Meta l-Istat Membru, il-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE jkun irrimborża lill-awtorità ta’ ġestjoni kwalunkwe ammont imħallas indebitament lil sieħeb, huwa jista’ jkompli jew jibda proċedura ta’ rkupru kontra dak is-sieħeb skont il-liġi nazzjonali tiegħu. F’każ ta’ rkupru b’suċċess, l-Istat Membru, il-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE jista’ juża dawn l-ammonti għal kofinanzjament nazzjonali għall-programm Interreg ikkonċernat. L-Istat Membru, il-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE ma għandu jkollu ebda obbligi ta’ rappurtar lejn l-awtoritajiet tal-programm, il-kumitat ta’ monitoraġġ jew il-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawn l-irkupri nazzjonali.

4.   Jekk Stat Membru, pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ma jirrimborżax lura lill-awtorità ta’ ġestjoni kwalunkwe ammont imħallas indebitament lil sieħeb skont il-paragrafu 3, dawk l-ammonti għandhom ikunu suġġetti għal ordni ta’ rkupru maħruġa mill-AOD li għandha tiġi eżegwita, fejn possibbli, billi jitnaqqsu l-ammonti dovuti lill-Istat Membru jew il-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE taħt pagamenti sussegwenti għall-istess programm Interreg jew, fil-każ ta’ pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE, taħt il-pagamenti sussegwenti għal programmi taħt l-istrumenti ta’ finanzjament estern rispettivi tal-Unjoni. Irkupru ta’ din ix-xorta ma għandux jikkostitwixxi korrezzjoni finanzjarja u ma għandux inaqqas l-appoġġ mill-FEŻR jew kwalunkwe strument finanzjarju estern tal-Unjoni għal programm Interreg rispettiv. L-ammont irkuprat għandu jikkostitwixxi dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu [177(3)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus].

KAPITOLU VIII

Parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi jew pajjiżi sħab , PTEE, jew PTEE organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni jew kooperazzjoni reġjonali fi programmi Interreg b'ġestjoni kondiviża [Em. 186]

Artikolu 51

Dispożizzjonijiet applikabbli

Il-Kapitoli minn I sa VII u l-Kapitolu X għandhom japplikaw għall-parteċipazzjoni ta’ pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE , PTEE, jew organizzazzjonijiet ta' integrazzjoni jew kooperazzjoni reġjonali fi programmi Interreg soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti f’dan il-Kapitolu. [Em. 187]

Artikolu 52

Awtoritajiet ta’ programm Interreg u l-funzjonijiet tagħhom

1.   Pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jippermettu lill-awtorità ta’ ġestjoni ta’ dak il-programm twettaq il-funzjonijiet tagħha fit-territorju rispettiv tagħha jew għandhom jidentifikaw awtorità nazzjonali bħala l-punt ta’ kuntatt għall-awtorità ta’ ġestjoni jew kontrollur nazzjonali għat-twettiq tal-verifiki ta’ ġestjoni kif previst fil-[punt (a) tal-Artikolu 68(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] fit-territorju rispettiv tiegħu.

2.   Pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jew jippermettu l-awtorità ta’ awditjar ta’ dak il-programm biex twettaq il-funzjonijiet tagħha fit-territorju rispettiv tagħha jew għandhom jidentifikaw awtorità jew korp nazzjonali ta’ awditjar, funzjonalment indipendenti mill-awtorità nazzjonali.

3.   Pajjiżi terzi, pajjiżi sħab u PTEE parteċipanti fi programm Interreg għandhom jistgħu jiddelegaw lill-persunal tas-segretarjat konġunt ta’ dak il-programm jew , bi qbil mal-awtorità ta' ġestjoni, għandhom jistabbilixxu fergħa tas-Segretarjat Konġunt fit-territorju rispettiv tiegħu, jew jagħmlu t-tnejn li huma. [Em. 188]

4.   L-awtorità nazzjonali jew korp ekwivalenti għall-uffiċjal tal-komunikazzjoni tal-programm Interreg kif previst fl-Artikolu 35(1), għandha tista’ tappoġġa l-awtorità ta’ ġestjoni u s-sħab, fil-pajjiż terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE fir-rigward tal-kompiti previsti fl-Artikolu 35 minn (2) sa (7). [Em. 189]

Artikolu 53

Metodi ta’ ġestjoni

1.   Il-programmi Interreg transfruntieri esterni appoġġati kemm mill-FEŻR u l-IPA III CBC jew NDICI CBC għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f’xi pajjiżi terzi jew pajjiż sieħeb parteċipanti.

Il-programm PEACE PLUS għandu jkun implimentat b'ġestjoni kondiviża kemm fl-Irlanda kif ukoll fir-Renju Unit.

2.   Programmi Interreg tal-komponenti 2 u 4 li jikkombinaw kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u minn wieħed jew aktar mill-istrument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f’xi pajjiżi terzi jew, pajjiż sħab parteċipanti, PTEE parteċipanti jew, f’dak li jirrigwarda l-komponent 3, fi kwalunkwe TPEE PTEE li jirċievi jew ma jirċevix appoġġ taħt wieħed jew aktar mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni. [Em. 190]

3.   Il-programmi Interreg tal-komponent 3 li jikkombinaw kontribuzzjonijiet mill-FEŻR u wieħed jew aktar mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jiġu implimentati fi kwalunkwe minn dawn il-modi li ġejjin:

(a)

b'ġestjoni kondiviża kemm fl-Istati Membri u f’kull pajjiż terz parteċipanti jew PTEE jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali ; [Em. 191]

(b)

b'ġestjoni kondiviża biss fl-Istati Membri u fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE , jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali parteċipanti fir-rigward ta’ nefqa tal-FEŻR barra mill-Unjoni għal operazzjoni waħda jew aktar, mentri l-kontribuzzjonijiet minn wieħed jew aktar mill-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni huma ġestiti b'ġestjoni indiretta; [Em. 192]

(c)

b'ġestjoni indiretta kemm fl-Istati Membri kif ukoll fi kwalunkwe pajjiż terz jew PTEE jew grupp ta' pajjiżi terzi li jiffurmaw parti minn organizzazzjoni reġjonali parteċipanti; [Em. 193]

Jekk it-totalità jew parti minn programm Interreg tal-komponent 3 hija implimentata b'ġestjoni indiretta, hemm bżonn ta' qbil minn qabel bejn l-Istati Membri u r-reġjuni kkonċernati u għandu japplika l-Artikolu 60. [Em. 194]

3a.     Jistgħu jiġu varati sejħiet konġunti għal proposti li jimmobilizzaw il-fondi minn programmi NDICI u programmi ETC bilaterali jew multinazzjonali jekk l-awtoritajiet ta' ġestjoni rispettivi jiddeċiedu li jagħmlu dan. Il-kontenut tas-sejħa għandu jispeċifika l-ambitu ġeografiku tagħha, u l-kontribuzzjoni mistennija għall-objettivi tal-programmi rispettivi. L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jiddeċiedu jekk ir-regoli NDICI jew ETC humiex applikabbli għas-sejħa. Jistgħu jiddeċiedu li jaħtru awtorità ta' ġestjoni ewlenija responsabbli għall-kompiti ta' ġestjoni u ta' kontroll relatati mas-sejħa. [Em. 195]

Artikolu 54

Eligibbiltà

1.   B’deroga mill-Artikolu [57(2)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] in-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni jekk din tkun saret minn sieħeb jew is-sieħeb privat ta’ operazzjonijiet PPP fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet Interreg mill-1 ta’ Jannar 2021 u mħallsa wara d-data meta l-ftehim ta’ finanzjament ma’ pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE rispettiv kien konkluż.

Madankollu, in-nefqa għal assistenza teknika ġestita mill-awtoritajiet tal-programmi lokalizzati fi Stat Membru għandha tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021, anke meta mħallsa għal azzjonijiet implimentati favur pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE.

2.   Jekk programm Interreg jagħżel l-operazzjonijiet ibbażati fuq sejħiet għal proposti, sejħiet bħal dawn jistgħu jinkludu applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni minn strumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, anki meta mnedija qabel ma kien iffirmat il-ftehim ta’ finanzjament rilevanti, u operazzjonijiet jistgħu diġà jkunu magħżula qabel dawn id-dati.

Madankollu, l-awtorità ta’ ġestjoni ma tistax tipprovdi d-dokument previst fl-Artikolu 22(6) qabel dawn id-dati.

Artikolu 55

Proġetti ta’ infrastruttura kbar

1.   Proġetti Interreg taħt din it-taqsima jistgħu jappoġġaw “proġetti ta’ infrastruttura kbar” jiġifieri proġetti li jinkludu sett ta' xogħlijiet, attivitajiet jew servizzi intenzjonati biex jissodisfaw funzjoni indiviżibbli ta' natura preċiża li jsegwu objettivi identifikati b'mod ċar ta' interess komuni għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta' investimenti li jwasslu impatt u benefiċċji transfruntieri u fejn sehem minn baġit tal-anqas ta' EUR 2 500 000 miljun ikun allokat għall-akkwist ta' infrastruttura.

2.   Kull benefiċjarju li jimplimenta proġett ta’ infrastruttura kbir jew parti minnu għandu japplika għar-regoli applikabbli tal-akkwist pubbliku.

3.   Jekk l-għażla ta’ proġett ta’ infrastruttura kbir wieħed jew aktar minn wieħed tkun fuq l-aġenda ta’ kumitat ta’ monitoraġġ jew, fejn applikabbli, fil-laqgħa tal-kumitat ta’ tmexxija, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tittrażmetti dokument kunċettwali għal proġett bħal dan lill-Kummissjoni mhux aktar tard minn xahrejn qabel id-data tal-laqgħa. Id-dokument kunċettwali għandu jkun ta’ massimu ta’ tliet ħames paġni u għandu jindika l-isem, il-post, il-baġit, is-sieħeb ewlieni u s-sħab kif ukoll l-objettivi ewlenin u r-riżultati tagħhom , filwaqt li jinkludi wkoll pjan ta' negozju kredibbli li juri li l-proġett jew it-tkomplija tal-proġett huma siguri saħansitra mingħajr id-dispożizzjoni tal-fondi Interreg . Jekk dokument kunċettwali dwar proġett ta’ infrastruttura kbir wieħed jew aktar ma jiġix trażmess lill-Kummissjoni sa dik l-iskadenza, il-Kummissjoni tista’ titlob li l-president tal-kumitat ta’ monitoraġġ jew lill-kumitat ta’ tmexxija sabiex jitneħħew il-proġetti kkonċernati minn fuq l-aġenda tal-laqgħa. [Em. 196]

Artikolu 56

Akkwist

1.   Jekk l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni teħtieġ l-akkwist ta’ kuntratti ta’ servizzi, provvisti jew xogħlijiet minn benefiċjarju, għandhom japplikaw ir-regoli li ġejjin:

(a)

meta l-benefiċjarju huwa awtorità kontraenti jew entità kontraenti skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-proċeduri ta' akkwist, huwa għandu japplika liġijiet nazzjonali, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi adottati b'konnessjoni mal-liġi tal-Unjoni;

(b)

meta l-benefiċjarju huwa awtorità pubblika ta’ pajjiż sieħeb taħt IPA III jew NDICI li l-kofinanzjament tiegħu jiġi trasferit lill-Awtorità ta’ Ġestjoni, jista’ japplika liġijiet nazzjonali, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi, sakemm il-ftehim ta’ finanzjament jippermetti dan u li l-kuntratt jingħata lill-offerta li toffri l-aħjar valur għall-flus, jew kif xieraq, lill-offerta li toffri l-anqas prezz, filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta’ interessi.

2.   Għall-għoti ta’ prodotti, xogħlijiet jew servizzi fil-każijiet kollha ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 1, il-proċeduri ta’ akkwist skont l-Artikoli [178] u [179] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] u l-Kapitolu 3 tal-Anness 1 (il-Punti minn 36 sa 41) ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw.

Artikolu 57

Ġestjoni finanzjarja

Id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li japprovaw il-programmi Interreg appoġġati wkoll minn strument ta’ finanzjament estern tal-Unjoni għandhom jissosdisfaw ir-rekwiżiti neċessarji sabiex jitqiesu bħala deċiżjonijiet ta’ finanzjament skont it-termini tal-Artikolu [110(2)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus].

Artikolu 58

Konklużjoni ta’ Ftehimiet ta’ Finanzjament taħt ġestjoni kondiviża

1.   Sabiex jiġi implimentat programm Interreg f’pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE, f’konformità mal-Artikolu [112(4)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus], ftehim ta’ finanzjament li għandu jkun konkluż bejn il-Kummissjoni li tirrappreżenta lill-Unjoni u kull pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE parteċipanti rappreżentat skont il-qafas legali nazzjonali tiegħu.

2.   Kull ftehim ta’ finanzjament għandu jkun konkluż sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru tas-sena li tiġi wara s-sena meta sar l-ewwel impenn baġitarju u għandu jitqies konkluż fid-data li fiha l-aħħar parti ffirmatu.

Kwalunkwe ftehim ta’ finanzjament għandu jidħol fis-seħħ jew fid-data:

(a)

meta l-aħħar parti ffirmatu; jew

(b)

meta l-pajjiż terz jew sieħeb jew il-PTEE kkompleta l-proċedura meħtieġa għar-ratifikazzjoni taħt il-qafas legali nazzjonali tiegħu u informa lill-Kummissjoni.

3.   Jekk programm Interreg jinvolvi aktar minn pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE wieħed, tal-anqas ftehim ta’ finanzjament wieħed għandu jkun iffirmat miż-żewġ partijiet qabel dik id-data. Il-pajjiżi terzi, il-pajjiżi sħab jew il-PTEE jistgħu jiffirmaw il-ftehimiet ta’ finanzjament rispettivi tagħhom sa mhux aktar tard mill-30 ta’ Ġunju tat-tieni sena wara s-sena meta sar l-ewwel impenn tal-baġit.

4.   L-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm Interreg rilevanti, jew

(a)

jista’ wkoll jiffirma l-ftehim ta’ finanzjament; jew

(b)

għandu jiffirma, fl-istess data, ftehim ta’ implimentazzjoni ma’ kull pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE parteċipanti f’dak il-programm Interreg li jistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi reċiproki fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-ġestjoni finanzjarja tiegħu.

Meta jittrażmetti kopja ffirmata tal-ftehim ta’ finanzjament jew kopja tal-ftehim ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni, l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni għandu wkoll jibgħat, bħala dokument separat, lista ta’ proġetti ta’ infrastruttura kbar ippjanati kif definit fl-Artikolu 55, li tindika l-isem, il-post, il-baġit u sieħeb ewlieni prospettivi tagħhom.

5.   Ftehim ta’ implimentazzjoni ffirmat skont il-punt (b) tal-paragrafu 4 għandu tal-anqas ikopri l-elementi li ġejjin:

(a)

l-arranġamenti ddettaljati għal pagamenti;

(b)

il-ġestjoni finanzjarja;

(c)

iż-żamma ta’ rekords;

(d)

l-obbligi ta’ rappurtar;

(e)

il-verifiki, il-kontrolli u l-awditjar;

(f)

l-irregolaritajiet u l-irkupri.

6.   Jekk l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm Interreg jiddeċiedi li jiffirma l-ftehim ta’ finanzjament skont il-punt (a) tal-paragrafu 4, dak il-ftehim ta’ finanzjament għandu jkun ikkunsidrati bħala għodda għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni skont ir-Regolament Finanzjarju u mhux ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikoli minn 216 sa 219 TFUE.

Artikolu 59

Kontribuzzjoni ta’ pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE ħlief kofinanzjament

1.   Jekk pajjiż terz, pajjiż sieħeb jew PTEE jittrasferixxi lill-Awtorità ta’ Ġestjoni kontribuzzjoni finanzjarja għall-programm Interreg, bl-esklużjoni ta’ kofinanzjament tal-Unjoni b’appoġġ tal-programm Interreg, id-dispożizzjonijiet dwar il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tkun inkluża fid-dokument li ġej:

(a)

fejn l-Istat Membru jiffirma l-ftehim ta’ finanzjament skont il-punt (a) tal-Artikolu 58(4), f’rapport separat li jimplimenta l-ftehim iffirmat bejn l-Istat Membru li jospita l-awtorità ta’ ġestjoni u l-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE jew direttament bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-awtorità kompetenti fil-pajjiż terz, il-pajjiż sieħeb jew il-PTEE;

(b)

fejn l-Istat Membru jiffirma ftehim ta’ implimentazzjoni skont il-punt (b) tal-Artikolu 58(4), f’waħda minn dawn li ġejjin:

(i)

parti distinta ta’ dak il-ftehim ta’ implimentazzjoni; jew

(ii)

ftehim ta’ implimentazzjoni addizzjonali ffirmat bejn l-istess partijiet imsemmija fil-punt (a).

Għall-finijiet tal-punt (b) (i) tal-ewwel subparagrafu, it-taqsimiet tal-ftehim ta’ implimentazzjoni jistgħu, fejn applikabbli, ikopru kemm il-kontribuzzjoni finanzjarja trasferita u l-appoġġ tal-Unjoni għall-programm Interreg.

2.   Ftehim ta’ implimentazzjoni taħt il-paragrafu 1 għandu tal-anqas jinkludi l-elementi li jikkonċernaw il-kofinanzjament tal-pajjiż terz, tal-pajjiż sieħeb jew tal-PTEE elenkati fl-Artikolu 58(5).

Barra minn hekk, għandu jistabbilixxi t-tnejn li ġejjin:

(a)

l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali;

(b)

l-użu intenzjonat u l-kundizzjonijiet għall-użu tiegħu, inklużi l-kundizzjonijiet għal applikazzjonijiet għal dik il-kontribuzzjoni addizzjonali.

3.   Fir-rigward tal-programm PEACE PLUS, il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-attivitajiet tal-Unjoni mingħand ir-Renju Unit fil-forma ta’ dħul assenjat estern kif imsemmi fil-[punt (e) tal-Artikolu 21(2)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] għandha tagħmel parti mill-approprjazzjonijiet tal-baġit għall-Intestatura 2 “Koeżjoni u Valuri”, sottolimitu “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”.

Dik il-kontribuzzjoni għandha tkun soġġetta għal ftehim ta’ finanzjament speċifiku mar-Renju Unit f’konformità mal-Artikolu 58. Kemm il-Kummissjoni u r-Renju Unit kif ukoll l-Irlanda għandhom ikunu partijiet għal dan il-ftehim ta’ finanzjament speċifiku.

Dan għandu jiġi ffirmat qabel il-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm u b’hekk jippermetti lill-Korp Speċjali tal-Programmi tal-UE sabiex japplika l-leġiżlazzjoni kollha tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-programm.

KAPITOLU IX

Dispożizzjonijiet speċifiċi għal ġestjoni diretta jew indiretta

Artikolu 60

Kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi

1.   Jekk , wara konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati, parti jew it-totalità ta’ programm Interreg tal-komponent 3 tkun implimentata taħt ġestjoni indiretta skont il-punt (b) jew (c), rispettivament, tal-Artikolu 53(3) ta' dan ir-Regolament , il-kompiti ta’ implimentazzjoni għandhom ikunu fdati lil wieħed mill-korpi elenkati fil-[punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus], b’mod partikolari għal tali korp li jinsab fl-Istat Membru parteċipanti, inkluża l-awtorità ta’ ġestjoni ta’ programm Interreg ikkonċernat. [Em. 197]

2.   F’konformità mal-[punt (c) tal-Artikolu 154(6)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus], il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ma teħtieġx valutazzjoni ex ante kif imsemmi fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dak l-Artikolu meta kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja msemmija fil-[punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] ikunu fdati lil awtorità ta’ ġestjoni ta’ programm Interreg tar-reġjuni ultraperiferiċi identifikati skont l-Artikolu 37(1) ta’ dan ir-Regolament u f’konformità mal-Artikolu [65] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid].

3.   F’każ li l-kompiti ta’ implimentazzjoni baġitarja msemmija fil-[punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament [FR-Omnibus] huma fdati lill-organizzazzjoni ta’ Stat Membru, l-Artikolu [157] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] għandu japplika.

4.   Jekk programm jew azzjoni kofinanzjata minn strument finanzjarju estern wieħed jew aktar minn wieħed ikun implimentat minn pajjiż terz, pajjiż sieħeb, PTEE jew xi korpi oħra elenkati fil-[punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament (UE, Euratom) [FR-Omnibus] jew imsemmija fir-Regolament (UE) [NDICI] jew d-Deċiżjoni tal-Kunsill [Deċiżjoni PTEE] jew it-tnejn li huma, ir-regoli rilevanti ta’ dawn l-istrumenti għandhom japplikaw, b’mod partikolari fir-rigward tal-Kapitoli I, III u V tat-Titolu II tar-Regolament (UE) [NDICI].

Artikolu 61

Investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali

B'inizjattiva tal-Kummissjoni, il-FEŻR jista’ jappoġġa investimenti fl-innovazzjoni interreġjonali, kif stabbilit fil-punt 5 tal-Artikolu 3, li jlaqqgħu flimkien ir-riċerkaturi, in-negozji, is-soċjetà ċivili u l-amministrazzjonijiet pubbliċi involuti fi strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti, stabbiliti fil-livell nazzjonali jew reġjonali. [Em. 198]

Artikolu - 62

Deroga mill-obbligu ta' rapportar skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE

Il-Kummissjoni tista' tiddikjara li l-għajnuna favur proġetti sostnuti minn kooperazzjoni territorjali Ewropea tal-UE hija kompatibbli mas-suq intern u mhijiex soġġetta għar-rekwiżiti tan-notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE. [Em. 199]

KAPITOLU X

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 62

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 16(6) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni minn [ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu = id-data tad-dħul fis-seħħ] sal-31 ta’ Diċembru 2027.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 16(6) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija għandha ssir effettiva fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill simultanjament.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 16(6) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw it-tnejn lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill.

Artikolu 63

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu [108(1)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid]. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 64

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Ir-Regolament (UE) Nru 1299/2013 jew kwalunkwe att adottat taħtu għandu jkompli japplika għall-programmi u l-operazzjonijiet appoġġati mill-FEŻR taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020.

Artikolu 65

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 116.

(2)  ĠU C C 86, 7.3.2019, p. 137f.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Marzu 2019.

(4)  [Referenza]

(5)  [Referenza]

(6)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew “Spinta lit-tkabbir u l-koeżjoni fir-reġjuni tal-fruntieri tal-UE” (COM(2017)0534), 20.9.2017.

(7)  Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar Raggruppament Ewropew ta’ koperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

(8)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-ReġjuniInsaħħu l-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli- COM(2017) 376 final, 18.7.2017.

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1.

(10)  Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (ĠU L xx, p. y).

(11)  Ir-Regolament (UE) XXX li jistabbilixxi l-Istrument għall-Viċinat, għall-Iżvilupp u għall-Kooperazzjoni Internazzjonali (ĠU L xx, p. y).

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) XXX dwar l-assoċjazzjoni ta’ Pajjiżi u Territorji ekstra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea minn naħa l-waħda, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka min-naħa l-oħra (ĠU L xx, p. y).

(13)  Id-deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).

(14)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE”, – COM(2017)0623, 24.10.2017.

(15)   Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni “Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera” tat-12 ta' Lulju 2017 (ĠU C 342, 12.10.2017, p. 38).

(16)  L-Opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni “Proġetti bejn il-persuni u proġetti fuq skala żgħira fil-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera” tat-12 ta’ Lulju 2017 (ĠU C 342, 12.10.2017, p. 38).

(17)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2014 tal-4 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli speċifiċi dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa għall-programmi ta’ kooperazzjoni (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 45).

(18)  [Referenza]

(19)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(20)   Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta' Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta' għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat) ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(21)   Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014-2020 (ĠU C 209, 23.07.2013, p. 1).

(22)  Id-Direttiva 2001/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(23)  Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li temenda d-Direttiva 2011/92/UE (ĠU L 124, 25.4.2014, p. 1).

(24)  Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 166, 30.4.2004, p. 1).

ANNESS

IL-MUDELL GĦALL-PROGRAMMI INTERREG

CCI

[15-il karattru]

Titolu

[255]

Verżjoni

 

L-ewwel sena

[4]

L-aħħar sena

[4]

Eliġibbli minn

 

Eliġibbli sa

 

Numru tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

 

Data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

 

Numru tad-deċiżjoni ta’emenda tal-programm

[20]

Data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta' emenda tal-programm

 

Reġjuni NUTS koperti mill-programm

 

Komponent ta’ Interreg

 

1.   Strateġija tal-programm: l-isfidi u r-risposti politiċi ewlenin għall-iżvilupp

1.1.

Iż-żona tal-programm (mhux meħtieġa għal programmi Interreg tal-komponent 4)

Referenza: l-Artikolu 17 (4)(a), l-Artikolu 17(9)(a)

Il-kaxxa tat-test [2 000 ]

1.2.

Sommarju tal-isfidi komuni ewlenin, waqt li ġew ikkunsidrati d-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali, il-ħtiġijiet ta’ investiment konġunt u komplementari ma’ forom oħrajn ta’ appoġġ, it-tagħlimiet meħuda mill-esperjenza tal-imgħoddi u l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar fejn il-qasam tal-programm kollu kemm hu jew parzjalment huwa kopert minn strateġija waħda jew aktar.

Referenza: l-Artikolu 17(4(b), l-Artikolu 17(9(b)

Il-kaxxa tat-test [50 000 ]

1.3.

Ġustifikazzjoni għall-għażla tal-għanijiet ta’ politika u l-għanijiet speċifiċi ta’ Interreg, il-prijoritajiet korrispondenti, l-għanijiet speċifiċi u l-forom ta’ appoġġ, l-indirizzar, fejn xieraq, il-konnessjonijiet nieqsa fl-infrastruttura transfruntiera

Referenza: l-Artikolu 17(4)(c)

Tabella 1

Għan ta’ politika magħżula jew l-għan magħżul speċifiku għal Interreg

Għan speċifiku magħżul

Prijorità

Ġustifikazzjoni għall-għażla

 

 

 

Għal kull għan [2 000 ]

2.   Prijoritajiet [300]

Referenza: l-Artikolu 17(4)(d) u (e)

2.1.   Titolu tal-prijorità (ripetut għal kull prijorità)

Referenza: l-Artikolu 17(4)(d)

Kaxxa tat-test: [300]


Din hija prijorità skont trasferiment skont l-Artikolu 17(3)

2.1.1.

Għan speċifiku(ripetut għal kull għan speċifiku magħżul, għal prijoritajiet għajr dawk ta’ assistenza teknika)

Referenza: l-Artikolu 17(4)(e)

2.1.2

Tipi ta’ azzjoni relatati, inkluża lista ta’ operazzjonijiet ippjanati ta’ importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom għal dawk l-għanijiet speċifiċi u għall-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq

Referenza: l-Artikolu 17(4)(i), l-Artikolu 17(9)(c)(ii)

Il-kaxxa tat-test [7 000 ]

Il-lista ta’ operazzjonijiet ippjanati ta’ importanza strateġika

Il-kaxxa tat-test [2 000 ]

Għall-programmi Interreg tal-komponent 4:

Referenza: l-Artikolu 17(9)(c)(i)

Id-definizzjoni ta’ benefiċjarju wieħed jew numru limitat ta’ benefiċjarji u l-proċedura tal-għoti

Il-kaxxa tat-test [7 000 ]

2.1.3   Indikaturi

Referenza: l-Artikolu 17(4)(e)(ii), l-Artikolu 17(9)(c)(iii)

Tabella 2: Indikaturi tal-output

Prijorità

Għan speċifiku

ID

[5]

Indikatur

L-unità ta' kejl

[255]

Stadju importanti (2024)

[200]

Mira finali (2029)

[200]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 3: Indikaturi tar-riżultati

Prijorità

Għan speċifiku

ID

Indikatur

L-unità ta' kejl

Linja bażi

Sena ta' referenza

Mira finali (2029)

Sors tad-data

Kummenti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.1.4   Il-gruppi ewlenin fil-mira

Referenza: l-Artikolu 17(4)(e)(iii), l-Artikolu 17(9)(c)(iv)

Il-kaxxa tat-test [7 000 ]

2.1.5   Territorji speċifiċi fil-mira, inkluż l-użu ppjanat tal-ITI, tas-CLLD jew għodod territorjali oħrajn

Referenza: l-Artikolu 17(4)(e)(iv)

Il-kaxxa tat-test [7 000 ]

2.1.6   L-użu ppjanat ta’ strumenti finanzjarji

Referenza: l-Artikolu 17(4)(e)(v)

Il-kaxxa tat-test [7 000 ]

2.1.7   Tqassim indikattiv tar-riżorsi tal-programm tal-UE skont it-tip ta’ intervent

Referenza: l-Artikolu 17(4)(e)(vi), l-Artikolu 17(9)(c)(v)

Tabella 4: Dimensjoni 1 – qasam tal-interventi

Nru ta’ prijorità

Fond

Għan speċifiku

Kodiċi

Ammont (f'EUR)

 

 

 

 

 


Tabella 5: Dimensjoni 2 – forma ta' finanzjament

Nru ta’ prijorità

Fond

Għan speċifiku

Kodiċi

Ammont (f'EUR)

 

 

 

 

 


Tabella 6: Dimensjoni 3 — il-mekkaniżmu ta’ kunsinna territorjali u enfasi territorjali

Nru ta’ prijorità

Fond

Għan speċifiku

Kodiċi

Ammont (f'EUR)

 

 

 

 

 

2.T.   Projorità ta' assistenza teknika

Referenza: l-Artikolu 17(4)(f) ETC

Il-kaxxa tat-test [8 000 ]


Nru ta’ prijorità

Fond

Kodiċi

Ammont (f'EUR)

 

 

 

 

3.   Pjan ta' finanzjament

Referenza: l-Artikolu 17(4)(g)

3.1   Approprjazzjonijiet finanzjarji skont is-sena

Referenza: l-Artikolu 17(4)(g)(i), l-Artikolu 17(5)(a)(i)-(iv)

Tabella 7

Fond

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Total

FEŻR

 

 

 

 

 

 

 

 

IPA III CBC  (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

Viċinat CBC  (2)

 

 

 

 

 

 

 

 

IPA III  (3)

 

 

 

 

 

 

 

 

NDICI  (4)

 

 

 

 

 

 

 

 

OCTP Greenland  (5)

 

 

 

 

 

 

 

 

OCTP  (6)

 

 

 

 

 

 

 

 

Fondi Interreg  (7)

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2   Approprjazzjoni finanzjarja totali skont il-fond u kofinanzjament nazzjonali

Referenza: l-Artikolu 17(4)(g)(ii), l-Artikolu 17(5)(a)(i)-(iv), l-Artikolu 17(5)(b)

Tabella 8 (*1)

Kaxxa Nru jew AT

Prijorità

Fond

(skont kif japplika)

Bażi għall-kalkolu tal-appoġġ tal-UE (total jew pubblika)

Kontribuzzjoni tal-UE

(a)

Kontribuzzjoni nazzjonali

(B)=(c) + (d)

Tqassim indikattiv tal-kontroparti nazzjonali

Total

(E)=(a) + (b)

Rata ta’ kofinanzjament

(F)=(a) / (e)

Kontribuzzjonijiet minn pajjiżi terzi

(għall-informazzjoni)

Pubbliku nazzjonali

(c)

Privat nazzjonali

(d)

 

Prijorità 1

FEŻR

 

 

 

 

 

 

 

 

IPA III CBC  (8)

 

 

 

 

 

 

 

 

Viċinat CBC  (9)

 

 

 

 

 

 

 

 

IPA III  (10)

 

 

 

 

 

 

 

 

NDICI  (11)

 

 

 

 

 

 

 

 

Programm PTEE Greenland  (12)

 

 

 

 

 

 

 

 

OCTP  (13)

 

 

 

 

 

 

 

 

Fondi Interreg  (14)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Prijorità 2

(fondi bħal aktar ’il fuq)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

Il-fondi kollha

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FEŻR

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IPA III CBC

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Viċinat CBC

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

IPA III

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

NDICI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

OCTP Greenland

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

OCTP

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Il-Fondi Interreg

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

Il-fondi kollha

 

 

 

 

 

 

 

 

4.   L-azzjonijiet meħuda sabiex is-sħab tal-programmi rilevanti jkunu involuti fit-tħejjija tal-programm Interreg, u r-rwol ta’ dawn is-sħab tal-programmi fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fl-evalwazzjoni

Referenza: l-Artikolu 17(4)(h)

Il-kaxxa tat-test [10 000 ]

5.   L-approċċ lejn il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà tal-programm Interreg, inkluż il-baġit ippjanat

Referenza: l-Artikolu 17(4)(i)

Il-kaxxa tat-test [10 000 ]

6.   Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni

6.1.   L-awtoritajiet tal-programmi

Referenza: l-Artikolu 17(7)(a)

Tabella 10

L-awtoritajiet tal-programmi

Isem l-instituzzjoni [255]

Isem il-persuna ta’ kuntatt [200]

E-mail [200]

Awtorità maniġerjali

 

 

 

Awtorità nazzjonali (għal programmi ma’ pajjiżi terzi parteċipanti, jekk xieraq)

 

 

 

Awtorità tal-awditjar

 

 

 

Grupp ta’ awdituri rappreżentanti (għal programmi ma’ pajjiżi terzi parteċipanti, jekk xieraq)

 

 

 

Il-korp li għandu jirċievi l-pagamenti mill-Kummissjoni

 

 

 

6.2.   Proċedura għall-istabbiliment tas-segretarjat konġunt

Referenza: l-Artikolu 17(7)(b)

Il-kaxxa tat-test [3 500 ]

6.3   It-tqassim ta’ responsabbiltajiet fost l-Istati Membri parteċipanti u fejn applikabbli, il-pajjiżi terzi u l-PTEE, f’każ ta’ korrezzjonijiet finanzjarji imposti mill-awtorità maniġerjali jew mill-Kummissjoni

Referenza: l-Artikolu 17(7)(c)

Il-kaxxa tat-test [10 500 ]


(1)  Komponent 1, kooperazzjoni transfruntiera esterna

(2)  Komponent 1, kooperazzjoni transfruntiera esterna

(3)  Komponenti 2 u 4

(4)  Komponenti 2 u 4

(5)  Komponenti 2 u 4

(6)  Komponenti 3 u 4

(7)  FEŻR, IPA III, NDICI jew OCTP, meta l-għajnuna tingħata bħala ammont uniku taħt il-Komponenti 2 u 4

(8)  Komponent 1, kooperazzjoni transfruntiera esterna

(9)  Komponent 1, kooperazzjoni transfruntiera esterna

(10)  Komponenti 2 u 4

(11)  Komponenti 2 u 4

(12)  Komponenti 2 u 4

(13)  Komponenti 3 u 4

(14)  FEŻR, IPA III, NDICI jew OCTP, meta l-għajnuna tingħata bħala ammont uniku taħt il-Komponenti 2 u 4

(*1)  Qabel ir-reviżjoni ta’ nofs is-sena, din it-tabella tinkludi l-ammonti għas-snin 2021-2025 biss.

APPENDIĊI

Mappa taż-żona tal-programm

Rimborż tan-nefqa eliġibbli mill-Kummissjoni lill-Istat Membru fuq il-bażi ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi

Finanzjament mhux marbut mal-kost

Appendiċi 1:

Mappa taż-żona tal-programm

Appendiċi 2:

Rimborż tan-nefqa eliġibbli mill-Kummissjoni lill-Istat Membru fuq il-bażi ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi

Rimborż tan-nefqa eliġibbli mill-Kummissjoni lill-Istat Membru fuq il-bażi ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi

Il-mudell għall-preżentazzjoni tad-data biex tiġi eżaminata mill-Kummissjoni

(l-Artikolu 88 CPR)

Data tal-preżentazzjoni tal-proposta

 

Verżjoni attwali

 

A.   Sommarju tal-elementi ewlenin

Prijorità

Fond

Proporzjon stmat tal-allokazzjoni finanzjarja totali fil-prijorità li għaliha se jiġi applikat l-SCO f’% (stima)

Tip(i) ta’ operazzjoni

Isem l-indikatur(i) korrispondenti

Unità ta’ kejl għall-indikatur

Tip ta’ SCO (skala standard ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa jew rati fissi)

Skali standard korrispondenti ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa jew rati fissi

 

 

 

Kodiċi

Deskrizzjoni

Kodiċi

Deskrizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.   Dettalji skont it-tip ta’ operazzjoni (għandha timtela għal kull tip ta’ operazzjoni)

L-Awtorità Maniġerjali rċeviet appoġġ minn kumpanija esterna biex tistabbilixxi l-kostijiet issimplifikati ta’ hawn taħt?

Jekk iva, jekk jogħġbok speċifika liema kumpanija esterna:
Iva / Le — Isem il-kumpanija esterna

Tipi ta' operazzjonijiet:

1.1.

Deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjoni

 

1.2

Prijorità / objettiv(i) speċifiku(ċi) kkonċernat(i)

 

1.3

Isem l-indikatur (1)

 

1.4

Unità ta’ kejl għall-indikatur

 

1.5

Skala standard ta’ kost unitarju, somma f’daqqa jew rata fissa

 

1.6

Ammont

 

1.7

Kategoriji ta’ kostijiet koperti mill-kost unitarju, somma f’daqqa jew rata fissa

 

1.8

Dawn il-kategoriji ta’ kostijiet ikopru n-nefqa eliġibbli kollha għall-operazzjoni? (I / L)

 

1.9

Metodu ta’ aġġustament(i)

 

1.10

Verifika tal-kisba tal-unità ta’ kejl

iddeskrivi liema dokument(i) se jintużaw biex jiġi vverifikat l-akkwist tal-unità ta’ kejl

iddeskrivi x’se jiġi vverifikat waqt il-verifiki maniġerjali (inklużi verifiki fuq il-post), u minn min

iddeskrivi x’arranġamenti hemm biex tinġabar u tinħażen id-data / dokumenti

 

1.11

inċentivi perversi jew problemi possibbli minħabba dan l-indikatur, kif jistgħu jiġu mmitigati, u l-livell ta’ riskju stmat

 

1.12

Ammont totali (nazzjonali u tal-UE) mistenni li jitħallas lura

 

C:   Kalkolu tal-iskala standard ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa jew rati fissi

1.

Sors tad-data użat biex tiġi kkalkulata l-iskala standard ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa jew rati fissi (min ipproduċa, ġabar u rreġistra d-data; fejn tinħażen id-data; dati ta’ skadenza; validazzjoni, eċċ.):

 

2.

Speċifika għalfejn il-metodu u l-kalkolu proposti huma rilevanti gћat-tip ta’ operazzjoni:

 

3.

Speċifika kif il-kalkoli saru, b’mod partikolari inklużi s-suppożizzjonijiet magħmula f’termini ta’ kwalità jew kwantitajiet. Fejn rilevanti, jenħtieġ li jintużaw u li jinthemżu ma’ dan l-appendiċi evidenza statistika u punti ta’ riferiment, taħt format li jista’ jintuża mill-Kummissjoni.

 

4.

Spjega kif żgurajt li n-nefqa eleġibbli biss ġiet inkluża fil-kalkolu tal-iskala standard tal-kost unitarju, is-somma f’daqqa jew ir-rata fissa;

 

5.

Il-valutazzjoni tal-awtorità(jiet) ta’ verifika dwar il-metodoloġija tal-kalkolu u l-ammonti u l-arranġamenti għall-iżgurar tal-verifika, tal-kwalità, tal-ġbir u l-ħżin tad-data:

 

Appendiċi 3: Finanzjament mhux marbut mal-kostijiet

Il-mudell għall-preżentazzjoni tad-data biex tiġi eżaminata mill-Kummissjoni

(l-Artikolu 89 CPR)

Data tal-preżentazzjoni tal-proposta

 

Verżjoni attwali

 

A.   Sommarju tal-elementi ewlenin

Prijorità

Fond

L-ammont kopert minn finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet

Tip(i) ta’ operazzjoni

Kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati / riżultati li għandhom jinkisbu

Isem l-indikatur/i korrispondenti

Unità ta’ kejl għall-indikatur

 

 

 

 

 

Kodiċi

Deskrizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-ammont totali kopert

 

 

 

 

 

 

 

B.   Dettalji skont it-tip ta’ operazzjoni (għandha timtela għal kull tip ta’ operazzjoni)

Tipi ta' operazzjoni:

1.1.

Deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjoni

 

1.2

Prijorità / objettiv(i) speċifiku(ċi) kkonċernat(i)

 

1.3

Kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati jew riżultati li għandhom jinkisbu

 

1.4

Data ta’ skadenza għat-twettiq tal-kondizzjonijiet jew riżultati li għandhom jinkisbu

 

1.5

Definizzjoni tal-indikatur għal riżultati tanġibbli

 

1.6

Unità ta’ kejl għall-indikatur għal riżultati tanġibbli

 

1.7

Riżultati tanġibbli intermedji (jekk applikabbli) li jwasslu għal rimborż mill-Kummissjoni bi skeda għal rimborżi

Riżultati tanġibbli intermedji

Data

Ammonti

 

 

 

 

 

 

1.8

Ammont totali (inklużi fondi tal-UE u nazzjonali)

 

1.9

Metodu ta’ aġġustament(i)

 

1.10

Verifika għall-kisba tar-riżultat jew tal-kundizzjoni (u fejn rilevanti, ir-riżultati tanġibbli intermedji)

iddeskrivi liema dokument (i) se jintuża / se jintużaw għall-verifika tal-kisba tar-riżultat jew tal-kondizzjoni

iddeskrivi x’se jiġi vverifikat waqt il-verifiki maniġerjali (inklużi verifiki fil-post), u minn min

iddeskrivi x’arranġamenti hemm biex tinġabar u tinħażen id-data / dokumenti

 

1.11

Arranġamenti biex jiġi żgurat ir-rendikont tal-entrati

Elenka l-korp(i) responsabbli għal dawn l-arranġamenti.

 


(1)  Bosta indikaturi komplementari (pereżempju indikatur tal-output u indikatur tar-riżultati) huma possibbli għal tip ta’ operazzjoni waħda. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li t-Taqsimiet minn 1.3 sa 1.11 jimtlew għal kull indikatur.


L-Erbgħa 27 ta’ Marzu 2019

26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/309


P8_TA(2019)0295

Riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ (COM(2019)0055 – C8-0041/2019 – 2019/0027(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0055),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0041/2019),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-22 ta’ Marzu 2019 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0085/2019),

A.

billi, għal raġunijiet ta' urġenza, huwa ġustifikat li l-votazzjoni ssir qabel l-iskadenza tat-terminu ta' tmien ġimgħat stabbilita fl-Artikolu 6 tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità;

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P8_TC1-COD(2019)0027

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tar-riżorsi għall-allokazzjoni speċifika għall-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament (UE) 2019/711)


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/310


P8_TA(2019)0296

Arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (riformulazzjoni) *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Kunsill li tistabbilixxi l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa (riformulazzjoni) (COM(2018)0346 – C8-0381/2018 – 2018/0176(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni – riformulazzjoni)

(2021/C 108/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0346),

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0381/2018),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 dwar użu aktar strutturat tat-teknika tar-riformulazzjoni tal-atti legali (1),

wara li kkunsidra l-ittra tat-22 ta' Frar 2019 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0117/2019),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni kif adattata għar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-servizzi legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/311


P8_TA(2019)0297

Prodotti li huma eliġibbli għal eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazju tal-baħar *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 940/2014/UE f'dak li jirrigwarda l-prodotti li huma eliġibbli għal eżenzjoni jew tnaqqis tad-dazju tal-baħar (COM(2018)0825 – C8-0034/2019 – 2018/0417(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

(2021/C 108/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2018)0825),

wara li kkunsidra l-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0034/2019),

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0112/2019),

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/312


P8_TA(2019)0298

L-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (COM(2018)0460 – C8-0275/2018 – 2018/0243(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/35)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0460),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 209, 212 u 322(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0275/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tat-13 ta' Diċembru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018 (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018 (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Iżvilupp kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0173/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 45, 4.2.2019, p. 1.

(2)  ĠU C 110, 22.3.2019, p. 163.

(3)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 295.


P8_TC1-COD(2018)0243

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 209, 212 u 322(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (3),

Filwaqt li jaġixxu f'konformità mal-proċedura leġislattiva ordinarja (4),

Billi:

(1)

L-għan ġenerali tal-Programm "Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonalit (l-“Istrument”) jenħtieġ li jkun li jsostni jipprovdi l-qafas finanzjarju biex isostni u jippromwovi l-valuri , il-prinċipji u l-interessi fundamentali tal-Unjoni madwar id-dinja sabiex jiġu segwiti l-għanijiet b'konformità mal-għanijiet u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif stabbiliti fl-Artikolu 3(5), fl-Artikoli 8 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). [Em. 1]

(2)

Skont l-Artikolu 21 tat-TUE, l-Unjoni jenħtieġ li tfittex li jkun hemm konsistenza bejn l-oqsma differenti tal-azzjoni esterna tagħha u bejn dawn u l-politiki l-oħra tagħha, kif ukoll li taħdem lejn grad għoli ta’ kooperazzjoni fl-oqsma kollha tar-relazzjonijiet internazzjonali. Il-firxa wiesgħa ta’ azzjonijiet permessi minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-għanijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu tat-TUE.

(2a)

F'konformità mal-Artikolu 21 tat-TUE, l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun iggwidata mill-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, jiġifieri d-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, l-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali. Dan ir-Regolament huwa maħsub biex jikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi l-politiki tal-Unjoni relatati mad-drittijiet tal-bniedem u l-għanijiet deskritti fil-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija. L-azzjoni tal-Unjoni jenħtieġ li tiffavorixxi l-aderenza għad-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. [Em. 2]

(3)

Skont l-Artikolu 8 tat-TUE, l-Unjoni jenħtieġ li tiżviluppa mal-pajjiżi viċini tagħha relazzjonijiet speċjali, bl-għan li tistabbilixxi żona ta’ prosperità u ta’ viċinat tajjeb, ibbażata fuq il-valuri tal-Unjoni u kkaratterizzata minn relazzjonijiet mill-qrib u paċifiċi bbażati fuq il-kooperazzjoni. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għal dan il-għan.

(3a)

F'konformità mal-Artikolu 167 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jrawmu kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fl-isfera tal-kultura. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-għanijiet stabbiliti f'dak l-Artikolu. [Em. 3]

(4)

L-għan primarju tal-politika tal-Unjoni għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp, kif stabbilit fl-Artikolu 208 tat- TFUE , huwa li jitnaqqas il-faqar u, fuq terminu twil, il-qerda tiegħu. Il-politika tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni tikkontribwixxi wkoll għall-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, b'mod partikolari li jitrawwem l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u ambjentali sostenibbli ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw, bil-għan primarju li jinqered il-faqar, kif stabbilit fl-Artikolu 21(2)(d) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea tat-TUE, u li tinżamm il-paċi, jiġu evitati l-kunflitti u tissaħħaħ is-sigurtà internazzjonali, kif stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 21(2) tat-TUE . [Em. 4]

(5)

L-Unjoni jenħtieġ li tiżgura l-koerenza politika fl-iżvilupp kif meħtieġ mill-Artikolu 208 tat-TFUE. L-Unjoni jenħtieġ li tqis l-għanijiet tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li x'aktarx jolqtu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li se jkun element kruċjali tal-istrateġija biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli definiti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (“l-Aġenda 2030”) tan-Nazzjonijiet Uniti adottati adottata f'Settembru 2015 (5). L-iżgurar tal-koerenza politika fl-iżvilupp sostenibbli kif inkorporat fl-Aġenda 2030 jeħtieġ li jitqies l-impatt tal-politiki kollha dwar l-iżvilupp sostenibbli fil-livelli kollha – nazzjonali, fl-Unjoni, f'pajjiżi oħra u fil-livell dinji. Il-politiki ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni u tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkomplementaw u jsaħħu lil xulxin. [Em. 5]

(6)

Dan l-istrument jipprevedi azzjonijiet li jappoġġaw dawk l-għanijiet u dawk il-politiki ta’ azzjoni esterna u jibni fuq l-azzjonijiet li qabel kienu appoġġati permezz tar-Regolament (UE) Nru 233/2014 (6); il-Ftehim Intern tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) (7), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (8); Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 (9); Ir-Regolament (UE) Nru 230/2014 (10); Ir-Regolament (UE) Nru 235/2014 (11); Ir-Regolament (UE) Nru 234/2014 (12); Ir-Regolament (Euratom) Nru 237/2014 (13); Ir-Regolament (UE) Nru 236/2014 (14); Id-Deċiżjoni Nru 466/2014/UE; Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 (15) u r-Regolament (UE) Nru 2017/1601 (16).

(7)

Il-kuntest dinji għall-azzjoni huwa li tiġi segwita jiġi segwit ordni dinji bbażat fuq ir-regoli u fuq il-valuri , bil-multilateraliżmu bħala l-prinċipju ewlieni tiegħu u bin-Nazzjonijiet Uniti fil-qalba tiegħu. L-Aġenda 2030, flimkien mal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima (17) ("il-Ftehim ta' Pariġi) u l-Aġenda ta’ Azzjoni ta’ Addis Ababa (18) hija r-rispons tal-komunità internazzjonali għall-isfidi u x-xejriet dinjija fir-rigward tal-iżvilupp sostenibbli. Bl-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fil-qalba tagħha, l-Aġenda 2030 hija qafas trasformattiv biex jeqred il-faqar u jikseb żvilupp sostenibbli fuq livell dinji u jippromwovi soċjetajiet paċifiċi, ġusti u inklużivi, filwaqt li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima u ssir ħidma biex jiġu ppreservati l-oċeani u l-foresti . Hija għandha ambitu universali, billi tipprovdi qafas komprensiv kondiviż għal azzjonijiet li japplikaw għall-Unjoni, għall-Istati Membri tagħha u għas-sħab tagħha. Hija tibbilanċja d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali, edukattivi u ambjentali tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li tirrikonoxxi l-interkonnessjonijiet essenzjali bejn l-għanijiet u l-miri tagħha. L-Aġenda 2030 għandha l-għan li ma tħalli lil ħadd jibqa' lura u li l-ewwel tfittex li tilħaq lil dawk li l-aktar baqgħu lura. L-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 se tkun koordinata mill-qrib mal-impenji internazzjonali rilevanti l-oħra tal-Unjoni. L-azzjonijiet imwettqa minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jagħtu attenzjoni partikolari lill-interkonnessjonijiet bejn l-Għanijiet jkunu ggwidati mill-prinċipji u l-għanijiet stabbiliti fl-Aġenda 2030, fil-Ftehim ta' Pariġi u fl-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa u jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lill-interkonnessjonijiet ta' bejniethom u lill-azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu kobenefiċċji u jilħqu għanijiet multipli b’mod koerenti filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari lill-interkonnessjonijiet ta' bejniethom . [Em. 6]

(8)

L-implimentazzjoni L-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun iggwidata ibbażata fuq mill-ħames il-ħames prijoritajiet stabbiliti fl-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà tal-Unjoni (l-“Istrateġija Globali”) (19), ippreżentata fid-19 ta’ Ġunju 2016, li tirrappreżenta l-viżjoni tal-Unjoni u l-qafas għal involviment estern magħqud u responsabbli fi sħubija ma’ oħrajn, biex tmexxi ’l quddiem il-valuri u l-interessi tagħha. L-Unjoni jenħtieġ li ssaħħaħ is-sħubijiet, tippromwovi d-djalogu dwar il-politika u r-rispons kollettiv għall-isfidi ta’ tħassib dinji. L-azzjoni tagħha jenħtieġ li tappoġġa l-interessii , il-prinċipji u l-valuri fundamentali tal-Unjoni fl-aspetti kollha tagħhom tagħha , inklużi l-preservazzjoni l-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem, il-kontribuzzjoni għall-qerda tal-faqar, il-preservazzjoni tal-paċi, il-prevenzjoni tal-kunflitti , il-medjazzjoni u r-rikostruzzjoni wara kunflitt bl-inklużjoni tan-nisa fl-istadji kollha, l-iżgurar tas-sikurezza nukleari , it-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali, il-ġlieda kontra kawżi l-indirizzar tal-kawżi fl-għeruq tal-migrazzjoni irregolari l-ispostament sfurzat u l-assistenza lil popolazzjonijiet, pajjiżi u reġjuni biex jikkonfrontaw diżastri kkonfrontati b'diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem, il-ħolqien tal-kundizzjonijiet għall-kreazzjoni ta' qafas legali internazzjonali għall-protezzjoni tal-persuni spostati minħabba t-tibdil fil-klima, it-trawwim ta' edukazzjoni inklużiva ta' kwalità, l-appoġġ għall-politika kummerċjali, il-kooperazzjoni ta' politika kummerċjali ġusta , sostenibbli u bbażata fuq ir-regoli u fuq il-valuri bħala għodda għall-iżvilupp u biex jitjiebu l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, id-diplomazija ekonomika u kulturali u l-kooperazzjoni ekonomika, il-promozzjoni tal-innovazzjoni u ta’ soluzzjonijiet u teknoloġiji diġitali, il-protezzjoni tal-wirt kulturali speċjalament f'żoni ta' kunflitt, l-indirizzar tat-theddid għas-saħħa pubblika globali u t-trawwim tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki tal-Unjoni. Fil-promozzjoni tal-interessi , il-prinċipji u l-valuri fundamentali tagħha, l-Unjoni jenħtieġ li tikkonforma mal-prinċipji tar-rispett għal standards soċjali u ambjentali għolja inkluż fir-rigward tat-tibdil fil-klima , għall-istat tad-dritt, għad-dritt internazzjonali u għad-drittijiet , inkluż fir-rigward tad-dritt umanitarju internazzjonali d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u tippromwovihom. [Em. 7]

(9)

L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun ibbażata wkoll fuq il-Kunsens Ewropew il-ġdid għall-Iżvilupp (“il-Kunsens”) (20), iffirmat fis-7 ta’ Ġunju 2017, li jipprovdi l-qafas għal approċċ komuni dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha biex jimplimentaw l-Aġenda 2030 u l-Aġenda ta’ Azzjoni ta’ Addis Ababa. Il-qerda tal-faqar, l-indirizzar tad-diskriminazzjonijiet u l-inugwaljanzi, li ħadd ma jitħalla lura , il-protezzjoni tal-ambjent u l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, huma u t-tisħiħ tar-reżiljenza jinsabu fil-qalba tal-politika tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp jenħtieġ li jirfdu l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament . [Em. 8]

(9a)

Minbarra l-Aġenda 2030 tan-NU, il-Ftehim ta' Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, l-Aġenda ta' Azzjoni ta' Addis Ababa, l-Istrateġija Globali tal-UE u l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, li jikkostitwixxu l-qafas politiku primarju, id-dokumenti li ġejjin u r-reviżjonijiet futuri tagħhom jenħtieġ li jiggwidaw ukoll l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament:

il-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija;

il-linji gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem;

l-Approċċ Integrat tal-UE għal Kunflitti u Kriżijiet Esterni, u l-approċċ komprensiv tal-UE għall-kunflitti u l-kriżijiet esterni tal-2013;

l-Approċċ Komprensiv għall-implimentazzjoni min-naħa tal-UE tar-Riżoluzzjonijiet 1325 u 1820 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà;

il-Programm tal-Unjoni għall-Prevenzjoni ta' Kunflitti Vjolenti;

il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2011 dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti;

il-Kunċett dwar it-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet ta' Medjazzjoni u ta' Djalogu tal-UE;

il-Qafas Strateġiku għall-UE kollha biex tiġi appoġġata r-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà (RSS);

l-istrateġija tal-UE kontra l-armi ħfief, l-armi ta' kalibru żgħir u l-armi tan-nar illeċiti (SALW) u l-munizzjon tagħhom;

il-Kunċett tal-UE għal Appoġġ għad-Diżarm, id-Demobilizzazzjoni u r-Reintegrazzjoni (DDR);

il-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2007 dwar reazzjoni tal-UE għal sitwazzjonijiet ta' fraġilità u l-konklużjonijiet tal-Kunsill u r-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, datati wkoll fid-19 ta' Novembru 2007 dwar is-sigurtà u l-iżvilupp;

id-Dikjarazzjoni tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Marzu 2004 dwar il-Ġlieda kontra t-Terroriżmu, l-Istrateġija tal-Unjoni Ewropea Kontra t-Terroriżmu, tat-30 ta' Novembru 2005 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-23 ta' Mejju 2011 dwar it-tisħiħ tar-rabtiet bejn l-aspetti interni u esterni tal-ġlieda kontra t-terroriżmu;

il-linji gwida tal-OECD għall-intrapriżi multinazzjonali;

il-prinċipji gwida tan-NU dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem;

l-Aġenda Urbana l-Ġdida tan-NU;

il-Konvenzjoni NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà;

il-Konvenzjoni dwar ir-Refuġjati;

il-Konvenzjoni dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa;

l-eżiti tal-Pjattaforma ta' Azzjoni ta' Beijing u l-Programm ta' Azzjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar il-Popolazzjoni u l-Iżvilupp (ICPD);

il-Pjan Direzzjonali tal-UNCTAD għar-Ristruttrar Sostenibbli ta' Dejn Sovran (April 2015);

il-Prinċipji Gwida dwar id-Dejn Barrani u d-Drittijiet tal-Bniedem imfassla mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem;

il-Patt Globali dwar ir-Refuġjati;

il-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari, adottat f'Marrakech fl-10 ta' Diċembru 2018;

u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal. [Am. 9]

(10)

Sabiex jiġi implimentat il-qafas internazzjonali ġdid stabbilit mill-Aġenda 2030, mill-Istrateġija Globali u mill-Kunsens, dan ir-Regolament jenħtieġ li jimmira lejn li jżid il-koerenza u jassigura l-effettività tal-azzjoni esterna tal-Unjoni billi jikkonċentra l-isforzi tiegħu permezz ta’ strument simplifikat ħalli jtejjeb l-implimentazzjoni tal-politiki differenti tal-azzjoni esterna.

(11)

Skont l-Istrateġija Globali u l-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri (2015-2030) kif adottat fit-18 ta' Marzu 2015 (21), jenħtieġ li jingħata rikonoxximent lill-ħtieġa li nimxu lil hinn mir-reazzjonijiet għall-kriżijiet u l-konteniment tagħhom u nersqu lejn approċċ aktar strutturali , preventiv u fuq terminu twil li jindirizza b'mod aktar effettiv is-sitwazzjonijiet ta' fraġilità, id-diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem, u l-kriżijiet fit-tul. Huma meħtieġa enfażi akbar u approċċi kollettivi fuq it-tnaqqis tar-riskju, il-prevenzjoni, il-mitigazzjoni u t-tħejjija; u huma meħtieġa sforzi ulterjuri biex jissaħħaħ ir-rispons rapidu u l-irkupru durabbli. Dan ir-Regolament jenħieġ għalhekk li jikkontribwixxi biex tissaħħaħ ir-reżiljenza u biex jorbot l-għajnuna umanitarja u l-azzjoni ta' żvilupp b'mod partikolari permezz ta' azzjonijiet ta' rispons rapidu kif ukoll permezz ta' programmi ġeografiċi u tematiċi rilevanti, filwaqt li jiġu żgurati l-prevedibbiltà, it-trasparenza u l-akkontabbiltà reċiproka xierqa, kif ukoll koerenza, konsistenza u komplementarjetà mal-għajnuna umanitarja u konformità sħiħa mad-dritt umanitarju internazzjonli u mingħajr ma jiġi mxekkel l-għoti tal-għajnuna umanitarja skont il-prinċipji ta' umanità, newtralità, imparzjalità u indipendenza f'kuntesti ta' emerġenza u ta' wara l-emerġenza . [Em. 10]

(12)

F'konformità mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni dwar l-effettività tal-iżvilupp kif adottati f'Busan fl-2011 u mġedda fil-Forum ta' Livell Għoli ta' Nairobi fl-2016 u mfakkra fil-Kunsens, il-kooperazzjoni l-Unjoni, fil-kuntest tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp tal-Unjoni tagħha u fil-modalitajiet ta' għajnuna kollha, jenħtieġ li tapplika l-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, jiġifieri s-sjieda tal-prijoritajiet għall-iżvilupp mill-pajjiżi li qed jiżviluppaw, fokus fuq ir-riżultati, sħubijiet inklużivi għall-iżvilupp kif ukoll it-trasparenza trasparenza l-akkontabilità akkontabbiltà reċiproċi, minbarra l-prinċipji ta' allinjament armonizzazzjoni . [Em. 11]

(13)

Skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-monitoraġġ u għar-rappurtar b'enfażi fuq ir-riżultati, li jkopru l-outputs, l-eżiti u l-impatti f'pajjiżi sħab li jibbenefikaw mill-assistenza finanzjarja esterna tal-Unjoni. B'mod partikolari, kif miftiehem fil-Kunsens, l-azzjonijiet permezz ta' dan ir-Regolament huma mistennija jenħtieġ li mill-inqas jikkontribwixxu 20 % tal-Assistenza Uffiċjali għall-Iżvilupp iffinanzjata skont dan ir-Regolament għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem, inklużi l-ugwaljanza b'enfasi fuq servizzi soċjali bażiċi, bħas-saħħa, l-edukazzjoni, in-nutrizzjoni, l-ilma, is-sanità u l-iġjene, u l-protezzjoni soċjali, b'mod partikolari għal dawk l-iktar marġinalizzati, b'kont meħud tal-ugwaljanza bejn is-sessi l-għoti tas-setgħa lin-nisa , it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa d-drittijiet tat-tfal bħala kwistjonijiet orizzontali . [Em. 12]

(14)

Kull meta jkun possibbli Sabiex jitjiebu l-akkontabbiltà xieraq t-trasparenza tal-baġit tal-Unjoni , il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni ċari biex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-progress lejn il-kisba tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Ir-riżultati tal-azzjoni esterna tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u vvalutati fuq il-bażi ta' indikaturi predefiniti, trasparenti, speċifiċi għall-pajjiżi u miżurabbli li jistgħu jitkejlu , adattati għall-ispeċifiċitajiet u l-għanijiet tal-Istrument u preferibbilment ibbażati bbażati fuq il-qafas tar-riżultati tal-pajjiż sieħeb. Il-Kummissjoni jenħtieġ li timmonitorja regolarment l-azzjonijiet tagħha u tirrevedi l-progress, filwaqt li tagħmel ir-riżultati disponibbli għall-pubbliku, b'mod partikolari fil-forma ta' rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. . [Em. 13]

(15)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-għan kollettiv tal-Unjoni li tipprovdi 0,7 % mill-Introjtu Nazzjonali Gross bħala Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp fil-perjodu tal-Aġenda 2030. Dak l-impenn jenħtieġ li jkun ibbażat fuq pjan direzzjonali ċar għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex jistabbilixxu skadenzi u modalitajiet għall-kisba tiegħu. F'dak ir-rigward, mill-anqas 92  95  % tal-finanzjament skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għal azzjonijiet imfassla b'mod li jissodisfaw il-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp kif stabbiliti mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi. [Em. 14]

(16)

Sabiex ikun żgurat li r-riżorsi jmorru fejn hemm l-akbar ħtieġa, speċjalment għand il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-pajjiżi f'sitwazzjoni ta' fraġilità u kunflitt, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-mira kollettiva li sa 0,20 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni jmur lejn il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati fil-perjodu tal-Aġenda 2030. Dan l-impenn jenħtieġ li jkun ibbażat fuq pjan direzzjonali ċar għall-Unjoni u l-Istati Membri tagħha biex jistabbilixxu skadenzi u modalitajiet għall-kisba tiegħu. [Em. 15]

(16a)

Bi qbil mal-impenji eżistenti fil-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi II, mill-anqas 85 % tal-programmi ffinanzjati mill-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, ġeografiċi u tematiċi, jenħtieġ li jkollhom l-ugwaljanza bejn is-sessi bħala għan prinċipali jew sinifikanti, kif definit mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD. Ir-rieżami obbligatorju tal-infiq jenħtieġ li jiżgura li parti sinifikanti minn dawn il-programmi jkollhom l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet tan-nisa u tal-bniet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħhom bħala għan prinċipali. [Em. 16]

(16b)

Dan ir-regolament jenħtieġ li jagħti attenzjoni partikolari lit-tfal u ż-żgħażagħ bħala kontributuri għar-realizzazzjoni tal-Aġenda 2030. L-azzjoni esterna tal-Unjoni skont dan ir-regolament jenħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari lill-ħtiġijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħhom u se tikkontribwixxi għat-twettiq tal-potenzjal tagħhom bħala aġenti ewlenin ta' bidla permezz tal-investiment fl-iżvilupp tal-bniedem u l-inklużjoni soċjali. [Em. 17]

(16c)

L-abitanti tal-pajjiżi tal-Afrika sub-Saħarjana huma prinċipalment adolexxenti u żgħażagħ. Kull pajjiż jenħtieġ li jiddeċiedi dwar il-politika demografika tiegħu. Madankollu, id-dinamika demografika jenħtieġ li tiġi indirizzata b'mod globali sabiex jiġi żgurat li l-ġenerazzjonijiet attwali u futuri jkunu jistgħu jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom b'mod sostenibbli. [Em. 18]

(17)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jirrifletti l-ħtieġa ta' konċentrazzjoni fuq prijoritajiet strateġiċi, kemm ġeografikament — il-Viċinat Ewropew u l-Afrika, kif ukoll pajjiżi li huma fraġli u li huma l-aktar fil-bżonn, b'mod partikolari l-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, iżda wkoll tematikament — l-iżvilupp sostenibbli, il-qerda tal-faqar, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, is-sigurtà, il-migrazzjoni it-tibdil regolari , ordinata u sikura, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-indirizzar tad-degradazzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima u d-drittijiet tal-bniedem t-theddid għas-saħħa pubblika globali . [Em. 19]

(17a)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' reżiljenza Statali u soċjetali fil-qasam tas-saħħa pubblika globali billi jindirizza t-theddid għas-saħħa pubblika globali, isaħħaħ is-sistemi tas-saħħa, jikseb kopertura tas-saħħa universali, jipprevjeni u jiġġieled il-mard li jittieħed u jgħin biex jiġu żgurati mediċini u vaċċini affordabbli għal kulħadd. [Em. 20]

(18)

Ir-relazzjoni speċjali żviluppata mal-pajjiżi ġirien tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 8 tat-TUE, jenħtieġ li tiġi ppreservata u msaħħa permezz tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-Istati u tas-soċjetajiet fil-viċinat tal-Unjoni, abbażi tal-impenn meħud fl-Istrateġija Globali. Dan ir-Regolament jjenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif rieżaminata fl-2015, u l-implimentazzjoni ta' oqfsa ta' kooperazzjoni reġjonali, bħall-kooperazzjoni transfruntiera u l-aspetti esterni ta' strateġiji u politiki makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar tal-rilevanti rilevanti fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar, inklużi d-Dimensjoni tat-Tramuntana u l-kooperazzjoni reġjonali tal-Baħar l-Iswed . Dawn l-inizjattivi joffru oqfsa politiċi supplementari għall-approfondiment tar-relazzjonijiet mal-pajjiżi sħab u bejniethom, fuq il-bażi tal-prinċipji tal-akkontabbiltà reċiproka, is-sjieda u r-responsabbiltà kondiviżi. [Em. 21]

(19)

Il-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif rieżaminata fl-2015 (22), timmira lejn li tistabbilizza l-pajjiżi timmira lejn l-approfondiment tad-demokrazija , il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u rispett tal-istat tad-dritt, l-istabbilizzazzjoni tal-pajjiżi ġirien u li ssaħħaħ ir-reżiljenza t-tisħiħ tar-reżiljenza , b'mod partikolari billi ssaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku tippromwovi riformi politiċi, ekonomiċi u soċjali , bħala l-prijoritajiet politiċi ewlenin tal-Unjoni. Biex Sabiex tilħaq l-għan tagħha, il-Politika l-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat rieżaminata ffukat permezz ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiffoka fuq erba' oqsma l-oqsma ta' prijorità li ġejjin : governanza il-governanza tajba, demokrazija, stat id-demokrazija , l-istat tad-dritt u drittijiet d-drittijiet tal-bniedem, b'enfażi partikolari fuq involviment akbar mas-soċjetà ċivili; l-iżvilupp ekonomiku soċjoekonomiku, inkluża l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, kif ukoll l-edukazzjoni u s-sostenibbiltà ambjentali ; is-sigurtà; il-migrazzjoni u l-mobilità l-mobbiltà , inkluż l-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari u tal-ispostament furzat sfurzat u s-sostenn tal-popolazzjonijiet, il-pajjiżi u r-reġjuni li qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' pressjoni migratorja maġġuri. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni tal-Unjoni u l-ftehimiet ta' kummerċ ħieles approfonditi u komprensivi ma' pajjiżi fil-viċinat . Id-differenzazzjoni u s-sjieda reċiproka akbar huma l-karatteristika tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li tirrikonoxxi l-livelli differenti ta' involviment, u tirrifletti l-interessi ta' kull pajjiż fir-rigward tan-natura u l-fokus tas-sħubija tiegħu mal-Unjoni. L-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni huwa wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Politika Ewropea tal-Viċinat. Fil-każ ta' degradazzjoni serja jew persistenti tad-demokrazija f'wieħed mill-pajjiżi sħab, l-appoġġ jenħtieġ li jiġi sospiż. Il-finanzjament tal-viċinat huwa lieva ewlenija fl-indirizzar ta' sfidi komuni, bħall-migrazzjoni irregolari u t-tibdil fil-klima, kif ukoll fit-tixrid tal-prosperità, is-sigurtà u l-istabbiltà permezz tal-iżvilupp ekonomiku u governanza aħjar. Il-viżibbiltà tal-assistenza tal-Unjoni fl-ambitu tal-viċinat jenħtieġ li tissaħħaħ. [Em. 22]

(20)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni ta' ftehim ta' assoċjazzjoni modernizzat mal-pajjiżi mill-Grupp ta' Stati mill-Afrika, il-Karibew u l-Paċifiku (AKP) u jippermetti lill-UE u lis-sħab tagħha tal-AKP biex ikomplu jiżviluppaw alleanzi b'saħħithom dwar sfidi dinjija ewlenin u komuni . B'mod partikolari, dan ir-Regolament jenħtieġ li jappoġġa l-kontinwazzjoni tal-kooperazzjoni stabbilita bejn l-Unjoni u l-Unjoni Afrikana f'konformità mal-Istrateġija Konġunta UE-Afrika , inkluż l-impenn mill-Afrika u l-UE li jippromwovu d-drittijiet tat-tfal kif ukoll it-tisħiħ tal-pożizzjoni taż-żgħażagħ tal-Ewropa u tal-Afrika, u jibni fuq il-ftehim futur bejn l-UE u l-AKP wara l-2020, inkluż permezz ta' approċċ kontinentali lejn l-Afrika , u sħubija ta' benefiċċju reċiproku bejn partijiet ugwali bejn l-UE u l-Afrika . [Em. 23]

(20a)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-aspetti relatati mal-kummerċ tar-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, bħall-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi dwar id-diliġenza dovuta għal ktajjen ta' provvista li jikkonċernaw il-landa, it-tantalju u d-deheb, il-Proċess ta' Kimberley, il-Patt dwar is-Sostenibbiltà, l-implimentazzjoni tal-impenji skont ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (23) (Regolament dwar is-SĠP), il-kooperazzjoni skont l-Infurzar tal-Liġi, it-Tmexxija u l-Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) u l-inizjattivi tal-Għajnuna għall-Kummerċ sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u l-appoġġ reċiproku bejn il-politika kummerċjali tal-UE u l-għanijiet u l-azzjonijiet ta' żvilupp; [Em. 24]

(21)

L-Unjoni jenħtieġ li tfittex l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli biex tottimizza l-impatt tal-azzjoni esterna tagħha. Dan jenħtieġ li jinkiseb permezz ta’ koerenza, konsistenza u komplementarjetà bejn l-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni III (24), l-Istrument tal-Għajnuna għall-Għajnuna Umanitarja (25), id-Deċiżjoni dwar il-Pajjiż il-Pajjiżi Territorji extra -Ewropew t-Territorji extra-Ewropej  (26), l-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari biex jikkomplementa l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat tal-Euratom (27), il-politika estera u ta’ sigurtà komuni u l-Faċilità Ewropea għall-Paċi li għadha kif ġiet proposta (28) li hija ffinanzjata lil hinn mill-baġit tal-Unjoni, kif ukoll il-ħolqien ta’ sinerġiji ma’ politiki u Programmi oħra tal-Unjoni , inklużi Fondi Fiduċjarji kif ukoll politiki u programmi tal-Istati Membri tal-UE . Dan jinkludi koerenza u komplementarjetà mal-assistenza makrofinanzjarja, fejn rilevanti. Sabiex jiġi massimizzat l-impatt ikkombinat tal-interventi biex jintlaħaq għan komuni, dan ir-Regolament jenħtieġ jippermetti t-taħlit ta’ finanzjament ma’ Programmi oħra tal-Unjoni, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. [Em. 25]

(22)

Il-finanzjament minn dan ir-Regolament jenħtieġ jintuża biex jiffinanzja azzjonijiet taħt id-dimensjoni internazzjonali ta’ Erasmus u ta' Ewropa Kreattiva , li l-implimentazzjoni tagħhom jenħtieġ li ssir skont ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament dwar Erasmus”) (29) u ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament dwar Ewropa Kreattiva”)  (30). Regulation (EU) No 1295/2013 . [Em. 26]

(22a)

Id-dimensjoni internazzjonali tal-Programm Erasmus Plus jenħtieġ li tingħata spinta bil-għan li jiżdiedu l-opportunitajiet għall-mobbiltà u l-kooperazzjoni għall-individwi u l-organizzazzjonijiet minn pajjiżi inqas żviluppati tad-dinja – billi jiġu appoġġati tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-pajjiżi terzi, l-iżvilupp tal-ħiliet, l-iskambji bejn il-persuni, filwaqt li jiġi offrut għadd ikbar ta' opportunitajiet għall-kooperazzjoni u l-mobbiltà mal-pajjiżi żviluppati u dawk emerġenti. [Em. 27]

(22b)

Fid-dawl tar-rilevanza tal-indirizzar tal-edukazzjoni u l-kultura bi qbil mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-istrateġija tal-UE għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-iżgurar ta' edukazzjoni ta' kwalità inklużiva u ekwa, il-promozzjoni ta' opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd, it-trawwim tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali, u r-rikonoxximent tar-rwol tal-kultura fil-promozzjoni tal-valuri Ewropej permezz ta' azzjonijiet dedikati u mmirati mfassla biex ikollhom impatt ċar fuq ir-rwol tal-UE bħala attur globali. [Em. 28]

(23)

L-approċċ ewlieni għall-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun permezz ta' programmi ġeografiċi, sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-assistenza tal-Unjoni u l-azzjoni tal-Unjoni tinġieb eqreb tal-pajjiżi tal-popolazzjonijiet l-popolazzjonijiet l-pajjiżi sħab Dan l-approċċ ġenerali , filwaqt li jiġu appoġġati prijoritajiet tematiċi bħalma huma d-drittijiet tal-bniedem, is-soċjetà ċivili u s-sostenibbiltà . L-għanijiet taħt il-programmi ġeografiċi u tematiċi jenħtieġ li jkunu konsistenti u koerenti ma' xulxin u jenħtieġ li jiġi kkumplimentat jiġu kkomplementati minn programmi tematiċi u minn azzjonijiet ta' rispons rapidu, fejn rilevanti. Jenħtieġ li tiġi żgurata komplementarjetà effettiva bejn il-programmi u l-azzjonijiet ġeografiċi, tematiċi u ta' rispons rapidu. Sabiex jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' kull programm, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplementa d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-istrateġija tal-Unjoni, l-oqsma ta' prijorità, l-għanijiet dettaljati, ir-riżultati mistennija, l-indikaturi speċifiċi ta' prestazzjoni u l-allokazzjoni finanzjarja speċifika għal kull programm. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet  (31) . B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 29]

(24)

F'konformità mal-Kunsens, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jtejbu l-programmazzjoni konġunta sabiex iżidu l-impatt kollettiv tagħhom billi jiġbru flimkien ir-riżorsi u l-kapaċitajiet tagħhom. Il-programmazzjoni konġunta jenħtieġ li tibni fuq l-involviment, l-approprjazzjoni u s-sjieda tal-pajjiżi sħab. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jfittxu li jappoġġaw lill-pajjiżi sħab permezz ta' implimentazzjoni ta' applikazzjoni konġunta, kull meta xieraq. L-applikazzjoni konġunta jenħtieġ li tkun inklużiva u miftuħa għas-sħab kollha tal-Unjoni li jaqblu u li jistgħu jikkontribwixxu għal viżjoni komuni, inklużi l-aġenziji tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet finanzjarji ta' żvilupp tagħhom, l-awtoritajiet lokali, is-settur privat, is-soċjetà ċivili u l-akkademja. [Em. 30]

(24a)

Fil-każ ta' degradazzjoni serja jew persistenti tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt f'wieħed mill-pajjiżi sħab, l-appoġġ jista', permezz ta' att delegat, jiġi sospiż parzjalment jew kompletament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis b'mod xieraq ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha. [Em. 31]

(24b)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkonferma mill-ġdid is-sikurezza nukleari bħala parti importanti tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u jiffaċilita l-għanijiet ta' kooperazzjoni speċifikati fir-Regolament (UE) …/…tal-Parlament Ewroew u tal-Kunsill  (32) (“ir-Regolament EINS”). Għalhekk, fil-każ li pajjiż sieħeb jonqos b'mod persistenti milli jirrispetta l-istandards bażiċi tas-sikurezza nukleari, bħalma huma d-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti fi ħdan il-Qafas tal-IAEA, il-Konvenzjonijiet ta' Espoo u Aarhus u l-emendi sussegwenti tagħhom, it-Trattat dwar in-Nonproliferazzjoni tal-Armi Nukleari u l-Protokolli addizzjonali tagħhom, l-impenji favur l-implimentazzjoni tat-testijiet tal-istress u l-miżuri relatati, u l-għanijiet ta' kooperazzjoni speċifikati fir-Regolament (EINS), l-assistenza skont dan ir-Regolament għall-pajjiż ikkonċernat jenħtieġ li tiġi kkunsidrata mill-ġdid u tista' tiġi sospiża jew sospiża parzjalment. [Em. 32]

(25)

Filwaqt li d-demokrazija, d-drittijiet tal-bniedem id-drittijiet tal-bniedem l-libertajiet fundamentali , fosthom il-protezzjoni tat-tfal, il-minoritajiet, il-persuni b'diżabbiltà u l-persuni LGBTI, kif ukoll l-ugwaljanza bejn is-sessi, u l-għoti tas-setgħa lin-nisa t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, jenħtieġ li jiġu riflessi matul l-implimentazzjoni kollha u integrati b'mod konsistenti matul l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-assistenza tal-Unjoni permezz tal-programmi tematiċi għad-drittijiet tal-bniedem uf u d-demokrazija u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili - l-awtoritajiet lokali jenħtieġ li jkollha rwol speċifiku komplementari u addizzjonali minħabba n-natura dinjija tagħha, u l-indipendenza tal-azzjoni tagħha mill-kunsens tal-gvernijiet u tal-awtoritajiet pubbliċi tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Meta tagħmel dan, l-Unjoni jenħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari lill-pajjiżi u s-sitwazzjonijiet ta' urġenza fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma l-aktar f'riskju u fejn in-nuqqas ta' rispett lejn dawk id-drittijiet u l-libertajiet huwa partikolarment evidenti u sistematiku, kif ukoll lil sitwazzjonijiet fejn ikun hemm fin-nofs l-ispazju tas-soċjetà ċivili. L-assistenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li titfassal b'tali mod li tippermetti appoġġ lis-soċjetà ċivili, kif ukoll kooperazzjoni u sħubija magħha fir-rigward ta' kwistjonijiet tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem sensittivi, filwaqt li tipprovdi l-flessibbiltà u r-reattività meħtieġa biex ikun hemm rispons għaċ-ċirkostanzi li qed jinbidlu, għall-ħtiġijiet tal-benefiċjarji, jew għall-perjodi ta' kriżi, u meta jkun neċessarju, tikkontribwixxi għall-bini tal-kapaċità tas-soċjetà ċivili. F'tali każijiet, il-prijoritajiet politiċi jenħtieġ li jkunu l-promozzzjoni tar-rispett għad-dritt internazzjonali u l-provvediment ta' mezzi ta' azzjoni lis-soċjetà ċivili lokali u lil partijiet ikkonċernati tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti oħra sabiex jingħata kontribut għal ħidma li titwettaq f'ċirkostanzi diffiċli ħafna. Dan ir-Regolament jenħtieġ li joffri wkoll il-possibbiltà li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jirċievu għotjiet żgħar b'mod rapidu u effiċjenti meta jkun neċessarju, b'mod partikolari fl-aktar sitwazzjonijiet diffiċli, bħalma huma dawk ta' fraġilità, kriżi u tensjonijiet interkomunitarji. [Em. 33]

(25a)

Skont l-Artikoli 2, 3 u 21 tat-TUE u l-Artikolu 8 tat-TFUE, l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun iggwidata mill-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, u jenħtieġ li tipprova tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tan-nisa f'konformità mal-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi II, il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà tal-10 ta' Diċembru 2018, il-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Għan Nru 5 tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. [Em. 34]

(25b)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jindirizza u jintegra l-promozzjoni tad-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn is-sessi globalment, inkluż billi jappoġġa l-organizzazzjonijiet li qed jaħdmu fuq il-promozzjoni tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi (aċċess għal informazzjoni, edukazzjoni u servizzi ta' kwalità u aċċessibbli) u l-ġlieda kontra l-vjolenza bbażata fuq is-sess u d-diskriminazzjoni, filwaqt li jirrikonoxxi u jindirizza wkoll ir-rabtiet mill-qrib bejn il-kwistjonijiet ta' paċi, sigurtà, żvilupp u ugwaljanza bejn is-sessi. Din il-ħidma jenħtieġ li tkun koerenti mal-implimentazzjoni tal-prinċipji u l-konvenzjonijiet internazzjonali u Ewropej rilevanti, u tippromwovihom. [Em. 35]

(26)

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jinkludu firxa wiesgħa ta' atturi bi rwoli u mandati differenti multipli li jinkludi tinkludi l-istrutturi kollha mhux Statali, mhux għall-profitt, mhux partiġġjani u mhux vjolenti, li bihom persuni jorganizzaw ruħhom biex isegwu għanijiet u ideali komuni, sew politiċi, kulturali, soċjali ekonomiċi , reliġjużi, ambjentali, jew ekonomiċi jew biex iżommu responsabbli lill-awtoritajiet . Huma Peress li joperaw mil-livell lokali sal-livell sal-livelli nazzjonali, reġjonali u internazzjonali, u dawn jinkludu organizzazzjonijiet urbani u rurali, formali u informali. Il-korpi jew l-atturi l-oħrajn li mhumiex speċifikament esklużi b'dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati meta dan ikun neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. [Em. 36]

(26a)

Bi qbil mal-Kunsens għall-Iżvilupp, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jrawmu l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili (OSĊ) u tal-awtoritajiet lokali (LAs) fil-kontribuzzjoni għall-iżvilupp sostenibbli u għall-implimentazzjoni tal-SDGs, iter alia fis-setturi tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, il-ġustizzja soċjali u bħala fornituri ta' servizzi soċjali bażiċi lill-popolazzjonijiet l-aktar fil-bżonn. Huma jenħtieġ li jirrikonoxxu r-rwoli multipli tal-OSĊ u tal-LAs, dawn tal-aħħar bħala promoturi ta' approċċ territorjali għall-iżvilupp, inklużi proċessi ta' deċentralizzazzjoni, parteċipazzjoni, sorveljanza u akkontabbiltà. L-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jippromwovu spazju operattiv u ambjent abilitanti għall-OSĊ, u jkomplu jsaħħu l-appoġġ tagħhom favur il-bini tal-kapaċitajiet tal-OSĊ u tal-LAs sabiex isaħħu l-vuċi tagħhom fil-proċess ta' żvilupp sostenibbli u djalogu politiku, soċjali u ekonomiku avvanzat, inkluż permezz ta' programmi dwar il-faċilitajiet tas-soċjetà ċivili. [Em. 37]

(26b)

L-Unjoni jenħtieġ li tappoġġa lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tippromwovi l-involviment strateġiku ikbar tagħhom fl-istrumenti u l-programmi esterni kollha, inklużi l-programmi ġeografiċi u l-azzjonijiet ta' rispons rapidu skont dan ir-Regolament, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-15 ta' Ottubru 2012 dwar “L-għeruq tad-demokrazija u żvilupp sostenibbli: l-involviment tal-Ewropa mas-soċjetà ċivili fir-relazzjonijiet esterni”. [Em. 38]

(27)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għal dan l-istrument, li se jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (33), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(28)

Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima , li jitħares l-ambjent u li jiġi miġġieled it-telf tal-bijodiversità, skont l-impenji tal-Unjoni li jimplimentaw il-Ftehim ta' Pariġi l-Miri tal-Iżvilupp , il-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan ir-Regolament se jenħtieġ li jikkontribwixxi biex l-azzjoni klimatika u ambjentali tiġi integrata fil-politiki tal-Unjoni u biex tintlaħaq il-mira ġenerali li 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE ikunu tal-Unjoni b'appoġġ għal għanijiet tal-klima u jappoġġa azzjonijiet b'kobenefiċċji ċari u identifikabbli fis-setturi kollha . L-azzjonijiet permezz ta' dan ir-Regolament huma mistennija li jikkontribwixxu 25  45  % mill-pakkett finanzjarju kumplessiv għal għanijiet tal-klima. għall-għanijiet tal-klima, il-ġestjoni u l-protezzjoni ambjentali, il-bijodiversità u l-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, filwaqt li 30 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv jenħtieġ li jkun iddedikat għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih . Azzjonijiet L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul l-implimentazzjoni l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u l-kontribuzzjoni kumplessiva minn dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun parti mill-evalwazzjonijiet rilevanti u mill-proċessi ta' rieżami. L-azzjoni tal-Unjoni f'dan il-qasam jenħtieġ li tiffavorixxi l-aderenza mal-Ftehim ta' Pariġi u mal-Konvenzjonijiet ta' Rio, u ma tikkontribwixxix għad-degradazzjoni ambjentali jew tikkawża ħsara lill-ambjent jew lill-klima. L-azzjonijiet u l-miżuri li jikkontribwixxu biex tintlaħaq il-mira dwar il-klima jenħtieġ li jenfasizzaw b'mod speċjali l-appoġġ għall-adattament għat-tibdil fil-klima f'pajjiżi foqra u vulnerabbli ħafna, u jenħtieġ li jqisu r-relazzjoni bejn il-klima, il-paċi u s-sigurtà, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-ġlieda kontra l-faqar. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali u jippromwovi agrikoltura, ġestjoni tal-foresti u attivitajiet ta' estrazzjoni sostenibbli u sikuri. [Em. 39]

(29)

Huwa essenzjali li tiżdied il-kooperazzjoni Il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni ma' pajjiżi sħab, jitgawdew il-benefiċċji ta' migrazzjoni ġestita tajjeb tista' twassal biex jinsilet benefiċċju reċiproku mill-migrazzjoni ordnata, sikura regolari responsabbli tiġi indirizzata effettivament biex jiġu indirizzati b'mod effettiv il-migrazzjoni irregolari u l-ispostament sfurzat . Tali kooperazzjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi biex jiġu ffaċilitati mogħdijiet sikuri u legali għall-migrazzjoni u l-asil, jiġi żgurat l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, l-indirizzar tal-kawżi jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni irregolari it-titjib tal-ġestjoni u l-ispostament sfurzat , ikun hemm kollaborazzjoni mad-dijaspori, tissaħħaħ il-ġestjoni tal-fruntieri u li jsiru jiġu segwiti sforzi fil-ġlieda kontra l-migrazzjoni fl-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari, it-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni tad-dħul klandestin ta' migranti, u ssir ħidma fuq ir-ritorn, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni sikuri, dinjitużi u sostenibbli meta rilevanti, b'mod li jkun sensittiv għall-kunflitti fuq il-bażi tal-akkontabbiltà reċiproka, u  b'rispett sħiħ tal-obbligi umanitarji u tad-drittijiet tal-bniedemGħalhekk, il-kooperazzjoni effettiva tal-pajjiżi terzi mal-Unjoni f'dan il-qasam jenħtieġ li ssir element integrali mill-prinċipji ġenerali ta' dan ir-Regolament skont id-dritt internazzjonali u dak tal-Unjoni . Aktar koerenza Il-koerenza bejn il-migrazzjoni il-politiki tal-migrazzjoni l-politiki dawk tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp hija importanti biex jiġi żgurat li l-assistenza għall-iżvilupp tappoġġa lill-pajjiżi sħab jimmaniġġaw il-migrazzjoni b'mod aktar effettiv biex jiġġieldu l-faqar u l-inugwaljanza, jippromwovu d-drittijiet u l-libertajiet, kif ukoll biex isir kontribut għal ġestjoni tal-migrazzjoni ordnata, sikura u responsabbli . Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi għal approċċ koordinat, olistiku u strutturat għall-migrazzjoni, billi jimmassimizza s-sinerġiji u japplika l-ingranaġġ meħtieġ l-impatt pożittiv tal-migrazzjoni u l-mobbiltà fuq l-iżvilupp . [Em. 40]

(30)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi għall-isfidi, il-ħtiġijiet u l-opportunitajiet relatati mal-migrazzjoni, f'komplementarjetà mal-politika tal-UE mal-politiki tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u l-iżvilupp . Sabiex Biex jikkontribwixxi għal dan il-għan dak l-għan, sabiex tiġi mmassimizzata l-kontribuzzjoni tal-migrazzjoni għall-iżvilupp , u mingħajr preġudizzju għaċ-ċirkustanzi mhux previsti għal ħtiġijiet ġodda jew sfidi emerġenti ġodda , huwa mistemmi li massimu ta' 10 % mill-pakkett finanzjarju tiegħu huma mistennija jkunu ddedikati jkun iddedikat biex jiġu indirizzati l-għeruq tal-migrazzjoni irregolari u tal-ispostament sfurzat u biex tiġi appoġġata l-ġestjoni u l-governanza jiġi appoġġat impenn imsaħħaħ favur il-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni sikura ordnata, regolari u responsabbli u l-implimentazzjoni ta' politiki ppjanati u ġesti tajjeb , inkluża l-protezzjoni tad-drittijiet tal-migranti u tar-refuġjati d-drittijiet tal-migranti abbażi tad-dritt internazzjonali dak privat fl-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-indirizzar tal-fenomenu tal-eżodu ta' mħuħ u biex jgħin fl-appoġġ tal-ħtiġijiet tal-persuni spostati u tal-komunitajiet ospitanti, b'mod partikolari permezz tal-għoti ta' aċċess għal opportunitajiet ta' għajxien u servizzi bażiċi. [Em. 41]

(30a)

Is-servizzi u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) urew li jippermettu l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir inklużiv. Dawn jistgħu jkunu kruċjali għat-titjib tal-ħajja taċ-ċittadini anke fl-ifqar pajjiżi, b'mod partikolari billi jsaħħu l-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, itejbu l-governanza demokratika u t-trasparenza, u jagħtu spinta l-produttività u l-ħolqien tal-impjiegi. Madankollu, il-konnettività u l-affordabbiltà għadhom problema kemm madwar ir-reġjuni kif ukoll fihom, peress li jeżistu varjazzjonijiet kbar bejn il-pajjiżi bi dħul għoli u dawk bi dħul iktar baxx u bejn il-bliet u ż-żoni rurali. Għalhekk, dan ir-regolament jenħtieġ li jgħin lill-Unjoni biex tkompli tintegra d-diġitalizzazzjoni fil-politiki ta' żvilupp tal-Unjoni. [Em. 42]

(30b)

L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, adottata b'Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fil-25 ta' Settembru 2015, issottolinjat l-importanza tal-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi u inklużivi kemm bħala Għan ta' Żvilupp Sostenibbli (SDG) 16 kif ukoll sabiex jinkisbu eżiti oħrajn tal-politika ta' żvilupp. L-SDG 16 jitlob speċifikament “It-tisħiħ tal-istituzzjonijiet nazzjonali rilevanti, inkluż permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali, għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet fil-livelli kollha, b'mod partikolari fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, biex tiġi evitata l-vjolenza u jiġu missielta t-terroriżmu u l-kriminalità”. [Em. 43]

(30c)

Fil-Communiqué tal-Laqgħa ta' Livell Għoli tad-19 ta' Frar 2016, il-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi aġġorna d-direttivi ta' rappurtar tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp fil-qasam tal-paċi u s-sigurtà. Il-finanzjament tal-azzjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament jikkostitwixxi Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp meta jissodisfa l-kriterji stabbiliti f'dawk id-direttivi ta' rappurtar jew kwalunkwe direttiva ta' rappurtar sussegwenti, li dwarha jkun jista' jaqbel il-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp. [Em. 44]

(30d)

Il-bini tal-kapaċitajiet b'appoġġ għall-iżvilupp u s-sigurtà għall-iżvilupp jenħtieġ li jintuża f'każijiet eċċezzjonali biss, meta l-għanijiet tar-Regolament ma jkunux jistgħu jintlaħqu permezz ta' attivitajiet ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp oħra. L-għoti ta' appoġġ lill-atturi tas-settur tas-sigurtà fil-pajjiżi terzi, inkluż, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, il-militar, f'kuntest ta' prevenzjoni tal-kunflitti, ġestjoni tal-kriżi jew stabbilizzazzjoni huwa essenzjali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet xierqa għall-qerda tal-faqar u għall-iżvilupp. Il-governanza tajba, il-kontroll demokratiku u s-sorveljanza ċivili effettivi tas-sistema tas-sigurtà, inkluż fir-rigward tal-militar, kif ukoll il-konformità mad-drittijiet tal-bniedem u mal-prinċipji tal-istat tad-dritt huma attributi essenzjali ta' Stat li jiffunzjona tajjeb fi kwalunkwe kuntest, u jenħtieġ li jiġu promossi permezz ta' appoġġ għal riforma tas-settur tas-sigurtà usa' lill-pajjiżi terzi. [Em. 45]

(30e)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jibni fuq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni mill-Kummissjoni mitluba għal Ġunju 2020, li se tinkludi konsultazzjoni pubblika mifruxa b'diversi partijiet ikkonċernati, valutazzjoni tal-koerenza tal-bini tal-kapaċitajiet b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp fl-ambitu tar-rabta bejn is-sigurtà u l-iżvilupp iffinanzjata mill-Unjoni u l-Istati Membri tagħha mal-Istrateġija Globali u l-Għanijiet ta' Żvilupp tan-NU. [Em. 46]

(30f)

L-Unjoni jenħtieġ li tippromwovi wkoll approċċ sensittiv għall-kunflitti u sensittiv għas-sessi fl-azzjonijiet u l-programmi kollha skont dan ir-Regolament, bl-għan li jiġu evitati impatti negattivi u jiġu massimizzati dawk pożittivi. [Em. 47]

(31)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jenħtieġ li japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34) (“ir-Regolament Finanzjarju) u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, appoġġ baġitarju, fondi fiduċjarji, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji u jipprovdu għal verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati rigward l-istat tad-dritt fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u finanzjament effettiv tal-UE.

(32)

It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni applikazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tal-ħtiġijiet, il-preferenzi u l-kuntest speċifiku tas-sħab, ir-rilevanza, is-sostenibbiltà u l-kapaċità tagħhom li jikkonformaw mal-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b'mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta' ammonti f'daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma' kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju . Ir-rwol tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED) bħala fondazzjoni awtorizzata permezz tal-istituzzjonijiet Ewropej għall-appoġġ tad-demokrazija, is-soċjetà ċivili u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja jenħtieġ li jissaħħaħ u jiġi inkrimentat skont dan ir-Regolament. L-EED jenħtieġ li jingħata l-flessibbiltà amministrattiva u l-opportunitajiet finanzjarji biex jinħarġu għotjiet immirati lill-atturi tas-soċjetà ċivili fil-Viċinat Ewropew għall-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, b'mod partikolari f'dak li jikkonċerna l-iżvilupp tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-elezzjonijiet ħielsa u l-istat tad-dritt. [Em. 48]

(33)

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli + (“EFSD+”) il-ġdid, li jibni fuq il-predeċessur ta’ suċċess tiegħu, l-EFSD (35), jenħtieġ li jikkostitwixxi pakkett finanzjarju integrat li jipprovdi kapaċità ta’ finanzjament fil-forom ta’ għotjiet, garanziji u strumenti finanzjarji oħra madwar il-dinja kollha. L-EFSD+ jenħtieġ li jappoġġa l-Pjan ta' Investiment Estern u jikkombina operazzjonijiet ta’ taħlit u ta’ garanziji baġitarji koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, inklużi dawk li jkopru r-riskji sovrani assoċjati ma’ operazzjonijiet ta’ self, preċedentement imwettqa taħt il-mandat ta’ self estern tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Minħabba r-rwol tiegħu skont it-Trattati u l-esperjenza tiegħu matul dawn l-aħħar deċennji jappoġġa l-politiki tal-Unjoni, il-Bank Ewropew tal-Investiment jenħtieġ jibqa’ sieħeb naturali tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta’ operazzjonijiet taħt il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. Banek Nazzjonali tal-Iżvilupp (NDBs) tal-UE jew Banek Multilaterali tal-Iżvilupp (MDBs) oħra għandhom ukoll ħiliet u kapital li jistgħu jġibu magħhom valur sinifikanti għall-impatt tal-politika tal-iżvilupp tal-Unjoni u għalhekk jenħtieġ li l-parteċipazzjoni tagħhom skont l-EFSD+ tiġi promossa wkoll bil-qawwa permezz ta' dan ir-Regolament. [Em. 49]

(34)

L-EFSD+ jenħtieġ li jkollu l-għan li jappoġġaw jappoġġa l-investimenti bħala mezz li jikkontribwixxu kif jikkontribwixxi biex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli permezz tat-trawwim ta' żvilupp ekonomiku , kulturali u soċjali sostenibbli u inklużiv u billi jippromwovi r-reżiljenza l-promozzjoni tar-reżiljenza soċjoekonomika tal-pajjiżi sħab, b'enfasi partikolari fuq il-qerda tal-faqar, it-tkabbir il-prevenzjoni tal-funflitti u l-promozzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi, ġusti u inklużivi, il-progress ekonomiku sostenibbli u inklużiv, il-ħolqien l-indirizzar tat-tibdil fil-klima permezz tal-mitigazzjoni u l-adattament, id-degradazzjoni ambjentali, u l-ħolqien ta' opportunitajiet ekonomiċi u impjiegi diċenti l-opportunitajiet ekonomiċi, il-ħiliet f'konformità mal-istandards rilevanti tal-ILO , b'mod partikolari għan-nisa , iż-żgħażagħ u l-persuni vulnerabbli. Jenħtieġ li ssir enfasi fuq l-għoti ta' edukazzjoni ta' kwalità inklużiva u ekwa, u l-iżvilupp tal-ħiliet u l-intraprenditorija permezz tat-tisħiħ tal-istrutturi edukattivi u kulturali, inkluż b'rabta mat-tfal f'sitwazzjonijiet ta' spostament sfurzat u emerġenzi umanitarji. Għandu jkollu wkoll l-għan li jappoġġa ambjent ta' investiment stabbli, l-industrijalizzazzjoni , is-setturi soċjoekonomiċi, il-kooperattivi, l-intrapriżi soċjali, l-intrapriżi mikro, żgħar u medji kif ukoll billi jiġu indirizzati it-tisħiħ tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem, li n-nuqqas tagħhom spiss jikkostitwixxi l-kawżi soċjoekonomiċi speċifiċi tal-migrazzjoni irregolari u ċ-ċaqliq sfurzat , f'konformità mad-dokumenti rilevanti ta' programmazzjoni indikattiva. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-pajjiżi identifikati bħala li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, lill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u lill-pajjiżi fqar b'ħafna dejn. Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni speċjali fir-rigward tat-titjib tal-għoti ta' servizzi pubbliċi bażiċi essenzjali, tas-sigurtà tal-ikel, u tal-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjonijiet urbani li qed jikbru b'mod rapidu, inkluż permezz ta' akkomodazzjoni adegwata, sikura u affordabbli. Jenħtieġ li l-EFSD+ jinkoraġġixxi s-sħubijiet bi skop ta' qligħ/mingħajr skop ta' qligħ bħala mezz biex l-investimenti tas-settur privat jiġi ggwidat lejn l-iżvilupp sostenibbli u l-qerda tal-faqar. L-involviment strateġiku tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-Delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-pajjiżi sħab jenħtieġ li jiġi promoss ukoll fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-proġett, sabiex jinstabu soluzzjonijiet imfassla apposta għall-promozzjoni tal-iżvilupp soċjoekonomiku tal-komunitajiet, il-ħolqien tal-impjiegi u opportunitajiet ġodda ta' negozju. L-investimenti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-analiżi tal-kunflitti, jiffukaw fuq il-kawżi ewlenin tal-kunflitti, il-fraġilità u l-instabbiltà, filwaqt li jimmassimizzaw il-potenzjal għat-trawwim tal-paċi u jimminimizzaw ir-riskji li l-kunflitti jaggravaw. [Em. 50]

(35)

Jenħtieġ li l-EFSD+ jimmassimizza l-addizjonalità tal-finanzjament, jindirizza l-fallimenti tas-suq u s-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali, irendi prodotti innovattivi u jattira fondi mis-settur privat biex tiġi ottimizzata l-kontribuzzjoni tal-finanzjament privat għall-iżvilupp sostenibbli lokali . Jenħtieġ li l-involviment tas-settur privat fil-kooperazzjoni tal-Unjoni mal-pajjiżi sħab permezz tal-EFSD+ iħalli impatt addizzjonali u li jkun jista' jitkejjel fuq l-iżvilupp b'rispett sħiħ tal-ambjent u d-drittijiet u l-għajxien tal-komunitajiet lokali u mingħajr distorsjoni fis-suq lokali kompetizzjoni mhux xierqa mal-atturi ekonomiċi lokali. Jenħtieġ li dan ikun kosteffikaċi u bbażat fuq l-akkontabbiltà reċiproka u l-kondiviżjoni tar-riskju u tal-kostijiet. Jenħtieġ li l-EFSD+ , filwaqt li bbażat fuq kriterji ta' akkontabbiltà reċiproka u trasparenza adegwati, jopera bħala “one-stop-shop”, billi jirċievi proposti ta' finanzjament mingħand istituzzjonijiet finanzjarji u investituri pubbliċi jew privati u jagħti firxa wiesgħa ta' appoġġ finanzjarju għall-investimenti eliġibbli. [Em. 51]

(35a)

Garanzija tal-UE għall-operazzjonijiet ta' investimenti sovrani fis-settur pubbliku jenħtieġ li tifforma parti mill-EFSD+. Dik il-garanzija tal-UE jenħtieġ li ma tkunx estiża għal operazzjonijiet ta' investimenti sovrani li jinvolvu self ta' fondi mislufa lis-settur privat jew self lil entitajiet sottosovrani, jew għall-benefiċċju tagħhom, li jistgħu jaċċessaw finanzjament sottosovran mingħajr garanziji sovrani. Sabiex il-BEI ikun megħjun fl-ippjanar tal-kapaċità tiegħu, jenħtieġ li jiġi allokat lill-BEI volum minimu garantit ta' tali operazzjonijiet ta' investimenti sovrani. [Em. 52]

(36)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita Garanzija għall-Azzjoni Esterna li tibni fuq il-Garanzija tal-EFSD u fuq il-Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni. Jenħtieġ li l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tappoġġa l-operazzjonijiet tal-EFSD+ koperti mill-garanziji baġitarji, mill-assistenza makrofinanzjarja u mis-self lil pajjiżi terzi fuq il-bażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom (36). Dawn l-operazzjonijiet jenħtieġ li jkunu appoġġati minn approprjazzjonijiet permezz ta' dan ir-Regolament, flimkien ma' dawk permezz tar-Regolament (UE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37) (“ir-Regolament IPA III”) u permezz tar-Regolament EINS, li jenħtieġ li jkopru wkoll il-proviżjonament u l-obbligazzjonijiet li jirriżultaw minn self ta' assistenza makrofinanzjarja u minn self lil pajjiżi terzi msemmi msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament EINS, rispettivament. Meta tiffinanzja operazzjonijiet EFSD Fil-finanzjament tal-operazzjonijiet tal-EFSD+ , jenħtieġ li tingħata prijorità lil dawk l-operazzjonijiet li jkollhom impatt għoli fuq il-ħolqien tal-impjiegi ta' impjiegi u għajxien deċenti u li l-proporzjon tal-kostijiet u l-benefiċċji tagħhom itejjeb is-sostenibbiltà tal-investiment , u li jipprovdu l-ogħla garanziji ta' sostenibbiltà u impatt tal-iżvilupp fit-tul permezz tas-sjieda lokali . Jenħtieġ li l-operazzjonijiet appoġġati bil-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jkunu akkumpanjati b'valutazzjoni ex ante dettaljata tal-aspetti ambjentali, finanzjarji u soċjali, kif ikun xieraq inkluż l-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem l-għajxien ta' komunitajiet affettwati u l-impatt fuq l-inugwaljanzi u l-identifikazzjoni ta' modi biex jiġu indirizzati dawk l-inugwaljanzi f'konformità mar-rekwiżiti għal regolamentazzjoni aħjar u filwaqt li jitqies kif xieraq il-prinċipju ta' kunsens liberu u infurmat minn qabel tal-komunitajiet affettwati f'investimenti relatati mal-art . Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ li ma tintużax biex tipprovdi servizzi pubbliċi essenzjali, li jibqgħu r-responsabbiltà tal-gvern nazzjonali. Il-valutazzjonijiet tal-impatt ex post jenħtieġ li jkejlu wkoll l-impatt tal-iżvilupp tal-operazzjonijiet EFSD+. [Em. 53]

(37)

Sabiex tiġi prevista l-flessibbiltà, tiżdied l-attrazzjoni għas-settur privat , tiġi promossa l-kompetizzjoni ġusta u jiġi mmassimizzat l-impatt tal-investimenti, jenħtieġ li tingħata deroga mir-regoli relatati mal-metodi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, kif stipulat fir-Regolament Finanzjarju, fir-rigward tal-kontropartijiet eliġibbli. Dawk il-kontropartijiet eliġibbli jistgħu jkunu wkoll korpi li ma jkunux fdati bl-implimentazzjoni ta' xi sħubija pubblika privata u jistgħu jkunu wkoll korpi regolati b'liġi privata bid-dritt privat ta' pajjiż sieħeb. [Em. 54]

(38)

Sabiex jiżdied l-impatt tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-partijiet kontraenti tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jkollhom il-possibbiltà jipprovdu kontribuzzjonijiet fil-forma ta’ flus jew garanzija. Jenħtieġ li l-kontribuzzjoni fil-forma ta’ garanzija ma taqbiżx il-50 % tal-ammont tal-operazzjonijiet iggarantiti mill-Unjoni. Jenħtieġ li l-obbligazzjonijiet finanzjarji li jirriżultaw minn din il-garanzija ma jiġux proviżjonati u r-riżerva ta’ likwidità jenħtieġ li tiġi proviżjonata mill-fond komuni ta’ proviżjonament.

(39)

Azzjonijiet L-azzjonijiet esterni huma ta' spiss implimentati jiġu applikati f'ambjent volatili ħafna li jkun jeħtieġ adattament kontinwu u rapidu għall-ħtiġijiet li jevolvu tas-sħab tal-Unjoni u għall-isfidi dinjija għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali , id-demokrazija u l-governanza tajba, is-sigurtà u l-istabbiltà, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, l-oċeani, u l-kriżi tal-migrazzjoni u l-migrazzjoni, inklużi l-kawżi ewlenin tagħha bħall-faqar u l-inugwaljanza, u l-impatt tan-numru li qed jiżdied ta' persuni spustati, speċjalment fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw . Ir-rikonċiljazzjoni tal-prinċipju tal-prevedibbiltà mal-ħtieġa ta' reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda konsegwentement ifisser tfisser l-adattament tal-implimentazzjoni tal-applikazzjoni finanzjarja tal-programmi. Biex tiżdied il-kapaċità tal-UE li tirrispondi għal ħtiġijiet mhux previsti koperti minn programmi billi jibni fuq l-esperjenza dokumenti ta' programmazzjoni, abbażi tal-esperjenza ta' suċċess tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ), ammont definit minn qabel jenħtieġ li jitħalla mhux allokat bħala riżerva għall-isfidi u l-prijoritajiet li jinħolqu. Jenħtieġ li din ir-riżerva tiġi mobilizzata f'każijiet debitament ġustifikati skont il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-Regolament. [Em. 55]

(40)

Għalhekk, filwaqt li jirrispetta l-prinċipju li l-baġit tal-Unjoni jiġi stipulat kull sena, dan ir-Regolament jenħtieġ li jippreserva l-possibbiltà li l-flessibbiltajiet li diġà huma permessi mir-Regolament Finanzjarju jiġu applikati għal politiki oħra, jiġifieri r-riporti u r-riimpenn ta’ fondi, sabiex jiġi assigurat użu effiċjenti tal-fondi tal-UE kemm għaċ-ċittadini tal-UE kif ukoll għall-pajjiżi sħab, u b’hekk jiġu massimizzati l-fondi disponibbli tal-Unjoni għall-interventi ta’ azzjoni esterna.

(41)

Skont l-Artikolu 83 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill …/… (PTEE), persuni u entitatijiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal finanzjament skont dan ir-Regolament, soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tiegħu u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti jkun marbut. Barra minn hekk, il-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi sħab u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropew kif ukoll ir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni skont l-Artikolu 349 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi mħeġġa f’oqsma ta’ interess komuni.

(42)

Sabiex jissaħħu s-sjieda demokratika tal-proċessi ta' żvilupp min-naħa tal-pajjiżi sħab u s-sostenibbiltà tal-assistenza esterna, jenħtieġ li l-Unjoni, fejn ikun rilevanti, tiffavorixxi l-użu tal-istituzzjonijiet , ir-riżorsi u l-għarfien espert proprji tal-pajjiżi sħab, u tas-sistemi u l-proċeduri tal-pajjiżi sħab għal kull aspett taċ-ċiklu tal-proġett għall-kooperazzjoni filwaqt li jiġu żgurati l-għarfien espert u r-riżorsi lokali u l-involviment sħiħ tas-soċjetà ċivili u tal-gvernijiet lokali. L-Unjoni jenħtieġ li tipprovdi wkoll programmi ta' taħriġ dwar kif issir applikazzjoni għall-finanzjament tal-Unjoni lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u lill-ħaddiema taċ-ċivil tal-awtoritajiet lokali bl-għan li tgħinhom itejbu l-eliġibbiltà u l-effiċjenza tal-proġetti tagħhom. Dawn il-programmi jenħtieġ li jitwettqu fil-pajjiżi kkonċernati, ikunu disponibbli fil-lingwa tal-pajjiż u jikkomplementaw kwalunkwe programm ta' tagħlim mill-bogħod li jkun stabbilit ukoll, sabiex ikun żgurat taħriġ immirat li jwieġeb għall-ħtiġijiet ta' dak il-pajjiż. [Em. 56]

(43)

Pjanijiet ta’ azzjoni annwali jew pluriennali u miżuri msemmija fl-Artikolu 19 jikkostitwixxu programmi ta’ ħidma skont ir-Regolament Finanzjarju. Pjanijiet ta’ azzjoni annwali jew pluriennali jikkonsistu f’sett ta’ miżuri miġbura f’dokument wieħed.

(44)

Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38), ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 (39) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (40) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (41), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri effettivi u proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jagħmel investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jinvestiga u jippreżenta każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 (42) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera kompletament fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. għal din ir-raġuni, il-ftehimiet ma’ pajjiżi u territorji terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali, u kwalunkwe kuntratt jew ftehim ta’ għotja, li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun fihom dispożizzjonijiet li b’mod espliċitu jagħtu s-setgħa lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-OLAF iwettqu tali awditjar, verifiki u spezzjonijiet fil-post, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom u jiżguraw li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni jagħti drittijiet ekwivalenti.

(44a)

Sabiex jikkontribwixxi għall-ġlieda internazzjonali kontra l-frodi tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa, il-frodi, il-korruzzjoni u l-ħasil tal-flus, il-finanzjament kollu permezz ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi pprovdut b'mod kompletament trasparenti. Barra minn hekk, il-kontropartijiet eliġibbli jenħtieġ li ma jappoġġaw l-ebda attività mwettqa għal skopijiet illegali u ma jipparteċipaw fl-ebda operazzjoni ta' finanzjament jew investiment permezz ta' mezz li jkun jinsab f'ġurisdizzjoni li ma tikkooperax jew f'rifuġju fiskali. Il-kontropartijiet jenħtieġ li joqogħdu lura wkoll milli jagħmlu kwalunkwe użu ta' evitar tat-taxxa jew ta' skemi ta' ppjanar aggressiv tat-taxxa. [Em. 57]

(45)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawn is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (43) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. [Em. 58]

(46)

Sabiex jiġu ssupplimentati jew emendati elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tat-TFUE jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward mir-rati tal-istabbiliment tal-istrateġija tal-Unjoni, l-oqsma ta' proviżjonament stipulati fl-Artikolu 26(3), l-oqsma prijorità, l-għanijiet dettaljati , ir-riżultati mistennija, l-indikaturi speċifiċi tal-prestazzjoni u l-allokazzjoni finanzjarja u l-modalitajiet ta' kooperazzjoni speċifiċi għal kull programm ġeografiku tematiku, kif ukoll għal pjanijiet ta' intervent elenkati fl-Annessi II, III u IV, l-oqsma azzjoni u miżuri mhux ibbażati fuq dokumenti ta' programmazzjoni li jistabbilixxu qafas operazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem , l-istabbiliment ta' qafas ta' ġestjoni tar-riskji , id-deċiżjonijiet dwar il-ħtiġijiet mhux koperti minn programmi jew dokumenti ta' prijorità tal-operazzjonijiet EFSD+ elenkati fl-Anness V, il-governanza tal-EFSD+ fl-Anness VI, biex tirrieżamina jew tikkumplimenta l-indikaturi fl-Anness VII meta jkun hemm bżonn programmazzjoni, id-deċiżjonijiet dwar is-sospensjoni tal-assistenza, l-istabbiliment tal-qafas ta' approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni , l-istabbiliment tar-rati ta' proviżjonament , l-istabbiliment ta' qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni u l-estensjoni tal-ambitu tal-azzjonijiet għal pajjiżi biex tissupplimenta territorji mhux koperti b'dan ir-Regolament. Sabiex jiġu emendati elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment , is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-oqsma ta' qafas kooperazzjoni u ta' monitoraġġ u evalwazzjoni intervent elenkati fl-Annessi II, III IV, l-oqsma ta' prijorità tal-operazzjonijiet EFSD+ u t-twieqi ta' investiment elenkati fl-Anness V, kif ukoll l-indikaturi elenkati fl-Anness VII . [Em. 59]

(47)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas- tat- 13 ta’ April 2016 (44), hemm il-ħtieġa li dan il-programm jiġi evalwat fuq l-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjoni u piżijiet amministrattivi żejda, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Fejn xieraq, Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jenħtieġ li jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-post. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti ma' partijiet ikkonċernati rilevanti bħas-soċjetà ċivili u l-esperti , u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 60]

(48)

Ir-referenzi għall-istrumenti tal-Unjoni fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE (45), Minħabba n-natura u l-kamp ta' applikazzjoni wiesa' ta' dan ir-Regolament u biex tiġi żgurata l-koerenza bejn il-prinċipji, l-għanijiet u l-infiq kemm taħt dan ir-Regolament kif ukoll taħt strumenti oħra ta' finanzjament estern, bħar-Regolament EINS, jew Strumenti li huma intrinsikament marbuta ma' politiki esterni, bħar-Regolament IPA III , grupp ta' tmexxija orizzontali magħmul mis-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u tas-SEAE li huma ssostitwiti b’dan ir-Regolament taħt il-presidenza tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) jew ta' rappreżentant ta' dak l-uffiċċju jenħtieġ li jinqraw bħala referenzi għal jkun responsabbli għat-tmexxija, il-koordinazzjoni u l-ġestjoni tal-politiki, il-programmi, l-għanijiet u l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament u l-Kummissjoni sabiex jiġu żgurati l-konsistenza, l-effiċjenza, it-trasparenza r-responsabbiltà tal-finanzjament estern tal-Unjoni. Il-VP/RGħ jenħtieġ li tiżgura l-koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Għall-azzjonijiet kollha, inklużi l-azzjonijiet ta' rispons rapidu u l-miżuri ta' assistenza eċċezzjonali, u matul iċ-ċiklu sħiħ ta' programmazzjoni, ippjanar u applikazzjoni tal-istrument, jenħtieġ li tiżgura li dan ir-Regolament jiġi implimentat f’konformità mar-rwol tas-SEAE kif previst f’dik id-Deċiżjoni r-Rappreżentant Għoli u s-SEAE jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, identifikati abbażi tan-natura u l-għanijiet tal-azzjoni prevista, u jisfruttaw bl-aħjar mod l-għarfien espert tagħhom. Il-proposti kollha għal deċiżjonijiet jenħtieġ li jitħejjew skont il-proċeduri tal-Kummissjoni u jenħtieġ li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-adozzjoni . [Em. 61]

(48a)

Jenħtieġ li fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, fejn rilevanti, jiġu żgurati l-komplementarjetà u l-konsistenza fir-rigward tal-miżuri adottati mill-Unjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni fi ħdan il-qafas tal-Kapitolu Tnejn tat-Titolu V tat-TUE u l-miżuri adottati fi ħdan il-qafas tal-Parti Ħamsa tat-TFUE. [Em. 62]

(49)

L-azzjonijiet ippjanati kif previst hawn taħt jenħtieġ li jsegwu strettament il-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-miżuri restrittivi tal-Unjoni, [Em. 63]

(49a)

Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jkun involut bis-sħiħ fil-fażijiet ta' disinn, programmazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni tal-istrumenti sabiex jiġu żgurati l-kontroll politiku u l-iskrutinju u r-responsabbiltà demokratiċi tal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna. Jenħtieġ li jiġi stabbilit djalogu msaħħaħ bejn l-istituzzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew ikun f'pożizzjoni li jeżerċita kontroll politiku waqt l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament b'mod sistematiku u bla xkiel sabiex b'hekk jissaħħu kemm l-effiċjenza kif ukoll il-leġittimità, [Em. 64]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm “Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali” (l-“Istrument”).

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Istrument, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Jistabbilixxi wkoll il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (l-“EFSD+”) u Garanzija għall-Azzjoni Esterna.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“programm għall-pajjiż” għandha tfisser programm indikattiv li jkopri pajjiż wieħed;

(2)

“programm għal diversi pajjiżi” għandha tfisser programm indikattiv li jkopri aktar minn pajjiż wieħed;

(3)

“kooperazzjoni transfruntiera” għandha tfisser kooperazzjoni bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz u territorju wieħed jew aktar tul il-fruntieri esterni tal-Unjoni.

(4)

“programm reġjonali” għandha tfisser programm indikattiv għal diversi pajjiżi li jkopri aktar minn pajjiż wieħed fl-istess żona ġeografika kif stabbilit fl-Artikolu 4 (2);

(5)

“programm transreġjonali” għandha tfisser programm indikattiv għal diversi pajjiżi li jkopri aktar minn pajjiż terz wieħed minn żoni differenti kif stabbilit fl-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-Regolament;

(6)

“entità ġuridika” għandha tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista’, meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika skont l-Artikolu 197(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju;

(6a)

“organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili” tfisser l-istrutturi kollha mhux Statali, mhux għall-profitt, u mhux vjolenti, li bihom persuni jorganizzaw ruħhom biex isegwu għanijiet u ideali komuni, sew politiċi, kulturali, soċjali, ekonomiċi, reliġjużi jew ambjentali, jew biex iżommu responsabbli lill-awtoritajiet, li joperaw f'livell lokali, nazzjonali, reġjonali jew internazzjonali, u li jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet urbani u rurali kif ukoll formali u informali; “soċjetà ċivili”, fil-kuntest tal-programm tematiku dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, tinkludi individwi jew gruppi li huma indipendenti mill-Istat u li l-attivitajiet tagħhom jgħinu l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem skont id-definizzjoni mogħtija mid-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Dritt u r-Responsabbiltà tal-Individwi; [Em. 65]

(6b)

“awtoritajiet lokali” tfisser fergħat tal-awtoritajiet pubbliċi jew tal-gvern, li joperaw fil-livell subnazzjonali (pereżempju livell muniċipali, komunitarju, distrettwali, tal-kontea, provinċjali jew reġjonali). [Em. 66]

(7)

“tieqa ta’ investiment” għandha tfisser qasam fil-mira għall-appoġġ mill-Garanzija tal-EFSD+ għal portafolji ta’ investimenti f’reġjuni, pajjiżi jew setturi speċifiċi;

(8)

“kontributur”għandha tfisser Stat Membru, istituzzjoni finanzjarja internazzjonali jew istituzzjoni pubblika ta’ Stat Membru, aġenzija pubblika jew entitajiet pubbliċi jew privati oħrajn li jikkontribwixxu bi flus jew b’garanziji għall-fond komuni ta’ proviżjonament. [Em. 67]

(8a)

“addizzjonalità” tfisser il-prinċipju li skontu jiġi żgurat li l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli permezz ta' operazzjonijiet li ma setgħux jitwettqu mingħajrha, jew li jiksbu riżultati pożittivi li jmorru lil hinn minn dak li seta' jinkiseb mingħajrha, kif ukoll li jiġi attirat il-finanzjament mis-settur privat u jiġu indirizzati l-fallimenti tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali kif ukoll it-titjib tal-kwalità, is-sostenibbiltà, l-impatt jew l-iskala ta' investiment. Il-prinċipju jiżgura wkoll li l-operazzjonijiet ta' investiment u finanzjament koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna ma jissostitwixxux l-appoġġ ta' Stat Membru, finanzjament privat jew intervent finanzjarju ieħor internazzjonali jew tal-Unjoni, u jevitaw li jeskludu investimenti pubbliċi jew privati oħrajn. Il-proġetti appoġġati mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tipikament ikollhom profil ta' riskju ogħla mill-portafoll tal-investimenti appoġġat mill-kontropartijiet eliġibbli fil-qafas tal-politiki ta' investiment normali tagħhom mingħajr il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. [Em. 68]

(8b)

“pajjiżi industrijalizzati” tfisser pajjiżi terzi li mhumiex pajjiżi li qed jiżviluppaw inklużi fil-lista ta' riċevituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (“ODA”) tal-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD (“OECD-DAC”). [Em. 69]

(8c)

“faqar” tfisser il-kundizzjonijiet kollha fejn in-nies huma mċaħħda u meqjusa bħala inabilitati f'soċjetajiet u kuntesti lokali differenti; id-dimensjonijiet fundamentali tal-faqar jinkludu l-kapaċitajiet ekonomiċi, umani, politiċi, soċjokulturali u protettivi. [Em. 70]

(8d)

“sensittività għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi” tfisser aġir bl-għan li jiġu mifhuma u kkunsidrati l-fatturi soċjali u kulturali involuti fid-diskriminazzjoni u l-esklużjoni bbażati fuq is-sess fl-isferi kollha tal-ħajja pubblika u u tal-ħajja privata; [Em. 71]

(8e)

“sensittività għall-kunflitti” tfisser aġir bl-għan jkun mifhum li kwalunkwe inizjattiva mwettqa f'ambjent affettwat minn kunflitt se tinteraġixxi ma' dak il-kunflitt, u li tali interazzjoni se jkollha konsegwenzi li jista' jkollhom effetti pożittivi jew negattivi; is-sensittività għall-kunflitti tfisser ukoll li jiġi żgurat li, skont l-aħjar kapaċitajiet tagħha, l-azzjonijiet (politiċi, strateġiċi, ta' assistenza esterna) li tieħu l-Unjoni jevitaw li jkollhom impatt negattiv u jimmassimizzaw l-impatt pożittiv fuq id-dinamika tal-kunflitt, biex b'hekk jikkontribwixxu għall-prevenzjoni tal-kunflitti, l-istabbiltà strutturali u l-konsolidazzjoni tal-paċi. [Em. 72]

Meta ssir referenza għad-drittijiet tal-bniedem, għandha tinftiehem li tinkludi l-libertajiet fundamentali; [Em. 73]

Fil-kuntest tal-Artikolu 15, “Il-pajjiżi l-aktar fil-bżonn” jistgħu jinkludu wkoll il-pajjiżi elenkati fl-Anness I. [Em. 74]

Artikolu 3

Għanijiet

1.   L-għan ġenerali ta' dan ir-Regolament huwa li jsostni jistabbilixxi l-qafas finanzjarju li jagħti lok li l-Unjoni ssostni jippromwovi tippromwovi l-valuri , il-prinċipji u l-interessi tal-Unjoni fundamentali tagħha madwar id-dinja sabiex jiġu segwiti l-għanijiet , b'konformità mal-għanijiet u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, kif stabbiliti fl-Artikoli 3(5), fl-Artikolu 8 u  fl-Artikolu  21 tat-TUE , kif ukoll fl-Artikoli 11 u 208 tat-TFUE . [Em. 75]

2.   Skont il-paragrafu 1, l-għanijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament huma dawn li ġejjin:

(a)

li jappoġġa u jippromwovi d-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u reġjuni fil-Viċinat, fl-Afrika sub-Saħarjana, fl-Asja u fil-Paċifiku, u fil-Kontinent Amerikan u fil-Karibew;

(aa)

li jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet u l-impenji internazzjonali li l-Unjoni qablet magħhom, b'mod partikolari l-Aġenda 2030, l-SDGs u l-Ftehim ta' Pariġi; [Em. 76]

(ab)

li jiżviluppa relazzjoni speċjali msaħħa mal-pajjiżi fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Unjoni, ibbażata fuq il-kooperazzjoni, il-paċi u s-sigurtà, l-akkontabbiltà reċiproka u l-impenn kondiviż favur il-valuri universali tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, l-integrazzjoni soċjoekonomika u l-protezzjoni ambjentali u l-azzjoni klimatika; [Em. 77]

(ac)

li jaħdem favur it-tnaqqis u, eventwalment, il-qerda tal-faqar, b'mod partikolari fil-pajjiżi l-anqas żviluppati (LDCs); li jagħti lok għal żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli; [Em. 78]

(b)

fil-livell dinji, li jikkonsolida u jappoġġa d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, aktar stabbiltà u lill-awtoritajiet lokali, li jikkontribwixxi għall-istabbiltà paċi l-paċi, li jipprevjeni l-kunflitti u jippromwovi soċjetajiet ġusti u inklużivi, li jaħdem favur il-multilateraliżmu, il-ġustizzja internazzjonali u l-akkontabbiltà, u li jindirizza sfidi dinjija u reġjonali oħra, inkluż il-migrazzjoni inklużi t-tibdil fil-klima u d-degradazzjoni ambjentali kif ukoll il-ħtiġijiet l-mobbiltà l-prijoritajiet tal-politika estera, kif stabbilit fl-Anness III, inkluża l-promozzjoni tat-tisħiħ tal-fiduċja u relazzjonijiet tajba ta' viċinat ; [Em. 79]

(ba)

li jipproteġi, jippromwovi u javvanza d-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt kif ukoll l-ugwaljanza soċjali u bejn is-sessi, inkluż fl-aktar ċirkostanzi diffiċli u sitwazzjonijiet ta' urġenza, fi sħubija mas-soċjetà ċivili, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja; [Em. 80]

(c)

li jirrispondi b’ħeffa għal: sitwazzjonijiet ta’ kriżi, instabbiltà u kunflitt; sfidi għar-reżiljenza u jorbot l-għajnuna umanitarja u l-azzjoni ta’ żvilupp; u l-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika estera. [Em. 81]

L-ilħuq ta’ dawn l-għanijiet għandu jitkejjel permezz ta’ indikaturi rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 31.

3.   Mill-anqas 92 95  % tan-nefqa skont dan ir-Regolament għandha tissodisfa l-kriterji għall-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, stabbiliti mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi. Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxi għall-mira kollettiva li 0,2 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni jmur għall-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u 0,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni bħala Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp fil-perjodu previst tal-Aġenda 2030. [Em. 82]

3a.     Mill-anqas 20 % tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp iffinanzjata skont dan ir-Regolament, fil-programmi kollha, ġeografiċi u tematiċi, kull sena u matul id-durata kollha tal-azzjonijiet, għandha tkun delimitati għall-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem, sabiex jiġi sostnut u msaħħaħ il-forniment ta' servizzi soċjali bażiċi, bħas-saħħa, l-edukazzjoni, in-nutrizzjoni u l-protezzjoni soċjali, b'mod partikolari lill-persuni l-aktar marġinalizzati, u b'enfasi fuq in-nisa u t-tfal. [Em. 83]

3b.     Mill-anqas 85 % tal-programmi, ġeografiċi u tematiċi, iffinanzjati mill-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp skont dan ir-Regolament, għandu jkollhom l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet bħala għan prinċipali jew sinifikanti, kif definit mill-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-OECD. Parti sinifikanti minn dawn il-programmi għandu jkollhom l-ugwaljanza bejn is-sessi u d-drittijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet bħala għan prinċipali. [Em. 84]

Artikolu 4

Kamp ta’ applikazzjoni u struttura

1.   Il-finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament għandu jiġi implimentat applikat permezz ta’: [Em. 85]

(a)

programmi ġeografiċi;

(b)

programmi tematiċi;

(c)

azzjonijiet ta’ rispons rapidu.

2.   Il-programmi ġeografiċi għandhom jinkludu kooperazzjoni ma’ pajjiż wieħed u ma’ diversi pajjiżi fiż-żoni li ġejjin:

(a)

Il-viċinat;

(b)

l-Afrika sub-Saħarjana;

(c)

l-Asja u l-Paċifiku;

(d)

il-Kontinent Amerikan u l-Karibew.

Il-programmi ġeografiċi jistgħu jkopru l-pajjiżi terzi kollha, ħlief il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali kif definiti definit fir-Regolament (UE) Nru …/… (46). (IPA) u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropew kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill …/… (UE). Jistgħu jiġu stabbiliti programmi ġeografiċi b'kamp ta' applikazzjoni kontinentali jew transreġjonali, b'mod partikolari programm pan-Afrikan li jkopri l-pajjiżi Afrikani skont il-punti (a) u (b) u programm li jkopri l-pajjiżi Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku skont il-punti (b), (c) u (d). [Em. 86]

Il-programmi ġeografiċi fiż-żona tal-Viċinat tista’ tkopri kull pajjiż imsemmi fl-Anness I.

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, il-programmi ġeografiċi għandhom ikunu bbażati fuq l-oqsma ta’ kooperazzjoni elenkati fl-Anness II.

3.   Il-programmi tematiċi għandhom jinkludu azzjonijiet marbuta mal-kisba tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli fuq livell dinji, fl-oqsma li ġejjin:

(a)

Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija;

(b)

Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u Awtoritajiet Lokali ; [Em. 87]

(c)

Stabbiltà u Paċi;

(d)

Sfidi Dinjija.

(da)

Ħtiġijiet u Prijoritajiet tal-Politika Estera [Em. 88]

Il-programmi tematiċi jistgħu jkopru l-pajjiżi terzi kollha kif ukoll . Il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej kollha għandu jkollhom aċċess sħiħ għall-programmi tematiċi, kif definit stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill…/… (UE). Il-parteċipazzjoni effettiva tagħhom għandha tkun żgurata, b'kont meħud tal-karatteristiċi speċifiċi tagħhom u l-isfidi partikolari li jridu jindirizzaw. [Em. 89]

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, il-programmi tematiċi għandhom ikunu bbażati fuq l-oqsma ta’ intervent elenkati fl-Anness III.

4.   L-azzjonijiet ta’ rispons rapidu għandhom jippermettu azzjoni bikrija biex:

(a)

jikkontribwixxu għall-paċi, għall-istabbiltà u għall-prevenzjoni ta' kunflitti f'sitwazzjonijiet ta' urġenza, kriżi emerġenti, kriżi u wara kriżi; [Em. 90]

(b)

jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza tal-istati, inklużi l-awtoritajiet lokali, tas-soċjetajiet, tal-komunitajiet u tal-individwi, u biex jorbtu l-azzjoni għall-irbit tal-għajnuna umanitarja u tal-iżvilupp l-azzjoni ta' żvilupp ; [Em. 91]

(c)

jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika estera. [Em. 92]

L-azzjonijiet ta’ rispons rapidu jistgħu jkopru l-pajjiżi terzi kollha kif ukoll il-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej kollha kif definit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill …/… (UE).

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, l-azzjonijiet ta’ rispons rapidu għandhom ikunu bbażati fuq l-oqsma ta’ intervent elenkati fl-Anness IV.

5.   L-azzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jiġu implimentati applikati primarjament permezz ta’ programmi ġeografiċi. [Em. 93]

L-azzjonijiet implimentati applikati permezz tal-programmi tematiċi għandhom ikunu komplementari għall-azzjonijiet iffinanzjati bil-programmi ġeografiċi u għandhom jindirizzaw jappoġġaw inizjattivi dinjija u transreġjonali biex jintlaħqu għanijiet miftehma mmirati lejn il-kisba tal-għanijiet miftiehma internazzjonalment, b’mod partikolari l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, jiġu protetti kif imsemmi fil-punt (aa) tal-Artikolu 3(2), kif ukoll il-protezzjoni tal-beni beni pubbliċi dinjija jew jiġu indirizzati l-indirizzar ta' sfidi dinjija. L-azzjonijiet permezz ta’ programmi tematiċi jistgħu jitwettqu wkoll b'mod indipendenti, inkluż fejn ma jkunx hemm programm ġeografiku, jew fejn dan ikun ġie sospiż, jew fejn ma jkunx hemm ftehim dwar l-azzjoni mal-pajjiż sieħeb ikkonċernat, jew fejn l-azzjoni ma tkunx tista’ tiġi indirizzata adegwatament mill-programmi ġeografiċi. [Em. 94]

L-azzjonijiet ta' rispons rapidu għandhom ikunu komplementari kemm għall-programmi ġeografiċi u tematiċi kif ukoll għall-azzjonijiet iffinanzjati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 (“Ir-Regolament dwar l-Għajnuna Umanitarja”) . Dawn Dawk l-azzjonijiet għandhom jiġu mfassla u implimentati applikati biex jippermettu tiġi permessa , fejn rilevanti, il-kontinwità tagħhom taħt programmi ġeografiċi jew tematiċi. [Em. 95]

6.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 34 fir-rigward ta’ supplimenti jew emendi fl-Annessi II, III u IV.

Artikolu 5

Koerenza, konsistenza u komplementarjetà

1.   Fl-implimentazzjoni Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, għandhom jiġu assigurati l-konsistenza, il-koerenza, is-sinerġiji u l-komplimentarjetà ma' oqsma oħra mal-oqsma kollha tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, inklużi strumenti ta' finanzjament estern oħra, b'mod partikolari r-Regolament IPA III, kif ukoll miżuri adottati skont il-Kapitolu Tnejn tat-Titolu V tat-TUE u l-Parti Ħamsa tat-TFUE, ma' politiki u programmi rilevanti oħra tal-Unjoni, kif ukoll il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp. L-Unjoni għandha tqis l-għanijiet ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp fil-politiki li tapplika li x'aktarx jolqtu lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw. [Em. 96]

1a.     L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-programmi ta' appoġġ rispettivi tagħhom bl-għan li jżidu l-effikaċja u l-effiċjenza tat-twettiq tagħhom u jipprevjenu d-duplikazzjoni tal-finanzjament. [Em. 97]

1b.     Fl-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom iqisu kif xieraq il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew. [Em. 98]

2.   Azzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 ma għandhomx ikunu ffinanzjati b'dan ir-Regolament.

3.   Fejn xieraq, Programmi oħra tal-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu għal azzjonijiet stabbiliti skont dan ir-Regolament, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Dan ir-Regolament jista’ wkoll jikkontribwixxi għal miżuri stabbiliti taħt Programmi oħra tal-Unjoni, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. F’każijiet bħal dawn, il-programm ta’ ħidma li jkopri dawk l-azzjonijiet għandu jistabbilixxi liema sett ta’ regoli għandhom jiġu applikati.

Artikolu 6

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta' EUR 89 200 82 451 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 93 154 miljun fi prezzijiet attwali ) [100 %] . [Em. 99]

2.   Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun magħmul minn:

(a)

EUR 68 000 63 687  miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 71 954 miljun fi prezzijiet attwali) [77,24 %] għall-programmi ġeografiċi: [Em. 100]

Il-viċinat mill-inqas EUR 22 000 20 572  miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 23 243 miljun fi prezzijiet attwali) [24,95 %] , [Em. 101]

l-Afrika sub-Saħarjana mill-anqas EUR 32 000 30 723  miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 34 711 miljun fi prezzijiet attwali) [37,26 %] , [Em. 102]

l-Asja u l-Paċifiku EUR 10 000 8 851  miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 10 000 miljun fi prezzijiet attwali) [10,73 %], inkluż mill-anqas EUR 620 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 700 miljun fi prezzijiet attwali) għall-Paċifiku , [Em. 103]

il-kontinent Amerikan u l-Karibew EUR 4 000 3 540  miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 4 000 miljun fi prezzijiet attwali) [4,29 %], inklużi EUR 1 062 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 200 miljun fi prezzijiet attwali) għall-Karibew , [Em. 104]

(b)

EUR 7 000  9 471  miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 10 700 miljun fi prezzijiet attwali) għall-programmi tematiċi: [Em. 105]

Drittijiet tal-Bniedem u Demokrazija EUR 1 500 1 770  miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 000 miljun fi prezzijiet attwali) [2,15 %], b'sa 25 % tal-programm iddedikat għall-finanzjament tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE , [Em. 106]

Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili (OSĊ) u Awtoritajiet Lokali (LAs) EUR 1 500  2 390  miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 700 miljun fi prezzijiet attwali) [2,90 %], li minnhom EUR 1 947 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 200 miljun fi prezzijiet attwali) [2,36 %] għall-OSĊ u EUE 443 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 500 miljun fi prezzijiet attwali) [0,54 %] għal-LAs , [Em. 107]

Stabbiltà u Paċi EUR 1 000 885  miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 000 miljun fi prezzijiet attwali) [1,07 %] , [Em. 108]

Sfidi Dinjija EUR 3 000 3 983  miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 4 500 miljun fi prezzijiet attwali) [4,83 %] , [Em. 109]

Ħtiġijiet u Prijoritajiet tal-Politika Estera EUR 443 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 500 miljun fi prezzijiet attwali) [0,54 %], [Em. 110]

(c)

EUR 4 000 3 098  miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 3 500 miljun fi prezzijiet attwali) [3,76 %] għal azzjonijiet ta' rispons rapidu:

Stabbiltà u prevenzjoni tal-kunflitti f'sitwazzjonijiet ta' urġenza, kriżi emerġenti, kriżi u wara kriżi EUR 1 770 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 2 000 miljun fi prezzijiet attwali) [2,15 %],

Tisħiħ tar-reżiljenza tal-istati, tas-soċjetajiet, tal-komunitajiet u tal-individwi u rabta tal-għajnuna umanitarja u l-azzjoni ta' żvilupp EUR 1 328 miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 500 miljun fi prezzijiet attwali) [1,61 %], [Em. 111]

3.   Ir-riżervi ta' EUR 10 200  6 196  miljun fi prezzijiet tal-2018 (EUR 7 000 miljun fi prezzijiet attwali) [7,51 %], għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti għandhom iżidu l-ammonti msemmija fil-paragrafu 2 f'konformità mal-Artikolu 15. [Em. 112]

4.   Il-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 2(a) għandu jikkorrispondi għal mill-anqas 75 % tal-pakkett finanzjarju msemmi fil-paragrafu 1.

4a.     L-azzjonijiet skont l-Artikolu 9 għandhom jiġu ffinanzjati sal-ammont ta' EUR 270 miljun. [Em. 113]

4b.     L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali matul il-proċedura baġitarja, wara li jkun intlaħaq ftehim dwar il-prijoritajiet bejn l-Istituzzjonijiet. [Em. 114]

Artikolu 7

Qafas ta' politika

Il-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta' sħubija u ta' kooperazzjoni, il-ftehimiet multilaterali kummerċjali u ftehimiet oħra li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti ma' pajjiżi sħab, ir-rakkomandazzjonijiet u l-atti adottati fil-korpi mwaqqfa permezz ta' dawk il-ftehimiet, kif ukoll il-ftehimiet multilaterali rilevanti, l-atti leġiżlattivi tal-Unjoni, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew u l-konklużjonijiet , il-konklużjonijiet tal-Kunsill, id-dikjarazzjonijiet ta' summits jew il-konklużjonijiet u dikjarazzjonijiet internazzjonali oħra u l-konklużjonijiet ta' laqgħat ta' livell għoli ma' pajjiżi sħab, ir-riżoluzzjonijiet rilevanti u l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Komunikazzjonijiet konġunti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u r-riżoluzzjonijiet u l-Konvenzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti għandhom jikkostitwixxu l-qafas kumplessiv ta' politika għall-implimentazzjoni għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.. [Em. 115]

Artikolu 8

Prinċipji ġenerali

1.   L-Unjoni għandha tfittex li tippromwovi, tiżviluppa u tikkonsolida permezz ta' djalogu u kooperazzjoni ma' pajjiżi u reġjuni sħab prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali li fuqhom hija mibnija , permezz ta' azzjoni fin-Nazzjonijiet Uniti u f'fora internazzjonali oħra u permezz tal-kooperazzjoni tagħha mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, mal-awtoritajiet lokali u mal-atturi privati, il-prinċipji li fuqhom hija mibnija, jiġifieri d-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u d-dritt internazzjonali . Il-finanzjament skont dan ir-Regolament għandu jkun konformi ma' dawn il-prinċipji, kif ukoll mal-impenji tal-Unjoni skont id-dritt internazzjonali. [Em. 116]

1a.     F'konformità mal-Artikoli 2 u 21 tat-TUE, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għad-demokrazija u l-istat tad-dritt u għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għandha tkun imsejsa fid-Dikjarazzjoni Universali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali. [Em. 117]

2.   Għandu jiġi applikat approċċ ibbażat fuq id-drittijiet li jinkludi d-drittijiet kollha tal-bniedem, sew ċivili u politiċi jew ekonomiċi, soċjali u kulturali sabiex jiġu integrati l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, sabiex id-detenturi tad-dritt jiġu appoġġati fil-pretensjoni tad-drittijiet tagħhom b'enfasi fuq gruppi aktar foqra emarġinati aktar vulnerabbli, inklużi l-minoranzi, in-nisa, it-tfal u ż-żgħażagħ, il-persuni anzjani, il-popli indiġeni, il-persuni LGBTI, u l-persuni b'diżabilità, fuq id-drittijiet essenzjali tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali, u sabiex il-pajjiżi sħab jiġu appoġġati fl-implimentazzjoni tal-obbligi internazzjonali tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem. Dan ir-Regolament għandu jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-għoti tas-setgħa lin-nisa t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, taż-żgħażagħ u tat-tfal, inkluż fir-rigward tas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi . [Em. 118]

3.   L-Unjoni għandha tappoġġa, kif xieraq, l-implimentazzjoni ta’ kooperazzjoni u djalogu bilaterali, reġjonali u multilaterali, ftehimiet ta’ sħubija u kooperazzjoni triangolari.

L-Unjoni għandha tippromwovi approċċ multilaterali u bbażat fuq ir-regoli għall-beni u l-valuri għall-isfidi l-isfidi l-beni pubbliċi dinjija u għandha tikkoopera mal-Istati Membri, il-pajjiżi sħab, l-organizzazzjonijiet internazzjonali , inklużi l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali u l-programmi, il-fondi u l-aġenziji tan-NU, u donaturi oħra f'dak ir-rigward. [Em. 119]

L-Unjoni għandha tippromwovi l-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali u  reġjonali u donaturi oħra. [Em. 120]

Fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi sħab għandhom jiġu kkunsidrati r-rekord fl-implimentazzjoni tal-impenji, il-ftehimiet internazzjonali , b'mod partikolari l-Ftehim ta' Pariġi, u r-relazzjonijiet kontrattwali mal-Unjoni tagħhom , b'mod partikolari l-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, il-ftehimiet ta' sħubija u kooperazzjoni u l-ftehimiet kummerċjali . [Em. 121]

4.   Il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Istati Membri, fuq naħa, u l-pajjiżi sħab, fuq in-naħa l-oħra, għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp u għandha tippromwovihom, fejn applikabbli fil-modalitajiet kollha , jiġifieri: is-sjieda tal-prijoritajiet tal-iżvilupp mill-pajjiżi sħab, fowkus fokus fuq ir-riżultati, sħubijiet is-sħubijiet inklużivi għall-iżvilupp, it-trasparenza u l-akkontabbiltà reċiproka , u l-allinjament mal-prijoritajiet tal-pajjiżi sħab . L-Unjoni għandha tippromwovi mobilizzazzjoni u użu effettivi u effiċjenti tar-riżorsi. [Em. 122]

F’konformità mal-prinċipju ta’ sħubija inklużiva, fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni għandha tassigura tiżgura li l-partijiet ikkonċernati rilevanti tal-pajjiżi sħab, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali, jiġu kkonsultati kif dovut u jkollhom aċċess f’waqtu għall-informazzjoni rilevanti li jippermettilhom li jkollhom rwol siewi matul it-tfassil, l-implimentazzjoni l-applikazzjoni u l-proċessi assoċjati ta’ monitoraġġ tal-programmi. [Em. 123]

F’konformità mal-prinċipju tas-sjieda, il-Kummissjoni, fejn ikun xieraq, għandha tiffavorixxi l-użu tas-sistemi tal-pajjiżi sħab għall-implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-programmi. [Em. 124]

5.   Sabiex jippromwovu l-komplementarjetà u l-effiċjenza tal-azzjoni tagħhom, l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw il-politiki tagħhom u għandhom jikkonsultaw lil xulxin dwar il-programmi tagħhom ta’ għajnuna, inkluż f’organizzazzjonijiet internazzjonali u f’konferenzi internazzjonali.

6.   Il-programmi u l-azzjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jintegraw it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni ambjentali skont l-Artikolu 11 tat-TFUE, it-tnaqqis tar-riskji ta' diżastri t-tħejjija għalihom, l-iżvilupp uman, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi, l-ugwaljanza bejn is-sessi u  t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, tat-tfal u taż-żgħażagħ, in-nondiskriminazzjoni, l-edukazzjoni u l-kultura, u d-diġitalizzazzjoni u għandhom jindirizzaw l-interkonnessjonijiet bejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, biex jippromwovu azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu kobenefiċċji u jilħqu għanijiet multipli b'mod koerenti. Dawn il-programmi u l-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq analiżi tal-kapaċitajiet, tar-riskji u l-vulnerabbiltajiet tal-vulnerabbiltajiet , jintegraw approċċ ta' reżiljenza ffukat il-persuni u fuq il-komunità u jkunu sensittivi għall-kunflitti. Huma għandhom ikunu ggwidati mill-prinċipju li ħadd ma jitħalla lura u l-prinċipju “tagħmilx ħsara” . [Em. 125]

7.    Mingħajr preġudizzju għall-għanijiet l-oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, għandu jiġi segwit approċċ aktar koordinat, olistiku u strutturat għall-migrazzjoni, mas-sħab u l-effikaċja tiegħu għandha tiġi vvalutata regolarment , mingħajr ma tiġi kkundizzjonata l-allokazzjoni tal-għajnuna għall-iżvilupp lil pajjiżi terzi fuq il-kooperazzjoni dwar il-ġestjoni tal-migrazzjoni u b'rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż id-dritt li kull individwu għandu li jħalli l-pajjiż ta' oriġini tiegħu . [Em. 126]

7a.     Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-azzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament b'rabta mas-sigurtà, l-istabbiltà u l-paċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-bini tal-kapaċitajiet tal-atturi militari b'appoġġ tal-iżvilupp u s-sigurtà għall-iżvilupp, il-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, u ċ-ċibersigurtà, jitwettqu f'konformità mad-dritt internazzjonali, inklużi d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali. Il-Kummissjoni tista' tiżviluppa pjanijiet direzzjonali b'mod konġunt mas-sħab benefiċjarji biex ittejjeb il-konformità istituzzjonali u operazzjonali tal-atturi militari mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u t-trasparenza. Il-Kummissjoni għandha timmonitorja bir-reqqa, tevalwa u tirrapporta dwar l-applikazzjoni ta' tali azzjonijiet għal kull għan rilevanti skont l-Artikolu 31 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem. Għal tali azzjonijiet, il-Kummissjoni għandha timxi fuq approċċ sensittiv għall-kunflitti, inkluża analiżi ex ante tal-kunflitti rigoruża u sistematika li tintegra bis-sħiħ l-analiżi tas-sessi, minbarra d-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tar-riskji skont l-Artikolu 8(8)b. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 36 li jissupplementa dan ir-Regolament billi jistabbilixxi qafas operazzjonali, abbażi tal-gwida eżistenti biex jiġi żgurat li d-drittijiet tal-bniedem jitqiesu fit-tfassil u l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija f'dan l-Artikolu, partikolarment f'dak li għandu x'jaqsam mal-prevenzjoni tat-tortura u ta' trattament krudili, inuman jew degradanti ieħor u mar-rispett tal-proċess dovut tal-liġi, inklużi l-preżunzjoni tal-innoċenza, id-dritt ta' proċess ġust u d-drittijiet ta' difiża. [Em. 127]

8.   Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment u għandu jkollha skambji ta' opinjonijiet regolari djalogi politiċi sinifikanti mal-Parlament Ewropew , fuq inizjattiva proprja u fuq talba mill-Parlament Ewropew . [Em. 128]

8a.     Il-Kummissjoni għandu jkollha skambji regolari ta' informazzjoni mas-soċjetà ċivili u mal-awtoritajiet lokali. [Em. 129]

8b.     Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 34 li jissupplementa dan ir-Regolament billi jistabbilixxi qafas xieraq għall-ġestjoni tar-riskji, inklużi miżuri ta' mitigazzjoni u valutazzjoni għal kull għan rilevanti tar-Regolament. [Em. 130]

8c.     It-trasparenza u l-akkontabbiltà, b'enfasi qawwija fuq ir-rappurtar u l-iskrutinju għandhom jirfdu l-istrument kollu kemm hu. Dan għandu jinkludi sistema ta' kontroll trasparenti, inkluż ir-rappurtar ta' informazzjoni dwar ir-riċevituri ta' fondi u dwar jekk il-pagamenti sarux fil-ħin. [Em. 131]

Artikolu 9

Tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-atturi militari b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp

1.   F’konformità mal-Artikolu 41(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, iIl-finanzjament tal-Unjoni skont dan ir-Regolament ma għandux jintuża biex jiġi ffinanzjat l-akkwist ta' armi jew munizzjon jew operazzjonijiet li jkollhom implikazzjonijiet militari jew ta' difiża. Kwalunkwe tagħmir, servizz jew teknoloġija pprovduta skont dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għal kontrolli stretti ta' trasferiment kif stipulat fil-Pożizzjoni Komuni 944/2008/CFSP, ir-Regolament dwar l-Użu Doppju u kwalunkwe miżura restrittiva oħra tal-Unjoni fis-seħħ. F'konformità mar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament tal-UE dwar il-Prodotti li jistgħu jintużaw għall-Piena Kapitali u t-Tortura], dan ir-Regolament m'għandux jintuża biex jiġi ffinanzjat kwalunkwe tip ta' tagħmir li jista' jintuża għal skopijiet ta' tortura, trattament ħażin jew ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem. [Em. 132]

2.   Sabiex tikkontribwixxi għal żvilupp sostenibbli, li jirrikjedi l-kisba ta' soċjetajiet stabbli, paċifiċi u inklużivi, l-assistenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament tista' tintuża fil-kuntest ta' riforma aktar wiesgħa fis-settur tas-sigurtà jew biex tibni l-kapaċità tal-atturi militari fil-pajjiżi sħab, fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali stabbiliti fil-paragrafu 4, biex jitwettqu attivitajiet ta' żvilupp u sigurtà għall-attivitajiet ta' żvilupp , f'konformità mal-għan komprensiv li jinkiseb żvilupp sostenibbli . [Em. 133]

3.   L-għajnuna skont dan l-Artikolu tista' tkopri b'mod partikolari l-forniment ta' programmi ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp, inklużi taħriġ, mentoring u pariri, kif ukoll il-forniment ta' tagħmir, titjib tal-infrastruttura u servizzi relatati direttament ma' dik l-għajnuna.

4.   L-għajnuna skont dan l-Artikolu għandha tingħata biss:

(a)

fejn ma jkunux jistgħu jiġu ssodisfati rekwiżiti b'rikors għal atturi mhux militari biex adegwatament jintlaħqu għanijiet tal-Unjoni skont dan ir-Regolament u jkun hemm theddida serja għall-eżistenza ta' istituzzjonijiet Statali li jiffunzjonaw jew għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u l-istituzzjonijiet Statali ma jkunux jistgħu jlaħħqu ma' dik it-theddida; u

(b)

fejn ikun hemm konsensus bejn il-pajjiż sieħeb ikkonċernat u l-Unjoni li l-atturi militari huma kruċjali għall-preservazzjoni, l-istabbiliment jew l-istabbiliment mill-ġdid tal-kundizzjonijiet essenzjali għall-iżvilupp sostenibbli, u li dawk l-atturi militari ma jkunux implikati fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem jew ikunu ta' theddida għall-funzjonament tal-istituzzjonijiet tal-Istat, inkluż fi kriżijiet u f'kuntesti u sitwazzjonijiet fraġli jew destabilizzati. [Em. 134]

5.   L-għajnuna tal-Unjoni skont dan l-Artikolu ma għandhiex tintuża biex jiġi ffinanzjat it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' atturi militari għal skopijiet oħra għajr it-twettiq ta' attivitajiet ta' żvilupp u s-sigurtà għal attivitajiet ta' żvilupp. B'mod partikolari, din ma għandhiex tintuża biex tiffinanzja:

(a)

nefqa militari rikorrenti;

(b)

l-akkwist ta' armi u munizzjon, jew kwalunkwe apparat ieħor imfassal biex iwassal forza letali;

(c)

taħriġ li huwa maħsub biex jikkontribwixxi speċifikament għall-kapaċità ta' ġlied tal-forzi armati.

6.   Waqt it-tfassil u l-implimentazzjoni l-applikazzjoni ta' miżuri skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tippromwovi s-sjieda tal-pajjiż sieħeb. Hija għandha tiżviluppa wkoll l-elementi neċessarji u l-prattiki tajbin meħtieġa biex ikunu żgurati s-sostenibbiltà u l-akkontabbiltà fuq terminu medju u twil u għandha tippromwovi l-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali stabbiliti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawk il-miżuri jiġġeneraw benefiċċji diretti tas-sigurtà tal-bniedem għall-popolazzjoni, jiġu integrati f'politika ta' riforma tas-settur tas-sigurtà usa' li tinkludi elementi ta' akkontabbiltà u sorveljanza demokratika u parlamentari b'saħħithom, inkluż f'termini ta' provvista aħjar tas-servizzi tas-sigurtà, u jidħlu fi strateġiji ta' paċi u żvilupp fit-tul imfassla biex jindirizzaw il-kawżi primarji tal-kunflitti. Il-Kummissjoni għandha tiżgura wkoll li l-azzjonijiet immirati lejn ir-riforma tal-forzi militari jikkontribwixxu biex jagħmluhom aktar trasparenti, akkontabbli u konformi fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem ta' dawk li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom; Għall-miżuri li għandhom l-għan li jipprovdu lill-forzi militari sħab bit-tagħmir, il-Kummissjoni għandha tispeċifika t-tip ta' tagħmir li għandu jiġi pprovdut fil-kuntest ta' kull miżura. Il-Kummissjoni għandha tapplika d-dispożizzjonijiet speċifikati skont l-Artikolu 8 – paragrafu 8b (ġdid) sabiex tiżgura li dan it-tagħmir jintuża biss mill-benefiċjarji intenzjonati tiegħu. [Em. 135]

7.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi proċeduri xierqa twettaq, fl-evalwazzjoni skont l-Artikolu 32, u b'mod partikolari fir-rigward tal-evalwazzjoni ta' valutazzjoni, monitoraġġ nofs it-terminu , evalwazzjoni tar-riskju għall-miżuri skont dan l-Artikolu evalwazzjonijiet konġunti mal-Istati Membri . Ir-riżultati għandhom jinformaw it-tfassil tal-programmi u l-allokazzjoni tar-riżorsi, u jkomplu jsaħħu l-konsistenza u l-komplementarjetà tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. [Em. 136]

TITOLU II

IMPLIMENTAZZJONI TA’ DAN IR-REGOLAMENT

Kapitolu I

Programmazzjoni

Artikolu 9a

Kamp ta' applikazzjoni tal-programmi ġeografiċi

1.     L-attivitajiet ta' kooperazzjoni tal-Unjoni skont dan l-Artikolu għandhom jiġu applikati għal attivitajiet ta' natura lokali, nazzjonali, reġjonali, transreġjonali u kontinentali.

2.     Sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3, il-programmi ġeografiċi għandhom jitfasslu mill-oqsma ta' kooperazzjoni li ġejjin:

(a)

governanza tajba, demokrazija, stat tad-dritt, drittijiet tal-bniedem, libertajiet fundamentali u soċjetà ċivili;

(b)

qerda tal-faqar, ġlieda kontra l-inugwaljanzi u żvilupp tal-bniedem;

(c)

migrazzjoni u mobbiltà;

(d)

ambjent u tibdil fil-klima;

(e)

tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli u impjiegi diċenti;

(f)

sigurtà, stabbiltà u paċi;

(g)

sħubija;

3.     Aktar dettalji tal-oqsma ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 huma stabbiliti fl-Anness II. [Em. 138]

Artikolu 9b

Kamp ta' applikazzjoni tal-programmi tematiċi

1.     Il-programmi tematiċi għandhom ikopru l-oqsma ta' intervent li ġejjin:

(a)

Drittijiet tal-Bniedem, Libertajiet Fundamentali u Demokrazija:

il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi u f'sitwazzjonijiet ta' urġenza fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma l-aktar f'riskju, inkluż billi jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' protezzjoni urġenti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem b'mod flessibbli u komprensiv.

ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għal kulħadd, li jikkontribwixxi għall-bini ta' soċjetajiet li fihom ikunu prevalenti l-parteċipazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza, il-ġustizzja soċjali u l-akkontabbiltà.

il-konsolidazzjoni u l-appoġġ tad-demokrazija, filwaqt li jiġu indirizzati l-aspetti kollha tal-governanza demokratika, inkluż it-tisħiħ tal-pluraliżmu demokratiku u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, inkluż billi jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali taċ-ċittadini u n-netwerks reġjonali tagħhom madwar id-dinja, il-ħolqien ta' ambjent abilitanti għas-soċjetà ċivili u l-appoġġ ta' proċessi elettorali kredibbli, inklużivi u trasparenti, a tul iċ-ċiklu elettorali kollu, b'mod partikolari permezz tal-Missjonijiet ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE (MOE tal-UE).

il-promozzjoni ta' multilateriżmu u sħubiji strateġiċi effettivi li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' oqfsa internazzjonali, reġjonali u nazzjonali u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-atturi lokali fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt.

it-trawwim ta' sinerġiji u netwerking transreġjonali ġodda fost is-soċjetajiet ċivili lokali u bejn is-soċjetà ċivili u korpi u mekkaniżmi tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti oħra sabiex tiġi mmassimizzata l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u tinħoloq dinamika pożittiva.

(b)

Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u Awtoritajiet Lokali:

l-appoġġ favur soċjetà ċivili inklużiva, parteċipatorja, indipendenti u b'pożizzjoni msaħħa fil-pajjiżi sħab;

il-promozzjoni tad-djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u bejniethom;

l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-awtoritajiet lokali u l-mobilizzazzjoni tal-għarfien espert tagħhom biex jiġi promoss approċċ territorjali għall-iżvilupp;

il-ħolqien ta' sensibilizzazzjoni, għarfien u impenn taċ-ċittadini tal-Unjoni fir-rigward tal-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament;

l-appoġġ tas-soċjetà ċivili biex tipparteċipa fi djalogu u promozzjoni tal-ordni pubblika mal-gvernijiet u l-istituzzjonijiet internazzjonali;

l-appoġġ tas-soċjetà ċivili għas-sensitizzazzjoni u s-sensibilizzazzjoni tal-konsumaturi u ċ-ċittadini dwar il-produzzjoni u l-konsum kummerċjali li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u li jkunu ġusti, biex iħeġġuhom jadottaw imġiba aktar sostenibbli;

(c)

Stabbiltà u Paċi

l-assistenza għall-prevenzjoni tal-kunflitti, il-konsolidazzjoni tal-paċi u t-tħejjija għall-kriżi;

l-assistenza fl-indirizzar tat-theddid globali u transreġjonali u t-theddid emerġenti;

(d)

Sfidi globali

is-saħħa,

l-edukazzjoni,

l-ugwaljanza bejn is-sessi,

it-tfal u ż-żgħażagħ;

il-migrazzjoni u l-ispostament sfurzat,

l-impjiegi diċenti, il-protezzjoni soċjali u l-inugwaljanza,

il-kultura,

l-iżgurar ta' ambjent tajjeb għas-saħħa u l-indirizzar tat-tibdil fil-klima,

l-enerġija sostenibbli,

it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, l-impjiegi diċenti u l-involviment tas-settur privat,

l-ikel u n-nutrizzjoni,

il-promozzjoni ta' soċjetajiet inklużivi, governanza ekonomika tajba u ġestjoni trasparenti tal-finanzi pubbliċi,

l-aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb, sanità u iġjene,

(e)

Ħtiġijiet u Prijoritajiet tal-Politika Estera

l-għoti ta' appoġġ għall-istrateġiji bilaterali ta' kooperazzjoni reġjonali u interreġjonali, il-promozzjoni tad-djalogu ta' politika u l-iżvilupp ta' approċċi u reazzjonijiet kollettivi għal sfidi ta' tħassib globali;

l-għoti ta' appoġġ għall-politika kummerċjali tal-Unjoni;

il-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki interni tal-Unjoni u l-promozzjoni ta' fehim u viżibbiltà mifruxa tal-Unjoni u tar-rwol tagħha fix-xena dinjija;

2.     Aktar dettalji tal-oqsma ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 huma stabbiliti fl-Anness III. [Em. 139]

Artikolu 10

Approċċ ġenerali għall-programmazzjoni

1.   Il-kooperazzjoni u l-interventi skont dan ir-Regolament għandhom jiġu pprogrammati, ħlief l-azzjonijiet ta’ rispons rapidu msemmija fl-Artikolu 4(4).

2.   Fuq il-bażi tal-Artikolu 7, il-programmazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tkun ibbażata fuq dan li ġej:

(a)

id-dokumenti ta' programmazzjoni għandhom jipprovdu qafas koerenti għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiżi jew ir-reġjuni sħab, konsistenti mal-għan ġenerali u mal-ambitu, l-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament , u abbażi tal-istrateġija tal-Unjoni lejn pajjiż jew reġjun sieħeb jew abbażi tal-istrateġiji tematiċi tal-Unjoni; [Em. 140]

(b)

l-Unjoni u l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi stadju bikri u matul il-proċess kollu tal-programmazzjoni sabiex jippromwovu l-koerenza, il-komplementarjetà u l-konsistenza bejn l-attivitajiet ta' kooperazzjoni tagħhom. Il-programmazzjoni konġunta għandha tkun l-approċċ preferut għall-programmazzjoni tal-pajjiżi. Il-programmazzjoni konġunta għandha tkun miftuħa għal donaturi oħra fejn rilevanti;

(c)

l-Unjoni għandha tikkonsulta wkoll fi stadju bikri u matul il-proċess ta' programmazzjoni tinkoraġġixxi djalogu inklużiv u regolari bejn partijiet interessati multipli ma' donaturi u atturi oħra tal-Unjoni u mhux tal-Unjoni , inklużi rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u awtoritajiet l-awtoritajiet lokali, fejn rilevanti; u fondazzjonijiet privati u politiċi. Il-Parlament Ewropew għandu jkun informat dwar l-eżitu ta' dawk il-konsultazzjonijiet. [Em. 141]

(d)

il-programmi tematiċi tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Demokrazija u d-Demokrazija, tal-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali, u tal-Istabbiltà u l-Paċi msemmija fl-Artikolu 4(3)(a) , (b) u ( c ) għandhom jipprovdu assistenza indipendentement mill-kunsens tal-gvernijiet u awtoritajiet pubbliċi oħra tal-pajjiżi terzi kkonċernati. Dawn Il-programmi tematiċi tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, u l-Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u l-Awtoritajiet Lokali għandhom jappoġġaw prinċipalment organizzazzjonijiet tas-soċjetà is-soċjetà ċivili , inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-ġurnalisti li jkunu taħt pressjoni . [Em. 142]

Artikolu 11

Prinċipji ta’ programmazzjoni għall-programmi ġeografiċi [Em. 143]

-1.     Il-programmazzjoni skont dan ir-Regolament għandha tqis b'mod xieraq id-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, il-governanza tajba u d-demokrazija fil-pajjiżi sħab. [Em. 144]

-1a.     It-tħejjija, l-implimentazzjoni u r-rieżami tad-dokumenti ta' programmazzjoni kollha skont dan l-Artikolu għandhom jikkonformaw mal-prinċipji tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u dawk tal-effikaċja tal-għajnuna. [Em. 145]

-1b.     Il-programmi ġeografiċi u tematiċi għandhom ikunu komplementari u koerenti ma' xulxin, u joħolqu valur miżjud. [Em. 146]

1.   Il-programmazzjoni tal-programmi ġeografiċi għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji li ġejjin:

(a)

mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4, l-azzjonijiet għandhom ikunu bbażati, sal-punt possibbli, fuq djalogu inklużiv bejn l-Unjoni l-istituzzjonijiet tal-Unjoni , l-Istati Membri, u l-pajjiżi sħab ikkonċernati, inklużi awtoritajiet nazzjonali u lokali u reġjonali , bl-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tal-parlamenti reġjonali, nazzjonali u lokali , tal-komunitajiet u ta' partijiet ikkonċernati oħra sabiex tittejjeb is-sjieda demokratika tal-proċess u biex jiġi inkoraġġit l-appoġġ għall-istrateġiji nazzjonali u reġjonali; [Em. 147]

(b)

fejn ikun xieraq kull meta jkun possibbli , il-perjodu ta’ programmazzjoni għandu jiġi sinkronizzat maċ-ċikli ta’ strateġija tal-pajjiżi sħab; [Em. 148]

(c)

il-programmazzjoni tista’ tipprevedi attivitajiet ta’ kooperazzjoni ffinanzjati minn allokazzjonijiet differenti elenkati fl-Artikolu 6(2) u minn Programmi oħra tal-Unjoni skont l-atti bażiċi tagħhom.

2.    Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, il-programmazzjoni tal-programmi ġeografiċi għandha tipprovdi qafas speċifiku, imfassal apposta għall-kooperazzjoni, ibbażat fuq: [Em. 149]

(a)

il-ħtiġijiet tas-sħab, stabbiliti fuq il-bażi ta' kriterji speċifiċi u analiżi fil-fond, li jqisu l-popolazzjoni, il-faqar, l-inugwaljanza, l-iżvilupp tal-bniedem , is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-ispazju ċiviku , il-vulnerabbiltà ekonomika u ambjentali, u r-reżiljenza tal-istat u tas-soċjetà; [Em. 150]

(b)

il-kapaċitajiet tas-sħab li jiġġeneraw ta' mobilizzazzjoni jaċċessaw riżorsi finanzjarji ta' użu effettiv tar-riżorsi domestiċi biex jappoġġaw il-prijoritajiet ta' żvilupp nazzjonali u l-kapaċitajiet tagħhom ta' assorbiment; [Em. 151]

(c)

l-isforzi u l-impenji u l-prestazzjoni tas-sħab, inklużi dawk miftiehma b'mod konġunt mal-Unjoni, stabbiliti fuq kriterji bħar-riforma politika , il-progress fir-rigward tal-istat tad-dritt, il-governanza tajba, id-drittijiet tal-bniedem l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-iżvilupp ekonomiku u soċjali , is-sostenibbiltà ambjentali u l-użu effettiv tal-għajnuna ; [Em. 152]

(d)

l-impatt potenzjali tal-finanzjament tal-Unjoni fil-pajjiżi u r-reġjuni sħab;

(e)

il-kapaċità u l-impenn tas-sħab li jippromwovu interessi valuri, prinċipji valuri interessi fundamentali kondiviżi, u li jappoġġaw għanijiet komuni u alleanzi multilaterali, kif ukoll li l-prijoritajiet tal-Unjoni jitmexxew 'il quddiem [Em. 153]

3.   Il-pajjiżi l-aktar fil-bżonn, b’mod partikolari l-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati, il-pajjiżi b’introjtu baxx, il-pajjiżi fi stati ta’ kriżi, ta’ wara kriżi u f’sitwazzjoni fraġli u vulnerabbli, inkluż Stati gżejjer żgħar li qed jiżviluppaw, għandhom jingħataw prijorità fil-proċess tal-allokazzjoni tar-riżorsi.

4.   Il-kooperazzjoni ma' pajjiżi industrijalizzati għandha tiffoka fuq il-promozzjoni tal-interessi tal-Unjoni u tal-interessi reċiproċi , kif ukoll tal-valuri u l-interessi fundamentali kondiviżi, l-għanijiet miftiehma b'mod komuni u l-multilateriżmu. Fejn rilevanti, tali kooperazzjoni għandha tkun ibbażata fuq djalogu bejn l-Unjoni, inkluż il-Parlament Ewropew, u l-Istati Membri, li jinvolvi lis-soċjetà ċivili. [Em. 154]

5.   Id-dokumenti ta' programmazzjoni għall-programmi ġeografiċi għandhom ikunu bbażati fuq orjentati lejn ir-riżultati u għandhom jikkunsidraw , kull meta jkun possibbli, jinkludu indikaturi u miri ċari biex jitkejlu l-progress u l-impatt tal-assistenza tal-Unjoni. L-indikaturi jistgħu jkunu bbażati , fejn ikun xieraq, il-miri u l-indikaturi fuq standards miftiehma fuq livell internazzjonali, b'mod partikolari dawk stabbiliti għall-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll l-oqfsa tar-riżultati fil-livell ta' pajjiż, sabiex jiġi valutat u komunikat il-kontribut tal-Unjoni għar-riżultati, fil-livell tal-outputs, tal-eżiti u tal-impatt. [Em. 155]

6.   Meta jkunu qegħdin jitfasslu d-dokumenti ta' programmazzjoni għal pajjiżi u reġjuni f'sitwazzjonijiet ta' kriżi jew ta' wara kriżi, u f'sitwazzjonijiet fraġli u vulnerabbli, għandhom jiġu kkunsidrati b'mod xieraq il-ħtiġijiet u ċ-ċirkustanzi speċjali tal-pajjiżi jew tar-reġjuni kkonċernati , kif ukoll il-vulnerabbiltajiet, ir-riskji u l-kapaċitajiet sabiex tiżdied ir-reżiljenza. Għandha tingħata wkoll attenzjoni lill-prevenzjoni tal-kunflitti, il-konsolidazzjoni tal-paċi u l-istat, ir-rikostruzzjoni u r-rikonċiljazzjoni ta' wara l-kunflitti, it-tħejjija għad-diżastri kif ukoll ir-rwol tan-nisa u d-drittijiet tat-tfal f'dawk il-proċessi. Għandu jiġi applikat approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u fuq in-nies.

Fejn pajjiżi jew reġjuni sħab ikunu direttament involuti fi, jew affettwati minn sitwazzjoni ta' kriżi, ta' wara kriżi jew ta' fraġilità, għandha titpoġġa enfasi speċjali sabiex tiżdied il-koordinazzjoni bejn l-atturi rilevanti kollha biex tiġi jiġu megħjuna l-prevenzjoni tal-vjolenza u t-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta' emerġenza għall-fażi ta' żvilupp. [Em. 156]

7.   Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxu jikkontribwixxi mill-programmi stabbiliti skont l-Artikolu 4(2) ta' dan ir-Regolament għal azzjonijiet stabbiliti taħt ir-Regolament Erasmus. Għandu jiġi allokat ammont indikattiv ta' EUR 2 000 000 000 mill-programmi ġeografiċi għal azzjonijiet iddedikati għall-mobbiltà, il-kooperazzjoni u d-djalogu politiku mal-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet tal-pajjiżi sħab. Minn dan ir-Regolament għandu jitfassal dokument wieħed ta' programmazzjoni għal seba' snin, li jinkludi fondi mir-Regolament IPA III. Ir-Regolament Erasmus għandu japplika għall-użu ta' dawk il-fondi , filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament IPA III . [Em. 157]

7a.     Dan ir-Regolament għandu jikkontribwixxu għal azzjonijiet stabbiliti skont ir-Regolament Ewropa Kreattiva. Minn dan ir-Regolament għandu jitfassal dokument ta' programmazzjoni wieħed għal seba' snin, li jinkludi fondi mir-Regolament IPA III. Ir-Regolament Ewropa Kreattiva għandu japplika għall-użu ta' dawn il-fondi. [Em. 158]

Artikolu 12

Dokumenti tal-programmazzjoni tal-programmi ġeografiċi

-1.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplementa elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tistabbilixxi oqfsa għal kull programm speċifiku pluriennali nazzjonali u multinazzjonali. Dawk id-dispożizzjonijiet qafas għandhom:

(a)

jispeċifikaw l-oqsma ta' prijorità fost dawk definiti fl-Artikoli 9a u 15b;

(b)

jistabbilixxu l-għanijiet speċifiċi ddettaljati u li jistgħu jitkejlu ta' kull programm;

(c)

jistabbilixxu r-riżultati mistennija b'miri li jistgħu jitkejlu, u indikaturi ċari u speċifiċi tal-prestazzjoni marbuta mal-għanijiet;

(d)

jistabbilixxu allokazzjoni finanzjarja indikattiva kemm b'mod ġenerali kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità;

(e)

jistabbilixxu modalitajiet ta' kooperazzjoni, inklużi kontribuzzjonijiet għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.. [Am. 159]

1.   Fil-każ tal-programmi ġeografiċi, l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha titwettaq permezz ta’ programmi indikattivi pluriennali għall-pajjiż u għal diversi pajjiżi. [Em. 160]

2.   Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom jistabbilixxu l-oqsma ta’ prijorità magħżula għal finanzjament mill-Unjoni, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija, indikaturi tal-prestazzjoni ċari u speċifiċi, u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi, kemm kumplessivament kif ukoll għal kull qasam ta’ prijorità. [Em. 161]

3.   Il-programmi indikattivi pluriennali għandhom ikunu mibnija fuq: [Em. 162]

(-a)

rapport li jkun fih analiżi f'konformità mal-Artikolu 11(2) tal-ħtiġijiet, tal-kapaċitajiet, tal-impenji u tal-prestazzjoni tal-pajjiż jew pajjiżi sħab ikkonċernati u l-impatt potenzjali tal-finanzjament tal-Unjoni, kif ukoll wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin: [Em. 163]

(a)

strateġija nazzjonali jew reġjonli reġjonali fil-forma ta' pjan nazzjonali ta' żvilupp jew dokument simili bbażat fuq konsultazzjoni siewja mal-popolazzjoni lokali u s-soċjetà ċivili u aċċettat mill-Kummissjoni bħala bażi għall-programm indikattiv pluriennali korrispondenti, meta jiġi adottat dan id-dokument tal-aħħar; [Em. 164]

(b)

dokument qafas li jistabbilixxi l-politika tal-Unjoni lejn is-sieħeb jew is-sħab ikkonċernati, li jinkludi dokument konġunt bejn l-Unjoni u l-Istati Membri; [Em. 165]

(c)

dokument konġunt bejn l-Unjoni u s-sieħeb jew is-sħab kkonċernati li jistabbilixxi l-prijoritajiet komuni.

4.   Sabiex jiżdied l-impatt tal-kooperazzjoni kollettiva tal-Unjoni, fejn ikun possibbli, dokument ta’ programmazzjoni konġunta għandu jissostitwixxi d-dokumenti ta’ programmazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri. Dokument ta’ programmazzjoni konġunta jista’ jissostitwixxi l-programm indikattiv pluriennali tal-Unjoni, dment li dan ikun approvat f'att adottat f'konformità mal-Artikolu 14 u jikkonforma mal-Artikoli 10 u 11, ikun fih l-elementi elenkati fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u jistabbilixxi t-tqassim tax-xogħol bejn l-Unjoni u l-Istati Membri. [Em. 166]

4a.     Il-programmi pluriennali jistgħu jipprovdu għal ammont ta' fondi, li ma jaqbiżx 5 % tal-ammont totali, li mhuwiex allokat għal qasam ta' prijorità jew pajjiż sieħeb jew grupp ta' pajjiżi. Dawk il-fondi għandhom jiġu impenjati f'konformità mal-Artikolu 21. [Em. 167]

Artikolu 13

Dokumenti ta’ programmazzjoni għal programmi tematiċi

-1.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplimenta elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi jiġu stabbiliti oqfsa għal kull programm pluriennali tematiku speċifiku. Dawk id-dispożizzjonijiet ta' qafas għandhom:

(a)

jispeċifikaw l-oqsma ta' prijorità fost dawk iddefiniti fl-Artikolu 9b;

(b)

jistabbilixxu l-għanijiet speċifiċi ddettaljati u li jistgħu jitkejlu ta' kull programm;

(c)

jistabbilixxu r-riżultati mistennija b'miri li jistgħu jitkejlu, u indikaturi ċari u speċifiċi ta' prestazzjoni marbuta mal-għanijiet;

(d)

jistabbilixxu allokazzjoni finanzjarja indikattiva kemm b'mod ġenerali kif ukoll għal kull qasam ta' prijorità;

(e)

jistabbilixxu modalitajiet ta' kooperazzjoni. [Em. 168]

1.   Fil-każ tal-programmi tematiċi, l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha titwettaq permezz ta’ programmi indikattivi pluriennali. [Em. 169]

2.   Il-programmi indikattivi pluriennali għall-programmi tematiċi għandhom jistabbilixxu l-istrateġija tal-Unjoni, il-prijoritajiet magħżula għall-finanzjament mill-Unjoni, l-għanijiet speċifiċi, ir-riżultati mistennija, indikaturi tal-prestazzjoni ċari u speċifiċi, u s-sitwazzjoni internazzjonali u l-attivitajiet tas-sħab ewlenin għat-tema kkonċernata. [Em. 170]

Fejn ikun applikabbli, għandhom jiġu stabbiliti prijoritajiet fir-rigward tar-riżorsi u tal-interventi għall-parteċipazzjoni f'inizjattivi dinjija.

Il-programmi indikattivi pluriennali għall-programmi tematiċi għandhom jistabbilixxu l-allokazzjoni finanzjarja indikattiva, kumplessivament, skont il-qasam ta’ kooperazzjoni u skont il-prijorità. L-allokazzjoni finanzjarja indikattiva tista’ tingħata fil-forma ta’ firxa. [Em. 171]

Id-dispożizzjonijiet ta' qafas imsemmija fl-Artikoli 12 u 13 għandhom ikunu mibnija fuq rapport li jkun fih analiżi tas-sitwazzjoni internazzjonali u tal-attivitajiet tas-sħab ewlenin għat-tema kkonċernata u li jindika r-riżultati mistennija mill-programm. [Em. 172]

2a.     Il-programmi pluriennali jistgħu jipprovdu għal ammont ta' fondi, li ma jaqbiżx 5 % tal-ammont totali, li mhuwiex allokat għal qasam ta' prijorità jew pajjiż sieħeb jew grupp ta' pajjiżi. Dawk il-fondi għandhom jiġu impenjati f'konformità mal-Artikolu 21. [Em. 173]

Artikolu 14

Adozzjoni u emenda tal-programmi indikattivi pluriennali [Em. 174]

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-programmi indikattivi s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplimenta elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament billi tistabbilixxi oqfsa għal programmi pluriennali msemmija fl-Artikoli 12 u 13 permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni delegati . Dawn l-atti ta' implimentazzjoni delegati għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 35(2) 34 . Din il-proċedura għandha tapplika wkoll għar-rieżamijiet imsemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, li għandhom l-effett li jimmodifikaw b’mod sinifikanti l-kontenut tal-programm indikattiv pluriennali. [Em. 175]

2.   Meta jiġu adottati d-dokumenti ta’ programmazzjoni pluriennali konġunta msemmija fl-Artikolu 12, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tapplika l-att delegat għandu japplika biss għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għad-dokument ta’ programmazzjoni pluriennali konġunta. [Em. 176]

3.   Il-programmi indikattivi pluriennali għall-programmi ġeografiċi jistgħu jiġu rieżaminati fejn ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva, b’mod partikolari fejn ikun hemm bidliet sostanzjali fil-qafas ta’ politika msemmi u tematiċi pluriennali għandhom jiskadu sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2025 . Il-Kummissjoni għandha tadotta programmi pluriennali ġodda sat-30 ta' Ġunju 2025, abbażi tar-riżultati, is-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmija fl-Artikolu 7 jew wara sitwazzjoni ta’ kriżi jew ta’ wara kriżi 32 . [Em. 177]

4.   Il-programmi indikattivi pluriennali għall-programmi tematiċi jistgħu jiġu rieżaminati modifikati fejn ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni għall-applikazzjoni effettiva, b'mod partikolari fejn ikun hemm bidliet sostanzjali fil-qafas ta' politika msemmi fl-Artikolu 7. Il-programmi pluriennali għandhom jiġu modifikati f'każijiet fejn il-mobilizzazzjoni tar-riżerva tal-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti teħtieġ bidla tad-dispożizzjonijiet ta' qafas tal-programm rilevanti.[Em. 178]

5.   Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati jew theddid immedjat għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali, il-Kummissjoni tista’ temenda l-programmi indikattivi pluriennali msemmija fl-Artikoli 12 u 13 ta’ dan ir-Regolament b’atti ta’ implimentazzjoni delegati skont il-proċedura ta’ urġenza msemmija fl-Artikolu 35(4) 34a . [Em. 179]

Artikolu 15

Riżervi għall-isfidi u l-prijoritajiet emerġent

1.   L-ammont imsemmi fl-Artikolu 6(3) għandu jintuża fost affarijiet oħra 'każijiet debitament ġustifikati, bi prijorità tingħata lill-pajjiżi li huma l-aktar fi bżonn, u f'komplementarjetà u konsistenza sħiħa mal-atti adottati skont dan ir-Regolament : [Em. 180]

(a)

biex jassigura rispons xieraq tal-Unjoni f'każ ta' ċirkustanzi ħtiġijiet mhux previsti li mhumiex koperti minn programmi u dokumenti ta' programmazzjoni ; [Em. 181]

(b)

biex jindirizza ħtiġijiet ġodda jew sfidi emerġenti, bħal dawk fil-fruntieri tal-Unjoni jew tal-ġirien tagħha jew dawk f'pajjiżi terzi marbuta ma' sitwazzjonijiet ta' kriżi , kemm naturali kif ukoll ikkaġunati mill-bniedem, u ta' wara kriżi jew ta' pressjoni migratorja mal-fenomenu tal-migrazzjoni, b'mod partikolari l-ispostament furzat ; [Em. 182]

(c)

biex jippromwovi u jirrispondi għal inizjattivi jew prijoritajiet internazzjonali ġodda mmexxija mill-Unjoni. [Em. 183]

2.   L-użu ta’ dawn il-fondi għandu jiġi deċiż skont il-proċeduri stabbiliti fl-Artikoli 14 u 21.

Artikolu 15a

Sospensjoni tal-assistenza

1.     Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni tal-għajnuna fil-ftehimiet ma' pajjiżi u reġjuni sħab, fejn pajjiż sieħeb jonqos b'mod persistenti milli josserva l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, jew l-istandards tas-sikurezza nukleari, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa, f'konformità mal-Artikolu 34, li tadotta atti delegati li jemendaw l-Anness VII-a billi żżid pajjiż sieħeb mal-lista tal-pajjiżi sħab li għalihom l-assistenza tal-Unjoni tiġi sospiża jew parzjalment sospiża. Fil-każ ta' sospensjoni parzjali, għandhom jiġu indikati l-programmi li għalihom tapplika s-sospensjoni.

2.     Fejn il-Kummissjoni ssib li r-raġunijiet li jiġġustifikaw s-sospensjoni tal-assistenza ma għadhomx japplikaw, din għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 34 biex temenda l-Anness VII-a sabiex iddaħħal mill-ġdid l-assistenza tal-Unjoni.

3.     F'każijiet ta' sospensjoni parzjali, l-assistenza tal-Unjoni għandha tintuża primarjament biex tappoġġa l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u atturi mhux statali fir-rigward ta' miżuri maħsuba biex jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u jappoġġaw il-proċessi ta' demokratizzazzjoni u djalogu fil-pajjiżi sħab.

4.     Il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew rilevanti fit-teħid tad-deċiżjonijiet tagħha. [Em. 184]

Kapitolu II

Dispożizzjonijiet speċifiċi għall-Viċinat

Artikolu 15b

Għanijiet speċifiċi għaż-żona tal-Viċinat

1.     F'konformità mal-Artikoli 3 u 4, l-appoġġ tal-Unjoni skont dan ir-Regolament fiż-żona tal-Viċinat għandu jkollu bħala għanijiet:

(a)

it-tisħiħ ta' kooperazzjoni u sjieda politika tal-Politika Ewropea tal-Viċinat mill-Unjoni u l-pajjiżi sħab tagħha;

(b)

l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta' assoċjazzjoni, jew ftehimiet eżistenti u futuri oħra, u l-aġendi ta' assoċjazzjoni miftiehma b'mod konġunt u prijoritajiet ta' sħubija jew dokumenti ekwivalenti;

(c)

it-tisħiħ u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija, il-bini tal-istat, governanza tajba, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem kif ukoll il-promozzjoni ta' mod aktar effettiv biex jiġu implimentati r-riformi miftiehma f'formats reċiproċi;

(d)

l-istabbilizzazzjoni tal-viċinat f'termini politiċi, ekonomiċi u ta' sigurtà;

(e)

it-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali, b'mod partikolari fil-qafas tas-Sħubija tal-Lvant, l-Unjoni għall-Mediterran, u l-kollaborazzjoni mal-Viċinat Ewropew kollu kif ukoll il-kooperazzjoni transfruntiera;

(f)

il-promozzjoni tal-bini tal-fiduċja, relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u miżuri oħra li jikkontribwixxu għas-sigurtà fil-forom kollha tagħha u l-prevenzjoni u s-soluzzjoni tal-kunflitti, inklużi l-kunflitti fit-tul, l-appoġġ lill-popolazzjonijiet affettwati u r-rikostruzzjoni, u r-rispett għall-multilateraliżmu u d-dritt internazzjonali;

(g)

il-promozzjoni ta' sħubija msaħħa ma' soċjetajiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab, inkluż permezz ta' mobbiltà msaħħa u kuntatti bejn il-persuni, b'mod partikolari b'rabta mal-attivitajiet kulturali, edukattivi, professjonali u tal-isport;

(h)

l-intensifikazzjoni tal-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni regolari kif ukoll dik irregolari;

(i)

il-kisba ta' integrazzjoni progressiva fis-suq intern tal-Unjoni u kooperazzjoni settorjali u transsettorjali msaħħa, inkluż permezz ta' approssimazzjoni leġiżlattiva u konverġenza regolatorja lejn l-istandards tal-Unjoni u standards internazzjonali rilevanti oħra, u aċċess aħjar għas-suq inkluż permezz ta' oqsma profondi u komprensivi ta' kummerċ ħieles, il-bini ta' istituzzjonijiet u l-investiment relatati;

(j)

l-appoġġ ta' żvilupp ekonomiku u soċjali sostenibbli, inklużiv u ta' benefiċċju soċjali għal kulħadd billi jiġu promossi l-ħolqien tal-impjiegi u l-impjegabbiltà, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ;

(k)

il-kontribuzzjoni għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi billi tissaħħaħ il-kooperazzjoni dwar is-sigurtà tal-enerġija u jiġu promossi l-għanijiet tal-enerġija rinnovabbli, tal-enerġija sostenibbli u tal-effiċjenza enerġetika;

(l)

l-inkoraġġiment tal-istabbiliment ta' oqfsa tematiċi mal-pajjiżi ġirien ta' pajjiżi sħab tal-viċinat biex jiġu indirizzati sfidi komuni bħall-migrazzjoni, l-enerġija, is-sigurtà u s-saħħa.[Em. 185]

Artikolu 16

Dokument ta’ programmazzjoni u kriterji tal-allokazzjoni

1.   Għall-pajjiżi sħab elenkati fl-Anness I, l-oqsma ta’ prijorità għall-finanzjament tal-Unjoni għandhom jintgħażlu prinċipalment minn dawk inklużi fid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 12(3)(c), jew skont l-oqsma ta’ kooperazzjoni taż-żona tal-Viċinat stipulati fl-Anness II.

2.   B’deroga mill-Artikolu 11(2), l-appoġġ tal-Unjoni permezz tal-programmi ġeografiċi fiż-żona tal-Viċinat għandu jiġi differenzjat fil-forma u fl-ammonti, billi jiġu kkunsidrati dawn l-elementi, li jirriflettu l-pajjiż sieħeb:

(a)

il-ħtiġijiet, bl-użu ta' indikaturi bħall-popolazzjoni u l-livell ta' żvilupp;

(b)

l-impenn lejn u l-progress fl-implimentazzjoni ta’ għanijiet ta’ riforma politika, ekonomika , ambjentali u soċjali miftehma b’mod konġunt; [Em. 186]

(c)

l-impenn lejn u l-progress fil-bini ta' demokrazija profonda u sostenibbli, inkluża l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba, ir-rispett tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni ; [Em. 187]

(ca)

impenn favur il-multilateraliżmu; [Em. 188]

(d)

is-sħubija mal-Unjoni, inkluż il-livell ta' ambizzjoni għal dik is-sħubija;

(e)

il-kapaċità ta' assorbiment u l-impatt potenzjali tal-appoġġ tal-Unjoni skont dan ir-Regolament.

3.   L-appoġġ imsemmi fil-paragrafu 2 għandu jiġi rifless fid-dokumenti ta’ programmazzjoni msemmija fl-Artikolu 12.

3a.     L-appoġġ tal-Unjoni lill-pajjiżi sħab elenkati fl-Anness I għandu jiġi applikat f'konformità mal-prinċipju ta' kofinanzjament stabbilit fl-Artikolu 190 tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 189]

Artikolu 17

Approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni

1.   B’mod indikattiv Mill-inqas 10 % tal-pakkett finanzjarju stabbilit fl-Artikolu 4(2)(a) fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 6(2)(a), biex jissupplimenta l-allokazzjonijiet finanzjarji għall-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 12, għandu jiġi allokat lill-pajjiżi sħab elenkati fl-Anness I sabiex jimplimentaw japplikaw l-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni. L-allokazzjonijiet ibbażati fuq il-prestazzjoni għandhom jiġu deċiżi fuq il-progress tagħhom lejn id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni, sikura, ordnata u regolari, il-governanza ekonomika u  l-implimentazzjoni tar-riformi miftiehma . Il-progress tal-pajjiżi sħab għandu jiġi valutat kull sena , bl-involviment tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari permezz ta' rapporti dwar il-progress tal-pajjiżi li jinkludu xejriet meta mqabbla mas-snin preċedenti . [Em. 190]

1a.     L-applikazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni skont dan ir-Regolament għandu jkun is-suġġett ta' skambju regolari ta' fehmiet fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill. [Em. 191]

2.   L-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni ma għandux japplika għall-appoġġ lis-soċjetà ċivili, lill-kuntatti bejn il-persuni, inkluża l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet lokali, l-appoġġ għat-titjib tad-drittijiet tal-bniedem, jew miżuri ta' appoġġ marbutin ma' kriżijiet. F'każ ta' degradazzjoni serja jew persistenti tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt, l-appoġġ għal dawn l-azzjonijiet jista' għandu jiżdied , fejn xieraq . [Em. 192]

2a.     Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jirrevedu l-appoġġ ibbażat fuq il-prestazzjoni f'każ ta' degradazzjoni serja jew persistenti tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem jew tal-istat tad-dritt. [Em. 193]

2b.     Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 34 biex tissupplimenta dan ir-Regolament li jistabbilixxi qafas metodoloġiku tal-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni. [Em. 194]

Artikolu 18

Kooperazzjoni Transfruntiera

1.   Il-kooperazzjoni transfruntiera, kif definit fl-Artikolu 2(3), għandu jkopri l-kooperazzjoni dwar il-fruntieri bejn artijiet biswit xulxin u marittimi , il-kooperazzjoni transnazzjonali fuq territorji transnazzjonali ikbar, kooperazzjoni marittima madwar il-baċiri tal-baħar, kif ukoll il-kooperazzjoni interreġjonali. Il-kooperazzjoni transfruntiera għandu jkollha l-għan li tkun koerenti mal-għanijiet tal-istrateġiji makroreġjonali eżistenti u futuri u mal-proċessi ta' integrazzjoni reġjonali. [Em. 195]

2.   Iż-żona tal-Viċinat għandha tikkontribwixxi għall-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera msemmija fil-paragrafu 1 kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali fil-qafas tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (47) (“ir-Regolament tal-ETC”). Sa 4 % tal-pakkett finanzjarju għall-qasam tal-Viċinat għandu jiġi allokat b’mod indikattiv b’appoġġ għal dawk il-programmi.

3.   Kontribuzzjonijiet għal programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera għandhom jiġu determinati u użati skont l-Artikolu 10(3) tar-Regolament tal-ETC.

4.   Ir-rata ta’ kofinanzjament tal-Unjoni ma għandhiex tkun ogħla minn 90 % tan-nefqa eliġibbli ta’ programm ta’ kooperazzjoni transfruntiera. Għal assistenza teknika r-rata ta' kofinanzjament tkun ta' 100 %.

5.   Il-prefinanzjament għal programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera għandu jiġi stabbilit fil-programm ta’ ħidma skont il-ħtiġijiet tal-pajjiżi u t-territorji terzi parteċipanti u ma jistax jaqbeż il-perċentwali msemmi fl-Artikolu 49 tar-Regolament tal-ETC.

6.   Id-dokument ta’ strateġija indikattiva pluriennali għall-kooperazzjoni transfruntiera, li jistabbilixxi l-elementi msemmija fl-Artikolu 12(2) ta’ dan ir-Regolament, għandu jiġi adottat skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament tal-ETC.

7.   Meta l-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera ma jitkomplewx skont l-Artikolu 12 tar-Regolament ETC, l-appoġġ mill-qasam tal-Viċinat għall-programm li ma jitkompliex u li jibqa’ disponibbli, jista’ jintuża biex jiffinanzja kwalunkwe attività oħra taħt il-qasam tal-Viċinat.

Kapitolu III

Pjanijiet ta’ azzjoni, miżuri u metodi ta’ implimentazzjoni Eżekuzzjoni [Em. 196]

Artikolu 19

Pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta’ azzjoni jew miżuri annwali jew pluriennali. Il-miżuri jistgħu jieħdu l-forma ta’ miżuri individwali, miżuri speċjali, miżuri ta’ appoġġ jew miżuri ta’ assistenza eċċezzjonali. Il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri għandhom jispeċifikaw, għal kull azzjoni, l-għanijiet segwiti, ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet prinċipali, il-metodi ta’ implimentazzjoni applikazzjoni , il-baġit u kwalunkwe nefqa ta’ appoġġ assoċjata. [Em. 197]

2.   Il-pjanijiet ta’ azzjoni għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti ta’ programmazzjoni, ħlief għall-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u 4.

Fejn ikun meħtieġ, azzjoni tista’ tiġi adottata bħala miżura individwali qabel jew wara l-adozzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni. Il-miżuri individwali għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti ta’ programmazzjoni, ħlief għall-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u f’każijiet oħra debitament ġustifikati.

Fil-każ ta’ ħtiġijiet jew ċirkostanzi mhux previsti, u meta ma jkunx possibbli finanzjament minn sorsi aktar xierqa, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri speċjali mhux previsti fid-dokumenti ibbażati fuq id-dokumenti ta’ programmazzjoni. [Em. 198]

3.   Jistgħu jintużaw pjanijiet ta’ azzjoni annwali jew pluriennali u miżuri individwali biex jiġu implimentati jitwettqu azzjonijiet ta’ rispons rapidu msemmija fl-Artikolu 4(4)(b) u (c). [Em. 199]

4.   Il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri ta’ assistenza eċċezzjonali għal azzjonijiet ta’ rispons rapidu kif imsemmi fl-Artikolu 4(4)(a).

Miżura ta' assistenza eċċezzjonali jista' jkollha tul sa 18-il xahar, li jista' jiġi estiż darbtejn b'perjodu ieħor li ma jaqbiżx is-sitt xhur, sa żmien massimu ta' 30 xahar, fil-każ ta' ostakli oġġettivi u mhux mistennija għall-implimentazzjoni tagħha, dment li ma jkun hemm l-ebda żieda fl-ammont finanzjarju tal-miżura. [Em. 200]

F'każijiet ta' kriżijiet u konflitti mtawla, il-Kummissjoni tista' tadotta t-tieni miżura ta' assistenza eċċezzjonali b’perjodu ta' żmien ta' sa 18-il xahar. F’każijiet debitament ġustifikati meta l-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni tkun essenzjali u ma tistax tiġi żgurat b’mezzi oħra, ikunu jistgħu jiġu adottati iktar miżuri. [Em. 201]

4a.     Miżuri meħuda skont l-Artikolu 19(3) u (4) jista' jkollhom tul sa 18-il xahar, li jista' jiġi estiż darbtejn b'perjodu ieħor li ma jaqbiżx is-sitt xhur, sa żmien massimu ta' 30 xahar, fil-każ ta' ostakli oġġettivi u mhux mistennija għall-eżekuzzjoni, dment li ma jkun hemm l-ebda żieda fl-ammont finanzjarju tal-miżura.

F'każijiet ta' kriżijiet u kunflitti mtawla, il-Kummissjoni tista' tadotta t-tieni miżura ta' assistenza eċċezzjonali b'perjodu ta' żmien sa 18-il xahar. F'każijiet debitament ġustifikati, meta l-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni skont dan il-paragrafu tkun essenzjali u ma tistax tiġi żgurata b'mezzi oħra, ikunu jistgħu jiġu adottati aktar miżuri. [Em. 202]

Artikolu 20

Miżuri ta' appoġġ

1.   Il-finanzjament tal-Unjoni jista’ jkopri n-nefqa ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni għall-eżekuzzjoni tal-Istrument u għall-kisba tal-għanijiet tiegħu, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat mal-attivitajiet ta’ tħejjija, segwitu, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni meħtieġa għal dik l-implimentazzjoni eżekuzzjoni , kif ukoll in-nefqa fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fuq l-appoġġ amministrattiv meħtieġ għall-programm, u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni u s-sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni. [Em. 203]

2.   Meta n-nefqa ta’ appoġġ ma tkunx inkluża fil-pjanijiet ta’ azzjoni jew fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 21, il-Kummissjoni għandha tadotta, fejn xieraq, miżuri ta’ appoġġ. Il-finanzjament tal-Unjoni taħt il-miżuri ta’ appoġġ jista’ jkopri:

(a)

studji, laqgħat, informazzjoni, sensibilizzazzjoni, taħriġ, tħejjija u skambju tat-tagħlimiet miksuba u tal-aqwa prattiki, attivitajiet ta’ pubblikazzjoni u kwalunkwe nefqa amministrattiva u ta’ assistenza teknika oħra meħtieġa għall-programmazzjoni u l-ġestjoni tal-azzjonijiet, inklużi esperti esterni remunerati;

(b)

attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni u studji dwar kwistjonijiet rilevanti u d-disseminazzjoni tagħhom;

(c)

infiq relatat mal-provvediment ta’ azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta’ strateġiji ta’ komunikazzjoni u l-komunikazzjoni u l-viżibbiltà korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni.

Artikolu 21

Adozzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri

1.   Il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta' atti ta' implimentazzjoni adottati b'deċiżjoni tal-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 35(2) mar-Regolament Finanzjarju . [Em. 204]

2.   Il-proċedura msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun meħtieġa għal:

(a)

pjanijiet ta’ azzjoni, miżuri individwali u miżuri ta’ appoġġ, li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx l-EUR 10 miljun;

(b)

miżuri speċjali kif ukoll pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri adottati sabiex jiġu implimentati azzjonijiet ta’ rispons rapidu li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni li ma jaqbiżx l-EUR 20 miljun;

(c)

emendi tekniċi, dment li dawk l-emendi ma jaffettwawx b’mod sostanzjali l-għanijiet tal-pjan ta’ azzjoni jew tal-miżura kkonċernata, bħalma huma:

(i)

bidla fil-metodu tal-implimentazzjoni;

(ii)

tqassim mill-ġdid tal-fondi bejn l-azzjonijiet kontenuti fi pjan ta’ azzjoni;

(iii)

żidiet jew tnaqqis tal-baġit tal-pjanijiet ta’ azzjoni u tal-miżuri b’mhux aktar minn 20 % tal-baġit inizjali u li ma jaqbżux l-EUR 10 miljun;

Fil-każ ta’ pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri pluriennali, il-limiti msemmija fil-paragrafi 2(a), (b) u (c) (iii) għandhom ikunu applikabbli fuq bażi annwali.

Meta jiġu adottati skont dan il-paragrafu, il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri, ħlief il-miżuri ta’ assistenza eċċezzjonali u l-emendi tekniċi, għandhom jiġu kkomunikati lill-Parlament Ewropew u lill-Istati Membri permezz tal-kumitat rilevanti msemmi fl-Artikolu 35 fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom. [Em. 205]

3.   Qabel l-adozzjoni jew l-estensjoni ta' miżuri ta' assistenza eċċezzjonali li ma jaqbżux l-EUR 20 miljun, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill dwar in-natura u l-għanijiet tagħhom u l-ammonti finanzjarji previsti. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kunsill qabel ma tagħmel bidliet sostantivi sinifikanti f'miżuri ta' assistenza eċċezzjonali diġà adottati. Il-Kummissjoni għandha tqis l-approċċ ta' politika rilevanti tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew għall-ippjanar u l-implimentazzjoni applikazzjoni sussegwenti ta' dawn il-miżuri, fl-interessi tal-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. [Em. 206]

Il-Kummissjoni għandha żżomm tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew debitament infurmat, u b'mod f'waqtu, dwar l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' assistenza eċċezzjonali skont dan l-Artikolu, inklużi l-ammonti finanzjarji previsti, u għandha tinforma wkoll lill-Parlament Ewropew meta tagħmel bidliet jew estensjonijiet sostanzjali għal dik l-assistenza. Malajr kemm jista' jkun wara l-adozzjoni jew il-modifika sostanzjali ta' miżura, u fi kwalunkwe każ fi żmien xahar minn meta jiġri dan, il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħti ħarsa ġenerali tan-natura u r-raġunament wara l-miżura adottata, tat-tul tagħha, tal-baġit u tal-kuntest tagħha, inkluża l-komplementarjetà ta' dik il-miżura ma' assistenza oħra eżistenti u ppjanata tal-Unjoni. Għal miżuri ta' għajnuna eċċezzjonali, il-Kummissjoni għandha tindika wkoll jekk, sa liema punt u kif se tiżgura l-kontinwità tal-politika eżegwita permezz tal-assistenza eċċezzjonali permezz ta' għajnuna għal żmien medju u fit-tul skont dan ir-Regolament. [Em. 207]

3a.     Qabel ma tadotta pjanijiet ta' azzjoni u miżuri mhux ibbażati fuq id-dokumenti ta' programmazzjoni skont l-Artikolu 19(2), bl-eċċezzjoni ta' każijiet imsemmija fl-Artikolu 19(3) u (4), il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-għanijiet speċifiċi li għandhom jiġu segwiti, ir-riżultati mistennija, l-istrumenti li għandhom jintużaw, l-attivitajiet ewlenin u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi ta' dawn il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri. [Em. 208]

4.   Għal raġunijiet imperattivi ta' urġenza debitament iġġustifikati, bħal kriżijiet inklużi diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem, theddid immedjat għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali, il-Kummissjoni tista' tadotta pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri, bħal atti ta’ implimentazzjoni applikabbli immedjatament, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 35(4). [Em. 209]

5.   Għandu jsir skrutinju tad-drittijiet tal-bniedem, soċjali u ambjentali xieraq, fil-livell tal-azzjonijiet, inkluż għall-impatti fuq it-tibdil fil-klima u l-bijodiversità, f’konformità mal-atti leġiżlattivi applikabbli tal-Unjoni, inklużi d-Direttiva 2011/92/UE (48) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE (49), li jinkludi, fejn applikabbli, valutazzjoni tal-impatt ambjentali għal azzjonijiet ta’ sensittività ambjentali, b’mod partikolari għal infrastruttura ġdida maġġuri. [Em. 210]

Barra minn hekk, għandhom isiru valutazzjonijiet ex ante tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġeneru, soċjali u tax-xogħol, kif ukoll analiżi ta' kunflitti u valutazzjoni tar-riskju. [Em. 211]

Fejn ikun rilevanti, fl-implimentazzjoni fl-eżekuzzjoni ta' programmi settorjali għandhom jintużaw valutazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, soċjali u ambjentali strateġiċi. Għandhom jiġu żgurati l-involviment tal-partijiet interessati fil-valutazzjonijiet ambjentali f'dawn il-valutazzjonijiet u l-aċċess pubbliku għar-riżultati ta' tali valutazzjonijiet. [Em. 212]

Artikolu 21a

Il-programmi ta' assistenza tal-Parlament Ewropew

Il-Kummissjoni għandu jkollha djalogu mal-Parlament Ewropew, u tqis il-fehmiet tal-Parlament Ewropew dwar oqsma li fihom dan tal-aħħar qed imexxi l-programmi ta' assistenza tiegħu stess, bħat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-osservazzjoni elettorali. [Em. 213]

Artikolu 22

Metodi ta’ kooperazzjoni

1.   Il-finanzjament taħt dan l-Istrument għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni, kif previst mir-Regolament Finanzjarju, jew direttament mill-Kummissjoni stess, mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u minn aġenziji eżekuttivi jew indirettament permezz ta’ xi waħda mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1) c) tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-finanzjament taħt dan l-Istrument jista’ jiġi pprovdut ukoll permezz ta’ kontribuzzjonijiet għal fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-BEI, mill-Istati Membri, mill-pajjiżi u r-reġjuni sħab jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, jew donaturi oħra.

3.   L-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1) c) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikolu 29(1) ta’ dan ir-Regolament għandhom jissodisfaw annwalment l-obbligi ta’ rapportar tagħhom skont l-Artikolu 155 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-rekwiżiti ta’ rapportar għal kull waħda minn dawk l-entitajiet huma stabbiliti fil-ftehim qafas ta’ sħubija, fil-ftehim ta’ kontribuzzjoni, fil-ftehim dwar il-garanziji baġitarji jew fil-ftehim ta’ finanzjament.

4.   L-azzjonijiet iffinanzjati permezz tal-Istrumenti jistgħu jiġu implimentati permezz ta' kofinanzjament parallel jew konġunt.

5.   Fil-każ ta' kofinanzjament parallel, azzjoni tinqasam f'għadd ta' komponenti identifikabbli b'mod ċar li kull wieħed minnhom ikun iffinanzjat minn sħab differenti li jipprovdu kofinanzjament b'tali mod li l-użu aħħari tal-finanzjament jista' dejjem jiġi identifikat.

6.   Fil-każ ta' kofinanzjament konġunt, il-kost totali ta' azzjoni tinqasam bejn is-sħab li jipprovdu l-kofinanzjament u r-riżorsi jinġabru f’pula b'tali mod li ma jibqax possibbli li jiġi identifikat s-sors ta' finanzjament ta’ kwalunkwe attività partikolari mwettqa bħala parti mill-azzjoni.

7.   Il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u s-sħab tagħha tista’ tieħu l-forma, fost affarijiet oħra, ta’:

(a)

arranġamenti triangolari li permezz tagħhom l-Unjoni tikkoordina ma’ pajjiżi terzi l-finanzjament tal-assistenza tagħha lil pajjiż jew reġjun sieħeb;

(b)

miżuri ta' kooperazzjoni amministrattivi bħal ġemellaġġ bejn istituzzjonijiet pubbliċi, awtoritajiet lokali, korpi pubbliċi nazzjonali jew entitajiet tad-dritt privat responsabbli għal kompiti ta' servizz pubbliku ta' Stat Membru u dawk ta' pajjiż jew reġjun sieħeb, kif ukoll miżuri ta' kooperazzjoni li jinvolvu esperti tas-settur pubbliku mibgħuta mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom;

(c)

kontribuzzjonijiet għall-kostijiet neċessarji biex tiġi stabbilita u amministrata sħubija pubblik pubblika privata inkluż appoġġ ta' parteċipazzjoni wiesgħa bit-twaqqif ta' korp indipendenti ta' organizzazzjonijiet indipendenti ta' partijiet terzi CSO biex jivvalutaw u jimmonitorjaw strutturi ta' sħubija pubblika privata ; [Em. 214]

(d)

programmi ta’ appoġġ għall-politika tas-settur li permezz tagħhom l-Unjoni tipprovdi appoġġ għall-programm tas-settur ta’ pajjiż sieħeb

(e)

kontribuzzjonijiet għall-kost tal-parteċipazzjoni f’programmi u azzjonijiet tal-Unjoni implimentati minn aġenziji u korpi tal-Unjoni, kif ukoll korpi jew persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-TUE;

(f)

sussidji tar-rati tal-imgħax.

Artikolu 23

Forom ta’ finanzjament mill-UE mill-Unjoni u metodi ta’ implimentazzjoni applikazzjoni [Em. 215]

1.   Il-finanzjament mill-Unjoni jista’ jiġi pprovdut permezz tat-tipi ta’ finanzjament previsti mir-Regolament Finanzjarju, u b’mod partikolari:

(a)

għotjiet;

(b)

kuntratti ta' akkwist għal servizzi, provvisti jew xogħlijiet;

(c)

appoġġ baġitarju;

(d)

kontribuzzjonijiet għal fondi fiduċjarji stabbiliti mill-Kummissjoni, f'konformità mal-Artikolu 234 tar-Regolament Finanzjarju;

(e)

strumenti finanzjarji;

(f)

garanziji baġitarji;

(g)

taħlit;

(h)

ħelsien mid-dejn fil-kuntest ta’ programm miftiehem internazzjonalment dwar il-ħelsien mid-dejn;

(i)

assistenza finanzjarja;

(j)

esperti esterni b’remunerazzjoni.

2.   Fil-ħidma mal-partijiet ikkonċernati tal-pajjiżi sħab, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet tagħhom, inklużi l-ħtiġijiet tagħhom u l-kuntest rilevanti, meta tiddefinixxi l-modalitajiet ta' finanzjament, it-tip ta' kontribuzzjoni, il-modalitajiet tal-għotja u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-ġestjoni tal-għotjiet, bil-ħsieb li jinkiseb u li jingħata l-aħjar rispons għall-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta' tali partijiet ikkonċernati. Dik il-valutazzjoni għandha tqis il-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni u involviment sinifikanti tal-partijiet ikkonċernati kollha, b'mod partikolari tas-soċjetà ċivili lokali. Għandhom jiġu inkoraġġiti modalitajiet speċifiċi skont ir-Regolament Finanzjarju, bħal ftehimiet ta' sħubija, awtorizzazzjonijiet ta' appoġġ finanzjarju lil terzi persuni, għoti dirett jew sejħiet għall-proposti ristretti għall-eliġibbiltà, jew somom f'daqqa, kostijiet unitarji u finanzjament b'rata fissa kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif previst fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. Dawk il-modalitajiet differenti għandhom jiżguraw trasparenza, traċċabbiltà u innovazzjoni. Il-kooperazzjoni bejn l-NGOs lokali u internazzjonali għandha tiġi mħeġġa sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili lokali bil-għan li tinkiseb il-parteċipazzjoni sħiħa tagħha fil-programmi ta' żvilupp. [Em. 216]

3.   Minbarra l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju, il-proċedura ta’ għoti dirett tista’ tintuża għal;

(a)

għotjiet ta' valur baxx lil difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lil mekkaniżmi għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju, għall-finanzjament ta' azzjonijiet ta' protezzjoni urġenti, fejn xieraq mingħajr il-ħtieġa għal kofinanzjament , kif ukoll lill-medjaturi u lill-atturi oħra tas-soċjetà ċivili involuti fi djalogu relatat ma' kriżi u ma' kunflitti armati, mar-riżoluzzjoni tal-kunflitti, mar-rikonċiljazzjoni u mal-bini tal-paċi ; [Em. 217]

(b)

għotjiet, fejn ikun xieraq mingħajr il-ħtieġa ta' kofinanzjament, sabiex jiġu ffinanzjati azzjonijiet fl-aktar kundizzjonijiet diffiċli fejn il-pubblikazzjoni ta' sejħa għall-proposti ma tkunx xierqa, inklużi sitwazzjonijiet fejn ikun hemm nuqqas serju ta' libertajiet fundamentali, theddid għall-istituzzjonijiet demokratiċi, eskalazzjoni ta' kriżi, kunflitt armat fejn is-sigurtà tal-bniedem tkun l-aktar f'riskju jew fejn l-organizzazzjonijiet u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem , il-medjaturi u atturi oħra tas-soċjetà ċivili involuti fi djalogu relatat ma' kriżi u kunflitt armat, ir-rikonċiljazzjoni u l-bini tal-paċi joperaw fl-aktar kundizzjonijiet diffiċli. Għotjiet bħal dawn ma għandhomx jaqbżu l-EUR 1 000 000 u għandu jkollhom tul ta' żmien ta' mhux aktar minn 18-il xahar, li tista' tiġi estiża bi 12-il xahar ieħor fl-eventwalità ta' ostakli oġġettivi u mhux previsti għall-implimentazzjoni għall-applikazzjoni tagħhom; [Em. 218]

(c)

għotjiet lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll lill-Global Campus, liċ-Ċentru Interuniversitarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni, li jipprovdi Lawrja Ewropea ta' Masters fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni, u n-netwerk assoċjat tiegħu ta' universitajiet li jipprovdu diplomi postgraduate dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi boroż ta' studju lil studenti , riċerkaturi, għalliema, u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minn pajjiżi terzi.

(ca)

Proġetti żgħar kif deskritti fl-Artikolu 23a (ġdid) [Em. 220]

L-appoġġ baġitarju kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, inkluż permezz ta' kuntratti ta' prestazzjoni ta' riforma strutturali, għandu jkun ibbażat fuq is-sjieda tal-pajjiż, l-akkontabbiltà reċiproka ir-rendikont reċiproku u impenji kondiviżi għall-valuri universali, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem u l-istat tad-dritt u għandu l-għan li jsaħħaħ is-sħubijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab. Għandu jinkludi djalogu msaħħaħ ta' politika, tisħiħ tal-kapaċitajiet, u governanza mtejba, li jikkomplementaw l-isforzi tal-isħab tas-sħab biex jiġbru aktar u jonfqu aħjar bil-għan li jappoġġaw żvilupp soċjoekonomiku sostenibbli u inklużiv li jkun ta' benefiċċju għal kulħadd, il-ħolqien ta' impjiegi deċenti, b'attenzjoni partikolari għaż-żgħażagħ, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi u l-qerda tal-faqar b'kunsiderazzjoni xierqa għall-ekonomiji lokali, id-drittijiet ambjentali u soċjali . [Em. 221]

Kwalunkwe deċiżjoni biex jiġi pprovdut appoġġ baġitarju għandha tkun ibbażata fuq politiki ta' appoġġ baġitarju miftehma mill-Unjoni, sett ċar ta' kriterji ta' eliġibbiltà u evalwazzjoni bir-reqqa tar-riskji u l-benefiċċji. Wieħed mid-determinanti ewlenin ta' dik id-deċiżjoni għandu jkun valutazzjoni tal-impenn, tar-rekord u tal-progress tal-pajjiżi sħab fir-rigward tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt. [Em. 222]

4.   L-appoġġ baġitarju għandu jiġi differenzjat b’mod li jwieġeb aħjar għall-kuntest politiku, ekonomiku u soċjali tal-pajjiż sieħeb, b’kont meħud tas-sitwazzjonijiet ta’ fraġilità.

Meta tipprovdi appoġġ baġitarju skont l-Artikolu 236 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi b'mod ċar u timmonitorja l-kriterji għall-kondizzjonalità tal-appoġġ baġitarju, inkluż il-progress fir-riformi u t-trasparenza, u għandha tappoġġa l-iżvilupp tal-kontroll parlamentari, il-kapaċitajiet nazzjonali ta' awditjar , il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ u ż-żieda fit-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u l-iżvilupp ta' sistemi ta' akkwist pubbliku b'saħħithom li jappoġġaw l-iżvilupp ekonomiku lokali u n-negozji lokali. [Em. 223]

5.   L-iżborż tal-appoġġ baġitarju għandu jkun ibbażat fuq indikaturi li juru li jkun qiegħed isir progress sodisfaċenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet miftehma mal-pajjiż sieħeb.

6.   L-istrumenti finanzjarji skont dan ir-Regolament jistgħu jieħdu forom, bħal self, garanziji, ekwità jew kważi ekwità, investimenti jew parteċipazzjonijiet, u strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskji, kull meta jkun possibbli u skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 209 (1) tar-Regolament Finanzjarju taħt it-tmexxija tal-BEI, istituzzjoni finanzjarja Ewropea multilaterali, bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, jew istituzzjoni finanzjarja Ewropea bilaterali, bħal banek bilaterali tal-iżvilupp, possibbilment magħquda ma’ forom addizzjonali oħra ta’ appoġġ finanzjarju, kemm mill-Istati Membri kif ukoll minn terzi persuni.

Il-kontribuzzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni skont dan ir-Regolament jistgħu jsiru mill-Istati Membri kif ukoll minn kwalunkwe entità msemmija fl-Artikolu 62(1)c) tar-Regolament Finanzjarju.

7.   Dawn l-istrumenti finanzjarj finanzjarji jistgħu jinġabru f'faċilitajiet għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-applikazzjoni u tar-rappurtar. [Em. 224]

7a.     Il-Kummissjoni u s-SEAE m'għandhomx jidħlu f'operazzjonijiet ġodda jew imġedda ma' entitajiet inkorporati jew stabbiliti f'ġurisdizzjonijiet iddefiniti taħt il-politika rilevanti tal-Unjoni bħala li ma jikkooperawx, jew li huma identifikati bħala pajjiżi terzi b'riskju kbir skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew li mhumiex effettivament konformi mal-istandards fiskali tal-Unjoni jew miftiehma internazzjonalment dwar it-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni. [Em. 225]

8.   Il-finanzjament mill-Unjoni ma għandux jiġġenera jew jattiva l-ġbir ta’ taxxi, dazji jew imposti speċifiċi.

9.   It-taxxi, dazji u imposti debitati mll-pajjiżi sħab, jistgħu jkunu eliġibbli għall-finanzjament skont dan ir-Regolament.

Artikolu 23a

Fondi għall-proġetti żgħar

1.     Il-finanzjament skont dan ir-Regolament jista' jiġi pprovdut lill-fondi għall-proġetti żgħar, immirati lejn l-għażla u l-implimentazzjoni ta' proġetti ta' volum finanzjarju limitat.

2.     Il-benefiċjarji ta' fond għall-proġett żgħir għandhom ikunu organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

3.     Ir-riċevituri finali fi ħdan fond għall-proġett żgħir għandhom jirċievu appoġġ skont dan ir-Regolament, permezz tal-benefiċjarju, u jimplimentaw proġetti żgħar fi ħdan dak il-fond għall-proġett żgħir (“proġett żgħir”).

4.     Fejn il-kontribuzzjoni pubblika għall-proġett żgħir ma taqbiżx EUR 50 000, din għandha tieħu l-forma ta' kostijiet unitarji jew ammonti f'daqqa jew tinkludi rati fissi. [Em. 226]

Artikolu 24

Persuni u entitajiet eliġibbli

1.   Il-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist, ta’ għotjiet u ta’ għoti ta’ premijiet għal azzjonijiet iffinanzjati bi programmi ġeografiċi u bi programmi ta’ Organizzazzjonijiet tas-Soċjetà Ċivili u Sfidi Dinjija għandha tkun miftuħa għal organizzazzjonijiet internazzjonali u l-entitajiet legali l-oħra kollha li huma ċittadini ta’ dawn il-pajjiżi jew it-territorji li ġejjin, u fil-każ ta’ persuni ġuridiċi, li huma wkoll stabbiliti b’mod effettiv fihom:

(a)

l-Istati Membri, il-benefiċjarji tar-Regolament IPA III, u l-partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b)

Pajjiżi sħab tal-viċinat u l-Federazzjoni Russa meta l-proċedura rilevanti sseħħ fil-kuntest ta’ programmi msemmija fl-Anness I li tipparteċipa fihom;

(c)

pajjiżi u territorji li qed jiżviluppaw, kif inklużi fil-lista ta’ riċevituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, ippubblikata mill-Kumitat ta’ Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, li ma jkunux membri tal-grupp G-20, u pajjiżi u territorji extra-Ewropej kif definiti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill …/… (UE);

(d)

pajjiżi li qed jiżviluppaw, kif inklużi fil-lista ta’ riċevituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, li huma membri tal-grupp G-20, u pajjiżi u territorji oħra, meta l-proċedura rilevanti sseħħ fil-kuntest ta’ azzjoni ffinanzjata mill-Unjoni skont dan ir-Regolament li huma jipparteċipaw fiha;

(e)

pajjiżi li għalihom ikun stabbilit aċċess reċiproku għall-finanzjament estern mill-Kummissjoni; dak l-aċċess reċiproku jista' jingħata, għal perjodu limitat ta' mill-inqas sena, kull meta pajjiż jikkonċedi eliġibbiltà fuq termini ugwali lil entitajiet mill-Unjoni u minn pajjiżi eliġibbli skont dan ir-Regolament; il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-aċċess reċiproku u dwar it-tul ta' żmien tiegħu wara konsultazzjoni mal-pajjiż jew il-pajjiżi riċevituri kkonċernati;

(f)

membri sħab tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, fil-każ ta' kuntratti implimentati applikati f'wieħed mill-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati jew f'Pajjiż Fqir b'Ħafna Dejn, kif inkluż fil-lista ta' riċevituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp. [Em. 227]

2.   Mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet inerenti fin-natura u fl-għanijiet tal-azzjoni, il-parteċipazzjoni fi proċeduri ta’ akkwist, għotja u għoti ta’ premjijiet għal azzjonijiet iffinanzjati bil-programmi tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Demokrazija u tal-Istabbiltà u tal-Paċi kif ukoll azzjonijiet ta’ rispons rapidu, għandha tkun miftuħa mingħajr limitazzjonijiet.

3.   Il-provvisti u l-materjali kollha ffinanzjati taħt dan ir-Regolament jistgħu joriġinaw minn kwalunkwe pajjiż.

4.   Ir-regoli stipulati f’dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw, u ma għandhomx joħolqu restrizzjonijiet ta’ nazzjonalità għal persuni fiżiċi impjegati jew ikkuntrattati legalment b’mod ieħor minn kuntrattur eliġibbli jew, fejn applikabbli, minn subkuntrattur.

5.   Għall-azzjonijiet kofinanzjati konġuntament minn entità, jew implimentati applikati b’ġestjoni diretta jew indiretta ma’ entitajiet kif imsemmi fil-punti minn (c)(ii) sa (viii) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju, għandhom japplikaw ukoll ir-regoli ta’ eliġibbiltà ta’ dak l-entitajiet. [Em. 228]

6.   Meta d-donaturi jipprovdu finanzjament għal fond fiduċjarju stabbilit mill-Kummissjoni jew permezz ta’ dħul assenjat estern, għandhom japplikaw ir-regoli ta’ eliġibbiltà fl-att kostituttiv tal-fond fiduċjarju jew fil-ftehim mad-donatur fil-każ ta’ dħul assenjat estern.

7.   Fil-każ ta’ azzjonijiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament u minn Programm ieħor tal-Unjoni, l-entitajiet eliġibbli taħt xi wieħed minn dawk il-Programmi għandhom jitqiesu bħala eliġibbli.

8.   Fil-każ ta’ azzjonijiet minn diversi pajjiżi, l-entitajiet ġuridiċi li jkunu ċittadini ta’, u fl-każ ta’ entitajiet ġuridiċi li jkunu wkoll effettivament stabbiliti fil-pajjiżi u t-territorji koperti mill-azzjoni, jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli.

9.   Ir-regoli tal-eliġibbiltà ta’ dan l-Artikolu jistgħu jkunu ristretti fir-rigward tan-nazzjonalità, il-pożizzjoni ġeografika jew in-natura tal-applikanti, fejn tali restrizzjonijiet ikunu meħtieġa min-natura u l-għanijiet speċifiċi tal-azzjoni u fejn ikunu neċessarji għall-implimentazzjoni għall-applikazzjoni effettiva tagħha. Ir-restrizzjonijiet tan-nazzjonalità ma għandhomx japplikaw għall-organizzazzjonijiet nazzjonali. . [Em. 229]

10.   Offerenti, applikanti u kandidati minn pajjiżi mhux eliġibbli jistgħu jiġu aċċettati bħala eliġibbli fil-każ ta’ urġenza jew in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ servizzi fis-swieq tal-pajjiżi jew it-territorji kkonċernati, jew f’każijiet oħra debitament sostanzjati fejn l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-eliġibbiltà tirrendi t-twettiq ta’ azzjoni impossibbli jew eċċessivament diffiċli.

11.   Sabiex jiġu promossi kapaċitajiet, swieq u xiri lokali, għandha tingħata prijorità lill-kuntratturi lokali u reġjonali , filwaqt li tingħata attenzjoni għar-rekord tal-passat tagħhom fis-sostenibbiltà ambjentali jew kummerċ ġust meta r-Regolament Finanzjarju jipprevedi għotja fuq il-bażi ta' offerta waħda. Fil-każijiet l-oħra kollha, il-parteċipazzjoni ta' kuntratturi lokali u reġjonali għandha tiġi promossa f' konformità f'konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dak ir-Regolament. Fil-każijiet kollha għandhom jiġu applikati l-kriterji ta' sostenibbiltà u ta' diliġenza dovuta. [Em. 230]

12.   Skont il-programm tad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, kwalunkwe entità li ma tkunx koperta mid-definizzjoni ta’ entità ġuridika fl-Artikolu 2(6) għandha tkun eliġibbli meta dan ikun neċessarju biex issir ħidma fl-oqsma ta’ intervent ta’ dan il-programm.

12a.     L-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali ma għandux jappoġġa azzjonijiet li, skont l-skrutinju ambjentali msemmi fl-Artikolu 21, jikkawżaw ħsara lill-ambjent jew lill-klima. L-allokazzjonijiet għandhom ikunu kompatibbli bis-sħiħ mal-Ftehim ta' Pariġi u, b'mod ġenerali, il-finanzjament Ewropew iddedikat għall-azzjoni esterna għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet fit-tul tal-Ftehim ta' Pariġi. B'mod partikolari, l-istrument ma għandux jappoġġa:

(a)

Azzjonijiet inkompatibbli mal-Kontributi Determinati fil-Livell Nazzjonali tal-pajjiżi riċeventi skont il-Ftehim ta' Pariġi;

(b)

investiment fi fjuwils fossili upstream, midstream u downstream. [Em. 231]

Artikolu 25

Riporti, pagamenti akkont annwali, approprjazzjonijiet ta’ impenn u dħul iġġenerat minn strumenti finanzjarji

1.   Minbarra l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament li ma jintużawx skont dan ir-Regolament għandhom jiġu riportati awtomatikament u jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta’ Diċembru tas-sena finanzjarja ta’ wara. L-ammont riportat għandu jintuża l-ewwel fis-sena finanzjarja ta’ wara.

Il-Kummissjoni għandha tinforma tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni dwar l-approprjazzjonijiet ta' impenn li ġew riportati awtomatikament f'konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 232]

2.   Minn barra r-regoli stipulati fl-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju dwar li l-approprjazzjonijiet jerġgħu isiru disponibbli, l-approprjazzjonijiet ta’ impenn li jikkorrispondu għall-ammont ta’ diżimpenji magħmula b’riżultat tan-nuqqas ta’ implimentazzjoni totali jew parzjali ta’ azzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jerġgħu jsiru disponibbli għall-benefiċċju tal-linja baġitarja tal-oriġini.

Referenzi għall-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju fl-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament li jistabbilixxi il-qafas finanzjarju pluriennali għandha tinftiehem bħala li tinkludi referenza għal dan il-paragrafu għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.   L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta’ aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f’pagamenti akkont annwali, f’konformità mal-Artikolu 112(2) tar-Regolament Finanzjarju.

It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 114(2) tar-Regolament Finanzjarju ma għandux japplika għal dawn l-azzjonijiet pluriennali. Il-Kummissjoni għandha awtomatikament tiddiżimpenja kwalunkwe porzjon ta’ impenn baġitarju għal azzjoni li sal-31 ta’ Diċembru tal-ħames sena wara dik tal-impenn baġitarju, ma jkunx intuża għall-fini ta’ prefinanzjament jew biex isiru pagamenti interim jew li għalih ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa jew xi talba għall-pagament.

Il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għal pagamenti akkont annwali.

4.   B’deroga mill-Artikolu 209(3) tar-Regolament Finanzjarju, ir-ripagamenti u d-dħul iġġenerati minn strument finanzjarju għandhom jiġu assenjati lil-linja baġitarja tal-oriġini bħala dħul assenjat intern wara li jitnaqqsu l-kostijiet u t-tariffi ta’ ġestjoni. Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kontribuzzjoni li tkun saret biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Unjoni, kif ukoll l-effikaċja, tal-istrumenti finanzjarji eżistenti.

Kapitolu IV

EFSD+, garanziji baġitarji u assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi

Artikolu 26

Kamp ta’ applikazzjoni u finanzjament

1.   Il-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu (6)(2)(a) għandu jiffinanzja l-Fond Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+) u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom jiġu ffinanzjati permezz tal-pakketti finanzjarji għall-programmi ġeografiċi msemmija fil-punt a tal-Artikolu 6(2), filwaqt li jiżguraw li dan il-finanzjament mhux għad-detriment ta' azzjonijiet oħra appoġġati minn programmi ġeografiċi. [Em. 233]

L-għan tal-EFSD+ bħala pakkett finanzjarju integrat, li jipprovdi kapaċità finanzjarja li tuża l-metodi ta' implimentazzjoni stabbiliti fil-forma ta' għotjiet, garanziji u strumenti finanzjarji oħra kif stabbilit fl-Artikolu 23(1) (a), (e), (f) u (g), għandu jkun li jappoġġa l-investimenti u jżid l-aċċess għall-finanzjament, filwaqt li jimmassimizza l-addizzjonalità, jipprovdi prodotti innovattivi u jiġbor fondi mis-settur privat, bil-għan li jrawwem żvilupp ekonomiku , ambjentali u soċjali sostenibbli, l-industrijalizzazzjoni u ambjent ta' investiment stabbli u inklużiv , sabiex jippromwovi r-reżiljenza soċjoekonomika u ambjentali fil-pajjiżi sħab b'enfasi partikolari fuq il-qerda tal-faqar, it-tkabbir sostenibbli u inklużiv, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, il-ħarsien u l-ġestjoni tal-ambjent, il-ħolqien ta' impjiegi diċenti f'konformità mal-istandards rilevanti tal-ILO , b'mod partikolari għal gruppi vulnerabbli, inklużi n-nisa u ż-żgħażagħ, l-opportunitajiet ekonomiċi, il-ħiliet u l-intraprenditorija, is-setturi soċjoekonomiċi, b'enfasi fuq l-intrapriżi u l-kooperattivi soċjali fid-dawl tal-potenzjal tagħhom li jnaqqsu l-faqar, l-inugwaljanzi, u jippromwovi d-drittijiet tal-bniedem u l-għajxien, jappoġġaw l-intrapriżi mikro, żgħar u medji, kif ukoll jindirizza l-kawżi fundamentali soċjoekonomiċi speċifiċi tal-migrazzjoni irregolari u l-ispostament furzat, u jikkontribwixxi għar-riintegrazzjoni sostenibbli tal-migranti li jirritornaw fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom , skont id-dokumenti ta' programmazzjoni indikattiva rilevanti. 45 % tal-finanzjament għandu jiġi allokat għal investimenti li jikkontribwixxu għall-għanijiet tal-klima, il-ġestjoni u l-protezzjoni ambjentali, il-bijodiversità u l-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, li minnhom 30 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv għandu jkun iddedikat għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament. Għandha tingħata attenzjoni speċjali , u appoġġ addizzjonali għall-bini tal-kapaċità istituzzjonali, governanza ekonomika, u assistenza teknika, lill-pajjiżi identifikati bħala li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, lill-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u lill-pajjiżi fqar b'ħafna dejn. Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tintuża flimkien mal-investiment tal-gvern fis-servizzi pubbliċi essenzjali, li jibqgħu responsabbiltà tal-gvern. [Em. 234]

2.   Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tappoġġa l-operazzjonijiet tal-EFSD+ koperti minn garanziji baġitarji skont l-Artikoli 27, 28 u 29 ta’ dan ir-Regolament, l-assistenza makrofinanzjarja u s-self lil pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament EINS.

3.   Bil-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, l-Unjoni tista' tiggarantixxi operazzjonijiet, iffirmati bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-31 ta' Diċembru 2027, sa EUR 60 000 000 000. Dak il-limitu għandu jiġi rivedut fil-kuntest tar-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu skont l-Artikolu 32. [Em. 235]

4.   Ir-rata ta' proviżjonament għandha tvarja bejn 9 % u 50 % skont it-tip ta' operazzjonijiet. Ammont massimu ta' EUR 10 biljun għandu jiġi pprovdut mill-baġit tal-Unjoni permezz ta' linja baġitarja speċifika fil-qafas tal-proċedura tal-baġit annwali jew permezz ta' trasferiment baġitarju. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 biex jiġi emendat dan l-ammont massimu jekk ikun meħtieġ. [Em. 236]

Ir-rata ta’ proviżjonament għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tkun ta’ 9 % għall-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni u għall-garanziji baġitarji li jkopru r-riskji sovrani assoċjati mal-operazzjonijiet ta’ self.

Ir-rati ta' proviżjonament għandhom ikunu rieżaminati kull tliet snin mid-data sentejn mill-bidu tad-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament stabbilita fl-Artikolu 40. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 biex tissupplimenta jew temenda dawn ir-rati , u l-ammonti finanzjarji involuti . [Em. 237]

5.   Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha titqies bħala garanzija unika fil-fond komuni ta’ proviżjonament stabbilit mill-Artikolu 212 tar-Regolament Finanzjarju.

6.   L-EFSD+ u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jistgħu jappoġġaw operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment f'pajjiżi sħab fiż-żoni ġeografiċi msemmija fl-Artikolu 4(2). Il-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi ffinanzjat mill-baġit tal-programmi ġeografiċi rilevanti stabbiliti fl-Artikolu 6(2)(a) u għandu jiġi ttrasferit fil-fond komuni ta' proviżjonament. Id-distribuzzjoni ġeografika tal-operazzjonijiet tal-EFSD+ għandha, sal-punt massimu possibbli, tirrifletti wkoll il-piż relattiv tal-allokazzjonijiet finanzjarji għar-reġjuni differenti kif deskritt fil-punt (a) tal-Artikolu 6(2) . L-EFSD+ u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jistgħu wkoll jappoġġaw operazzjonijiet f'benefiċjarji elenkati fl-Anness I tar-Regolament IPA III. Il-finanzjament għal dawn l-operazzjonijiet taħt l-EFSD+ u għall-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandu jiġi ffinanzjat mir-Regolament IPA. Il-proviżjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għal self lil pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament EINS għandu jiġi ffinanzjat mir-Regolament EINS.[Em. 238]

7.   Il-proviżjonament imsemmi fl-Artikolu 211(2) tar-Regolament Finanzjarju għandu jiġi kostitwit fuq il-bażi tal-obbligazzjonijiet pendenti totali tal-Unjoni li jirriżultaw minn kull operazzjoni, inklużi l-operazzjonijiet iffirmati qabel l-2021 u ggarantiti mill-Unjoni. L-ammont annwali ta’ proviżjonament meħtieġ jista’ jiġi kostitwit matul perjodu sa seba’ snin.

8.   Il-bilanċ tal-assi sal-31 ta’ Diċembru 2020 fil-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD u fil-fond ta’ Garanzija għall-azzjonijiet esterni stabbiliti rispettivament mir-Regolament UE 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 għandu jiġi ttrasferit fil-fond komuni ta’ proviżjonament għall-iskop ta’ proviżjonament tal-operazzjonijiet rispettivi tiegħu taħt l-istess garanzija unika prevista fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 26a

Għanijiet għall-EFSD+

1.     L-operazzjonijiet tal-EFSD+ eliġibbli għall-appoġġ mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom jikkontribwixxu għall-oqsma ta' prijorità li ġejjin:

(a)

l-għoti ta' finanzjament u ta' appoġġ lill-iżvilupp tas-setturi tal-intrapriżi privati, kooperattivi u soċjali biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali tiegħu b'enfasi partikolari fuq il-qerda tal-faqar u, fejn xieraq, il-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament IPA III;

(b)

jiġu indirizzati l-ostakli għall-investimenti privati, b'mod partikolari billi tiġi żgurata s-sigurtà legali tal-investimenti;

(c)

l-ingranaġġ tal-finanzjament tas-settur privat, b'enfasi partikolari fuq l-intrapriżi mikro, żgħar u medji;

(d)

it-tisħiħ tas-setturi u l-oqsma soċjoekonomiċi u l-infrastruttura pubblika u privata relatata u l-konnettività sostenibbli u l-produzzjoni sostenibbli, bil-għan li jiġi promoss żvilupp soċjoekonomiku inklużiv u sostenibbli li jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-ambjent;

(e)

il-kontribut għall-azzjoni klimatika u l-ħarsien u l-ġestjoni tal-ambjent;

(f)

il-kontribut, permezz tal-promozzjoni ta' żvilupp sostenibbli, biex jiġu indirizzati l-kawżi fundamentali speċifiċi tal-migrazzjoni u l-ispostament furzat, inkluża l-migrazzjoni irregolari, u l-kontribut għall-migrazzjoni u mobbiltà sikura, ordnata u regolari. [Am. 239]

Artikolu 27

Eliġibbiltà u għażla tal-operazzjonijiet u tal-kontropartijiet

1.   L-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment eliġibbli għall-appoġġ permezz tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom ikunu konsistenti u allinjati mal-politiki tal-Unjoni, b'mod partikolari l-politika tagħha ta' żvilupp u l-Politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll mal-istrateġiji u l-politiki tal-pajjiżi sħab u jindirizzaw il-fallimenti tas-suq lokali jew l-operazzjonijiet ta' investiment subottimali u mingħajr ma jikkompetu b'mod inġust mal-atturi ekonomiċi lokali . B'mod partikolari huma għandhom jappoġġaw l-għanijiet, il-prinċipji ġenerali u l-qafas ta' politika ta' dan ir-Regolament u d-dokumenti ta' programmazzjoni indikattiva rilevanti, bil-konsiderazzjoni dovuta għall-oqsma ta' prijorità stabbiliti fl-Artikolu 26a u deskritti b'mod ulterjuri fl-Anness V. [Em. 240]

1a.     L-għoti tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandu jkun soġġett għall-konklużjoni tal-ftehimiet rispettivi ta' garanzija tal-EFSD bejn il-Kummissjoni f'isem l-Unjoni u l-kontroparti eliġibbli. [Em. 241]

2.   Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tappoġġa l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment li jindirizzaw il-fallimenti tas-suq jew sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali . L-operazzjonijiet għandhom ikunu wkoll konformi mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti minn (a) sa (c) (d) tal-Artikolu 209(2) tar-Regolament Finanzjarju u li: [Em. 242]

(-aa)

jipprovdu addizzjonalità finanzjarja u tal-iżvilupp; [Em. 243]

(-ab)

jgħaddu minn valutazzjoni tal-impatt ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem, soċjali u tax-xogħol ex ante parteċipatorja li tkun disponibbli pubblikament, li tidentifika u tindirizza r-riskji f'dawk l-oqsma u tqis kif dovut il-prinċipju ta' kunsens b'xejn u infurmat minn qabel (FPIC) ta' komunitajiet affettwati f'investimenti relatati mal-art; [Em. 244]

(a)

jassiguraw il-komplementarjetà ma’ inizjattivi oħra;

(b)

ikunu ekonomikament u finanzjarjament vijabbli, b’kont dovut tal-appoġġ u l-kofinanzjament possibbli mis-sħab pubbliċi u privati fil-proġett, filwaqt li jitqiesu l-ambjent operattiv u l-kapaċitajiet speċifiċi tal-pajjiżi identifikati bħala li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-pajjiżi fqar b’ħafna dejn, li jistgħu jibbenefikaw minn termini aġevoli;

(c)

ikunu teknikament vijabbli u sostenibbli minn perspettiva soċjali soċjoekonomika u ambjentali. [Em. 245]

(ca)

jimmiraw lejn is-setturi u l-kwistjonijiet fejn hemm fallimenti tas-suq jew istituzzjonali ċari li jxekklu l-finanzjament tas-settur privat; [Em. 246]

(cb)

ikunu strutturati b'tali mod li jikkontribwixxu għall-ikkatalizzar tal-iżvilupp tas-suq u għall-mobilizzazzjoni tar-riżorsi tas-settur privat lejn id-diskrepanzi fl-investiment; [Em. 247]

(cc)

jiffokaw fuq proġetti li jinvolvu riskji akbar minn dawk li s-selliefa privati huma lesti li jieħdu fuq bażi kummerċjali biss; [Em. 248]

(cd)

ma jfixklux is-swieq fil-pajjiżi u r-reġjuni sħab. [Em. 249]

(ce)

jimmassimizzaw, fejn ikun possibbli, il-mobilizzazzjoni tal-kapital tas-settur privat lokali [Em. 250]

(cf)

jirrispettaw il-prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp kif stabbilit fis-Sħubija ta' Busan għal Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp u affermata mill-ġdid f'Nairobi fl-2016, inkluż is-sjieda, l-allinjament, il-fokus fuq ir-riżultati, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont reċiproku, kif ukoll l-għan ta' għajnuna mhux marbuta; [Em. 251]

(cg)

ikunu mfassla biex jissodisfaw il-kriterji għall-ODA stabbiliti mill-OECD-DAC, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tal-iżvilupp tas-settur privat, ħlief l-operazzjonijiet fil-pajjiżi industrijalizzati mhux eliġibbli għall-ODA; [Em. 252]

(ch)

jiġu applikati b'rispett sħiħ għal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem kif ukoll għal linji gwida, prinċipji u konvenzjonijiet internazzjonali maqbula, inklużi l-Prinċipji għall-Investiment Responsabbli, il-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem, il-Linji Gwida tal-OECD għall-Intrapriżi Multinazzjonali, il-Prinċipji tal-Investiment Responsabbli fl-Agrikoltura u s-Sistemi tal-Ikel (FAO) tan-NU, u l-konvenzjonijiet u l-istandards tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, il-Prinċipji Gwida ta' Maastricht dwar l-Obbligi Extraterritorjali tal-Membri fil-Qasam tad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u l-Linji Gwida Volontarji tal-FAO dwar il-Governanza Responsabbli tal-Pussess tal-Art, is-Sajd u l-Foresti fil-Kuntest tas-Sigurtà Alimentari Nazzjonali; [Em. 253]

3.   Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandha tintuża sabiex tkopri r-riskji għall-istrumenti li ġejjin:

(a)

self, inkluż self fil-munita lokali u self għall-assistenza makrofinanzjarja;

(b)

garanziji;

(c)

kontrogaranziji;

(d)

strumenti tas-suq tal-kapital;

(e)

kwalunkwe forma oħra ta’ finanzjament jew titjib tal-kreditu, assigurazzjoni, u parteċipazzjonijiet f’ekwità jew kważi ekwità.

4.   Il-kontropartijiet eliġibbli għall-finijiet tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom ikunu dawk identifikati fl-Artikolu 208(4) tar-Regolament Finanzjarju, inklużi dawk minn pajjiżi terzi li jikkontribwixxu għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, soġġett għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament u l-opinjoni tal-bord strateġiku . Barra minn hekk, u b'deroga mill-Artikolu 62(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju, korpi rregolati mid-dritt privata ta' Stat Membru jew pajjiż terz li kkontribwixxa għall-Garanzija għall-Azzjoni Esternza Esterna skont l-Artikolu 28, u li jipprovdu assigurazzjoni adegwata tal-kapaċità finanzjarja tagħhom għandhom ikunu eliġibbli għall-fini tal-Garanzija. [Em. 254]

4a.     Il-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment għandu, inter alia:

(a)

jipparteċipa, flimkien ma' istituzzjonijiet finanzjarji Ewropej oħra, fil-ġestjoni tar-riskju tal-EFSD+, b'kunsiderazzjoni xierqa tal-ħtieġa li jiġi evitat kunflitt ta' interess possibbli;

(b)

jimplimenta esklussivament parti minn tieqa ta' investiment li tkopri s-self sovran li għandu jiġi fornut b'mill-inqas EUR 1 000 000 000 mill-pakketti finanzjarji tal-programmi ġeografiċi, skont il-proċeduri stabbiliti fil-Kapitoli 1 u 3 ta' dan it-titolu;

(c)

ikun kontroparti eliġibbli tal-attivitajiet ta' implimentazzjoni taħt twieqi oħrajn ta' investiment.[Em. 255]

5.   Il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jikkonformaw mar-regoli u l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 62(2)(c) tar-Regolament Finanzjarju. Fil-każ ta' korpi rregolati mid-dritt privat ta' Stat Membru jew pajjiż terz li jkun ikkontribwixxa għall-Garanzija għall-Azzjoni Esternza Esterna skont l-Artikolu 28 ta' dan ir-Regolament, għandha tingħata preferenza lil dawk il-korpi li jiżvelaw informazzjoni relatata mal-kriterji ambjentali, soċjali , ta' tassazzjoni u tal-governanza korporattiva. [Em. 256]

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li jkun hemm użu effikaċi, effiċjenti u ekwu tar-riżorsi disponibbli bejn il-kontropartijiet eliġibbli, filwaqt li tippromwovi l-kooperazzjoni bejniethom.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura trattament ekwu u aċċess ugwali għall-finanzjament għall-kontropartijiet eliġibbli kollha u għandha tiżgura li l-kunflitti ta' interess jiġu evitati matul il-perjodu kollu ta' implimentazzjoni applikazzjoni tal-EFSD+. Sabiex tiżgura l-komplementarjetà, il-Kummissjoni tista' titlob kwalunkwe informazzjoni rilevanti mill-kontropartijiet eliġibbli dwar l-operazzjonijiet tagħhom li mhumiex tal-EFSD+. [Em. 257]

5a.     Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jistieden lill-kontropartijiet eliġibbli , OSĊ u komunitajiet lokali għal skambju ta' fehmiet dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti b'dan ir-Regolament. [Em. 258]

6.   Il-Kummissjoni għandha tagħżel il-kontropartijiet eliġibbli skont l-Artikolu 154 tar-Regolament Finanzjarju u billi tqis:

(a)

il-parir tal-bordijiet tal-operazzjonijiet strateġiċi u reġjonali, f’konformità mal-Anness VI;

(b)

l-għanijiet tat-tieqa tal-investiment;

(c)

l-esperjenza u l-kapaċità tal-ġestjoni tar-riskji tal-kontroparti eliġibbli;

(d)

l-ammont ta’ riżorsi proprji, kif ukoll ta’ kofinanzjament mis-settur privat, li l-kontroparti eliġibbli lesta timmobilizza għat-tieqa tal-investiment.

(da)

il-prinċipji ta' proċeduri ta' sejħa għall-offerti miftuħa u ġusti. [Em. 259]

7.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi twieqi ta’ investiment għal reġjuni, pajjiżi sħab speċifiċi, jew it-tnejn li huma, għal setturi speċifiċi, jew għal proġetti speċifiċi, kategoriji speċifiċi ta’ benefiċjarji finali, jew it-tnejn li huma, li se jiġu ffinanzjati minn dan ir-Regolament li se jiġu koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna sa ammont fiss. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif it-twieqi ta’ investiment ikkonformaw ma’ dan l-Artikolu u l-prijoritajiet ta’ finanzjament dettaljati tagħhom. It-talbiet kollha għal appoġġ finanzjarju fit-twieqi ta’ investiment għandhom isiru lill-Kummissjoni.

L-għażla tat-twieqi ta’ investiment għandha tkun debitament ġustifikata b’analiżi tal-falliment tas-suq jew tas-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali. Din l-analiżi għandha titwettaq mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-kontropartijiet u l-partijiet ikkonċernati potenzjalment eliġibbli.

Il-kontropartijiet eliġibbli jistgħu jipprovdu l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3 taħt tieqa ta’ investiment jew proġett individwali amministrat minn kontroparti eliġibbli. L-istrumenti jistgħu jiġu pprovduti għall-benefiċċju ta’ pajjiżi sħab, inklużi pajjiżi fraġli jew affettwati minn konflitt jew pajjiżi li qed jiffaċċjaw sfidi fir-rikostruzzjoni u fl-irkupru wara konflitt, għall-benefiċċju ta’ dawk l-istituzzjonijiet tal-pajjiżi sħab, inklużi l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji lokali privati u nazzjonali pubbliċi tagħhom, kif ukoll għall-benefiċċju tal-entitajiet fis-settur privat ta’ dawk il-pajjiżi sħab. [Em. 260]

8.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-operazzjonijiet appoġġati mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna fid-dawl tal-kriterji ta' eliġibbiltà stipulati fil-paragrafi 2 u 3 . Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi tabella ta' valutazzjoni ta' indikaturi bħala gwida għall-għażla tal-proġetti. Is-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni għandhom jimlew it-tabella ta' valutazzjoni għall-operazzjonijiet kollha taħt l-EFSD+. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-operazzjonijiet kollha appoġġati mill-Garanzija kontra l-kriterji ta' eliġibbiltà elenkati fl-Artikolu 27 u għandha tuża t-tabella ta' valutazzjoni biex twettaq kontroll tal-kwalità indipendenti fuq id-diliġenza dovuta u l-valutazzjoni mwettqa mis-sħab inkarigati mill-implimentazzjoni fil-livell tal-proġett. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha titlob kjarifika u modifiki għas-sħab ta' implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika t-tabella ta' valutazzjoni għall-proġetti kollha wara l-approvazzjoni għall-użu tal-garanzija mill-Kummissjoni u s-sħab ta' implimentazzjoni, u r-riżultat tal-għodod ta' garanzija u l-proġetti individwali kollha taħt il-valutazzjoni tagħha għal kull tieqa ta' investiment fuq bażi annwali. [Em. 261]

9.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 34 biex tissupplimenta jew temenda l-oqsma ta' prijorità u t-twieqi ta' investiment indikati fl-Anness V u l-governanza tal-EFSD+ fl-Anness V I . Meta tissuplimenta jew temenda twieqi ta' investiment għal reġjuni speċifiċi, pajjiżi sħab speċifiċi, jew it-tnejn li huma, għal setturi speċifiċi, jew għal proġetti speċifiċi, kategoriji speċifiċi ta' benefiċjarji finali, jew it-tnejn li huma, li se jiġu ffinanzjati minn dan ir-Regolament li se jiġu koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna sa ammont fiss, il-Kummissjoni għandha tieħu kont dovut tal-parir ipprovdut mill-bord strateġiku, u tikkonsulta l-bordijiet operattivi.

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kif it-twieqi ta' investiment jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 26a u dan l-Artikolu u l-prijoritajiet ta' finanzjament iddettaljati tagħhom. It-talbiet kollha għal appoġġ finanzjarju fit-twieqi ta' investiment għandhom isiru lill-Kummissjoni.

L-għażla tat-twieqi ta' investiment għandha tkun debitament ġustifikata b'analiżi tal-falliment tas-suq jew tas-sitwazzjonijiet ta' investiment subottimali. Din l-analiżi għandha titwettaq mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-kontropartijiet u l-partijiet ikkonċernati potenzjalment eliġibbli.

Il-kontropartijiet eliġibbli jistgħu jipprovdu l-istrumenti msemmija fil-paragrafu 3 taħt tieqa ta' investiment jew proġett individwali amministrat minn kontroparti eliġibbli. L-istrumenti jistgħu jiġu pprovduti għall-benefiċċju ta' pajjiżi sħab, inklużi pajjiżi fraġli jew affettwati minn kunflitt jew pajjiżi li qed jiffaċċjaw sfidi fir-rikostruzzjoni u fl-irkupru wara kunflitt, għall-benefiċċju ta' dawk l-istituzzjonijiet tal-pajjiżi sħab, inklużi l-banek u l-istituzzjonijiet finanzjarji lokali privati u nazzjonali pubbliċi tagħhom, kif ukoll għall-benefiċċju tal-entitajiet fis-settur privat ta' dawk il-pajjiżi sħab. F'pajjiżi fraġli u affettwati minn kunflitt, u f'pajjiżi oħra, fejn ikun ġustifikat, jista' jingħata appoġġ lill-investimenti tas-settur pubbliku li jkollhom effetti rilevanti fuq l-iżvilupp tas-settur privat. [Em. 262]

Artikolu 27a

Struttura u governanza tal-EFSD+

1.     L-EFSD+ għandu jkun magħmul minn pjattaformi ta' investiment reġjonali stabbiliti fuq il-bażi tal-metodi ta' ħidma, il-proċeduri u l-istrutturi tal-faċilitajiet esterni ta' taħlit eżistenti tal-Unjoni, li jistgħu jikkombinaw l-operazzjonijiet ta' taħlit tagħhom u l-operazzjonijiet ta' Garanzija għall-Azzjoni Esterna taħt l-EFSD+.

2.     Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni ġenerali tal-EFSD+ u tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. Lil hinn minn dan, il-Kummissjoni ma għandhiex tfittex li twettaq operazzjonijiet bankarji ġenerali. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew b'mod regolari biex tiżgura l-ogħla standards ta' trasparenza u r-rendikont finanzjarju.

3.     Fil-ġestjoni tal-EFSD+, il-Kummissjoni għandha tingħata pariri minn bord strateġiku, ħlief fil-każ tal-operazzjonijiet li jkopru l-politika tat-Tkabbir tal-Unjoni u ffinanzjati mill-IPA III, fejn il-Kummissjoni għandha tingħata pariri minn bord strateġiku tal-Qafas ta' Investiment għall-Balkani tal-Punent (WBIF). Il-Kummissjoni għandha taħdem ukoll f'kooperazzjoni mill-qrib mal-kontropartijiet eliġibbli kollha fir-rigward tal-immaniġġjar operazzjonali tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. Għal dak il-għan, għandu jiġi stabbilit grupp ta' ħidma tekniku, magħmul minn esperti mill-Kummissjoni u minn kontropartijiet eliġibbli, sabiex jivvaluta r-riskju u l-ipprezzar relatat.

4.     Il-bord strateġiku għandu jagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-orjentament strateġiku u l-prijoritajiet ta' investimenti tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna taħt l-EFSD+ u jikkontribwixxi għall-allinjament tagħhom mal-prinċipji gwida u l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, tal-politika tal-iżvilupp, tal-politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll mal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 u mal-iskop tal-EFSD+ kif stabbilit fl-Artikolu 26. Dan għandu wkoll jappoġġa lill-Kummissjoni meta tistabbilixxi l-miri kumplessivi tal-investiment fir-rigward tal-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna f'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-EFSD+ u timmonitorja kopertura ġeografika u tematika xierqa u diversifikata għat-twieqi ta' investiment, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-pajjiżi identifikati bħala li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-pajjiżi fqar b'ħafna dejn.

5.     Il-bord strateġiku għandu jappoġġa wkoll il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u l-koerenza ġenerali bejn il-pjattaformi ta' investiment reġjonali, bejn it-tliet pilastri tal-Pjan ta' Investiment Ewropew, bejn il-Pjan ta' Investiment Ewropew u l-isforzi l-oħra tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, kif ukoll ma' programmi oħra stabbiliti f'dan ir-Regolament, strumenti ta' finanzjament tal-Unjoni u Fondi Fiduċjarji oħra.

6.     Il-bord strateġiku għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli, tal-Istati Membri kollha u tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-Parlament Ewropew għandu jkollu status ta' osservatur. Il-kontributuri, il-kontropartijiet eliġibbli, il-pajjiżi sħab, l-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti u partijiet ikkonċernati oħra, jistgħu jingħataw status ta' osservaturi, meta jkun xieraq. Il-bord strateġiku għandu jiġi kkonsultat qabel l-inklużjoni ta' kwalunkwe osservatur ġdid. Il-bord strateġiku għandu jkun kopresedut mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli.

7.     Il-bord strateġiku għandu jiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena u, meta jkun possibbli, jadotta opinjonijiet b'kunsens. Laqgħat addizzjonali jistgħu jiġu organizzati fi kwalunkwe ħin mill-president jew fuq it-talba ta' terz tal-membri tiegħu. F'każ li ma jkunx jista' jintlaħaq kunsens, għandhom japplikaw id-drittijiet tal-vot kif maqbula matul l-ewwel laqgħa tal-bord strateġiku u stipulati fir-regoli ta' proċedura tiegħu. Dawk id-drittijiet tal-vot għandhom iqisu b'mod xieraq is-sors tal-finanzjament. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jistabbilixxu l-qafas rigward ir-rwol tal-osservaturi. Il-minuti u l-aġendi tal-laqgħat tal-bord strateġiku għandhom, wara li jiġu adottati, isiru pubbliċi.

8.     Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-bord strateġiku dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tal-applikazzjoni tal-EFSD+. Il-bord strateġiku tad-WBIF għandu jipprovdi l-progress magħmul fl-applikazzjoni tal-istrument ta' garanzija għar-reġjun tat-Tkabbir biex jikkomplementa dan ir-rapportar. Il-bord strateġiku għandu jorganizza regolarment konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar l-orjentazzjoni strateġika u l-implimentazzjoni tal-EFSD+.

9.     L-eżistenza taż-żewġ bordijiet strateġiċi ma jkollhiex influwenza fuq il-ħtieġa li jkun hemm qafas ta' ġestjoni tar-riskji wieħed, unifikat għall-EFSD+.

10.     Waqt il-perjodu tal-applikazzjoni tal-EFSD+, il-bord strateġiku għandu jadotta u jippubblika, mill-aktar fis possibbli, linji gwida li jistabbilixxu kif għandha tiġi żgurata l-konformità tal-operazzjonijiet tal-EFSD+ mal-għanijiet u l-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti fl-Artikoli 26a u 27.

11.     Fil-gwida strateġika tiegħu, il-bord strateġiku għandu jqis b'mod xieraq ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u d-deċiżjonijiet u l-konklużjonijiet tal-Kunsill rilevanti.

12.     Il-bordijiet operazzjonali tal-pjattaformi ta' investiment reġjonali għandhom jappoġġaw lill-Kummissjoni fil-livell tal-applikazzjoni fid-definizzjoni tal-għanijiet ta' investiment reġjonali u settorjali, u tat-twieqi ta' investiment reġjonali, settorjali u tematiċi u għandhom jifformulaw opinjonijiet dwar operazzjonijiet ta' taħlit u dwar l-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna li tkopri l-operazzjonijiet tal-EFSD+. [Em. 263]

Artikolu 28

Kontribuzzjoni minn donaturi oħra għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna

1.   Stati Membri, pajjiżi terzi u terzi persuni oħra jistgħu jikkontribwixxu għall-Fond ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna.

B’deroga mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(2) tar-Regolament Finanzjarju, il-partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea jistgħu jikkontribwixxu fil-forma ta’ garanziji jew flus.

Il-kontribuzzjoni minn pajjiżi terzi għajr il-partijiet kontreanti kontraenti taż-Żona Ekonomika Ewropea u minn terzi persuni oħra għandha tkun fil-forma ta' flus u tkun soġġetta għall-opinjoni tal-Bord Strateġiku u għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni. [Em. 264]

Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien dwar il-kontribuzzjonijiet ikkonfermati.

B'talba tal-Istati Membri, il-kontribuzzjonijiet tagħhom jistgħu jiġu allokati għall-bidu ta’ azzjonijiet f’reġjuni, pajjiżi, setturi jew twieqi ta' investiment eżistenti speċifiċi. [Em. 265]

2.   Il-kontribuzzjonijiet fil-forma ta’ garanzija ma għandhomx jaqbżu l-50 % tal-ammont imsemmi fl-Artikolu 26(2) ta’ dan ir-Regolament.

Il-kontribuzzjonijiet magħmula mill-Istati Membri u mill-partijiet kontreanti tal-Ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea fil-forma ta’ garanzija jistgħu jissejħu biss għal sejħiet ta’ pagament ta’ garanzija wara li l-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, miżjud bi kwalunkwe kontribuzzjonijiet oħrajn fi flus, ikun intuża fuq sejħiet ta’ pagamenti ta’ garanziji.

Kwalunkwe kontribuzzjoni tista’ tintuża biex tkopri sejħiet ta’ garanzija, irrispettivament mill-allokazzjoni. [Em. 266]

Għandu jiġi konkluż ftehim ta’ kontribuzzjoni bejn il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni, u l-kontributur, u għandu jinkludi, b’mod partikolari, dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-kundizzjonijiet tal-pagamenti.

Artikolu 29

Implimentazzjoni Applikazzjoni tal-ftehimiet ta' Garanzija għall-Azzjoni Esterna [Em. 267]

1.   Il-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni, għandha tikkonkludi ftehimiet ta' Garanzija għall-Azzjoni Esterna mal-kontropartijiet eliġibbli magħżula skont l-Artikolu 27. Dawk il-ftehimiet għandhom ikunu mingħajr kundizzjonijiet, irrevokabbli, fuq l-ewwel talba, u favur il-kontropartijiet magħżula . Il-ftehimiet jistgħu jiġu konklużi ma' konsorzju ta' żewġ kontropartijiet eliġibbli jew aktar. [Em. 268]

2.   Għandu jiġi konkluż ftehim ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna wieħed jew aktar għal kull tieqa ta’ investiment bejn il-Kummissjoni u l-kontroparti jew il-kontropartijiet eliġibbli magħżula. Barra minn hekk, biex jiġu indirizzati ħtiġijiet speċifiċi, il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tista’ tingħata għal operazzjonijiet ta’ finanzjament jew ta’ investiment individwali.

Il-ftehimiet kollha ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom, wara talba, jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, filwaqt li jittieħed kont tal-protezzjoni tal-informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva. [Em. 269]

3.   Ftehimiet ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna għandhom jinkludu, b’mod partikolari:

(a)

regoli dettaljati dwar il-kopertura, ir-rekwiżiti, l-eliġibbiltà, il-kontropartijiet eliġibbli, u l-proċeduri;

(b)

regoli dettaljati dwar l-għoti tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, inklużi l-arranġamenti tagħha dwar il-kopertura u l-kopertura definita tagħha ta’ portafolli u ta’ proġetti ta’ tipi speċifiċi ta’ strumenti, kif ukoll analiżi tar-riskju tal-proġetti u l-portafolli tal-proġetti, inkluż fil-livelli settorjali, reġjonali u nazzjonali;

(c)

referenza għall-għanijiet u l-fini ta' dan ir-Regolament, valutazzjoni tal-ħtiġijiet u indikazzjoni tar-riżultati mistennija, b'kont meħud tal-promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali korporattiva u  l-ħtieġa li tiġi żgurata imġiba responsabbli fin-negozju , inkluż, b'mod partikolari, b'rispett għal-linji gwida, il-prinċipji u l-istrumenti legali miftiehma fuq livell internazzjonali msemmija fil-punt (ch) tal-Artikolu 27(2) ; [Em. 270]

(d)

ir-remunerazzjoni tal-garanzija, li għandha tirrifletti l-livell ta' riskju, u l-possibbiltà li r-remunerazzjoni tiġi parzjalment issussidjata sabiex jingħataw termini aġevoli f'każijiet debitament ġustifikati , u b'mod partikolari pajjiżi li għaddejjin minn fraġilità jew kunflitt, il-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati u l-pajjiżi b'ħafna dejn ; [Em. 271]

(e)

ir-rekwiżiti għall-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, inklużi l-kundizzjonijiet tal-pagamenti, bħall-oqfsa speċifiċi ta’ żmien, l-imgħax li jrid jitħallas fuq l-ammonti dovuti, l-infiq u l-kostijiet tal-irkupru u, possibbilment, l-arranġamenti meħtieġa b’rabta mal-likwidità;

(f)

il-proċeduri tal-pretensjonijet, inkluż iżda mhux limitat għal, avvenimenti skattaturi u perjodi ta’ stennija, u l-proċeduri li jirrigwardaw l-irkupru tal-pretensjonijiet;

(g)

l-obbligi ta' monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni trasparenti ; [Em. 272]

(h)

proċeduri ta’ lmenti ċari u aċċessibbli għal terzi persuni li jistgħu jiġu affettwati mill-implimentazzjoni mill-applikazzjoni ta’ proġetti appoġġati mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. [Em. 273]

4.   Il-kontroparti eliġibbli għandha tapprova l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u ta’ investiment skont ir-regoli u l-proċeduri tagħha stess u f’konformità mat-termini tal-ftehim ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna.

5.   Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna tista’ tkopri:

(a)

għall-istrumenti tad-dejn, il-kapital u l-imgħax kollu u l-ammonti dovuti lill-kontroparti eliġibbli magħżula, iżda li din ma tkunx irċeviet f’konformità mat-termini tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament wara li jkun seħħ avveniment ta’ inadempjenza;

(b)

għall-investimenti ta’ ekwità, l-ammonti investiti u l-kostijiet ta’ finanzjament assoċjati magħhom;

(c)

għal operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment oħrajn imsemmija fl-Artikolu 27(2), l-ammonti użati u l-kostijiet ta’ finanzjament assoċjati magħhom;

(d)

l-infiq u l-kostijiet ta’ rkupru rilevanti kollha relatati ma’ avveniment ta’ inadempjenza, sakemm ma jkunux tnaqqsu mir-rikavati tal-irkupru.

5a.     Il-Kummissjoni, meta tikkonkludi ftehimiet ta' Garanzija għall-Azzjoni Esterna mal-kontropartijiet eliġibbli, għandha tieħu kont dovut ta':

(a)

il-pariri u l-gwida tal -bordijiet operattivi strateġiċi u reġjonali;

(b)

l-għanijiet tat-tieqa tal-investiment;

(c)

l-esperjenza u l-kapaċità operattiva, finanzjarja u ta' ġestjoni tar-riskji tal-kontroparti eliġibbli;

(d)

l-ammont ta' riżorsi proprji, kif ukoll ta' kofinanzjament mis-settur privat, li l-kontroparti eliġibbli lesta timmobilizza għat-tieqa tal-investiment. [Em. 274]

6.   Għall-finijiet tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni, tar-rapportar tagħha dwar ir-riskji koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna u f’konformità mal-Artikolu 209(4) tar-Regolament Finanzjarju, il-kontropartijiet eliġibbli li magħhom ġie konkluż ftehim ta’ garanzija għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri kull sena bir-rapporti finanzjarji dwar l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament u awditjati minn awditur estern indipendenti, li jkun fihom, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar:

(a)

il-valutazzjoni tar-riskji tal-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment tal-kontropartijiet eliġibbli, inkluża informazzjoni dwar l-obbligazzjonijiet tal-Unjoni mkejla f’konformità mar-regoli tal-kontabbiltà msemmija fl-Artikolu 80 tar-Regolament Finanzjarju u tal-IPSAS;

(b)

l-obbligu finanzjarju pendenti għall-Unjoni, li jirriżulta mill-operazzjonijiet EFSD+ ipprovduti lill-kontropartijiet eliġibbli u l-operazzjonijiet ta’ finanzjament u investiment tagħhom, diżaggregati skont l-operazzjonijiet individwali;

7.   Meta jintalbu, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom, jipprovdu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe informazzjoni meħtieġa sabiex jissodisfaw l-obbligi tal-Kummissjoni b'rabta ma' dan ir-Regolament , b'mod partikolari fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjonijiet mill-valutazzjoni tal-impatt ex ante fuq id-drittijiet tal-bniedem, soċjali, tax-xogħol u l-ambjent u kriterji tal-għażla oħrajn elenkati fl-Artikolu 27 . [Em. 275]

8.   Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar l-istrumenti finanzjarji, il-garanziji baġitarji, l-assistenza finanzjarja f'konformità mal-Artikolu 241 u 250 tar-Regolament Finanzjarju. Għal dik il-fini, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jipprovdu kull sena l-informazzjoni meħtieġa biex il-Kummissjoni tkun tista' tikkonforma mal-obbligi tar-rapportar. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kif stabbilit fl-Artikolu 31(6a). [Em. 276]

8a.     Il-Kummissjoni jew il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jinnotifikaw immedjatament lill-OLAF meta, fi kwalunkwe stadju tat-tħejjija, tal-implimentazzjoni jew tal-għeluq tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti minn dan ir-Regolament, ikun hemm raġunijiet għala jissuspettaw li hemm frodi, korruzzjoni, ħasil ta' flus jew kwalunkwe attività illegali oħra li tista' taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Il-Kummissjoni jew il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jipprovdu lill-OLAF bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ikun jista' jwettaq investigazzjoni sħiħa u bir-reqqa. [Em. 277]

Artikolu 29a

Mekkaniżmu ta' tressiq ta' lmenti u rimedji

Fid-dawl tal-possibbiltà ta' lmenti ta' terzi persuni f'pajjiżi sħab, inkluż ta' komunitajiet u individwi affettwati minn proġetti appoġġati mill-EFSD+ u mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissjoni u d-Delegazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għandhom jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom referenzi diretti għall-mekkaniżmi ta' lment tal-kontropartijiet rilevanti li kkonkludew ftehimiet mal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll mekkaniżmu ċentralizzat tal-UE ta' tressiq ta' lmenti għall-proġetti kollha skont il-Kapitolu IV ta' dan ir-Regolament sabiex tipprovdi l-possibbiltà li tirċievi direttament ilmenti relatati mat-trattament ta' lmenti mill-kontropartijiet eliġibbli. Il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni dik l-informazzjoni fid-dawl ta' kooperazzjoni futura ma' dawk il-kontropartijiet. [Em. 278]

Artikolu 29b

Attivitajiet esklużi u ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx

1.     Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna ma għandhiex tappoġġa l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment li:

(a)

ikunu marbuta mas-settur tas-sigurtà militari jew tal-Istat.

(b)

jappoġġaw l-iżvilupp tal-enerġija nukleari, ħlief is-self ipprovdut f'konformità mar-Regolament EINS, u l-karburanti fossili u jippromwovu aktar id-dipendenza mill-karbonju (carbon lock-in) tal-ekonomiji u tas-soċjetajiet.

(c)

ikollhom spejjeż esterni ambjentali sinifikanti, bħal dawk li jinvolvu d-degradazzjoni ta' żoni protetti u s-siti ta' Ħabitats Kritiċi u ta' Wirt Kulturali li għalihom ma jitwettaq l-ebda pjan ta' żvilupp sostenibbli u ta' ġestjoni.

(d)

jirriżultaw fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi sħab, bħal li l-komunitajiet jiġu mċaħħda mid-dritt tagħhom ta' aċċess u ta' kontroll tar-riżorsi naturali bħall-art, jikkontribwixxu għall-ispostament furzat tal-popolazzjonijiet, jew jinvolvu xogħol furzat jew impjieg tat-tfal.

2.     Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tagħhom, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jikkonformaw mad-dritt applikabbli tal-Unjoni u l-istandards li hemm qbil fuqhom fuq livell internazzjonali u tal-Unjoni u, għalhekk, m'għandhomx jappoġġaw proġetti taħt dan ir-Regolament li jikkontribwixxu għall-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, l-evitar tat-taxxa, il-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa. Barra minn hekk, il-kontropartijiet eliġibbli ma għandhomx jidħlu f'operazzjonijiet ġodda jew imġedda mal-entitajiet inkorporati jew stabbiliti fil-ġurisdizzjonijiet elenkati taħt il-politika tal-Unjoni rilevanti dwar il-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx, jew li huma identifikati bħala pajjiżi terzi b'riskju kbir skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, jew li ma jikkonformawx b'mod effettiv mal-istandards tat-taxxa tal-Unjoni jew miftiehma fuq livell internazzjonali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni. Il-kontropartijiet eliġibbli jistgħu jidderogaw minn dan il-prinċipju biss jekk il-proġett jiġi fiżikament implimentat f'wieħed minn dawn il-ġurisdizzjonijiet, u ma jkunx hemm indikazzjonijiet li l-operazzjoni taqa' taħt kwalunkwe waħda mill-kategoriji elenkati fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu. Meta jikkonkludu ftehimiet ma' intermedjarji finanzjarji, il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jittrasponu r-rekwiżiti msemmija f'dan l-Artikolu fil-ftehimiet rilevanti u għandhom jitolbu l-intermedjarji finanzjarji jirrapportaw fuq l-osservanza tagħhom.

3.     Fl-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment tagħha, il-kontroparti eliġibbli għandha tapplika l-prinċipji u l-istandards stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-fini tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u, b'mod partikolari, fir-Regolament (UE) 2015/847 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fid-Direttiva (UE) 2015/849. Il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jagħmlu kemm il-finanzjament dirett kif ukoll il-finanzjament permezz ta' intermedjarji skont dan ir-Regolament kontinġenti fuq l-iżvelar ta' informazzjoni dwar is-sjieda benefiċjarja f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 u jippubblikaw data ta' rapportar pajjiż pajjiż f'konformità mal-Artikolu 89(1) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. [Em. 279]

Artikolu 30

Parteċipazzjoni kapitali f’bank għall-iżvilupp

Il-pakkett għall-programmi ġeografiċi, imsemmi fl-Artikolu 6(2)(a), jista’ jintuża biex jikkontribwixxi għad-dotazzjoni kapitali ta’ istituzzjonijiet finanzjarji tal-iżvilupp Ewropej u oħrajn.

Kapitolu V

Monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni

Artikolu 31

Monitoraġġ u rapportar

-1.     L-ilħuq tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament għandu jitkejjel permezz ta' sistema ta' monitoraġġ, rapportar u evalwazzjoni adegwata, trasparenti u responsabbli, li tiżgura l-involviment xieraq tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif ukoll issaħħaħ il-parteċipazzjoni tas-sħab kollha tal-Unjoni, inkluża s-soċjetà ċivili, fl-applikazzjoni tal-programmi. [Em. 280]

1.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress skont dan ir-Regolament lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 (2) huma stabbiliti fl-Anness VII, f'konformità mal-indikaturi tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli. Il-valuri tal-indikaturi fl-1 ta' Jannar 2021 għandhom jintużaw bħala bażi għall-valutazzjoni tal-punt sa fejn inkunu ntlaħqu l-għanijiet. [Em. 281]

2.   Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-azzjonijiet tagħha regolarment u tirrieżamina l-progress li jkun sar lejn il-kisba tal-miri stabbiliti fl-Artikolu 3, kif ukoll ta' riżultati mistennija u tkopri l-outputs u l-eżiti. [Em. 282]

Il-progress fir-rigward tar-riżultati mistennija għandu jiġi mmonitorjat abbażi ta' indikaturi ċari, trasparenti u, fejn ikun xieraq, miżurabbli li jistgħu jitkejlu stabbiliti fl-Anness VII u fil-qafas ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni adottat skont il-paragrafu 9, kif ukoll skont id-dispożizzjonijiet dwar l-eżekuzzjoni baġitarja tal-Unjoni . L-għadd ta' indikaturi għandu jkun limitat biex jiffaċilita r-rapportar f'waqtu u, bħala minimu, għandhom jiġu diżaggregati skont is-sess u l-età . [Em. 283]

3.   L-oqfsa tar-riżultati konġunti inklużi f’dokumenti ta’ programmazzjoni konġunti li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 12(4) għandhom jipprovdu l-bażi għall-monitoraġġ konġunt mill-Unjoni u mill-Istati Membri tal-implimentazzjoni tal-applikazzjoni tal-appoġġ kollettiv tagħhom lil pajjiż sieħeb. [Em. 284]

Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-applikazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq ir-riċevituri tal-fondi tal-Unjoni. [Em. 285]

4.   Il-Kummissjoni għandha teżamina l-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Mill-2022 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport annwali dwar il-kisba tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ indikaturi , li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawk stabbiliti fl-Anness VII kif ukoll l-eżekuzzjoni baġitarja tal-Unjoni, li jkejlu r-riżultati miksuba mir-Regolament u l-effiċjenza tiegħu. Dak ir-rapport għandu jiġi ppreżentat ukoll lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. [Em. 286]

5.   Ir-rapport annwali għandu jkollu informazzjoni relatata mas-sena ta' qabel dwar il-miżuri finanzjati, ir-riżultati tal-eżerċizzji tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni, l-involviment u l-livell ta' kooperazzjoni tas-sħab rilevanti, u l-implimentazzjoni l-applikazzjoni tal-obbligi baġitarji u tal-approprjazzjonijiet ta' pagamenti, diżaggregati skont il-pajjiż, ir-reġjun u s-settur ta' kooperazzjoni. Ir-rapport Huwa għandu jinkludi valutazzjoni tal-progress li jkun sar lejn riżultati mistennija u dwar l-inkorporazzjoni ta' kwistjonijiet trasversali kif imsemmija fl-Artikolu 8(6) . Huwa għandu jivvaluta r-riżultati tal-finanzjament tal-Unjoni billi juża, sa fejn ikun possibbli, indikaturi speċifiċi u miżurabbli li jistgħu jitkejlu tar-rwol tiegħu biex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament. Fil-każ tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, ir-rapport għandu jivvaluta wkoll, fejn possibbli u rilevanti, l-aderenza għal prinċipji tal-effettività tal-iżvilupp, inkluż għal strumenti finanzjarji innovattivi. [Em. 287]

6.   Ir-rapport annwali mħejji fl-2021 għandu jinkludi informazzjoni konsolidata mir-rapporti annwali li jirrigwardaw il-perjodu mill-2014 sal-2020 dwar il-finanzjament kollu mir-Regolament imsemmija fl-Artikolu 40(2) 39(2) , inklużi dħul assenjat estern u l-kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji, u joffri diżaggregazzjoni tal-infiq skont il-pajjiż, l-użu tal-istrumenti finanzjarji, l-impenji u l-pagamenti. Ir-rapport għandu jirrifletti t-tagħlimiet ewlenin, u s-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-eżerċizzji esterni ta' evalwazzjoni li jkunu saru fis-snin preċedenti. Din għandha tinkludi valutazzjoni tal-livell tal-kapaċità tal-persunal fil-livell tal-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni għat-twettiq tal-għanijiet kollha koperti minn dan ir-Regolament. [Em. 288]

6a.     Il-Kummissjoni għandha tippreżenta bħala parti mir-rapport annwali, rapport dettaljat dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, u l-funzjonament tal-EFSD+, il-ġestjoni tiegħu u l-kontribuzzjoni effettiva tiegħu għall-għanijiet tagħha. Dik il-parti tar-rapport annwali għandha tkun akkumpanjata minn opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri. Huwa għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

valutazzjoni tar-riżultati li jikkontribwixxu għall-iskop u l-għanijiet tal-EFSD+ kif stabbilit f'dan ir-Regolament;

(b)

valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment attwali u koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna fil-livelli settorjali, nazzjonali u reġjonali u l-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament, inklużi l-miżuri ta' riskju u l-impatt tagħhom fuq l-istabbiltà finanzjarja u ekonomika tas-sħab;

(c)

valutazzjoni tal-addizzjonalità u l-valur miżjud, il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi tas-settur privat, l-outputs stmati u reali u l-eżiti u l-impatt tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna fuq bażi aggregata, inkluż l-impatt fuq il-ħolqien ta' impjiegi diċenti u l-kapaċità li tipprovdi paga li tiggarantixxi l-għajxien, il-qerda tal-faqar u t-tnaqqis fl-inugwaljanzi; dik il-valutazzjoni għandha tinkludi analiżi tal-ġeneru tal-operazzjonijiet koperti bbażata fuq evidenza u data diżaggregata skont is-sessi, fejn ikun possibbli, u analiżi tat-tip ta' settur privat appoġġat, inklużi kooperattivi u intrapriżi soċjali;

(d)

valutazzjoni tal-konformità mar-rekwiżiti dwar l-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna u tal-ilħuq ta' indikaturi ewlenin ta' prestazzjoni stabbiliti għal kull proposta ppreżentata;

(e)

valutazzjoni tal-effett ta' ingranaġġ miksub mill-operazzjonijiet koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna u mill-EFSD+;

(f)

l-ammont finanzjarju ttrasferit lill-benefiċjarji u valutazzjoni tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment minn kull kontroparti eliġibbli fuq bażi aggregata;

(g)

valutazzjoni tal-addizzjonalità u tal-valur miżjud tal-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-kontropartijiet eliġibbli, u tar-riskju aggregat assoċjat ma' dawk l-operazzjonijiet;

(h)

informazzjoni ddettaljata dwar talbiet għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, telf, redditi, ammonti rkuprati u kwalunkwe pagament ieħor riċevut, kif ukoll esponiment għar-riskju ġenerali

(i)

ir-rapporti finanzjarji dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u ta' investiment tal-kontropartijiet eliġibbli koperti b'dan ir-Regolament, awditjati minn awditur estern indipendenti;

(j)

valutazzjoni tas-sinerġiji u l-komplementarjetà bejn l-operazzjonijiet koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna u t-tieni u t-tielet pilastri tal-PIE bbażati fuq rapporti eżistenti relevanti, b'kont meħud, b'mod partikolari, tal-progress li jkun sar fil-qasam tal-governanza tajba, inklużi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-flussi finanzjarji illeċiti, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, tal-istat tad-dritt u tal-politiki bl-aspett tal-ġeneru, kif ukoll tat-tisħiħ tal-intraprenditorija, tal-ambjent tan-negozju lokali u tas-swieq finanzjarji lokali;

(k)

valutazzjoni tal-konformità tal-operazzjonijiet tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna mal-prinċipji ta' effettività tal-iżvilupp miftiehma fuq livell internazzjonali;

(l)

valutazzjoni tar-remunerazzjoni tal-garanziji;

(m)

valutazzjoni tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet relatati mal-attivitajiet esklużi u mal-ġurisdizzjonijiet li ma jikkooperawx. [Em. 289]

7.   Għandha ssir stima annwali tal-infiq kumplessiv relatat mal-azzjoni klimatika u l-bijodiversità mal-miri stabbiliti minn dan ir-Regolament fuq il-bażi tad-dokumenti ta' programmazzjoni indikattiva adottati. Il-finanzjament allokat taħt dan ir-Regolament għandu jkun soġġett għal sistema ta' traċċabbiltà annwali bbażata fuq il-metodoloġija tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi inklużi l- “indikaturi ta' Rio”, mingħajr ma jkun eskluż l-użu ta' metodoloġiji aktar preċiżi meta dawn ikunu disponibbli, integrati fil-metodoloġija eżistenti għal ġestjoni tal-prestazzjoni ta' programmi tal-Unjoni, biex tkun kwantifikata n-nefqa relatata mal-azzjoni klimatika, mal-bijodiversità , u mal-ambjent, mal-iżvilupp uman u mal-inklużjoni soċjali, mal-ugwaljanza bejn is-sessi, u mal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp, fil-livell tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri msemmija fl-Artikolu 19 u rreġistrata fl-evalwazzjonijiet u r-rapporti annwali. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-istima lill-Parlament Ewropew bħala parti mir-rapport annwali. [Em. 290]

8.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli l-informazzjoni dwar il-kooperazzjoni għall-iżvilupp permezz ta' standards internazzjonali rikonoxxuti , inklużi dawk tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol, u bl-użu tal-qafas għal standard komuni żviluppat mill-Inizjattiva Internazzjonali għat-Trasparenza tal-Għajnuna . [Em. 291]

9.   Biex tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress ta' dan ir-Regolament lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 34 biex temenda l-Anness VII biex tirrieżamina jew tikkomplementa l-indikaturi fejn jitqies meħtieġ , inkluż fil-kuntest tar-rieżami ta' nofs it-Terminu skont l-Artikolu 32, u li tissupplimenta dan ir-Regolament b'dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta' qafas għall-monitoriraġġ għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni , li jista' jinkludi indikaturi tal-prestazzjoni addizzjonali għal kull wieħed mill-għanijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament . [Em. 292]

Artikolu 32

Evalwazzjoni u rieżami ta' nofs it-terminu [Em. 293]

1.    Mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni interim ta' nofs it-terminu dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2023 u għandu jeżamina l-kontribut tal-Unjoni għall-ilħuq tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament, permezz ta' indikaturi li jkejlu r-riżultati miksuba u kwalunkwe sejba u konklużjoni dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament, inkluż tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus u tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. [Em. 294]

Il-Parlament Ewropew jista' jipprovdi kontribut għal din l-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jorganizzaw konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati u mal-benefiċjarji, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex jiżguraw li dawk l-aktar emarġinati jkunu rappreżentati. [Em. 295]

Il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll l-impatt u l-effettività tal-azzjonijiet tagħha għal kull qasam ta' intervent u l-effettività tal-programmazzjoni, permezz ta' evalwazzjonijiet esterni. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom iqisu l-proposti u l-fehmiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar evalwazzjonijiet esterni indipendenti. Fejn xieraq applikabbli , l-evalwazzjonijiet għandhom jużaw il-prinċipji ta' prattika tajba tal-Kumitat ta' Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi, li jfittxu li jaċċertaw jekk ikunux intlaħqu l-għanijiet u li jifformulaw rakkomandazzjonijiet bil-ħsieb li jittejbu l-azzjonijiet futuri. L-evalwazzjoni interim għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Unjoni fir-rigward ta' miri stabbiliti minn dan ir-Regolament. [Em. 296]

2.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tar-Regolament, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq Ir-rapport ta' evalwazzjoni finali tar-Regolament mill-Kummissjoni. Din l-evalwazzjoni għandha tħares lejn il-kontribuzzjoni tal-Unjoni sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' nofs it-terminu għandu jindirizza wkoll l-effiċjenza, il-valur miżjud, il-funzjonament tal-arkitettura ssimplifikata u struttura simplifikata tal-finanzjament estern, il-koerenza interna u esterna, u r-rilevanza kontinwa tal-għanijiet ta' dan ir-Regolament u tqis l-indikaturi li jkejlu r-riżultati miksuba u kwalunkwe sejba u konklużjoni dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament. t , il-kumplimentarjetà u s-sinerġiji bejn l-azzjonijiet iffinanzjati, il-kontribuzzjoni tal-miżuri għal azzjoni esterna konsistenti tal-Unjoni, u l-grad ta' kemm il-pubbliku fil-pajjiżi riċevituri huma konxji tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, fejn xieraq, u jinkludu s-sejbiet tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 31(4) .[Em. 297]

Ir-rapport tal-evalwazzjoni finali għandu jindirizza wkoll l-effiċjenza, il-valur miżjud, il-lok għal simplifikazzjoni, il-koerenza interna u esterna, u r-rilevanza kontinwa tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. [Em. 298]

Ir-rapport tal-evalwazzjoni finali ta' nofs it-terminu għandu jsir bil-għan speċifiku li titjieb l-implimentazzjoni l-applikazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni. Huwa għandu jinforma d-deċiżjonijiet dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tat-tipi ta' azzjonijiet implimentati taħt ir-Regolament. [Em. 299]

Ir-rapport tal-evalwazzjoni finali ta' nofs it-terminu għandu jinkludi ukoll wkoll informazzjoni kkonsolidata minn rapporti annwali rilevanti dwar il-finanzjament kollu regolat minn dan ir-Regolament, inkluż id-dħul u l-kontribuzzjonijiet assenjati esterni lill-fondi fiduċjarji u joffri diżaggregazzjoni tal-infiq mill-pajjiż benefiċjarju, l-użu tal-istrumenti finanzjarji, l-impenji u l-pagamenti , kif ukoll skont programmi ġeografiċi u tematiċi u azzjoni ta' rispons rapidu, inklużi fondi mobilizzati mir-riżerva tal-isfidi u l-prijoritajiet emerġenti. [Em. 300]

Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet flimkien mal-kummenti tagħha lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri permezz tal-kumitat rilevanti msemmi fl-Artikolu 35. L-evalwazzjonijiet speċifiċi jistgħu jiġu diskussi f'dak il-kumitat fuq talba tal-Istati Membri. Ir-riżultati għandhom jintużaw fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi. [Em. 301]

Il-Kummissjoni għandha, sa punt xieraq, tassoċja lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u benefiċjarji, inklużi OSĊ, fil-proċess tal-evalwazzjoni tal-finanzjament mill-Unjoni previst f'dan ir-Regolament, u tista’, fejn ikun xieraq, tfittex li twettaq evalwazzjonijiet konġunti mal-Istati Membri u s-sħab fl-iżvilupp bl-involviment mill-qrib tal-pajjiżi sħab. [Em. 302]

2a.     Il-Kummissjoni għandha tibgħat ir-rapport tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmi fil-paragrafu 2 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Ir-rapport għandu jkun akkumpanjat, jekk ikun il-każ, minn proposti leġiżlattivi li jistabbilixxu l-emendi meħtieġa għal dan ir-Regolament. [Em. 303]

2b.     Fi tmiem il-perjodu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tar-Regolament dwar l-istess termini bħall-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu. [Em. 304]

3.   F’konformità mad-dispożizzjonijiet speċifiċi ta’ rappurtar fir-Regolament Finanzjarju, sal-31 ta’ Diċembru 2025 u kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tevalwa l-użu u l-funzjonament tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tagħha ta’ evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dan ir-rapport ta’ evalwazzjoni għandu jkun akkumpanjat minn opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri.

TITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 33

Parteċipazzjoni minn pajjiż jew territorju mhux kopert minn dan ir-Regolament

1.   F'każijiet debitament ġustifikati u meta l-azzjoni għall-implimentazzjoni għall-applikazzjoni tkun ta' natura dinjija, transreġjonali jew reġjonali, il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi, fil-programmi indikattivi pluriennali rilevanti jew fil-pjanijiet ta' azzjoni jew il-miżuri rilevanti, li testendi l-ambitu tal-azzjonijiet għal pajjiżi għandha tingħata s-setgħa tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 34 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi żżid il-pajjiżi territorji mhux t-territorji koperti minn dan ir-Regolament skont l-Artikolu 4 sabiex tassigura l-koerenza u l-effettività tal-finanzjament tal-Unjoni jew biex tippromwovi l-kooperazzjoni reġjonali jew transreġjonali. għall-finijiet ta' dawk l-azzjonijiet. [Em. 305]

2.   Il-Kummissjoni tista’ tinkludi allokazzjoni finanzjarja speċifika sabiex tassisti pajjiżi u reġjuni sħab isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom ma’ reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni ġirien tagħhom u ma’ pajjiżi u territorji extra -Ewropej koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Deċiżjoni dwar il-PTEE . Għal dan il-għan, dan ir-Regolament jista’ jikkontribwixxi, fejn ikun xieraq u fuq il-bażi ta’ reċiproċità u proporzjonalità fir-rigward tal-livell ta’ finanzjament mid- Deċiżjoni dwar il-PTEE u / jew ir-Regolament ETC , għal azzjonijiet implimentati minn pajjiż jew reġjun sieħeb jew kwalunkwe entità oħra taħt dan ir-Regolament, minn pajjiż, territorju jew kwalunkwe entità oħra skont id- Deċiżjoni dwar il-PTEE jew minn reġjun ultraperiferiku tal-Unjon fil-qafas ta’ programmi operazzjonali konġunti jew għal programmi jew miżuri ta’ kooperazzjoni interreġjonali stabbiliti u implimentati skont ir- Regolament ETC. [Em. 306]

Artikolu 33a

Kooperazzjoni bejn pajjiżi u reġjuni sħab ma' reġjuni ultraperiferiċi ġirien tal-Unjoni u ma' pajjiżi u territorji extra-Ewropej

1.     Il-Kummissjoni tista' tinkludi allokazzjoni finanzjarja speċifika sabiex tassisti pajjiżi u reġjuni sħab isaħħu l-kooperazzjoni tagħhom ma' reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni ġirien tagħhom u ma' pajjiżi u territorji extra-Ewropej koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill Deċiżjoni dwar il-PTEE. Għal dan il-għan, dan ir-Regolament jista' jikkontribwixxi, fejn ikun xieraq u fuq il-bażi ta' reċiproċità u proporzjonalità fir-rigward tal-livell ta' finanzjament mid-Deċiżjoni dwar il-PTEE u/jew ir-Regolament ETC, għal azzjonijiet applikati minn pajjiż jew reġjun sieħeb jew kwalunkwe entità oħra taħt dan ir-Regolament, minn pajjiż, territorju jew kwalunkwe entità oħra skont id-Deċiżjoni dwar il-PTEE jew minn reġjun ultraperiferiku tal-Unjon fil-qafas ta' programmi operazzjonali konġunti jew għal programmi jew miżuri ta' kooperazzjoni interreġjonali stabbiliti u applikati skont ir-Regolament ETC.

2.     Ir-rata ta' kofinanzjament tal-Unjoni ma għandhiex tkun ogħla minn 90 % tan-nefqa eliġibbli ta' programm jew ta' miżura. Għal assistenza teknika, ir-rata ta' kofinanzjament tkun ta' 100 %. [Am. 307]

Artikolu 34

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa tadottata li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 4(6), l-Artikolu 26(3) 8(7a) , l-Artikolu 8(8b) , l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 15a, l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 21(3a), l-Artikolu 26(4), l-Artikolu 27(9)u , l-Artikolu 31(9) u l-Artikolu 33(1) għandha tingħata lill-Kummissjoni għall-perjodu tal-validità ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tadotta dawk l-atti delegati malajr kemm jista' jkun. Madankollu l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 8(7a), l-Artikolu 8(8b), l-Artikolu 17(4), u l-Artikolu 31(9) għandhom jiġu adottati … [6 xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. [Em. 308]

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 4(6), fl-Artikolu fl-Artikolu 26(3) 8(7a), fl-Artikolu 8(8b), fl-Artikolu 14(1), fl-Artikolu 15a, fl-Artikolu 17(4), fl-Artikolu 21(3a), fl-Artikolu 26(4), fl-Artikolu 27(9), fl-Artikolu 31(9) u fl-Artikolu 33(1) tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tieħu effett l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ. [Em. 309]

4.   Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 4(6), l-Artikolu l-Artikolu 26(3)  8(7a), l-Artikolu 8(8b), l-Artikolu 14(1), l-Artikolu 15a, l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 21(3a), l-Artikolu 26(4) , l-Artikolu 27(9), l-Artikolu 31(9) u l-Artikolu 33(1) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu t-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 310]

Artikolu 34a

Proċedura ta' urġenza

1.     Fejn, fil-każ ta' diżastri naturali jew magħmula mill-bniedem, jew ta' theddid immedjat għad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem jew il-libertajiet fundamentali, ir-raġunijiet imperattivi ta' urġenza jkunu jirrikjedu dan, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati u għandha tapplika l-proċedura prevista fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

2.     L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw dment li ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni f'konformità mal-paragrafu 3. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

3.     Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 34(6). F'tali każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att immedjatament wara n-notifika tad-deċiżjoni ta' oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.[Am. 311]

Artikolu 34b

Obbligu ta' rendikont demokratiku

1.     Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u s-SEAE, u sabiex jiġu żgurati trasparenza u obbligu ta' rendikont akbar, kif ukoll il-ħeffa fl-adozzjoni ta' atti u miżuri mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex jidhru quddiemu sabiex jiddiskutu l-orjentazzjonijiet u l-linji gwida strateġiċi għall-programmazzjoni skont dan ir-Regolament. Dak id-djalogu għandu jrawwem ukoll il-koerenza ġenerali tal-Istrumenti ta' Finanzjament Estern kollha f'konformità mal-Artikolu 5. Dak id-djalogu jista' jseħħ qabel l-adozzjoni ta' atti delegati u tal-abbozz ta' baġit annwali mill-Kummissjoni. Dak id-djalogu jista' jseħħ ukoll fuq bażi ad hoc fid-dawl ta' żviluppi politiċi ewlenin, fuq it-talba tal-Parlament Ewropew jew tal-Kummissjoni Ewropea jew tas-SEAE.

2.     Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jippreżentaw lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti kollha f'dak ir-rigward mill-inqas xahar qabel id-djalogu. Għad-djalogu relatat mal-baġit annwali, il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jipprovdu informazzjoni kkonsolidata dwar il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri kollha adottati jew ippjanati skont l-Artikolu 21, informazzjoni dwar il-kooperazzjoni għal kull pajjiż, reġjun u qasam tematiku, u dwar l-użu ta' azzjonijiet ta' rispons rapidu, l-isfidi emerġenti u l-prijoritajiet li jinħolqu, u l-Garanzija għall-Azzjoni Esterna.

3.     Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom iqisu bis-sħiħ il-pożizzjoni espressa mill-Parlament Ewropew. Fil-każ li l-Kummissjoni jew is-SEAE ma jqisux il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, huma għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni xierqa.

4.     Il-Kummissjoni u s-SEAE, b'mod partikolari permezz tal-grupp ta' tmexxija skont l-Artikolu 38, għandhom ikunu responsabbli biex iżommu lill-Parlament Ewropew infurmat dwar l-istat ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar il-miżuri, l-azzjonijiet u r-riżultati li jkunu għaddejjin. [Em. 312]

Artikolu 35

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-kumitat tal-Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali. Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta l-opinjoni tal-kumitat trid tinkiseb permezz ta’ proċedura bil-miktub, il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, sal-iskadenza taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew jekk maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat titlob li jsir dan.

4.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

5.   Id-deċiżjoni adottata għandha tibqa’ fis-seħħ għat-tul ta’ żmien tad-dokument, il-programm ta’ azzjoni jew il-miżura adottata jew modifikata.

6.   Osservatur mill-Bank Ewropew tal-Investiment għandu jieħu sehem fil-proċeduri tal-Kumitat dwar dawk il-kwistjonijiet li jkunu jikkonċernaw lill-Bank Ewropew tal-Investiment. [Em. 313]

Artikolu 36

Trasparenza, komunikazzjoni, u pubbliċità żvelar ta' informazzjoni lill-pubbliku [Em. 314]

1.   Ir-riċevituri ta' finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inkluż lill-midja u lill-pubbliku. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-konformità tar-riċevituri ma' dawk ir-rekwiżiti.[Em. 315]

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta tapplika azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati ma’ dan ir-Regolament, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sa fejn dawk il-prijoritajiet ikunu direttament relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3. [Em. 316]

2a.     Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri biex issaħħaħ il-komunikazzjoni strateġika u d-diplomazija pubblika għall-komunikazzjoni tal-valuri tal-Unjoni u tal-valur miżjud tal-Unjoni. [Em. 317]

2b.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi repożitorju elettroniku ċentrali pubbliku komprensiv wieħed tal-azzjonijiet kollha ffinanzjati taħt dan ir-Regolament, inklużi l-kriterji użati biex jiġu stabbiliti l-ħtiġijiet tas-sħab fil-proċess tal-allokazzjoni tar-riżorsi, u biex jiġi żgurat l-aġġornament regolari tiegħu, bl-eċċezzjoni ta' dawk l-azzjonijiet meqjusa bħala li jagħtu bidu għal kwistjonijiet ta' sigurtà jew sensittivitajiet politiċi lokali skont l-Artikolu 37. [Em. 318]

2c.     Ir-repożitorju għandu jinkludi wkoll informazzjoni dwar l-operazzjonijiet kollha ta' finanzjament u investiment, inkluż fil-livell individwali u tal-proġetti, u l-elementi essenzjali tal-ftehimiet ta' garanzija tal-EFSD+ kollha, inkluża informazzjoni dwar l-identità ġuridika tal-kontropartijiet eliġibbli, il-benefiċċji tal-iżvilupp mistennija u l-proċeduri ta' lmenti, filwaqt li titqies il-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva. [Em. 319]

2d.     F'konformità mal-linji politiċi tagħhom dwar it-trasparenza u r-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-aċċess għad-dokumenti u l-informazzjoni, il-kontropartijiet eliġibbli tal-EFSD+ għandhom, proattivament u sistematikament jippubblikaw fuq is-siti web tagħhom informazzjoni relatata mal-operazzjonijiet kollha ta' finanzjament u investiment koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna, b'mod partikolari fir-rigward tal-mod li bih dawk l-operazzjonijiet jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi u r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament. Tali informazzjoni għandha titqassam fil-livell tal-proġett. Tali informazzjoni għandha dejjem tqis il-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali u kummerċjalment sensittiva. Il-kontropartijiet eliġibbli għandhom jippubbliċizzaw ukoll l-appoġġ tal-Unjoni fl-informazzjoni kollha li jippubblikaw dwar l-operazzjonijiet ta' finanzjament u investiment koperti mill-Garanzija għall-Azzjoni Esterna f'konformità ma' dan ir-Regolament. [Em. 320]

Artikolu 37

Deroga mir-rekwiżiti tal-viżibbiltà

Kwistjonijiet ta’ sigurtà jew sensittivitajiet politiċi lokali jistgħu jagħmluha preferibbli jew neċessarja li l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà jiġu limitati f’ċerti pajjiżi jew żoni jew matul ċerti perjodi. F’każijiet bħal dawn, l-udjenza mmirata u l-għodod, il-prodotti u l-kanali ta’ viżibbiltà li għandhom jintużaw għall-promozzjoni ta’ azzjoni partikolari għandhom jiġu determinati fuq bażi ta’ każ b’każ, b’konsultazzjoni u qbil mal-Unjoni. Meta jkun meħtieġ intervent rapidu b’reazzjoni għal kriżi għal għarrieda, mhuwiex neċessarju li jiġi prodott pjan sħiħ ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà immedjatament. F’każijiet bħal dawn, madankollu, l-appoġġ tal-UE xorta waħda għandu jiġi indikat b’mod xieraq mill-bidu.

Artikolu 38

Klawżola dwar is-SEAE

Dan ir-Regolament għandu japplika skont id-Deċiżjoni 2010/427/UE. [Em. 321]

Article 38a

Governance

Grupp ta' tmexxija orizzontali magħmul mis-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u tas-SEAE u ppresedut mill-VP/RGħ jew rappreżentant ta' dak l-uffiċċju għandu jkun responsabbli għat-tmexxija, il-koordinazzjoni u l-ġestjoni ta' dan l-istrument matul iċ-ċiklu tal-ġestjoni sabiex jiġu żgurati l-konsistenza, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-rendikont tal-finanzjament estern kollu tal-Unjoni. Il-VP/RGħ għandu jiżgura koordinazzjoni politika ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. Għall-azzjonijiet kollha, inklużi azzjonijiet ta' rispons rapidu u miżuri ta' assistenza eċċezzjonali, u matul iċ-ċiklu sħiħ ta' programmar, ippjanar u applikazzjoni tal-istrument, ir-Rappreżentant Għoli u s-SEAE għandhom jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni, identifikati abbażi tan-natura u l-għanijiet tal-azzjoni prevista, li jibnu fuq l-għarfien espert tagħhom. Il-proposti kollha għal deċiżjonijiet għandhom jitħejjew billi jiġu segwiti l-proċeduri tal-Kummissjoni u għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni għall-adozzjoni.

Il-Parlament Ewropew għandu jkun involut bis-sħiħ fil-fażijiet tad-disinn, tal-programmazzjoni, tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-istrumenti sabiex jiżgura kontroll politiku u skrutinju demokratiku u obbligu ta' rendikont tal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna. [Em. 322]

Artikolu 39

Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali

1.   Id-Deċiżjoni 466/2014/UE, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 u r-Regolament (UE) 2017/1601 huma mħassra b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

2.   Il-pakkett finanzjarju għal dan ir-Regolament jista’ jkopri wkoll infiq għall-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn dan ir-Regolament u l-miżuri adottati skont il-predeċessuri tiegħu: Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014; Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014; Ir-Regolament (UE) Nru 230/2014; Ir-Regolament (UE) Nru 235/2014; Ir-Regolament (UE) Nru 234/2014, ir-Regolament (Euratom) Nru 237/2014, ir-Regolament (UE) Nru 236/2014, id-Deċiżjoni 466/2014/UE, ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 480/2009 u r-Regolament (UE) 2017/1601.

3.   Il-pakkett finanzjarju għal dan ir-Regolament jista’ jkopri n-nefqa relatata mat-tħejjija ta’ kwalunkwe suċċessur għal dan ir-Regolament.

4.   Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-infiq previst fl-Artikolu 20(1), ħalli tkun possibbli l-ġestjoni ta' azzjonijiet li ma jkunux lesti sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 40

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil- jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027 . [Em. 323]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 45, 4.2.2019, p. 1.

(2)  ĠU C 110, 22.3.2019, p. 163.

(3)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 295.

(4)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2019.

(5)  “Nittrasformaw id-dinja tagħna: L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli”, adottata fis-Summit tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta' Settembru 2015 (A/RES/70/1).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 233/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument finanzjarju għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp għall-perjodu 2014-2020 (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 44.)

(7)  Ftehim intern bejn ir-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, skont il-ftehim ta’ sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 210/1, 6.8.2013).

(8)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/322 tat-2 ta’ Marzu 2015 dwar l-implimentazzjoni tal-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp (ĠU L 58/1, 3.3.2015).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 232/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument Ewropew ta' Viċinat (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 27.)

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 230/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 235/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2014 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 85.)

(12)  Ir-Regolament (UE) Nru 234/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument ta' Sħubija għal kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 77.)

(13)  Ir-Regolament (Euratom) tal-Kunsill Nru 237/2014 tat-13 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Strument għall-Kooperazzjoni fis-Sikurezza Nukleari (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 109.)

(14)  Ir-Regolament (UE) 236/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli u proċeduri komuni għall-implimentazzjoni tal-istrumenti tal-Unjoni għall-finanzjament tal-azzjoni esterna (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 95.)

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 480/2009 tal-25 ta' Mejju 2009 li jistabbilixxi Fond ta' Garanzija għall-azzjonijiet esterni (ĠU L 145, 10.6.2009, p. 10.)

(16)  Ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD.

(17)  Iffirmata fi New York fit-22 ta’ April 2016.

(18)  “Aġenda ta’ Azzjoni ta’ Addis Ababa tat-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp”, adottata fis-16 ta’ Ġunju 2015 u approvata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fis-27 ta’ Lulju 2015 (A/RES/69/313).

(19)  “Viżjoni Kondiviża, Azzjoni Komuni: Ewropa aktar b’saħħitha. Strateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni”, Ġunju 2016.

(20)  “Kunsens Ewropew ġdid dwar l-Iżvilupp “Id-Dinja tagħna, id-Dinjità tagħna, il-Futur tagħna’”, Dikjarazzjoni konġunta mill-Kunsill u mir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri li ltaqgħu fil-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, 8 ta’ Ġunju 2017.

(21)  Il-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri", adottat fl- fit- 18 ta' Marzu 2015 u approvat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fit-3 ta' Ġunju 2015 (A/RES/69/283).

(22)  Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat”, 18 ta’ Novembru 2015.

(23)   Ir-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1).

(24)  COM(2018)0465, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

(25)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/96 tal-20 ta' Ġunju 1996 rigward l-għajnuna umanitarja (ĠU L 163, 2.7.1996, p. 1).

(26)  COM(2018)0461, Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-Assoċjazzjoni ta’ pajjiżi u territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea inklużi r-relazzjonijiet bejn l-Unjoni Ewropea fuq naħa, u Greenland u r-Renju tad-Danimarka fuq in-naħa l-oħra (“id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”).

(27)  COM(2018)0462, Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew għall-Kooperazzjoni dwar is-Sikurezza Nukleari li jikkumplimenta l-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali fuq il-bażi tat-Trattat Euratom.

(28)  C(2018)3800 Proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà lill-Kunsill għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Kulleġġ Ewropew għall-Paċi.

(29)  COM(2018)0367, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Erasmus”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) 1288/2013

(30)   COM(2018)0366 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013.

(31)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(32)  Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’… dwar … (ĠU …).

(33)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(34)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li tħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(35)  Ir-Regolament (UE) 2017/1601 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Settembru 2017 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (European Fund for Sustainable Development, EFSD), il-Garanzija tal-EFSD u l-Fond ta’ Garanzija tal-EFSD.

(36)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 77/270/Euratom tad-29 ta' Marzu 1977 li tagħti l-jedd lill-Kummissjoni li toħroġ self tal-Euratom sabiex tikkontribwixxi għall-finanzjament ta' power stations nukleari (ĠU L 88, 6.4.1977, p. 9).

(37)  Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’… dwar … (ĠU …).

(38)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1)

(39)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).

(40)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2)

(41)  ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1.

(42)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29)

(43)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)

(44)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1–14.

(45)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30).

(46)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (ĠU L).

(47)  COM(2018)0374, Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern

(48)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (kodifikazzjoni) (ĠU L 26 28.1.2012, p. 1).

(49)  Id-Direttiva tal-Kunsill tas-27 ta’ Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, 05.07.1985. p. 0040 – 0048)

ANNESS I

LISTA TA’ PAJJIŻI U TERRITORJI FIŻ-ŻONA ĠEOGRAFIKA TAL-VIĊINAT

L-Alġerija

L-Armenja

L-Ażerbajġan

Il-Belarussja

L-Eġittu

Il-Georgia

Iżrael

Il-Ġordan

Il-Libanu

Il-Libja

Ir-Repubblika tal-Moldova

Il-Marokk

it-territorju okkupat Palestinjan

Is-Sirja

It-Tuneżija

L-Ukrajna

L-appoġġ mill-Unjoni f'dan il-qasam jista' jintuża wkoll biex il-Federazzjoni Russa tkun tista' tipparteċipa fi programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera u fi programmi rilevanti oħra b'diversi pajjiżi , inkluża kooperazzjoni dwar l-edukazzjoni, b'mod partikolari l-iskambji tal-istudenti . [Em. 324]

ANNESS II

OQSMA TA' KOOPERAZZJONI GĦALL-PROGRAMMI ĠEOGRAFIĊI

A.   Għar-reġjuni ġeografiċi kollha

NIES

1.

Governanza tajba, demokrazija, stat tad-dritt u drittijiet tal-bniedem

(a)

Tisħiħ tad-demokrazija u tal-proċessi demokratiċi inklussivi , tal-governanza u tas-sorveljanza, inklużi ġudikatura indipendenti, l-istat tad-dritt u proċessi elettorali trasparenti, paċifiċi u kredibbli; [Em. 325]

(b)

Tisħiħ tal-promozzjoni u tal-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali kif ipproklamat fid-Dikjarazzjoni Universali tad-drittijiet tal-bniedem u l-issodisfar ta' strumenti internazzjonali relatati, li jappoġġaw u jipproteġu d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' patti u oqfsa globali u reġjonali, iżidu l-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili fl-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tagħhom, u jistabbilixxu l-pedamenti għall-ħolqien ta' qafas legali għall-protezzjoni ta' persuni spostati minħabba t-tibdil fil-klima; [Em. 326]

(c)

Promozzjoni tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni fil-forom kollha tagħha, kif ukoll tal-prinċipju tal-ugwaljanza, b'mod partikolari l-ugwaljanza bejn is-sessi , id-drittijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, u d-drittijiet tat-tfal, taż-żgħażagħ, tal-persuni b'diżabbiltà, tal-persuni li jappartjenu għal minoranzi , tal-persuni LGBTI u tal-popli indiġeni ; [Em. 327]

(d)

Għoti ta' appoġġ lil soċjetà ċivili li qed tikseb riżultati u lir-rwol , it-tisħiħ tar-rwol tagħha fi proċessi tranżizzjonijiet politiċi, f'proċessi ta' riforma u fi trasformazzjonijiet demokratiċi, kif ukoll il-promozzjoni ta' spazju li jippermetti li s-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini jkunu involuti fil-ħajja politika u fl-iskrutinju tat-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi; [Em. 328]

(e)

Titjib tal-pluraliżmu, l-indipendenza u l-professjonaliżmu ta’ midja libera u indipendenti;

(f)

Bini ta' reżiljenza tal-istati, tas-soċjetajiet, tal-komunitajiet u tal-individwi għal pressjonijiet u skossi politiċi, biex dawn jitħejjew biex jirreżistu, jadattaw u jirkupraw malajr mill-iskossi ambjentali u ekonomiċi, ambjentali, tal-ikel, demografiċi u soċjetali mid-diżastri naturali u dawk magħmula mill-bniedem u, mill-kunflitti, il-kriżijiet tas-saħħa u s-sigurtà alimentari ; [Em. 329]

(g)

Tisħiħ tal-iżvilupp tal-istituzzjonijiet pubbliċi demokratiċi fil-livelli internazzjonali, nazzjonali u sottonazzjonali, inklużi sistema ġudizzjarja indipendenti, effettiva, effiċjenti u responsabbli, il-promozzjoni tal-istat tad-dritt, il-ġustizzja internazzjonali u l-obbligu ta' rendikont u l-aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd; [Em. 330]

(h)

Għoti ta' appoġġ lill-proċessi ta' riforma tal-amministrazzjoni pubblika, inkluż permezz ta' approċċi tal-Gvern elettroniku ċċentrati fuq iċ-ċittadin, it-tisħiħ tal-oqfsa ġuridiċi u tal-istruttura istituzzjonali, is-sistemi nazzjonali tal-istatistika, il-kapaċitajiet, il-ġestjoni tajba tal-finanzi pubbliċi, u l-kontribut għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni , l-evitar tat-taxxa , l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa ; [Em. 331]

(i)

Promozzjoni ta’ politiki territorjali u urbani inklużivi, bilanċjati u integrati, permezz tat-tisħiħ tal-istituzzjonijiet u l-korpi pubbliċi fil-livelli nazzjonali u sottonazzjonali kif ukoll bl-għoti ta’ appoġġ għal deċentralizzazzjoni u ristrutturar effiċjenti tal-istat;

(j)

Aktar trasparenza u obbligu ta' rendikont tal-istituzzjonijiet pubbliċi, tisħiħ tal-akkwist pubbliku inkluż l-inkoraġġiment tal-iżvilupp tal-kriterji ta' sostenibbiltà (ambjentali, soċjali u ekonomika) u miri u tal-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi, żvilupp tal-gvern elettroniku u tisħiħ tal-għoti ta' servizzi; [Em. 332]

(k)

Għoti ta’ appoġġ lil ġestjoni sostenibbli, akkontabbli u trasparenti tas-setturi tar-riżorsi naturali u dħul relatat, kif ukoll lir-riformi, biex jiġu żgurati politiki ta’ tassazzjoni ġusti u sostenibbli.

(ka)

il-promozzjoni tad-demokrazija parlamentari [Em. 333]

2.

Qerda tal-faqar, ġlieda kontra l-inugwaljanzi u żvilupp tal-bniedem

(a)

Qerda tal-faqar fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, indirizzar tad-diskriminazzjoni u tal-inugwaljanzi, u sforzi, biex ħadd ma jaqa' lura; u li l-ewwel nett tilħaq lil dawk li qegħdin l-aktar lura, billi tipprijoritizza l-investimenti fis-servizzi pubbliċi dwar is-saħħa, in-nutrizzjoni, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali; [Em. 334]

(b)

(b) Tisħiħ tal-isforzi għall-adozzjoni ta' politiki u għal investiment xieraq biex jiġu promossi , protetti u jiġu ssodisfati d-drittijiet tan-nisa, taż-żgħażagħ, tat-tfal u tal-persuni b'diżabbiltà biex jiġi ffaċilitat l-involviment tagħhom u l-parteċipazzjoni sinifikanti fil-ħajja soċjali, ċivika u ekonomika, u biex jiġi żgurat il-kontribut sħiħ tagħhom għat-tkabbir inklużiv u għall-iżvilupp sostenibbli; [Em. 335]

(c)

Promozzjoni tal-protezzjoni u l-issodisfar tad-drittijiet u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u tal-bniet, inklużi drittijiet ekonomiċi, drittijiet tax-xogħol u drittijiet soċjali, id-drittijiet tal-art , is-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, kif ukoll il-prevenzjoni ta' u l-protezzjoni tagħhom minn vjolenza sesswali u sessista fil-forom kollha tagħha; dan jinkludi l-promozzjoni tal-aċċess għal kulħadd għal informazzjoni dwar is-saħħa sesswali u riproduttiva komprensiva u għal edukazzjoni dwar is-sesswalità komprensiva; il-promozzjoni ta' kooperazzjoni fir-riċerka u l-innovazzjoni għal għodod ġodda u mtejba għall-kura tas-saħħa sesswali u riproduttiva, inkluż l-ippjanar tal-familja, partikolarment f'ambjenti b'riżorsi baxxi; [Em. 336]

(d)

Attenzjoni speċjali għal persuni żvantaġġati, vulnerabbli u marġinalizzati, fost l-oħrajn tfal, persuni ta' età avvanzata, persuni b'diżabbiltà, persuni LGBTI u popli indiġeni. Dan jinkludi l-promozzjoni tat-tranżizzjoni minn indukrar istituzzjonali tat-tfal għal indukrar tat-tfal ibbbażat fil-komunità , b'diżabbiltà u mingħajr ; [Em. 337]

(e)

Promozzjoni ta' appoċċ approċċ integrat għall-għoti ta' appoġġ lil komunitajiet, b'mod partikolari l-ifqar fosthom biex u dawk l-aktar diffiċli biex jintlaħqu, billi jitjieb l-aċċess universali għall-ħtiġijiet u s-servizzi bażiċi , b'mod partikolari s-saħħa, inklużi s-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, l-informazzjoni u l-provvisti, l-edukazzjoni, in-nutrizzjoni u l-protezzjoni soċjali ;[Em. 338]

(f)

Għoti L-għoti l-itfal, b'mod partikolari dawk l-aktar emarġinati, l-aħjar bidu fil-ħajja permezz ta' investiment fl-iżvilupp fit-tfulija bikrija u l-iżgurar li t-tfal li jesperjenzaw il-faqar jew l-inugwaljanza jkollhom aċċess għal servizzi bażiċi bħas-saħħa, in-nutrizzjoni, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali; l-għoti ta' appoġġ biex jinħoloq ambjent li jsostni lit-tfal bħala element importanti fit-trawwim ta' popolazzjoni żgħażugħa b'saħħitha li tkun kapaċi tilħaq il-potenzjal kollu tagħha , u l-għoti ta' attenzjoni speċjali għall-bżonnijiet tat-bniet ; [Em. 339]

(g)

Għoti ta' appoġġ lil aċċess universali għal biżżejjed ikel affordabbli, sikur u sustanzjuż, b'mod partikolari għal dawk fl-aktar sitwazzjonijiet vulnerabbli, inter alia tfal taħt l-età ta' ħames snin, l-adoloxxenti, kemm bniet u subien, u nisa, speċjalment waqt it-tqala u treddigħ, kif ukoll it-tisħiħ tas-sigurtà alimentari u n-nutrizzjoni, b'mod partikolari f'pajjiżi li qed jiffaċċjaw kriżijiet fit-tul jew rikorrenti ; it-trawwim ta' approċċi multisettorjali relatati man-nutrizzjoni għall-agrikoltura [Em. 340]

(h)

Għoti ta' appoġġ lil aċċess universali għal sanità sikura u suffiċjenti tal-ilma tax-xorb, kif ukoll iġjene u ġestjoni tal-ilma sostenibbli u integrata bħala determinanti ewlenin tas-saħħa, l-edukazzjoni, in-nutrizzjoni, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-ugwaljanza bejn is-sessi [Em. 341]

(i)

Ksib ta' kopertura universali tas-saħħa b'aċċess ekwu għal servizzi tas-saħħa ta' kwalità u affordabbli, inkluż servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, u permezz tal-għoti ta' appoġġ għall-bini ta' sistemi tas-saħħa inklussivi b'saħħithom li huma aċċessibbli għal kulħadd , ta' kwalità u reżiljenti, kif ukoll it-tisħiħ tal-kapaċità għal twissija bikrija, tnaqqis tar-riskju, ġestjoni tar-riskju u rkupru; l-ikkomplementar tal-azzjoni permezz tal-programm qafas tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni biex jiġi indirizzat it-theddid globali għas-saħħa, jiġu żviluppati vaċċini u trattamenti sikuri, effiċjenti u bi prezz li jintlaħaq kontra l-mard relatat mal-faqar u l-mard ittraskurat, u biex jitjiebu r-reazzjonijiet għall-isfidi tas-saħħa inkluż il-mard li jittieħed, ir-reżistenza antimikrobika u l-mard u l-epidemiji emerġenti; [Em. 342]

(j)

Għoti ta’ appoġġ għal protezzjoni soċjali universali u ekwa kif ukoll tisħiħ ta’ xbieki ta’ sikurezza soċjali biex jiġi ggarantit introjtu bażiku, jiġi evitat il-faqar estrem u tinbena r-reżiljenza;

(ja)

Tisħiħ tar-reżiljenza tan-nies u tal-komunitajiet, inkluż permezz ta' investiment akbar fi proġetti tat-tnaqqis ta' riskju tad-diżastru (DRR) u ta' tħejjija mmexxija mill-komunità; [Em. 343]

(jb)

Jagħti appoġġ lill-gvernijiet u l-amministrazzjonijiet nazzjonali, reġjonali u lokali biex joħolqu l-infrastruttura meħtieġa, inter alia r-riżorsi fiżiċi, teknoloġiċi u umani, u bl-użu tal-aħħar żviluppi teknoloġiċi u amministrattivi li jippermettu li r-reġistrazzjonijiet ċivili kollha (mit-twelid sal-mewt) jiġu reġistrati b'mod preċiż, u li dokumenti duplikati rikonoxxuti b'mod uffiċjali jiġu ppubblikati meta jkun meħtieġ sabiex jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha jeżistu b'mod uffiċjali u jkunu jistgħu jaċċessaw id-drittijiet fundamentali tagħhom; [Em. 344]

(k)

Promozzjoni ta' żvilupp urban inklużiv u sostenibbli biex tiġi indirizzata l-inugwaljanza urbana, b'fokus fuq dawk li jinsabu l-aktar fil-bżonn u li tadotta approċċ li jieħu kont ta' kwistjonijiet marbutin mal-ugwaljanza bejn is-sessi; [Em. 345]

(l)

Għoti ta’ appoġġ lill-awtoritajiet lokali biex itejbu, fil-livell tal-bliet, il-forniment ta’ servizzi bażiċi u ta’ aċċess ekwu għas-sigurtà alimentari, kif ukoll għal abitazzjoni u għal kwalità tal-ħajja aċċessibbli, deċenti u affordabbli, b’mod partikolari għal dawk li jgħixu f’residenzi informali u f’bassifondi. [Em. 346]

(m)

Promozzjoni tal-ilħuq tal-għanijiet miftiehma fuq livell internazzjonali fl-edukazzjoni b'fokus partikolari fuq sistemi pubbliċi tal-edukazzjoni mingħajr ħlas, permezz ta' edukazzjoni ta' kwalità tajba li tkun inklużiva u ekwa, formali, informali u mhux formali , u li tippromwovi opportunitajiet ta' tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd fil-livelli kollha u li tkun tinkludi l-iżvilupp bikri tat-tfal, taħriġ tekniku u vokazzjonali, inkluż f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u ta' kriżi, u wkoll permezz tal-użu ta' teknoloġiji diġitali biex jittejbu t-tagħlim u l-apprendiment fl-edukazzjoni; [Em. 347]

(ma)

Appoġġ ta' kurituri tal-edukazzjoni biex jiġi żgurat li l-istudenti li jkunu ġejjin minn pajjiżi li jinsabu f'gwerra jistgħu jistudjaw f'universitajiet tal-Unjoni; [Em. 348]

(n)

Appoġġ għal azzjonijiet ta’ bini ta’ kapaċità, għall-mobilità mobbiltà fit-tagħlim , bini ta' kapaċità u kooperazzjoni kulturali lejn, minn jew bejn pajjiżi sħab, kif ukoll għall-kooperazzjoni u d-djalogu politiku ma’ istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet, korpi u awtoritajiet lokali ta’ implimentazzjoni, minn dawk il-pajjiżi; [Em. 349]

(na)

Il-promozzjoni tal-bini tal-kapaċità u l-kooperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija u r-riċerka, b'mod partikolari l-indirizzar tal-isfidi relatati mal-faqar li jaffettwaw b'mod sproporzjonat il-pajjiżi sħab u l-oqsma traskurati ta' riċerka u innovazzjoni b'investimenti limitati fis-settur privat, u data miftuħa u t-trawwim tal-innovazzjoni soċjali; [Em. 350]

(o)

Promozzjoni tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u tal-kooperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tar-riċerka, kif ukoll tad-data miftuħa , tal-big data, tal-intelliġenza artifiċjali, u tal-innovazzjoni, f'koordinazzjoni mal-programm qafas tal-Unjoni għar-riċerka u l-innovazzjoni, sabiex jiġi miġġieled il-fenomenu tal-eżodu ta' mħuħ ; [Em. 351]

(p)

Titjib tal-koordinazzjoni fost l-atturi rilevanti kollha biex tingħata għajnuna lit-tranżizzjoni minn sitwazzjoni ta’ emerġenza għall-fażi ta’ żvilupp;

(q)

Il-promozzjoni ta’ djalogu interkulturali u diversità kulturali fil-forom kollha tagħhom, u l-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-wirt kulturali, u l-isfruttar tal-potenzjal tal-industriji tas-setturi kulturali u kreattivi għal żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli; [Em. 352]

(qa)

Appoġġ għal azzjonijiet, u promozzjoni tal-kooperazzjoni, fil-qasam tal-isport li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, taż-żgħażagħ, tal-individwi u tal-komunitajiet kif ukoll għall-kisba tal-għanijiet tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-inklużjoni soċjali tal-Aġenda 2030. [Em. 353]

(r)

Promozzjoni tad-dinjità u tar-reżiljenza ta’ persuni spostati fit-tul u bil-forza, kif ukoll tal-inklużjoni tagħhom fil-ħajja ekonomika u soċjali tal-pajjiżi u tal-komunitajiet ospitanti.

3.

Migrazzjoni u, mobbiltà u l-ispostament furzat [Em. 354]

(-a)

Għoti ta' appoġġ lil politiki tal-migrazzjoni effettivi u bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem, fil-livelli kollha, inklużi programmi ta' protezzjoni, biex tiġi ffaċilitata migrazzjoni sikura, ordnata u regolari; [Em. 355]

(a)

It-tisħiħ Kontribut għat-tisħiħ tas-sħubijiet bilaterali, reġjonali, inklużi dawk Nofsinhar-Nofsinhar u internazzjonali dwar il-migrazzjoni u l-mobilità l-mobbiltà abbażi ta' approċċ integrat u bilanċjat, li jkopri l-aspetti kollha tal-migrazzjoni, inkluż assistenza fl-implimentazzjoni tal-Unjoni għall-ftehimiet u f'konformità mad-dritt internazzjonali l-arranġamenti bilaterali jew reġjonali, inkluż is-sħubijiet għall-mobbiltà tal-Unjoni u mal-obbligi tad-drittijiet tal-bniedem ; [Em. 356]

(aa)

Għoti ta' assistenza fl-implimentazzjoni ta' ftehimiet u arranġamenti bilaterali jew reġjonali ma' pajjiżi terzi, inklużi s-sħubijiet għall-mobbiltà, u l-ħolqien ta' rotot sikuri u legali, inkluż permezz tal-iżvilupp ta' faċilitazzjoni tal-viżi u ftehimiet ta' risistemazzjoni u fuq il-bażi tal-obbligu ta' rendikont reċiproku u r-rispett sħiħ tal-obbligi umanitarji u tad-drittijiet tal-bniedem; [Em. 357]

(b)

Għoti ta' appoġġ għar-riintegrazzjoni sostenibbli u soċjoekonomika ta' suċċess ta' migranti ritornati; [Em. 358]

(c)

Indirizzar u mitigazzjoni tal-kawżi fl-għeruq tal-migrazzjoni irregolari u ċ-ċaqliq sfurzat;

(d)

Indirizzar -tnaqqis tal-vulnerabbiltajiet fil-migrazzjoni, inkluż permezz tal-indirizzar tal-migrazzjoni irregolari, it-traffikar u t-tisħiħ tar-rispons transnazzjonali għat-traffikar tal-bnedmin , il-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni u l-immigrazzjoni illegali, it-titjib tal-kooperazzjoni dwar il-ġestjoni integrata tal-fruntieri skont id-dritt internazzjonali u tal-Unjoni ; [Em. 359]

(e)

It-tisħiħ xjentifiku, tekniku, tal-kapaċità umana u istituzzjonali għall-ġestjoni tal-migrazzjoni , inkluż il-ġbir u l-użu ta' data preċiża u diżaggregata bħala bażi għall-politiki bbażati fuq l-evidenza sabiex tiġi ffaċilitata l-migrazzjoni sikura, ordnata u responsabbli ; [Em. 360]

(f)

Għoti ta’ appoġġ lil politiki tal-migrazzjoni effettivi u bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem inkluż programmi ta’ protezzjoni; [Em. 361]

(g)

Promozzjoni ta’ kundizzjonijiet li jiffaċilitaw il-migrazzjoni legali u l-mobbiltà mmaniġġjata sew, kif ukoll il-kuntatti bejn il-persuni, biex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-iżvilupp inkluż billi tiġi pprovduta informazzjoni preċiża u f'waqtha fl-istadji kollha tal-migrazzjoni; [Em. 362]

(ga)

L-immassimizzar tal-impatt tal-iżvilupp tal-migrazzjoni u t-titjib ta' fehim komuni tar-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp; [Em. 363]

(h)

Żgurar tal-protezzjoni tal-migranti u tal-persuni spostati bil-forza , filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-gruppi vulnerabbli u l-applikazzjoni ta' approċċ ibbażat fuq id-drittijiet u l-iżgurar tar-rikonoxximent u d-determinazzjoni tal-istatus tal-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali fost il-flussi migratorji mħallta ; [Em. 364]

(i)

Għoti ta' appoġġ lil soluzzjonijiet ibbażati fuq l-iżvilupp għal persuni spostati bil-forza u għall-komunitajiet ospitanti tagħhom , inkluż permezz tal-aċċess għall-edukazzjoni u impjiegi diċenti, biex jiġu promossi d-dinjità, ir-reżiljenza u l-awtodipendenza ta' persuni spostati, u l-inklużjoni tagħhom fil-ħajja ekonomika u soċjali tal-pajjiżi ospitanti ; [Em. 365]

(j)

Għoti ta' appoġġ lill-involviment tad-dijaspora fil-pajjiżi ta' oriġini , biex jikkontribwixxu bis-sħiħ għall-iżvilupp sostenibbli ; [Em. 366]

(k)

Promozzjoni ta’ trasferimenti ta’ rimessa aktar veloċi, irħas u aktar sikuri kemm fil-pajjiżi ta’ oriġini kif ukoll fil-pajjiżi riċevituri, biex b’hekk jiġi sfruttat il-potenzjal tagħhom għall-iżvilupp.

(ka)

Kontribut għat-tisħiħ tal-pożizzjoni lill-migranti u lis-soċjetajiet biex iwettqu l-inklużjoni sħiħa tagħhom u l-koeżjoni soċjali. [Em. 367]

Il-kooperazzjoni f'dan il-qasam se tiġi ġestita f'koerenza mal-[Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil], b'rispett sħiħ tal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp. [Em. 368]

IL-PJANETA

4.

Ambjent u tibdil fil-klima

(a)

Tisħiħ tal-kapaċità xjentifika, teknika, umana u istituzzjonali għall-ġestjoni, l-integrazzjoni u l-monitoraġġ tal-klima u tal-ambjent; It-tisħiħ tal-governanza reġjonali u nazzjonali tal-klima.

(b)

Kontribut Għoti ta' appoġġ lill-adattament għat-tibdil fil-klima, b'enfasi speċjali fuq stati u popolazzjonijiet partikolarment vulnerabbli li ma jkollhomx riżorsi biex jieħdu l-miżuri meħtieġa; kontribut għall-isforzi tas-sħab biex isegwu l-impenji tagħhom rigward it-tibdil fil-klima f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima, inkluża l-implimentazzjoni tal-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali (NDCs) u tal-pjanijiet ta' azzjoni rigward il-mitigazzjoni u l-adattament, inklużi sinerġiji bejn l-adattament u l-mitigazzjoni , kif ukoll l-impenji tagħhom fl-ambitu ta' ftehimiet ambjentali pluriennali oħra, bħall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Ġlieda kontra d-Deżertifikazzjoni ; [Em. 369]

(c)

Żvilupp u/jew tisħiħ ta’ tkabbir ekoloġiku u tkabbir blu sostennibbli fis-setturi ekonomiċi kollha;

(d)

Promozzjoni tal-aċċess għall-enerġija sostenibbli fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bil-għan li tiġi rrispettata l-wegħda tal-Unjoni tal-2012 biex sal-2030 jingħata tali aċċess għal 500 miljun persuna oħra, filwaqt li tingħata prijorità lil soluzzjonijiet fuq skala żgħira, mhux kollegati mal-grilja jew ma' grilja żgħira ta' valur ambjentali u ta' żvilupp għoli. Tisħiħ tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-enerġija sostenibbli. Promozzjoni u żieda tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-effiċjenza fl-enerġija u fl-użu ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli; promozzjoni tal-aċċess għal servizzi tal-enerġija affidabbli, sikuri, affordabbli, nodfa u sostenibbli, b'mod partikolari soluzzjonijiet lokali u deċentralizzati li jiżguraw aċċess għall-enerġija għal persuni li jgħixu fil-faqar u f'reġjuni mbiegħda; [Em. 370]

(da)

Il-bini tal-kapaċità biex jiġu integrati l-għanijiet tas-sostenibbiltà ambjentali u tat-tibdil fil-klima, u s-segwitu tat-tkabbir ekoloġiku fl-istrateġiji tal-iżvilupp nazzjonali u lokali inkluż l-appoġġ għall-kriterji tas-sostenibbiltà fl-akkwist pubbliku; [Em. 371]

(db)

Promozzjoni tar-responsabbiltà soċjali korporattiva, diliġenza dovuta fil-ktajjen tal-provvista, u tal-applikazzjoni konsistenti tal-“approċċ prekawzjonarju” u tal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”; [Em. 372]

(dc)

Promozzjoni ta' prattiki agrikoli ambjentalment sostenibbli, inkluża l-agroekoloġija, li juru li jikkontribwixxu għall-protezzjoni tal-ekosistemi u l-bijodiversità u jsaħħu r-reżiljenza ambjentali u soċjali għat-tibdil fil-klima fuq perjodu twil ta' żmien; [Em. 373]

(e)

Titjib tan-netwerks u s-servizzi lokali, nazzjonali, reġjonali u kontinentali tat-trasport multimodali biex ikomplu jissaħħu l-opportunitajiet għal żvilupp ekonomiku u ħolqien tal-impjiegi sostenibbli u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, bil-ħsieb li jsir żvilupp b’emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. Tisħiħ tal-faċilitazzjoni u l-liberalizzazzjoni tat-trasport, titjib tas-sostenibbiltà, tas-sigurtà fit-toroq u tar-reżiljenza tad-dominji tat-trasport;

(f)

Tisħiħ tal-involviment tal-komunitajiet lokali u l-popli indiġeni fir-risponsi għat-tibdil fil-klima, il-ġlieda kontra t-telf tal-bijodiversità u l-kriminalità marbuta mal-organiżmi selvaġġi, fil-konservazzjoni ta' ekosistemi u fil-governanza ta' riżorsi naturali , inkluż permezz tat-titjib fil-ġestjoni taż-żamma tal-art u tar-riżorsi tal-ilma . Promozzjoni ta' żvilupp urban sostenibbli u tar-reżiljenza fiż-żoni urbani [Em. 374]

(fa)

Tmiem tal-kummerċ fil-minerali ta' kunflitt kif ukoll tal-abbuż kontra l-minaturi, u l-appoġġ għall-iżvilupp tal-komunitajiet lokali f'konformità mar-Regolament (UE) 2017/821 dwar l-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista u l-miżuri li jakkumpanjawhom, kif ukoll l-elaborazzjoni ta' dan l-approċċ għall-minerali li bħalissa għadhom mhumiex koperti; [Em. 375]

(fb)

Promozzjoni tal-Edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli biex in-nies jingħataw is-setgħa li jittrasformaw is-soċjetà u jibnu futur sostenibbli; [Em. 376]

(g)

Promozzjoni tal-konservazzjoni, il-ġestjoni u l-użu sostenibbli, u r-restawr tar-riżorsi naturali, ekosistemi b'saħħtihom b'saħħithom u biex jieqaf it-telf tal-bijodiversità, kif ukoll il-protezzjoni tal-ħajja selvaġġa , inkluża l-ġlieda kontra l-kaċċa illegali u t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi ; [Em. 377]

(ga)

L-indirizzar tat-telf tal-bijodiversità, l-implimentazzjoni ta' inizjattivi internazzjonali u tal-Unjoni biex jindirizzaw it-telf, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni tal-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-ġestjoni tal-ekosistemi tal-art u tal-baħar u l-bijodiversità assoċjata; [Em. 378]

(h)

Promozzjoni tal-ġestjoni integrata u sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma u tal-kooperazzjoni transfruntiera rigward l-ilma skont id-dritt internazzjonali ; [Em. 379]

(i)

Promozzjoni tal-konservazzjoni u t-tisħiħ tal-ħażniet tal-karbonju permezz ta' ġestjoni sostenibbli tal-użu tal-art, it-tibdil fl-użu tal-art u l-forestrija, kif ukoll ġlieda kontra d-degradazzjoni ambjentali, id-deżertifikazzjoni u d-degradazzjoni tal-art u tal-foresti, u n-nixfa ; [Em. 380]

(j)

Limitazzjoni tad-deforestazzjoni u promozzjoni tal-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ fis-settur forestali (FLEGT), kif ukoll il-ġlieda kontra l-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u kontra l-kummerċ illegali tal-injam u ta' prodotti tal-injam . L-appoġġ lil governanza aħjar u lill-bini tal-kapaċitajiet għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali ; l-appoġġ għan-negozjar u l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija Volontarja; [Em. 381]

(k)

L-appoġġ għall-governanza tal-oċeani, inkluż il-protezzjoni, ir-restawr u l-preservazzjoni taż-żoni kostali u tal-baħar f'kull forma tagħha, inkluż l-ekosistemi, il-ġlieda kontra l-iskart tal-baħar, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) u l-protezzjoni tal-bijodiversità marittima f'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS) ; [Em. 382]

(l)

It-tisħiħ reġjonali għat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri (DRR) , it-tħejjija u r-reżiljenza permezz ta' approċċ ibbażat fuq il-komunità u ċċentrat fuq il-persuni , b'sinerġija ma' politiki u azzjonijiet ta' adattament għat-tibdil fil-klima; [Em. 383]

(m)

Promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi u fil-konsum u l-produzzjoni sostenibbli (u tul il-katina tal-provvista kollha) , inkluż billi jitrażżan l-użu tar-riżorsi naturali għall-finanzjament tal-kunflitti, u tiġi appoġġata l-konformità mill-partijiet ikkonċernati b'inizjattivi bħall-iskema ta' ċertifikazzjoni Kimberley Process; l-indirizzar tat-tniġġis u l-ġestjoni soda tal-kimiċi u tal-iskart; [Em. 384]

(n)

Għoti ta' appoġġ lill-isforzi għat-titjib tad-diversifikazzjoni ekonomika sostenibbli sostenibbli , il-kompetittività , il-ktajjen tal-provvista għall-kondiviżjoni tal-valur u l-kummerċ ġust , lill-iżvilupp tas-settur privat b'fokus partikolari fuq tkabbir ekoloġiku b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, kif ukoll lil mikrointrapriżi, intrapriżi soċjali u SMEs u kooperattivi, fejn jittieħed vantaġġ mill-ftehimiet mill-benefiċċji tal-iżvilupp ta' ftehimiet kummerċjali eżistenti mal-UE; [Em. 385]

(na)

Il-kisba tal-impenji internazzjonali rigward il-konservazzjoni tal-bijodiversità fi trattati bħall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB), il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ Internazzjonali fl-Ispeċijiet ta' Fawna u Flora Selvaġġi fil-Periklu (CITES), il-Konvenzjoni dwar il-Konservazzjoni tal-Ispeċijiet Migratorji tal-Annimali Selvaġġi (CMS) u trattati oħra relatati mal-bijodiversità; [Em. 386]

(nb)

Żieda fl-integrazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-għanijiet relatati mat-tibdil fil-klima u l-ambjent fil-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni permezz ta' appoġġ għall-ħidma metodoloġika u ta' riċerka dwar, fi u minn pajjiżi li qed jiżviluppaw, li tinkludi mekkaniżmi ta' monitoraġġ, rappurtar u verifika, il-kartografija tal-ekosistemi, evalwazzjoni u valutazzjoni, titjib tal-kompetenza ambjentali u l-promozzjoni ta' azzjonijiet innovattivi u l-koerenza tal-politika; [Em. 387]

(nc)

L-indirizzar tal-effetti globali u transreġjonali tal-bidla fil-klima li jkollhom impatt potenzjalment destabbilizzanti fuq l-iżvilupp, il-paċi u s-sigurtà. [Em. 388]

PROSPERITÀ

5.

Tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli, kif ukoll impjieg deċenti

(a)

Għoti ta' appoġġ lill-intraprenditorija, inkluż permezz tal-mikrofinanzjament, lill-impjieg deċenti u lill-impjegabbiltà permezz tal-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi, inklużi l-edukazzjoni, it-titjib tal-applikazzjoni sħiħa tal-istandards tax-xogħol tal-ILO inkluż id-djalogu soċjali l-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal, tal-kundizzjonijiet tax-xogħol f'ambjent b'saħħtu , tal-pagi li jiggarantixxu l-għajxien kif ukoll il-ħolqien ta' opportunitajiet, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ; [Em. 389]

(b)

Għoti ta' appoġġ lill-perkorsi għall-iżvilupp nazzjonali li jimmassimizzaw l-eżiti u l-impatti soċjali pożittivi, u jippromwovu tassazzjoni progressiva effettiva u sostenibbli u politiki pubbliċi ridistributtivi , u l-istabbiliment u t-tisħiħ ta' sistemi tal-protezzjoni soċjali sostenibbli u ta' skemi tal-assigurazzjoni soċjali ; għoti ta' appoġġ lill-isforzi fil-livelli nazzjonali u internazzjonali biex jiġu miġġielda l-evażjoni tat-taxxa u r-rifuġji fiskali; [Em. 390]

(c)

Titjib tal-klima kummerċjali u tal-investiment responsabbli biex jinħoloq ambjent regolatorju li jippermetti l-iżvilupp ekonomiku kif ukoll l-għoti ta' appoġġ lil kumpaniji, b'mod partikolari intrapriżi mikro, żgħar u medji , kooperattivi u intrapriżi soċjali biex jespandu n-negozju tagħhom u joħolqu l-impjiegi , jingħata appoġġ lill-iżvilupp ta' ekonomija solidali u tingħata spinta lill-obbligu ta' rendikont tas-settur privat ; [Em. 391]

(ca)

Il-promozzjoni tal-obbligu ta' rendikont korporattiv u l-mekkaniżmi ta' rimedju għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem relatati ma' attivitajiet tas-settur privat; l-għoti ta' appoġġ lil sforzi fil-livell lokali, reġjonali u globali biex tiġi żgurata l-konformità korporattiva mal-istandards tad-drittijiet tal-bniedem u mal-iżviluppi regolatorji, inkluż dwar diliġenza dovuta obbligatorja u strument internazzjonali vinkolanti dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem f'livell globali; [Em. 392]

(d)

Tisħiħ tas-sostennibbiltà tas-sostenibbiltà soċjali u ambjentali, ir-responsabbiltà soċjali korporattiva u ta' kondotta kummerċjali responsabbli tul il-ktajjen kollha tal-valur , filwaqt li jiġu żgurati l-kondiviżjoni tal-valur, il-prezzijiet ġusti u l-kundizzjonijiet tal-kummerċ ġust ; [Em. 393]

(e)

Żieda fl-effettività u s-sostenibbiltà tan-nefqa pubblika , inkluż permezz tal-promozzjoni tal-akkwist pubbliku sostenibbli; u promozzjoni ta' użu aktar strateġiku tal-finanzi pubbliċi, inklużi permezz ta' strumenti ta' taħlit biex jiġi attirat investiment addizzjonali mis-settur pubbliku u mis-settur privat; [Em. 394]

(f)

Tingħata spinta lill-potenzjal tal-bliet bħala ċentri għal tkabbir u innovazzjoni sostenibbli u inklużivi;

(g)

Il-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali interna, li ssawwar rabtiet aktar b'saħħithom bejn iż-żoni urbani u rurali u jiġi ffaċilitat l-iżvilupp kemm tal-industriji kreattivi kif ukoll tas-settur tat-turiżmu kulturali bħala ingranaġġ għall-iżvilupp sostenibbli; [Em. 395]

(h)

Tingħata spinta u jiġu diversifikati l-ktajjen tal-valur tal-agrikoltura u tal-ikel, promozzjoni tad-diversifikazzjoni sostenibbli u inklużivi , jiġu promossi s-sigurtà alimentari u d-diversifikazzjoni ekonomika, żieda iż-żieda tal-valur, integrazzjoni, kompetittività l-integrazzjoni reġjonali , il-kompetittività kummerċ reġjonali, kif ukoll tisħiħ ta’ innovazzjonijiet l-kummerċ ġust , u jissaħħu l-innovazzjonijiet sostenibbli, b'emissjonijiet baxxi ta’ karbonju u reżiljenti għat-tibdil fil-klima; [Em. 396]

(ha)

Issir enfasi fuq intensifikazzjoni agrikola ekoloġikament effiċjenti għal bdiewa żgħar, u b'mod partikolari n-nisa, billi jiġi pprovdut appoġġ għal politiki nazzjonali, strateġiji u oqfsa legali effettivi u sostenibbli, u għal aċċess ekwu u sostenibbli għar-riżorsi, inklużi l-art, l-ilma, (mikro) kreditu u inputs agrikoli oħra; [Em. 397]

(hb)

Jingħata appoġġ b'mod attiv lill-parteċipazzjoni akbar tas-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet tal-bdiewa fit-tfassil tal-politika u l-programmi ta' riċerka u jiżdied l-involviment tagħhom fl-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi tal-gvern; [Em. 398]

(i)

Għoti ta’ appoġġ lil ġestjoni sostenibbli tas-sajd u lil akkwakultura sostenibbli;

(j)

Trawwim ta' aċċess universali għall-enerġija sikura, affordabbli u sostenibbli, promozzjoni ta' ekonomija ċirkolari b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju, reżiljenti għat-tibdil fil-klima u effiċjenti fir-riżorsi, f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi dwar il-Klima; [Em. 399]

(k)

Il-promozzjoni ta’ mobbiltà intelliġenti, sostenibbli, inklużiv u sikura, kif ukoll it-titjib tal-konnettività tat-trasport mal-Unjoni;

(l)

Promozzjoni Il-promozzjoni ta' konnettività diġitali affordabbli, inklużiva , affidabbli affidabbli sikura , kif ukoll tisħiħ it-tisħiħ tal-ekonomija diġitali; il-promozzjoni tal-litteriżmu u l-ħiliet diġitali; it-trawwim ta' intraprenditorija diġitali u l-ħolqien tal-impjiegi; il-promozzjoni tal-użu ta' teknoloġiji diġitali bħala faċilitatur għall-iżvilupp sostenibbli; l-indirizzar taċ-ċibersigurtà, il-privatezza tad-data u kwistjonijiet regolatorji oħra marbuta mad-diġitalizzazzjoni; [Em. 400]

(m)

Żvilupp u tisħiħ tas-swieq u tas-setturi b'tali mod li jsaħħaħ it-tkabbir inklużiv u sostenibbli , u l-kummerċ ġust ; [Em. 401]

(n)

Għoti ta' appoġġ lill-aġenda dwar l-integrazzjoni reġjonali u lill-politiki kummerċjali ottimali favur żvilupp inklużiv u sostenibbli , kif ukoll għoti ta' appoġġ lill-konsolidazzjoni u lill-implimentazzjoni ta' ftehimiet kummerċjali ġusti bejn l-UE l-Unjoni u s-sħab tagħha , inklużi l-ftehimiet olistiċi u asimmetriċi mas-sħab tal-pajjiż li qed jiżviluppa ; il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-multilateraliżmu, tal-kooperazzjoni ekonomika sostenibbli kif ukoll tar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ; [Em. 402]

(o)

Promozzjoni tal-kooperazzjoni fl-oqsma tax-xjenza, tat-teknoloġija u tar-riċerka, kif ukoll tad-diġitalizzazzjoni, tad-data miftuħa tal-innovazzjoni , tal-big data tal-intelliġenza artifiċjali u l-innovazzjoni, inkluż l-iżvilupp tad-diplomazija tax-xjenza ; [Em. 403]

(p)

Promozzjoni ta' djalogu interkulturali u diversità kulturali fil-forom kollha tagħha, l-iżvilupp ta' artiġjanat lokali kif ukoll l-arti kontemporanji u l-espressjonijiet kulturali, il-preservazzjoni u l-promozzjoni tal-patrimonju kulturali; [Em. 404]

(q)

Għoti ta’ setgħa lin-nisa biex ikollhom rwol akbar fl-ekonomija u fit-teħid ta’ deċiżjonijiet;

(r)

Titjib tal-aċċess għal impjieg deċenti għal kulħadd f'ambjent b'saħħtu, u ħolqien ta' swieq tax-xogħol u politiki tal-impjiegi aktar inklużivi u li jiffunzjonaw sew, li jkunu orjentati lejn impjieg deċenti , lejn ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol, inklużi l-pagi li jiggarantixxu l-għajxien, għal kulħadd, speċjalment iż-żgħażagħ; [Em. 405]

(ra)

L-iżgurar li l-aċċess għal setturi tal-estrazzjoni jkun ġust u sostenibbli filwaqt li ma jkunx qed jikkontribwixxi għal kunflitti jew korruzzjoni; [Em. 406]

(s)

Il-promozzjoni ta' aċċess ġust, sostenibbli u mingħajr distorsjoni għas-setturi estrattivi tal-estrazzjoni; l-iżgurar ta' żieda fit-trasparenza, diliġenza dovuta u responsabbiltà tal-investitur filwaqt li jiġi promoss l-obbligu ta' rendikont tas-settur privat; l-applikazzjoni ta' miżuri li jakkumpanjaw lir-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli . [Em. 407]

PAĊI

6.

Sigurtà Paċi , stabbiltà sigurtà paċi stabbiltà

(a)

Kontribut għall-paċi u l-istabbiltà , il-prevenzjoni ta' kunflitti għalhekk għall-istabbiltà permezz tal-bini tar-reżiljenza tal-istati, is-soċjetajiet, il-komunitajiet u l-individwi għal pressjonijiet u skossi politiċi, ekonomiċi, ambjentali, demografiċi u soċjetali , inkluż permezz tal-appoġġ għall-valutazzjonijiet tar-reżiljenza mfassla biex jidentifikaw il-kapaċitajiet indiġeni fis-soċjetajiet li jippermettulhom jirreżistu u jadattaw għal dawn il-pressjonijiet u x-xokkijiet u jirkupraw malajr minnhom ; [Em. 409]

(aa)

Il-promozzjoni ta' kultura ta' nonvjolenza, inkluż billi tiġi appoġġata l-edukazzjoni dwar il-paċi formali u informali; [Em. 410]

(b)

Għoti ta' appoġġ lill-prevenzjoni ta' konflitti, lit-twissija bikrija u lill-konsolidazzjoni tal-paċi permezz ta' medjazzjoni, maniġġar ta' kriżijiet u stabilizzazzjoni u rikostruzzjoni ta' wara l-kunflitt, inkluż rwol imsaħħaħ għan-nisa f'dawn l-istadji kollha ; il-promozzjoni, l-iffaċilitar u l-bini tal-kapaċità fil-bini ta' fiduċja, il-medjazzjoni, id-djalogu u r-rikonċiljazzjoni, relazzjonijiet tajba ta' viċinat u miżuri oħra li jikkontribwixxu għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, b'mod partikolari fir-rigward ta' tensjonijiet interkomunitarji emerġenti kif ukoll miżuri ta' konċiljazzjoni bejn segmenti ta' soċjetajiet u kunflitti u kriżijiet imtawla; [Em. 411]

(ba)

L-appoġġ għar-riabilitazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid tal-vittmi ta' kunflitti armati kif ukoll id-diżarm, id-demobilizzazzjoni u l-integrazzjoni mill-ġdid ta' ex ġellieda u l-familji tagħhom fis-soċjetà ċivili, inklużi l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa; [Em. 412]

(bb)

It-tisħiħ tar-rwol tan-nisa u ż-żgħażagħ fil-konsolidazzjoni tal-paċi u l-prevenzjoni tal-kunflitti, u l-inklużjoni, il-parteċipazzjoni ċivili u politika sinifikanti u r-rikonoxximent soċjali tagħhom; l-appoġġ tal-implimentazzjoni tal-UNSCR 1325, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet fraġli, ta' kunflitt u ta' wara kunflitt; [Em. 413]

(c)

Għoti ta' appoġġ lir-riforma tas-settur tas-sigurtà sensittiva għall-kunflitti li gradwalment tipprovdi lill-individwi u lill-istat aktar sigurtà effettiva , demokratika u akkontabbli għall-iżvilupp sostenibbli u l-paċi ; [Em. 414]

(d)

Għoti ta’ appoġġ lill-bini tal-kapaċitajiet ta’ atturi militari b’sostenn għas-sigurtà u l-iżvilupp (CBSD); [Em. 415]

(da)

għoti ta' appoġġ għal inizjattivi ta' diżarm reġjonali u internazzjonali u għal sistemi u mekkaniżmi ta' kontroll tal-esportazzjoni tal-armi; [Em. 416]

(e)

Għoti ta' appoġġ lill-inizjattivi lokali, reġjonali u internazzjonali li jikkontribwixxu għas-sigurtà, l-istabbiltà u l-paċi kif ukoll ir-rabta ta' dawk l-inizjattivi differenti ; [Em. 417]

(f)

Prevenzjoni u ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti u għat-terroriżmu permezz ta' programmi u azzjonijiet speċifiċi għall-kuntest, sensittivi għall-kunflitti u għall-kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi u li jiffokaw fuq in-nies ; [Em. 418]

(fa)

Indirizzar tal-impatt soċjoekonomiku fuq il-popolazzjoni ċivili ta' mini kontra l-persunal, munizzjon li għadu ma splodiex jew fdalijiet splussivi tal-gwerra, inklużi l-ħtiġijiet tan-nisa; [Em. 419]

(fb)

Indirizzar tal-effetti soċjali jew tar-ristrutturar tal-forzi armati, inklużi l-ħtiġijiet tan-nisa; [Em. 420]

(fc)

Għoti ta' appoġġ għal tribunali lokali, nazzjonali, reġjonali u internazzjonali ad hoc, kummissjonijiet u mekkaniżmi għall-verità u r-rikonċiljazzjoni; [Em. 421]

(g)

Glieda kontra kull forma ta’ vjolenza, korruzzjoni, kriminalità organizzata u ħasil tal-flus;

(h)

Promozzjoni tal-kooperazzjoni transfruntiera rigward il-ġestjoni sostennibbli sostenibbli ta' riżorsi naturali kondiviżi f'konformità mad-dritt internazzjonali u tal-Unjoni ; [Em. 422]

(i)

Kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-użu paċifiku tal-enerġija nukleari, b'mod partikolari permezz tal-bini ta' kapaċità u l-iżvilupp tal-infrastruttura f'pajjiżi terzi fl-oqsma tas-saħħa, l-agrikoltura u s-sikurezza tal-ikel; kif ukoll appoġġ għall-azzjonijiet soċjali li jindirizzaw il-konsegwenzi fuq il-popolazzjoni l-iktar vulnerabbli esposta għal xi inċident radjoloġiku u bil-għan li jitjiebu l-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom; il-promozzjoni tal-ġestjoni tal-għarfien, it-taħriġ u l-edukazzjoni f'oqsma relatati man-nukleari . Tali attivitajiet għandhom jiġu żviluppati flimkien ma' dawk fl-ambitu tal-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari stabbilit mir-Regolament EINS ; [Em. 423]

j)

It-tisħiħ tas-sigurtà marittima u s-sikurezza marittimi sabiex ikunu possibbli oċeani bla periklu, sikuri, nodfa u ġestiti b'mod sostenibbli; [Em. 424]

(k)

Appoġġa għall-bini tal-kapaċità fiċ-ċibersigurtà, f’netwerks diġitali reżiljenti, fil-protezzjoni u l-privatezza tad-data.

SĦUBIJA

7.

Sħubija

(a)

Tisħiħ tas-sjieda mill-pajjiżi, tas-sħubija u tad-djalogu, sabiex jingħata kontribut għal aktar effettività fid-dimensjonijiet kollha tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (b’kunsiderazzjoni speċjali għall-isfidi speċifiċi tal-Pajjiżi l-Inqas Żviluppati u l-pajjiżi affettwati minn kunflitti, kif ukoll għall-isfidi tranżizzjonali speċifiċi ta’ pajjiżi fil-fażi aktar avvanzata ta’ żvilupp);

(b)

Approfondiment tad-djalogu politiku, ekonomiku, soċjali, ambjentali u kulturali bejn l-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet reġjonali, kif ukoll għoti ta’ appoġġ lill-implimentazzjoni ta’ impenji bilaterali u internazzjonali;

(c)

Tisħiħ ta’ relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien, integrazzjoni reġjonali, u konnettività, kooperazzjoni u djalogu msaħħa;

(ca)

Appoġġ u żieda fil-kooperazzjoni minn pajjiżi u reġjuni sħab ma' reġjuni ultraperiferiċi tal-viċinat tal-Unjoni u ma' pajjiżi u territorji extra-Ewropej koperti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill  (1) ta' […] dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea; [Em. 425]

(d)

Il-promozzjoni ta’ ambjent abilitanti għal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż fondazzjonijiet, it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni sinifikanti u strutturata tagħhom fil-politiki domestiċi u l-kapaċità tagħhom li jwettqu r-rwoli tagħhom bħala atturi indipendenti fl-iżvilupp u l-governanza; u t-tisħiħ ta’ modi ġodda ta’ sħubiji ma’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-promozzjoni ta’ djalogu sostantiv u strutturat mal-Unjoni u l-użu effettiv u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet direzzjonali tal-pajjiżi għall-involviment tal-UE tal-Unjoni mas-soċjetà ċivili; [Em. 426]

(e)

Involviment mal-awtoritajiet lokali u għoti ta’ appoġġ lir-rwol tagħhom bħala dawk li jfasslu l-politika u jieħdu d-deċiżjonijiet, biex tingħata spinta lill-iżvilupp lokali u lill-governanza aħjar;

(f)

Involviment aktar effettiv maċ-ċittadini u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi, inkluż billi jsir użu sħiħ mid-diplomazija ekonomika, kulturali , sportiva u pubblika; [Em. 427]

(g)

Involviment ta’ pajjiżi industrijalizzati u f’fażi aktar avvanzata ta’ żvilupp fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, beni pubbliċi u sfidi globali, inkluż fil-qasam tal-kooperazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u triangolari;

(h)

Tħeġġiġ ta’ integrazzjoni u kooperazzjoni reġjonali b’mod orjentat lejn ir-riżultati, permezz ta’ appoġġ għall-integrazzjoni reġjonali u d-djalogu.

B.   Speċifikament għaż-Żona tal-Viċinat

(a)

Promozzjoni ta’ kooperazzjoni politika msaħħa;

(b)

Għoti ta’ appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ ftehimiet ta’ assoċjazzjoni jew ftehimiet oħra eżistenti jew fil-futur, kif ukoll ta’ aġendi ta’ assoċjazzjoni miftiehma b’mod konġunt u prijoritajiet ta’ sħubija jew dokumenti ekwivalenti;

(c)

Promozzjoni ta’ sħubija msaħħa ma’ soċjetajiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab, inkluż permezz ta’ kuntatti bejn il-persuni;

(d)

Tisħiħ ta’ kooperazzjoni reġjonali, b’mod partikolari fi ħdan il-qafas tas-Sħubija tal-Lvant, l-Unjoni għall-Mediterran u l-kollaborazzjoni mal-Viċinat Ewropew kollu, kif ukoll il-kooperazzjoni transfruntiera;

(e)

Kisba ta’ integrazzjoni progressiva fis-suq intern tal-Unjoni u kooperazzjoni settorjali u transsettorjali msaħħa, inkluż permezz ta’ approssimazzjoni leġislattiva u konverġenza regolatorja lejn l-istandards tal-Unjoni u standards internazzjonali rilevanti oħra, kif ukoll aċċess aħjar għas-suq inkluż permezz ta’ oqsma profondi u komprensivi ta’ kummerċ ħieles, il-bini ta’ istituzzjonijiet u l-investiment relatati. [Em. 428]


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill …/… ta’ … dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u territorji barranin ma' l-Unjoni Ewropea…(ĠU …)

ANNESS III

OQSMA TA’ INTERVENT GĦALL-PROGRAMMI TEMATIĊI

1.   OQSMA TA’ INTERVENT GĦAD-DRITTIJIET TAL-BNIEDEM U D-DEMOKRAZIJA

Kontribut għall-avvanz tal-valuri fundamentali tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt, tal-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem, tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, tal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, tal-ugwaljanza u s-solidarjetà, u tar-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali. [Em. 429]

Possibbiltà ta’ kooperazzjoni u sħubija mas-soċjetà ċivili fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem u kwistjonijiet relatati mad-demokrazija, inkluż f’sitwazzjonijiet sensittivi u urġenti. Biex jintlaħqu l-għanijet ta’ hawn taħt, għandha tiġi żviluppata strateġija koerenti u olistika fil-livelli kollha. [Em. 430]

Rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għal kulħadd, li jikkontribwixxi għall-bini ta’ soċjetajiet li fihom ikunu prevalenti l-parteċipazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja u l-akkontabbilta, is-solidarjetà u l-ugwaljanza. Ir-rispett u l-osservazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għal kulħadd għandhom jiġu mmonitorjati, promossi u msaħħa f’konformità mal-prinċipji tal-universalità, l-indiviżibbiltà u l-interdipendenza tad-drittijiet tal-bniedem. L-ambitu tal-programm jinkludi d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali. L-isfidi għad-drittijiet tal-bniedem għandhom jiġu indirizzati filwaqt li tissaħħaħ is-soċjetà ċivili u jiġu protetti u jingħataw is-setgħa d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, anke fir-rigward tal-ambitu dejjem iżgħar għall-azzjonijiet tagħhom. [Em. 431]

Żvilupp, tisħiħ u protezzjoni tad-demokrazija, fejn jiġu indirizzati b’mod komprensiv l-aspetti kollha tal-governanza demokratika, inkluż ir-rinforz tal-pluraliżmu demokratiku, it-tisħiħ tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-għoti ta’ appoġġ lil proċessi elettorali kredibbli, inklużivi u trasparenti. Id-demokrazija għandha tissaħħaħ permezz tar-rispett għall-pilastri prinċipali tas-sistemi demokratiċi, inkluż l-istat tad-dritt, l-istandards u l-valuri demokratiċi, il-midja indipendenti, istituzzjonijiet akkontabbli u inklużivi, inklużi l-partiti politiċi u l-parlamenti, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. L-osservazzjoni elettorali għandha rwol sħiħ fl-appoġġ usa’ għall-proċessi demokratiċi. F'dan il-kuntest, l-osservazzjoni elettorali tal-UE għandha tkompli tkun komponent ewlieni tal-programm, bħalma għandu jkun il-każ ukoll tas-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet ta’ osservazzjoni elettorali tal-UE. [Em. 432]

Promozzjoni ta’ multilateraliżmu u sħubija strateġika effettivi, li jikkontribwixxu biex jiġu rinforzati l-kapaċitajiet tal-oqfsa internazzjonali, reġjonali u nazzjonali fil-promozjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt. Is-Sħubiji Strateġiċi għandhom jingħataw spinta, b’attenzjoni partikolari għall-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), il-Qorti Kriminali Internazzjonali (ICC) u l-mekkaniżmi reġjonali u nazzjonali rilevanti għad-drittijiet tal-bniedem. Barra minn hekk, il-programm għandu jippromwovi l-edukazzjoni u r-riċerka dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, inkluż permezz tal-Kampus Globali għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija. [Em. 433]

Taħt dan il-programm, l-Unjoni għandha tipprovdi assistenza biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokratizzazzjoni globali, reġjonali, nazzjonali u lokali fi sħubija mas-soċjetà ċivili fi ħdan l-oqsma strateġiċi ta' intervent li ġejjin:

1a.

Il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi u f'sitwazzjonijiet ta' urġenza fejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali huma l-aktar f'riskju, inkluż billi jiġu indirizzati l-ħtiġijiet ta' protezzjoni urġenti tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem b'mod flessibbli u komprensiv.

Il-fokus huwa fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-kwistjonijiet relatati mad-demokrazija li ma jistgħux jiġu indirizzati bi programmi ġeografiċi jew tematiċi oħra minħabba l-karattru sensittiv jew in-natura ta' emerġenza tagħhom. F'tali każijiet, il-prijorità għandha tkun li jiġi promoss ir-rispett għad-dritt internazzjonali rilevanti u li jiġu pprovduti appoġġ tanġibbli u mezzi ta' azzjoni lis-soċjetà ċivili lokali f'ċirkostanzi diffiċli ħafna. Għandha tingħata wkoll attenzjoni speċjali lit-tisħiħ ta' mekkaniżmu speċifiku għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem.

1b.

Ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali għal kulħadd, li jikkontribwixxi għall-bini ta' soċjetajiet li fihom ikunu prevalenti l-parteċipazzjoni, in-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza, il-ġustizzja soċjali, il-ġustizzja internazzjonali u l-obbligu ta' rendikont.

L-assistenza tal-Unjoni għandu jkollha l-kapaċità li tindirizza l-aktar kwistjonijiet politiċi sensittivi bħall-piena tal-mewt, it-tortura, il-libertà tal-espressjoni f'kuntesti restrittivi, id-diskriminazzjoni kontra gruppi vulnerabbli, kif ukoll il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tat-tfal (pereżempju, it-tħaddim tat-tfal, it-traffikar tat-tfal, il-prostituzzjoni tat-tfal u s-suldati tfal) u għandha tirrispondi għall-isfidi emerġenti u kumplessi bħall-protezzjoni tal-persuni spostati minħabba t-tibdil fil-klima, minħabba l-indipendenza ta' azzjoni tagħha u l-flessibbiltà għolja tagħha f'termini tal-modalitajiet ta' kooperazzjoni.

1c.

Il-konsolidazzjoni u l-appoġġ tad-demokrazija filwaqt li jiġu indirizzati l-aspetti kollha ta' governanza demokratika, inkluż it-tisħiħ tal-pluraliżmu demokratiku u tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, il-ħolqien ta' ambjent abilitanti għas-soċjetà ċivili, u l-appoġġ ta' proċessi elettorali kredibbli, inklużivi u trasparenti, b'mod partikolari permezz ta' MOE tal-UE.

Id-demokrazija għandha tissaħħaħ permezz tar-rispett għall-pilastri prinċipali tas-sistemi demokratiċi, inklużi l-istat tad-dritt, l-istandards u l-valuri demokratiċi, il-midja indipendenti, l-istituzzjonijiet responsabbli u inklużivi li jinkludu lill-partiti politiċi u l-parlamenti, kif ukoll settur tas-sigurtà responsabbli u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni. Il-prijorità għandha tkun li jiġi pprovdut appoġġ tanġibbli u mezzi ta' azzjoni lill-atturi politiċi li jwettqu l-attivitajiet tagħhom f'ċirkostanzi diffiċli ħafna. L-osservazzjoni elettorali għandha rwol sħiħ fl-appoġġ usa' tal-proċessi demokratiċi. F'dan il-kuntest, l-osservazzjoni elettorali tal-UE għandha tkompli tkun komponent ewlieni tal-programm, bħalma għandu jkun il-każ ukoll tas-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-MOE tal-UE. Fokus ieħor se jkun li jiġu appoġġati l-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali taċ-ċittadini u n-netwerks reġjonali tagħhom madwar id-dinja. Għandhom jissaħħu l-kapaċità u l-viżibbiltà tal-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali taċ-ċittadini fil-Viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Ewropa u tal-organizzazzjonijiet tal-pjattaforma reġjonali rispettivi, b'mod partikolari billi jiġi promoss programm ta' tagħlim bejn il-pari sostenibbli għall-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali indipendenti u mhux partiġġjani. L-Unjoni għandha tfittex li ttejjeb il-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet ta' osservazzjoni elettorali taċ-ċittadini domestiċi, tipprovdi edukazzjoni lill-votanti, litteriżmu medjatiku, programmi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-missjonijiet ta' osservazzjoni elettorali domestiċi u internazzjonali, u għandha tiddefendi l-kredibbiltà u l-fiduċja fl-istituti tal-elezzjoni u tal-osservazzjoni elettorali.

1d.

Il-promozzjoni ta' multilateraliżmu u sħubiji strateġiċi effettivi li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta' oqfsa internazzjonali, reġjonali u nazzjonali u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tal-atturi lokali fil-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt.

Is-sħubiji għad-drittijiet tal-bniedem li għandhom jiffokaw fuq it-tisħiħ tal-arkitettura tad-drittijiet tal-bniedem nazzjonali u internazzjonali, inkluż l-appoġġ lill-multilateraliżmu, peress li l-indipendenza u l-effettività tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR), tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) u tal-mekkaniżmi reġjonali rilevanti għad-drittijiet tal-bniedem huma essenzjali. L-appoġġ għall-edukazzjoni u r-riċerka dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija kif ukoll il-promozzjoni tal-libertà akkademika għandhom ikomplu, inkluż permezz tal-appoġġ lill-Kampus Globali għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija.

1e.

It-trawwim ta' sinerġiji u netwerking transreġjonali ġodda fost is-soċjetajiet ċivili lokali u bejn is-soċjetà ċivili u korpi u mekkaniżmi tad-drittijiet tal-bniedem rilevanti oħra sabiex tiġi massimizzata l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, u tinħoloq dinamika pożittiva.

Il-fokus għandu jitqiegħed fuq il-protezzjoni u l-promozzjoni tal-prinċipju tal-universalità, l-identifikazzjoni u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki dwar id-drittijiet tal-bniedem kollha, kemm jekk ċivili u politiċi, jew ekonomiċi, soċjali u kulturali, u l-libertajiet fundamentali, jiġifieri meta jiġu indirizzati sfidi ewlenin, inkluża s-sigurtà sostenibbli, il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-migrazzjoni irregolari u l-ispazju dejjem jiċkien għall-NGOs. Dan jirrikjedi sforz akbar biex tingħaqad flimkien firxa wiesgħa ta' partijiet interessati relatati mad-drittijiet tal-bniedem (pereżempju, is-soċjetà ċivili lokali u l-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, l-avukati, l-akkademiċi, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tan-nisa, sindakati) minn pajjiżi u kontinenti differenti li flimkien jistgħu joħolqu narrattiva pożittiva dwar id-drittijiet tal-bniedem b'effett multiplikatur.

1f.

L-Unjoni għandha tippromwovi aktar, fir-relazzjonijiet tagħha ma' pajjiżi terzi taħt l-istrument, l-isforzi internazzjonali lejn ftehim multilaterali li jipprojbixxi l-kummerċ ta' beni użati għat-tortura u għall-piena kapitali. [Em. 434]

2.   OQSMA TA’ INTERVENT GĦALL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAS-SOĊJETÀ ĊIVILI GĦAS-SOĊJETÀ ĊIVILI U L-AWTORITAJIET LOKALI [Em. 425]

1.

Spazju ċiviku inklużi Soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali inklużivi , parteċipatorju parteċipatorji , mogħi mogħtija s-setgħa u indipendenti għas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi sħab [Em. 436]

(a)

Ħolqien ta' ambjent li jippermetti l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-azzjoni minn naħa tas-soċjetà ċivili, inkluż billi jingħata appoġġ lill-parteċipazzjoni attiva tas-soċjetà ċivili fid-djalogu ta' politika permezz ta' fondazzjonijiet; [Em. 437]

(b)

Bini Għoti ta' appoġġ u bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi fondazzjonijiet, biex jaġixxu bħala atturi kemm tal-iżvilupp kif ukoll tal-governanza; [Em. 438]

(c)

Żieda fil-kapaċità tan-netwerks, tal-pjattaformi u tal-alleanzi tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi sħab.

(ca)

Il-bini tal-kapaċitajiet, il-koordinazzjoni u t-tisħiħ istituzzjonali għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali, inklużi n-netwerks tan-Nofsinhar tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet umbrella biex jinvolvu ruħhom fi ħdan l-organizzazzjonijiet tagħhom u bejn tipi differenti ta' partijiet interessati attivi fid-dibattitu pubbliku dwar l-iżvilupp, joħolqu djalogu mal-gvernijiet dwar il-politika pubblika u jieħdu sehem b'mod effettiv fil-proċess tal-iżvilupp. [Em. 439]

2.

Djalogu mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili dwar il-politika tal-iżvilupp u bejniethom [Em. 440]

(a)

Promozzjoni ta' fora ta' djalogu inklużivi b'diversi partijiet ikkonċernati inkluż u tisħiħ istituzzjonali tas-soċjetà ċivili u tan-netwerks tal-awtoritajiet lokali , inklużi l-interazzjoni u l-koordinazzjoni bejn iċ-ċittadini, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet lokali, l-Istati Membri, il-pajjiżi sħab u partijiet ikkonċernati ewlenin oħra; [Em. 441]

(b)

Possibbiltà ta’ kooperazzjoni u skambju tal-esperjenza bejn l-atturi fis-soċjetà ċivili;

(c)

Żgurar ta’ djalogu strutturat u ta’ sħubiji sostantivi u kontinwi mal-UE.

3.

Sensibilizzazzjoni, għarfien u involviment taċ-ċittadini Ewropej fir-rigward ta’ kwistjonijijiet relatati mal-iżvilupp

(a)

Għoti ta’ setgħa lin-nies biex jiżdied l-involviment tagħhom;

(b)

Mobilizzazzjoni tal-appoġġ pubbliku fl-Unjoni, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali għal tnaqqis tal-faqar u strateġiji ta' żvilupp sostenibbli u inklużivi fil-pajjiżi sħab. [Em. 442]

(ba)

Is-sensibilizzazzjoni dwar il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli, l-għarfien dwar il-ktajjen tal-provvista u l-effetti tal-kapaċità tal-akkwist taċ-ċittadini tal-Unjoni li tippermetti żvilupp sostenibbli. [Em. 443]

3a.

Il-provvista ta' servizzi soċjali bażiċi mogħtija lill-popolazzjonijiet fil-bżonn

Interventi f'pajjiżi sħab li jappoġġaw lil gruppi vulnerabbli u marġinalizzati billi jipprovdu servizzi soċjali bażiċi bħas-saħħa – inklużi n-nutrizzjoni, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali u l-aċċess għall-ilma sikur, is-sanità u l-iġjene mogħtija permezz tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali. [Em. 444]

3b.

Tisħiħ tar-rwol tal-awtoritajiet lokali bħala atturi tal-iżvilupp permezz ta':

(a)

żieda fil-kapaċità tal-Unjoni u n-netwerks, il-pjattaformi u l-alleanzi tal-awtoritajiet lokali tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw sabiex jiġu żgurati djalogu ta' politika sostantiv u kontinwu u parteċipazzjoni effettiva fil-qasam tal-iżvilupp u tiġi promossa governanza demokratika, b'mod partikolari permezz tal-Approċċ Territorjali għall-Iżvilupp Lokali;

(b)

żieda fl-interazzjonijiet maċ-ċittadini tal-Unjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp (sensibilizzazzjoni, kondiviżjoni tal-għarfien u involviment, inkluż permezz tal-adozzjoni ta' kriterji ta' sostenibbiltà fl-akkwist pubbliku), b'mod partikolari rigward dawk relatati mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, inkluż fl-Unjoni, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali;

(c)

żieda fis-sjieda u l-assorbiment tal-għajnuna permezz ta' programmi ta' taħriġ fil-pajjiż għall-ħaddiema taċ-ċivil tal-awtoritajiet lokali dwar kif japplikaw għal finanzjament mill-Unjoni. [Em. 445]

3.   OQSMA TA’ INTERVENT GĦALL-ISTABBILTÀ GĦALL-KONSOLIDAZZJONI TAL-PAĊI, GĦALL-PREVENZJONI TAL-KUNFLITTI L-PAĊI GĦALL-ISTABBILTÀ [Em. 446]

1.

Assistenza għall-prevenzjoni tal-konflitti, il-konsolidazzjoni tal-paċi u t-tħejjija għall-kriżijiet

L-Unjoni għandha tipprovdi assistenza teknika u finanzjarja li tkopri l-appoġġ għal miżuri mmirati lejn il-bini u t-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni u tas-sħab tagħha biex jevitaw il-kunflitt, jikkonsolidaw il-paċi u jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' qabel u wara kriżijiet f'koordinazzjoni mill-qrib man-Nazzjonijiet Uniti u organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u sottoreġjonali oħra, kif ukoll mal-Istat u mal-atturi fis-soċjetà ċivili, b'relazzjoni b'rabta mal-isforzi tagħhom prinċipalment fl-oqsma li ġejjin, inkluż attenzjoni speċifika tan-nisa għall-ugwaljanza bejn is-sessi, għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ : [Em. 447]

(a)

twissija bikrija u analiżi tar-riskju sensittiva għall-kunflitti; bini tal-fiduċja, medjazzjoni, djalogu fit-tfassil tal-politika miżuri ta’ rikonċiljazzjoni fl-implimentazzjoni tagħha ; [Em. 448]

(aa)

il-faċilitazzjoni u l-bini tal-kapaċità fit-tisħiħ tal-fiduċja, medjazzjoni, djalogu u miżuri ta' rikonċiljazzjoni, b'attenzjoni partikolari għal tensjonijiet interkomunitarji emerġenti, speċjalment il-prevenzjoni tal-ġenoċidju u r-reati kontra l-umanità; [Em. 449]

(ab)

tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-parteċipazzjoni u l-iskjerament fil-missjonijiet ta' stabbilizzazzjoni ċivili; tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-Unjoni, tas-soċjetà ċivili u tas-sħab tal-Unjoni għall-parteċipazzjoni u l-iskjerament ta' missjonijiet ċivili taż-żamma tal-paċi u tal-konsolidazzjoni tal-paċi; skambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki dwar il-konsolidazzjoni tal-paċi, l-analiżi tal-kunflitti, it-twissija bikrija jew it-taħriġ u t-twettiq ta' servizzi [Em. 450]

(b)

irkupru appoġġ tal-irkupru wara konflitt kunflitt, inkluż l-indirizzar tal-kwistjoni ta' persuni nieqsa f'sitwazzjonijiet ta' wara kunflitt, u l-appoġġ għall-implimentazzjoni ta' ftehimiet multilaterali rilevanti li jindirizzaw il-mini u l-fdalijiet splussivi tal-gwerra kif ukoll irkupru wara diżastru b'rilevanza għas-sitwazzjoni politika u ta' sigurtà ; [Em. 451]

(c)

konsolidazzjoni l-appoġġ għall-konsolidazzjoni tal-paċi u azzjonijiet ta' appoġġ l-azzjonijiet għall-bini tal-istat , inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili lokali u internazzjonali, stati u organizzazzjonijiet internazzjonali ; u l-iżvilupp ta' djalogi strutturali bejniethom f'diversi livelli, bejn is-soċjetà ċivili lokali u l-pajjiżi sħab, u mal-Unjoni; [Em. 452]

(d)

prevenzjoni tal-kunflitti u r-rispons għall-kriżijiet;

(da)

it-tnaqqis tal-użu tar-riżorsi naturali għall-finanzjament tal-kunflitti, u l-appoġġ tal-konformità tal-partijiet ikkonċernati ma' inizjattivi bħall-Iskema ta' Ċertifikazzjoni Kimberley Process u li jinkludu dawk relatati mar-Regolament (UE) 2017/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 li jistabbilixxi obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista għall-importaturi tal-Unjoni ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli  (1) , speċjalment fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' kontrolli domestiċi effiċjenti fuq il-produzzjoni tar-riżorsi naturali u l-kummerċ tagħhom; [Em. 453]

(e)

Bini tal-Kapaċità fil-qasam tas-Sigurtà u l-Iżvilupp (CBSD) tal-atturi militari b'appoġġ għall-iżvilupp għas-sigurtà għall-iżvilupp . [Em. 454]

(ea)

l-għoti ta' appoġġ għal azzjonijiet li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, b'mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni tal-UNSCR 1325 u 2250 kif ukoll il-parteċipazzjoni u r-rappreżentanza tan-nisa u ż-żgħażagħ fi proċessi ta' paċi formali u informali; [Em. 455]

(eb)

l-għoti ta' appoġġ għal azzjonijiet li jippromwovu kultura ta' nonvjolenza, inkluża l-edukazzjoni formali u mhux formali dwar il-paċi; [Em. 456]

(ec)

l-għoti ta' appoġġ għal azzjonijiet li jsaħħu r-reżiljenza tal-istati, is-soċjetajiet, il-komunitajiet u l-individwi, inklużi valutazzjonijiet tar-reżiljenza mfassla biex jidentifikaw il-kapaċitajiet endoġeni fis-soċjetajiet li jippermettulhom jirreżistu u jadattaw għall-pressjonijiet u x-xokkijiet u jirkupraw malajr minnhom; [Em. 457]

(ed)

appoġġ għat-tribunali kriminali internazzjonali u t-tribunali nazzjonali ad hoc, għall-kummissjonijiet tal-verità u tar-rikonċiljazzjoni, u għall-ġustizzja tranżizzjonali u mekkaniżmi oħra għas-soluzzjoni legali ta' talbiet marbutin mad-drittijiet tal-bniedem u d-dikjarazzjoni u l-aġġudikazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà, stabbiliti f'konformità mal-istandards internazzjonali fl-oqsma tad-drittijet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt; [Em. 458]

(ee)

l-appoġġ għall-miżuri biex jiġi miġġieled l-użu illegali tal-armi tan-nar, tal-armi ħfief u ta' kalibru żgħir u l-aċċess għalihom; [Em. 459]

Il-miżuri f'dan il-qasam:

(a)

għandhom jinkludu t-trasferiment tal-għarfien espert, l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki, il-valutazzjoni tar-riskju jew tat-theddid, ir-riċerka u l-analiżi, is-sistemi ta' twissija bikrija, it-taħriġ u l-għoti ta' servizzi;

(b)

għandhom jikkontribwixxu għall-iżvilupp ulterjuri ta' djalogu strutturali dwar kwistjonijiet ta' konsolidazzjoni tal-paċi;

(c)

jistgħu jinkludu assistenza teknika u finanzjarja għall-applikazzjoni tal-azzjonijiet ta' appoġġ għall-konsolidazzjoni tal-paċi u ta' bini tal-istat. [Esm. 460]

2.

Assistenza fl-indirizzar ta’ theddid u thedded emerġenti globali u transreġjonali

L-Unjoni għandha tipprovdi assistenza teknika u finanzjarja biex tappoġġa l-isforzi tas-sħab u l-azzjonijiet tal-Unjoni fl-indirizzar ta’ theddid globali theddid emerġenti globali transreġjonali transreġjonali, prinċipalment theddid emerġenti fl-oqsma li ġejjin: [Em. 461]

(a)

theddid għal-liġi u l-ordni, u għas-sigurtà u s-sikurezza tal-individwi, inkluż it-terroriżmu, l-estremiżmu vjolenti, il-kriminalità organizzata, iċ-ċiberkriminalità, it-theddid ibridu u t-traffikar, il-kummerċ u t-tranżitu illeċiti , b'mod partikolari t-tisħiħ tal-kapaċità tal-infurzar tal-liġi u tal-awtoritajiet ġudizzjarji u ċivili involuti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata, inkluża ċ-ċiberkriminalità, u l-forom kollha ta' traffikar illeċitu u fil-kontroll effettiv ta' kummerċ illegali u ta' tranżitu.

Għandha tingħata prijorità lill-kooperazzjoni transreġjonali li tinvolvi żewġ pajjiżi terzi jew aktar li urew li għandhom rieda politika ċara biex jindirizzaw il-problemi li jinqalgħu. Il-miżuri għandhom ipoġġu enfasi partikolari fuq governanza tajba u għandhom ikunu f'konformità mad-dritt internazzjonali. Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra t-terroriżmu tista' titwettaq ukoll ma' pajjiżi u reġjuni individwali jew ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u subreġjonali. Fir-rigward tal-assistenza lill-awtoritajiet involuti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, għandha tingħata prijorità lill-miżuri ta' appoġġ li jikkonċernaw l-iżvilupp u t-tisħiħ tal-liġijiet kontra t-terroriżmu, l-implimentazzjoni u l-prattika tal-liġi finanzjarja, tal-liġi doganali u tal-liġi tal-immigrazzjoni, l-iżvilupp tal-proċeduri tal-infurzar tal-liġi li huma allinjati mal-ogħla standards internazzjonali u li jikkonformaw mad-dritt internazzjonali, it-tisħiħ tal-kontroll demokratiku u l-mekkaniżmi ta' sorveljanza istituzzjonali, u l-prevenzjoni tar-radikaliżmu vjolenti. Fir-rigward tal-assistenza relatata mal-problema tad-drogi, għandha tingħata attenzjoni xierqa lill-kooperazzjoni internazzjonali li għandha l-għan li tippromwovi l-aħjar prattiki relatati mat-tnaqqis tad-domanda, tal-produzzjoni u tal-periklu. [Em. 462]

(b)

theddid għall-ispazji pubbliċi, l-infrastruttura kritika, inkluż it-trasport internazzjonali, li jinkludi t-traffiku tal-passiġġieri u tal-merkanzija, l-operazzjonijiet tal-enerġija u d-distribuzzjoni tal-enerġija, is-sigurtà ċibernetika, is-saħħa pubblika , li tinkludi l-epidemiji mhux mistennija b'impatt transnazzjonali potenzjali, jew għall-istabbiltà ambjentali, theddidt theddid għas-sigurtà marittima, theddid globali u transreġjonali li ġej minn impatti tat-tibdil fil-klima li jkollu impatt potenzjalment destabilizzanti fuq il-paċi u s-sigurtà ; [Em. 463]

(c)

mitigazzjoni kontra riskji, kemm jekk ikunu ta' oriġini intenzjonali, aċċidentali jew naturali, relatati ma' materjali kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, jew inkella aġenti u riskji relatati ma' installazzjonijiet jew siti , b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

(1)

l-appoġġ u l-promozzjoni tal-attivitajiet ċivili ta' riċerka bħala alternattiva għar-riċerka relatata mad-difiża;

(2)

it-tisħiħ tal-prattiki tas-sigurtà relatati mal-faċilitajiet ċivili fejn il-materjali jew l-aġenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari sensittivi jinħażnu jew jiġu ġestiti fil-kuntest tal-programmi ta' riċerka ċivili;

(3)

l-għoti ta' appoġġ, fi ħdan il-qafas tal-politiki ta' kooperazzjoni tal-Unjoni u l-għanijiet tagħhom, lill-istabbiliment tal-infrastruttura ċivili u l-istudji ċivili rilevanti meħtieġa għaż-żarmar, ir-rimedju jew il-konverżjoni ta' faċilitajiet u siti relatati mal-armi fejn dawn huma ddikjarati bħala li ma għadhomx jagħmlu parti minn programm ta' difiża;

(4)

it-tisħiħ tal-kapaċità tal-awtoritajiet ċivili kompetenti involuti fl-iżvilupp u l-infurzar tal-kontroll effettiv tat-traffikar illeċitu f'materjali jew aġenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (inkluż it-tagħmir għall-produzzjoni jew it-twassil tagħhom);

(5)

l-iżvilupp tal-qafas legali u tal-kapaċitajiet istituzzjonali għall-istabbiliment u l-infurzar tal-kontrolli effettivi fuq l-esportazzjoni, b'mod partikolari fuq oġġetti b'użu doppju, inklużi miżuri ta' kooperazzjoni reġjonali u fir-rigward tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-Kummerċ tal-Armi u l-promozzjoni tal-adeżjoni miegħu;

(6)

l-iżvilupp ta' tħejjija għal diżastri, ippjanar ta' emerġenza u rispons għall-kriżijiet ċivili effettivi, u kapaċitajiet għall-miżuri ta' tindif.

Tali attivitajiet għandhom jiġu żviluppati flimkien ma' dawk fl-ambitu tal-Istrument Ewropew għas-Sikurezza Nukleari stabbilit mir-Regolament UE …/… [Regolament EINS]. [Em. 464]

(d)

Bini tal-Kapaċità fil-qasam tas-Sigurtà u l-Iżvilupp (CBSD) tal-atturi militari b'appoġġ għall-iżvilupp għas-sigurtà għall-iżvilupp . [Em. 465]

4.   OQSMA TA’ INTERVENT GĦALL-ISFIDI GLOBALI

A.   NIES

1.   Saħħa

(a)

Żvilupp tal-elementi kruċjali ta' sistema tas-saħħa effettiva u komprensiva li jistgħu jiġu indirizzati l-aħjar fil-livell supranazzjonali, biex jiġi żgurat aċċess ekwu , affordabbli, inklużiv u universali għas-servizzi tas-saħħa pubblika u għas-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi; [Em. 466]

(aa)

Promozzjoni, forniment u espansjoni tas-servizzi essenzjali u tas-servizzi ta' appoġġ psikoloġiku għall-vittmi tal-vjolenza, b'mod partikolari n-nisa u t-tfal vittmi ta' stupru; [Em. 467]

(b)

Rinforz ta’ inizjattivi globali ewlenin li jippermettu kopertura universali tas-saħħa, permezz ta’ tmexxija globali f’approċċ “is-saħħa fil-politiki kollha” b’kontinwità tal-kura, inkluż il-promozzjoni tas-saħħa mill-prevenzjoni sa wara t-trattament;

(c)

Indirizzar tas-sigurtà globali tas-saħħa permezz tar-riċerka tal-mard li jittieħed, inkluż dwar mard relatat mal-faqar u traskurat - u l-kontroll tal-mard li jittieħed tiegħu, billi jiġu miġġielda dan il-mar u l-mediċini foloz , il-konkretizzazzjoni tal-għarfien fi prodotti sikuri, aċċessibbli u affordabbli u f'politiki li jindirizzaw il-piż tal-mard dejjem jinbidel l-immunizzazzjoni, l-ispettru wiesa' tal-piż persistenti tal-infezzjonijiet, il-mard u l-epidemiji emerġenti u riemerġenti u r-reżistenza għall-antimikrobiċi (mard mhux komunikabbli, il-forom kollha ta' malnutrizzjoni u l-fatturi ta' riskju ambjentali), u l-forma tas-swieq globali biex jitjieb l-aċċess għall-komoditajiet essenzjali tas-saħħa u għas-servizzi tas-saħħa, speċjalment fir-rigward tas-saħħa sesswali u riproduttiva. [Em. 468]

(ca)

L-appoġġ għal inizjattivi biex jiżdied l-aċċess għal mediċini sikuri, effiċjenti u affordabbli (li jinkludu mediċini ġeneriċi), dijanjostika u teknoloġiji tas-saħħa relatati u l-użu tal-għodod disponibbli kollha biex jitnaqqas il-prezz tal-mediċini li jsalvaw il-ħajja u d-dijanjostika. [Em. 469]

(cb)

It-trawwim ta' saħħa tajba u l-ġlieda kontra l-mard li jittieħed billi jissaħħu s-sistemi tas-saħħa u jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll billi jissaħħaħ il-fokus fuq il-prevenzjoni u l-indirizzar tal-mard li jista' jiġi evitat bit-tilqim; [Em. 470]

2.   Edukazzjoni

(a)

Promozzjoni tal-ilħuq tal-għanijiet miftiehma internazzjonalment fl-edukazzjoni u tal-ġlieda kontra l-faqar edukattiv permezz tal-isforzi globali konġunti għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità tajba li jkunu inklużivi u ekwi fil-livelli kollha, għall-etajiet kollha, inkluż fl-iżvilupp bikri tat-tfal, f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u ta' kriżi u bi prijorità partikolari għat-tisħiħ tas-sistemi pubbliċi tal-edukazzjoni mingħajr ħlas ; [Em. 471]

(b)

Tisħiħ tal-għarfien, ir-riċerka u l-innovazzjoni, il-ħiliet u l-valuri permezz ta' sħubiji u alleanzi, għall-finijiet ta' ċittadinanza attiva u produttiva kif ukoll ta' soċjetajiet soċjetajiet produttivi, edukati, demokratiċi, inklużivi u reżiljenti; [Em. 472]

(c)

Għoti ta' appoġġ lill-azzjoni globali għat-tnaqqis tal-inugwaljanza tad-diskriminazzjoni u l-inugwaljanzi fid-dimensjonijiet kollha tagħha, bħad-diskrepanzi bejn il-bniet/in-nisa u s-subien/l-irġiel, biex jiġi żgurat li kulħadd ikollu opportunità ugwali biex jipparteċipa fil-ħajja ekonomika , politika, soċjali u kulturali . [Em. 473]

(ca)

Għoti ta' appoġġ lill-isforzi u t-titjib tal-prattiki tajba adottati mill-atturi tas-soċjetà ċivili biex tiġi żgurata edukazzjoni inklużiva u ta' kwalità f'ambjenti fraġli fejn l-istrutturi ta' governanza huma dgħajfa. [Em. 474]

(cb)

L-appoġġ għal azzjonijiet, u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni, fil-qasam tal-isport li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u taż-żgħażagħ, l-individwi u l-komunitajiet kif ukoll għall-għanijiet tas-saħħa, tal-edukazzjoni u tal-inklużjoni soċjali tal-Aġenda 2030; [Em. 475]

3.   Nisa u tfal [Em. 476]

(a)

Tmexxija u għoti ta' appoġġ lill-inizjattivi lokali, nazzjonali u reġjonali u lill-isforzi globali, lis-sħubiji u  lill-alleanzi għad-drittijiet tan-nisa kif stabbilit fil-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa u l-Protokoll Fakultattiv tagħha biex jiġu eliminati l-forom kollha ta' vjolenza , il-prattiki dannużi u l-forom kollha ta' diskriminazzjoni fil-konfront tan-nisa u l-bniet; dan jinkludi vjolenza fiżika, psikoloġika, sesswali, ekonomika , politika u tipi oħra ta' vjolenza u diskriminazzjoni, inkluża l-esklużjoni li n-nisa jiffaċċjaw fl-oqsma differenti tal-ħajja privata u pubblika tagħhom; [Em. 477]

(aa)

L-indirizzar tal-kawżi fundamentali tal-inugwaljanzi bejn is-sessi bħala mezz ta' appoġġ għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-konsolidazzjoni tal-paċi; promozzjoni tat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, inkluż fir-rwoli tagħhom bħala atturi għall-iżvilupp u bennejja tal-paċi; it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet biex jiġu jissaħħu l-vuċijiet u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-ħajja soċjali, ekonomika, politika u ċivika; [Em. 478]

(ab)

Il-promozzjoni tal-protezzjoni u l-issodisfar tad-drittijiet tan-nisa u tal-bniet, inklużi d-drittijiet ekonomiċi, tax-xogħol, soċjali u politiċi, u s-saħħa u d-drittijiet sesswali u riproduttivi, inklużi s-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttivi, l-edukazzjoni u l-provvisti. [Em. 479]

(b)

Promozzjoni ta’ inizjattivi ġodda biex jiġu ffurmati sistemi aktar b’saħħithom ta’ protezzjoni tat-tfal f’pajjiżi terzi, l-iżgurar li t-tfal ikunu protetti mill-vjolenza, l-abbuż u n-negliġenza fl-oqsma kollha, inkluż billi tiġi promossa t-tranżizzjoni minn indukrar istituzzjonali tat-tfal għal indukrar tat-tfal ibbbażat fil-komunità. [Em. 480]

3a.     It-tfal u ż-żgħażagħ

(a)

Il-promozzjoni ta' inizjattivi ġodda biex jiġu ffurmati sistemi aktar b'saħħithom ta' protezzjoni tat-tfal f'pajjiżi terzi, li jiżguraw li t-tfal jibdew ħajjithom bl-aħjar mod possibbli u jkunu protetti mill-vjolenza, l-abbuż u n-negliġenza fl-oqsma kollha, inkluż billi tiġi promossa t-tranżizzjoni minn indukrar istituzzjonali tat-tfal għal indukrar tat-tfal ibbbażat fil-komunità.

(b)

Il-promozzjoni tal-aċċess għal servizzi soċjali bażiċi għat-tfal u ż-żgħażagħ, inklużi dawk l-aktar marġinalizzati, b'enfasi fuq is-saħħa, in-nutrizzjoni, l-edukazzjoni, l-iżvilupp bikri tat-tfal u l-protezzjoni soċjali, u inklużi s-servizzi tas-saħħa sesswali u riproduttiva, l-informazzjoni u l-provvisti, is-servizzi ddedikati għaż-żgħażagħ u l-edukazzjoni komprensiva dwar is-sesswalità, in-nutrizzjoni, l-edukazzjoni u l-protezzjoni soċjali;

(c)

Il-promozzjoni tal-aċċess taż-żgħażagħ għall-ħiliet, l-impjiegi diċenti u ta' kwalità permezz tal-edukazzjoni, tat-taħriġ vokazzjonali u tekniku, u tal-aċċess għat-teknoloġiji diġitali; l-appoġġ għall-intraprenditorija taż-żgħażagħ u l-promozzjoni tal-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli b'kundizzjonijiet tax-xogħol diċenti;

(d)

Il-promozzjoni ta' inizjattivi li jagħtu setgħa liż-żgħażagħ u lit-tfal, u jappoġġaw politiki u azzjonijiet li jiggarantixxu l-inklużjoni tagħhom, il-parteċipazzjoni ċivili u politika sinifikanti u r-rikonoxximent soċjali, filwaqt li jirrikonoxxu l-potenzjal reali tagħhom bħala aġenti pożittivi tal-bidla f'oqsma bħall-paċi, is-sigurtà, l-iżvilupp sostenibbli, it-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent u l-qerda tal-faqar. [Em. 481]

4.   Migrazzjoni , mobbiltà u ċaqliq sfurzat [Em. 482]

(a)

Żgurar ta' tmexxija kontinwata tal-UE fil-formazzjoni tal-aġenda globali dwar il-governanza tal-migrazzjoni u taċ-ċaqliq sfurzat fid-dimensjonijiet kollha tagħhom , biex tiġi ffaċilitata migrazzjoni sikura, ordnata u regolari ; [Em. 483]

(b)

Tmexxija u għoti ta' appoġġ lid-djalogi ta' politika globali u transreġjonali, inkluż dwar migrazzjoni Nofsinhar-Nofsinhar u l-iskambju u l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni u ċ-ċaqliq sfurzat; [Em. 484]

(c)

Għoti ta’ appoġġ lill-implimentazzjoni ta’ impenji internazzjonali u tal-UE rigward il-migrazzjoni u ċ-ċaqliq sfurzat, inkluż bħala segwitu għall-Patt Globali għall-Migrazzjoni u l-Patt Globali dwar ir-Rifuġjati;

(d)

Titjib tal-bażi globali tal-evidenza, inkluż ir-rabta bejn il-migrazzjoni u l-iżvilupp, u bidu ta’ azzjonijiet ta’ karattru pilota bl-għan li jiġu żviluppati approċċi operazzjonali innovattivi fil-qasam tal-migrazzjoni u taċ-ċaqliq sfurzat.

(da)

Il-kooperazzjoni f'dan il-qasam għandha tadotta approċċ ibbażat fuq id-drittijiet tal-bniedem u tkun ġestita f'koerenza mal-[Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil], b'rispett sħiħ tad-dinjità tal-bniedem u tal-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp. [Em. 485]

5.   Impjieg deċenti, protezzjoni soċjali u inugwaljanza

(a)

Formazzjoni tal-aġenda globali u għoti ta’ appoġġ lill-inizjattivi tal-integrazzjoni ta’ pilastru b’saħħtu dwar l-ekwità u l-ġustizzja soċjali, f’konformità mal-valuri Ewropej;

(b)

Kontribut għall-aġenda globali dwar l-impjieg deċenti għal kulħadd f'ambjent b'saħħtu, fuq il-bażi tal-istandards bażiċi tax-xogħol tal-ILO, inkluż id-djalogu soċjali, il-pagi li jiggarantixxu l-għajxien u l-ġlieda kontra t-tħaddim tat-tfal , b'mod partikolari fi ktajjen billi l-ktajjen globali tal-valur t-tisħiħ tal-għarfien isiru sostenibbli u responsabbli, abbażi ta' obbligi orizzontali tad-diliġenza dovuta , u  jissaħħaħ l-għarfien dwar politiki tal-impjiegi effettivi li jirreaġixxu għall-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, inklużi l-ETV u t-tagħlim tul il-ħajja; [Em. 486]

(ba)

l-appoġġ għal inizjattivi globali dwar in-negozju u d-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-obbligu ta' rendikont korporattiv għall-ksur tad-drittijiet u l-aċċess għar-rimedji; [Em. 487]

(c)

Għoti ta' appoġġ lill-inizjattivi globali dwar il-protezzjoni soċjali universali li jirrispettaw il-prinċipji tal-effiċjenza, tas-sostenibbiltà u tal-ekwità, inklużjoni ta' appoġġ biex tiġi indirizzata l-inugwaljanza u tiġi żgurata l-koeżjoni soċjali , b'mod partikolari bl-istabbiliment u t-tisħiħ tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali sostenibbli, l-iskemi tal-assigurazzjoni soċjali, u b'riforma fiskali, it-tisħiħ tal-kapaċità tas-sistemi tat-taxxa u l-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa ; [Em. 488]

(d)

Kontinwità tar-riċerka u l-iżvilupp globali permezz tal-innovazzjoni soċjali li ssaħħaħ l-inklużjoni soċjali u tindirizza l-ħtiġijiet tat-taqsimiet l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà.

6.   Kultura

(a)

Promozzjoni ta' inizjattivi għad-diversità kulturali u d-djalogu , id-djalogu interkulturali u  interreliġjuż għal relazzjonijiet interkomunitarji paċifiċi; [Em. 489]

(b)

Għoti ta' appoġġ lill-kultura u lill-espressjoni kreattiva u artistika bħala katalist għal żvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli, u għar-rinforz tal-kooperazzjoni fir-rigward tal-patrimonju kulturali u l-arti kontemporanja u espressjonijiet kulturali oħra u tal-preservazzjoni tagħhom; [Em. 490]

(ba)

Żvilupp tal-artiġjanat lokali, bħala mezz biex jiġi ppreservat il-patrimonju kulturali lokali. [Em. 491]

(bb)

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni dwar is-salvagwardja, il-konservazzjoni u t-titjib tal-wirt kulturali, inkluża l-preservazzjoni ta' wirt kulturali partikolarment vulnerabbli, b'mod partikolari minn komunitajiet minoritarji u iżolati u popli indiġeni; [Em. 492]

(bc)

L-appoġġ għal inizjattivi għar-ritorn ta' proprjetà kulturali lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom jew ir-restituzzjoni tagħhom f'każ ta' approprjazzjoni illeċita. [Em. 493]

(bd)

L-appoġġ tal-kooperazzjoni kulturali mal-Unjoni, inkluż permezz ta' skambji, sħubiji u inizjattivi oħra u r-rikonoxximent tal-professjonaliżmu tal-awturi, l-artisti u l-operaturi kulturali u kreattivi; [Em. 494]

(be)

L-appoġġ tal-kooperazzjoni u tas-sħubiji fost l-organizzazzjonijiet tal-isport; [Em. 495]

B.   IL-PJANETA

1.   Żgurar ta’ ambjent b’saħħtu u indirizzar tat-tibdil fil-klima

(a)

Tisħiħ tal-klima globali u tal-governanza ambjentali, l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-Tibdil fil-Klima, il-Konvenzjonijiet ta’ Rio u ta’ ftehimiet ambjentali multilaterali oħra;

(b)

Kontribut għall-projezzjoni esterna tal-politiki ambjentali u l-politiki dwar it-tibdil fil-klima tal-Unjoni b'rispett sħiħ għall-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp ; [Em. 496]

(c)

Integrazzjoni tal-għanijiet ambjentali, tat-tibdil fil-klima u tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri fil-politiki, il-pjanijiet u l-investimenti, inkluż permezz ta' għarfien u informazzjoni aħjar , inkluż fil-programmi jew fil-miżuri ta' kooperazzjoni interreġjonali bejn il-pajjiżi u r-reġjuni sħab fuq naħa, u r-reġjuni ultraperiferiċi tal-viċinat u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej koperti mid-Deċiżjoni PTEE fuq in-naħa l-oħra ; [Em. 497]

(d)

Implimentazzjoni tal-inizjattivi internazzjonali u tal-UE għall-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, kif ukoll għal żvilupp b'emissjonijiet baxxi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-Kontributi Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali (NDCs) u ta' strateġiji reżiljanti reżiljenti għall-klima b'emissjonijiet baxxi, il-promozzjoni tat-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri, l-indirizzar tad-degradazzjoni ambjentali u t-telf tal-bijodiversità, il-promozzjoni tal-konservazzjoni, il-konservazzjoni, l-użu u l-ġestjoni sostenibbli ta' ekosistemi terrestri u marini u ta' riżorsi naturali rinnovabbli – inklużi l-art, l-ilma, l-oċeani, is-sajd u l-foresti, l-indirizzar tad-deforestazzjoni, id-degredazzjoni id-deżertifikazzjoni, id-degradazzjoni tal-art, il-qtugħ illegali tas-siġar għall-injam u t-traffikar ta' organiżmi selvaġġi, l-indirizzar tat-tniġġis u l-iżgurar ta' ambjent b'saħħtu, l-indirizzar ta' kwistjonijiet emerġenti relatati mal-klima u mal-ambjent, il-promozzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi, il-konsum u l-produzzjoni sostenibbli u l-ġestjoni soda tal-kimiċi u tal-iskart, u l-għoti ta' appoġġ lit-tranżizzjoni għal ekonomiji ekoloġiċi u ċirkolari b'emissjonijiet baxxi u reżiljenti għat-tibdil fil-klima. [Em. 498]

(da)

Promozzjoni ta' prattiki agrikoli ambjentalment sostenibbli, li jinkludu l-agroekoloġija, sabiex jiġu protetti l-ekosistemi u l-bijodiversità u tissaħħaħ ir-reżiljenza ambjentali u soċjali għat-tibdil fil-klima, b'enfasi partikolari fuq l-appoġġ lill-bdiewa żgħar, lill-ħaddiema u lill-artiġjani; [Em. 499]

(db)

Implimentazzjoni ta' inizjattivi internazzjonali u tal-Unjoni biex jindirizzaw it-telf tal-bijodiversità, il-promozzjoni tal-konservazzjoni, l-użu sostenibbli u l-ġestjoni tal-ekosistemi tal-art u tal-baħar u l-bijodiversità assoċjata. [Em. 500]

2.   Enerġija Sostenibbli

(a)

Għoti ta' appoġġ lill-isforzi globali, l-impenji, is-sħubiji u l-alleanzi, inkluż it-tranżizzjoni b'mod partikolari t-tranżizzjoni lejn l-enerġija sostenibbli; [Em. 501]

(aa)

Promozzjoni tas-sigurtà tal-enerġija għall-pajjiżi sħab u l-komunitajiet lokali, pereżempju permezz tad-diversifikazzjoni tas-sorsi u tar-rotot, il-kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet relatati mal-volatilità tal-prezzijiet, il-potenzjal ta' tnaqqis tal-emissjonijiet, it-titjib tas-swieq u t-trawwim tal-interkonnessjonijiet u l-kummerċ tal-enerġija u b'mod partikolari tal-elettriku; [Em. 502]

(b)

Tħeġġiġ ta' gvernijiet sħab biex jadottaw politika għas-settur tal-enerġija u riformi tas-suq sabiex jistabbilixxu ambjent li jwassal biex it-tkabbir inklużiv u l-investimenti jżidu l-aċċess għal servizzi tal-enerġija li jkunu ma jagħmlux ħsara lill-klima, ikunu affordabbli, moderni, affidabbli u sostenibbli, b'fokus qawwi fuq l-enerġija filwaqt li tingħata prijorità lill-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija; [Em. 503]

(c)

Esplorazzjoni, identifikazzjoni, integrazzjoni globali u għoti ta’ appoġġ lil mudelli kummerċjali finanzjarjament sostenibbli b’potenzjal li jiġu skalati jew replikati li jipprovdu teknoloġiji diġitali u innovattivi permezz ta’ riċerka innovativa li tiżgura aktar effiċjenza b’mod partikolari għal approċċi deċentralizzati li jipprovdu aċċess għall-enerġija permezz ta’ enerġija rinnovabbli, inkluż f’żoni fejn il-kapaċità tas-suq lokali tkun limitata.

C.   PROSPERITÀ

1.   Tkabbir sostenibbli u inklużiv, impjiegi deċenti u involviment tas-settur pubbliku

(a)

Promozzjoni ta' investiment privat sostenibbli permezz ta' mekkaniżmi ta' finanzjament innovattivi , inkluż għall-pajjiżi l-anqas żviluppati kondiviżjoni tar-riskju dawk fraġli, li kieku ma jattirawx tali investiment u fejn tista' tiġi ppruvata l-addizzjonalità ; [Em. 504]

(b)

Titjib Żvilupp ta' settur privat lokali soċjalment u ekoloġikament responsabbli, titjib tal-ambjent kummerċjali u tal-klima tal-investiment, għoti ta' appoġġ lil djalogu msaħħaħ bejn is-settur pubbliku u s-settur privat, u bini tal-kapaċitajiet , kompetittività u reżiljenza ta' Intrapriżi lokali Mikro, Żgħar u Medji kif ukoll kooperattivi u intrapriżi soċjali , u l-integrazzjoni tagħhom fl-ekonomija lokali, reġjonali u globali; [Em. 505]

(ba)

Il-promozzjoni tal-inklużjoni finanzjarja billi jitrawwem l-aċċess għas-servizzi finanzjarji u l-użu effettiv tagħhom, bħall-mikrokreditu u t-tfaddil, il-mikroassigurazzjoni u t-trasferiment ta' pagament, mill-mikrointrapriżi u l-SMEs u d-djar, b'mod partikolari l-gruppi żvantaġġati u vulnerabbli; [Em. 506]

(c)

Appoġġ għall-politika għall-implimentazzjoni ta' politika kummerċjali tal-Unjoni u għall-ftehimiet kummerċjali bil-għan tal-iżvilupp sostenibbli ; u t-titjib tal-aċċess għas-swieq tal-pajjiżi sħab u l-għoti ta ' ta' spinta lill-opportunitajiet ta ' kummerċ ġust , ta' investiment u negozju għall-kumpanniji responsabbli u akkontabbli għall-kumpaniji mill-Unjoni, filwaqt li jiġu eliminati l-ostakoli għall-aċċess għas-suq u l-investiment , kif ukoll bil-għan li jitħaffef l-aċċess għal teknoloġiji li ma jagħmlux ħsara lill-klima u għall-proprjetà intellettwali, filwaqt li jiġi żgurat li jkun hemm kemm jista' jkun kondiviżjoni tal-valur u diliġenza dovuta tad-drittijiet tal-bniedem fil-ktajjen tal-provvista, u b'rispett sħiħ lejn il-koerenza tal-politika għall-iżvilupp, fejn huma kkonċernati l-pajjiżi li qed jiżviluppaw; [Em. 507]

(d)

Promozzjoni ta’ taħlita ta’ politika effettiva li tappoġġa d-diversifikazzjoni ekonomika, iż-żieda fil-valur u l-integrazzjoni reġjonali, u l-ekonomiji ekoloġiċi u blu sostennibbli;

(e)

Trawwim ta’ aċċess għal teknoloġiji diġitali, inkluż il-promozzjoni tal-aċċess għall-finanzi u l-inklużjoni finanzjarja;

(f)

Li jiġu promossi l-konsum u l-produzzjoni sostennibbli u teknoloġiji u prattiki innovattivi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju, effiċjenti fir-riżorsi, u l-ekonomija ċirkolari.

2.   Sigurtà alimentari u nutrizzjoni

(a)

Għoti ta' appoġġ u influwenzar ta' strateġiji, organizzazzjonijiet, mekkaniżmi u atturi internazzjonali li jniedu kwistjonijiet u oqfsa ta' politika globali maġġuri relatati mas-sigurtà sostenibbli, alimentari u nutrizzjonali , u l-kontribuzzjoni għall-obbligu ta' rendikont tal-impenji internazzjonali dwar is-sigurtà tal-ikel, in-nutrizzjoni u l-agrikoltura sostenibbli inklużi l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi ; [Em. 508]

(b)

Titjib L-iżgurar tal-aċċess ekwu għall-ikel inkluż billi tingħata għajnuna biex tiġi indirizzata d-diskrepanza fil-finanzjament għan-nutrizzjoni; titjib tal-beni pubbliċi globali bil-ħsieb li jintemmu l-ġuħ u l-malnutrizzjoni; għodda bħan-Netwerk Globali dwar il-Kriżijiet tal-Ikel isaħħu l-kapaċità ta' rispons adegwat għall-kriżijiet tal-ikel u tan-nutrizzjoni fil-kuntest tar-rabta bejn l-għajnuna umanitarja, l-iżvilupp u l-paċi (b'hekk jgħin fil-mobilitazzjoni fil-mobilizzazzjoni ta' riżorsi tal-Pilastru 3); [Em. 509]

(ba)

It-titjib ta' sforzi transsettorjali b'mod koordinat u aċċellerat sabiex tiżdied il-kapaċità għall-produzzjoni tal-ikel lokali u reġjonali diversifikata, tiġi żgurata s-sigurtà alimentari u nutrizzjonali u l-aċċess għall-ilma tax-xorb, u tissaħħaħ ir-reżiljenza ta' dawk l-aktar vulnerabbli, b'mod partikolari fil-pajjiżi li jiffaċċjaw kriżijiet fit-tul jew rikorrenti; [Em. 510]

(c)

Riaffermazzjoni, fil-livell globali, tar-rwol ċentrali tal-agrikoltura u s-sajd u l-akkwakultura sostenibbli , inkluża l-agrikoltura fuq skala żgħira, it-trobbija tal-bhejjem u l-pastoraliżmu għal sigurtà alimentari akbar, għall-qerda tal-faqar, il-ħolqien tal-impjiegi , l-aċċess ekwu u sostenibbli għar-riżorsi u l-ġestjoni tagħhom, inkluż l-art u d-drittijiet tal-art, l-ilma, il-(mikro) kreditu, iż-żrieragħ “open source” u inputs agrikoli oħra , il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, ir-reżiljenza u ekosistemi b'saħħithom; [Em. 511]

(d)

Forniment ta' innovazzjonijiet permezz ta' riċerka internazzjonali u rinforz tal-għarfien u tal-għarfien espert globali, il-promozzjoni u t-tisħiħ tal-istrateġiji ta' adattament lokali u awtonomi, b'mod partikolari dak relatat mal-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, mal-agrobijodiversità, mal-ktajjen tal-valur globali u inklużivi , mal-kummerċ ġust , mas-sikurezza alimentari, ma' investimenti responsabbli, mal-governanza tal-art u mal-pussess ta' riżorsi naturali. [Em. 512]

(da)

Għoti ta' appoġġ b'mod attiv lill-parteċipazzjoni akbar tas-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet tal-bdiewa fit-tfassil tal-politika u l-programmi ta' riċerka u ż-żieda fl-involviment tagħhom fl-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programmi tal-gvern. [Em. 513]

D.   SĦUBIJIET

1.

Tisħiħ tar-rwol tal-Awtoritajiet Lokali bħala atturi tal-iżvilupp, permezz ta’:

(a)

Żieda fil-kapaċità tan-netwerks, tal-pjattaformi u tal-alleanzi tal-awtoritajiet lokali Ewropej u tan-Nofsinhar, biex jiġi żgurat djalogu ta’ politika sostantiv u kontinwat fil-qasam tal-iżvilupp u biex tiġi promossa governanza demokratika, b’mod notevoli permezz tal-Approċċ Territorjali għall-Iżvilupp Lokali;

(b)

Żieda fl-interazzjonijiet maċ-ċittadini Ewropej dwar kwistjonijiet relatati mal-iżvilupp (sensibilizzazzjoni, kondiviżjoni tal-għarfien, involviment), b’mod notevoli b’relazzjoni mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli u inkluż fl-Unjoni, fil-pajjiżi kandidati u fil-pajjiżi kandidati potenzjali.

2.

Promozzjoni ta' soċjetajiet inklużivi u ta' governanza ekonomika tajba, inklużi mobilizzazzjoni ġusta u inklużiva tad-dħul domestiku u l-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa , ġestjoni trasparenti tal-finanzi pubbliċi, u nefqa pubblika effettiva u inklużiva. [Em. 514]

4a.     OQSMA TA' INTERVENT GĦALL-ĦTIĠIJIET U L-PRIJORITAJIET TAL-POLITIKA ESTERA

L-azzjonijiet biex jiġu appoġġati l-għanijiet stabbiliti fil-punt (da) tal-Artikolu 4(3) għandhom jappoġġaw il-politika estera tal-Unjoni fi kwistjonijiet politiċi, ta' żvilupp, ekonomiċi u ta' sigurtà. Dawk l-azzjonijiet għandhom jippermettu lill-Unjoni taġixxi fejn ikun hemm interess għall-politika estera, jew tieqa ta' opportunità biex tilħaq l-għanijiet tagħha, u li diffiċli jiġu indirizzati b'mezzi oħra. Dawn jistgħu jkopru dan li ġej:

(a)

appoġġ għall-istrateġiji bilaterali, reġjonali u interreġjonali ta' kooperazzjoni tal-Unjoni, il-promozzjoni tad-djalogu ta' politika u l-iżvilupp ta' approċċi u reazzjonijiet kollettivi għal sfidi ta' tħassib globali, li jinkludu l-migrazzjoni, l-iżvilupp, it-tibdil fil-klima u l-kwistjonijiet tas-sigurtà, b'mod partikolari fl-oqsma li ġejjin:

appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Sħubija u ta' Kooperazzjoni, pjanijiet ta' azzjoni u strumenti bilaterali simili;

approfondiment tad-djalogu politiku u ekonomiku ma' pajjiżi terzi ta' rilevanza partikolari fix-xena dinjija, inkluża l-politika estera;

appoġġ tal-impenn ma' pajjiżi terzi rilevanti fir-rigward ta' kwistjonijiet bilaterali u globali ta' tħassib komuni;

promozzjoni ta' segwitu adegwat jew implimentazzjoni kkoordinata tal-konklużjonijiet milħuqa u l-impenji magħmula f'fora internazzjonali rilevanti;

(b)

appoġġ għall-politika kummerċjali tal-Unjoni:

appoġġ għall-politika kummerċjali tal-Unjoni u n-negozjar, l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-ftehimiet kummerċjali, b'rispett sħiħ tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, fejn huma kkonċernati l-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u allinjament sħiħ mas-segwitu tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

appoġġ għat-titjib tal-aċċess għas-swieq ta' pajjiżi sħab u l-għoti ta' spinta lill-opportunitajiet għal kummerċ, ta' investiment u ta' negozju għal kumpaniji mill-Unjoni, b'mod partikolari l-SMEs, filwaqt li jiġu eliminati l-ostakoli għall-aċċess għas-suq u l-investiment u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, permezz ta' diplomazija ekonomika, kooperazzjoni kummerċjali u regolatorja b'rabta mal-pajjiżi sħab li qed jiżviluppaw;

(c)

kontribuzzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki interni tal-Unjoni:

kontribuzzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki interni tal-Unjoni bħal fost l-oħrajn l-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-enerġija, ix-xjenza u l-edukazzjoni u l-kooperazzjoni rigward il-ġestjoni u l-governanza tal-oċeani;

promozzjoni tal-politiki interni tal-Unjoni ma' pajjiżi sħab ewlenin u appoġġ għall-konverġenza regolatorja f'dan ir-rigward;

(d)

promozzjoni ta' fehim u viżibbiltà wiesgħa tal-Unjoni u tar-rwol tagħha fix-xena dinjija:

promozzjoni ta' fehim u viżibbiltà wiesgħa tal-Unjoni u tar-rwol tagħha fix-xena dinjija, permezz ta' komunikazzjoni strateġika, diplomazija pubblika, kuntatti bejn il-persuni, diplomazija kulturali, kooperazzjoni fi kwistjonijiet edukattivi u akkademiċi, u attivitajiet ta' outreach biex jiġu promossi l-valuri u l-interessi tal-Unjoni;

tisħiħ tal-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal akkademiku, li jwassal għall-ħolqien ta' sħubiji mmirati lejn it-titjib tal-kwalità ta' edukazzjoni għolja u ta' lawrji konġunti li jwassal għal rikonoxximent akkademiku (“Programm Erasmus+”).

Dawn l-azzjonijiet għandhom japplikaw politiki jew inizjattivi innovattivi, li jikkorrispondu għal ħtiġijiet, opportunitajiet u prijoritajiet attwali jew evolventi fit-terminu qasir jew medju, inkluż bil-potenzjal li jinfurmaw azzjonijiet fil-futur taħt programmi ġeografiċi jew tematiċi. Huma għandhom jiffukaw fuq l-approfondiment tar-relazzjonijiet u d-djalogu tal-Unjoni kif ukoll fuq il-bini ta' sħubiji u ta' alleanzi ma' pajjiżi ewlenin ta' interess strateġiku, speċjalment dawk l-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi bi dħul medju li għandhom rwol dejjem aktar importanti fix-xena dinjija, fil-governanza globali, fil-politika estera, fl-ekonomija internazzjonali u fil-fora multilaterali. [Em. 515]

(1)   ĠU L 130, 19.5.2017, p. 1.

ANNESS IV

OQSMA TA’ INTERVENT GĦAL AZZJONIJIET TA’ RISPONS RAPIDU

1.

Azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-istabbiltà għall-paċi, l-istabbiltà u għall-prevenzjoni ta' konflitti kunflitti f'sitwazzjonijiet ta' urġenza, ta' kriżi emerġenti, waqt kriżi u wara kriżi. [Em. 516]

L-azzjonijiet ta’ rispons rapidu li jissemmew fil-punt a) tal-Artikolu 4(4) għandhom jitfasslu għal rispons rapidu tal-Unjoni f’każ li jseħħu dawn is-sitwazzjonijiet eċċezzjonali u imprevisti:

(a)

sitwazzjoni ta' urġenza, ta' kriżi, ta' kriżi emerġenti jew ta' diżastri naturali , fejn rilevanti għall-istabbiltà, il-paċi u s-sigurtà ; [Em. 517]

(b)

sitwazzjoni li tippreżenta theddida għall-paċi, għad-demokrazija, għal-liġi u l-ordni, għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, jew għas-sigurtà u s-sikurezza ta' individwi, b'mod partikolari dawk esposti għal vjolenza abbażi tas-sess f'sitwazzjonijiet ta' instabbiltà; [Em. 518]

(c)

sitwazzjoni li thedded li jkun hemm eskalazzjoni għal konflitt armat jew għal destabbilizzazzjoni severa f’pajjiż terz jew fil-pajjiżi kkonċernati.

1 a.

L-assistenza teknika u finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 tista' tkopri dan li ġej:

(a)

appoġġ, permezz tal-provvista ta' assistenza teknika u loġistika, għall-isforzi mwettqa mill-organizzazzjonijiet internazzjonali, reġjonali u lokali u mill-Istat u l-atturi tas-soċjetà ċivili fil-promozzjoni tal-bini tal-fiduċja, il-medjazzjoni, id-djalogu u r-rikonċiljazzjoni, il-ġustizzja tranżizzjonali, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u ż-żgħażagħ, partikolarment fir-rigward tat-tensjonijiet fil-komunità u l-kunflitti fit-tul;

(b)

appoġġ għall-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, b'mod partikolari fir-rigward ta' dawk dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà u ż-żgħażagħ, b'mod partikolari f'pajjiżi fraġli, f'pajjiżi ta' kunflitt u f'pajjiżi ta' wara kunflitt;

(c)

appoġġ għall-istabbiliment u l-funzjonament tal-amministrazzjonijiet interim li ngħataw mandat f'konformità mad-dritt internazzjonali;

(d)

appoġġ għall-iżvilupp ta' istituzzjonijiet demokratiċi, pluralistiċi tal-istat, inklużi miżuri biex isaħħu r-rwol tan-nisa f'tali istituzzjonijiet, amministrazzjoni ċivili u sorveljanza ċivili effettivi fuq is-sistema tas-sigurtà, kif ukoll miżuri biex tissaħħaħ il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji involuti fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u l-forom kollha tat-traffikar illeċitu;

(e)

appoġġ għat-tribunali kriminali internazzjonali u t-tribunali nazzjonali ad hoc, għall-kummissjonijiet tal-verità u tar-rikonċiljazzjoni, u għall-ġustizzja tranżizzjonali u mekkaniżmi oħra għas-soluzzjoni legali ta' talbiet marbutin mad-drittijiet tal-bniedem u d-dikjarazzjoni u l-aġġudikazzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà, stabbiliti f'konformità mal-istandards internazzjonali fl-oqsma tad-drittijet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt;

(f)

appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istat – quddiem pressjonijiet sinifikanti biex jibni, iżomm jew jirrestawra malajr il-funzjonijiet ewlenin tiegħu, u koeżjoni soċjali u politika bażika;

(g)

appoġġ għall-miżuri meħtieġa biex tinbeda r-riabilitazzjoni u r-rikostruzzjoni tal-infrastruttura ewlenija, tad-djar, tal-bini pubbliku u tal-assi ekonomiċi, u l-kapaċità produttiva essenzjali, kif ukoll miżuri oħra biex tinbeda mill-ġdid l-attività ekonomika, biex jinħolqu l-impjiegi u jiġu stabbiliti kundizzjonijiet minimi meħtieġa għall-iżvilupp soċjali sostenibbli;

(h)

appoġġ għall-miżuri ċivili relatati mad-demobilizzazzjoni u r-riintegrazzjoni ta' ex ġellieda u l-familji tagħhom fis-soċjetà ċivili, u fejn xieraq ir-ripatrijazzjoni tagħhom, kif ukoll miżuri biex jindirizzaw is-sitwazzjoni tas-suldati tfal u tal-ġellieda nisa;

(i)

appoġġ għall-miżuri biex jitnaqqsu l-effetti soċjali tar-ristrutturar tal-forzi armati;

(j)

appoġġ għall-miżuri biex jiġi indirizzat, fi ħdan il-qafas tal-politiki ta' kooperazzjoni tal-Unjoni u l-għanijiet tagħhom, l-impatt soċjoekonomiku fuq il-popolazzjoni ċivili tal-mini tal-art, splussivi attivi jew fdalijiet tal-isplussivi tal-gwerra kontra l-persunal. L-attivitajiet iffinanzjati taħt dan ir-Regolament jistgħu jkopru, fost l-oħrajn, l-edukazzjoni dwar ir-riskju, is-sejba u t-tneħħija tal-mini u, flimkien ma' dawn, il-qerda tal-ħażniet;

(k)

appoġġ għall-miżuri biex, fi ħdan il-qafas tal-politiki ta' kooperazzjoni tal-Unjoni u l-għanijiet tagħhom, jiġi miġġieled l-użu illeċitu tal-armi tan-nar, tal-armi żgħar u tal-armi ħfief u l-aċċess għalihom;

(l)

appoġġ għall-miżuri sabiex jiġi żgurat li l-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa u tat-tfal f'sitwazzjonijiet ta' kriżi u ta' kunflitt, inkluża l-prevenzjoni tal-esponiment tagħhom għall-vjolenza sessista, jiġu ssodisfati b'mod adegwat;

(m)

appoġġ għar-riabilitazzjoni u r-riintegrazzjoni tal-vittmi ta' kunflitt armat, inklużi miżuri biex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa u tat-tfal;

(n)

appoġġ għall-miżuri biex jippromwovu u jħarsu r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, id-demokrazija u l-istat tad-dritt, u l-istrumenti internazzjonali relatati;

(o)

appoġġ għall-miżuri soċjoekonomiċi biex jippromwovu l-aċċess ekwu għar-riżorsi naturali u l-ġestjoni trasparenti tagħhom, f'sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' kriżi emerġenti, inkluża l-konsolidazzjoni tal-paċi;

(p)

appoġġ għall-miżuri biex jindirizzaw l-impatt potenzjali ta' movimenti għal għarrieda ta' popolazzjonijiet b'rilevanza għas-sitwazzjoni politika u ta' sigurtà, inklużi miżuri li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-komunitajiet ospitanti f'sitwazzjoni ta' kriżi jew ta' kriżi emerġenti, inkluża l-konsolidazzjoni tal-paċi;

(q)

appoġġ għall-miżuri biex jippromwovu l-iżvilupp u l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-parteċipazzjoni tagħha fil-proċess politiku, inklużi miżuri biex isaħħu r-rwol tan-nisa f'tali proċessi u miżuri biex jippromwovu midja indipendenti, pluralista u professjonali;

(r)

bini tal-kapaċitajiet tal-atturi militari b'appoġġ għall-iżvilupp u għas-sigurtà għall-iżvilupp. [Em. 519]

2.

Azzjonijiet li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza u għall-irbit flimkien tal-azzjoni umanitarja u dik għall-iżvilupp

L-azzjonijiet ta' rispons rapidu msemmija fil-punt b) tal-Artikolu 4(4) għandhom jitfasslu biex effettivament isaħħu r-reżiljenza u biex jorbtu flimkien l-azzjonijiet umanitarji u dawk tal-iżvilupp, li ma jistgħux jiġu indirizzati b'ħeffa permezz ta' programmi ġeografiċi u tematiċi u biex tiġi żgurata koerenza, konsistenza u komplementarjetà mal-għajnuna umanitarja kif speċifikat fl-Artikolu 5 . [Em. 520]

Dawn l-azzjonijiet jistgħu jkopru dan li ġej:

(a)

it-tisħiħ tar-reżiljenza permezz tal-appoġġ lil individwi, komunitajiet, istituzzjonijiet u pajjiżi biex issir tħejjija, ikun hemm ilqugħ, adattament għal u rkupru minn pressjonijiet u skossi politiċi, ekonomiċi u soċjetali, kif ukoll minn diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem, kunflitti u theddid globali; inkluż bir-riforz tal-kapaċità billi tissaħħaħ il-kapaċità ta' stat – li jkun qed jiffaċċa pressjonijiet sinifikanti biex jifformula, iżomm jew jirrestawra l-funzjonijiet ewlenin tiegħu, kif ukoll il-koeżjoni bażika soċjali u politika, u ta' soċjetajiet, soċjetajiet, komunitajiet u individwi biex jimmaniġġjaw opportunitajiet u riskji b'mod paċifiku , sensittiv għall-kunflitti u stabbli, u biex jibnu , iżommu jew jirrestawraw l-għajxien tagħhom meta jiffaċċjaw pressjonijiet kbar billi jingħata appoġġ lil individwi , komunitajiet u individwi soċjetajiet biex jimmaniġġjaw opportunitajie t riskji b'mod paċifikustabbli, u biex jibnu, iżommu jew jirrestawraw l-għajxien tagħhom meta jiffaċċjaw pressjonijiet kbar jidentifikaw u jsaħħu l-kapaċitajiet indiġeni eżistenti tagħhom biex jifilħu u jadattaw għal dawn il-pressjonijiet u x-xokkijiet u jirkupraw malajr minnhom, inklużi dawk li jistgħu jwasslu għal eskalazzjoni tal-vjolenza ; [Em. 521]

(b)

il-mitigazzjoni tal-effetti avversi fit-terminu qasir li jirriżultaw minn skossi eżoġeni u li joħolqu instabbiltà makroekonomika, bl-għan li jiġu ssalvagwardjati r-riformi soċjoekonomiċi u n-nefqa pubblika ta’ prijorità għall-iżvilupp soċjoekonomiku u t-tnaqqis tal-faqar;

(c)

it-twettiq ta’ riabilitazzjoni u rikostruzzjoni fit-terminu qasir biex il-vittmi ta’ diżastri naturali jew ta’ dawk ikkawżati mill-bniedem, ta’ kunflitti u ta’ theddid globali jkunu jistgħu jibbenefikaw minn livell minimu ta’ integrazzjoni soċjoekonomika u, mill-aktar fis possibbli joħolqu l-kundizzjonijiet għat-tkomplija tal-iżvilupp abbażi ta’ għanijiet fit-tul stabbiliti mill-pajjiżi u r-reġjuni kkonċernati; dan jinkludi l-indirizzar tal-ħtiġijiet urġenti u immedjati li jirriżultaw mill-ispostament furzat ta’ nies (rifuġjati, persuni spostati u persuni ritornati) wara diżastri naturali u diżastri kkawżati mill-bniedem; u [Em. 522]

(d)

l-għoti ta' assistenza lill-istat ir-reġjun , ir-reġjun, l-awtoritajiet lokali jew organizzazzjonijiet nongovernattivi rilevanti fl-istabbiliment ta' mekkaniżmi fit-terminu qasir għall-prevenzjoni tad-diżastri u t-tħejjija għalihom, inkluż għat-tbassir u għat-twissija bikrija, bil-ħsieb li jitnaqqsu l-konsegwenzi tad-diżastri. [Em. 523]

3.

Azzjonijiet li jindirizzaw il-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tal-politika estera

L-azzjonijiet ta’ rispons rapidu biex jingħata appoġġ lill-għanijiet stipulati fil-punt c) tal-Artikolu 4(4) għandhom jappoġġaw il-politika estera tal-Unjoni fi kwistjonijiet relatati mal-politika, mal-ekonomija u mas-sigurtà. Huma għandhom jippermettu li l-Unjoni taġixxi fejn ikun hemm interess urġenti jew imperattiv għall-politika estera, jew inkella opportunità temporanja biex tikseb l-għanijiet tagħha li tkun teħtieġ reazzjoni rapida u li ma tkunx tista’ tiġi indirizzata faċilment b’mezzi oħra.

Dawn l-azzjonijiet jistgħu jkopru dan li ġej:

(a)

appoġġ għall-istrateġiji bilaterali, reġjonali u interreġjonali ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni, promozzjoni tad-djalogu ta’ politika u żvilupp ta’ approċċi u reazzjonijiet kollettivi għal sfidi ta’ tħassib globali, inklużi kwistjonijiet relatati mal-migrazzjoni u mas-sigurtà, kif ukoll sfruttament ta’ opportunitajiet temporanji f’dan ir-rigward;

(b)

appoġġ għall-politika kummerċjali tal-Unjoni u għall-ftehimiet kummerċjali u l-implimentazzjoni tagħhom; u għat-titjib tal-aċċess għas-swieq ta’ pajjiżi sħab u l-għoti ta’ spinta lill-opportunitajiet għal kummerċ, ta’ investiment u ta’ negozju għal kumpaniji mill-Unjoni, b’mod partikolari SMEs, filwaqt li jiġu eliminati l-ostakli għall-aċċess għas-suq u l-investiment permezz ta’ diplomazija ekonomika kif ukoll ta’ kooperazzjoni kummerċjali u regolatorja;

(c)

kontribuzzjonijiet għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni internazzjonali tal-politiki interni tal-Unjoni bħal fost l-oħrajn l-ambjent, it-tibdil fil-klima, l-enerġija u l-kooperazzjoni fir-rigward tal-ġestjoni u tal-governanza tal-oċeani;

(d)

promozzjoni ta’ fehim u viżibbiltà wiesgħa tal-Unjoni u tar-rwol tagħha fix-xena dinjija, permezz ta’ komunikazzjoni strateġika, diplomazija pubblika, kuntatti bejn il-persuni, diplomazija kulturali, kooperazzjoni fi kwistjonijiet edukazzjonali u akkademiċi, u attivitajiet ta’ outreach biex jiġu promossi l-valuri u l-interessi tal-Unjoni.

Dawn l-azzjonijiet għandhom jimplimentaw politiki jew inizjattivi innovattivi, li jikkorrispondu għal ħtiġijiet, opportunitajiet u prijoritajiet attwali jew evolventi fit-terminu qasir jew medju, inkluż bil-potenzjal li jinfurmaw azzjonijiet fil-futur taħt programmi ġeografiċi jew tematiċi. Huma għandhom jiffukaw fuq l-approfondiment tar-relazzjonijiet u d-djalogu tal-Unjoni kif ukoll fuq il-bini ta’ sħubiji u ta’ alleanzi ma’ pajjiżi ewlenin ta’ interess strateġiku, speċjalment dawk l-ekonomiji emerġenti u l-pajjiżi bi dħul medju li għandhom rwol dejjem aktar importanti fix-xena dinjija, fil-governanza globali, fil-politika estera, fl-ekonomija internazzjonali u fil-fora multilaterali. [Em. 524]

ANNESS V

OQSMA TA’ PRIJORITÀ TAL-OPERAZZJONIJIET TAL-EFSD+ KOPERTI MILL-GARANZIJA TAL-AZZJONI ESTERNA

B'mod partikolari, l-operazzjonijiet tal-EFSD+ eliġibbli għall-appoġġ mill-Garanzija għall-Azzjoni tal-Azzjoni Esterna għandhom ikunu mmirati lejn l-oqsma jikkontribwixxu għall-oqsma ta' prijorità li ġejjin: [Em. 525]

(a)

jipprovdu finanzjament u appoġġ għall-iżvilupp tas-setturi privati tas-settur privat, tas-settur tal-intrapriżi soċjali dawk kooperattivi dak kooperattiv li jkunu jikkonformaw mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 209(2) tar-[Regolament Finanzjarju], biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli fid-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali, u għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, il-Ftehim ta' Pariġi u, fejn xieraq, il-Politika Ewropea tal-Viċinat u l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament IPA III, il-qerda tal-faqar, il-promozzjoni tal-ħiliet u l-intraprenditorija, l-ugwaljanza bejn is-sessi u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u ż-żgħażagħ, filwaqt li jsegwu u jsaħħu l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem, b'fokus partikolari fuq kumpaniji lokali u fuq , intrapriżi soċjali u intrapriżi mikro, żgħar u medji, fuq il-promozzjoni tal-ħolqien ta' impjiegi diċenti u fuq f'konformità mal-istandards rilevanti tal-ILO, il-pagi li jiggarantixxu l-għajxien, l-opportunitajiet ekonomiċi u l-inkoraġġiment għall-kumpaniji Ewropej biex jikkontribwixxu għall-iskop tal-EFSD+; [Em. 526]

(b)

jindirizzaw konġestjonijiet għal investimenti privati billi jipprovdu strumenti finanzjarji, li jistgħu jkunu ddenominati fil-munita lokali tal-pajjiż sieħeb ikkonċernat, inklużi garanziji kontra l-ewwel telf għall-portafolli, garanziji għal proġetti fis-settur pubbliku bħal garanziji għal self għal intrapriżi żgħar u medji, u garanziji għal riskji speċifiċi għal proġetti ta’ infrastruttura u kapital ta’ riskju ieħor;

(c)

ikollhom effett ta’ ingranaġġ fuq il-finanzjament mis-settur privat, b’fokus partikolari fuq intrapriżi mikro, żgħar u medji, billi jindirizzaw konġestjonijiet u ostakli għall-investiment;

(d)

isaħħu s-setturi u l-oqsma soċjoekonomiċi u l-infrastruttura pubblika u privata relatata u l-konnettività sostennibbli, inklużi l-enerġija rinnovabbli u sostenibbli, l-ilma u l-ġestjoni tal-ilma, it-trasport, it-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, kif ukoll l-ambjent, l-użu sostenibbli tar-riżorsi naturali, l-agrikoltura sostenibbli u l-ekonomija blu, l-infrastruttura soċjali, is-saħħa u l-kapital uman, sabiex jitjieb l-ambjent soċjoekonomiku;

(e)

jikkontribwixxu għall-azzjoni klimatika u għall-ħarsien u l-ġestjoni tal-ambjent , biex b'hekk jinħolqu kobenefiċċji għall-klima u l-ambjent, billi jallokaw 45 % tal-finanzjament għall-investimenti li jikkontribwixxu għall-issodisfar tal-objettivi klimatiċi, tal-ġestjoni u tal-protezzjoni ambjentali, tal-bijodiversità u tal-ġlieda kontra d-deżertifikazzjoni, li minnhom 30 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv għandu jkun iddedikat għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih ; [Em. 527]

(f)

jikkontribwixxu, billi jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, biex jiġu indirizzati kawżi speċifiċi fl-għeruq tal-migrazzjoni l-faqar u l-inugwaljanza bħala fatturi ewlenin għall-migrazzjoni, inkluża l-migrazzjoni irregolari kif ukoll irawmu u l-ispostament furzat , u jikkontribwixxu għal migrazzjoni sikura, ordnata u regolari, billi jrawmu r-reżiljenza tal-komunitajiet ta' tranżitu u dawk ospitanti, u jikkontribwixxu għar-riintegrazzjoni sostenibbli tal-migranti li jirritornaw fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom, bl-attenzjoni dovuta għat-tisħiħ tal-istat tad-dritt, il-governanza tajba , l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-ġustizzja soċjali u d-drittijiet tal-bniedem. [Em. 528]

Għandhom jinħolqu t-twieqi ta' investiment li ġejjin:

Enerġija Sostenibbli u Konnettività Sostenibbli

Il-Finanzjament tal-Intrapriżi Mikro, Żgħar u Medji (MSMEs)

Agrikoltura sostenibbli, imprendituri rurali, inklużi sussistenza u biedja fuq skala żgħira, raħħala u agroindustrija li tirrispetta l-ambjent

Bliet sostenibbli

Diġitalizzazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli

L-Iżvilupp tal-Bniedem [Em. 529]

ANNESS VI

GOVERNANZA TAL-EFSD+

1.   Struttura tal-EFSD+

7.

L-EFSD għandu jkun magħmul minn pjattaformi ta’ investiment reġjonali stabbiliti fuq il-bażi tal-metodi ta’ ħidma, il-proċeduri u l-istrutturi tal-faċilitajiet esterni ta’ taħlit eżistenti tal-Unjoni, li jistgħu jikkombinaw l-operazzjonijiet ta’ taħlit tagħhom u l-operazzjonijiet ta’ Garanzija għall-Azzjoni Esterna taħt l-EFSD+.

8.

Il-ġestjoni tal-EFSD+ għandha tiġi żgurata mill-Kummissjoni.

2.   Il-bord strateġiku tal-EFSD+

1.

Fil-ġestjoni tal-EFSD+, il-Kummissjoni għandha tingħata pariri minn bord strateġiku, ħlief fil-każ tal-operazzjonijiet li jkopru l-politika tat-Tkabbir tal-UE u ffinanzjati mill-[IPA III], li għandu jkollhom bord strateġiku għalihom kif żgurata mill-Qafas ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent (WBIF).

2.

Il-bord strateġiku għandu jagħti parir lill-Kummissjoni dwar l-orjentament strateġiku u l-prijoritajiet ta' investimenti tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna taħt l-EFSD+ u jikkontribwixxi għall-allinjament tagħhom mal-prinċipji gwida u l-għanijiet tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, tal-politika tal-iżvilupp, tal-politika Ewropea tal-Viċinat, kif ukoll mal-għanijiet stipulati fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament u mal-iskop tal-EFSD+ kif stabbilit fl-Artikolu 26. Dan għandu wkoll jappoġġja lill-Kummissjoni meta tistabbilixxi l-miri kumplessivi tal-investiment fir-rigward tal-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna f’appoġġ għall-operazzjonijiet tal-EFSD u timmonitorja kopertura ġeografika u tematika xierqa u diversifikata għat-twieqi ta’ investiment.

3.

Il-Bord strateġiku għandu jappoġġa wkoll il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u l-koerenza ġenerali bejn il-pjattaformi ta’ investiment reġjonali, bejn it-tliet pilastri tal-Pjan ta’ Investiment Ewropew, bejn il-Pjan ta’ Investiment Ewropew u l-isforzi l-oħra tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni u dwar l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, kif ukoll ma’ programmi oħra stabbiliti f’dan ir-Regolament.

4.

Il-bord strateġiku għandu jkun magħmul minn rappreżentanti tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli, tal-Istati Membri kollha u tal-Bank Ewropew tal-Investiment. Il-Parlament Ewropew għandu jkollu status ta’ osservatur. Il-kontributuri, il-kontropartijiet eliġibbli, il-pajjiżi sħab, l-organizzazzjonijiet reġjonali rilevanti u partijiet ikkonċernati oħra, jistgħu jingħataw status ta’ osservaturi, meta jkun xieraq. Il-bord strateġiku għandu jiġi kkonsultat qabel l-inklużjoni ta’ kwalunkwe osservatur ġdid. Il-bord strateġiku għandu jkun kopresedut mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli.

5.

Il-bord strateġiku għandu jiltaqa’ mill-inqas darbtejn fis-sena u, meta jkun possibbli, jadotta opinjonijiet b’kunsens. Laqgħat addizzjonali jistgħu jiġu organizzati fi kwalunkwe ħin mill-president jew fuq it-talba ta’ terz tal-membri tiegħu. F’każ li ma jkunx jista’ jintlaħaq kunsens, għandhom japplikaw id-drittijiet tal-vot kif maqbula matul l-ewwel laqgħa tal-bord strateġiku u stipulati fir-regoli ta’ proċedura tiegħu. Dawk id-drittijiet tal-vot għandhom jieħdu kont dovut tas-sors tal-finanzjament. Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jistabbilixxu qafas rigward ir-rwol tal-osservaturi. Il-minuti u l-aġendi tal-laqgħat tal-bord strateġiku għandhom, wara li jiġu adottati, isiru pubbliċi.

6.

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta kull sena lill-bord strateġiku dwar il-progress li jkun sar fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-EFSD+. Il-bord strateġiku tad-WBIF għandu jipprovdi l-progress magħmul fl-implimentazzjoni tal-istrument ta’ garanzija għar-reġjun tat-Tkabbir biex jikkomplementa r-rappurtar imsemmi hawn fuq. Il-bord strateġiku għandu jorganizza regolarment konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti dwar l-orjentazzjoni strateġika u l-implimentazzjoni tal-EFSD+.

7.

L-eżistenza taż-żewġ bordijiet strateġiċi ma jkollhiex influwenza fuq il-ħtieġa li jkun hemm qafas ta’ ġestjoni tar-riskji wieħed, unifikat għall-EFSD+.

3.   Bordijiet operazzjonali reġjonali

Il-bordijiet operazzjonali tal-pjattaformi tal-investiment reġjonali għandhom jappoġġjaw lill-Kummissjoni fil-livell ta' implimentazzjoni, fl-istabbiliment tal-miri ta' investiment reġjonali u settorjali, u tat-twieqi ta' investiment settorjali u tematiċi u għandhom jifformulaw opinjonijiet dwar l-operazzjonijiet ta' taħlit u dwar l-użu tal-Garanzija għall-Azzjoni Esterna li tkopri l-operazzjonijiet tal-EFSD+. [Em. 530]

ANNESS VII

LISTA TA’ INDIKATURI EWLENIN TAL-PRESTAZZJONI

F’koerenza mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, il-lista li ġejja ta’ indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għandha tintuża biex tgħin fil-kejl tal-kontribut tal-Unjoni biex jinkisbu l-għanijiet speċifiċi tagħha.

(1)

Punteġġ tal-Istat tad-Dritt

(2)

Proporzjon tal-popolazzjoni taħt il-linja internazzjonali tal-faqar

(3)

Għadd ta’ nisa ta’ età riproduttiva, tfajliet adolexxenti, u tfal ta’ inqas minn 5 snin li għandhom aċċess għal programmi ta’ nutrizzjoni bl-appoġġ tal-UE

(4)

Għadd ta’ trabi ta’ sena li huma kompletament immunizzati bl-appoġġ tal-UE

(5)

Għadd ta' studenti rreġistrati f'edukazzjoni li jkunu lestew l-edukazzjoni primarja u/jew sekondarja u  jkunu kisbu ħiliet minimi fil-qari u l-matematika, u f'taħriġ bl-appoġġ tal-UE tal-Unjoni [Em. 531]

(6)

Emissjonijiet ta’ gass serra mnaqqsa jew evitati (Ktons CO2eq) bl-appoġġ tal-UE

(7)

Ekosistemi tal-baħar, terrestri u tal-ilma ħelu protetti u/jew li jinsabu taħt ġestjoni sostenibbli bl-appoġġ tal-UE

(8)

L-ingranaġġ ta’ investimenti u l-effett multiplikatur milħuq

(9)

L-indikatur tal-istabbiltà politika u n-nuqqas ta' vjolenza mibni fuq valutazzjoni bażika [Em. 532]

(10)

Għadd ta’ proċessi relatati mal-prattiki tal-pajjiż sieħeb fir-rigward tal-kummerċ, tal-investiment u tan-negozju, jew li jippromwovu d-dimensjoni esterna tal-politiki interni tal-UE, li ġew influwenzati

L-indikatur (4) għandu jiġi diżaggregat skont is-sess, u l-indikaturi kollha (2), (3) u (5) għandhom jiġu disaggregati diżaggregati skont is-sess kull meta rilevanti. u l-età . [Em. 533]

Anness VIIa

Il-pajjiżi sħab li fir-rigward tagħhom l-assistenza tal-Unjoni hija sospiża.

[Għandha tiġi stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 15a.] [Eam. 534]

 


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/409


P8_TA(2019)0299

L-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA III) (COM(2018)0465 – C8-0274/2018 – 2018/0247(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/36)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0465),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 212(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0274/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0174/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 110, 22.3.2019, p. 156.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 8.


P8_TC1-COD(2018)0247

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 212(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2020. Sabiex tinżamm l-effettità tal-Unjoni fl-azzjonijiet esterni, jentħieġ li jinżamm qafas għall-ippjanar u għall-għoti ta’ assistenza esterna.

(2)

L-għanijiet L-objettiv ta’ strument għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni huma distinti fis-sustanza mill-objettivi huwa li jipprepara lill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I (“benefiċjarji”) għal sħubija futura fl-Unjoni u li jappoġġa l-proċess ta' adeżjoni tagħhom, bi qbil mal-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, minħabba li dan l-istrument għandu l-għan li jipprepara lill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I għal sħubija futura fl-Unjoni u li jappoġġa l-proċess ta’ adeżjoni tagħhom. Għaldaqstant, huwa essenzjali li jinżamm inkluż ir-rispett għad-drittijiet u l-prinċipji fundamentali kif ukoll il-protezzjoni u l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt kif imniżżla fl-Artikolu 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea(TUE) . Filwaqt li n-natura distinta tal-proċess ta' adeżjoni jitlob strument dedikat bħala appoġġ għat-tkabbir, filwaqt li tiġi żgurata l-komplementarjetà tiegħu mal-għanijiet l-objettivi u l-funzjonament ta' dan l-istrument jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u kumplimentari għalihom u b’mod partikolari mal-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali (NDICI – Neighbourhood, Development and International Cooperation Instrument). [Em. 1]

(3)

L-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) tat-TUE jipprevedi li kull stat Ewropew li jirrispetta l-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, tal-libertà, tad-demokrazija, tal-ugwaljanza, tal-istat tad-dritt u tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi, u li jimpenja ruħu li jippromwovi dawn il-valuri, jista’ japplika biex isir membru tal-Unjoni. Stat Ewropew li jkun applika biex jissieħeb fl-Unjoni jista’ jsir membru biss meta jiġi kkonfermat li jissodisfa l-kriterji ta’ sħubija stabbiliti fil-Kunsill Ewropew ta’ Copenhagen f’Ġunju 1993 (il-“kriterji ta’ Copenhagen”) u dejjem jekk l-Unjoni jkollha l-kapaċità li tintegra lill-membru l-ġdid. Il-kriterji ta’ Copenhagen huma relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi, l-eżistenza ta' ekonomija tas-suq operattiva kif ukoll il-kapaċità li jlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-Unjoni, u l-abbiltà li jieħu fuqu mhux biss id-drittijiet iżda wkoll l-obbligi stabbiliti fit-Trattati, inkluża aderenza mal-għanijiet ta’ unjoni politika, ekonomika u monetarja. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà li fiha jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. [Em. 2]

(4)

Il-proċess tat-tkabbir huwa mibni fuq kriterji stabbiliti u kundizzjonalità ġusta u rigoruża. Kull benefiċjarju jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-merti proprji tiegħu. Il-valutazzjoni tal-progress miksub u l-identifikazzjoni tan-nuqqasijiet għandhom l-għan li jipprovdu inċentivi u gwida lill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I biex jaħdmu fuq ir-riformi estensivi meħtieġa. Sabiex il-prospett ta’ tkabbir isir realtà, l-impenn sod għall-prinċipju tal-“fundamentali l-ewwel” (5) huwa essenzjali. Ir-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u l-kooperazzjoni reġjonali bbażati fuq soluzzjoni definittiva, inklużiva u vinkolanti ta' tilwim bilaterali huma elementi essenzjali tal-proċess ta' tkabbir u kritiċi għas-sigurtà u l-istabbiltà tal-Unjoni kollha kemm hi.  Il-progress lejn l-adeżjoni jiddependi fuq ir-rispett ta’ kull applikant għall-valuri tal-Unjoni u l-kapaċità tiegħu li jwettaq ir-riformi u jimplimenta r-riformi meħtieġa sabiex jallinja s-sistemi politiċi, istituzzjonali, legali , soċjali , amministrattivi u ekonomiċi mar-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki fl-Unjoni. Il-Qafas ta' Negozjati jistabbilixxi r-rekwiżiti li magħhom jiġi valutat il-progress fin-negozjati ta' adeżjoni ma' kull pajjiż kandidat. [Em. 3]

(4a)

Stat Ewropew li jkun applika biex jaderixxi mal-Unjoni jista' jsir membru tal-Unjoni biss meta jiġi kkonfermat li jissodisfa totalment il-kriterji ta' adeżjoni stabbiliti fil-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen f'Ġunju 1993 (il-“kriterji ta' Copenhagen”) u dejjem jekk l-Unjoni jkollha l-kapaċità li tintegra lill-membru l-ġdid. Il-kriterji ta' Copenhagen huma relatati mal-istabbiltà tal-istituzzjonijiet li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett għal u l-protezzjoni tal-minoranzi, l-eżistenza ta' ekonomija tas-suq li tiffunzjona kif ukoll il-kapaċità li jlaħħaq mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq fl-Unjoni, u l-abbiltà li jieħu fuqu mhux biss id-drittijiet iżda wkoll l-obbligi stabbiliti fit-Trattati, inkluż il-ksib tal-għanijiet ta' unjoni politika, ekonomika u monetarja. [Em. 4]

(5)

Il-politika tat-tkabbir hija parti integrali mill-azzjoni esterna tal-Unjoni hija investiment fil-paċi, fis-sigurtà , u tikkontribwixxi għall-paċi, is-sigurtà , il-prosperità fl-istabbiltà fl-Ewropa l-istabbiltà kemm ġewwa kif ukoll barra l-fruntieri tal-Unjoni . Din tagħti aktar opportunitajiet ekonomiċi u kummerċjali, għall-benefiċċju reċiproku tal-Unjoni u tal-Istati Membri aspiranti filwaqt li tirrispetta l-prinċipju ta' integrazzjoni progressiva biex tiġi żgurata trasformazzjoni bla xkiel għall-benefiċjarji . Il-prospett ta’ sħubija fl-Unjoni għandu effett trasformattiv qawwi, li jintroduċi bidla pożittiva demokratika, politika, ekonomika u soċjali. [Em. 5]

(6)

Il-Kummissjoni Ewropea affermat mill-ġdid il-prospett sod u bbażat fuq il-mertu tas-sħubija fl-UE għall-Balkani tal-Punent fil-Komunikazzjoni tagħha “Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar mal-Balkani tal-Punent” (6). Dan huwa messaġġ b’saħħtu ta’ inkoraġġiment għall-Balkani tal-Punent kollha u sinjal tal-impenn tal-UE għall-ġejjieni Ewropew tagħhom.

(7)

Jenħtieġ li tiġi pprovduta wkoll assistenza f’konformità mal-ftehimiet internazzjonali konklużi mill-Unjoni inkluż mal-benefiċjarji elenkati fl-Anness I. Jenħtieġ li l-assistenza tkun tiffoka l-aktar fuq l-għajnuna lill-benefiċjarji elenkati fl-Anness I biex isaħħu l-istituzzjonijiet demokratiċi u l-istat tad-dritt, biex jirriformaw l-amministrazzjoni ġudizzjarja u pubblika, biex jirrispettaw id-drittijiet fundamentali , inklużi d-drittijiet tal-minoranzi, u biex jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tolleranza, l-inklużjoni soċjali , ir-rispett tal-istandards internazzjonali tax-xogħol relatati mad-drittijiet tal-ħaddiema u n-nondiskriminazzjoni kontra gruppi vulnerabbli, inklużi t-tfal u persuni b'diżabbiltajiet . Jenħtieġ ukoll li l-assistenza ssostni l-prinċipj wkoll l-osservanza, min-naħa tal-benefiċjarji, tal-prinċipji u d-drittijiet ewlenin kif definiti fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (7) , kif ukoll tal-ekonomija soċjali tas-suq u tal-konverġenza lejn l-acquis soċjali . Jenħtieġ li l-assistenza tkompli tappoġġa l-isforzi tagħhom biex javvanzaw fil-kooperazzjoni reġjonali, makroreġjonali u transfruntiera kif ukoll fl-iżvilupp territorjali, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tal-istrateġiji makroreġjonali tal-UE , bil-ħsieb li jiġu żviluppati relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u tissaħħaħ ir-rikonċiljazzjoni . Jenħtieġ li wkoll tippromwovi stutturi ta' kooperazzjoni settorjali reġjonali u . Jenħtieġ ukoll li ssaħħaħ l-iżvilupp soċjali u ekonomiku u l-governanza ekonomika tagħhom trawwem l-integrazzjoni ekonomika mas-suq uniku tal-Unjoni, inkluża l-kooperazzjoni doganali, tippromwovi kummerċ miftuħ u ġust, filwaqt li tirfed aġenda tat-tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiva, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta’ politiki ta’ żvilupp reġjonali , ta' koeżjoni u inklużjoni , ta’ agrikoltura u żvilupp rurali, soċjali u tal-impjiegi, u l-iżvilupp tal-ekonomija u s-soċjetà diġitali, f’konformità wkoll mal-inizjattiva emblematika l-Aġenda Diġitali għall-Balkani tal-Punent. [Em. 6]

(7a)

Meta wieħed iqis in-natura trasformattiva tal-proċess ta' riforma matul il-proċess ta' tkabbir fil-pajjiżi kandidati, l-Unjoni jenħtieġ li ttejjeb l-isforzi tagħha fil-prijoritizzazzjoni ta' oqsma ewlenin għall-finanzjament tal-Unjoni, bħalma huma l-bini tal-istituzzjoni u tas-sigurtà, u ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għal pajjiżi kandidati meta jimplimentaw proġetti bil-għan li tipproteġi dawk il-pajjiżi kandidati minn influwenzi mhux tal-UE. [Em. 7]

(7b)

L-isforzi tal-Unjoni biex tappoġġa l-progress tar-riforma fil-pajjiżi kandidati permezz tal-finanzjament tal-IPA jenħtieġ li jkunu kkomunikati sew fil-pajjiżi kandidati, kif ukoll fl-Istati Membri. L-Unjoni, f'dak ir-rigward, jenħtieġ li ssaħħaħ l-isforzi ta' komunikazzjoni u ta' kampanja sabiex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-IPA, bħala l-istrument ewlieni tal-UE ta' paċi u stabbiltà f'oqsma tat-tkabbir. [Em. 8]

(7c)

L-importanza tal-faċilitazzjoni u l-implimentazzjoni tal-baġit hija rikonoxxuta fir-rigward tal-bini tal-istituzzjonijiet, li mbagħad tgħin fl-antiċipazzjoni ta' kwistjonijiet ta' sigurtà possibbli, u tipprevjeni l-flussi migratorji illegali possibbli fil-futur lejn l-Istati Membri. [Em. 9]

(8)

Jenħtieġ li l-Unjoni tagħti appoġġ għat-tranżizzjoni lejn l-adeżjoni għall-benefiċċju tal-benefiċjarji elenkati fl-Anness I, fuq il-bażi tal-esperjenza tal-Istati Membri tagħha. Din il-kooperazzjoni jenħtieġ li tiffoka b’mod partikolari fuq il-kondiviżjoni tal-esperjenza miksuba mill-Istati Membri fil-proċess tar-riforma.

(9)

Il-kooperazzjoni strateġika u operazzjonali msaħħa bejn l-Unjoni u l-benefiċjarji elenkati fl-Anness I dwar is-sigurtà u r-riforma tas-settur tad-difiża hija kruċjali biex it-theddid ta' terroriżmu, il-kriminalità organizzata għas-sigurtà jiġi s-sigurtà jiġu indirizzat effettivament b'mod effettiv effiċjentement effiċjenti . [Em. 10]

(9a)

Jenħtieġ li l-azzjonijiet meħuda fl-ambitu tal-istrument stabbilit minn dan ir-Regolament jikkontribwixxu wkoll biex jagħtu għajnuna lill-benefiċjarji fl-allinjament progressiv mal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK), u l-implimentazzjoni ta' miżuri restrittivi kif ukoll il-politiki esterni usa' tal-Unjoni fl-istituzzjonijiet internazzjonali u fil-fora multilaterali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkoraġġixxi l-benefiċjarji jżommu ordni globali abbażi tar-regoli u l-valuri u jikkooperaw dwar il-promozzjoni tal-multilateraliżmu u t-tisħiħ ulterjuri tas-sistema internazzjonali tal-kummerċ, inklużi r-riformi tad-WTO. [Em. 11]

(10)

Huwa essenzjali li tiżdied iktar l-kooperazzjoni Il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni inkluża l-ġestjoni u l-kontroll tal-fruntieri, dwar l-iżgurar tal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, dwar il-kondiviżjoni ta' informazzjoni rilevanti, dwar it-tisħiħ tal-benefiċċji għall-iżvilupp tal-migrazzjoni, dwar il-faċilitazzjoni tal-migrazzjoni legali u tal-ħaddiema, dwar it-tisħiħ tal-kontroll tal-fruntieri u fuq l-isforz tagħna fil-ġlieda kontra l-isforzi li jipprevjenu u jiskoraġġixxu l-migrazzjoni irregolari, u l-ispustar furzat tal-persuni , u l-ġlieda kontra t-traffikar ta' bnedmin u kontra l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali dħul klandestin ta' persuni huma aspett importanti ta' kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-benefiċjarji .[Em. 12]

(11)

It-tisħiħ tal-istat ta' dritt, inkluż l-indipendenza tal-ġudikatura, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni , il-ħasil tal-flus u l-kriminalità organizzata, u l-governanza tajba, inkluża r-riforma fl-amministrazzjoni pubblika, filwaqt li jingħata appoġġ lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-allinjament kontinwu dwar it-trasparenza, l-akkwist pubbliku, il-kompetizzjoni, l-għajnuna mill-Istat, il-proprjetà intellettwali u l-investiment barrani għadhom sfidi ewlenin fil-biċċa l-kbira tal-benefiċjarji elenkati fl-Anness I u huma essenzjali sabiex il-benefiċjarji jersqu eqreb lejn l-Unjoni u biex jitħejjew biex aktar tard jieħdu fuqhom b'mod sħiħ l-obbligi tas-sħubija fl-Unjoni. Minħabba li r-riformi mixtieqa f'dawk l-oqsma huma fit-tul u minħabba l-ħtieġa li jinbnew rekords ta' prestazzjoni, l-assistenza finanzjarja taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun programmata biex tindirizza r-rekwiżiti imposti fuq il-benefiċjarji elenkati fl-Anness I dawn il-kwistjonijiet mill-aktar fis possibbli. [Em. 13]

(12)

Id-dimensjoni parlamentari tibqa' fundamentali fil-proċess ta' adeżjoni. Għalhekk, f'konformità mal-prinċipju tad-demokrazija parteċipattiva, is-sorveljanza jenħtieġ li l-Kummissjoni tippromwovi t-tisħiħ tal-kapaċitajiet parlamentari, ta' kull benefiċjarju elenkat fl-Anness I ta' min tiġi inkoraġġita mill-Kummissjoni is-sorveljanza parlamentari, il-proċeduri demokratiċi u r-rappreżentanza ġusta ta' kull benefiċjarju . [Em. 14]

(13)

Il-benefiċjarji elenkati fl-Anness I hemm bżonn li jkunu ppreparati aħjar sabiex jindirizzaw l-isfidi dinjija, bħall-iżvilupp sostenibbli u t-tibdil fil-klima, u li jallinjaw ruħhom mal-isforzi tal-Unjoni biex tindirizza dawk il-kwistjonijiet. Biex jirrifletti l-importanza li t-tibdil fil-klima jiġi indirizzat konformi mal-impenji tal-Unjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs – Sustainable Development Goals), dan il-programm għandu jenħtieġ li jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika fil-politiki tal-Unjoni u biex tinkiseb il-mira globali ta' 25 % tal-infiq baġitarju tal-UE li jappoġġa l-objettivi klimatiċi. L-azzjonijiet li jaqgħu taħt dan il-Programm huma mistennija jenħtieġ li jimmiraw biex jikkontribwixxu tal-inqas 16 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv tal-Programm favur objettivi klimatiċi , filwaqt li jistinkaw biex jilħqu l-għan li l-infiq relatat mal-klima jilħaq, sal-2027, it-30 % tan-nefqa tal-QFP. Jenħtieġ li tingħata prijorità lill-proġetti ambjentali li jindirizzaw it-tniġġis transfruntier. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u implimentazzjoni l-eżekuzzjoni tal-Programm, u l-kontribuzzjoni kumplessiva minn dan il-programm jenħtieġ li tkun parti mill-evalwazzjonijiet u mill-proċessi ta' rieżami rilevanti. [Em. 15]

(14)

Jenħtieġ li l-azzjonijiet li jaqgħu taħt dan l-Istrument jappoġġaw l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti bħala aġenda universali, li għaliha l-UE u l-Istati Membri tagħha huma kompletament impenjati, u li l-benefiċjarji kollha mniżżlin fl-Anness I approvaw.

(15)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-programm ta’ applikazzjoni tiegħu li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza primarja, fis-sens ta’ [ir-referenza għandha tiġi aġġornata kif xieraq f’konformità mal-ftehim interistituzzjonali l-ġdid: il-punt 17 tal-Ftehim interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (8)], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(16)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw il-konformità, il-koerenza, il-konsistenza u l-komplementarjetà tal-assistenza tagħhom finanzjarja esterna , b'mod partikolari permezz ta' konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta' informazzjoni matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu tal-assistenza. Jenħtieġ li jittieħdu wkoll il-passi meħtieġa sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni u komplementarjetà aħjar, inkluż permezz ta' konsultazzjonijiet regolari, ma' donaturi oħrajn. Ir-rwol Organizzazzjonijiet differenti indipendenti tas-soċjetà ċivili u tipi u livelli differenti ta' awtoritajiet lokali jenħtieġ li jiżvolġu rwol sinifikanti fil-proċess . B'konformità mal-prinċipju ta' sħubija inklużiva, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jenħtieġ li jiġi msaħħaħ kemm fil-programmi implimentat jkunu parti mit-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi eżegwiti permezz ta' korpi ta' governanza governattivi bħala benefiċjarju dirett jkunu l-benefiċjarji diretti tal-assistenza tal-Unjoni. [Em. 16]

(17)

Il-prijoritajiet għall-azzjoni biex jintlaħqu l-għanijiet L-objettivi speċifiċi u miżurabbli fl-oqsma ta' politika relevanti rilevanti jenħtieġ li se jiġu appoġġati taħt dan ir-regolament jenħtieġ li jiġu definiti definiti għal kull benefiċjarju, segwiti minn prijoritajiet għal azzjoni biex jintlaħqu dawn l-objettivi f'qafas ta' programmazzjoni stabbilit mill-Kummissjoni għad-durata tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-Unjoni għall-perjodu mill-2021 sal-2027 permezz ta' atti delegati. Il-qafas ta' programmazzjoni jenħtieġ li jiġi stabbilit fi sħubija mal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, fuq il-bażi tal-aġenda tat-tkabbir u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, f'konformità mal-għanijiet mal-objettivi ġenerali u speċifiċi ddefiniti minn dan ir-Regolament u u l-prinċipji tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-istrateġiji nazzjonali rilevanti u r-riżoluzzjonijiet pertinenti tal-Parlament Ewropew. Jenħtieġ li tali sħubija tinkludi, kif hu xieraq, lill-awtoritajiet kompetenti, kif ukoll lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti u l-koordinament bejn id-donaturi. Il-qafas ta' programmazzjoni jenħtieġ li jiġi rieżaminat wara l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu . Jenħtieġ li l-qafas ta' programmazzjoni jidentifika l-oqsma li għandhom jiġu appoġġati permezz tal-assistenza b'allokazzjoni indikattiva għal kull qasam ta' appoġġ, inkluż stima tan-nefqa relatata mal-klima. [Em. 17]

(18)

Huwa fl-interess komuni tal-Unjoni u tal-benefiċjarji li tassisti l-benefiċjarji elenkati fl-Anness I fl-isforzi tagħhom għar-riforma tas-sistemi politiċi, legali u ekonomiċi tagħhom bil-ħsieb ta' sħubija fl-Unjoni. Jenħtieġ li l-assistenza tiġi ġestita b'enfasi qawwija f'konformità mal-approċċ ibbażat fuq ir-riżultati il-prestazzjoni b'inċentivi sinifikanti abbażi ta' użu iżjed effiċjenti b'inċentivi effettiv tal-fondi għal dawk li juru l-impenn tagħhom għar-riforma permezz tal-implimentazzjoni effiċjenti tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni u l-progress lejn l-ilħuq tal-kriterji tas-sħubija. Jenħtieġ li l-assistenza tkun allokata f'konformità mal-prinċipju tas-“sehem ġust” u tal-konsegwenzi ċari fil-każ ta' deterjorament gravi jew nuqqas ta' progress fir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem. [Em. 18]

(18a)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tistabbilixxi mekkaniżmi ta' monitoraġġ u evalwazzjoni ċari biex tiżgura li l-objettivi u l-azzjonijiet li jikkonċernaw benefiċjarji differenti jibqgħu rilevanti u fattibbli u li jkejlu l-progress b'mod regolari. Għal dak il-għan, kull objettiv jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn indikatur tal-prestazzjoni wieħed jew aktar, li jivvaluta l-adozzjoni mill-benefiċjarji tar-riformi u l-implimentazzjoni konkreta tagħhom [Em. 19]

(19)

It-tranżizzjoni minn ġestjoni diretta mill-Kummissjoni tal-fondi ta' qabel l-adeżjoni għal ġestjoni indiretta mill-benefiċjarji jenħtieġ li tkun progressiva u li timxi mal-kapaċitajiet rispettivi ta' dawk il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I . Dik it-tranżizzjoni jenħtieġ li titreġġa' lura jew tiġi sospiża f'oqsma ta' politika jew ta' programm speċifiċi fil-każ li l-benefiċjarji jonqsu milli jissodisfaw l-obbligi rilevanti jew li jamministraw il-fondi tal-Unjoni f'konformità mar-regoli, il-prinċipji u l-objettivi stabbiliti. Jenħtieġ li tali deċiżjoni tqis b'mod debitu kwalunkwe konsegwenza ekonomika u soċjali negattiva possibbli. Jenħtieġ li l-assistenza tkompli tagħmel użu mill-istrutturi u mill-istrumenti li wrew kemm huma ta' valur fil-proċess ta' qabel l-adeżjoni. [Em. 20]

(20)

L-Unjoni jenħtieġ li tfittex l-aktar użu effiċjenti tar-riżorsi disponibbli sabiex tottimizza l-impatt tal-azzjoni esterna tagħha. Dan jenħtieġ li jinkiseb , sabiex jiġi evitat it-trikkib ma' strumenti ta' finanzjament estern eżistenti oħra, permezz tal-koerenza , il-konsistenza u l-komplementarjetà bejn l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni, kif ukoll permezz tal-ħolqien ta' sinerġiji ma' politiki u programmi tal-Unjoni oħrajn. Dan jinkludi, fejn huwa rilevanti, il-koerenza u l-komplementarjetà mal-assistenza makrofinanzjarja. [Em. 21]

(21)

Sabiex jimmassimizza l-impatt ta’ interventi kkombinati biex jinkiseb għan komuni, dan ir-Regolament għandu jkun jista’ jikkontribwixxi għal azzjonijiet taħt programmi oħrajn, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkunux ikopru l-istess kostijiet.

(21a)

Mingħajr preġudizzju għall-proċedura tal-baġit u d-dispożizzjonijiet dwar is-sospensjoni tal-għajnuna stabbilita fil-ftehimiet internazzjonali mal-benefiċjarji, jenħtieġ li s-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi ddelegata lill-Kummissjoni sabiex temenda l-Anness I ta' dan ir-Regolament biex tissospendi, anki parzjalment, l-assistenza tal-Unjoni. Jenħtieġ li tali setgħa tintuża meta jkun hemm rigress konsistenti fuq wieħed jew aktar mill-kriterji ta' Copenhagen jew meta l-benefiċjarju jonqos milli jirrispetta l-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jew jikser l-impenji li ħa fl-ambitu tal-ftehimiet rilevanti konklużi mal-Unjoni. Meta l-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li r-raġunijiet li jiġġustifikaw is-sospensjoni tal-assistenza ma jkunux japplikaw aktar, jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati sabiex temenda l-Anness I biex terġa' tintroduċi l-assistenza tal-Unjoni. [Em. 22]

(22)

Il-finanzjament minn dan ir-Regolament jenħtieġ li jintuża biex jiffinanzja azzjonijiet taħt id-dimensjoni internazzjonali ta’ Erasmus, li l-implimentazzjoni tagħhom trid issir skont ir-Regolament (UE) …/… (“ir-Regolament Erasmus”) (9).

(23)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat- TFUE jenħtieġ li japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 of the Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“ir-Regolament Finanzjarju”) (10) u jiddeterminaw, b’mod partikolari, il-proċedura biex jiġi stabbilit u implimentat il-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, appoġġ baġitarju, fondi fiduċjarji, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-UE fil-każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri u pajjiżi terzi, minħabba li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u l-finanzjament mill-UE effettiv.

(24)

It-tipi ta' finanzjament u l-metodi ta' implimentazzjoni eżekuzzjoni skont dan ir-regolament jenħtieġ li jingħażlu jintgħażlu fuq il-bażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jiksbu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b'mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni ta' nuqqas ta' konformità. Ta' min jitqies l-użu Dan jenħtieġ li jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta' somom f'daqqa, prezzijiet fissi u kostijiet tal-unità, kif ukoll ta' finanzjament li ma jkunx marbut mal-kostijiet, kif inhu msemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 23]

(25)

Jenħtieġ li l-Unjoni tkompli tapplika regoli komuni għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet esterni. Ir-regoli u l-proċeduri għall-implimentazzjoni għall-applikazzjoni tal-istrumenti għall-finanzjament tal-azzjoni esterna tal-Unjoni huma stabbiliti fir-Regolament (UE) …/… [“ir-Regolament NDICI”] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li jiġu stipulati dispożizzjonijiet addizzjonali dettaljati biex jindirizzaw sitwazzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari għall-oqsma ta’ politika tal-kooperazzjoni transfruntiera u tal-agrikoltura u żvilupp rurali. [Em. 24]

(26)

L-azzjonijiet esterni spiss jiġu implimentati f'ambjent volatili ħafna u jkun hemm bżonn adattament rapidu u kontinwu għall-ħtiġijiet li qed jevolvu tas-sħab tal-Unjoni u għal sfidi dinjija għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-governanza tajba, is-sigurtà , id-difiża u l-istabbiltà, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, l-migrazzjoni il-protezzjoniżmu ekonomiku, il-migrazzjoni irregolari u  l-ispustar furzat tal-persuni u l-għeruq tagħha. Li l-prinċipju tal-prevedibbiltà jiġi rikonċiljat mal-ħtieġa ta' reazzjoni rapida għal ħtiġijiet ġodda, għaldaqstant, jimplika li l-implimentazzjoni l-eżekuzzjoni finanzjarja tal-programmi tiġi adattata. Biex tiżdied l-abbiltà tal-Unjoni li tirrispondi għal ħtiġijiet imprevisti, filwaqt li jiġi rrispettat il-prinċipju li l-baġit tal-Unjoni jiġi stabbilit annwalment, ir-Regolament jenħtieġ li jippreserva l-possibbiltà li jiġu applikati l-flessibilitajiet diġà permessi mir-Regolament Finanzjarju għal politiki oħrajn, jiġifieri trasferimenti u impenji mill-ġdid ta' fondi impenjati filwaqt li taderixxi mal-għanijiet u l-objettivi mniżżla f'dan ir-Regolament , biex jiġi żgurat użu effiċjenti tal-fondi tal-UE, kemm għaċ-ċittadini tal-UE u għall-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, biex b'hekk jiġu massimizzati l-fondi tal-UE disponibbli għall-interventi ta' azzjoni esterna tal-UE. Jenħtieġ li jitħallew forom addizzjonali ta' flessibbiltà bħal pereżempju r-riallokazzjoni fost il-prijoritajiet, il-qsim ta' proġetti f'fażijiet differenti u l-ikkuntrattar eċċessiv. [Em. 25]

(27)

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+), hu u jibni fuq il-predeċessur tiegħu, jenħtieġ li jikkostitwixxi pakkett finanzjarju integrat li jagħti l-kapaċità ta' finanzjament fl-għamla ta’ għotjiet, garanziji baġitarji u strumenti finanzjarji oħrajn madwar id-dinja, inkluż lill-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I. Il-governanza għall-operazzjonijiet li jitwettqu skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkomplu jiġu żgurati mill-Qafas ta’ Investiment għall-Balkani tal-Punent.

(28)

Il-Garanzija għall-Azzjoni Esterna jenħtieġ li tappoġġa l-operazzjonijiet tal-EFSD+ u l-IPA jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ħtiġijiet ta’ proviżjonament fir-rigward tal-operazzjonijiet għall-benefiċċju tal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, inkluż il-proviżjonament u l-obbligazzjonijiet li jiġu minn self ta’ assistenza makrofinanzjarja.

(29)

Huwa importanti li jiġi żgurat li l-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntieri jiġu implimentati b’mod koerenti fil-qafas stabbilit fil-programmi ta’ azzjoni esterna u fir-regolament ta’ kooperazzjoni territorjali. F’dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet ta’ kofinanzjament speċifiċi.

(29a)

Il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera huma l-aktar programmi viżibbli tal-Istrument ta' Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni, kif ukoll huma magħrufa sew miċ-ċittadini. Il-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera jistgħu għalhekk itejbu b'mod sinifikanti l-viżibilità tal-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni fl-istati kandidati; [Em. 26]

(30)

Pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri annwali jew multiannwali msemmija fl-Artikolu 8 jikkostitwixxu programmi ta’ ħidma skont ir-Regolament Finanzjarju. Pjanijiet ta’ azzjoni annwali jew multiannwali jikkonsistu minn sett ta’ miżuri raggruppati f’dokument wieħed.

(31)

F’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (12), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (13) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (14), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri effettivi u proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, il-kxif, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15). B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, fejn applikabbli, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I jenħtieġ ukoll li jirrappurtaw l-irregolaritajiet inkluż il-frodi li kienu s-suġġett ta' riżultanza amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u jżommu lil din tal-aħħar infurmata dwar il-progress tal-proċediment amministrattiv u legali. Bl-għan ta’ allinjament ma’ prattiki tajbin fl-Istati Membri, dan ir-rappurtar jenħtieġ li jsir permezz ta’ mezzi elettroniċi, bl-użu tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet, stabbilita mill-Kummissjoni.

(31a)

Jenħtieġ li l-allokazzjonijiet ta' finanzjament kollha fl-ambitu ta' dan ir-Regolament isiru b'mod trasparenti, effettiv, responsabbli, depolitiċizzat u mhux diskriminatorju, anki permezz ta' distribuzzjoni ekwa li tirrifletti l-bżonnijiet tar-reġjuni u tal-muniċipalitajiet lokali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni, il-Viċi President/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (“VP/RGħ”) u, b'mod partikolari, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni jagħmlu monitoraġġ mill-qrib tal-fatt li dawk il-kriterji jiġu ssodisfati u li l-prinċipji tat-trasparenza, tal-obbligu ta' rendikont u tan-nondiskriminazzjoni jiġu rispettati fl-allokazzjoni tal-fondi. [Em. 27]

(31b)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni, il-VP/ir-RGħ u, b'mod partikolari, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni u l-benefiċjarji jsaħħu l-viżibbiltà tal-assistenza ta' qabel l-adeżjoni tal-Unjoni bil-għan li jikkomunikaw il-valur miżjud tal-appoġġ tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni jirrikonoxxu l-oriġini tal-finanzjament tal-Unjoni u jiżguraw il-viżibbiltà adegwata tiegħu. Jenħtieġ li l-IPA jikkontribwixxi għall-finanzjament tal-azzjonijiet ta' komunikazzjoni għal finijiet ta' promozzjoni tar-riżultati tal-assistenza tal-Unjoni indirizzati lejn pubbliku ta' tipi differenti fil-benefiċjarji. [Em. 28]

(32)

Sabiex jitqiesu l-bidliet fil-qafas tal-politika tat-tkabbir jew ta’ żviluppi sinifikanti fil-benefiċjarji elenkati fl-Anness I, is-setgħa li jiġu adottati atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-TFUE jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-adattament u l-aġġornament tal-prijoritajiet tematiċi għall-assistenza elenkati fl-Annessi II u III. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti, u li tali konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (16). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(33)

Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’mod partikolari fir-rigward ta’ kundizzjonijiet u strutturi speċifiċi għall-ġestjoni indiretta mal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I u fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-assistenza għall-iżvilupp rurali, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont [ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 (17) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill]. Meta jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, it-tagħlimiet mitgħallma mill-ġestjoni u mill-implimentazzjoni tal-assistenza ta’ qabel l-adeżjoni passata jenħtieġ li jiġu kkunsidrati. Dawk il-kundizzjonijiet uniformi jenħtieġ li jiġu emendati jekk l-iżviluppi jkunu jirrikjedu dan. [Em. 29]

(34)

Il-kumitat stabbilit skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun kompetenti wkoll għall-atti u l-impenji legali skont ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006 (18) skont ir-Regolament (UE) 231/2014 kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/2006 (19). [Em. 30]

(34a)

Il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jkun involut bis-sħiħ fil-fażijiet tat-tfassil, tal-programmazzjoni, tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-istrumenti sabiex jiżgura kontroll politiku u skrutinju demokratiku u obbligu ta' rendikont tal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna. Jenħtieġ li jiġi stabbilit djalogu msaħħaħ bejn l-istituzzjonijiet sabiex jiġi żgurat li l-Parlament Ewropew ikun f'pożizzjoni li jeżerċita kontroll politiku waqt l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament b'mod sistematiku u bla xkiel sabiex b'hekk jissaħħu kemm l-effiċjenza kif ukoll il-leġittimità. [Em. 31]

(35)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f'dan ir-Regolament, dan ir-Regolament jenħtieġ li jidħol fis-seħħ fi [inqas mill-għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-programm għall-“Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni” (“IPA III”).

Jistipula l-għanijiet tiegħu, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta’ assistenza mill-Unjoni, u r-regoli biex tingħata tali assistenza.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“kooperazzjoni transfruntiera” tfisser kooperazzjoni bejn stati membri tal-UE u l-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I  ta’ dan ir-Regolament , bejn żewġ benefiċjarji jew aktar imniżżlin fl-Anness I jew bejn benefiċjarji mniżżlin f’dak l-Anness I u pajjiżi u territorji mniżżlin fl-Anness I tar-Regolament NDICI kif imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) …/… (“ir-Regolament dwar il-kooperazzjoni territorjali Ewropea”) (20).

(b)

“Prinċipju tas-sehem ġust tal-assistenza” tfisser li l-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni jkun kkomplementat b'mekkaniżmu korrettiv ta' allokazzjoni, fil-każijiet li fihom l-assistenza mogħtija lill-benefiċjarji nkella tkun sproporzjonatament baxxa jew għolja meta mqabbla mal-benefiċjarji l-oħra, fid-dawl tal-bżonnijiet tal-popolazzjoni milquta u l-progress relattiv fir-riformi relatati mal-ftuħ tan-negozjati tal-adeżjoni jew il-progress f'dawn tal-aħħar. [Em. 32]

Artikolu 3

Għanijiet tal-IPA III

1.   L-għan ġenerali tal-IPA III għandu jkun li jappoġġa l-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I fl-adozzjoni u fl-implimentazzjoni tar-riformi politiċi, istituzzjonali, legali, amministrattivi, soċjali u ekonomiċi meħtieġa minn tali benefiċjarji biex jikkonformaw mal-valuri u l-acquis tal-Unjoni u biex progressivament jallinjaw irwieħhom ruħhom mar-regoli, mal-istandards, mal-politiki u mal-prattiki tal-Unjoni bil-ħsieb tas-sħubija tal-adeżjoni mal-Unjoni, biex b'hekk jikkontribwixi jikkontribwixxi għall-paċi, għall-istabbiltà, għas-sigurtà u għall-prosperità tagħhom kif ukoll għall-interessi strateġiċi tal-Unjoni . [Em. 33]

2.   L-IPA III għandu jkollu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

Li jsaħħaħ l-istat tad-dritt, id-demokrazija, ir-rispett għad-drittijiet għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk tal-minoranzi u t-tfal, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, id-drittijiet fundamentali u għad-dritt d-dritt internazzjonali, is-soċjetà ċivili u s-sigurtà, kif ukoll li jtejjeb il-ġestjoni tal-migrazzjoni, inkluża l-ġestjoni tal-fruntier i, il-libertà akkademika , il-paċi u s-sigurtà, ir-rispett għad-diversità kulturali , in-nondiskriminazzjoni u t-tolleranza ; [Em. 34]

(aa)

Li jindirizza l-ispostament furzat u l-migrazzjoni irregolari, filwaqt li jiżgura li l-migrazzjoni sseħħ b'mod sikur, ordnat u regolari, u jissalvagwardja l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali; [Em. 35]

(b)

Li jsaħħaħ l-effettività l-effikaċja tal-amministrazzjoni pubblika u li , jappoġġa r-riformi t-trasparenza, ir-riformi strutturali , l-indipendenza ġudizzjarja, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-governanza tajba fil-livelli kollha , inkluż fil-qasam tal-akkwist pubbliku, l-għajnuna mill-Istat, il-kompetizzjoni, l-investiment barrani u l-proprjetà intellettwali ; [Em. 36]

(c)

Li jsawwar ir-regoli, l-istandards, il-politiki u l-prattiki tal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I biex jiġu pariġġ dawk tal-Unjoni, u biex isaħħaħ f'allinjament ma' dawk tal-Unjoni, inkluż dwar il-PESK , isaħħaħ l-ordni internazzjonali multilaterali bbażat fuq ir-regoli u jsaħħaħ ir-rikonċiljazzjoni interna u esterna u r-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien, kif ukoll il-kuntatti il-bini tal-paċi u l-prevenzjoni tal-kunflitti, inkluż permezz tal-bini tal-fiduċja u l-medjazzjoni, edukazzjoni inklużiva u integrata fil-kuntatti bejn il-persuni , il-libertà tal-midja u l-komunikazzjoni; [Em. 37]

(d)

Li jsaħħaħ l-iżvilupp ekonomiku u u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, inkluż permezz ta' iktar iktar konnettività u żvilupp reġjonali, ta' politiki ta' agrikoltura agrikoli żvilupp tal-iżvilupp rurali, ta' u politiki soċjali u tal-impjiegi, li jsaħħaħ il-ħarsien tal-ambjent, li jżid ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima, li jaċċellera t-tranżizzjoni lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju it-tnaqqis tal-faqar u tal-iżbilanċi reġjonali , il-promozzjoni tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali billi jissaħħu l-istrutturi ta' kooperazzjoni reġjonali fil-livell tal-istat , l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), il-kapaċitajiet ta' inizjattivi bbażati fil-komunità, l-appoġġ għall-investiment f'żoni rurali li jiżviluppa l-ekonomijas-soċjetà diġitali . t-titjib tal-klima tan-negozju tal-investiment; [Em. 38]

(da)

Li jsaħħaħ il-protezzjoni ambjentali, iżid ir-resiljenza għat-tibdil fil-klima, jaċċellera l-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' karbonju u jiżviluppa l-ekonomija u s-soċjetà diġitali, b'hekk joħloq opportunitajiet ta' impjiegi, partikolarment għaż-żgħażagħ; [Em. 39]

(e)

Li jappoġġa l-kooperazzjoni territorjali u transfruntiera , inkluż tul il-fruntieri marittimi u li jsaħħaħ ir-relazzjonijiet kummerċjali u ekonomiċi billi jiġu implimentati bis-sħiħ il-ftehimiet eżistenti mal-Unjoni, filwaqt li jitnaqqsu l-iżbilanċi reġjonali . [Em. 40]

3.   F’konformità mal-għanijiet speċifiċi, il-prijoritajiet tematiċi għall-għoti tal-assistenza skont il-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I huma stipulati fl-Anness II. Il-prijoritajiet tematiċi għall-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I huma stipulati fl-Anness III. Kull waħda minn dawn il-prijoritajiet tematiċi tista’ tikkontribwixxi għall-kisba ta’ iktar minn għan wieħed speċifiku.

Artikolu 4

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-IPA III għall-perjodu 2021 – 2027 għandu jkun ta’ EUR 14 500 000 000 EUR 13 009 976 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 14 663 401 000 fi prezzijiet kurrenti). [Em. 41]

2.   L-ammont Perċentwali stabbilit tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista' għandu jintuża għall-assistenza teknika u amministrativa għall-implimentazzjoni amministrattiva għall-eżekuzzjoni tal-Programm, bħall-attivitajiet li għandu jinkludi attivitajiet ta' tħejjija ta' monitoraġġ, ta' kontroll, ta' awditu u ta' evalwazzjoni , appoġġ għat-tisħiħ istituzzjonali u l-bini tal-kapaċità amministrattiva inklużi sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattivi, u kwalunkwe attività relatata mat-tħejjija tal-programm suċċessur għall-assistenza ta' qabel l-adeżjoni , f'konformità mal-Artikolu 20 tar-[Regolament NDICI].. [Em. 42]

Artikolu 5

Dispożizzjonijiet bejn il-programmi

1.   Fl-implimentazzjoni Fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandu jkun żgurat li jkun hemm il-konsistenza, is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet ma’ oqsma oħra tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, ma’ politiki u programmi rilevanti tal-Unjoni oħrajn, kif ukoll il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp. [Em. 43]

2.   Ir-Regolament NDICI għandu japplika għal-attivitajiet implimentati eżegwiti taħt dan ir-Regolament fejn imsemmi f’dan ir-Regolament. [Em. 44]

3.   L-IPA III għandu jikkontribwixxi għall-azzjonijiet stabbiliti skont ir-Regolament Erasmus. Ir-Regolament Erasmus għandu japplika għall-użu ta’ dawk il-fondi. Għal dan il-għan, il-kontribuzzjoni tal-IPA III għandha tkun inkluża fid-dokument ta’ programmazzjoni indikattiv uniku msemmi fil-paragrafu 7 tal-Artikolu 11 tar-Regolament NDICI u adottat f'konformità mal-proċeduri stipulati f'dan ir-Regolament.

4.   L-assistenza taħt l-IPA III tista’ tingħata lit-tip ta’ azzjonijiet previsti fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u fil-Fond ta’ Koeżjoni (21), fil-Fond Soċjali Ewropew Plus (22) u fil-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (23) u l-Fond għall-Ġustizzja, għad-Drittijiet u għall-Valuri, fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-kuntest transfruntier, transnazzjonali, interreġjonali jew makroreġjonali . [Em. 45]

4a.     Il-Kummissjoni għandha talloka perċentwal tar-riżorsi tal-IPA III biex tħejji lill-benefiċjarji elenkati fl-Anness I għall-parteċipazzjoni fil-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), b'mod partikolari fil-Fond Soċjali Ewropew (FSE). [Em. 46]

5.   Il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għal programmi jew miżuri stabbiliti għall-kooperazzjoni transfruntiera bejn il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I u l-Istati Membri u Stat Membru wieħed jew aktar . Dawn il-programmi u l-miżuri għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 16. L-ammont tal-kontribuzzjoni mill-IPA-KTF għandu jiġi ddeterminat skont l-Artikolu 10 (3) tar-Regolament KTE , b'livell limitu massimu ffissat għal 85 % għall-kontribuzzjoni mill-IPA III . Il-Programmi IPA-Kooperazzjoni Transfruntiera għandhom jiġu mmaniġjati f'konformità mar-Regolament KTE. [Em. 47]

6.   L-IPA III jista’ jikkontribwixxi għal programmi jew miżuri ta’ kooperazzjoni transnazzjonali u interreġjonali li jkunu stabbiliti u implimentati taħt ir-Regolament KTE u li fih jipparteċipaw il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

7.   Fejn xieraq, programmi oħrajn tal-Unjoni jistgħu jikkontribwixxu għal azzjonijiet stabbiliti bis-saħħa ta’ dan ir-Regolament f’konformità mal-Artikolu 8, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Dan ir-Regolament jista’ wkoll jikkontribwixxi għal miżuri stabbiliti bis-saħħa ta’ programmi oħrajn tal-Unjoni, dment li l-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. F’tali każijiet, il-programm ta' ħidma li jkopri dawn l-azzjonijiet għandu jistabbilixxi liema sett ta’ regoli għandu japplika.

8.   F’ċirkostanzi debitament iġġustifikati u sabiex tiżgura l-koerenza u l-effettività l-effikaċja tal-finanzjament tal-Unjoni u biex trawwem il-kooperazzjoni reġjonali, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li testendi l-eliġibbiltà tal-programmi u l-miżuri ta’ azzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) għal pajjiżi, territorji u reġjuni minbarra dawk imsemmija fl-Anness I, fejn il-programm jew il-miżura li għandha tiġi implimentata applikata hija ta’ natura dinjija, reġjonali jew transfruntiera. [Em. 48]

KAPITOLU II

IPPJANAR STRATEĠIKU

Artikolu 6

Qafas ta’ politika u prinċipji ġenerali

1.   Il-qafas tal-politika tat-tkabbir iddefinit mill-Kunsill Ewropew u mill-Kunsill, il-ftehimiet li jistabbilixxu relazzjoni legalment vinkolanti mal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I, kif ukoll ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni jew il-Komunikazzjonijiet Konġunti tal-kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà rilevanti, għandhom jikkostitwixxu l-qafas ta’ politika kumplessiv għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-regolament. Il-Kummissjoni għandha tiżgura koerenza bejn il-qafas ta’ politika tat-tkabbir u tal-assistenza.

Il-VP/ir-RGħ u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw koordinazzjoni bejn l-azzjoni esterna tal-Unjoni u l-politika tat-tkabbir fi ħdan il-qafas tal-objettivi tal-politika stabbiliti fl-Artikolu 3.

Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-programmazzjoni skont dan ir-Regolament b'involviment xieraq tas-SEAE.

Il-qafas tal-politika tat-tkabbir għandu jkun il-bażi li fuqha tingħata l-assistenza. [Em. 49]

2.   Il-programmi u l-azzjonijiet taħt dan ir-Regolament għandhom jintegraw it-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent , il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-konflitt dwar id-drittijiet tal-bniedem, il-migrazzjoni, u l-ispustar furzat, is-sigurtà, il-koeżjoni soċjali u reġjonali, it-tnaqqis tal-faqar u l-ugwaljanza bejn is-sessi u, fejn applikabbli, għandhom jindirizzaw l-interkonnessjonijiet bejn l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (24), għall-promozzjoni ta’ azzjonijiet integrati li jistgħu joħolqu benefiċċji kollaterali u jilħqu għanijiet multipli b’mod koerenti. Għandhom jimmiraw li jikkontribwixxu 16 % tal-pakkett finanzjarju kumplessiv favur objettivi klimatiċi. [Em. 50]

3.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżguraw il-koerenza u għandhom jagħmlu ħilithom biex jevitaw id-duplikazzjoni bejn l-assistenza mogħtija taħt l-IPA III u assistenza oħra mogħtija mill-Unjoni, mill-Istati Membri u mill-Bank Ewropew tal-Investiment, f’konformità mal-prinċipji stabbiliti għat-tisħiħ tal-koordinazzjoni operazzjonali fil-qasam tal-assistenza esterna, u għall-armonizzazzjoni tal-politiki u l-proċeduri, b’mod partikolari l-prinċipji internazzjonali dwar l-effettività l-effikaċja tal-iżvilupp (25). Il-koordinazzjoni għandha tinvolvi konsulazzjonijiet konsultazzjonijiet regolari u skambji frekwenti ta’ informazzjoni matul il-fażijiet differenti taċ-ċiklu ta’ assistenza u laqgħat inklużivi mmirati għall-koordinazzjoni tal-assistenza, u għandha tikkostitwixxi pass ewlieni fil-proċessi ta’ programmazzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri. L-assistenza għandu jkollha l-għan li tiżgura l-allinjament mal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-fondi, arranġamenti għall-prinċipju ta' sħubija u approċċ integrat għal żvilupp territorjali. [Em. 51]

3a.     Il-Kummissjoni għandha taġixxi fi sħubija mal-benefiċjarji. Is-sħubija għandha tinkludi, kif xieraq, awtoritajiet nazzjonali u lokali kompetenti, kif ukoll organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li tippermettilhom li jkollhom rwol sinifikanti matul il-fażijiet tat-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ.

Il-Kummissjoni għandha tinkoraġġixxi l-koordinazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti. L-assistenza tal-IPA III ssaħħaħ il-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż, kif xieraq, bħala benefiċjarji diretti tal-assistenza; [Em. 52]

4.   Il-Kummissjoni, f’koordinazzjoni mal-Istati Membri, għandha wkoll tieħu l-passi meħtieġa biex tiżgura l-koordinazzjoni u l-komplementarjetà ma’ organizzazzjonijiet u entitajiet multilaterali u reġjonali, bħal organizzazzjonijiet internazzjonali u istituzzjonijiet finanzjarji, aġenziji, u donaturi mhux tal-Unjoni.

KAPITOLU III

IMPLIMENTAZZJONI QAFAS TA' PROGRAMMAZZJONI U EŻEKUZZJONI [Em. 53]

Artikolu 7

Qafas ta’ programmazzjoni tal-IPA

1.   L-assistenza bl-IPA III għandha tkun ibbażata fuq il-qafas Dan ir-Regolament għandu jkun supplimentat minn qafas ta’ programmazzjoni tal-IPA għall-implimentazzjoni tal-objettivi i jistabbilixxi dispożizzjonijiet ulterjuri dwar il-mod li bih jinkisbu l-objettivi speċifiċi msemmija fl-Artikolu 3. Il-qafas ta’ programmazzjoni tal-IPA għandu jiġi stabbilit mill-Kummissjoni għad-durata tal-qafas finanzjarju pluriennali tal-Unjoni. permezz ta' atti delegati, f'konformità mal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu .

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew id-dokumenti ta' programmazzjoni rilevanti f'ħin utli qabel ma jibda l-perjodu ta' programmazzjoni. Dawk id-dokumenti għandhom jistabbilixxu l-allokazzjonijiet indikattivi previsti għal kull settur tematiku u, meta disponibbli, għal kull pajjiż/reġjun, u jkopru r-riżultati mistennija u l-għażla tal-arranġamenti ta' assistenza. [Em. 54]

1a.     Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jawtorizzaw l-approprjazzjonijiet annwali fil-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2021 sal-2027. [Em. 55]

2.   Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jqis ir-riżoluzzjonijiet u l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-istrateġiji nazzjonali u l-politiki tas-settur rilevanti. [Em. 56]

L-assistenza għandha tiġi mmirata u aġġustata skont is-sitwazzjoni speċifika tal-benefiċjarji elenkati fl-Anness I, filwaqt li jitqiesu l-isforzi ulterjuri meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-kriterji ta’ sħubija kif ukoll il-kapaċitajiet ta’ dawk il-benefiċjarji. L-assistenza għandha tiġi differenzjata fil-kamp ta’ applikazzjoni u fl-intensità skont il-ħtiġijiet, l-impenn għal riformi u l-progress fl-implimentazzjoni ta’ dawk ir-riformi.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu , il-qafas ta’ programmazzjoni tal-IPA għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami tal-Kumitat imsemmija fl-Artikolu 16. il-Kummissjoni għandha tadotta l-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA, inklużi l-arranġamenti għall-attwazzjoni tal-prinċipju tas-“sehem ġust”, permezz ta' atti delegati f'konformità mal-Artikolu 14. Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jiskadi fit-30 ta' Ġunju 2025 l-aktar tard. Sat-30 ta' Ġunju 2025, il-Kummissjoni għandha tadotta qafas ta' programmazzjoni tal-IPA ġdid, ibbażat fuq l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu li tkun konsistenti ma' strumenti finanzjarji esterni oħra u tqis ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew. Il-Kummissjoni tista' wkoll tirrieżamina, meta meħtieġ, l-implimentazzjoni effettiva tal-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA, b'mod partikolari meta jkun hemm bidliet sostanzjali fil-qafas ta' politika msemmi fl-Artikolu 6 b'kont meħud tar-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew. [Em. 57]

4.   Il-qafas ta’ programmazzjoni għall-kooperazzjoni transfruntiera mal-Istati Membri għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni f'konformità mal-Artikolu 10 (1) tar-Regolament KTE.

5.   Il-qafas ta' programmazzjoni tal-IPA għandu jinkludi jkun ibbażat fuq indikaturi tal-prestazzjoni ċari u verifikabbli stabbiliti fl-Anness IV għall-valutazzjoni tal-progress fir-rigward tal-ilħuq tal-miri stabbiliti fih , inter alia, il-progress u r-riżultati fl-oqsma ta':

(a)

id-demokrazija, l-istat tad-dritt u sistema ġudizzjarja indipendenti u effiċjenti;

(b)

id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi u gruppi vulnerabbli;

(c)

l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tat-tfal;

(d)

il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-kriminalità organizzata;

(e)

ir-rikonċiljazzjoni, il-bini tal-paċi, relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien;

(f)

il-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni;

(g)

il-ġestjoni tat-tibdil fil-klima f'konformità mal-obbligi stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi.

Il-Kummissjoni għandha tinkludi l-progress imqabbel ma' dawk l-indikaturi fir-rapporti annwali tagħha.

L-approċċ ibbażat fuq il-prestazzjoni fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għandu jkun suġġett għal skambju regolari ta' fehmiet fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsill. [Em. 123]

Artikolu 7a

Evalwazzjoni u rieżami ta' nofs it-terminu

1.     Il-Kummissjoni għandha tadotta qafas ta' programmazzjoni ġdid għall-IPA abbażi tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu. Mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2023 u jeżamina l-kontribut tal-Unjoni biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament, permezz ta' indikaturi li jkejlu r-riżultati miksuba u kwalunkwe konstatazzjoni u konklużjoni dwar l-impatt ta' dan ir-Regolament.

Il-Parlament Ewropew jista' jagħti l-kontribut tiegħu għal din l-evalwazzjoni. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jorganizzaw konsultazzjoni mal-benefiċjarji u l-partijiet ikkonċernati ewlenin, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jagħtu attenzjoni partikolari biex jiżguraw ir-rappreżentanza tal-aktar persuni emarġinati.

Permezz ta' evalwazzjonijiet esterni, il-Kummissjoni għandha tevalwa wkoll l-effikaċja tal-programmazzjoni flimkien mal-impatt u l-effikaċja tal-azzjonijiet tagħha f'kull qasam ta' intervent. Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom iqisu l-proposti u l-fehmiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-evalwazzjonijiet esterni indipendenti. L-evalwazzjoni interim għandha tivvaluta l-prestazzjoni tal-Unjoni b'rabta mal-miri stabbiliti minn dan ir-Regolament.

2.     Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jindirizza wkoll l-effiċjenza, il-valur miżjud, il-funzjonament tal-arkitettura ssimplifikata u razzjonalizzata tal-finanzjament estern, il-koerenza interna u esterna, kif ukoll ir-rilevanza kontinwa tal-objettivi ta' dan ir-Regolament, il-komplementarjetà u s-sinerġiji bejn l-azzjonijiet iffinanzjati, il-kontribut tal-miżuri għal azzjoni esterna konsistenti min-naħa tal-Unjoni u l-grad ta' kemm il-pubbliku fil-pajjiżi benefiċjarji jkun konxju mill-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, jekk ikun il-każ

3.     Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jsir bl-iskop speċifiku li titjieb l-applikazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni. Għandu jikkontribwixxi għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar it-tiġdid, il-modifika jew is-sospensjoni tat-tipi ta' azzjonijiet implimentati fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.

4.     Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandu jinkludi ukoll informazzjoni konsolidata minn rapporti annwali rilevanti dwar il-finanzjament kollu regolat minn dan ir-Regolament – li jinkludi d-dħul assenjat u l-kontribuzzjonijiet esterni lill-fondi fiduċjarji – u jindika t-tqassim tal-infiq skont il-pajjiż benefiċjarju, l-użu tal-istrumenti finanzjarji, l-impenji u l-pagamenti.

5.     Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Istati Membri. Ir-riżultati għandhom jintużaw fit-tfassil tal-programmi u fl-allokazzjoni tar-riżorsi.

6.     Il-Kummissjoni għandha tinvolvi lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, fil-proċess ta' evalwazzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni previst f'dan ir-Regolament, u tista', jekk ikun il-każ, twettaq evalwazzjonijiet konġunti mal-Istati Membri u b'kollaborazzjoni mill-qrib mal-benefiċjarji.

7.     Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmi f'dan l-Artikolu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u, jekk ikun il-każ, takkumpanjah bi proposti leġiżlattivi li jintroduċu l-emendi li jkun hemm bżonn isiru f'dan ir-Regolament.

8.     Fi tmiem il-perjodu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, iżda mhux aktar tard minn tliet snin wara tmiem il-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni finali tar-Regolament bl-istess kundizzjonijiet bħal fl-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu msemmija f'dan l-Artikolu. [Em. 124]

Artikolu 7b

Sospensjoni tal-assistenza

1.     F'konformità mal-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat sabiex temenda l-Anness I ta' dan ir-Regolament b'tali mod li tissospendi l-assistenza tal-Unjoni – jew tissospendiha parzjalment – jekk benefiċjarju jonqos milli jirrispetta l-prinċipju tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jew l-istandards tas-sikurezza nukleari, jew imur kontra l-impenji meħuda fl-ambitu tal-ftehimiet rilevanti konklużi mal-Unjoni jew jonqos konsistentement milli josserva xi wieħed jew aktar mill-kriterji ta' Copenhagen. Fl-eventwalità ta' sospensjoni parzjali, għandhom ikunu indikati l-programmi li għalihom tapplika s-sospensjoni.

2.     F'konformità mal-Artikolu 14, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-Anness I u tirrikostitwixxi l-assistenza tal-Unjoni jekk tasal għall-konklużjoni li r-raġunijiet li jiġġustifikaw is-sospensjoni tal-assistenza ma jkunux japplikaw iżjed.

3.     F'każijiet ta' sospensjoni parzjali, l-assistenza tal-Unjoni għandha tintuża primarjament biex jingħata appoġġ lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-atturi mhux statali fir-rigward ta' miżuri maħsuba biex jiġu promossi d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u b'appoġġ għall-proċessi ta' demokratizzazzjoni u djalogu fil-pajjiżi sħab.

4.     Il-Kummissjoni għandha tqis ir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Parlament Ewropew fil-proċess deċiżjonali tagħha. . [Em. 125]

Artikolu 7c

Governanza

Grupp ta' tmexxija orizzontali magħmul mis-servizzi rilevanti kollha tal-Kummissjoni u tas-SEAE u ppresedut mill-VP/RGħ jew minn rappreżentant ta' dak l-uffiċċju għandu jkun inkarigat mit-tmexxija, il-koordinazzjoni u l-ġestjoni ta' dan l-istrument tul iċ-ċiklu kollu tal-ġestjoni sabiex jiġu żgurati l-konsistenza, l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà tal-finanzjament estern kollu tal-Unjoni. Il-koordinazzjoni politika globali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni għandha tkun assigurata mill-VP/RGħ. Tul iċ-ċiklu kollu tal-programmazzjoni, l-ippjanar u l-applikazzjoni tal-istrument, il-VP/RGħ u s-SEAE għandhom jaħdmu mal-membri u s-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni – identifikati abbażi tan-natura u l-objettivi tal-azzjoni prevista – u jagħmlu użu mill-għarfien espert tagħhom. Il-VP/RGħ, is-SEAE u l-Kummissjoni għandhom iħejju kull proposta għal deċiżjoni skont il-proċeduri tal-Kummissjoni u jippreżentawha għall-adozzjoni.

Il-Parlament Ewropew għandu jkun involut bis-sħiħ fil-fażijiet tat-tfassil, il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrumenti finanzjarji esterni sabiex jiġi żgurat kontroll politiku, skrutinju demokratiku u obbligu ta' rendikont f'dak li għandu x'jaqsam mal-finanzjament tal-Unjoni fil-qasam tal-azzjoni esterna.. [Am. 126]

Artikolu 8

Miżuri u metodi ta’ implimentazzjoni eżekuzzjoni [Em. 62]

1.   L-assistenza taħt l-IPA III għandha tiġi implimentata eżegwita f'ġestjoni diretta jew f'ġestjoni indiretta f'konformità mar-Regolament Finanzjarju permezz ta' pjanijiet u miżuri ta' azzjoni pluriennali kif imsemmi fil-Kapitolu III tat-Titolu II tar-[Regolament NDICI]. Il-Kapitolu III tat-Titolu II tar-[Regolament NDICI] għandu japplika għal dan ir-Regolament bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 24 [persuni u entitajiet eliġibbli]. fil-Kapitolu IIIa. [Em. 63]

1a.     Ġestjoni indiretta tista' titreġġa' lura jekk il-benefiċjarju ma jkunx jista' jew ma jkunx irid jamministra l-fondi mogħtija skont ir-regoli, il-prinċipji u l-objettivi stabbiliti skont Fil-każ li benefiċjarju jonqos milli jirrispetta l-prinċipju tad-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jew fil-każ li jikser l-impenji meħuda fl-ambitu tal-ftehimiet rilevanti konklużi mal-Unjoni, il-Kummissjoni tista', f'oqsma ta' politika jew fi programmi speċifiċi, tibdel mill-ġestjoni indiretta ma' dak il-benefiċjarju għal ġestjoni indiretta ma' entità jew entitajiet fdati għajr benefiċjarju jew ġestjoni diretta. [Em. 64]

1b.     Il-Kummissjoni għandu jkollha djalogu mal-Parlament Ewropew, u tqis il-fehmiet tal-Parlament Ewropew dwar oqsma li fihom dan tal-aħħar qed imexxi l-programmi ta' assistenza tiegħu stess, bħat-tisħiħ tal-kapaċitajiet u l-osservazzjoni elettorali. [Em. 65]

2.   Skont dan ir-Regolament, il-pjanijiet ta’ azzjoni jistgħu jiġu adottati għal perjodu li jlaħħaq is-seba’ snin.

2a.     Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew kompletament involut fi kwistjonijiet relatati mal-ippjanjar u mal-implimentazzjoni tal-miżuri pertinenti għal dan l-Artikolu, inkluża kwalunkwe bidla sostanzjali jew allokazzjoni prevista [Em. 66]

2b.     L-iżborż tal-appoġġ baġitarju ġenerali jew settorjali għandu jkun suġġett għall-kundizzjoni li jsir progress sodisfaċenti biex jinkisbu l-objettivi miftiehma mal-benefiċjarju.

Il-Kummissjoni għandha tapplika l-kriterji tal-kundizzjonalità tal-appoġġ baġitarju stabbiliti fl-Artikolu 23(4) tar-Regolament NDICI. Għandha tieħu azzjoni biex tnaqqas jew tissospendi l-finanzjament tal-Unjoni permezz tal-appoġġ baġitarju fil-każijiet ta' irregolaritajiet sistemiċi fis-sistemi ta' ġestjoni u kontroll jew ta' progress insodisfaċenti biex jinkisbu l-objettivi miftiehma mal-benefiċjarju.

Ir-reintroduzzjoni tal-assistenza wara s-sospensjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandha tkun akkumpanjata minn assistenza mmirata lill-awtoritajiet nazzjonali tal-awditjar. [Em. 67]

Kapitolu IIIa

Eżekuzzjoni[Am. 68]

Artikolu 8a

Pjanijiet ta' azzjoni u miżuri

1.     Il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta' azzjoni jew miżuri annwali jew pluriennali. Il-miżuri jistgħu jieħdu l-forma ta' miżuri individwali, miżuri speċjali, miżuri ta' appoġġ jew miżuri ta' assistenza eċċezzjonali. Il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri għandhom jispeċifikaw, għal kull azzjoni, l-objettivi mixtieqa, ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet ewlenin, il-metodi ta' implimentazzjoni, il-baġit u n-nefqiet kollha ta' appoġġ relatati.

2.     Il-pjanijiet ta' azzjoni għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti ta' programmazzjoni, ħlief għall-każijiet imsemmija fil-paragrafi 3 u 4.

Fejn ikun meħtieġ, azzjoni tista' tiġi adottata bħala miżura individwali qabel jew wara l-adozzjoni tal-pjanijiet ta' azzjoni. Il-miżuri individwali għandhom ikunu bbażati fuq id-dokumenti ta' programmazzjoni, ħlief għall-każijiet imsemmija fil-paragrafu 3 u f'każijiet oħra debitament ġustifikati.

Fil-każ ta' ħtiġijiet jew ċirkostanzi mhux previsti, u meta ma jkunx possibbli finanzjament minn sorsi aktar xierqa, il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 43 tar-Regolament NDICI li jistipulaw miżuri speċjali mhux ibbażati fuq id-dokumenti ta' programmazzjoni.

3.     Pjanijiet ta' azzjoni annwali jew pluriennali u miżuri individwali jistgħu jintużaw biex jiġu eżegwiti azzjonijiet ta' rispons rapidu msemmija fl-Artikolu 4(4)(b) tar-Regolament NDICI.

4.     Il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' assistenza eċċezzjonali għal azzjonijiet ta' rispons rapidu kif imsemmi fl-Artikolu 4(4)(a) tar-Regolament NDICI.

5.     Miżuri meħuda skont l-Artikolu 19(3) u (4) jistgħu jibqgħu validi sa 18-il xahar, u jistgħu jiġu estiżi darbtejn b'perjodu ieħor li ma jaqbiżx is-sitt xhur, sa żmien massimu ta' 30 xahar, fil-każ ta' ostakli oġġettivi u mhux mistennija għall-eżekuzzjoni, dment li ma jkun hemm l-ebda żieda fl-ammont finanzjarju tal-miżura.

F'każijiet ta' kriżijiet u konflitti mtawla, il-Kummissjoni tista' tadotta t-tieni miżura ta' assistenza eċċezzjonali b'perjodu ta' żmien ta' mhux aktar minn 18-il xahar. F'każijiet debitament ġustifikati, meta l-kontinwità tal-azzjoni tal-Unjoni skont dan il-paragrafu tkun essenzjali u ma tistax tiġi żgurata b'mezzi oħra, ikunu jistgħu jiġu adottati aktar miżuri. [Em. 69]

Artikolu 8b

Miżuri ta' appoġġ

1.     Il-finanzjament tal-Unjoni jista' jkopri n-nefqa li tappoġġa l-eżekuzzjoni tal-Istrument u għall-kisba tal-objettivi tiegħu, inkluż l-appoġġ amministrattiv assoċjat mal-attivitajiet ta' tħejjija, segwitu, monitoraġġ, kontroll, awditjar u evalwazzjoni meħtieġa għal dik l-eżekuzzjoni, kif ukoll in-nefqa fil-kwartieri ġenerali u fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni fuq l-appoġġ amministrattiv meħtieġ għall-programm, u l-ġestjoni tal-operazzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni u s-sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni.

2.     Meta n-nefqa ta' appoġġ ma tkunx inkluża fil-pjanijiet ta' azzjoni jew fil-miżuri msemmija fl-Artikolu 8c, il-Kummissjoni għandha tadotta, fejn xieraq, miżuri ta' appoġġ. Il-finanzjament tal-Unjoni taħt il-miżuri ta' appoġġ jista' jkopri:

(a)

studji, laqgħat, informazzjoni, sensibilizzazzjoni, taħriġ, tħejjija u skambju tat-tagħlimiet miksuba u tal-aqwa prattiki, attivitajiet ta' pubblikazzjoni u kwalunkwe nefqa amministrattiva u ta' assistenza teknika oħra meħtieġa għall-programmazzjoni u l-ġestjoni tal-azzjonijiet, inklużi esperti esterni remunerati;

(b)

attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni u studji dwar kwistjonijiet rilevanti u d-disseminazzjoni tagħhom;

(c)

infiq relatat mal-provvediment ta' azzjonijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż l-iżvilupp ta' strateġiji ta' komunikazzjoni u l-komunikazzjoni u l-viżibbiltà korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni. [Em. 70]

Artikolu 8c

Adozzjoni ta' miżuri u pjanijiet ta' azzjoni

1.     Il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri u pjanijiet ta' azzjoni permezz ta' deċiżjoni tal-Kummissjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

2.     Fl-interess tal-konsistenza tal-azzjoni esterna tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tqis l-approċċ strateġiku rilevanti tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew fl-ippjanar u l-applikazzjoni sussegwenti ta' tali miżuri u pjanijiet ta' azzjoni.

Il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Parlament Ewropew bl-ippjanar ta' miżuri u pjanijiet ta' azzjoni skont dan l-Artikolu, kif ukoll bl-ammonti finanzjarji previsti, u għandha tinfurmah ukoll meta tagħmel bidliet jew estensjonijiet sostanzjali f'dik l-assistenza. Malajr kemm jista' jkun wara l-adozzjoni jew il-modifika sostanzjali ta' miżura, u – ikun xi jkun – fi żmien xahar, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill u tagħti sommarju tan-natura u r-raġunament wara l-miżura adottata kif ukoll tat-tul, il-baġit u l-kuntest tagħha, inkluża l-komplementarjetà ta' dik il-miżura ma' kwalunkwe assistenza oħra eżistenti u ppjanata tal-Unjoni. Għal miżuri ta' assistenza eċċezzjonali, il-Kummissjoni għandha tindika wkoll jekk, kif u kemm se tiżgura l-kontinwità tal-politika eżegwita bl-assistenza eċċezzjonali permezz ta' assistenza għal żmien medju u fit-tul skont dan ir-Regolament.

3.     Qabel ma tadotta miżuri u pjanijiet ta' azzjoni mhux ibbażati fuq id-dokumenti ta' programmazzjoni f'konformità mal-Artikolu 8a(2), ħlief għall-każijiet imsemmija fl-Artikolu 8a(3) u (4), il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 14 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-objettivi speċifiċi li jridu jintlaħqu, ir-riżultati mistennija, l-istrumenti li jridu jintużaw, l-attivitajiet ewlenin u l-allokazzjonijiet finanzjarji indikattivi ta' tali miżuri u pjanijiet ta' azzjoni.

4.     Fil-livell tal-azzjonijiet għandu jsir skrinjar adegwat tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll ta' kwistjonijiet soċjali u ambjentali – inkluż dwar l-impatt fuq it-tibdil fil-klima u l-bijodiversità – f'konformità mal-atti leġiżlattivi applikabbli tal-Unjoni, inklużi d-Direttiva 2011/92/UE  (26) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE  (27) , u dan għandu jinkludi, meta applikabbli, valutazzjoni tal-impatt ambjentali għal azzjonijiet ambjentalment sensittivi, partikolarment infrastrutturi ġodda kbar.

Barra minn hekk, għandhom isiru valutazzjonijiet ex ante tal-impatt f'termini soċjali u ta' kwistjonijiet marbuta mad-drittijiet tal-bniedem, is-sessi u x-xogħol, kif ukoll valutazzjoni tar-riskju u analiżi tal-kunflitti.

Jekk ikun rilevanti, fl-eżekuzzjoni tal-programmi settorjali għandhom jintużaw valutazzjonijiet ambjentali strateġiċi kif ukoll soċjali u tad-drittijiet tal-bniedem. Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-involviment tal-partijiet ikkonċernati f'dawn il-valutazzjonijiet u aċċess pubbliku għar-riżultati tagħhom. [Em. 127]

Artikolu 8d

Metodi ta' kooperazzjoni

1.     Il-finanzjament taħt dan l-Istrument għandu jiġi implimentat mill-Kummissjoni, kif previst mir-Regolament Finanzjarju, jew direttament mill-Kummissjoni stess, mid-delegazzjonijiet tal-Unjoni u minn aġenziji eżekuttivi jew indirettament permezz ta' xi waħda mill-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

2.     Il-finanzjament taħt dan l-Istrument jista' jiġi pprovdut ukoll permezz ta' kontribuzzjonijiet għal fondi internazzjonali, reġjonali jew nazzjonali, bħal dawk stabbiliti jew ġestiti mill-BEI, mill-Istati Membri, mill-pajjiżi u r-reġjuni sħab jew minn organizzazzjonijiet internazzjonali, jew donaturi oħra.

3.     L-entitajiet elenkati fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju u fl-Artikolu 29(1) tarRegolament NDICI għandhom jissodisfaw annwalment l-obbligi ta' rapportar tagħhom skont l-Artikolu 155 tar-Regolament Finanzjarju. Ir-rekwiżiti ta' rapportar għal kull waħda minn dawk l-entitajiet huma stabbiliti fil-ftehim qafas ta' sħubija, fil-ftehim ta' kontribuzzjoni, fil-ftehim dwar il-garanziji baġitarji jew fil-ftehim ta' finanzjament.ment, the agreement on budgetary guarantees or the financing agreement.

4.     L-azzjonijiet iffinanzjati permezz ta' dan l-Istrumenti jistgħu jiġu implimentati permezz ta' kofinanzjament parallel jew konġunt.

5.     Fil-każ ta' kofinanzjament parallel, azzjoni tinqasam f'numru ta' komponenti identifikabbli b'mod ċar li kull wieħed minnhom huwa ffinanzjat minn sħab differenti li jipprovdu kofinanzjament b'tali mod li l-użu aħħari tal-finanzjament jista' dejjem jiġi identifikat.

6.     Fil-każ ta' kofinanzjament konġunt, l-ispiża totali ta' azzjoni għandha tinqasam bejn is-sħab li jipprovdu l-kofinanzjament filwaqt li r-riżorsi għandhom jiġu akkomunati b'mod li ma jibqax aktar possibbli li jkun identifikat is-sors ta' finanzjament ta' kwalunkwe attività speċifika mwettqa bħala parti mill-azzjoni.

7.     Il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u s-sħab tagħha tista' tieħu l-forma, fost affarijiet oħra, ta’:

(a)

arranġamenti triangolari li permezz tagħhom l-Unjoni tikkoordina ma' pajjiżi terzi l-finanzjament tal-assistenza tagħha lil pajjiż jew reġjun sieħeb;

(b)

miżuri ta' kooperazzjoni amministrattivi bħal ġemellaġġ bejn istituzzjonijiet pubbliċi, awtoritajiet lokali, korpi pubbliċi nazzjonali jew entitajiet tad-dritt privat responsabbli għal kompiti ta' servizz pubbliku ta' Stat Membru u dawk ta' pajjiż jew reġjun sieħeb, kif ukoll miżuri ta' kooperazzjoni li jinvolvu esperti tas-settur pubbliku mibgħuta mill-Istati Membri u l-awtoritajiet reġjonali u lokali tagħhom;

(c)

kontribuzzjonijiet għall-ispejjeż meħtieġa għall-istabbiliment u l-amministrazzjoni ta' sħubija pubblika-privata inkluż appoġġ ta' parteċipazzjoni wiesgħa bit-twaqqif ta' korp indipendenti ta' organizzazzjonijiet indipendenti ta' partijiet terzi CSO biex jivvalutaw u jimmonitorjaw strutturi ta' sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat;

(d)

programmi ta' appoġġ għall-politika tas-settur li permezz tagħhom l-Unjoni tipprovdi appoġġ għall-programm tas-settur ta' pajjiż sieħeb;

(e)

kontribuzzjonijiet għall-kost tal-parteċipazzjoni f'programmi u azzjonijiet tal-Unjoni implimentati minn aġenziji u korpi tal-Unjoni, kif ukoll korpi jew persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi fil-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni skont it-Titolu V tat-TUE;

(f)

sussidji tar-rati tal-imgħax. [Em. 72]

Artikolu 8e

Forom ta' finanzjament mill-Unjoni u metodi ta' applikazzjoni

1.     Il-finanzjament tal-Unjoni jista' jiġi pprovdut permezz tat-tipi ta' finanzjament previsti mir-Regolament Finanzjarju, u b'mod partikolari:

(a)

sussidji;

(b)

kuntratti pubbliċi għal servizzi, provvisti jew xogħlijiet;

(c)

appoġġ baġitarju;

(d)

kontribuzzjonijiet għall-fondi fiduċjarji stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 234 tar-Regolament Finanzjarju;

(e)

strumenti finanzjarji;

(f)

garanziji baġitarji;

(g)

finanzjamenti mħallta;

(h)

ħelsien mid-dejn fil-kuntest ta' programm miftiehem internazzjonalment dwar il-ħelsien mid-dejn;

(i)

assistenza finanzjarja;

(j)

esperti esterni mħallsa.

2.     Fil-ħidma mal-partijiet ikkonċernati tal-pajjiżi sħab, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-ispeċifiċitajiet tagħhom, inklużi l-ħtiġijiet tagħhom u l-kuntest rilevanti, meta tiddefinixxi l-modalitajiet ta' finanzjament, it-tip ta' kontribuzzjoni, il-modalitajiet tal-għotja u d-dispożizzjonijiet amministrattivi għall-ġestjoni tal-għotjiet, bil-ħsieb li jinkiseb u li jingħata l-aħjar rispons għall-firxa l-aktar wiesgħa possibbli ta' tali partijiet ikkonċernati. Dik il-valutazzjoni għandha tqis il-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni u involviment sinifikanti tal-partijiet ikkonċernati kollha, b'mod partikolari tas-soċjetà ċivili lokali. Għandhom jiġu inkoraġġiti modalitajiet speċifiċi skont ir-Regolament Finanzjarju, bħal ftehimiet ta' sħubija, awtorizzazzjonijiet ta' appoġġ finanzjarju lil terzi persuni, għoti dirett jew sejħiet għall-proposti ristretti għall-eliġibbiltà, jew somom f'daqqa, kostijiet unitarji u finanzjament b'rata fissa kif ukoll finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif previst fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. Dawk il-modalitajiet differenti għandhom jiżguraw trasparenza, traċċabbiltà u innovazzjoni. Il-kooperazzjoni bejn l-NGOs lokali u internazzjonali għandha tiġi mħeġġa sabiex jissaħħu l-kapaċitajiet tas-soċjetà ċivili lokali bil-għan li tinkiseb il-parteċipazzjoni sħiħa tagħha fil-programmi ta' żvilupp.

3.     Minbarra l-każijiet imsemmija fl-Artikolu 195 tar-Regolament Finanzjarju, il-proċedura ta' għoti dirett tista' tintuża għal;

(a)

għotjiet ta' valur baxx lil difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lil mekkaniżmi għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju, biex jiffinanzjaw azzjonijiet ta' protezzjoni urġenti, fejn xieraq mingħajr il-ħtieġa ta' kofinanzjament, kif ukoll għall-medjaturi u atturi oħra tas-soċjetà ċivili involuti fi djalogu relatat mal-kriżi u l-kunflitti armati, fir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, fir-rikonċiljazzjoni u fil-bini tal-paċi;

(b)

għotjiet, fejn xieraq mingħajr il-ħtieġa ta' kofinanzjament, biex jiffinanzjaw azzjonijiet fl-aktar kundizzjonijiet diffiċli fejn il-pubblikazzjoni ta' sejħa għal proposti ma tkunx xierqa inklużi sitwazzjonijiet fejn ikun hemm nuqqas serju ta' libertajiet fundamentali, theddid għal istituzzjonijiet demokratiċi, eskalazzjoni ta' kriżi, kunflitt armat fejn is-sigurtà tal-bniedem tkun l-aktar f'riskju jew fejn l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u d-difensuri, il-medjaturi u atturi oħra tas-soċjetà ċivili involuti fi djalogu relatat ma' kriżi u kunflitt armat, ir-rikonċiljazzjoni u l-bini tal-paċi joperaw taħt l-aktar kundizzjonijiet diffiċli. Għotjiet bħal dawn ma għandhomx jaqbżu l-EUR 1 000 000 u għandu jkollhom tul ta' żmien ta' mhux aktar minn 18-il xahar, li jista' jiġi estiż bi 12-il xahar ieħor fl-eventwalità ta' ostakli oġġettivi u mhux previsti għall-applikazzjoni tagħhom;

(c)

għotjiet lill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem kif ukoll lill-Global Campus, liċ-Ċentru Interuniversitarju Ewropew għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokratizzazzjoni, li jipprovdi Lawrja Ewropea ta' Masters fid-Drittijiet tal-Bniedem u fid-Demokratizzazzjoni, u n-netwerk assoċjat tiegħu ta' universitajiet li jipprovdu diplomi postgraduate dwar id-drittijiet tal-bniedem, inklużi boroż ta' studju lil studenti, riċerkaturi, għalliema u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minn pajjiżi terzi.

(d)

Proġetti żgħar kif deskritti fl-Artikolu 23a tar-Regolament NDICI.

L-appoġġ baġitarju kif imsemmi fil-punt (c) tal-paragrafu 1, inkluż permezz ta' kuntratti ta' prestazzjoni ta' riforma tas-setturi, għandu jkun ibbażat fuq is-sjieda tal-pajjiż, dover ta' rendikont reċiproku u impenji kondiviżi għall-valuri universali, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp tal-bniedem u l-istat tad-dritt u għandu l-għan li jsaħħaħ is-sħubijiet bejn l-Unjoni u l-pajjiżi sħab. Għandha tinkludi djalogu msaħħaħ ta' politika, żvilupp tal-kapaċità, u governanza mtejba, li jikkumplimentaw l-isforzi tas-sħab biex jiġbru aktar u jonfqu aħjar sabiex jappoġġaw żvilupp soċjoekonomiku sostenibbli u inklużiv li jkun ta' benefiċċju għal kulħadd, il-ħolqien ta' impjiegi deċenti, b'attenzjoni partikolari għaż-żgħażagħ, it-tnaqqis tal-inugwaljanzi u l-eliminazzjoni tal-faqar b'kunsiderazzjoni xierqa għall-ekonomiji lokali, id-drittijiet ambjentali u soċjali. Kwalunkwe deċiżjoni biex jiġi pprovdut appoġġ baġitarju għandha tkun ibbażata fuq politiki ta' appoġġ baġitarju maqbula mill-Unjoni, sett ċar ta' kriterji ta' eliġibbiltà u evalwazzjoni bir-reqqa tar-riskji u l-benefiċċji. Wieħed mill-fatturi determinanti prinċipali ta' dik id-deċiżjoni għandu jkun valutazzjoni tal-impenn, ir-rekord u l-progress tal-pajjiżi sħab fir-rigward tad-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt.

4.     L-appoġġ baġitarju għandu jiġi differenzjat b'mod li jwieġeb aħjar għall-kuntest politiku, ekonomiku u soċjali tal-pajjiż sieħeb, b'kont meħud tas-sitwazzjonijiet ta' fraġilità.

Meta tipprovdi appoġġ baġitarju f'konformità mal-Artikolu 236 tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tiddefinixxi b'mod ċar u tissorvelja l-kriterji għall-kundizzjonalità tal-appoġġ baġitarju, inkluż il-progress fir-riformi u t-trasparenza, u għandha tappoġġa l-iżvilupp tal-kontroll parlamentari, il-kapaċitajiet ta' awditjar nazzjonali, il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-monitoraġġ u ż-żieda fit-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni u l-iżvilupp ta' sistemi ta' akkwist pubbliku b'saħħithom li jappoġġaw l-iżvilupp ekonomiku lokali u n-negozji lokali.

5.     L-iżborż tal-appoġġ baġitarju għandu jkun ibbażat fuq indikaturi li juru li jkun qiegħed isir progress sodisfaċenti sabiex jintlaħqu l-għanijiet miftehma mal-pajjiż sieħeb. .

6.     L-istrumenti finanzjarji skont dan ir-Regolament jistgħu jieħdu forom, bħal self, garanziji, ekwità jew kważi ekwità, investimenti jew parteċipazzjonijiet, u strumenti għall-kondiviżjoni tar-riskji, kull meta jkun possibbli u skont il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 209(1) tar-Regolament Finanzjarju taħt it-tmexxija tal-BEI, istituzzjoni finanzjarja Ewropea multilaterali, bħall-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp, jew istituzzjoni finanzjarja Ewropea bilaterali, bħal banek bilaterali tal-iżvilupp, possibbilment magħquda ma' forom addizzjonali oħra ta' appoġġ finanzjarju, kemm mill-Istati Membri kif ukoll minn partijiet terzi.

Il-kontribuzzjonijiet għall-istrumenti finanzjarji tal-Unjoni skont dan ir-Regolament jistgħu jsiru mill-Istati Membri kif ukoll minn kwalunkwe entità msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

7.     Dawk l-istrumenti finanzjarji jistgħu jinġabru f'faċilitajiet għall-għanijiet tal-applikazzjoni u tar-rappurtar.

8.     Il-Kummissjoni u s-SEAE ma għandhomx jidħlu f'operazzjonijiet ġodda jew imġedda ma' entitajiet inkorporati jew stabbiliti f'ġurisdizzjonijiet definiti taħt il-politika rilevanti tal-Unjoni bħala li ma jikkooperawx, jew li huma identifikati bħala pajjiżi terzi b'riskju kbir skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (28) , jew li mhumiex effettivament konformi mal-istandards fiskali tal-Unjoni jew dawk miftiehma internazzjonalment dwar it-trasparenza u l-iskambju tal-informazzjoni.

9.     Il-finanzjament mill-Unjoni ma għandux jiġġenera jew jattiva l-ġbir ta' taxxi, dazji jew imposti speċifiċi.

10.     It-taxxi, dazji u imposti debitati mill-pajjiżi sħab, jistgħu jkunu eliġibbli għall-finanzjament skont dan ir-Regolament. [Em. 73]

Artikolu 8f

Riporti, pagamenti akkont annwali, approprjazzjonijiet ta' impenn u dħul iġġenerat minn strumenti finanzjarji

1.     Minbarra l-Artikolu 12(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament li ma jintużawx skont dan ir-Regolament għandhom jiġu riportati awtomatikament u jistgħu jiġu impenjati sal-31 ta' Diċembru tas-sena finanzjarja ta' wara. L-ammont differit għandu jintuża bħala prijorità matul is-sena finanzjarja sussegwenti.

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill l-informazzjoni dwar l-approprjazzjonijiet li ġew riportati awtomatikament f'konformità mal-Artikolu 12(6) tar-Regolament Finanzjarju.

2.     Minn barra r-regoli stipulati fl-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju dwar il-fatt li l-approprjazzjonijiet jerġgħu isiru disponibbli, l-approprjazzjonijiet ta' impenn li jikkorrispondu għall-ammont ta' diżimpenji magħmula b'riżultat tan-nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali ta' azzjoni skont dan ir-Regolament, għandhom jerġgħu jsiru disponibbli għall-benefiċċju tal-linja baġitarja tal-oriġini.

Referenzi għall-Artikolu 15 tar-Regolament Finanzjarju fl-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għandha tinftiehem bħala li tinkludi referenza għal dan il-paragrafu għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

3.     L-impenji baġitarji għal azzjonijiet li jkunu ta' aktar minn sena finanzjarja waħda jistgħu jinqasmu fuq diversi snin f'pagamenti akkont annwali, f'konformità mal-Artikolu 112(2) tar-Regolament Finanzjarju.

It-tielet paragrafu tal-Artikolu 114(2) tar-Regolament Finanzjarju ma japplikax għal tali azzjonijiet pluriennali. Il-Kummissjoni għandha awtomatikament tiddiżimpenja kwalunkwe porzjon ta' impenn baġitarju għal azzjoni li sal-31 ta' Diċembru tal-ħames sena wara dik tal-impenn baġitarju, ma jkunx intuża għall-fini ta' prefinanzjament jew biex isiru pagamenti interim jew li għalih ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda dikjarazzjoni ċċertifikata tan-nefqa jew xi talba għall-pagament.

Il-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandu japplika wkoll għall-pagamenti annwali.

4.     B'deroga mill-Artikolu 209(3) tar-Regolament Finanzjarju, ir-ripagamenti u d-dħul iġġenerati minn strument finanzjarju għandhom jiġu assenjati lil-linja baġitarja tal-oriġini bħala dħul assenjat intern wara li jitnaqqsu l-kostijiet u t-tariffi ta' ġestjoni. Kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha teżamina l-kontribut li jkun sar biex jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni, kif ukoll l-effikaċja, tal-istrumenti finanzjarji eżistenti. [Em. 74]

Artikolu 9

Il-kooperazzjoni transfruntiera

1.   Sa 3 % tal-pakkett finanzjarju għandu jiġi allokat b’mod indikattiv għall-programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera bejn il-benefiċjarji elenkati fl-Anness I u l-Istati Membri, f’konformità mal-ħtiġijiet u l-prijoritajiet tagħhom.

2.   Ir-rata ta’ kofinanzjament tal-Unjoni fil-livell ta’ kull prijorità ma għandhiex tkun ogħla minn 85 % tan-nefqa eliġibbli ta’ programm ta’ kooperazzjoni transfruntier. Għall-assistenza teknika r-rata ta’ kofinanzjament tal-Unjoni għandha tkun 100 %.

3.   Il-livell ta’ prefinanzjament għall-kooperazzjoni transfruntiera mal-Istati Membri għandu jkun determinat fil-programm ta’ ħidma, f’konformità mal-ħtiġijiet tal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I u jista’ jaqbeż il-perċentwali msemmi fl-Artikolu 49 tar-Regolament KTE.

4.   Meta programmi ta’ kooperazzjoni transfruntiera ma jitkomplewx f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament KTE, l-appoġġ minn dan ir-regolament għall-programm li ma jkunx tkompla li jkun għadu disponibbli jista’ jintuża biex jiffinanzja kwalunkwe azzjoni eliġibbli oħra taħt dan ir-Regolament. F'każ bħal dan, jekk ma jkun hemm l-ebda azzjoni eliġibbli x'tiġi ffinanzjata fis-sena kurrenti, l-approprjazzjonijiet jiġu riportati għas-sena ta' wara. [Em. 75]

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET TA’ ELIĠIBBILTÀ U OĦRAJN SPEĊIFIĊI

Artikolu 10

Eliġibbiltà għall-finanzjament taħt l-IPA III

1.   Offerenti, applikanti u kandidati mill-pajjiżi li ġejjin għandhom ikunu eliġibbli għall-finanzjament taħt l-IPA III:

(a)

L-Istati Membri, il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, il-partijiet kontraenti għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u l-pajjiżi koperti mill-Anness X tar-Regolament NDICI, u

(b)

pajjiżi li għalihom huwa stabbilit aċċess reċiproku għall-assistenza esterna mill-Kummissjoni. Aċċess reċiproku jista’ jingħata għal perjodu limitat ta’ mill-anqas sena, kull meta pajjiż jagħti eliġibbiltà fuq termini ugwali lill-entitajiet mill-Unjoni u mill-pajjiżi eliġibbli skont dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-aċċess reċiproku wara konsultazzjoni tal-pajjiż jew il-pajjiżi riċeventi kkonċernati.

KAPITOLU V

GARANZIJI BAĠITARJI U TAL-EFSD+

Artikolu 11

Strumenti finanzjarji u garanzija għall-azzjoni esterna

1.   Il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I għandhom ikunu eliġibbli għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli Plus (EFSD+) u għall-Garanzija għall-Azzjoni Esterna kif previst fil-Kapitolu IV tat-Titolu II tar-Regolament NDICI. Għal dan il-għan l-IPA III għandu jikkontribwixxi għall-proviżjonament marbut mal-garanzija għall-azzjoni esterna msemmija fl-Artikolu 26 tar-Regolament NDICI b’mod proporzjonali għall-investimenti li jsiru għall-benefiċċju tal-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

KAPITOLU VI

MONITORAĠĠ U , RAPPORTAR, EVALWAZZJONI U KOMUNIKAZZJONI [Em. 76]

Artikolu 12

Monitoraġġ, awditu, evalwazzjoni u protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

1.   Il-Kapitolu V tat-Titolu II tar-Regolament NDICI fir-rigward tal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni għandu japplika għal dan ir-Regolament.

2.   L-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-eżekuzzjoni u l-progress tal-IPA III lejn il-ksib tal-għanijiet speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma mniżżlin fl-Anness IV ta’ dan ir-Regolament. [Em. 77]

3.   Għall-kooperazzjoni transfruntiera mal-Istati Membri, l-indikaturi għandhom ikunu dawk imsemmijin fl-Artikolu 33 tar-Regolament KTE.

4.   Flimkien mal-indikaturi msemmija fl-Anness IV, ir-rapporti dwar it-tkabbir u l-valutazzjonijiet min-naħa tal-Kummissjoni tal-Programmi ta' Riforma Ekonomika għandhom jitqiesu fil-qafas tar-riżultati tal-assistenza tal-IPA III. [Em. 78]

4a.     Il-Kummissjoni għandha tressaq u tippreżenta r-rapporti interim u finali ta' evalwazzjoni msemmija fl-Artikolu 32 tar-Regolament NDICI lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk ir-rapporti. [Em. 79]

5.   Flimkien mal-Artikolu 129 tar-Regolament Finanzjarju dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, taħt ġestjoni indiretta, il-benefiċjarji mniżżlin fl-Anness I għandhom jirrappurtaw l-irregolaritajiet inkluż il-frodi li kienu s-suġġett ta' riżultanza amministrattiva jew ġudizzjarja primarja, mingħajr dewmien, lill-Kummissjoni u jżommu lil din tal-aħħar infurmata dwar il-progress tal-proċediment amministrattiv u legali. Ir-rapportar għandu jsir permezz ta’ mezzi elettroniċi, bl-użu tas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Irregolaritajiet, stabbilita mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tappoġġa l-benefiċjarji fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet ta' kontroll u awditjar parlamentari u żżid it-trasparenza u l-aċċess pubbliku għall-informazzjoni. Il-Kummissjoni, il-VP/ir-RGħ u, b'mod partikolari, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-benefiċjarji għandhom jiżguraw li l-allokazzjonijiet ta' finanzjament kollha f'reġim ta' ġestjoni indiretta jitwettqu b'mod trasparenti, depolitiċizzat u imparzjali, inkluża d-distribuzzjoni ekwa, li tirrifletti l-bżonnijiet tar-reġjuni u tal-muniċipalitajiet lokali. [Em. 80]

KAPITOLU VII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 13

Delega tas-setgħa

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 14 biex temenda l-Assi II, III u IV ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 14

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 13 għandha tingħata 7(3), l-Artikolu 7a, l-Artikolu 7b (1) u (2), l-Artikolu 8c(3) u l-Artikoli 13 u 15 hija mogħtija lill-Kummissjoni. [Em. 128]

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 13 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 13 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu esprimew xi oġġezzjoni fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li ma għandhomx oġġezzjonijiet. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 14a

Ir-responsabilità demokratika

1.     Sabiex jissaħħaħ id-djalogu bejn l-istituzzjonijiet u s-servizzi tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni u s-SEAE, titrawwem il-koerenza ġenerali tal-Istrumenti ta' Finanzjament Esterni kollha, u biex jiġu żgurati trasparenza u responsabbiltà akbar, kif ukoll l-espedjenza fl-adozzjoni ta' atti u miżuri mill-Kummissjoni, il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni u lis-SEAE jidhru quddiemu biex jiddiskutu l-orjentazzjonijiet u l-linji gwida strateġiċi għall-programmazzjoni skont dan ir-Regolament. Dak id-djalogu jista' jsir qabel l-adozzjoni ta' atti delegati u tal-abbozz tal-baġit annwali mill-Kummissjoni jew, fuq talba tal-Parlament Ewropew, tal-Kummissjoni jew tas-SEAE, fuq bażi ad hoc fid-dawl ta' żviluppi politiċi ewlenin.

2.     Meta jkun ser isir djalogu msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom jippreżentaw lill-Parlament Ewropew id-dokumenti rilevanti kollha fir-rigward ta' dak id-djalogu. Meta d-djalogu ikun relatat mal-baġit annwali, informazzjoni kkonsolidata dwar il-pjanijiet ta' azzjoni u l-miżuri kollha adottati jew ippjanati f'konformità mal-Artikolu 8c, informazzjoni dwar il-kooperazzjoni għal kull pajjiż, reġjun u qasam tematiku, u l-użu ta' azzjonijiet ta' rispons rapidu u l-Garanzija tal-Azzjoni Esterna.

3.     Il-Kummissjoni u s-SEAE għandhom iqisu bis-sħiħ il-pożizzjoni espressa mill-Parlament Ewropew. Fil-każ li l-Kummissjoni jew is-SEAE ma jqisux il-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, dawn għandhom jipprovdu ġustifikazzjoni xierqa.

4.     Il-Kummissjoni u s-SEAE, b'mod partikolari permezz tal-grupp ta' tmexxija skont l-Artikolu 7c, għandhom ikunu responsabbli biex iżommu lill-Parlament Ewropew infurmat dwar l-istat ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar il-miżuri, l-azzjonijiet u r-riżultati li jkunu għaddejjin. [Em. 82]

Artikolu 15

Adozzjoni ta’ regoli ta’ implimentazzjoni ulterjuri [Em. 83]

1.   Ir-regoli speċifiċi li jistabbilixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, partikolarment b'rabta mal-istrutturi li għandhom jitwaqqfu bi tħejjija għall-adeżjoni u għall-għajnuna għall-iżvilupp rurali, għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura permezz ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16. atti delegati. [Em. 84]

2.   Kull fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. Il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta' azzjoni u miżuri permezz ta' deċiżjoni f'konformità mar-Regolament Finanzjarju . [Em. 85]

Artikolu 16

Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat (“Il-Kumitat tal-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni”). Dan il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-[Regolament (UE) Nru 182/2011].

2.   Fejn ikun meħtieġ li tinkiseb l-opinjoni tal-kumitat permezz ta’ proċedura bil-miktub, dik il-proċedura għandha tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu ta’ żmien għall-ħruġ tal-opinjoni, il-president tal-kumitat jiddeċiedi hekk, jew maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat titlob hekk.

3.   Osservatur mill-BEI għandu jieħu sehem fil-proċeduri tal-Kumitat dwar kwistjonijiet li jikkonċernaw l-BEI.

4.   Il-Kumitat tal-IPA III għandu jassisti lill-Kummissjoni u għandu jkun kompetenti wkoll għall-atti legali u l-impenji skont ir-Regolament (KE) Nru 1085/2006, ir-Regolament 231/2014 kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/2006.

5.   Il-Kumitat tal-IPA III ma għandux ikun kompetenti għall-kontribuzzjoni għal Erasmus+ kif speċifikat fl-Artikolu 5(3). [Em. 86]

Artikolu 17

Informazzjoni, komunikazzjoni , viżibbiltà u pubbliċità [Em. 87]

1.   Għandhom japplikaw l-Artikoli 36 u 37 tar-[Regolament NDICI]. Huma u jagħtu l-assistenza finanzjarja fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, il-VP/ir-RGħ u, b'mod partikolari, id-delegazzjonijiet tal-Unjoni fil-benefiċjarji għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha biex jiżguraw il-viżibbiltà tal-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni, inkluż il-monitoraġġ tal-konformità tad-destinatarju ma' dawk ir-rekwiżiti. L-azzjonijiet iffinanzjati mill-IPA għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżiti stabbiliti fil-Manwal ta' Komunikazzjoni u Viżibbiltà għall-Azzjonijiet Esterni tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tadotta gwida għal kull benefiċjarju rigward il-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni dwar l-azzjonijiet ta' viżibbiltà u komunikazzjoni. [Em. 88]

1a.     Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri biex issaħħaħ il-komunikazzjoni strateġika u d-diplomazija pubblika biex tikkomunika l-valuri tal-Unjoni u tenfasizza l-valur miżjud tal-appoġġ tal-Unjoni. [Em. 89]

1b.     Il-benefiċjarji tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini tal-finanzjament tal-Unjoni u jiżguraw il-viżibbiltà adegwata tagħha billi:

(a)

jipprovdu dikjarazzjoni li tenfasizza l-appoġġ li rċevew mill-Unjoni b'mod viżibbli fuq id-dokumenti u l-materjal ta' komunikazzjoni relatat mal-implimentazzjoni tal-fondi, anki f'sit web uffiċjali, fil-każ li tali sit web jeżisti; kif ukoll

(b)

jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni koerenti, effettiva u proporzjonata mmirata lil diversi tipi ta' udjenzi, inkluż il-midja u l-pubbliku.

Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati ma' dan ir-Regolament, kif ukoll l-azzjonijiet stabbiliti bis-saħħa tiegħu u r-riżultati miksuba. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għal dan ir-Regolament għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, dment li dawk il-prijoritajiet ikunu direttament relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u fl-Annessi II u III. [Em. 90]

Artikolu 18

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, bis-saħħa tar-Regolament 231/2014 IPA II u r-Regolament (KE) Nru 1085/2006 IPA li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom. Il-Kapitolu III tat-Titolu II tar-Regolament NDICI, li preċedentement kien taħt ir-Regolament 236/2014, għandu japplika għal dawn l-azzjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 24.

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-IPA III jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn l-IPA III u l-miżuri adottati taħt il-predeċessur tiegħu, l-IPA II.

3.   Jekk meħtieġ, jistgħu jiddaħħlu approprjazzjonijiet fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 4(2), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet mhux kompletati.

Artikolu 19

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi […] [l-għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027 . [Em. 91]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 110, 22.3.2019, p. 156.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 8.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2019.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 231/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA II) (ĠU L 77, 15.3.2014, p. 11).

(5)  L-approċċ tal-“fundamentali l-ewwel” jorbot l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali maż-żewġ oqsma kruċjali l-oħrajn tal-proċess ta’ adeżjoni: il-governanza ekonomika — enfasi msaħħa fuq l-iżvilupp ekonomiku u kompetittività mtejba — u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet demokratiċi u r-riforma tal-amministrazzjoni pubblika. Kull wieħed minn dawn it-tliet prinċipji fundamentali huwa ta’ importanza kruċjali għall-proċessi ta’ riforma fil-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali u jindirizza t-tħassib ewlieni taċ-ċittadini.

(6)  COM(2018)0065.

(7)  Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali pproklamat solennement mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni fis-Summit Soċjali għall-Impjiegi Ġusti u t-Tkabbir li sar f’Gothenburg fis-17 ta’ Novembru 2017.

(8)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(9)  Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ (ĠU…).

(10)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999, (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1.

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.95, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996 , p. 2).

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(15)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(16)  Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar Leġislar Aħjar (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(18)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1085/2006 tas-17 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 82)

(19)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 389/2006 tas-27 ta’ Frar 2006 li jistabbilixxi strument ta’ sostenn finanzjarju għall-inkoraġġiment tal-iżvilupp ekonomiku tal-komunità Turko-Ċiprijotta u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2667/2000 dwar l-Aġenzija Ewropea għar-Rikostruzzjoni (ĠU L 65, 7.3.2006, p. 5).

(20)  COM(2018)0374 – Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern

(21)  COM(2018)0372 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni.

(22)  COM(2018)0382 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+).

(23)  COM(2018)0392 Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li jridu jitfasslu mill-Istati Membri taħt il-Politika Agrikola Komuni (il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(24)  https://ec.europa.eu/europeaid/policies/sustainable-development-goals_en

(25)  https://ec.europa.eu/europeaid/policies/eu-approach-aid-effectiveness_en

(26)   Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (kodifikazzjoni) (ĠU L 26 28.1.2012, p. 1).

(27)   Id-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE tas-27 ta' Ġunju 1985 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 175, 5.07.1985, p. 40).

(28)   Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73–117).

ANNESS I

l-Albanija

il-Bożnija-Ħerzegovina

l-Iżlanda

il-Kosovo (*1)

il-Montenegro

is-Serbja

it-Turkija

l-Eks-Repubblika Jugoslava Ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq [Em. 129]


(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244 (1999) u l-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.

ANNESS II

Prijoritajiet tematiċi għall-assistenza

L-assistenza tista’, kif ikun xieraq, tindirizza l-prijoritajiet tematiċi li ġejjin:

(a)

It-twaqqif u l-promozzjoni sa minn stadju bikri tal-funzjonament korrett tal-istituzzjonijiet meħtieġa sabiex jiġi żgurat l-istat tad-dritt. L-interventi f’dan il-qasam għandu jkollhom l-għan li: ikun hemm separazzjoni tas-setgħat, jistabbilixxu sistemi ġudizzjarji indipendenti, responsabbli u effiċjenti, inkluż reklutaġġ trasparenti u bbażat fuq il-mertu u jippromwovu kooperazzjoni ġudizzjarja, sistemi ta’ evalwazzjoni u promozzjoni u proċeduri dixxiplinari effettivi f’każijiet ta' għemil ħażin; jiżguraw it-twaqqif ta’ sistemi robusti adegwati ta’ protezzjoni tal-fruntieri, jimmaniġjaw jimmaniġġjaw il-flussi migratorji u jipprovdu ażil asil għal dawk fil-bżonn; jiżviluppaw strumenti effettivi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, it-traffikar tad-drogi, il-ħasil tal-flus/il-finanzjament tat-terroriżmu u l-korruzzjoni, jippromwovu u jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem , inklużi d-drittijiet tat-tfal, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri , id-drittijiet ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi, inklużi r-Rom kif ukoll persuni lesbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali, u l-libertajiet fundamentali, inkluża l-libertà tal-mezzi ta’ komunikazzjoni u l-protezzjoni tad-data. [Em. 92]

(b)

Ir-riforma tal-amministrazzjonijiet pubbliċi f’konformità mal-Prinċipji tal-Amministrazzjoni Pubblika. L-interventi għandu jkollhom l-għan li: jsaħħu l-oqfsa ta’ riforma tal-amministrazzjoni pubblika; itejbu l-ippjanar strateġiku u l-iżvilupp politiku u l-iżvilupp leġiżlattiv inklużiv u bbażat fuq l-evidenza; itejbu l-professjonalizzazzjoni u depolitiċizzazzjoni tas-servizz pubbliku billi jinkorporaw prinċipji meritokratiċi; jippromwovu t-trasparenza u r-responsabbiltà; itejbu l-kwalità u l-għoti ta’ servizzi, inklużi proċeduri amministrattivi xierqa u l-użu ta’ gvern elettroniku ffukat fuq iċ-ċittadini; isaħħu l-amministrazzjoni finanzjarja pubblika u l-produzzjoni ta’ statistika affidabbli.

(c)

It-tisħiħ tal-governanza ekonomika: L-interventi għandu jkollhom l-għan li jappoġġaw il-parteċipazzjoni fil-proċess tal-programm ta' riforma ekonomika (ERP – economic reform process) u l-kooperazzjoni sistematika mal-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali rigward il-prinċipji fundamentali tal-politika ekonomika u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet ekonomiċi multikulturali . It-titjib tal-kapaċità ta' tisħiħ tal-istabbiltà makroekonomika , il-koeżjoni soċjali u l-appoġġ tal-progress ta' lejn żvilupp sostenibbli u żvilupp ta' ekonomija tas-suq li tiffunzjona bil-kapaċità li tlaħħaq mal-pressjonijiet kompettitivi kompetittivi u l-forzi tas-suq ġewwa l-Unjoni. [Em. 93]

(d)

It-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni u tas-sħab tagħha biex jipprevjenu l-kunflitti, jibnu l-paċi , relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u jindirizzaw sitwazzjonijiet ta’ qabel u ta’ wara l-kriżi, inkluż permezz ta’ twissija bikrija u analiżi tar-riskju sensittiva għall-kunflitti; il-promozzjoni tal-kuntatti bejn in-nies, ir-rikonċiljazzjoni, id-dover ta' rendikont, il-ġustizzja soċjali, il-miżuri għall-bini tal-paċi u għall-bini tal-fiduċja, inkluż il-ħolqien ta' Kummissjoni Reġjonali inkarigata bl-aċċertament tal-fatti rigward id-delitti tal-gwerra u ksur gravi ieħor tad-drittijiet tal-bniedem kommessi f'dik li kienet il-Jugoslavja (RECOM), kif ukoll l-appoġġ tal-azzjonijiet tat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għas-sigurtà u l-iżvilupp (CBSD — capacity building in support of security and development) , it-tisħiħ tal-kapaċitajiet taċ-ċiberdifiża u l-komunikazzjoni strateġika biex jitrawwem il-kxif sistematiku tad-diżinformazzjoni; [Em. 94]

(e)

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet , l-indipendenza u l-pluralità tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u  l- organizzazzjonijiet tal-imsieħba tal-organizzazzjonijiet tas-sħab soċjali inkluż assoċjazzjonijiet , inklużi l-assoċjazzjonijiet professjonali f'benefiċjarji elenkati fl-Anness I , tal-benefiċjarji u l-inkoraġġiment ta' netwerking kuntatti fil-livelli kollha fost l-organizzazzjonijiet ibbażati fl-Unjoni u dawk ta' benefiċjarji elenkati fl-Anness I, biex ikunu jistgħu jinvolvu ruħhom fi djalogu effettiv mal-atturi pubbliċi u privati. L-assistenza għandha tipprova tkun aċċessibbli għal firxa kemm jista' jkun wiesgħa ta' organizzazzjonijiet fil-benefiċjarji; [Em. 95]

(f)

Il-promozzjoni tal-allinjament tar-regoli, tal-istandards, tal-politiki u tal-prattiki tal-pajjiżi sħab ma’ dawk tal-Unjoni inklużi r-regoli l-PESK, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku u l-għajnuna mill-Istat; [Em. 96]

(g)

It-tisħiħ fl-aċċess għall-edukazzjoni, għat-taħriġ u għat-tagħlim tul il-ħajja u l-kwalità tagħhom fil-livelli kollha, u l-offerta ta' appoġġ lis-setturi kulturali u kreattivi u l-isport . L-interventi f'dan il-qasam għandu jkollhom l-għan li: jippromwovu aċċess ugwali għall-edukazzjoni u kura bikrija ta' kwalità tat-tfal inklużivi u bbażati fil-komunità għat-tfal , għall-edukazzjoni primarja u sekondarja, itejbu l-għoti tal-ħiliet bażiċi; iżidu l-livelli edukattivi milħuqa, inaqqsu t-tluq bikri mill-iskola u jsaħħu t-taħriġ tal-għalliema; l-għoti tas-setgħa lit-tfal u ż-żgħażagħ u l-possibbiltà li dawn jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Jiżviluppaw sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali (VET – vocational and educational training) u jippromwovu sistemi ta' tagħlim imsejsin fuq ix-xogħol biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni fis-suq tax-xogħol; itejbu l-kwalità u r-relevanza tal-edukazzjoni għolja; jinkoraġġixxu attivitajiet relatati mal-alumni; itejbu l-aċċess għal tagħlim tul il-ħajja u l-attività fiżika u jappoġġaw l-investiment fl-infrastruttura tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-isport , b'mod partikolari bil-għan li jnaqqsu l-ispariġġi l-inugwaljanzi territorjali u jrawmu edukazzjoni mhux segregata u wkoll permezz tal-użu tat-teknoloġiji diġitali; [Em. 97]

(h)

It-trawwim ta' impjiegi ta' kwalità u l-aċċess għas-suq tax-xogħol. L-interventi f'dan il-qasam għandu jkollhom l-għan li: jindirizzaw il-qgħad u l-inattività għoljin billi jappoġġaw l-integrazzjoni sostenibbli fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari taż-żgħażagħ (speċjalment dawk barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEET), in-nisa, il-persuni qiegħda fit-tul u l-gruppi kollha li huma l-inqas rappreżentati. Il-miżuri għandhom jistimulaw il-ħolqien tal-impjiegi u japoġġaw jappoġġaw l-infurzar effettiv tar-regoli u l-istandards , li hemm qbil fuqhom fil-livell internazzjonali, tax-xogħol fit-territorju kollu , inkluż billi titrawwem l-osservanza tal-prinċipji u tad-drittijiet ewlenin kif imsemmi fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali . Oqsma oħrajn ta' intervent għandhom ikunu l-appoġġ għall-ugwaljanza bejn is-sessi, il-promozzjoni tal-impjegabbiltà u l-produttività, l-adattament tal-ħaddiema u l-intrapriżi għall-bidla, it-twaqqif ta' djalogu soċjali sostenibbli u l-modernizzazzjoni u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet tas-suq tax-xogħol bħas-servizzi pubbliċi tal-impjiegi u l-ispettorati tax-xogħol; [Em. 98]

(i)

Il-promozzjoni tal-protezzjoni u l-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar. L-interventi f'dan il-qasam għandu jkollhom l-għan li jimmodernizzaw is-sistemi ta' protezzjoni soċjali biex jipprovdu protezzjoni effettiva, effiċjenti u adegwata fl-istadji kollha tal-ħajja ta' persuna, irawmu l-inklużjoni soċjali, jippromwovu l-opportunitajiet indaqs u jindirizzaw l-inugwaljanzi u l-faqar , u jippromwovu t-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal waħda bbażata fil-familja u l-komunità . L-interventi f'dan il-qasam għandhom ukoll jiffukaw fuq: l-integrazzjoni tal-komunitajiet emarġinati bħar-Rom; il-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali; it-titjib fl-aċċess għal servizzi bbażati fil-familja u l-komunità affordabbli, sostenibbli u ta' kwalità għolja, bħall-edukazzjoni u kura l-kura bikrija tat-tfal inklużivi u mhux segregati għat-tfal , is-settur tal-abitazzjoni, il-kura tas-saħħa, servizzi soċjali essenzjali u kura fit-tul, inkluż permezz tal-modernizzazzjoni tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali. Azzjonijiet li jikkontribwixxu għal kwalunkwe forma ta' segregazzjoni jew esklużjoni soċjali m'għandhomx ikunu appoġġati; [Em. 99]

(j)

Il-promozzjoni ta' trasport intelliġenti, sostenibbli, inklużiv u sikur u t-tneħħija ta' konġestjoni fl-infrastrutturi tan-netwerk prinċipali, b'mod partikolari permezz ta' investiment fi proġetti b'valur Ewropew għoli miżjud. Jenħtieġ li l-investimenti jiġu pprijoritizzati jingħataw prijorità skont ir-relevanza ir-rilevanza tagħhom għall-konnessjonijiet TEN-T mal-UE, il-kontribuzzjoni konnessjonijiet transfruntiera, il-ħolqien tal-impjiegi, il-kontribut għall-mobilità sostenibbli, it-tnaqqis fl-emissjonijiet, l-impatt ambjentali, il-mobilità sikura, f'sinerġija mar-riformi promossi mit-Trattat dwar il-Komunità tat-Trasport; [Em. 100]

(k)

It-titjib tal-ambjent tas-settur privat u l-kompetittività tal-intrapriżi, b'mod partikolari l-SMEs, inkluż l-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, bħala muturi ewlenin għat-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi u l-koeżjoni. Għandha tingħata prijorità għal proġetti sostenibbli li jtejbu l-ambjent tan-negozju; [Em. 101]

(l)

It-titjib fl-aċċess għal teknoloġiji u servizzi diġitali u t-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u l-innovazzjoni billi jsir investiment fil-konnettività diġitali, il-fiduċja u s-sigurtà diġitali, il-ħiliet diġitali u l-intraprenditorija, kif ukoll fl-infrastruttura tar-riċerka u ambjent favorevoli, u billi jiġu promossi n-netwerkjar u l-kollaborazzjoni;

(m)

Isir kontribut għas-sigurtà u s-sikurezza tal-provvista alimentari u  tal-ilma u ż-żamma ta' sistemi ta' biedja diversifikati u vijabbli f'komunitajiet rurali vibranti u fil-kampanja; [Em. 102]

(n)

Il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent, l-indirizzar tad-degradazzjoni ambjentali u t-twaqqif tat-telf tal-bijodiversità, il-promozzjoni tal-konservazzjoni u tal-ġestjoni sostenibbli tal-ekosistemi tal-baħar u tal-art u ta’ riżorsi naturali rinnovabbli, il-promozzjoni tal-effiċjenza tar-riżorsi, il-konsum u produzzjoni sostenibbli, u l-appoġġ tat-tranżizzjoni għal ekonomiji ekoloġiċi u ċirkulari, il-kontribuzzjoni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra, iż-żieda fir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima u l-promozzjoni tal-governanza u informazzjoni relatati mal-azzjoni klimatika u l-effiċjenza enerġetika. L-IPA III għandu jippromwovi politiki ta’ appoġġ għat-tibdil lejn ekonomija effiċjenti fir-riżorsi, sikura u sostenibbli u b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u jsaħħaħ ir-reżiljenza għad-diżastri, kif ukoll il-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons għad-diżastri Għandu jippromwovi wkoll livell għoli ta’ sikurezza nukleari, protezzjoni mir-radjazzjoni, u l-applikazzjoni ta’ salvagwardji effiċjenti u effettivi ta’ materjal nukleari f’pajjiżi terzi, kif ukoll l-istabbiliment ta’ oqfsa u metodoloġiji għall-applikazzjoni ta’ salvagwardji effiċjenti u effettivi għall-materjal nukleari;

(o)

Il-promozzjoni tal-ogħla standards ta’ sikurezza nukleari, inkluż kultura ta’ sikurezza nukleari, tħejjija għall-emerġenzi, ġestjoni responsabbli u sikura ta’ fjuwil nukleari użat u skart radjuattiv, id-dekummissjonament u r-rimedju ta’ siti nukleari u ta’ installazzjonijiet preċedenti; il-protezzjoni mir-radjazzjoni u l-kontabilità u l-kontroll ta’ materjali nukleari;

(p)

Iż-żieda tal-kapaċità tas-setturi agroalimentari u tas-sajd sabiex ilaħħqu mal-pressjoni kompetittiva u l-forzi tas-suq, kif ukoll sabiex jallinjaw irwieħhom ruħhom progressivament mar-regoli u l-istandards tal-Unjoni, bil-għan li jżidu l-kapaċità ta' esportazzjonijiet lejn is-suq tal-Unjoni, filwaqt li jfittxu li jiksbu l-għanijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali fi żvilupp territorjali bbilanċjat taż-żoni rurali u tal-kosta; [Em. 103]

(pa)

Il-promozzjoni ta' attivitajiet u t-titjib tal-istrateġiji u tal-politiki fuq terminu twil li jipprevjenu u jiġġieldu r-radikaliżmu u l-estremiżmu vjolenti. [Em. 104]

ANNESS III

Prijoritajiet tematiċi għal assistenza għal kooperazzjoni transfruntiera

L-assistenza għal kooperazzjoni transfruntiera tista’, skont kif ikun il-każ, tindirizza l-prijoritajiet tematiċi li ġejjin:

(a)

il-promozzjoni tal-impjiegi, il-mobilità tal-forza tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali u kulturali transfruntiera, fost l-oħrajn permezz ta': l-integrazzjoni tas-swieq transfruntiera tax-xogħol, inkluża l-mobilità transfruntiera; inizjattivi konġunti ta' impjieg lokali; servizzi ta' informazzjoni u konsulenza u taħriġ konġunt; l-ugwaljanza bejn is-sessi; l-opportunitajiet indaqs; l-integrazzjoni tal-komunitajiet tal-immigranti u tal-gruppi vulnerabbli; l-investiment fis-servizzi pubbliċi tal-impjiegi; u l-appoġġ tal-investiment fis-saħħa pubblika u s-servizzi kif ukoll fit-tranżizzjoni lejn servizzi soċjali bbażati fil-familja u l-komunità ; [Em. 105]

(b)

il-protezzjoni tal-ambjent u l-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima u l-mitigazzjoni tiegħu, il-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji, fost l-oħrajn permezz ta': azzjonijiet konġunti għall-protezzjoni tal-ambjent; il-promozzjoni tal-użu sostenibbli ta' riżorsi naturali, ippjanar spazjali marittimu kkoordinat, l-effiċjenza fir-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari, sorsi ta' enerġija rinnovabbli u t-tranżizzjoni lejn ekonomija sikura u sostenibbli ekoloġika b’livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju; il-promozzjoni tal-investiment biex jindirizza riskji speċifiċi, l-iżgurar tar-reżiljenza għad-diżastri u l-prevenzjoni, tħejjija u rispons għad-diżastri;

(c)

il-promozzjoni ta’ trasport sostenibbli u t-titjib fl-infrastrutturi pubbliċi, fost l-oħrajn permezz ta’: it-tnaqqis tal-iżolament permezz ta' aċċess imtejjeb għat-trasport, in-netwerks u s-servizzi diġitali u l-investiment f'sistemi u faċilitajiet transfruntiera tal-ilma, l-iskart u l-enerġija;

(d)

il-promozzjoni tal-ekonomija u s-soċjetà diġitali billi fost l-oħrajn, jintużaw il-konnettività diġitali, l-iżvilupp ta’ servizzi tal-gvern elettroniku, ta' fiduċja u sigurtà diġitali, kif ukoll ta' ħiliet diġitali u intraprenditorija;

(da)

il-promozzjoni tat-tneħħija ta' ostakoli żejda għall-kummerċ, inklużi ostakli burokratiċi, tariffi u ostakli nontariffarji; [Em. 106]

(e)

l-inkoraġġiment tat-turiżmu u l-patrimonju , tal-isport kif ukoll tal-patrimonju kulturali u naturali; [Em. 107]

(f)

l-investiment fiż-żgħażagħ, l-isports, l-edukazzjoni u l-ħiliet permezz, inter alia , tal-iżgurar tar-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki, tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' edukazzjoni konġunta, taħriġ vokazzjonali, skemi ta' taħriġ u infrastruttura li tappoġġa l-attivitajiet konġunti favur iż-żgħażagħ; [Em. 108]

(g)

il-promozzjoni ta' governanza tal-governanza lokali u reġjonali , inkluż il-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-amministrazzjonijiet bil-għan li jitrawmu r-rikonċiljazzjoni t-tisħiħ l-konsolidament tal-paċi, it-tisħiħ tal-kapaċità tal-ippjanar u amministrattiva ta' awtoritajiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali; [Em. 109]

(ga)

l-investiment fil-bini tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; [Em. 110]

(gb)

il-promozzjoni ta' kooperazzjoni transfruntiera bejn l-amministrazzjonijiet bil-għan li jitrawmu r-rikonċiljazzjoni u l-konsolidament tal-paċi, inkluż il-ħolqien ta' Kummissjoni Reġjonali inkarigata bl-aċċertament tal-fatti rigward id-delitti tal-gwerra u ksur gravi ieħor tad-drittijiet tal-bniedem kommessi f'dik li kienet il-Jugoslavja (RECOM); [Em. 111]

(h)

it-tisħiħ tal-kompetittività, tal-ambjent tan-negozju u tal-iżvilupp ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, tal-kummerċ u l-investiment fost l-oħrajn permezz tal-promozzjoni u tal-appoġġ tal-intraprenditorija, b'mod partikolari tal-intrapriżi żgħar u medji, u tal-iżvilupp ta' swieq transfruntiera lokali u l-internazzjonalizzazzjoni;

(i)

it-tisħiħ tar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku, l-innovazzjoni u t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, fost l-oħrajn permezz tal-promozzjoni tal-kondiviżjoni tar-riżorsi umani u l-faċilitajiet għar-riċerka u l-iżvilupp teknoloġiku;

(ia)

it-titjib tal-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija transfruntiera u l-iskambju ta' informazzjoni biex jiġu ffaċilitati l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-kriminalità organizzata transfruntiera u ta' każijiet konnessi ta' reati u korruzzjoni ekonomika u finanzjarja, traffikar u kuntrabandu. [Em. 112]

ANNESS IV

Lista ta’ Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni

Il-lista' Il-lista ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni u l-evoluzzjoni annwali tagħhom għandha tintuża biex tgħin biex jitkejjel il-kontribut tal-Unjoni għall-kisba tal-għanijiet tal-objettivi speċifiċi tagħha u l-progress magħmul mill-benefiċjarji : [Em. 113]

1.

Indikatur kompost (1) dwar l-istat ta’ tħejjija tal-pajjiżi tat-tkabbir dwar oqsma fundamentali tal-kriterji politiċi tal-adeżjoni (inklużi d-Demokrazija, l-Istat tad-Dritt (il-Ġudikatura, il-Ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-Ġlieda kontra l-kriminalità organizzata) u d-Drittijiet tal-Bniedem)(sors: il-Kummissjoni Ewropea);

1a.

Indikatur kompost dwar l-isforzi tas-sħab relatati mar-rikonċiljazzjoni, il-bini tal-paċi, ir-relazzjonijiet tajba bejn il-ġirien u l-obbligi internazzjonali, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u d-drittijiet tan-nisa; [Em. 114]

1b.

Indikatur tan-nuqqas ta' vjolenza f'rabta ma' tnaqqis fl-instigaturi ta' konflitt (eż. esklużjoni politika jew ekonomika) kontra valutazzjoni bażi; [Em. 115]

1c.

Is-sehem taċ-ċittadini benefiċjarji li jaħsbu li huma infurmati sew dwar l-assistenza tal-Unjoni skont dan ir-Regolament (sors: il-Kummissjoni Ewropea);[Em. 116]

2.

Stat ta’ tħejjija tal-pajjiżi tat-tkabbir dwar ir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika (sors: il-Kummissjoni Ewropea);

3.

Indikatur kompost dwar l-istat ta' tħejjija tal-pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali għall-acquis tal-UE (sors: il-Kummissjoni Ewropea);

3a.

Ir-rata u l-evoluzzjoni annwali tal-allinjament mad-deċiżjonijiet u mal-miżuri tal-PESK (sors: is-SEAE); [Em. 117]

4.

Indikatur kompost dwar l-istat ta’ tħejjija tal-pajjiżi kandidati u tal-kandidati potenzjali fir-rigward tal-oqsma fundamentali tal-kriterji ekonomiċi (ekonomija tas-suq li tiffunzjona u l-kompetittività) (sors: il-Kummissjoni Ewropea);

5.

Nefqa pubblika fuq is-sigurtà soċjali (perċentwal tal-PDG) (sors: ILO) jew kif indikat mill-ILO, in-nefqa fuq is-saħħa, l-inugwaljanza fl-introjtu, ir-rata ta' faqar, ir-rata ta' impjieg (sors: statistika u r-rata tal-qgħad, kif indikat mill-uffiċċji nazzjonali) tal-istatistika; [Em. 118]

5a.

Varjazzjonijiet maż-żmien fil-koeffiċjent GINI; [Em. 119]

6.

Distakk diġitali bejn il-benefiċjarji u l-medja tal-UE (sors: l-indiċi DESI tal-Kummissjoni Ewropea);

7.

Punteġġ tad-distanza għall-fruntiera (Doing Business) (sors: il-Bank Dinji);

8.

Intensità enerġetika mkejla f’termini ta’ enerġija primarja u PDG (sors: EUROSTAT);

9.

Emissjonijiet tal-gassijiet serra mnaqqsa jew evitati (Ktons CO2 eq) bl-appoġġ tal-UE;

10.

Għadd ta' programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera konklużi u implimentati bejn benefiċjarji tal-IPA u IPA/Stati bejn il-benefiċjarji tal-IPA u l-Istati Membri tal-UE (sors: il-Kummissjoni kif indikati mill-Kummissjoni Ewropea); [Em. 120]

10a.

Għadd ta' organizzazzjonijiet ġodda li maż-żmien jipparteċipaw fl-azzjonijiet u fil-programmi; [Em. 121]

L-indikaturi, meta jkun rilevanti, se jkunu diżaggregati skont is-sess fil-livell tal-età minima u tas-sess . [Em. 122]


(1)  It-tliet indikaturi komposti inħadmu mill-Kummissjoni Ewropea abbażi tar-rapporti dwar it-Tkabbir, li jagħmlu użu wkoll minn bosta sorsi indipendenti.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/442


P8_TA(2019)0300

Qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012 u (UE) 2015/2365 (COM(2016)0856 – C8-0484/2016 – 2016/0365(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/37)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0856),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0484/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mis-Senat Taljan, il-Parlament Spanjol u s-Senat Rumen, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-20 ta' Settembru 2017 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Marzu 2017 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0015/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 372, 1.11.2017, p. 6.

(2)  ĠU C 209, 30.6.2017, p. 28.


P8_TC1-COD(2016)0365

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1095/2010, (UE) Nru 648/2012 u (UE) Nru 2015/2365

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea (1),

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (3),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)

Is-swieq finanzjarji huma kruċjali għall-funzjonament tal-ekonomiji moderni. Aktar ma jkunu integrati, akbar ikun il-potenzjal għal allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi ekonomiċi, filwaqt li minnha tibbenifika potenzjalment il-prestazzjoni ekonomika. Madankollu, sabiex jittejjeb il-funzjonament tas-suq uniku fis-servizzi finanzjarji, huwa importanti li jkun hemm proċeduri fis-seħħ li jindirizzaw in-nuqqasijiet tas-suq u jiżguraw li jekk istituzzjoni finanzjarja jew infrastruttura tas-suq finanzjarju li hija attiva f'dan is-suq tiffaċċja diffikultà finanzjarja jew tkun fil-punt ta' falliment, tali event ma jiddistabbilizzax is-suq finanzjarju kollu u ma jikkawżax ħsara lit-tkabbir fl-ekonomija usa'. Il-kontropartijiet ċentrali (CCPs) huma komponenti ewlenin tas-swieq finanzjarji, li jintervjenu bejn il-parteċipanti sabiex jaġixxu bħala l-akkwirent għal kull bejjiegħ u bħala l-bejjiegħ għal kull akkwirent u li għandhom rwol ċentrali fl-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet finanzjarji u fil-ġestjoni tal-iskoperturi għar-riskji differenti li huma inerenti f'dawk it-tranżazzjonijiet. Is-CCPs jiċċentralizzaw l-immaniġġjar tat-tranżazzjonijiet u tal-pożizzjonijiet tal-kontropartijiet u jonoraw l-obbligi maħluqa mit-tranżazzjonijiet u jirċievu kollateral adegwat mill-membri tagħhom bħala marġini u bħala kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza.

(2)

Il-kontropartijiet ċentrali (CCPs) huma komponenti ewlenin tas-swieq finanzjarji globali , li jintervjenu bejn il-parteċipanti sabiex jaġixxu bħala l-akkwirent għal kull bejjiegħ u bħala l-bejjiegħ għal kull akkwirent u li jenħtieġ li jkollhom rwol ċentrali fl-ipproċessar tat-tranżazzjonijiet finanzjarji u fil-ġestjoni tal-iskoperturi għar-riskji differenti li huma inerenti f'dawk it-tranżazzjonijiet. Is-CCPs jiċċentralizzaw l-immaniġġjar tat-tranżazzjonijiet u tal-pożizzjonijiet tal-kontropartijiet u jonoraw l-obbligi maħluqa mit-tranżazzjonijiet u  jirrikjedu kollateral adegwat mill-membri tagħhom bħala marġini u bħala kontribuzzjonijiet għall-fond tal-inadempjenza.

(3)

L-integrazzjoni tas-swieq finanzjarji tal-Unjoni fissret li s-CCPs evolvew minn li primarjament jaqdu l-ħtiġijiet u s-swieq domestiċi għal li jikkostitwixxu n-nodi kritiċi fis-swieq finanzjarji tal-Unjoni b'mod aktar wiesa'. Is-CCPs awtorizzati fl-Unjoni llum jikklirjaw bosta klassijiet ta' prodotti, minn derivattivi ta' komodità u finanzjarji elenkati u barra l-Borża (OTC) għal ekwitajiet ta' flus, bonds u prodotti oħrajn bħal repos. Huma jipprovdu s-servizzi tagħhom bejn il-fruntieri nazzjonali lil firxa wiesgħa ta' istituzzjonijiet finanzjarji u oħrajn madwar l-Unjoni. Filwaqt li xi CCPs awtorizzati fl-Unjoni għadhom iffokati fuq is-swieq domestiċi, huma lkoll sistemikament importanti mill-inqas fis-swieq interni tagħhom.

(4)

Billi ammont sinifikanti tar-riskju finanzjarju tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni jiġi pproċessat minn u kkonċentrat fis-CCPs f'isem il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom, ir-regolamentazzjoni effettiva u s-superviżjoni robusta tas-CCPs huma essenzjali. Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li ilu fis-seħħ minn Awwissu 2012, jesiġi li s-CCPs josservaw standards prudenzjali, organizzazzjonali u ta' kondotta kummerċjali għolja. L-awtoritajiet kompetenti huma inkarigati mis-sorveljanza sħiħa tal-attivitajiet tagħhom, billi jaħdmu flimkien fi ħdan kulleġġi superviżorji li jiġbru flimkien lill-awtoritajiet rilevanti għall-kompiti speċifiċi allokati lilhom. Skont l-impenji meħuda mill-mexxejja tal-G20 mill-kriżi finanzjarja, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 jesiġi wkoll li d-derivattivi OTC standardizzati jkunu kklirjati ċentralment minn CCP. Hekk kif jidħol fis-seħħ l-obbligu li d-derivattivi OTC jiġu kklirjati ċentralment, il-volum u l-firxa tan-negozju magħmul mis-CCPs x'aktarx li jiżdiedu, li jistgħu mbagħad joħolqu sfidi addizzjonali għall-istrateġiji tal-ġestjoni tar-riskji tas-CCPs.

(5)

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 ikkontribwixxa biex tiżdied ir-reżiljenza tas-CCPs u tas-swieq finanzjarji usa' kontra firxa wiesgħa ta' riskji pproċessati u kkonċentrati fis-CCPs. Madankollu, l-ebda sistema ta' regoli u prattiki ma tista' tipprevjeni li r-riżorsi eżistenti jkunu inadegwati fil-ġestjoni tar-riskji mġarrba mis-CCP, inkluża inadempjenza waħda jew aktar mill-membri tal-ikklirjar. Meta jkunu ffaċċjati b'xenarju ta' diffikultà severa jew falliment imminenti, l-istituzzjonijiet finanzjarji għandhom, fil-prinċipju, jibqgħu soġġetti għal proċedimenti normali ta' insolvenza. Madankollu, kif uriet il-kriżi finanzjarja, b'mod partikolari matul perjodu ta' inċertezza u instabbiltà ekonomika fit-tul, tali proċedimenti jistgħu jfixklu l-funzjonijiet kritiċi għall-ekonomija u jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja. Il-proċeduri normali ta' insolvenza korporattiva mhux dejjem jistgħu jiżguraw il-ħeffa suffiċjenti tal-intervent jew jipprijoritizzaw b'mod adegwat il-kontinwazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi tal-istituzzjonijiet finanzjarji għall-fini tal-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja. Sabiex jiġu evitati dawn il-konsegwenzi negattivi tal-proċedimenti normali ta' insolvenza, jeħtieġ li jinħoloq qafas ta' riżoluzzjoni speċjali għas-CCPs.

(6)

Il-kriżi enfasizzat ukoll in-nuqqas ta' għodod adegwati għall-preservazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi pprovduti mill-istituzzjonijiet finanzjarji li qegħdin ifallu. Hija wriet ukoll in-nuqqas ta' oqfsa li jippermettu l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet, b'mod partikolari dawk li jinsabu fi Stati Membri jew ġurisdizzjonijiet differenti, biex tkun żgurata l-implimentazzjoni ta' azzjoni rapida u deċiżiva. Mingħajr tali għodod u bin-nuqqas ta' oqfsa ta' kooperazzjoni u koordinazzjoni, l-Istati Membri kienu obbligati jsalvaw lill-istituzzjonijiet finanzjarji bl-użu tal-flus tal-kontribwenti sabiex iwaqqfu l-kontaġju u jnaqqsu l-paniku. Filwaqt li s-CCPs ma kinux il-benefiċjarji diretti ta' appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju fil-kriżi, huma kienu benefiċjarji indiretti tal-miżuri ta' salvataġġ imwettqa b'rabta mal-banek u kienu mħarsa mill-effetti li, altrimenti, il-banek li kienu qed ifallu mill-obbligi tagħhom kien ikollhom fuqhom. Għalhekk, huwa meħtieġ qafas ta' riżoluzzjoni u rkupru għas-CCPs sabiex tiġi evitata d-dipendenza fuq il-flus tal-kontribwenti fil-każ tal-falliment diżordinat tagħhom. Dan il-qafas jenħtieġ li jindirizza wkoll il-possibbiltà li s-CCPs jidħlu f'riżoluzzjoni għal raġunijiet għajr dak ta' inadempjenza ta' wieħed jew ta' diversi membri tal-ikklirjar tagħhom.

(7)

L-objettiv ta' qafas ta' riżoluzzjoni u rkupru kredibbli huwa li jiżgura, sa fejn ikun possibbli, li s-CCPs jistabbilixxu miżuri għall-irkupru minn diffikultà finanzjarja, għaż-żamma tal-funzjonijiet kritiċi ta' CCP li qed tfalli jew li x'aktarx tfalli waqt l-istralċ tal-bqija tal-attivitajiet permezz ta' proċedimenti normali ta' insolvenza u għall-preservazzjoni tal-istabbiltà finanzjarja, filwaqt li tiġi minimizzata l-ispiża ta' falliment ta' CCP fuq il-klijenti finali u fuq il-kontribwenti. Il-qafas ta' riżoluzzjoni u rkupru jkompli jsaħħaħ l-istat ta' tħejjija tas-CCPs u tal-awtoritajiet sabiex itaffu l-istress finanzjarju u jipprovdu lill-awtoritajiet b'aktar tagħrif dwar it-tħejjijiet tas-CCPs għax-xenarji ta' kriżi. Huwa jipprovdi wkoll lill-awtoritajiet b'setgħat sabiex iħejju għar-riżoluzzjoni potenzjali ta' CCP u jittrattaw is-saħħa li tkun qed tbatti ta' CCP b'mod ikkoordinat, sabiex b'hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament bla xkiel tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni.

(8)

Bħalissa, ma hemm l-ebda dispożizzjoni armonizzata għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs madwar l-Unjoni. Xi Stati Membri diġà ppromulgaw bidliet leġiżlattivi li jitolbu lis-CCPs ifasslu pjanijiet ta' rkupru u li jintroduċu mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tas-CCPs li qegħdin ifallu. Barra minn hekk, hemm differenzi sostantivi u proċedurali konsiderevoli bejn l-Istati Membri fuq il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirregolaw l-insolvenza tas-CCPs. In-nuqqas ta' kundizzjonijiet, setgħat u proċessi komuni għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs x'aktarx li jikkostitwixxi ostakolu għall-operat bla xkiel tas-suq intern u jfixkel il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali meta jittrattaw il-falliment ta' CCP u japplikaw mekkaniżmi xierqa ta' allokazzjoni tat-telf fuq il-membri tagħha, kemm fl-Unjoni kif ukoll globalment. Dan huwa partikolarment veru fejn approċċi differenti jfissru li l-awtoritajiet nazzjonali ma għandhomx l-istess livell ta' kontroll jew l-istess abbiltà sabiex jirriżolvu s-CCPs. Dawk id-differenzi fir-reġimi tal-irkupru u r-riżoluzzjoni jistgħu jaffettwaw lis-CCPs u lill-membri tagħhom b'mod differenti fl-Istati Membri differenti u potenzjalment joħolqu distorsjonijiet kompetittivi fis-suq intern. In-nuqqas ta' regoli u għodod komuni għal kif għandhom jiġu ttrattati diffikultà jew falliment f'CCP jista' jaffettwa l-għażla tal-parteċipanti li jikklirjaw u l-għażla tas-CCP tal-post ta' stabbiliment tagħhom, u b'hekk jimpedixxi lis-CCPs milli jibbenifikaw b'mod sħiħ mil-libertajiet fundamentali tagħhom fis-suq uniku. Min-naħa l-oħra, dan jista' jiskoraġġixxi lill-parteċipanti milli jiksbu aċċess għas-CCPs f'pajjiżi oħra fis-suq intern u jfixkel l-integrazzjoni ulterjuri tas-swieq kapitali tal-Ewropa. Għalhekk, huma meħtieġa regoli komuni għall-irkupru u r-riżoluzzjoni fl-Istati Membri kollha sabiex jiġi żgurat li s-CCPs ma jkunux limitati fl-eżerċitar tal-libertajiet tagħhom fis-suq intern mill-kapaċità finanzjarja tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet tagħhom sabiex jiġġestixxu l-falliment tagħhom.

(9)

Ir-rieżami tal-qafas regolatorju applikabbli għall-banek u għal istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn li seħħ fid-dawl tal-kriżi u, b'mod partikolari, it-tisħiħ tal-bafers tal-likwidità u tal-kapital tal-banek, għodod aħjar għall-politiki makroprudenzjali u regoli komprensivi dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek, naqqas il-probabbiltà ta' kriżijiet fil-ġejjieni u tejjeb ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet finanzjarji u l-infrastrutturi tas-suq kollha, inklużi s-CCPs, għall-istress ekonomiku, kemm jekk dan ikun ikkawżat minn disturbi sistemiċi kif ukoll jekk ikun ikkawżat minn eventi speċifiċi għal istituzzjonijiet individwali. Mill-1 ta' Jannar 2015 beda japplika reġim ta' rkupru u riżoluzzjoni għall-banek fl-Istati Membri kollha skont id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5).

(10)

Billi jibnu fuq l-approċċ għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-banek, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu ppreparati u jkollhom għodod adegwati għall-irkupru u r-riżoluzzjoni għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex jimmaniġġjaw sitwazzjonijiet li jinvolvu fallimenti ta' CCPs. Madankollu, minħabba l-funzjonijiet u l-mudelli tan-negozju differenti tagħhom, ir-riskji inerenti fil-banek u fis-CCPs huma differenti. Għalhekk, huma meħtieġa għodod u setgħat speċifiċi għax-xenarji ta' falliment tas-CCPs ikkawżati mill-falliment tal-membri tal-ikklirjar tas-CCP jew bħala riżultat ta' event li mhux ta' inadempjenza.

(11)

L-użu ta' Regolament huwa neċessarju biex jikkomplimenta u jibni fuq l-approċċ stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 648/2012 li jipprevedi rekwiżiti prudenzjali uniformi applikabbli għas-CCPs. L-istipular ta' rekwiżiti ta' rkupru u riżoluzzjoni f'Direttiva, jista' joħloq inkonsistenzi billi jiġu adottati liġijiet nazzjonali potenzjalment differenti fir-rigward ta' qasam li huwa rregolat minn liġi tal-Unjoni applikabbli direttament u dejjem aktar ikkaratterizzat mill-forniment transfruntier tas-servizzi tas-CCPs. Huwa għalhekk xieraq li jiġu adottati wkoll regoli uniformi u direttament applikabbli dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs.

(12)

Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, kif ukoll l-ogħla livell possibbli ta' stabbiltà finanzjarja madwar l-Unjoni, ir-reġim tal-irkupru u r-riżoluzzjoni għandu japplika għas-CCPs kollha soġġetti għar-rekwiżiti prudenzjali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, irrispettivament minn jekk għandhomx liċenzja bankarja. Filwaqt li jista' jkun hemm differenzi fil-profil tar-riskju assoċjat ma' strutturi korporattivi alternattivi, dan ir-Regolament jittratta s-CCPs bħala entitajiet indipendenti taħt kwalunkwe grupp jew struttura tas-suq u jiżgura li pjan ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni ta' CCP ikun indipendenti, irrispettivament mill-istruttura tal-grupp tas-CCP . Dan jirrigwarda, b'mod partikolari, ir-rekwiżiti li jkollha riżorsi finanzjarji suffiċjenti fil-livell ta' entità biex tiġġestixxi sitwazzjoni ta' inadempjenza jew waħda mhux ta' inadempjenza.

(13)

Sabiex jiġi żgurat li l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jittieħdu b'mod effiċjenti u effettiv u b'konformità mal-objettivi tar-riżoluzzjoni, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet amministrattivi pubbliċi jew awtoritajiet fdati b'setgħat amministrattivi pubbliċi sabiex iwettqu l-funzjonijiet u l-kompiti fir-rigward tar-riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ukoll li jiġu allokati riżorsi xierqa lil dawk l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni. Meta Stat Membru jaħtar l-awtorità responsabbli għas-superviżjoni prudenzjali tas-CCPs bħala awtorità tar-riżoluzzjoni, l-indipendenza tal-proċess ta' teħid ta' deċiżjonijiet jeħtieġ li jkun żgurat u jenħtieġ li jkun hemm fis-seħħ l-arranġamenti kollha meħtieġa għas-separazzjoni tal-funzjonijiet ta' superviżjoni u ta' riżoluzzjoni sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt ta' interess u r-riskju tat-tolleranza regolatorja.

(14)

Fid-dawl tal-konsegwenzi li l-falliment ta' CCP u l-azzjonijiet sussegwenti jista' jkollhom fuq is-sistema finanzjarja u l-ekonomija ta' Stat Membru, kif ukoll il-ħtieġa aħħarija possibbli li jintużaw fondi pubbliċi bħala l-aħħar istanza sabiex tiġi riżolta kriżi, il-Ministeri tal-Finanzi jew ministeri rilevanti oħrajn fl-Istati Membri għandhom jiġu involuti mill-qrib, fi stadju bikri, fil-proċess tal-irkupru u r-riżoluzzjoni.

(15)

Billi s-CCPs ta' spiss jipprovdu servizzi madwar l-Unjoni, l-irkupru u r-riżoluzzjoni effettivi jeħtieġu kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fi ħdan il-kulleġġi ta' riżoluzzjoni u superviżjoni, b'mod partikolari fl-istadji preparatorji ta' rkupru u riżoluzzjoni. Dan jinkludi l-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru żviluppati mis-CCP, il-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni mħejjija mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP, u l-indirizzar ta' kwalunkwe impediment għar-riżolvibbiltà.

(16)

Ir-riżoluzzjoni tas-CCPs għandha ssib bilanċ bejn, minn naħa waħda, il-ħtieġa għal proċeduri li jikkunsidraw l-urġenza tas-sitwazzjoni u li jippermettu soluzzjonijiet effiċjenti, ġusti u f'waqthom u min-naħa l-oħra l-ħtieġa li tiġi mħarsa l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri kollha fejn is-CCP tipprovdi s-servizzi tagħha. L-awtoritajiet li l-oqsma ta' kompetenza tagħhom jiġu affettwati mill-falliment ta' CCP għandhom jikkondividu l-fehmiet tagħhom fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni sabiex jilħqu dawn l-objettivi. Bl-istess mod, sabiex jiġi żgurat skambju regolari ta' fehmiet u koordinazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti, dawn għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-kulleġġi ta' riżoluzzjoni bħala osservaturi, fejn ikun hemm bżonn. L-awtoritajiet għandhom dejjem jikkunsidraw l-impatt tad-deċiżjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri fejn l-operazzjonijiet tas-CCP ikunu kruċjali jew importanti għas-swieq finanzjarji lokali, inkluż fejn ikunu jinsabu l-membri tal-ikklirjar u fejn ikunu stabbiliti ċ-ċentri tan-negozjar u l-infrastrutturi tas-suq finanzjarju konnessi.

(16a)

Fid-dawl tan-natura globali transfruntiera ta' ċerti operazzjonijiet tas-CCPs, id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jista' jkollhom effetti ekonomiċi u fiskali f'ġurisdizzjonijiet oħra. Sa fejn ikun raġonevolment possibbli, dawn l-implikazzjonijiet transfruntiera jenħtieġ li jinżammu preżenti f'sitwazzjonijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni, filwaqt li titqies is-sovranità tal-awtoritajiet fiskali f'ġurisdizzjonijiet oħra.

(17)

Sabiex jitħejjew id-deċiżjonijiet tal-ESMA fir-rigward tal-kompiti allokati lilha u sabiex jiġi żgurat l-involviment komprensiv tal-EBA u tal-membri tagħha fit-tħejjija ta' dawn id-deċiżjonijiet, l-ESMA għandha toħloq Kumitat tar-Riżoluzzjoni intern u għandha tistieden lill-awtoritajiet kompetenti tal-EBA rilevanti sabiex jipparteċipaw bħala osservaturi.

(18)

Sabiex jindirizzaw il-falliment potenzjali ta' CCP b'mod proporzjonat u effettiv, l-awtoritajiet jenħtieġ li jikkunsidraw għadd ta' fatturi meta jeżerċitaw is-setgħat ta' rkupru u riżoluzzjoni tagħhom, bħan-natura tan-negozju tas-CCP, l-istruttura legali u organizzattiva , il-profil tar-riskju, id-daqs, l-istatus ġuridiku u l-interkonnettività mas-sistema finanzjarja. L-awtoritajiet għandhom jikkunsidraw ukoll jekk huwiex probabbli li l-falliment u l-istralċ sussegwenti tagħha skont proċedimenti normali ta' insolvenza jkollhomx effett negattiv sinifikanti fuq is-swieq finanzjarji, fuq istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn jew fuq l-ekonomija usa'.

(19)

Sabiex jittrattaw b'mod effiċjenti mas-CCPs li qegħdin ifallu, l-awtoritajiet għandu jkollhom is-setgħa li jimponu miżuri ta' tħejjija fuq is-CCPs. Għandu jiġi stabbilit standard minimu fir-rigward tal-kontenut u l-informazzjoni li għandhom jiġu inklużi fil-pjanijiet ta' rkupru sabiex ikun żgurat li s-CCPs kollha fl-Unjoni jkollhom pjanijiet dettaljati biżżejjed għall-irkupru f'każ li jiffaċċjaw diffikultà finanzjarja. Tali pjanijiet għandhom jikkontemplaw firxa xierqa ta' xenarji li jipprevedu kemm stress sistemiku kif ukoll stress speċifiku għas-CCP. Ix-xenarji għandhom jikkontemplaw sitwazzjonijiet ta' stress li jkunu aktar estremi minn dawk użati għall-finijiet ta' ttestjar tal-istress regolari skont il-Kapitolu XII tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013, filwaqt li jibqgħu kredibbli, bħall-falliment ta' aktar minn żewġ membri tal-ikklirjar li jkollhom l-akbar skoperturi tas-CCP u ta' CCP waħda jew aktar. Il-pjan ta' rkupru għandu jifforma parti mir-regoli operattivi tas-CCP maqbula kuntrattwalment mal-membri tal-ikklirjar. Dawk ir-regoli operattivi għandhom jinkludu wkoll dispożizzjonijiet li jiżguraw l-infurzabbiltà tal-miżuri ta' rkupru deskritti fil-pjan fix-xenarji kollha. Il-pjanijiet ta' rkupru ma għandhomx jassumu aċċess għal appoġġ finanzjarju pubbliku jew jesponu lill-kontribwenti għar-riskju tat-telf.

(19a)

Il-pjanijiet ta' rkupru jenħtieġ li jiżguraw inċentivi adatti għas-CCPs, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti biex ma jħallux is-sitwazzjoni tiddeterjora aktar u biex jinċentivaw imġiba kooperattiva. Sabiex dik l-istruttura ta' inċentiv tkun kredibbli, id-devjazzjonijiet mill-pjan ta' rkupru jenħtieġ li jkunu soġġetti għal approvazzjoni mill-awtorità kompetenti.

(20)

Is-CCPs għandhom iħejju u jaġġornaw regolarment il-pjanijiet ta' rkupru tagħhom. ▌F'dan il-kuntest, il-fażi ta' rkupru għandha tibda meta jkun hemm deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni finanzjarja tas-CCP jew riskju ta' ksur tar-rekwiżiti prudenzjali tagħha skont ir-Regolament (UE) 648/2012. Dan għandu jiġi indikat fir-rigward ta' qafas ta' indikaturi kwalitattivi jew kwantitattivi inklużi fil-pjan ta' rkupru.

(20a)

Il-pjanijiet ta' rkupru jenħtieġ li jiżguraw li s-sekwenzar tal-użu tal-għodod ta' rkupru jibbilanċjaw kif xieraq l-allokazzjoni tat-telf bejn is-CCPs, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom. Bħala prinċipju ġenerali, it-telf għandu jitqassam bejn is-CCPs, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom bħala funzjoni tal-kapaċità tagħhom li jikkontrollaw ir-riskji. Dan huwa sabiex jinħolqu l-inċentivi tajba ex ante u sabiex tiġi żgurata allokazzjoni ġusta ta' telf u, fuq dik il-bażi, allokazzjoni tat-telf anke għal telf mhux ta' inadempjenza jenħtieġ li tkun proporzjonali sal-livell ta' responsabbiltà ta' kull parti kkonċernata involuta. Il-pjanijiet ta' rkupru jenħtieġ li jiżguraw li l-kapital tas-CCPs jista' jerfa' l-ewwel telf f'każijiet ta' inadempjenza u ferm aktar f'każijiet mhux ta' inadempjenza. L-assorbiment ta' telf sostanzjali mill-membri tal-ikklirjar jenħtieġ li jiġi previst qabel ma tintuża kwalunkwe għodda li talloka telf lill-klijenti.

(21)

Is-CCP għandha tippreżenta l-pjan ta' rkupru tagħha lill-awtoritajiet kompetenti u lill-kulleġġ superviżorju, stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012, għal valutazzjoni kompleta, li għandha ssir permezz ta' deċiżjoni konġunta tal-kulleġġ. Il-valutazzjoni għandha tinkludi jekk il-pjan huwiex komprensiv u jekk jistax ireġġa' lura l-vijabbiltà tas-CCP b'mod fattibbli u fil-ħin, inkluż f'perjodi ta' stress finanzjarju sever.

(22)

Il-pjanijiet ta' rkupru jenħtieġ li jistabbilixxu b'mod komprensiv l-azzjonijiet li għandha tieħu s-CCP sabiex tindirizza kwalunkwe obbligu pendenti mhux rikonċiljat, telf mhux kopert, nuqqas fil-likwidità jew inadegwatezza tal-kapital, kif ukoll l-azzjonijiet sabiex jiġu rifornuti kwalunkwe riżorsi finanzjarji prefinanzjati użati u arranġamenti ta' likwidità sabiex titreġġa' lura l-vijabbiltà tas-CCP u l-abbiltà kontinwa tagħha li tissodisfa r-rekwiżiti tagħha għall-awtorizzazzjoni u jenħtieġ li tinkludi kapaċità ta' assorbiment ta' telf suffiċjenti għal dak il-għan. L-għodod previsti għandhom ikunu komprensivi. Kull għodda għandha tkun affidabbli, f'waqtha, u msejsa fuq bażi ġuridika soda. Dawn jenħtieġ li joħolqu inċentivi xierqa għall-azzjonisti tas-CCP, il-membri u l-klijenti tagħhom biex jikkontrollaw ir-riskju li joħolqu jew li jsibu fis-sistema, jimmonitorjaw l-attivitajiet tat-teħid tar-riskju u tal-ġestjoni tar-riskju tas-CCP, u jipparteċipaw fil-proċess ta' ġestjoni tal-inadempjenza.

(22a)

Il-pjanijiet ta' rkupru għandhom, b'mod espliċitu, jistabbilixxu l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu mis-CCP f'każ ta' attakki ċibernetiċi fejn hemm effett potenzjali li jwassal għal deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom jew riskju ta' ksur tar-rekwiżiti prudenzjali skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

(23)

Is-CCPs għandhom jiżguraw li l-pjanijiet ma jkunux diskriminatorji u jkunu bilanċjati f'termini tal-impatti tagħhom u l-inċentivi li joħolqu. Huma ma għandhomx jiżvantaġġaw lill-membri tal-ikklirjar jew lill-klijenti tagħhom b'mod sproporzjonat. B'mod partikolari, b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012, is-CCPs għandhom jiżguraw li l-membri tal-ikklirjar tagħhom ikollhom skoperturi limitati għas-CCP. Is-CCPs għandhom jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha jiġu involuti fit-tfassil tal-pjan ta' rkupru permezz tal-involviment tagħhom fil-kumitat tar-riskju tas-CCP, skont il-każ kif ikun, u jkunu kkonsultati kif xieraq. Billi l-opinjonijiet jistgħu jkunu mistennija li jvarjaw fost il-partijiet ikkonċernati, is-CCPs għandhom jistabbilixxu proċessi ċari li jiġġestixxu d-diversità tal-fehmiet tal-partijiet ikkonċernati kif ukoll kwalunkwe kunflitt ta' interess bejn dawk il-partijiet ikkonċernati u s-CCP.

(23a)

Is-CCPs għandhom jiżguraw li klijenti tal-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti jingħataw kumpens xieraq jekk l-assi tagħhom jintużaw matul il-proċess ta' rkupru.

(24)

Fid-dawl tan-natura globali tas-swieq servuti mis-CCPs, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li s-CCP tkun tista' tapplika l-għażliet ta' rkupru, fejn ikun meħtieġ, għall-kuntratti jew għall-assi rregolati mil-liġi ta' pajjiż terz jew għall-entitajiet ibbażati f'pajjiżi terzi. Ir-regoli operattivi tas-CCP jenħtieġ li, għalhekk, ikunu jinkludu dispożizzjonijiet kuntrattwali li jiżguraw din l-abbiltà .

(25)

Meta CCP ma tippreżentax pjan ta' rkupru adegwat, l-awtoritajiet kompetenti għandhom ikunu jistgħu jeħtieġu lis-CCP tieħu l-miżuri meħtieġa sabiex tirrimedja n-nuqqasijiet materjali tal-pjan bil-għan li ssaħħaħ in-negozju tas-CCP u tiżgura li s-CCP tkun tista' tirrestawra l-kapital tagħha jew tirrikonċilja l-valur kontabilistiku tagħha f'każ ta' falliment. Dik is-setgħa għandha tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jieħdu azzjoni preventiva sal-punt li huwa meħtieġ sabiex jiġi indirizzat kwalunkwe nuqqas u, għalhekk, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-istabbiltà finanzjarja.

(25a)

Meta CCP fi rkupru tkun applikat l-għodod tal-pożizzjonar u tal-allokazzjoni tat-telf, li jmorru lil hinn mill-kaskata tal-inadempjenza fir-Regolament (UE) Nru 648/2012, fil-konfront ta' membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti u tal-klijenti tagħhom, u ma tkunx daħlet f'riżoluzzjoni bħala konsegwenza ta' dan, l-awtorità kompetenti tas-CCP jenħtieġ li tkun tista', wara li jerġa' jkun stabbilit valur kontabilistiku rikonċiljat, tirrikjedi lis-CCP tagħti kumpens lill-parteċipanti għat-telf tagħhom permezz ta' pagamenti fi flus kontanti jew, meta jkun il-każ, tirrikjedi lis-CCP toħroġ strumenti ta' sjieda fi profitti futuri tas-CCP.

(26)

L-ippjanar tar-riżoluzzjoni huwa komponent essenzjali ta' riżoluzzjoni effettiva. Il-pjanijiet għandhom jitfasslu mill-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP u għandhom jiġu maqbula b'mod konġunt mill-awtoritajiet rilevanti tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni. L-awtoritajiet għandu jkollhom l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jidentifikaw u jiżguraw il-kontinwazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi. Ir-regoli operattivi tas-CCP li jkunu maqbula b'kuntratt mal-membri tal-ikklirjar jenħtieġ li jkun fihom dispożizzjonijiet li jiżguraw eżegwibilità tal-miżuri ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, inkluż riżoluzzjoni ta' sejħa għal flus .

(27)

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, abbażi tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà, għandu jkollhom is-setgħa li jeħtieġu bidliet fl-istruttura ġuridika u l-organizzazzjoni tas-CCPs direttament jew indirettament permezz tal-awtorità kompetenti, li jieħdu l-miżuri meħtieġa u proporzjonati biex jitnaqqsu jew jitneħħew l-impedimenti materjali għall-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni u li jiżguraw ir-riżolvibbiltà tal-entitajiet ikkonċernati.

(28)

Il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-valutazzjonijiet tar-riżolvibbiltà jikkostitwixxu oqsma fejn, fuq il-kunsiderazzjonijiet superviżorji minn jum għal jum, tipprevali l-ħtieġa li jitħaffu u jiġu żgurati azzjonijiet ta' ristrutturar rapidi sabiex jiġu garantiti l-funzjonijiet kritiċi ta' CCP u tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-membri differenti tal-kulleġġ tar-riżoluzzjoni dwar id-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu fir-rigward tal-pjan ta' riżoluzzjoni tas-CCP, il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà tas-CCP u d-deċiżjoni li jitneħħa kwalunkwe impediment għalihom, l-ESMA għandha tassumi rwol ta' medjazzjoni b'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Madankollu, tali medjazzjoni vinkolanti mill-ESMA għandha titħejja għall-kunsiderazzjoni tagħha minn kumitat intern tal-ESMA, fid-dawl tal-kompetenzi tal-membri tal-ESMA sabiex jiżguraw l-istabbiltà finanzjarja u sabiex jissorveljaw lill-membri tal-ikklirjar f'diversi Stati Membri. Ċerti awtoritajiet kompetenti skont ir-Regolament tal-EBA għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw bħala osservaturi f'dak il-kumitat intern tal-ESMA, fid-dawl tal-fatt li tali awtoritajiet iwettqu kompiti simili skont id-Direttiva 2014/59/UE. Tali medjazzjoni vinkolanti ma tipprekludix medjazzjoni mhux vinkolanti b'konformità mal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 f'każijiet oħrajn.

(29)

▌Skont l-istruttura ta' grupp li tista' tagħmel parti minnu s-CCP, jista' jkun meħtieġ li l-pjan ta' rkupru tas-CCP jistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom jista' jiskatta l-provvediment ta' relazzjonijiet kuntrattwali maqbula b'mod volontarju jew oħrajn vinkolanti bħal garanziji mogħtija mill-impriża prinċipali jew ftehimiet dwar il-kontroll u t-trasferiment tal-profitt u t-telf jew forom oħrajn ta' appoġġ operazzjonali minn impriża prinċipali jew entità oħra ta' grupp lil CCP fi ħdan l-istess grupp. It-trasparenza fuq tali arranġamenti timmitiga r-riskji għal-likwidità u għas-solvenza tal-entità tal-grupp li tipprovdi appoġġ lil CCP li tkun qed tiffaċċja diffikultà finanzjarja. Kwalunkwe bidla f'arranġamenti bħal dawn għandha titqies bħala bidla materjali għall-fini tar-rieżami tal-pjan ta' rkupru.

(30)

Minħabba s-sensittività tal-informazzjoni li tinsab fil-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni, dawk il-pjanijiet għandhom ikunu soġġetti għal dispożizzjonijiet xierqa dwar il-kunfidenzjalità.

(31)

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu l-pjanijiet ta' rkupru u kwalunkwe bidla fihom lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni rilevanti, u dawn tal-aħħar għandhom jibagħtu l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u kwalunkwe bidla fihom lill-awtoritajiet kompetenti, sabiex b'hekk, b'mod permanenti, kull awtorità rilevanti tibqa' tinżamm infurmata bis-sħiħ.

(32)

Sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja, jeħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirrimedjaw id-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja ta' CCP qabel ma dik is-CCP tilħaq punt li fih l-awtoritajiet ma jkollhom ebda alternattiva oħra għajr li jsolvuha jew li jidderieġu lis-CCP sabiex tbiddel triqitha meta l-azzjonijiet tagħha jistgħu jkunu detrimentali għall-istabbiltà finanzjarja globali. Għalhekk, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jingħataw setgħat ta' intervent bikri sabiex jevitaw jew jimminimizzaw l-effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja jew fl-interessi tal-klijenti li jistgħu jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri mis-CCP. Minbarra s-setgħat tagħhom previsti fil-liġi nazzjonali tal-Istati Membri jew skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 għal ċirkostanzi oħrajn minbarra dawk meqjusa bħala li huma intervent bikri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jingħataw ukoll setgħat ta' intervent bikri. Id-drittijiet ta' intervent bikri għandhom jinkludu s-setgħa li jipprojbixxu jew jillimitaw kemm jista' jkun kwalunkwe remunerazzjoni ta' ekwità u strumenti ttrattati ta' ekwità mingħajr ma tkun ikkawżata inadempjenza totali, inklużi l-pagamenti tad-dividendi u riakkwisti min-naħa tas-CCP, u jistgħu jillimitaw, jipprojbixxu jew jiffriżaw kwalunkwe pagament ta' remunerazzjoni varjabbli skont id-Direttiva 2013/36/UE u l-Linji Gwida EBA/GL/2015/22 tal-EBA, benefiċċji pensjonistiċi diskrezzjonarji jew indenizzi għat-terminazzjoni tal-impjieglill-maniġment.

(33)

Matul il-fażijiet ta' rkupru u intervent bikri, l-azzjonisti għandhom iżommu d-drittijiet tagħhom b'mod sħiħ. Huma jitilfu tali drittijiet ladarba s-CCP tkun tpoġġiet taħt riżoluzzjoni. Kwalunkwe remunerazzjoni ta' ekwità u strumenti ttrattati bħala ekwità, inklużi d-distribuzzjoni ta' dividendi u r-riakkwist mis-CCP, jenħtieġ li jkunu ristretti jew projbiti fl-irkupru kemm hu possibbli.

(34)

Il-qafas tar-riżoluzzjoni għandu jipprevedi d-dħul f'waqtu f'riżoluzzjoni qabel ma CCP tkun insolventi. CCP għandha titqies bħala li qed tfalli jew li x'aktarx tfalli meta tikser jew x'aktarx li fil-futur qrib tikser ir-rekwiżiti għall-kontinwazzjoni tal-awtorizzazzjoni, meta l-irkupru tagħha jkun naqas milli jreġġa' lura l-vijabbiltà tagħha, meta l-assi tas-CCP jkunu jew x'aktarx li fil-futur qrib ikunu inqas mill-obbligazzjonijiet tagħha, meta s-CCP ma tkunx tista' jew x'aktarx li fil-futur qrib ma tkunx tista' tħallas id-djun tagħha hekk kif isiru dovuti, jew meta s-CCP tkun teħtieġ appoġġ finanzjarju pubbliku▌. Madankollu, il-fatt li CCP ma tikkonformax mar-rekwiżiti kollha għal awtorizzazzjoni ma għandux jiġġustifika minnu nnifsu d-dħul f'riżoluzzjoni. Sabiex id-dħul f'riżoluzzjoni jsir f'waqtu, deċiżjoni meħuda minn awtorità ta' riżoluzzjoni biex taċċelera tranżizzjoni mill-irkupru għal riżoluzzjoni tista' tiġi kkontestata biss għal raġunijiet sostantivi abbażi tal-fatt li din id-deċiżjoni kienet arbitrarja u mhux raġonevoli meta ttieħdet, abbażi tal-informazzjoni disponibbli dakinhar.

(35)

Id-dispożizzjoni għal għajnuna ta' likwidità ta' emerġenza minn bank ċentrali – meta tali faċilità tkun disponibbli – ma għandhiex tkun kundizzjoni li turi li CCP ma tistax jew, fil-futur qrib, mhux se tkun tista' tħallas l-obbligazzjonijiet tagħha hekk kif dawn isiru dovuti. Sabiex tiġi ppreservata l-istabbiltà finanzjarja, b'mod partikolari f'każ ta' skarsezza ta' likwidità sistemika, il-garanziji tal-Istat fuq faċilitajiet ta' likwidità pprovduti minn banek ċentrali jew il-garanziji tal-Istat ta' obbligazzjonijiet maħruġa ġodda sabiex jiġi rrimedjat tfixkil serju fl-ekonomija ta' Stat Membru ma għandhomx jiskattaw qafas ta' riżoluzzjoni, dment li jiġu ssodisfati għadd ta' kundizzjonijiet.

(36)

Meta CCP tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP għandu jkollha għad-dispożizzjoni tagħha sett armonizzat ta' għodod u setgħat ta' riżoluzzjoni. L-eżerċitar tagħhom għandu jkun soġġett għal kundizzjonijiet, objettivi u prinċipji ġenerali komuni. L-użu ta' għodod u setgħat addizzjonali mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkun konsistenti mal-prinċipji u l-objettivi ta' riżoluzzjoni. B'mod partikolari, l-użu ta' tali għodod jew setgħat ma għandux jaffettwa r-riżoluzzjoni effettiva ta' gruppi transfruntiera. Minħabba l-objettiv li tipprevjeni, sa fejn hu possibbli, l-użu ta' fondi pubbliċi u tkun meqjusa d-diffikultà li tipprevedi n-natura eżatta ta' kriżi tas-servizz li fih awtorità ta' riżoluzzjoni tista' tieħu azzjoni, jenħtieġ li ma tkun eskluża ebda għodda ta' riżoluzzjoni ex ante. Sabiex jiġi indirizzat il-periklu morali u l-kontribwenti jiġu protetti b'mod aktar effikaċi, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu miżuri ċari u komprensivi minn qabel biex jirkupraw kemm jista' jkun dawk il-fondi mingħand il-parteċipanti tal-ikklirjar.

(37)

L-objettivi primarji tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu li tiġi żgurata l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi, li jiġu evitati l-effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja u li jiġu protetti l-fondi pubbliċi ▌.

(38)

Il-funzjonijiet kritiċi ta' CCP li qed tfalli għandhom jinżammu, għalkemm jiġu ristrutturati b'xi bidliet fil-maniġment, fejn ikun xieraq, permezz tal-użu ta' għodod ta' riżoluzzjoni bħala negozju avvjat bl-użu, sa fejn l-aktar ikun possibbli, ta' fondi privati. Dan l-objettiv jista' jinkiseb jew permezz tal-bejgħ tas-CCP jew tal-fużjoni tagħha ma' parti terza solventi, jew billi jiġu ristrutturati jew issir valwazzjoni negattiva tal-kuntratti u tal-obbligazzjonijiet tas-CCP permezz tal-allokazzjoni tat-telf u  t-trasferiment tal-pożizzjonijiet mill-membru inadempjenti għall-membri mhux inadempjenti, jew issir rikapitalizzazzjoni tas-CCP permezz ta' valwazzjoni negattiva tal-ishma jew valwazzjoni negattiva u konverżjoni tad-dejn f'ekwità. Skont l-objettiv dwar iż-żamma tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP u qabel jittieħdu l-azzjonijiet deskritti hawn fuq, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkunsidra li tinforza kwalunkwe obbligu kuntrattwali eżistenti u pendenti tas-CCP , inkluż b'mod partikolari kwalunkwe obbligu kuntrattwali minn membri tal-ikklirjar biex jissodisfaw sejħiet għal flus jew jieħdu pożizzjonijiet ta' membri tal-ikklirjar inadempjenti, sew jekk permezz ta' rkant jew mod ieħor maqbul fir-regoli operattivi tas-CCP, kif ukoll kwalunkwe obbligu kuntrattwali eżistenti u pendenti li jimpenja l-partijiet għajr il-membri tal-ikklirjar għal kwalunkwe forma ta' appoġġ finanzjarju. L-obbligi kuntrattwali għandhom ikunu infurzati mill-awtorità tar-riżoluzzjoni skont il-mod kif dawn jiġu msejħa taħt proċedimenti normali ta' insolvenza.

(39)

Hija meħtieġa azzjoni rapida u deċiżiva sabiex tiġi sostnuta l-fiduċja fis-suq u jiġi mminimizzat il-kontaġju. Ladarba l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni jkunu ġew issodisfati, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP ma għandhiex iddum sabiex tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni xierqa u kkoordinata fl-interess pubbliku. Il-falliment ta' CCP jista' jseħħ taħt ċirkostanzi li jkunu jirrikjedu reazzjoni immedjata mill-awtorità tar-riżoluzzjoni rilevanti. Għalhekk, dik l-awtorità għandha titħalla tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni minkejja l-eżerċitar ta' miżuri ta' rkupru mis-CCP jew mingħajr ma jiġi impost obbligu li l-ewwel jintużaw is-setgħat ta' intervent bikri.

(40)

Meta tieħu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP għandha tieħu inkonsiderazzjoni u ssegwi l-miżuri previsti fil-pjanijiet ta' riżoluzzjoni żviluppati fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, sakemm l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma tqisx, wara li tieħu inkonsiderazzjoni ċ-ċirkostanzi tal-każ, li l-objettivi ta' riżoluzzjoni se jintlaħqu b'mod aktar effettiv billi jittieħdu azzjonijiet li mhumiex previsti fil-pjanijiet ta' riżoluzzjoni. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tgħarraf fil-pront lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni dwar l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li tkun qed tippjana li tieħu, b'mod partikolari meta tali azzjoni tiddevja mill-pjan.

(41)

L-interferenza mad-drittijiet tal-proprjetà għandha tkun proporzjonata mar-riskju għall-istabbiltà finanzjarja. Għalhekk, l-għodod tar-riżoluzzjoni għandhom jiġu applikati biss għal dawk is-CCPs li jissodisfaw il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni, speċifikament meta dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-istabbiltà finanzjarja fl-interess pubbliku. Minħabba li s-setgħat u l-għodod tar-riżoluzzjoni jistgħu jfixklu d-drittijiet tal-azzjonisti, tal-membri tal-ikklirjar, tal-klijenti tagħhom u tal-kredituri usa' , kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li tittieħed biss meta tkun neċessarja fl-interess pubbliku u kwalunkwe interferenza ma' dawk id-drittijiet għandha tkun kompatibbli mal-Karta. B'mod partikolari, meta l-kredituri fl-istess klassi jiġu ttrattati b'mod differenti fil-kuntest ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni, tali distinzjonijiet għandhom ikunu ġustifikati fl-interess pubbliku u proporzjonati mar-riskji li jkunu qed jiġu indirizzati u ma għandhomx ikunu diskriminatorji, la direttament u lanqas indirettament, abbażi tan-nazzjonalità.

(42)

L-azzjonisti, il-membri tal-ikklirjar u l-kredituri affettwati ma għandhomx iġarrbu telf akbar minn dak li kienu jġarrbu li kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni b'rabta mas-CCP u minflok kienu jkunu soġġetti għal obbligi pendenti possibbli skont il-pjan ta' rkupru jew arranġamenti oħrajn tas-CCP fir-regoli operattivi tagħha jew inkella kieku s-CCP ġiet stralċjata fi proċedimenti normali ta' insolvenza. Fil-każ ta' trasferiment parzjali tal-assi ta' CCP taħt riżoluzzjoni lil akkwirent privat jew lil CCP tranżitorja, il-parti residwa tas-CCP taħt ir-riżoluzzjoni għandha tiġi stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza.

(43)

Għall-fini tal-protezzjoni tad-dritt tal-azzjonisti, tal-kontropartijiet, tal-kredituri, tal-membri tal-ikklirjar u tal-klijenti tagħhom, għandhom jiġu stabbiliti obbligi ċari fir-rigward tal-valwazzjoni tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tas-CCP u fir-rigward tal-valwazzjoni tat-trattament li dawk il-partijiet kienu jirċievu li kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni. Għandu jkun possibbli li tinbeda valwazzjoni diġà matul il-fażi tal-irkupru. Qabel tittieħed kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandha titwettaq valwazzjoni ġusta u realistika tal-assi u l-obbligazzjonijiet tas-CCP inkluż il-prezz li bih isseħħ kwalunkwe terminazzjoni ta' kuntratti fis-CCP, li għandha tqis il-volatilità u l-likwidità tas-suq fil-mument tar-riżoluzzjoni . Tali valwazzjoni għandha tkun soġġetta għal dritt ta' appell flimkien mad-deċiżjoni ta' riżoluzzjoni biss. Barra minn hekk, f'ċerti każijiet, jenħtieġ li jsir paragun ex post bejn it-trattament li effettivament ingħataw l-azzjonisti, il-kredituri, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom u t-trattament li kienu jirċievu li kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP u minflok kienu ġew soġġetti għal obbligi pendenti possibbli skont il-pjan ta' rkupru tas-CCP jew arranġamenti oħrajn fir-regoli operattivi tagħha jew skont proċedimenti normali ta' insolvenza, filwaqt li jittieħed kont xieraq ta' kull effett negattiv ta' instabbiltà sistemika u taqlib tas-suq, wara li jkunu ntużaw l-għodod ta' riżoluzzjoni. Meta l-azzjonisti, il-kredituri, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom ikunu rċevew, bi ħlas jew b'kumpens għall-pretensjonijiet tagħhom, inqas mill-ammont li kienu jirċievu li kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP u minflok kieku kienu obbligi pendenti possibbli skont il-pjan ta' rkupru tas-CCP jew arranġamenti oħrajn fir-regoli operattivi tagħha jew skont proċedimenti normali ta' insolvenza, filwaqt li jittieħed kont xieraq ta' kull effett negattiv ta' instabbiltà sistemika u taqlib tas-suq , f'ċerti każijiet huma jenħtieġ li jkunu intitolati għall-ħlas tad-differenza. Il-kalkolu tal-ammont li huma kienu jirċievu jenħtieġ li ma jassumix l-għoti ta' appoġġ finanzjarju pubbliku. B'kuntrast mal-valwazzjoni ta' qabel l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandu jkun possibbli li dak il-paragun jiġi kkontestat separatament mid-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni. L-Istati Membri għandhom jitħallew jiddeċiedu b'mod ħieles dwar il-proċedura ta' kif l-azzjonisti, il-kredituri, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom jitħallsu kwalunkwe differenza li tkun ġiet iddeterminata fit-trattament.

(44)

Bil-għan li tiġi żgurata riżoluzzjoni effettiva, il-proċess ta' valwazzjoni għandu jiddetermina bl-aktar mod preċiż possibbli kwalunkwe telf li għandu jiġi allokat għas-CCP sabiex tistabbilixxi mill-ġdid valur kontabilistiku rikonċiljat ta' pożizzjonijiet pendenti u sabiex tissodisfa l-obbligi fis-seħħ ta' ħlas. Il-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet ta' CCP li tkun qed tfalli għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet ġusti, prudenti u realistiċi fil-mument meta jintużaw l-għodod tar-riżoluzzjoni. Madankollu, il-valur tal-obbligazzjonijiet ma għandux jiġi affettwat fil-valwazzjoni tiegħu mill-istat finanzjarju tas-CCP. Għandu jkun possibbli, għal raġunijiet ta' urġenza, li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jagħmlu valwazzjoni rapida tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet ta' CCP li tkun qed tfalli. Dik il-valwazzjoni għandha tkun provviżorja u għandha tapplika sakemm titwettaq valwazzjoni indipendenti.

(45)

Mad-dħul fir-riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni jenħtieġ li tiżgura li kwalunkwe obbligu kuntrattwali pendenti tas-CCP, tal-membri tal-ikklirjar u ta' kontropartijiet oħra stabbilit fir-regoli operattivi tas-CCP, inklużi miżuri ta' rkupru pendenti, jiġu onorati ħlief fejn l-eżerċitar ta' setgħa jew għodda ta' riżoluzzjoni oħra jkun aktar xieraq sabiex jiġu mitigati l-effetti negattivi għall-istabbiltà finanzjarja jew sabiex jitħarsu l-funzjonijiet kritiċi tas-CCP b'mod f'waqtu. It-telf jenħtieġ li mbagħad jiġi assorbit minn strumenti kapitali regolatorji u għandu jiġi allokat lill-azzjonisti sal-kapaċità tagħhom permezz tal-kanċellazzjoni jew it-trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda jew inkella permezz ta' dilwizzjoni severa , filwaqt li jitqies kwalunkwe telf li jrid jiġi assorbit mill-infurzar ta' kwalunkwe obbligu pendenti fil-konfront tas-CCP . Meta dawk l-istrumenti ma jkunux biżżejjed, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jnaqqsu l-valur tad-dejn mhux garantit u tal-obbligazzjonijiet prijoritarji mhux garantiti, sa fejn ikun meħtieġ, mingħajr ma jipperikolaw l-istabbiltà finanzjarja usa', b'konformità mal-gradazzjoni tagħhom skont il-liġi nazzjonali dwar l-insolvenza applikabbli.

(46)

F'każ li l-eżerċitar mis-CCP tal-miżuri ta' rkupru tagħha ma jirnexxilux irażżan it-telf, ireġġagħha lura għal pożizzjoni bilanċjata f'termini ta' valur kontabilistiku rikonċiljat ta' pożizzjonijiet pendenti jew jirriforni r-riżorsi prefinanzjati b'mod komprensiv, jew meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun iddeterminat li l-eżerċitar ta' dawn l-azzjonijiet mis-CCP se jkun detrimentali għall-istabbiltà finanzjarja, l-eżerċitar tas-setgħat għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet mill-awtorità għandu jkun immirat sabiex jalloka t-telf pendenti, jiżgura r-ritorn tas-CCP għal pożizzjoni bilanċjata u jirriforni r-riżorsi prefinanzjati meħtieġa permezz tal-eżerċitar kontinwu tal-għodod fir-regoli operattivi tas-CCP jew permezz ta' azzjonijiet oħrajn.

(47)

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiżguraw ukoll li l-ispejjeż tar-riżoluzzjoni tas-CCP jiġu mminimizzati u li l-kredituri tal-istess klassi jiġu ttrattati b'mod ekwu. Meta l-kredituri fl-istess klassi jiġu ttrattati b'mod differenti fil-kuntest ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni, tali distinzjonijiet għandhom ikunu ġustifikati fl-interess pubbliku u ma għandhomx ikunu diskriminatorji, la direttament u lanqas indirettament, abbażi tan-nazzjonalità jew ta' kwalunkwe bażi oħra.

(48)

L-għodod ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni jenħtieġ li jintużaw kemm jista' jkun qabel issir kwalunkwe injezzjoni ta' kapital mis-settur pubbliku jew qabel jingħata appoġġ finanzjarju pubbliku straordinarju ekwivalenti lil CCP. L-użu tal-appoġġ finanzjarju pubbliku sabiex jgħin fir-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet li jkunu qegħdin ifallu jenħtieġ li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-għajnuna mill-Istat u jenħtieġ li jkunu ttrattati b'mod assolut bħala soluzzjoni tal-aħħar istanza .

(49)

Reġim ta' riżoluzzjoni effettiv għandu jimminimizza l-ispejjeż, imġarrba mill-kontribwenti, tar-riżoluzzjoni ta' CCP li tkun qed tfalli. Dan għandu jiżgura li s-CCPs ikunu jistgħu jiġu riżolti mingħajr ma tiġi pperikolata l-istabbiltà finanzjarja. L-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet jenħtieġ li jilħqu dak l-objettiv billi jiżguraw li l-azzjonisti u l-kontropartijiet li huma fost il-kredituri tas-CCP li qed tfalli jġarrbu telf xieraq u jġorru parti xierqa mill-ispejjeż li jirriżultaw mill-falliment tas-CCP. Għalhekk, l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet jenħtieġ li jagħtu lill-azzjonisti u lill-kontropartijiet tas-CCPs inċentiv aktar b'saħħtu sabiex tiġi mmonitorjata s-saħħa ta' CCP f'ċirkostanzi normali b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Bord għall-Istabilità Finanzjarja21.

(50)

Sabiex ikun żgurat li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkollhom il-flessibbiltà meħtieġa sabiex jallokaw it-telf u l-pożizzjonijiet lill-kontropartijiet f'firxa ta' ċirkostanzi, huwa xieraq li dawk l-awtoritajiet l-ewwel nett ikunu jistgħu japplikaw l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet kemm meta l-objettiv ikun li jinżammu s-servizzi tal-ikklirjar kritiċi fi ħdan is-CCP taħt riżoluzzjoni u sussegwentement, jekk ikun meħtieġ, tali servizzi kritiċi jiġu ttrasferiti lil CCP tranżitorja jew parti terza b'tali mod li jħallu l-parti residwa tas-CCP twaqqaf l-operazzjoni u tiġi stralċjata.

(51)

Meta l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet jiġu applikati bil-għan li titreġġa' lura l-vijabbiltà tas-CCP li qed tfalli sabiex din tkun tista' tkompli topera bħala negozju avvjat, ir-riżoluzzjoni għandha tiġi akkumpanjata mis-sostituzzjoni tal-maniġment, ▌u ristrutturar sussegwenti tas-CCP u l-attivitajiet tagħha b'mod li jiġu indirizzati r-raġunijiet għall-falliment tagħha. Dak ir-ristrutturar għandu jinkiseb permezz tal-implimentazzjoni ta' pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju ▌.

(52)

L-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet jenħtieġ li jiġu eżerċitati bil-għan li jiġi rikonċiljat il-valur kontabilistiku tas-CCP, jitrażżan kwalunkwe telf u jinkisbu riżorsi addizzjonali sabiex tkun tista' tiġi rikapitalizzata s-CCP u jerġgħu jimtlew ir-riżorsi prefinanzjati tagħha. Sabiex ikun żgurat li dawn ikunu effettivi u jintlaħaq l-għan tagħhom, huma jenħtieġ li jkunu jistgħu japplikaw l-aktar firxa wiesgħa possibbli ta' kuntratti li jagħtu lok għal obbligazzjonijiet mhux garantiti jew li joħolqu valur kontabilistiku mhux rikonċiljat għas-CCP li tkun qed tfalli. Huma jenħtieġ li jipprevedu l-possibbiltà ta' rkant tal-pożizzjonijiet ta' min ikun inadempjenti fost il-membri tal-ikklirjar li jifdal, ▌haircuts ulterjuri tal-pagamenti 'l barra tal-marġini ta' varjazzjoni, lil dawn il-membri u l-klijenti tagħhom, l-eżerċitar ta' kwalunkwe sejħa għal flus pendenti stabbiliti fil-pjanijiet ta' rkupru, l-eżerċitar ta' sejħiet għal flus addizzjonali għar-riżoluzzjoni assenjati speċifikament għall-awtorità tar-riżoluzzjoni fir-regoli operattivi tas-CCP u l-valwazzjoni negattiva tal-istrumenti tad-dejn u tal-kapital maħruġa mis-CCP jew ta' obbligazzjonijiet mhux iggarantiti oħra u l-konverżjoni ta' kwalunkwe strument ta' dejn f'ishma. Jekk ikun meqjus meħtieġ biex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni fi żmien xieraq, filwaqt li jimminimizzaw ir-riskji għall-istabbiltà finanzjarja u jevitaw l-użu ta' fondi pubbliċi, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu jistgħu parzjalment jew b'mod sħiħ jitterminaw il-kuntratti ta' membri tal-ikklirjar inadempjenti, ta' linji tal-prodotti u tas-CCP.

(53)

B'rispett dovut għall-impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja u bħala l-aħħar istanza, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom iqisu biss li jinkludu parzjalment xi kuntratti fl-allokazzjoni tat-telf f'għadd ta' ċirkostanzi. Meta dawk l-għodod ikunu eżerċitati parzjalment biss , il-livell ta' telf jew skopertura applikat għal kuntratti oħrajn jista' jiġi mmodifikat sakemm ikun irrispettat il-prinċipju li “l-ebda kreditur ma jmur agħar milli taħt proċedimenti normali ta' insolvenza”.

(54)

Meta l-għodod ta' riżoluzzjoni jkunu ntużaw sabiex jiġu ttrasferiti l-funzjonijiet kritiċi jew in-negozju vijabbli ta' CCP lil entità soda bħal akkwirent mis-settur privat jew CCP tranżitorja, il-parti residwa tas-CCP għandha tiġi likwidata f'qafas ta' żmien xieraq wara li tkun ġiet ikkunsidrata kwalunkwe ħtieġa għas-CCP li qed tfalli li tipprovdi servizzi jew appoġġ sabiex l-akkwirent jew is-CCP tranżitorja jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet jew jipprovdu s-servizzi akkwistati permezz ta' dak it-trasferiment.

(55)

L-għodda għall-bejgħ ta' negozju għandha tippermetti lill-awtoritajiet ibigħu s-CCP jew partijiet min-negozju tagħha lil akkwirent wieħed jew aktar mingħajr il-kunsens tal-azzjonisti. Meta tiġi applikata l-għodda tal-bejgħ ta' negozju, l-awtoritajiet għandhom jagħmlu arranġamenti għall-kummerċjalizzazzjoni ta' dik is-CCP jew parti min-negozju tagħha fi proċess miftuħ, trasparenti u mhux diskriminatorju, filwaqt li jimmiraw li jimmassimizzaw il-prezz tal-bejgħ kemm jista' jkun.

(56)

Minn kwalunkwe rikavat nett mit-trasferiment ta' assi jew obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni meta tiġi applikata l-għodda għall-bejgħ tan-negozju għandha tibbenifika l-entità li titħalla fil-proċedimenti tal-istralċ. L-azzjonisti għandhom jibbenifikaw minn kwalunkwe rikavat nett mit-trasferiment ta' strumenti ta' sjieda maħruġa mis-CCP taħt riżoluzzjoni meta tiġi applikata l-għodda għall-bejgħ tan-negozju. Ir-rikavat għandu jiġi kkalkolat nett mill-ispejjeż li jinħolqu mill-falliment tas-CCP u mill-proċess tar-riżoluzzjoni.

(57)

Sabiex il-bejgħ tan-negozju jsir fil-ħin u tiġi protetta l-istabbiltà finanzjarja, il-valutazzjoni tal-akkwirent ta' parteċipazzjoni kwalifikanti għandha titwettaq fil-ħin mingħajr ma jinħoloq dewmien fl-applikazzjoni tal-għodda għall-bejgħ tan-negozju.

(58)

L-informazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' CCP li qed tfalli u n-negozjati mal-akkwirenti potenzjali qabel l-applikazzjoni tal-għodda għall-bejgħ tan-negozju x'aktarx li tkun ta' importanza sistemika. Sabiex tiġi żgurata l-istabbiltà finanzjarja, huwa importanti li d-divulgazzjoni lill-pubbliku ta' din l-informazzjoni meħtieġa mir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) tkun tista' tiġi ttardjata saż-żmien meħtieġ sabiex tiġi ppjanata u strutturata r-riżoluzzjoni tas-CCP b'konformità mad-dewmien permess taħt ir-reġim tal-abbuż tas-suq.

(59)

Bħala CCP kompletament jew parzjalment ta' awtorità pubblika waħda jew aktar jew ikkontrollata mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, CCP tranżitorja għandu jkollha bħala l-għan prinċipali tagħha li tiżgura li jkomplu jiġu pprovduti s-servizzi finanzjarji essenzjali lill-membri tal-ikklirjar u lill-klijenti tas-CCP li tpoġġiet taħt riżoluzzjoni u li jkomplu jitwettqu l-attivitajiet finanzjarji essenzjali. Is-CCP tranżitorja għandha titħaddem bħala entità avvjata vijabbli u għandha titqiegħed lura fis-suq meta l-kundizzjonijiet ikunu xierqa jew inkella tiġi stralċjata jekk ma tkunx għadha vijabbli.

(60)

Jekk l-alternattivi l-oħrajn kollha jkunu prattikament indisponibbli jew ikunu evidentement insuffiċjenti sabiex tiġi ssalvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja, għandha tkun possibbli l-parteċipazzjoni tal-gvern fil-forma ta' appoġġ għall-ekwità jew sjieda pubblika temporanja, b'konformità mar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, inkluż ristrutturar tal-operazzjonijiet tas-CCP, u għandu jkun permess li l-fondi użati jinġabru lura, matul iż-żmien, mingħand il-parteċipanti tal-ikklirjar, li jibbenefikaw mill-appoġġ finanzjarju . L-użu tal-għodod ta' stabbilizzazzjoni tal-gvern japplika minkejja r-rwol ta' kwalunkwe bank ċentrali li jipprovdi likwidità lis-sistema finanzjarja anki fi żminijiet ta' stress, li jkun soġġett għad-diskrezzjoni tagħhom u li ma jkunx preżunt li hu possibbli li jseħħ . Dan għandu jkun temporanju fin-natura tiegħu. Għalhekk, għandhom ikunu stabbiliti arranġamenti komprensivi u kredibbli li jippermettu l-irkupru tal-fondi pubbliċi pprovduti matul perjodu xieraq ta' żmien.

(61)

Sabiex tiġi żgurata l-abbiltà ta' awtorità tar-riżoluzzjoni li tapplika l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjonijiet fuq kuntratti ma' entitajiet ibbażati f'pajjiżi terzi, ir-rikonoxximent ta' dik il-possibbiltà jenħtieġ li jiġi inkluż fir-regoli operattivi tas-CCP.

(62)

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħat legali kollha meħtieġa li, f'kombinazzjonijiet differenti, ikunu jistgħu jiġu eżerċitati meta jintużaw l-għodod tar-riżoluzzjoni. Huma jenħtieġ li jinkludu s-setgħa li l-istrumenti ta' sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ta' CCP li qed tfalli jiġu ttrasferiti lil entità oħra bħal CCP oħra jew CCP tranżitorja, is-setgħa li jiġu valwati b'mod negattiv jew ikkanċellati l-istrumenti ta' sjieda, jew li jiġu valwati b'mod negattiv jew ikkonvertiti l-obbligazzjonijiet ta' CCP li qed tfalli, is-setgħa li jiġi valwat b'mod negattiv il-marġini ta' varjazzjoni, is-setgħa li jiġu infurzati kwalunkwe obbligu pendenti ta' partijiet terzi fir-rigward tas-CCP, inklużi rkupru u riżoluzzjoni għal talbiet għal flus kontanti inklużi dawk stabbiliti fir-regoli operattivi tas-CCP u allokazzjonijiet tal-pożizzjonijiet, is-setgħa li jiġu tterminati parzjalment jew kompletament il-kuntratti tas-CCP, is-setgħa li jinbidel il-maniġment u s-setgħa li jiġi impost moratorju temporanju fuq il-ħlas tal-pretensjonijiet. Is-CCP u l-membri tal-bord u l-maniġment superjuri tagħha għandhom jibqgħu responsabbli, soġġett għal-liġi tal-Istat Membru, skont il-liġi ċivili jew kriminali, għar-responsabbiltà tagħhom għall-falliment tas-CCP.

(63)

Il-qafas ta' riżoluzzjoni għandu jinkludi rekwiżiti proċedurali sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jiġu nnotifikati kif suppost u jsiru pubbliċi. Madankollu, minħabba li l-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u mill-konsulenti professjonali tagħhom matul il-proċess tar-riżoluzzjoni x'aktarx tkun sensittiva, qabel ma d-deċiżjoni tar-riżoluzzjoni ssir pubblika, din l-informazzjoni għandha tiġi soġġetta għal reġim effettiv ta' kunfidenzjalità. Għandu jiġi kkunsidrat il-fatt li l-informazzjoni dwar il-kontenut u d-dettalji ta' pjanijiet ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni u r-riżultat ta' kwalunkwe valutazzjoni ta' dawk il-pjanijiet jista' jkollhom effetti ampji, b'mod partikolari fuq l-intrapriżi kkonċernati. Kwalunkwe informazzjoni pprovduta fir-rigward ta' deċiżjoni qabel ma tittieħed, kemm dwar jekk il-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni humiex sodisfatti, dwar l-użu ta' għodda speċifika kif ukoll dwar kwalunkwe azzjoni matul il-proċedimenti, għandha titqies li għandha effett fuq l-interessi pubbliċi u privati kkonċernati mill-azzjoni. Madankollu, l-informazzjoni li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun qed teżamina CCP speċifika tista' tkun biżżejjed sabiex ikollha effetti negattivi fuq dik is-CCP. Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi żgurat li jkun hemm mekkaniżmi xierqa għaż-żamma tal-kunfidenzjalità ta' tali informazzjoni, bħalma huma l-kontenut u d-dettalji tal-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni u r-riżultat ta' kwalunkwe valutazzjoni mwettqa f'dak il-kuntest.

(64)

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom setgħat anċillari sabiex jiżguraw l-effettività tat-trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda jew tal-istrumenti tad-dejn u tal-assi, tad-drittijiet u tal-obbligazzjonijiet. Soġġett għas-salvagwardji, dawk is-setgħat għandhom jinkludu s-setgħa li jitneħħew id-drittijiet ta' partijiet terzi mill-istrumenti jew l-assi ttrasferiti u s-setgħa li jiġu infurzati l-kuntratti u li tiġi prevista l-kontinwità tal-arranġamenti vis-à-vis l-benefiċjarju tal-assi u l-istrumenti ta' sjieda ttrasferiti. Madankollu d-drittijiet tal-impjegati li jtemmu kuntratt ta' impjieg ma għandhomx jiġu affettwati. Lanqas ma għandu jiġi affettwat id-dritt ta' parti li tittermina kuntratt ma' CCP taħt riżoluzzjoni, jew ma' entità ta' grupp tagħha, għal raġunijiet oħrajn minbarra għar-riżoluzzjoni tas-CCP li qed tfalli. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom is-setgħa anċillari li jitolbu lis-CCP residwa li tkun qed tiġi stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza tipprovdi s-servizzi li huma meħtieġa sabiex is-CCP li lilha ġew ittrasferiti assi, kuntratti jew strumenti ta' sjieda permezz tal-applikazzjoni tal-għodda għall-bejgħ tan-negozju jew l-għodda tas-CCP tranżitorja tkun tista' topera n-negozju tagħha.

(65)

B'konformità mal-Artikolu 47 tal-Karta, il-partijiet ikkonċernati għandhom id-dritt għal proċess ġust u għal rimedju effettiv kontra l-miżuri li jaffettwawhom. Għalhekk, id-deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jenħtieġ li jkunu soġġetti għal dritt ta' appell fuq raġunijiet sostantivi jekk id-deċiżjoni kienet arbitrarja u mhux raġonevoli meta ttieħdet, fid-dawl tal-informazzjoni li tkun disponibbli dakinhar .

(66)

L-azzjoni ta' riżoluzzjoni meħuda mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni nazzjonali tista' tirrikjedi valutazzjonijiet ekonomiċi u marġini kbir ta' diskrezzjoni. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni nazzjonali huma speċifikament mgħammra bil-kompetenzi meħtieġa sabiex jagħmlu dawk il-valutazzjonijiet u sabiex jiddeterminaw l-użu xieraq tal-marġini ta' diskrezzjoni. Għalhekk, huwa importanti li jiġi żgurat li l-valutazzjonijiet ekonomiċi magħmula mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni nazzjonali f'dak il-kuntest jintużaw bħala bażi mill-qrati nazzjonali fir-rieżami tal-miżuri ta' ġestjoni ta' kriżi kkonċernati.

(67)

Sabiex ikunu koperti s-sitwazzjonijiet ta' urġenza estrema u billi s-sospensjoni ta' kwalunkwe deċiżjoni tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tista' timpedixxi l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi, jeħtieġ li jiġi stabbilit li t-tressiq ta' kwalunkwe appell ma għandux jirriżulta f'sospensjoni awtomatika tal-effetti tad-deċiżjoni kkontestata u li d-deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tkun infurzabbli immedjatament.

(68)

Barra minn hekk, fejn ikun meħtieġ sabiex jiġu protetti terzi persuni li jkunu akkwistaw assi, kuntratti, drittijiet u obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni b'rieda tajba bis-saħħa tal-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet u sabiex tkun żgurata l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji, id-dritt ta' appell ma għandu jaffettwa ebda att amministrattiv sussegwenti jew tranżazzjoni konkluża fuq il-bażi ta' deċiżjoni annullata. Għalhekk, f'każijiet bħal dawn, ir-rimedji għal deċiżjoni inġusta għandhom ikunu limitati għall-għoti ta' kumpens għad-danni mġarrba mill-persuni affettwati.

(69)

Billi jista' jkun meħtieġ li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed b'mod urġenti minħabba riskji serji għall-istabbiltà finanzjarja fl-Istati Membri u fl-Unjoni, kwalunkwe proċedura skont il-liġi nazzjonali relatata mal-applikazzjoni għal approvazzjoni ġudizzjarja ex ante ta' miżura ta' ġestjoni ta' kriżi u l-kunsiderazzjoni tal-qorti ta' tali applikazzjoni għandhom ikunu rapidi. Dan huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt li l-partijiet interessati jista' jkollhom biex jagħmlu applikazzjoni lill-qorti biex tiġi annullata d-deċiżjoni, għal perjodu limitat wara li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun ħadet il-miżura ta' ġestjoni ta' kriżi.

(70)

Huwa fl-interess ta' riżoluzzjoni effiċjenti u sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta' ġurisdizzjoni li ma jinfetaħ jew jitkompla l-ebda proċediment normali ta' insolvenza għas-CCP li tkun qed tfalli waqt li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun qed teżerċita s-setgħat ta' riżoluzzjoni tagħha jew tuża l-għodod ta' riżoluzzjoni, ħlief fuq l-inizjattiva jew bil-kunsens tal-awtorità tar-riżoluzzjoni. Huwa utli u meħtieġ li jiġu sospiżi, għal perjodu limitat, ċerti obbligi kuntrattwali sabiex l-awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha ċans tibda' tuża l-għodod ta' riżoluzzjoni. Madankollu, dan ma għandux japplika għall-obbligi ta' CCP li tkun qed tfalli lejn is-sistemi nnominati skont id-Direttiva 98/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill23, inklużi kontropartijiet ċentrali oħrajn u banek ċentrali. Id-Direttiva 98/26/KE tnaqqas ir-riskju assoċjat mal-parteċipazzjoni f'sistemi ta' ħlas u saldu tat-titoli, b'mod partikolari billi tnaqqas it-tħarbit fil-każ tal-insolvenza ta' parteċipant f'tali sistema. Sabiex jiġi żgurat li dawk il-protezzjonijiet japplikaw b'mod xieraq f'sitwazzjonijiet ta' kriżi, filwaqt li tinżamm ċertezza xierqa għall-operaturi tas-sistemi tal-ħlas u tat-titoli u parteċipanti oħrajn tas-suq, miżura ta' prevenzjoni ta' kriżi jew miżura ta' ġestjoni ta' kriżi ma għandhiex titqies bħala proċediment ta' insolvenza skont it-tifsira tad-Direttiva 98/26/KE, dment li jibqgħu jiġu osservati l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt. Madankollu, l-operat ta' sistema nnominata jew id-dritt għal titoli kollaterali garantiti mid-Direttiva 98/26/KE ma għandux ikun imminat.

(71)

Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, meta jittrasferixxu assi u obbligazzjonijiet lil akkwirent fis-settur privat jew lil CCP tranżitorja, ikollhom perjodu adegwat sabiex jidentifikaw il-kuntratti li għandhom jiġu ttrasferiti, jista' jkun xieraq li jiġu imposti restrizzjonijiet proporzjonati fuq id-drittijiet tal-kontropartijiet li jagħlqu, jaċċelleraw jew inkella jitterminaw il-kuntratti finazjarji qabel ma jsir it-trasferiment. Tali restrizzjoni tkun meħtieġa sabiex l-awtoritajiet ikunu jistgħu jiksbu stampa vera tal-karta bilanċjali tas-CCP li tkun qed tfalli, mingħajr il-bidliet fil-valur u fl-ambitu li jkun jinvolvi l-eżerċizzju estensiv tad-drittijiet tat-terminazzjoni. Sabiex ma tinterferixxix aktar milli meħtieġ mad-drittijiet kuntrattwali tal-kontropartijiet, ir-restrizzjoni fuq id-drittijiet tat-terminazzjoni għandha tapplika biss fir-rigward tal-miżura ta' prevenzjoni ta' kriżi jew l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, inkluża l-okkorrenza ta' kwalunkwe event marbut direttament mal-applikazzjoni ta' tali miżura, u d-drittijiet għat-terminazzjoni li joriġinaw minn kwalunkwe inadempjenza oħra, inkluż in-nuqqas ta' ħlas jew konsenja ta' marġini, għandhom jibqgħu.

(72)

Sabiex jiġu ppreservati l-arranġamenti leġittimi fis-suq kapitali fil-każ ta' trasferiment ta' xi assi, kuntratti, drittijiet u obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, ta' CCP li tkun qed tfalli, huwa xieraq li jiġu inklużi salvagwardji sabiex jiġi evitat kif xieraq li l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-kuntratti marbuta jiġu sseparati minn xulxin. Tali restrizzjoni fuq prassi magħżula fir-rigward tal-kuntratti marbuta u l-kollateral relatat għandha tkun estiża għal kuntratti mal-istess kontroparti koperti minn arranġamenti tat-titoli, arranġamenti ta' kollateral finanzjarju għat-trasferimenti tat-titoli, arranġamenti ta' tpaċija, arranġamenti ta' saldu abbażi tal-valur nett u arranġamenti finanzjarji strutturati. Fejn tapplika s-salvagwardja, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom ifittxu li jittrasferixxu l-kuntratti marbuta kollha fi ħdan arranġament protett, jew iħalluhom kollha fis-CCP residwa li tkun qed tfalli. Dawk is-salvagwardji għandhom jiżguraw li t-trattament kapitali regolatorju tal-iskoperturi koperti minn ftehim ta' netting għall-finijiet tad-Direttiva 2013/36/UE jiġi affettwat l-inqas possibbli.

(73)

Is-CCPs tal-UE jipprovdu servizzi lil membri tal-ikklirjar u lil klijenti li jinsabu f'pajjiżi terzi u s-CCPs ta' pajjiżi terzi jipprovdu servizzi lil membri tal-ikklirjar u lil klijenti li jinsabu fl-UE. Ir-riżoluzzjoni effettiva tas-CCPs attivi internazzjonalment teħtieġ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u awtoritajiet ta' pajjiżi terzi. Għal dak l-għan, l-ESMA għandha tipprovdi gwida dwar il-kontenut tal-arranġamenti ta' kooperazzjoni li għandhom jiġu konklużi ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi. Dawn l-arranġamenti ta' kooperazzjoni għandhom jiżguraw ippjanar effettiv, teħid ta' deċiżjonijiet u koordinazzjoni fir-rigward ta' CCPs attivi internazzjonalment. F'ċerti ċirkostanzi, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni nazzjonali jinħtiġilhom jirrikonoxxu u jinfurzaw il-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi. Il-kooperazzjoni għandha sseħħ ukoll fir-rigward tas-sussidjarji tas-CCPs tal-Unjoni jew ta' pajjiżi terzi u tal-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom.

(74)

Sabiex ikunu żgurati l-armonizzazzjoni konsistenti u l-protezzjoni adegwata għall-parteċipanti fis-suq madwar l-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tadotta abbozz ta' standards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ESMA permezz ta' atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, b'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, sabiex tispeċifika l-kontenut tal-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġi tar-riżoluzzjoni, il-kontenut tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u l-elementi rilevanti biex jitwettqu l-valwazzjonijiet.

(75)

Il-Kummissjoni għandha tkun tista' tissospendi kwalunkwe obbligu tal-ikklirjar stabbilit skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, wara talba mill-awtorità tar-riżoluzzjoni ta' CCP taħt riżoluzzjoni jew mill-awtorità kompetenti ta' membru tal-ikklirjar ta' CCP taħt riżoluzzjoni u wara opinjoni mhux vinkolanti mill-ESMA, għal klassijiet speċifiċi tad-derivattivi OTC li jiġu kklirjati minn CCP li tkun taħt riżoluzzjoni. Id-deċiżjoni tas-sospensjoni għandha tiġi adottata biss jekk ikun meħtieġ li jiġu ppreservati l-istabbiltà finanzjarja u l-fiduċja fis-suq, b'mod partikolari sabiex jiġu evitati l-effett ta' kontaġju u jiġi evitat li l-kontropartijiet u l-investituri jkollhom skopertura għolja u inċerta għar-riskju ta' CCP. Sabiex tadotta d-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-objettivi ta' riżoluzzjoni u l-kriterji ddikjarati fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 sabiex id-derivattivi OTC jiġu soġġetti għall-obbligu tal-ikklirjar fir-rigward ta' dawk id-derivattivi OTC li għalihom tintalab is-sospensjoni. Is-sospensjoni għandha tkun ta' natura temporanja b'possibbiltà ta' tiġdid. Bl-istess mod, ir-rwol tal-kumitat tar-riskju tas-CCP, kif stabbilit fl-Artikolu 28 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, għandu jissaħħaħ sabiex is-CCP tkompli tiġi mħeġġa tiġġestixxi r-riskji tagħha b'mod prudenti u ttejjeb ir-reżiljenza tagħha. Il-membri tal-kumitat tar-riskju għandhom ikunu jistgħu jgħarrfu lill-awtorità kompetenti meta s-CCP ma ssegwix il-pariri tal-kumitat tar-riskju u r-rappreżentanti tal-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom fil-kumitat tar-riskju għandhom ikunu jistgħu jużaw l-informazzjoni pprovduta sabiex jimmonitorjaw l-iskoperturi tagħhom għas-CCP, b'konformità mas-salvagwardji tal-kunfidenzjalità. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tas-CCPs għandu jkollhom ukoll aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa fir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet. Għalhekk, ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u r-Regolament (UE) 2365/2015 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) għandhom jiġu emendati kif xieraq.

(76)

Sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tas-CCPs ikunu rrappreżentati fil-fora rilevanti kollha u sabiex jiġi żgurat li l-ESMA tibbenefika mill-kompetenzi kollha meħtieġa sabiex jitwettqu l-kompiti relatati mal-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs, ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għandu jiġi emendat sabiex ikun jinkludi awtoritajiet tar-riżoluzzjoni nazzjonali tas-CCP fil-kunċett tal-awtoritajiet kompetenti stabbiliti minn dak ir-Regolament.

(77)

Sabiex tħejji d-deċiżjonijiet tal-ESMA fir-rigward tal-kompiti allokati lilha, li jinvolvu l-iżvilupp ta' abbozz ta' standards tekniċi dwar valwazzjonijiet ex ante u ex post u dwar il-kulleġġi u l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni, kif ukoll ta' linji gwida dwar il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u dwar il-medjazzjoni vinkolanti, u sabiex tiżgura l-involviment komprensiv tal-EBA u tal-membri tagħha fit-tħejjija ta' dawn id-deċiżjonijiet, l-ESMA għandha toħloq Kumitat tar-Riżoluzzjoni intern u, fejn ikun rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti tal-EBA għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw bħala osservaturi.

(78)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva d-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari fil-Karta u, b'mod partikolari, id-dritt għal proprjetà, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust u d-dritt tad-difiża.

(79)

Meta jieħdu deċiżjonijiet jew azzjonijiet skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom dejjem jikkunsidraw b'mod xieraq l-impatt tad-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet tagħhom fuq l-istabbiltà finanzjarja f'ġurisdizzjonijiet oħrajn u fuq is-sitwazzjoni ekonomika f'ġurisdizzjonijiet oħrajn u għandhom jikkunsidraw is-sinifikat ta' kwalunkwe membru tal-ikklirjar għas-settur finanzjarju u l-ekonomija tal-ġurisdizzjonijiet fejn ikun stabbilit tali membru tal-ikklirjar.

(80)

Minħabba li l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri l-armonizzazzjoni tar-regoli u tal-proċessi għar-riżoluzzjoni tas-CCPs, ma jistax jintlaħaq biżżejjed mill-Istati Membri, iżda pjuttost jista', minħabba l-effetti ta' falliment ta' kwalunkwe CCPs fl-Unjoni kollha, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri b'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak il-għan.

(81)

Sabiex jiġu evitati inkonsistenzi bejn id-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs u l-qafas legali li jirregola l-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment, huwa xieraq li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament tiġi differita sad-data li fiha l-Istati Membri jridu japplikaw il-miżuri tat-traspożizzjoni [PO: Jekk jogħġbok daħħal referenza għad-Direttiva li temenda d-Direttiva 2014/59/UE].

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri relatati mal-irkupru u r-riżoluzzjoni tal-kontropartijiet ċentrali (CCPs) awtorizzati b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u r-regoli relatati mal-arranġamenti ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“CCP” tfisser CCP kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(2)

“kulleġġ ta' riżoluzzjoni” tfisser il-kulleġġ stabbilit skont l-Artikolu 4;

(3)

“awtorità koordinatriċi” tfisser awtorità maħtura ▌b'konformità mal-Artikolu 3;

(4)

“għodda ta' riżoluzzjoni” tfisser għodda ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 27(1);

(5)

“setgħa ta' riżoluzzjoni” tfisser setgħa msemmija fl-Artikolu 48;

(6)

“objettivi tar-riżoluzzjoni” tfisser l-objettivi tar-riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 21;

(7)

“awtorità kompetenti” tfisser awtorità maħtura ▌b'konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(7a)

“event ta' inadempjenza” tfisser xenarju fejn membru tal-ikklirjar jew aktar jonqsu milli jonoraw l-obbligi finanzjarji tagħhom fil-konfront tas-CCP;

(7b)

“mhux ta' inadempjenza” tfisser sitwazzjoni fejn it-telf huwa mġarrab minn CCP għal kwalunkwe raġuni oħra minbarra l-inadempjenza ta' membru tal-ikklirjar, bħall-falliment tan-negozju, tal-kustodja, tal-investiment, legali jew operazzjonali jew frodi, inklużi n-nuqqasijiet li jirriżultaw minn attakki ċibernetiċi, jew nuqqasijiet ta' likwidità mhux koperti;

(8)

“pjan ta' riżoluzzjoni” tfisser pjan ta' riżoluzzjoni għal CCP imfassal b'konformità mal-Artikolu 13;

(9)

“azzjoni ta' riżoluzzjoni” tfisser l-applikazzjoni ta' għodda ta' riżoluzzjoni, jew l-eżerċitar ta' setgħa ta' riżoluzzjoni waħda jew aktar ladarba jintlaħqu l-kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni stabbiliti fl-Artikolu 22 ;

(10)

“membru tal-ikklirjar” tfisser membru tal-ikklirjar kif definit fil-punt 14 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(11)

“impriża prinċipali” tfisser impriża prinċipali kif definit fil-punt (15)(a) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;

(12)

“CCP ta' pajjiż terz” tfisser CCP li l-uffiċċju prinċipali tagħha jkun stabbilit f'pajjiż terz;

(13)

“arranġament ta' tpaċija” tfisser arranġament li taħtu żewġ pretensjonijiet jew obbligi jew aktar dovuti bejn is-CCP taħt riżoluzzjoni u kontroparti jistgħu jiġu paċuti kontra xulxin;

(14)

“infrastruttura tas-suq finanzjarju” (financial market infrastructure – FMI) tfisser kontroparti ċentrali, depożitorju ċentrali tat-titoli, repożitorju tat-tranżazzjonijiet, sistema ta' pagament jew sistema oħra definita u nominata minn Stat Membru skont l-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 98/26/KE;

(15)

“klijent” tfisser klijent kif definit fil-punt 15 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(15a)

“O-SII” tfisser istituzzjonijiet ta' importanza sistemika kif imsemmija fl-Artikolu 13(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(16)

“CCP interoperabbli ” tfisser CCP li tkun daħlet f'arranġament tal-interoperabilità skont it-Titolu V tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(18)

“pjan ta' rkupru” tfisser pjan ta' rkupru mfassal u miżmum minn CCP b'konformità mal-Artikolu 9;

(19)

“bord” tfisser il-bord amministrattiv jew superviżorju, jew it-tnejn li huma, stabbilit skont il-liġi nazzjonali tal-kumpaniji b'konformità mal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(20)

“kulleġġ superviżorju ” tfisser il-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 bil-parteċipazzjoni tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRB) ;

(21)

“kapital” tfisser kapital kif definit fil-punt 25 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ;

(22)

“kaskata tal-inadempjenza” tfisser kaskata tal-inadempjenza b'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(23)

“funzjonijiet kritiċi” tfisser attivitajiet, servizzi jew operazzjonijiet ipprovduti lil partijiet terzi esterni għas-CCP, li d-diskontinwità tagħhom x'aktarx li twassal għal tħarbit tas-servizzi li huma essenzjali għall-ekonomija reali jew għal tħarbit tal-istabbiltà finanzjarja fi Stat Membru wieħed jew aktar minħabba d-daqs, is-sehem mis-suq, l-interkonnettività esterna u interna, il-kumplessità jew l-attivitajiet transfruntieri ta' CCP jew grupp, b'mod partikolari fir-rigward tas-sostitwibbiltà ta' dawk l-attivitajiet, is-servizzi jew l-operazzjonijiet;

(24)

“grupp” tfisser grupp kif definit fil-punt 16 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ;

(25)

“FMI marbuta” tfisser CCP interoperabbli jew FMI jew CCP oħra li magħha s-CCP ikollha arranġamenti kuntrattwali;

(26)

“appoġġ finanzjarju pubbliku ▌” tfisser għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, jew kwalunkwe appoġġ finanzjarju pubbliku ieħor fil-livell supranazzjonali, li, jekk jiġi pprovdut fil-livell nazzjonali, jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, li tiġi pprovduta sabiex jiġu ppreservati jew jitreġġgħu lura l-vijabbiltà, il-likwidità jew is-solvenza ta' CCP jew ta' grupp li minnu tifforma parti tali CCP;

(27)

“kuntratti finanzjarji” tfisser kuntratti u ftehimiet stabbiliti fil-punt 100 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(28)

“proċedimenti normali ta' insolvenza” tfisser il-proċedimenti ta' insolvenza kollettivi li jinvolvu l-investiment parzjali jew totali ta' debitur u l-ħatra ta' likwidatur jew amministratur normalment applikabbli għas-CCPs skont il-liġi nazzjonali u jew speċifiċi għal dawk l-istituzzjonijiet jew inkella applikabbli b'mod ġenerali għal kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika;

(29)

“strumenti ta' sjieda” tfisser ishma, strumenti oħrajn li jikkonferixxu sjieda, strumenti li jistgħu jiġu kkonvertiti jew jagħtu d-dritt li jiġu akkwistati ishma jew strumenti ta' sjieda oħrajn, u strumenti li jirrappreżentaw interessi f'ishma jew strumenti ta' sjieda oħrajn;

(30)

“awtorità makroprudenzjali nazzjonali maħtura” tfisser l-awtorità fdata bit-twettiq tal-politika makroprudenzjali msemmija fir-Rakkomandazzjoni B1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) tat-22 ta' Diċembru 2011 dwar il-mandat makroprudenzjali tal-awtoritajiet nazzjonali (BERS/2011/3);

(31)

“fond tal-inadempjenza” tfisser fond tal-inadempjenza miżmum minn CCP b'konformità mal-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(32)

“riżorsi prefinanzjati” tfisser riżorsi miżmuma mill-persuna ġuridika rilevanti u disponibbli liberament għaliha;

(33)

“maniġment superjuri” tfisser il-persuna jew persuni li effettivament jidderieġu n-negozju tas-CCP u l-membru jew membri eżekuttiv(i) tal-bord;

(34)

“repożitorju tat-tranżazzjonijiet” tfisser repożitorju tat-tranżazzjonijiet kif definit fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8);

(35)

“Qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni” tfisser il-qafas stabbilit mill-Artikoli 107, 108 u 109 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u r-regolamenti u l-atti kollha tal-Unjoni, inklużi l-linji gwida, il-komunikazzjonijiet u l-avviżi, magħmula jew adottati skont l-Artikolu 108(4) jew l-Artikolu 109 tat-TFUE;

(36)

“strumenti ta' dejn” tfisser bonds jew forom oħrajn ta' dejn trasferibbli mhux garantit, strumenti li joħolqu jew jirrikonoxxu dejn u strumenti li jagħtu drittijiet għall-akkwist ta' strumenti ta' dejn;

(37)

“sejħa għal flus għal riżoluzzjoni” tfisser talba għal riżorsi fi flus li għandhom jiġu pprovduti mill-membri tal-ikklirjar lis-CCP, minbarra r-riżorsi prefinanzjati, abbażi tas-setgħat statutorji disponibbli għal awtorità tar-riżoluzzjoni b'konformità mal-Artikolu 31 u kif imniżżel fir-regoli operattivi tas-CCP ;

(38)

“sejħiet għal flus għall-irkupru ” tfisser talbiet għal riżorsi fi flus li għandhom jiġu pprovduti mill-membri tal-ikklirjar lis-CCP, minbarra r-riżorsi prefinanzjati, abbażi tal-arranġamenti kuntrattwali stipulati fir-regoli operattivi tas-CCP;

(39)

“setgħat ta' trasferiment” tfisser is-setgħat speċifikati fil-punti (c) jew (d) tal-Artikolu 48(1) li jiġu ttrasferiti ishma, strumenti ta' sjieda oħrajn, strumenti ta' dejn, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet, jew kwalunkwe kombinazzjoni ta' dawn l-elementi minn CCP taħt riżoluzzjoni lil benefiċjarju;

(40)

“derivattiv” tfisser derivat kif definit fil-punt 5 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(41)

“arranġament ta' netting” tfisser arranġament li taħtu għadd ta' pretensjonijiet jew obbligi jistgħu jiġu kkonvertiti fi pretensjoni netta unika, inklużi arranġamenti ta' netting tal-għeluq li taħthom, meta jseħħ event ta' infurzar (irrispettivament minn kif u fejn jiġi definit), l-obbligi tal-partijiet jitħaffu b'mod li jsiru dovuti immedjatament jew jiġu tterminati u, fi kwalunkwe każ, jiġu kkonvertiti fi, jew sostitwiti minn, pretensjoni netta unika, inklużi “dispożizzjonijiet dwar in-netting tal-għeluq” kif definit fil-punt (n)(i) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u “netting” kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 98/26/KE;

(42)

“miżura ta' prevenzjoni ta' kriżi” tfisser l-eżerċitar tas-setgħat sabiex CCP tintalab tieħu miżuri sabiex tirrimedja n-nuqqasijiet fil-pjan ta' rkupru tagħha skont l-Artikolu 10(8) u (9), l-eżerċitar tas-setgħat sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 17, jew l-applikazzjoni ta' miżura ta' intervent bikri skont l-Artikolu 19;

(43)

“dritt ta' terminazzjoni” tfisser dritt li jiġi tterminat kuntratt, dritt li l-obbligi jitħaffu, jingħalqu, jiġu paċuti jew jiġu nnettjati jew kwalunkwe dispożizzjoni simili li tissospendi, timmodifika jew ittemm obbligu ta' parti għall-kuntratt jew dispożizzjoni li tipprevjeni li jirriżulta obbligu skont il-kuntratt li altrimenti kien jirriżulta;

(44)

“arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta' titolu” tfisser arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta' titolu kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/47/KE;

(45)

“bond kopert” tfisser strument kif imsemmi fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10);

(46)

“proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz” tfisser azzjoni skont il-liġi ta' pajjiż terz għall-ġestjoni ta' falliment ta' CCP ta' pajjiż terz li tkun komparabbli, f'termini ta' objettivi u riżultati antiċipati, mal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni skont dan ir-Regolament;

(47)

“awtoritajiet nazzjonali rilevanti” tfisser l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jew il-ministeri kompetenti maħtura b'konformità ma' dan ir-Regolament jew skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE jew awtoritajiet oħrajn fl-Istati Membri b'setgħat li jirrigwardaw l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tas-CCPs ta' pajjiżi terzi li jipprovdu servizzi tal-ikklirjar fil-ġurisdizzjoni tagħhom;

(48)

“awtorità rilevanti ta' pajjiż terz” tfisser awtorità ta' pajjiż terz responsabbli biex twettaq funzjonijiet komparabbli ma' dawk tal-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jew tal-awtoritajiet kompetenti skont dan ir-Regolament;

TITOLU II

L-AWTORITAJIET, IL-KULLEĠĠ TA' RIŻOLUZZJONI U L-PROĊEDURI

TAQSIMA I

L-AWTORITAJIET TA' RIŻOLUZZJONI, IL-KULLEĠĠI TA' RIŻOLUZZJONI U L-INVOLVIMENT TAL-AWTORITAJIET SUPERVIŻORJI EWROPEJ

Artikolu 3

Il-ħatra tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-ministeri kompetenti

1.    L-Istati Membri fejn hi stabbilita CCP għandhom – u, Stati Membri fejn mhi stabbilita ebda CCP, jistgħu – jaħtru awtorità ta' riżoluzzjoni waħda ▌li jkollha s-setgħa li tapplika l-għodod tar-riżoluzzjoni u  teżerċita s-setgħat tar-riżoluzzjoni kif stabbilit f'dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom ikunu banek ċentrali nazzjonali, ministeri kompetenti, awtoritajiet amministrattivi pubbliċi jew awtoritajiet oħrajn fdati b'setgħat amministrattivi pubbliċi.

2.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandu jkollhom il-kompetenzi, ir-riżorsi u l-kapaċità operazzjonali sabiex japplikaw miżuri ta' riżoluzzjoni u jeżerċitaw is-setgħat tagħhom bil-ħeffa u l-flessibbiltà li huma meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni.

3.   Meta awtorità tar-riżoluzzjoni maħtura skont il-paragrafu 1 tiġi fdata b'funzjonijiet oħrajn, ▌l-indipendenza operazzjonali , inkluża s-separazzjoni tal-persunal, tal-linji ta' rapportar u tal-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet ta' dik l-awtorità tar-riżoluzzjoni , b'mod partikolari mill-awtorità kompetenti maħtura skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u l-awtoritajiet kompetenti u tar-riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 18(2) ta' dak ir-Regolament għandha tiġi stabbilita u ppruvata għas-sodisfazzjon tal-ESMA sabiex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess bejn il-funzjonijiet fdati lill-awtorità tar-riżoluzzjoni skont dan ir-Regolament u l-funzjonijiet l-oħrajn kollha fdati lil dik l-awtorità.

Ir-rekwiżiti mogħtija fl-ewwel paragrafu la għandhom jipprekludu li l-linji ta' rapportar jikkonverġu fl-ogħla livell ta' organizzazzjoni li tinkludi awtoritajiet differenti u lanqas li l-persunal jista', b'kundizzjonijiet definiti minn qabel, jiġi sekondat minn awtorità għal oħra biex din tlaħħaq ma' volumi ta' xogħol temporanjament kbar.

4.   ▌L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tadotta u tippubblika r-regoli interni li jiżguraw is-separazzjoni strutturali msemmija fl-ewwel subparagrafu, inklużi regoli li jirrigwardaw is-segretezza professjonali u l-iskambji ta' informazzjoni bejn l-oqsma funzjonali differenti.

5.   Kull Stat Membru għandu jinnomina ministeru wieħed li jkun responsabbli għall-eżerċitar tal-funzjonijiet fdati lill-ministeru kompetenti skont dan ir-Regolament.

6.   ▌L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tgħarraf lill-ministeru kompetenti , fil-ħin, bid-deċiżjonijiet meħuda skont dan ir-Regolament.

7.   Meta d-deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 6 jkollhom impatt fiskali dirett ▌, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikseb l-approvazzjoni meħtieġa kif stipulat ▌fil-liġi.

8.   L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) dwar l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont il-paragrafu 1.

9.   ▌

10.   L-ESMA għandha tippubblika lista tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u tal-awtoritajiet ta' kuntatt innotifikati skont il-paragrafu 8.

Artikolu 4

Kulleġġi ta' riżoluzzjoni

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP għandha tistabbilixxi, tiġġestixxi u tippresiedi kulleġġ ta' riżoluzzjoni sabiex iwettaq il-kompiti msemmija fl-Artikoli 13, 16 u 17 u jiżgura l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi.

Il-kulleġġi ta' riżoluzzjoni għandhom jipprovdu qafas għall-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u għal awtoritajiet rilevanti oħrajn sabiex iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)

jiskambjaw informazzjoni rilevanti għall-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni, għall-valutazzjoni tal-interkonnettività tas-CCP u dik tal-parteċipanti tagħha, flimkien ma' banek ċentrali oħrajn ta' interess, u għall-applikazzjoni ta' miżuri ta' tħejjija u ta' prevenzjoni u għar-riżoluzzjoni;

(b)

jivvalutaw pjanijiet ta' riżoluzzjoni skont l-Artikolu 13;

(c)

jivvalutaw ir-riżolvibbiltà tas-CCPs skont l-Artikolu 16;

(d)

jidentifikaw, jindirizzaw u jneħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà tas-CCPs skont l-Artikolu 17;

(e)

jikkoordinaw il-komunikazzjoni pubblika tal-istrateġiji u l-iskemi ta' riżoluzzjoni;

(ea)

jiskambjaw il-pjanijiet ta' rkupru u ta' riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar u jivvalutaw l-impatt u l-interkonnettività li jista' jkun hemm mas-CCP;

2.   Dawn li ġejjin għandhom ikunu membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni:

(a)

l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP;

(b)

l-awtorità kompetenti tas-CCP;

(c)

l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(d)

l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(e)

l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni tas-CCPs imsemmija fil-punt (e) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(f)

l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-punt (f) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(g)

il-membri tas-SEBĊ imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(h)

il-banek ċentrali emittenti msemmija fil-punt (h) tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(i)

l-awtorità kompetenti tal-impriża prinċipali, fejn japplika l-Artikolu  11(1) ;

(ia)

l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mis-superviżjoni tal-O-SIIs imsemmija fl-Artikolu 131(3) tad-Direttiva 2013/36/UE;

(j)

il-ministeru kompetenti, meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni msemmija fil-punt (a) ma tkunx il-ministeru kompetenti;

(k)

l-ESMA;

(l)

l-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA).

3.   L-ESMA, l-EBA u l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mis-superviżjoni tal-O-SIIs ma għandux ikollhom drittijiet tal-vot fil-kulleġġi ta' riżoluzzjoni.

4.   L-awtoritajiet kompetenti u tar-riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar stabbiliti f'pajjiżi terzi u l-awtoritajiet kompetenti u tar-riżoluzzjoni ta' CCPs ta' pajjiżi terzi li magħhom is-CCP stabbilixxiet arranġamenti ta' interoperabilità jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni bħala osservaturi. L-attendenza tagħhom għandha tkun kundizzjonali fuq li dawn l-awtoritajiet ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità li fl-opinjoni tal-president tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni jkunu ekwivalenti għal dawk stipulati fl-Artikolu 71.

Il-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi fil-kulleġġ ta' riżoluzzjoni tista' tkun limitata għad-diskussjoni ta' kwistjonijiet ta' infurzar transfruntieri speċifiċi , li jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

(a)

l-infurzar ikkoordinat u effettiv tal-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni, b'mod partikolari b'konformità mal-Artikoli 53 u 75;

(b)

l-identifikazzjoni u t-tneħħija tal-impedimenti possibbli għal azzjoni ta' riżoluzzjoni effettiva li jistgħu jirriżultaw minn liġijiet diverġenti li jirregolaw l-arranġamenti ta' kollateral, netting u tpaċija u l-istrateġiji jew is-setgħat ta' rkupru u riżoluzzjoni differenti;

(c)

l-identifikazzjoni u l-koordinazzjoni ta' kwalunkwe ħtieġa għal rekwiżiti għal ħruġ ta' liċenzji, rikonoxximent jew awtorizzazzjoni ġodda, fid-dawl tal-ħtieġa li l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jitwettqu fil-ħin;

(d)

is-sospensjoni possibbli ta' kwalunkwe obbligu tal-ikklirjar għall-klassijiet tal-assi rilevanti affettwati mir-riżoluzzjoni tas-CCP skont l-Artikolu 6a tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jew għal kwalunkwe dispożizzjoni ekwivalenti skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz ikkonċernat;

(e)

l-influwenza possibbli taż-żoni tal-ħin differenti fuq l-għeluq applikabbli tas-sigħat tan-negozju fir-rigward tal-għeluq tan-negozju.

5.   Il-president tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni għandu jkun responsabbli għall-kompiti li ġejjin:

(a)

jistabbilixxi arranġamenti u proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, wara li jikkonsulta mal-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;

(b)

jikkoordina l-attivitajiet kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;

(c)

ilaqqa' u jippresiedi l-laqgħat kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;

(d)

iżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni infurmati b'mod sħiħ qabel l-organizzazzjoni tal-laqgħat dwar il-kwistjonijiet ewlenin li għandhom jiġu diskussi f'dawk il-laqgħat u dwar il-punti li għandhom jiġu kkunsidrati għall-finijiet ta' dawk id-diskussjonijiet;

(e)

jiddeċiedi jekk u liema awtoritajiet ta' pajjiżi terzi jiġu mistiedna jattendu laqgħat partikolari tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni b'konformità mal-paragrafu 4;

(f)

jikkoordina l-iskambju f'waqtu tal-informazzjoni rilevanti kollha bejn il-membri tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;

(g)

iżomm lill-membri kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni infurmati, fil-ħin, dwar id-deċiżjonijiet u l-eżiti ta' dawk il-laqgħat;

(ga)

jiġi żgurat li l-membri tal-kulleġġ jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti kollha fil-ħin għall-eżerċizzju tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.

6.   Sabiex tiżgura l-funzjonament koerenti u konsistenti tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni madwar l-Unjoni, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika l-kontenut tal-arranġamenti u tal-proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1.

Għall-finijiet tat-tħejjija tal-istandards regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA għandha tieħu inkonsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2013 (11), tat-Taqsima 1 tal-Kapitolu 6 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) XXX/2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji adottati abbażi tal-Artikolu 88(7) tad-Direttiva 2014/59/UE (12).

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: [daħħal id-data ta' 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija ddelegata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 6 b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 5

Kumitat tar-Riżoluzzjoni tal-ESMA

1.   L-ESMA għandha toħloq kumitat tar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 għall-iskop ta' tħejjija tad-deċiżjonijiet fdati lill-ESMA f'dan ir-Regolament, ħlief għad-deċiżjonijiet li jridu jiġu adottati skont l-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament.

Il-kumitat tar-riżoluzzjoni għandu jippromwovi wkoll l-iżvilupp u l-koordinazzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u għandu jfassal strateġiji għar-riżoluzzjoni tas-CCPs li qed ifallu.

2.   Il-kumitat tar-riżoluzzjoni għandu jkun kompost mill-awtoritajiet maħtura skont l-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament.

L-awtoritajiet imsemmija fil-punti (i) u (iv) tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u l-awtoritajiet kompetenti inkarigati mis-superviżjoni tal-O-SIIs għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-kumitat tar-riżoluzzjoni bħala osservaturi.

2a.     L-ESMA għandha tivvaluta l-arranġamenti għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs madwar l-Unjoni f'termini tal-effett aggregat fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni permezz ta' testijiet tal-istress u eżerċizzji ta' simulazzjoni ta' kriżi regolari fir-rigward ta' każijiet potenzjali ta' stress mas-sistema kollha. Fit-twettiq ta' dan ir-rwol, l-ESMA għandha tiżgura konsistenza mal-valutazzjonijiet tar-reżiljenza tas-CCPs individwali mwettqa skont il-Kapitolu XII tar-Regolament Delegat (UE) Nru 153/2013 fir-rigward tal-frekwenza u d-disinn tat-testijiet u għandha tikkoopera mill-qrib mal-kulleġġi superviżorji stabbiliti skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, il-BERS u l-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2013/36/UE, inkluż il-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu fil-qafas ta' mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2013, u kwalunkwe awtorità nazzjonali kompetenti inkarigata mis-superviżjoni tas-CCPs. Fl-oqsma fejn jinstab – wara dawn it-testijiet tal-istress komprensivi – li dawn l-arranġamenti jkun fihom nuqqasijiet, l-istituzzjoni jew l-istituzzjonijiet responsabbli jkollhom jindirizzaw in-nuqqasijiet u jissottomettu mill-ġdid l-arranġamenti tagħhom għal ċiklu ieħor ta' testijiet tal-istress fi żmien 6 xhur mit-testijiet tal-istress preċedenti.

3.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-ESMA għandha tikkoopera mal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u mal-EBA fi ħdan il-qafas tal-Kumitat Konġunt tal-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbilit fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u fl-Artikolu 54 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

4.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-ESMA għandha tiżgura separazzjoni strutturali bejn il-kumitat ta' riżoluzzjoni u funzjonijiet oħrajn imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 6

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet

1.   L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-ESMA għandhom jikkooperaw mill-qrib fit-tħejjija, fl-ippjanar u , kemm jista' jkun, fl-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet ta' riżoluzzjoni. B'mod partikolari, l-awtorità tar-riżoluzzjoni u awtoritajiet rilevanti oħra, inklużi l-ESMA, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' FMIs marbuta, għandhom jikkooperaw u jikkomunikaw b'mod effikaċi fl-irkupru biex jippermettu lill-awtorità tar-riżoluzzjoni taġixxi fil-ħin.

2.   L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mal-ESMA għall-finijiet ta' dan ir-Regolament b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lill-ESMA bl-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex twettaq id-doveri tagħha b'konformità mal-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

TAQSIMA II

TEĦID TAD-DEĊIŻJONIJIET U PROĊEDURI

Artikolu 7

Prinċipji ġenerali rigward it-teħid tad-deċiżjonijiet

L-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-ESMA għandhom jieħdu kont tal-prinċipji u l-aspetti kollha li ġejjin meta jieħdu d-deċiżjonijiet u jieħdu azzjoni skont dan ir-Regolament:

(a)

li tiġi żgurata l-effikaċja u l-proporzjonalità ta' kwalunkwe deċiżjoni jew azzjoni fir-rigward ta' CCP individwali, billi jiġu kkunsidrati mill-inqas il-fatturi li ġejjin:

i)

is-sjieda u l-istruttura ġuridika u organizzazzjonali tas-CCP, inkluż jekk hijiex parti minn grupp akbar ta' FMIs jew istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn ;

ii)

in-natura, id-daqs u l-kumplessità tan-negozju tas-CCP;

iii)

in-natura u d-diversità tal-istruttura tas-sħubija tal-ikklirjar tas-CCP , inklużi l-membri tal-ikklirjar, il-klijenti tagħhom u kontropartijiet oħra li dawk il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom jipprovdulhom servizzi ta' kklirjar skont is-CCP, meta dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati faċilment u mingħajr dewmien żejjed ;

▌v)

l-interkonnettività tas-CCP ma' infrastrutturi oħrajn fis-suq finanzjarju, istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u mas-sistema finanzjarja b'mod ġenerali;

va)

jekk is-CCP tikklirjax kwalunkwe kuntratt tad-derivattivi OTC li jappartjeni għal klassi ta' derivattivi OTC li tkun ġiet iddikjarata soġġetta għall-obbligu tal-ikklirjar skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

vb)

id-disponibbiltà ta' CCPs oħra li, b'mod kredibbli u fattibbli, jistgħu jagħmluha ta' sostitut għall-funzjonijiet kritiċi tas-CCP;

vi)

il-konsegwenzi reali jew potenzjali tal-ksur imsemmi fl-Artikoli 19(1) u 22(2).

(b)

li jiġu osservati l-imperattivi tal-effikaċja fit-teħid tad-deċiżjonijiet u li l-ispejjeż jinżammu baxxi kemm jista' jkun filwaqt li jiġi evitat tfixkil fis-suq meta jittieħdu miżuri jew azzjoni ta' intervent bikri jew ta' riżoluzzjoni bil-ħsieb li jiġi evitat l-użu ta' fondi pubbliċi ;

(c)

li d-deċiżjonijiet u l-azzjonijiet jittieħdu fil-ħin u, fejn ikun hemm bżonn, bl-urġenza dovuta;

(d)

li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u awtoritajiet oħrajn jikkooperaw ma' xulxin sabiex jiżguraw li d-deċiżjonijiet u l-azzjoni jittieħdu b'mod ikkoordinat u effiċjenti;

(e)

li r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet rilevanti f'kull Stat Membru jiġu definiti b'mod ċar;

(f)

li jitqiesu b'mod dovut l-interessi tal-Istati Membri fejn is-CCP tipprovdi s-servizzi tagħha u fejn ikunu stabbiliti l-membri tal-ikklirjar tagħha, il-klijenti tagħhom u kwalunkwe CCPs marbuta u, b'mod partikolari, l-impatt ta' kwalunkwe deċiżjoni jew azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni fuq l-istabbiltà finanzjarja jew ir-riżorsi fiskali ta' dawk l-Istati Membri u tal-Unjoni b'mod ġenerali;

(g)

li jitqiesu b'mod dovut l-objettivi tal-bilanċ tal-interessi tad-diversi membri tal-ikklirjar, il-klijenti tagħhom, il-kredituri f'sens usa' l-partijiet ikkonċernati tas-CCP fl-Istati Membri involuti u li jkun evitat li jiġu ppreġudikati jew protetti b'mod inġust l-interessi ta' atturi partikolari f'xi Stati Membri, inkluż li tiġi evitata allokazzjoni inġusta tal-piżijiet bejn l-Istati Membri;

(ga)

li l-appoġġ finanzjarju pubbliku jiġi evitat kemm jista' jkun u jintuża biss fl-aħħar istanza u bil-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 45, u li ma tinħoloq ebda aspettattiva ta' appoġġ finanzjarju pubbliku;

(h)

li kwalunkwe obbligu skont dan ir-Regolament li tiġi kkonsultata awtorità qabel ma tittieħed deċiżjoni jew azzjoni jimplika mill-inqas obbligu li ssir konsultazzjoni dwar dawk l-elementi tad-deċiżjoni jew tal-azzjoni proposta li jkollhom jew li x'aktarx ikollhom:

(i)

effett fuq il-membri tal-ikklirjar, il-klijenti jew l-FMIs marbuta;

(ii)

impatt fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-Istat Membru fejn jinsabu jew ikunu stabbiliti l-membri tal-ikklirjar, il-klijenti jew l-FMIs marbuta;

(i)

li l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 13 jiġu rrispettati, sakemm ma tkunx meħtieġa devjazzjoni minn dawk il-pjanijiet sabiex ikunu jistgħu jintlaħqu aħjar l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(j)

li tiġi żgurata t-trasparenza fil-konfront tal-awtoritajiet rilevanti kull meta jkun possibbli, partikolarment meta deċiżjoni jew azzjoni proposta x'aktarx ikollha implikazzjonijiet fuq l-istabbiltà finanzjarja jew ir-riżorsi fiskali , u fil-konfront ta' kwalunkwe ġurisdizzjoni jew parti oħra, meta jkun raġonevolment possibbli;

(k)

li huma jikkoordinaw u jikkooperaw kemm jista' jkun mill-qrib, anki bil-għan li jbaxxu l-ispiża kumplessiva tar-riżoluzzjoni;

(l)

li jiġu mmitigati l-effetti soċjali u ekonomiċi negattivi ta' kwalunkwe deċiżjoni fl-Istati Membri u l-pajjiżi terzi kollha fejn is-CCP tipprovdi s-servizzi tagħha, inklużi l-impatti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja.

Artikolu 8

Skambju ta' informazzjoni

1.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA għandhom, fuq inizjattiva tagħhom stess jew meta jintalbu, jipprovdu lil xulxin fil-ħin l-informazzjoni rilevanti kollha għat-twettiq tal-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiddivulgaw biss l-informazzjoni kunfidenzjali pprovduta minn awtorità ta' pajjiż terz meta dik l-awtorità tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel bil-miktub .

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jipprovdu lill-ministeru kompetenti l-informazzjoni kollha li tirrigwarda d-deċiżjonijiet jew il-miżuri li jeħtieġu n-notifika, il-konsultazzjoni jew il-kunsens ta' dak il-ministeru.

TITOLU III

TĦEJJIJA

KAPITOLU I

Ippjanar tal-irkupru u r-riżoluzzjoni

TAQSIMA 1

IPPJANAR TAL-IRKUPRU

Artikolu 9

Pjanijiet ta' rkupru

1.   Is-CCPs għandhom ifasslu u jżommu pjan ta' rkupru komprensiv u effikaċi li jipprevedi l-miżuri li għandhom jittieħdu kemm f'każ ta' eventi ta' inadempjenza kif ukoll f'każ ta' eventi mhux ta' inadempjenza – jew taħlita tat-tnejn – sabiex ireġġgħu lura l-pożizzjoni finanzjarja tagħhom mingħajr ebda appoġġ finanzjarju pubbliku sabiex ikunu jistgħu jkomplu jipprovdu servizzi ta' kklirjar wara deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom jew riskju ta' ksur tar-rekwiżiti prudenzjali tagħhom skont ir-Regolament (UE) 648/2012.

1a.     Il-pjan ta' rkupru għandu jiddistingwi b'mod ċar, partikolarment – meta jkun prattiku – permezz ta' taqsimiet separati, bejn xenarji bbażati fuq:

(a)

eventi ta' inadempjenza;

(b)

eventi mhux ta' inadempjenza;

Il-pjan ta' rkupru għandu jinkludi arranġamenti dwar kif id-dispożizzjonijiet previsti għax-xenarji fil-punti (a) u (b) għandhom jiġu kkombinati f'każ li ż-żewġ xenarji jseħħu fl-istess ħin.

2.   Il-pjan ta' rkupru għandu jinkludi qafas ta' indikaturi , ibbażati fuq il-profil tar-riskju tas-CCP, li jidentifikaw iċ-ċirkostanzi li fil-kuntest tagħhom għandhom jittieħdu l-miżuri fil-pjan ta' rkupru filwaqt li jikkunsidraw xenarji differenti . L-indikaturi jistgħu jkunu ta' natura kwalitattiva jew kwantitattiva fir-rigward tal-pożizzjoni finanzjarja tas-CCP.

Is-CCPs għandhom jimplimentaw arranġamenti xierqa , inkluża kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet rilevanti, għall-monitoraġġ regolari tal-indikaturi. Is-CCPs għandhom jirrapportaw lill-ESMA u lill-awtoritajiet kompetenti dwar l-eżitu ta' dan il-monitoraġġ.

2a.     Sa … [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ESMA għandha toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tispeċifika l-lista minima ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

3.   Is-CCPs għandhom jinkludu dispożizzjonijiet fir-regoli operattivi tagħhom li jiddeskrivu l-proċeduri li jridu jsegwu meta, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-proċess ta' rkupru, jipproponu li :

(a)

▌jieħdu l-miżuri previsti fil-pjan ta' rkupru tagħhom, minkejja l-fatt li ma jkunux ġew issodisfati l-indikaturi rilevanti; jew

(b)

▌joqogħdu lura milli jieħdu l-miżuri previsti fil-pjan ta' rkupru tagħhom, minkejja l-fatt li jkunu ġew issodisfati l-indikaturi rilevanti.

3a.     Kull miżura li tittieħed skont il-paragrafu 3 għandha tirrikjedi l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti.

4.   ▌Meta CCP ikollha l-ħsieb li tattiva l-pjan ta' rkupru tagħha, hija għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti u lill-ESMA dwar in-natura u l-kobor tal-problemi li tkun identifikat, billi tispjega ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha u tindika l-miżuri ta' rkupru jew miżuri oħrajn li tkun biħsiebha tieħu biex tindirizza s-sitwazzjoni.

Meta l-awtorità kompetenti tqis li miżura ta' rkupru li s-CCP ikollha l-ħsieb li tieħu tista' tikkawża effetti negattivi sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, x'aktarx ma tkunx effikaċi, jew tista' taffettwa b'mod sproporzjonat lill-klijenti tal-membri tal-ikklirjar, hija tista' – wara li tinforma lill-ESMA – titlob lis-CCP biex ma tiħux dik il-miżura.

5.   L-awtorità kompetenti għandha tinforma minnufih lill-awtorità tar-riżoluzzjoni bi kwalunkwe notifika li tirċievi b'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4 u bi kwalunkwe struzzjoni sussegwenti mill-awtorità kompetenti b'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 4.

Meta l-awtorità kompetenti tkun infurmata skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 4, għandha tipprojbixxi jew tillimita kemm jista' jkun kwalunkwe remunerazzjoni ta' ekwità u strumenti ttrattati bħala ekwità mingħajr ma tikkawża inadempjenza totali, inklużi l-ħlas ta' dividendi u r-riakkwisti min-naħa tas-CCP, u tista' tillimita, tipprojbixxi jew tiffriża kwalunkwe ħlas ta' remunerazzjoni varjabbli skont id-Direttiva 2013/36/UE u l-Linji Gwida EBA/GL/2015/22 tal-EBA, benefiċċji pensjonistiċi diskrezzjonarji jew indenizzi għat-terminazzjoni tal-impjieg lill-maniġment.

6.   Is-CCPs għandhom jeżaminaw u jaġġornaw, jekk ikun hemm bżonn , il-pjanijiet ta' rkupru tagħhom mill-inqas darba fis-sena u wara kwalunkwe bidla fl-istruttura ġuridika jew organizzazzjonali tagħhom jew fis-sitwazzjoni finanzjarja jew tan-negozju, li jista' jkollha effett materjali fuq dawk il-pjanijiet jew li altrimenti tkun teħtieġ bidla fil-pjanijiet. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lis-CCPs jaġġornaw il-pjanijiet ta' rkupru tagħhom aktar ta' spiss.

7.   Il-pjanijiet ta' rkupru:

(a)

ma għandhom jirċievu jew jassumu l-ebda aċċess għal għajnuna finanzjarja pubblika, assistenza ta' likwidità ta' emerġenza minn bank ċentrali jew assistenza ta' likwidità ta' emerġenza minn bank ċentrali pprovduta skont termini ta' kollateralizzazzjoni, maturità jew rata ta' interessi mhux standard;

(b)

għandhom iqisu l-interessi tal-partijiet ikkonċernati kollha li x'aktarx ikunu affettwati minn dak il-pjan, speċifikament fir-rigward tal-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom, diretti u indiretti; u

(c)

jiżgura li l-membri tal-ikklirjar ma jkollhomx skoperturi bla limitu għas-CCP.

7a.     L-għodod ta' rkupru għandhom jippermettu li:

(a)

jiġi indirizzat it-telf minn eventi mhux ta' inadempjenza;

(b)

jiġi indirizzat it-telf minn eventi ta' inadempjenza;

(c)

jerġa' jiġi stabbilit valur kontabilistiku rikonċiljat wara event ta' inadempjenza;

(d)

jiġu indirizzati n-nuqqasijiet ta' likwidità mhux koperti; u

(e)

issir rikostituzzjoni tar-riżorsi finanzjarji tas-CCP, inklużi l-fondi proprji tagħha, għal livell suffiċjenti sabiex is-CCP tissodisfa l-obbligi tagħha skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 u biex jiġi appoġġjat it-tħaddim kontinwu u f'waqtu tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP.

7b.     Il-pjanijiet ta' rkupru għandhom jikkunsidraw firxa ta' xenarji estremi, inkluża l-inadempjenza tal-membri tal-ikklirjar – lil hinn mill-akbar tnejn – u ta' CCPs oħrajn, rilevanti għall-kundizzjonijiet speċifiċi tas-CCP, inklużi t-taħlita tal-prodott, il-mudell kummerċjali u l-qafas ta' governanza tar-riskju tagħha. Din il-firxa ta' xenarji għandha tinkludi kemm eventi ta' stress mifruxa mas-sistema kollha kif ukoll eventi ta' stress speċifiċi għas-CCP, billi jitqies l-impatt potenzjali ta' kontaġju domestiku u transfruntier waqt il-kriżijiet, kif ukoll waqt kriżijiet simultanji f'diversi swieq sinifikanti.

7c.     Sa … [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ESMA – f'kooperazzjoni mal-BERS – għandha toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tispeċifika aktar il-firxa ta' xenarji li għandhom jiġu kkunsidrati għall-fini tal-paragrafu 1. Fil-ħruġ ta' dawn il-linji gwida, l-ESMA għandha tikkunsidra, meta jkun xieraq, il-ħidma internazzjonali rilevanti mwettqa fil-qasam tat-testijiet tal-istress superviżorji tas-CCP u tal-irkupru tas-CCP. Hija għandha tfittex li tieħu vantaġġ, meta jkun fattibbli, mis-sinerġiji bejn l-ittestjar tal-istress superviżorju u l-mudellar ta' xenarji ta' rkupru.

7d.     Jekk CCP tkun parti minn grupp u l-ftehimiet ta' appoġġ kuntrattwali tal-impriża prinċipali, inkluż il-finanzjament tar-rekwiżiti kapitali tas-CCP stabbiliti skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 permezz ta' strumenti ta' sjieda maħruġa mill-impriża prinċipali tagħha jkunu jiffurmaw parti mill-pjan ta' rkupru, dan tal-aħħar għandu jikkontempla xenarji li fihom ma jkunux jistgħu jiġu onorati dawn il-ftehimiet.

7e.     Il-pjan ta' rkupru għandu jinkludi l-elementi li ġejjin:

(a)

sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan u sommarju tal-kapaċità kumplessiva tal-irkupru;

(b)

sommarju tal-bidliet materjali fis-CCP minn meta jkun ġie ffajljat l-aħħar pjan ta' rkupru;

(c)

komunikazzjoni u pjan ta' divulgazzjoni li jiddeskrivi kif is-CCP ikollha l-ħsieb timmaniġġja kwalunkwe reazzjoni potenzjalment negattiva tas-suq filwaqt li taġixxi bl-aktar mod trasparenti possibbli;

(d)

firxa komprensiva tal-kapital, tal-allokazzjoni tat-telf u tal-azzjonijiet tal-likwidità meħtieġa biex tinżamm jew titreġġa' lura l-vijabbiltà u l-pożizzjoni finanzjarja tas-CCP inkluż biex jitreġġgħu lura l-valur kontabilistiku u l-kapital tagħha u jiġu rikostitwiti r-riżorsi prefinanzjati li huma meħtieġa biex is-CCP iżżomm il-vijabbiltà tagħha bħala negozju avvjat u tkompli tipprovdi s-servizzi kritiċi tagħha skont l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 152/2013 u l-Artikoli 32(2) u 32(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 153/2013;

(e)

kundizzjonijiet u proċeduri adegwati biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f'waqtha tal-azzjonijiet ta' rkupru, kif ukoll firxa wiesgħa ta' alternattivi ta' rkupru, fosthom stima taż-żmien meħtieġ għat-twettiq ta' kull aspett materjali tal-pjan;

(f)

deskrizzjoni dettaljata ta' kwalunkwe impediment materjali tal-eżekuzzjoni effettiva u f'waqtha tal-pjan, inkluża kunsiderazzjoni tal-impatt fuq il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti, inkluż f'każijiet meta l-membri tal-ikklirjar x'aktarx li jieħdu miżuri skont il-pjanijiet ta' rkupru tagħhom kif imsemmi fl-Artikoli 5 u 7 tad-Direttiva 2014/59/UE, u jekk xieraq fuq il-bqija tal-grupp;

(g)

identifikazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi;

(h)

deskrizzjoni dettaljata tal-proċessi biex jiġu determinati l-valur u l-kummerċjabbiltà tal-linji ewlenin tan-negozju, l-operazzjonijiet u l-assi tas-CCP;

(i)

deskrizzjoni dettaljata ta' kif l-ippjanar tal-irkupru huwa integrat fl-istruttura tal-governanza korporattiva tas-CCP, kif jagħmel parti mir-regoli tal-operat tas-CCP li dwarhom ikun intlaħaq qbil bejn il-membri tal-ikklirjar, kif ukoll il-politiki u l-proċeduri li jirregolaw l-approvazzjoni tal-pjan ta' rkupru u l-identifikazzjoni tal-persuni fl-organizzazzjoni responsabbli għall-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan;

(j)

arranġamenti u miżuri li jinċentivaw lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti biex jagħmlu offerti kompetittivi meta jiġu rkantati l-pożizzjonijiet tal-membri inadempjenti;

(k)

arranġamenti u miżuri biex jiġi żgurat li s-CCP ikollha aċċess adegwat għal sorsi ta' finanzjament ta' kontinġenza, inklużi sorsi potenzjali ta' likwidità, valutazzjoni tal-kollateral disponibbli u valutazzjoni tal-possibbiltà li jiġu trasferiti riżorsi jew likwidità bejn il-linji tan-negozju, sabiex jiġi żgurat li tkun tista' tkompli twettaq l-operazzjonijiet tagħha u tissodisfa l-obbligi tagħha mal-iskadenza tagħhom;

(l)

arranġamenti u miżuri:

(i)

biex jitnaqqas ir-riskju;

(ii)

għar-ristrutturar tal-kuntratti, id-drittijiet, l-assi u l-passivi, inkluż:

a)

għat-terminazzjoni parzjali jew sħiħa tal-kuntratti;

b)

għat-tnaqqis tal-valur ta' kwalunkwe qligħ pagabbli mis-CCP lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti u lill-klijenti tagħhom;

(iii)

għar-ristrutturar tal-linji tan-negozju;

(iv)

meħtieġa biex jinżamm aċċess kontinwu għall-infrastrutturi tas-swieq finanzjarji;

(v)

meħtieġa biex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tas-CCP, inklużi l-infrastruttura u s-servizzi tal-IT;

(vi)

deskrizzjoni ta' azzjonijiet jew strateġiji maniġerjali oħra biex titreġġa' lura s-sodezza finanzjarja u l-effett finanzjarju antiċipat ta' dawk l-azzjonijiet jew l-istrateġiji;

(vii)

miżuri preparatorji li s-CCP tkun ħadet jew tippjana li tieħu biex tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-pjan ta' rkupru, inklużi dawk meħtieġa biex tippermetti r-rikapitalizzazzjoni f'waqtha tas-CCP, iġġib lura l-valur kontabilistiku u tirrikostitwixxi r-riżorsi prefinanzjati tagħha, kif ukoll biex tiżgura l-infurzabbiltà relattiva f'pajjiżi oħra; dan għandu jinkludi arranġamenti biex il-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti jagħmlu kontribuzzjoni minima fi flus lis-CCP sa massimu tal-ammont ekwivalenti għall-kontribuzzjoni tagħhom għall-fond tal-inadempjenza tas-CCP;

(viii)

qafas ta' indikaturi li jidentifika l-punti li fihom jistgħu jittieħdu l-azzjonijiet xierqa msemmija fil-pjan;

(ix)

jekk ikun applikabbli, analiżi ta' kif u meta s-CCP tista' tapplika, bil-kundizzjonijiet previsti fil-pjan, għall-użu ta' faċilitajiet ta' bank ċentrali u tidentifika dawk l-assi li jkunu mistennija jikkwalifikaw bħala kollateral skont it-termini tal-faċilità tal-bank ċentrali;

(x)

filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, firxa ta' xenarji estremi ta' stress rilevanti għall-kundizzjonijiet speċifiċi tas-CCP, inklużi eventi mifruxa mas-sistema kollha u stress speċifiku għall-entità ġuridika u għal kwalunkwe grupp li tappartjeni għalih u stress speċifiku għall-membri tal-ikklirjar individwali tas-CCP jew, fejn xieraq, għal FMI marbuta;

(xi)

filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34 u tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, xenarji kkawżati kemm mill-istress jew mill-inadempjenza ta' wieħed jew aktar mill-membri tiegħu u kemm minn raġunijiet oħrajn inkluż telf minn attivitajiet ta' investiment tas-CCP jew minn problemi operattivi (inkluż theddid estern gravi għall-operazzjonijiet tas-CCP minħabba tfixkil estern, xokkijiet jew inċidenti ċibernetiċi);

7f.     Wara event ta' inadempjenza, CCP għandha tuża ammont addizzjonali ta' riżorsi proprja dedikati ekwivalenti għall-ammont li jrid jintuża skont l-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, qabel jintużaw l-għodod imsemmija fil-paragrafu 7e(l) ta' dan l-Artikolu. Meta l-awtorità kompetenti tqis li s-CCP kellha kontroll fuq ir-riskji li jkunu wasslu għat-telf, hija tista' titlob lis-CCP tuża ammont akbar ta' riżorsi proprji dedikati, li jiġi definit mill-awtorità kompetenti.

7 g.     Wara event mhux ta' inadempjenza, CCP għandha tuża riżorsi proprja dedikati ekwivalenti għal tliet darbiet l-ammont li jrid jintuża skont l-Artikolu 45(4) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, qabel jintużaw l-għodod imsemmija fil-paragrafu 7e(l) ta' dan l-Artikolu u, biex jinżamm proċess inċentivizzat b'mod rigoruż, is-CCPs ma għandhomx jużaw il-fond tal-inadempjenza u l-kaskasta tal-inadempjenza. Meta l-awtorità kompetenti tqis li s-CCP ma kellhiex kontroll fuq ir-riskji li jkunu wasslu għat-telf, hija tista' tippermetti lis-CCP tuża ammont iżgħar ta' riżorsi proprji dedikati, li jiġi definit mill-awtorità kompetenti.

7h.     Bi qbil mal-awtorità kompetenti, CCP ma għandhiex tuża l-għodod imsemmija fil-paragrafu 7e(l)(ii) qabel ma jkunu saru sejħiet għal flus – ta' ammont minimu ekwivalenti għall-fond ta' indempjenza tas-CCP – skont il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 7e(l)(vii).

7i.

L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lis-CCPs jinkludu informazzjoni addizzjonali fil-pjanijiet ta' rkupru tagħhom.

8.   Il-bord tas-CCP għandu jivvaluta, wara li jieħu kont tal-pariri tal-kumitat tar-riskju b'konformità mal-Artikolu 28(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, u japprova l-pjan ta' rkupru qabel jibagħtu lill-awtorità kompetenti u lill-ESMA.

9.   Il-pjanijiet ta' rkupru għandhom jitqiesu bħala parti mir-regoli operattivi tas-CCPs, li , flimkien mal-membri tal-ikklirjar tagħhom – fil-każ ta' dispożizzjonijiet relatati mal-klijenti tagħhom – għandhom jiżguraw li l-miżuri stabbiliti fil-pjanijiet ta' rkupru jkunu jistgħu jiġu infurzati l-ħin kollu.

9a.     Is-CCPs għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-elementi elenkati fil-punti minn (a) sa (g) tal-paragrafu 7e. L-elementi elenkati fil-punti minn (h) sa (l) ta' dak il-paragrafu għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku jekk ikun hemm interess pubbliku fit-trasparenza ta' dawn l-elementi. Il-membri tal-ikklirjar għandhom jiżguraw li kwalunkwe dispożizzjoni li taffettwa lill-klijenti tagħhom tiġi kkomunikata lilhom b'mod adegwat.

9b.     Ir-regoli tal-liġi nazzjonali tal-insolvenza relatati mal-annullabbiltà jew man-nuqqas ta' infurzabbiltà ta' atti legali li jkunu ta' detriment għall-kredituri ma għandhomx japplikaw għal miżuri meħuda minn CCP b'konformità mal-pjan ta' rkupru tagħha stabbilit skont dan ir-Regolament.

Artikolu 10

Valutazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru

1.   Is-CCPs ▌għandhom jissottomettu l-pjanijiet ta' rkupru tagħhom lill-awtorità kompetenti ▌.

2.   L-awtorità kompetenti għandha tibgħat kull pjan lill-kulleġġ superviżorju u lill-awtorità tar-riżoluzzjoni mingħajr dewmien bla bżonn.

Fi żmien sitt xhur mis-sottomissjoni ta' kull pjan u b'koordinazzjoni mal-kulleġġ superviżorju skont il-proċedura fl-Artikolu 12, l-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina l-pjan ta' rkupru u tivvaluta kemm dan jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9.

3.   Meta tivvaluta l-pjan ta' rkupru, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta mal-BERS u tieħu f'kunsiderazzjoni l-istruttura kapitali tas-CCP, il-kaskata tal-inadempjenza tagħha, il-livell ta' kumplessità tal-istruttura organizzazzjonali u l-profil tar-riskju tas-CCP, inkluż f'termini ta' riskji finanzjarji, operattivi u ċibernetiċi, is-sostitwibbiltà tal-attivitajiet tagħha, kif ukoll l-impatt li l-implimentazzjoni tal-pjan ta' rkupru jkollha fuq il-membri tal-ikklirjar, il-klijenti tagħhom, is-swieq finanzjarji servuti mis-CCP u fuq is-sistema finanzjarja kollha kemm hi. L-awtorità kompetenti għandha tqis kif jixraq jekk il-pjan ta' rkupru jiżgurax inċentivi xierqa biex is-sidien tas-CCP u l-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom jikkontrollaw l-ammont ta' riskju li jpoġġu jew li jġarrbu fis-sistema. L-awtorità kompetenti għandha tinkoraġġixxi l-monitoraġġ tal-attivitajiet tas-CCP fit-teħid u l-ġestjoni tar-riskji, u tinkoraġġixxi parteċipazzjoni sħiħa kemm jista' jkun fil-proċess ta' ġestjoni tal-inadempjenza tas-CCP.

3a.     Fil-valutazzjoni tal-pjan ta' rkupru, l-awtorità kompetenti għandha tikkunsidra l-ftehimiet ta' appoġġ tal-impriża prinċipali bħala partijiet validi mill-pjan ta' rkupru jekk dawn il-ftehimiet ikunu kuntrattwalment vinkolanti biss.

4.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha teżamina l-pjan ta' rkupru sabiex tidentifika kwalunkwe miżura li tista' tħalli impatt negattiv fuq ir-riżolvibbiltà tas-CCP. Meta jiġu identifikati kwistjonijiet bħal dawn, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha ġġibhom għall-attenzjoni tal-awtorità kompetenti u tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-awtorità kompetenti dwar kif għandu jiġi indirizzat l-impatt negattiv ta' dawk il-miżuri fuq ir-riżolvibbiltà tas-CCP .

5.   Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li ma tiħux azzjoni fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tar-riżoluzzjoni skont il-paragrafu 4, hija għandha tiġġustifika dik id-deċiżjoni bis-sħiħ lill-awtorità tar-riżoluzzjoni.

6.   Meta l-awtorità kompetenti taqbel mar-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tar-riżoluzzjoni, jew tqis b'mod ieħor li hemm nuqqasijiet materjali fil-pjan ta' rkupru jew impedimenti materjali fl-implimentazzjoni tiegħu, hija għandha tinnotifika lis-CCP jew lill-impriża prinċipali tagħha u għandha tagħti l-opportunità lis-CCP tressaq il-fehmiet tagħha.

7.   L-awtorità kompetenti, wara li tieħu kont tal-fehmiet tas-CCP, tista' titlob lis-CCP jew lill-impriża prinċipali sabiex tissottometti, fi żmien xahrejn, li jistgħu jiġu estiżi b'xahar bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, pjan rivedut li juri kif qegħdin jiġu indirizzati dawk in-nuqqasijiet jew l-impedimenti. Il-pjan rivedut għandu jiġi vvalutat b'konformità mat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

8.   Meta l-awtorità kompetenti tqis li n-nuqqasijiet u l-impedimenti ma jkunux ġew indirizzati b'mod adegwat mill-pjan rivedut, jew meta s-CCP jew l-impriża prinċipali ma tkun issottomettiet ebda pjan rivedut, hija għandha titlob lis-CCP jew lill-impriża prinċipali tagħmel bidliet speċifiċi fil-pjan.

9.   Meta ma jkunx possibbli li jiġu rrimedjati b'mod adegwat in-nuqqasijiet jew l-impedimenti permezz ta' bidliet speċifiċi fil-pjan, l-awtorità kompetenti għandha titlob lis-CCP jew lill-impriża prinċipali sabiex tidentifika f'qafas ta' żmien raġonevoli l-bidliet li jridu jsiru fin-negozju tagħha sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet jew l-impedimenti fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' rkupru.

Meta s-CCP jew il-kumpanija prinċipali tonqos milli tidentifika tali bidliet fil-qafas ta' żmien stabbilit mill-awtorità kompetenti, jew meta l-awtorità kompetenti tqis li l-azzjonijiet proposti ma jindirizzawx b'mod adegwat in-nuqqasijiet jew l-impedimenti fl-implimentazzjoni tal-pjan ta' rkupru, jew ma jtejbux ir-riżolvibbiltà tas-CCP, l-awtorità kompetenti għandha titlob lis-CCP jew lill-impriża prinċipali , fi żmien raġonevoli speċifikat mill-awtorità kompetenti, sabiex tieħu kwalunkwe waħda mill-miżuri li ġejjin, wara li tieħu kont tas-serjetà tan-nuqqasijiet u tal-impedimenti, l-effett tal-miżuri fuq in-negozju tas-CCP u l-kapaċità tas-CCP li tibqa' konformi mar-Regolament (UE) Nru 648/2012 :

(a)

li jitnaqqas il-profil tar-riskju tas-CCP;

(b)

li tittejjeb l-abbiltà tas-CCP li tkun rikapitalizzata fil-ħin biex tissodisfa r-rekwiżit prudenzjali tagħha;

(c)

li tirrieżamina l-istrateġija u l-istruttura tas-CCP;

(d)

li tagħmel bidliet fil-kaskata tal-inadempjenza, fil-miżuri ta' rkupru u f'arranġamenti oħrajn ta' allokazzjoni tat-telf sabiex b'hekk jittejbu r-riżolvibbiltà u r-reżiljenza tal-funzjonijiet kritiċi;

(e)

li tagħmel bidliet fl-istruttura tal-governanza tas-CCP.

10.   It-talba msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 9 għandha tkun motivata u għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lis-CCP.

10a.     L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kriterji minimi li l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u tal-Artikolu 11(1).

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 11

Pjanijiet ta' rkupru għas-CCPs li jappartjenu għal grupp

1.   Meta l-impriża prinċipali tal-grupp li għalih tappartjeni CCP tkun istituzzjoni kif definit fil-punt 23 tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/59/UE jew entità msemmija fil-punt (c) jew (d) tal-Artikolu 1(1) ta' dik id-Direttiva, l-awtorità kompetenti msemmija fil-punt 21 tal-Artikolu 2(1) ta' dik id-Direttiva għandha teħtieġ lill-impriża prinċipali tissottometti pjan ta' rkupru għall-grupp b'konformità ma' dik id-Direttiva. Dik l-awtorità kompetenti għandha tissottometti l-pjan ta' rkupru għall-grupp lill-awtorità kompetenti tas-CCP.

Meta l-impriża prinċipali tal-grupp li għalih tappartjeni CCP ma tkunx istituzzjoni jew entità msemmija fl-ewwel subparagrafu u fejn ikun meħtieġ sabiex jiġu vvalutati l-elementi kollha tat-Taqsima A tal-Anness, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, ▌b'konformità mal-proċedura stipulata fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament, jeħtieġu lis-CCP tissottometti pjan għall-irkupru tas-CCP filwaqt li tqis l-elementi rilevanti kollha relatati mal-istruttura tal-grupp . Talba bħal din għandha tkun motivata u għandha tiġi nnotifikata bil-miktub lis-CCP u lill-impriża prinċipali tagħha.

2.   Meta l-impriża prinċipali tissottometti l-pjan ta' rkupru b'konformità mal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu  1, id-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tas-CCP għandhom jikkostitwixxu parti distinta minn dak il-pjan ta' rkupru u għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u s-CCP tista' ma tintalabx tħejji pjan ta' rkupru individwali.

3.   L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tivvaluta d-dispożizzjonijiet dwar l-irkupru tas-CCP b'konformità mal-Artikolu 10 u, fejn ikun rilevanti għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti tal-grupp.

Artikolu 12

Proċedura ta' koordinazzjoni għall-pjanijiet ta' rkupru

1.   Il-kulleġġ superviżorju għandu jasal għal deċiżjoni konġunta dwar il-kwistjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ir-rieżami u l-valutazzjoni tal-pjan ta' rkupru;

(b)

l-applikazzjoni tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 9(6), (7), (8) u (9);

(c)

jekk għandux jitfassal pjan ta' rkupru mill-impriżi prinċipali b'konformità mal-Artikolu 11(1).

2.   Il-kulleġġ għandu jilħaq deċiżjoni konġunta dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) fi żmien erba' xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-pjan ta' rkupru mill-awtorità kompetenti.

Il-kulleġġ għandu jilħaq deċiżjoni konġunta dwar il-kwistjoni msemmija fil-punt (c) fi żmien erba' xhur mid-data li fiha l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li titlob lill-impriża prinċipali sabiex tħejji pjan għall-grupp.

L-ESMA tista', fuq talba tal-awtorità kompetenti fi ħdan il-kulleġġ superviżorju , tgħin lill-kulleġġ superviżorju jasal għal deċiżjoni konġunta b'konformità mal-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   Meta, wara erba' xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-pjan ta' rkupru, il-kulleġġ superviżorju jkun naqas milli jasal għal deċiżjoni konġunta dwar il-kwistjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tieħu d-deċiżjoni hija stess.

L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tieħu d-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu wara li tieħu kont tal-fehmiet espressi mill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ matul il-perjodu ta' erba' xhur. L-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tinnotifika bil-miktub dik id-deċiżjoni lis-CCP, lill-impriża prinċipali tagħha u, fejn ikun rilevanti, lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ superviżorju .

4.   Meta, sa tmiem dak il-perjodu ta' erba' xhur, kwalunkwe grupp ta' membri tal-kulleġġ superviżorju li jirrappreżenta maġġoranza sempliċi tal-membri ta' dan il-kulleġġ, ikun irrefera għand l-ESMA, b'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, kwistjoni li tirrigwarda l-valutazzjoni tal-pjanijiet ta' rkupru u l-implimentazzjoni tal-miżuri skont il-punti (a), (b) u (d) tal-Artikolu 10(9) ta' dan ir-Regolament, l-awtorità kompetenti tas-CCP għandha tistenna li tittieħed id-deċiżjoni mill-ESMA b'konformità mal-Artikolu 19(3) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 u mbagħad tiddeċiedi b'konformità mad-deċiżjoni tal-ESMA.

5.   Il-perjodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala li huwa l-fażi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn meta l-kwistjoni tiġi riferuta lilha. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ESMA wara tmiem il-perjodu ta' erba' xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-ESMA fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tas-CCP.

TAQSIMA 2

IPPJANAR TA' RIŻOLUZZJONI

Artikolu 13

Pjanijiet ta' riżoluzzjoni

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u l-ESMA u f'koordinazzjoni mal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, tfassal pjan ta' riżoluzzjoni għal kull CCP b'konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15.

2.   Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jipprevedi l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni li tista' tieħu l-awtorità tar-riżoluzzjoni meta s-CCP tissodisfa l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 22.

3.   Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jieħu f'kunsiderazzjoni mill-inqas dawn li ġejjin:

(a)

il-falliment tas-CCP minħabba:

i.

eventi ta' inadempjenza;

ii.

eventi mhux ta' inadempjenza;

iii.

instabbiltà finanzjarja usa' jew eventi fis-sistema kollha;

(b)

l-impatt li l-implimentazzjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni jkollha fuq il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom, inkluż meta l-membri tal-ikklirjar x'aktarx ikunu soġġetti għal miżuri ta' rkupru jew għal azzjonijiet ta' riżoluzzjoni b'konformità mad-Direttiva 2014/59/UE, fuq kwalunkwe FMI marbuta, fuq is-swieq finanzjarji servuti mis-CCP u fuq is-sistema finanzjarja kollha kemm hi;

(c)

il-mod u ċ-ċirkostanzi li fihom CCP tista' tapplika għall-użu tal-faċilitajiet tal-bank ċentrali u għall-identifikazzjoni tal-assi li jkunu mistennija jikkwalifikaw bħala kollateral.

4.   Il-pjan ta' riżoluzzjoni ma għandu jassumi l-ebda minn dawn li ġejjin:

(a)

appoġġ finanzjarju pubbliku;

(b)

assistenza ta' likwidità f'emerġenza minn bank ċentrali;

(c)

assistenza ta' likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateralizzazzjoni, maturità u rata ta' imgħax mhux standard.

4a.     Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jagħmel suppożizzjonijiet prudenti dwar ir-riżorsi finanzjarji disponibbli bħala għodod ta' riżoluzzjoni li jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni u r-riżorsi li jkun mistenni li se jitqiegħdu għad-dispożizzjoni skont ir-regoli u l-arranġamenti tas-CCPs fil-mument tad-dħul f'riżoluzzjoni. Dawn is-suppożizzjonijiet prudenti għandhom ikunu bbażati fuq il-konklużjonijiet tal-aħħar testijiet tal-istress imwettqa f'konformità mal-Artikolu 5(2a) u jibqgħu validi f'xenarji ta' kundizzjonijiet tas-suq estremi aggravati bl-irkupru jew ir-riżoluzzjoni ta' CCP waħda jew aktar oħra, inkluż bl-inadempjenza ta' wieħed jew diversi membri tal-ikklirjar lil hinn miż-żewġ membri tal-ikklirjar li s-CCP jkollha l-akbar skoperturi fil-konfront tagħhom.

5.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jirrevedu l-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u, fejn xieraq, jaġġornawhom, mill-inqas kull sena u, fi kwalunkwe każ, wara bidliet fl-istruttura ġuridika u organizzazzjonali tas-CCP, in-negozju jew is-sitwazzjoni finanzjarja tagħha jew kwalunkwe bidla oħra li taffettwa b'mod materjali l-effikaċja tal-pjan.

Is-CCPs u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jgħarrfu minnufih lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni bi kwalunkwe bidla bħal din.

5a.     Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jagħmel distinzjoni ċara, partikolarment – jekk ikun prattiku – permezz ta' taqsimiet separati, bejn ix-xenarji bbażati fuq iċ-ċirkustanzi msemmija, rispettivament, fil-punti (i), (ii) u (iii) tal-punt (a) tal-paragrafu 3.

6.   Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jispeċifika ċ-ċirkostanzi u x-xenarji differenti għall-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni u għall-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni. Il-pjan ta' riżoluzzjoni għandu jinkludi dawn li ġejjin, ikkwantifikati, kull fejn xieraq u possibbli:

(a)

sommarju tal-elementi ewlenin tal-pjan li jagħmel distinzjoni bejn eventi ta' inadempjenza, eventi mhux ta' inadempjenza u taħlita tat-tnejn ;

(b)

sommarju tal-bidliet materjali fis-CCP li seħħew minn mindu ġie aġġornat l-aħħar il-pjan ta' riżoluzzjoni;

(c)

turija ta' kif il-funzjonijiet kritiċi tas-CCP jistgħu jiġu sseparati legalment u ekonomikament, sa fejn ikun meħtieġ, minn funzjonijiet oħrajn tagħha sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tagħhom hekk kif tidħol fi kwalunkwe forma ta' riżoluzzjoni possibbli, inkluż il-falliment tas-CCP ;

(d)

stima tal-qafas ta' żmien għat-twettiq ta' kull aspett materjali tal-pjan , inkluża r-rikostituzzjoni tar-riżorsi finanzjarji tas-CCP ;

(e)

deskrizzjoni dettaljata tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà mwettqa b'konformità mal-Artikolu 16;

(f)

deskrizzjoni ta' kwalunkwe miżura meħtieġa skont l-Artikolu 17 sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà identifikati bħala riżultat tal-valutazzjoni mwettqa b'konformità mal-Artikolu 16;

(g)

deskrizzjoni tal-proċessi għad-determinazzjoni tal-valur u l-kummerċjabbiltà tal-funzjonijiet kritiċi u tal-assi tas-CCP;

(h)

deskrizzjoni dettaljata tal-arranġamenti sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 14 tkun aġġornata u għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni l-ħin kollu;

(i)

spjegazzjoni ta' kif jistgħu jiġu ffinanzjati l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni mingħajr is-suppożizzjoni tal-elementi msemmija fil-paragrafu 4;

(j)

deskrizzjoni dettaljata tal-istrateġiji differenti tar-riżoluzzjoni li jistgħu jiġu applikati skont ix-xenarji differenti possibbli u l-limiti ta' żmien relatati magħhom;

(k)

deskrizzjoni tal-interdipendenzi kritiċi bejn is-CCP u parteċipanti oħrajn fis-suq , inklużi l-interdipendenzi fi ħdan l-istess grupp, l-arranġamenti dwar l-interoperabilità u r-rabtiet ma' FMIs oħrajn, flimkien ma' kif għandhom jiġu indirizzati dawn l-interdipendenzi ;

(l)

deskrizzjoni tal-għażliet differenti sabiex jiġi żgurat:

i.

l-aċċess għas-servizzi tal-ikklirjar u l-pagamenti u għal infrastrutturi oħrajn;

ii.

is-saldu f'waqtu tal-obbligi dovuti lill-membri tal-ikklirjar u lill-klijenti tagħhom u kwalunkwe FMIs marbuta;

iii.

l-aċċess tal-membri tal-ikklirjar u tal-klijenti tagħhom għat-titoli jew għall-kontijiet tal-flus ipprovduti mis-CCP u għat-titoli jew għall-kollateral fi flus iddepożitati għand is-CCP u miżmuma minnha li huma dovuti lil dawn il-parteċipanti fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja ;

iv.

il-kontinwità fl-operazzjonijiet tar-rabtiet bejn is-CCP u FMIs oħrajn;

v.

il-portabbiltà tal-assi u tal-pożizzjonijiet tal-klijenti u l-klijenti indiretti tal-membri tal-ikklirjar, kif stabbilit fl-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

vi.

il-preservazzjoni tal-liċenzji, tal-awtorizzazzjonijiet, tar-rikonoxximenti u tad-deżinjazzjonijiet legali ta' CCP meta meħtieġa għat-twettiq kontinwu tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP, inkluż ir-rikonoxximent tagħha għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-regoli rilevanti dwar il-finalità tas-saldu u l-parteċipazzjoni f'FMIs oħrajn jew ir-rabtiet magħhom;

(la)

deskrizzjoni tal-approċċ li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tippjana li ssegwi sabiex tiddetermina l-portata u l-valur ta' kwalunkwe kuntratt li jkun irid jiġi tterminat skont l-Artikolu 29;

(m)

analiżi tal-impatt tal-pjan fuq l-impjegati tas-CCP, inkluża valutazzjoni ta' kwalunkwe spiża assoċjata, u deskrizzjoni tal-proċeduri previsti sabiex jiġi kkonsultat il-persunal matul il-proċess ta' riżoluzzjoni, billi jiġu kkunsidrati r-regoli u s-sistemi nazzjonali għad-djalogu mas-sħab soċjali;

(n)

pjan għall-komunikazzjoni mal-midja u mal-pubbliku bil-għan li jkun hemm kemm jista' jkun trasparenza ;

(o)

deskrizzjoni tal-operazzjonijiet u s-sistemi essenzjali sabiex jinżamm il-funzjonament kontinwu tal-proċessi operazzjonali tas-CCP.

(oa)

deskrizzjoni tal-arranġamenti għall-iskambju ta' informazzjoni fi ħdan il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni qabel u matul ir-riżoluzzjoni, f'konformità mal-arranġamenti u l-proċeduri bil-miktub għall-funzjonament tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 4.

L-informazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 6 għandha tiġi divulgata lis-CCP ikkonċernata. Is-CCP tista' tesprimi l-opinjoni tagħha bil-miktub dwar il-pjan ta' riżoluzzjoni lill-awtorità tar-riżoluzzjoni. Dik l-opinjoni għandha tiġi inkluża fil-pjan.

7.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lis-CCPs jipprovdulhom rekords dettaljati tal-kuntratti msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 li għalih huma parti. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jispeċifikaw limitu ta' żmien sabiex jiġu pprovduti dawk ir-rekords u jistgħu jispeċifikaw limiti ta' żmien differenti għal tipi differenti ta' kuntratti.

7a.     L-awtorità ta' riżoluzzjoni tas-CCP għandha tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni tal-membri tal-ikklirjar tas-CCP bil-għan li jiġi żgurat li ma jkunx hemm impedimenti għar-riżoluzzjoni.

8.   Wara li tikkonsulta mal-BERS u tikkunsidra d-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) XXX/2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 10(9) tad-Direttiva 2014/59/UE , u b'rispett sħiħ tal-prinċipju ta' proporzjonalità, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw aktar il-kontenut tal-pjan ta' riżoluzzjoni b'konformità mal-paragrafu 6.

Hija u tiżviluppa l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tqis kif jixraq id-differenzi li jeżistu bejn l-oqfsa ġuridiċi nazzjonali, partikolarment fil-qasam tal-leġiżlazzjoni dwar l-insolvenza, fl-Unjoni kollha kemm hi, kif ukoll id-daqs u n-natura differenti tas-CCPs stabbiliti fl-Unjoni.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: jekk jogħġbok daħħal id-data: tnax-il xahar mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 14

Id-dover tas-CCPs li jikkooperaw u jipprovdu informazzjoni

Is-CCPs għandhom jikkooperaw kif meħtieġ fit-tfassil tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u jipprovdu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, direttament jew permezz tal-awtorità kompetenti, l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex ifasslu u jimplimentaw dawk il-pjanijiet, inklużi l-informazzjoni u l-analiżi speċifikati fit-Taqsima B tal-Anness.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu li hija diġà disponibbli għalihom.

CCP għandha taqsam l-informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u mal-ESMA fil-ħin sabiex tiġi ffaċilitata l-valutazzjoni tal-profili tar-riskju tas-CCP u l-interkonnettività ma' infrastrutturi oħrajn tas-suq finanzjarju, ma' istituzzjonijiet finanzjarji oħrajn u mas-sistema finanzjarja b'mod ġenerali kif definit fl-Artikoli 9 u 10 ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 15

Il-proċedura ta' koordinazzjoni għall-pjanijiet ta' riżoluzzjoni

1.   Il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni għandu jasal għal deċiżjoni konġunta rigward il-pjan ta' riżoluzzjoni u kwalunkwe bidliet fih f'perjodu ta' erba' xhur minn meta jintbagħat dak il-pjan mill-awtorità tar-riżoluzzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2.

2.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tibgħat lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni abbozz ta' pjan ta' riżoluzzjoni, l-informazzjoni pprovduta b'konformità mal-Artikolu 14 u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-ESMA tingħata l-informazzjoni kollha li hija rilevanti għar-rwol tagħha b'konformità ma' dan l-Artikolu.

3.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tiddeċiedi li tinvolvi awtoritajiet ta' pajjiżi terzi fit-tfassil u r-reviżjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni, sakemm huma jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità stipulati fl-Artikolu 71 u jkunu ġejjin minn ġurisdizzjonijiet fejn hija stabbilita kwalunkwe entità minn dawn li ġejjin:

i.

l-impriża prinċipali tas-CCP, fejn applikabbli;

ii.

membri tal-ikklirjar li s-CCP għandha skopertura sinifikanti fil-konfront tagħhom ;

iii.

is-sussidjarji tas-CCP, fejn applikabbli;

iv.

fornituri oħrajn ta' servizzi kritiċi għas-CCP;

iva.

CCP b'arranġamenti interoperabbli mas-CCP.

4.   L-ESMA tista', fuq talba ta' awtorità tar-riżoluzzjoni, tgħin lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni jasal għal deċiżjoni konġunta b'konformità mal-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

5.   Meta, wara erba' xhur mid-data tat-trażmissjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni, il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni jkun naqas milli jasal għal deċiżjoni konġunta, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu deċiżjoni hija stess dwar il-pjan ta' riżoluzzjoni. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha wara li tikkunsidra l-fehmiet espressi mill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni matul il-perjodu ta' erba' xhur. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika bil-miktub id-deċiżjoni lis-CCP, lill-impriża prinċipali tagħha u, fejn rilevanti, lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni .

6.   Meta, sal-aħħar ta' dak il-perjodu ta' erba' xhur, kwalunkwe grupp ta' membri tal-kulleġġ superviżorju li jirrappreżenta maġġoranza sempliċi tal-membri ta' dan il-kulleġġ, ikun irrefera għand l-ESMA, b'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, kwistjoni fir-rigward tal-pjan ta' riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP għandha tistenna kwalunkwe deċiżjoni li l-ESMA tista' tieħu b'konformità mal-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament u għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b'konformità mad-deċiżjoni tal-ESMA.

Il-perjodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-fażi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn meta l-kwistjoni tiġi riferuta lilha. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ESMA wara tmiem il-perjodu ta' erba' xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-ESMA fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni.

7.   Meta tittieħed deċiżjoni konġunta skont il-paragrafu 1 u kwalunkwe awtorità tar-riżoluzzjoni tqis, skont il-paragrafu 6, li s-suġġett tan-nuqqas ta' qbil jaffettwa r-responsabbiltajiet fiskali tal-Istat Membru tagħha, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP għandha tibda rivalutazzjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni.

KAPITOLU II

Riżolvibbiltà

Artikolu 16

Valutazzjoni tar-riżolvibbiltà

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni, b'kooperazzjoni mal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni b'konformità mal-Artikolu 17, għandha tivvaluta kemm CCP hija riżolvibbli mingħajr ma tassumi l-ebda minn dawn li ġejjin:

(a)

appoġġ finanzjarju pubbliku ▌;

(b)

assistenza ta' likwidità f'emerġenza minn bank ċentrali;

(c)

assistenza ta' likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateralizzazzjoni, maturità u rata ta' imgħax mhux standard.

2.   CCP għandha titqies bħala riżolvibbli meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tqis li huwa fattibbli u kredibbli li tillikwidaha skont proċedimenti normali ta' insolvenza jew li tirriżolviha bl-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni u teżerċita s-setgħat ta' riżoluzzjoni, filwaqt li tiżgura l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP u tevita kwalunkwe użu ta' fondi pubbliċi u kemm jista' jkun kwalunkwe effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja.

L-effetti negattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu instabbiltà finanzjarja usa' jew avvenimenti mifruxa mas-sistema kollha fi kwalunkwe Stat Membru.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika lill-ESMA fil-ħin meta tqis li CCP mhijiex riżolvibbli.

3.   Fuq talba mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, CCP għandha turi li:

(a)

ma hemm l-ebda impediment għat-tnaqqis tal-valur tal-istrumenti ta' sjieda wara l-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk l-arranġamenti kuntrattwali pendenti jew miżuri oħrajn fil-pjan ta' rkupru tas-CCP kinux eżawriti b'mod sħiħ;

(b)

il-kuntratti tas-CCP ma' membri tal-ikklirjar jew partijiet terzi ma jippermettux lil dawk il-membri tal-ikklirjar jew partijiet terzi jikkontestaw b'suċċess l-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni minn awtorità tar-riżoluzzjoni jew li jevitaw b'mod ieħor li jkunu soġġetti għal dawk is-setgħat.

4.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha, kif rilevanti, teżamina l-kwistjonijiet speċifikati fit-Taqsima C tal-Anness.

4a.     L-ESMA għandha tadotta linji gwida sabiex tippromwovi l-konverġenza ta' prattiki superviżorji u ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tat-Taqsima C tal-Anness sa … [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

5.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni , f'kooperazzjoni mal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni, għandha tagħmel il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà fl-istess ħin li tfassal u taġġorna l-pjan ta' riżoluzzjoni b'konformità mal-Artikolu 13.

Artikolu 17

L-indirizzar jew it-tneħħija tal-impedimenti għar-riżolvibbiltà

1.   Meta, wara l-valutazzjoni fl-Artikolu 16 u wara konsultazzjoni mal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni , l-awtorità tar-riżoluzzjoni tikkonkludi li hemm impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà ta' CCP, l-awtorità tar-riżoluzzjoni, b'kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti u mal-ESMA, għandha tħejji u tippreżenta rapport lis-CCP u lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.

Ir-rapport imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu janalizza l-impedimenti ▌għall-użu effettiv tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP, jikkunsidra l-impatt tagħhom fuq il-mudell tan-negozju tas-CCP u jirrakkomanda miżuri mmirati sabiex jitneħħew, fejn ikun possibbli .

2.   Ir-rekwiżit għall-kulleġġi ta' riżoluzzjoni li jaslu għal deċiżjoni konġunta dwar il-pjanijiet ta' riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 15 għandu jiġi sospiż wara l-preżentazzjoni tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 sakemm jiġu aċċettati l-miżuri għat-tneħħija tal-impedimenti sostantivi għar-riżolvibbiltà mill-awtorità tar-riżoluzzjoni skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu jew sakemm jiġu deċiżi miżuri alternattivi skont il-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

3.   Fi żmien erba' xhur minn meta tirċievi r-rapport ippreżentat b'konformità mal-paragrafu 1, is-CCP għandha tipproponi lill-awtorità tar-riżoluzzjoni miżuri possibbli sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti sostantivi identifikati fir-rapport. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkomunika lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni kwalunkwe miżura proposta mis-CCP. L-awtorità tar-riżoluzzjoni u l-kulleġġ ta' riżoluzzjoni għandhom jivvalutaw, b'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 18(1), jekk dawk il-miżuri jindirizzawx jew ineħħux b'mod effettiv dawk l-impedimenti.

4.   Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni , hija u tqis l-opinjoni tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni , tikkonkludi li l-miżuri proposti minn CCP b'konformità mal-paragrafu 3 mhumiex se jnaqqsu jew ineħħu b'mod effettiv l-impedimenti identifikati fir-rapport, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tidentifika miżuri alternattivi li hija għandha tikkomunika lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni sabiex tittieħed deċiżjoni konġunta b'konformità mal-Artikolu 18.

Il-miżuri alternattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom iqisu dan li ġej:

(a)

it-theddida għall-istabbiltà finanzjarja ta' dawk l-impedimenti għar-riżolvibbiltà ta' CCP;

(b)

l-effett tal-miżuri alternattivi fuq is-CCP partikolari, fuq il-membri tal-ikklirjar tagħha u l-klijenti tagħhom, fuq kwalunkwe FMI marbuta u fuq is-suq intern;

(ba)

l-effetti fuq il-forniment ta' servizzi ta' kklirjar integrati għal prodotti differenti u l-proviżjonament ta' marġini tal-portafoll fid-diversi klassijiet ta' assi.

Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkonsulta mal-awtorità kompetenti , mal-kulleġġ superviżorju u mal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni u, fejn xieraq , mal-BERS .

5.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha, b'konformità mal-Artikolu 18, tinnotifika lis-CCP bil-miktub, direttament jew indirettament permezz tal-awtorità kompetenti, dwar il-miżuri alternattivi li jridu jittieħdu sabiex jintlaħaq l-objettiv li jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà. L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiġġustifika għaliex il-miżuri proposti mis-CCP mhux se jkunu jistgħu jneħħu l-impedimenti għar-riżolvibbiltà u kif il-miżuri alternattivi se jkunu effettivi f'dan ir-rigward.

6.   Fi żmien xahar, is-CCP għandha tipproponi pjan tal-mod kif tkun beħsiebha timplimenta l-miżuri alternattivi fiż-żmien stabbilit mill-awtorità tar-riżoluzzjoni .

7.   Għall-finijiet tal-paragrafu 4 biss , l-awtorità tar-riżoluzzjoni , f'koordinament mal-awtorità kompetenti, tista':

(a)

teħtieġ lis-CCP tirrevedi jew tfassal ftehimiet ta' servizz, kemm jekk fi ħdan l-istess grupp jew ma' partijiet terzi, sabiex tiġi koperta l-provvista tal-funzjonijiet kritiċi;

(b)

teħtieġ lis-CCP tillimita l-iskoperturi individwali u aggregati mhux koperti massimi tagħha;

(c)

teħtieġ lis-CCP tagħmel bidliet fil-mod kif hija tiġbor u żżomm marġini skont l-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(d)

teħtieġ lis-CCP tagħmel bidliet fil-kompożizzjoni u fl-għadd ta' fondi ta' inadempjenza tagħha msemmija fl-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(e)

timponi fuq is-CCP rekwiżiti ta' informazzjoni addizzjonali regolari jew speċifika;

(f)

teħtieġ lis-CCP tiddivesti lilha nfisha minn assi speċifiċi;

(g)

teħtieġ lis-CCP tillimita jew twaqqaf attivitajiet speċifiċi eżistenti jew proposti;

(h)

teħtieġ lis-CCP tagħmel bidliet fil-pjan ta' rkupru , fir-regoli operattivi u fl-arranġamenti kuntrattwali l-oħra tagħha;

(i)

tirrestrinġi jew tipprevjeni l-iżvilupp ta' linji tan-negozju ġodda jew eżistenti jew l-għoti ta' servizzi ġodda jew eżistenti;

(j)

teħtieġ li jsiru bidliet fl-istrutturi ġuridiċi jew operazzjonali tas-CCP, jew ta' kwalunkwe entità fi grupp direttament jew indirettament taħt il-kontroll tagħha, sabiex ikun żgurat li l-funzjonijiet kritiċi jkunu jistgħu jiġu sseparati legalment u b'mod operattiv minn funzjonijiet oħrajn permezz tal-applikazzjoni tal-għodod ta' riżoluzzjoni;

(k)

teħtieġ lis-CCP tistabbilixxi kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja fi Stat Membru jew kumpanija prinċipali b'parteċipazzjoni finanzjarja fl-Unjoni;

(l)

teħtieġ lis-CCP ▌toħroġ obbligazzjonijiet li jista' jitnaqqsilhom il-valur tagħhom u jiġu kkonvertiti jew twarrab riżorsi oħrajn sabiex iżżid il-kapaċità għall-assorbiment tat-telf, ir-rikapitalizzazzjoni u r-rikostituzzjoni tar-riżorsi prefinanzjati;

(m)

teħtieġ lis-CCP ▌tieħu passi oħrajn bil-għan li tippermetti li l-kapital, obbligazzjonijiet oħrajn u l-kuntratti jkunu jistgħu jassorbu t-telf, kif ukoll sabiex tirrikapitalizza s-CCP jew tirrikostitwixxi r-riżorsi prefinanzjati . L-azzjonijiet ikkunsidrati jistgħu jinkludu, b'mod partikolari , tentattiv sabiex ▌tinnegozja mill-ġdid kwalunkwe obbligazzjoni li tkun ħarġet is-CCP jew tirrevedi t-termini kuntrattwali, bil-għan li tiżgura li kwalunkwe deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni li tnaqqas il-valur, tikkonverti jew tirristruttura l-obbligazzjoni, l-istrument jew il-kuntratt tiġi effettwata skont il-liġi tal-ġurisdizzjoni li tirregola dik l-obbligazzjoni jew dak l-istrument;

(n)

(na)

tirrestrinġi jew tissospendi l-konnessjonijiet tal-interoperabilità tas-CCP meta restrizzjoni jew sospensjoni bħal din tkun neċessarja sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi li l-applikazzjoni tal-għodod ta' rkupru u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' riżoluzzjoni jista' jkollhom fuq is-CCPs interoperabbli.

Artikolu 18

Proċedura ta' koordinazzjoni sabiex jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà

1.   Il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni għandu jasal għal deċiżjoni konġunta rigward:

(a)

l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 16(1);

(b)

il-valutazzjoni tal-miżuri proposti mis-CCP skont l-Artikolu 17(3), skont kif meħtieġ;

(c)

il-miżuri alternattivi meħtieġa skont l-Artikolu 17(4).

2.   Id-deċiżjoni konġunta dwar l-identifikazzjoni tal-impedimenti materjali għar-riżolvibbiltà msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandha tiġi adottata fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni tar-rapport imsemmi fl-Artikolu 17(1) lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.

Id-deċiżjoni konġunta msemmija fil-punti (b) u (c) tal-paragrafu 1 għandha tiġi adottata fi żmien erba' xhur mis-sottomissjoni tal-miżuri proposti tas-CCP sabiex jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà.

Id-deċiżjonijiet konġunti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu motivati u nnotifikati bil-miktub mill-awtorità tar-riżoluzzjoni lis-CCP u, fejn ikun rilevanti, lill-impriża prinċipali tagħha.

L-ESMA tista', fuq talba tal-awtorità ta' riżoluzzjoni, tgħin lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni jilħaq deċiżjoni konġunta b'konformità mal-Artikolu 31(c) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

3.   Meta, wara erba' xhur mid-data tat-trażmissjoni tar-rapport previst fl-Artikolu 17(1), il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni jkun naqas milli jadotta deċiżjoni konġunta, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha stess dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu b'konformità mal-Artikolu 17(5). L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha wara li tkun ikkunsidrat il-fehmiet espressi mill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni matul il-perjodu ta' erba' xhur.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika d-deċiżjoni lis-CCP, lill-impriża prinċipali tagħha u, fejn ikun rilevanti, lill-membri l-oħrajn tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni bil-miktub.

4.   Meta, sal-aħħar ta' dak il-perjodu ta' erba' xhur, kwalunkwe grupp ta' membri tal-kulleġġ superviżorju li jirrappreżenta maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kulleġġ, ikun irrefera għand l-ESMA, b'konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, kwistjoni msemmija fil-punti (j), (k) jew (n) tal-Artikolu 17(7), l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP għandha tiddefferixxi d-deċiżjoni tagħha u tistenna kwalunkwe deċiżjoni li tista' tieħu l-ESMA b'konformità mal-Artikolu 19(3) ta' dak ir-Regolament. F'dak il-każ, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha b'konformità mad-deċiżjoni tal-ESMA.

Il-perjodu ta' erba' xhur għandu jitqies bħala l-fażi ta' konċiljazzjoni skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. L-ESMA għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar minn meta l-kwistjoni tiġi riferuta lilha. Il-kwistjoni ma għandhiex tiġi riferuta lill-ESMA wara tmiem il-perjodu ta' erba' xhur jew wara li tkun ittieħdet deċiżjoni konġunta. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni mill-ESMA fi żmien xahar, għandha tapplika d-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni.

TITOLU IV

INTERVENT BIKRI

Artikolu 19

Miżuri ta' intervent bikri

1.   Meta CCP tikser jew x'aktarx li tkun se tikser ▌ir-rekwiżiti prudenzjali tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jew tkun tirrappreżenta riskju għall-istabbiltà finanzjarja tas-sistema finanzjarja globali, is-sistema finanzjarja tal-Unjoni, jew ta' partijiet minn waħda jew mill-oħra , jew meta l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li hemm indikazzjonijiet oħrajn ta' żviluppi li jistgħu jaffettwaw l-operazzjonijiet tas-CCP, partikolarment il-kapaċità tagħha li tipprovdi servizzi ta' kklirjar, l-awtorità kompetenti tista' :

(a)

titlob lis-CCP taġġorna l-pjan ta' rkupru b'konformità mal-Artikolu  9 , meta ċ-ċirkostanzi li kienu jeħtieġu intervent bikri jkunu differenti mis-suppożizzjonijiet stabbiliti fil-pjan ta' rkupru inizjali;

(b)

titlob lis-CCP timplimenta arranġament jew miżura, waħda jew aktar, minn dawk stabbiliti fil-pjan ta' rkupru f'limitu ta' żmien speċifiku. Meta l-pjan jiġi aġġornat skont il-punt (a), dawk l-arranġamenti jew il-miżuri għandhom jinkludu kwalunkwe arranġamenti jew miżuri aġġornati;

(c)

titlob lis-CCP tidentifika l-kawżi tal-ksur jew tal-ksur probabbli kif imsemmi fil-paragrafu 1 u tfassal programm ta' azzjoni, inklużi miżuri u limiti ta' żmien xierqa;

(d)

titlob lis-CCP ssejjaħ laqgħa tal-azzjonisti tagħha jew, jekk is-CCP tonqos milli tikkonforma ma' dak ir-rekwiżit, isejħu l-laqgħa huma stess. Fiż-żewġ każijiet, l-awtorità kompetenti għandha tiffissa l-aġenda, inklużi d-deċiżjonijiet li għandhom jiġu kkunsidrati għall-adozzjoni mill-azzjonisti;

(e)

titlob it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta' wieħed jew aktar mill-membri tal-bord jew tal-maniġment superjuri jekk jinstab li dawk il-persuni mhumiex idonei sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(f)

titlob li jsiru bidliet fl-istrateġija tan-negozju tas-CCP;

(g)

titlob li jsiru bidliet fl-istrutturi legali jew operazzjonali tas-CCP;

(h)

tipprovdi lill-awtorità tar-riżoluzzjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex tkun tista' taġġorna l-pjan ta' riżoluzzjoni tas-CCP bil-għan li tħejji għar-riżoluzzjoni possibbli tas-CCP u għall-valwazzjoni tal-assi u l-obbligazzjonijiet tagħha b'konformità mal-Artikolu 24, inkluż permezz ta' spezzjonijiet fuq il-post;

(i)

titlob , fejn ikun meħtieġ u b'konformità mal-paragrafu 4, l-implimentazzjoni tal-miżuri ta' rkupru tas-CCP;

(j)

titlob lis-CCP tastjeni mill-implimentazzjoni ta' ċerti miżuri ta' rkupru meta l-awtorità kompetenti tkun iddeterminat li l-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri jista' jkollha effett negattiv fuq l-istabbiltà finanzjarja jew tagħmel ħsara bla bżonn lill-interessi tal-klijenti ;

(k)

titlob lis-CCP tirrikostitwixxi r-riżorsi finanzjarji tagħha fil-ħin;

(ka)

b'mod straordinarju – u fuq bażi ta' darba biss – tippermetti lill-klijenti tal-membri tal-ikklirjar jipparteċipaw direttament fl-irkantijiet, filwaqt li teżentahom mir-rekwiżiti prudenzjali skont il-Kapitolu 3 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għajr ir-rekwiżiti ta' marġini kif stipulat fl-Artikolu 41 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għal dawk il-klijenti. Il-klijenti tal-membri tal-ikklirjar għandhom jinfurmaw lill-klijenti b'mod komprensiv rigward l-irkant u jiffaċilitaw il-proċess tal-offerti għall-klijenti. Il-pagamenti tal-marġini meħtieġa mill-klijenti għandhom jingħaddu minn membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti;

(kb)

tipprojbixxi jew tillimita kemm jista' jkun kwalunkwe remunerazzjoni ta' ekwità u strumenti ttrattati bħala ekwità mingħajr ma tikkawża inadempjenza totali, inklużi l-ħlas ta' dividendi u r-riakkwisti min-naħa tas-CCP, u tista' tillimita, tipprojbixxi jew tiffriża kwalunkwe ħlas ta' remunerazzjoni varjabbli skont id-Direttiva 2013/36/UE u l-Linji Gwida EBA/GL/2015/22 tal-EBA, benefiċċji pensjonistiċi diskrezzjonarji jew indenizzi għat-terminazzjoni tal-impjieg lill-maniġment.

2.   Għal kull waħda minn dawk il-miżuri, l-awtorità kompetenti għandha tiffissa skadenza xierqa u tevalwa l-effikaċja ta' dawk il-miżuri ladarba jkunu ttieħdu.

2a.     Ir-regoli tal-liġi nazzjonali tal-insolvenza relatati mal-annullabbiltà jew man-nuqqas ta' infurzabbiltà ta' atti legali li jkunu ta' detriment għall-kredituri ma għandhomx japplikaw għall-miżuri ta' intervent bikri meħuda mill-awtorità kompetenti f'konformità ma' dan ir-Regolament.

3.   L-awtorità kompetenti tista' tapplika biss il-miżuri fil-punti (a) sa (k) tal-paragrafu 1 wara li tikkunsidra l-impatt ta' dawk il-miżuri fuq Stati Membri oħrajn fejn is-CCP topera jew tipprovdi servizzi, b'mod partikolari meta l-operazzjonijiet tas-CCP ikunu kritiċi jew importanti għas-swieq finanzjarji lokali, inklużi l-postijiet fejn huma stabbiliti l-FMIs u ċ-ċentri tan-negozjar marbuta tal-membri tal-ikklirjar.

4.   L-awtorità kompetenti tista' tapplika biss il-miżura fil-punt (i) tal-paragrafu 1 meta dik il-miżura tkun fl-interess pubbliku u meħtieġa sabiex jintlaħaq kwalunkwe objettiv minn dawn:

(a)

tinżamm l-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni;

(b)

tinżamm il-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP fuq bażi trasparenti u nondiskriminatorja ;

(c)

tinżamm u tittejjeb ir-reżiljenza finanzjarja tas-CCP.

L-awtorità kompetenti ma għandhiex tapplika l-miżura fil-punt (i) tal-paragrafu 1 b'rabta ma' miżuri li jinvolvu t-trasferiment ta' proprjetà, ta' drittijiet jew ta' obbligazzjonijiet ta' CCP oħra.

5.   Meta CCP tkun bdiet il-kaskata tal-inadempjenza tagħha b'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, hija għandha tgħarraf lill-awtorità kompetenti u lill-awtorità tar-riżoluzzjoni mingħajr dewmien bla bżonn u tispjega jekk dak l-event jirriflettix dgħufijiet jew problemi f'dik is-CCP.

6.   Meta l-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu ssodisfati, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-ESMA u lill-awtorità tar-riżoluzzjoni u tikkonsulta lill-kulleġġ superviżorju .

Wara dawk in-notifiki u l-konsultazzjoni tal-kulleġġ superviżorju , l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi jekk tapplikax xi waħda mill-miżuri previsti fil-paragrafu 1. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika d-deċiżjoni dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu lill-kulleġġ superviżorju , lill-awtorità tar-riżoluzzjoni u lill-ESMA.

7.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni, wara n-notifika tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 6, tista' teħtieġ lis-CCP tikkuntattja akkwirenti potenzjali sabiex isiru t-tħejjijiet għar-riżoluzzjoni tagħha, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 41 u għad-dispożizzjonijiet dwar il-kunfidenzjalità stipulati fl-Artikolu 71 , kif ukoll għall-qafas dwar is-sondaġġi tas-suq stabbilit fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u fil-leġiżlazzjoni delegata u ta' implimentazzjoni rilevanti .

Artikolu 20

Tneħħija tal-maniġment superjuri u tal-bord

Meta jkun hemm deterjorament sinifikanti fis-sitwazzjoni finanzjarja ta' CCP, jew meta s-CCP tikser ir-rekwiżiti legali tagħha, inklużi r-regoli operattivi tagħha, u miżuri oħrajn meħuda b'konformità mal-Artikolu 19 ma jkunux biżżejjed sabiex titreġġa' lura dik is-sitwazzjoni, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu t-tneħħija totali jew parzjali tal-maniġment superjuri jew tal-bord tas-CCP.

Il-ħatra tal-maniġment superjuri jew tal-bord il-ġdid għandha ssir b'konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u għandha tkun soġġetta għall-approvazzjoni jew għall-kunsens tal-awtorità kompetenti.

TITOLU IVA

ĠBIR TAT-TELF

Artikolu 20a

Ħruġ ta' strumenti ta' sjieda fi profitti futuri lill-membri tal-ikklirjar u lill-klijenti li jkunu ġarrbu telf

1.     Meta CCP fi rkupru minħabba event mhux ta' inadempjenza tkun applikat l-arranġamenti u l-miżuri biex jitnaqqas il-valur ta' kwalunkwe gwadann pagabbli mis-CCP lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti u lill-klijenti tagħhom, kif definiti fil-pjan ta' rkupru tagħha skont il-punt (l)(ii)(b) tal-Artikolu 9(7b), li jmorru lil hinn mill-kaskata tal-inadempjenza definita fl-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, fil-konfront ta' membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti u l-klijenti tagħhom, u ma tkunx daħlet f'riżoluzzjoni bħala konsegwenza ta' dan, l-awtorità kompetenti tas-CCP tista', wara li ġġib lura l-valur kontabilistiku, tirrikjedi lis-CCP tagħti kumpens lill-parteċipanti għat-telf tagħhom permezz ta' pagamenti fi flus kontanti jew, jekk ikun il-każ, titlob lis-CCP toħroġ strumenti ta' sjieda fil-profitti futuri tas-CCP.

Il-valur tal-istrumenti ta' sjieda fil-profitti futuri tas-CCP maħruġa lil kull membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti affettwat, li għandu jgħaddi għal għand il-klijenti f'forma xierqa, għandu jkun proporzjonat għat-telf tiegħu u bbażat fuq valwazzjoni li ssir fir-rispett tal-Artikolu 24(3). Dawn l-istrumenti ta' sjieda jagħtu d-dritt lill-possessur jirċievi pagamenti mis-CCP fuq bażi annwali sakemm jinġabar it-telf fit-totalità tiegħu sa għadd massimu ta' snin xieraq mid-data tal-ħruġ. Għandu jintuża sehem massimu xieraq tal-profitti annwali tas-CCP għal pagamenti relatati ma' dawn l-istrumenti ta' sjieda.

2.     Dan l-Artikolu ma jnaqqasx mir-responsabbiltà tal-membri tal-ikklirjar li jassumu telf li jmur lil hinn mill-kaskata tal-inadempjenza.

3.     L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-ordni li fiha għandu jitħallas il-kumpens, l-għadd massimu ta' snin xieraq u s-sehem massimu xieraq tal-profitti annwali tas-CCP imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [XXX wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament bl-adozzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija f'dan il-paragrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

TITOLU V

RIŻOLUZZJONI

KAPITOLU I

Objettivi, kundizzjonijiet u prinċipji ġenerali

Artikolu 21

Objettivi tar-Riżoluzzjoni

1.   Meta tuża l-għodod ta' riżoluzzjoni u teżerċita s-setgħat ta' riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-objettivi ta' riżoluzzjoni kollha li ġejjin u għandha tibbilanċjahom kif xieraq man-natura u ċ-ċirkostanzi ta' kull każ:

(a)

biex tiżgura l-kontinwità tal-funzjonijiet kritiċi tas-CCP, b'mod partikolari:

(i)

is-saldu f'waqtu tal-obbligi tas-CCP lill-membri tal-ikklirjar tagħha u lill-klijenti tagħhom;

(ii)

l-aċċess kontinwu tal-membri tal-ikklirjar għat-titoli jew għall-kontijiet tal-flus ipprovduti mis-CCP u għat-titoli jew għall-kollateral fi flus miżmuma mis-CCP f'isem dawk il-membri tal-ikklirjar;

(b)

sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tar-rabtiet ma' FMIs oħrajn li, jekk jiġu interrotti, ikollhom impatt negattiv materjali fuq l-istabbiltà finanzjarja jew it-tlestija fil-ħin tal-funzjonijiet ta' ħlas, ikklirjar, saldu u  żamma ta' rekords ;

(c)

sabiex jiġi evitat effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, b'mod partikolari permezz tal-prevenzjoni tal-kontaġju ta' diffikultà finanzjarja għall-membri tal-ikklirjar tas-CCP, għall-klijenti tagħhom jew għas-sistema finanzjarja usa', inklużi FMIs oħra u billi tinżamm il-fiduċja tal-pubbliku u tas-swieq ;

(d)

sabiex jiġu protetti l-fondi pubbliċi billi tiġi mminimizzata d-dipendenza fuq l-appoġġ finanzjarju pubbliku kif ukoll it-telf potenzjali għall-kontribwenti ;

(e)

sabiex tiġi mminimizzata l-ispiża tar-riżoluzzjoni fuq il-partijiet ikkonċernati kollha affettwati u tiġi evitata l-qerda tal-valur tas-CCP , sakemm tali qerda ma tkunx neċessarja biex jintlaħqu l-objettivi ta' riżoluzzjoni .

2.   Il-bord u l-maniġment superjuri ta' CCP taħt riżoluzzjoni għandhom jipprovdu lill-awtorità tar-riżoluzzjoni bl-assistenza kollha meħtieġa għall-kisba tal-objettivi tar-riżoluzzjoni.

Artikolu 22

Kundizzjonijiet għal riżoluzzjoni

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' CCP, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

is-CCP tkun qed tfalli jew x'aktarx li tfalli kif iddeterminat minn xi waħda minn dawn li ġejjin:

i)

mill-awtorità kompetenti, wara konsultazzjoni mal-awtorità tar-riżoluzzjoni;

ii)

mill-awtorità tar-riżoluzzjoni wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha l-għodod meħtieġa sabiex tagħmel dik il-konklużjoni;

(b)

ma jkun hemm ebda prospett raġonevoli li kwalunkwe miżura jew azzjoni ta' superviżjoni alternattiva fis-settur privat, inklużi l-miżuri ta' intervent bikri meħuda, jistgħu jipprevjenu l-falliment tas-CCP f'limitu ta' żmien raġonevoli, meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti; u

(c)

azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun meħtieġa fl-interess pubbliku sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni fejn l-implimentazzjoni tal-arranġamenti dwar l-allokazzjoni tat-telf kuntrattwali tas-CCP jew fejn tali arranġamenti ma jkunux komprensivi, u l-istralċ tas-CCP skont proċedimenti normali ta' insolvenza ma jissodisfax dawk l-objettivi bl-istess mod.

Għall-finijiet tal-punt (a)(ii), l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi lill-awtorità tar-riżoluzzjoni mingħajr dewmien u fuq inizjattiva proprja bi kwalunkwe informazzjoni li tista' tagħti indikazzjoni li s-CCP tkun qed tfalli jew x'aktarx tfalli . L-awtorità kompetenti għandha wkoll tipprovdi lill-awtorità tar-riżoluzzjoni, fuq talba, kwalunkwe informazzjoni oħra meħtieġa sabiex twettaq il-valutazzjoni tagħha.

2.   Għall-finijiet tal-punt (a) tal-paragrafu 1, CCP għandha titqies li qed tfalli jew li x'aktarx tfalli f'waħda jew aktar miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

is-CCP tikser, jew x'aktarx tikser, ir-rekwiżiti tal-awtorizzazzjoni tagħha b'mod li jiġġustifika l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tagħha skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b)

is-CCP ma tistax, jew x'aktarx ma tkunx tista', tipprovdi funzjoni kritika;

(c)

is-CCP ma tistax, jew x'aktarx ma tkunx tista', treġġa' lura l-vijabbiltà tagħha permezz tal-implimentazzjoni tal-miżuri ta' rkupru tagħha;

(d)

is-CCP ma tistax, jew x'aktarx ma tkunx tista', tħallas id-djun tagħha jew obbligazzjonijiet oħrajn hekk kif isiru dovuti;

(e)

is-CCP titlob appoġġ finanzjarju pubbliku ▌.

Għall-finijiet tal-punt (e)  miżura ma għandhiex tkun ikkunsidrata li hija appoġġ finanzjarju pubbliku fejn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ikunu ssodisfati :

i)

hija ppreżentata fil-forma ta' garanzija mill-Istat biex tiggarantixxi faċilitajiet tal-likwidità provduti minn bank ċentrali skont il-kondizzjonijiet tal-bank ċentrali, jew fil-forma ta' garanzija tal-Istat għal obbligazzjonijiet maħruġa ġodda;

ia)

l-ebda waħda miċ-ċirkustanzi msemmija fil-punti (a), (b), (c) jew (d) ta' dan il-paragrafu ma hija preżenti fil-mument li tingħata l-għajnuna finanzjarja pubblika;

ib)

il-garanziji mill-Istat imsemmija fil-punt (i) huma meħtieġa biex jirrimedjaw tfixkil serju fl-ekonomija ta' Stat Membru u jippriżervaw l-istabbiltà finanzjarja;

ii)

il-garanziji tal-Istat imsemmija fil-punt (i) huma limitati għal CCPs solventi, bil-kondizzjonijiet tal-approvazzjoni finali skont il-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, huma ta' natura prekawzjonarja u temporanja u proporzjonati biex jirrimedjaw il-konsegwenzi ta' tfixkil serju msemmi fil-paragrafu ib) u li ma jintużawx biex ipaċu telf li s-CCP tkun ġarrbet jew x'aktarx iġġarrab fil-futur;

 

3.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tieħu wkoll azzjoni ta' riżoluzzjoni meta hija tqis li s-CCP qed tapplika jew għandha l-ħsieb li tapplika miżuri ta' rkupru li jistgħu jipprevjenu l-falliment tas-CCP, iżda jikkawżaw effetti negattivi sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja.

3a.     Id-deċiżjoni meħuda minn awtorità tar-riżoluzzjoni li tqis li CCP qiegħda tfalli jew li x'aktarx tfalli tista' tiġi kkontestata biss fuq il-bażi tal-fatt li tali deċiżjoni kienet arbitrarja u irraġonevoli fil-mument meta ttieħdet, abbażi tal-informazzjoni direttament disponibbli dak iż-żmien.

4.   L-ESMA għandha tadotta linji gwida sabiex tippromwovi l-konverġenza tal-prattiki ta' superviżjoni u ta' riżoluzzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni taċ-ċirkostanzi li fihom CCP titqies li qed tfalli jew li x'aktarx tfalli sa [PO, jekk jogħġbok daħħal data 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] , jekk u fejn ikun xieraq filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni d-daqsijiet differenti u n-natura tas-CCPs stabbiliti fl-Unjoni .

Meta tadotta dawk il-linji gwida, l-ESMA għandha tieħu inkonsiderazzjoni l-linji gwida maħruġa skont l-Artikolu 32(6) tad-Direttiva 2014/59/UE.

Artikolu 23

Prinċipji ġenerali rigward ir-riżoluzzjoni

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex tuża l-għodod ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 27 u teżerċita s-setgħat ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 48 b'konformità mal-prinċipji li ġejjin:

(a)

l-obbligi kuntrattwali kollha u arranġamenti oħrajn fil-pjan ta' rkupru tas-CCP għandhom jiġu infurzati ▌, sal-punt li dawn ma jkunux ġew eżawriti qabel id-dħul fir-riżoluzzjoni, sakemm , f'ċirkustanzi estremi, l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma tiddeterminax li l-użu tas-setgħat jew tal-għodod ta' riżoluzzjoni jkun aktar xieraq sabiex l-objettivi tar-riżoluzzjoni jintlaħqu fil-ħin;

(b)

l-azzjonisti tas-CCP taħt riżoluzzjoni jġarrbu l-ewwel telf wara li jiġu infurzati l-obbligi u l-arranġamenti kollha msemmija fil-punt (a) b'konformità ma' dak il-punt;

(c)

il-kredituri tas-CCP taħt riżoluzzjoni jġarrbu t-telf wara l-azzjonisti skont l-ordni ta' prijorità tal-pretensjonijiet tagħhom skont proċedimenti normali ta' insolvenza, ħlief fejn ikun espressament stabbilit mod ieħor f'dan ir-Regolament;

(d)

il-kredituri tas-CCP tal-istess klassi jiġu ttrattati bl-istess mod;

(e)

ebda wieħed mill-azzjonisti, mill-kredituri u mill-membri tal-ikklirjar tas-CCP jew mill-klijenti tagħhom ma jġarrab telf akbar milli kien iġarrab skont l-Artikolu 60 ;

(f)

il-bord u l-maniġment superjuri tas-CCP taħt riżoluzzjoni jinbidlu, ħlief meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tqis li ż-żamma tal-bord u tal-maniġment superjuri, totalment jew parzjalment, tkun meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(g)

l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jgħarrfu u jikkonsultaw lir-rappreżentanti tal-impjegati skont il-liġijiet nazzjonali jew il-prassi tagħhom;

(h)

meta CCP tkun parti minn grupp, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu kont tal-impatt fuq entitajiet oħrajn tal-grupp u fuq il-grupp kollu kemm hu.

KAPITOLU II

Valwazzjoni

Artikolu 24

Objettivi tal-valwazzjoni

1.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiżguraw li kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni tittieħed fuq il-bażi ta' valwazzjoni li tiżgura valutazzjoni ġusta, prudenti u realistika tal-assi, tal-obbligazzjonijiet, tad-drittijiet u tal-obbligi tas-CCP.

2.   Qabel ma l-awtorità tar-riżoluzzjoni tqiegħed CCP taħt riżoluzzjoni, hija għandha tiżgura li titwettaq valwazzjoni inizjali sabiex tiddetermina jekk ġewx issodisfati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 22(1).

3.   Wara li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun iddeċidiet li tqiegħed CCP taħt riżoluzzjoni, hija għandha tiżgura li titwettaq it-tieni valwazzjoni sabiex:

(a)

tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni dwar l-aħjar azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(b)

tiżgura li kwalunkwe telf fuq l-assi u d-drittijiet tas-CCP ikun rikonoxxut b'mod sħiħ fil-mument li jintużaw l-għodod ta' riżoluzzjoni;

(c)

tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni dwar il-firxa tal-kanċellazzjoni jew tad-dilwizzjoni tal-istrumenti ta' sjieda u tad-deċiżjoni dwar il-valur u l-għadd ta' strumenti ta' sjieda maħruġa jew ittrasferiti bħala riżultat tal-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni;

(d)

tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni dwar il-firxa tat-tniżżil fil-valur jew tal-konverżjoni ta' kwalunkwe obbligazzjoni mhux garantita, inklużi l-istrumenti tad-dejn;

(e)

meta jintużaw l-għodod għall-allokazzjoni tat-telf u tal-pożizzjoni, tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni dwar il-firxa tat-telf li trid tiġi applikata kontra t-talbiet tal-kredituri affettwati, l-obbligi pendenti jew il-pożizzjonijiet fir-rigward tas-CCP u dwar il-portata u n-neċessità ta' riżoluzzjoni għal talba għal flus kontanti ;

(f)

meta tintuża l-għodda tas-CCP tranżitorja, tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi jew l-istrumenti ta' sjieda li jistgħu jiġu ttrasferiti lis-CCP tranżitorja u d-deċiżjoni dwar il-valur ta' kwalunkwe korrispettiv li jista' jitħallas lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew, fejn ikun rilevanti, lid-detenturi tal-istrumenti ta' sjieda;

(g)

meta tintuża l-għodda għall-bejgħ ta' negozju, tkun tista' tittieħed id-deċiżjoni dwar l-assi, l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi jew l-istrumenti ta' sjieda li jistgħu jiġu ttrasferiti lill-akkwirent terz u tgħin lill-awtorità tar-riżoluzzjoni tifhem x'jikkostitwixxi termini kummerċjali għall-finijiet tal-Artikolu 40;

(ga)

il-prezz ta' kwalunkwe terminazzjoni ta' kuntratt min-naħa tal-awtorità tar-riżoluzzjoni għandu jkun ibbażat, kemm jista' jkun, fuq prezz tas-suq ġust iddeterminat abbażi tar-regoli u tal-arranġamenti tas-CCP, u sostitwit unikament minn metodu ieħor ta' identifikazzjoni tal-prezz jekk meqjus essenzjali mill-awtorità tar-riżoluzzjoni.

Għall-finijiet tal-punt (d), il-valwazzjoni għandha tieħu inkonsiderazzjoni kwalunkwe telf li jiġi assorbit mill-infurzar ta' kwalunkwe obbligu pendenti tal-membri tal-ikklirjar jew ta' partijiet terzi oħrajn dovuti lis-CCP u l-livell ta' konverżjoni li għandha tiġi applikata għall-istrumenti tad-dejn.

4.   Il-valwazzjonijiet imsemmija fil-paragrafi 2 u 3 jistgħu jkunu soġġetti għal appell skont l-Artikolu 72 biss flimkien mad-deċiżjoni li tintuża għodda ta' riżoluzzjoni jew li tiġi eżerċitata setgħa ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 25

Rekwiżiti għall-valwazzjoni

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-valwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 jitwettqu:

(a)

minn persuna indipendenti minn kwalunkwe awtorità pubblika u mis-CCP;

(b)

mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, meta dawk il-valwazzjonijiet ma jkunux jistgħu jitwettqu minn persuna kif imsemmi fil-punt (a).

2.   Il-valwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 għandhom jitqiesu bħala definittivi meta jitwettqu mill-persuna msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 u meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti kollha stipulati f'dan l-Artikolu.

3.   Mingħajr preġudizzju għall-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn ikun applikabbli, valwazzjoni definittiva għandha tkun ibbażata fuq suppożizzjonijiet prudenti u ma għandha tassumi ebda provvediment potenzjali ta' appoġġ finanzjarju pubbliku ▌, ebda assistenza ta' likwidità f'emerġenza minn bank ċentrali u ebda assistenza ta' likwidità minn bank ċentrali pprovduta taħt termini ta' kollateralizzazzjoni, maturità u rata ta' imgħax mhux standard lis-CCP minn dak il-ħin li fih tittieħed l-azzjoni ta' riżoluzzjoni. Il-valwazzjoni għandha tieħu kont ukoll tal-irkupru potenzjali ta' kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba mis-CCP taħt riżoluzzjoni b'konformità mal-Artikolu 27(9).

4.   Valwazzjoni definittiva għandha tkun supplimentata bl-informazzjoni li ġejja miżmuma mis-CCP:

(a)

karta bilanċjali aġġornata u rapport dwar il-pożizzjoni finanzjarja tas-CCP, inklużi r-riżorsi prefinanzjati disponibbli li jifdal u l-impenji finanzjarji pendenti;

(b)

ir-reġistri tal-kuntratti kklirjati msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(c)

kwalunkwe informazzjoni dwar il-valuri tas-suq u tal-kontabbiltà tal-assi, tal-obbligazzjonijiet u tal-pożizzjonijiet tagħha, inklużi l-pretensjonijiet rilevanti u l-obbligi pendenti intitolati jew dovuti lis-CCP.

5.   Valwazzjoni definittiva għandha tindika s-sottodiviżjoni tal-kredituri fi klassijiet b'konformità mal-livelli ta' prijorità skont il-liġi applikabbli tal-insolvenza. Hija għandha tinkludi wkoll stima tat-trattament li kull klassi ta' azzjonisti u kredituri kienet tkun mistennija li tirċievi fl-applikazzjoni tal-prinċipju speċifikat fil-punt (e) tal-Artikolu 23.

L-istima msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhiex tippreġudika l-valwazzjoni msemmija fl-Artikolu 61.

6.   L-ESMA, wara li tikkunsidra kwalunkwe standard tekniku regolatorju abbozzat b'konformità mal-Artikolu 36(14) u (15) tad-Direttiva 2014/59/UE, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika:

(a)

iċ-ċirkostanzi li fihom persuna titqies li hija indipendenti kemm mill-awtorità tar-riżoluzzjoni kif ukoll mis-CCP għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

(b)

il-metodoloġija għall-ivvalutar tal-valur tal-assi u tal-obbligazzjonijiet tas-CCP;

(c)

is-separazzjoni tal-valwazzjonijiet skont l-Artikoli 24 u 61.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: daħħal id-data: fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 26

Valwazzjoni provviżorja

1.   Il-valwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 24 li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 25(2) għandhom jitqiesu bħala valwazzjonijiet provviżorji.

Il-valwazzjonijiet provviżorji għandhom jinkludu bafer għat-telf addizzjonali u ġustifikazzjoni xierqa għal dak il-bafer.

2.   Meta l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jieħdu azzjoni ta' riżoluzzjoni fuq il-bażi ta' valwazzjoni provviżorja, huma għandhom jiżguraw li titwettaq valwazzjoni definittiva hekk kif ikun prattiku.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-valwazzjoni definittiva msemmija fl-ewwel subparagrafu:

(a)

tippermetti r-rikonoxximent sħiħ ta' kwalunkwe telf tas-CCP fil-kotba tagħha;

(b)

tipprovdi informazzjoni sabiex tittieħed deċiżjoni bil-għan li jitnaqqsu l-pretensjonijiet tal-kredituri jew jiżdied il-valur tal-korrispettiv imħallas b'konformità mal-paragrafu 3.

3.   Meta l-istima tal-valwazzjoni definittiva tal-valur tal-assi nett tas-CCP tkun ogħla mill-istima tal-valwazzjoni provviżorja tal-valur tal-assi nett tas-CCP, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista':

(a)

iżżid il-valur tal-pretensjonijiet tal-kredituri affettwati li jkunu ġew valwati negattivament jew ristrutturati;

(b)

tesiġi li CCP tranżitorja tagħmel pagament ulterjuri ta' korrispettiv fir-rigward tal-assi, l-obbligazzjonijiet, id-drittijiet u l-obbligi lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew, skont il-każ, fir-rigward tal-ishma jew tal-istrumenti ta' sjieda lis-sidien ta' dawk l-istrumenti.

4.   Wara li tikkunsidra kwalunkwe standard tekniku regolatorju abbozzat b'konformità mal-Artikolu 36(15) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika, għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-metodoloġija għall-kalkolu tal-bafer għat-telf addizzjonali li għandu jiġi inkluż fil-valwazzjonijiet provviżorji.

L-ESMA għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [PO: daħħal id-data: fi żmien 12-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards regolatorji tekniċi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

KAPITOLU III

Għodod ta' riżoluzzjoni

TAQSIMA I

PRINĊIPJI ĠENERALI

Artikolu 27

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-għodod ta' riżoluzzjoni

1.   L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jieħdu l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 21 billi jużaw kwalunkwe waħda mill-għodod ta' riżoluzzjoni individwalment jew fi kwalunkwe kombinazzjoni:

(a)

l-għodda tal-pożizzjonar u l-allokazzjoni tat-telf;

(b)

l-għodda ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni;

(c)

l-għodda għall-bejgħ ta' negozju;

(d)

l-għodda tas-CCP tranżitorja;

(e)

kwalunkwe għodda ta' riżoluzzjoni oħra konsistenti mal-Artikoli 21 u 23.

2.   Fil-każ ta' kriżi sistemika, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tipprovdi wkoll finanzjament pubbliku ▌billi tuża l-għodod ta' stabbilizzazzjoni tal-gvern b'konformità mal-Artikoli 45, 46 u 47 bil-kundizzjoni ta' approvazzjoni minn qabel u finali skont il-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni u tad-disinn ta' arranġamenti komprensivi u kredibbli għall-irkupru tal-fondi pprovduti tul perjodu xieraq ta' żmien .

3.   Qabel tuża l-għodod imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinforza:

(a)

kwalunkwe dritt eżistenti u pendenti tas-CCP, inkluż kwalunkwe obbligu kuntrattwali mill-membri tal-ikklirjar sabiex jissodisfaw sejħiet għal flus, sabiex jipprovdu riżorsi addizzjonali lis-CCP jew sabiex jieħdu l-pożizzjonijiet ta' membri tal-ikklirjar inadempjenti, kemm jekk permezz ta' rkant kif ukoll jekk b'mezzi oħrajn maqbula fir-regoli operattivi tas-CCP;

(b)

kwalunkwe obbligu kuntrattwali eżistenti u pendenti li jimpenja lil partijiet oħrajn għajr il-membri tal-ikklirjar għal kwalunkwe forma ta' appoġġ finanzjarju.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tinforza parzjalment l-obbligi kuntrattwali msemmija fil-punti (a) u (b), fejn ma jkunx possibbli li dawk l-obbligi kuntrattwali jiġu infurzati b'mod sħiħ fi żmien raġonevoli.

4.   B'deroga mill-paragrafu 3, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' toqgħod lura milli tinforza l-obbligi eżistenti u pendenti rilevanti parzjalment jew b'mod sħiħ sabiex jiġu evitati l-effetti negattivi sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja jew il-kontaġju mifrux, jew meta l-użu tal-għodod imsemmija fil-paragrafu 1 ikun aktar xieraq sabiex l-objettivi tar-riżoluzzjoni jintlaħqu fil-ħin.

▌6.   Meta l-użu ta' għodda ta' riżoluzzjoni minbarra l-għodda ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni jwassal biex it-telf jinġarr mill-membri tal-ikklirjar, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha teżerċita s-setgħa li tagħmel valwazzjoni negattiva u tikkonverti kwalunkwe strument ta' sjieda u ta' dejn jew obligazzjonijiet mhux garantiti minnufih qabel jew flimkien mal-użu tal-għodda ta' riżoluzzjoni.

7.   Meta jintużaw biss l-għodod ta' riżoluzzjoni msemmija fil-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 u parti biss mill-assi, mid-drittijiet, mill-obbligi jew mill-obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni jiġu ttrasferiti b'konformità mal-Artikoli 40 u 42, il-parti residwa tas-CCP għandha tiġi stralċjata b'konformità mal-proċedimenti normali ta' insolvenza.

8.   Ir-regoli tal-liġi nazzjonali tal-insolvenza relatati mal-annullabbiltà jew man-nuqqas ta' infurzabbiltà tal-atti legali detrimentali għall-kredituri ma għandhomx japplikaw għat-trasferimenti ta' assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet minn CCP, li fir-rigward tagħhom jintużaw għodod ta' riżoluzzjoni jew għodod ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern.

9.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tirkupra , fuq perjodu xieraq ta' żmien, kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba , inkluż premium tar-riskju, b'konnessjoni mal-użu tal-għodod jew tas-setgħat ta' riżoluzzjoni jew b'konnessjoni mal-użu tal-għodod ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja tal-gvern bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

mis-CCP taħt riżoluzzjoni, bħala kreditur ippreferut;

(b)

minn kwalunkwe korrispettiv imħallas mill-akkwirent meta tintuża l-għodda għall-bejgħ tan-negozju;

(c)

minn kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tas-CCP tranżitorja, bħala kreditur ippreferut;

(ca)

minn kwalunkwe membru tal-ikklirjar, dment li membru tal-ikklirjar ma jġarrabx telf akbar minn dak li kien iġarrab kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni b'rabta mas-CCP u, minflok, kien ikun soġġett għall-possibbiltà ta' obbligi pendenti skont il-pjan ta' rkupru tas-CCP jew arranġamenti oħrajn fir-regoli operattivi tagħha jew inkella kieku s-CCP ġiet stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza;

(cb)

minn kwalunkwe dħul mill-użu tal-għodod ta' stabilizzazzjoni tal-gvern, inklużi r-rikavati mill-bejgħ tal-istrumenti ta' sjieda msemmija fl-Artikolu 46 u mill-bejgħ ta' CCP soġġetta għal sjieda pubblika temporanja kif imsemmi fl-Artikolu 47.

9a.     Sabiex jiġu stabbiliti l-ammonti li għandhom jiġu rkuprati skont il-paragrafu preċedenti, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkunsidra l-ammont li l-klijenti u l-membri tas-CCP kienu jkunu meħtieġa li jikkontribwixxu kemm taħt ir-regoli u l-arranġamenti tas-CCP kif ukoll f'riżoluzzjoni, kieku l-appoġġ pubbliku ma jkunx ġie mogħti mill-awtoritajiet.

10.   Meta jużaw l-għodod ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jiżguraw, fuq il-bażi ta' valwazzjoni li tikkonforma mal-Artikolu 25, l-allokazzjoni sħiħa tat-telf , l-istabbiliment mill-ġdid tal-valur kontabilistiku rikonċiljat , ir-rikostituzzjoni tar-riżorsi prefinanzjati tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja u r-rikapitalizzazzjoni tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja.

Artikolu 27a

Il-possibbiltà li l-parteċipanti tas-CCP jiġu kkumpensati m'għandhiex tapplika għal telf impenjat permezz ta' kuntratti fil-fażijiet ta' ġestjoni ta' inadempjenza jew ta' rkupru.

TAQSIMA 2

GĦODOD GĦALL-ALLOKAZZJONI TAL-POŻIZZJONI U GĦALL-ALLOKAZZJONI TAT-TELF

Artikolu 28

L-objettiv u l-kamp ta' applikazzjoni tal-għodod għall-allokazzjoni tal-pożizzjoni u tat-telf

1.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jużaw l-għodda għall-allokazzjoni tal-pożizzjoni b'konformità mal-Artikolu 29 u l-għodda għall-allokazzjoni tat-telf b'konformità mal-Artikoli 30 u 31.

2.   L-għodod imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jintużaw għall-kuntratti kollha relatati mas-servizzi tal-ikklirjar u għall-kollateral relatat ma' dawk is-servizzi pprovduti lis-CCP.

3.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jużaw l-għodda għall-allokazzjoni tal-pożizzjoni msemmija fl-Artikolu 29 sabiex jirrikonċiljaw il-valur kontabilistiku tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja, fejn ikun rilevanti.

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jużaw l-għodda għall-allokazzjoni tat-telf imsemmija fl-Artikoli 30 u 31 għal kwalunkwe wieħed mill-finijiet li ġejjin:

(a)

sabiex jiġi kopert it-telf tas-CCP ivvalutat b'konformità mal-Artikolu 27(10);

(b)

sabiex titreġġa' lura l-abbiltà tas-CCP li tissodisfa l-obbligi tal-pagamenti hekk kif dawn isiru dovuti;

(ba)

sabiex jiġi stabbilit mill-ġdid il-valur kontabilistiku rikonċiljat;

(c)

sabiex jiġi faċilitat l-istabbiliment mill-ġdid tal-valur kontabilistiku rikonċiljat billi jiġu pprovduti fondi lis-CCP biex tissodisfa offerta f'irkant li tippermetti lis-CCP talloka l-pożizzjonijiet tal-parti inadempjenti jew li tagħmel pagamenti fuq kuntratti mitmuma skont l-Artikolu 29 ;

(d)

sabiex jinkiseb l-eżitu msemmi fil-punti (a), (b) u (c) fir-rigward ta' CCP tranżitorja;

(e)

sabiex jiġi appoġġjat it-trasferiment tan-negozju tas-CCP permezz tal-għodda għall-bejgħ tan-negozju lil parti terza solventi.

Artikolu 29

Terminazzjoni tal-kuntratti – parzjali jew sħiħa

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tittermina wħud mill-kuntratti li ġejjin jew kollha kemm huma:

(a)

il-kuntratti tal-membru tal-ikklirjar f'inadempjenza;

(b)

il-kuntratti affettwati tas-servizz tal-ikklirjar jew tal-klassi tal-assi;

(c)

il-kuntratti tas-CCP f'riżoluzzjoni.

1a.     Meta tuża s-setgħa skont il-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tittermina l-kuntratti msemmija taħt il-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu b'mod simili, mingħajr ma tiddiskrimina bejn il-kontropartijiet għal dawk il-kuntratti, bl-eċċezzjoni ta' dawk l-obbligi kuntrattwali li ma jistgħux jiġu infurzati fi żmien raġonevoli.

2.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tittermina biss il-kuntratti msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 meta t-trasferiment tal-assi u tal-pożizzjonijiet li jirriżultaw minn dawk il-kuntratti ma jkunx seħħ skont it-tifsira tal-Artikolu 48(5) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

3.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tagħti avviż lill-membri tal-ikklirjar rilevanti kollha tad-data li fiha jiġi tterminat kwalunkwe kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1.

4.   Qabel it-terminazzjoni ta' kwalunkwe kuntratt imsemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu l-passi li ġejjin:

(a)

tesiġi li s-CCP taħt riżoluzzjoni tivvaluta kull kuntratt u taġġorna l-bilanċi tal-kontijiet ta' kull membru tal-ikklirjar;

(b)

tiddetermina l-ammont nett pagabbli minn jew lil kull membru tal-ikklirjar, wara li tieħu kont ta' kwalunkwe marġini ta' varjazzjoni dovut iżda mhux imħallas, inkluż il-marġini tal-varjazzjoni dovut bħala riżultat tal-valwazzjonijiet tal-kuntratti msemmija fil-punt (a);

(c)

tinnotifika lil kull membru tal-ikklirjar dwar l-ammonti netti ddeterminati u tiġborhom kif xieraq.

Mat-terminazzjoni tal-kuntratt, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika, b'mod puntwali, lill-awtorità kompetenti ta' kwalunkwe klijent iddeżinjat bħala istituzzjoni sistemikament importanti oħra (O-SII) li l-kuntratt tagħha ġie terminat.

4a.     Il-prezz ta' kwalunkwe terminazzjoni ta' kuntratt min-naħa tal-awtorità tar-riżoluzzjoni taħt dan l-Artikolu għandu jkun ibbażat fuq prezz tas-suq ġust iddeterminat abbażi tar-regoli u tal-arranġamenti tas-CCP, jew jekk l-użu ta' tali metodu ieħor ikun meqjus essenzjali mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, iddeterminat bl-użu ta' kwalunkwe metodu xieraq ieħor ta' identifikazzjoni tal-prezz.

5.   Fil-każ ta' membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti li ma jkunx jista' jħallas l-ammont nett iddeterminat skont il-paragrafu 4, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ lis-CCP sabiex tqiegħed lill-membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti f'inadempjenza u tuża l-marġini inizjali u l-kontribuzzjoni tal-fond tal-inadempjenza tiegħu b'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

6.   Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tittermina kuntratt wieħed jew aktar minn dawk imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 1, hija għandha tipprevjeni temporanjament lis-CCP milli tikklirja kwalunkwe kuntratt ġdid tal-istess tip bħal dak itterminat.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tippermetti lis-CCP terġa' tibda tikklirja dawk it-tipi ta' kuntratti biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-CCP tkun konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(b)

l-awtorità tar-riżoluzzjoni toħroġ u tippubblika avviż għal dak il-għan bl-użu tal-mezzi msemmija fl-Artikolu 70(3).

Artikolu 30

Tnaqqis tal-valur ta' kwalunkwe qligħ pagabbli mis-CCP lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti u lill-klijenti tagħhom

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tnaqqas l-ammont tal-valur tal-obbligi tas-CCP li tħallas lil membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti u lill-klijenti tagħhom meta dawk l-obbligi jkunu ġejjin minn qligħ dovut b'konformità mal-proċessi tas-CCP għall-pagament tal-marġini ta' varjazzjoni jew għall-pagament li jkun ekonomikament ekwivalenti . Il-membri tal-ikklerjar għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom mingħajr dewmien dwar l-użu tal-għodda ta' riżoluzzjoni u l-mod kif tali użu jaffettwahom.

2.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tikkalkula kwalunkwe tnaqqis fl-obbligi tal-ħlas imsemmija fil-paragrafu 1 bl-użu ta' mekkaniżmu ekwitabbli ta' allokazzjoni kif iddeterminat fil-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3) u kkomunikata lill-membri tal-ikklirjar hekk malli tintuża l-għodda ta' riżoluzzjoni. Il-qligħ nett totali, li għandu jitnaqqas għal kull membru tal-ikklirjar, għandu jkun proporzjonali għall-ammonti dovuti mis-CCP.

3.   It-tnaqqis fil-valur tal-qligħ pagabbli għandu jidħol fis-seħħ u għandu jorbot minnufih lis-CCP u lill-membri tal-ikklirjar affettwati mill-mument li fih l-awtorità tar-riżoluzzjoni tieħu l-azzjoni ta' riżoluzzjoni.

3a.     Kwalunkwe użu tas-setgħat imsemmija f'dan l-artikolu li jaffettwaw il-pożizzjonijiet ta' klijent iddeżinjat bħala istituzzjoni sistemikament importanti oħra (O-SII) għandu jkun notifikat b'mod puntwali lill-awtorità kompetenti ta' tali klijent.

4.     Membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti ma għandu jkollu ebda pretensjoni fi kwalunkwe proċedimenti sussegwenti kontra s-CCP, jew kontra entità suċċessur tagħha, li jirriżulta mit-tnaqqis fl-obbligi tal-ħlas imsemmija fil-paragrafu 1.

5.   Meta awtorità tar-riżoluzzjoni tnaqqas biss parzjalment il-valur tal-qligħ pagabbli, l-ammont pagabbli residwu li jibqa' għandu xorta jkun dovut lill-membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti.

5a.     Is-CCP għandha tinkludi fir-regoli operattivi tagħha, referenza għas-setgħa li jitnaqqsu l-obbligi tal-ħlas imsemmija fil-paragrafu 1 flimkien ma' kwalunkwe arranġament simili previst f'dawk ir-regoli operattivi fl-istadju tal-irkupru. Is-CCP għandha tiżgura li l-arranġamenti kuntrattwali huma konklużi biex jippermettu lill-Awtorità tar-Riżoluzzjoni teżerċita s-setgħat tagħha skont dan l-artikolu.

Artikolu 31

Sejħa għal flus f'riżoluzzjoni

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ lill-membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti sabiex jagħmlu kontribuzzjonijiet fi flus lis-CCP . L-ammont ta' tali kontribuzzjonijiet fi flus għandu jkun determinat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni bil-għan li jintlaħqu bl-aħjar mod l-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmijin fl-Artikolu 21(1) .

Meta s-CCP topera diversi fondi tal-inadempjenza, l-ammont tal-kontribuzzjoni fi flus imsemmija fl-ewwel subparagrafu għandu jirreferi għall-kontribuzzjoni tal-membru tal-ikklirjar għall-fond jew fondi tal-inadempjenza tas-servizz tal-ikklirjar affettwat jew tal-klassi tal-assi affettwata.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teżerċita s-sejħa għal flus f'riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk ikunux ġew eżawriti l-obbligi kuntrattwali kollha li jeħtieġu li jsiru kontribuzzjonijiet fi flus minn membri tal-ikklirjar mhux inadempjenti.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiddetermina l-ammont ta' kontribuzzjoni fi flus ta' kull membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti b'mod proporzjonali għall-kontribuzzjoni tal-membru tal-ikklirjar għall-fond tal-inadempjenza.

2.   Jekk membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti ma jħallasx l-ammont meħtieġ, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ lis-CCP tqiegħed lill-membru tal-ikklirjar f'inadempjenza u tuża l-marġini inizjali u l-kontribuzzjoni għall-fond tal-inadempjenza tal-membru tal-ikklirjar b'konformità mal-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

2a.     Is-CCP għandha tinkludi riferiment għas-sejħa għal flus għal riżoluzzjoni barra mis-sejħiet għal flus għal irkupru fir-regoli operattivi tagħha u tiżgura li l-arranġamenti kuntrattwali jkunu konklużi biex l-awtorità tar-riżoluzzjoni titħalla teżerċita s-setgħat tagħha fl-ambitu ta' dan l-artikolu.

2b.     L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiddefinixxi l-ammont ta' riżoluzzjoni għal talba għal flus kontanti li għandu jiġi inkluż fir-regoli operattivi, li bħala minimu għandhom ikunu ekwivalenti għall-kontribuzzjoni tal-membru tal-ikklirjar għall-fond tal-inadempjenza.

2c.     L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiddefinixxi l-ammont tas-sejħa għal flus għal riżoluzzjoni li għandu jkun inkluż fir-regoli operattivi.

TAQSIMA 3

VALWAZZJONI NEGATTIVA U KONVERŻJONI TAL-ISTRUMENTI TA' SJIEDA U TAL-ISTRUMENTI TAD-DEJN U TA' OBBLIGAZZJONIJIET MHUX GARANTITI OĦRA

Artikolu 32

Rekwiżit għall-valwazzjoni negattiva u l-konverżjoni tal-istrumenti ta' sjieda u tal-istrumenti tad-dejn u ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tuża l-għodda ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni b'konformità mal-Artikolu 33 fir-rigward tal-istrumenti ta' sjieda u tal-istrumenti tad-dejn u ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra maħruġa mis-CCP f'riżoluzzjoni sabiex tassorbi t-telf, tirrikapitalizza dik is-CCP jew is-CCP tranżitorja jew sabiex tappoġġja l-użu tal-għodda għall-bejgħ ta' negozju.

▌2.   Abbażi tal-valwazzjoni mwettqa b'konformità mal-Artikolu 24(3), l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiddetermina dawn li ġejjin:

(a)

l-ammont li bih l-istrumenti ta' sjieda u l-istrumenti tad-dejn u obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra għandhom jiġu valwati b'mod negattiv wara li jiġi kkunsidrat kwalunkwe telf li għandu jiġi assorbit mill-infurzar ta' kwalunkwe obbligu pendenti tal-membri tal-ikklirjar jew ta' partijiet terzi oħrajn dovuti lis-CCP;

(b)

l-ammont li bih l-istrumenti tad-dejn u obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra għandhom jiġu kkonvertiti fi strumenti ta' sjieda sabiex jitreġġgħu lura r-rekwiżiti prudenzjali tas-CCP jew tas-CCP tranżitorja.

Artikolu 33

Dispożizzjonijiet li jirregolaw il-valwazzjoni negattiva jew il-konverżjoni tal-istrumenti ta' sjieda u tal-istrumenti tad-dejn ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tuża l-għodda ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni skont il-prijorità tal-pretensjonijiet applikabbli fi proċedimenti normali ta' insolvenza.

2.   Qabel tnaqqas jew tikkonverti l-ammont prinċipali tal-istrumenti tad-dejn jew ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tnaqqas il-valur nozzjonali tal-istrumenti ta' sjieda b'mod proporzjonali għat-telf u sal-valur sħiħ tagħhom, fejn ikun meħtieġ.

Meta, b'konformità mal-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3), is-CCP iżżomm valur nett pożittiv wara t-tnaqqis tal-valur tal-istrumenti ta' sjieda, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkanċella jew tnaqqas, skont kif ikun il-każ, dawk l-istrumenti ta' sjieda.

3.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tnaqqas jew tikkonverti, jew saħansitra tnaqqas u tikkonverti, l-ammont prinċipali ta' strumenti tad-dejn u ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra sa fejn ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni u sal-valur sħiħ ta' dawk l-istrumenti jew obbligazzjonijiet, fejn ikun meħtieġ.

4.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandhiex tuża l-għodda ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni fir-rigward tal-obbligazzjonijiet li ġejjin:

(a)

obbligazzjonijiet lejn l-impjegati, fir-rigward tas-salarju, il-benefiċċji tal-pensjoni jew rimunerazzjoni fissa oħra, ħlief għall-komponent varjabbli tar-rimunerazzjoni li mhuwiex irregolat bi ftehim ta' negozjar kollettiv;

(b)

obbligazzjonijiet lejn kredituri kummerċjali jew tan-negozju, li jirriżultaw mill-forniment lis-CCP ta' prodotti jew servizzi li huma kritiċi għall-funzjonament ta' kuljum tal-operazzjonijiet tagħha, inklużi servizzi tal-IT, utilitajiet u l-kiri, il-manutenzjoni u ż-żamma tal-istabbilimenti;

(c)

obbligazzjonijiet lejn l-awtoritajiet tat-taxxa u tas-sigurtà soċjali, sakemm dawk l-obbligazzjonijiet ma jkunux obbligazzjonijiet ippreferuti skont il-liġi tal-insolvenza applikabbli;

(d)

obbligazzjonijiet dovuti lis-sistemi jew lill-operaturi tas-sistemi nnominati skont id-Direttiva 98/26/KE.

5.   Meta l-ammont nozzjonali ta' strument ta' sjieda jew l-ammont prinċipali ta' strument ta' dejn jew ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra jitnaqqas, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dak it-tnaqqis għandu jkun permanenti;

(b)

id-detentur tal-istrument ma għandu jkollu ebda pretensjoni b'konnessjoni ma' dak it-tnaqqis, ħlief għal kwalunkwe obbligazzjoni diġà dovuta, kwalunkwe obbligazzjoni għal danni li tista' tinħoloq bħala riżultat ta' appell li jikkontesta l-legalità ta' dak it-tnaqqis jew kwalunkwe pretensjoni bbażata fuq sjieda maħruġa jew trasferita skont il-paragrafu 6;

(c)

meta dak it-tnaqqis ikun biss parzjali, il-ftehim li ħoloq l-obbligazzjoni oriġinali għandu jkompli japplika fir-rigward tal-ammont residwu soġġett għal kwalunkwe emenda meħtieġa tat-termini ta' dak il-ftehim minħabba t-tnaqqis.

Il-punt (a) ma għandux jimpedixxi lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni milli japplikaw mekkaniżmu ta' valwazzjoni pożittiva biex jirrimborżaw lid-detenturi tal-istrumenti tad-dejn jew ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra u mbagħad lid-detenturi ta' istrumenti ta' sjieda, meta l-livell ta' valwazzjoni negattiva abbażi tal-valwazzjoni provviżorja jinstab li jeċċedi l-ammonti meħtieġa meta vvalutat kontra l-valwazzjoni definittiva msemmija fl-Artikolu 26(2).

6.   Meta tikkonverti l-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra skont il-paragrafu 3, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ lis-CCPs jew lill-impriżi prinċipali tagħhom joħorġu jew jittrasferixxu strumenti ta' sjieda lid-detenturi tal-istrumenti tad-dejn jew ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra.

7.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tikkonverti biss l-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra skont il-paragrafu 3 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha l-qbil tal-awtorità kompetenti tal-impriża prinċipali meta l-impriża prinċipali tkun meħtieġa toħroġ l-istrumenti ta' sjieda;

(b)

l-istrumenti ta' sjieda jinħarġu qabel kwalunkwe ħruġ ta' strumenti ta' sjieda mis-CCP għall-finijiet tal-provvediment ta' fondi proprji mill-Istat jew minn entità tal-gvern;

(c)

ir-rata tal-konverżjoni tirrappreżenta kumpens xieraq lid-detenturi tad-dejn affettwati, b'konformità mat-trattament tagħhom skont il-proċedimenti normali tal-insolvenza.

Wara kwalunkwe konverżjoni ta' strumenti ta' dejn jew ta' obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra fi strumenti ta' sjieda, dawn tal-aħħar għandhom jiġu sottoskritti jew ittrasferiti mingħajr dewmien wara l-konverżjoni.

8.   Għall-finijiet tal-paragrafu 7, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura, fil-kuntest tal-iżvilupp u l-manutenzjoni tal-pjan ta' riżoluzzjoni tas-CCP u bħala parti mis-setgħat sabiex jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà tas-CCP, li s-CCP dejjem tkun tista' toħroġ l-għadd meħtieġ ta' strumenti ta' sjieda.

Artikolu 34

L-effett ta' valwazzjoni negattiva u konverżjoni

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tlesti jew titlob li jitlestew il-kompiti proċedurali u amministrattivi kollha meħtieġa sabiex jingħata effett lill-użu tal-għodda ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni, inklużi:

(a)

l-emenda tar-reġistri rilevanti kollha;

(b)

it-tneħħija mill-elenkar jew it-tneħħija mill-kummerċ ta' strumenti ta' sjieda jew strumenti ta' dejn;

(c)

l-elenkar jew l-ammissjoni għall-kummerċ ta' strumenti ta' sjieda ġodda;

(d)

l-elenkar mill-ġdid jew riammissjoni ta' kwalunkwe strument ta' dejn li ġie valwat negattivament, mingħajr ir-rekwiżit għall-ħruġ ta' prospett skont id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

Artikolu 35

It-tneħħija tal-ostakoli proċedurali għall-valwazzjoni negattiva u għall-konverżjoni

Meta japplika t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 32(1), l-awtorità kompetenti għandha teħtieġ lis-CCPs, jew lill-impriżi prinċipali tagħhom, li jżommu dejjem ammont suffiċjenti ta' strumenti ta' sjieda sabiex jiżguraw li dawk is-CCPs jew l-impriżi prinċipali tagħhom ikunu jistgħu joħorġu ammont suffiċjenti ta' strumenti ta' sjieda ġodda u li l-ħruġ ta' jew il-konverżjoni fi strumenti ta' sjieda jkunu jistgħu jitwettqu b'mod effettiv.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tuża l-għodda ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni irrispettivament minn kwalunkwe dispożizzjoni fl-istrumenti ta' inkorporazzjoni jew statuti tas-CCP, inkluż fir-rigward tad-drittijiet ta' prelazzjoni għall-azzjonisti jew ir-rekwiżiti għall-kunsens tal-azzjonisti għal żieda tal-kapital.

Artikolu 36

Sottomissjoni ta' pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju

1.   Is-CCPs għandhom, fi żmien xahar wara l-użu tal-għodod imsemmija fl-Artikolu 32, jagħmlu rieżami tal-kawżi li wasslu għall-falliment tagħhom jissottomettuh lill-awtorità tar-riżoluzzjoni flimkien ma' pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju b'konformità mal-Artikolu 37. Meta l-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni jkun applikabbli, dak il-pjan għandu jkun kompatibbli mal-pjan ta' ristrutturar li s-CCP hija meħtieġa tissottometti lill-Kummissjoni fil-kuntest ta' dak il-qafas.

Fejn ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' testendi l-perjodu msemmi fl-ewwel subparagrafu sa massimu ta' xahrejn.

2.   Meta jkun meħtieġ li jiġi nnotifikat pjan ta' ristrutturar fi ħdan il-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, is-sottomissjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandha tkun mingħajr preġudizzju għad-data ta' skadenza stipulata mill-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni għas-sottomissjoni ta' dak il-pjan ta' ristrutturar.

3.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tippreżenta r-rieżami u l-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju u kwalunkwe reviżjoni tiegħu, b'konformità mal-Artikolu 38, lill-awtorità kompetenti u lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni.

Artikolu 37

Il-kontenut tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju

1.   Il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju msemmi fl-Artikolu 36 għandu jistabbilixxi miżuri mmirati biex ireġġgħu lura l-vijabbiltà fit-tul tas-CCP jew ta' partijiet min-negozju tagħha fi żmien raġonevoli. Dawk il-miżuri għandhom ikunu bbażati fuq suppożizzjonijiet realistiċi fir-rigward tal-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji tas-suq li fihom topera s-CCP.

Il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jieħu kont tal-istati attwali u potenzjali tas-swieq finanzjarji u jkun jirrifletti s-suppożizzjonijiet l-aktar ottimisti kif ukoll l-aktar pessimisti, inkluża kombinazzjoni ta' eventi sabiex ikunu jistgħu jiġu identifikati l-vulnerabbiltajiet ewlenin tas-CCP. Is-suppożizzjonijiet għandhom jitqabblu ma' punti ta' referenza xierqa għas-settur kollu.

2.   Il-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju għandu jinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:

(a)

analiżi dettaljata tal-fatturi u taċ-ċirkostanzi li wasslu biex is-CCP tfalli jew tkun fi probabbiltà li tfalli;

(b)

deskrizzjoni tal-miżuri li għandhom jiġu adottati sabiex titreġġa' lura l-vijabbiltà fit-tul tas-CCP;

(c)

skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni ta' dawk il-miżuri.

3.   Il-miżuri mmirati biex ireġġgħu lura l-vijabbiltà fit-tul ta' CCP jistgħu jinkludu:

(a)

ir-riorganizzazzjoni u r-ristrutturar tal-attivitajiet tas-CCP;

(b)

bidliet fis-sistemi operattivi u l-infrastruttura tas-CCP;

(c)

il-bejgħ ta' assi jew ta' linji ta' negozju.

3a.     Fil-każ fejn il-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni huwa applikat skont l-Artikolu 36(1) u (2), l-awtorità tar-riżoluzzjoni, l-awtorità kompetenti u l-Kummissjoni għandhom jikkoordinaw il-valutazzjoni tal-miżuri previsti sabiex titreġġa' lura l-vijabbiltà fit-tul tas-CCP, kwalunkwe talba għal sottomissjoni mill-ġdid ta' pjan emendat mis-CCP u l-adozzjoni finali ta' pjan ta' ristrutturar jew ta' riorganizzazzjoni tan-negozju.

3b.     L-ESMA għandha, sa… [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] toħroġ linji gwida f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 biex tispeċifika aktar l-elementi minimi li għandhom jiġu inklużi fi pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju skont il-paragrafu 2.

3c.     Filwaqt li, fejn xieraq, tqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-linji gwida msemmija fil-paragrafu 3a, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji bil-għan li tispeċifika ulterjorment il-kriterji minimi li għandhom ikunu inklużi fi pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju skont il-paragrafu 2.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 38

Il-valutazzjoni u l-adozzjoni tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju

1.   Fi żmien xahar mis-sottomissjoni mis-CCP tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju skont l-Artikolu 36(1), l-awtorità tar-riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti għandhom jivvalutaw jekk il-miżuri previsti f'dak il-pjan b'mod affidabbli jreġġgħux lura l-vijabbiltà fit-tul tas-CCP.

Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti jkunu ssodisfati li l-pjan se jreġġa' lura l-vijabbiltà fit-tul tas-CCP, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tapprova l-pjan.

2.   Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti ma jkunux issodisfati li l-miżuri previsti fil-pjan se jreġġgħu lura l-vijabbiltà fit-tul tas-CCP, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika lis-CCP dwar it-tħassib tagħhom u teħtieġha terġa' tissottometti pjan emendat li jindirizza dak it-tħassib fi żmien ġimgħatejn min-notifika.

3.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni u l-awtorità kompetenti għandhom jivvalutaw il-pjan sottomess mill-ġdid fi żmien ġimgħa minn meta jirċievu dak il-pjan dwar jekk it-tħassib kienx indirizzat b'mod xieraq, kif ukoll jekk humiex meħtieġa emendi ulterjuri.

3a.     L-ESMA għandha, sa… [18-il xhar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 bil-għan li tispeċifika ulterjorment il-kriterji minimi li pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju jrid jissodisfa għall-approvazzjoni min-naħa tal-awtorità tar-riżoluzzjoni skont il-paragrafu 1.

3b.     Filwaqt li, fejn xieraq, tqis l-esperjenza miksuba fl-applikazzjoni tal-linji gwida msemmija fil-paragrafu 3a, l-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji bil-għan li jiġu sodisfatti ulterjorment il-kriterji minimi li pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju jrid jissodisfa għall-approvazzjoni min-naħa tal-awtorità tar-riżoluzzjoni skont il-paragrafu 1s.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 39

L-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju

1.   Is-CCP għandha timplimenta l-pjan ta' riorganizzazzjoni tan-negozju u għandha tissottometti rapport lill-awtorità tar-riżoluzzjoni u lill-awtorità kompetenti kif meħtieġ u, mill-inqas, kull sitt xhur dwar il-progress tagħha fl-implimentazzjoni tal-pjan.

2.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni, bi qbil mal-awtorità kompetenti, tista' titlob lis-CCP tirrevedi l-pjan, fejn ikun meħtieġ, sabiex jintlaħaq l-għan imsemmi f'37(1).

Is-CCP għandha tissottometti r-reviżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-awtorità tar-riżoluzzjoni għal valutazzjoni b'konformità mal-Artikolu 38(3). L-awtorità tar-riżoluzzjoni, f'każ li japplika l-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, għandha tikkoordina din il-valutazzjoni mal-Kummissjoni.

TAQSIMA 4

L-GĦODDA GĦALL-BEJGĦ TA' NEGOZJU

Artikolu 40

L-għodda għall-bejgħ ta' negozju

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tittrasferixxi dawn li ġejjin lil akkwirent li ma jkunx CCP tranżitorja:

(a)

strumenti ta' sjieda maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;

(b)

kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni ta' CCP taħt riżoluzzjoni.

It-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tas-CCP jew ta' kwalunkwe parti terza minbarra l-akkwirent u mingħajr konformità ma' kwalunkwe rekwiżit proċedurali skont il-liġi tal-kumpaniji jew tat-titoli ħlief għal dawk previsti fl-Artikolu 41.

2.   Trasferiment li jsir skont il-paragrafu 1 għandu jsir fuq termini kummerċjali, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi u b'konformità mal-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tieħu l-passi kollha raġonevoli sabiex tikseb termini kummerċjali li jikkonformaw mal-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3).

3.   Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor f'dan ir-Regolament, minn kwalunkwe korrispettiv imħallas mill-akkwirent għandhom jibbenifikaw:

(a)

is-sidien tal-istrumenti ta' sjieda, meta l-bejgħ tan-negozju jkun sar permezz tat-trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda maħruġa mis-CCP mid-detenturi ta' dawk l-istrumenti lill-akkwirent;

(b)

is-CCP, meta l-bejgħ tan-negozju jkun sar permezz tat-trasferiment tal-assi jew l-obbligazzjonijiet kollha tas-CCP, jew parti minnhom, lill-akkwirent;

(c)

kwalunkwe membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti li ġarrab telf qabel ir-riżoluzzjoni.

L-allokazzjoni ta' kwalunkwe korrispettiv imħallas mill-akkwirent għandha ssir b'konformità mal-kaskata tal-inadempjenza tas-CCP kif stabbilit fl-Artikoli 43 u 45 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u mal-prijorità tal-pretensjonijiet skont proċedimenti normali ta' insolvenza.

4.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teżerċita s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fil-paragrafu 1 aktar minn darba sabiex tagħmel trasferimenti supplimentari ta' strumenti ta' sjieda maħruġa mis-CCP jew, skont kif jista' jkun il-każ, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tas-CCP.

5.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista', bil-kunsens tal-akkwirent, tittrasferixxi l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet li kienu ttrasferiti lill-akkwirent lura lis-CCP, jew l-istrumenti ta' sjieda lura lis-sidien oriġinali tagħhom.

Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tuża s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fl-ewwel subparagrafu, is-CCP jew is-sidien oriġinali għandhom jieħdu lura kwalunkwe tali assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet, jew strumenti ta' sjieda.

6.   Kwalunkwe trasferiment li jsir skont il-paragrafu 1 għandu jsir irrispettivament minn jekk l-akkwirent ikunx awtorizzat jipprovdi s-servizzi u jwettaq l-attivitajiet li jirriżultaw mill-akkwiżizzjoni.

Meta l-akkwirent ma jkunx awtorizzat jipprovdi s-servizzi u jwettaq l-attivitajiet li jirriżultaw mill-akkwiżizzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni, f'konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti, għandha twettaq diliġenza dovuta xierqa tal-akkwirent u tiżgura li l-akkwirent japplika għal awtorizzazzjoni hekk kif ikun prattiku u, sa mhux aktar tard minn xahar mill-użu tal-għodda tal-bejgħ tan-negozju. L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li kwalunkwe tali applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tiġi kkunsidrata b'ħeffa.

7.   Meta t-trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda msemmi fil-paragrafu 1 jirriżulta fl-akkwiżizzjoni ta' jew fiż-żieda f'parteċipazzjoni kwalifikanti msemmija fl-Artikolu 31(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-awtorità kompetenti għandha twettaq il-valutazzjoni msemmija f'dak l-artikolu f'perjodu ta' żmien li la jdewwem l-applikazzjoni tal-għodda għall-bejgħ ta' negozju u lanqas jipprevjeni lill-azzjoni ta' riżoluzzjoni milli tilħaq l-objettivi ta' riżoluzzjoni rilevanti.

8.   Meta l-awtorità kompetenti ma tkunx lestiet il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 7 sad-data li fiha l-istrumenti ta' sjieda jiġu ittrasferiti, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a)

it-trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda għandu jkollu effett legali immedjat mid-data li fiha jiġu ttrasferiti;

(b)

matul il-perjodu ta' valutazzjoni u matul kwalunkwe perjodu ta' ċessjoni previst fil-punt (f), id-drittijiet tal-vot tal-akkwirent marbuta ma' dawk l-istrumenti ta' sjieda għandhom jiġu sospiżi u vestiti biss fl-awtorità tar-riżoluzzjoni, li ma għandu jkollha l-ebda obbligu li teżerċitahom u li ma għandhiex tkun responsabbli sabiex teżerċita jew iżżomm milli jiġu eżerċitati tali drittijiet;

(c)

matul il-perjodu ta' valutazzjoni u matul kwalunkwe perjodu ta' ċessjoni previst mill-punt (f), kwalunkwe penali jew miżuri għall-ksur tar-rekwiżiti għall-akkwiżizzjonijiet jew id-disponimenti ta' parteċipazzjonijiet kwalifikanti previsti fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 ma għandhomx japplikaw għal dak it-trasferiment;

(d)

l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lill-awtorità tar-riżoluzzjoni u lill-akkwirent bil-miktub bir-riżultat tal-valutazzjoni tagħha b'konformità mal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 minnufih wara li tlesti l-valutazzjoni tagħha;

(e)

meta l-awtorità kompetenti ma topponix għat-trasferiment, id-drittijiet tal-vot marbuta ma' dawk l-istrumenti ta' sjieda għandhom jitqiesu bħala li huma vestiti b'mod sħiħ fl-akkwirent min-notifika msemmija fil-punt (d);

(f)

meta l-awtorità kompetenti topponi t-trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda, il-punt (b) għandu jkompli japplika u l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista', wara li tieħu inkonsiderazzjoni l-kundizzjonijiet tas-suq, tistabbilixxi perjodu ta' ċessjoni li matulu l-akkwirent għandu jiddivesti tali strumenti ta' sjieda.

9.   Għall-finijiet tal-eżerċitar tad-dritt tiegħu li jipprovdi servizzi b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-akkwirent għandu jitqies bħala kontinwazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni u jista' jkompli jeżerċita kwalunkwe dritt bħal dan li kien eżerċitat mis-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

10.   L-akkwirent imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux jitwaqqaf milli jeżerċita d-drittijiet tas-CCP ta' sħubija u milli jikseb aċċess għas-sistema tas-saldu u tal-pagamenti jew kwalunkwe infrastruttura oħra tas-suq finanzjarju, dment li l-akkwirent jissodisfa l-kriterji għas-sħubija jew għall-parteċipazzjoni f'dawk is-sistemi jew l-infrastrutturi.

Meta l-akkwirent ma jissodisfax il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, huwa jkun jista' jkompli jeżerċita d-drittijiet tas-CCP ta' sħubija u jikseb aċċess għal dawk is-sistemi u l-infrastrutturi soġġett għall-approvazzjoni mill-awtorità tar-riżoluzzjoni. Tali approvazzjoni għandha tingħata biss għal perjodu ta' żmien li ma jaqbiżx it-12-il xahar.

11.    Għal perjodu ta' 12-il xahar, l-akkwirent ma għandux jiġi mċaħħad mill-aċċess għas-sistemi tas-saldu jew tal-pagamenti jew għal kwalunkwe infrastruttura oħra tas-suq finanzjarju fuq il-bażi li l-akkwirent ma jkunx jippossjedi klassifikazzjoni maħruġa minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, jew fuq il-bażi li l-klassifikazzjoni tkun taħt il-livelli tal-klassifikazzjoni meħtieġa sabiex jingħata aċċess għal dawk is-sistemi jew l-infrastrutturi.

12.   Sakemm ma jiġix stabbilit mod ieħor f'dan ir-Regolament, l-azzjonisti, il-kredituri, il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tas-CCP taħt riżoluzzjoni, kif ukoll partijiet terzi oħrajn li l-assi, id-drittijiet, l-obbligi u l-obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti, ma għandux ikollhom drittijiet fuq, jew fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

Artikolu 41

Għodda tal-bejgħ ta' negozju: rekwiżiti proċedurali

1.   Meta tuża l-bejgħ ta' għodda ta' negozju fir-rigward ta' CCP, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tirreklama d-disponibbiltà, jew tagħmel arranġamenti għat-tqegħid fis-suq, tal-assi, tad-drittijiet, tal-obbligi, tal-obbligazzjonijiet jew tal-istrumenti ta' sjieda maħsuba sabiex jiġu ttrasferiti. Puli ta' drittijiet, assi, obbligi u obbligazzjonijiet jistgħu jiġu kummerċjalizzati separatament.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, fejn applikabbli, il-kummerċjalizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha titwettaq skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

għandha kemm jista' jkun tkun trasparenti u ma għandhiex tirrappreżenta b'mod ħażin materjalment l-assi, id-drittijiet, l-obbligi, l-obbligazzjonijiet, jew l-istrumenti ta' sjieda tas-CCP, wara li jkunu tqiesu ċ-ċirkostanzi u, b'mod partikolari, il-ħtieġa li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja;

(b)

ma għandhiex tiffavorixxi jew tiddiskrimina b'mod mhux xieraq bejn l-akkwirenti potenzjali;

(c)

għandha tkun ħielsa minn kull kunflitt ta' interess;

(d)

għandha tikkunsidra l-ħtieġa li tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni rapida;

(e)

għandha timmira li timmassimizza, sa fejn possibbli, il-prezz tal-bejgħ għall-istrumenti ta' sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijet involuti.

Il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu ma għandhomx jimpedixxu lill-awtorità tar-riżoluzzjoni milli tissolleċita akkwirenti potenzjali partikolari.

3.   B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tikkummerċjalizza l-assi, id-drittijiet, l-obbligi, l-obbligazzjonijiet jew l-istrumenti ta' sjieda mingħajr ma tikkonforma mal-kriterji msemmija fil-paragrafu 2, fejn il-konformità ma' dawk il-kriterji x'aktarx li timmina wieħed jew aktar mill-objettivi tar-riżoluzzjoni.

TAQSIMA 5

L-GĦODDA TAS-CCP TRANŻITORJA

Artikolu 42

L-għodda tas-CCP tranżitorja

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tittrasferixxi għand CCP tranżitorja dawn li ġejjin:

(a)

l-istrumenti ta' sjieda maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;

(b)

kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni.

It-trasferiment imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jsir mingħajr ma jinkiseb il-kunsens tal-azzjonisti tas-CCP taħt riżoluzzjoni jew kwalunkwe parti terza minbarra s-CCP tranżitorja u mingħajr konformità ma' kwalunkwe rekwiżit proċedurali skont il-liġi tal-kumpaniji jew tat-titoli minbarra dawk previsti fl-Artikolu 43.

2.   Is-CCP tranżitorja għandha tkun persuna ġuridika li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

tkun ikkontrollata mill-awtorità tar-riżoluzzjoni u tkun totalment jew parzjalment proprjetà ta' awtorità pubblika waħda jew aktar, li jistgħu jinkludu l-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(b)

tinħoloq għall-iskop li tirċievi u żżomm l-istrumenti ta' sjieda kollha, jew uħud minnhom, maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni jew l-assi, id-drittijiet, l-obbligi u l-obbligazzjonijiet kollha tas-CCP, jew uħud minnhom, bil-għan li żżomm il-funzjonijiet kritiċi tas-CCP u sussegwentement tbigħ is-CCP.

3.   Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tapplika l-għodda tas-CCP tranżitorja, hija għandha tiżgura li l-valur totali tal-obbligazzjonijiet u l-obbligi ttrasferiti lis-CCP tranżitorja ma jaqbiżx il-valur totali tad-drittijiet u l-assi ttrasferiti mis-CCP taħt riżoluzzjoni.

4.   Sakemm ma jiġix previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, minn kwalunkwe korrispettiv imħallas mis-CCP tranżitorja għandhom jibbenifikaw:

(a)

is-sidien tal-istrumenti ta' sjieda, meta t-trasferiment lis-CCP tranżitorja jkun sar permezz tat-trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda maħruġa mis-CCP taħt riżoluzzjoni mingħand id-detenturi ta' dawk l-istrumenti lis-CCP tranżitorja;

(b)

is-CCP taħt riżoluzzjoni, meta t-trasferiment lis-CCP tranżitorja jkun sar permezz tat-trasferiment tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet kollha, jew uħud minnhom, ta' dik is-CCP lis-CCP tranżitorja.

5.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teżerċita s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fil-paragrafu 1 aktar minn darba sabiex tagħmel trasferimenti supplimentari tal-istrumenti ta' sjieda maħruġa minn CCP jew tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tagħha.

6.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tittrasferixxi d-drittijiet, l-obbligi, l-assi jew l-obbligazzjonijiet li kienu ttrasferiti lis-CCP tranżitorja lura lis-CCP taħt riżoluzzjoni, jew l-istrumenti ta' sjieda lura lis-sidien oriġinali tagħhom, meta dak it-trasferiment ikun espliċitament previst fl-istrument li permezz tiegħu jsir it-trasferiment imsemmi fil-paragrafu 1.

Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tuża s-setgħa tat-trasferiment imsemmija fl-ewwel subparagrafu, is-CCP taħt riżoluzzjoni jew is-sidien oriġinali għandhom ikunu obbligati li jieħdu lura kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni, jew strumenti ta' sjieda, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stipulati fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu jew fil-paragrafu 7.

7.   Meta l-istrumenti ta' sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet speċifiċi ma jaqgħux fil-klassijiet tal-istrumenti ta' sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet speċifikati fl-istrument li permezz tiegħu jkun sar it-trasferiment, jew ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet għat-trasferiment tagħhom, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tittrasferihom mis-CCP tranżitorja lura lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew lis-sidien oriġinali tagħhom.

8.   Trasferiment imsemmi fil-paragrafi 6 u 7 jista' jsir fi kwalunkwe ħin u għandu jikkonforma ma' kwalunkwe kundizzjoni oħra imsemmija fl-istrument li permezz tiegħu t-trasferiment ikun sar għall-iskop rilevanti.

9.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tittrasferixxi strumenti ta' sjieda, jew assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet mis-CCP tranżitorja lil parti terza.

10.   Għall-finijiet tal-eżerċitar tad-dritt tagħha li tipprovdi servizzi b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012, CCP tranżitorja għandha titqies bħala kontinwazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni u tista' tkompli teżerċita kwalunkwe tali dritt li kien eżerċitat mis-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

Għal kwalunkwe fini oħra, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jeħtieġu li CCP tranżitorja titqies bħala kontinwazzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni u tkun tista' tkompli teżerċita kwalunkwe dritt li kien eżerċitat mis-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti.

11.   Is-CCP tranżitorja ma għandhiex titwaqqaf milli teżerċita d-drittijiet ta' sħubija u milli tikseb aċċess għas-sistema tas-saldu u tal-pagamenti u għal FMIs oħrajn tas-CCP taħt riżoluzzjoni, dment li tissodisfa l-kriterji għas-sħubija u l-parteċipazzjoni f'dawk is-sistemi u l-infrastrutturi.

Meta s-CCP tranżitorja ma tissodisfax il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu, is-CCP tranżitorja tista' tkompli teżerċita d-drittijiet ta' sħubija tagħha bħala CCP u jkollha aċċess għal dawk is-sistemi u l-infrastrutturi għal perjodu ta' żmien speċifikat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni. Dak il-perjodu ta' żmien ma għandux jaqbeż it-12-il xahar.

12.   Is-CCP tranżitorja ma għandhiex tiġi mċaħħda l-aċċess għas-sistema tas-saldu u tal-pagamenti jew għal kwalunkwe FMI oħra fuq il-bażi li s-CCP tranżitorja ma jkollhiex klassifikazzjoni minn aġenzija ta' klassifikazzjoni tal-kreditu, jew fuq il-bażi li l-klassifikazzjoni hija taħt il-livelli ta' klassifikazzjoni meħtieġa sabiex jingħata aċċess għal dawk is-sistemi jew l-infrastrutturi.

13.   L-azzjonisti jew il-kredituri tas-CCP taħt riżoluzzjoni u partijiet terzi oħrajn li l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tagħhom ma jiġux ittrasferiti lis-CCP tranżitorja, ma għandu jkollhom l-ebda dritt fuq jew fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti lis-CCP tranżitorja, jew inkella fuq il-bord jew il-maniġment superjuri tagħha.

14.   Is-CCP tranżitorja ma għandu jkollha l-ebda obbligu jew responsabbiltà fil-konfront tal-azzjonisti jew tal-kredituri tas-CCP taħt riżoluzzjoni, u l-bord jew il-maniġment superjuri tas-CCP tranżitorja ma għandu jkollu l-ebda obbligazzjoni lejn dawk l-azzjonisti jew il-kredituri għal atti u omissjonijiet fl-eżerċitar tal-obbligi tagħhom, sakemm l-att jew l-omissjoni ma jkunux dovuti għal negliġenza kbira jew imġiba ħażina serja skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 43

CCP tranżitorja; rekwiżiti proċedurali

1.   Is-CCP tranżitorja għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(a)

is-CCP tranżitorja għandha tfittex l-approvazzjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni għal dawn kollha li ġejjin:

(i)

ir-regoli tal-inkorporazzjoni tas-CCP tranżitorja;

(ii)

il-membri tal-bord tas-CCP tranżitorja, fejn dawk il-membri ma jkunux maħtura direttament mill-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(iii)

ir-responsabbiltajiet u r-rimunerazzjoni tal-membri tal-bord tas-CCP tranżitorja, meta r-rimunerazzjoni u r-responsabbiltajiet ma jiġux iddeterminati mill-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(iv)

l-istrateġija u l-profil tar-riskju tas-CCP tranżitorja;

(b)

is-CCP tranżitorja għandha tassumi l-awtorizzazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni sabiex tipprovdi s-servizzi jew twettaq l-attivitajiet li jirriżultaw mit-trasferiment imsemmi fl-Artikolu 42(1) b'konformità mar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

Meta s-CCP tranżitorja ma tkunx awtorizzata kif meħtieġ skont il-punt (b) tal-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tfittex l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti għat-twettiq tat-trasferiment imsemmi fl-Artikolu 42(1). Meta l-awtorità kompetenti tapprova dak it-trasferiment, hija għandha tindika l-perjodu li matulu s-CCP tranżitorja tiġi eżentata milli tikkonforma mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

L-eżenzjoni tar-rekwiżiti prudenzjali fl-ambitu tal-Kapitolu 3 tat-Titolu IV tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 għandha tkun konċessa biss għal perjodu massimu ta' tliet xhur, filwaqt li dik għad-dispożizzjonijiet l-oħrajn kollha tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tista' tkun konċessa għal perjodu massimu ta' 12-il xahar.

2.   Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni imposta b'konformità mar-regoli tal-kompetizzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni, il-maniġment tas-CCP tranżitorja għandu jopera s-CCP tranżitorja bl-objettiv li jżomm l-aċċess mill-partijiet ikkonċernati għall-funzjonijiet kritiċi tas-CCP tranżitorja, kif ukoll bl-objettiv li jbigħ is-CCP tranżitorja jew kwalunkwe assi, dritt, obbligu jew obbligazzjoni tagħha lil akkwirent wieħed jew aktar fis-settur privat. Dan il-bejgħ għandu jsir meta l-kundizzjonijiet tas-suq ikunu xierqa u fil-perjodu speċifikat fil-paragrafi 5 u, fejn applikabbli, 6 ta' dan l-Artikolu.

3.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tittermina s-CCP tranżitorja fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

jiġu ssodisfati l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(b)

is-CCP tranżitorja tiġi fuża ma' entità oħra;

(c)

is-CCP tranżitorja ma tibqax tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 42(2);

(d)

is-CCP tranżitorja jew sostanzjalment l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet kollha tagħha jkunu ġew mibjugħa b'konformità mal-paragrafu 4;

(e)

jiskadi l-perjodu speċifikat fil-paragrafu 5;

(f)

il-kuntratti kklirjati mis-CCP tranżitorja jkunu ġew saldati, ikunu skadew jew ikunu ngħalqu u d-drittijiet u l-obbligi tas-CCP relatati ma' dawk il-kuntratti jkunu b'hekk kompletament ħielsa.

4.   Qabel tbigħ is-CCP tranżitorja jew l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tagħha, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tirreklama d-disponibbiltà tal-elementi intiżi biex jinbiegħu u għandha tiżgura li dawn jiġu kkummerċjalizzati b'mod miftuħ u trasparenti u li ma jkunux materjalment rappreżentati ħażin.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha twettaq il-bejgħ imsemmi fl-ewwel subparagrafu fuq termini kummerċjali u ma għandhiex tiffavorixxi jew tiddiskrimina indebitament bejn l-akkwirenti potenzjali.

5.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tittermina l-operat ta' CCP tranżitorja sentejn wara d-data li fiha jsir l-aħħar trasferiment mis-CCP taħt riżoluzzjoni.

Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tittermina l-operat ta' CCP tranżitorja, hija għandha titlob lill-awtorità kompetenti sabiex tirtira l-awtorizzazzjoni tas-CCP tranżitorja.

6.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' testendi l-perjodu msemmi fil-paragrafu 5 għal perjodu addizzjonali wieħed jew aktar ta' sena meta l-estensjoni tkun meħtieġa għat-terminazzjoni tas-CCP tranżitorja kif imsemmi fil-punti (a) sa (d) tal-paragrafu 3.

Id-deċiżjoni li jiġi estiż il-perjodu msemmi fil-paragrafu 5 għandha tkun motivata u għandha tinkludi valutazzjoni dettaljata tas-sitwazzjoni tas-CCP tranżitorja fir-rigward tal-kundizzjonijiet tas-suq u l-prospett tas-suq rilevanti.

7.   Meta CCP tranżitorja tiġi tterminata fiċ-ċirkostanzi msemmija fil-punti (d) jew (e) tal-paragrafu 3, is-CCP tranżitorja għandha tiġi stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza.

Sakemm ma jiġix previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, minn kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tas-CCP tranżitorja għandhom jibbenifikaw l-azzjonisti tagħha.

Meta CCP tranżitorja tintuża sabiex jiġu ttrasferiti assi u obbligazzjonijiet ta' aktar minn CCP waħda taħt riżoluzzjoni, ir-rikavat imsemmi fit-tieni subparagrafu għandu jiġi attribwit skont ir-referenza għall-assi u l-obbligazzjonijiet ittrasferiti minn kull CCP taħt riżoluzzjoni.

TAQSIMA 6

ARRANĠAMENTI ADDIZZJONALI TA' FINANZJAMENT

Artikolu 44

Mezzi alternattivi ta' finanzjament

L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tidħol f'kuntratti sabiex tissellef jew tikseb forom oħrajn ta' appoġġ finanzjarju, inkluż minn riżorsi prefinanzjati disponibbli fi kwalunkwe fond ta' inadempjenza mhux eżawrit fis-CCP taħt riżoluzzjoni, fejn ikun meħtieġ sabiex jiġi żgurat l-użu effettiv tal-għodod ta' riżoluzzjoni.

TAQSIMA 7

GĦODOD GOVERNATTIVI TA' STABBILIZZAZZJONI

Artikolu 45

Għodod governattivi ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tuża l-għodod governattivi ta' stabbilizzazzjoni b'konformità mal-Artikoli 46 u 47 bl-iskop li tirriżolvi CCP biss meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-appoġġ finanzjarju jkun meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-objettivi tar-riżoluzzjoni;

(b)

l-appoġġ finanzjarju jintuża meta jkun falla kull tentattiv ieħor wara li jkunu ġew ivvalutati u sfruttati l-għodod ta' riżoluzzjoni l-oħrajn sal-livell massimu prattikabbli, filwaqt li tinżamm l-istabbiltà finanzjarja, kif iddeterminat mill-ministeru kompetenti jew mill-gvern wara konsultazzjoni mal-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(c)

l-appoġġ finanzjarju jkun konformi mal-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni;

(ca)

l-appoġġ finanzjarju jintuża għal perjodu ta' żmien limitat;

(d)

(da)

l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun iddefiniet minn qabel arranġamenti komprensivi u kredibbli għall-irkupru, fuq perjodu ta' żmien xieraq, tal-fondi pubbliċi utilizzati mill-parteċipanti li jibbenefikaw minn appoġġ pubbliku, sakemm dawn il-fondi ma jkunux diġà ġew irkuprati permezz tal-bejgħ lil xerrej privat skont l-Artikolu 46(3) jew l-Artikolu 47(2);

2.   Sabiex jingħata effett lill-għodod governattivi ta' stabbilizzazzjoni finanzjarja, il-ministeri kompetenti jew il-gvernijiet għandu jkollhom is-setgħat ta' riżoluzzjoni rilevanti kif speċifikati fl-Artikoli 48 sa 59 u għandhom jiżguraw li tinżamm il-konformità mal-Artikoli 52, 54 u 70.

3.   Għodod governattivi ta' stabilizzazzjoni finanzjarja għandhom jitqiesu li għandhom jintużaw bħala l-aħħar alternattiva għall-finijiet tal-punt (b) tal-paragrafu 1, fejn mill-inqas waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin ikunu ssodisfati:

(a)

il-ministeru kompetenti jew il-gvern u l-awtorità tar-riżoluzzjoni, wara konsultazzjoni mal-bank ċentrali u mal-awtorità kompetenti, jiddeterminaw li l-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni ma jkunx biżżejjed sabiex jiġi evitat effett negattiv sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja;

(b)

il-ministeru kompetenti jew il-gvern u l-awtorità tar-riżoluzzjoni jiddeterminaw li l-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni ma jkunx biżżejjed sabiex jitħares l-interess pubbliku, meta l-assistenza ta' likwidità straordinarja mill-bank ċentrali tkun diġà ngħatat lis-CCP;

(c)

fir-rigward tal-għodda ta' sjieda pubblika temporanja, il-ministeru kompetenti jew il-gvern, wara konsultazzjoni mal-awtorità kompetenti u mal-awtorità tar-riżoluzzjoni, jiddetermina li l-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni ma jkunx biżżejjed sabiex jitħares l-interess pubbliku, meta l-appoġġ ta' ekwità pubblika permezz tal-għodda ta' appoġġ għall-ekwità jkun diġà ngħata lis-CCP.

Artikolu 46

Għodda pubblika ta' appoġġ għall-ekwità

1.   L-appoġġ finanzjarju pubbliku jista' jiġi pprovdut fir-rikapitalizzazzjoni ta' CCP bi skambju għal strumenti ta' sjieda.

2.   Is-CCPs soġġetti għall-għodda pubblika ta' appoġġ għall-ekwità għandhom jiġu ġestiti fuq bażi kummerċjali u professjonali.

3.   L-istrumenti ta' sjieda msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinbiegħu lil akkwirent privat malli jippermettu ċ-ċirkostanzi kummerċjali u finanzjarji.

Artikolu 47

Għodda ta' sjieda pubblika temporanja

1.   CCP tista' tittieħed bi sjieda pubblika temporanja permezz ta' ordni ta' trasferiment waħda jew aktar tal-istrumenti ta' sjieda eżegwiti minn Stat Membru lil ċessjonarju li jkun xi wieħed minn dawn:

(a)

rappreżentant tal-Istat Membru;

(b)

kumpanija li tkun il-proprjetà sħiħa ta' Stat Membru.

2.   Is-CCPs soġġetti għall-għodda ta' sjieda pubblika temporanja għandhom jiġu ġestiti fuq bażi kummerċjali u professjonali u għandhom jinbiegħu lil akkwirent privat malli jippermettu ċ-ċirkostanzi kummerċjali u finanzjarji , anki fid-dawl tal-possibbiltà ta' rkupru tal-kost tar-riżoluzzjoni .

KAPITOLU IV

Setgħat ta' riżoluzzjoni

Artikolu 48

Setgħat ġenerali

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandu jkollha s-setgħat kollha meħtieġa sabiex tuża l-għodod ta' riżoluzzjoni b'mod effettiv, inklużi s-setgħat kollha li ġejjin:

(a)

is-setgħa li teħtieġ lil kwalunkwe persuna tipprovdi kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtorità tar-riżoluzzjoni sabiex tkun tista' tiddeċiedi fuq azzjoni ta' riżoluzzjoni u tippreparaha, inkluża informazzjoni addizzjonali u supplimentari għal dik ipprovduta fil-pjan ta' riżoluzzjoni jew li trid tingħata permezz ta' spezzjonijiet fuq il-post;

(b)

is-setgħa li tieħu kontroll ta' CCP taħt riżoluzzjoni u teżerċita d-drittijiet u s-setgħat kollha mogħtija lid-detenturi tal-istrumenti ta' sjieda u lill-bord tas-CCP;

(ba)

is-setgħa li timmodifika jew temenda r-regoli operattivi tas-CCP, inkluż fir-rigward tat-termini tal-parteċipazzjoni tagħha, meta tali bidliet huma neċessarji għat-tneħħija tal-impedimenti għar-riżolvibbiltà;

(bb)

is-setgħa li toqgħod lura milli tinforza ċerti obbligi kuntrattwali skont ir-regoli u l-arranġamenti tas-CCP jew titbiegħed mir-regoli u l-arranġamenti tas-CCP meta jkun meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi tar-riżoluzzjoni u jiġu evitati effetti negattivi sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja;

(c)

is-setgħa li tittrasferixxi l-istrumenti ta' sjieda maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;

(d)

is-setgħa li tittrasferixxi lil entità oħra, bil-kunsens tagħha, id-drittijiet, l-assi, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tas-CCP;

(e)

is-setgħa li tnaqqas, inkluż li tnaqqas għal żero, l-ammont prinċipali ta' jew l-ammont pendenti dovut fir-rigward tal-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra ta' CCP taħt riżoluzzjoni;

(f)

is-setgħa li tikkonverti l-istrumenti tad-dejn jew obbligazzjonijiet mhux garantiti oħra ta' CCP taħt riżoluzzjoni fi strumenti ta' sjieda ta' dik is-CCP jew ta' CCP tranżitorja li lilha jkunu ġew ittrasferiti l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni;

(g)

is-setgħa li tikkanċella l-istrumenti tad-dejn maħruġa minn CCP taħt riżoluzzjoni;

(h)

is-setgħa li tnaqqas, inkluż li tnaqqas għal żero, l-ammont nominali tal-istrumenti ta' sjieda ta' CCP taħt riżoluzzjoni u li tikkanċella tali strumenti ta' sjieda;

(i)

is-setgħa li teħtieġ lil CCP taħt riżoluzzjoni ▌toħroġ strumenti ta' sjieda ġodda, inklużi ishma privileġġati u strumenti konvertibbli kontinġenti;

(j)

fir-rigward tal-istrumenti tad-dejn u ta' obbligazzjonijiet oħrajn tas-CCP, is-setgħa li temenda jew tbiddel il-maturità tagħhom, temenda l-ammont ta' imgħax pagabbli, jew temenda d-data li fiha l-imgħax isir pagabbli, inkluż billi tissospendi l-pagament għal perjodu temporanju;

(k)

is-setgħa li tagħlaq u tittermina kuntratti finanzjarji;

(l)

is-setgħa li tneħħi jew tissostitwixxi l-bord u l-maniġment superjuri ta' CCP taħt riżoluzzjoni;

(m)

is-setgħa li teħtieġ lill-awtorità kompetenti tivvaluta lill-akkwirent ta' parteċipazzjoni kwalifikanti fil-ħin permezz ta' deroga mil-limiti ta' żmien stipulati fl-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(n)

is-setgħa li tnaqqas, inkluż li tnaqqas għal żero, l-ammont tal-marġini ta' varjazzjoni dovut lil membru tal-ikklirjar ta' CCP taħt riżoluzzjoni , jew lil klijent ta' tali membru tal-ikklirjar, soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 30 ;

(o)

is-setgħa li tittrasferixxi pożizzjonijiet miftuħa u kwalunkwe assi relatat, inklużi l-arranġamenti rilevanti ta' kollateral finanzjarju ta' garanzija u trasferiment ta' titolu, l-arranġamenti ta' tpaċija u l-arranġamenti ta' netting, mill-kont ta' membru tal-ikklirjar inadempjenti lil membru tal-ikklirjar mhux inadempjenti b'mod konsistenti mal-Artikolu 48 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;

(p)

is-setgħa li tinforza kwalunkwe obbligi kuntrattwali eżistenti u pendenti tal-parteċipanti tas-CCP taħt riżoluzzjoni;

(q)

is-setgħa li tinforza kwalunkwe obbligu eżistenti u pendenti tal-impriża prinċipali tas-CCP taħt riżoluzzjoni, inkluż sabiex tipprovdi lis-CCP b'appoġġ finanzjarju permezz ta' garanziji jew linji ta' kreditu;

(r)

is-setgħa li titlob lill-membri tal-ikklirjar jipprovdu aktar kontribuzzjonijiet fi flus.

L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jistgħu jeżerċitaw is-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu individwalment jew fi kwalunkwe kombinazzjoni.

2.   Sakemm ma jiġix previst mod ieħor f'dan ir-Regolament u fil-qafas ta' għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandha tkun soġġetta għall-ebda rekwiżit minn dawn li ġejjin meta hija teżerċita s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1:

(a)

rekwiżiti li tikseb approvazzjoni jew kunsens mingħand kwalunkwe persuna pubblika jew privata;

(b)

rekwiżiti li jirrigwardaw it-trasferiment ta' strumenti finanzjarji, drittijiet, obbligi, assi jew obbligazzjonijiet ta' CCP taħt riżoluzzjoni jew CCP tranżitorja;

(c)

rekwiżit għan-notifika ta' kwalunkwe persuna pubblika jew privata;

(d)

rekwiżit għall-pubblikazzjoni ta' kwalunkwe avviż jew prospett;

(e)

rekwiżit għall-iffajljar jew għar-reġistrazzjoni ta' kwalunkwe dokument ma' kwalunkwe awtorità oħra.

Artikolu 49

Setgħat anċillari

1.   Meta tiġi eżerċitata setgħa msemmija fl-Artikolu 48(1), l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teżerċita wkoll kwalunkwe waħda mis-setgħat anċillari li ġejjin:

(a)

soġġett għall-Artikolu 65, tipprevedi trasferiment li jseħħ ħieles minn kwalunkwe obbligazzjoni jew tfixkil li jaffettwa l-istrumenti finanzjarji, id-drittijiet, l-obbligi, l-assi jew l-obbligazzjonijiet ittrasferiti;

(b)

tneħħi d-drittijiet għall-akkwist ta' aktar strumenti ta' sjieda;

(c)

titlob lill-awtorità rilevanti twaqqaf jew tissospendi l-ammissjoni għan-negozjar f'suq regolat, jew l-elenkar uffiċjali, ta' kwalunkwe strument finanzjarju maħruġ mis-CCP skont id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14);

(d)

tipprevedi li l-akkwirent jew is-CCP tranżitorja, skont l-Artikoli 40 u 42 rispettivament, jiġu ttrattati bħallikieku kienet is-CCP taħt riżoluzzjoni, għall-finijiet ta' kwalunkwe dritt jew obbligu ta', jew azzjoni meħuda minn, is-CCP taħt riżoluzzjoni, inkluż kwalunkwe dritt jew obbligu li jirrigwarda l-parteċipazzjoni f'infrastruttura tas-suq;

(e)

titlob lis-CCP taħt riżoluzzjoni jew lill-akkwirent jew lis-CCP tranżitorja, fejn ikun rilevanti, sabiex jipprovdu lil xulxin b'informazzjoni u assistenza;

(f)

tipprevedi li l-membru tal-ikklirjar, li huwa benefiċjarju ta' kwalunkwe pożizzjoni allokata lilu permezz tas-setgħat imsemmija fil-punti (o) u (p) tal-Artikolu 48(1), jassumi kwalunkwe dritt jew obbligu li jirrigwarda l-parteċipazzjoni fis-CCP fir-rigward ta' dawk il-pożizzjonijiet;

(g)

tikkanċella jew timmodifika t-termini ta' kuntratt li għalih is-CCP taħt riżoluzzjoni hija parti jew inkella tissostitwixxi l-akkwirent jew is-CCP tranżitorja, minflok is-CCP taħt riżoluzzjoni, bħala parti;

(h)

timmodifika jew temenda r-regoli operattivi tas-CCP taħt riżoluzzjoni ▌;

(i)

tittrasferixxi s-sħubija ta' membru tal-ikklirjar mis-CCP taħt riżoluzzjoni lil akkwirent tas-CCP jew CCP tranżitorja;

Kwalunkwe dritt ta' kumpens previst f'dan ir-Regolament ma għandux jitqies bħala obbligazzjoni jew tfixkil għall-finijiet tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

2.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tipprevedi l-arranġamenti ta' kontinwità meħtieġa sabiex tiżgura li l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun effettiva u, fejn rilevanti, li n-negozju ttrasferit ikun jista' jiġi operat mill-akkwirent jew mis-CCP tranżitorja. Tali arranġamenti ta' kontinwità jistgħu jinkludu:

(a)

il-kontinwità tal-kuntratti konklużi mis-CCP taħt riżoluzzjoni, sabiex l-akkwirent jew is-CCP tranżitorja jassumu d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet tas-CCP taħt riżoluzzjoni fir-rigward ta' kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, obbligu, assi jew obbligazzjoni li jkunu ġew ittrasferiti u tiġi sostitwita s-CCP taħt riżoluzzjoni, espliċitament jew impliċitament, fid-dokumenti kuntrattwali rilevanti kollha;

(b)

is-sostituzzjoni tas-CCP taħt riżoluzzjoni mal-akkwirent jew mas-CCP tranżitorja fi kwalunkwe proċediment legali li jirrigwarda kwalunkwe strument finanzjarju, dritt, obbligu, assi jew obbligazzjoni li ġew ittrasferiti.

3.   Is-setgħat previsti fil-punt (d) tal-paragrafu 1 u fil-punt (b) tal-paragrafu 2 ma għandhomx jaffettwaw:

(a)

id-dritt ta' impjegat tas-CCP li jittermina kuntratt ta' impjieg;

(b)

soġġett għall-Artikoli 55, 56 u 57, l-eżerċitar ta' drittijiet kuntrattwali ta' parti f'kuntratt, inkluż id-dritt li tittermina, fejn ikun stabbilit fit-termini tal-kuntratt, minħabba att jew ommissjoni mis-CCP qabel it-trasferiment, jew mill-akkwirent jew mis-CCP tranżitorja wara t-trasferiment.

Artikolu 50

Maniġment speċjali

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' taħtar maniġer speċjali wieħed jew aktar sabiex jissostitwixxi l-bord ta' CCP taħt riżoluzzjoni. Il-maniġer speċjali għandu jkun ta' reputazzjoni tajba biżżejjed u għandu jkollu għarfien espert adegwat fis-servizzi finanzjarji, fil-ġestjoni tar-riskji u fis-servizzi tal-ikklirjar, f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012.

2.   Il-maniġer speċjali għandu jkollu s-setgħat kollha tal-azzjonisti u tal-bord tas-CCP. Il-maniġer speċjali jista' jeżerċita dawk is-setgħat biss taħt il-kontroll tal-awtorità tar-riżoluzzjoni. L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tillimita l-azzjonijiet tal-maniġer speċjali jew teħtieġ kunsens minn qabel għal ċerti atti.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tippubblika l-ħatra msemmija fil-paragrafu 1 u t-termini u l-kundizzjonijiet marbuta ma' dik il-ħatra.

3.   Il-maniġer speċjali għandu jinħatar għal mhux aktar minn sena. L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' ġġedded dak il-perjodu meta dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni.

4.   Il-maniġer speċjali għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jippromwovi l-objettivi tar-riżoluzzjoni u jimplimenta l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni meħuda mill-awtorità tar-riżoluzzjoni. F'każ ta' inkonsistenza jew kunflitt, dak id-dmir statutorju għandu jipprevali fuq kwalunkwe dmir ieħor tal-maniġment skont l-istatuti tas-CCP jew il-liġi nazzjonali.

5.   Il-maniġer speċjali għandu jfassal rapporti għall-awtorità tar-riżoluzzjoni tal-ħatra f'intervalli regolari stabbiliti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni u fil-bidu u fit-tmiem tal-mandat. Dawk ir-rapporti għandhom jiddeskrivu fid-dettall is-sitwazzjoni finanzjarja tas-CCP u jiddikjaraw ir-raġunijiet għall-miżuri meħuda.

6.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tneħħi l-maniġer speċjali fi kwalunkwe ħin. Fi kwalunkwe każ, hija għandha tneħħi l-maniġer speċjali fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-maniġer speċjali jonqos milli jwettaq id-dmirijiet tiegħu skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(b)

meta l-objettivi tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jintlaħqu aħjar permezz tat-tneħħja jew is-sostituzzjoni ta' dak il-maniġer speċjali;

(c)

meta l-kundizzjonijiet għall-ħatra ma jibqgħux japplikaw.

7.   Meta l-liġi nazzjonali dwar l-insolvenza tipprevedi l-ħatra ta' maniġment tal-insolvenza, il-maniġer speċjali maħtur skont il-paragrafu 1 jista' jinħatar ukoll bħala maniġer tal-insolvenza jew viċi versa .

Artikolu 51

Is-setgħa li jiġi meħtieġ il-forniment ta' servizzi u faċilitajiet

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ lil CCP taħt riżoluzzjoni, jew kwalunkwe waħda mill-entitajiet ta' grupp tagħha jew membri tal-ikklirjar, sabiex jipprovdu kwalunkwe servizz jew faċilità li tkun meħtieġa bil-għan li akkwirent jew CCP tranżitorja jkunu jistgħu joperaw b'mod effettiv in-negozju ttrasferit lilhom.

L-ewwel subparagrafu għandu japplika irrispettivament minn jekk entità fl-istess grupp, bħas-CCP jew wieħed mill-membri tal-ikklirjar tas-CCP, tkunx daħlet fi proċedimenti normali ta' insolvenza jew jekk hija stess tkunx taħt riżoluzzjoni.

2.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tinforza l-obbligi imposti, skont il-paragrafu 1, mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni fi Stati Membri oħrajn fejn dawk is-setgħat jiġu eżerċitati fir-rigward tal-entitajiet li jappartjenu lill-istess grupp, bħas-CCP taħt riżoluzzjoni jew il-membri tal-ikklirjar ta' dik is-CCP.

3.   Is-servizzi u l-faċilitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhom jinkludu ebda forma ta' appoġġ finanzjarju.

4.   Is-servizzi u l-faċilitajiet ipprovduti skont il-paragrafu 1 għandhom jiġu pprovduti:

(a)

fuq l-istess termini kummerċjali li fuqhom kienu pprovduti lis-CCP immedjatament qabel ittieħdet l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, meta jkun jeżisti ftehim għal dawk il-finijiet;

(b)

fuq termini kummerċjali raġonevoli, meta ma jkun hemm ebda ftehim għal dawk il-finijiet jew meta l-ftehim ikun skada.

Artikolu 52

Is-setgħa li jiġu infurzati azzjonijiet ta' riżoluzzjoni jew miżuri ta' prevenzjoni tal-kriżi minn Stati Membri oħra

1.   Meta l-istrumenti ta' sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ta' CCP taħt riżoluzzjoni jkunu jinsabu fi Stat Membru jew ikunu rregolati mil-liġi ta' Stat Membru ieħor minbarra l-Istat Membru tal-awtorità tar-riżoluzzjoni, kwalunkwe trasferiment jew azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' dawk l-istrumenti, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet għandu jkollu effett skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru l-ieħor.

2.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni ta' Stat Membru għandha tiġi pprovduta bl-għajnuna kollha meħtieġa mill-awtoritajiet ta' Stati Membri rilevanti oħrajn sabiex ikun żgurat li kwalunkwe strument ta' sjieda, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet jiġi ttrasferit lill-akkwirent jew lis-CCP tranżitorja jew kwalunkwe azzjoni ta' riżoluzzjoni oħra ssir effettiva b'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli.

3.   L-azzjonisti, il-kredituri u l-partijiet terzi li jiġu affettwati mit-trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda, tal-assi, tad-drittijiet, tal-obbligi jew tal-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu intitolati jipprevjenu, jikkontestaw jew jannullaw dak it-trasferiment skont il-liġi tal-Istat Membru li tirregola dak it-trasferiment.

4.   Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni ta' Stat Membru tuża l-għodod ta' riżoluzzjoni msemmija fl-Artikoli 28 jew 32, u l-kuntratti, l-obbligazzjonijiet, l-istrumenti ta' sjieda jew l-istrumenti tad-dejn tas-CCP taħt riżoluzzjoni jkunu jinkludu strumenti, kuntratti jew obbligazzjonijiet li huma rregolati mil-liġi ta' Stat Membru ieħor, jew obbligazzjonijiet dovuti lill-kredituri u kuntratti fir-rigward tal-membri tal-ikklirjar jew tal-klijenti tagħhom li jinsabu f'dak l-Istat Membru l-ieħor, l-awtoritajiet rilevanti f'dak l-Istat Membru l-ieħor għandhom jiżguraw li kwalunkwe azzjoni li tirriżulta minn dawk l-għodod ta' riżoluzzjoni jkollhom effett.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-azzjonisti, il-kredituri u  l-membri tal-ikklirjar jew il-klijenti tagħhom affettwati minn dawk l-għodod ta' riżoluzzjoni ma għandhomx ikunu intitolati li jikkontestaw it-tnaqqis tal-kapital jew tal-ammont pagabbli tal-istrument jew tal-obbligazzjoni jew inkella l-konverżjoni jew ir-ristrutturar tagħhom.

5.   Id-drittijiet u s-salvagwardji li ġejjin għandhom jiġu ddeterminati skont il-liġi tal-Istat Membru tal-awtorità tar-riżoluzzjoni:

(a)

id-dritt tal-azzjonisti, tal-kredituri u tal-partijiet terzi li jikkontestaw, permezz ta' appell skont l-Artikolu 72, trasferiment ta' strumenti ta' sjieda, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu;

(b)

id-dritt tal-kredituri affettwati li jikkontestaw, permezz ta' appell skont l-Artikolu 72, it-tnaqqis tal-kapital jew tal-ammont pagabbli jew il-konverżjoni jew ir-ristrutturar ta' strument, obbligazzjoni jew kuntratt koperti mill-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu;

(c)

is-salvagwardji għal trasferimenti parzjali, kif imsemmi fil-Kapitolu V, fir-rigward tal-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 53

Is-setgħa fir-rigward tal-assi, kuntratti, drittijiet, obbligazzjonijiet, obbligi u strumenti ta' sjieda ta' persuni li jinsabu f'pajjiżi terzi jew li huma rregolati mil-liġi ta' pajjiżi terzi

1.   Meta azzjoni ta' riżoluzzjoni tkun tikkonċerna assi jew kuntratti ta' persuni li jinsabu f'pajjiż terz jew strumenti ta' sjieda, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet irregolati mil-liġi ta' pajjiż terz, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ li:

(a)

is-CCP taħt riżoluzzjoni u l-benefiċjarju ta' dawk l-assi, il-kuntratti, l-istrumenti ta' sjieda, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li l-azzjoni ssir effettiva;

(b)

is-CCP taħt riżoluzzjoni żżomm l-istrumenti ta' sjieda, l-assi jew id-drittijiet jew teħles l-obbligazzjonijiet jew l-obbligi f'isem il-benefiċjarju sakemm l-azzjoni ssir effettiva;

(c)

l-ispejjeż raġonevoli tal-benefiċjarju mġarrba korrettament fit-twettiq ta' kwalunkwe azzjoni meħtieġa skont il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu jitħallsu bi kwalunkwe wieħed mill-modi msemmija fl-Artikolu 27(9).

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teħtieġ lis-CCP tiżgura l-inklużjoni ta' dispożizzjoni fil-kuntratti tagħha u fi ftehimiet oħrajn mal-membri tal-ikklirjar u d-detenturi ta' strumenti ta' sjieda u strumenti ta' dejn jew obbligazzjonijiet oħra li jkunu jinsabu f'pajjiż terz , jew irregolati mil-leġiżlazzjoni ta' dan tal-aħħar, fejn huma jaqblu li jintrabtu bi kwalunkwe azzjoni fir-rigward tal-assi, il-kuntratti, id-drittijiet, l-obbligi u l-obbligazzjonijiet tagħhom meħuda mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, inkluża l-applikazzjoni tal-Artikoli 55, 56 u 57. L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tirrikjedi lis-CCP tforniha b'opinjoni legali relatata mal-infurzabbiltà u mal-effettività legali ta' tali dispożizzjonijiet.

3.   Meta l-azzjoni ta' riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma ssirx effettiva, dik l-azzjoni għandha tiġi annullata fir-rigward tal-istrumenti ta' sjieda, l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet ikkonċernati.

Artikolu 54

Esklużjoni ta' ċerti termini kuntrattwali f'intervent bikri u riżoluzzjoni

1.   Miżura għall-prevenzjoni ta' kriżi jew azzjoni ta' riżoluzzjoni meħuda b'konformità ma' dan ir-Regolament, jew inkella kwalunkwe event marbut direttament mal-applikazzjoni ta' dik l-azzjoni, ma għandhomx jitqiesu bħala event ta' infurzar jew insolvenza skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/47/KE u tad-Direttiva 98/26/KE, sakemm l-obbligi sostantivi taħt il-kuntratt, inklużi l-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja u l-provvediment ta' kollateral, jibqgħu jiġu osservati.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti skont l-Artikolu 75, jew inkella meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tiddeċiedi hekk, għandhom jitqiesu bħala azzjoni ta' riżoluzzjoni meħuda b'konformità ma' dan ir-Regolament.

2.   Miżura għall-prevenzjoni ta' kriżi jew azzjoni ta' riżoluzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tintuża biex:

(a)

jiġi eżerċitat xi dritt ta' terminazzjoni, sospensjoni, modifika, netting jew tpaċija, inkluż fir-rigward ta' kuntratt konkluż minn entità tal-grupp li tappartjeni lilu s-CCP li jinkludi dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza jew obbligi li huma garantiti jew appoġġjati b'mod ieħor minn kwalunkwe entità ta' grupp;

(b)

jittieħed pussess, jiġi eżerċitat kontroll jew inforzata xi garanzija fuq kwalunkwe proprjetà tas-CCP ikkonċernata jew kwalunkwe entità ta' grupp fir-rigward ta' kuntratt li jinkludi dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza;

(c)

jiġi affettwat kwalunkwe dritt kuntrattwali tas-CCP kkonċernata jew ta' kwalunkwe entità ta' grupp fir-rigward ta' kuntratt li jinkludi dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza.

Artikolu 55

Is-setgħa ta' sospensjoni ta' ċerti obbligi

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tissospendi kwalunkwe obbligu ta' ħlas jew ta' konsenja taż-żewġ kontropartijiet għal kwalunkwe kuntratt konkluż minn CCP taħt riżoluzzjoni mill-pubblikazzjoni tal-avviż tas-sospensjoni b'konformità mal-Artikolu 70 sa tmiem il-jum tax-xogħol li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, tmiem il-jum tax-xogħol għandu jfisser nofs il-lejl fl-Istat Membru tal-awtorità tar-riżoluzzjoni.

2.   Meta obbligu ta' ħlas jew konsenja kien ikun dovut matul il-perjodu tas-sospensjoni, l-obbligu ta' ħlas jew konsenja għandu jkun dovut immedjatament mal-iskadenza tal-perjodu tas-sospensjoni.

3.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandhiex teżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 għall-obbligi ta' ħlas jew konsenja li għandhom jingħataw għal sistemi jew operaturi ta' sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, inklużi kontropartijiet ċentrali oħrajn u banek ċentrali.

Artikolu 56

Is-setgħa li jiġi ristrett l-infurzar tal-interessi ta' garanzija

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' timpedixxi lill-kredituri garantiti ta' CCP taħt riżoluzzjoni milli jinfurzaw l-interessi ta' garanzija fir-rigward ta' kwalunkwe assi ta' dik is-CCP taħt riżoluzzjoni mill-pubblikazzjoni tal-avviż tar-restrizzjoni b'konformità mal-Artikolu 70 sa tmiem il-jum tax-xogħol li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, tmiem il-jum tax-xogħol għandu jfisser nofs il-lejl fl-Istat Membru tal-awtorità tar-riżoluzzjoni.

2.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandhiex teżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward ta' kwalunkwe interess ta' garanzija ta' sistemi jew operaturi ta' sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, inklużi kontropartijiet ċentrali oħrajn u banek ċentrali fuq assi mirhuna jew ipprovduti permezz ta' marġini jew kollateral mis-CCP taħt riżoluzzjoni.

Artikolu 57

Is-setgħa li jiġu sospiżi temporanjament id-drittijiet għat-terminazzjoni

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' tissospendi d-drittijiet ta' terminazzjoni ta' kwalunkwe parti għal kuntratt ma' CCP taħt riżoluzzjoni mill-pubblikazzjoni tal-avviż tat-terminazzjoni b'konformità mal-Artikolu 70 sa tmiem il-jum tax-xogħol li jsegwi dak tal-pubblikazzjoni, dment li jibqgħu jiġu osservati l-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja u l-provvediment ta' kollateral.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, tmiem il-jum tax-xogħol għandu jfisser nofs il-lejl fl-Istat Membru tar-riżoluzzjoni.

2.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandhiex teżerċita s-setgħa msemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tas-sistemi jew l-operaturi tas-sistemi maħtura għall-finijiet tad-Direttiva 98/26/KE, inklużi kontropartijiet ċentrali u banek ċentrali oħrajn.

3.   Parti f'kuntratt tista' teżerċita dritt ta' terminazzjoni skont dak il-kuntratt qabel tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 1 meta dik il-persuna tirċievi avviż mingħand l-awtorità tar-riżoluzzjoni li d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt ma għandhomx jiġu:

(a)

ittrasferiti lil entità oħra;

(b)

soġġetti għal tniżżil fil-valur, konverżjoni, jew l-użu ta' għodda ta' riżoluzzjoni għall-allokazzjoni tat-telf jew tal-pożizzjonijiet.

4.   Meta l-avviż imsemmi fil-paragrafu 3 ma jkunx ingħata, jistgħu jiġu eżerċitati drittijiet ta' terminazzjoni fuq l-iskadenza tal-perjodu ta' sospensjoni, soġġett għall-Artikolu 54, kif ġej:

(a)

meta d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt ikunu ġew ittrasferiti lil entità oħra, kontroparti tista' terżerċita d-drittijiet ta' terminazzjoni skont it-termini ta' dak il-kuntratt biss jekk l-entità benefiċjarja twassal biex dak l-event ta' infurzar iseħħ jew jitkompla;

(b)

meta d-drittijiet u l-obbligazzjonijiet koperti mill-kuntratt jibqgħu għand is-CCP, id-drittijiet ta' terminazzjoni japplikaw skont il-kundizzjonijiet għat-terminazzjoni kif definiti fil-kuntratt bejn is-CCP u l-kontroparti rilevanti f'każ biss li l-event ta' infurzar iseħħ jew ikompli wara l-iskadenza tal-perjodu ta' sospensjoni.

Artikolu 58

Is-setgħa li jiġi eżerċitat kontroll fuq is-CCP

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni tista' teżerċita kontroll fuq is-CCP taħt riżoluzzjoni sabiex:

(a)

tiġġestixxi l-attivitajiet u s-servizzi tas-CCP, teżerċita s-setgħat tal-azzjonisti u l-bord tagħha u tikkonsulta mal-kumitat tar-riskju;

(b)

tiġġestixxi u tiddisponi mill-assi u mill-proprjetà tas-CCP taħt riżoluzzjoni.

Il-kontroll imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista' jiġi eżerċitat direttament mill-awtorità tar-riżoluzzjoni jew indirettament minn persuna jew persuni maħtura mill-awtorità tar-riżoluzzjoni.

2.   Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita kontroll fuq is-CCP, l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma għandhiex titqies bħala viċi direttur jew direttur de facto skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 59

L-eżerċitar tas-setgħat mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni

Soġġett għall-Artikolu 72, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jieħdu azzjonijiet ta' riżoluzzjoni permezz ta' ordni eżekuttiva b'konformità mal-kompetenzi u l-proċeduri amministrattivi nazzjonali.

KAPITOLU V

Salvagwardji

Atrikolu 60

Il-prinċipju li l-ebda kreditur ma jmur agħar

Meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tuża għodda ta' riżoluzzjoni waħda jew aktar, hi għandha timmira li tiżgura li l-azzjonisti, il-kredituri u  l-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom ma jġarrbux telf akbar minn dak li kieku kienu jġarrbu jekk l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP fil-mument meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni qieset li ġew issodisfati l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 22(1) u minflok kienet soġġetta għall-obbligi pendenti kollha possibbli skont il-pjan ta' rkupru tas-CCP u l-arranġamenti kuntrattwali kollha l-oħra fir-regoli operattivi tagħha għal event ta' inadempjenza jew mhux ta' inadempjenza u s-CCP tkun ġiet stralċjata fl-ambitu ta' proċedimenti normali ta' insolvenza, li jqisu b'mod adegwat l-effetti negattivi plawsibbli tal-instabbiltà sistemika u tal-kriżi tas-suq.

(a)

(b)

Effetti negattivi plawsibbli ta' instabbiltà sistemika u taqlib fis-suq imsemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx jitqiesu sakemm l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 61 ma jippermettux il-valutazzjoni tagħhom.

Ladarba l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 61 jidħlu fis-seħħ, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom iqisu effetti negattivi plawsibbli ta' instabbiltà sistemika u taqlib fis-suq għall-fini tal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 61

Valwazzjoni għall-applikazzjoni tal-prinċipju li l-Ebda Kreditur Ma Jmur Agħar

1.    Sabiex tinforma lill-partijiet ikkonċernati esposti għas-CCP, is-CCP għandha tipproduċi stima dwar il-mod kif it-telf jista' jaffettwa kull kategorija ta' kreditur f'xenarji estremi iżda plawsibbli għal event ta' inadempjenza u event mhux ta' inadempjenza li jwassal għall-insolvenza tas-CCP u għandha tiġi aġġornata kull sena.

Din l-istima għandha tirrifletti b'mod sħiħ l-arranġamenti kuntrattwali li jirregolaw il-kaskata tat-telf tas-CCP u tkun konsistenti mal-metodoloġija marġinanti u tal-ittestjar tal-istress użata biex tissodisfa l-obbligi tas-CCP skont ir-Regolament (UE) Nru 648/2012.

1a.     Għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-konformità mal-prinċipju li l-ebda kreditur ma jmur agħar kif stipulat fl-Artikolu 60, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li titwettaq valwazzjoni minn persuna indipendenti mill-aktar fis possibbli wara li jkunu seħħew l-azzjonijiet ta' riżoluzzjoni.

2.   Il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

(a)

it-trattament li l-azzjonisti, il-kredituri u  l-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom kienu jirċievu li kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP, l-awtorità tar-riżoluzzjoni kienet tal-fehma li l-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni skont l-Artikolu 22(1) ġew issodisfati u minflok kienu jkunu soġġetti għall-infurzar tal-obbligi pendenti possibbli skont il-pjan ta' rkupru tas-CCP u arranġamenti oħrajn fir-regoli operattivi tagħha, u s-CCP kienet stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza bħala negozju magħluq mingħajr ebda valur ta' franchise residwu, u dan wara li jkun tqies b'mod adegwat kwalunkwe effett negattiv plawsibbli tal-instabbiltà sistemika u l-krizi tas-suq,

(b)

it-trattament proprju li rċevew l-azzjonisti, il-kredituri u  l-membri tal-ikklirjar u l-klijenti tagħhom matul il-kors tar-riżoluzzjoni tas-CCP;

(c)

jekk hemmx xi differenza bejn it-trattament imsemmi fil-punt (a) u t-trattament imsemmi fil-punt (b).

3.   Għall-finijiet tal-kalkolu tat-trattamenti msemmija fil-paragrafu 2(a), il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinjora kwalunkwe provvediment ta' appoġġ finanzjarju pubbliku lis-CCP taħt riżoluzzjoni u l-metodoloġija tal-ipprezzar tas-CCP għandha tiġi injorata jekk tonqos milli tirrifletti l-kundizzjonijiet effettivi tas-suq.

4.   Dik il-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun distinta mill-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 24(3).

5.   Wara li tikkunsidra kwalunkwe standard tekniku regolatorju żviluppat b'konformità mal-Artikolu 74(4) tad-Direttiva 2014/59/UE, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-metodoloġija għat-twettiq tal-valwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 , inkluż, jekk u meta teknikament possibbli, il-valwazzjoni ta' effetti negattivi plawsibbli ta' instabbiltà sistemika u taqlib tas-suq .

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [UP jekk jogħġbok daħħal id-data 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

Qiegħda tiġi ddelegata s-setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 62

Salvagwardja għall-azzjonisti, għall-kredituri u għall-membri tal-ikklirjar u għall-klijenti tal-membri tal-ikklirjar

Meta, b'konformità mal-valwazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 61, kwalunkwe azzjonist, kreditur jew membru tal-ikklirjar jew klijent ta' membru tal-ikklirjar ikun ġarrab telf akbar milli kien iġarrab li kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP u minflok kien ikun soġġett għal obbligi pendenti possibbli skont il-pjan ta' rkupru tas-CCP jew arranġamenti oħrajn fir-regoli operattivi tagħha, jew inkella s-CCP kienet tiġi stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza, dak l-azzjonist, il-kreditur jew il-parteċipant tal-ikklirjar għandu jkun intitolat għall-ħlas tad-differenza.

Artikolu 62a

Ġbir tal-pagamenti

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tirkupra kwalunkwe spiża raġonevoli mġarrba b'rabta ma' pagament kif imsemmi fl-Artikolu 62 bi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

mis-CCP taħt riżoluzzjoni, bħala kreditur ippreferut;

(b)

minn kwalunkwe korrispettiv imħallas mill-akkwirent meta tintuża l-għodda għall-bejgħ tan-negozju;

(c)

minn kwalunkwe rikavat iġġenerat bħala riżultat tat-terminazzjoni tas-CCP tranżitorja, bħala kreditur ippreferut;

(d)

mingħand kwalunkwe membru tal-ikklirjar, dment li membru tal-ikklirjar ma jġarrabx telf akbar minn dak li kien iġarrab kieku l-awtorità tar-riżoluzzjoni ma ħaditx azzjoni ta' riżoluzzjoni b'rabta mas-CCP u, minflok, kien ikun soġġett għall-possibbiltà ta' obbligi pendenti skont il-pjan ta' rkupru tas-CCP jew arranġamenti oħrajn fir-regoli operattivi tagħha jew inkella kieku s-CCP ġiet stralċjata skont proċedimenti normali ta' insolvenza.

Artikolu 63

Salvagwardja għall-kontropartijiet fi trasferimenti parzjali

Il-protezzjonijiet previsti fl-Artikoli 64, 65 u 66 għandhom japplikaw fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni tittrasferixxi wħud iżda mhux l-assi, id-drittijiet, l-obbligi jew l-obbligazzjonijiet kollha ta' CCP taħt riżoluzzjoni, jew ta' CCP tranżitorja, lil akkwirent;

(b)

meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni teżerċita s-setgħat imsemmija fil-punt (g) tal-Artikolu 49(1).

Artikolu 64

Protezzjoni għall-ftehimiet ta' kollateral finanzjarju, tpaċija u netting

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-użu ta' għodda ta' riżoluzzjoni ma jirriżultax fit-trasferiment ta' wħud mid-drittijiet u l-obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, skont arranġament kollaterali finanzjarju bi trasferiment ta' titolu, arranġament ta' tpaċija jew arranġament ta' netting bejn CCP taħt riżoluzzjoni u partijiet oħrajn għall-arranġamenti, jew inkella fil-modifika jew it-terminazzjoni tad-drittijiet u l-obbligazzjonijiet skont dawk l-arranġamenti permezz tal-użu ta' setgħat anċillari.

L-arranġamenti msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu kwalunkwe arranġament li għalih il-partijiet huma intitolati li jpaċu jew jinnettjaw dawk id-drittijiet u l-obbligazzjonijiet.

Artikolu 65

Protezzjoni għal arranġamenti tat-titoli

Mingħajr preġudizzju għall-użu tal-għodod għall-allokazzjoni tal-pożizzjonijiet fl-Artikolu 29, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-użu ta' għodda ta' riżoluzzjoni ma jirriżulta fl-ebda wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin fir-rigward tal-arranġamenti tat-titoli bejn CCP taħt riżoluzzjoni u partijiet oħrajn għal dawk l-arranġamenti:

(a)

it-trasferiment ta' attivi li jiggarantixxi l-obbligazzjoni sakemm ma jiġux ittrasferiti wkoll l-obbligazzjoni u l-benefiċċju tat-titolu;

(b)

it-trasferiment ta' obbligazzjoni garantita sakemm ma jiġix ittrasferit ukoll il-benefiċċju tat-titolu;

(c)

it-trasferiment tal-benefiċċju tat-titolu sakemm ma tiġix ittrasferita wkoll l-obbligazzjoni garantita;

(d)

il-modifika jew it-terminazzjoni ta' arranġament tat-titoli permezz tal-użu ta' setgħat anċillari, jekk l-effett ta' dik il-modifika jew it-terminazzjoni jkun li l-obbligazzjoni ma tibqax garantita.

Artikolu 66

Protezzjoni għal arranġamenti finanzjarji strutturati u bonds koperti

L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-użu ta' għodda ta' riżoluzzjoni ma jirriżulta fl-ebda wieħed jew waħda minn dawn li ġejjin fir-rigward tal-arranġamenti finanzjarji strutturati, inklużi l-bonds koperti:

(a)

it-trasferiment ta' wħud mill-assi, mid-drittijiet u mill-obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, li jikkostitwixxu jew jifformaw parti minn arranġament finanzjarju strutturat li s-CCP taħt riżoluzzjoni tkun parti minnu;

(b)

it-terminazzjoni jew il-modifika permezz tal-użu ta' setgħat anċillari tal-assi, tad-drittijiet u tal-obbligazzjonijiet li jikkostitwixxu jew jifformaw parti minn arranġament finanzjarju strutturat li s-CCP taħt riżoluzzjoni tkun parti minnu.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-arranġamenti finanzjarji strutturati għandhom jinkludu titolizzazzjonijiet u strumenti użati għall-finijiet ta' ħħeġġjar li jifformaw parti integrali mill-pula tal-kopertura u li skont il-liġi nazzjonali huma garantiti b'mod simili għall-bonds koperti, li jinvolvu l-għoti u ż-żamma ta' titolu minn parti fl-arranġament jew fiduċjarju, aġent jew persuna nnominata.

Artikolu 67

Trasferimenti parzjali: protezzjoni tas-sistemi ta' negozjar, ikklirjar u saldu

1.   L-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-użu ta' għodda ta' riżoluzzjoni ma jaffettwax l-operat tas-sistemi u r-regoli tas-sistemi koperti bid-Direttiva 98/26/KE, meta l-awtorità tar-riżoluzzjoni:

(a)

tittrasferixxi wħud mill-assi, mid-drittijiet jew mill-obbligazzjonijiet, iżda mhux kollha, ta' CCP taħt riżoluzzjoni lil akkwirent;

(b)

tikkanċella jew temenda t-termini ta' kuntratt li għalih is-CCP taħt riżoluzzjoni tkun parti jew tissostitwixxi akkwirent jew CCP tranżitorja bħala parti.

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li l-użu ta' għodod ta' riżoluzzjoni ma jwassal għal ebda minn dawn ir-riżultati:

(a)

Revoka ta' ordni ta' trasferiment skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 98/26/KE;

(b)

jaffettwa l-infurzabbiltà ta' ordnijiet ta' trasferiment u netting kif meħtieġ mill-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 98/26/KE;

(c)

jaffettwa l-użu ta' fondi, garanziji jew faċilitajiet ta' kreditu kif meħtieġ mill-Artikolu 4 tad-Direttiva 98/26/KE;

(d)

jaffettwa l-protezzjoni tal-garanziji tal-kollateral kif meħtieġ mill-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/26/KE;

KAPITOLU VI

Obbligi proċedurali

Artikolu 68

Rekwiżiti ta' notifika

1.   Is-CCP għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti meta hija tqis li tkun qiegħda tfalli jew li x'aktarx tfalli kif imsemmi fl-Artikolu 22(2).

2.   L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-awtorità tar-riżoluzzjoni bi kwalunkwe notifika li tirċievi skont il-paragrafu 1 u bi kwalunkwe miżura ta' rkupru jew miżuri oħrajn b'konformità mat-Titolu IV li l-awtorità kompetenti titlob lis-CCP sabiex tieħu.

L-awtorità kompetenti għandha tgħarraf lill-awtorità tar-riżoluzzjoni bi kwalunkwe sitwazzjoni ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 b'rabta ma' CCP u bi kwalunkwe notifika li tirċievi b'konformità mal-Artikolu 48 ta' dak ir-Regolament.

3.   Meta awtorità kompetenti jew awtorità tar-riżoluzzjoni tiddetermina li l-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b)tal-Artikolu 22(1) huma ssodisfati fir-rigward ta' CCP, hija għandha tinnotifika lill-awtoritajiet li ġejjin b'mod puntwali :

(a)

l-awtorità kompetenti jew l-awtorità tar-riżoluzzjoni għal dik is-CCP;

(b)

l-awtorità kompetenti għall-impriża prinċipali tas-CCP;

(ba)

il-kulleġġ tas-superviżuri għal dik is-CCP;

(bb)

il-kulleġġ tar-riżoluzzjoni għal dik is-CCP;

(c)

il-bank ċentrali;

(d)

il-ministeru kompetenti;

(e)

il-BERS u l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali nominata.

Artikolu 69

Deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni

1.   Wara notifika mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 68(3), l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiddetermina jekk hijiex meħtieġa azzjoni ta' riżoluzzjoni.

2.   Id-deċiżjoni dwar jekk għandhiex tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni jew le fir-rigward ta' CCP għandha tinkludi informazzjoni dwar dawn li ġejjin:

(a)

il-valutazzjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni ta' jekk is-CCP tissodisfax il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni;

(b)

kwalunkwe azzjoni li l-awtorità ta' riżoluzzjoni biħsiebha tieħu, inkluża d-deċiżjoni li tapplika għall-istralċ, il-ħatra ta' amministratur jew kwalunkwe miżura oħra skont il-proċedimenti normali ta' insolvenza applikabbli jew, soġġett għall-punt (e) tal-Artikolu 27(1), skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 70

Obbligi proċedurali tal-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni

1.   Hekk kif ikun prattikabbli wara li tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tinnotifika lil dawn kollha li ġejjin:

(a)

is-CCP taħt riżoluzzjoni;

(b)

il-kulleġġ ta' riżoluzzjoni;

(c)

l-awtorità makroprudenzjali nazzjonali nnominata u l-BERS;

(d)

il-Kummissjoni, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-EIOPA;

(e)

l-operaturi tas-sistemi koperti mid-Direttiva 98/26/KE li fihom tipparteċipa s-CCP taħt riżoluzzjoni.

2.   In-notifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi kopja ta' kwalunkwe ordni jew strument li permezz tagħhom tittieħed l-azzjoni rilevanti u għandha tindika d-data minn meta tidħol fis-seħħ l-azzjoni ta' riżoluzzjoni.

In-notifika lill-kulleġġ ta' riżoluzzjoni skont il-punt (b) tal-paragrafu (1) għandha tindika wkoll jekk l-azzjoni ta' riżoluzzjoni tiddevjax il-pjan ta' riżoluzzjoni u tagħti r-raġunijiet għal kwalunkwe tali devjazzjoni.

3.   Kopja tal-ordni jew l-istrument li permezz tiegħu tittieħed l-azzjoni ta' riżoluzzjoni, jew avviż li jagħti sommarju tal-effetti tal-azzjoni ta' riżoluzzjoni u, jekk applikabbli, it-termini u l-perjodu ta' sospensjoni jew restrizzjoni msemmija fl-Artikoli 55, 56 u 57, għandhom jiġu ppubblikati fuq dawn kollha li ġejjin:

(a)

is-sit web tal-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(b)

is-sit web tal-awtorità kompetenti, jekk differenti mill-awtorità ta' riżoluzzjoni, u s-sit web tal-ESMA;

(c)

is-sit web tas-CCP taħt riżoluzzjoni;

(d)

meta l-istrumenti ta' sjieda jew l-istrumenti tad-dejn tas-CCP taħt riżoluzzjoni jkunu ammessi għal negozjar f'suq regolat, il-mezzi użati għad-divulgazzjoni tal-informazzjoni rregolata dwar is-CCP taħt riżoluzzjoni b'konformità mal-Artikolu 21(1) tad-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15).

4.   Meta l-istrumenti ta' sjieda jew l-istrumenti tad-dejn ma jkunux ammessi għan-negozjar f'suq regolat, l-awtorità tar-riżoluzzjoni għandha tiżgura li d-dokumenti li jagħtu prova tal-ordni msemmija fil-paragrafu 3 jintbagħtu lid-detenturi tal-istrumenti ta' sjieda u lill-kredituri tas-CCP taħt riżoluzzjoni li huma magħrufa mir-reġistri jew mill-bażijiet ta' dejta tas-CCP taħt riżoluzzjoni li huma disponibbli għall-awtorità tar-riżoluzzjoni.

Artikolu 71

Kunfidenzjalità

1.   Ir-rekwiżiti tas-segretezza professjonali għandhom jorbtu fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni;

(b)

l-awtoritajiet kompetenti, l-ESMA u l-EBA;

(c)

il-ministeri kompetenti;

(d)

il-maniġers speċjali jew l-amministraturi temporanji maħtura skont dan ir-Regolament;

(e)

l-akkwirenti potenzjali li jiġu kkuntattjati mill-awtoritajiet kompetenti jew solleċitati mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, irrispettivament minn jekk dak il-kuntatt jew dik is-solleċitazzjoni jkunux saru bħala tħejjija għall-użu tal-għodda tal-bejgħ ta' negozju, kif ukoll irrispettivament minn jekk is-solleċitazzjoni rriżultatx f'akkwist;

(f)

l-awdituri, il-kontabbilisti, il-konsulenti legali u professjonali, il-valwaturi u esperti oħrajn ingaġġati direttament jew indirettament mill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, mill-awtoritajiet kompetenti, mill-ministeri kompetenti jew mill-akkwirenti potenzjali msemmija fil-punt (e);

(g)

il-banek ċentrali u awtoritajiet oħrajn involuti fil-proċess tar-riżoluzzjoni;

(h)

CCP tranżitorja;

(i)

kwalunkwe persuna oħra li tipprovdi jew li pprovdiet servizzi direttament jew indirettament, b'mod permanenti jew okkażjonali, lill-persuni msemmija fil-punti (a) sa (k);

(j)

il-maniġment superjuri, il-membri tal-bord tas-CCP u l-impjegati tal-korpi jew l-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (k) qabel, matul u wara l-ħatra tagħhom;

(k)

il-membri l-oħrajn kollha tal-kulleġġ ta' riżoluzzjoni mhux imsemmija fil-punti (a), (b), (c) u (g).

2.   Bil-għan li jiġi żgurat li r-rekwiżiti tal-kunfidenzjalità stipulati fil-paragrafi 1 u 3 jiġu rrispettati, il-persuni msemmija fil-punti (a), (b), (c), (g), (h) u (k) tal-paragrafu 1 għandhom jiżguraw li jkun hemm regoli interni fis-seħħ, inklużi regoli intiżi sabiex jiżguraw is-segretezza tal-informazzjoni bejn persuni direttament involuti fil-proċess ta' riżoluzzjoni.

3.   Il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu pprojbiti milli jiddivulgaw informazzjoni kunfidenzjali li jirċievu matul il-kors tal-attivitajiet professjonali tagħhom jew mingħand awtorità kompetenti jew awtorità ta' riżoluzzjoni b'konnessjoni mal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, lil kwalunkwe persuna jew awtorità, sakemm dan ma jkunx fil-qadi tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament jew f'għamla ta' sommarju jew aggregata, sabiex b'hekk is-CCPs individwali ma jkunux jistgħu jiġu identifikati jew bil-kunsens espliċitu u minn qabel tal-awtorità jew tas-CCP li tkun ipprovdiet l-informazzjoni.

Qabel jiddivulgaw kwalunkwe tip ta' informazzjoni, il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jivvalutaw l-effetti li d-divulgazzjoni jista' jkollha fuq l-interess pubbliku fir-rigward tal-politika finanzjarja, monetarja jew ekonomika, fuq l-interessi kummerċjali tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, fuq l-iskop tal-ispezzjonijiet, fuq l-investigazzjonijiet u fuq il-kontrolli.

Il-proċedura għall-kontroll tal-effetti tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni għandha tinkludi valutazzjoni speċifika tal-effetti ta' kwalunkwe divulgazzjoni tal-kontenut u tad-dettalji tal-pjanijiet ta' rkupru u riżoluzzjoni msemmija fl-Artikoli 9 u 13 u r-riżultat ta' kwalunkwe valutazzjoni mwettqa skont l-Artikoli 10 u 16.

Kwalunkwe persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun soġġetta għar-responsabbiltà ċivili fil-każ ta' ksur ta' dan l-Artikolu, b'konformità mal-liġi nazzjonali.

4.   B'deroga mill-paragrafu 3, il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali ma' kwalunkwe minn dawn li ġejjin, dment li jkun hemm ftehimiet ta' kunfidenzjalità fis-seħħ għall-finijiet ta' dak l-iskambju:

(a)

kwalunkwe persuna oħra fejn ikun meħtieġ għall-finijiet tal-ippjanar jew it-twettiq ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni;

(b)

il-kumitati ta' inkjesta parlamentari fl-Istat Membru tagħhom, il-qrati tal-awdituri fl-Istat Membru tagħhom u entitajiet oħrajn inkarigati minn inkjesti fl-Istat Membru tagħhom;

(c)

l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għas-sorveljanza tas-sistemi ta' ħlas, l-awtoritajiet responsabbli mill-proċedimenti normali ta' insolvenza, l-awtoritajiet fdati bid-dover pubbliku tas-superviżjoni ta' entitajiet oħrajn fis-settur finanzjarju, l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni ta' swieq finanzjarji u impriżi tal-assigurazzjoni u spetturi li jaġixxu f'isimhom, l-awtoritajiet responsabbli għaż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu ta' regoli makroprudenzjali, l-awtoritajiet responsabbli għall-protezzjoni tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja u l-persuni inkarigati sabiex iwettqu kontrolli statutorji.

5.   Dan l-Artikolu ma għandux jimpedixxi:

(a)

lill-impjegati u lill-esperti tal-korpi jew tal-entitajiet imsemmija fil-punti (a) sa (g) u fil-punt (k) tal-paragrafu 1 milli jikkondividu informazzjoni bejniethom fi ħdan kull korp jew entità;

(b)

lill-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u lill-awtoritajiet kompetenti, inklużi l-impjegati u l-esperti tagħhom, milli jikkondividu informazzjoni ma' xulxin u ma' awtoritajiet ta' riżoluzzjoni oħrajn tal-Unjoni, ma' awtoritajiet kompetenti oħrajn tal-Unjoni, mal-ministeri kompetenti, mal-banek ċentrali, mal-awtoritajiet responsabbli mill-proċedimenti normali ta' insolvenza, mal-awtoritajiet responabbli miż-żamma tal-istabbiltà tas-sistema finanzjarja fl-Istati Membri permezz tal-użu ta' regoli makroprudenzjali, mal-persuni inkarigati bit-twettiq ta' kontrolli statutorji tal-kontijiet, mal-EBA, mal-ESMA, jew, soġġett għall-Artikolu 78, ma' awtoritajiet ta' pajjiżi terzi li jwettqu funzjonijiet ekwivalenti għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni, jew, soġġett għal rekwiżiti stretti ta' kunfidenzjalità, għal akkwirent potenzjali għall-finijiet tal-ippjanar jew it-twettiq ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni.

6.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali dwar id-divulgazzjoni ta' informazzjoni għall-finijiet ta' proċedimenti legali f'kawżi kriminali jew ċivili.

KAPITOLU VII

Id-dritt ta' appell u l-esklużjoni ta' azzjonijiet oħrajn

Artikolu 72

Approvazzjoni ġudizzjarja ex ante u drittijiet tal-appell

1.   ▌

2.   Il-persuni kollha affettwati minn deċiżjoni li tittieħed miżura għall-prevenzjoni tal-kriżijiet jew deċiżjoni li tiġi eżerċitata kwalunkwe setgħa, għajr azzjoni ta' riżoluzzjoni, għandhom ikollhom id-dritt tal-appell kontra dik id-deċiżjoni.

3.   Il-persuni kollha affettwati minn deċiżjoni li tittieħed azzjoni ta' riżoluzzjoni għandu jkollhom id-dritt ta' appell kontra dik id-deċiżjoni.

4.   Id-dritt ta' appell imsemmi fil-paragrafu 3 għandu jkun soġġett għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

id-deċiżjoni tal-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tkun infurzabbli minnufih u għandha tagħti lok għal suppożizzjoni konfutabbli li s-sospensjoni tal-infurzar tagħha tkun kontra l-interess pubbliku;

(b)

il-proċedura relatata mal-appell għandha ssir b'ħeffa;

(c)

il-qorti għandha tuża l-valutazzjonijiet ekonomiċi tal-fatti mwettqa mill-awtorità tar-riżoluzzjoni bħala bażi għall-valutazzjoni tagħha stess.

4a.     Deċiżjoni tal-Awtorità tar-Riżoluzzjoni biex tieħu azzjoni ta' Riżoluzzjoni, miżura ta' prevenzjoni ta' kriżi jew deċiżjoni li tiġi eżerċitata kwalunkwe setgħa, li mhix azzjoni ta' Riżoluzzjoni, għandha tkun annullata minħabba raġunijiet sostanzjali biss jekk tali deċiżjoni kienet arbitrarja u irraġonevoli fil-mument meta ttieħdet, abbażi tal-informazzjoni direttament disponibbli dak iż-żmien.

4b.     Il-preżentazzjoni ta' appell ma għandhiex tinvolvi xi sospensjoni awtomatika tal-effetti tad-deċiżjoni kkontestata.

5.   Fejn ikun meħtieġ li jiġu protetti l-interessi ta' partijiet terzi li jaġixxu in bona fide u li akkwistaw strumenti ta' sjieda, assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet ta' CCP taħt riżoluzzjoni permezz ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni, l-annullament ta' deċiżjoni ta' awtorità ta' riżoluzzjoni ma għandux jaffettwa kwalunkwe tranżazzjoni jew att amministrattiv sussegwenti konklużi mill-awtorità ta' riżoluzzjoni kkonċernata li kienu bbażati fuq id-deċiżjoni annullata.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, ir-rimedji disponibbli għall-applikant meta tiġi annullata deċiżjoni tal-awtorità tar-riżoluzzjoni għandhom ikunu limitati għal kumpens għat-telf imġarrab bħala riżultat ta' dik id-deċiżjoni.

Artikolu 73

Restrizzjonijiet fuq proċeduri oħrajn

1.   Ma għandhomx jinbdew proċedimenti normali ta' insolvenza fir-rigward ta' CCP, ħlief fuq l-inizjattiva tal-awtorità tar-riżoluzzjoni jew bil-kunsens tagħha b'konformità mal-paragrafu 3.

2.   L-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni għandhom jiġu nnotifikati mingħajr dewmien dwar kwalunkwe applikazzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti normali ta' insolvenza fir-rigward ta' CCP, irrispettivament minn jekk is-CCP tkunx taħt riżoluzzjoni jew jekk deċiżjoni tkunx saret pubblika b'konformità mal-Artikolu 70(3).

3.   L-awtoritajiet responsabbli għall-proċedimenti normali ta' insolvenza jistgħu jibdew dawk il-proċedimenti biss wara li l-awtorità tar-riżoluzzjoni tkun innotifikathom bid-deċiżjoni tagħha li ma tieħu ebda azzjoni ta' riżoluzzjoni fir-rigward tas-CCP jew meta ma tkun waslet ebda notifika fi żmien sebat ijiem min-notifika msemmija fil-paragrafu 2.

Meta jkun meħtieġ għall-użu effettiv tal-għodod u tas-setgħat ta' riżoluzzjoni, l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-qorti sabiex tapplika sospensjoni għal perjodu ta' żmien xieraq b'konformità mal-objettiv segwit, fuq kwalunkwe azzjoni ġudizzjarja jew proċediment ġudizzjarju fejn CCP taħt riżoluzzjoni hija jew tista' ssir parti.

TITOLU VI

RELAZZJONIJIET MA' PAJJIŻI TERZI

Artikolu 74

Ftehimiet ma' pajjiżi terzi

1.   B'konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE, il-Kummissjoni tista' tissottometti lill-Kunsill rakkomandazzjonijiet għan-negozjar tal-ftehimiet ma' wieħed jew aktar mill-pajjiżi terzi rigward il-mezzi ta' kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni u l-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi b'konnessjoni mal-ippjanar għall-irkupru u r-riżoluzzjoni b'rabta mas-CCPs u s-CCPs ta' pajjiżi terzi, fir-rigward tas-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta CCP ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi jew ikollha kumpaniji sussidjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar;

(b)

meta CCP stabbilita fi Stat Membru tipprovdi servizzi jew ikollha kumpanija sussidjarja waħda jew aktar f'pajjiż terz;

(ba)

meta numru sinifikanti ta' membri tal-ikklirjar ta' CCP jkunu stabbiliti f'dak il-pajjiż terz;

(bb)

meta CCP ta' pajjiż terz għandha numru sinifikanti ta' membri tal-ikklirjar li jkunu stabbiliti fl-Unjoni.

2.   Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom, b'mod partikolari, ifittxu li jiżguraw it-twaqqif ta' proċessi u arranġamenti għall-kooperazzjoni fit-twettiq tal-kompiti u fl-eżerċitar tas-setgħat indikati fl-Artikolu 77, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għal dawk il-finijiet.

Artikolu 75

Rikonoxximent u infurzar tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika fir-rigward tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi, dment u sakemm jidħol fis-seħħ ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 74(1) mal-pajjiż terz rilevanti. Huwa għandu japplika wkoll wara d-dħul fis-seħħ ta' ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 74(1) mal-pajjiż terz rilevanti, sakemm ir-rikonoxximent u l-infurzar tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi ma jkunux irregolati minn dak il-ftehim.

2.   L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom jirrikonoxxu l-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi fir-rigward ta' CCP ta' pajjiż terz fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

is-CCP ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi jew ikollha kumpaniji sussidjarji stabbiliti fi Stat Membru wieħed jew aktar;

(b)

is-CCP ta' pajjiż terz ikollha assi, drittijiet, obbligi jew obbligazzjonijiet li jinsabu fi Stat Membru wieħed jew aktar jew li jkunu rregolati mil-liġi ta' dawk l-Istati Membri.

L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom jiżguraw l-infurzar tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi rikonoxxuti b'konformità mal-liġi nazzjonali tagħhom.

3.   L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandu jkollhom is-setgħa, bħala minimu, li jagħmlu dan li ġej:

(a)

jeżerċitaw is-setgħat ta' riżoluzzjoni fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

(i)

l-assi ta' CCP ta' pajjiż terz li jinsabu fl-Istat Membru tagħhom jew li huma rregolati mil-liġi tal-Istat Membru tagħhom;

(ii)

id-drittijiet jew l-obbligazzjonijiet ta' CCP ta' pajjiż terz li jiddaħħlu fil-kotba fl-Istat Membru tagħhom jew li huma rregolati mil-liġi tal-Istat Membru tagħhom, jew meta l-pretensjonijiet fir-rigward ta' tali drittijiet u obbligazzjonijiet ikunu infurzabbli fl-Istat Membru tagħhom;

(b)

jipperfezzjonaw, inkluż li jitolbu lil persuna oħra tieħu azzjoni sabiex tipperfezzjona, trasferiment tal-istrumenti ta' sjieda f'kumpanija sussidjarja stabbilita fl-Istat Membru tal-ħatra;

(c)

jeżerċitaw is-setgħat fl-Artikoli 55, 56 u 57 fir-rigward tad-drittijiet ta' kwalunkwe parti f'kuntratt ma' entità msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, fejn tali setgħat ikunu meħtieġa sabiex jiġu infurzati l-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi;

(d)

jirrendu mhux infurzabbli kwalunkwe dritt li jitterminaw, jillikwidaw jew jaċċelleraw kuntratti, jew jaffettwaw id-drittijiet kuntrattwali, tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 u ta' entitajiet oħrajn fi grupp, meta tali dritt joriġina minn azzjoni ta' riżoluzzjoni meħuda fir-rigward tas-CCP ta' pajjiż terz, kemm jekk mill-awtorità ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz innifisha jew inkella skont ir-rekwiżiti legali jew regolatorji fir-rigward tal-arranġamenti ta' riżoluzzjoni f'dak il-pajjiż, dment li jibqgħu jiġu osservati l-obbligi sostantivi skont il-kuntratt, inklużi l-obbligi ta' ħlas u ta' konsenja u l-provvediment ta' kollateral.

4.   Ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiżi terzi għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċedimenti normali ta' insolvenza skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 76

Id-dritt li jiġi rrifjutat ir-rikonoxximent jew l-infurzar ta' proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz

B'deroga mill-Artikolu 75(2), l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu jew li jinfurzaw proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(a)

il-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz ikollhom effetti negattivi fuq l-istabbiltà finanzjarja fl-Istat Membru tagħhom;

(b)

il-kredituri jew il-membri tal-ikklirjar jew il-klijenti ta' tali membri tal-ikklirjar li jinsabu fl-Istat Membru tagħhom ma jirċevux l-istess trattament bħall-kredituri ta' pajjiż terz jew il-membri tal-ikklirjar jew il-klijenti ta' tali membri tal-ikklirjar bi drittijiet ġuridiċi simili skont il-proċedimenti ta' riżoluzzjoni domestiċi ta' pajjiż terz;

(c)

ir-rikonoxximent jew l-infurzar tal-proċedimenti ta' riżoluzzjoni ta' pajjiż terz ikollhom implikazzjonijiet fiskali materjali għall-Istat Membru tagħhom;

(d)

ir-rikonoxximent jew l-infurzar imur kontra l-liġi nazzjonali.

Artikolu 77

Kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi

1.   Dan l-Artikolu għandu japplika fir-rigward tal-kooperazzjoni ma' pajjiż terz dment li u sakemm jidħol fis-seħħ ftehim internazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 74(1) mal-pajjiż terz rilevanti. Huwa għandu japplika wkoll wara d-dħul fis-seħħ ta' ftehim internazzjonali previst fl-Artikolu 74(1) mal-pajjiż terz rilevanti sal-punt li s-suġġett ta' dan l-Artikolu ma jkunx irregolat minn dak il-ftehim.

2.   L-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, fejn ikun xieraq, għandhom jikkonkludu arranġamenti ta' kooperazzjoni mal-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti li ġejjin, wara li jikkunsidraw l-arranġamenti ta' kooperazzjoni eżistenti stabbiliti skont l-Artikolu 25(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012:

(a)

meta CCP ta' pajjiż terz tipprovdi servizzi jew ikollha kumpaniji sussidjarji fi Stat Membru wieħed jew aktar, l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiż terz fejn tkun stabbilita s-CCP;

(b)

meta CCP tipprovdi servizzi f'pajjiż terz wieħed jew aktar jew ikollha kumpaniji sussidjarji fih(om), l-awtoritajiet rilevanti tal-pajjiżi terzi fejn jiġu pprovduti dawk is-servizzi jew fejn ikunu stabbiliti l-kumpaniji sussidjarji.

3.   L-arranġamenti ta' kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jistabbilixxu proċessi u arranġamenti bejn l-awtoritajiet parteċipanti għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni meħtieġa għall-kooperazzjoni fit-twettiq tal-kompiti li ġejjin u għall-eżerċitar tas-setgħat li ġejjin fir-rigward tas-CCPs imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 2 jew tal-gruppi li jinkludu tali CCPs:

(a)

l-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni b'konformità mal-Artikolu 13 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(b)

il-valutazzjoni tar-riżolvibbiltà ta' tali istituzzjonijiet u gruppi, b'konformità mal-Artikolu 16 u rekwiżiti simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(c)

l-applikazzjoni tas-setgħat li jiġu indirizzati jew jitneħħew l-impedimenti għar-riżolvibbiltà skont l-Artikolu 17 u kwalunkwe setgħa simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(d)

l-applikazzjoni ta' miżuri ta' intervent bikri skont l-Artikolu 19 u setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(e)

l-użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat ta' riżoluzzjoni u ta' setgħat simili konferiti fuq l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi rilevanti.

4.   L-arranġamenti ta' kooperazzjoni konklużi bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u pajjiżi terzi skont il-paragrafu 2 jistgħu jinkludu dispożizzjonijiet fuq il-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)

l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija u l-manutenzjoni tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni;

(b)

konsultazzjoni u kooperazzjoni fl-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni, inklużi l-prinċipji għall-eżerċitar tas-setgħat skont l-Artikolu 75 u ta' setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(c)

l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-użu tal-għodod tar-riżoluzzjoni u l-eżerċitar tas-setgħat tar-riżoluzzjoni u ta' setgħat simili skont il-liġi tal-pajjiżi terzi rilevanti;

(d)

twissija bikrija lill-partijiet għall-arranġament ta' kooperazzjoni, jew konsultazzjoni magħhom, qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni sinifikanti skont dan ir-Regolament jew il-liġi tal-pajjiż terz rilevanti li taffettwa lis-CCP jew lill-grupp li miegħu huwa relatat l-arranġament;

(e)

il-koordinazzjoni tal-komunikazzjoni pubblika fil-każ ta' azzjonijiet ta' riżoluzzjoni konġunti;

(f)

il-proċeduri u l-arranġamenti għall-iskambju ta' informazzjoni u l-kooperazzjoni skont il-punti (a) sa (e), inkluż, fejn xieraq, permezz tal-istabbiliment u l-operat ta' gruppi għall-ġestjoni tal-kriżijiet.

Sabiex tiżgura l-applikazzjoni komuni, uniformi u konsistenti tal-paragrafu 3, l-ESMA għandha tippubblika linji gwida dwar it-tipi u l-kontenut tad-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 sa [UP jekk jogħġbok daħħal id-data 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament].

5.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA dwar kwalunkwe ftehim ta' kooperazzjoni li jkunu kkonkludew b'konformità ma' dan l-Artikolu.

Artikolu 78

Skambju ta' informazzjoni kunfidenzjali

1.   L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ministeri kompetenti u, fejn applikabbli, awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn għandhom jiskambjaw informazzjoni kunfidenzjali, inklużi pjanijiet ta' rkupru, mal-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi biss jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

dawk l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi ikunu soġġetti għar-rekwiżiti u l-istandards tas-segretezza professjonali mill-inqas meqjusa bħala ekwivalenti, fl-opinjoni tal-awtoritajiet kollha kkonċernati, għal dawk imposti mill-Artikolu 71;

(b)

l-informazzjoni hija neċessarja għat-twettiq mill-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiżi terzi tal-funzjonijiet tagħhom skont il-liġi nazzjonali li huma komparabbli ma' dawk skont dan ir-Regolament u ma tintużax għal finijiet oħrajn.

2.   Fir-rigward ta' kif il-kondiviżjoni tal-informazzjoni tirrelata mad-dejta personali, it-trattament u t-trażmissjoni ta' din it-tip ta' dejta personali lill-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi għandhom jkunu governati mil-liġi tal-Unjoni u nazzjonali applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.

3.   Meta l-informazzjoni kunfidenzjali toriġina minn Stat Membru ieħor, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni, l-awtoritajiet kompetenti u l-ministeri kompetenti ma għandhomx jiddivulgaw dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet rilevanti ta' pajjiż terz sakemm ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtorità rilevanti tal-Istat Membru minn fejn oriġinat l-informazzjoni taqbel ma' dik id-divulgazzjoni;

(b)

l-informazzjoni tiġi divulgata biss għall-finijiet permessi mill-awtorità msemmija fil-punt (a).

4.   Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, l-informazzjoni titqies bħala kunfidenzjali jekk tkun soġġetta għal rekwiżiti ta' kunfidenzjalità skont il-liġi tal-Unjoni.

Artikolu 78a

Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1.     Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu pieni kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali u miżuri amministrattivi oħrajn applikabbli meta ma jiġux rispettati d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Meta l-Istati Membri jiddeċiedu li ma jistabbilixxux regoli għal penali amministrattivi għal ksur soġġett għad-dritt kriminali nazzjonali huma għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni d-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt kriminali. Il-penali amministrattivi u l-miżuri amministrattivi l-oħra għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk l-obbligi msemmija fl-ewwel paragrafu japplikaw għal CCPs, membri tal-ikklirjar tas-CCPs u impriżi prinċipali, f'każ ta' ksur ikunu jistgħu jiġu applikati penali amministrattivi, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati fid-dritt nazzjonali, fil-konfront tal-membri tal-bord tas-CCP u persuni fiżiċi oħrajn li skont id-dritt nazzjonali jkun responsabbli għall-ksur.

3.     Is-setgħat ta' impożizzjoni ta' penali amministrattivi previsti f'dan ir-Regolament għandhom jiġu attribwiti lill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jew, jekk ikunu differenti, lill-awtoritajiet kompetenti, skont it-tip ta' ksur. L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat investigattivi u ta' ġbir ta' informazzjoni kollha li huma meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet rispettivi tagħhom. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu penali, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni għandhom jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li l-penali amministrattivi jew il-miżuri amministrattivi l-oħrajn jipproduċu r-riżultati mixtieqa u jikkoordinaw l-azzjonijiet tagħhom meta jittrattaw każijiet transfruntieri.

4.     L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom li jimponu penali amministrattivi f'konformità ma' dan ir-Regolament u mad-dritt nazzjonali fi kwalunkwe wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

direttament;

(b)

f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħrajn;

(c)

taħt ir-responsabbiltà tagħhom b'delega lil dawn l-awtoritajiet;

(d)

b'applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

Artikolu 78b

Dispożizzjonijiet speċifiċi

1.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprevedu penali u miżuri oħra tal-inqas fir-rigward tas-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

nuqqas li jitfasslu, jinżammu u jiġu aġġornati pjanijiet ta' rkupru bi ksur tal-Artikolu 9;

(b)

nuqqas li tingħata l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-iżvilupp ta' pjanijiet ta' riżoluzzjoni, bi ksur tal-Artikolu 14;

(c)

nuqqas tal-bord tas-CCP li jinnotifika lill-awtorità kompetenti meta s-CCP tkun qed tfalli jew x'aktarx tfalli, bi ksur tal-Artikolu 68(1).

2.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-penali u l-miżuri amministrattivi l-oħra li jkunu jistgħu jiġu applikati jinkludu, mill-inqas, dawn li ġejjin:

(a)

dikjarazzjoni pubblika li tindika l-persuna fiżika, l-istituzzjoni, l-impriża prinċipali tal-Unjoni, is-CCP jew persuna ġuridika oħra responsabbli u n-natura tal-ksur;

(b)

ordni li teħtieġ li l-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli twaqqaf l-imġiba u ma tirrepetix dik l-imġiba;

(c)

projbizzjoni temporanja kontra l-membri tal-maniġment superjuri tas-CCP jew kwalunkwe persuna fiżika oħra miżmuma responsabbli, milli jeżerċitaw funzjonijiet f'CCPs;

(d)

fil-każ ta' persuna ġuridika, multi amministrattivi sa 10 % tal-fatturat nett annwali totali ta' dik il-persuna ġuridika fis-sena kummerċjali preċedenti. Meta l-persuna ġuridika tkun sussidjarja ta' impriża prinċipali, il-fatturat rilevanti għandu jkun il-fatturat li jirriżulta mill-kontabbiltà konsolidata tal-impriża prinċipali aħħarija fis-sena kummerċjali preċedenti;

(e)

fil-każ ta' persuna fiżika, multi amministrattivi sa massimu ta' EUR 5 000 000, jew, fl-Istati Membri fejn l-Euro ma tkunx il-munita uffiċjali, il-valur korrispondenti fil-munita nazzjonali fi [data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament];

(f)

multi amministrattivi sa massimu tad-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub minħabba l-ksur jekk dak il-benefiċċju jkun jista' jiġi determinat.

Artikolu 78c

Pubblikazzjoni tal-penali amministrattivi

1.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw fis-sit web uffiċjali tagħhom tal-inqas kwalunkwe penali amministrattiva li tkun ġiet imposta minnhom għal ksur tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament meta dawn il-penali ma kinux is-suġġett ta' appell jew meta d-dritt ta' appell ikun ġie eżawrit. Tali publikazzjoni għandha ssir mingħajr dewmien bla bżonn wara li l-persuna fiżika jew ġuridika li tirċievi l-penali tiġi infurmata b'dik id-deċiżjoni u għandha tinkludi informazzjoni dwar it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuna fiżika jew ġuridika li fir-rigward tagħha tiġi imposta l-penali.

Jekk l-Istati Membri jippermettu l-pubblikazzjoni ta' penali li jkunu s-suġġett ta' appell, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien bla bżonn, jippubblikaw – fuq is-sit web uffiċjali tagħhom – informazzjoni dwar l-istatus ta' dak l-appell u l-eżitu tiegħu.

2.     L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw il-penali imposti minnhom fuq bażi anonima, b'mod li jkun konformi mad-dritt nazzjonali, fi kwalunkwe waħda miċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

meta l-penali tiġi imposta fuq persuna fiżika u jintwera – minn valutazzjoni a priori obbligatorja tal-proporzjonalità ta' tali pubblikazzjoni – li l-pubblikazzjoni ta' dejta personali tkun sproporzjonata;

(b)

meta l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji jew xi investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja;

(c)

meta l-pubblikazzjoni tikkawża, sa fejn dan ikun jista' jiġi determinat, dannu sproporzjonat lis-CCP jew lill-persuni fiżiċi involuti.

Alternattivament, f'każijiet bħal dawn, il-pubblikazzjoni tad-dejta kkonċernata tista' tiġi posposta għal perjodu ta' żmien raġonevoli, jekk ikun prevedibbli li r-raġunijiet għall-pubblikazzjoni anonima x'aktarx ma jibqgħux jeżistu aktar f'dak il-perjodu.

3.     L-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe pubblikazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tibqa' fuq is-sit web uffiċjali tagħhom għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin. Id-dejta personali li jkun hemm fil-pubblikazzjoni għandha tinżamm fuq is-sit web uffiċjali tal-awtorità tar-riżoluzzjoni jew l-awtorità kompetenti għall-perjodu li jkun meħtieġ biss, f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta.

4.     Sa … [UP: daħħal id-data: 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-ESMA għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni mill-Istati Membri, fuq bażi anonima kif previst skont il-paragrafu 2, ta' penali għal nonkonformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament u b'mod partikolari jekk kienx hemm diverġenzi sinifikanti bejn l-Istati Membri f'dak ir-rigward. Dak ir-rapport għandu jindirizza wkoll kwalunkwe diverġenza sinifikattiva matul il-pubblikazzjoni ta' penali skont id-dritt nazzjonali għall-Istati Membri għall-pubblikazzjoni tal-penali.

Artikolu 78d

Manutenzjoni tal-bażi ta' dejta ċentrali mill-ESMA

1.     Soġġett għar-rekwiżiti ta' segretezza professjonali msemmija fl-Artikolu 71, l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni u l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ESMA bil-penali amministrattivi kollha imposti minnhom skont l-Artikolu 78a għal ksur tad-dispożizzjonijiet stabbiliti f'din id-Direttiva u bl-istatus ta' dak l-appell u l-eżitu tiegħu.

2.     L-ESMA għandha żżomm bażi ta' dejta ċentrali ta' penali rrapportati lilha unikament għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni biss u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni.

3.     L-ESMA għandha żżomm bażi ta' dejta ċentrali ta' penali rrapportati lilha unikament għall-fini tal-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni li għandha tkun aċċessibbli għall-awtoritajiet kompetenti biss u għandha tiġi aġġornata abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet kompetenti.

4.     L-ESMA għandha żżomm paġna web b'links għall-pubblikazzjoni ta' penali ta' kull awtorità tar-riżoluzzjoni u l-pubblikazzjoni ta' penali ta' kull awtorità kompetenti skont l-Artikolu 78c u tindika l-perjodu li matulu kull Stat Membru jippubblika l-penali.

Artikolu 78e

L-applikazzjoni effettiva tal-penali u l-eżerċizzju tas-setgħat ta' impożizzjoni ta' penali mill-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li meta jkunu qegħdin jiddeterminaw it-tip ta' penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra u l-livell tal-multi amministrattivi, l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jikkunsidraw iċ-ċirkostanzi kollha rilevanti, inkluż, jekk xieraq:

(a)

il-gravità u t-tul tal-ksur;

(b)

il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(c)

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, pereżempju, kif indikata mill-fatturat totali tal-persuna ġuridika responsabbli jew id-dħul annwali tal-persuna fiżika responsabbli;

(d)

l-ammont tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli, sa fejn ikunu jistgħu jiġu determinati;

(e)

it-telf għal partijiet terzi kkaġunat mill-ksur, meta jkun jista' jiġi stabbilit;

(f)

il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mal-awtorità kompetenti u mal-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(g)

ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli;

(h)

kwalunkwe konsegwenza sistemika potenzjali tal-ksur.

TITOLU VII

EMENDI GĦAR-REGOLAMENTI (UE) NRU 1095/2010, (UE) NRU 648/2012 U (UE) NRU 2015/2365

Artikolu 79

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 1095/2010

Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 4 il-paragrafu 3, jiżdied il-punt (iv) li ġej:

“(iv)

fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP], awtorità tar-riżoluzzjoni kif definita fil-punt 3 tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP]”.

(2)

fil-paragrafu 5 tal-Artikolu 40, jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-fini li jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP], il-membru tal-Bord tas-Superviżuri msemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jista', meta xieraq, ikun akkumpanjat minn rappreżentant mill-awtorità tar-riżoluzzjoni f'kull Stat Membru, li ma għandux ikollu dritt tal-vot.”.

Artikolu 80

Emendi għar-Regolament (UE) Nru 648/2012

Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 huwa emendat kif ġej:

(1)

Jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:

“Artikolu 6a

Sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar matul riżoluzzjoni

1.   Meta CCP tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP], l-awtorità tar-riżoluzzjoni tas-CCP maħtura skont l-Artikolu 3(1) ta' dak ir-Regolament ▌ tista' titlob lill-Kummissjoni sabiex tissospendi temporanjament l-obbligu tal-ikklirjar stipulat fl-Artikolu 4(1) għall-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

is-CCP f'riżoluzzjoni tkun awtorizzata skont l-Artikolu 14 sabiex tikklirja l-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC soġġetti għal ikklirjar skont l-Artikolu 4(1), li għalihom tintalab is-sospensjoni;

(b)

is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar stipulat fl-Artikolu 4 għal dawk il-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC hija meħtieġa sabiex tiġi evitata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni b'konnessjoni mar-riżoluzzjoni tas-CCP, b'mod partikolari meta jiġu ssodisfati l-kriterji kollha li ġejjin:

(i)

ikun hemm eventi negattivi jew żviluppi li jikkostitwixxu theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja;

(ii)

il-miżura tkun meħtieġa sabiex tiġi indirizzata t-theddida u ma jkollhiex effett detrimentali fuq l-istabbiltà finanzjarja inklużi effetti proċikliċi possibbli li jkunu sproporzjonati għall-benefiċċji tagħha.

(iia)

l-ebda CCP alternattiva ma tkun disponibbli biex toffri s-servizz ta' kklirjar lill-parteċipanti tal-ikklirjar tas-CCP f'riżoluzzjoni, jew il-membri tal-ikklirjar u l-klijenti ma jkunux operazzjonalment u teknikament kapaċi jissodisfaw fi żmien raġonevoli r-rekwiżiti legali jew operazzjonali kollha ta' dawk is-CCPs alternattivi.

It-talba msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun akkumpanjata minn evidenza li turi li l-kundizzjonijiet stipulati fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu huma ssodisfati.

L-awtorità tar-riżoluzzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tinnotifika t-talba motivata tagħha lill-ESMA u lill-BERS fl-istess ħin li tiġi nnotifikata t-talba lill-Kummissjoni.

2.   L-ESMA għandha, fi żmien 24 siegħa min-notifika tat-talba msemmija fil-paragrafu 1, u wara konsultazzjoni mal-BERS, toħroġ opinjoni dwar is-sospensjoni intiża, wara li tikkunsidra l-ħtieġa li tiġi evitata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, l-objettivi tar-riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP] u l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.

3.   L-opinjoni msemmija fil-paragrafu 2 ma għandhiex tiġi ppubblikata.

4.   Il-Kummissjoni għandha, fi żmien 48 siegħa mit-talba msemmija fil-paragrafu 1 u b'konformità mal-paragrafu 6, tadotta deċiżjoni li tissospendi temporanjament l-obbligu tal-ikklirjar għall-klassijiet speċifiċi ta' derivattivi OTC jew li tirrifjuta s-sospensjoni mitluba.

5.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi kkomunikata lill-awtorità li tkun talbet is-sospensjoni u lill-ESMA u għandha tiġi ppubblikata fis-sit web tal-Kummissjoni. Meta l-Kummissjoni tiddeċiedi li tissospendi obbligu tal-ikklirjar, din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fuq ir-reġistru pubbliku msemmi fl-Artikolu 6.

6.   Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tissospendi temporanjament l-obbligu tal-ikklirjar imsemmi fil-paragrafu 1 għall-klassi speċifika ta' derivattivi OTC, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt (a) u (b) tal-paragrafu 1. Meta tadotta tali deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-opinjoni maħruġa mill-ESMA msemmija fil-paragrafu 2, l-objettivi tar-riżoluzzjoni msemmija fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP], il-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 5 rigward dawk il-klassijiet ta' derivattivi OTC u l-ħtieġa tas-sospensjoni sabiex tiġi evitata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja.

7.   Is-sospensjoni ta' obbligu tal-ikklirjar skont il-paragrafu 4 għandha tkun valida għal perjodu inizjali ta' mhux aktar minn xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

8.   Il-Kummissjoni tista' , wara li tikkonsulta mal-Awtorità tar-Riżoluzzjoni, l-ESMA u l-BERS, iġġedded is-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 7 għal perjodu wieħed jew aktar ta' mhux aktar minn sitt xhur kumulattivi minn tmiem il-perjodu tas-sospensjoni inizjali meta r-raġunijiet għas-sospensjoni jibqgħu japplikaw.

9.   Meta s-sospensjoni ma tiġġeddidx sa tmiem il-perjodu inizjali jew sa tmiem kwalunkwe perjodu ta' tiġdid sussegwenti, hija għandha tiskadi awtomatikament.

10.   Il-Kummissjoni għandha tinnotifika lill-ESMA bl-intenzjoni tagħha li ġġedded is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar.

Fi żmien 48 siegħa min-notifika mill-Kummissjoni tal-intenzjoni tagħha li ġġedded is-sospensjoni tal-obbligu tal-ikklirjar, l-ESMA għandha toħroġ opinjoni dwar it-tiġdid tas-sospensjoni, wara li tikkunsidra l-ħtieġa li tiġi evitata theddida serja għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, l-objettivi ta' riżoluzzjoni stipulati fl-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP] u l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 tal-Artikolu 5 ta' dan ir-Regolament.”;

(2)

Fl-Artikolu 28, il-paragrafu 3 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“3.   Il-kumitat tar-riskju għandu jagħti pariri lill-bord dwar kwalunkwe arranġament li jista' jħalli impatt fuq il-ġestjoni tar-riskji tas-CCP, bħal bidla sinifikanti fil-mudell tar-riskju tagħha, il-proċeduri ta' inadempjenza, il-kriterji sabiex jiġu aċċettati l-membri tal-ikklirjar, l-ikklirjar ta' klassijiet ġodda ta' strumenti jew l-esternalizzazzjoni tal-funzjonijiet. Il-kumitat tar-riskju għandu jgħarraf lill-bord fil-ħin dwar kwalunkwe riskju li jaffettwa r-reżiljenza tas-CCP. Il-pariri tal-kumitat tar-riskju mhumiex meħtieġa għall-operazzjonijiet ta' kuljum tas-CCP. Għandhom isiru sforzi raġonevoli sabiex issir konsultazzjoni mal-kumitat tar-riskju dwar l-iżviluppi li jħallu impatt fuq il-ġestjoni tar-riskji tas-CCP f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inkluż dwar l-iżviluppi li huma rilevanti għall-iskoperturi tal-membri tal-ikklirjar għas-CCP u l-interdipendenzi ma' CCPs oħrajn, mingħajr preġudizzju għal-limitazzjonijiet rigward l-iskambju ta' informazzjoni stabbiliti fil-liġi dwar il-kompetizzjoni”.

(3)

Fl-Artikolu 28, il-paragrafu 5 jiġi ssostitwit b'dan li ġej:

“5.   CCP għandha tgħarraf minnufih lill-awtorità kompetenti u lill-kumitat tar-riskju bi kwalunkwe deċiżjoni fejn il-bord jiddeċiedi li ma jsegwix il-pariri tal-kumitat tar-riskju u tispjega tali deċiżjoni. Il-kumitat tar-riskju jew kwalunkwe membru tal-kumitat tar-riskju jista' jgħarraf lill-awtorità kompetenti bi kwalunkwe qasam fejn huwa jqis li l-pariri tal-kumitat tar-riskju ma ġewx segwiti.”;

(4)

fl-Artikolu 38, jiżdied il-paragrafu 6 li ġej:

“Il-membri tal-ikklirjar tas-CCP għandhom jgħarrfu b'mod ċar lill-klijenti eżistenti u potenzjali tagħhom dwar it-telf speċifiku potenzjali jew spejjeż oħrajn li jistgħu jġarrbu bħala konsegwenza tal-applikazzjoni tal-proċedura ta' ġestjoni tal-inadempjenza u tal-arranġamenti tal-allokazzjoni tat-telf stabbiliti fir-regoli operattivi tas-CCPs, inkluż it-tip ta' kumpens li jistgħu jirċievu, billi jieħdu f'kunsiderazzjoni l-Artikolu 48(7) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012. Il-klijenti għandhom jiġu pprovduti b'informazzjoni suffiċjenti sabiex ikun żgurat li huma jkunu jistgħu jifhmu t-telf tal-agħar każ jew spejjeż oħrajn li jistgħu jiffaċċjaw jekk is-CCP tieħu miżuri ta' rkupru.”;

(5)

fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 81, jiżdied il-punt (q) li ġej:

“(q)

l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP].”.

Artikolu 81

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 2015/2365

Fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 12, jiżdied il-punt (n) li ġej:

“(n)

l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni maħtura skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) [dwar l-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCP].”.

TITOLU VIII

DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 82

Rieżami

Sa mhux aktar tard minn …[sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u qabel dan jekk xieraq fid-dawl ta' leġiżlazzjoni oħra adottata, l-ESMA għandha tivvaluta l-ħtiġiijiet ta' persunal u riżorsi li jirriżultaw mill-assunzjoni tas-setgħat u d-dmirijiet tagħha f'konformità ma' dan ir-Regolament u għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Sa … [tliet snin wara d-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament jew wara l-adozzjoni ta' leġiżlazzjoni rilevanti oħra], il-Kummissjoni għandha tirreżamina dan ir-Regolament u l-implimentazzjoni tiegħu u għandha tivvaluta l-effikaċja tal-arranġamenti ta' governanza għall-irkupru u r-riżoluzzjoni tas-CCPs fl-Unjoni u għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Dan ir-rapport għandu, b'mod partikolari:

(a)

jivvaluta jekk it-twaqqif ta' awtorità tar-riżoluzzjoni unika għas-CCPs tal-Unjoni jkunx ta' benefiċċju, f'waqtu u konsistenti mal-iżviluppi fir-rigward tal-arkitettura superviżorja għas-CCPs fl-Unjoni u mal-istat ta' integrazzjoni ta' din l-arkitettura superviżorja; u

(b)

jagħmel rieżami tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji tal-Unjoni li jistgħu jaqdu l-funzjonijiet ta' awtorità tar-riżoluzzjoni unika għas-CCPs tal-Unjoni u jivvaluta l-adegwatezza tagħhom.

Jekk sa meta jasal dan ir-rapport ikun ġie stabbilit superviżur uniku għas-CCPs tal-Unjoni jew jekk ir-rapport jikkonkludi li l-arkitettura superviżorja għas-CCPs tal-Unjoni tkun integrata biżżejjed biex awtorità tar-riżoluzzjoni unika għas-CCPs tkun konsistenti magħha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta biex dan ir-Regolament jiġi emendat b'tali mod li tinħoloq awtorità tar-riżoluzzjoni unika għas-CCPs jew, skont il-każ, sabiex ir-riżoluzzjoni tas-CCPs tal-Unjoni tiġi fdata lil kwalunkwe istituzzjoni, korp jew aġenzija tal-Unjoni adegwata.

Artikolu 83

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn [UP: Jekk jogħġbok daħħal id-data stipulata fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) ta' din id-Direttiva li temenda d-Direttiva 2014/59/UE].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C , , p. .

(2)  ĠU C 209, 30.6.2017, p. 28.

(3)  ĠU C 372, 1.11.2017, p. 6.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).

(5)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta' istituzzjonijiet ta' kreditu u ditti ta' investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1).

(7)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(8)  Ir-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU L 168, 27.6.2002, p. 43).

(10)  Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32)

(11)  Ir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 876/2013 tat-28 ta' Mejju 2013 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar il-kulleġġi għall-kontropartijiet ċentrali (ĠU L 244, 13.9.2013, p. 19)

(12)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) … tat-23.3.2016 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw il-kontenut tal-pjanijiet ta' rkupru, tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni u tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni fi grupp, il-kriterji minimi li l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta fir-rigward tal-pjanijiet ta' rkupru u tal-pjanijiet ta' rkupru ta' grupp, il-kundizzjonijiet għall-appoġġ finanzjarju ta' grupp, ir-rekwiżiti għal valwaturi indipendenti, ir-rikonoxximent kuntrattwali tas-setgħat ta' valwazzjoni negattiva u ta' konverżjoni, il-proċeduri u l-kontenut tar-rekwiżiti ta' notifika u tal-avviż ta' sospensjoni u l-funzjonament operattiv tal-kulleġġi ta' riżoluzzjoni, C(2016)1691 [Nota lill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet – Jekk jogħġbok introduċi n-numru tar-Regolament Delegat]

(13)  Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).

(14)  Id-Direttiva 2001/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Mejju 2001 fuq l-ammissjoni ta' titoli għal-listi ta' stock exchange uffiċjali u fuq informazzjoni li għandha tkun ippubblikata fuq dawk il-titoli (ĠU L 184, 6.7.2001, p. 1).

(15)  Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Diċembru 2004 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' trasparenza f'dak li għandu x'jaqsam ma' informazzjoni dwar emittenti li t-titoli tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 390, 31.12.2004, p. 38).

ANNESS

TAQSIMA A

REKWIŻITI GĦALL-PJANIJIET TA' RKUPRU

1.

Il-pjan ta' rkupru għandu:

(1)

ma jassumi l-ebda aċċess għal jew li jirċievi għajnuna finanzjarja pubblika straordinarja;

(2)

iqis l-interessi tal-partijiet konċernati kollha li x'aktarx jiġu affettwati minn dan il-pjan;

(3)

jiżgura li l-membri tal-ikklerjar ma jkollhomx skopertura bla limitu għas-CCP.

Matul il-proċess tat-tfassil tal-pjan, is-CCP għandha tiżviluppa mekkaniżmi adegwati biex tinvolvi lill-FMIs marbuta u lill-partijiet konċernati li jġarrbu telf, spejjeż jew li jikkontribwixxu biex jiġi kopert in-nuqqas ta' likwidità f'każ li l-pjan ta' rkupru ġie implimentat.

TAQSIMA B

INFORMAZZJONI LI L-AWTORITAJIET TAR-RIŻOLUZZJONI JISTGĦU JITOLBU LIS-CCPS JAGĦTU GĦALL-FINIJIET LI JITFASSLU U JINŻAMMU L-PJANIJIET TA' RIŻOLUZZJONI

L-awtoritajiet ta' riżoluzzjoni jistgħu jitolbu lill-istituzzjonijiet jipprovdu, għall-finijiet tat-tfassil u taż-żamma tal-pjanijiet ta' riżoluzzjoni tal-inqas l-informazzjoni li ġejja:

(2)

deskrizzjoni dettaljata tal-istruttura organizzazzjonali tas-CCP, inkluża lista tal-persuni ġuridiċi kollha;

(3)

identifikazzjoni tad-detenturi diretti u l-perċentwali tad-drittijiet tal-vot u tad-drittijiet bla vot ta' kull persuna ġuridika;

(4)

il-post, il-ġurisdizzjoni tal-inkorporazzjoni, il-liċenzjar u l-immaniġġjar ewlenin assoċjati ma' kull persuna ġuridika;

(5)

immappjar tal-operazzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin tas-CCP inklużi d-dettalji tal-karta tal-bilanċ ta' dawn l-operazzjonijiet u l-linji tan-negozju, b'referenza għall-persuni ġuridiċi;

(6)

deskrizzjoni dettaljata tal-komponenti tas-CCP kollha u tal-attivitajiet kummerċjali kollha tal-entitajiet ġuridiċi tagħha, isseparati, bħala minimu skont it-tipi tas-servizzi u l-ammonti rispettivi ta' volumi kklerjati, interess miftuħ, marġini inizjali, marġini ta' varjazzjoni, fondi ta' inadempjenza u kwalunkwe dritt assoċjat ieħor ta' valutazzjoni jew azzjonijiet oħra ta' rkupru li jappartjenu lil tali linji ta' negozju;

(7)

dettalji tal-kapital u tal-istrumenti tad-dejn maħruġin mis-CCP u mill-entitajiet ġuridiċi tagħha;

(8)

identifikazzjoni ta' mingħand min is-CCP tkun irċeviet il-kollateral u f'liema forma (trasferiment ta' titolu jew garanzija), u li għalihom tkun ippleġġjat kollateral u f'liema forma u l-persuna li żżomm il-kollateral, u fiż-żewġ każijiet il-ġurisdizzjoni li fiha jinsab il-kollateral;

(9)

deskrizzjoni tal-iskoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tas-CCP u tal-entitajiet legali tagħha, inkluż immappjar tal-operazzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin tagħha;

(10)

il-ħeġġijiet materjali tas-CCP inkluż l-immappjar ma' persuni ġuridiċi;

(11)

identifikazzjoni tal-iskoperturi u tal-importanza relattivi tal-membri tal-ikklerjar tas-CCP kif ukoll analiżi tal-impatt tal-falliment ta' membri ewlenin tal-ikklerjar tas-CCP;

(12)

kull sistema li fiha s-CCP twettaq għadd materjali jew tivvalorizza l-ammont tat-tranżazzjonijiet, inkluż l-immappjar mal-persuni ġuridiċi, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tas-CCP;

(13)

kull sistema ta' pagament, ikklerjar jew saldu li s-CCP hija direttament jew indirettament membru tagħha, inkluż l-immappjar mal-persuni ġuridiċi, l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin tas-CCP;

(14)

inventarju u deskrizzjoni dettaljati tas-sistemi tal-immaniġġjar tal-informazzjoni ewlenija, inklużi dawk għall-immaniġġjar tar-riskji, għall-kontabbiltà u għar-rapportar finanzjarju u regolatorju użati mis-CCP inkluż l-immappjar mal-persuni ġuridiċi, tal-operazzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin tas-CCP;

(15)

identifikazzjoni tas-sidien tas-sistemi identifikati fil-punt (13), il-ftehimiet fil-livell ta' servizz relatati magħhom, u kwalunkwe softwer u sistemi jew liċenzji, inkluż l-immappjar mal-entitajiet legali, tal-operazzjonijiet kritiċi u tal-linji tan-negozju ewlenin tagħhom;

(16)

identifikazzjoni u mmappjar mal-persuni ġuridiċi u l-interkonnessjonijiet u l-interdipendenzi bejn l-persuni ġuridiċi differenti bħal:

persunal, faċilitajiet u sistemi komuni jew kondiviżi;

arranġamenti ta' kapital, finanzjament jew likwidità;

skoperturi ta' kreditu eżistenti jew kontinġenti;

ftehimiet ta' kontrogaranziji, arranġamenti ta' kontrokollateral, dispożizzjonijiet ta' kontroinadempjenza u arranġamenti ta' netting tal-kontroaffiljati;

riskji tat-trasferimenti u arranġamenti ta' negozjar spalla ma' spalla; ftehimiet fil-livell ta' servizz;

(17)

l-awtorità kompetenti u ta' riżoluzzjoni għal kull persuna ġuridika, jekk ikunu differenti minn dawk maħtura skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u skont l-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament;

(18)

il-membru tal-bord responsabbli li jipprovdi l-informazzjoni meħtieġa biex jitħejja l-pjan ta' riżoluzzjoni ta' CCP kif ukoll dawk responsabbli, jekk differenti, għall-persuni ġuridiċi differenti, għall-operazzjonijiet kritiċi u għal-linji tan-negozju ewlenin;

(19)

deskrizzjoni tal-arranġamenti li s-CCP għandha fis-seħħ sabiex tiżgura li, fil-każ ta' riżoluzzjoni, l-awtorità tar-riżoluzzjoni jkollha l-informazzjoni kollha meħtieġa, kif determinat mill-awtorità tar-riżoluzzjoni, għall-applikazzjoni tal-għodod u tas-setgħat tar-riżoluzzjoni;

(20)

Il-ftehimiet kollha konklużi mis-CCP u l-entitajiet ġuridiċi ma' partijiet terzi, li t-terminazzjoni tagħhom tista' tiskatta permezz ta' deċiżjoni tal-awtoritajiet li japplikaw għodda tar-riżoluzzjoni u jekk il-konsegwenzi tat-terminazzjoni jistgħux jaffettwaw l-applikazzjoni tal-għodda tar-riżoluzzjoni;

(21)

deskrizzjoni ta' sorsi possibbli ta' likwidità biex isostnu riżoluzzjoni;

(22)

informazzjoni dwar tfixkil għall-assi, għall-assi likwidi, għall-attivitajiet li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ, għall-istrateġiji tal-iħħeġġjar u għall-prassi tad-dħul fil-kotba.

TAQSIMA C

KWISTJONIJIET LI L-AWTORITÀ TA' RIŻOLUZZJONI TRID TQIS META TIVVALUTA R-RIŻOLVIBBILTÀ TA' CCP

Meta tivvaluta r-riżolvibbiltà ta' CCP, l-awtorità ta' riżoluzzjoni għandha tikkunsidra dan li ġej:

(23)

sa fejn is-CCP tkun tista' timmappja l-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi għal persuni ġuridiċi;

(24)

sa fejn l-istrutturi ġuridiċi u korporattivi jkunu allinjati mal-linji tan-negozju ewlenin u mal-operazzjonijiet kritiċi;

(25)

il-punt sa fejn ikun hemm arranġamenti fis-seħħ biex jipprovdu għall-persunal essenzjali, għall-infrastruttura, għall-finanzjament, għal-likwidità u għall-kapital biex jiġu sostnuti u miżmuma l-linji tan-negozju ewlenin u l-operazzjonijiet kritiċi;

(26)

il-punt sa fejn il-ftehimiet tas-servizz li s-CCP ikollha huma infurzabbli b'mod sħiħ fil-każ ta' riżoluzzjoni tas-CCP;

(27)

il-punt sa fejn l-istruttura tal-governanza tas-CCP hija adegwata għall-immaniġġjar u l-iżgurar tal-konformità mal-politiki interni tas-CCPs fir-rigward tal-ftehimiet tagħha fil-livell ta' servizz;

(28)

il-punt sa fejn is-CCP għandha proċess għat-tranżizzjoni tas-servizzi pprovduti skont il-ftehimiet fil-livell ta' servizz lil partijiet terzi fil-każ ta' separazzjoni tal-funzjonijiet kritiċi jew tal-linji tan-negozju ewlenin;

(29)

il-punt sa fejn hemm pjanijiet u miżuri ta' kontinġenza fis-seħħ biex jiżguraw il-kontinwità fl-aċċess għas-sistemi tal-pagamenti u tas-saldu;

(30)

l-adegwatezza tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment biex jiżguraw li l-awtoritajiet tar-riżoluzzjoni jkunu jistgħu jiġbru informazzjoni eżatta u kompleta fir-rigward tal-linji tan-negozju ewlenin u tal-operazzjonijiet kritiċi sabiex jiġi faċilitat it-teħid rapidu ta' deċiżjonijiet;

(31)

il-kapaċità tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment li jipprovdu l-informazzjoni essenzjali għar-riżoluzzjoni effettiva tas-CCP il-ħin kollu, anke taħt kondizzjonijiet li jinbidlu b'mod rapidu;

(32)

il-punt sa fejn is-CCP tkun ittestjat is-sistemi tagħha tal-informazzjoni tal-maniġment f'xenarji ta' stress kif definit mill-awtorità tar-riżoluzzjoni;

(33)

il-punt sa fejn is-CCP tista' tiżgura l-kontinwità tas-sistemi tal-informazzjoni tal-maniġment tagħha kemm għas-CCP affettwata kif ukoll għas-CCP l-ġdida fil-każ li l-operazzjonijiet kritiċi u l-linji tan-negozju ewlenin jiġu sseparati mill-bqija tal-operazzjonijiet u mil-linji tan-negozju;

(34)

meta s-CCP tibbenefika jew tkun esposta għal kwalunkwe garanzija intragrupp, il-punt sa fejn dawk il-garanziji jiġu provduti b'kundizzjonijiet tas-suq u kemm huma robusti s-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju li jikkonċernaw dawk il-garanziji;

(35)

meta s-CCP tinvolvi ruħa fi tranżazzjonijiet spalla ma' spalla, il-punt sa fejn dawk it-tranżazzjonijiet jitwettqu b'kundizzjonijiet tas-suq u kemm huma robusti s-sistemi tal-immaniġġjar tar-riskju li jikkonċernaw dawk it-tranżazzjonijiet;

(36)

il-punt sa fejn l-użu ta' garanziji intragrupp jew tranżizzjonijiet ta' dħul fil-kotba spalla ma' spalla jżidu l-kontaġju fil-grupp;

(37)

il-punt sa fejn l-istruttura ġuridiċi tas-CCP jimpedixxu l-applikazzjoni tal-għodod tar-riżoluzzjoni minħabba l-għadd ta' persuni ġuridiċi, il-kumplessità tal-istruttura tal-grupp jew diffikultà fl-allinjament tal-linji tan-negozju mal-entitajiet fi grupp;

(38)

il-punt sa fejn ir-riżoluzzjoni tas-CCP jista' jkollha impatt negattiv fuq xi parti oħra tal-grupp tagħha, fejn applikabbli;

(39)

l-eżistenza u s-solidità ta' ftehimiet fil-livell ta' servizz;

(40)

jekk l-awtoritajiet ta' pajjiżi terzi għandhomx l-għodda tar-riżoluzzjoni meħtieġa biex jappoġġjaw azzjonijiet ta' riżoluzzjoni mill-awtoritajiet tal-Unjoni, u l-ambitu għal azzjoni koordinata bejn l-Unjoni u l-awtoritajiet ta' pajjiż terz;

(41)

il-fattibbiltà li jintużaw l-għodod ta' riżoluzzjoni b'tali mod li jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, fid-dawl tal-għodod disponibbli u tal-istruttura tas-CCP;

(42)

kwalunkwe rekwiżit speċifiku meħtieġa biex jinħarġu strumenti ta' sjieda ġodda kif imsemmi fl-Artikolu 33(1);

(43)

l-arranġamenti u l-meżżi li permezz tagħhom ir-riżoluzzjoni tista' tiġi ppreġudikata fil-każ ta' CCP li jkollha membri tal-ikklerjar jew arranġamenti kollaterali stabbiliti f'ġurisdizzjonijiet differenti;

(44)

il-kredibilità li jintużaw l-għodod tar-riżoluzzjoni b'tali mod li jintlaħqu l-objettivi tar-riżoluzzjoni, minħabba l-impatti possibbli fuq il-parteċipanti tal-ikklerjar, kontropartijiet oħra u l-impjegati u l-azzjonijiet possibbli li jistgħu jieħdu l-awtoritajiet ta' pajjiż terz;

(45)

il-punt sa fejn jista' jiġi evalwat adegwatament l-impatt tar-riżoluzzjoni tas-CCP fuq is-sistema finanzjarja u fuq il-fiduċja fis-suq finanzjarju;

(46)

il-punt sa fejn ir-riżoluzzjoni tas-CCP jista' jkollha effett negattiv dirett jew indirett sinifikanti fuq is-sistema finanzjarja, il-fiduċja fis-suq jew fuq l-ekonomija;

(47)

il-punt sa fejn il-kontaġju f'CCPs oħra jew fis-swieq finanzjarji jista' jiġi kontenut permezz tal-applikazzjoni tal-għodod u s-setgħat tar-riżoluzzjoni;

(48)

il-punt sa fejn ir-riżoluzzjoni tas-CCP jista' jkollha impatt sinifikanti fuq l-operat tas-sistemi tal-pagament u tas-saldu.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/534


P8_TA(2019)0301

Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji (COM(2018)0113 – C8-0103/2018 – 2018/0048(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/38)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0113),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0103/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0364/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 65.


P8_TC1-COD(2018)0048

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fornituri ta' Servizzi ta' Finanzjament Kollettiv Ewropej (ECSP) għan-Negozji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)

Il-finanzjament kollettiv dejjem aktar qed isir forma stabbilita ta' finanzjament alternattiv għal negozji ġodda kif ukoll għall-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) fi stadju bikri tat-tkabbir ta' kumpanija, li tipikament jiddependi fuq investimenti żgħar. Il-finanzjament kollettiv jirrappreżenta tip dejjem aktar importanti ta' intermedjazzjoni ġdida fejn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jopera pjattaforma diġitali miftuħa għall-pubbliku sabiex ilaqqa' jew jiffaċilita t-tlaqqigħ ta' investituri jew mutwanti prospettivi ma' negozji li jfittxu finanzjament , irrispettivament minn jekk il-finanzjament iwassalx għal ftehim ta' self, għal investiment tal-ekwità jew għal investiment trasferibbli ieħor ibbażat fuq is-sigurtà , mingħajr ma jirrappreżenta riskju proprju għall-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. Għalhekk, huwa xieraq li fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament jiġi inkluż kemm il-finanzjament kollettiv ibbażat fuq is-self kif ukoll il-finanzjament kollettiv ibbażat fuq l-investiment▌.

(2)

Il-finanzjament kollettiv jista' jikkontribwixxi sabiex jingħata aċċess għall-finanzjament lil SMEs u ▌biex tiġi kkompletata l-Unjoni tas-Swieq Kapitali (CMU – Capital Markets Union). In-nuqqas ta' aċċess għal finanzjament għal tali ditti jikkostitwixxi problemi anki fi Stati Membri fejn l-aċċess għal finanzjament bankarju baqa' stabbli matul il-kriżi finanzjarja. Il-finanzjament kollettiv żviluppa fi prattika stabbilita ta' finanzjament ta' proġett jew negozju , tipikament minn numru kbir ta' nies jew organizzazzjonijiet, permezz ta' pjattaformi online li fuqhom, individwi privati, organizzazzjonijiet u negozji, inklużi negozji ġodda, jiġbru ammonti relattivament żgħar ta' flus.

(3)

Il-provvista ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv b'mod ġenerali tiddependi fuq tliet tipi ta' atturi: is-sid tal-proġett li jipproponi l-proġett jew is-self tan-negozji li jrid jiġi ffinanzjat, l-investituri li jiffinanzjaw il-proġett propost, ġeneralment permezz ta' investimenti limitati jew self , u organizzazzjoni intermedjarja fil-forma ta' fornitur ta' servizz li jlaqqa' flimkien lil sidien ta' proġetti u lill-investituri jew mutwanti permezz ta' pjattaforma online.

(4)

Barra milli jipprovdi sors alternattiv ta' finanzjament b'mod dirett, inkluż il-kapital ta' riskju, il-finanzjament kollettiv jista' joffri benefiċċji oħra lid-ditti. Il-finanzjament dirett jista' jipprovdi validazzjoni tal-kunċett u tal-idea lill-proġett jew lin-negozju , jagħti aċċess lil għadd kbir ta' nies u b'hekk jipprovdi lill-intraprenditur b'osservazzjonijiet u b'informazzjoni u jkun għodda tal-kummerċjalizzazzjoni.▌

(5)

Diversi Stati Membri diġà introduċew reġimi nazzjonali apposta dwar il-finanzjament kollettiv. Dawk ir-reġimi huma mfassla apposta għall-karatteristiċi u għall-ħtiġijiet tas-swieq lokali u tal-investituri. Bħala riżultat, ir-regoli nazzjonali eżistenti jvarjaw fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta' operazzjoni tal-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv, il-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet permessi u r-rekwiżiti tal-liċenzjar.

(6)

Id-differenzi bejn ir-regoli nazzjonali eżistenti huma tali li jostakolaw il-provvista transfruntiera ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u, għaldaqstant, għandhom effett dirett fuq il-funzjonament tas-suq intern f'dawn is-servizzi. B'mod partikolari, il-fatt li l-qafas legali huwa frammentat matul il-fruntieri nazzjonali joħloq spejjeż ta' konformità legali sostanzjali għall-investituri fil-livell tal-konsumatur li spiss jaffaċċjaw diffikultajiet li huma sproporzjonati għad-daqs tal-investiment tagħhom sabiex jiddeterminaw ir-regoli li japplikaw għal servizzi ta' finanzjament kollettiv transfruntiera. Għaldaqstant, dawn l-investituri spiss jaqtgħu qalbhom milli jinvestu b'mod transfruntiera permezz ta' pjattaformi ta' finanzjament kollettiv. Għall-istess raġunijiet, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li joperaw dawn il-pjattaformi jaqtgħu qalbhom milli joffru s-servizzi tagħhom fi Stat Membru differenti minn dak li huma stabbiliti fih. B'riżultat ta' dan, l-attivitajiet ta' finanzjament kollettiv fil-parti l-kbira sa issa baqgħu nazzjonali, għad-detriment ta' suq ta' finanzjament kollettiv għall-Unjoni kollha, u b'hekk in-negozji jiċċaħħdu mill-aċċess għal servizzi ta' finanzjament kollettiv , speċjalment f'każijiet fejn negozju jopera fi Stat Membru b'nuqqas ta' aċċess għall-parteċipazzjoni minħabba l-popolazzjoni relattivament żgħira tiegħu .

(7)

Sabiex jitrawmu attivitajiet ta' finanzjament kollettiv transfruntiera u sabiex jiġi ffaċilitat l-eżerċitar tal-libertà għall-fornituri ta' finanzjament kollettiv li jipprovdu u jirċievu tali servizzi fis-suq intern, huwa għaldaqstant meħtieġ li jiġu indirizzati l-ostakli eżistenti għat-tħaddim kif suppost tas-suq intern fis-servizzi ta' finanzjament kollettiv. Li jkun previst sett uniku ta' regoli dwar il-provvista ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jagħti lill-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv l-għażla li japplikaw għal awtorizzazzjoni unika fl-Unjoni kollha sabiex jeżerċitaw l-attività tagħhom skont dawk ir-regoli jirrappreżenta l-ewwel pass xieraq sabiex jitrawmu attivitajiet ta' finanzjament kollettiv transfruntiera u b'hekk jitjieb il-mod kif jopera s-Suq Uniku.

(8)

Billi jindirizza l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern f'servizzi ta' finanzjament kollettiv, dan ir-Regolament għandu l-għan li jrawwem finanzjament tan-negozji b'mod transfruntiera. Is-servizzi ta' finanzjament kollettiv fir-rigward tas-self lill-konsumaturi, kif definit fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jenħtieġ għalhekk li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(9)

Sabiex jiġi evitat li l-istess attività tkun soġġetta għal awtorizzazzjonijiet differenti fl-Unjoni, is-servizz ta' finanzjament kollettiv li jingħata minn persuni li jkun ġew awtorizzati skont id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) jew li jingħata f'konformità mal-liġi nazzjonali jenħtieġ li jiġi eskluż mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(10)

Fir-rigward tal-finanzjament kollettiv ibbażat fuq is-self, il-faċilitazzjoni tal-għoti ta' self, inklużi servizzi bħall-preżentazzjoni ta' offerti ta' finanzjament kollettiv lil klijenti jew il-klassifikazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tas-sidien ta' proġetti, jenħtieġ li takkomoda mudelli kummerċjali differenti li jippermettu l-konklużjoni ta' ftehim ta' self permezz ta' pjattaforma ta' finanzjament bejn klijent wieħed jew aktar u sid ta' proġett wieħed jew aktar.

(11)

Fir-rigward tal-finanzjament kollettiv ibbażat fuq l-investiment, it-trasferibbiltà ta' titolu hija salvagwardja importanti għall-investituri biex ikunu kapaċi joħorġu mill-investiment tagħhom minħabba li tagħtihom il-possibbiltà legali li jiddisponu mill-interessi tagħhom fis-swieq kapitali. Għalhekk, dan ir-Regolament ikopri u jippermetti biss servizzi ta' finanzjament kollettiv ibbażat fuq l-investiment fir-rigward tat-titoli trasferibbli. Madankollu, l-istrumenti finanzjarji li mhumiex titoli trasferibbli jenħtieġ li jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għaliex dawk it-titoli jinvolvu riskji għall-investituri li ma jistgħux jiġu mmaniġġjati b'mod xieraq fl-ambitu ta' dan il-qafas legali.

(11a)

Il-karatteristiċi tal-offerti inizjali tal-muniti (ICOs) huma konsiderevolment differenti mill-finanzjament kollettiv irregolat f'dan ir-Regolament. Fost l-oħrajn, l-ICOs tipikament ma jużawx intermedjarji, bħall-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv, u ħafna drabi jiġbru fondi li jaqbżu EUR 1 000 000. L-inklużjoni tal-ICOs f'dan ir-Regolament ma tindirizzax il-problemi assoċjati mal-ICOs b'mod globali.

(12)

Minħabba r-riskji assoċjati mal-investimenti tal-finanzjament kollettiv, huwa xieraq li, fl-interessi tal-protezzjoni effettiva tal-investituri u tal-provvista ta' mekkaniżmu ta' dixxiplina fis-suq, jiġi impost limitu għal konsiderazzjoni massima għal kull offerta ta' finanzjament kollettiv. Dak il-limitu jenħtieġ li jkun stabbilit għal EUR 8 000 000, li huwa l-limitu massimu li Stat Membru jista' jeżenta offerti ta' titoli lill-pubbliku mill-obbligu li jiġu ppubblikati prospetti skont ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Minkejja l-istandard għoli ta' protezzjoni għall-investituri meħtieġ, dan il-limitu jenħtieġ li jiġi stabbilit skont prattiki fis-swieq nazzjonali sabiex il-pjattaforma tal-Unjoni tkun attraenti għal finanzjament tan-negozju transfruntier .

(12a)

Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment li għandu jiġi pprovdut lill-investituri potenzjali għal kull offerta ta' finanzjament kollettiv. Peress li din l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment hija mfassla biex tiġi adattata skont il-karatteristiċi speċifiċi ta' offerta ta' finanzjament kollettiv u l-ħtiġijiet ta' informazzjoni tal-investituri, jenħtieġ li din tissostitwixxi l-prospett meħtieġ mir-Regolament (UE) 2017/1129 għal offerta ta' titoli lill-pubbliku. Għalhekk, huwa xieraq li jiġu esklużi offerti ta' finanzjament kollettiv skont dan ir-Regolament mill-ambitu tar-Regolament (UE) 2017/1129.

(13)

Sabiex jiġi evitat arbitraġġ regolatorju u tiġi żgurata superviżjoni effettiva tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jkunu pprojbiti milli jaċċettaw depożiti jew fondi ripagabbli oħra mill-pubbliku, sakemm ma jkunux awtorizzati bħala istituzzjoni ta' kreditu f'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6).

(14)

Sabiex jinkiseb dak l-għan, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jingħataw l-għażla li japplikaw għal awtorizzazzjoni waħda fl-Unjoni kollha u jeżerċitaw l-attività tagħhom f'konformità ma' dawk ir-rekwiżiti uniformi. Madankollu, sabiex tiġi ppreservata d-disponibbiltà wiesgħa tal-offerti ta' finanzjament kollettiv immirati biss lejn is-swieq nazzjonali, fejn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jagħżlu li jipprovdu s-servizzi tagħhom taħt il-liġi nazzjonali applikabbli, jenħtieġ li huma jkunu jistgħu jibqgħu jagħmlu dan. Għalhekk, skont dan, ir-rekwiżiti uniformi stabbiliti f'dan ir-Regolament ma japplikawx għal dawn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jagħżlu li jibqgħu attivi fuq bażi nazzjonali biss.

(15)

Sabiex jinżamm standard għoli ta' protezzjoni tal-investitur, sabiex jitnaqqsu r-riskji assoċjati mal-finanzjament kollettiv u sabiex jiġi żgurat trattament ġust tal-klijenti kollha, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jkollhom fis-seħħ politika mfassla sabiex jiġi żgurat li l-proġetti jintgħażlu b'mod professjonali, ġust u trasparenti u li s-servizzi ta' finanzjament kollettiv jiġu pprovduti bl-istess mod.

(15a)

Għall-istess raġunijiet, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jużaw l-ICOs fuq il-pjattaforma tagħhom jenħtieġ li jkunu esklużi minn dan ir-Regolament. Biex tikseb regolamentazzjoni effiċjenti dwar it-teknoloġija ICO emerġenti, fil-futur il-Kummissjoni tista' tipproponi qafas leġiżlattiv komprensiv fil-livell tal-Unjoni bbażat fuq valutazzjoni tal-impatt dettaljata.

(15b)

Strumenti ta' investiment alternattivi, bħall-ICOs, għandhom potenzjal fil-finanzjament tal-SMEs, tan-negozji ġodda innovattivi u tan-negozji li qed jespandu, jistgħu jaċċeleraw it-trasferiment tat-teknoloġija, u jistgħu jkunu parti essenzjali mill-unjoni tas-swieq kapitali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta l-ħtieġa li tipproponi qafas leġiżlattiv separat tal-Unjoni għall-ICOs. It-tisħiħ sistematiku taċ-ċertezza tad-dritt akbar tista' tkun strumentali biex tiżdied il-protezzjoni tal-investitur u tal-konsumatur u biex jitnaqqsu r-riskji li jirriżultaw minn informazzjoni asimmetrika, imġiba frodulenti u attivitajiet illegali.

(16)

Sabiex itejbu s-servizz għall-klijenti tagħhom, li jistgħu jkunu investitur jew sid tal-proġett prospettiv jew attwali, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jkunu jistgħu jeżerċitaw diskrezzjoni f'isem il-klijenti fir-rigward tal-parametri tal-ordnijiet tal-klijenti, dment li dawn jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex jiksbu l-aqwa riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom u jiddivulgaw il-metodu preċiż u l-parametri tad-diskrezzjoni. Sabiex jiżguraw li l-investituri prospettivi jiġu offruti opportunitajiet ta' investiment fuq bażi newtrali, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li ma jħallsux jew ma jaċċettawx kwalunkwe remunerazzjoni, skont jew benefiċċju mhux monetarju ieħor biex jidderieġu l-ordnijiet tal-investituri għal offerta partikolari pprovduta fuq il-pjattaforma tagħhom jew għal offerta partikolari pprovduta fuq pjattaforma ta' parti terza.

(17)

Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiffaċilita l-investiment dirett u jevita l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' arbitraġġ regolatorji għal intermedjarji finanzjarji rregolati taħt leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari regoli tal-Unjoni li jirregolaw il-maniġers tal-assi. Għaldaqstant, l-użu ta' strutturi legali, inklużi strumenti bi skop speċjali, sabiex jinterponu bejn il-proġett jew negozju u l-investituri tal-finanzjament kollettiv, jenħtieġ li jiġi rregolat b'mod strett u permess biss lil kontropartijiet eliġibbli jew klijenti professjonali kif definit fid-Direttiva 2014/65/UE .

(18)

L-iżgurar ta' sistema ta' governanza effettiva huwa essenzjali għall-ġestjoni tar-riskju xierqa u għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe kunflitt ta' interessi. Għaldaqstant, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jkollhom arranġamenti ta' governanza li jiżguraw ġestjoni effettiva u prudenti u l-ġestjoni tagħhom jenħtieġ li jkollha reputazzjoni tajba u jkollha għarfien espert u esperjenza adegwati. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ ukoll li jistabbilixxu proċeduri biex jirċievu u jindirizzaw ilmenti mingħand il-klijenti.

(19)

Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li joperaw bħala intermedjarji newtrali bejn il-klijenti fuq il-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv tagħhom. Sabiex jiġu evitati kunflitti ta' interess, jenħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti rekwiżiti fir-rigward tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u tal-maniġers u tal-impjegati, jew ta' kwalunkwe persuna li tikkontrollhom b'mod dirett jew indirett. Sakemm ma jippubblikawx bil-quddiem il-parteċipazzjoni finanzjarja fil-proġetti jew l-offerti fuq is-sit web tagħhom, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jkunu impeduti milli jkollhom xi parteċipazzjoni finanzjarja fl-offerti tal-finanzjament kollettiv fuq il-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv tagħhom. Dan jippermetti lill-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv biex jallinjaw l-interessi tagħhom mal-interessi tal-investituri. Barra minn hekk, azzjonisti li għandhom 20 % jew aktar tal-kapital azzjonarju jew tad-drittijiet tal-vot u l-maniġers▌ , jew kwalunkwe persuna li tikkontrolla▌direttament▌il-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv, jenħtieġ li ma jaġixxux bħala klijenti, fir-rigward ta' dawn is-servizzi ta' finanzjament kollettiv offruti fuq dik il-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv.

(20)

Fl-interess ta' provvista effiċjenti u mingħajr xkiel tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jitħallew jafdaw kwalunkwe funzjoni operazzjonali, b'mod sħiħ jew parzjali, lill-fornituri ta' servizz oħrajn , sakemm l-esternalizzazzjoni ma tagħmilx ħsara materjali lill-kwalità tal-kontrolli interni u s-superviżjoni effettiva tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. Madankollu, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jibqgħu responsabbli b'mod sħiħ għall-konformità ma' dan ir-Regolament.

(21)

Iż-żamma tal-fondi tal-klijenti u l-provvista ta' servizzi ta' pagament jeħtieġu awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizz ta' pagament f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Ir-rekwiżit obbligatorju tal-awtorizzazzjoni ma jistax jiġi ssodisfat minn awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi ċċarat li fejn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv iwettaq dawn is-servizzi ta' pagament b'rabta mas-servizzi tal-finanzjament kollettiv tiegħu, huwa jeħtieġ li jiġi awtorizzat ukoll bħala istituzzjoni ta' pagament f'konformità mad-Direttiva (UE) 2015/2366. Sabiex tkun tista' ssir superviżjoni xierqa ta' dawn l-attivitajiet, l-awtorità nazzjonali kompetenti jenħtieġ li tiġi infurmata dwar jekk il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandux il-ħsieb li jwettaq servizzi ta' pagament huwa nnifsu bl-awtorizzazzjoni xierqa, jew jekk dawn is-servizzi humiex se jiġu esternalizzati lil parti terza awtorizzata.

(22)

It-tkabbir u l-funzjonament bla intoppi tas-servizzi transfruntiera ta' finanzjament kollettiv jeħtieġu skala biżżejjed u fiduċja pubblika f'dawk is-servizzi. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti uniformi, proporzjonati u direttament applikabbli għall-awtorizzazzjoni u punt uniku ta' superviżjoni.

(23)

Livell għoli ta' fiduċja tal-investituri jikkontribwixxi għat-tkabbir fis-servizzi ta' finanzjament kollettiv. Għaldaqstant, ir-rekwiżiti għal servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jiffaċilitaw il-provvista transfruntiera ta' dawk is-servizzi, inaqqsu r-riskji operazzjonali u jiżguraw grad għoli ta' trasparenza u protezzjoni tal-investituri.

(24)

Is-servizzi ta' finanzjament kollettiv jistgħu jiġu esposti għar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, kif enfasizzat fir-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwaw lis-suq intern u li jirrigwardaw is-sitwazzjonijiet transfruntiera (8). Għaldaqstant jenħtieġ li jkunu previsti salvagwardji fl-issodisfar tal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, li jivvalutaw ir-reputazzjoni tajba tal-maniġment, u s-servizzi ta' pagament jingħataw biss permezz ta' entitajiet liċenzjati soġġetti għal rekwiżiti kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Bl-għan li tkun ulterjorment żgurata stabbiltà finanzjarja permezz tal-prevenzjoni kontra r-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu, u filwaqt li jitqies il-limitu massimu tal-finanzjament li jista' jinġabar minn offerta ta' finanzjament kollettiv f'konformità ma' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa u l-proporzjonalità li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv , awtorizzati skont dan ir-Regolament, jiġu soġġetti għal obbligi, kollha jew parti minnhom, ta' konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2015/849 fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u li dawn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament jiġu miżjuda mal-lista ta' entitajiet marbuta b'obbligu għall-finijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849.

(25)

Sabiex il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jitħallew joperaw b'mod transfruntiera mingħajr ma jaffaċċjaw regoli diverġenti u b'hekk jiffaċilitaw il-finanzjament ta' proġetti madwar l-Unjoni minn investituri minn Stati Membri differenti, l-Istati Membri jenħtieġ li ma jitħallewx jimponu rekwiżiti addizzjonali fuq il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li huma awtorizzati skont dan ir-Regolament .

(26)

Il-proċess tal-awtorizzazzjoni jenħtieġ li jippermetti li l-awtorità nazzjonali kompetenti tkun infurmata dwar is-servizzi li l-fornituri prospettivi ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom l-għan li jipprovdu u l-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv li biħsiebhom joperaw, tivvaluta l-kwalità tal-ġestjoni tagħhom u tivvaluta l-organizzazzjoni u l-proċeduri interni stabbiliti mill-fornituri prospettivi ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv sabiex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(27)

Sabiex tiġi ffaċilitata t-trasparenza għall-investituri fil-livell tal-konsumatur, fir-rigward tal-provvista ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, l-ESMA jenħtieġ li tistabbilixxi reġistru pubbliku u aġġornat tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv kollha awtorizzati u li joperaw pjattaformi ta' finanzjament kollettiv fl-Unjoni f'konformità ma' dan ir-Regolament.

(28)

L-awtorizzazzjoni jenħtieġ li tiġi rtirata meta l-kundizzjonijiet għall-ħruġ tagħha ma jibqgħux jiġu ssodisfati. B'mod partikolari, l-awtorità nazzjonali kompetenti jenħtieġ li tkun tista' tivvaluta jekk ir-reputazzjoni tajba tal-ġestjoni tkunx ġiet affettwata jew jekk il-proċeduri u s-sistemi interni jkunux fallew b'mod serju. Sabiex l-awtorità nazzjonali kompetenti tkun tista' tivvaluta jekk l-awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġx li tiġi rtirata, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jenħtieġ li jinfurmaw lill-awtorità nazzjonali kompetenti kull meta fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, jew parti terza li taġixxi f'ismu, ikun tilef l-awtorizzazzjoni tiegħu bħala istituzzjoni ta' pagament, jew jinstab li jkun qiegħed jikser id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9).

(29)

Sabiex l-investituri prospettivi jkollhom komprensjoni ċara tan-natura, tar-riskji, tal-ispejjeż u tat-tariffi tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jipprovdu lill-klijenti tagħhom b'informazzjoni ċara u diżaggregata .

(30)

L-investimenti fi prodotti kkummerċjalizzati fuq pjattaformi ta' finanzjament kollettiv mhumiex komparabbli ma' prodotti ta' investimenti tradizzjonali jew prodotti tat-tfaddil u jenħtieġ li ma jiġux ikkummerċjalizzati bħala tali. Madankollu, sabiex jiġi żgurat li l-investituri prospettivi jifhmu l-livell tar-riskju assoċjat mal-investimenti ta' finanzjament kollettiv, huwa obbligatorju li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jagħmlu test tal-għarfien tad-dħul tal-investituri prospettivi tagħhom sabiex jistabbilixxu l-għarfien tagħhom tal-investiment. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li b'mod espliċitu javżaw lill-investituri prospettivi kull meta s-servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti jitqiesu bħala mhux xierqa għalihom.

(31)

Sabiex l-investituri jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni informata dwar l-investiment, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jipprovdu lill-investituri prospettivi bi skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment. L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment jenħtieġ li tavża lill-investituri prospettivi li l-ambjent ta' investiment li jkunu daħlu fih jinvolvi riskji u la huwa kopert bl-iskema ta' kumpens tad-depożitu u lanqas bil-garanziji ta' kumpens tal-investitur.

(32)

L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment jenħtieġ li tqis ukoll il-karatteristiċi u r-riskji speċifiċi assoċjati ma' kumpaniji fi stadju bikri, u jenħtieġ li tiffoka fuq informazzjoni materjali dwar is-sidien tal-proġetti, id-drittijiet u t-tariffi tal-investituri, u t-tip ta' titoli offruti u l-ftehimiet ta' self. Minħabba li s-sid tal-proġett ikkonċernat jinsab fl-aħjar pożizzjoni sabiex jipprovdi dik l-informazzjoni, l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment jenħtieġ li titfassal minn dak is-sid tal-proġett. Madankollu, peress li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv huma responsabbli sabiex jinfurmaw lill-investituri prospettivi tagħhom, huma responsabbli għall-kompletezza tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment▌.

(33)

Sabiex jiġi żgurat aċċess mingħajr problemi u veloċi għas-swieq kapitali għal negozji ġodda u għal SMEs, sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tagħhom tal-finanzjament u sabiex jiġu evitati dewmien u spejjeż għall-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, id-dokument bl-informazzjoni dwar l-investiment ewlieni ma jenħtieġx li jiġi approvat minn awtorità kompetenti.

(34)

Sabiex jiġu evitati piż amministrattiv u spejjeż bla bżonn fuq il-provvista transfruntiera tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv, il-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni ma jeħtiġux li jkunu soġġetti għal rekwiżiti ta' traduzzjoni▌.

(35)

Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li ma jkunux jistgħu jipprovdu xi tqabbil diskrezzjonali jew mhux diskrezzjonali tax-xiri u l-bejgħ tal-imgħax, għaliex dik l-attività titlob awtorizzazzjoni bħala ditta tal-investiment f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2014/65/UE, jew bħala suq regolat f'konformità mal-Artikolu 44 ta' dik id-Direttiva. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament, fl-interess tat-trasparenza u l-fluss tal-informazzjoni, jenħtieġ li jkunu jistgħu jippermettu lill-investituri, li jkunu għamlu investimenti permezz tal-pjattaforma tagħhom, sabiex jikkuntattjaw lil xulxin u jagħmlu tranżazzjonijiet ma' xulxin fuq il-pjattaformi tagħhom, b'rabta ma' investimenti li oriġinarjament ikunu saru fuq il-pjattaforma tagħhom. Madankollu, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jinformaw lill-klijenti tagħhom li huma ma joperawx sistema ta' negozjar u li kwalunkwe attività ta' xiri u bejgħ fuq il-pjattaformi tagħhom issir fid-diskrezzjoni u fir-responsabbiltà tal-klijent.

(36)

Sabiex jiffaċilitaw it-trasparenza u jiżguraw dokumentazzjoni xierqa tal-komunikazzjonijiet mal-klijent, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jenħtieġ li jżommu r-rekords xierqa kollha relatati mas-servizzi u mat-tranżazzjonijiet tagħhom.

(37)

Sabiex jiżguraw trattament ġust u mhux diskriminatorju tal-investituri u tas-sidien tal-proġetti , il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jkunu qed jippromwovu s-servizzi tagħhom permezz ta' komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni jenħtieġ li ma jittrattawx xi proġett partikolari b'mod aktar favorevoli▌mill-proġetti l-oħra offruti fuq il-pjattaforma tagħhom , sakemm ma jkunx hemm raġuni oġġettiva biex dan isir hekk bħal rekwiżiti speċifiċi tal-investitur jew fid-dawl tal-profil predeterminat ta' riskju tal-investitur . Madankollu, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma jiġux impeduti milli jagħmlu riferiment għal offerti li jingħalqu b'suċċess li ma jkunx għadu possibbli li jsiru investimenti fihom permezz tal-pjattaforma u huma mħeġġa jippermettu l-komparabilità tal-prestazzjoni tal-proġetti magħluqa tagħhom .

(38)

Sabiex tingħata aktar ċertezza legali lil fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li joperaw madwar l-Unjoni u sabiex jiġi żgurat aċċess aktar faċli għas-suq, jenħtieġ li tiġi ppubblikata elettronikament ▌informazzjoni kompleta dwar il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli fl-Istati Membri, u s-sommarji tagħhom, li speċifikament jirregolaw il-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. Għal dak l-għan, l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA jenħtieġ li jżommu bażijiet ta' data ċentrali.

(39)

Sabiex jiżviluppaw komprensjoni aħjar tal-firxa tad-diverġenzi regolatorji eżistenti fost l-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti applikabbli għall-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, ta' kull sena, jipprovdu lill-ESMA b'rapport dettaljat dwar l-attivitajiet ta' infurzar tagħhom f'dan il-qasam.

(39a)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-awtorizzazzjonijiet tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li joperaw madwar l-Unjoni, u r-rekwiżiti applikabbli għalihom, jenħtieġ li l-ESMA tfassal standards tekniċi regolatorji għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni.

(40)

Huwa importanti li b'mod effettiv u effiċjenti tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti għall-awtorizzazzjoni u għall-provvista ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, f'konformità ma' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-awtorità nazzjonali kompetenti tingħata l-kompetenzi li tagħti awtorizzazzjoni u teżerċita sorveljanza. Jenħtieġ li l-awtorità nazzjonali kompetenti jkollha s-setgħa li titlob informazzjoni, twettaq investigazzjonijiet ġenerali u spezzjonijiet fuq il-post, toħroġ avviżi u twissijiet pubbliċi u timponi sanzjonijiet. Jenħtieġ li l-awtorità nazzjonali kompetenti tagħmel użu mill-kompetenzi ta' sorveljanza u sanzjonar tagħha b'mod proporzjonat.

 

(42)

Jenħtieġ li l-awtorità nazzjonali kompetenti timponi tariffi fuq entitajiet sorveljati direttament biex tkopri l-ispejjeż tagħha, inklużi l-ispejjeż ġenerali. Il-livell tat-tariffa jenħtieġ li jkun proporzjonat għad-daqs ta' entità sorveljata direttament, filwaqt li jitqies l-istadju bikri tal-iżvilupp tal-industrija tal-finanzjament kollettiv.

(43)

Peress li l-objettivi ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tiġi indirizzata l-frammentazzjoni tal-qafas legali applikabbli għas-servizzi ta' finanzjament kollettiv sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern f'dawn is-servizzi, filwaqt li tittejjeb il-protezzjoni tal-investituri kif ukoll l-effiċjenza tas-suq u l-kontribuzzjoni għall-istabbiliment tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali, ma jistgħux jinkisbu b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri, iżda jistgħu jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipji ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(44)

L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi differita sabiex din tiġi allinjata mal-applikazzjoni tar-regoli nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva XXX/XXXX/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li teżenta lill-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE.

(45)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi interpretat u applikat f'konformità ma' dawk id-drittijiet u l-prinċipji.

(46)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti uniformi għal dawn li ġejjin:

(a)

l-operat u l-organizzazzjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(b)

l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(c)

it-trasparenza u l-komunikazzjonijiet tal-kummerċjalizzazzjoni b'rabta mal-provvista tas-servizzi ta' finanzjament fl-Unjoni.

Artikolu 2

Kamp ta' applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu japplika għall-persuni ġuridiċi li jagħżlu li jfittxu awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 10 u għall-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzati f'konformità ma' dak l-Artikolu, b'rabta mal-provvista ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. Dawk il-persuni ġuridiċi għandu jkollhom sede effettiva u stabbli fi Stat Membru sabiex ikunu eliġibbli biex japplikaw għal awtorizzazzjoni.

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal:

(a)

servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti lil sidien ta' proġetti li jkunu konsumaturi, kif definit fl-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2008/48/KE;

(b)

servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jkunu ġew awtorizzati bħala ditta ta' investiment f'konformità mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2014/65/UE;

(c)

servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi f'konformità mal-liġi nazzjonali;

(d)

offerti ta' finanzjament kollettiv b'knsiderazzjoni ta' aktar minn EUR 8 000 000 għal kull offerta ta' finanzjament kollettiv, li għandha tiġi kkalkulata fuq perjodu ta' 12-il xahar, fir-rigward ta' proġett ta' finanzjament kollettiv partikolari.

2a.     Il-liġijiet nazzjonali dwar ir-rekwiżiti tal-liċenzji relatati mas-sidien jew l-investituri tal-proġetti m'għandhomx iżżommu lil dawk is-sidien jew investituri tal-proġetti milli jużaw servizzi ta' finanzjament kollettiv ipprovduti minn fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv skont dan ir-Regolament u awtorizzat minnu.

Artikolu 3

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“servizz ta' finanzjament kollettiv” tfisser il-forniment ta' pjattaforma ta' finanzjament kollettiv li tippermetti kwalunkwe element ▌minn dawn li ġejjin:

(i)

servizz ta' finanzjament kollettiv dirett, li jinkludi l-faċilitazzjoni ta' tqabbil ta' investitur speċifiku ma' sid ta' proġett speċifiku u ta' tqabbil ta' sid ta' proġett speċifiku ma' investitur speċifiku;

(ii)

servizz ta' finanzjament kollettiv intermedjat, li jinkludi l-faċilitazzjoni ta' tqabbil ta' investitur ma' sid ta' proġett u l-istabbiliment tal-prezzijiet u l-imballaġġ tal-offerti fir-rigward tagħhom, jew il-faċilitazzjoni ta' tqabbil ta' sid ta' proġett ma' investitur u għall-istabbiliment tal-prezzijiet tal-offerti fir-rigward tagħhom, jew it-tnejn li huma.

(b)

“pjattaforma ta' finanzjament kollettiv” tfisser sistema▌elettronika operata jew ġestita minn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(c)

“fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv” tfisser persuna ġuridika li tipprovdi servizz jew diversi servizzi ta' finanzjament kollettiv u li ġiet awtorizzata għal dak l-għan mill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti f'konformità mal-Artikolu  10 ta' dan ir-Regolament;

(d)

“offerta ta' finanzjament kollettiv” tfisser kwalunkwe komunikazzjoni minn fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li fiha informazzjoni li tippermetti lil investituri prospettivi jiddeċiedu dwar il-merti tad-dħul fi tranżazzjoni ta' finanzjament kollettiv;

(e)

“klijent” tfisser kwalunkwe investitur jew sid ta' proġett prospettiv li lilu fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jipprovdi jew jista' jipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(f)

“sid ta' proġett” tfisser kwalunkwe persuna li tfittex li tikseb finanzjament permezz ta' pjattaforma ta' finanzjament kollettiv;

(g)

“investitur” tfisser kwalunkwe persuna, li permezz ta' pjattaforma ta' finanzjament kollettiv, li tagħti self jew tikseb titoli trasferibbli;

(h)

“proġett ta' finanzjament kollettiv” tfisser l-għan li għalih sid ta' proġett jiffinanzja jew ifittex li jiġbor fondi permezz tal-offerta ta' finanzjament kollettiv;

(i)

“titoli trasferibbli” tfisser titoli trasferibbli kif definit fl-Artikolu 4(1)(44) tad-Direttiva 2014/65/UE;

(j)

“komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni” tfisser kull informazzjoni jew komunikazzjoni mingħand fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv lil investitur prospettiv jew sid ta' proġett prospettiv dwar is-servizzi tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, minbarra divulgazzjonijiet tal-investituri meħtieġa taħt dan ir-Regolament;

(k)

“mezz li jservi għal żmien twil” tfisser kwalunkwe strument li jippermetti l-ħżin ta' informazzjoni b'tali mod li jkun aċċessibbli għal riferiment fil-futur u għal perjodu ta' żmien adegwat għall-finijiet ta' informazzjoni, u li jippermetti r-riproduzzjoni mhux mibdula tal-informazzjoni maħżuna;

(l)

strument bi skop speċjali” jew “SPV” tfisser entità maħluqa għall-għan speċifiku li twettaq titolizzazzjoni , jew li sservi dan l-għan biss, fis-sens tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1075/2013 tal-Bank Ċentrali Ewropew (11).

(la)

“self” tfisser ftehim li jobbliga lill-investitur li jqiegħed ammont miftiehem ta' flus disponibbli għal sid ta' proġett għal perjodu miftiehem ta' żmien u li matulu s-sid tal-proġett ikun obbligat iħallas lura dak l-ammont fiż-żmien miftiehem;

(lb)

“awtorità nazzjonali kompetenti” jew “NCA” tfisser l-awtorità nazzjonali, jew l-awtoritajiet, maħtura minn Stat Membru u li jkollhom is-setgħat u r-responsabbiltajiet allokati meħtieġa għat-twettiq tal-kompiti relatati mal-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Kapitolu II

Il-provvista ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u r-rekwiżiti operazzjonali u organizzazzjonali tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv

Artikolu 4

Il-provvista ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv

1.   Is-servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiġu pprovduti biss minn persuni ġuridiċi li huma stabbiliti b'mod effettiv u stabbli fi Stat Membru tal-Unjoni u li ġew awtorizzati bħala fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv f'konformità mal-Artikolu  10 ta' dan ir-Regolament.

Il-persuni ġuridiċi stabbiliti f'pajjiż terz ma jistgħux japplikaw għal awtorizzazzjoni bħala fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv taħt dan ir-Regolament.

2.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jaġixxu b'mod onest, ġust u professjonali f'konformità mal-aqwa interessi tal-klijenti tagħhom u klijenti prospettivi.

3.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma għandhomx iħallsu jew jaċċettaw xi tip ta' remunerazzjoni, skont jew benefiċċju mhux monetarju ieħor biex jidderieġu l-ordnijiet tal-investituri għal offerta partikolari ta' finanzjament kollettiv magħmula fuq il-pjattaforma tagħhom jew għal offerta partikolari pprovduta fuq pjattaforma ta' parti terza.

4.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jistgħu jeżerċitaw diskrezzjoni f'isem il-klijenti tagħhom fir-rigward tal-parametri tal-ordnijiet tal-klijenti, u f'dan il-każ huma għandhom jiddivulgaw lill-klijenti tagħhom il-metodu u l-parametri preċiżi ta' dik id-diskrezzjoni u għandhom jieħdu l-passi kollha neċessarji biex jiksbu l-aqwa riżultat possibbli għall-klijenti tagħhom.

5.   Fir-rigward tal-użu ta' strumenti bi skop speċjali għall-provvista ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għall-investituri li mhumiex kontropartijiet eliġibbli kif definiti fid-Direttiva 2014/65/UE, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jkollhom biss id-dritt li jittrasferixxu ass wieħed lill-istrument bi skop speċjali sabiex jippermettu lill-investituri jieħdu l-iskopertura għal dak l-ass billi jakkwistaw titoli. Id-deċiżjoni li jieħdu skopertura għal dak l-assi sottostanti għandha tittieħed esklużivament mill-investituri.

Artikolu 4a

Servizz ta' finanzjament kollettiv intermedjat

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, is-servizzi ta' finanzjament kollettiv intermedjati għandhom jitqiesu li jinkludu dawn li ġejjin:

a.

it-tqegħid mingħajr bażi ta' impenn sod, kif imsemmi fil-punt 7 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, ta' titoli trasferibbli jew tal-faċilitazzjoni ta' self maħruġa mis-sidien ta' proġetti;

b.

l-offerta ta' konsulenza fil-qasam tal-investiment, kif imsemmi fil-punt 5 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE, fir-rigward ta' titoli trasferibbli jew il-faċilitazzjoni ta' self maħruġa mis-sidien ta' proġetti; u

c.

ir-riċeviment u t-trażmissjoni ta' ordnijiet tal-klijenti, kif imsemmi fil-punt 1 tat-Taqsima A tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65, fir-rigward ta' titoli trasferibbli jew il-faċilitazzjoni ta' self maħruġa mis-sidien ta' proġetti.”

Artikolu 5

Ġestjoni effettiva u prudenti

Il-ġestjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandha tistabbilixxi, u tissorvelja l-implimentazzjoni ta' politiki u proċeduri sabiex tiġi żgurata ġestjoni effettiva u prudenti, inkluża s-segregazzjoni tad-dmirijiet, il-kontinwità tan-negozju u l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess, b'mod li tippromwovi l-integrità tas-suq u l-interessi tal-klijenti tagħhom. Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv imsemmija fil-punt (iia) tal-Artikolu 3(1)(a) għandhom jiżguraw li huma għandhom sistemi u kontrolli adegwati għall-ġestjoni tar-riskju u l-immudellar finanzjarju għal dik l-offerta ta' servizzi.

Artikolu 5a

Rekwiżiti ta' diliġenza dovuta

1a.     Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom iwettqu għall-inqas livell minimu ta' diliġenza dovuta fir-rigward tas-sidien tal-proġetti li jipproponu li l-proġett tagħhom jiġi ffinanzjat mill-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv ta' fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.

2a.     Il-livell minimu ta' diliġenza dovuta msemmi fil-paragrafu 1 għandu jinkludi l-elementi kollha li ġejjin:

(a)

evidenza li s-sid tal-proġett ma għandu l-ebda rekord kriminali rigward ksur tal-liġi kummerċjali nazzjonali, il-liġi nazzjonali dwar l-insolvenza, il-liġi dwar is-servizzi finanzjarji nazzjonali, il-liġi kontra l-ħasil tal-flus, il-liġi dwar il-frodi nazzjonali jew l-obbligi ta' responsabbiltà professjonali nazzjonali;

(b)

evidenza li s-sid tal-proġett li jfittex li jiġi ffinanzjat permezz tal-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv:

(i)

ma jkunx stabbilit f'ġurisdizzjoni li ma tikkooperax, kif rikonoxxut mill-politika rilevanti tal-Unjoni, jew f'pajjiż terz b'riskju għoli skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849; jew

(ii)

effettivament jikkonforma ma' standards tat-taxxa tal-Unjoni jew miftiehma internazzjonalment dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni.

Artikolu 6

It-trattament tal-ilmenti

1.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jkollhom fis-seħħ u jippubblikaw deskrizzjonijiet u proċeduri effettivi u trasparenti għal trattament f'waqtu, ġust u konsistenti ta' lmenti rċevuti mingħand klijenti.

2.    Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw li l-klijenti jkunu jistgħu jressqu lmenti kontrihom mingħajr ħlas.

3.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiżviluppaw u jagħmlu disponibbli lill-klijenti formola għall-ilmenti standardizzata u għandhom iżommu rekord tal-ilmenti kollha rċevuti u l-miżuri meħuda.

3a.     Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jinvestigaw l-ilmenti kollha b'mod f'waqtu u ġust u jikkomunikaw l-eżitu lill-ilmentatur fi żmien raġonevoli.

4.    L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika r-rekwiżiti, il-formati standard u l-proċeduri għat-trattament tal-ilmenti.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [XXX xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Qed tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7

Kunflitti ta' interess

1.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma għandux ikollhom xi parteċipazzjoni finanzjarja f'xi offerta ta' finanzjament kollettiv fuq il-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv tagħhom.

B'deroga mill-ewwel subparagrafu, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jista' jkollhom parteċipazzjoni finanzjarja f'offerta ta' finanzjament kollettiv fuq il-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv tagħhom meta l-informazzjoni dwar dik il-parteċipazzjoni tkun disponibbli b'mod ċar għall-klijenti billi jippubblikaw proċeduri tal-għażla ċari u trasparenti.

2.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma għandhomx jaċċettaw bħala klijenti tagħhom lil kwalunkwe azzjonist tagħhom li jkollu 20 % jew aktar ta' kapital azzjonarju jew drittijiet tal-vot, kwalunkwe maniġer▌, jew kwalunkwe persuna li tkun relatata direttament▌ ma' dawk l-azzjonisti u l-maniġers▌ permezz ta' kontroll kif definit fl-Artikolu 4(1)(35)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE.

3.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom iżommu u joperaw regoli interni effettivi biex jimpedixxu l-kunflitti ta' interess u huma għandhom jiżguraw li l-impjegati tagħhom ma jkollhom l-ebda influwenza diretta jew indiretta fuq proġetti li fihom jipparteċipaw finanzjarjament .

4.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha biex jipprevjenu, jidentifikaw, jimmaniġġjaw u jiddivulgaw kunflitti ta' interess bejn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv infushom, l-azzjonisti tagħhom, il-maniġers u l-impjegati tagħhom, jew kwalunkwe persuna relatata direttament jew indirettament magħhom permezz ta' kontroll, kif definit fl-Artikolu 4(1)(35)(b) tad-Direttiva 2014/65/UE, u tal-klijenti tagħhom, jew bejn klijent wieħed u ieħor.

5.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiddivulgaw lill-klijenti▌tagħhom in-natura ġenerali u s-sorsi tal-kunflitti ta' interess u l-passi meħuda għall-mitigazzjoni ta' dawk ir-riskji▌.

6.   Id-divulgazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 għandha:

(a)

issir b'mezz li jservi għal żmien twil;

(a)

tinkludi biżżejjed dettall, filwaqt li titqies in-natura ta' kull klijent, sabiex tippermetti lil kull klijent jieħu deċiżjoni infurmata fir-rigward tas-servizz li fil-kuntest tiegħu jinħoloq kunflitt ta' interess.

7.    L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina dan li ġej:

(a)

ir-rekwiżiti għall-manutenzjoni jew għat-tħaddim ta' proċeduri tal-għażla ta' parteċipazzjoni finanzjarja u tar-regoli interni msemmija fil-paragrafi 1 u 3;

(b)

il-passi msemmija fil-paragrafu 4;

(c)

l-arranġamenti għad-divulgazzjoni msemmija fil-paragrafi 5 u 6.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [XXX xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 7a

Allinjament tal-interessi tal-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv mal-investituri

1.     Biex jiġi żgurat li l-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv jallinjaw l-inċentivi tagħhom ma' dawk tal-investituri, għandhom jiġu mħeġġa mekkaniżmi ta' inċentiv.

2.     Il-pjattaformi tal-finanzjament kollettiv jistgħu jipparteċipaw fil-finanzjament ta' proġett. Dik il-parteċipazzjoni ma għandhiex taqbeż it-2 % tal-kapital akkumulat għall-proġett.

3.     Ħlas għal eżitu pożittiv (carry) jista' jingħata lill-fornitur ta' finanzjament kollettiv kull meta l-proġett joħroġ b'suċċess mill-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv.

4.     Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiddeskrivu lill-ESMA l-politika ta' allinjament tal-interessi li qed jippjanaw li jużaw qabel l-awtorizzazzjoni u jitolbu l-approvazzjoni tagħha.

5.     Il-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv jistgħu jimmodifikaw l-allinjament tal-politika tal-interessi kull tliet snin. Kull modifika hija soġġetta għall-approvazzjoni mill-ESMA.

6.     Il-pjattaformi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiddeskrivu b'mod espliċitu l-allinjament tagħhom tal-politika tal-interessi fuq is-sit web tagħhom f'post prominenti.

Artikolu 8

Esternalizzazzjoni

1.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, meta jkunu qed jiddependu fuq parti terza għall-prestazzjoni ta' funzjonijiet operazzjonali, għandhom jieħdu l-passi raġonevoli kollha biex jevitaw riskju operazzjonali addizzjonali.

2.   L-esternalizzazzjoni ta' funzjonijiet operazzjonali ma għandhiex tfixkel▌il-kwalità tal-kontroll intern tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u l-kapaċità tal-awtorità nazzjonali kompetenti li tissorvelja l-konformità tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv mal-obbligazzjonijiet kollha stabbiliti f'dan ir-Regolament.

3.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jibqgħu responsabbli b'mod sħiħ għall-konformità ma' dan ir-Regolament fir-rigward tal-attivitajiet esternalizzati.

Artikolu 9

Il-kustodja tal-assi tal-klijenti, iż-żamma ta' fondi u l-provvista ta' servizzi ta' pagament

1.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom dwar dan li ġej:

(a)

jekk, u fuq liema termini u kundizzjonijiet huma jipprovdu servizzi ta' kustodja tal-assi, inklużi referenzi għal-liġi nazzjonali applikabbli;

(b)

jekk servizzi ta' kustodja tal-assi jiġux ipprovduti minnhom jew minn parti terza;

(c)

jekk is-servizzi ta' pagament u ż-żamma u s-salvagwardja tal-fondi jkunux provduti mill-fornitur tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv jew permezz ta' fornitur terz li jaġixxi f'isimhom.

2.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew il-fornituri terzi li jaġixxu f'isimhom ma għandhomx iżommu fondi ta' klijenti jew jipprovdu servizzi ta' pagament sakemm dawk il-fondi ma jkunux intiżi għall-għoti ta' servizzi ta' pagament relatati mas-servizzi ta' finanzjament kollettiv u l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew il-fornitur terz ikunu fornitur ta' servizz ta' pagament kif definit fl-Artikolu 4(11) tad-Direttiva (UE) Nru 2015/2366.

3.   Il-fondi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ssalvagwardjati f'konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2015/2366.

4.   Fil-każijiet li fihom il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma jipprovdux, huma stess jew permezz ta' parti terza, servizzi ta' pagament jew iż-żamma jew l-issalvagwardjar ta' fondi f'rabta mas-servizzi ta' finanzjament kollettiv, dawn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jagħmlu u jibqgħu jimplimentaw arranġamenti biex jaċċertaw li s-sidien tal-proġetti jaċċettaw il-finanzjament tal-offerti ta' finanzjament kollettiv jew kull pagament permezz ta' fornitur jew aġent tas-servizzi ta' pagament biss kif definit fl-Artikolu 4(11) u fl-Artikolu 19 tad-Direttiva (UE) 2015/2366.

Kapitolu II

Awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv

Artikolu 10

Awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv

1.    Sabiex isir fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv taħt dan ir-Regolament, fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv prospettiv għandu japplika lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru fejn huwa stabbilit għall-awtorizzazzjoni biex jipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv.

2.   L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi dan li ġej:

(a)

l-indirizz tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;

(b)

l-istatus legali tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;

(c)

l-istatut ta' assoċjazzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;

(d)

programm ta' operazzjonijiet li jistabbilixxu t-tipi ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv jixtieq jipprovdi u l-pjattaforma li biħsiebu jopera, inkluż fejn u kif l-offerti se jiġu kkummerċjalizzati ;

(e)

deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' governanza u l-mekkaniżmi ta' kontroll interni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv biex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament, inkluż il-proċeduri ta' ġestjoni tar-riskju u ta' kontabbiltà;

(f)

deskrizzjoni tas-sistemi, ir-riżorsi u l-proċeduri tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv għall-kontroll u s-salvagwardja tas-sistemi ta' proċessar tad-data;

(g)

deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' kontinwità tan-negozju tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv sabiex jiġi żgurat li l-ħlasijiet lura tas-self u l-investimenti se jkomplu jiġu amministrati għall-investituri f'każ ta' insolvenza tal-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv prospettiv ;

(h)

l-identità tal-persuni responsabbli għall-ġestjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;

(i)

prova li l-persuni msemmija fil-punt (h) huma ta' reputazzjoni tajba u jħaddnu l-għarfien u l-esperjenza xierqa biex jimmaniġġjaw il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;

(j)

deskrizzjoni tar-regoli interni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv biex jipprevjenu li l-azzjonisti tiegħu li jkollhom 20 % jew aktar tal-kapital azzjonarju jew drittijiet tal-vot, il-maniġers tiegħu▌, jew kwalunkwe persuna marbuta direttament magħhom▌permezz ta' kontroll, jinvolvu ruħhom fi tranżazzjonijiet ta' finanzjament kollettiv offruti mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv , u dik id-deskrizzjoni għandha tinkludi wkoll ir-regoli interni tal-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv prospettiv dwar il-kunflitt ta' interess tal-impjegati esposti għall-proġetti ;

(k)

deskrizzjoni tal-arranġamenti ta' esternalizzazzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;

(l)

deskrizzjoni tal-proċeduri tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv biex jittratta lmenti mingħand il-klijenti;

(m)

fejn applikabbli, deskrizzjoni tas-servizzi ta' pagament li l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv beħsiebu jipprovdi skont id-Direttiva (UE) 2015/2366;

(ma)

prova li l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv huwa kopert b'mod adegwat jew ikollu kapital suffiċjenti kontra l-konsegwenzi finanzjarji tar-responsabbiltà professjonali tiegħu fil-każ ta' nuqqas ta' konformità mal-obbligi professjonali tiegħu stabbiliti f'dan ir-Regolament.

3.   Għall-finijiet tal-paragrafu 2(i), il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettivi għandhom jipprovdu prova ta' dawn li ġejjin:

(a)

in-nuqqas ta' preżenza ta' rekord kriminali fir-rigward ta' kundanni jew penali ta' regoli nazzjonali fis-seħħ fl-oqsma tal-liġi kummerċjali, il-liġi dwar l-insolvenza, il-leġiżlazzjoni dwar is-servizzi finanzjarji, il-leġiżlazzjoni dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus, il-frodi jew l-obbligazzjoni professjonali għall-persuni kollha involuti fl-immaniġġjar tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv;

(b)

prova li l-persuni involuti fil-ġestjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv kollha flimkien iħaddnu biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza sabiex jimmaniġġjaw il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u li dawk il-persuni huma meħtieġa li jimpenjaw biżżejjed ħin biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.

4.    L-awtorità nazzjonali kompetenti, fi żmien 30  jum ta' xogħol minn meta tirċievi l-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, għandha tivvaluta li l-applikazzjoni tkun kompluta. Meta l-applikazzjoni ma tkunx mimlija, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tistabbilixxi limitu ta' żmien sa meta l-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv għandu jipprovdi l-informazzjoni nieqsa.

5.   Meta applikazzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 1 tkun imtliet, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tinnotifika minnufih b'dan lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv.

5a.     Qabel ma tittieħed deċiżjoni dwar l-għoti jew ir-rifjut ta' applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni biex jiġi pprovdut servizz ta' finanzjament kollettiv, l-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tikkonsulta lill-awtorità nazzjonali ta' kompetenza ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor fil-każijiet li ġejjin:

(a)

il-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv prospettiv huwa sussidjarju ta' fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv awtorizzat fl-Istat Membru l-ieħor;

(b)

il-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv prospettiv huwa sussidjarju ta' impriża omm ta' fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv awtorizzat fl-Istat Membru l-ieħor;

(c)

il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv huwa kkontrollat mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzat fl-Istat Membru l-ieħor;

(d)

il-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv prospettiv għandu l-ħsieb li jikkummerċjalizza l-offerti direttament fl-Istat Membru l-ieħor.

5b.     Meta waħda mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali msemmija fil-paragrafu 5a ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni ta' awtoritajiet kompetenti oħra, dan in-nuqqas ta' qbil għandu jiġi solvut skont l-Artikolu 13a.

6.    L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha, fi żmien tliet xhur minn meta tirċievi applikazzjoni kompluta, tivvaluta jekk il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv jikkonformax mar-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u għandha tadotta deċiżjoni kompletament motivata li tagħti jew tirrifjuta l-awtorizzazzjoni bħala fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. L-awtorità nazzjonali kompetenti għandu jkollha d-dritt li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni jekk ikun hemm raġunijiet objettivi u li jistgħu jintwerew għaliex wieħed għandu jemmen li l-immaniġġjar tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jista' jkun ta' riskju għall-ġestjoni effettiva, tajba u prudenti tagħha u għall-kontinwità tan-negozju u għall-konsiderazzjoni adegwata tal-interess tal-klijenti tiegħu u l-integrità tas-suq.

6a.     L-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tinforma lill-ESMA dwar applikazzjoni li tkun intlaqgħet għal awtorizzazzjoni taħt dan l-Artikolu. L-ESMA għandha żżid dik l-applikazzjoni fir-reġistru ta' pjattaformi approvati previst fl-Artikolu 11. L-ESMA tista' titlob informazzjoni sabiex tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jagħtu awtorizzazzjonijiet taħt dan l-Artikolu b'mod konsistenti. Jekk l-ESMA ma taqbilx ma' deċiżjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti li tagħti jew tirrifjuta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont dan l-Artikolu, għandha tagħti r-raġunijiet għal dan in-nuqqas ta' qbil u għandha tispjega u tiġġustifika kwalunkwe devjazzjoni sinifikanti mid-deċiżjoni.

7.    L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tinnotifika lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv prospettiv bid-deċiżjoni tagħha fi żmien jumejn ta' xogħol wara li tkun ħadet id-deċiżjoni.

7a.     Fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzat skont dan l-Artikolu għandu jissodisfa f'kull ħin il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni tiegħu.

8.   L-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun effettiva u valida għat-territorju sħiħ tal-Unjoni.

9.   L-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ikollhom preżenza fiżika fit-territorju ta' Stat Membru għajr il-faċilitajiet fl-Istat Membru li fih dawk il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ikunu stabbiliti u jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni, sabiex jipprovdu servizzi ta' finanzjament kollettiv fuq bażi transfruntiera.

10.    L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni biex tistabbilixxi formoli, mudelli u proċeduri standard għall-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa … [XXX (xhur) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta l-istandards regolatorji ta' implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 11

Ir-reġistru tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv

1.   L-ESMA għandha tistabbilixxi reġistru tal-fornituri kollha ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. Dan ir-reġistru għandu jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tagħha u għandu jiġi aġġornat regolarment.

2.   Ir-reġistru msemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun fih din id-data:

(a)

l-isem u l-forma ġuridika tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(b)

l-isem kummerċjali u l-indirizz tal-internet tal-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv operata mill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(c)

informazzjoni dwar is-servizzi li għalihom huwa awtorizzat il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(d)

sanzjonijiet imposti fuq il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew il-maniġers tiegħu.

3.   Kwalunkwe rtirar ta' awtorizzazzjoni f'konformità mal-Artikolu 13 għandu jiġi ppubblikat fir-reġistru għal ħames snin.

Artikolu 12

Superviżjoni

1.   Il-fornituri ta' servizz ta' finanzjament kollettiv għandu jipprovdu s-servizzi tagħhom taħt is-superviżjoni tal-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv ġie awtorizzat .

2.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom dejjem jikkonformaw mal-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament .

3.    L-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tivvaluta l-konformità tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv mal-obbligazzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament. Hija għandha tiddetermina l-frekwenza u l-profondità ta' dik il-valutazzjoni billi tqis id-daqs u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-fornitur tas-servizz ta' finanzjament kollettiv. Għall-fini ta' dik il-valutazzjoni, l-awtorità nazzjonali kompetenti tista' twettaq spezzjoni fuq il-post fir-rigward tal-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv.

4.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jinnotifikaw lill-awtorità nazzjonali kompetenti bi kwalunkwe bidla materjali fil-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni mingħajr dewmien żejjed u, fuq talba, għandhom jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni tal-konformità tagħhom ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 12a

Ħatra tal-awtorità kompetenti

1.     Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità nazzjonali kompetenti responsabbli għat-twettiq tad-dmirijiet skont dan ir-Regolament għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u għandu jgħarraf lill-ESMA dwar dan.

Meta Stat Membru jaħtar aktar minn awtorità kompetenti nazzjonali waħda, huwa għandu jiddetermina r-rwoli rispettivi tagħhom u għandu jaħtar awtorità waħda li għandha tkun responsabbli għall-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri l-oħra u mal-ESMA, fejn ipprovdut f'dan ir-Regolament.

2.     L-ESMA għandha tippubblika lista tal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont il-paragrafu 1 fuq is-sit web tagħha.

3.     L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom is-setgħat superviżorji u investigattivi meħtieġa għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.

Artikolu 13

Irtirar tal-awtorizzazzjoni

1.    L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom is-setgħa li jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta' fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv fi kwalunkwe waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin fejn il-fornitur ta' servizz ta' finanzjament:

(a)

ma jkunx uża l-awtorizzazzjoni fi żmien 18-il xahar wara li din tkun ingħatat;

(b)

ikun espressament irrinunzja l-awtorizzazzjoni tiegħu;

(c)

ma jkunx ipprovda servizzi ta' finanzjament kollettiv għal sitt xhur suċċessivi;

(d)

ikun kiseb l-awtorizzazzjoni b'mod irregolari, inkluż billi jagħmel dikjarazzjonijiet foloz fl-applikazzjoni tiegħu għall-awtorizzazzjoni;

(e)

ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet li skonthom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni;

(f)

ikun kiser serjament u sistematikament id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament;

(g)

ikun tilef l-awtorizzazzjoni tiegħu bħala istituzzjoni ta' pagament f'konformità mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2015/2366/UE, jew fornitur terz li jaġixxi f'ismu ikun tilef dik l-awtorizzazzjoni;

(h)

ikunu kiser id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali tad-Direttiva ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/849 fir-rigward tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, jew il-maniġers, l-impjegati jew partijiet terzi tiegħu li jaġixxu f'ismu jkunu kisru dawk id-dispożizzjonijiet.

 

4.    L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom , mingħajr dewmien bla bżonn, jinnotifikaw lill-ESMA bid-deċiżjoni tagħhom li jirtiraw l-awtorizzazzjoni ta' fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.

4a.     Qabel ma tieħu deċiżjoni li tirtira l-awtorizzazzjoni ta' fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv milli jipprovdi servizzi ta' finanzjament kollettiv, l-awtorità nazzjonali kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtorità nazzjonali kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor f'każijiet fejn il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv:

(a)

huwa sussidjarja ta' fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv awtorizzat f'dak l-Istat Membru ieħor;

(b)

huwa sussidjarja tal-impriża prinċipali ta' fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv awtorizzata f'dak l-Istat Membru ieħor;

(c)

huwa kkontrollat mill-istess persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jikkontrollaw fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzat f'dak l-Istat Membru ieħor;

(d)

direttament jagħmel offerti f'dak l-Istat Membru l-ieħor.

Artikolu 13a

Riżoluzzjoni ta' tilwim bejn l-awtoritajiet kompetenti

1.     Meta awtorità kompetenti ma taqbilx dwar il-proċedura jew il-kontenut ta' azzjoni jew nuqqas ta' azzjoni ta' awtorità kompetenti ta' Stat Membru ieħor rigward l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, l-ESMA, fuq it-talba ta' awtorità kompetenti kkonċernata waħda jew iktar tista' tassisti lill-awtoritajiet biex jilħqu qbil f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4.

Meta, abbażi ta' kriterji oġġettivi, ikun jista' jiġi identifikat nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti minn Stati Membri differenti, l-ESMA tista', fuq inizjattiva tagħha stess, tassisti lill-awtoritajiet kompetenti biex jilħqu ftehim f'konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 2 sa 4.

2.     L-ESMA għandha tistabbilixxi terminu perentorju għall-konċiljazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti billi tikkunsidra kwalunkwe perjodu rilevanti taż-żmien, kif ukoll il-kumplessità u l-urġenza tal-kwistjoni. F'dak l-istadju l-ESMA għandha taġixxi bħala medjatur.

Jekk l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati ma jilħqux ftehim fil-fażi ta' konċiljazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-ESMA tista', f'konformità mal-proċedura mniżżla fit-tielet u fir-raba' subparagrafi tal-Artikolu 44(1) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tieħu deċiżjoni li tirrikjedi li huma jieħdu azzjoni speċifika jew joqogħdu lura milli jieħdu azzjoni biex isolvu l-kwistjoni, b'effetti vinkolanti għall-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, biex jiżguraw il-konformità mad-dritt tal-Unjoni.

3.     Mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 258 TFUE, meta awtorità kompetenti ma tikkonformax mad-deċiżjoni tal-ESMA, u b'hekk tonqos milli tiżgura li fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jikkonforma mar-rekwiżiti taħt dan ir-Regolament, l-ESMA tista' tadotta deċiżjoni individwali indirizzata lill-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li teħtieġ li tittieħed l-azzjoni meħtieġa biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont id-dritt tal-Unjoni, inkluż il-waqfien ta' kwalunkwe prattika.

4.     Id-deċiżjonijiet adottati taħt il-paragrafu 3 għandhom jipprevalu fuq kwalunkwe deċiżjoni preċedenti adottata mill-awtoritajiet kompetenti fuq l-istess kwistjoni. Kwalunkwe azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta' fatti li huma soġġetti għal deċiżjoni skont il-paragrafu 2 jew 3 għandha tkun kompatibbli ma' tali deċiżjoni.

5.     Fir-rapport imsemmi fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, il-President tal-ESMA għandu jistipula n-natura u t-tip tan-nuqqas ta' qbil bejn l-awtoritajiet kompetenti, il-ftehimiet milħuqa u d-deċiżjonijiet meħuda sabiex jiġi solvut dan in-nuqqas ta' qbil.

Kapitolu IV

Trasparenza u test tal-għarfien għad-dħul tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv

Artikolu 14

Informazzjoni lill-klijenti

1.   L-informazzjoni kollha, inkluż komunikazzjonijiet tas-suq kif imsemmi fl-Artikolu 19, minn fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv lill-klijenti▌dwarhom infushom, dwar l-ispejjeż, ir-riskji finanzjarji u l-imposti relatati ma' servizzi jew investimenti, inkluż dwar ir-riskji ta' insolvenza tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv dwar il-kundizzjonijiet tal-finanzjament kollettiv, inkluż il-kriterji tal-għażla tal-proġetti tal-finanzjament kollettiv, jew dwar in-natura tar-riskji u r-riskji assoċjati mas-servizzi tal-finanzjament kollettiv tagħhom għandhom ikunu ġusti, ċari, u mhux qarrieqa .

2.   L-informazzjoni kollha li għandha tiġi pprovduta lill-klijenti skont il-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta b'mod konċiż, preċiż u faċilment aċċessibbli, inkluż fuq is-sit web tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta kull meta jkun xieraq, inkluż qabel id-dħul fi tranżazzjoni ta' finanzjament kollettiv.

Artikolu 14a

Pubblikazzjoni tar-rata ta' inadempjenza

1.     Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiżvelaw pubblikament kull sena ir-rati ta' inadempjenza tal-proġetti ta' finanzjament kollettiv offruti fil-pjattaformi tagħhom ta' finanzjament kollettiv matul għall-inqas l-aħħar 24 xahar.

2.     Ir-rata ta' inadempjenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi ppubblikata online f'post prominenti fis-sit web tal-pjattaforma tal-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv.

3.     F'kooperazzjoni mill-qrib tal-EBA, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-metodoloġija għall-kalkolu tar-rata ta' inadempjenza tal-proġetti offruti fuq il-pjattaforma ta' finanzjament kollettiv.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [XXX (xhur) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 15

Test tal-għarfien għad-dħul u simulazzjoni tal-kapaċità li jġorru l-piż ta' telf

1.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv▌għandhom jivvalutaw liema u jekk is-servizzi ta' finanzjament kollettiv offruti humiex xierqa għall-investituri prospettivi.

2.   Għall-finijiet tal-valutazzjoni skont▌il-paragrafu 1, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jitolbu informazzjoni dwar l-għarfien , l-esperjenza, l-objettivi tal-investiment u s-sitwazzjoni finanzjarja tal-investitur prospettiv u l-komprensjoni tar-riskju fl-investiment b'mod ġenerali u t-tipi ta' investimenti offruti dwar il-pjattaforma tal-finanzjament kollettiv, inkluż informazzjoni dwar:

(a)

l-investimenti tal-passat tal-investitur prospettiv f'titoli trasferibbli jew ftehimiet ta' self, inkluż negozji fi stadju bikri jew ta' espansjoni;

(b)

il-fehim tal-investitur prospettiv tar-riskji involuti fl-għoti ta' self jew l-akkwist ta' titoli trasferibbli permezz ta' pjattaforma ta' finanzjament kollettiv, u l-esperjenza professjonali b'rabta mal-investimenti ta' finanzjament kollettiv.

▌4.   Fejn▌il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jikkunsidraw, abbażi tal-informazzjoni riċevuta skont il-paragrafu  2 , li l-investituri prospettivi ma għandhomx għarfien suffiċjenti tal-offerta jew li l-offerta mhix xierqa għal dawk l-investituri prospettivi , il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jinfurmaw lil dawk l-investituri prospettivi li s-servizzi offruti fuq il-pjattaformi tagħhom jistgħu ma jkunux xierqa għalihom u jagħtuhom twissija ta' riskju. Dik l-informazzjoni jew it-twissija ta' riskju ma għandhiex tipprevjeni lil investituri prospettivi milli jinvestu fi proġetti ta' finanzjament kollettiv. L-informazzjoni jew it-twissija dwar riskju għandha tiddikjara b'mod ċar ir-riskju tat-telf kollu tal-flus investiti.

5.   Il-fornituri kollha ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom dejjem joffru lill-investituri prospettivi u lil investituri l-possibbiltà li jissimulaw il-kapaċità tagħhom li jġorru l-piż ta' telf, ikkalkolat bħala 10 % tal-valur nett tagħhom, abbażi tal-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-introjtu regolari u l-introjtu totali, u, fejn meħtieġ, l-introjtu tal-unità domestika, u jekk l-introjtu jinkisibx fuq bażi permanenti jew temporanja;

(b)

l-assi, inklużi investimenti finanzjarji, proprjetà personali u għall-investiment, fondi ta' pensjoni u depożiti ta' flus;

(c)

l-impenji finanzjarji, inklużi dawk regolari, eżistenti jew futuri.

Fuq il-bażi tar-riżultati tal-fornituri ta' servizz tas-simulazzjoni , il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jistgħu jipprevjenu ▌investituri potenzjali milli jinvestu fi proġetti ta' finanzjament kollettiv. Madankollu, l-investituri għandhom jibqgħu responsabbli għar-riskju sħiħ li l-investiment iġib miegħu.

6.    B'kooperazzjoni mill-qrib mal-EBA, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a)

twettaq il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;

(b)

twettaq is-simulazzjoni msemmija fil-paragrafu  5 ;

(c)

tipprovdi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 4.

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [XXX (xhur) wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 16

Skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment

-1.     Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li joffru s-servizzi msemmija fil-punt (i) tal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament għandhom jipprovdu lill-investituri prospettivi bl-informazzjoni kollha msemmija f'dan l-Artikolu.

1.   L-investituri prospettivi għandhom jingħataw skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment imfassla mis-sid tal-proġett għal kull offerta ta' finanzjament kollettiv. L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għandha tiġi mfassla b'tal-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat jew b'lingwa abitwali jew bl-Ingliż .

2.   L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment imsemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)

l-informazzjoni stipulata fl-Anness;

(b)

in-nota spjegattiva li ġejja, li tidher direttament taħt it-titlu tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment:

“Din l-offerta ta' finanzjament kollettiv għadha ma ġietx ivverifikata jew approvata mill-ESMA jew mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

L-adegwatezza tal-edukazzjoni u l-għarfien tiegħek ma ġewx ivvalutati qabel ma inti ngħatajt aċċess għal dan l-investiment. Billi tagħmel dan l-investiment, qed tassumi r-riskju sħiħ li tieħu dan l-investiment, inkluż ir-riskju ta' telf parzjali jew sħiħ tal-flus investiti.”;

(c)

twissija ta' riskju, li għandha taqra kif ġej:

“L-investiment f'din l-offerta ta' finanzjament kollettiv jinvolvi riskji, inkluż ir-riskju tat-telf parzjali jew sħiħ tal-flus investiti. L-investiment tiegħek mhuwiex kopert mill-garanzija ta' depożitu u l-iskemi ta' kumpens tal-investitur stabbiliti f'konformità mad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (*2)

Inti tista' ma tirċievi l-ebda redditu fuq l-investiment tiegħek.

Dan mhuwiex prodott tat-tfaddil u  r-rakkomandazzjoni hija li wieħed ma jinvestix aktar minn 10 % tal-ġid nett tiegħu fi proġetti ta' finanzjament kollettiv.

Jaf ma tkunx tista' tbigħ l-istrumenti tal-investiment meta tkun tixtieq. Jekk inti kapaċi tbiegħhom, tista' madankollu tkun soġġett għal telf."

(*1)  Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar skemi ta' garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149)."

(*2)  Id-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Marzu 1997 dwar skemi ta' kumpens għall-investitur (ĠU L 084, 26.3.1997, p. 22).”"

3.   L-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment għandha tkun ġusta , ċara, komprensibbli u mhux qarrieqa, u ma għandux ikun fiha xi noti f'qiegħ il-paġna, għajr dawk b'referenzi għal-liġi applikabbli. Din għandha tiġi ppreżentata f'mezz li jservi għal żmien twil u awtonomu li jkun jista' jintgħaraf b'mod ċar minn komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni u li jekk jiġi stampat ikun jikkonsisti minn massimu ta' tliet naħat ta' format ta' karta ta' daqs A4.

4.   Il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jżomm l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment aġġornata dejjem u għall-perjodu kollu ta' validità tal-offerta tal-finanzjament kollettiv.

4a.     Ir-rekwiżit stabbilit fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu ma għandux japplika għal fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li joffru s-servizzi msemmija fil-punt (ii) tal-punt (a) tal-Artikolu 3(1). Tali fornituri għandhom minflok ifasslu skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv, li għandha jkun fiha informazzjoni dettaljata dwar il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv; is-sistemi u l-kontrolli tiegħu għall-ġestjoni tar-riskju, l-immudellar finanzjarju għall-offerta ta' finanzjament kollettiv u r-rendiment storiku tiegħu;

5.   Il-fornituri kollha ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jkollhom fis-seħħ u japplikaw proċeduri adegwati biex jivverifikaw il-kompletezza , il-korrettezza u ċ-ċarezza tal-informazzjoni fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.

6.   Meta fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jidentifika▌ommissjoni,▌żball jew▌ineżattezza fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment, li jista' jkollha impatt materjali fuq ir-redditu mistenni tal-investiment, il-korrezzjonijiet għandhom isiru bil-mod li ġej :

(a)

il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li joffru s-servizzi msemmija fil-punt (i) tal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għandhom jinnotifikaw minnufih l-ommissjoni, l-iżball jew l-ineżattezza lis-sid tal-proġett, li għandu jikkomplementa jew jemenda dik l-informazzjoni;

(b)

il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li joffru s-servizzi msemmija fil-punt (ii) tal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) għandhom huma stess jemendaw l-ommissjoni, l-iżball jew l-ineżattezza fl-iskeda bl-informazzjoni ewlenija;

Meta tali komplement jew emenda ma jkunux saru, il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma għandux jagħmel l-offerta ta' finanzjament kollettiv jew jikkanċella l-offerta eżistenti qabel ma l-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment tkun tikkonforma mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu.

7.   Investitur jista' jitlob lil fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv biex iħejji traduzzjoni tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment f'lingwa tal-għażla tal-investitur. It-traduzzjoni għandha tirrifletti fedelment u b'mod preċiż il-kontenut tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.

Jekk il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ma jipprovdix it-traduzzjoni mitluba tal-iskeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment, il-fornitur tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv għandu jagħti parir biċ-ċar lill-investitur biex iżomm lura milli jagħmel l-investiment.

8.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma għandhomx jeħtieġu notifika u approvazzjoni ex ante għal skeda bl-informazzjoni ewlenija dwar l-investiment.

9.    L-ESMA tista' tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina dan li ġej:

(a)

ir-rekwiżiti għall-mudell u l-kontenut tiegħu għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 u l-Anness;

(b)

it-tipi ta' riskji li huma materjali għall-offerta ta' finanzjament kollettiv u għalhekk iridu jiġu ddivulgati f'konformità mal-Parti C tal-Anness;

(ba)

l-użu ta' ċerti proporzjonijiet finanzjarji biex titjieb iċ-ċarezza tal-informazzjoni finanzjarja ewlenija;

(c)

il-kummissjonijiet u t-tariffi u l-ispejjeż ta' tranżazzjoni msemmija fil-punt (a) tal-Parti H tal-Anness, inkluż qsim dettaljat tal-ispejjeż diretti u indiretti li għandu jġarrab l-investitur.

Fl-abbozzar tal-istandards, l-ESMA għandha tiddistingwi bejn is-servizzi msemmija fil-punt (i) tal-punt (a) tal-Artikolu 3(1) u dawk imsemmija fil-punt (ii) tal-punt (a) tal-Artikolu 3(1).

L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa … [XXX xhur wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Qed tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu skont il-proċedura stipulata fl-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

Artikolu 17

Bord tal-avviżi

1.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jippermettu lill-investituri tagħhom biex jinteraġixxu direttament ma' xulxin biex jixtru u jbigħu ftehimiet ta' self jew titoli trasferibbli li oriġinarjament ikunu ġew iffinanzjati b'mod kollettiv fuq il-pjattaformi tagħhom, għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom li huma ma joperawx sistema ta' negozjar u li tali attività ta' xiri u bejgħ fuq il-pjattaformi tagħhom issir fid-diskrezzjoni u fir-responsabbiltà tal-klijent. Tali fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jinfurmaw ukoll lill-klijenti tagħhom li r-regoli applikabbli skont id-Direttiva 2014/65/UE għaċ-ċentri tan-negozjar, kif definit fil-punt (24) tal-Artikolu 4(1) ta' dik id-Direttiva, ma japplikawx għall-pjattaformi tagħhom.

2.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jipprovdu prezz ta' referenza għax-xiri u l-bejgħ imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinfurmaw lill-klijenti tagħhom jekk il-prezz ta' referenza issuġġerit huwiex vinkolanti jew le, u jiġġustifikaw il-bażi li fuqha jkun ġie kkalkolat il-prezz ta' referenza.

2a.     Sabiex l-investituri jkunu jistgħu jixtru u jbigħu self miksub permezz tal-pjattaforma tagħhom, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiffaċilitaw it-trasparenza tal-pjattaformi tagħhom għall-investituri billi jipprovdu informazzjoni dwar il-prestazzjoni tas-self iġġenerat.

Artikolu 18

Aċċess għar-rekords

Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom:

(a)

iżommu r-rekords kollha relatati mas-servizzi u t-tranżazzjonijiet tagħhom għal ħames snin fuq mezz li jservi għal żmien twil;

(b)

jiżguraw li l-klijenti tagħhom dejjem ikollhom aċċess immedjat għar-rekords tas-servizzi pprovduti;

(c)

iżommu għal ħames snin il-ftehimiet kollha bejn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv u l-klijenti tagħhom.

Kapitolu V

Komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni

Artikolu 19

Rekwiżiti rigward il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni

1.   Il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet tagħhom ta' kummerċjalizzazzjoni kollha lill-investituri jkunu identifikabbli b'mod ċar bħala tali.

2.    Qabel l-għeluq tal-ġbir ta' fondi għal proġett, l-ebda komunikazzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni ma għandha tkun immirata b'mod sproporzjonat lejn proġetti jew offerti ta' finanzjament kollettiv individwali ppjanati, pendenti jew kurrenti .▌

3.   Għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tagħhom, il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom jużaw waħda jew aktar mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih ikun attiv il-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jew l-Ingliż .

4.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti ma għandhomx jeħtieġu notifika u approvazzjoni ex ante għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni.

Artikolu 20

Pubblikazzjoni ta' dispożizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw ir-rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni

1.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jippubblikaw u jżommu l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni ta' fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv aġġornati fuq is-siti web tagħhom.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ESMA bil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi msemmija fil-paragrafu 1 u l-iperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti fejn dik l-informazzjoni tkun ippubblikata. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-ESMA sommarju ta' dawk id-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti b'lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzjament internazzjonali.

3.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ESMA bi kwalunkwe bidla fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 2 u għandhom jissottomettu sommarju aġġornat tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti mingħajr dewmien.

4.   L-ESMA, fuq is-sit web tagħha, għandha tippubblika u żżomm sommarju tad-dispożizzjonijiet nazzjonali rilevanti b'lingwa abitwali fl-isfera tal-finanzjament internazzjonali u l-iperlinks għas-siti web tal-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1. L-ESMA ma għandhiex tkun responsabbli għall-informazzjoni ppreżentata fis-sommarju.

5.   L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom ikunu l-punti uniċi ta' kuntatt responsabbli milli jipprovdu informazzjoni dwar regoli ta' kummerċjalizzazzjoni fl-Istati Membri rispettivi tagħhom.

▌7.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom, regolarment, u tal-anqas fuq bażi annwali, jirrapportaw lill-ESMA dwar l-azzjonijiet ta' infurzar tagħhom li jkunu ħadu matul is-sena preċedenti abbażi tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali tagħhom applikabbli għall-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv. B'mod partikolari, ir-rapport għandu jinkludi:

(a)

l-għadd totali ta' azzjonijiet ta' infurzar meħuda skont it-tip ta' mġiba ħażina, fejn applikabbli:

(b)

meta disponibbli, l-eżiti tal-azzjonijiet ta' infurzar, inklużi t-tipi ta' sanzjonijiet imposti skont it-tip ta' sanzjoni jew rimedju pprovduti mill-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv;

(c)

meta disponibbli, eżempji ta' kif l-awtoritajiet kompetenti ttrattaw in-nuqqas tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv li jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet nazzjonali.

Kapitolu VI

Is-setgħat u l-kompetenzi tal-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti

TAQSIMA I

KOMPETENZI U PROĊEDURI

Artikolu 21

Privileġġ legali

Is-setgħat mogħtija lill-awtorità nazzjonali kompetenti , jew lil kwalunkwe uffiċjal jew persuna oħra awtorizzata mill-awtorità nazzjonali kompetenti , ma għandhomx jintużaw biex jitolbu d-divulgazzjoni ta' informazzjoni soġġetta għal privileġġ legali.

Artikolu 25

Skambju ta' informazzjoni

L-ESMA u l-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien żejjed, jipprovdu lil xulxin bl-informazzjoni meħtieġa għall-finijiet tal-qadi ta' dmirijiethom skont dan ir-Regolament.

Artikolu 26

Segretezza professjonali

L-obbligu tas-segretezza professjonali msemmi fl-Artikolu 76 tad-Direttiva 2014/65/UE għandu japplika għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, għall-ESMA u għall-persuni kollha li jaħdmu jew li ħadmu għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew għall-ESMA, jew għal kwalunkwe persuna oħra li tkun ġiet iddelegata lilha xi kompiti , inklużi awdituri u esperti▌li jkunu ngħataw kuntratt.

TAQSIMA II

PENALI AMMINISTRATTIVI U MIŻURI AMMINISTRATTIVI OĦRA

Artikolu 27a

Penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1.     Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu penali kriminali skont l-Artikolu 27c, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jistabbilixxu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra xierqa, li jkunu applikabbli minn tal-inqas għal sitwazzjonijiet fejn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ikun naqas milli jissodisfa ir-rekwiżiti stabbiliti fil-Kapitoli I sa V. Tali penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra huma implimentati b'mod effettiv.

2.     L-Istati Membri għandhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali, jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex japplikaw mill-inqas il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra li ġejjin fil-każ ta' ksur tal-Kapitoli I sa V ta' dan ir-Regolament:

(a)

stqarrija pubblika li tindika l-persuna responsabbli għall-ksur u n-natura tal-ksur;

(b)

ordni li titlob lill-persuna biex tieqaf mill-imġiba ta' ksur u li tibqa' lura minn ripetizzjoni ta' dik il-kondotta;

(c)

projbizzjoni temporanja, jew f'każ ta' ksur serju ripetut, projbizzjoni permanenti li tipprevjeni lil kwalunkwe membru tal-korp maniġerjali tal-persuna ġuridika responsabbli għall-ksur, jew lil kwalunkwe persuna fiżika oħra li tinżamm responsabbli għall-ksur, milli teżerċita funzjonijiet ta' ġestjoni f'tali impriżi;

(d)

fil-każ ta' persuna fiżika, multi amministrattivi pekunarji massimi ta' 5 % tal-fatturat annwali tal-fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv matul is-sena kalendarja li fiha jkun seħħ il-ksur;

(e)

multi amministrattivi pekunarji massimi ta' għall-inqas id-doppju tal-ammont tal-benefiċċju miksub mill-ksur meta dak il-benefiċċju jkun jista' jiġi stabbilit, anki jekk dan jaqbeż l-ammonti massimi fil-punt (d);

3.     Meta d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 japplikaw għal persuni ġuridiċi, l-Istati Membri għandhom jikkonferixxu fuq l-awtoritajiet kompetenti s-setgħa li japplikaw il-penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra stabbiliti fil-paragrafu 2, soġġett għall-kundizzjonijiet previsti fil-liġi nazzjonali, fuq membri tal-korp maniġerjali, u fuq individwi oħrajn li huma responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali.

4.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni jew miżura li timponi penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra stabbiliti fil-paragrafu 2 tkun motivata sew u tkun soġġetta għad-dritt ta' appell quddiem tribunal.

Artikolu 27b

Eżerċizzju tas-setgħa biex jiġu imposti penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra ta' rimedju

1.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom li jimponu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra msemmijin fl-Artikolu 27a skont dan ir-Regolament u mal-oqfsa ġuridiċi nazzjonali tagħhom, kif xieraq:

( a)

direttament;

(b)

f'kollaborazzjoni ma' awtoritajiet oħrajn;

(c)

taħt ir-responsabilità tagħhom b'delega lil awtoritajiet oħra;

(d)

b'applikazzjoni lill-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti.

2.     Meta jistabbilixxu t-tip u l-livell ta' penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra imposta skont l-Artikolu 27a, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu sa fejn il-ksur huwiex intenzjonat jew jirriżultax minn negliġenza u ċ-ċirkustanzi rilevanti l-oħra kollha, inkluż, u fejn xieraq:

( a)

il-materjalità, il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur;

(b)

il-grad ta' responsabbiltà tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur;

(c)

is-saħħa finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli mill-ksur;

(d)

l-importanza tal-profitti miksuba jew it-telf evitat mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(e)

it-telf għal partijiet terzi kkaġunati mill-ksur, sa fejn ikunu jistgħu jiġu ddeterminati;

(f)

il-livell ta' kooperazzjoni tal-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur mal-awtorità kompetenti, mingħajr preġudizzju għall-ħtieġa li tiġi żgurata l-eliminazzjoni tal-profitti miksuba jew tat-telf evitat minn dik il-persuna;

(g)

il-ksur preċedenti mill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur.

Artikolu 27c

Penali kriminal

1.     L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jistipulawx regoli għal penali amministrattivi jew miżuri oħra amministrattivi għal ksur li huwa soġġett għal penali kriminali taħt id-dritt nazzjonali tagħhom.

2.     Meta l-Istati Membri jkunu għażlu, f'konformità mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, li jistabbilixxu penali kriminali għall-ksur imsemmi fl-Artikolu 27a(1), huma għandhom jiżguraw li jkun hemm miżuri xierqa fis-seħħ sabiex l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa kollha biex ikollhom kuntatt mal-awtoritajiet ġudizzjarji, tal-prosekuzzjoni jew tal-ġustizzja kriminali fi ħdan il-ġurisdizzjoni tagħhom biex jirċievu informazzjoni speċifika marbuta ma' investigazzjonijiet jew proċedimenti kriminali mibdija fir-rigward tal-ksur imsemmi fl-Artikolu 27a(1), u biex jipprovdu l-istess informazzjoni lil awtoritajiet kompetenti oħrajn kif ukoll lill-ESMA sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom ta' kooperazzjoni għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 27d

Obbligi ta' notifika

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jimplimentaw dan il-Kapitolu, inkluża kwalunkwe dispożizzjoni rilevanti tal-liġi kriminali, lill-Kummissjoni u l-ESMA sa … [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA mingħajr dewmien bla bżonn bi kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom.

Artikolu 27e

Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-ESMA

1.     L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-ESMA għandhom jikkooperaw mill-qrib ma' xulxin u jiskambjaw informazzjoni sabiex iwettqu dmirijiethom skont dan il-Kapitolu.

2.     L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jikkoordinaw mill-qrib is-superviżjoni tagħhom sabiex jidentifikaw u jirrimedjaw il-ksur ta' dan ir-Regolament, jiżviluppaw u jippromwovu l-aħjar prattiki, jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni, irawmu l-konsistenza fl-interpretazzjoni u jipprovdu valutazzjonijiet transġuriżdizzjonali f'każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' qbil.

3.     Meta awtorità nazzjonali kompetenti ssib li ma jkunx ġie sodisfatt rekwiżit impost fil-Kapitoli I sa V jew ikollha raġun biex temmen li dan huwa l-każ, hija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti tal-entità jew tal-entitajiet issuspettati bit-tali ksur bis-sejbiet tagħha b'mod dettaljat biżżejjed. L-awtoritajiet kompetenti kkonċernati għandhom jikkoordinaw is-superviżjoni tagħhom mill-qrib sabiex jiżguraw deċiżjonijiet konsistenti.

Artikolu 27f

Pubblikazzjoni ta' penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra

1.     Suġġett għall-paragrafu 4, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jippubblikaw fuq is-siti web uffiċjali tagħhom, mingħajr dewmien żejjed u bħala minimu, kwalunkwe deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra li għaliha ma tressaq l-ebda appell wara li d-destinatarju tal-penali jew tal-miżura jkun ġie nnotifikat b'dik id-deċiżjoni.

2.     Il-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi informazzjoni fuq it-tip u n-natura tal-ksur u l-identità tal-persuni responsabbli u l-penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra imposti.

3.     Meta l-pubblikazzjoni tal-identità, fil-każ ta' persuni ġuridiċi, jew tal-identità u ta' data personali, fil-każ ta' persuni fiżiċi, titqies mill-awtorità kompetenti li mhijiex proporzjonata wara valutazzjoni ta' każ b'każ, jew meta l-awtorità kompetenti tqis li l-pubblikazzjoni tipperikola l-istabilità tas-swieq finanzjarji jew investigazzjoni kriminali li tkun għaddejja, jew meta l-pubblikazzjoni, sa fejn jista' jkun stabbilit, tikkawża ħsara sproporzjonata lill-persuna involuta, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

jiddifferixxu l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew il-miżura amministrattiva oħra sakemm ma jibqgħux jeżistu raġunijiet għal dak id-differiment;

(b)

jippubblikaw id-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew il-miżura amministrattiva oħra fuq bażi anonima, skont il-liġi nazzjonali; jew

(c)

ma jippubblikawx id-deċiżjoni li timponi l-penali amministrattiva jew il-miżura amministrattiva oħra f'każ li l-awtorità kompetenti hija tal-opinjoni li l-għażliet stipulati fil-punti (a) u (b) jitqiesu li mhumiex biżżejjed biex jiżguraw:

(i)

li l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji ma tiġix ipperikolata; jew

(ii)

il-proporzjonalità tal-pubblikazzjoni ta' tali deċiżjonijiet fir-rigward tal-miżuri li jitqiesu li huma ta' natura minuri.

4.     F'każ ta' deċiżjoni biex tiġi ppubblikata penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra fuq bażi anonima, il-pubblikazzjoni tad-data rilevanti tista' tiġi posposta. Meta awtorità nazzjonali kompetenti tippubblika deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra li għaliha jkun hemm appell quddiem l-awtoritajiet ġudizzjarji rilevanti, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw immedjatament fuq is-sit web uffiċjali tagħhom dik l-informazzjoni u kwalunkwe informazzjoni sussegwenti dwar l-eżitu ta' dak l-appell. Kwalunkwe deċiżjoni ġudizzjarja li tannulla deċiżjoni li timponi penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra għandha tiġi ppubblikata wkoll.

5.     L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiżguraw li kwalunkwe deċiżjoni li hija ppubblikata, f'konformità mal-paragrafi 1 sa 4, tibqa' aċċessibbli fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħhom għal perjodu ta' mill-inqas ħames snin wara l-pubblikazzjoni tagħha. Data personali li tinsab f'dawk id-deċiżjonijiet għandha tinżamm biss fuq is-sit elettroniku uffiċjali tal-awtorità kompetenti għall-perijodu meħtieġ skont ir-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data.

6.     L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jinfurmaw lill-ESMA dwar il-penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra kollha imposti, inkluż, fejn xieraq, kwalunkwe appell b'rabta magħhom u l-eżitu ta' dan.

7.     L-ESMA għandha żżomm bażi ċentrali ta' data tal-penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra kkomunikati lilha. Din il-bażi ta' data għandha tkun aċċessibbli biss għall-ESMA, għall-EBA, għall-EIOPA u għall-awtoritajiet kompetenti u għandha tiġi aġġornata fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f'konformità mal-paragrafu 6.

Artikolu 36

Protezzjoni tad-data

1.   Fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali fil-qafas ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu l-kompiti tagħhom għall-finijiet ta' dan ir-Regolament f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

2.   Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali mill-ESMA fil-qafas ta' dan ir-Regolament, din għandha tikkonforma mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Kapitolu VII

Atti delegati

Artikolu 37

Eżerċitar tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 31(10) u l-Artikolu 34(3) għal perjodu ta' żmien ta' ħames snin minn … [ data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi estiża awtomatikament għal perijodi ta' żmien identiċi, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux iktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perijodu.

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 3(2), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 7(7), l-Artikolu 10(10), l-Artikolu 15(6), l-Artikolu 16(9), l-Artikolu 31(10) u l-Artikolu 34(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li jkun fis-seħħ.

4.   Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 6(4), l-Artikolu 7(7), l-Artikolu 10(10), l-Artikolu 15(6), l-Artikolu 16(9), l-Artikolu 31(10) u l-Artikolu 34(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Kapitolu VIII

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 38

Rapport

1.   Qabel … [uffiċċju tal-pubblikazzjonijiet jekk jogħġbok daħħal 24 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta mal-ESMA, għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, li jkun akkumpanjat fejn meħtieġ bi proposta leġiżlattiva.

2.   Ir-rapport għandu jivvaluta dan li ġej:

(a)

it-tħaddim tas-suq għall-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv fl-Unjoni, inkluż l-iżvilupp u x-xejriet tas-suq,▌is-sehem mis-suq tagħhom u b'mod partikolari analiżi ta' jekk humiex meħtieġa xi aġġustamenti fid-definizzjonijiet u limiti stabbiliti f'dan ir-Regolament u jekk il-kamp ta' applikazzjoni tas-servizzi koperti minn dan ir-Regolament jibqax xieraq;

(b)

l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-funzjonament xieraq tas-suq intern tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv, inkluż l-impatt fuq l-aċċess għal finanzjament mill-SMEs u fuq l-investituri u kategoriji oħra ta' persuni affettwati minn dawk is-servizzi;

(c)

l-implimentazzjoni tal-innovazzjoni teknoloġika fis-settur tal-finanzjament kollettiv, inkluż l-applikazzjoni ta' metodi ta' finanzjament mhux bankarju (inkluż offerta inizjali tal-muniti) u tal-mudelli u t-teknoloġiji ta' negozju innovattivi ġodda;

(d)

jekk il-livell limitu stabbilit fl-Artikolu 2(2)(d) għadux xieraq sabiex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti f'dan ir-Regolament;

(e)

l-effetti li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali li jirregolaw il-komunikazzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv għandhom fuq il-libertà li jipprovdu servizzi, kompetizzjoni u protezzjoni lill-investitur;

(f)

l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet amministrattivi u, b'mod partikolari, kwalunkwe ħtieġa biex ikomplu jiġu armonizzati s-sanzjonijiet amministrattivi stabbiliti għall-ksur ta' dan ir-Regolament;

(g)

Il-ħtieġa u l-proporzjonalità li l-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv jiġu soġġetti għal obbligi ta' konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva (UE) 2015/849 fir-rigward tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu u li dawn il-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament jiġu miżjuda mal-lista ta' entitajiet marbuta b'obbligu għall-finijiet tad-Direttiva (UE) 2015/849;

(h)

l-adegwatezza tat-twessigħ tal-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għal pajjiżi terzi;

(i)

il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u l-ESMA u l-adegwatezza tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali bħala s-superviżur ta' dan ir-Regolament;

(j)

Il-possibbiltà li jiġu introdotti miżuri speċifiċi f'dan ir-Regolament għall-promozzjoni ta' proġetti ta' finanzjament kollettiv sostenibbli u innovattivi, kif ukoll l-użu ta' Fondi tal-UE.

Artikolu 38a

Emenda għar-Regolament (UE) 2017/1129

Fl-Artikolu 1(4) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1129/UE, jiddaħħal il-punt li ġej:

“(k)

offerta ta' finanzjament kollettiv minn fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv Ewropew kif definit fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) Nru …/…  (*3) , sakemm ma taqbiżx il-limitu stabbilit fl-Artikolu 2(2)(d) ta' dak ir-Regolament.”

Artikolu 39

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika minn … [l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: jekk jogħġbok daħħal id-data ta' 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C , , p. .

(2)  ĠU C , , p. .

(3)  Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' April 2008 dwar ftehim ta' kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, 22.5.2008, p. 66).

(4)  Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).

(5)  Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

(6)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)

(7)  Id-Direttiva (UE) 2015/2366 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar is-servizzi ta' pagament fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2009/110/KE u 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 1093/2010, u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (ĠU L 337, 23.12.2015, p. 35).

(8)  COM(2017)0340, Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-valutazzjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu li jaffettwaw lis-suq intern u li huma relatati ma' attivitajiet transfruntiera.

(9)  Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).

(10)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.).

(11)  ĠU L 297, 7.11.2013, p. 107.

(*3)   ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru, u d-dettalji tal-pubblikazzjoni għal dan ir-Regolament.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/563


P8_TA(2019)0302

Is-swieq fl-istrumenti finanzjarji: fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji (COM(2018)0099 – C8-0102/2018 – 2018/0047(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/39)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0099),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 53(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0102/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0362/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 65.


P8_TC1-COD(2018)0047

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/65/UE dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 53(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)

Il-finanzjament kollettiv huwa soluzzjoni tat-teknoloġija finanzjarja li tipprovdi lill-SMEs, u, b'mod partikolari, lin-negozji l-ġodda u n-negozju li qed jespandu, aċċess alternattiv għall-finanzjament , sabiex titrawwem intraprenditorija innovattiva fl-Unjoni , biex b'hekk tissaħħaħ l-Unjoni tas-Swieq Kapitali. Dan imbagħad jikkontribwixxi għal sistema finanzjarja aktar diversifikata li tkun inqas dipendenti fuq il-finanzjament bankarju, u b'hekk ir-riskji sistemiċi u ta' konċentrazzjoni jiġu limitati. Benefiċċji oħra tal-promozzjoni tal-intraprenditorija innovattiva permezz tal-finanzjament kollettiv huma l-iżblukkar ta' kapital iffriżat għal investimenti fi proġetti ġodda u innovattivi, l-aċċellerazzjoni tal-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi u d-diversifikazzjoni tal-assi.

(2)

Skont ir-Regolament (UE) XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) il-persuni ġuridiċi jistgħu jagħżlu li jippreżentaw applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti għal awtorizzazzjoni bħala fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv.

(3)

Ir-Regolament (UE) XXX/XXXX [ir-Regolament dwar il-fornituri tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv Ewropej] jipprevedi rekwiżiti uniformi, proporzjonati u applikabbli direttament għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni tal-fornituri tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv▌.

(4)

Biex tingħata ċertezza tad-dritt fir-rigward tal-ambitu ta' persuni u ta' attivitajiet li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni rispettiv tar-Regolament (UE) XXX/XXXX u tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), u sabiex jiġi evitat li l-istess attività tkun soġġetta għal awtorizzazzjonijiet differenti fi ħdan l-Unjoni, jenħtieġ li persuni ġuridiċi awtorizzati bħala fornituri tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv skont ir-Regolament (UE) XXX/XXXX [ir-Regolament dwar il-fornituri tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv Ewropej] jiġu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2014/65/UE.

(5)

Billi l-emenda prevista f'din id-Direttiva hija direttament marbuta mar-Regolament (UE) XXX/XXXX [ir-Regolament dwar is-servizzi ta' finanzjament kollettiv fl-Unjoni Ewropea], jenħtieġ li d-data li fiha l-Istati Membri jridu japplikaw il-miżuri nazzjonali li jittrasponu dik l-emenda, tiġi differita biex tikkoinċidi mad-data tal-applikazzjoni stabbilita f'dak ir-Regolament.

(5a)

Il-muniti virtwali qed jintużaw mill-investituri fil-livell tal-konsumatur bħala sostituti għal assi oħra. B'differenza minn strumenti finanzjarji oħra, attwalment il-muniti virtwali, fil-biċċa l-kbira tagħhom, mhumiex regolati. B'konsegwenza ta' dan, is-swieq għall-muniti virtwali għandhom nuqqas ta' trasparenza, jistgħu jkunu suxxettibbli għal abbuż tas-suq u jbatu minn nuqqas ta' protezzjoni bażika tal-investitur. Il-Kummissjoni jenħtieġ li żżomm il-muniti virtwali taħt rieżami u tipproponi gwida ċara li tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li skonthom il-muniti virtwali jistgħu jiġu kklassifikati bħala strumenti finanzjarji u, jekk ikun neċessarju, iżżid il-muniti virtwali mal-lista ta' strumenti finanzjarji, bħala kategorija ġdida. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li huwa xieraq li l-muniti virtwali jiġu rregolati, jenħtieġ li tissottometti proposta f'dan ir-rigward lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2014/65/UE, jiżdied il-punt (p) li ġej:

“(p)

il-fornituri tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv kif definiti fl-Artikolu 3(1)(c) tar-Regolament (UE) XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u l-persuni li jipprovdu servizzi ta' finanzjament kollettiv f'konformità mad-dritt nazzjonali, dment li jkunu taħt is-soll tal-Artikolu 2(d) tar-Regolament (UE) XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard minn … [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: 6 xhur mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Finanzjament Kollettiv], il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom japplikaw dawk il-miżuri minn … [Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet: id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament dwar il-Finanzjament Kollettiv].

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni u lill-ESMA t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C […], […], p. […].

(2)  ĠU C […], […], p. […].

(3)  Ir-Regolament (UE) XXX/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fornituri tas-servizzi ta' finanzjament kollettiv Ewropej (ĠU L […], […], p. […]).

(4)  Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/566


P8_TA(2019)0303

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni (COM(2018)0372 – C8-0227/2018 – 2018/0197(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/40)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0372),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 177, 178 u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0227/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta' Diċembru 2018 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits, il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, kif ukoll il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0094/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 90.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 115.


P8_TC1-COD(2018)0197

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta’ Koeżjoni

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni paragrafu tal-Artikolu 177, l-Artikolu 178 u l-Artikolu 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-Artikolu 176 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jipprevedi li l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”) huwa maħsub sabiex jgħin fil-korrezzjoni tal-iżbilanċi reġjonali ewlenin li hemm fl-Unjoni. Skont dan l-Artikolu u t-tieni u t-tielet paragrafi tal-Artikolu 174 TFUE, il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tar-reġjuni varji u għat-tnaqqis fir-ritard tal-iżvilupp tar-reġjuni l-anqas favoriti, li fosthom għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti bħar-reġjuni tat-tramuntana mbiegħda b’densità ta’ popolazzjoni baxxa ħafna, u gżejjer, reġjuni transfruntiera u reġjuni muntanjużi.

(2)

Il-Fond ta’ Koeżjoni kien stabbilit biex jikkontribwixxi għall-għan ġenerali ta’ tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni billi jipprovdi kontribuzzjonijiet finanzjarji fl-oqsma tal-ambjent u ta’ netwerks trans-Ewropej fil-qasam tal-infrastruttura tat-trasport” (“TEN-T”), kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

(3)

Ir-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [is-CPR ġdid il-ġdid (5) jistabbilixxi regoli komuni applikabbli għall-fondi differenti, inkluż il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”), il-Fond Soċjali Ewropew (“FSE+”), il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond , il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (“FAEŻR”), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”), il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni (“AMIF”), il-Fond għas-Sigurtà Interna (“FSI”) u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża” (“BMVI”) li, joperaw taħt qafas komuni (il-“Fondi”). [Em. 1]

(3a)

L-Istati Membri u l-Kummissjoni jenħtieġ li jiżguraw il-koordinazzjoni, il-komplementarjetà u l-koerenza bejn il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond ta' Koeżjoni (FK), il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Soċjali (FSE+), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Agrikolu (FAEŻR), sabiex ikunu jistgħu jikkomplementaw lil xulxin meta dan ikun ta' benefiċċju għall-ħolqien ta' proġetti li jirnexxu. [Em. 2]

(4)

Sabiex jiġu ssimplifikati r-regoli applikabbli kemm għall-FEŻR kif ukoll għall-Fond ta’ Koeżjoni għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020, jenħtieġ li r-Regolament jistabbilixxi regoli applikabbli li jkopru ż-żewġ fondi.

(5)

Il-prinċipji orizzontali stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u fl-Artikolu 10 TFUE, inkluż il-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità kif stabbilit stabbiliti fl-Artikolu 5 TUE, jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni, filwaqt li titqies il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali . Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tiegħu u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni jarmonizzaw ir-rekwiżiti tal-aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi u l-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi soċjali tal-introjtu, jaħdmu iktar biex jiġġieldu l-faqar, jippreservaw u jippromwovu l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità bid-drittijiet. Jenħtieġ li jmorru magħhom l-Istati Membril-Kummissjoni jimmiraw biex jeliminaw l-inugwaljanzi jiżguraw li l-FEŻR jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u tintegra l-perspettiva tal-ġeneru, kif ukoll l-Fond ta' Koeżjoni jippromwovu opportunitajiet ugwali għal kulħadd , jikkumbattu d-diskriminazzjoni msejsa fuq is-sess, ir-razza l-oriġini razzjali jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ ukoll li ll-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni. Jenħtieġ li l-objettivi tal-FERŻ u l-Fond ta' Koeżjoni jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġes iħallas. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli l-Fondi jippromwovu t-tranżizzjoni mill-kura istituzzjonali għal kura fil-familja u bbażata fil-komunità, b'mod partikolari għal dawk li jġarrbu diskriminazzjoni multipla. Jenħtieġ li l-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi forma ta' segregazzjoni. L-investimenti taħt il-FEŻR , b'sinerġija mal-FSE+, jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-ġlieda kontra l-faqar, u biex tiżdied il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini skont l-obbligi tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbilità u l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC) biex jikkontribwixxu għad-drittijiet tat-tfal . [Em. 3]

(6)

Jeħtieġ li jiġu koperti dispożizzjonijiet għall-FEŻR għall-appoġġ tiegħu kemm għall-miri dwar Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi kif ukoll għall-miri tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) (“tal-ETC/Interreg”).

(7)

Sabiex jiġu identifikati t-tip ta’ attivitajiet li jistgħu jiġu appoġġati mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, l-objettivi ta’ politika speċifiċi għall-għoti ta’ appoġġ minn dawk il-fondi jenħtieġ li jiġu stabbiliti biex jiġi żgurat li jikkontribwixxu għal għan ta’ politika komuni wieħed jew aktar imsemmija fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR ġdid].

(8)

F'dinja dejjem aktar interkonnessa u minħabba d-dinamiċi demografiċi u dawk ta' migrazzjoni, huwa ċar li l-politika tal-migrazzjoni interni u esterni tal-Unjoni tirrikjedi approċċ komuni li jserraħ fuq is-sinerġiji u l-komplementarjetajiet tal-istrumenti ta' finanzjament differenti. Il-FEŻR irid jagħti attenzjoni aktar speċifika lill-bidla demografika bħala sfida ewlenija u qasam ta' prijorità fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi. Sabiex jiġi żgurat appoġġ koerenti, b'saħħtu u konsistenti għas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà għar-responsabbiltà kif ukoll għall-isforzi ta' kondiviżjoni bejn l-Istati Membri fil-ġestjoni tal-migrazzjoni, jenħtieġ li l-FEŻR jipprovdi appoġġ biex jiffaċilita il-politika ta' koeżjoni tista' tikkontribwixxi għall-proċessi ta' integrazzjoni tar-rifuġjati u l-migranti taħt protezzjoni internazzjonali billi tadotta approċċ immirat lejn il-protezzjoni tad-dinjità u d-drittijiet tagħhom, mhux l-inqas fid-dawl tar-relazzjoni ta' tisħiħ reċiproku bejn l-integrazzjoni fit-tul tal-migranti u t-tkabbir ekonomiku lokali, speċjalment billi tipprovdi appoġġ għall-infrastruttura lill-bliet u lill-awtoritajiet lokali involuti fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' integrazzjoni. [Em. 4]

(9)

Sabiex jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri u r-reġjuni li qed jiffaċċjaw biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp u jiġu armonizzati s-sitwazzjonijiet differenti tar-reġjuni tal-UE, jiġu indirizzati d-disparitajiet soċjali, sfidi ġodda u jiżgura soċjetajiet inklużivi u livell għoli ta' sigurtà għaċ-ċittadini tagħhom kif ukoll jipprevjeni l-marġinalizzazzjoni u r-radikalizzazzjoni, filwaqt li jiddependi fuq is-sinerġiji u komplementarjetajiet ma' politiki oħra tal-Unjoni, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għas-sigurtà f'żoni fejn ikun hemm il-ħtieġa li jiġu żgurati spazji pubbliċi u infrastruttura kritika sikuri , moderni, aċċessibbli u siguri , bħall-komunikazzjoni, it-trasport pubbliku, l-enerġija servizzi pubbliċi universali u ta' kwalità għolja li huma vitali biex jindirizzaw id-disparitajiet reġjonali u soċjali , jippromwovu l-koeżjoni soċjali u l-iżvilupp reġjonali infrastruttura kritika, bħalma huma t-trasport u l-enerġija jinkoraġġixxu l-impriżi u n-nies biex jibqgħu fiż-żona lokali tagħhom . [Em. 5]

(10)

Barra minn hekk, l-investimenti taħt il-FEŻR jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-iżvilupp ta’ netwerk ta’ infrastruttura diġitali b’veloċità għolja u komprensiv , fl-Unjoni kollha, inkluż f'żoni rurali fejn huwa kontributur vitali għall-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) komprensiv, u l-promozzjoni għall-promozzjoni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli u nadifa mingħajr tniġġis b'konċentrazzjoni fuq il-mixi, iċ-ċikliżmu, it-trasport pubbliku u l-mobbiltà kondiviża . [Em. 6]

(10a)

Ħafna mill-akbar sfidi fl-Ewropa qed jaffettwaw dejjem aktar lill-komunitajiet Rom emarġinati, li ta' spiss jgħixu fil-mikroreġjuni l-aktar żvantaġġati li huma neqsin minn ilma tax-xorb sikur u aċċessibbli, drenaġġ, elettriku u li ma jgawdux minn possibbiltajiet ta' trasport, konnettività diġitali, sistemi ta' enerġija rinnovabbli jew reżiljenza f'każ ta' diżastru. Għalhekk, il-FEŻR-FK irid jikkontribwixxi għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-għajxien tar-Rom u jissodisfa l-potenzjal reali tagħhom bħala ċittadini tal-UE u l-Istati Membri jridu jissalvagwardjaw li l-benefiċċji tal-ħames objettivi ta' politika tal-FEŻR-FK se jilħqu lir-Rom ukoll. [Em. 7]

(11)

Minħabba l-għan ġenerali tal-Fond ta’ Koeżjoni previst fit-TFUE, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti u limitati l-għanijiet speċifiċi li l-Fond ta’ Koeżjoni jenħtieġ li jappoġġa.

(12)

Sabiex titjieb il-kapaċità jikkontribwixxu għal governanza xierqa, infurzar, kooperazzjoni transfruntiera u t-tixrid tal-aħjar prattiki u innovazzjonijiet fil-qasam tal-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti u l-ekonomija ċirkolari, itejbu l-kapaċità amministrattiva ġenerali tal-istituzzjonijiet u l-governanza fl-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' programmi , inkluż fil-livelli reġjonali u lokali fuq il-prinċipji tal-governanza f'diversi livelli, l-implimentazzjoni tal-programmi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, huwa meħtieġ li jkun hemm jiġu promossi miżuri ta' appoġġ taħt l-objettivi tisħiħ amministrattiv ta' natura strutturali b'appoġġ għall-objettivi speċifiċi kollha. Billi huma bbażati fuq objettivi li jistgħu jitkejlu u huma notifikati liċ-ċittadini u lin-negozji bħala mezz ta' simplifikazzjoni u tnaqqis tal-piż amministrattiv impost fuq il-benefiċjarji u l-awtoritajiet ta' ġestjoni, huwa possibbli li dawn il-miżuri jilħqu l-bilanċ ideali bejn l-orjentazzjoni lejn ir-riżultati tal-politika u l-livell ta' verifiki u kontrolli. [Em. 8]

(13)

Sabiex titħeġġeġ u tingħata spinta lill-kooperazzjoni, fil-programmi implimentati taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, huwa meħtieġ li jittejbu l-miżuri ta’ kooperazzjoni ma’ sħab mas-sħab, inklużi dawk fil-livell lokali u reġjonali fi Stat Membru jew bejn Stati Membri differenti fir-rigward ta’ sostenn appoġġ ipprovdut taħt l-objettivi speċifiċi kollha. Din il-kooperazzjoni hija addizzjonali għall-kooperazzjoni taħt l-ETC / Interreg u b’mod partikolari jenħtieġ li tappoġġa l-kooperazzjoni fost sħubiji strutturati bil-ħsieb li jiġu implimentati strateġiji reġjonali kif imsemmi fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni “It-tisħiħ tal-innovazzjoni fir-reġjuni tal-Ewropa: Strateġiji għal tkabbir reżiljenti, inklużiv u sostenibbli” (6). L-imsieħba Is-sħab jistgħu għalhekk jiġu minn kull kwalunkwe reġjun fl-Unjoni, iżda jistgħu jinkludu wkoll reġjuni transfruntiera u reġjuni li huma kollha koperti minn Raggruppamenti Ewropej ta' Kooperazzjoni Territorjali, strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar jew kombinazzjoni kombinament tat-tnejn. [Em. 9]

(13a)

Il-politika ta' koeżjoni futura tista' tikkunsidra b'mod adegwat u tipprovdi appoġġ għar-reġjuni tal-Unjoni li huma l-aktar milquta mill-konsegwenzi tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, b'mod partikolari dawk li, b'riżultat ta' dan, se jsibu ruħhom fuq il-fruntiera esterna tal-baħar jew tal-art tal-Unjoni; [Em. 10]

(14)

Filwaqt L-objettivi tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni jenħtieġ li jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari l-importanza kbira tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi, l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU kif ukoll il-promozzjoni mill-Unjoni tal-għan li l-kwalità tal-ambjent tiġi ppreżervata, imħarsa u mtejba kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 191(1) TFUE, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta' min iniġġes iħallas kif ukoll l-iffukar fuq il-faqar, l-inugwaljanza u tranżizzjoni ġusta lejn ekonomija soċjalment u ambjentalment sostenibbli f'approċċ parteċipattiv f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet pubbliċi, mas-sħab ekonomiċi u soċjali, kif ukoll mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti. Filwaqt li jirriflettu l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji u telfien tal-bijodiversità sabiex isir kontribut għal finanzjament tal-azzjonijiet meħtieġa li jridu jittieħdu fil-livell tal-UE, nazzjonali u lokali biex jissodisfaw, f'konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ukoll biex tiggarantixxi interventi integrati għall-prevenzjoni tad-diżastri, billi torbot ir-reżiljenza u l-prevenzjoni tar-riskji, il-preparazzjoni u l-azzjonijiet ta' reazzjoni, il-Fondi se jikkontribwixxu biex jintegraw azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta' mira ġenerali ta' l-protezzjoni tal-bijodiversità billi tiġi mmirata 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li jappoġġaw tappoġġa l-objettivi tal-klima. Il-Fondi jridu jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għall-kisba ta' ekonomija ċirkolari u ħielsa mill-karbonju fit-territorji kollha tal-Unjoni u l-inkorporazzjoni sħiħa tad-dimensjoni reġjonali. L-operazzjonijiet taħt il-FEŻR huma mistennija jenħtieġ li jikkontribwixxu għal 30  mill-inqas 35 % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-FEŻR għall-objettivi tal-klima. L-operazzjonijiet taħt il-Fond ta' Koeżjoni huma mistennija li jikkontribwixxu għal 37 40  % tal-pakkett finanzjarju ġenerali tal-Fond ta' Koeżjoni għall-objettivi tal-klima. Dawn il-perċentwali jenħtieġ li jiġu rispettati matul il-perjodu ta' programmazzjoni. Għalhekk, l-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' dawn il-fondi, u jiġu valutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċeduri ta' rieżami rilevanti. Dawn l-azzjonijiet u l-allokazzjoni finanzjarja riżervata għall-implimentazzjoni tagħhom iridu jiġu inklużi fil-Pjanijiet Integrati nazzjonali dwar l-Enerġija u l-Klima skont l-Anness IV tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] kif ukoll l-istrateġija ta' rinnovazzjoni fuq terminu twil stabbilita skont id-Direttiva dwar il-Prestazzjoni tal-Enerġija tal-Bini (UE) 2018/844 riveduta biex tikkontribwixxi għall-kisba ta' stokk tal-bini dekarbonizzat sal-2050, u mehmuża mal-Programmi. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika liż-żoni intensivi fl-użu tal-karbonju li jiffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni, bil-għan li jiġu megħjuna jsegwu strateġiji konsistenti mal-impenn klimatiku tal-Unjoni u stabbiliti fi Pjanijiet Nazzjonali Integrati dwar l-Enerġija u l-Klima u skont id-Direttiva ETS 2018/410 u biex jiġu protetti l-ħaddiema anki permezz ta' opportunitajiet ta' taħriġ u taħriġ mill-ġdid. [Em. 11]

(15)

Sabiex il-FEŻR jipprovdi appoġġ taħt l-ETC / Interreg f’termini kemm ta’ investimenti fl-infrastruttura kif ukoll l-investimenti u l-attivitajiet ta’ taħriġ u ta’ integrazzjoni assoċjati, sabiex jittejbu u jiġu żviluppati l-ħiliet u l-kompetenzi amministrattivi, jeħtieġ li jkun hemm provvediment jiġi previst li, il-FEŻR l-FEŻR jista’ wkoll jipprovdi appoġġ għal attivitajiet taħt l-objettivi speċifiċi tal-FSE +, stabbilit bir-Regolament mir-Regolament (UE) 2018/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ESF+ ġdid] (7). [Em. 12]

(16)

Sabiex jiġi konċentrat l-użu ta’ riżorsi limitati bl-aktar mod effiċjenti, l-appoġġ mogħti mill-FEŻR għal investimenti produttivi taħt għan rilevanti speċifiku, jenħtieġ li jkun limitat dirett biss għal intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (“SMEs”) fis-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (8), ħlief fejn l-investimenti jinvolvu kooperazzjoni ma’ SMEs f’attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni u għal intrapriżi apparti l-SMEs, mingħajr preġudizzju għall-impjiegi relatati mal-istess attività jew ma' attività simili f'reġjuni oħra tal-Ewropa, fit-tifsira tal-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) …/…[is-CPR il-ġdid] . [Em. 190/rev1]

(17)

Jenħtieġ li l-FEŻR jgħin sabiex jitnaqqsu l-iskwilibriji l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni u biex jitnaqqsu d-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u dawk ir-reġjuni li l-aktar għadhom lura u li huma anqas favoriti, inklużi dawk li qed jaffaċċjaw jiffaċċjaw sfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni permezz tal-appoġġ finanzjarju għall-perjodu tranżitorju . Jenħtieġ li jinkoraġġixxi wkoll ir-reżiljenza u jipprevjeni li t-territorji vulnerabbli jaqgħu lura . Jenħtieġ li l-appoġġ tal-FEŻR taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għalhekk jiġi kkonċentrat fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni f'konformità mal-objettivi tal-politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [CPR [is-CPR il-ġdid]. Jenħtieġ li għalhekk l-appoġġ mill-FEŻR jikkonċentra speċifikament fuq l-objettivi iż-żewġ objettivi ta' politika ta' “Ewropa intelliġenti billi jippromwovi l-iżvilupp u t-trasformazzjoni ekonomika, innovattiva, intelliġenti u innovattiva” inklużiva, il-konnettività reġjonali fil-qasam tat-teknoloġiji, l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), il-konnettività u amministrazzjoni pubblika effiċjenti" u “Ewropa ekoloġika, reżiljenti u b'emissjonijiet baxxi ta' karbonju għal kulħadd permezz tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni tal-enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju” filwaqt li jitqiesu l-objettivi ta' politika ġenerali ta' Ewropa aktar koeżiva u bbażata fuq is-solidarjetà li tgħin biex jitnaqqsu l-asimetriji ekonomiċi, soċjali u territorjali . Jenħtieġ li din il-konċentrazzjoni tali konċentrazzjoni tematika tintlaħaq fuq livell nazzjonali filwaqt li tippermetti marġini ta' flessibbiltà fil-livell tal-programmi ta' programmi individwali u bejn tliet gruppi ta' Stati Membri ffurmati skont id-dħul nazzjonali gross rispettiv il-kategoriji differenti tar-reġjuni, filwaqt li jitqiesu l-livelli differenti ta' żvilupp . Barra minn hekk, jenħtieġ li l-metodoloġija biex tikklassifika lill-Istati Membri r-reġjuni tiġi stabbilita bir-reqqa b'kont meħud tas-sitwazzjoni speċifika tar-reġjuni l-aktar imbiegħda ultraperiferiċi . [Em. 14]

(17a)

Sabiex tiġi żgurata l-importanza strateġika tal-investimenti kofinanzjati mill-FEŻR u mill-FK, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu talba debitament ġustifikata għal aktar flessibbiltà fil-qafas attwali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għan-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti. [Em. 15]

(18)

Sabiex jikkonċentra l-appoġġ fuq il-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni, u f'konformità mal-objettivi ta' koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali stabbiliti fl-Artikolu 174 TFUE u l-objettivi ta' politika stabbiliti fir-Regolament (UE) 2018/xxx [is-CPR il-ġdid], huwa wkoll xieraq li rekwiżiti ta' konċentrazzjoni tematika jenħtieġ li jiġu rispettati matul il-perjodu ta' programmar, inkluż fil-każ ta' trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi. [Em. 16]

(18a)

Il-FEŻR jenħtieġ li jindirizza l-problemi ta' aċċessibbiltà għas-swieq il-kbar u d-distanza kbira minnhom, li dawk iż-żoni b'densità ta' popolazzjoni estremament baxxa qegħdin jiffaċċaw, kif imsemmi fil-Protokoll Nru 6 dwar dispożizzjonjiet speċjali għall-Objettiv 6 fil-qafas tal-Fondi Strutturali fil-Finlandja u fl-Iżvezja għall-Att tal-Adeżjoni tal-1994. Il-FEŻR jenħtieġ li jindirizza wkoll id-diffikultajiet speċifiċi li jiffaċċaw ċerti gżejjer, reġjuni mal-fruntieri, reġjuni muntanjużi, u żoni b'popolazzjoni baxxa, li s-sitwazzjoni ġeografika tagħhom tnaqqas il-pass tal-iżvilupp tagħhom, bil-għan li jiġi appoġġat l-iżvilupp sostenibbli tagħhom. [Em. 17]

(19)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi tipi differenti ta’ attivitajiet li l-ispejjeż tagħhom jistgħu jkunu appoġġati permezz ta’ investimenti mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, taħt l-objettivi rispettivi tagħhom kif stabbiliti mit-TFUE inkluż il-crowdfunding . Jenħtieġ li l-Fond ta’ Koeżjoni jkun jista’ jappoġġa investimenti fl-ambjent u fit-TEN-T. Fir-rigward tal-ERDF tal-FEŻR , jenħtieġ li l-lista ta’ attivitajiet tqis il-ħtiġijiet nazzjonali u reġjonali speċifiċi kif ukoll il-potenzjal endoġenu u tkun issimplifikata simplifikata u jenħtieġ li tkun kapaċi tappoġġa l-investimenti fl-infrastruttura inklużi l-infrastruttura u faċilitajiet tar-riċerka u l-innovazzjoni, infrastruttura kulturali u patrimonjali, infrastruttura tat-turiżmu sostenibbli wkoll permezz ta' distretti turistiċi, servizzi għall-impriżi, kif ukoll investimenti fis-settur tal-abitazzjoni , investimenti fir-rigward ta’ aċċess għal servizzi b'konċentrazzjoni partikolari fuq komunitajiet żvantaġġati, emarġinati u segregati , investimenti produttivi fl-SMEs, tagħmir, softwer u assi intanġibbli, inċentivi matul il-perjodu ta' tranżizzjoni tar-reġjuni fil-proċess ta' dekarbonizzazzjoni, kif ukoll miżuri fir-rigward ta’ informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta’ esperjenzi bejn is-sħab u attivitajiet li jinvolvu gruppi. Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni ta’ programm, jenħtieġ li ż-żewġ fondi jkunu kapaċi wkoll li jappoġġaw attivitajiet ta’ assistenza teknika. Fl-aħħar nett, sabiex jipprovdi għal jipprevedi firxa aktar wiesgħa ta’ interventi għal programmi għall-programmi Interreg, jenħtieġ li l-ambitu jitwessa’ biex jinkludi wkoll il-kondiviżjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ faċilitajiet u riżorsi umani u l-ispejjeż marbuta ma’ miżuri fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-FSE+. [Em. 18]

(20)

Proġetti ta' netwerks trans-Ewropej ta' transport trasport skont ir-Regolament (UE) Nru 1316/2013 għandhom ikomplu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta' Koeżjoni , inkluż l-indirizzar tal-lakuni u l-konġestjoni, b'mod ibbilanċjat kif ukoll li jinkludi t-titjib tas-sikurezza tal-pontijiet u l-mini eżistenti kemm permezz ta' ġestjoni kondiviża kif ukoll il-modalità ta' implimentazzjoni diretta taħt il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (is-“CEF – Connecting Europe Facility”). Dawn in-netwerks iridu jagħtu spinta lis-servizzi pubbliċi fiż-żoni rurali, speċjalment f'żoni b'popolazzjoni baxxa u f'żoni b'tixjiħ demografiku qawwi, sabiex titrawwem l-interkonnettività bejn il-bliet u l-kampanja, jiġi promoss l-iżvilupp rurali, jitnaqqas id-distakk diġitali. [Em. 19]

(21)

Fl-istess ħin, huwa importanti li min-naħa waħda jiġu identifikati sinerġiji u min-naħa l-oħra jiġi ċċarat li liema huma dawk l-attivitajiet li jaqgħu barra l-ambitu tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, inklużi l-investimenti biex jinkiseb it-tnaqqis ta’ emissjonijiet dan sabiex jinkisbu l-effetti ta' gassijiet b’effett ta’ serra mill-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) sabiex multiplikazzjoni jew ikun evitat l-irduppjar tal-finanzjament disponibbli, li diġà jeżisti bħala parti minn din id-Direttiva. Barra minn hekk, jenħtieġ li jiġi stabbilit b’mod espliċitu li l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej extra-Ewropej elenkati fl-Anness II tat-TFUE għat-TFUE mhumiex eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR u l-Fond mill-Fond ta’ Koeżjoni. [Em. 20]

(22)

Jenħtieġ li l-Istati Membri regolarment jibagħtu lill-Kummissjoni tagħrif dwar il-progress li jsir bl-użu ta’ indikaturi tal-output u tar-riżultati komuni stabbiliti fl-Anness I. Indikaturi tal-output u tar-riżultati komuni jistgħu jiġu kkomplementati, fejn meħtieġ, minn indikaturi ta’ output u indikaturi tar-riżultati speċifiċi għall-programm. Jenħtieġ li l-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri tkun il-bażi li fuqha l-Kummissjoni jenħtieġ li tirrapporta dwar il-progress lejn il-kisba ta’ għanijiet speċifiċi matul il-perjodu kollu ta’ programmar u għal dan il-għan jintużaw sett ewlieni ta’ indikaturi stabbiliti fl-Anness II.

(23)

Skont il-paragrafu il-paragrafi  22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li jiġu evalwati l-Fondi fuq il-bażi ta’ tagħrif miġbur permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li tiġi evitata r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn meta jkun xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi b’mod prattiku fil-prattika . [Em. 21]

(24)

Sabiex tiġi massimizzata l-kontribuzzjoni għall-iżvilupp territorjali, azzjonijiet u sabiex jiġu indirizzati b'mod aktar effettiv l-isfidi ekonomiċi, demografiċi, ambjentali u soċjali, kif previst fl-Artikolu 174 TFUE, f'żoni bi żvantaġġi naturali jew demografiċi inkluż it-tixjiħ, id-deżertifikazzjoni rurali u t-tnaqqis demografiku, iżda wkoll il-pressjoni demografika jew fejn ikun diffiċli li wieħed ikollu aċċess għal servizzi bażiċi, l-azzjonijiet f'dan il-qasam jenħtieġ li jkunu bbażati fuq programmi, assi jew strateġiji territorjali integrati inkluż fiż-żoni , inklużi żoni urbani u komunitajiet rurali . Dawn l-azzjonijiet jenħtieġ li jkunu ż-żewġ naħat tal-istess munita, ibbażati kemm fuq il-hubs urbani ċentrali u l-madwar tagħhom kif ukoll fuq iż-żoni rurali l-aktar remoti. Dawn l-istrateġiji jistgħu jibbenefikaw ukoll minn approċċ plurifond u integrat li jinvolvi l-FEŻR, l-FSE +, il-FEMS u l-FAEŻR. Mira ta' mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FEŻR jenħtieġ li jiġu allokati fuq livell nazzjonali għal żvilupp territorjali integrat. Għalhekk, jenħtieġ li l-appoġġ mill-FEŻR jitwassal permezz tal-formoli stabbiliti fl-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid] biex ikun waqt li jkun żgurat l-involviment xieraq tal-awtoritajiet lokali, reġjonali u urbani , is-sħab ekonomiċi u soċjali u r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi . [Em. 22]

(24a)

Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika liż-żoni intensivi fl-użu tal-karbonju li jiffaċċjaw l-isfidi minħabba l-impenji ta' dekarbonizzazzjoni, bil-għan li jiġu megħjuna jsegwu strateġiji konsistenti mal-impenn klimatiku tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi li jipproteġu lill-ħaddiema u lill-komunitajiet affettwati bl-istess mod. Jenħtieġ li tali żoni jibbenefikaw minn appoġġ dedikat għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' pjanijiet għad-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomiji tagħhom filwaqt li titqies il-ħtieġa għal taħriġ vokazzjonali mmirat u opportunitajiet ta' taħriġ mill-ġdid għall-forza tax-xogħol. [Em. 23]

(25)

Fil-qafas tal-iżvilupp urban sostenibbli, huwa kkunsidrat neċessarju li jiġu megħjun l-iżvilupp territorjali integrat sabiex jingħelbu b'mod aktar effettiv l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi , teknoloġiċi, soċjali soċjali kulturali li jaffettwaw iż-żoni urbani, inklużi ż-żoni urbani funzjonali u l-komunitajiet rurali , filwaqt li titqies il-ħtieġa li jiġu promossi rabtiet bejn iż-żoni urbani u dawk rurali , inklużi ż-żoni periurbani meta jkun xieraq . Il-prinċipji għall-għażla ta' żoni urbani li għalihom għandhom iridu jiġu implimentati azzjonijiet integrati għal żvilupp urban sostenibbli, u l-ammonti indikattivi għal dawk l-azzjonijiet, jenħtieġ li jkunu stabbiliti fil-programmi taħt il-mira għall-Investiment għall-impiegi u t-tkabbir b'minimu Dawn l-azzjonijiet jistgħu jibbenefikaw ukoll minn approċċ plurifond u integrat li jinvolvi l-FEŻR, l-FSE+, il-FEMS u l-FAEŻR. Mira ta' mill-inqas 6  10 % tar-riżorsi tal-FEŻR jenħtieġ li jiġu allokati fil-livell fuq livell nazzjonali għal dan il-għan għall-prijorità tal-iżvilupp urban sostenibbli . Jenħtieġ li jiġi stabbilit ukoll li dan il-perċentwal għand il-perċentwali jenħtieġ li jiġi rispettati rispettat matul il-perjodu ta' programmazzjoni f'każ ta' trasferiment bejn il-prijoritajiet fi programm jew bejn il-programmi, inklużi fir-reviżjoni inkluż fir-rieżami ta' nofs it-terminu. [Em. 24]

(26)

Sabiex jiġu identifikati jew ivvalutati soluzzjonijiet li jindirizzaw kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mal-iżvilupp urban sostenibbli, fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Azzjonijiet Innovattivi Urbani fil-qasam tal-iżvilupp urban sostenibbli jitkomplew u jiġu sostitwiti bl-Inizjattiva żviluppati f'Inizjattiva Urbana Ewropea Jenħtieġ li dik l-inizjattiva tappoġġa l-Aġenda Urbana tal-Unjoni Ewropea 1 bil-għan li tistimola t-tkabbir, il-kwalità tal-ħajja u l-innovazzjoni , u għandhom jiġu implimentati taħt ġestjoni diretta jew indiretta. Jenħtieġ lin di l-inizjattiva tkopri ż-żoni urbani kollhatappoġġa l-Aġenda Urbana għall-Unjoni Ewropea tidentifika u tindirizza l-isfidi soċjali b'suċċess  (10). [Em. 25]

(27)

Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċifika lir-reġjuni l-aktar imbiegħda ultraperiferiċi , jiġifieri permezz tal-adozzjoni ta' miżuri taħt l-Artikolu 349 TFUE li jipprovdi għal jipprevedi allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda ultraperiferiċi biex tpatti għall-ispejjeż addizzjonali li dawn mġarrba f'dawn ir-reġjuni bħala riżultat ta' restrizzjoni/jiet permanenti waħda jew bosta msemmija fl-Artikolu 349 TFUE, jiġifieri d-distanza, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima diffiċli, id-dipendenza ekonomika fuq ftit prodotti, il-permanenza u l-kombinazzjoni l-kombinament tagħhom li tillimita b'mod sever l-iżvilupp tagħhom. Din l-allokazzjoni tista' tkopri investimenti, spejjeż operattivi u obbligi ta' servizz pubbliku bil-għan li tibbilanċja l-ispejjeż addizzjonali kkawżati minn restrizzjonijiet bħal dawn. L-għajnuna operattiva tista' tkopri n-nefqa fuq is-servizzi ta' ġarr ta' merkanzija , il-loġistika ekoloġika, il-ġestjoni tal-mobbiltà u l-għajnuna sabiex jinbdew servizzi tat-trasport kif ukoll l-ispiża fuq l-operazzjonijiet marbutin ma' restrizzjonijiet ta' ħażna, ta' daqs eċċessiv u tal-manutenzjoni ta' għodod tal-produzzjoni, u man-nuqqas ta' kapital uman fis-suq tax-xogħol lokali. Din l-allokazzjoni ma tridx tkun soġġetta għall-konċentrazzjoni tematika prevista f'dan ir-Regolament. Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, u kif huwa l-każ għall-operazzjonijiet kollha kofinanzjati mill-FEŻR u l-Fond mill-Fond ta' Koeżjoni, kull appoġġ tal-FEŻR għall-finanzjament tal-għajnuna operattiva u ta' investiment fir-reġjuni l-aktar imbiegħda ultraperiferiċi jenħtieġ li jikkonforma mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat kif stabbiliti fl-Artikoli 107 u 108 TFUE. [Em. 26]

(28)

Sabiex jiġu emendati ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 TFUE jenħtieġ li tkun iddelegata lill-Kummissjoni sabiex ikunu jistgħu jsiru aġġustamenti, fejn ikun iġġustifikat, fl-Anness II li jistabbilixxi l-lista ta’ indikaturi użati bħala bażi biex tipprovdi informazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-prestazzjoni tal-programmi. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (11). B’mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u li l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jieħdu ħsieb it-tħejjija tal-atti delegati.

(29)

Billi l-objettiv ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali billi jiġu rimedjati l-iżbilanċi reġjonali prinċipali fl-Unjoni permezz ta' approċċ orjentat lejn iċ-ċittadini li huwa mmirat lejn l-appoġġ ta' żvilupp immexxi mill-komunità u t-trawwim ta' ċittadinanza attiva , ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, imma pjuttost jista', minħabba l-livell ta' disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni u r-ritard tar-reġjuni l-inqas favoriti u l-limitazzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u r-reġjuni, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 TUE. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak l-objettiv, [Em. 27]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet speċifiċi u l-ambitu tal-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (il-“FEŻR”) fir-rigward tal-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) imsemmija fl-Artikolu [4(2)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid].

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet speċifiċi u l-ambitu tal-appoġġ mill-Fond Ewropew fir-rigward tal-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi (“l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi”) imsemmi fil-[punt (a) tal-Artikolu 4(2)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR il-ġdid].

Artikolu 1a

Il-kompiti tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni

Il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni (FK) għandhom jikkontribwixxu għall-objettiv ġenerali li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni.

Il-FEŻR għandu jikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tad-diversi reġjuni fl-Unjoni, u għat-tnaqqis tar-ritard ta' dawk ir-reġjuni li huma inqas favoriti, inklużi l-isfidi ambjentali, permezz tal-iżvilupp sostenibbli u l-aġġustament strutturali tal-ekonomiji reġjonali.

Il-Fond ta' Koeżjoni għandu jikkontribwixxi għall-proġetti fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej u l-ambjent. [Em. 28]

Artikolu 2

Objettivi speċifiċi għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni

1.   F’konformità mal-objettivi ta’ politika stabbiliti fl-Artikolu [4(1)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], il-FEŻR għandu jappoġġa l-objettivi speċifiċi li ġejjin:

(a)

“Ewropa iktar aktar intelliġenti permezz tal-promozzjoni ta’ żvilupp u trasformazzjoni ekonomika innovattiva innovattivi, intelliġenti intelliġenti inklużivi, il-konnettività reġjonali fil-qasam tat-teknoloġiji, l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), il-konnettività u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti ” (“PO 1”) permezz: [Em. 29]

(i)

tat-tisħiħ tal-appoġġ għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka ta' riċerka l-innovazzjoni innovazzjoni, l-investimenti l-infrastruttura, l-użu ta’ teknoloġiji avvanzati u l-appoġġ u l-promozzjoni tar-raggruppamenti għall-innovazzjoni bejn in-negozji, ir-riċerka, l-akkademja u l-awtoritajiet pubbliċi ; [Em. 30]

(ii)

tat-teħid tat-tisħiħ tal-konnettività diġitali u l-ksib tal-benefiċċji tad-diġitalizzazzjoni għaċ-ċittadini, l-istabbilimenti xjentifiċi, il-kumpaniji , il-gvernijiet l-gvernijiet l-amministrazzjoni pubblika fil-livell reġjonali u lokali inklużi bliet intelliġenti u rħula intelliġenti ; [Em. 31]

(iii)

tat-tijib tat-titjib tat-tkabbir u l-kompetittività sostenibbli tal-SMEs u tal-għoti ta' appoġġ għall-ħolqien u s-salvagwardja tal-impjiegi u l-appoġġ għat-titjib teknoloġiku u l-modernizzazzjoni ; [Em. 32]

(iv)

l-iżvilupp tal-iżvilupp ta’ ħiliet għal speċjalizzazzjoni u strateġiji, u tal-bini ta' kapaċitajiet għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali it-tranżizzjoni ġusta, l-ekonomija ċirkolari, l-innovazzjoni soċjali, l-intraprenditorija, is-settur tat-turiżmu l-intraprenditorija t-tranżizzjoni għall-industrija 4.0 ; [Em. 33]

(b)

ekonomija Ewropa aktar ekoloġika Ewropa li ftit li xejn tipproduċi karbonju u reżiljenti għal kulħadd , b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju billi tippromwovi t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiċi ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni tar-riskju (‘PO 2’) permezz”: [Em. 34]

(i)

tal-promozzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza u ffrankar enerġetiċi u tal-prekarjetà enerġetika; [Em. 35]

(ii)

tal-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli sostenibbli ; [Em. 36]

(iii)

tal-iżvilupp ta’ sistemi tal-enerġija intelliġenti, grids u ħażna fil-livell lokali; [Em. 37]

(iv)

tal-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskji tar-riskju, il-ġestjoni ta' avvenimenti estremi tat-temp u tad-diżastri naturali inklużi t-terremoti, in-nirien tal-foresti, l-għargħar u n-nixfa u r-reżiljenza għad-diżastri għalihom, filwaqt li jitqiesu l-approċċi bbażati fuq l-ekosistemi ; [Em. 38]

(v)

tal-promozzjoni tal-aċċess universali għall-ilma u tal-ġestjoni sostenibbli tal-ilma; [Em. 39]

(vi)

tal-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari u tat-titjib tal-effiċjenza fir-riżorsi ; [Em. 40]

(via)

tal-appoġġ tal-proċessi ta' trasformazzjoni reġjonali lejn id-dekarbonizzazzjoni kif ukoll it-tranżizzjoni lejn il-ġenerazzjoni ta' enerġija b'livell baxx ta' karbonju [Em. 41]

(vii)

tat-tisħiħ tal-protezzjoni u t-tisħiħ tal-bijodiversità, l-infrastruttura ekoloġika fl-ambjent urban u l-wirt naturali , il-preservazzjoni u l-enfasizzar ta' żoni naturali protetti, ir-riżorsi naturali u t-tnaqqis ta' kull forma ta' tniġġis bħal tal-arja, tal-ilma, tal-ħamrija, tal-istorbju u tat-tniġġis tad-dawl ; [Em. 42]

(viia)

tat-titjib tal-infrastruttura ekoloġika f'żoni urbani funzjonali, tal-iżvilupp ta' mobbiltà urbana multimodali fuq skala żgħira bħala parti minn ekonomija b'emissjonijiet żero netti; [Em. 43]

(c)

“Ewropa iktar aktar konnessa permezz tat-titjib tal-mobilità u l-konnettività tal-ICT reġjonali għal kulħadd permezz tat-titjib tal-mobbiltà ” (“PO 3”) permezz: [Em. 44]

(i)

tat-titjib tal-konnettività diġitali; [Em. 45] (Din l-emenda se tirrikjedi aġġustamenti konsegwenzjali fl-Anness I u fl-Anness II)

(ii)

tal-iżvilupp sostenibbli, ta' TEN-T intermodali reżiljenti għat-tibdil fil-klima għall-klima, intelliġenti , sigur, intelliġenti u b'konnessjonijiet bit-triq u ferrovjarji u konnessjonijiet transfruntiera li jiffokaw fuq miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju , trasport pubbliku intermodali tat-TEN-T netwerks ferrovjarji li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent ; [Em. 46]

(iii)

tal-iżvilupp ta’ mobbiltà nazzjonali, reġjonali u lokali, sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali, inkluż aċċess imtejjeb għat-TEN-T u l-mobilità transfruntiera , il-mobbiltà transfruntiera netwerks tat-trasport pubbliku li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent ; [Em. 47]

(iv)

tal-promozzjni tal-mobbiltà urbana multimodali sostenibbli; [Em. 48] (Din l-emenda se tirrikjedi aġġustamenti konsegwenzjali fl-Anness I u fl-Anness II)

(d)

“Ewropa aktar soċjali bl-implimentazzjoni tal-Pilastru u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali” (“PO 4”) billi: [Em. 49]

(i)

jissaħħu l-effettività u l-inklużività tas-swieq tax-xogħol u l-aċċess għal impjiegi ta’ kwalità għolja permezz tal-iżvilupp tal-innovazzjoni u l-infrastruttura soċjali u l-infrastruttura l-promozzjoni tal-ekonomija u l-innovazzjoni soċjali ; [Em. 50]

(ii)

jittejjeb l-aċċess ugwali għal servizzi ta' kwalità u inklużivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ fit-taħriġ t-tagħlim fit-tagħlim tul il-ħajja u l-isport permezz tal-iżvilupp fl-infrastruttura u s-servizzi aċċessibbli ; [Em. 51]

(iia)

investiment fis-settur tal-abitazzjoni, meta l-bini jkun il-proprjetà ta' awtoritajiet pubbliċi jew ta' operaturi mingħajr skop ta' profitt għal użu bħala abitazzjoni maħsub għal familji bi dħul baxx jew għal persuni bi bżonnijiet speċjali; [Em. 52]

(iii)

tiżdied l-integrazzjoni tiġi promossa l-inklużjoni soċjoekonomika ta’ komunitajiet marġinalizzati, migranti emarġinati u komunitajiet fil-bżonn bħar-Rom u gruppi żvantaġġati, permezz ta’ miżuri azzjonijiet integrati li jinkludu akkomodazzjoni s-settur tal-abitazzjoni u servizzi soċjali; [Em. 53]

(iiia)

tiġi promossa l-integrazzjoni soċjoekonomika fit-tul tar-rifuġjati u l-migranti taħt protezzjoni internazzjonali permezz ta' azzjonijiet integrati inklużi s-settur tal-abitazzjoni u s-servizzi soċjali billi jiġi pprovdut appoġġ għall-infrastruttura għall-bliet u l-awtoritajiet lokali involuti; [Em. 54]

(iv)

jiġi żgurat aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura tal-kura tas-saħħa u assi oħra , inkluża kura l-kura primarja u miżuri preventivi u l-avvanz tat-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal kura bbażata fil-familja u bbażata fil-komunità ; [Em. 55]

(iva)

jingħata appoġġ għar-riġenerazzjoni fiżika, ekonomika u soċjali ta' komunitajiet fil-bżonn; [Em. 56]

(e)

“Ewropa eqreb taċ-ċittadini billi trawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-iżvilupp integrat ta’ żoni urbani, rurali u kostali u ż-żoni l-oħrajn kollha permezz ta’ inizjattivi lokali” (“PO 5”) permezz: [Em. 57]

(i)

tat-trawwim tal-iżvilupp integrat u inklużiv soċjali, ekonomika ekonomiku u ambjentali, il-wirt kulturali u  naturali, it-turiżmu sostenibbli wkoll permezz tad-distretti turistiċi, l-isport u s-sigurtà fiż-żoni urbani , inklużi ż-żoni urbani funzjonali ; [Em. 58]

(ii)

trawwim integrat u inklużiv ta' żvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali integrat ta' żvilupp lokali, il-wirt kulturali , tal-kultura, il-wirt naturali , it-turiżmu sostenibbli wkoll permezz tad-distretti turistiċi, l-isport u s-sigurtà, inkluż għal żoni ilkoll fil-livell lokali, reġjuni rurali , muntanjużi, insulari u kostali, kif żoni iżolati u b'popolazzjoni baxxa u ż-żoni l-oħrajn kollha li għandhom diffikultà ta' aċċess għas-servizzi bażiċi inkluż ukoll fil-livell NUTS 3, permezz ta' strateġiji ta' żvilupp territorjali u lokali mmexxi mill-komunità , permezz tal-formoli indikati fl-Artikolu 22, punti (a) (b) u (c) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] . [Em. 59]

1a.     It-titjib tal-mobbiltà urbana multimodali fuq skala żgħira kif imsemmi fil-punt b (viia) ta' dan l-Artikolu, li għandha titqies bħala eliġibbli għall-appoġġ jekk il-kontribuzzjoni tal-FEŻR għall-operazzjoni ma għandhiex taqbeż l-EUR 10 000 000. [Em. 60]

2.   Il-Fond ta’ Koeżjoni għandu jsostni PO 2 u għanijiet speċifiċi taħt PO 3 stabbiliti fil-punti (ii), (iii) u (iv) tal-paragrafu 1 (c).

3.   Fir-rigward tal-kisba tal-objettivi speċifiċi stabbiliti fil-paragrafu 1, il-FEŻR jew il-Fond ta' Koeżjoni, kif xieraq, jista' jistgħu wkoll jappoġġa l-attivitajiet taħt l-għan ta' Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, fejn jew: [Em. 61]

(a)

itejbu l-kapaċità tal-awtoritajiet tal-programm, u korpi l-korpi marbuta mal-implimentazzjoni tal-Fondi , u jappoġġaw l-awtoritajiet pubbliċi, l-amministrazzjonijiet lokali u reġjonali responsabbli għall-implimentazzjoni tal-FEŻR u tal-Fond ta' Koeżjoni, permezz ta' pjanijiet ta' bini ta' kapaċità amministrattivi speċifiċi mmirati lejn il-lokalizzazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs), is-simplifikazzjoni tal-proċeduri u t-tnaqqis fil-ħin tal-implimentazzjoni għall-azzjonijiet, dment li dawn ikunu ta' natura strutturali u l-programm innifsu jkollu objettivi li jistgħu jitkejlu ; [Em. 62]

(b)

isaħħu l-kooperazzjoni mal-imsieħba ġewwa u barra minn Stat Membru speċifiku.

L-appoġġ għall-bini tal-kapaċità, imsemmi fil-punt (a) ta' dan l-Artikolu, jista' jiġi komplementat b'appoġġ addizzjonali mill-Programm ta' Appoġġ għar-Riforma stabbilit skont ir-regolament UE (2018/xxx (Programm ta' Appoġġ għar-Riforma); [Em. 63]

Il-kooperazzjoni msemmija fil-punt (b) għandha tinkludi l-kooperazzjoni ma’ msieħba sħab minn reġjuni transkonfinali transfruntiera , minn reġjuni mhux kontigwi jew minn reġjuni li jinsabu fit-territorju kopert minn Raggruppament Ewropew ta' Kooperazzjoni Territorjali, strateġija makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar jew kombinazzjoni kombinament tagħhom. [Em. 64]

Parteċipazzjoni sinifikanti tal-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili inklużi l-benefiċjarji fl-istadji kollha tat-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programmi taħt il-FEŻR għandhom jiġu żgurati f'konformità mal-prinċipji, stabbiliti fil-Kodiċi tal-Kondotta Ewropea dwar is-Sħubija. [Em. 65]

Artikolu 3

Il-konċentrazzjoni tematika tal-appoġġ tal-FEŻR

1.   Fir-rigward ta’ programmi implimentati taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, it-total tar-riżorsi tal-FEŻR f’kull Stat Membru għandhom ikunu kkonċentrati fuq livell nazzjonali skont il-paragrafi 3 u 4.

2.   Fir-rigward tal-konċentrazzjoni tematika ta’ appoġġ għall-Istati Membri li jinkludu reġjuni ultraperiferiċi, ir-riżorsi tal-FEŻR allokati speċifikament għal programmi għar-reġjuni ultraperiferiċi u dawk allokati għar-reġjuni l-oħra kollha għandhom jiġu ttrattati b’mod separat.

3.   L-Istati Membri Ir-Reġjuni fil-livell NUTS 2 għandhom ikunu klassifikati, f'termini ta' proporzjon tad-dħul nazzjonali gross tal-prodott domestiku gross (“PDG”) per capita tagħhom, kif ġej: [Em. 66]

(a)

dawk b’introjtu nazzjonali gross ugwali għal jew b'PDG per capita ogħla minn 100 % tal-medja tal-UE tal-PDG tal-UE-27 (“grupp 1”); [Em. 67]

(b)

dawk b'introjtu nazzjonali gross ugwali għal jew ogħla minn b'PDG per capita bejn 75 % u inqas minn 100 % tal-medja tal-UE tal-PDG tal-UE-27 (“grupp 2”); [Em. 68]

(c)

dawk b'introjtu nazzjonali gross anqas b'PDG per capita inqas minn 75 % tal-medja tal-UE tal-PDG tal-UE-27 (“grupp 3”); [Em. 69]

Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, il-proporzjon tad-dħul gross nazzjonali tfisser il-proporzjon il-klassifikazzjoni ta' reġjun f'waħda mit-tliet kategoriji ta' reġjuni għandha tiġi determinata fuq il-bażi tal-proporzjon bejn id-dħul gross nazzjonali il-prodott domestiku gross per capita tal-Istat Membru ta' kull reġjun , imkejjel permezz tal-istandards tal-poter skont l-istandards tal-kapaċità tal-akkwist (PPS) u kkalkolat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu mill-2016 2014 sal-2016, u l-medja tad-dħul nazzjonali gross per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist ta' 27 Stati Membri fuq il-medja tal-PDG tal-UE- 27 għal dak l-istess perjodu ta' referenza. [Em. 70]

Fir-rigward tal-programmi taħt il-mira tal-Investiment għat-Tkabbir u l-Impjiegi għar-reġjuni l-aktar imbiegħda, huma għandhom jiġu kklassifikati bħala li jaqgħu taħt il-grupp 3.

4.   L-Istati Membri għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika li ġejjin:

(a)

L-Istati Membri tal-grupp 1 għandhom jallokaw mill-inqas 85 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u PO 2 u mill-inqas 60 % għal PO 1; Għall-kategorija tar-reġjuni l-aktar żviluppati (“grupp  1 ”) huma għandhom jallokaw; [Em. 71]

(i)

mill-inqas 50 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 1; kif ukoll [Em. 72]

(ii)

mill-inqas 30 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 2. [Em. 73]

(b)

L-Istati Membri tal-grupp 2 għandhom jallokaw mill-inqas 45 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2; Għall-kategorija tar-reġjuni fi tranżizzjoni (“grupp 2”) huma għandhom jallokaw: [Em. 74]

i)

mill-inqas 40 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 1 u; [Em. 75]

ii)

mill-inqas 30 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 2. [Em. 76]

(c)

L-Istati Membri tal-grupp 3 għandhom jallokaw mill-inqas 35 % mit-total tar-riżorsi tal-FEŻR tagħhom taħt prijoritajiet għajr għal assistenza teknika għal PO 1 u mill-inqas 30 % għal PO 2. Għall-kategorija tar-reġjuni l-inqas żviluppati (“grupp 3”) huma għandhom jallokaw: [Em. 77]

(i)

mill-inqas 30 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 1 u [Em. 78]

(ii)

mill-inqas 30 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR fil-livell nazzjonali lill-PO 2. [Em. 79]

4a.     F'każijiet debitament ġustifikati, l-Istat Membru kkonċernat jista' jitlob li l-livell ta' konċentrazzjoni għar-riżorsi fil-livell tal-kategorija reġjonali jitnaqqas b'mhux aktar minn 5 punti perċentwali, jew 10 punti perċentwali fil-każijiet tar-reġjuni ultraperiferiċi, għall-objettiv tematiku determinat f'konformità mal-Artikolu 3(4)(a)(i), l-Artikolu 3(4)(b)(i) u l-Artikolu 3(4)(c)(i) [il-FEŻR–Fond ta' Koeżjoni ġdid]. [Em. 80]

5.   Ir-rekwiżiti ta’ konċentrazzjoni tematika stipulati fil-paragrafu 4 għandhom jiġu segwiti matul il-perjodu kollu ta’ programmar, inkluż meta jiġu trasferiti bejn l-allokazzjonijiet tal-FEŻR tal-prijoritajiet ta’ programm jew bejn il-programmi u fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu f’konformità mal-Artikolu [14] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

6.   Fejn Meta l-allokazzjoni tal-FEŻR fir-rigward ta’ PO li tikkonċerna lill-PO 1 jew PO lill-PO 2, jew it-tnejn, ta’ l-objettivi ta' politika prinċipali , jew iż-żewġ objettivi magħżula għal programm partikolari hija mnaqqsa wara diżimpenn skont l-Artikolu [99] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid], jew minħabba korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu f'konformità mal-Artikolu  [98] ta’ dan ir-Regolament, il-konformità mar-rekwiżit ta’ konċentrazzjoni tematika stabbiliti fil-paragrafu 4 ma għandhomx jiġu vvalutati mill-ġdid. [Em. 81]

Artikolu 4

Kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ mill-FEŻR

1.   Il-FEŻR għandu jappoġġa dawn li ġejjin:

(a)

investimenti fl-infrastruttura;

(aa)

investimenti fir-riċerka, żvilupp u innovazzjoni (R&D&I); [Em. 83 u 191/rev]

(b)

investimenti fl-aċċess għas-servizzi;

(c)

investimenti produttivi u investimenti li jgħinu biex jiġu salvagwardjati l-impjiegi eżistenti u jinħolqu impjiegi ġodda fl-SMEs u kwalunkwe appoġġ fl-SMEs fil-forma ta' għotjiet u strumenti finanzjarji ; [Em. 84 u 192/rev]

(d)

tagħmir, softwer u assi intanġibbli;

(e)

informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta’ esperjenza u attivitajiet li jinvolvu gruppi;

(f)

assistenza teknika.

Barra minn hekk, l-investimenti produttivi f’intrapriżi li mhumiex SMEs jistgħu jiġu appoġġati meta dawn ikunu jinvolvu kooperazzjoni ma’ SMEs f’attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni appoġġati taħt il-punt (a)(i) tal-Artikolu 2(1) jew infrastruttura tan-negozju ta' benefiċċju għall-SMEs .

Barra minn hekk, investimenti produttivi f'intrapriżi apparti l-SMEs jistgħu jiġu appoġġati wkoll f'attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni appoġġati taħt il-punt (a)(i) tal-Artikolu 2(1) u f'attivitajiet ta' effiċjenza enerġetika u ta' enerġija rinnovabbli taħt il-punti (b)(i) u (ii) tal-Artikolu 2(1) rispettivament, f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 59(1) u l-Artikolu 60 tar-Regolament (UE) …/…[is-CPR il-ġdid]. [Em. 193/rev]

Sabiex jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku taħt PO 1 stabbilit fil-punt (a) (iv) tal-Artikolu 2(1), il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll it-taħriġ, il-mentoraġġ, it-tagħlim tul il-ħajja , it-taħriġ mill-ġdid attivitajiet l-attivitajiet edukattivi. [Em. 87u 194/rev]

2.   Taħt l-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), il-FEŻR jista’ jappoġġa wkoll:

(a)

kondiviżjoni tal-faċilitajiet u tar-riżorsi umani;

(b)

investimenti moderati ta’ akkumpanjament u attivitajiet oħra marbuta ma’ OP 4 taħt il-Fond Soċjali Ewropew Plus kif stipulat fir-Regolament (UE) 2018/xxxx [ESF+ il-ġdid].

Artikolu 5

Kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni

1.   Il-Fond ta' Koeżjoni għandu jappoġġa dawn li ġejjin:

(a)

investimenti fl-ambjent, li jinkludu investimenti relatati mal-ekonomija ċirkolari, mal-iżvilupp sostenibbli u l-enerġija mal-enerġija rinnovabbli li jippreżentaw benefiċċji ambjentali; [Em. 88]

(b)

investimenti f’TEN-T fin-netwerk ewlieni u komprensiv tat-TEN-T ; [Em. 89]

(c)

assistenza teknika , inkluż it-titjib u l-iżvilupp tal-ħiliet u l-kompetenzi amministrattivi tal-awtoritajiet lokali fil-ġestjoni ta' dawn il-fondi . [Em. 90]

(ca)

informazzjoni, komunikazzjoni, studji, netwerking, kooperazzjoni, skambju ta' esperjenza u attivitajiet li jinvolvu gruppi; [Em. 91]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw bilanċ xieraq bejn l-investimenti taħt il-punti (a) u (b)  fuq il-bażi tal-investimenti u tar-rekwiżiti speċifiċi ta' kull Stat Membru . [Em. 92]

2.   L-ammont tal-Fond ta’ Koeżjoni trasferit lill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (12) għandu jkun proporzjonat u għandu jintuża għal proġetti tat-TEN-T. [Em. 93]

Artikolu 6

L-esklużjoni mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni

1.   Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni ma għandhomx jappoġġaw:

(a)

id-dekummissjonar jew il-kostruzzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari;

(b)

l-investiment għall-kisba ta' tnaqqis fl-emissjonijiet tal-gassijiet serra minn attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13);

(c)

il-manifattura, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ tabakk u prodotti tat-tabakk;

(d)

awtoritajiet kompetenti kif definiti fil-punt 18 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 651/2014 (14);

(e)

investiment f'ajruport reġjonali ġdid u fl-infrastruttura tal-ajruporti minbarra għar-reġjuni l-iktar imbiegħda; , ħlief għal: [Em. 94]

(ea)

investiment relatat mar-reġjuni ultraperiferiċi; [Em. 95]

(eb)

appoġġ marbut man-netwerks ewlenin tat-TEN-T; [Em. 96]

(ec)

investiment relatat mal-ħarsien ambjentali jew immirat sabiex jittaffa jew jitnaqqas l-impatt ambjentali negattiv tiegħu. [Em. 97]

(f)

l-investiment f’rimi ta’ skart f’landfill f'miżbliet, ħlief fir-reġjuni ultraperiferiċi u għall-appoġġ tad-dekummissjonar, il-konverżjoni jew is-sigurtà ta' installazzjonijiet eżistenti u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(2) tad-Direttiva (UE) 2008/98 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (15); [Em. 98]

(g)

l-investimenti investiment f’faċilitajiet għat-trattament tal-iskart residwali residwu bl-eċċezzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi u fil-każ ta' soluzzjonijiet ta' riċiklaġġ tal-ogħla livell ta' żvilupp tekniku f'konformità mal-prinċipji tal-ekonomija ċirkolari u l-ġerarkija tal-iskart filwaqt li jiġu rispettati bis-sħiħ il-miri stipulati fl-Artikolu 11(2) tad-Direttiva (UE) 2008/98 u dment li l-Istati Membri jkunu stabbilixxew il-pjanijiet tal-immaniġġjar tal-iskart tagħhom skont l-Artikolu 29 tad-Direttiva (UE) 2018/851. L-iskart residwu jrid jinftiehem bħala primarjament skart muniċipali mhux miġbur b'mod separat u rifjuti mit-trattament tal-iskart ; [Em. 99]

(h)

l-investimenti marbuta mal-produzzjoni, l-ipproċessar, it-trasport, id-distribuzzjoni, il-ħażna jew il-kombustjoni tal-fjuwils fossili, bl-eċċezzjoni ta’ investiment relatat ma’ vetturi nodfa kif iddefiniti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16); [Em. 100]

(i)

l-investiment fl-infrastruttura tal-broadband f’żoni fejn hemm mill-inqas żewġ netwerks tal-broadband ta’ kategorija ekwivalenti; [Em. 102]

(j)

finanzjament għax-xiri tal-vetturi ferrovjarji għall-użu fit-trasport ferrovjarju, ħlief jekk dan huwa marbut:

(i)

rilaxx tal-obbligu tas-servizz pubbliku maħruġ għall-offerti pubbliċi taħt ir-Regolament 1370/2007 kif emendat;

(ii)

il-provvista ta’ servizzi tat-trasport bil-ferrovija fuq linji li nfetħu għall-kompetizzjoni, u l-benefiċjarju jkun membru ġdid eliġibbli għal finanzjament skont ir-Regolament (UE) 2018/xxxx [Ir-Regolament Investi tal-UE]. [Em. 103 u 245]

(ja)

investimenti fil-kostruzzjoni ta' faċilitajiet ta' kura istituzzjonali li jissegregaw jew ifixklu l-għażla u l-indipendenza personali; [Em. 104]

1a.     L-eċċezzjonijiet imsemmija fil-paragrafu h għandhom ikunu limitati għal ammont sa 1 % tar-riżorsi totali tal-FEŻR-FK fil-livell nazzjonali. [Em. 101]

2.   Barra dan, il-Fond ta’ Koeżjoni ma għandux jappoġġa investiment f’akkomodazzjoni fis-settur tal-abitazzjoni sakemm dan ma jkunx relatat mal-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi u tal-enerġija jew l-użu ta' enerġija rinnovabbli u mal-kundizzjonijiet ta' għajxien aċċessibbli għal persuni anzjani u persuni b'diżabbiltajiet u adattament sismiku . [Em. 105]

3.   Pajjiżi u territorji barranin ma għandhomx ikunu eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni, iżda jistgħu jieħdu sehem fil-programmi Interreg f’konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament (UE) 2018/xxxx [ETC (Interreg].

Artikolu 6a

Sħubija

Kull Stat Membru għandu jiżgura l-parteċipazzjoni sinifikanti u inklużiva tas-sħab soċjali, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-utenti tas-servizzi fil-ġestjoni, il-programmazzjoni, it-twettiq, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-attivitajiet u l-politiki appoġġati mill-FEŻR u mill-Fond ta' Koeżjoni taħt ġestjoni kondiviża, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament propost dwar is-CPR “Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014”. [Em. 106]

Artikolu 7

Indikaturi

1.   Indikaturi komuni tal-output u tar-riżultati, kif stabbilit u definit fl-Anness I fir-rigward tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni, u, fejn meħtieġ meta jkun rilevanti , l-indikaturi tal-produzzjoni u tar-riżultati speċifiċi għall-programmi għandhom jintużaw skont il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu [12(1)], il-punt (d)(ii) tal-Artikolu [17(3)] u l-punt (b) tal-Artikolu [37(2)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [CPR is-CPR il-ġdid]. [Em. 107]

2.   Għall-indikaturi tar-rendiment, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. It-tragwardji stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi.

3.   F’konformità mar-rekwiżit ta’ rappurtar tagħha skont l-Artikolu [38(3)(e)(i)] tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f’konformità mal-Anness II.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 13 biex temenda l-Anness I sabiex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fil-lista ta’ indikaturi li għandhom jintużaw mill-Istati Membri u biex temenda l-Anness II sabiex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa fl-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li għandha tingħata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

4a.     L-Istati Membri jistgħu, f'każ debitament ġustifikat, jagħmlu talba għal aktar flessibbiltà fil-qafas kurrenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għan-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti, appoġġata mill-amministrazzjoni pubblika permezz tal-kofinanzjament ta' investimenti bħala parti mill-FEŻR u l-FK. Meta jkun qed jiġi definit l-aġġustament fiskali jew taħt il-parti preventiva jew taħt il-parti korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, il-Kummissjoni għandha tivvaluta bir-reqqa din it-talba b'mod li jirrifletti l-importanza strateġika tal-investimenti kofinanzjati mill-FEŻR u mill-FK. [Em. 108]

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-trattament ta’ karatterisitiċi territorjali speċjali

Artikolu 8

Żvilupp territorjali integrat

1.   Il-FEŻR jista’ għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] skont il-Kapitolu II tat-Titolu III ta’ dan ir-Regolament [is-CPR il-ġdid]. [Em. 109]

1a.     Mill-inqas 5 % tar-riżorsi tal-FEŻR disponibbli fuq livell nazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħlief għall-assistenza teknika, għandhom jiġu allokati għal żvilupp territorjali integrat, f'żoni mhux urbani li għandhom żvantaġġi naturali, ġeografiċi jew demografiċi jew li għandhom diffikultà biex jaċċedu għas-servizzi bażiċi. Minn dan l-ammont, mill-inqas 17,5 % għandhom jiġu allokati lil żoni u lil komunitajiet rurali filwaqt li jitqiesu d-dispożizzjonijiet ta' Patt dwar l-Irħula Intelliġenti biex jiġu żviluppati proġetti bħal irħula intelliġenti. [Em. 110]

2.   L-Istati Membri għandhom jimplimentaw l-iżvilupp territorjali integrat, appoġġat mill-FEŻR, esklussivament permezz ta' assi jew programm speċifiku jew permezz tal-formoli msemmija ta' forom oħrajn imsemmija fl-Artikolu [22] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] , u jistgħu jibbenefikaw minn approċċ plurifond u integrat taħt il-FEŻR, l-FSE+, il-FEMS u l-FAEŻR . [Em. 111]

Artikolu 9

Żvilupp urban sostenibbli

1.   Il-FEŻR Sabiex jiġu indirizzati l-isfidi ekonomiċi, ambjentali, klimatiċi, demografiċi u soċjali, il-FEŻR għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat ibbażat fuq strateġiji territorjali f’konformità mal-Artikolu [23] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid] iffokat , li jistgħu anki jibbenefikaw minn approċċ plurifond u integrat li jinvolvi l-FEŻR u l-FSE+, u ffokat fuq żoni iż-żoni urbani funzjonali (“żvilupp urban sostenibbli”) fi programmi taħt iż-żewġ għanijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ dak ir-Regolament. [Em. 112]

2.   Mill-inqas 6 10 % tar-riżorsi tal-FEŻR fuq livell nazzjonali taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ħlief għall-assistenza teknika, għandhom jiġu allokati għal żvilupp urban sostenibbli permezz ta’ programm speċifiku, ta' assi prijoritarju speċifiku, ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità, investimenti territorjali integrati jew għodda territorjali oħra , kif definit fl-Artikolu 22(c) tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid]. L-“awtoritajiet urbani” imsemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 2018/XXXX [is-CPR il-ġdid] għandhom jingħataw is-setgħa li jagħżlu l-miżuri u l-proġetti involuti. L-operazzjonijiet imwettqa fl-ambitu ta' PO differenti mill-PO 5 jistgħu, jekk ikunu konsistenti, jikkontribwixxu għall-ilħiq tal-limitu minimu ta' 10 % għall-iżvilupp urban sostenibbli. Investimenti magħmula taħt l-għażla PO 5 (i) iridu jgħoddu bħala li jikkontribwixxu għall-allokazzjoni ta' 10 %, kif ukoll għal operazzjonijiet imwettqa taħt PO oħrajn, jekk ikunu konsistenti mal-iżvilupp urban sostenibbli . [Em. 113]

Il-programm jew il-programmi kkonċernati għandhom jistabbilixxu l-ammonti ppjanati għal dan il-għan taħt il-punt (d) (vii) tal-Artikolu [17(3)] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

3.   Il-perċentwal allokat għall-iżvilupp urban sostenibbli taħt il-paragrafu 2 għandu jiġi segwit matul il-perjodu kollu ta’ programmar, meta jiġu trasferiti bejn l-allokazzjonijiet tal-FEŻR tal-prijoritajiet ta’ programm jew bejn il-programmi u fir-reviżjoni ta’ nofs it-terminu f’konformità mal-Artikolu [14] tar-Regolament (UE) 2018/xxxx [is-CPR il-ġdid].

4.   Fejn l-allokazzjoni tal-FEŻR hija mnaqqsa wara diżimpenn skont l-Artikolu [99] tar-Regolament (UE) Nru [is-CPR il-ġdid], jew minħabba korrezzjonijiet finanzjarji mill-Kummissjoni skont l-Artikolu [98] ta’ dak ir-Regolament, il-konformità mal-paragrafu 2 ma għandhiex tiġi vvalutata mill-ġdid.

Artikolu 10

Inizjattiva Urbana Ewropea

1.   Il-FEŻR għandu jappoġġa wkoll l-Inizjattiva Urbana Ewropea, implimentata mill-Kummissjoni f’ġestjoni diretta u indiretta.

Din l-inizjattiva għandha tkopri ż-żoni urbani funzjonali kollha u għandha l-appoġġ l-isħubijiet u l-kostijiet organizzattivi tal-Aġenda Urbana tal-Unjoni. L-awtoritajiet lokali jridu jiġu involuti b'mod attiv fl-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Urbana Ewropea. [Em. 114]

2.   L-Inizjattiva Urbana Ewropea għandha tikkonsisti f’dawn it-tliet oqsma li ġejjin, ilkoll fir-rigward tal-iżvilupp urban sostenibbli:

(a)

appoġġ għall-bini ta' kapaċità , inklużi azzjonijiet ta' skambju għar-rappreżentanti reġjonali u lokali fil-livell sottonazzjonali ; [Em. 115]

(b)

appoġġ għal azzjonijiet innovattivi li jistgħu jirċievu kofinanzjament addizzjonali għar-Regolament (UE) 2018/xxx (Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali) u jiġu pprovduti b'mod konġunt man-Netwerk Ewropew għall-Iżvilupp Rurali b'mod partikolari fir-rigward ta' konnessjonijiet rurali u urbani u proġetti li jappoġġaw l-iżvilupp ta' żoni urbani u urbani funzjonali ; [Em. 116]

(c)

appoġġ għall-għarfien, il-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali, l-iżvilupp ta’ politika u l-komunikazzjoni. [Em. 117]

Meta ssir talba minn Stat Membru wieħed jew iktar minn wieħed, l-Inizjattiva Urbana Ewropea tista’ tappoġġa wkoll il-kooperazzjoni intergovernattiva fuq kwistjonijiet urbani bħalma huma l-qafas ta' referenza dwar bliet sostenibbli, l-aġenda territorjali tal-Unjoni Ewropea u l-aġġustament tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU għaċ-ċirkostanzi fil-livell lokali . [Em. 118]

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali lill-Parlament Ewropew dwar l-iżviluppi b'rabta mal-Inizjattiva Urbana Ewropea. [Em. 119]

Artikolu 10a

Żoni li jiffaċċaw żvantaġġi u sfidi naturali jew demografiċi

Fil-programmi li huma kofinanzjati mill-FEŻR, li jkopru żoni bi żvantaġġi u sfidi gravi u permanenti, naturali jew demografiċi, bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 174 TFUE, għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-indirizzar tal-isfidi speċifiċi ffaċċjati minn dawk iż-żoni.

B'mod partikolari, iż-żoni jew raggruppamenti ta' unitajiet amministrattivi lokali (LAUs) tal-livell 3 NUTS b'densità ta' popolazzjoni ta' inqas minn 12,5-il abitant għal kull km2 għal żoni b'popolazzjoni baxxa jew inqas minn 8 abitanti għal kull km2 għal żoni b'popolazzjoni baxxa ħafna, jew bi tnaqqis medju tal-popolazzjoni ta' aktar minn 1 % bejn l-2007 u l-2017 għandhom ikunu soġġetti għal pjanijiet reġjonali u nazzjonali speċifiċi biex tissaħħaħ l-attraenza, jiżdied l-investiment fin-negozju u tingħata spinta lill-aċċessibbiltà tas-servizzi diġitali u pubbliċi, inkluż fond fil-ftehim ta' kooperazzjoni. Finanzjament dedikat jista' jiġi allokat fil-Ftehim ta' Sħubija. [Em. 120]

Artikolu 11

Ir-reġjuni l-iktar imbiegħda

1.   L-allokazzjoni L-Artikolu 3 ma għandux japplika għall-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni l-aktar imbiegħda ultraperiferiċi. Din l-allokazzjoni addizzjonali speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi għandha tintuża sabiex tagħmel tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba f’dawn ir-reġjuni bħala riżultat tar-restrizzjoni/jiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom elenkati fl-Artikolu 349 TFUE. [Em. 121]

2.   L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tappoġġa:

(a)

l-attivitajiet fil-kamp ta’ applikazzjoni kif imniżżel fl-Artikolu 4;

(b)

permezz ta’ deroga mill-Artikolu 4, miżuri li jkopru l-ispejjeż operattivi bil-għan li jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż addizzjonali mġarrba fir-reġjuni ultraperiferiċi bħala riżultat tar-restrizzjoni/jiet permanenti għall-iżvilupp tagħhom elenkati fl-Artikolu 349 TFUE.

L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tista’ tappoġġa wkoll in-nefqa li tkopri kumpens mogħti għall-provvediment ta’ obbligu ta’ servizz pubbliku u kuntratti fir-reġjuni ultraperiferiċi.

3.   L-allokazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tappoġġa:

(a)

operazzjonijiet li jinvolvu l-prodotti elenkati fl-Anness I għat-TFUE;

(b)

għajnuna għat-trasport ta' persuni awtorizzati taħt il-punt (a) tal-Artikolu 107(2) TFUE;

(c)

eżenzjonijiet mit-taxxa u eżenzjonijiet minn ħlasijiet soċjali.

(d)

obbligi ta’ servizz pubbliku mhux rilaxxati minn impriżi u fejn l-Istat jaġixxi billi jeżerċita setgħa pubblika.

3a.     B'deroga mill-Artikolu 4(1), il-FEŻR jista' jappoġġa l-investiment produttiv fl-impriżi fir-reġjuni ultraperiferiċi, irrispettivament mid-daqs tagħhom. [Em. 122]

KAPITOLU III

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 12

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Ir-Regolamenti (KE) Nru 1300/2013 u 1301/2013 jew kwalunkwe att adottat skonthom għandhom ikomplu japplikaw għall-programmi u l-operazzjonijiet appoġġjati mill-FEŻR jew mill-Fond ta’ Koeżjoni taħt il-perjodu ta’ programmazzjoni tal-2014 sal-2020.

Artikolu 13

Eżerċitar tad-delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7(4) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2027 . [Em. 123]

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 7(4) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data iktar tard speċifikata fiha. Din mhux se taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (17).

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 7(4) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun tqajmet l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jagħlaq dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perijodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 13a

Tħassir

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament, ir-Regolament (KE) Nru 1301/2013 u r-Regolament (KE) Nru 1300/2013, huma mħassra b'effett mill-1 ta' Jannar 2021. [Em. 124]

Artikolu 13b

Reviżjoni

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jirrevedu dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2027 skont l-Artikolu 177 TFUE. [Em. 125]

Artikolu 14

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 90.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 115.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2019.

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(5)  [Referenza sħiħa — tas-CPR il-ġdid].

(6)  Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġuni tat-8 ta’ Lulju 2017 (COM(2015)0376).

(7)  [Referenza sħiħa — ESF+ il-ġdid].

(8)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE tas-6 ta’ Mejju 2003 dwar id-definizzjoni ta’ intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju (ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36).

(9)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

(10)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Aġenda Urbana tal-UE tal-24 ta’ Ġunju 2016.

(11)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

(12)  Referenza

(13)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fil-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE.

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(15)   Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(16)  Id-Direttiva 2009/33/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni ta’ vetturi ta’ trasport fuq it-triq nodfa u effiċjenti fl-użu tal-enerġija (ĠU L 120, 15.5.2009, p. 5).

(17)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 13.

ANNESS I

Indikaturi komuni ta’ output u ta’ riżultati għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni – l-Artikolu 7(1) (1)

Tabella 1: Indikaturi komuni ta’ output u ta’ riżultati għall-FEŻR (Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir u Interreg) u l-Fond ta’ Koeżjoni  (**)

Objettiv ta’ politika

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

1.

Ewropa aktar intelliġenti bil-promozzjoni ta’ trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti, il-konnettività reġjonali fil-qasam tat-teknoloġiji, l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), il-konnettività u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti (“PO 1”) billi: [Em. 126]

RCO (2)01 – Impriżi appoġġati (li minnhom: mikro, żgħar, medji, kbar)*

RCO - 01a – Introjtu medju reġjonali [Em. 127]

RCO 02 – Impriżi appoġġati b’għotjiet*

RCO 03 – Impriżi appoġġati minn strumenti finanzjarji*

RCO 04 – Impriżi b’appoġġ mhux finanzjarju*

RCO 05 – Start-ups appoġġati*

RCO 06 – Riċerkaturi li jaħdmu f'faċilitajiet ta’ riċerka appoġġati

RCO 07 – Istituzzjonijiet ta’ riċerka li jipparteċipaw fi proġetti konġunti ta’ riċerka

RCO 08 – Valur nominali ta’ appart ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni

RCO 10 – Impriżi li jikkooperaw ma’ istituzzjonijiet ta’ riċerka

RCO 10a – Impriżi appoġġati biex jittrasformaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom f'ekonomija ċirkolari [Em. 128]

RCO 96 – Investimenti interreġjonali fi proġetti tal-UE*

RCR (3)01 – Impjiegi maħluqa f’entitajiet appoġġati*

RCR - 01 – Żieda fil-proporzjon tal-introjtu reġjonali kif definit fl-Artikolu 3(3) [Em. 131]

RCR 02 – Investimenti privati li jikkumplimentaw l-ammont ta’ appoġġ pubbliku (li minnhom: għotjiet, strumenti finanzjarji)*

RCR 03 – SMEs li jintroduċu innovazzjoni ta’ prodotti jew proċessi*

RCR 04 – SMEs li jintroduċu innovazzjoni fit-tqegħid fis-suq jew fil-metodi ta’ organizzazzjoni*

RCR 05 – SMEs li jagħmlu innovazzjoni interna*

RCR 06 – Applikazzjonijiet għal privattivi ppreżentati lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi*

RCR 07 – Applikazzjonijiet għal trademarks u diżinn*

RCR 08 – Kopubblikazzjonijiet pubbliċi-privati

RCO 12 – Impriżi appoġġati biex jiddiġitalizzaw il-prodotti u s-servizzi tagħhom

RCO 13 – Servizzi u prodotti diġitali żviluppati għall-impriżi

RCO 14 – Istituzzjonijiet pubbliċi appoġġati biex jiżviluppaw servizzi u applikazzjonijiet diġitali

RCO 14a – Hubs soċjoekonomiċi addizzjonali b'aċċess għal broadband ta' kapaċità għolja ħafna [Em. 129]

RCR 11 – Utenti ta’ servizzi u applikazzjonijiet diġitali pubbliċi ġodda*

RCR 12 – Utenti ta’ prodotti, servizzi u applikazzjonijiet diġitali ġodda żviluppati minn impriżi*

RCR 13 – Impriżi li laħqu intensità diġitali għolja*

RCR 14 – Impriżi li jużaw Utenti ta' servizzi diġitali pubbliċi* [Em. 132]

RCR 14a – Hubs soċjoekonomiċi b'abbonamenti għall-broadband ma' netwerk b'kapaċità għolja ħafna [Em. 130]

RCO 15 – Kapaċità tal-inkubazzjoni maħluqa*

RCR 16 – Impriżi bi tkabbir għoli mogħtija sostenn*

RCR 17 – Impriżi li jibqgħu jeżistu fis-suq wara tliet (3) snin*

RCR 18 – SMEs li jkunu qed jużaw servizzi ta’ inkubatur sena wara l-ħolqien tal-inkubatur

RCR 19 – Impriżi b’fatturat aktar għoli

RCR 25 – Valur miżjud għal kull impjegat f’SMEs appoġġati*

RCO 16 – Entitajiet interessati li jipparteċipaw fi proċess ta’ skoperta imprenditorjali

RCO 17 – Investmenti f’ekosistemi reġjonali / lokali għall-iżvilupp tal-ħiliet

RCO 101 – SMEs li jinvestu fl-iżvilupp tal-ħiliet

RCO 102 – SMEs li jinvestu f’sistemi ta’ ġestjoni ta’ taħriġ*

RCR 24 – SMEs li jibbenefikaw minn attivitajiet għall-iżvilupp tal-ħiliet li jirriżultaw mill-ekosistema lokali / reġjonali

RCR 97 – Apprendistati appoġġati fl-SMEs

RCR 98 – Persunal tal-SMEs li jikkompletaw Edukazzjoni u Taħriġ Vokazzjonali Kontinwat (CVET) (skont it-tip ta’ ħila: teknika, tmexxija, imprenditorija, ekoloġika, oħrajn)

RCR 99 -Persunal tal-SMEs li jikkompletaw taħriġ alternattiv għal attivitajiet ta’ servizzi intensivi fl-għarfien (KISA) (skont it-tip ta’ ħiliet: teknika, tmexxija, imprenditorija, ekoloġika, oħrajn)

RCR 100 – Persunal tal-SMEs li jikkompletaw taħriġ formali fl-iżvilupp tal-ħiliet (KISA) (skont it-tip ta’ ħiliet: teknika, tmexxija, imprenditorija, ekoloġika, oħrajn)*

2.

Ewropa aktar ekoloġika, bl-użu ta’ anqas karbonju u reżiljenti għal kulħadd , b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju , permezz tal-promozzjoni ta’ tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju [Em. 133]

RCO 18 – Unitajiet domestiċi appoġġati biex itejbu l-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija ta’ fejn joqogħdu

RCO 18a – Il-perċentwal tal-iffrankar tal-enerġija annwali għall-istokk kollu tal-bini (meta mqabbel max-xenarju ta' referenza) f'konformità mal-objettiv tal-ilħuq ta' stokk tal-bini effiċjenti ħafna u dekarbonizzat kif inkluż fl-istrateġija nazzjonali għar-rinnovazzjoni fit-tul biex tiġi appoġġata r-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali ta' bini residenzjali u mhux residenzjali [Em. 134]

RCO 18b – Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija tal-abitazzjonijiet tagħhom li tilħaq mill-inqas iffrankar tal-enerġija ta' 60 % [Em. 135]

RCO 18c – Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija tal-abitazzjonijiet tagħhom li tilħaq livell standard ta' bini mingħajr konsum nett ta' enerġija (NZEB) wara r-rinnovazzjoni [Em. 136]

RCO 19 – Bini pubbliku appoġġat biex itejjeb il-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija (li minnu: residenzjali, privat mhux residenzjali, pubbliku mhux residenzjali) [Em. 137]

RCO 19b – Għadd ta' konsumaturi f'sitwazzjoni ta' faqar enerġetiku/vulnerabbli appoġġati biex tittejjeb il-prestazzjoni fl-użu tal-enerġija tal-abitazzjoni tagħhom [Em. 138]

RCO 20 – Linji ta’ tisħin distrettwali kostruwiti ġodda jew imtejba

RCO 20a – Bini appoġġat biex tittejjeb it-tħejjija intelliġenti tiegħu [Em. 139]

RCR 26 – Konsum finali annwali tal-enerġija (li minnu: residenzjali, privat mhux residenzjali, pubbliku mhux residenzjali)

RCO RCR 27 – Unitajiet domestiċi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija ta’ fejn joqogħdu tal-abitazzjonijiet tagħhom li tilħaq mill-inqas iffrankar tal-enerġija ta' 60 %[Em. 150]

RCO 28 – Bini bi klassifikazzjoni tal-enerġija mtejba (li minnu: residenzjali, privat mhux residenzjali, pubbliku mhux residenzjali)

RCR 28a Bini bi prestazzjonijiet tal-enerġija mtejba li jirriżultaw mill-arranġamenti kuntrattwali li jiggarantixxu ffrankar tal-enerġija verifikabbli u effiċjenza mtejba, bħall-ikkuntrattar tal-prestazzjoni tal-enerġija kif definit fil-punt (27) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE  (4) [Em. 151]

RCR 29 – Stima tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra*

RCO 30 – Impriżi bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija

RCR 30a – Bini bi tħejjija intelliġenti mtejba [Em. 152]

RCO 22 – Kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali tal-enerġija rinnovabbli (li minnha: elettrika, termali)

RCO 22a – Konsum tal-enerġija rinnovabbli finali totali u konsum għal kull settur (tisħin u tkessiħ, trasport, elettriku) [Em. 140]

RCO 22b – Sehem ta' enerġija rinnovabbli totali prodotta [Em. 141]

RCO 22c – Tnaqqis tal-importazzjoni annwali ta' enerġija mhux rinnovabbli [Em. 142]

RCO 97 – Għadd ta’ komunitajiet tal-enerġija u komunitajiet tal-enerġija rinnovabbli appoġġati*

RCO 97a – Sehem ta' prosumaturi tal-enerġija rinnovabbli fil-kapaċità tal-elettriku totali installata [Em. 143]

RCR 31 – Produzzjoni totali tal-enerġija rinnovabbli (li minnha: elettrika, termali)

RCR 32 – Enerġija rinnovabbli: Il-kapaċità konnessa mal-grilja (operazzjonali)*

RCO 23 – Sistemi ta’ ġestjoni diġitali għall-grilji intelliġenti

RCO 98 – Unitajiet domestiċi appoġġati biex jużaw il-grilji tal-enerġija intelliġenti

RCO 98a – Appoġġ ta' reġjuni f'perjodu ta' tranżizzjoni affettwati mid-dekarbonizzazzjoni [Em. 144]

RCR 33 – Utenti konnessi ma’ grilji intelliġenti

RCR 34 – Kollokazzjoni ta’ proġetti għal grilji intelliġenti

RCO 24 – Sistemi ta’ tħejjija, ġodda jew imtejba, għal sistemi ta’ monitoraġġ, tħejjija, twissija u reazzjoni għad-diżastri naturali bħal terremoti, nirien fil-foresti, għargħar jew nixfiet * [Em. 145]

RCO 25 – Sistemi ta’ protezzjoni ta’ żoni kostali, ta’ żoni biswit xmajjar u lagi, u kontra l-valangi, mibnija ġodda jew ikkonsolidati għall-protezzjoni tan-nies, l-assi u l-ambjent naturali

RCO 26 – Infrastruttura ekoloġika mibnija għall-adatament għat-tibdil fil-klima

RCO 27 – Strateġiji nazzjonali / reġjonali/ u lokali li jindirizzaw l-adattament għat-tibdil fil-klima

RCO 28 – Żoni koperti minn miżuri ta’ protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti , terremoti, għarar u nixfiet [Em. 146]

RCR 35 – Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni kontra l-għarar

RCR 36 – Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni kontra n-nirien fil-foresti

RCR 37 – Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni kontra diżastri naturali marbuta mal-klima (għajr għargħar u nirien fil-foresta)

RCR 96 – Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni kontra riskji naturali mhux marbuta mal-klima u riskji marbuta ma’ attivitajiet tal-bniedem.*

RCR 38 – Żmien medju stmat meħtieġ għal reazzjoni għal sitwazzjonijiet ta’ diżastru*

RCO 30 – Tul ta’ pajpijiet ġodda jew konsolidati għal konnessjonijiet ta’ provvista tal-ilma għall-unitajiet domestiċi

RCO 31 – Tul ta’ netwerks ta’ ġbir ta’ drenaġġ mibnija ġodda jew konsolidati

RCO 32 – Kapaċità ġdida jew imtejba għat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ

RCO 32a – Fjuwils fossili totali sostitwiti minn sorsi ta' enerġija b'livell baxx ta' emissjonijiet [Em. 147]

RCR 41 – Għadd totali ta’ persuni konnessi ma’ provvista tal-ilma mtejba

RCR 42 – Għadd totali ta’ persuni konnessi ma’ mill-anqas impjant ta’ trattament tal-ilma tat-tieni klassi

RCR 43 – Tnaqqis ta' Telf ta’ ilma [Em. 153]

RCR 44 – Ilma tad-drenaġġ ittrattat kif imiss

RCO 34 – Kapaċità addizzjonali għar-riċiklaġġ għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart [Em. 148]

RCO 34a – Numru ta' impjiegi konvertiti [Em. 149]

RCR 46 – Għadd ta’ nies servuti minn faċilitajiet ta’ riċiklaġġ tal-iskart kif ukoll sistemi żgħar ta’ mmaniġġar tal-iskart

RCR - 46a – Ġenerazzjoni tal-iskart per capita [Em. 154]

RCR - 46b – Skart per capita mibgħut għar-rimi u għall-irkupru tal-enerġija [Em. 155]

RCR 47 – Skart riċiklat

RCR - 47a – Bijoskart riċiklat [Em. 156]

RCR 48 – Skart riċiklat użat bħala materja prima

RCR 48a – Popolazzjoni servuta minn faċilitajiet ta' preparazzjoni ta' skart għall-użu mill-ġdid [Em. 157]

RCR 48b – Rata ta' użu ta' materjal ċirkolari [Em. 158]

RCR 49 – Skart irkuprat riutilizzat [Em. 159]

RCR 49a – Skart preparat għall-użu mill-ġdid [Em. 160]

RCO 36 – Daqs taż-żona ta’ infrastruttura ekoloġika appoġġata f’żoni urbani

RCO 37 – Daqs taż-żona ta’ siti Natura 2000 koperti minn miżuri ta’ protezzjoni u restawr skont il-qafas ta’ azzjoni prijoritizzata

RCO 99 – Daqs taż-żona ’il barra minn siti ta’ Natura 2000, koperta minn miżuri ta’ protezzjoni u restawr.

RCO 38 – Daqs taż-żona ta’ art rijabilitata appoġġata

RCO 39 – Sistemi installati għall-monitoraġġ tat-tniġġiż fl-arja

RCR 50 – Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri għall-kwalità tal-arja

RCR 95 – Għadd totali ta’ persuni li għandhom aċċess għal infrastruttura ekoloġika ġdida jew imtejba f’żoni urbani

RCR 51 – Għadd totali ta’ persuni li jibbenefikaw minn miżuri għat-tnaqqis tal-istorbju

RCR 52 – Art rijabilitata użata għal żoni ekoloġiċi, akkomodazzjoni soċjali, attivitajiet ekonomiċi jew tal-komunità

3.

Ewropa aktar konnessa bit-tisħiħ tal-mobbiltà u l-konnettività ICT reġjonali għal kulħadd permezz tat-titjib tal-mobbiltà [Em. 161]

RCO 41 – Unitajiet domestiċi addizzjonali b’aċċess għal broadband ta’ kapaċità għolja ħafna

RCO 42 – Impriżi addizzjonali b’aċċess għal broadband ta’ kapaċità għolja ħafna

RCR 53 – Unitajiet domestiċi b’abbonamenti għall-broadband ma’ netwerk ta’ kapaċità għolja ħafna

RCR 54 – Impriżi b’abbonamenti għall-broadband ma’ netwerk ta’ kapaċità għolja ħafna

RCO 43 – Tul ta’ toroq ġodda appoġġati – TEN-T (5) (netwerks ewlenin u komprensivi) [Em. 162]

RCO 44 – Tul ta’ toroq ġodda appoġġati – oħrajn

RCO 45 – Tul ta’ toroq rikostruwiti jew imtejba – TEN-T (netwerks ewlenin u komprensivi) [Em. 163]

RCO 46 – Tul ta’ toroq rikostruwiti jew imtejba – oħrajn

RCR 55 – Utenti ta’ toroq ġodda, rikostruwiti jew imtejba

RCR - 55a – Proporzjon tat-tlestija tal-kuritur tat-TEN-T fit-territorju nazzjonali [Em. 166]

RCR 56 – Iffrankar ta’ ħin bis-saħħa ta’ infrastruttura tat-toroq imtejba

RCR 101 – Iffrankar ta’ ħin bis-saħħa ta’ infrastruttura mtejba tal-ferroviji

RCO 47 – Tul ta’ linji tal-ferrovija ġodda appoġġati – TEN-T  (netwerks ewlenin u komprensivi) [Em. 164]

RCO 48 – Tul ta’ linji tal-ferrovija ġodda appoġġati – oħrajn

RCO 49 – Tul ta’ linji tal-ferrovija toroq rikostruwiti jew imtejba – TEN-T  (netwerks ewlenin u komprensivi) [Em. 165]

RCO 50 – Tul ta’ linji tal-ferrovija rikostruwiti jew imtejba – oħrajn

RCO 51 – Tul ta’ passaġġi fuq l-ilma intern ġodda jew imtejba – TEN-T

RCO 52 – Tul ta’ passaġġi fuq l-ilma intern ġodda jew imtejba – oħrajn

RCO 53 – Stazzjonijiet u faċilitajiet tal-ferrovija – ġodda jew imtejba

RCO 54 – Konnessjonijiet intermodali – ġodda jew imtejba

RCO 100 – Għadd ta’ portijiet appoġġati

RCR 57 – Tul ta’ linji tal-ferrovija mgħammra bis-Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju li qed joperaw

RCR - 57a – Proporzjon tat-tlestija tal-kuritur tat-TEN-T fit-territorju nazzjonali [Em. 167]

RCR 58 – Għadd annwali ta’ passiġġieri li jużaw il-ferroviji appoġġati

RCR 59 – Trasport ta’ merkanzija bil-ferrovija

RCR 60 – Trasport ta’ merkanzija fil-passaġġi tal-ilma intern

RCO 55 – Tul tal-linji tat-tram u tal-metro – ġodda

RCO 56 – Tul tal-linji tat-tram u tal-metro – rikostruwiti/mtejba

RCO 57 – Materjal ferrovjarju fuq ir-roti ekoloġiku għall-użu fit-trasport pubbliku

RCO 58 – Infrastruttura appoġġata ddedikata għar-roti (bicycles)

RCO 59 – Infrastruttura appoġġata ta’ karburanti alternattivi (punti ta’ mili ta’ karburant / iċċarġjar)

RCO 60 – Bliet b’sistemi ġodda jew imtejba ta’ trasport urban diġitalizzat

RCR 62 – Passiġġieri tat-trasport pubbliku kull sena

RCR 63 – Utenti fis-sena ta’ linji ġodda / imtejba tat-tram u tal-metro

RCR 64 – Utenti fis-sena ta’ infrastruttura ddedikata għar-roti

4.

Ewropa iktar aktar soċjali u inklużiva fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali [Em. 168]

RCO 61 – Persuni fis-sena servuti minn faċilitajiet imtejba għal servizzi tal-impjiegi (kapaċità)

RCR 65 – Għadd fis-sena ta’ persuni li qegħdin ifittxu x-xogħol li jużaw is-servizzi ta’ servizzi tal-impjieg appoġġati

RCO 63 – Kapaċità ta’ infrastruttura temporanja ta’ akkoljenza maħluqa

RCO 64 – Kapaċità ta’ akkomodazzjoni rijabilitata – migranti, refuġjati u persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li applikaw għaliha

RCO 65 – Kapaċità ta’ akkomodazzjoni rijabilitata – oħrajn

RCR 66 – Okkupanza ta’ infrastruttura temporanja ta’ akkoljenza mibnija jew rinnovata

RCR 67 – Okkupanza ta’ akkomodazzjoni rijabilitata – migranti, refuġjati u persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li applikaw għaliha

RCR 68 – Okkupanza ta’ akkomodazzjoni rijabilitata – other

RCR - 68a – Membri ta' komunitajiet emarġinati u gruppi żvantaġġati permezz ta' azzjonijiet integrati li jinkludu s-settur tal-abitazzjoni u s-servizzi soċjali (ħlief ir-Rom) [Em. 169]

RCR - 68b – Membri ta' komunitajiet emarġinati u gruppi żvantaġġati permezz ta' azzjonijiet integrati li jinkludu s-settur tal-abitazzjoni u s-servizzi soċjali (Rom) [Em. 170]

RCO 66 – Kapaċità fil-klassijiet f’infrastruttura appoġġata tal-indukrar tat-tfal (ġdida jew imtejba)

RCO 67 – Kapaċità fil-klassijiet f’infrastruttura appoġġata tal-edukazzjoni (ġdida jew imtejba)

RCR 70 – Għadd annwali ta’ tfal li jużaw infrastruttura appoġġata tal-indukrar tat-tfal

RCR 71 – Għadd annwali ta’ studenti li jużaw infrastruttura appoġġata tal-edukazzjoni

RCO 69 – Kapaċità ta’ infrastruttura appoġġata tal-kura tas-saħħa

RCO 70 – Kapaċità ta’ infrastruttura soċjali appoġġata (barra l-akkomodazzjoni)

RCR 72 – Persuni b'aċċess għal servizzi mtejba ta’ kura tas-saħħa

RCR 73 – Għadd annwali ta’ persuni li jużaw il-faċilitajiet appoġġati tal-kura tas-saħħa

RCR 74 – Għadd annwali ta’ persuni li jużaw il-faċilitajiet appoġġati tal-kura soċjali

RCR 75 – Żmien medju meħtieġ biex tingħata reazzjoni fil-każ ta’ emerġenzi mediċi fil-qasam appoġġat

5.

Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini taċ-ċittadini bit-trawwmin tal-iżvilupp sostenibbli u integrat ta’ żoni urbani, rurali u kostali u tal-inizjattivi u ż-żoni l-oħrajn kollha permezz ta' inizjattivi lokali [Em. 171]

RCO 74 – Popolazzjoni koperta minn strateġiji għall-iżvilupp urban integrat

RCO 75 – Strateġiji integrati għall-iżvilupp urban

RCO 76 – Proġetti ta’ kollaborazzjoni

RCO 77 – Kapaċità ta’ infrastruttura kulturali u turistika appoġġata

RCR 76 – Partijiet interessati involuti fit-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji ta’ żvilupp urban

RCR 77 – Turisti / żjarat lejn siti appoġġati*

RCR 78 – Utenti li jibbenefikaw minn infrastruttura kulturali sostnuta

RCO 80 – Strateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxija mill-komunità għall-iżvilupp lokali

 

Orizzontali – Implimentazzjoni

RCO 95 – Persunal iffinanzjat mill-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni

RCR 91 – Perjodu medju għat-tnedija ta’ sejħiet, is-selezzjoni ta’ proġetti u l-iffirmar tal-kuntratti*

RCR 92 – Perjodu medju għall-proċess ta’ akkwist (mit-tnedija tal-akkwist sal-iffirmar tal-kuntratt) *

RCR 93 – Perjodu medju għall-implimentazzjoni tal-proġett (mill-iffirmar tal-kuntratt sal-aħħar pagament) *

RCR 94 – Sessjoni waħda ta’ offerti għal interventi tal-FEŻR u tal-Fond ta’ Koeżjoni*


Tabella 2: Indikaturi komuni addizzjonali tal-output u tar-riżultati għall-FEŻR ta’ Interreg

Indikaturi speċifiċi għal Interreg

RCO 81 – Parteċipanti f’inizjattivi ta’ mobbiltà transfruntiera

RCO 82 – Parteċipanti f’azzjonijiet konġunti li jippromwovu l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-opportunitajiet indaqs u l-inklużjoni soċjali

RCO 83 – Strateġiji konġunti / pjani ta’ azzjoni żviluppati jew implimentati

RCO 84 – Attivitajiet pilota konġunti implimentati fi proġetti

RCO 85 – Parteċipanti fi skemi konġunti ta’ taħriġ

RCO 96 – Ostakli legali jew amministrattivi identifikati

RCO 86 – Ftehimiet konġunti amministrattivi jew legali ffirmati

RCO 87 – Organizzazzjonijiet li jikkooperaw b’mod transfruntier

RCO 88 – Proġetti lil hinn mill-fruntieri nazzjonali għal tagħlim bejn il-pari għat-titjib ta’ attivitajiet ta’ kooperazzjoni

RCO 89 – Proġetti transfruntieri għat-titjib tal-governanza f’livelli multipli

RCO 90 – Proġetti transfruntiera li jwasslu għal netwerks / raggruppamenti

RCR 79 – Strateġiji konġunti / pjani ta’ azzjoni adottati minn organizzazzjonijiet fil-mument ta’ tlestija ta’ proġett, jew warajh

RCR 80 – Attivitajiet piloti konġunti adottati jew imwessgħa minn organizzazzjonijiet fil-mument ta’ tlestija ta’ proġett, jew warajh

RCR 81 – Parteċipanti li jikkompletaw skemi konġunti ta’ taħriġ

RCR 82 – Ostakli legali jew amministrattivi indirizzati jew mitigati

RCR 83 – Persuni koperti minn ftehimiet konġunti ffirmati

RCR 84 – Organizzazzjonijiet li jikkooperaw b’mod transfruntier minn sitt xhur sa 12-il xahar wara t-tlestija ta’ proġett

RCR 85 – Parteċipanti f’azzjonijiet konġunti minn sitt xhur sa 12-il xahar wara t-tlestija ta’ proġett

RCR 86 – Partijiet interessati / istituzzjonijiet b’kapaċità ta’ kooperazzjoni mtejba lil hinn mill-fruntieri nazzjonali


(1)  Għall-użu fl-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir Interreg f’konformità mal-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu [12(1)], u mal-punt (b) tal-Artikolu [36](2) [trażmissjoni tad-data] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u, fl-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir f’konformità mal-punt (d)(ii) tal-Artikolu [17 (3)] tar-Regolament (UE) [CPR ġdid] u, għal Interreg, skont il-punt (e)(ii) tal-Artikolu 17(4) tar-Regolament (UE) [regolament ġdid ETC]

(2)  RCO: Indikatur Komuni tal-Output tal-Politika Reġjonali.

(3)  RCR: Indikatur Komuni tar-Riżultati tal-Politika Reġjonali.

(4)   Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).

(**)  Għal raġunijiet ta’ preżentazzjoni, l-indikaturi huma miġbura fi gruppi taħt objettiv ta’ politika, iżda mhumiex limitati għalih. B’mod partikolari, taħt l-objettiv ta’ politika 5, jistgħu jintużaw objettivi speċifiċi mill-objettivi ta’ politika minn 1 sa 4 bl-indikaturi rilevanti. Barra minn hekk, bil-għan li tiġi żviluppata stampa sħiħa tal-prestazzjoni mistennija u reali tal-programmi, l-indikaturi mmarkati b’(*) jistgħu jintużaw minn objettivi speċifiċi taħt aktar minn wieħed mill-objettivi ta’ politika minn 1 sa 4, meta rilevanti.

ANNESS II

Ġabra ċentrali ta’ indikaturi tal-prestazzjoni għall-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 7(3) (1)

Objettiv ta’ politika

Objettiv speċifiku

Outputs

Riżultati

(1)

(2)

(3)

(4)

1.

Ewropa aktar intelliġenti bil-promozzjoni ta’ trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti , il-konnettività reġjonali fil-qasam tat-teknoloġiji, l-iżvilupp tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), il-konnettività u l-amministrazzjoni pubblika effiċjenti permezz ta': [Em. 172]

(i)

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet fir-riċerka u l-innovazzjoni u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji avvanzati

CCO 01 – Impriżi appoġġati biex iwettqu innovazzjoni

CCO - 01a – Impriżi appoġġati għal attività ekonomika sostenibbli [Em. 173]

CCO 02 – Riċerkaturi li jaħdmu f'faċilitajiet ta’ riċerka appoġġati

CCR 01 – (SMEs li jintroduċu innovazzjoni fil-prodott, il-proċess, it-tqegħid fis-suq jew fil-metodi ta’ organizzazzjoni

CCR - 01a – Żieda fil-proporzjon tal-introjtu reġjonali [Em. 175]

(ii)

Il-ħsad tal-benefiċċji tad-diġitizzazzjoni għaċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-gvernijiet

CCO 03 – Impriżi u istituzzjonijiet pubbliċi appoġġati biex jiżviluppaw prodotti, servizzi u applikazzjonijiet diġitali

CCR 02 – Utenti addizzjonali ta’ prodotti, servizzi u applikazzjonijiet diġitali ġodda żviluppati minn impriżi u minn istituzzjonijiet pubbliċi

(iii)

Jitkattru t-tkabbir u l-kompetittività tal-SMEs

CCO 04 – SMEs appoġġati biex joħolqu l-impjiegi u t-tkabbir sostenibbli [Em. 174]

CCR03 – Impjiegi maħluqa f’SMEs appoġġati

(iv)

L-iżvilupp ta’ ħiliet għal speċjalizzazzjoni intelliġenti, tranżizzjoni industrijali u imprenditorija

CCO 05 – SMEs li jinvestu fl-iżvilupp tal-ħiliet

CCR 04 – Persunal ta’ SMEs li jibbenefika minn taħriġ għall-iżvilupp tal-ħiliet

2.

Ewropa aktar ekoloġika, bl-użu ta’ anqas u reżiljenti għal kulħadd , b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, permezz tal-promozzjoni ta’ tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiċi ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju [Em. 176]

(i)

Il-promozzjoni ta’ miżuri ta’ effiċjenza fl-użu tal-enerġija

CCO 06 – Investimenti f’miżuri biex titjieb l-effiċjenza tal-enerġija

CCR 05 – Benefiċjarji bi klassifikazzjoni mtejba fejn tidħol l-enerġija

(ii)

Il-promozzjoni tal-enerġiji rinnovabbli

CCO 07 – Kapaċità ta’ produzzjoni addizzjonali ta’ enerġija rinnovabbli

CCR 06 – Volum ta’ enerġija rinnovabbli addizzjonali prodotta

(iii)

L-iżvilupp ta’ sistemi intelliġenti tal-enerġija, grilji u ħażna fil-livell lokali

CCO 08 – Sistemi ta’ ġestjoni diġitali żviluppati għall-grilji intelliġenti

CCO 08a – Żvilupp ta' impriżi ġodda [Em. 177]

CCR 07 – Utenti addizzjonali konnessi ma’ grilji intelliġenti

CCR 07a – Numru ta' impjiegi maħluqa [Em. 179]

(iv)

Il-promozzjoni ta' adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskji u l-ġestjoni tad-diżastri

CCO 09 – Sistemi ta’ monitoraġġ, twissija u reazzjoni għad-diżastri, ġodda jew imtejba

CCO 09a – Adattament tat-tibdil fil-klima akbar, prevenzjoni tar-riskju tad-diżastri naturali akbar u reżiljenza mtejba għad-diżastri u għall-avvenimenti estremi tat-temp [Em. 178]

CCR 08 – Għadd ta’ persuni totali addizzjonali li jibbenefikaw minn miżuri ta’ protezzjoni kontra l-għargħar, in-nirien fil-foresti u diżastri naturali oħra relatati mal-klima

(v)

Il-promozzjoni ta' ġestjoni sostenibbli tal-ilma

CCO 10 – Kapaċità ġdida jew imtejba għat-trattament tal-ilma tad-drenaġġ

CCR 09 – Għadd addizzjonali ta’ persuni konnessi ma’ impjant ta’ trattament tal-ilma mill-anqas tat-tieni klassi

(vi)

Il-promozzjoni tat-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari

CCO 11 – Kapaċità ġdida jew imtejba għar-riċiklar tal-iskart

CCR 10 – Skart riċiklat addizzjonali

(vii)

It-titjib tal-bijodiversità, l-infrastruttura ekoloġika fl-ambjent urban u t-tnaqqis tat-tniġġiż

CCO 12 – Id-daqs taż-żona ta’ infrastruttura ekoloġika f’żoni urbani

CCR 11 – Għadd ta’ nies li jibbenefikaw minn miżuri għall-kwalità tal-arja

3.

Ewropa aktar konnessa bit-tisħiħ tal-mobilità u l-konnettività ICT reġjonali għal kulħadd permezz tat-titjib tal-mobbiltà [Em. 180]

(i)

It-titjib tal-konnettività diġitali

CCO 13 – Unitajiet domestiċi u impriżi addizzjonali fil-kopertura ta’ netwerks tal-broadband b’kapaċità għolja ħafna

CCR 12 – Unitajiet domestiċi u impriżi addizzjonali b’abbonamenti għall-broadband ma’ netwerk ta’ kapaċità għolja ħafna

(ii)

L-iżvilupp ta’ TEN-T sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, sigur, intelliġenti u intermodali

CCO 14 – Toroq TEN-T: Toroq u pontijiet ġodda u aġġornati [Em. 181]

CCR 13 – Iffrankar ta’ ħin bis-saħħa ta’ infrastruttura tat-toroq u tal-pontijiet imtejba [Em. 182]

(iii)

L-iżvilupp ta’ mobbiltà sostenibbli, reżiljenti għall-klima, intelliġenti u intermodali nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż aċċess imtejjeb għal TEN-T u mobilità transfruntiera

CCO 15 – Ferroviji TEN-T: Ferroviji ġodda u aġġornati

CCR 14 – Ammont fis-sena ta’ passiġġieri moqdija minn trasport ferrovjarju mtejjeb

(iv)

Il-promozzjoni ta’ mobbiltà urbana multimodali sostenibbli

CCO 16 – Estensjoni u modernizzazzjoni ta’ linji tat-tram u tal-metro

CCR 15 – Utenti fis-sena moqdija minn linji ġodda u modernizzati tat-tram u tal-metro

4.

Ewropa iktar aktar soċjali u inklużiva fl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali [Em. 183]

(i)

It-tisħiħ tal-effettività tas-swieq tax-xogħol u aċċess għal impjiegi ta’ kwalità permezz tal-iżvilupp ta’ infrastruttura u innovazzjoni soċjali

CCO 17 – Persuni qiegħda fis-sena moqdija minn faċilitajiet imtejba għal servizzi tal-impjiegi

CCR 16 – Persuni li qed ifittxu x-xogħol li jużaw kull sena faċilitajiet imtejba għal servizzi ta’ impjieg

(ii)

It-titjib tal-aċċess għal servizzi inklużivi u ta’ kwalità fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura

CCO 18 – Kapaċità ġdida jew imtejba għall-infrastruttura tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni

CCR 17 – Utenti fis-sena moqdija minn infrastruttura ġdida jew imtejba tal-indukrar tat-tfal u tal-edukazzjoni

(iii)

Tiżdied l-integrazzjoni soċjoekonomika ta’ komunitajiet marġinalizzati, migranti u gruppi żvantaġġati, permezz ta’ miżuri integrati li jinkludu akkomodazzjoni u servizzi soċjali;

CCO 19 – Kapaċità addizzjonali ta’ infrastrutturi ta’ akkoljenza maħluqa jew imtejba

CCR 18 – Utenti fis-sena moqdija minn faċilitajiet ta’ akkoljenza u ta’ akkomodazzjoni, ġodda u mtejba

(iv)

L-iżgurar ta’ aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp tal-infrastruttura, inkluż tal-kura primarja

CCO 20 – Kapaċità ġdida jew imtejba tal-infrastruttura tal-kura tas-saħħa

CCR 19 – Għadd totali ta’ persuni b'aċċess għal servizzi mtejba ta’ kura tas-saħħa

5.

Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini taċ-ċittadini bit-trawwim tal-iżvilupp sostenibbli u integrat ta’ żoni urbani, ruralikostali u tal-inizjattivi lokali ż-żoni l-oħrajn kollha [Em. 184]

(i)

It-trawwim tal-iżvilupp integrat soċjali, ekonomiku u anbjentali, tal-wirt kulturali u tas-sigurtà f’żoni urbani

CCO 21 – Għadd totali ta’ persuni koperti minn strateġiji għall-iżvilupp urban integrat

 


(1)  Dawn l-indikaturi se jintużaw mill-Kummissjoni f’konformità mar-rekwiżit ta’ rappurtar tagħha skont l-Artikolu 38(3)(e)(i) tar-Regolament Finanzjarju [applikabbli]


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/599


P8_TA(2019)0304

Standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn vetturi ħfief u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 (riformulazzjoni) (COM(2017)0676 – C8-0395/2017 – 2017/0293(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

(2021/C 108/41)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0676),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0395/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Frar 2018 (1),

wara li kkonsultat il-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (2),

wara li kkunsidra l-ittra tal-3 ta' Mejju 2018 tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali indirizzata lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0287/2018),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt, filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (3);

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 227, 28.6.2018, p. 52.

(2)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

(3)  Din il-pożizzjoni tieħu post l-emendi adottati fit-3 ta’ Ottubru 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0370).


P8_TC1-COD(2017)0293

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi standards ta' rendiment fir-rigward tal-emissjonijiet ta' CO2 tal-karozzi ġodda tal-passiġġieri u tal-vetturi kummerċjali ħfief ġodda, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 443/2009 u (UE) Nru 510/2011 (riformulazzjoni)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali,)ir-Regolament (UE) 2019/631.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 15

Matul ir-reviżjoni prevista fl-Artikolu 15 u meta tipproponi, jekk ikun xieraq, emenda leġiżlattiva għal dan ir-Regolament, il-Kummissjoni se twettaq il-konsultazzjonijiet rilevanti skont it-Trattati. B'mod partikolari, hija se tikkonsulta mal-Parlament Ewropew u mal-Istati Membri f'dak il-kuntest.

Bħala parti minn dik ir-reviżjoni, il-Kummissjoni se tistħarreġ ukoll l-adegwatezza tal-limitu massimu ta' 5 % speċifikat fil-punt 6.3 tal-Parti A tal-Anness I fid-dawl tal-bżonn li titħaffef il-promozzjoni ta' vetturi mingħajr emissjonijiet jew b'emissjonijiet baxxi fl-Istati Membri kkonċernati.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/602


P8_TA(2019)0305

It-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent (COM(2018)0340 – C8-0218/2018 – 2018/0172(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0340),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0218/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Ottubru 2018 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0317/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (3);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 62, 15.2.2019,p. 210.

(2)  ĠU C 461, 21.12.2018, p. 210.

(3)  Din il-pożizzjoni tieħu post l-emendi adottati fl-24 ta’ Ottubru 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0411).


P8_TC1-COD(2018)0172

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tal-impatt ta' ċerti prodotti tal-plastik fuq l-ambjent

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2019/904.)


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/604


P8_TA(2019)0306

Prodotti fertilizzanti tal-UE ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti bit-tikketta CE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 (COM(2016)0157 – C8-0123/2016 – 2016/0084(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/43)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0157),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0123/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0270/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 389, 21.10.2016, p. 80.

(2)  Din il-pożizzjoni tieħu post l-emendi adottati fl-24 ta’ Ottubru 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0392).


P8_TC1-COD(2016)0084

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar it-tpoġġija għad-dispożizzjoni fis-suq ta' prodotti fertilizzanti tal-UE u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009 u (KE) Nru 1107/2009 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, ir-Regolament Regulation (UE) 2019/1009.)


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/606


P8_TA(2019)0307

Il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol (COM(2018)0171 – C8-0130/2018 – 2018/0081(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/44)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0171),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 153(2)(b) u 153(1)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0130/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta’ Settembru 2018 (1),

wara li kkonsulta il-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0382/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 145.


P8_TC1-COD(2018)0081

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2004/37/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema minn riskji relatati mal-espożizzjoni għal karċinoġeni jew mutaġeni fuq il-post tax-xogħol

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2019/983.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/608


P8_TA(2019)0308

Regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE dwar it-twaqqif ta' regoli komuni għal ċerti tipi ta' trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri (COM(2017)0648 – C8-0391/2017 – 2017/0290(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/45)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0648),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0391/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mir-Riksdag Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' April 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-5 ta’ Lulju 2018 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0259/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 262, 25.7.2018, p. 52.

(2)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P8_TC1-COD(2017)0290

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE dwar it-twaqqif ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-għan ġenerali ta' din id-Direttiva huwa li jiġi stabbilit netwerk tat-trasport multimodali li jkun effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u li jitnaqqas l-impatt negattiv tat-trasport fuq it-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-inċidenti, l-istorbju u l-konġestjoni. għadhom joħolqu problemi għall-ekonomija, is-saħħal-benesseri taċ-ċittadini Ewropej. Minkejja li t-trasport bit-triq hu l-akbar kontributur ta’ dawk l-effetti negattivi it-trasport tal-merkanzija bit-triq hu stmat li se jiżdied b’60 % sal-2050. [Em. 1]

(2)

It-tnaqqis tal-impatt negattiv tal-attivitajiet tat-trasport għadu waħda mill-miri ewlenin tal-politika tal-Unjoni dwar it-trasport. Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE (4) li tistabbilixxi miżuri li jħeġġu l-iżvilupp ta’ trasport ikkombinat, hi l-uniku att leġiżlattiv tal-Unjoni li jinċentiva direttament it-tranżizzjoni minn trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi tat-trasport b’inqas emissjonijiet bħall-passaġġi fuq l-ilma interni, u t-trasport marittimu u ferrovjarju. Sabiex ikomplu jonqsu aktar l-effetti negattivi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jenħtieġ li jiġu inkoraġġiti r-riċerka u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri f'dak li jikkonċerna soluzzjonijiet li jwasslu biex jittejbu r-rotot, jiġi ottimizzat in-netwerk, tiżdied l-effiċjenza tat-tagħbijiet u l-possibbiltajiet li jkunu imposti tariffi għall-kosti esterni. [Em. 2]

(3)

Il-mira li 30 % tat-trasport tal-merkanzija bit-triq ta' aktar minn 300 km jaqleb jkun qaleb għal modi oħra tat-trasport bħat-trasport ferrovjarju jew fuq l-ilma sal-2030, u li jkun hemm aktar minn 50 % sal-2050, biex tiġi ottimizzata l-prestazzjoni tal-ktajjen loġistiċi multimodali, inkluż b'użu akbar jenħtieġ li tintlaħaq permezz ta' modi aktar effiċjenti fl-enerġija, imxiet aktar bil-mod milli mistenniskont it-tbassir attwali, mhix se tintlaħaq gwadanji fl-effiċjenza u titjibiet fl-infrastruttura fis-settur ferrovjarju f'dak tat-trasport fuq l-ilma . [Em. 3]

(4)

Id-Direttiva 92/106/KEE kkontribwiet għall-iżvilupp tal-politika tal-Unjoni dwar it-trasport ikkombinat u għenet biex ammont konsiderevoli ta' trasport tal-merkanzija ma jibqax isir bit-triq. In-nuqqasijiet fl-implimentazzjoni ta' dik id-Direttiva, fosthom il-lingwaġġ ambigwu u d-dispożizzjonijiet skaduti, u l-ambitu limitat tal-miżuri ta' appoġġ tagħha , kif ukoll l-ostakli burokratiċi u protezzjonisti fi ħdan is-settur ferrovjarju , dgħajfu ferm l-impatt tagħha. [Em. 4]

(4a)

Din id-Direttiva jenħtieġ li twitti t-triq għal servizzi tat-trasport tal-merkanzija intermodali u multimodali effiċjenti, filwaqt li toffri kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-modi differenti tat-trasport. [Em. 5]

(5)

Id-Direttiva 92/106/KEE jenħtieġ tiġi ssimplifikata u titjieb tittejjeb l-implimentazzjoni tagħha b'reviżjoni tal-inċentivi ekonomiċi għat-trasport ikkombinat, bil-għan li titħeġġeġ il-bidla minn trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi li huma aktar favur l-ambjent, aktar sikuri, aktar effiċjenti fl-enerġija u li joħolqu inqas konġestjoni tittejjeb il-kompetittività tat-trasport ferrovjarju u dak fuq l-ilma meta mqabbel mat-trasport bit-triq . [Em. 6]

(6)

Il-volum tal-operazzjonijiet intermodali nazzjonali jfisser jifforma 19,3 % tat-trasport intermodali totali fl-Unjoni. Dawn l-operazzjonijiet bħalissa ma jibbenefikawx mill-miżuri ta' appoġġ previsti fid-Direttiva 92/106/KEE minħabba l-ambitu limitat tad-definizzjoni ta' trasport ikkombinat. Iżda l-effett negattiv tal-operazzjonijiet nazzjonali tat-trasport bit-triq, u b'mod partikolari l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-konġestjoni, iħallu impatt lil hinn mill-fruntieri nazzjonali. Għalhekk hemm bżonn li l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 92/106/KEE jitwessa' jitwessa' għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinati nazzjonali (bejn l-Istati Membri) ħalli jiġi appoġġat l-iżvilupp addizzjonali tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni, u b'hekk tiżdied il-bidla modali minn trasport bit-triq għal trasport ferrovjarju, mill-passaġġi fuq l-ilma interni u trasport bil-baħar f'distanzi qosra. Id-deroga mir-regoli ta' kabotaġġ, madankollu, għadha tapplika biss għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat internazzjonali li jitwettqu bejn diversi Stati Membri. L-Istati Membri se jkunu rikjesti jwettqu kontrolli effettivi biex jiżguraw il-ħarsien ta' dawk ir-regoli u jippromwovu l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet soċjali u tax-xogħol fost id-diversi modi tat-trasport u fost l-Istati Membri differenti. [Em. 7]

(7)

Operazzjoni tat-trasport ikkombinat trid titqies bħala operazzjoni waħda tat-trasport li tikkompeti direttament ma’ operazzjoni tat-trasport unimodali mill-punt tat-tluq sad-destinazzjoni finali. Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet regolatorji jiżguraw l-ekwivalenza bejn it-trasport ikkombinat internazzjonali u t-trasport unimodali internazzjonali, it-trasport ikkombinat nazzjonali u t-trasport unimodali nazzjonali rispettivament.

(7a)

Sabiex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-suq intern, il-partijiet bit-triq tal-vjaġġ ta' operazzjoni tat-trasport ikkombinat jenħtieġ li jkunu koperti bir-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009  (5) u (KE) Nru 1072/2009  (6) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jekk huma parti minn operazzjoni tat-trasport internazzjonali jew parti minn operazzjoni tat-trasport domestika rispettivament. Huwa meħtieġ ukoll li tiġi żgurata l-protezzjoni soċjali tas-sewwieqa li jkunu qed iwettqu attivitajiet fi Stat Membru ieħor. Id-dispożizzjonijiet dwar l-istazzjonament tas-sewwieqa, previsti fid-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (7) , u dwar l-infurzar ta' dawk id-dispożizzjonijiet skont id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (8) , jenħtieġ li jkunu japplikaw għall-operaturi tat-trasport li joperaw fil-partijiet bit-triq tal-vjaġġ tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat. Il-partijiet bit-triq tal-vjaġġ jenħtieġ li jitqiesu li huma parti integrali minn operazzjoni tat-trasport ikkombinat unika. B'mod partikolari, ir-regoli dwar l-operazzjonijiet tat-trasport internazzjonali previsti minn dawk id-Direttivi jenħtieġ li japplikaw għall-partijiet bit-triq tal-vjaġġ li jagħmlu parti minn operazzjoni tat-trasport ikkombinat internazzjonali. Barra minn hekk, fil-każ ta' operazzjonijiet ta' kabotaġġ, ir-regoli dwar it-trasport ta' kabotaġġ stabbiliti fir-Regolament 1072/2009 jenħtieġ li japplikaw għall-partijiet bit-triq tal-vjaġġ li jagħmlu parti minn operazzjoni domestika tat-trasport ikkombinat. [Em. 8]

(8)

Id-definizzjoni attwali ta’ trasport ikkombinat tinkludi limiti differenti fid-distanza tal-partijiet bit-triq tal-vjaġġ ta’ operazzjoni tat-trasport ikkombinat, skont il-modalità tal-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq, u fil-każ tat-trasport ferrovjarju, ma tinkludix limitu fiss ta’ distanza iżda minflok tqis il-kunċett ta’ “l-eqreb terminal adattat” biex tagħti ċerta flessibbiltà skont is-sitwazzjonijiet speċifiċi. Dik id-definizzjoni ħolqot bosta diffikultajiet fl-implimentazzjoni tagħha minħabba interpretazzjonijiet varji u minħabba ċerti diffikultajiet biex jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-implimentazzjoni. Ikun utli li jixxejnu dawn l-ambigwitajiet u li fl-istess waqt ikun żgurat li jinżamm ċertu livell ta’ flessibbiltà.

(9)

Fid-definizzjoni attwali ta’ trasport ikkombinat, id-distanza minima ta’ 100 km għall-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq ta’ operazzjoni tat-trasport ikkombinat tiżgura li tkopri ħafna mill-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat. Il-partijiet ferrovjarji u bil-baħar f’distanzi qosra tal-vjaġġ isiru f’distanzi twal ħalli jkunu kompetittivi mat-trasport bit-triq biss. Dik id-distanza minima tiżgura wkoll li ċerti operazzjonijiet speċifiċi jkunu esklużi mill-ambitu, fosthom il-qasmiet qosra bil-vapuri jew it-trasport tal-baħar fond li se jseħħu xorta waħda. Madankollu, b’dawn il-limitazzjonijiet, għadd ta’ operazzjonijiet madwar il-portijiet u fl-agglomerazzjonijiet tal-passaġġi fuq l-ilma interniu madwarhom, li jikkontribwixxu bil-bosta biex titneħħa l-konġestjoni min-netwerks tat-toroq fil-portijiet tal-baħar u fiż-żoni viċini tal-kummerċ u biex jonqsu l-piżijiet ambjentali fl-agglomerazzjonijiet, mhumiex meqjusa għall-finijiet tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat. Għaldaqstant, hu utli li dik id-distanza minima titneħħa u tibqa’ l-esklużjoni ta’ ċerti operazzjonijiet bħal dawk li jinkludu t-trasport tal-baħar fond jew il-qasmiet qosra bil-vapuri.

(9a)

Hemm il-ħtieġa li jiġi ċċarat li huwa permessi li t-trejlers u s-semitrejlers li jistgħu jintrefgħu minn krejn ikollhom piż gross ta' 44 tunnellata jekk l-unitajiet tat-tagħbija huma identifikati skont l-istandards ISO6346 u EN13044. [Em. 9]

(10)

Il-limitu minimu tad-daqs tal-unitajiet tat-tagħbija li bħalissa tispeċifika d-definizzjoni ta’ trasport ikkombinat jista’ jxekkel l-iżvilupp futur ta’ soluzzjonijiet intermodali innovattivi għat-trasport urban. Għall-kuntrarju, il-kapaċità li l-unitajiet tat-tagħbija jiġu identifikati permezz ta’ standards eżistenti tista’ tħaffef l-immaniġġar tagħhom fit-terminals u tiffaċilita l-fluss tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat biex ikun żgurat immaniġġar aktar faċli tal-unitajiet tat-tagħbija ddefiniti u jkun żgurat li dawn ikunu xierqa għall-ħtiġijiet tal-ġejjieni.

(11)

L-użu antikwat tat-timbri bħala prova li saret operazzjoni tat-trasport ikkombinat ixekkel l-infurzar effettiv jew il-verifika tal-eliġibbiltà għall-miżuri previsti fid-Direttiva 92/106/KEE. Jenħtieġ li l-evidenza meħtieġa bħala prova li qed issir operazzjoni tat-trasport ikkombinat tiġi ċċarata flimkien mal-mezzi li bihom trid tingħata din il-prova. Jenħtieġ li jitħeġġu l-użu u t-trażmissjoni tal-informazzjoni elettronika dwar it-trasport, li għandha tissimplifika l-għoti tal-evidenza rilevanti u t-trattament tagħha mill-awtoritajiet rilevanti bl-għan li, fil-ġejjieni, jiġi eliminat b'mod gradwali l-użu tad-dokumenti stampati . Il-format użat jenħtieġ ikun affidabbli u awtentiku. Il-qafas regolatorju u l-inizjattivi li jissimplifikaw il-proċeduri amministrattivi u d-diġitalizzazzjoni tal-aspetti tat-trasport, jenħtieġ iqisu l-iżviluppi fil-livell tal-Unjoni. [Em. 10]

(11a)

Bil-ħsieb li t-trasport ikkombinat isir kompetittiv u attraenti għall-operaturi, b'mod partikolari għall-intrapriżi żgħar ħafna (VSEs) u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), jenħtieġ li jitnaqqas kemm jista' jkun il-piż amministrattiv li jista' jġib miegħu t-twettiq ta' operazzjoni tat-trasport ikkombinat apparagun ta' operazzjoni tat-trasport unimodali. [Em. 11]

(12)

L-ambitu tal-miżuri attwali ta' appoġġ ekonomiku, kif definit fid-Direttiva 92/106/KEE, hu limitat ħafna u jikkonsisti f'miżuri fiskali (jiġifieri r-rifużjoni jew it-tnaqqis tat-taxxi) relatati biss ma' operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat ferrovjarju/bit-triq. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jiġu estiżi għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat li jkopru t-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu. Jenħtieġ li jkunu appoġġati wkoll tipi oħra ta' miżuri rilevanti, bħalma huma l-miżuri ta' appoġġ għall-investiment infrastrutturali fl-infrastruttura u fit-teknoloġiji diġitali jew miżuri differenti ta' appoġġ ekonomiku. Fir-rigward tat-teknoloġiji diġitali, għandu jiġi previst perjodu ta' tranżizzjoni għad-dematerjalizzazzjoni tad-dokumenti li jiċċertifikaw li t-trasport ikkombinat ikun seħħ. Matul dak il-perjodu, l-istrumenti tal-awtoritajiet ta' spezzjoni jenħtieġ li jkunu teknoloġikament aġġornati. L-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità lill-investiment fit-terminals tat-trażbord sabiex titnaqqas il-konġestjoni fit-toroq, jittaffa l-iżolament taż-żoni industrijali li huma nieqsa minn tali infrastruttura u jittejbu l-aċċessibbiltà u konnettività fiżika u diġitali tal-faċilitajiet li jittrattaw il-merkanzija. [Em. 12]

(13)

L-ostaklu infrastrutturali ewlieni li qed ixekkel it-tranżizzjoni minn trasport tal-merkanzija bit-triq għal modi oħra tat-trasport jinsab fil-livell ta' terminals tat-trażbord , u qed jiġi aggravat min-nuqqas ta' implimentazzjni koerenti tan-netwerk tat-TEN-T . Id-distribuzzjoni attwali u l-kopertura tat-terminals tat-trażbord fl-Unjoni, tal-anqas tul in-netwerk Komprensiv u Ewlieni tat-TEN-T eżistenti, mhumiex biżżejjed, iżda l-kapaċità tat-terminals tat-trażbord eżistenti qed toqrob lejn il-limitu tagħha u jeħtieġ tiġi żviluppata biex tkun tista' tlaħħaq maż-żieda ġenerali fit-traffiku tal-merkanzija. B'investiment fil-kapaċità tat-terminals tat-trażbord jistgħu jonqsu l-kostijiet ġenerali tat-trażbord, u b'hekk tiġi ġġenerata bidla modali dderivata, bħalma ġara f'xi Stati Membri. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Istati Membri, b'koordinazzjoni mal-Istati Membri ġirien u mal-Kummissjoni, jiżguraw li , fejn meħtieġ, it-terminals tat-trażbord eżistenti jiġu estiżi u li l-operaturi tat-trasport ikollhom għad-dispożizzjoni tagħhom jew jinbnewlhom aktar terminals tat-trażbord għat-trasport ikkombinat u aktar kapaċità tat-trażbord jew li l-punti tat-trażbord ikunu installati fiż-żoni fejn dawn huma meħtieġa . Dan jinċentiva l-użu ta' trasport tal-merkanzija alternattiv u jżid il-bidla modali, u b'hekk l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat jagħmilhom aktar kompetittivi mit-trasport bit-triq waħdu. Tal-anqas jenħtieġ li ż-żieda fil-kopertura u fil-kapaċità tat-terminals tat-trażbord tiġi stabbilita tul in-netwerks Komprensivi u Ewlenin tat-TEN-T eżistenti. Bħala medja, jenħtieġ li tal-inqas wieħed mit-terminals xierqa tat-trażbord għat-trasport ikkombinat ikun jinsab sa 150 km 'il bogħod minn post tat-trażbord fl-Unjoni. It-trasport ikkombinat jenħtieġ li jibbenefika mid-dħul iġġenerat mill-imposta ta' tariffi għall-kostijiet esterni prevista fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (9) . [Em. 13]

(13a)

L-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu prijorità lill-investiment fit-terminals tat-trażbord biex inaqqsu r-restrinġiment tat-traffiku u ż-żoni ta' konġestjoni, b'mod partikolari viċin iż-żoni urbani u suburbani, sabiex jiffaċilitaw il-qsim ta' ostakli naturali bħalma huma ż-żoni muntanjużi, biex itejbu l-konnessjonijiet transfruntiera, biex inaqqsu l-emissjonijiet ta' sustanzi dannużi fl-arja u biex itejbu l-aċċess lejn u miż-żoni industrijali li huma neqsin minn tali infrastruttura. [Em. 14]

(14)

L-Istati Membri jenħtieġ jimplimentaw miżuri ta' appoġġ ekonomiku addizzjonali apparti dawk diġà eżistenti, biex jolqtu l-partijiet varji tal-vjaġġ ta' operazzjoni tat-transport ikkombinat, biex jonqos it-trasport tal-merkanzija bit-triq u biex jitħeġġeġ l-użu ta' modi oħra tat-trasport bħat-trasport ferrovjarju, it-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu, u b'hekk jonqsu t-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq, l-istorbju u l-konġestjoni , kif ukoll biex tiġi inkoraġġita l-azzjoni biex tingħata spinta lid-diġitalizzazzjoni tas-settur u lis-suq intern u biex dawn jiġu implimentati . Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu t-tnaqqis ta' ċerti taxxi jew tariffi tat-trasport, għotjiet għal trasport intermodali b'unitajiet tat-tagħbija effettivi f'operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, jew ir-rifużjoni parzjali tal-kostijiet tat-trażbord , fost miżuri oħra. Tali miżuri jistgħu jinkludu t-trawwim tal-integrazzjoni ta' sistemi konnessi u l-awtomatizzazzjoni tal-operazzjonijiet kif ukoll investiment fil-loġistika diġitali, teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni innovattivi għas-sistemi tat-trattament tal-merkanzija u sistemi tat-trasport intelliġenti ħalli jiġu ffaċilitati l-flussi tal-informazzjoni. Tali miżuri jistgħu jinkludu wkoll l-għoti ta' spinta lill-prestazzjoni ambjentali, l-effiċjenza u s-sostenibbiltà tat-trasport ikkombinat billi jiġi inkoraġġit l-użu ta' vetturi nodfa jew b'livell baxx ta' emissjonijiet u l-użu ta' fjuwils alternattivi, l-appoġġ lill-isforzi favi l-effiċjenza tal-enerġija u l-użu tal-enerġija rinnovabbli tul il-katina kollha tat-trasport ikkombinat u t-tnaqqis tad-diversi tipi ta' inkonvenjenza li għandha x'taqsam mat-trasport, inklużi l-ħsejjes . [Em. 15]

(14a)

Jenħtieġ li l-fondi u l-programmi varji tal-Unjoni għall-finanzjament għar-riċerka jkomplu jappoġġaw lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-għanijiet ta' din id-Direttiva. [Em. 16]

(14b)

L-investiment fil-loġistika jikkostitwixxi imbottatura oħra importanti biex it-trasport ikkombinat isir aktar kompetittiv. Li wieħed jirrikorri għall-użu iktar sistematiku ta' soluzzjonijiet diġitali, bħalma huma t-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u s-sistemi intelliġenti konnessi, se jiffaċilita l-iskambju tad-data, se jgħin biex tiżdied l-effiċjenza u jitnaqqsu l-kosti tal-operazzjonijiet tat-trażbord u se jnaqqas il-ħin li tali operazzjonijiet jieħdu. [Em. 17]

(14c)

L-investiment fit-taħriġ tal-ħaddiema fil-katina tal-loġistika, b'mod partikolari dik fit-terminals tat-trażbord, ikun jgħin ukoll biex tiżdied il-kompetittività tat-trasport ikkombinat. [Em. 18]

(15)

Jenħtieġ li jiġu implimentati miżuri ta' appoġġ għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, b'konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat li hemm minquxa fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-TFUE). L-għajnuna mill-Istat tiffaċilita l-iżvilupp ta' attivitajiet ekonomiċi meta ma taffettwax il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sal-punt li tmur kontra l-interess komuni fis-sens tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, u hija għodda utli biex tiġi promossa l-eżekuzzjoni ta' proġetti importanti ta' interess komuni Ewropew fis-sens tal-Artikolu 107(3)(b) tat-TFUE. Għalhekk, f'tali każijiet, il-Kummissjoni jenħtieġ li tikkunsidra għandhiex teżenta b'mod parzjali lill-Istati Membri mir-rekwiżit li jinfurmaw lill-Kummissjoni previst fl-Artikolu 108(3) tat-TFUE. [Em. 19]

(16)

Jenħtieġ Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri jiġu evitati investimenti duplikati possibbli bejn l-Istati Membri li jinsabu qrib ta' appoġġ xulxin, jenħtieġ li jiġu kkoordinati miżuri ta' appoġġ , kif meħtieġ, bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni permezz ta' kooperazzjoni mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri . [Em. 20]

(17)

Jenħtieġ ukoll li l-miżuri ta' appoġġ jiġu rieżaminati wkoll b'mod regolari mill-Istati Membri ħalli dawn jiżguraw l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom , u jenħtieġ li jiġi vvalutat l-impatt ġenerali tagħhom fuq is-settur tat-trasport Ewropew, kif rifless fl-Istrateġija Ewropea għall-Mobbiltà b'Emissjonijiet Baxxi. Jenħtieġ li jittieħdu miżuri korrettivi skont il-ħtieġa. Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Istati Membri, valutazzjoni tad-diversi miżuri li l-Istati Membri jieħdu kif ukoll tal-effikaċja ta' dawk il-miżuri, u jenħtieġ li tippromwovi l-kondiviżjoni tal-aħjar prattika . [Em. 21]

(18)

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li ma ssirx distinzjoni bejn it-trasport ikkombinat għall-kiri jew kumpens u t-trasport ikkombinat għall-kont proprju.

(18a)

Bħalissa n-nuqqas ta' statistika komparabbli u affidabbli qed ikun ta' ostaklu għall-evalwazzjoni tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni u għall-adozzjoni ta' miżuri biex jiġi sfruttat il-potenzjal tiegħu. [Em. 22]

(19)

Sabiex ilaħħqu mal-evoluzzjoni tat-trasport fl-Unjoni, u b'mod partikolari s-suq tat-trasport ikkombinat, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġbru d-dejta u l-informazzjoni rilevanti u jgħadduhom lill-Kummissjoni b'mod regolari, filwaqt li l-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew , lill-Kunsill lill-Kunsill lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar l-applikazzjoni ta' din id-Direttiva kull erba' snin. [Em. 23]

(19a)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun responsabbli mill-applikazzjoni korretta ta' din id-Direttiva u għall-ilħuq tal-objettiv tal-iżvilupp tat-trasport ikkombinat madwar l-Unjoni kollha sal-2030 u l-2050. Għal dan il-għan, jenħtieġ li tivvaluta regolarment il-progress fiż-żieda tal-proporzjon tat-trasport ikkombinat f'kull Stat Membru, abbażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u, jekk meħtieġ, tressaq proposta biex temenda din id-Direttiva bil-għan li dak l-objettiv jintlaħaq għall-Unjoni kollha. [Em. 24]

(20)

It-trasparenza hi importanti għal kull parti konċernata involuta fl-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, l-aktar dawk affettwati minn din id-Direttiva. Biex isostnu din it-trasparenza, u jippromwovu aktar koperazzjoni, jenħtieġ li f’kull Stat Membru jiġu identifikati l-awtoritajiet kompetenti.

(21)

Sabiex jitqiesu l-iżviluppi tas-suq u l-progress tekniku, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE tingħata lill-Kummissjoni biex din id-Direttiva tiġi ssupplimentata b’aktar dettalji dwar l-informazzjoni fuq l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat li jridu jirrappurtaw l-Istati Membri. B’mod partikolari hu importanti li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell ta’ esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (10). B’mod partikolari biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ndaqs waqt it-tħejjija tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(22)

Ladarba l-għanijiet Peress li l-objettivi ta’ din id-Direttiva li jkomplu jħeġġu t-tranżizzjoni minn trasport bit-triq għal modi tat-trasport aktar favur l-ambjent, u b’hekk jonqsu l-esternalitajiet negattivi tas-sistema tat-trasport tal-Unjoni , jiġifieri li t-trasport ikkombinat isir kompetittiv meta mqabbel mat-trasport bit-triq , ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri, iżda li minflok, minħabba n-natura primarjament transfruntiera tat-trasport ikkombinat tal-merkanzija u l-infrastruttura interkonnessa, u minħabba l-problemi li din id-Direttiva tfasslet biex tindirizza, jistgħu jinkisbu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-għanijiet. [Em. 25]

(23)

Għaldaqstant, id-Direttiva 92/106/KEE jenħtieġ li tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Id-Direttiva 92/106/KEE hi emendata kif ġej:

(1)

it-titolu jinbidel b’dan li ġej:

“Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar it-twaqqif ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat tal-merkanzija”;

(2)

l-Artikolu 1 qed jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 1

1.   Din id-Direttiva tapplika għall-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat.

2.   Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, ‘trasport ikkombinat’ tfisser it-trasport tal-merkanzija b’operazzjoni tat-trasport, li tikkonsisti minn parti bit-triq inizjali tal-vjaġġ jew minn parti bit-triq finali tal-vjaġġ, jew mit-tnejn, u minn parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq u li tuża trasport ferrovjarju, trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni jew trasport marittimu:

(a)

bi trejler jew semitrejler, b'unità ta' trattur jew le, kaxxa skambjabbli jew kontejner, identifikati skont is-sistema tal-identifikazzjoni stabbilita skont l-istandards internazzjonali ISO6346 u EN13044, inklużi s-semitrejlers b'piż gross massimu permess ta' 44 tunnellata li jistgħu jintrefgħu minn krejn, meta l-unità tat-tagħbija intermodali li ma tkunx akkumpanjata tiġi trażbordata bejn il-modi differenti tat-trasport (operazzjoni tat-trasport ikkombinat mhux akkumpanjat) ; jew [Em. 26]

(b)

b'vettura tat-triq li hija akkumpanjata mis-sewwieq tagħha u li tinġarr bi trasport ferrovjarju, trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni jew trasport marittimu għall-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq (operazzjoni tat-trasport akkumpanjat) . [Em. 27]

B'deroga, il-punt (a) ta' dan il-paragrafu għandu sa [ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data ta' 5 snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] ikopri wkoll lil dawk it-trejlers u semitrejlers li ma jistgħux jintrefgħu minn krejn fit-trasport ikkombinat mhux akkumpanjat li mhumiex identifikati skont is-sistema ta' identifikazzjoni stabbilita skont l-istandards internazzjonali ISO6346 u EN13044. [Em. 28]

Il-partijiet tal-vjaġġ li mhumiex bit-triq u li jużaw it-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni jew it-trasport marittimu li għalihom ma teżisti l-ebda alternattiva ekwivalenti ta’ trasport bit-triq jew li huma inevitabbli f’operazzjoni tat-trasport kummerċjalment vijabbli, kummerċjalment vijabbli ta' trasport bit-triq ma għandhomx jitqiesu għall-finijiet tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat. [Em. 29]

3.   Kull parti ta’ vjaġġ li tissemma fil-paragrafu 2 ma għandhiex taqbeż l-itwal distanza minn fost dawn id-distanzi li ġejjin fit-territorju tal-Unjoni:

(a)

distanza ta’ 150 km f’linja dritta;

(b)

20 % tad-distanza f’linja dritta bejn il-punt tat-tagħbija għall-parti inizjali tal-vjaġġ u l-punt tal-ħatt għall-parti finali tal-vjaġġ, meta din tkun itwal mid-distanza msemmija fil-punt (a). [Em. 30]

Dak il-limitu fid-distanza tal-parti bit-triq tal-vjaġġ għandu japplika għal kull parti bit-triq tal-vjaġġ, inkluż għal kull waqfa intermedjarja għal ġbir u twassil. Dan ma għandux japplika għat-trasport ta’ unitajiet tat-tagħbija vojta jew għat-trasport lejn il-post tal-ġbir tal-merkanzija jew għat-trasport mill-post tat-twassil tal-merkanzija.

Il-limitu fid-distanza ta' distanza tal-parti bit-triq tal-vjaġġ jista' speċifikat f'dan il-paragrafu għandu jitħalla jinqabeż waqt l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat bit-triq/ferrovjarju, diment li dan ikun awtorizzat mill-Istati Membri li fit-territorju tagħhom issir il-parti bit-triq tal-vjaġġ, jekk dan ikun neċessarju biex jintlaħaq l-eqreb terminal it-terminal tat-trażbord jew il-punt tat-trażbord ġeografikament l-aktar qrib li għandu l-kapaċità tat-trażbord operazzjonali meħtieġa għat-tagħbija jew għall-ħatt mil-lat ta' tagħmir tat-trażbord, kapaċità tat-trażbord u ħinijiet tal-ftuħ tat-terminal u servizzi ferrovjarji xierqa tal-merkanzija , f'każ li ma jkunx hemm terminal jew punt tat-trażbord li jissodisfa dawn il-kundizzjonijiet kollha fi ħdan il-limitu ta' distanza. Tali qbiż tad-distanza għandu jkun iġġustifikat kif dovut skont l-Artikolu 3, paragrafu 2, punt ea. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu t-tul tad-distanza tal-parti bit-triq tal-vjaġġ ta' 150 km b'sa 50 % fil-każ ta' operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat bit-triq/ferrovjarji f'parti mit-territorju tagħhom iddefinita b'mod preċiż għal raġunijiet ambjentali kemm-il darba jkun jinsab terminal adattat f'dak il-limitu ta' distanza. [Em. 31]

4.   Operazzjoni tat-trasport ikkombinat għandha titqies li tkun seħħet fl-Unjoni meta l-operazzjoni jew parti minnha li sseħħ fl-Unjoni tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3." Għall-fini ta' din id-Direttiva, il-parti bit-triq tal-vjaġġ u/jew il-parti tal-vjaġġ li mhijiex bit-triq jew il-parti minnu li sseħħ barra mit-territorju tal-Unjoni m'għandhiex titqies bħala parti mill-operazzjoni tat-trasport ikkombinat. .”[Em. 32]

(3)

l-Artikolu 3 qed jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-trasport bit-triq jitqies bħala parti minn operazzjoni tat-trasport ikkombinat koperta minn din id-Direttiva biss jekk it-trasportatur jista' jipproduċi informazzjoni li tagħti evidenza ċara li dan it-trasport bit-triq jinkludi jikkostitwixxi parti bit-triq tal-vjaġġ ta' operazzjoni tat-trasport ikkombinat, inkluż it-trasport tal-unitajiet tat-tagħbija vojta qabel u wara il-ġarr u jekk dik l-informazzjoni tiġix trażmessa kif xieraq lill-operatur tat-trasport tal-merkanzija bit-triq li jkun qed iwettaq l-operazzjoni tat-trasport qabel ma tibda l-operazzjoni . [Em. 33]

2.   L-evidenza Sabiex titqies bħala evidenza ċara, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu tal-inqas  1 għandha titressaq jew tiġi trażmessa fil-format imsemmi fil-paragrafu 5 u għandha tinkludi dawn id-dettalji li ġejjin għal kull operazzjoni tat-transport ikkombinat: [Em. 34]

(a)

l-isem, l-indirizz, id-dettalji tal-kuntatt u l-firma tal-konsenjatur;[.]

(aa)

jekk differenti mill-konsenjatur, l-isem, l-indirizz, id-dettalji tal-kuntatt u l-firma tal-operatur responsabbli għar-rotta magħżula tal-operazzjoni tat-trasport ikkombinat; [Em. 35]

(b)

il-post u d-data meta tibda l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni;

(c)

l-isem, l-indirizz, u d-dettalji tal-kuntatt tal-konsenjatarju;

(d)

il-post fejn tintemm l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni;

(e)

id-distanza f’linja dritta bejn il-post fejn tibda l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat u l-post fejn tintemm l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni;

(ea)

(ea) jekk dik id-distanza taqbeż il-limiti msemmija fl-Artikolu 1(3), ġustifikazzjoni skont il-kriterji previsti fl-aħħar subparagrafu ta' dak l-artikolu; [Em. 36]

(f)

deskrizzjoni tar-rotta li se tieħu l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat, iffirmata mill-konsenjatur, mill-operatur responsabbli għall-ippjanar, fejn il-firma tista' tfisser firma elettronica , li tal-inqas tkun tinkludi dawn id-dettalji li ġejjin għal kull parti tal-vjaġġ, inkluż għal kull mod tat-trasport tal-partijiet tal-vjaġġ li mhumiex bit-triq tal-operazzjoni fi ħdan l-Unjoni: [Em. 37]

(i)

l-ordni tal-partijiet tal-vjaġġ (jiġiferi l-parti inizjali tal-vjaġġ, il-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq, jew il-parti finali tal-vjaġġ);

(ii)

l-isem, l-indirizz, u d-dettalji tal-kuntatt tat-trasportatur (i) ; [Em. 38]

(iii)

il-mod tat-trasport u l-ordni tiegħu fl-operazzjoni;

(g)

identifikazzjoni tal-unità tat-tagħbija intermodali trasportata;

(h)

għall-parti bit-triq inizjali tal-vjaġġ:

(i)

il-post tat-trażbord tal-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq; [Em. 39]

(ii)

id-distanza tal-parti bit-triq inizjali tal-vjaġġ f'linja dritta bejn il-post tat-tagħbija u l-ewwel terminal tat-trasport jew punt ta' terminal tat-trażbord; [Em. 40]

(iii)

jekk titlesta l-parti bit-triq inizjali tal-vjaġġ, it-trasportatur l-operatur tat-trasport irid jiffirma biex jikkonferma li tkun saret l-operazzjoni tat-trasport tal-parti bit-triq tal-vjaġġ; [Em. 41]

(i)

għall-parti bit-triq finali tal-vjaġġ:

(i)

il-post fejn tittieħed il-merkanzija mill-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq (trasport ferrovjarju, trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u trasport marittimu);

(ii)

id-distanza tal-parti bit-triq finali tal-vjaġġ f’linja dritta bejn il-post tat-trażbord u l-post fejn tintemm l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni); [Em. 42]

(j)

għall-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq:

(i)

jekk titlesta l-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq, it-trasportatur (jew it-trasportaturi fil-każ ta’ żewġ operazzjonijiet jew aktar li mhumiex bit-triq waqt il-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq) irid jiffirma biex jikkonferma li tkun saret l-operazzjoni tat-trasport tal-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq;

(ii)

meta disponibbli, il-firma jew is-siġill tal-awtoritajiet ferrovjarji tal-awtorità ferrovjarja jew tal-port rilevanti tal-korp responsabbli fit-terminals rilevanti (l-istazzjon tal-ferrovija jew il-port) ikkonċernati tul l-operazzjoni tal-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq, li jikkonfermaw li tlestiet il-parti tal-vjaġġ li mhix bit-triq. [Em. 43]

(ja)

meta l-limiti ta' distanza tal-parti bit-triq tal-vjaġġ jinqabżu skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(3), ir-raġunijiet li jiġġustifikaw dan il-qbiż tal-limiti. [Em. 44]

3.   Ma għandu jintalab l-ebda dokument addizzjonali bħala evidenza li t-trasportatur qed iwettaq operazzjoni tat-trasport ikkombinat.

4.   L-evidenza msemmija fil-paragrafu 1 għandha tingħata jew tintbagħat malli tintalab mill-uffiċjal awtorizzat ta' spezzjoni tal-Istat Membru fejn ikun qed isir il-kontroll u fil-format imsemmi fil-paragrafu 5 . Fil-każ ta' kontroll mal-ġenb tat-triq, l-evidenza għandha tingħata waqt dan il-kontroll. Din , u sa żmien massimu ta' 45 minuta . . Jekk ma jkunux jistgħu jkunu disponibbli fil-ħin tal-kontroll fit-triq, il-firem imsemmija fil-punt (h)(iii) u l-punt (j) tal-paragrafu 2 għandhom jiġu ppreżentanti jew trażmessi fi żmien 5 ijiem tax-xogħol wara l-kontroll lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. L-evidenza għandha tingħata b'lingwa uffiċjali ta' dak l-Istat Membru jew bl-Ingliż. Waqt il-kontroll mal-ġenb tat-triq, ix-xufier għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-meniġer tat-trasport jew lil xi persuna jew entità oħra li jistgħu jgħinuh biex jipprovdi l-evidenza l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. [Em. 45]

5.   L-evidenza tista' tingħata permezz ta' dokument tat-trasport li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 11, jew permezz ta' dokumenti tat-trasport oħrajn eżistenti, bħalma huma d-dokument tat-trasport tal-Konvenzjoni dwar il-Kuntratt tat-Trasport n-noti ta' konsenja previsti taħt konvenzjonijiet internazzjonali tal-Merkanzija bit-Triq (CMR) jew id-dokument tat-trasport tar-Regoli Uniformi dwar il-Kuntratt ta' Ġarr Internazzjonali jew nazzjonali eżistenti dwar it-trasport, sakemm tiġi stabbilita formola standardizzata mill-Kummissjoni permezz ta' Oġġetti bil-Ferrovija (CIM) atti ta' implimentazzjoni . [Em. 46]

Din l-evidenza tista' tingħata jew tintbagħat b'mod elettroniku, b'format strutturat li jista' jiġi rivedut u li jista' jintuża direttament biex jiġi storjat u pproċessat bil-kompjuters, inkluż b'mod li tissuplimenta n-nota ta' konsenja elettronika skont il-Konvenzjoni il-konvenzjonijiet internazzjonali jew nazzjonali eżistenti dwar il-Kuntratt tat-Trasport Internazzjonali tal-Merkanzija bit-Triq (eCMR) għall-parti bit-triq tal-vjaġġ it-trasport. L-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom ikunu rikjesti li jaċċettaw l-informazzjoni elettronika relatata mal-evidenza. Meta l-iskambji tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-operaturi jsiru permezz ta' għodod elettroniċi, tali skambji u l-ħżin ta' tali informazzjoni għandhom isiru permezz ta' tekniki elettroniċi għall-ipproċessar tad-data. [Em. 47]

L-Istati Membri għandhom jersqu lejn dematerjalizzazzjoni gradwali tad-dokumentazzjoni, u għandhom jipprevedu perjodu ta' tranżizzjoni sa meta l-użu tal-format fuq karta jkun ġie abbandunat għalkollox. [Em. 48]

6.   Għall-finijiet ta' kontrolli mal-ġenb tat-triq, xi diskrepanza bejn l-operazzjoni tat-trasport u l-evidenza mogħtija, b'mod partikolari fir-rigward tal-informazzjoni dwar ir-rotta li se tieħu l-operazzjoni tat-trasport imsemmija fil-punt fil-punti (f), (h) u (g i ) tal-paragrafu 2 għandha tkun permessa, diment li tiġi ġġustifikata kif xieraq, fil-każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll tat-trasportatur tal-operatur (i)  tat-trasport li wasslu għal tibdil fl-operazzjoni tat-trasport ikkombinat. Għal dak il-għan, is-sewwieq għandu jitħalla jikkuntattja lill-uffiċċju prinċipali, lill-meniġer tat-trasport jew lil xi persuna jew entità oħra li jistgħu jipprovdu ġustifikazzjoni addizzjonali dwar id-diskrepanza bejn l-evidenza mogħtija u l-operazzjoni reali.”[Em. 49]

(4)

l-Artikolu 5 qed jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 5

1.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu rapport lill-Kummissjoni għall-ewwel darba sa mhux aktar tard minn [xx/xx/xxxx - 18 months after transposition of the Directive 12-il xahar wara t-traspożizzjoni tad-Direttiva ] u mbagħad kull sentejn, li jipprovdi din l-informazzjoni li ġejja relatata mal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat fit-territorju tagħhom, li tkopri din id-Direttiva: [Em. 50]

(a)

il-mogħdijiet il-kurituri fin-netwerk tat-trasport nazzjonali u transfruntier li ntużaw fl-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat; [Em. 51]

(b)

Il-volum totali u annwali , f'unità ekwivalenti għal għoxrin pied (TUE) u f'kilometri ta' tunnellati, tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat skont it-tip ta' operazzjoni (trasport parti bit-triq tal-vjaġġ/parti tal-vjaġġ li mhijiex bit-triq, jiġifieri permezz tat-trasport ferrovjarju, trasport bit-triq/fil-passaġġi passaġġi fuq l-ilma interni, eċċ… intern u rotot marittimi ) u skont il-kopertura ġeografika (nazzjonali u intra-Unjoni); [Em. 52]

(c)

l-għadd ta' trażbordijiet imwettqa permezz ta' teknoloġiji bimodali u kopertura ġeografika ta' dawn il-punti ta' trażbordijiet, kif ukoll il-għadd, il-post u l-kopertura ġeografika tat-terminals li jifilħu operazzjonijiet jaqdu l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat , bi tqassim skont it-tip ta' operazzjonijiet għal kull terminal (parti bit-triq tal-vjaġġ/parti tal-vjaġġ li mhijiex bit-triq, jiġifieri permezz tat-trasport ferrovjarju, passaġġi fuq l-ilma intern, rotot marittimi) u l-għadd ta' trażbordi annwali f'dawk it-terminals u valutazzjoni tal-kapaċità użata fit-terminals ; [Em. 53]

(ca)

l-evoluzzjoni tas-sehem tat-trasport ikkombinat u tal-modi differenti tat-trasport fit-territorju, [Em. 54]

(d)

ħarsa ġenerali lejn il-miżuri kollha ta' appoġġ nazzjonali li jintużaw u li huma maħsuba li se jintużaw , inkluż l-użu rispettiv tagħhom u  l-impatt stmat fuq l-użu tat-trasport ikkombinat l-impatt stmat l-effett tagħhom fir-rigward tas-sostenibbiltà soċjali u ambjentali, ir-restrinġiment tat-traffiku, il-konġestjoni, is-sikurezza u l-effiċjenza . [Em. 55]

(da)

l-għadd u l-post ġeografiku tal-operazzjonijiet li jaqbżu l-limitu ta' distanza tal-parti bit-triq tal-vjaġġ imsemmi fl-Artikolu 1(3). [Em. 56]

(db)

l-oriġini u d-destinazzjonijiet, fil-livell tal-NUTS 3, tal-flussi tal-merkanzija fit-toroq tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T) definiti fir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*1) ; [Em. 57]

1a.     Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-data trażmessa mill-Istati Membri f'forma li tagħmel possibbli t-tqabbil bejn l-Istati Membri. [Em. 58]

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, b’konformità mal-Artikolu 10a, biex tissupplimenta din id-Direttiva billi tiddeskrivi l-kontenut u d-dettalji tal-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   Abbażi ta' analiżi tar-rapporti nazzjonali, u d-data statistika miġbura abbażi tal-indikaturi u l-metodoloġiji li huma komuni għall-UE kollha, għall-ewwel istanza sa mhux aktar tard minn [xx/xx/xxx – 9 months after the MS report submission deadline xhur mid-data ta' skadenza tal-preżentazzjoni tar-rapporti tal-Istati Membri] u mbagħad kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tħejji u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew , lill-Kunsill lill-Kunsill lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri dwar: [Em. 59]

(a)

l-iżvilupp ekonomiku tat-trasport ikkombinat, fil-livell tal-Istati Membri u f'dak tal-Unjoni kollha, speċjalment fid-dawl tal-evoluzzjoni tal-prestazzjoni ambjentali tal-modi differenti tat-trasport; [Em. 60]

(b)

l-effetti tal-implimentazzjoni tad-Direttiva u l-atti leġiżlattivi relatati tal-Unjoni f’dan il-qasam;

(c)

l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżuri ta' appoġġ previsti fl-Artikolu 6 , filwaqt li tispeċifika l-miżuri li hija tqis li huma l-aktar effettivi biex jaqdu l-iskop oriġinali ta' din id-Direttiva u l-aħjar prattiki fl-Istati Membri ; [Em. 61]

(ca)

l-evoluzzjoni tas-sehem tat-trasport ikkombinat f'kull wieħed mill-Istati Membri u fil-livell tal-UE, bil-ħseib li sal-2030 u l-2050 jintlaħqu l-objettivi tal-Unjoni fil-qasam tat-trasport; [Em. 62]

(d)

miżuri oħra possibbli, inkluż inklużi reviżjoni tad-definizzjoni ta' trasport ikkombinat kif definit fl-Artikolu 1 , titjib fil-ġbir tad-data u l-pubblikazzjoni ta' tali data fil-livell tal-Unjoni, u adattament tal-lista tal-miżuri prevista fl-Artikolu 6 , inklużi emendi possibbli tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat; [Em. 63]

(*1)   Ir-Regolament (UE) Nru 1315/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk trans-Ewropew tat-trasport u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE, (ĠU L 348, 20.12.2013, p. 1).” "

(4a)

Fl-Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li t-taxxi elenkati fil-paragrafu 3 li huma applikabbli għall-vetturi tat-triq (trakkijiet, tratturi, trejlers , semi-trejlers, kontejners trasportati fil-passaġġi fuq l-ilma intern jew semi-trejlers unitajiet tat-tagħbija intermodali ) meta jieħdu rotot fi trasport ikkombinat jitnaqqsu jew jiġu rifużi jew b'ammont standard, jew fi proporzjon għall-vjaġġi li tali vetturi jwettqu bil-ferrovija jew bit-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma intern , fil-limiti u skont il-kondizzjonijiet u r-regoli li huma jiffissaw wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni.”[Em. 64]

(4b)

Fl-Artikolu 6(1), it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

It-tnaqqis “It-tnaqqis jew ir-rifużjonijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu għandhom jingħataw mill-Istat li fih il-vetturi huma reġistrati, abbażi tal-vjaġġi bil-ferrovija jew fil-passaġġi fuq l-ilma intern li jsiru fi ħdan dak l-Istat.” [Em. 65]

(4c)

Fl-Artikolu 6(1), it-tielet subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“L-Istati Membri jistgħu, madankollu, jagħtu dan it-tnaqqis jew dawn ir-rifużjonijiet abbażi tal-vjaġġi bil-ferrovija jew fil-passaġġi fuq l-ilma intern li jsiru parzjalment jew kompletament barra mill-Istat Membru li fih il-vetturi huma reġistrati.”[Em. 66]

(5)

Fl-Artikolu 6, jiżdiedu dawn il-paragrafi 4, 5, 6, 7 u 8 li ġejjin:

“4.   Meta meħtieġ, biex jintlaħaq l-għan imsemmi fil-paragrafu 8, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jappoġġaw l-investiment fit-terminals tat-trasport u fil-punti tat-trażbord fejn jidħlu: [Em. 67]

(a)

il-bini u, f'żoni fejn meħtieġ, l-espansjoni ma tkun disponibbli l-ebda faċilità xierqa fil-limitu ta' distanza msemmi fl-Artikolu 1(3) , ta' dawn it-terminals terminals tat-trasport jew l-installazzjoni ta' punti tat-trażbord għat-trasport ikkombinat , diment li ma jkun hemm l-ebda ħtieġa ta' tali faċilitajiet minħabba nuqqas ta' rilevanza ekonomika jew għal raġunijiet relatati mal-karatteristiċi ġeografiċi jew naturali ta' żona partikolari ; [Em. 68]

(aa)

l-espansjoni, fiż-żoni fejn hi meħtieġa kapaċità ta' terminals addizzjonali, tat-terminals eżistenti jew l-istallazzjoni ta' punti ta' trażbord addizzjonali u, wara valutazzjoni tal-impatti ekonomiċi li turi li s-suq ikun se jiġi affettwat b'mod negattiv u li jkunu meħtieġa terminals ġodda, u kemm-il darba l-preokkupazzjonijiet ambjentali jkunu tqiesu, il-kostruzzjoni ta' terminals ġodda għat-trasport ikkombinat; [Em. 69]

(b)

iż-żieda fl-effiċjenza operattiva fit-terminals eżistenti , inkluż billi jiġi żgurat l-aċċess għal dawk it-terminals . [Em. 70]

Il-miżuri ta' appoġġ għat-trasport ikkombinat għandhom jitqiesu li huma kompatibbli mas-suq intern skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3) tat-TFUE u għandhom ikunu eżenti mir-rekwiżit ta' notifika tal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, kemm-il darba ma jkunux jirrappreżentaw aktar minn 35 % tal-kosti kollha tal-operazzjonijiet. [Em. 71]

L-Istati Membri għandhom jikkoordinaw mal-Istati Membri ġirien u mal-Kummissjoni u jiżguraw li, meta jkunu qed jitwettqu dawn il-miżuri, tingħata prijorità biex tkun żgurata distribuzzjoni ġeografika bilanċjata u suffiċjenti għal faċilitajiet xierqa fl-Unjoni, u b'mod partikolari fejn jidħlu n-netwerks Ewlenin u Komprensivi tat-TEN-T, b'mod li kull post ġeografiku fl-Unjoni ma jkunx jinsab aktar 'il bogħod minn 150 km mil-limitu msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 1(3) minn dan it-terminal. Meta jkunu qed jieħdu l-miżuri msemmija f'dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom iqisu b'mod xieraq il-ħtieġa li:

(a)

inaqqsu l-konġestjoni, b'mod partikolari qrib iż-żoni urbani u suburbani jew fiż-żoni b'limitazzjonijiet naturali;

(b)

itejbu l-konnessjonijiet transfruntiera;

(c)

itaffu l-iżolament taż-żoni li huma nieqsa mill-infrastruttura filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet u l-limitazzjonijiet speċifiċi tar-reġjuni periferiċi u dawk ultraperiferiċi;

(d)

itejbu l-aċċessibbiltà u l-konnettività b'mod partikolari fir-rigward tal-infrastruttura tal-aċċess għat-terminals tat-trażbord; and

(e)

jaċċelleraw il-bidla lejn id-diġitalizzazzjoni; kif ukoll

(f)

inaqqsu l-impatt tat-trasport tal-merkanzija minn fuq l-ambjent u s-saħħa pubblika, billi jippromwovu, pereżempju, l-effiċjenza tal-vetturi, l-użu ta' fjuwils alternattivi u li jniġġsu inqas, l-użu tal-enerġiji rinnovabbli, inkluż fit-terminals, jew bl-użu iktar effiċjenti tan-netwerks tat-trasport permezz tal-implimentazzjoni tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni. [Em. 72]

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-faċilitajiet tat-trażbord appoġġati jkunu aċċessibbli għall-operaturi kollha mingħajr diskriminazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet addizzjonali għall-eliġibbiltà għall-appoġġ. Huma għandhom jgħarrfu lill-partijiet interessati b'dawk il-kondizzjonijiet. [Em. 73]

5.    Sal-31 ta' Diċembru 2021, l-Istati Membri jistgħu għandhom jieħdu miżuri addizzjonali ta' natura ekonomika u leġiżlattiva, biex itejbu l-kompetittività tal-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinati ikkombinat meta mqabbla ma' operazzjonijiet ekwivalenti ta' trasport alternattiv bit-triq , b'mod partikolari bil-ħsieb li jnaqqsu ż-żmien u l-kosti involuti fl-operazzjonijiet tat-trażbord . [Em. 74]

Dawn il-miżuri jistgħu jindirizzaw kull operazzjoni tat-trasport ikkombinat jew parti minnha, bħal pereżempju l-operazzjoni ta’ parti bit-triq ta’ vjaġġ jew ta’ parti ta’ vjaġġ li mhix bit-triq, inkluż il-vettura użata għal din il-parti, jew bħall-unità tat-tagħbija jew l-operazzjonijiet tat-trażbord.

Bl-għan li jitnaqqsu l-ħin u l-kosti involuti fl-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat, il-miżuri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jinkludu tal-inqas wieħed jew aktar mill-inċentivi li ġejjin:

(a)

l-eżenzjoni tat-trasportaturi mit-tariffi tal-kosti esterni u/jew mit-tariffi tal-konġestjoni msemmija fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 1999/62/KE, bi preferenza b'mod partikolari għall-vetturi li jaħdmu b'karburanti alternattivi kif imsemmi fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*2) ;

(b)

ir-rifużjoni ta' tariffi għall-użu ta' ċerta infrastruttura lill-impriżi li jwettqu operazzjonijiet bħala parti minn trasport ikkombinat;

(c)

l-eżenzjoni tal-operaturi tat-trasport mil-limitazzjonijiet imposti skont il-projbizzjonijiet nazzjonali li jikkonċernaw it-traffiku. [Em. 75]

Meta jkunu qed jieħdu miżuri addizzjonali, l-Istati Membri għandhom iqisu wkoll b'mod xieraq il-ħtieġa li jaċċeleraw il-bidla lejn id-diġitalizzazzjoni tas-settur tat-trasport ikkombinat u għandhom b'mod partikolari:

(a)

irawmu l-integrazzjoni tas-sistemi konnessi u l-awtomazzjoni tal-operazzjonijiet;

(b)

itejbu l-investimenti fil-loġistika diġitali, fit-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni u fis-sistemi tat-trasport intelliġenti; kif ukoll

(c)

fil-ġejjieni jeliminaw b'mod gradwali l-użu tad-dokumenti tal-karta. [Em. 76]

5a.     Tali miżuri addizzjonali għandu jkun fihom inċentivi li jiffavorixxu l-użu ta' partijiet tal-vjaġġ tat-trasport li mhumiex bit-triq. L-Istati Membri għandhom jinkludu miżuri għat-tisħiħ tal-kompetittività tat-trasport fuq l-ilma, pereżempju inċentivi finanzjarji biex jintużaw rotot qosra tat-trasport bil-baħar jew passaġġi fuq l-ilma intern jew għall-ħolqien ta' konnessjonijiet qosra ġodda bil-baħar. [Em. 77]

6.   L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull sena lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħuda skont dan l-Artikolu u l-ispeċifikazzjonijiet tagħhom.

7.   L-Istati Membri għandhom jivvalutaw l-impatt ta’ dawn il-miżuri ta’ appoġġ, u jevalwaw mill-ġdid il-ħtiġijiet tagħhom tal-inqas kull erba’ snin u jadattaw il-miżuri meta jkun meħtieġ.;

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta' appoġġ għall-operazzjonijiet tat-transport ikkombinat ikollhom l-għan li jnaqqsu t-trasport tal-merkanzija bit-triq u li jħeġġu l-użu ta' modi oħra tat-trasport bħat-trasport ferrovjarju, it-trasport fil-passaġġi fuq l-ilma interni u t-trasport marittimu intern, it-trasport marittimu jew il-vetturi b'emissjonijiet baxxi, jew l-użu ta' fjuwils alternattivi b'emissjonijiet aktar baxxi bħalma huma l-bijofjuwils, l-elettriku minn sorsi tal-enerġija rinnovabbli, il-gass naturali jew iċ-ċelluli tal-fjuwil li jaħdmu bl-idroġenu , u b'hekk jonqsu t-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra, l-inċidenti tat-traffiku fit-toroq, l-istorbju u l-konġestjoni.xxyyzz; [Em. 78]

(*2)   Id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-installazzjoni ta' infrastruttura tal-karburanti alternattivi (ĠU L 307, 28.10.2014, p. 1)."

(6)

L-Artikoli 7 u 9 huma mħassra.

(7)

Jiddaħħal dan l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 9a

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità kompetenti waħda jew aktar biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva u biex jaġixxu bħala l-punt ewlieni tal-kuntatt għall-implimentazzjoni tagħha.

L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jikkoperaw mal-awtoritajiet kompetenti ta’ Stati Membri oħra. Għal dan il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jaqsmu bejniethom l-informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Fejn jidħol l-iskambju tal-informazzjoni, l-awtorità riċeventi għandha tiżgura l-istess livell ta’ kunfidenzjalità daqs l-awtorità oriġinarja.

3.   L-Istati Membri għandhom jippubblikaw b'mod aċċessibbli faċilment fuq l-Internet u mingħajr ħlas, l-informazzjoni rilevanti dwar il-miżuri adottati skont l-Artikolu 6 u informazzjoni oħra rilevanti għall-finijiet tal-applikazzjoni ta' din id-Direttiva. [Em. 79]

4.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika fuq l-Internet u taġġorna, meta meħtieġ, il-lista ta' awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1, kif ukoll il-lista tal-miżuri msemmija fl-Artikolu 6.”; [Em. 80]

(8)

Jiddaħħal dan l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 10a

1.   Is-setgħa li tadotta atti delegati tingħata lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati kif imsemmi fl-Artikolu 5(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu taż-żmien indeterminat ta' ħames snin li jibda minn [date of entry into force of this (amending) Directive]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, ħlief jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill joġġezzjonaw għal tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu. [Em. 81]

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 5(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. (*3)

5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 5(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun saret l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn wara n-notifikazzjoni ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b’inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

(*3)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.;”"

Artikolu 2

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn XXXXXX [one year after adoption of the Directive.]. Dawn għandhom jibagħtu minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza waqt il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Minbarra dan, dawn għandhom jinkludu dikjarazzjoni li r-referenzi fil-liġijiet, ir-regolamenti, u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għad-Direttiva mħassra b’din id-Direttiva għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għal din id-Direttiva. L-Istati Membri għandhom jiddeterminaw kif għandha ssir din ir-referenza u kif għandha tiġi fformulata dik id-dikjarazzjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li jkunu adottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 262, 25.7.2018, p. 52.

(2)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2019.

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE tas-7 ta’ Diċembru 1992 dwar it-twaqqif ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri (ĠU L 368, 17.12.1992, p. 38).

(5)   Ir-Regolament (KE) Nru 1071/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kondizzjonijiet li għandhom jiġu rispettati għall-eżerċizzju tal-professjoni ta' operatur tat-trasport bit-triq u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/26/KE, (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 51).

(6)   Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija, (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).

(7)   Id-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas ta' prestazzjoni ta' servizzi, (ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1).

(8)   Id-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar l-infurzar tad-Direttiva 96/71/KE dwar l-istazzjonament ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni ta' servizzi u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (“ir-Regolament tal-IMI”), (ĠU L 159, 28.5.2014, p. 11).

(9)   Id-Direttiva 1999/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 1999 dwar il-ħlas li jrid isir minn vetturi ta' merkanzija tqila għall-użu ta' ċerti infrastrutturi, (ĠU L 187, 20.07.1999, p. 42).

(10)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/623


P8_TA(2019)0309

Divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat (COM(2016)0198 – C8-0146/2016 – 2016/0107(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/46)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0198),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 50(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0146/2016),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi ġuridika proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati ppreżentati mill-Parlament Irlandiż u l-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-21 ta' Settembru 2016 (1),

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-OECD dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (BEPS),

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0227/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 487, 28.12.2016, p. 62.

(2)  Din il-pożizzjoni tikkorrispondi mall-emendi adottati fl-4 ta’ Lulju 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0284).


P8_TC1-COD(2016)0107

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu minn ċerti intrapriżi u fergħat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 50(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),

Billi:

(-1)

L-ugwaljanza tal-kontribwenti, b'mod partikolari fost l-intrapriżi kollha, hija indispensabbli għas-suq uniku. Approċċ ikkoordinat u armonizzat għall-implimentazzjoni tas-sistemi nazzjonali tat-taxxa huwa essenzjali għall-funzjonament xieraq tas-suq uniku, u jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-evitar tat-taxxa u t-trasferiment tal-profitti. [Em. 1]

(-1a)

L-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, kif ukoll l-iskemi ta' trasferiment tal-profitti, ċaħħdu lill-gvernijiet u lill-popolazzjonijiet mir-riżorsi meħtieġa sabiex, fost affarijiet oħra, jiggarantixxu aċċess universali u bla ħlas għas-servizzi pubbliċi edukattivi u tas-saħħa kif ukoll għas-servizzi soċjali tal-Istat, u ċaħħdu wkoll lill-Istati milli jkunu jistgħu jiżguraw akkomodazzjoni u trasport pubbliku affordabbli u bini ta' infrastruttura essenzjali sabiex ikun hemm żvilupp soċjali u tkabbir ekonomiku. Fil-qosor, skemi bħal dawn kienu fattur ta' inġustizzja, inugwaljanza u diverġenzi ekonomiċi, soċjali u territorjali. [Em. 2]

(-1b)

Sistema ta' taxxa korporattiva ġusta u effikaċi jenħtieġ li twieġeb għall-ħtieġa urġenti ta' politika globali progressiva u ġusta dwar it-taxxa, tippromwovi r-ridistribuzzjoni tal-ġid u tiġġieled kontra l-inugwaljanzi. [Em. 3]

(1)

It-trasparenza hija essenzjali sabiex jiġi żgurat il-funzjonament bla xkiel tas-Suq Uniku. F’dawn l-aħħar snin, l-isfida ppreżentata mill-evitar tat-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji żdiedet konsiderevolment u saret punt ċentrali ta’ tħassib fl-Unjoni u globalment. Il-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tat-18 ta’ Diċembru 2014 għaraf il-ħtieġa urġenti sabiex l-isforzi fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa jimxu ’l quddiem, kemm fil-livell globali kif ukoll f’dak tal-Unjoni. Il-Kummissjoni fil-Komunikazzjonijiet tagħha bit-titlu “Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni tal-2016 – Mhux il-waqt li kollox jibqa’ l-istess” (3) u “Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni 2015 – Bidu Ġdid” (4) identifikat bħala prijorità l-ħtieġa li tinqabad it-triq tas-sistema li permezz tagħha l-pajjiż li fih jiġu ġġenerati l-profitti jkun ukoll il-pajjiż tat-tassazzjoni. Il-Kummissjoni identifikat ukoll bħala prijorità l-ħtieġa li titwieġeb is-sejħa tas-soċjetajiet tagħna għall-ġustizzja u aċ-ċittadini Ewropej għat-trasparenza tat-taxxi u l-ħtieġa li taġixxi bħala mudell ta' referenza għal pajjiżi oħra . Huwa essenzjali li t-trasparenza tqis ir-reċiproċità fost il-kompetituri . [Em. 4]

(2)

Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-dħul tat-trasparenza, tal-koordinazzjoni u tal-konverġenza fil-politiki dwar it-Taxxa fuq il-Kumpaniji fi ħdan l-Unjoni (5) għaraf li ż-żieda fit-trasparenza , fil-kooperazzjoni u fil-konverġenza fil-qasam tal-politika tat-tassazzjoni fuq il-kumpaniji fl-Unjoni tista' ttejjeb il-ġbir tat-taxxa, tagħmel ħidmet l-awtoritajiet tat-taxxa aktar effiċjenti u , tappoġġja lil dawk li jfasslu l-politika fil-valutazzjoni tas-sistema tat-tassazzjoni attwali biex jiżviluppaw il-leġiżlazzjoni tal-futur, tiżgura fiduċja akbar fost il-pubbliku u fiduċja fis-sistemi tat-taxxa u fil-gvernijiet u ttejjeb it-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-investimenti abbażi ta' profili tar-riskju tal-kumpaniji aktar preċiżi . [Em. 5]

(2a)

Ir-rapportar pubbliku għal kull pajjiż huwa għodda effiċjenti u xierqa biex tiżdied it-trasparenza b'rabta mal-attivitajiet tal-intrapriżi multinazzjonali u biex il-pubbliku jkun jista' jivvaluta l-impatt ta' dawk l-attivitajiet fuq l-ekonomija reali. Dan itejjeb ukoll il-kapaċità tal-azzjonisti li jevalwaw kif xieraq ir-riskji li jittieħdu mill-kumpaniji, iwassal għal strateġiji ta' investiment ibbażati fuq informazzjoni preċiża u jsaħħaħ il-kapaċità ta' dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet li jivvalutaw l-effiċjenza u l-impatt tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali. [Em. 6]

(2b)

Ir-rapportar għal kull pajjiż se jkollu wkoll impatt pożittiv fuq id-drittijiet tal-impjegati għal informazzjoni u konsultazzjoni kif previst fid-Direttiva 2002/14/KE u, billi jżid l-għarfien dwar l-attivitajiet tal-kumpaniji, fuq il-kwalità tad-djalogu impenjat fil-kumpaniji. [Em. 7]

(3)

Wara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-22 ta’ Mejju 2013, iddaħħlet klawżola ta’ rieżami fid-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) li tobbliga lill-Kummissjoni biex tikkunsidra l-possibbiltà li ddaħħal obbligu fuq intrapriżi kbar ta’ setturi industrijali addizzjonali biex jipproduċu, fuq bażi annwali, rapportar għal kull pajjiż li jqis l-iżviluppi fl-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u r-riżultati tal-inizjattivi Ewropej relatati.

(4)

Filwaqt li sejjaħ għal sistema tat-taxxa internazzjonali globalment ġusta u moderna, il-G20, f’Novembru 2015 approva l-“Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti” (BEPS, Base Erosion and Profit Shifting) tal-OECD li kellu t-tir li jipprovdi lill-gvernijiet b’soluzzjonijiet internazzjonali ċari biex jindirizzaw il-lakuni u d-diskrepanzi fir-regoli eżistenti li jippermettu li l-profitti tal-kumpaniji jkunu trasferiti lejn postijiet li fihom jew ma hemm l-ebda tassazzjoni jew inkella hemm tassazzjoni baxxa, fejn ma jista’ jinħoloq l-ebda valur reali. B’mod partikolari, l-Azzjoni 13 tal-BEPS tintroduċi rapportat għal kull pajjiż minn ċerti intrapriżi multinazzjonali lill-awtoritajiet tat-taxxa fuq bażi kunfidenzjali. Fis-27 ta’ Jannar 2016, il-Kummissjoni adottat il-“Pakkett kontra l-Evitar tat-Taxxa”. Wieħed mill-objettivi ta’ dak il-pakkett huwa li l-Azzjoni 13 tal-BEPS tiġi trasposta fi dritt tal-Unjoni, billi tiġi emendata d-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE (7). Madankollu, l-intaxxar fuq il-profitti fejn jinħoloq il-valur jitlob approċċ aktar komprensiv għar-rapportar għal kull pajjiż li jkun ibbażat fuq ir-rapportar pubbliku . [Em. 8]

(4a)

Jenħtieġ li l-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) jaġġorna l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) u l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS) rilevanti biex tiġi ffaċilitata l-introduzzjoni tar-rekwiżiti tar-rapportar pubbliku għal kull pajjiż. [Em. 9]

(4b)

Ir-rapportar pubbliku għal kull pajjiż diġà ġie stabbilit fl-Unjoni għas-settur bankarju bid-Direttiva 2013/36/UE kif ukoll għall-industrija estrattiva u tal-qtugħ tas-siġar bid-Direttiva 2013/34/UE. [Em. 10]

(4c)

Permezz ta' introduzzjoni bla preċedent tar-rapportar pubbliku għal kull pajjiż, l-Unjoni wriet li saret mexxej globali fil-ġlieda kontra l-evitar tat-taxxa. [Em. 11]

(4d)

Billi l-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa, l-evitar tat-taxxa u l-ippjanar aggressiv tat-taxxa tista' tkun ta' suċċess biss b'azzjoni konġunta fil-livell internazzjonali, l-Unjoni, filwaqt li tibqa' mexxej globali f'din il-ġlieda, jeħtiġilha tikkoordina l-azzjonijiet tagħha mal-atturi internazzjonali, pereżempju fil-qafas tal-OECD. L-azzjonijiet unilaterali, anke jekk ikunu ambizzjużi ħafna, ma għandhomx possibbiltà reali li jkunu ta' suċċess, u, barra minn hekk, azzjonijiet bħal dawn ipoġġu f'riskju l-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej u jagħmlu ħsara lill-klima tal-investiment fl-Unjoni. [Em. 12]

(4e)

Aktar trasparenza fir-riżultati tad-divulgazzjoni finanzjarja tirriżulta f'sitwazzjoni fejn kulħadd joħroġ rebbieħ peress li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jsiru aktar effiċjenti, is-soċjetà ċivili tkun involuta iżjed, l-impjegati jkunu infurmati aħjar, u l-investituri jkollhom inqas avversità għar-riskju. Barra minn hekk, l-intrapriżi jibbenefikaw minn relazzjonijiet aħjar mal-partijiet ikkonċernati, li jirriżulta f'aktar stabbiltà, flimkien ma' aċċess aktar faċli għall-finanzjament minħabba profil tar-riskju aktar ċar u titjib fir-reputazzjoni. [Em. 13]

(5)

Minbarra ż-żieda fit-trasparenza maħluqa mir-rapportar għal kull pajjiż għall-awtoritajiet nazzjonali tat-taxxa, skrutinju pubbliku mtejjeb tat-taxxi fuq l-introjtu tal-kumpaniji li jitħallsu mill-intrapriżi multinazzjonali li jwettqu attivitajiet fl-Unjoni huwa element essenzjali sabiex jitrawwem l-obbligu ta' rendikont tal-kumpaniji u sabiex ir-responsabbiltà soċjali korporattiva tkun imħeġġa aktar, jingħata kontribut għall-benessri permezz tat-taxxi, tiġi promossa kompetizzjoni aktar ġusta tat-taxxi fl-Unjoni permezz ta' dibattitu pubbliku msejjes fuq informazzjoni aħjar u titreġġa' lura l-fiduċja tal-pubbliku f'kemm is-sistemi nazzjonali tat-taxxa huma ġusti. Skrutinju pubbliku bħal dan jista' jinkiseb permezz ta' rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, irrispettivament minn fejn tkun stabbilita l-intrapriża prinċipali apikali tal-grupp multinazzjonali. L-iskrutinju pubbliku, madankollu, irid isir mingħajr ma' ssir ħsara lill-klima tal-investiment fl-Unjoni jew lill-kompetittività tal-kumpaniji tal-Unjoni, b'mod partikolari l-SMEs kif definiti f'din id-Direttiva u l-kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja kif definiti fir-Regolament (UE) 2015/1017  (8) , li għandhom jiġu esklużi mill-obbligu ta' rapportar stabbilit skont din id-Direttiva. [Em. 14]

(5a)

Il-Kummissjoni ddefiniet ir-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR) bħala r-responsabbiltà tal-intrapriżi għall-impatt tagħhom fuq is-soċjetà. Is-CSR jenħtieġ li tkun immexxija mill-kumpaniji. L-awtoritajiet pubbliċi jista' jkollhom rwol ta' appoġġ permezz ta' taħlita intelliġenti ta' miżuri ta' politika volontarji u, fejn ikun meħtieġ, regolamentazzjoni komplementari. Il-kumpaniji jistgħu jsiru soċjalment responsabbli billi jsegwu l-liġi jew inkella billi jintegraw it-tħassib soċjali, ambjentali, etiku u tal-konsumaturi jew dak dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-istrateġija kummerċjali u l-operazzjonijiet tagħhom, jew it-tnejn li huma. [Em. 15]

(6)

Il-pubbliku għandu Jenħtieġ li l-pubbliku jkun jista’ jwettaq skrutinju tal-attivitajiet kollha ta’ grupp meta l-grupp ikollu ċerti stabbilimenti fl-Unjoni . Għall-gruppi li jwettqu attivitajiet fl-Unjoni permezz ta’ intrapriżi sussidjarji jew fergħat biss, is-sussidjarji u l-fergħat għandhom jippubblikaw u jagħmlu r-rapport tal-intrapriża prinċipali apikali aċċessibbli. Madankollu għal raġunijiet ta’ proporzjonalità u effettività, l-obbligu tal-pubblikazzjoni u tal-aċċessibbiltà tar-rapport għandu jkun limitat għal sussidjarji ta’ daqs medju jew kbir li jkunu stabbiliti fl-Unjoni, jew fergħat ta’ daqs paragunabbli miftuħa fi Stat Membru. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2013/34/UE għandu għalhekk jiġi estiż skont dan għall-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn intrapriża li hija stabbilita barra mill-Unjoni. u barra minnha . Il-gruppi bi stabbilimenti fl-Unjoni jenħtieġ li jirrispettaw il-prinċipji tal-Unjoni Ewropea dwar governanza tajba tat-taxxa. L-intrapriżi multinazzjonali joperaw madwar id-dinja u l-imġiba korporattiva tagħhom ikollha impatt sostanzjali fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw. L-għoti ta' aċċess għal informazzjoni korporattiva għal kull pajjiż liċ-ċittadini tagħhom jippermetti lilhom kif ukoll lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa f'pajjiżhom jimmonitorjaw, jivvalutaw u jżommu lil dawk il-kumpaniji responsabbli. Bil-pubblikazzjoni tal-informazzjoni għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa fejn topera l-intrapriża multinazzjonali, l-Unjoni żżid il-koerenza tal-politika tagħha għall-iżvilupp u tillimita l-possibbiltà ta' skemi ta' evitar tat-taxxa f'pajjiżi fejn il-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi ġiet identifikata bħala komponent ewlieni tal-politika tal-UE għall-iżvilupp. [Em. 16]

(7)

Sabiex ikun evitat rapportar doppju għas-settur bankarju, l-intrapriżi prinċipali apikali li huma soġġetti għad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u li jinkludu fir-rapport tagħhom imħejji f’konformità mal-Artikolu 89 tad-Direttiva 2013/36/UE l-attivitajiet kollha tagħhom u l-attivitajiet kollha tal-intrapriżi affiljati magħhom inklużi fir-rapporti finanzjarji kkonsolidati, inklużi l-attivitajiet li mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 2 tat-Titolu 1 tal-Parti Tlieta tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), għandhom ikunu eżentati mill-obbligi ta’ rapportar stabbiliti f’din id-Direttiva.

(8)

Ir-rapport Jenħtieġ li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jipprovdi informazzjoni li tikkonċerna l-attivitajiet kollha ta' intrapriża jew tal-intrapriżi kollha affiljati ma' grupp ikkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali. Jenħtieġ li l-informazzjoni għandha tkun ibbażata fuq tqis l-ispeċifikazzjonijiet tar-rapportar tal-Azzjoni 13 tal-BEPS u għandha tkun limitata għal dak li huwa neċessarju biex jingħata lok għal skrutinju pubbliku effettiv, sabiex ikun żgurat li d-divulgazzjoni ma twassalx għal riskji jew żvantaġġi sproporzjonati. Ir-rapport għandu wkoll f'termini ta' kompetittività jew miżinterpretazzjoni għall-intrapriżi kkonċernati . Jenħtieġ ukoll li r-rapport jinkludi deskrizzjoni tan-natura tal-attivitajiet. Deskrizzjoni bħal din tista' tkun ibbażata fuq il-kategorizzazzjoni prevista fit-tabella 2 tal-Anness III tal-Kapitolu V tat-“Transfer Pricing Guidelines on Documentation” (Linji Gwida rigward id-Dokumentazzjoni tal-Ipprezzar ta' Trasferimenti) tal-OECD. Ir-rapport għandu Jenħtieġ li r-rapport jinkludi deskrizzjoni narrattiva kumplessiva fejn jingħataw spjegazzjonijiet inkluż f'każ ta' diskrepanzi materjali fil-livell ta' grupp bejn l-ammonti ta' taxxi akkumulati u l-ammonti ta' taxxi mħallsa, filwaqt li jitqiesu l-ammonti korrispondenti li jikkonċernaw is-snin finanzjarji preċedenti. [Em. 17]

(9)

Sabiex ikun żgurat livell ta' dettall li jippermetti liċ-ċittadini jivvalutaw aħjar kif l-MNEs jikkontribwixxu għall-benessri f'kull Stat Membru, ġuriżdizzjoni fejn joperaw, kemm fl-Unjoni kif ukoll barra minnha, mingħajr ma ssir ħsara lill-kompetittività tal-intrapriżi, jenħtieġ li l-informazzjoni għandha tinqasam skont l-Istat Membru. Barra minn hekk, informazzjoni li tikkonċerna l-operazzjonijiet tal-intrapriżi multinazzjonali għandha wkoll tintwera fid-dettall sew fir-rigward ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li jippreżentaw sfidi partikolari. Għall-operazzjonijiet l-oħra kollha ta' pajjiż terzi, l-informazzjoni għandha tingħata f'għadd aggregat il-ġuriżdizzjoni . Ir-rapporti rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jistgħu biss jinftiehmu u jintużaw b'mod sinifikattiv jekk l-informazzjoni tiġi ppreżentata b'mod diżaggregat għal kull ġuriżdizzjoni . [Em. 18]

(9a)

Jenħtieġ li meta l-intrapriża tqis li l-informazzjoni li għandha tiġi ddivulgata tkun kummerċjalment sensittiva, hija tkun tista' titlob l-awtorizzazzjoni tal-awtorità kompetenti fejn hija stabbilita li ma tiddivulgax l-informazzjoni kollha. F'każijiet fejn l-awtorità kompetenti nazzjonali ma tkunx awtorità tat-taxxa, jenħtieġ li l-awtorità tat-taxxa kompetenti tkun involuta fid-deċiżjoni. [Em. 82]

(10)

Sabiex isaħħu r-responsabbiltà fil-konfront tal-partijiet terzi u sabiex jiżguraw il-governanza adattata, il-membri tal-korpi ta’ amministrazzjoni, ta’ ġestjoni u ta’ superviżjoni tal-intrapriża prinċipali apikali li hija stabbilita fl-Unjoni u li għandha l-obbligu li tfassal, tippubblika u tagħmel ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu aċċessibbli, għandhom ikunu responsabbli lkoll kemm huma għall-iżgurar tal-konformità ma’ dawn l-obbligi ta’ rapportar. Billi l-membri tal-korpi ta’ amministrazzjoni, ta’ ġestjoni u ta’ superviżjoni tas-sussidjarji li huma stabbiliti fl-Unjoni u li huma kkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali stabbilita barra mill-Unjoni jew il-persuna/i inkarigata/i mit-twettiq tal-formalitajiet tad-divulgazzjoni għall-fergħa jista’ jkollhom għarfien limitat tal-kontenut tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu mħejji mill-intrapriża prinċipali apikali, ir-responsabbiltà tagħhom li jippubblikaw u jagħmlu r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu aċċessibbli, għandha tkun limitata.

(11)

Sabiex ikun żgurat li każijiet ta' nuqqas ta' konformità jkunu ddivulgati lill-pubbliku, jenħtieġ li l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar għandhom jivverifikaw jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ġiex sottomess u ppreżentat f'konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u jekk jinsabx aċċessibbli fis-sit web tal-intrapriża rilevanti jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata u li l-informazzjoni ddivulgata pubblikament tkun konformi mal-informazzjoni finanzjarja awditjata għall-intrapriża sal-iskadenzi previsti f'din id-Direttiva . [Em. 19]

(11a)

Il-każijiet ta' ksur tar-rekwiżiti tar-rapportar rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu min-naħa tal-intrapriżi u l-fergħat, li jagħtu bidu għal penali min-naħa tal-Istati Membri, f'konformità mad-Direttiva 2013/34/UE, jenħtieġ li jiġu rrapportati f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni. Dawn il-penali jistgħu jinkludu, fost l-oħrajn, multi amministrattivi jew esklużjoni minn sejħiet pubbliċi għal offerti u mill-għoti ta' finanzjament mill-fondi strutturali tal-Unjoni. [Em. 20]

(12)

Din id-Direttiva għandha l-għan li ttejjeb it-trasparenza rigward it-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji u l-iskrutinju pubbliku tagħha billi tadatta l-qafas ġuridiku eżistenti rigward l-obbligi imposti fuq il-kumpaniji u d-ditti fir-rigward tal-pubblikazzjoni tar-rapporti, sabiex jiġu protetti l-interessi tal-membri kif ukoll ta’ terzi, fis-sens tal-Artikolu 50(2)(g) TFUE. Kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja, b’mod partikolari fil-Kawża C-97/96 Verband deutscher Daihatsu-Händler (11), l-Artikolu 50(2)(g) TFUE jirreferi għall-ħtieġa li jiġu protetti l-interessi ta’ “terzi” f’sens ġenerali, mingħajr ma jagħmel distinzjoni jew jeskludi xi kategorija li taqa’ fl-ambitu ta’ dak it-terminu. Barra minn hekk, l-objettiv tal-kisba tal-libertà tal-istabiliment, li huwa assenjat f’termini wesgħin ferm lill-istituzzjonijiet permezz tal-Artikolu 50(1) TFUE, ma jistax jiġi ċirkoskritt mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 50(2) TFUE. Billi din id-Direttiva ma tikkonċernax l-armonizzazzjoni tat-taxxi iżda tikkonċerna biss l-obbligi ta’ ppubblikar ta’ rapporti dwar l-informazzjoni rigward it-taxxa fuq id-dħul, l-Artikolu 50(1) TFUE jikkostitwixxi l-bażi ġuridika xierqa.

(13)

Sabiex jiġu ddeterminati ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa li għalihom irid jintwera livell għoli ta’ dettall, is-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti f’konformità mal-Artikolu 290 TFUE għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tat-tfassil ta’ lista komuni tal-Unjoni ta’ dawn il-ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa. Din il-lista għandha titfassal abbażi ta’ ċerti kriterji, identifikati abbażi tal-Anness 1 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar Strateġija Esterna għal Tassazzjoni Effettiva, (COM(2016)0024). Hija ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fuq livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet kif approvat mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni u sakemm titqiegħed il-firma formali. Biex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, b’mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess waqt bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom sistematikament aċċess għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 21]

(13a)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 48b(1), (3), (4) u (6) u l-Artikolu 48c(5) tad-Direttiva 2013/34/UE, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata wkoll setgħat ta' implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (12) . [Em. 22]

(14)

Billi l-objettiv ta' din id-Direttiva ma jistax jinkiseb suffiċjentement mill-Istati Membri, iżda jista' minflok, minħabba l-effetti tiegħu, jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Għalhekk, l-azzjoni tal-Unjoni hija ġustifikata sabiex tindirizza d-dimensjoni transfruntiera fejn ikun hemm ippjanar aggressiv tat-taxxa jew arranġamenti ta' pprezzar tat-trasferimenti. Din l-inizjattiva twieġeb għat-tħassib li ntwera mill-partijiet interessati rigward il-ħtieġa li jiġu indirizzati d-distorsjonijiet fis-suq uniku mingħajr ma tipperikola l-kompetittività tal-Unjoni. Jenħtieġ li la tikkawża piż amministrattiv bla bżonn fuq il-kumpaniji, u lanqas tiġġenera kunflitti ulterjuri ta' taxxa jew toħloq riskju ta' tassazzjoni doppja. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq dan l-objettiv , tal-anqas fir-rigward ta' aktar trasparenza . [Em. 23]

(15)

Kumplessivament, fil-qafas ta' din id-Direttiva, il-kwantità ta' informazzjoni divulgata hija proporzjonali għall-objettivi ta' żieda fit-trasparenza pubblika u fl-iskrutinju pubbliku. Din id-Direttiva , għalhekk, titqies li tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. [Em. 24]

(16)

F'konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tat-28 ta' Settembru 2011 tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni (13), l-Istati Membri impenjaw ruħhom li, f'każijiet iġġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri tagħhom ta' traspożizzjoni b'dokument wieħed jew aktar li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti ta' direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-istrumenti ta' traspożizzjoni nazzjonali , pereżempju fl-għamla ta' tabella komparattiva . Fir-rigward ta' din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta' dawk id-dokumenti hija ġustifikata sabiex jintlaħaq l-objettiv ta' din il-proposta u tiġi evitata kwalunkwe ommissjoni u inkonsistenza fir-rigward tal-implimentazzjoni, min-naħa tal-Istati Membri, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom . [Em. 25]

(17)

Għalhekk, id-Direttiva 2013/34/UE għandha tiġi emendata skont dan,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Emendi għad-Direttiva 2013/34/UE

Id-Direttiva 2013/34/UE hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 1, jiddaħħal il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Il-miżuri ta’ koordinazzjoni preskritti mill-Artikoli 2, minn 48a sa 48 g u 51 japplikaw ukoll għal-liġijiet, regolamenti jew dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri f’rabta mal-fergħat miftuħa fi Stat Membru minn intrapriża li mhijiex irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru iżda li hija ta’ forma ġuridika paragunabbli mat-tipi ta’ intrapriżi elenkati fl-Anness I.”;

(2)

jiddaħħal il-Kapitolu 10 a li ġej:

“Kapitolu 10a

Rapport rigward l-informazzjoni dwar it-Taxxa fuq l-introjtu

Artikolu 48a

Definizzjonijiet relatati mar-rapportar rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu

Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

‘intrapriża prinċipali apikali’ tfisser intrapriża li tfassal ir-rapporti finanzjarji kkonsolidati tal-akbar korp ta’ intrapriżi;

(2)

‘rapporti finanzjarji kkonsolidati’ tfisser ir-rapporti finanzjarji mħejjija minn intrapriża prinċipali ta’ grupp li fihom l-assi, l-obbligazzjonijiet, l-ekwità, l-introjtu u l-ispejjeż huma ppreżentati bħala dawk ta’ entità ekonomika unika;

(3)

‘ġuriżdizzjoni tat-taxxa’ tfisser ġuriżdizzjoni ta’ Stat kif ukoll mhux ta’ Stat li għandha awtonomija fiskali fir-rigward tat-taxxa fuq l-introjtu tal-kumpaniji.

Artikolu 48b

Intrapriżi u fergħat li għandhom l-obbligu li jirrapportaw rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu

1.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi prinċipali apikali rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u li għandhom fatturat nett li jaqbeż l-EUR ta' EUR  750 000 000 jew aktar kif ukoll lill-intrapriżi rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom li mhumiex intrapriżi affiljati u li għandhom fatturat nett li jaqbeż l-EUR ta' EUR  750 000 000 jew aktar biex ifasslu u jippubblikaw jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, mingħajr ħlas, rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu fuq bażi annwali. [Em. 26]

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli mingħajr ħlas f'format ta' data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-intrapriża fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni . Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni .

L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw ir-regoli stipulati f'dan il-paragrafu jekk dawn l-intrapriżi jkunu stabbiliti biss fit-territorju ta' Stat Membru wieħed u fl-ebda ġuriżdizzjoni oħra tat-taxxa. [Em. 27]

2.   L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għall-intrapriżi prinċipali apikali meta tali intrapriżi jew l-intrapriżi affiljati magħhom ikunu soġġetti għall-Artikolu 89 tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) u jinkludu, f’rapport għal kull pajjiż, informazzjoni dwar l-attivitajiet kollha tal-intrapriżi kollha affiljati inklużi fir-rapport finanzjarju kkonsolidat ta’ dawk l-intrapriżi prinċipali apikali.

3.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intrapriżi sussidjarji ta' daqs medju u kbir imsemmija fl-Artikolu 3(3) u (4) li huma rregolati mil-liġijiet nazzjonali tagħhom u kkontrollati minn intrapriża prinċipali apikali li fil-karta tal-bilanċ tagħha f'sena finanzjarja għandha fatturat nett ikkonsolidat li jaqbeż l-EUR ta' EUR  750 000 000 u li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru, biex jippubblikaw ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ta' dik l-intrapriża prinċipali apikali fuq bażi annwali. [Em. 28]

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli mingħajr ħlas f'format ta' data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-intrapriża sussidjarja jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni . Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni . [Em. 29]

4.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-fergħat li huma miftuħa fit-territorji tagħhom minn intrapriża li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru biex jippubblikaw u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, mingħajr ħlas u fuq bażi annwali r-rapport , ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu tal-intrapriża prinċipali apikali msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. [Em. 30]

Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli f'format ta' dejta miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fis-sit web tal-fergħa jew fis-sit web ta' intrapriża affiljata f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni . Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni . [Em. 31]

L-Istati Membri għandhom japplikaw l-ewwel sottoparagrafu ta’ dan il-paragrafu għall-fergħat biss li għandhom fatturat nett li jaqbeż il-limitu ta’ fatturat nett iddefinit mil-liġi ta’ kull Stat Membru skont l-Artikolu 3(2).

5.   L-Istati Membri għandhom japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafu 4 biss għal fergħa li fir-rigward tagħha jkunu ssodisfati l-kriterji li ġejjin:

(a)

l-intrapriża li fetħet il-fergħa tkun jew intrapriża affiljata ma' grupp li huwa kkontrollat minn intrapriża prinċipali apikali li mhijiex irregolata mil-liġi ta' Stat Membru u li fuq il-karta tal-bilanċ tagħha għandha fatturat nett ikkonsolidat li jaqbeż l-EUR ta' EUR  750 000 000 jew aktar, jew intrapriża li mhijiex affiljata u li għandha fatturat nett li jaqbeż l-EUR ta' EUR  750 000 000 jew aktar ; [Em. 32]

(b)

l-intrapriża prinċipali apikali msemmija fil-punt (a) ma jkollhiex intrapriża sussidjarja ta' daqs medju jew kbir kif imsemmi fil-paragrafu 3 diġà soġġetta għall-obbligi ta' rapportar . [Em. 33]

6.   L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw ir-regoli stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu meta rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu mfassal f’konformità mal-Artikolu 48c ikun sar aċċessibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-intrapriża prinċipali apikali li mhijiex irregolata mil-liġi ta’ Stat Membru fi żmien raġonevoli, li ma għandux jaqbeż it-12-il xahar wara d-data tal-karta tal-bilanċ u meta r-rapport jidentifika l-isem u l-uffiċċju rreġistrat tal-intrapriża sussidjarja unika jew il-fergħa unika rregolata mil-liġi ta’ Stat Membru li tkun ippubblikat ir-rapport f’konformità mal-Artikolu 48d(1).

7.   L-Istati Membri għandhom jobbligaw lis-sussidjarji jew lill-fergħat li mhumiex soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 3 u 4 biex jippubblikaw u jagħmlu r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu aċċessibbli meta tali sussidjarji jew fergħat ikunu ġew stabbiliti għall-fini li jevitaw l-obbligi tar-rapportar stabbiliti f’dan il-Kapitolu.

7a.     Għall-Istati Membri li ma adottawx l-euro, l-ammont li fil-munita nazzjonali jkun ekwivalenti għall-ammont speċifikat fil-paragrafi 1, 3 u 5 għandu jkun dak miksub bl-applikazzjoni tar-rata tal-kambju ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u li tkun effettiva fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan il-Kapitolu. [Em. 34]

Artikolu 48c

Kontenut tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu

1.   Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu għandu jinkludi l-informazzjoni relatata mal-attivitajiet kollha tal-intrapriża u tal-intrapriża prinċipali apikali, inklużi l-attivitajiet tal-intrapriżi affiljati kkonsolidati fir-rapport finanzjarju fir-rigward tas-sena finanzjarja rilevanti.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun ippreżentata f'mudell komuni u tkopri dan li ġej , b'mod diżaggregat skont il-ġuriżdizzjoni tat-taxxa : [Em. 35]

(a)

isem l-intrapriża apikali u, fejn applikabbli, il-lista tas-sussidjarji kollha tagħha, deskrizzjoni fil-qosor tan-natura tal-attivitajiet tagħhom u l-lok ġeografiku rispettiv tagħhom ; [Em. 36]

(b)

l-għadd ta' impjegati fuq bażi ekwivalenti għall-full time ; [Em. 37]

(ba)

assi fissi għajr flus jew ekwivalenti ta' flus; [Em. 38]

(c)

l-ammont tal-fatturat nett, li jinkludi l-fatturat inkluża distinzjoni bejn il-fatturat li sar mal-partijiet relatati u l-fatturat li sar mal-partijiet mhux relatati ; [Em. 39]

(d)

l-ammont ta’ profitt jew telf qabel it-taxxa fuq l-introjtu;

(e)

l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu akkumulat (is-sena kurrenti) li huwa l-ispiża tat-taxxa kurrenti rikonoxxuta fuq profitti jew telf taxxabbli tas-sena finanzjarja minn intrapriżi u minn fergħat residenti għall-finijiet tat-taxxa fil-ġuriżdizzjoni rilevanti tat-taxxa;

(f)

l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu mħallas li huwa l-ammont ta’ taxxa fuq l-introjtu mħallas matul is-sena finanzjarja rilevanti minn intrapriżi u minn fergħat residenti għall-finijiet tat-taxxa fil-ġuriżdizzjoni rilevanti tat-taxxa;

(g)

l-ammont ta’ qligħ akkumulat;

(ga)

il-kapital iddikjarat; [Em. 40]

(gb)

id-dettalji tas-sussidji pubbliċi li tkun irċeviet u kwalunkwe donazzjoni magħmula lil persuni politiċi, organizzazzjonijiet politiċi jew fondazzjonijiet politiċi; [Em. 65]

(gc)

jekk l-intrapriżi, is-sussidjarji jew il-fergħat jibbenefikawx minn trattament fiskali preferenzjali, minn sistemi ta' inċentivi tat-taxxa favur il-privattivi jew reġimi ekwivalenti. [Em. 41]

Għall-finijiet tal-punt (e) tal-ewwel sottoparagrafu, l-ispiża tat-taxxa kurrenti tkun relatata biss mal-attivitajiet ta’ intrapriża fis-sena finanzjarja kurrenti u ma tinkludix taxxi differiti jew dispożizzjonijiet għal obbligazzjonijiet tat-taxxa inċerti.

3.   Ir-rapport jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 b'mod separat għal kull Stat Membru. Meta Stat Membru jinkludi bosta ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, l-informazzjoni għandha tinġabar flimkien fuq livell ta' Stat Membru tiġi ppreżentata b'mod separat għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa . [Em. 42]

Ir-rapport jippreżenta wkoll l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu b'mod separat għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa li, fi tmiem is-sena finanzjarja preċedenti, tkun elenkata fil-lista komuni tal-Unjoni ta' ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, imfassla skont l-Artikolu 48 g, sakemm ir-rapport ma jkunx espliċitament jikkonferma, soġġett għar-responsabbiltà msemmija fl-Artikolu 48e aktar 'l isfel, li l-intrapriżi affiljati ta' grupp irregolati mil-liġijiet ta' tali ġuriżdizzjoni ma jinvolvux ruħhom direttament fi tranżazzjonijiet ma' kwalunkwe intrapriża affiljata tal-istess grupp irregolata mil-liġijiet ta' kwalunkwe Stat Membru. barra mill-Unjoni . [Em. 43]

Ir-rapport għandu jippreżenta l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fuq bażi aggregata għall-ġuriżdizzjonijiet oħra tat-taxxa. [Em. 44]

Sabiex titħares l-informazzjoni kummerċjalment sensittiva u tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li element speċifiku wieħed jew aktar ta' informazzjoni skont dan l-Artikolu jitħallew barra temporanjament minn dan ir-rapport fir-rigward ta' attivitajiet f'ġuriżdizzjoni tat-taxxa speċifika waħda jew aktar meta jkunu ta' natura tali li d-divulgazzjoni tagħhom tista' tippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-intrapriżi msemmija fl-Artikolu 48b(1) u l-Artikolu 48b(3) marbuta magħha. L-ommissjoni ma għandhiex timpedixxi għarfien ġust u bbilanċjat tal-pożizzjoni tal-intrapriża f'dak li għandu x'jaqsam mat-taxxa. L-ommissjoni għandha tiġi indikata fir-rapport flimkien ma' spjegazzjoni debitament ġustifikata għal kull ġuriżdizzjoni tat-taxxa dwar għalfejn dan hu l-każ u b'riferiment għall-ġuriżdizzjoni(jiet) tat-taxxa kkonċernata/i. [Em. 83]

L-Istati Membri għandhom jissoġġettaw dawn l-ommissjonijiet għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità nazzjonali kompetenti. L-intrapriża għandha titlob awtorizzazzjoni ġdida kull sena mingħand l-awtorità kompetenti, li tieħu deċiżjoni abbażi ta' valutazzjoni ġdida tas-sitwazzjoni. Jekk l-informazzjoni mħollija barra ma tissodisfax aktar ir-rekwiżit stabbilit fis-subparagrafu 3a, din għandha titqiegħed minnufih għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Minn tmiem il-perjodu ta' nondivulgazzjoni, l-intrapriża għandha tiddivulga wkoll, b'mod retroattiv u fl-għamla ta' medja aritmetika, l-informazzjoni mitluba minn dan l-Artikolu għas-snin preċedenti koperti mill-perjodu ta' nondivulgazzjoni. [Em. 69/rev]

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bl-għoti ta' deroga temporanja bħal din u għandhom jittrażmettulha, b'mod kunfidenzjali, l-informazzjoni mħollija barra flimkien ma' spjegazzjoni dettaljata għad-deroga mogħtija. Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika fis-sit web tagħha n-notifiki li jkunu waslulha mingħand l-Istati Membri u l-ispjegazzjonijiet mogħtija skont is-subparagrafu 3a. [Em. 47]

Il-Kummissjoni għandha tivverifika li r-rekwiżit stabbilit fis-subparagrafu 3a jiġi rispettat kif xieraq, u għandha tissorvelja l-użu ta' din id-deroga temporanja awtorizzata mill-awtoritajiet nazzjonali. [Em. 48]

Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi, wara li tkun wettqet il-valutazzjoni tagħha tal-informazzjoni li tirċievi skont is-subparagrafu 3c, li r-rekwiżit stabbilit fis-subparagrafu 3a ma jkunx issodisfat, l-intrapriża kkonċernata għandha tqiegħed din l-informazzjoni għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Minn tmiem il-perjodu ta' nondivulgazzjoni, l-intrapriża għandha tiddivulga wkoll, b'mod retroattiv u fl-għamla ta' medja aritmetika, l-informazzjoni mitluba minn dan l-Artikolu għas-snin preċedenti koperti mill-perjodu ta' nondivulgazzjoni. [Em. 70/rev]

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att delegat, tadotta linji gwida li jgħinu lill-Istati Membri jiddefinixxu l-każijiet fejn il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni għandha titqies li tippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-intrapriżi li tirreferi għalihom. [Em. 50]

L-informazzjoni għandha tiġi attribwita għal kull ġuriżdizzjoni rilevanti tat-taxxa abbażi tal-eżistenza ta’ post fiss ta’ negozju jew ta’ attività permanenti ta’ negozju li, meta jfeġġu mill-attivitajiet tal-grupp, jistgħu jagħtu lok għal obbligazzjoni ta’ taxxa f’dik il-ġuriżdizzjoni tat-taxxa.

Meta l-attivitajiet ta’ bosta intrapriżi affiljati jistgħu jagħtu lok għal obbligazzjoni ta’ taxxa f’ġuriżdizzjoni unika tat-taxxa, l-informazzjoni attribwita għal dik il-ġuriżdizzjoni tat-taxxa tkun tirrappreżenta l-għadd totali tal-informazzjoni relatata ma’ tali attivitajiet ta’ kull intrapriża affiljata u l-fergħat tagħha f’dik il-ġuriżdizzjoni tat-taxxa.

L-informazzjoni dwar kwalunkwe attività partikolari ma għandhiex tkun attribwita fl-istess ħin għal aktar minn ġuriżdizzjoni waħda tat-taxxa.

4.   Ir-rapport jinkludi fil-livell ta’ grupp, deskrizzjoni narrattiva kumplessiva li tipprovdi spjegazzjonijiet dwar id-diskrepanzi materjali bejn l-ammonti ddivulgati skont il-punti (e) u (f) tal-paragrafu 2, jekk preżenti, filwaqt li jitqiesu, jekk xieraq, l-ammonti korrispondenti li jikkonċernaw is-snin finanzjarji preċedenti.

5.   Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jkun ippubblikat għandu jiġi ppubblikat f'mudell komuni disponibbli mingħajr ħlas f'format ta' data miftuħa u jsir aċċessibbli għall-pubbliku fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fuq is-sit web tal-intrapriża sussidjarja jew fuq is-sit web ta' intrapriża affiljata f'minn tal-anqas lingwa waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Fl-istess data, l-intrapriża għandha wkoll tippreżenta r-rapport f'reġistru pubbliku ġestit mill-Kummissjoni. [Em. 51]

6.   Il-munita li tintuża fir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu tkun il-munita li biha r-rapporti finanzjarji kkonsolidati huma ppreżentati. L-Istati Membri ma għandhomx jimponu l-obbligu li dan ir-rapport ikun ippubblikat f’munita differenti minn dik li tintuża fir-rapporti finanzjarji.

7.   Meta l-Istati Membri ma jkunux adottaw l-euro, il-limitu msemmi fl-Artikolu 48b(1) għandu jiġi kkonvertit fil-munita nazzjonali billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ta’ … [d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u billi tiġi miżjuda jew imnaqqsa b’mhux aktar minn 5 fil-mija sabiex ir-riżultat ikun ta’ somma għad-dritt fil-muniti nazzjonali.

Il-limiti msemmija fl-Artikolu 48b(3) u (4) għandhom jiġu kkonvertiti f’ammont ekwivalenti fil-munita nazzjonali ta’ kull pajjiż terz rilevanti billi tiġi applikata r-rata tal-kambju ta’ … [d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], maqtugħa għad-dritt sal-eqreb elf.

Artikolu 48d

Pubblikazzjoni u Aċċessibbiltà

1.   Ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jkun ippubblikat kif stipulat mil-liġijiet ta’ kull Stat Membru f’konformità mal-Kapitolu 2 tad-Direttiva 2009/101/KE, flimkien mad-dokumenti msemmija fl-Artikolu 30(1) ta’ din id-Direttiva u meta rilevanti, mad-dokumenti ta’ kontabilità msemmija fl-Artikolu 9 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE (*2).

2.   Ir-rapport imsemmi fl-Artikolu 48b(1), (3), (4) u (6) jibqa’ aċċessibbli fis-sit web għal minn tal-anqas ħames snin konsekuttivi.

Artikolu 48e

Responsabbiltà għat-tfassil u għall-ippubblikar tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu u sabiex dan ikun aċċessibbli

1.    Sabiex isaħħu r-responsabbiltà lejn partijiet terzi u jiżguraw governanza xierqa, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi ta' amministrazzjoni, ta' ġestjoni u ta' superviżjoni tal-intrapriża prinċipali apikali msemmija fl-Artikolu 48b(1), li jaġixxu fil-qafas tal-kompetenzi assenjati lilhom skont il-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva biex jiżguraw li r-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jiġi mfassal, ippubblikat u jsir aċċessibbli f'konformità mal-Artikoli 48b, 48c u 48d. [Em. 52]

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-korpi ta’ amministrazzjoni, ta’ ġestjoni u ta’ superviżjoni tal-intrapriżi sussidjarji msemmija fl-Artikolu 48b(3) ta’ din id-Direttiva u l-persuna/i nnominata/i biex iwettqu l-formalitajiet tad-divulgazzjoni previsti fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 89/666/KEE għall-fergħa msemmija fl-Artikolu 48b(4) ta’ din id-Direttiva, li jaġixxu fil-qafas tal-kompetenzi assenjati lilhom mil-liġi nazzjonali, ikollhom responsabbiltà kollettiva biex jiżguraw li, fl-aħjar għarfien u kapaċità tagħhom, ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jitfassal, jiġi ppubblikat u jsir aċċessibbli f’konformità mal-Artikoli 48b, 48c u 48d.

Artikolu 48f

Verifika indipendenti

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta r-rapporti finanzjarji ta’ intrapriża affiljata jiġu awditjati minn awditur statutorju wieħed jew aktar jew minn ditta tal-awditjar waħda jew aktar skont l-Artikolu 34(1), l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar jivverifikaw ukoll jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ngħatax u sarx aċċessibbli f’konformità mal-Artikoli 48b, 48c u 48d. L-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar għandhom jindikaw fir-rapport tal-awditjar jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu ma jkunx ingħata jew ma jkunx sar aċċessibbli f’konformità ma’ dawk l-Artikoli.

Artikolu 48 g

Lista komuni tal-Unjoni ta’ ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 49 fir-rigward tat-tfassil ta’ lista komuni tal-Unjoni ta’ ċerti ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa. Dik il-lista tkun ibbażata fuq il-valutazzjoni tal-ġuriżdizzjonijiet tat-taxxa, li ma jikkonformawx mal-kriterji li ġejjin:

(1)

It-trasparenza u l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluż skambju ta’ informazzjoni meta ssir rikjesta u Skambju Awtomatiku ta’ Informazzjoni ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji;

(2)

Il-kompetizzjoni ġusta tat-taxxi;

(3)

Standards stabbiliti mill-G20 u/jew mill-OECD;

(4)

Standards rilevanti oħra, inklużi standards internazzjonali stabbiliti mit-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja.

Il-Kummissjoni għandha twettaq rieżami tal-lista fuq bażi regolari u, meta xieraq, temendaha sabiex jitqiesu ċirkostanzi ġodda. [Em. 53]

Artikolu 48h

Id-data ta’ bidu għar-rapportar rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jittrasponu l-Artikoli minn 48a sa 48f japplikaw, l-aktar tard, mid-data ta’ bidu tal-ewwel sena finanzjarja li tibda f’ … [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva] jew wara.

Artikolu 48i

Rapport

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta dwar il-konformità mal-obbligi ta' rapportar stabbiliti fl-Artikoli 48a sa 48f u dwar l-impatt tagħhom. Ir-rapport għandu jinkludi evalwazzjoni dwar jekk ir-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu jissarrafx f'riżultati xierqa u proporzjonati, u għandu jivvaluta l-ispejjeż u l-benefiċċji tat-tnaqqis tas-soll tal-fatturat nett ikkonsolidat lil hinn mil-livell li l-intrapriżi u l-fergħat għandhom l-obbligu li jirrapportaw fir-rigward tal-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu. Ir-rapport għandu, barra minn hekk, jevalwa kull ħtieġa li jittieħdu miżuri komplementari ulterjuri, filwaqt li jitqies il-bżonn biex ikun li jkun żgurat livell biżżejjed ta' trasparenza u l-bżonn ta' li jiġi żgurat u ppreservat ambjent kompetittiv għall-intrapriżi u l-investiment privat . [Em. 54]

Ir-rapport għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sa … [sitt snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].”

(*1)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338)."

(*2)  Il-Ħdax-il Direttiva tal-Kunsill 89/666/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1989 dwar il-ħtiġiet tal-iżvelar rigward il-friegħi [fergħat] miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpaniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor (ĠU L 395, 30.12.1989, p. 36).”"

(2a)

jiddaħħal l-artikolu li ġej

“Artikolu 48ia

Mhux aktar tard minn 4 snin wara l-adozzjoni ta' din id-Direttiva u fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-livell tal-OECD, il-Kummissjoni għandha teżamina, tivvaluta u tirrapporta dwar id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, b'mod partikolari rigward:

l-intrapriżi u l-fergħat li għandhom l-obbligu li jirrapportaw rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu, b'mod partikolari jekk ikunx xieraq li jitkabbar l-ambitu ta' dan il-Kapitolu biex jinkludi intrapriżi kbar kif definiti fl-Artikolu 3(4) u gruppi kbar kif definiti fl-Artikolu 3(7) ta' din id-Direttiva;

il-kontenut tar-rapport rigward l-informazzjoni dwar it-taxxa fuq l-introjtu kif previst fl-Artikolu 48c;

id-deroga temporanja prevista fis-subparagrafi 3a sa 3f tal-Artikolu 48c(3).

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, flimkien ma' proposta leġislattiva jekk ikun xieraq.” [Em. 55]

(2b)

jiddaħħal l-artikolu li ġej:

“Artikolu 48ib

Mudell komuni għar-rapport

Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tistabbilixxi l-mudell komuni li jirreferu għalih l-Artikolu 48b(1), (3), (4) u (6) u l-Artikolu 48c(5). Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 50(2) .” [Em. 56]

(3)

L-Artikolu 49 huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-Paragrafi 2 u 3 huma sostitwiti b’dan li ġej

“2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3(13), l-Artikolu 46(2) u l-Artikolu 48 g għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data msemmija fl-Artikolu 54.

3.   Id-delega ta’ setgħa msemmija fl-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3(13), l-Artikolu 46(2) u l-Artikolu 48 g tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe waqt mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din issir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Din ma taffettwax il-validità ta’ kwalunkwe att delegat diġà fis-seħħ.”

(b)

Jiddaħħal il-paragrafu 3a li ġej:

“3a.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar Tfassil it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet ta' [date]  (***) u tqis b'mod partikolari id-dispożizzjonijiet tat-Trattati u tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. [Em. 57]

(***)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1 .”"

(c)

Il-Paragrafu 5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“5.

Att delegat adottat skont l-Artikolu 1(2), l-Artikolu 3(13), l-Artikolu 46(2) jew l-Artikolu 48 g jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa mill-Parlament Ewropew jew inkella mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jkun estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”

(3a)

fl-Artikolu 51, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

“L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati . Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

L-Istati Membri għandhom, tal-anqas, jipprevedu miżuri u pieni amministrattivi għall-ksur, min-naħa tal-intrapriżi, tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva.

L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard minn … [jekk jogħġbok inkludi d-data ta’ sena wara dħul fis-seħħ] u jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwa dawn id-dispożizzjonijiet.

Sa … [tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva] il-Kummissjoni għandha tfassal lista tal-miżuri u s-sanzjonijiet stabbiliti minn kull Stat Membru skont din id-Direttiva.” [Em. 58]

Artikolu 2

Traspożizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni minnufih.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, fihom għandu jkun hemm referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn dik ir-referenza meta ssir il-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 3

Id-dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Id-destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 487, 28.12.2016, p. 62.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2019.

(3)  COM(2015)0610 tas-27 ta’ Ottubru 2015.

(4)  COM(2014)0910 tas-16 ta’ Diċembru 2014.

(5)  2015/2010(INL).

(6)  Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni u li tħassar id-Direttiva 77/799/KEE (ĠU L 64, 11.3.2011, p. 1).

(8)   Ir-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ġunju 2015 dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (ĠU L 169, 1.7.2015, p. 1).

(9)  Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).

(11)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Diċembru 1997, C-97/96 Verband deutscher Daihatsu-Händler ECLI:EU:C:1997:581.

(12)   Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(13)  ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/638


P8_TA(2019)0310

Dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (COM(2018)0375 – C8-0230/2018 – 2018/0196(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/47)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0375),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 177, 322(1)(a) u 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0230/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta’ Ottubru 2018 (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta’ Diċembru 2018 (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri tal-25 ta' Ottubru 2018 (3),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali kif ukoll l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits, il-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat dwar id-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0043/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (4);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 83.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 41.

(3)  ĠU C 17, 14.1.2019, p. 1.

(4)  Din il-pożizzjoni tikkorrispondi mall-emendi adottati fit-13 ta’ Frar 2019 (Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0096).


P8_TC1-COD(2018)0196

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fis-27 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lli jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi [Em. 1]

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 177, 322(1)(a) u 349 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri (3),

F’azzjoni skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (4),

Billi:

(1)

L-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) jipprovdi li, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha, l-Unjoni għandu jkollha l-għan li tnaqqas id-diverġenzi bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni varji u r-ritard ta' dawk ir-reġjuni jew gżejjer li huma anqas favoriti, u li għandha tingħata attenzjoni partikolari liż-żoni rurali, żoni milquta minn tranżizzjoni industrijali, u reġjuni li jbatu minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti. Dawn ir-reġjuni jibbenefikaw b'mod partikolari mill-politika ta' koeżjoni. L-Artikolu 175 tat- TFUE jitlob li l-Unjoni ssostni l-ilħiq ta’ dawn l-objettivi permezz tal-azzjoni li tieħu permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija, it-Taqsima tal-Gwida, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti oħrajn. L-Artikolu 322 tat- TFUE jipprovdi l-bażi biex jiġu adottati r-regoli finanzjarji li jiddeterminaw il-proċedura li għandha tiġi adottata għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit u għall-preżentazzjoni u l-awditjar tal-kontijiet, kif ukoll kontrolli tar-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. [Em. 2]

(1a)

Huwa importanti għall-ġejjieni tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tagħha li l-politika ta' koeżjoni tibqa' l-politika ta' investiment ewlenija tal-Unjoni, filwaqt li żżomm il-finanzjament tagħha fil-perjodu 2021-2027 tal-anqas fil-livell tal-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020. Jenħtieġ li finanzjament ġdid għal oqsma oħra ta' attività jew programmi tal-Unjoni ma jkunux ta' detriment għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus jew il-Fond ta' Koeżjoni. [Em. 3]

(2)

Sabiex ikomplu jiżviluppaw implimentazzjoni koordinata u armonizzata tal-Fondi tal-Unjoni implimentati taħt ġestjoni kondiviża, jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (“FSE+”), il-Fond ta’ Koeżjoni, miżuri ffinanzjati taħt ġestjoni kondiviża fil-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”), il-Fond għall-Ażil għall-Asil u l-Migrazzjoni (Asylum and Migration Fund,“AMIF”), il-Fond għas-Sigurtà Interna (Internal Security Fund,“ISF”) u l-Istrument għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri u tal-Viżi (“BMVI”), jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli finanzjarji bbażati fuq l-Artikolu 322 tat- TFUE għal dawn il-Fondi kollha (“il-Fondi”), li jispeċifikaw biċ-ċar il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet komuni bbażati fuq l-Artikolu 177 tat- TFUE jiġu stabbiliti biex ikopru r-regoli speċifiċi tal-politika għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-Fond ta’ Koeżjoni u, għall-FEMS u  sa punt speċifiku għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) . [Em. 430]

(3)

Minħabba l-ispeċifiċitajiet ta’ kull Fond, jenħtieġ li r-regoli speċifiċi applikabbli għal kull Fond u għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjal Ewropea (Interreg) taħt il-FEŻR jiġu stipulati f’Regolamenti separati (“Regolamenti speċifiċi għall-Fond”) biex jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Jenħtieġ li r-reġjuni ultraperiferiċi u r-reġjuni skarsament popolati tat-Tramuntana jibbenefikaw minn miżuri speċifiċi u minn finanzjament addizzjonali skont l-Artikolu 349 tat- TFUE u l-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-1994 sabiex jindirizzaw l-iżvantaġġi speċifiċi tagħhom relatati mal-pożizzjoni ġeografika tagħhom . [Em. 5]

(5)

Jenħtieġ li l-prinċipji orizzontali kif stabbiliti fl-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”) u fl-Artikolu 10 tat- TFUE, inklużi l-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tat- TUE, jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jqisu l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrispettaw ukoll l-obbligi tal-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà tan-NU u jiżguraw l-aċċessibbiltà f'konformità mal-Artikolu 9 tagħha u skont id-dritt tal-Unjoni li jarmonizza r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u s-servizzi. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Fondi jiġu implimentati b'mod li jippromwovi d-deistituzzjonalizzazzjoni u l-kura bbażata fil-komunità. Jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jimmiraw li jeliminaw l-inugwaljanzi u jippromwovu l-inugwaljanza l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u jintegraw il-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi, kif ukoll jiġġieldu d-diskriminazjoni d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali. Jenħtieġ li dawn il-Fondi ma jappoġġawx azzjonijiet li jikkontribwixxu għal xi kwalunkwe forma ta' segregazzjoni jew esklużjoni, jew li jappoġġaw infrastruttura li tkun inaċċessibbli għall-persuni b'diżabbilità . Jenħtieġ li l-objettivi tal-Fondi jiġu segwiti fil-qafas tal-iżvilupp sostenibbli u l-promozzjoni tal-Unjoni tal-għan li tippriżerva tippreserva , tipproteġi u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent kif stabbilit fl-Artikolu 11 u fl-Artikolu 191(1) tat- TFUE, u jitqies il-prinċipju li min iniġġes iniġġeż iħallas u jitqiesu l-impenji maqbula taħt il-Ftehim ta' Pariġi . Sabiex tiġi protetta l-integrità tas-suq intern, l-operazzjonijiet li jibbenefikaw minnhom l-impriżi għandhom jikkonformaw mar-regoli tal-għajnuna mill-Istat kif stabbilit fl-Artikoli 107 u 108 tat- TFUE. Il-faqar huwa wieħed mill-akbar sfidi tal-UE. Għalhekk, il-Fondi jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-qerda tal-faqar. Jenħtieġ li huma jikkontribwixxu wkoll għall-issodisfar tal-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha li jilħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli. [Em. 6]

(6)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura biex jiġi stabbilit u implimentat il-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premijiet, implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu verifiki dwar ir-responsabbiltà ta’ atturi finanzjarji. Regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE jirrigwardaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ defiċjenzi ġeneralizzati rigward l-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament mill-UE effettiv.

(7)

Meta jiġi stabbilit perjodu ta’ żmien biex il-Kummissjoni tieħu kwalunkwe azzjoni fir-rigward tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis l-informazzjoni u d-dokumenti meħtieġa kollha fil-ħin u b’mod effiċjenti. Mete l-preżentazzjonijiet tal-Istati Membri ma jkunux kompluti jew ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament u tar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, u għaldaqstant ma jippermettux li l-Kummissjoni tieħu azzjoni bl-informazzjoni kollha disponibbli għaliha, jenħtieġ li l-perjodu ta’ żmien jiġi sospiż sakemm l-Istati Membri jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji.

(8)

Sabiex jikkontribwixxu għall-prijoritajiet tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Fondi jiffukaw l-appoġġ tagħhom fuq għadd limitat ta’ objettivi ta’ politika f’konformità mal-missjonijiet speċifiċi għall-Fondi skont l-objettivi bbażati fuq it-Trattat. Jenħtieġ li l-objettivi ta’ politika għall-AMIF, l-ISF u l-BMVI jiġu stabbiliti fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fond.

(9)

Meta wieħed jirrifletti fuq l-importanza li t-tibdil fil-klima jiġi indirizzat f’konformità mal-impenji tal-Unjoni biex timplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, il-Fondi se jikkontribwixxu biex jissimplifikaw l-azzjonijiet klimatiċi u biex jinkiseb għan ġenerali ta’ 25 30 % tan-nefqa tal-baġit tal-UE li tapoġġa tappoġġa l-objettivi klimatiċi. Il-mekkaniżmi għall-protezzjoni tal-klima jenħtieġ li jkunu parti integrali tal-ipprogrammar u l-implimentazzjoni. [Em. 7]

(9a)

Minħabba l-impatt tal-flussi ta' migrazzjoni minn pajjiżi terzi, il-politika ta' koeżjoni jenħtieġ li tikkontribwixxi għal proċessi ta' integrazzjoni, b'mod partikolari billi tipprovdi appoġġ infrastrutturali lill-bliet u l-awtoritajiet lokali u reġjonali l-aktar esposti, li huma aktar involuti fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' integrazzjoni. [Em. 8]

(10)

Jenħtieġ li parti mill-baġit tal-Unjoni allokata għall-Fondi tiġi implimentata mill-Kummissjoni taħt ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri fis-sens tar-Regolament (UE, Euratom) [numru tar-Regolament Finanzjarju ġdid] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunill (5) (ir-“Regolament Finanzjarju”). Għaldaqstant, meta jimplimentaw il-Fondi taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jirrispettaw il-prinċipji msemmija fir-Regolament Finanzjarju, bħall-ġestjoni finanzjarja tajba, it-trasparenza u n-nondiskriminazzjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu responsabbli għat-tħejjija u għall-implimentazzjoni tal-programmi. Dan jenħtieġ li jsir fil-livell territorjali xieraq, skont il-qafas istituzzjonali, legali u finanzjarju tagħhom, u skont il-korpi maħtura minnhom għal dak il-għan. Jenħtieġ li l-Istati Membri joqogħdu lura milli jżidu regoli li jikkomplikaw l-użu tal-Fondi għall-benefiċjarji. [Em. 9]

(11)

Il-prinċipju tas-sħubija huwa fattur ewlieni fl-implimentazzjoni tal-Fondi, u jibni fuq l-approċċ ta’ governanza f’diversi livelli u jiżgura l-involviment tal-awtoritajiet reġjonali, lokali u awtoritajiet pubbliċi oħra, tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali. Sabiex jipprovdi kontinwità fl-organizzazzjoni tas-sħubija, il-Kummissjoni jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 (6) ikompli japplika tingħata s-setgħa temenda u tadatta . [Em. 10]

(12)

Fil-livell tal-Unjoni, is-Semestru Ewropew tal-koordinazzjoni tal-politika ekonomika huwa l-qafas biex jiġu identifikati l-prijoritajiet nazzjonali ta’ riforma u tiġi monitorjata l-implimentazzjoni tagħhom. L-Istati Membri jiżviluppaw l-istrateġiji tal-investiment pluriennali nazzjonali tagħhom b’appoġġ għal dawn il-prijoritajiet ta’ riforma. Jenħtieġ li dawn l-istrateġiji jiġu ppreżentati flimkien mal-Programmi Nazzjonali ta’ Riforma bħala mod kif jiġu enfasizzati u kkoordinati proġetti ta’ investimenti ta’prijorità li għandhom jiġu appoġġati minn finanzjament nazzjonali u tal-Unjoni. Jenħtieġ li jservu wkoll biex il-finanzjament tal-Unjoni jintuża b’mod koerenti u biex jiġi massimizzat il-valur miżjud tal-appoġġ finanzjarju li għandu jiġi riċevut, speċjalment mill-Fondi, mill-Funzjoni ta’ Stabbilizzazzjoni tal-Investiment Ewropea u mill-InvestUE. [Em. 11]

(13)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiddeterminaw kif jqisu rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li huma rilevanti u adottati skont l-Artikolu 121(2) tat- TFUE u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill li huma rilevanti u adottati skont l-Artikolu 148(4) tat- TFUE (“CSRs”) jitqiesu fit-tħejjija ta’ dokumenti ta’ programmazzjoni , meta jkunu konsistenti mal-objettivi tal-programm . Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni bejn l-2021 u l-2027 (“perjodu ta’ programmazzjoni”), jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi b’appoġġ għas-CSRs , kif ukoll tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali lill-kumitat ta’ monitoraġġ u lill-Kummissjoni b’mod regolari. Matul rieżami ta’ nofs it-terminu, jenħtieġ li l-Istati Membri, fost elementi oħra, iqisu l-ħtieġa għal modifiki fil-programmi biex jakkomodaw CSRs rilevanti adottati jew modifikati sa mill-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni. [Em. 12]

(14)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-kontenuti tal-abbozz tal-Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u tal-Klima, li għandu jiġi żviluppat taħt ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija (7), u l-eżitu tal-proċess li wassal għar-rakkomandazzjonijiet tal-Unjoni rigward dawn il-pjanijiet, għall-programmi tagħhom, inkluż waqt ir-rieżami ta' nofs it-terminu, kif ukoll għall-ħtiġijiet finanzjarji allokati għal investimenti b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju. [Em. 13]

(15)

Jeħtieġ li l-Ftehim ta’ Sħubija, imħejji minn kull Stat Membru, ikun dokument strateġiku li jiggwida n-negozjati bejn il-Kummissjoni l-Istat Membru kkonċernat dwar it-tfassil tal-programmi. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li ma jkunx hemm għalfejn jiġu emendati l-Ftehimiet ta’ Sħubija matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. Sabiex jiffaċilitaw il-programmazzjoni tiġi ffaċilitata l-programmazzjoni u jiġi evitat kontenut duplikat fid-dokumenti ta’ programmazzjoni, il-Ftehimiet jenħtieġ li jkun possibbli li l-Ftehimiet ta’ Sħubija jistgħu jiġu inklużi bħala parti minn programm. [Em. 14]

(16)

Jenħtieġ li kull Kull Stat Membru jista' jkollu l-flessibbiltà li jikkontribwixxi għall-InvestUE għall-InvestEU għad-dispożizzjoni ta’ garanziji baġitarji għall-investimenti f’dak l-Istat Membru , skont ċerti kundizzjonijiet speċifikati fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament . [Em. 15]

(17)

Sabiex jiġu żgurati l-prerekwiżiti meħtieġa għall-użu inklużiv, mhux diskriminatorju, effettiv u effiċjenti tal-appoġġ tal-Unjoni mogħti mill-Fondi, jenħtieġ li tiġi stabbilita lista limitata ta’ kundizzjonijiet abilitanti kif ukoll sett konċiż u eżawrjenti ta’ kriterji oġġettivi għall-valutazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li kull kundizzjoni abilitanti tintrabat ma’ objettiv speċifiku u jenħtieġ li tiġi applikata awtomatikament meta l-objettiv speċifiku jintgħażel għall-appoġġ. Meta dawn il-kundizzjonijiet ma jiġux issodisfati, jenħtieġ li n-nefqa relatata mal-operazzjonijiet taħt l-objettivi speċifiċi relatati ma tiġix inkluża f’talbiet għall-ħlas. Sabiex jinżamm qafas ta’ investiment favorevoli, jenħtieġ li jkun hemm monitoraġġ regolari tal-issodisfar kontinwu tal-kundizzjonijiet abilitanti. Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li l-operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ jiġu implimentati b’mod konsistenti mal-istrateġiji u mad-dokumenti tal-ippjanar fis-seħħ sottostanti għall-issodisfar tal-kundizzjonijiet abilitanti, u b’hekk jiżguraw li l-operazzjonijiet kofinanzjati kollha jkunu konformi mal-qafas ta’ politika tal-Unjoni. [Em. 16]

(18)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu qafas ta’ prestazzjoni għal kull programm li jkopri l-indikaturi, l-istadji importanti u l-miri kollha biex jimmonitorjaw, jirrappurtaw u jevalwaw il-prestazzjoni tal-programmi. Dan jenħtieġ li jippermetti li l-għażla u l-evalwazzjoni tal-proġetti jkunu mmexxija mir-riżultati. [Em. 17]

(19)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu rieżami ta' nofs it-terminu ta' kull programm appoġġat mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta' Koeżjoni. Jenħtieġ li r-rieżami jipprovdi aġġustament sħiħ tal-programmi bbażati fuq il-prestazzjoni tal-programmi, filwaqt li jagħti l- opportunità wkoll li jitqiesu sfidi ġodda u CSRs rilevanti maħruġa fl-2024 , kif ukoll il-progress mal-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima u l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali. Jenħtieġ li l-isfidi demografiċi jiġu kkunsidrati wkoll . B'mod parallel, jenħtieġ li fl-2024 il-Kummissjoni, flimkien mal-aġġustament tekniku għas-sena 2025, tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha taħt l-investiment għall-mira tal-impjiegi u t-tkabbir tal-politika ta' koeżjoni għas-snin 2025, 2026 u 2027, u tapplika l-metodu tal-allokazzjoni stabbilit fl-att bażiku rilevanti. Jenħtieġ li dan ir-rieżami flimkien mal-eżitu tar-rieżami ta' nofs it-terminu jirriżulta f'emendi tal-programmi li jimmodifikaw l-allokazzjonijiet finanzjarji għas-snin 2025, 2026 u 2027. [Em. 18]

(20)

Jenħtieġ li l-mekkaniżmi biex jiżguraw rabta bejn il-politiki ta’ governanza ekonomika tal-Unjoni jkomplu jiġu rfinuti, biex il-Kummissjoni tkun tista’ tagħmel proposta lill-Kunsill biex tissospendi l-impenji kollha jew parti minnhom għal wieħed mill-programmi jew aktar tal-Istat Membru kkonċernat meta dak l-Istat Membru jonqos milli jieħu azzjoni effettiva fil-kuntest tal-proċess tal-governanza ekonomika. Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi u fid-dawl tal-importanza li jiġu imposti l-effetti finanzjarji tal-miżuri, jenħtieġ li s-setgħat ta’ implimentazzjoni jiġu konferiti fuq il-Kunsill li jenħtieġ li jaġixxi fuq il-bażi ta’ proposta tal-Kummissjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li huma meħtieġa biex tiġi żgurata azzjoni effettiva fil-kuntest tal-proċess tal-governanza ekonomika, jenħtieġ li tintuża votazzjoni b’maġġoranza kwalifikata inversa. [Em. 425rev, 444rev, 448 u 469]

(20a)

L-Istati Membri jistgħu, f'każijiet debitament ġustifikati, jagħmlu talba għall-flessibbiltà fil-qafas attwali tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għan-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti, appoġġata mill-amministrazzjoni pubblika permezz ta' kofinanzjament ta' investimenti attivati bħala parti mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (“Fondi SIE”). Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta bir-reqqa t-talba rispettiva, meta tiddefinixxi l-aġġustament fiskali taħt il-parti preventiva jew dik korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir. [Em. 20]

(21)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti komuni fir-rigward tal-kontenut tal-programmi filwaqt li titqies in-natura speċifika ta’ kull Fond. Dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu kkomplementati minn regoli speċifiċi għall-Fondi. Jenħtieġ li r-Regolament (UE) [XXX] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8) (ir-“Regolament ETC”) jistabbilixxi dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kontenut tal-programmi taħt il-mira tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

(22)

Sabiex l-implimentazzjoni tal-programmi tkun flessibbli u jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li jiġu permessi trasferimenti finanzjarji limitati bejn prijoritajiet tal-istess programm mingħajr ma tkun meħtieġa deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-programm. Jenħtieġ li t-tabelli finanzjarji riveduti jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni sabiex tiġi żgurata informazzjoni aġġornata dwar allokazzjonijiet finanzjarji għal kull prijorità.

(22a)

Il-proġetti maġġuri jirrappreżentaw sehem sostanzjali mill-infiq tal-Unjoni u ta' spiss huma ta' importanza strateġika fir-rigward tat-twettiq tal-istrateġija tal-Unjoni għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv. Għaldaqstant huwa ġġustifikat li operazzjonijiet lil hinn minn ċerti limiti jkomplu jkunu soġġetti għal proċeduri speċifiċi ta' approvazzjoni skont dan ir-Regolament. Il-limitu jenħtieġ li jiġi stabbilit fir-rigward tal-kost totali eliġibbli wara li jitqies id-dħul nett mistenni. Biex tkun żgurata ċ-ċarezza, huwa xieraq li jiġi definit il-kontenut ta' applikazzjoni ta' proġett maġġuri għal dan il-għan. L-applikazzjoni jenħtieġ li jkun fiha l-informazzjoni neċessarja biex tingħata garanzija li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fondi ma tirriżultax f'telf sostanzjali ta' impjiegi f'postijiet eżistenti fl-Unjoni. L-Istat Membru jenħtieġ li jippreżenta l-informazzjoni kollha mitluba u jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-proġett maġġuri biex tiddetermina jekk hijiex ġustifikata l-kontribuzzjoni finanzjarja mitluba. [Em. 21]

(23)

Sabiex jissaħħaħ l-approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali, jenħtieġ li l-investimenti fil-forma tal-għodod territorjali bħall-investimenti territorjali integrati (“ITI”), l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (community-led local development, “CLLD” , magħruf bħala “LEADER” taħt il-FAEŻR ) jew kull għodda territorjali oħra taħt l-objettiv ta' politika “Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini taċ-ċittadini tagħha” li tappoġġa l-inizjattivi mfassla mill-Istat Membru għall-investimenti programmati għall-FEŻR ikunu bbażati fuq strateġiji ta' żvilupp territorjali u lokali . L-istess jenħtieġ li japplika għal inizjattivi relatati bħall-Irħula Intelliġenti . Għall-finijiet tal-ITI u tal-għodod territorjali mfassla mill-Istati Membri, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi għall-kontenut tal-istrateġiji territorjali. Jenħtieġ li dawn l-istrateġiji territorjali jiġu żviluppati u approvati taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet jew il-korpi rilevanti. Sabiex jiġi żgurat l-involviment tal-awtoritajiet jew il-korpi rilevanti fl-istrateġiji territorjali ta' implimentazzjoni, jenħtieġ li dawn l-awtoritajiet jew il-korpi jkunu responsabbli għall-għażla tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati, jew involuti f'dik l-għażla. [Em. 22]

(24)

Sabiex jiġi mobilizzat aħjar il-potenzjal fil-livell lokali, jeħtieġ li jissaħħaħ u jiġi ffaċilitat is-CLLD. Jenħtieġ li jqis il-ħtiġijiet lokali u l-potenzjal, kif ukoll karatteristiċi soċjokulturali rilevanti, u jenħtieġ li jipprevedi bidliet strutturali, jibni l-kapaċità tal-komunità u  l-kapaċità amministrattiva u jistimola l-innovazzjoni. Jenħtieġ li jissaħħu l-kooperazzjoni mill-qrib u l-użu integrat tal-Fondi biex jitwasslu strateġiji għall-iżvilupp lokali. Jenħtieġ li, bħala prinċipju essenzjali, il-gruppi ta’ azzjoni lokali li jirrappreżentaw l-interessi tal-komunità jkunu responsabbli għat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tas-CLLD. Sabiex jiġi ffaċilitat appoġġ koordinat minn Fondi differenti għall-istrateġiji tas-CLLD u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tagħhom, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat l-użu ta’ approċċ ta’ “Fond Prinċipali”. [Em. 23]

(25)

Sabiex jonqos il-piż amministrattiv, jenħtieġ li tiġi implimentata assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istat Membru permezz ta’ rata fissa bbażata fuq il-progress fl-implimentazzjoni tal-programmi. Din Dik l-assistenza teknika tista’ tkun ikkomplementata minn miżuri ta’ bini tal-kapaċità mmirati , bħall-evalwazzjoni tas-sett ta' ħiliet tar-riżorsi umani, bl-użu ta’ metodi ta’ rimborż li mhumiex marbuta ma’ kostijiet. L-azzjonijiet u r-riżultati kif ukoll pagamenti korrispondenti tal-Unjoni jistgħu jiġu miftiehma fi pjan direzzjonali u jistgħu jwasslu għal pagamenti għal riżultati fil-post. [Em. 24]

(26)

Huwa opportun li wieħed jiċċara li, meta Stat Membru jipproponi lill-Kummissjoni li prijorità ta’ programm jew parti minnha tkun appoġġata permezz ta’ skema ta’ finanzjament mhux marbuta mal-kostijiet, jenħtieġ li l-azzjonijiet, ir-riżultati u l-kundizzjonijiet miftiehma jkunu relatati ma’ investimenti konkreti mwettqa taħt il-programmi ta’ ġestjoni kondiviża f’dak l-Istat Membru jew reġjun.

(27)

Sabiex jeżamina l-prestazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li l-Istat Membru jwaqqaf jistabbilixxi kumitati ta’ monitoraġġ i jikkonsistu wkoll minn rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali . Għall-FEŻR, għall-FSE+ u għall-Fond ta’ Koeżjoni, jenħtieġ li r-rapporti annwali ta’ implimentazzjoni jiġu sostitwiti minn djalogu ta’ politika strutturat annwali bbażat fuq l-aħħar informazzjoni u data dwar l-implimentazzjoni tal-programmi li jkunu saru disponibbli mill-Istat Membru. [Em. 25]

(28)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim interistituzzjonali għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (9), jenħtieġ li l-Fondi jiġu evalwati fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjonijiet regolamentazzjoni żejda u piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fondi fil-post. L-indikaturi għandhom jiġu żviluppati b'mod li jkun sensittiv għall-ġeneru meta jkun possibbli. [Em. 26]

(29)

Sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta’ informazzjoni aġġornata dwar l-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li jintalab rappurtar elettroniku aktar frekwenti effettiv u f'waqtu dwar id-data kwantitattiva. [Em. 27]

(30)

Sabiex tappoġġa t-tħejjija tal-programmi u l-attivitajiet relatati tal-perjodu ta’ programmazzjoni li jmiss, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Fondi. Fi tmiem il-perjodu ta’programmazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjonijiet retrospettivi tal-Fondi, li jenħtieġ li jiffukaw fuq l-impatt tal-Fondi. Jenħtieġ li r-riżultati ta' dawn l-evalwazzjonijiet jiġu pubblikati. [Em. 28]

(31)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet, il-benefiċjarji u l-partijiet ikkonċernati tal-programmi fl-Istati Membri jqajmu kuxjenza dwar il-kisbiet tal-finanzjament tal-Unjoni u jinfurmaw lill-pubbliku ġenerali skont dan. It-trasparenza, il-komunikazzjoni u l-attivitajiet ta’ viżibbiltà huma essenzjali biex l-azzjoni tal-Unjoni tkun viżibbli fil-post u jenħtieġ li tkun ibbażat fuq informazzjoni vera, preċiża u aġġornata. Sabiex dawn ir-rekwiżiti jkunu infurzabbli, jenħtieġ li l-awtoritajiet tal-programmi u l-Kummissjoni jkunu jistgħu japplikaw miżuri ta’ rimedju f’każ ta’ nuqqas ta' konformità.

(32)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jippubblikaw informazzjoni strutturata dwar operazzjonijiet magħżula u benefiċjarji fuq is-sit web tal-programm li jappoġġa l-operazzjoni, filwaqt li jqisu r-rekwiżiti għall-protezzjoni ta’ data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679 (10) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(33)

Bil-ħsieb li jiġi simplifikat l-użu tal-Fondi u jitnaqqas ir-riskju ta’ żbalji, huwa xieraq li jiġu definiti kemm il-forom tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Istati Membri kif ukoll il-forom tal-appoġġ mogħti mill-Istati Membri lill-benefiċjarji.

(34)

Rigward l-għotjiet mogħtija lill-benefiċjarji, jenħtieġ li l-Istati Membri jagħmlu dejjem aktar użu mill-għażliet tal-kostijiet issimplifikati. Jenħtieġ li l-livell limitu marbut mal-użu obbligatorju tal-għażliet tal-kostijiet issimplifikati jkun marbut mal-kostijiet totali tal-operazzjoni sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għall-operazzjonijiet kollha taħt il-livell limitu, kemm jekk l-appoġġ ikun pubbliku kif ukoll jekk privat. Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb li jipproponi l-użu ta' għażla tal-ispejjeż issimplifikati, jista' jikkonsulta lill-kumitat ta' monitoraġġ. [Em. 29]

(35)

Sabiex ikun hemm implimentazzjoni immedjata tar-rati fissi, jenħtieġ li kull rata fissa stabbilita mill-Istati Membri fil-perjodu bejn l-2014 u l-2020 ibbażata fuq metodu ta’ kalkolazzjoni ġust, ekwu u verifikabbli tkompli tiġi applikata għal operazzjonijiet simili appoġġati taħt dan ir-Regolament mingħajr ma tkun teħtieġ metodu ta’ kalkolazzjoni ġdid.

(36)

Sabiex jottimizzaw l-assorbiment ta’ investimenti ambjentali kofinanzjati, jenħtieġ li s-sinerġiji jiġu żgurati bil-Programm għall-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika LIFE, b’mod partikolari permezz ta’ proġetti integrati strateġiċi LIFE u proġetti ta’ natura strateġika , kif ukoll mal-proġetti finanzjati taħt Orizzont Ewropa u programmi oħra tal-Unjoni Ewropea . [Em. 30]

(37)

Sabiex ikun hemm ċarezza ġuridika, huwa xieraq li jiġi speċifikat il-perjodu ta’ eliġibbiltà għan-nefqa jew il-kostijiet marbuta mal-operazzjonijiet appoġġati mill-Fondi taħt dan ir-Regolament jew li jiġi ristrett l-appoġġ għal operazzjonijiet kompluti. Jenħtieġ li d-data li minnha n-nefqa ssir eliġibbli għal appoġġ mill-Fondi f’każ ta’ adozzjoni ta’ programmi ġodda jew ta’ bidliet fil-programmi tiġi ċċarata wkoll, inkluża l-possibbiltà eċċezzjonali li l-perjodu ta’ eliġibbiltà jiġi estiż għall-bidu ta’ diżastru naturali f’każ li jkun hemm ħtieġa urġenti li r-riżorsi jiġu mobilizzati bħala reazzjoni għal dan id-diżastru.

(38)

Sabiex ikunu żgurati l-inklużività, l-effettività, il-ġustizzja u l-impatt sostenibbli tal-Fondi, jenħtieġ li jkun hemm dispożizzjonijiet li jiggarantixxu li l-investmenti fl-infrastruttura jew l-investiment produttiv idumu ma jkunux diskriminatorji u jkunu dejjiema u jimpedixxu l-użu ta' dawn il-Fondi għal vantaġġ mhux dovut. Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni joqogħdu attenti b’mod partikolari li ma jappoġġawx ir-rilokazzjoni meta jagħżlu l-operazzjonijiet u li jittrattaw is-somom imħallsa b’mod mhux dovut lil operazzjonijiet li ma jikkonformawx mar-rekwiżit tad-durabbiltà bħala irregolaritajiet. [Em. 31]

(39)

Bil-ħsieb li jittejbu l-komplementarjetajiet u tiġi ssimplifikata l-implimentazzjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġi kkombinat l-appoġġ mill-Fond ta' Koeżjoni u mill-FEŻR mal-appoġġ mill-FSE+ fi programmi konġunti taħt l-Investiment għall-mira tal-impjiegi u t-tkabbir.

(40)

Sabiex jiġi ottimizzat il-valur miżjud mill-investimenti ffinanzjati kompletament jew parzjalment permezz tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li wieħed ifittex sinerġiji b’mod partikolari bejn il-Fondi u l-istrumenti ġestiti direttament inkluża l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi. Jenħtieġ li dawn din il-koordinazzjoni tal-politika tippromwovi mekkaniżmi li jkunu faċli biex jintużaw u governanza f'diversi livelli. Jenħtieġ li dawk is-sinerġiji jinkisbu permezz ta’ mekkaniżmi ewlenin, jiġifieri r-rikonoxximent ta’ rati fissi għal kostijiet eliġibbli mill-Orizzont Ewropa għal operazzjoni simili u l-possibbiltà li jiġi kkombinat finanzjament minn strumenti tal-Unjoni differenti fl-istess operazzjoni sakemm dment li jiġi evitat finanzjament doppju. Għaldaqstant, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli għal finanzjament komplementari mill-Fondi. [Em. 32]

(41)

Jenħtieġ li l-istrumenti finanzjarji ma jintużawx biex jappoġġaw l-attivitajiet ta’ rifinanzjament, bħal sostituzzjoni ta’ ftehimiet ta’ self eżistenti jew forom oħra ta’ finanzjament għal investimenti li diġà ġew kompluti fiżikament jew implimentati bis-sħiħ fid-data tad-deċiżjoni tal-investiment, iżda minflok jappoġġaw kull tip ta’ investiment ġdid f’konformità mal-objettivi ta’ politika sottostanti.

(42)

Jenħtieġ li d-deċiżjoni li jiġu ffinanzjati miżuri ta’ appoġġ permezz ta’ strumenti finanzjarji tiġi determinata fuq il-bażi ta’ valutazzjoni ex ante. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-elementi obbligatorji minimi ta’ valutazzjonijiet ex ante u jenħtieġ li jippermetti li Stat Membru jagħmel użu mill-valutazzjoni ex ante mwettqa għall-perjodu mill-2014 sal-2020, jiġi aġġornat fejn meħtieġ, sabiex jevita piż amministrattiv u dewmien fit-twaqqif ta’ strumenti finanzjarji.

(42a)

Jenħtieġ li l-awtoritajiet ta' ġestjoni jkollhom il-possibbiltà li jimplimentaw strumenti finanzjarji permezz ta' għoti ta' kuntratt dirett lill-Grupp tal-BEI u lill-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali (IFIs). [Em. 33]

(43)

Sabiex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ strumenti finanzjarji meta jkun previst appoġġ ta’ għoti anċillari, huwa possibbli li jiġu applikati r-regoli dwar l-istrumenti finanzjarji dwar din il-kombinazzjoni f’operazzjoni ta’ strument finanzjarju waħda. F’dawn il-każijiet, jenħtieġ li jiġu stabbiliti kundizzjonijiet speċifiċi li jipprevjenu finanzjament doppju.

(44)

B’rispett sħiħ għall-għajnuna mill-Istat u r-regoli tal-akkwist pubbliku applikabbli u diġà ċċarati matul il-perjodu ta’ programmazzjoni bejn l-2014 u l-2020, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jkollhom il-possibbiltà li jiddeċiedu dwar l-għażliet ta’ implimentazzjoni l-aktar xierqa għall-istrumenti finanzjarji sabiex jindirizzaw il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni mmirati. F'dan il-qafas, jenħtieġ li l-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, tagħti gwida lill-awdituri, lill-awtoritajiet ta' ġestjoni u lill-benefiċjarji għall-valutazzjoni tal-konformità mal-għajnuna mill-Istat u l-iżvilupp ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat. [Em. 34]

(45)

Skont il-prinċipju u r-regoli tal-ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi u jassiguraw l-użu legali u regolari tal-Fondi. Billi jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom ir-responsabbiltà primarja għal din il-ġestjoni u l-kontroll u jenħtieġ li jiġi żgurat li l-operazzjonijiet appoġġati mill-Fondi jikkonformaw mad-dritt applikabbli, jenħtieġ li jiġu spjegati l-obbligi tagħhom f’dak ir-rigward. Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll is-setgħat u r-responsabbiltajiet tal-Kummissjoni f’dak il-kuntest.

(45a)

Sabiex iżżid ir-responsabbiltà u t-trasparenza, il-Kummissjoni jenħtieġ li tipprovdi sistemi ta' indirizzar tal-ilmenti li jkunu aċċessibbli għaċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati kollha fl-istadji kollha ta' preparazzjoni u implimentazzjoni tal-programmi, inkluż il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni . [Em. 35]

(46)

Sabiex jitħaffef il-bidu tal-implimentazzjoni tal-programmi, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat ir-riportament tal-arranġamenti ta’ implimentazzjoni , inklużi s-sistemi amministrattivi u tal-IT, mill-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti , meta dan ikun possibbli . Jenħtieġ li jinżamm l-użu ta’ sistema kompjuterizzata diġà stabbilita għall-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, adatta skont kif meħtieġ, sakemm ma tkunx meħtieġa teknoloġija ġdida. [Em. 36]

(47)

Sabiex jiġu ssimplifikati l-funzjonijiet tal-ġestjoni tal-programmi, jenħtieġ li tinżamm l-integrazzjoni ta’ funzjonijiet ta’ kontabbiltà ma’ dawk tal-awtorità ta’ ġestjoni għall-programmi appoġġati mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI u jenħtieġ li din tkun għażla għall-Fondi l-oħra.

(48)

Billi l-awtorità ta’ ġestjoni għandha r-responsabbiltà ewlenija għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Fondi u għaldaqstant tissodisfa għadd sostanzjali ta’ funzjonijiet, jenħtieġ li l-funzjonijiet tagħha fir-rigward tal-għażla tal-proġetti, tal-ġestjoni tal-programmi u tal-appoġġ għall-kumitat ta’ monitoraġġ jiġu stabbiliti fid-dettall. Jenħtieġ li l-operazzjonijiet magħżula jkunu konformi mal-prinċipji orizzontali.

(48a)

Sabiex jiġi appoġġat l-użu effettiv tal-Fondi, l-appoġġ tal-BEI jenħtieġ li jkun disponibbli għall-Istati Membri kollha fuq talba tagħhom. Dan jista' jkopri l-bini tal-kapaċità, l-appoġġ għall-identifikazzjoni tal-proġett, it-tħejjija u l-implimentazzjoni, kif ukoll pariri dwar l-istrumenti finanzjarji u l-pjattaformi ta' investiment. [Em. 37]

(49)

Sabiex jiġu ottimizzati s-sinerġiji bejn il-Fondi u l-istrumenti ġestiti direttament, jenħtieġ li tiġi ffaċilitata d-dispożizzjoni tal-appoġġ għal operazzjonijiet li diġà rċevew ċertifikazzjoni ta’ Siġill ta’ Eċċellenza.

(50)

Biex jiġi żgurat bilanċ xieraq bejn l-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Fondi u l-kostijiet u l-piżijiet amministrattivi relatati, jenħtieġ li l-frekwenza, l-ambitu u l-kopertura tal-verifiki ta’ ġestjoni jkunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju li tqis fatturi bħat-tip ta’ operazzjonijiet implimentati, il-kumplessità u l-għadd tal-operazzjonijiet, il-benefiċjarji kif ukoll il-livell ta' riskju identifikat mill-verifiki ta' ġestjoni u l-awditi preċedenti. Il-miżuri ta' ġestjoni u ta' kontroll għall-Fondi jenħtieġ li jkunu proporzjonati mal-livell ta' riskju għall-baġit tal-Unjoni . [Em. 38]

(51)

Jenħtieġ li l-awtorità tal-awditjar twettaq awditi u tiżgura li l-opinjoni tal-awditjar mogħtija lill-Kummissjoni tkun affidabbli. Jenħtieġ li l-opinjoni tal-awditjar tassigura lill-Kummissjoni fuq tliet punti, jiġifieri l-legalità u r-regolarità tan-nefqa ddikjarata, il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet.

(52)

Jenħtieġ li jkun possibbli tnaqqis ta’ rekwiżiti ta’ verifiki u awditi meta jiġi assigurat li l-programm ikun iffunzjona b’mod effettiv għall-aħħar sentejn konsekuttivi billi dan juri li l-Fondi qed jiġu implimentati b’mod effettiv u effiċjenti fuq perjodu mtawwal ta’ żmien.

(53)

Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji u l-kostijiet amministrattivi, jenħtieġ li l-applikazzjoni konkreta tal-prinċipju tal-awditu uniku tiġi speċifikata għall-Fondi.

(54)

Sabiex tittejjeb il-ġestjoni finanzjarja, jenħtieġ li tiġi prevista skema ta’ prefinanzjament simplifikata. Jenħtieġ li l-iskema ta’ prefinanzjament tiżgura li Stat Membru jkollu l-mezzi biex jappoġġa lill-benefiċjarji mill-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm.

(55)

Biex jitnaqqas il-piż amministrattiv għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni, jenħtieġ li tiġi stabbilita skeda obbligatorja ta’ talbiet għall-ħlas kull tliet xhur. Jenħtieġ li l-pagamenti tal-Kummissjoni jkomplu jkunu soġġetti għal żamma ta’ 10 % sakemm jitħallas il-bilanċ annwali tal-kontijiet meta l-Kummissjoni tkun tista’ tikkonkludi li l-kontijiet huma kompluti, preċiżi u veri.

(56)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, jenħtieġ li l-proċedura għall-aċċettazzjoni annwali tal-kontijiet tiġi simplifikata billi jingħataw modalitajiet aktar sempliċi għal pagamenti u rkupri meta ma jkun hemm l-ebda nuqqas ta’ qbil bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru.

(57)

Sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi finanzjarji u l-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-miżuri proporzjonati jiġu stabbiliti u implimentati fil-livell tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tinterrompi l-iskadenzi tal-pagamenti, tissospendi l-pagamenti interim u tapplika l-korrezzjonijiet finanzjarji meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet rispettivi. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità billi tqis in-natura, is-serjetà u l-frekwenza tal-irregolaritajiet u l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom għall-baġit tal-Unjoni.

(58)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jipprevjenu, jikxfu u jindirizzaw ukoll b’mod effettiv kull irregolarità inkluż frodi mill-benefiċjarji. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 (11), u r-Regolamenti (Euratom, KE) Nru 2988/95 (12) u Nru 2185/96 (13), l-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jiġi stabbilit jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939 (14), l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 (15) dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-miżuri meħtieġa biex kull persuna jew entità li tirċievi fondi mill-Unjoni tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew kontra l-Frodi (OLAF), lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u lill-Qorti Ewropea Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tingħata drittijiet ekwivalenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jirrappurtaw jipprovdu rapport dettaljat lill-Kummissjoni dwar irregolaritajiet mikxufa inkluż frodi, u s-segwitu tagħhom kif ukoll is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF. L-Istati Membri li ma jipparteċipawx fil-kooperazzjoni msaħħa mal-UPPE jenħtieġ li jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar id- deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet ta' prosekuzzjoni nazzjonali fir-rigward ta' każijiet ta' irregolaritajiet li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni. [Em. 39]

(59)

Sabiex titħeġġeġ id-dixxiplina finanzjarja, huwa xieraq li jiġu definiti l-arranġamenti għal diżimpenn ta’ impenji baġitarji fil-livell tal-programmi.

(60)

Sabiex jiġu promossi l-objettivi tat-TFUE relatati mal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, jenħtieġ li l-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir tappoġġa r-reġjuni kollha. Sabiex jiġi pprovdut appoġġ bilanċjat u gradwali u li jirrifletti l-livell tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali, jenħtieġ li r-riżorsi taħt dik il-mira jiġu allokati mill-FEŻR u mill-FSE+ fuq il-bażi ta’ kjavi ta’ kontribuzzjoni li hija bbażata b’mod predominanti fuq il-PDG per capita. Jenħtieġ li l-Istati Membri li l-introjtu nazzjonali gross (ING) per capita tagħhom ikun inqas minn 90 % ta’ dak tal-medja tal-Unjoni jibbenefikaw taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir mill-Fond ta' Koeżjoni.

(61)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji oġġettivi sabiex jintgħażlu reġjuni u żoni eliġibbli għal appoġġ mill-Fondi. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-identifikazzjoni tar-reġjuni u ż-żoni taż-żoni fil-livell tal-Unjoni jenħtieġ li tkun ibbażata fuq is-sistema komuni ta’ klassifikazzjoni tar-reġjuni stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), kif emendat l-aktar riċentement bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 868/2014 2016 / 2066  (17). [Em. 40]

(62)

Sabiex tistabilixxi tistabbilixxi qafas finanzjarju xieraq għall-FEŻR, għall-FSE+ , għall-FEMS u għall-Fond ta’ Koeżjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi tqassim annwali ta’ allokazzjonijiet disponibbli għal kull Stat Membru taħt il-mira tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir flimkien mal-lista ta’ reġjuni eliġibbli, kif ukoll l-allokazzjonijiet għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg). Filwaqt li tqis li jenħtieġ li l-allokazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri jiġu stabbiliti fuq il-bażi tad-data statistika u l-previżjonijiet disponibbli fl-2018 u minħabba l-inċertezzi tal-previżjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali tal-Istati Membri kollha fl-2024 fuq il-bażi tal-aktar statistiki riċenti disponibbli dak il-ħin u, meta jkun hemm diverġenza kumulattiva ta’ aktar minn +/- 5 %, jenħtieġ li taġġusta dawk l-allokazzjonijiet għas-snin 2025 sal-2027 sabiex l-eżiti tar-rieżami ta’ nofs it-terminu u tal-eżerċizzju ta’ aġġustament tekniku jiġu riflessi fl-emendi tal-programmi fl-istess ħin. [Em. 41]

(63)

Il-proġetti tat-trapsort tat-trasport trans-Ewropej skont ir-Regolament (UE) Nru [Regolament ġdid tal-FNE] (18) se jkomplu jiġu ffinanzjati mill-Fond ta’ Koeżjoni permezz ta’ ġestjoni kondiviża kif ukoll mezz ta’ implimentazzjoni diretta taħt il-Faċilità Nikkolegaw Nikkollegaw l-Ewropa (“FNE”). B’segiwtu B’segwitu għall-approċċ b’suċċess tal-perjodu ta’ programmazzjoni mill-2014 sal-2020, jenħtieġ li jiġu trasferiti EUR 10 000 000 000 tal-Fond ta’ Koeżjoni lill-FNE għal dan il-għan. [Em. 42]

(64)

Jenħtieġ li ċertu ammont tar-riżorsi mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta’ Koeżjoni jiġu allokati mill-Inizjattiva Urbana Ewropea li jenħtieġ li tiġi implimentata permezz ta’ ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni. Fil-ġejjieni jenħtieġ li ssir aktar riflessjoni dwar l-appoġġ speċifiku li jingħata lil reġjuni u komunitajiet żvantaġġati. [Em. 43]

(65)

Bil-ħsieb li tiġi żgurata allokazzjoni xierqa għall-kategoriji tar-reġjuni, bħala prinċipju, jenħtieġ li l-allokazzjonijiet totali lill-Istati Membri fir-rigward ta’ reġjuni inqas żviluppati, dawk fi tranżizzjoni u dawk aktar żviluppati ma jkunux trasferibbli minn kategorija għal oħra. Madankollu, sabiex jakkomodaw il-ħtiġijiet tal-Istati Membri biex jindirizzaw sfidi speċifiċi, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu kapaċi jitolbu trasferiment mill-allokazzjonijiet tagħhom għal reġjuni aktar żviluppati jew għal reġjuni fi tranżizzjoni lejn reġjuni inqas żviluppati u jenħtieġ li jiġġustiifkaw din l-għażla. Sabiex jiżguraw biżżejjed riżorsi finanzjarji għar-reġjuni inqas żviluppati, jenħtieġ li jiġi stabbilit livell limitu għat-trasferimenti lejn reġjuni aktar żviluppati jew reġjuni fi tranżizzjoni. Jenħtieġ li t-trasferibbiltà tar-riżorsi minn mira għal oħra ma tkunx possibbli.

(65a)

Bil-ħsieb li jiġu indirizzati l-isfidi ffaċċjati mir-reġjuni b'introjtu medju, kif deskritt fis-7 rapport ta' koeżjoni  (19) (tkabbir baxx meta mqabbel mar-reġjuni aktar żviluppati iżda wkoll meta mqabbel mar-reġjuni inqas żviluppati, problema li qed tiġi ffaċċjata b'mod speċjali minn reġjuni b'PDG per capita ta' bejn 90 % u 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27), “ir-reġjuni fi tranżizzjoni” jenħtieġ li jirċievu appoġġ adegwat u jiġu definiti bħala reġjuni li l-PDG per capita tagħhom huwa ta' bejn 75 % u 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27. [Em. 44]

(66)

Fil-kuntest taċ-ċirkustanzi uniċi u speċifiċi fil-gżira tal-Irlanda, u bil-ħsieb li tiġi appoġġata l-kooperazzjoni bejn it-Tramunta u n-Nofsinhar skont il-Ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira, jenħtieġ li programm transfruntier ġdid “PEACEPLUS” ikompli jibni fuq il-ħidma ta’ programmi preċedenti, Peace u INTERREG, bejn il-kontej transfruntiera tal-Irlanda u l-Irlanda ta’ Fuq. Meta wieħed iqis l-importanza prattika tiegħu, jenħtieġ li dan il-programm jiġi appoġġat b’allokazzjoni speċifika biex ikompli jappoġġa azzjonijiet għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni, u jenħtieġ li jiġi allokat ukoll sehem xieraq mill-allokazzjoni Irlandiża taħt il-mira tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg) għall-programm.

(66a)

Fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, bosta reġjuni u Stati Membri se jkunu aktar esposti għall-konsegwenzi ta' dan l-irtirar minn oħrajn, minħabba l-ġeografija, in-natura u/jew il-firxa tar-rabtiet kummerċjali tagħhom. Huwa għalhekk importanti li jiġu identifikati soluzzjonijiet prattiċi għall-appoġġ anke fi ħdan il-qafas tal-politika ta' koeżjoni biex jiġu indirizzati l-isfidi għar-reġjuni kkonċernati u l-Istati Membri ladarba l-ħruġ tar-Renju Unit ikun seħħ. Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi stabbilita kooperazzjoni kontinwa, li tinvolvi skambji ta' informazzjoni u ta' prattiki tajbin fil-livell tal-awtoritajiet lokali u reġjonali l-aktar milquta u tal-Istati Membri. [Em. 45]

(67)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti rati massimi ta’ kofinanzjament fil-qasam tal-politika ta’ koeżjoni skont il-kategorija tar-reġjun sabiex jiġi żgurat li l-prinċipju ta’ kofinanzjament jiġi rispettat permezz ta’ livell xieraq ta’ appoġġ nazzjonali pubbliku jew privat. Jenħtieġ li dawn ir-rati jirriflettu l-livell tal-iżvilupp ekonomiku tar-reġjuni f’termini ta’ PDG per capita fir-rigward tal-medja tal-EU- tal-UE- 27 , filwaqt li ma jissalvagwardawx trattament inqas favorevoli minħabba tibdil fil-kategorizzazzjoni tagħhom . [Em. 46]

(68)

Sabiex tissupplimenta u temenda ċerti elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emendi tal-elementi inklużi f’ċerti Annessi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri għad-dimensjonijiet u għall-kodiċijiet għat-tipi ta’ intervent, il-mudelli għall-ftehimiet ta’ sħubija u l-programmi, il-mudelli għat-trażmissjoni tad-data, l-użu tal-emblema tal-Unjoni, l-elementi għall-ftehimiet ta’ finanzjament u d-dokumenti ta’ strateġija, ir-rendikont tal-entrati, is-sistemi ta’ skambju elettroniku ta’ data, il-mudelli għad-deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, għad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, għall-opinjoni tal-awditjar, għar-rapport annwali ta’ kontroll, għall-istrateġija tal-awditjar, għall-talbiet għall-ħlas, għall-kontijiet kif ukoll għad-determinazzjoni tal-livell tal-korrezzjonijiet finanzjarji.

(69)

Barra minn hekk, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat- TFUE tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda ta' kodiċi ta' kondotta Ewropew dwar is-sħubija sabiex il-kodiċi jiġi adattat għal dan ir-Regolament, tal-istabbiliment l-istabbiliment tal-kriterji biex jiġu determinati l-każijiet ta' irregolaritajiet li għandhom jiġu rrapportati, id-definizzjoni tal-kostijiet unitari unitarji , is-somom f'daqqa, ir-rati fissi u l-finanzjament mhux marbut ma' kostijiet applikabbli għall-Istati Membri kif ukoll l-istabbiliment standardizzat tal-metodoloġiji ta' kampjunar prekostitwiti. [Em. 47]

(70)

Huwa ta’ importanza partikolari li, waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa u trasparenti mal-partijiet interessati kollha anki fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jsiru isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati. [Em. 48]

(71)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni tal-Ftehimiet ta’ Sħubija, l-adozzjoni jew l-emendi tal-programmi kif ukoll l-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji, jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni jiġu konferiti fuq il-Kummissjoni. Is-setgħat ta’ implimentazzjoni relatati mal-format li jrid jintuża għar-rappurtar dwar l-irregolaritajiet, id-data elettronika li trid tiġi rreġistrata u maħżuna u għall-mudell għar-rapport finali dwar il-prestazzjoni jenħtieġ li jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). Minkejja li dawn l-atti huma ta’ natura ġenerali, jenħtieġ li tintuża l-proċedura konsultattiva peress li dawn jistabbilixxu biss l-aspetti tekniċi, il-forom u l-mudelli. Is-setgħat ta’ implimentazzjoni f’rabta mal-istabbiliment tat-tqassim tal-allokazzjonijiet finanzjarji għall-FEŻR, FSE+ u l-Fond ta’ Koeżjoni jenħtieġ li jiġu adottati mingħajr il-proċeduri ta’ komitoloġija peress li dawn jirriflettu sempliċiment l-applikazzjoni ta’ metodoloġija għall-ikkalkular definita minn qabel.

(72)

Billi r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) jew kull att applikabbli għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 jenħtieġ li jibqa’ japplika għall-programmi u għall-operazzjonijiet appoġġati mill-Fondi koperti skont il-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020. Billi l-perjodu ta’ implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 huwa mistenni li jwassal sal-perjodu ta’ programmazzjoni kopert minn dan ir-Regolament u sabiex tkun żgurata l-kontinwità tal-implimentazzjoni ta’ ċerti operazzjonijiet approvati minn dak ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet għat-tqassim f’fażijiet differenti. Kull fażi individwali tal-operazzjoni mqassma f’fażijiet differenti, li taqdi l-istess objettiv kumplessiv, jenħtieġ li tiġi implimentata f’konformità mar-regoli tal-perjodu ta’ programmazzjoni rilevanti li skontu tirċievi l-finanzjament.

(73)

L-objettivi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u li jiġu stabbiliti regoli finanzjarji komuni għall-parti mill-baġit tal-Unjoni implimentati skont il-ġestjoni kondiviża, ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri għar-raġuni ta’, min-naħa waħda, livell ta’ disparitajiet bejn il-livelli ta’ żvilupp tad-diversi reġjuni u r-ritard ta’ dawk l-isfidi speċifiċi li jiffaċċaw ir-reġjuni li huma inqas favoriti, kif ukoll il-limitazzjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji tal-Istati Membri u tar-reġjuni, u min-naħa l-oħra, ħtieġa għal qafas koerenti ta’ implimentazzjoni li jkopri diversi fondi tal-Unjoni skont il-ġestjoni kondiviża. Billi dawn l-objettivi jistgħu għalhekk jinkisbu minflok b’mod aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat- TUE. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettiv l-objettivi . [Em. 49]

(74)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

TITOLU I

OBJETTIVI U REGOLI ĠENERALI DWAR L-APPOĠĠ

KAPITOLU I

Suġġett u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

(a)

regoli finanzjarji għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (“FEŻR”), għall-Fond Soċjali Ewropew Plus (“FSE+”), għall-Fond ta’ Koeżjoni , għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (“FAEŻR”) , għall-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (“FEMS”), għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni (“AMIF”), għall-Fond għas-Sigurtà Interna (“ISF”) u għall-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (“BMVI”) (“il-Fondi”); [Em. 50]

(b)

dispożizzjonijiet komuni għall-FEŻR, għall-FSE+, għall-Fond ta’ Koeżjoni u għall-FEMS , u għall-FAEŻR kif preskritt fil-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu . [Em. 431]

1a.     It-Titolu I, Kapitolu I – Artikolu 2 – paragrafu 4a, il-Kapitolu II – Artikolu 5, it-Titolu III, Kapitolu II – Artikoli 22 sa 28 u t-Titolu IV – Kapitolu III – Artikoli 41 sa 43 għandhom japplikaw għall-miżuri ta' għajnuna ffinanzjati mill-FAEŻR u t-Titolu I – Kapitolu 1 – Artikolu 2 – paragrafi 15 sa 25, kif ukoll it-Titolu V – Kapitolu II – Taqsima II – Artikoli 52 sa 56 għandhom japplikaw għall-istrumenti finanzjarji previsti fl-Artikolu 74 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK] u appoġġati taħt il-FAEŻR. [Em. 432]

2.   Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-fergħat dwar l-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali u dwar is-Saħħa tal-FSE+ u għall-komponenti ta’ ġestjoni diretta u indiretta tal-FEMS, tal-AMIF, tal-ISF u tal-BMVI, għajr għall-assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni.

3.   L-Artikoli 4 u 10, il-Kapitolu III tat-Titlu II, il-Kapitolu II tat-Titlu III, u t-Titlu VIII ma għandhomx japplikaw għall-AMIF, għall-ISF u għall-BMVI.

4.   It-Titolu VIII ma għandux japplika għall-FEMS.

5.   L-Artikolu 11 tal-Kapitolu II u l-Artikolu 15 tal-Kapitolu III tat-Titolu II, il-Kapitolu I tat-Titolu III, l-Artikoli minn 33 sa 36 u l-Artikolu 38 minn (1) sa (4) tal-Kapitolu I, l-Artikolu 39 tal-Kapitolu II, l-Artikolu 45 tal-Kapitolu III tat-Titolu IV, l-Artikoli 67, 71, 73 u 74 tal-Kapitolu II u l-Kapitolu III tat-Titolu VI ma għandhomx japplikaw għall-programmi Interreg.

6.   Ir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi elenkati aktar ’l isfel jistgħu jistabbilixxu regoli kumplimentarji għal dan ir-Regolament li ma għandhomx ikunu f’kontradizzjoni ma’ dan ir-Regolament. F’każ ta’ dubju dwar l-applikazzjoni bejn dan ir-Regolament u r-Regolament speċifiċi għall-Fondi, dan ir-Regolament għandu jkollu prevalenza:

(a)

ir-Regolament (UE) […] (“ir-Regolament FEŻR u FK”) (22);

(b)

ir-Regolament (UE) […] (“ir-Regolament FSE+”) (23);

(c)

ir-Regolament (UE) […] (“ir-Regolament KTE”) (24);

(d)

ir-Regolament (UE) […] (“ir-Regolament FEMS”) (25);

(e)

ir-Regolament (UE) […] (“ir-Regolament AMIF”) (26);

(f)

ir-Regolament (UE) […] (“ir-Regolament ISF”) (27);

(g)

ir-Regolament (UE) […] (“ir-Regolament BMVI”) (28);

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-fini ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiż” tfisser rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill adottati f’konformità mal-Artikolu mal-Artikoli 121(2) u  (4) u mal-Artikolu 148(4) tat- TFUE relatati ma’ sfidi strutturali li jixraq li jiġu indirizzati permezz ta’ investimenti pluriennali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Fondi kif stabbilit fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, u rakkomandazzjonijiet rilevanti adottati f’konformità mal-Artikolu [XX] tar-Regolament (UE) [in-numru tar-Regolament il-ġdid dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; [Em. 54]

(1a)

“kundizzjoni abilitanti” tfisser kundizzjoni konkreta u definita b'mod preċiż li għandha rabta ġenwina ma' impatt dirett fuq il-kisba effettiva u effiċjenti ta' objettiv speċifiku tal-programm; [Em. 55]

(2)

“liġi applikabbli” tfisser liġi tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali relatata mal-applikazzjoni tagħha;

(3)

“operazzjoni” tfisser:

(a)

proġett, kuntratt, azzjoni jew grupp ta’ proġetti magħżula fl-ambitu tal-programmi kkonċernati;

(b)

fil-kuntest tal-istrumenti finanzjarji, kontribuzzjoni tal-programm għal strument finanzjarju u l-appoġġ finanzjarju sussegwenti pprovdut lir-riċevituri finali minn dak l-istrument finanzjarju;

(4)

“operazzjoni ta’ importanza strateġika” tfisser operazzjoni li tagħti kontribuzzjoni ewlenija għall-kisba tal-objettivi ta’ programm u li huma soġġetti għal miżuri partikolari ta’ monitoraġġ u ta’ komunikazzjoni;

(4a)

“programm” fil-kuntest tal-FAEŻR tfisser il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fir-Regolament (UE) […] (“ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK”); [Em. 56]

(5)

“prijorità” fil-kuntest tal-AMIF, tal-ISF u tal-BMVI, tfisser objettiv speċifiku; fil-kuntest tal-FEMS tfisser “tip ta’ oqsma ta’ appoġġ” kif imsemmi fin-nomenklatura stipulata fl-Anness III tar-Regolament FEMS;

(6)

“objettiv speċifiku” fil-kuntest tal-FEMS, għandha tinftiehem bħala “oqsma ta’ appoġġ” kif imsemmija fl-Anness III tar-Regolament FEMS;

(7)

“korp intermedjarju” tfisser kwalunkwe korp irregolat bil-liġi pubblika jew privata li jaġixxi taħt ir-responsabbiltà ta’ awtorità ta’ ġestjoni, jew li jwettaq doveri jew kompiti għan-nom ta’ awtorità bħal din;

(8)

“benefiċjarju” tfisser:

(a)

korp irregolat bil-liġi pubblika jew privata, entità b’personalità ġuridika jew mingħajrha jew persuna fiżika, responsabbli għall-bidu jew għall-bidu kif ukoll għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet;

(b)

fil-kuntest ta’ sħubijiet pubbliċi-privati (“PPP”), il-korp irregolat bil-liġi pubblika li jagħti bidu għal operazzjoni ta’ PPP jew l-imsieħeb privat magħżul għall-implimentazzjoni tagħha;

(c)

fil-kuntest ta’ skemi ta’ għajnuna mill-Istat, il-korp jew l-impriża , skont kif ikun xieraq, li tirċievi jirċievu l-għajnuna, għajr meta l-għajnuna għal kull impriża tkun ta' inqas minn EUR 200 000, f'liema każ l-Istat Membru kkonċernat jista' jiddeċiedi li l-benefiċjarju jkun il-korp li jagħti l-għajnuna , mingħajr preġudizzju għar-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 1407/2013  (29) , (UE) Nru 1408/2013  (30) u (UE) Nru 717/2014  (31); [Em. 57]

(d)

fil-kuntest ta’ strumenti finanzjarji, il-korp li jimplimenta l-fond ta’ parteċipazzjoni jew, meta ma jkun hemm l-ebda struttura ta’ fond ta’ parteċipazzjoni, il-korp li jimplimenta l-fond speċifiku jew, meta l-awtorità ta’ ġestjoni tkun tamministra l-istrument finanzjarju, l-awtorità ta’ ġestjoni;

(9)

“fond għal proġetti żgħar” tfisser operazzjoni fi programm Interreg li jkun immirat għall-għażla u l-implimentazzjoni ta’ proġetti , inklużi proġetti bejn il-persuni, ta’ volum finanzjarju limitat; [Em. 58]

(10)

“mira” tfisser valur miftiehem minn qabel li jrid jinkiseb fi tmiem il-perjodu ta’ programmazzjoni f’rabta ma’ indikatur inkluż taħt objettiv speċifiku;

(11)

“stadji importanti” tfisser valur intermedju li jrid jinkiseb f’waqt speċifiku matul il-perjodu ta’ programmazzjoni f’rabta ma’ indikatur inkluż taħt objettiv speċifiku;

(12)

“indikatur tal-output” tfisser indikatur biex ikejjel ir-riżultati tanġibbli speċifiċi tal-intervent;

(13)

“indikatur tar-riżultati” tfisser indikatur biex ikejjel l-effetti fuq terminu qasir tal-interventi appoġġati, b’referenza partikolari għad-destinatarji diretti, għall-popolazzjoni fil-mira jew għall-utenti tal-infrastruttura;

(14)

“operazzjoni ta’ PPP” tfisser operazzjoni implimentata fl-ambitu ta’ sħubija bejn korpi pubbliċi u s-settur privat f’konformità ma’ ftehim ta’ PPP, u li għandha l-għan li tipprovdi servizzi pubbliċi permezz tal-kondiviżjoni tar-riskji, il-ġbir flimkien ta’ għarfien espert tas-settur privat jew is-sorsi addizzjonali ta’ kapital;

(15)

“strument finanzjarju” tfisser struttura li permezz tiegħu jiġu pprovduti l-prodotti finanzjarji;

(16)

“prodott finanzjarju” tfisser investimenti ta’ ekwità jew kważi ekwità, self u garanziji kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) […] (“ir-Regolament Finanzjarju”);

(17)

“riċevitur finali” tfisser persuna ġuridika jew fiżika li tirċievi appoġġ mill-Fondi permezz ta’ benefiċjarju ta’ fond għall-proġetti żgħar jew minn strument finanzjarju;

(18)

“kontribuzzjoni tal-programm” tfisser l-appoġġ mill-Fondi u mill-kofinanzjament nazzjonali pubbliku u privat, jekk ikun hemm, għal strument finanzjarju;

(19)

“korp li jimplimenta strument finanzjarju” tfisser korp, irregolat bil-liġi pubblika jew privata, li jwettaq kompiti ta’ fond ta’ parteċipazzjoni jew ta’ fond speċifiku;

(20)

“fond ta’ parteċipazzjoni” tfisser fond stabbilit minn awtorità ta’ ġestjoni fl-ambitu ta’ programm wieħed jew aktar, biex jimplimenta strumenti finanzjarji permezz ta’ fond speċifiku wieħed jew aktar;

(21)

“fond speċifiku” tfisser fond, stabbilit minn awtorità ta’ ġestjoni jew fond ta’ parteċipazzjoni, biex jipprovdi li permezz tiegħu jipprovdu prodotti finanzjarji lir-riċevituri finali; [Em. 59]

(22)

“effett ta’ ingranaġġ” tfisser l-ammont ta’ finanzjament rimborżabbli pprovdut lir-riċevituri finali diviż bl-ammont tal-kontribuzzjoni mill-Fondi;

(23)

“proporzjon multiplikatur” fil-kuntest ta’ strumenti garantiti, tfisser proporzjon bejn il-valur tas-self, l-ekwità jew l-investimenti kważi ekwità il-ġodda żborżati sottostanti, u l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-programm imwarrab kif miftiehem fil-kuntratti ta’ garanzija biex ikopri t-telf mistenni u mhux mistenni minn dawk is-self, l-ekwità jew l-investimenti kważi ekwità l-ġodda;

(24)

“kostijiet ta’ ġestjoni” tfisser kostijiet diretti jew indiretti rimborżati bil-kundizzjoni li tingħata prova tan-nefqa mġarrba fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji;

(25)

“tariffi ta’ ġestjoni” tfisser prezz għas-servizzi pprovduti, kif iddeterminati fil-ftehim dwar il-finanzjament bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-korp li jimplimenta fond ta’ parteċipazzjoni jew fond speċifiku; u, meta applikabbli, bejn il-korp li jimplimenta l-fond ta’ parteċipazzjoni u l-korp li jimplimenta fond speċifiku;

(26)

“rilokazzjoni” tfisser trasferiment tal-istess attività jew attività simili jew parti minnha fis-sens tal-Artikolu 2(61a) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 (32) li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern fl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 TFUE;

(27)

“kontribuzzjoni pubblika” tfisser kwalunkwe kontribuzzjoni għall-finanzjament ta’ operazzjonijiet li l-oriġini tagħhom hija l-baġit ta’ awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali jew lokali jew ta’ kwalunkwe Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT) stabbilit f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (33), il-baġit tal-Unjoni mqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Fondi, il-baġit tal-korpi rregolati bil-liġi pubblika jew il-baġit ta’ assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet pubbliċi jew korpi rregolati bil-liġi pubblika u, għall-fini li tiġi ddeterminata r-rata ta’ kofinanzjament għall-programmi jew prijoritajiet FSE+, tista’ tinkludi kwalunkwe riżorsa finanzjarja kontribwita b’mod kollettiv mill-impjegaturi u mill-ħaddiema;

(28)

“sena tal-kontabbiltà” tfisser il-perjodu mill-1 ta’ Lulju sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, ħlief għall-ewwel sena tal-kontabbiltà tal-perjodu ta’ programmazzjoni, li fir-rigward tagħha tfisser il-perjodu mid-data tal-bidu għall-eliġibbiltà tan-nefqa sat-30 ta’ Ġunju 2022; għas-sena tal-kontabbiltà finali, tfisser il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2029 sat-30 ta’ Ġunju 2030;

(29)

“irregolarità” tfisser kwalunkwe ksur tal-liġi applikabbli, li jirriżulta minn att jew omissjoni minn operatur ekonomiku involut fl-implimentazzjoni tal-Fondi, li jkollu, jew jista’ jkollu, l-effett li jippreġudika l-baġit tal-Unjoni billi jitlob li titħallas nefqa mhux ġustifikata minn dak il-baġit;

(30)

“nuqqas serju” tfisser nuqqas fil-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll ta’ programm li għalih huwa meħtieġ titjib sinifikanti fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll u meta kwalunkwe rekwiżit mir-rekwiżiti ewlenija 2, 4, 5, 9, 12, 13 u 15 imsemmija fl-Anness X, jew tnejn jew aktar mir-rekwiżiti ewlenija l-oħra jiġu/i vvalutat/i li jidħlu fil-kategoriji 3 u 4 ta’ dak l-Anness;

(31)

“rata ta’ żbalji totali” tfisser is-somma tal-iżbalji aleatorji pproġettati u, jekk applikabbli, l-iżbalji sistemiċi u l-iżbalji anomali mhux ikkoreġuti, diviża bil-popolazzjoni;

(32)

“rata ta’ żbalji residwi” tfisser ir-rata ta’ żbalji totali mingħajr il-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Istat Membru li jkun beħsiebu jnaqqas ir-riskji identifikati mill-awtorità tal-awditjar fl-awditi tal-operazzjonijiet tiegħu;

(33)

“operazzjoni kompluta” tfisser operazzjoni li tlestiet fiżikament jew ġiet implimentata għalkollox u li fir-rigward tagħha saru l-pagamenti relatati kollha mill-benefiċjarji u l-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti tħallset lill-benefiċjarji;

(34)

“unità tal-kampjunar” tfisser waħda mill-unitajiet, li tista’ tkun operazzjoni, proġett fl-ambitu ta’ operazzjoni jew talba għall-pagament minn benefiċjarju, li fihom titqassam popolazzjoni għall-fini ta’ kampjunar;

(35)

“kont miżmum minn terzi” tfisser, fil-każ ta’ operazzjoni ta’ PPP, kont bankarju kopert minn ftehim bil-miktub bejn il-korp pubbliku benefiċjarju u l-imsieħeb privat approvat mill-awtorità ta’ ġestjoni jew korp intermedjarju użat għall-pagamenti matul u / jew wara l-perjodu ta’ eliġibbiltà;

(36)

“parteċipant” tfisser persuna fiżika li tibbenefika minn operazzjoni iżda li ma tirċevix appoġġ finanzjarju mill-Fondi;

(36a)

“l-ewwel prinċipju tal-effiċjenza enerġetika” tfisser il-prijoritizzazzjoni, fid-deċiżjonijiet dwar l-ippjanar, il-politika u l-investiment tal-enerġija, ta' miżuri li jagħmlu d-domanda u l-provvista tal-enerġija aktar effiċjenti; [Em. 60]

(37)

“reżiljenza għat-tibdil fil-klima” tfisser proċess biex ikun żgurat li l-infrastruttura hija reżiljenti għall-impatti negattivi tal-klima f’konformità mal-gwida u mar-regoli mal-istandards rikonoxxuti internazzjonalment jew mar-regoli u mal-gwida nazzjonali, meta disponibbli, jew ma' standards rikonoxxuti internazzjonalment li l-ewwel prinċipju tal-effiċjenza enerġetika jiġi rispettat u li jintgħażlu dejjem metodi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet speċifiċi u ta' dekarbonizzazzjoni; [Em. 61]

(37a)

“BEI” tfisser il-Bank Ewropew tal-Investiment, il-Fond Ewropew tal-Investiment jew kwalunkwe sussidjarja tal-Bank Ewropew tal-Investiment. [Em. 62]

Artikolu 3

Il-kalkolu tal-limiti taż-żmien għall-azzjonijiet tal-Kummissjoni

Meta l-Kummissjoni tistabbilixxi limitu taż-żmien għal azzjoni, dak il-limitu taż-żmien għandu jibda meta l-Istat Membru jkun ippreżenta l-informazzjoni kollha f’konformità mar-rekwiżiti stipulati f’dan ir-Regolament jew f’Regolament speċifiċi għall-Fondi.

Dak il-limitu taż-żmien għandu jkun sospiż mill-għada tad-data li fiha l-Kummissjoni tibgħat il-kummenti tagħha jew talba lill-Istat Membru għal dokumenti riveduti u sakemm l-Istat Membru jwieġeb lill-Kummissjoni.

KAPITOLU II

Objettivi ta’ politika u prinċipji għall-appoġġ tal-Fondi

Artikolu 4

Objettivi ta’ politika

1.   Il-FEŻR, il-FSE+, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FEMS għandhom jappoġġaw l-objettivi ta’ politika li ġejjin:

(a)

Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti bis-saħħa tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u tat-tisħiħ tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju ; [Em. 63]

(b)

Ewropa aktar ħadra ekoloġika , b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju tal-karbonju li għaddejja minn tranżizzjoni għal Ewropa b'ekonomija reżiljenti u mingħajr emissjonijiet tal-karbonju bis-saħħa tal-promozzjoni ta’ tranżizzjoni enerġetika nadifa u ġusta, investiment aħdar ekoloġiku u blu, ekonomija ċirkolari, mitigazzjoni u adattament klimatiku tat-tibdil fil-klima u prevenzjoni u ġestjoni tar-riskji; [Em. 64]

(c)

Ewropa aktar konnessa billi tittejjeb il-mobbiltà , inkluża l-mobbiltà intelliġenti u sostenibbli, u l-konnettività reġjonali tal-ICT , kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar ; [Em. 65]

(d)

Ewropa aktar soċjali u inklużiva li timplimenta l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; [Em. 66]

(e)

Ewropa eqreb lejn iċ-ċittadini taċ-ċittadini bis-saħħa tat-trawwim ta’ żvilupp sostenibbli u integrat taż-żoni urbani, rurali u kostali u inizjattivi lokali tar-reġjuni , iż-żoni l-inizjattivi lokali kollha . [Em. 67]

2.   Il-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta’ Koeżjoni għandhom jikkontribwixxu għall-azzjonijiet tal-Unjoni u jwasslu għat-tisħiħ tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tagħha f’konformità mal-Artikolu 174 TFUE billi jkollhom l-għanijiet li ġejjin:

(a)

Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi fl-Istati Membri u r-reġjuni, li jridu jiġu appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta’ Koeżjoni; u

(b)

kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), li trid tiġi appoġġata mill-FEŻR.

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw reżiljenza għat-tibdil fil-klima għall-operazzjonijiet rilevanti permezz tal-proċess tal-ippjanar u implimentazzjoni sħiħ u għandhom jipprovdu informazzjoni dwar l-appoġġ għall-objettivi ambjentali u klimatiċi bl-użu ta’ metodoloġija bbażata fuq it-tipi ta’ intervent għal kull wieħed mill-Fondi. Din il-metodoloġija għandha tikkonsisti mill-assenjar ta’ ponderazzjoni speċifika għall-appoġġ ipprovdut f’livell li jirrifletti sa liema punt tali appoġġ jagħti kontribut għall-objettivi ambjentali u għall-objettivi klimatiċi. Fil-każ tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta’ Koeżjoni, għandhom ikunu attribwiti ponderazzjonijiet għad-dimensjonijiet u għall-kodiċijiet għat-tipi ta’ interventi stabbiliti fl-Anness I. [Em. 68]

4   L-Istati F'konformità mar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom u fi qbil mal-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' governanza f'diversi livelli, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-koordinazzjoni, il-komplementarità il-komplementarjetà u l-koerenza bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni bħall-Programm ta’ Appoġġ għar-Riforma, inklużi l-Għodda għat-Twettiq ta’ Riformi u l-Istrument għall-Appoġġ Tekniku. Dawn għandhom jottimizzaw il-mekkaniżmi għall-koordinazzjoni bejn dawk responsabbli biex sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni matul l-ippjanar u l-implimentazzjoni. [Em. 69]

4a.     L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw il-konformità mar-regoli rilevanti dwar l-għajnuna mill-Istat. [Em. 70]

Artikolu 5

Ġestjoni kondiviża

1.   L-Istati Membri , f'konformità mal-qafas istituzzjonali u ġuridiku tagħhom, u l-Kummissjoni għandhom jimplimentaw il-baġit tal-Unjoni allokat għall-Fondi taħt ġestjoni kondiviża f’konformità mal-Artikolu [63] tar-Regolament (UE, Euratom) [in-numru tar-regolament finanzjarju l-ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”). [Em. 71]

2.   Madankollu Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 1(2), il-Kummissjoni għandha timplimenta l-ammont ta’ appoġġ mill-Fond ta’ Koeżjoni trasferit għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (“FNE”), l-Inizjattiva Urbana Ewropea, l-Investimenti Innovattivi Interreġjonali, l-ammont ta’ appoġġ trasferit mill-FSE+ għall-kooperazzjoni transnazzjonali, l-ammonti mogħtija f’kontribuzzjonijiet lill-InvestEU (34) u l-assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Kummissjoni skont ġestjoni diretta jew indiretta f’konformità ma’ [il-punti (a) u (c) tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 72]

3.   Il-Kummissjoni tista’ , bi qbil mal-Istat Membru u r-reġjun ikkonċernati, timplimenta l-kooperazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi skont l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) skont il-ġestjoni indiretta. [Em. 73]

Artikolu 6

Is-sħubija u l-governanza f’diversi livelli

1.   Kull Għall-Ftehim tas-Sħubija u għal kull programm, kull Stat Membru għandu , f'konformità mal-qafas istituzzjonali u ġuridiku tiegħu, jorganizza sħubija mal-awtoritajiet reġjonali kompluta lokali kompetenti effettiva . Dik is-sħubija għandha tinkludi minn tal-anqas lill-imsieħba lis-sħab li ġejjin: [Em. 74]

(a)

l-awtoritajiet reġjonali, lokali, urbani u awtoritajiet pubbliċi oħra; [Em. 75]

(b)

l-imsieħba ekonomiċi u soċjali;

(c)

il-korpi rilevanti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, l-imsieħba bħas-sħab ambjentali , organizzazzjonijiet mhux governattivi , u l-korpi responsabbli għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, tad-drittijiet fundamentali, tad-drittijiet tal-persuni b’diżabbiltà, tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni. [Em. 76]

(ca)

l-istituzzjonijiet ta' riċerka u l-universitajiet, meta jkun xieraq. [Em. 77]

2.   F'konformità mal-approċċ tal-governanza f'diversi livelli u waqt li jiġi segwit approċċ minn isfel għal fuq , l-Istat Membru għandu jinvolvi lil dawk l-imsieħba is-sħab fit-tħejjija tal-Ftehimiet ta' Sħubija u tul it-tħejjija , l-implimentazzjoni l-implimentazzjoni l-evalwazzjoni tal-programmi, inkluż permezz tal-parteċipazzjoni fil-kumitati ta' monitoraġġ f'konformità mal-Artikolu 34. F'dak il-kuntest, l-Istati Membri għandhom jallokaw perċentwali xieraq tar-riżorsi li jiġu mill-Fondi għall-bini tal-kapaċità amministrattiva tas-sħab soċjali u tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Għall-programmi transfruntiera, l-Istati Membri kkonċernati għandhom jinkludu sħab mill-Istati Membri parteċipanti kollha. [Em. 78 u 459]

3.   L-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni tas-sħubija għandha ssir f’konformità mar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 (35). Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 107, fir-rigward tal-emendi għar-Regolament Delegat (UE)Nru 240/2014 sabiex dak ir-Regolament Delegat jiġi adattat għal dan ir-Regolament. [Em. 79]

4.   Minn tal-anqas darba f'sena, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-organizzazzjonijiet lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-imsieħba lis-sħab fil-livell tal-Unjoni dwar l-implimentazzjoni tal-programmi u għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-eżitu . [Em. 80]

Artikolu 6a

Prinċipji orizzontali

1.     Fl-implimentazzjoni tal-Fondi, l-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u l-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.     L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, l-integrazzjoni tal-ġeneri u l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi jiġu meqjusa u promossi tul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, inkluż fir-rigward tal-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni.

3.     L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jieħdu l-passi xierqa sabiex jipprevjenu kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi ta' ġeneru, ta' oriġini razzjali jew etnika, ta' reliġjon jew twemmin, ta' diżabbiltà, ta' età jew ta' orjentazzjoni sesswali matul it-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rapportar u l-evalwazzjoni tal-programmi. B'mod partikolari, matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi, għandha titqies l-aċċessibbiltà għall-persuni b'diżabbiltà.

4.     L-objettivi tal-Fondi għandhom jiġu segwiti f'konformità mal-prinċipju tal-iżvilupp sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU u mal-promozzjoni tal-Unjoni tal-għan tal-preservazzjoni, il-ħarsien u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, filwaqt li jitqies il-prinċipju li min iniġġeż iħallas, kif stabbilit fl-Artikoli 191(1) u (2) tat-TFUE.

L-Istati Membri u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li r-rekwiżiti tal-ħarsien ambjentali, l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi, il-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel”, it-tranżizzjoni lejn enerġija soċjalment ġusta, il-mitigazzjoni u l-adattament tat-tibdil fil-klima, il-bijodiversità, ir-reżiljenza għal diżastri, u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju jiġu promossi fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi. Huma għandu jkollhom l-għan li jevitaw investimenti relatati mal-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni, il-ħżin jew il-kombustjoni tal-karburanti fossili. [Em. 81]

TITOLU II

APPROĊĊ STRATEĠIKU

KAPITOLU I

Il-Ftehim ta’ Sħubija

Artikolu 7

Tħejjija u preżentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija

1.   Kull Stat Membru għandu jħejji Ftehim ta’ Sħubija li jistabbilixxi arranġamenti għall-użu tal-Fondi b’mod effettiv u effiċjenti għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027. Tali Ftehim ta' Sħubija għandu jitħejja f'konformità mal-kodiċi ta' kondotta stabbilit mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014. [Em. 82]

2.   L-Istat Membru għandu jippreżenta l-Ftehim ta’ Sħubija lill-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni tal-ewwel programm jew fl-istess waqt , u mhux aktar tard mit-30 ta' April 2021 . [Em. 83]

3.   Il-Ftehim ta’ Sħubija jista’ jkun ippreżentat flimkien mal-Programm Nazzjonali ta' Riforma annwali rilevanti u mal-Pjan Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima . [Em. 84]

4.   L-Istat Membru għandu jfassal il-Ftehim ta’ Sħubija f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness II. Jista’ jinkludi l-Ftehim ta’ Sħubija f’wieħed mill-programmi tiegħu.

5.   Il-programmi Interreg jistgħu jkunu ppreżentati lill-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija.

Artikolu 8

Kontenut tal-Ftehim ta’ Sħubija

Il-Ftehim ta’ Sħubija għandu jkun fih l-elementi li ġejjin:

(a)

l-objettivi ta’ politika magħżula li jindikaw liema huma l-Fondi u l-programmi li bihom se jinkisbu u ġustifikazzjoni għalihom, u meta rilevanti, ġustifikazzjoni għall-użu tal-modalità għat-twettiq InvestEU, filwaqt li jitqiesu rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi filwaqt li jitqiesu u jiġu elenkati r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti, kif ukoll l-isfidi reġjonali ; [Em. 85]

(b)

għal kull wieħed mill-objettivi ta’ politika msemmi fil-punt (a):

(i)

sommarju tal-għażliet ta’ politika u r-riżultati ewlenin mistennija għal kull wieħed mill-Fondi, inklużi meta rilevanti, bis-saħħa tal-użu ta’ InvestEU; [Em. 86]

(ii)

koordinazzjoni, delimitazzjoni u komplementaritajiet komplementarjetajiet bejn il-Fondi u, meta xieraq, koordinazzjoni bejn il-programmi nazzjonali u reġjonali , b'mod partikolari fir-rigward tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK imsemmija fir-Regolament (UE) […] (ir-“Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK”) ; [Em. 87]

(iii)

komplementaritajiet komplementarjetajiet u sinerġiji bejn il-Fondi u strumenti oħra tal-Unjoni, inklużi l-proġetti strateġiċi integrati LIFE u l-proġetti strateġiċi dwar in-natura , u, meta jkun xieraq, proġetti ffinanzjati taħt Orizzont Ewropa ; [Em. 88]

(iiia)

l-ilħuq ta' riżultati skont il-miri, il-politiki u l-miżuri taħt il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima; [Em. 89]

(c)

l-allokazzjoni finanzjarja preliminari minn kull wieħed mill-Fondi skont l-objettiv ta’ politika fil-livell nazzjonali u meta jkun xieraq fil-livell reġjonali , filwaqt li jitħarsu r-regoli speċifiċi għall-Fondi dwar il-konċentrazzjoni tematika; [Em. 90]

(d)

meta rilevanti, it-tqassim tar-riżorsi finanzjarji skont il-kategorija tar-reġjuni, magħmul f’konformità mal-Artikolu 102(2) u l-ammonti ta’ allokazzjonijiet proposti li jridu jiġu trasferiti bejn il-kategoriji tar-reġjuni skont l-Artikolu 105; [Em. 91]

(e)

l-ammonti li jridu jingħataw f’kontribuzzjonijiet lil InvestEU skont il-Fond u skont il-kategorija tar-reġjuni; [Em. 92]

(f)

il-lista ta’ programmi ppjanati fl-ambitu tal-Fondi bl-allokazzjonijiet finanzjarji preliminari rispettivi skont il-fond u l-kontribuzzjoni nazzjonali korrispondenti skont il-kategorija tar-reġjuni;

(g)

sommarju tal-azzjonijiet li għandu jieħu l-Istat Membru kkonċernati kkonċernat biex isaħħaħ il-kapaċità amministrattiva tiegħu tal-implimentazzjoni tal-Fondi u tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll tiegħu . [Em. 93]

(ga)

meta jkun xieraq, approċċ integrat biex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi u/jew il-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni u ż-żoni; [Em. 94]

(gb)

strateġija ta' komunikazzjoni u viżibbiltà. [Em. 95]

Il-BEI jista', fuq talba tal-Istati Membri, jipparteċipa fit-tħejjija tal-Ftehim ta' Sħubija, kif ukoll f'attivitajiet relatati mat-tħejjija tal-operazzjonijiet, strumenti finanzjarji u PPPs. [Em. 96]

Fir-rigward tal-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg), il-Ftehim ta’ Sħubija għandu jkun fih biss il-lista tal-programmi ppjanati u l-ħtiġijiet ta' investiment transfruntier fl-Istat Membru kkonċernat . [Em. 97]

Artikolu 9

Approvazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija

1.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-Ftehim ta’ Sħubija u l-konformità tiegħu ma’ dan ir-Regolament u mar-regoli speċifiċi għall-Fondi. Il-Kummissjoni, fil-valutazzjoni tagħha għandha, b’mod partikolari, tqis tqis id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 6, ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi rilevanti, kif ukoll il-miżuri marbuta mal-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima u l-mod kif jiġu indirizzati . [Em. 98]

2.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-kummenti fi żmien tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija mill-Istat Membru. [Em. 99]

3.   L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-Ftehim ta’ Sħubija filwaqt li jqis l-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni fi żmien xahar mid-data tal-preżentazzjoni tagħhom . [Em. 100]

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, deċiżjoni li tapprova l-Ftehim ta’ Sħubija mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-data tal-preżentazzjoni tal-ewwel preżentazzjoni ta’ dak il-Ftehim ta’ Sħubija mill-Istat Membru kkonċernat. Il-Ftehim ta’ Sħubija ma għandux jiġi emendat. [Em. 101]

5.   Jekk, skont l-Artikolu 7(4), il-Ftehim ta’ Sħubija jkun inkluż fi programm, il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, deċiżjoni li tapprova dak il-programm mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-data tal-preżentazzjoni ta’ dan il-programm mill-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 10

L-użu tal-FEŻR, il-FSE+, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FEMS imwettqa bis-saħħa ta’ InvestEU

1.   L-Istati Sa mill-1 ta' Jannar 2023, l-Istati Membri jistgħu jallokaw, fil-Ftehim ta’ Sħubija jew , permezz tal-ftehim tal-awtoritajiet ta' ġestjoni kkonċernati, jistgħu jallokaw, fit-talba għal emenda ta’ programm, l-ammont sa 2 % tal-ammont tal-FEŻR, tal-FSE+, tal-Fond ta’ Koeżjoni u tal-FEMS li jrid jingħata f’kontribuzzjonijiet lil InvestEU u mwettaq bis-saħħa tal-garanziji baġitarji. L-ammont li jrid jingħata f’kontribuzzjonijiet Sa 3 % tal-allokazzjoni totali ta' kull Fond jistgħu jiġu allokati ulterjorment lil InvestEU ma għandux jaqbeż il-5 % tal-allokazzjoni totali ta’ kull Fond, ħlief f’każijiet debitament ġustifikati. Tali kontribuzzjonijiet ma għandhomx jikkostittwixxu trasferimenti tar-riżorsi skont l-Artikolu 21 skont ir-rieżami ta' nofs it-terminu. Tali kontribuzzjonijiet għandhom ikunu disponibbli għal investimenti f'konformità mal-objettivi tal-politika ta' koeżjoni u fl-istess kategorija ta' reġjuni fil-mira mill-Fondi ta' oriġini. Kull meta ammont mill-FEŻR, mill-FSE+, mill-Fond ta' Koeżjoni jkun ikkontribwit lil InvestEU, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet abilitanti kif deskritt fl-Artikolu 11 fl-Annessi III u IV ta' dan ir-Regolament. Jistgħu jiġu allokati biss riżorsi ta' snin kalendarji futuri . [Em. 428]

2.   Għall-Ftehim ta’ Sħubija, jistgħu jiġu allokati riżorsi tas-snin kalendarji attwali u tal-futur. Għat-talba għal emenda ta’ programm, jistgħu jiġu allokati biss riżorsi ta’ snin kalendarji tal-futur. [Em. 103]

3.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jintuża għall-proviżjonament tal-parti tal-garanzija tal-UE skont il-kompartiment rispettiv tal-Istat Membru. [Em. 104]

4.   Fil-każijiet li fihom ma jkunx ġie konkluż ftehim ta’ kontribuzzjoni sal-31 ta’ Diċembru 2021 2023 , kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], għal ammont imsemmi fil-paragrafu 1 allokat fil-Ftehim tas-Sħubija, l-Istat Membru għandu jippreżenta talba għal emenda ta’ programm jew programmi biex jintuża l-ammont korrispondenti. [Em. 105]

Il-ftehim ta’ kontribuzzjoni għal ammont imsemmi fil-paragrafu 1 allokat fit-talba għal emenda ta’ programm għandu jiġi konkluż , jew emendat skont il-każ, fl-istess waqt tal-adozzjoni tad-deċiżjoni li temenda l-programm. [Em. 106]

5.   Fil-każijiet li fihom ma jkunx ġie konkluż ftehim ta’ garanzija, kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], fi żmien disa’ xhur mill-approvazzjoni tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni, l-ammonti rispettivi mħallsa fil-fond ta’ proviżjonament komuni bħala proviżjonament għandhom ikunu trasferiti lura lejn il- programm jew il- programmi oriġinali u l-Istat Membru għandu jippreżenta talba korrispondenti għal emenda tal-programm. F'dan il-każ partikolari, ir-riżorsi ta' snin kalendarji preċedenti jistgħu jiġu modifikati, dment li l-impenji jkunu għadhom ma ġewx implimentati . [Em. 107]

6.   Fil-każijiet li fihom ftehim ta’ garanzija ma jkunx ġie implimentat għalkollox fi żmien erba’ snin mill-iffirmar tal-ftehim ta’ garanzija, kif stabbilit fl-Artikolu [9] tar-[Regolament InvestEU], l-Istat Membru jista’ jitlob li l-ammonti impenjati fil-ftehim ta’ garanzija iżda li ma jkoprux self sottostanti jew strumenti oħra li jġorru riskju għandhom jiġu trattati f’konformità mal-paragrafu 5.

7.   Ir-riżorsi ġġenerati mill-ammonti mogħtija f'kontribuzzjonijiet lil InvestEU jew attribwibbli lilhom u miksuba permezz ta' garanziji baġitarji għandhom jitqiegħdu għad-disponibbiltà tal-Istat Membru u  tal-awtorità lokali jew reġjonali kkonċernata mill-kontribuzzjoni u għandhom jintużaw għall-appoġġ taħt l-istess objettiv jew objettivi fl-għamla ta' strumenti finanzjarji. [Em. 108]

8.   Il-Kummissjoni għandha tibbaġitja mill-ġdid l-ammonti mogħtija f’kontribuzzjonijiet li ma jkunux intużaw minn InvestEU għas-sena li fiha l-emenda korrispondenti tal-programm tkun ġiet approvata. Ibbaġitjar mill-ġdid bħal dan ma jistax imur lil hinn mis-sena 2027.

Il-limitu taż-żmien tad-diżimpenn għall-ammont ibbaġitjat mill-ġdid f’konformità mal-Artikolu 99 għandu jibda mis-sena li fiha l-kontribuzzjoni tkun ġiet ibbaġitjat mill-ġdid.

KAPITOLU II

Kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni u qafas tal-prestazzjoni

Artikolu 11

Kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni

1.   Għal kull objettiv speċifiku, f’dan ir-Regolament huma stipulati prekundizzjonijiet għall-implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tagħhom (“kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni”) abilitanti"). Il-kundizzjonijiet abilitanti għandhom japplikaw safejn jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-programm . [Em. 109]

L-Anness III jistipula l-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni orizzontali applikabbli għall-objettivi speċifiċi kollha u l-kriterji meħtieġa għall-valutazzjoni tal-issodisfar tagħhom.

L-Anness IV jistipula l-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni tematiċi għall-FEŻR, għall-Fond ta’ Koeżjoni u għall-FSE+ U l-kriterji meħtieġa għall-valutazzjoni tal-issodisfar tagħhom.

2.   L-Istat Membru, meta jħejji programm jew jintroduċi objettiv speċifiku ġdid bħala parti minn emenda ta’ programm, għandu jivvaluta jekk il-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni abilitanti marbuta mal-objettiv speċifiku magħżul humiex issodisfati. Kundizzjoni ta’ abilitazzjoni tkun issodisfata meta jkunu ssodisfati l-kriterji kollha relatati. L-Istat Membru għandu jidentifika f’kull programm jew fl-emenda tal-programm, il-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni abilitanti ssodisfati u mhux issodisfati u fejn iqis li kundizzjoni ta’ abilitazzjoni abilitanti tkun issodisfata, għandu jipprovdi ġustifikazzjoni. Fuq talba ta' Stat Membru, il-BEI jista' jikkontribwixxi għall-valutazzjonijiet ta' azzjonijiet meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet abilitanti rilevanti. [Em. 110]

3.   Meta kundizzjoni ta’ abilitazzjoni ma tkunx issodisfata fil-mument tal-approvazzjoni tal-programm jew tal-emenda tal-programm, l-Istat Membru għandu jirrapporta lill-Kummissjoni hekk kif jidhirlu li l-kundizzjoni ta’ abilitazzjoni tkun issodisfata b’ġustifikazzjoni.

4.   Fi żmien tliet xhur xahrejn minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, il-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni u tgħarraf lill-Istat Membru meta taqbel mal-issodisfar. [Em. 111]

Meta ma taqbilx mal-valutazzjoni tal-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru dwar dan u tagħtih l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahar mhux aktar minn xahrejn . [Em. 112]

5.   In-nefqa relatata mal-operazzjonijiet marbuta mal-objettiv speċifiku ma tistax tkun tista' tiġi inkluża fit-talbiet għall-pagament sakemm il-Kummissjoni qabel ma l-Kummissjoni tkun għarrfet lill-Istat Membru rigward l-issodisfar tal-kundizzjoni ta’ abilitazzjoni abilitanti skont il-paragrafu 4 , mingħajr preġudizzju għas-sospensjoni tar-rimborż innifsu sa meta l-kundizzjoni tiġi ssodisfata . [Em. 113]

L-ewwel sottoparagrafu ma għandux japplika għall-operazzjonijiet li jikkontribwixxu għall-issodisfar tal-kundizzjoni ta’ abilitazzjoni korrispondenti.

6.   L-Istat Membru għandu jiżgura li l-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni jkunu ssodisfati u applikati matul il-perjodu ta’ programmazzjoni. Għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b’kull modifika li jkollha impatt fuq l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni.

Meta l-Kummissjoni tkun tal-fehma li kundizzjoni ta’ abilitazzjoni ma għadhiex aktar issodisfata, għandha tgħarraf lill-Istat Membru u tagħtih l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu fi żmien xahar. Meta l-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li għad hemm nuqqas ta’ ssodisfar tal-kundizzjoni ta’ abilitazzjoni, in-nefqa relatata mal-objettiv speċifiku kkonċernat ma tistax tiġi inkluża fit-talbiet għall-pagament sa dakinhar li l-Kummissjoni tgħarraf lill-Istat Membru b’dan.

7.   L-Anness IV ma għandux japplika għall-programmi appoġġati mill-FEMS.

Artikolu 12

Qafas tal-prestazzjoni

1.   L-Istat Membru , meta jkun xieraq, f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet reġjonali u lokali, għandu jistabbilixxi qafas tal-prestazzjoni li għandu jagħti lok għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-programm kif ukoll għar-rappurtar għar-rapportar dwarha matul l-implimentazzjoni tiegħu, u jikkontribwixxi sabiex titkejjel il-prestazzjoni kumplessiva komplessiva tal-Fondi. [Em. 115]

Il-qafas tal-prestazzjoni għandu jkun magħmul minn:

(a)

l-indikaturi tal-output u tar-riżultati marbuta mal-objettivi speċifiċi stabbilit fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi;

(b)

l-istadji importanti li jridu jintlaħqu sa tmiem is-sena 2024 għall-indikaturi tal-output; u

(c)

il-miri li jridu jintlaħqu sa tmiem is-sena 2029 għall-indikaturi tal-output u tar-riżultati.

2.   L-istadji importanti u l-miri għandhom jiġu stabbilit stabbiliti f’rabta ma’ kull objettiv speċifiku fl-ambitu ta’ programm, ħlief għall-assistenza teknika u għall-objettiv speċifiku li jindirizza privazzjoni materjali stabbilit fl-Artikolu [4(c)(vii)] tar-Regolament FSE+. [Em. 116]

3.   L-istadji importanti u l-miri għandhom jippermettu lill-Kummissjoni u lill-Istat Membru jkejlu l-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi speċifiċi. Għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu [33(3)] tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 13

Metodoloġiji biex ikun stabbilit il-qafas tal-prestazzjoni

1.   Il-metodoloġiji biex jiġi stabbilit il-qafas tal-prestazzjoni għandhom jinkludu:

(a)

il-kriterji applikati mill-Istat Membru biex jagħżel l-indikaturi;

(b)

id-data jew l-evidenza użata, il-garanzija tal-kwalità tad-data u l-metodu tal-ikkalkular;

(c)

fatturi li jistgħu jinfluwenzaw l-ilħuq tal-istadji importanti u tal-miri u kif dawn ġew ikkunsidrati.

2.   B’talba tal-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jqiegħed dawn il-metodoloġiji għad-dispożizzjoni tagħha.

Artikolu 14

Rieżami ta’ nofs it-terminu

1.   Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta’ Koeżjoni, l-Istat Membru għandu jagħmel u l-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti għandhom jagħmlu rieżami ta’ kull programm, filwaqt li jqis jqisu l-elementi li ġejjin: [Em. 117]

(a)

l-isfidi sfidi ġodda identifikati fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi adottati fl-2024 u l-miri identifikati fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet nazzjonali integrati għall-enerġija u l-klima, jekk rilevanti ; [Em. 118]

(b)

il-qagħda soċjoekonomika tal-Istat Membru jew tar-reġjun ikkonċernat , inklużi l-istat tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-ħtiġijiet territorjali bil-għan li jitnaqqsu d-disparitajiet, kif ukoll l-inugwaljanzi ekonomiċi u soċjali ; [Em. 119]

(c)

il-progress fl-ilħuq tal-istadji importanti;

(d)

l-eżitu tal-aġġustament tekniku kif stabbilit fl-Artikolu 104(2), fejn applikabbli.

(da)

kwalunkwe żvilupp finanzjarju, ekonomiku jew soċjali negattiv maġġuri li jirrikjedi aġġustament tal-programmi, inkluż bħala konsegwenza ta' xokkijiet simetriċi jew asimetriċi fl-Istati Membri u fir-reġjuni tagħhom. [Em. 120]

2.    F'konformità mal-eżitu tar-rieżami, l-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni talba għall-emendar ta’ kull programm sal-31 ta’ Marzu 2025 f’konformità mal-Artikolu 19(1) jew jiddikjara li ma hu mitlub l-ebda emendar . L-Istat Membru għandu jiġġustifika l-emendar fuq il-bażi tal-elementi stabbiliti fil-paragrafu 1 jew, kif xieraq, jagħti raġunijiet għaliex ma talabx l-emendar ta' programm . [Em. 121]

Il-programm rivedut għandu jinkludi:

(a)

l-allokazzjonijet inizjali riveduti tar-riżorsi finanzjarji skont il-prijorità inklużi l-ammonti għas-snin 2026 u 2027; [Em. 122]

(b)

miri ġodda jew riveduti;

(ba)

l-ammonti li jridu jiġu kontribwiti lil InvestEU skont il-Fond u skont il-kategorija ta' reġjun, fejn xieraq; [Em. 123]

(c)

l-allokazzjonijiet riveduti tar-riżorsi finanzjarji li jirriżultaw mill-aġġustament tekniku kif stabbilit fl-Artikolu 104(2) inklużi l-ammonti għas-snin 2025, 2026 u 2027, fejn applikabbli.

3.   Meta jiġi ppreżentat programm ġdid b’riżultat tar-rieżami, il-pjan ta’ finanzjament imsemmi fil-punt (ii) tal-Artikolu 17(3)(f) għandu jkopri l-approprjazzjoni finanzjarja totali għal kull wieħed mill-Fondi mis-sena tal-approvazzjoni tal-programm.

3a.     Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Marzu 2026, tadotta rapport li jiġbor fil-qosor ir-riżultati tar-rieżami msemmi fil-paragrafi 1 u 2. Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-rapporti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. [Em. 124]

KAPITOLU III

Miżuri marbuta ma’ governanza ekonomika tajba

Artikolu 15

Miżuri li jorbtu l-effettività tal-Fondi mal-governanza ekonomika tajba

1.   Il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru biex jirrieżamina u jipproponi l-emendi għall-programmi rilevanti, meta dan ikun meħtieġ biex tkun appoġġata l-implimentazzjoni tar-Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti.

Talba bħal din tista’ ssir għall-finijiet li ġejjin:

(a)

biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjoni rilevanti speċifika għall-pajjiżi adottata f’konformità mal-Artikolu 121(2) TFUE u ta’ rakkomandazzjoni rilevanti tal-Kunsill adottata f’konformità mal-Artikolu 148(4) TFUE, indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat.

(b)

biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ Rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill rilevanti indirizzati lill-Istat Membru kkonċernat u adottati f’konformità mal-Artikoli 7(2) jew 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 (36) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dment li dawn l-emendi jitqiesu neċessarji biex jgħinu fl-irranġar tal-iżbilanċi makroekonomiċi.

2.   Talba mill-Kummissjoni lil Stat Membru f’konformità mal-paragrafu 1 għandha tkun iġġustifikata b’referenza għall-ħtieġa li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti tkun appoġġata u għandha tindika l-programmi jew il-prijoritajiet li skontha huma kkonċernati u n-natura tal-emendi mistennija.

3.   L-Istat Membru għandu jippreżenta t-tweġiba tiegħu għat-talba msemmija fil-paragrafu 1, fi żmien xahrejn minn meta jirċieviha, filwaqt li jistabbilixxi l-emendi li skontu huma meħtieġa fil-programmi rilevanti, ir-raġunijiet għal tali emendi, jidentifika l-programmi kkonċernati u jispjega n-natura tal-emendi proposti u l-effetti mistennija tagħhom fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u fuq l-implimentazzjoni tal-Fondi. Jekk ikun hemm bżonn, il-Kummissjoni għandha tagħmel kummenti fi żmien xahar minn meta tirċievi dik it-tweġiba.

4.   L-Istat Membru għandu jippreżenta proposta biex jemenda l-programmi rilevanti fi żmien xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tat-tweġiba msemmija fil-paragrafu 3.

5.   Meta l-Kummissjoni ma tkunx ippreżentat kummenti jew meta tkun issodisfata li kull kumment ippreżentat ikun tqis kif dovut, għandha tadotta deċiżjoni li tapprova l-emendi għall-programmi rilevanti f’konformità mal-limitu taż-żmien stabbilit fl-Artikolu [19(4)].

6.   Meta l-Istat Membru jonqos milli jieħu azzjoni effettiva bi tweġiba għat-talba li tkun saret f’konformità mal-paragrafu 1, sal-iskadenzi stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4, il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-pagamenti kollha jew parti minnhom għall-programmi jew għall-prijoritajiet ikkonċernati f’konformità mal-Artikolu 91.

7.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta lill-Kunsill biex jissospendi l-impenji jew il-pagamenti kollha jew parti minnhom għal programm wieħed jew aktar ta’ Stat Membru fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-Kunsill jiddeċiedi f’konformità mal-Artikolu 126(8) jew mal-Artikolu 126(11) TFUE, li Stat Membru ma jkunx ħa azzjoni effettiva biex jikkoreġi d-defiċit eċċessiv tiegħu;

(b)

meta l-Kunsill jadotta żewġ rakkomandazzjonijiet suċċessivi fl-istess proċedura ta’ żbilanċ, f’konformità mal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37) għar-raġunijiet li Stat Membru jkun ippreżenta pjan ta’ azzjoni korrettiva insuffiċjenti;

(c)

meta l-Kunsill jadotta żewġ deċiżjonijiet suċċessivi fl-istess proċedura ta’ żbilanċ f’konformità mal-Artikolu 10(4) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 li permezz tagħhom jistabbilixxi nuqqas ta’ konformità minn Stat Membru għar-raġunijiet li ma jkunx ħa l-azzjoni korrettiva rakkomandata;

(d)

meta l-Kummissjoni tikkonkludi li Stat Membru ma jkunx ħa miżuri kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 (38) u b’konsegwenza ta’ hekk tiddeċiedi li ma tawtorizzax l-iżborż tal-assistenza finanzjarja mogħtija lil dak l-Istat Membru;

(e)

meta l-Kunsill jiddeċiedi li Stat Membru ma jikkonformax mal-programm ta’ aġġustament makroekonomiku msemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39) , jew mal-miżuri mitluba minn deċiżjoni tal-Kunsill adottata f’konformità mal-Artikolu 136(1) TFUE.

Għandha tingħata prijorità lis-sospensjoni tal-impenji; il-pagamenti għandhom ikunu sospiżi biss meta titfittex azzjoni immedjata u fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità sinifikanti. Is-sospensjoni tal-pagamenti għandha tapplika għat-talbiet għall-pagamenti ppreżentati għall-programmi kkonċernati wara d-data tad-deċiżjoni għas-sospensjoni.

Il-Kummissjoni tista’, għal raġunijiet ta’ ċirkostanzi ekonomiċi eċċezzjonali jew wara talba motivata mill-Istat Membru kkonċernat indirizzata lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni jew tar-rakkomandazzjoni msemmija fis-sottoparagrafu preċedenti, tirrakkomanda li l-Kunsill jikkanċella s-sospensjoni msemmija fl-istess sottoparagrafu.

8.   Proposta mill-Kummissjoni għas-sospensjoni tal-impenji għandha titqies bħala adottata mill-Kunsill sakemm il-Kunsill ma jiddeċidix, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li jirrifjuta tali proposta b’maġġoranza kwalifikata fi żmien xahar mill-preżentazzjoni tal-proposta tal-Kummissjoni.

Is-sospensjoni tal-impenji għandha tapplika għall-impenji mill-Fondi għall-Istat Membru kkonċernat mill-1 ta' Jannar tas-sena ta’ wara d-deċiżjoni ta’ sospensjoni.

Il-Kunsill għandu jadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, wara proposta mill-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 7 f’rabta mas-sospensjoni tal-pagamenti.

9.   Il-kamp ta’ applikazzjoni u l-livell tas-sospensjoni tal-impenji jew tal-pagamenti li jridu jiġu imposti għandhom jirrispettaw l-ugwaljanza tat-trattament bejn l-Istati Membri u għandhom iqisu ċ-ċirkostanzi ekonomiċi u soċjali tal-Istat Membru kkonċernat, b’mod partikolari l-livell ta’ qgħad, il-livell ta’ faqar jew esklużjoni soċjali tal-Istat Membru kkonċernat meta mqabbla mal-medja tal-Unjoni u l-impatt tas-sospensjoni fuq l-ekonomija tal-Istat Membru kkonċernat. L-impatt tas-sospensjonijiet fuq programmi ta’ importanza fundamentali biex jiġu indirizzati l-kundizzjonijiet ekonomiċi jew soċjali avversi għandu jkun fattur speċifiku li jrid jitqies.

10.   Is-sospensjoni tal-impenji għandha tkun soġġetta għal massimu ta’ 25 % tal-impenji relatati mas-sena kalendarja li jkun imiss għall-Fondi jew 0,25 % tal-PDG nominali, jekk dan ikun inqas, fi kwalunkwe każ minn dawn li ġejjin:

(a)

fl-ewwel każ ta’ nuqqas ta’ konformità bi proċedura ta’ defiċit eċċessiv kif imsemmi skont il-punt (a) tal-paragrafu 7;

(b)

fl-ewwel każ ta’ nuqqas ta’ konformità relatat ma’ pjan ta’ azzjoni korrettiva fl-ambitu ta’ proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv kif imsemmi skont il-punt (b) tal-paragrafu 7;

(c)

f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-azzjoni korrettiva rakkomandata skont proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv kif imsemmi skont il-punt (c)(c) tal-paragrafu 7;

(d)

fl-ewwel każ ta’ nuqqas ta’ konformità kif imsemmi skont il-punti (d) u (e) tal-paragrafu 7.

F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità persistenti, is-sospensjoni tal-impenji tista’ taqbeż il-perċentwali massimi stabbiliti fl-ewwel sottoparagrafu.

11.   Il-Kunsill għandu jneħħi s-sospensjoni tal-impenji wara li ssirlu proposta mill-Kummissjoni, f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafu 8, fil-każijiet li ġejjin:

(a)

meta l-proċedura ta’ defiċit eċċessiv tinżamm sospiża f’konformità mal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 (40) jew il-Kunsill ikun iddeċieda li, skont l-Artikolu 126(12) TFUE jabroga d-deċiżjoni dwar l-eżistenza ta’ defiċit eċċessiv;

(b)

meta l-Kunsill ikun approva pjan ta’ azzjoni korrettiva mressaq mill-Istat Membru kkonċernat f’konformità mal-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 jew il-proċedura dwar żbilanċ eċċessiv tkun f’sospensjoni f’konformità mal-Artikolu 10(5) ta’ dak ir-Regolament jew il-Kunsill ikun għalaq il-proċedura ta’ żbilanċ eċċessiv f’konformità mal-Artikolu 11 ta’ dan ir-Regolament;

(c)

meta l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li Stat Membru jkun ħa l-miżuri xierqa kif imsemmi fir-Regolament (KE) Nru 332/2002;

(d)

meta l-Kummissjoni tkun ikkonkludiet li l-Istat Membru kkonċernat ikun ħa miżuri xierqa biex jimplimenta l-programm ta’ aġġustament imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 472/2013 jew il-miżuri mitluba minn deċiżjoni tal-Kunsill f’konformità mal-Artikolu 136(1) TFUE.

Wara li l-Kunsill ikun neħħa s-sospensjoni tal-impenji, il- Kummissjoni għandha tibbaġitja mill-ġdid l-impenji sospiżi f’konformità mal-Artikolu [8] tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) [[…] (ir-Regolament QFP)].

L-impenji sospiżi ma jistgħux jiġu bbaġitjati mill-ġdid lil hinn mis-sena 2027.

Il-limitu taż-żmien tad-diżimpenn għall-ammont ibbaġitjat mill-ġdid f’konformità mal-Artikolu 99 għandu jibda mis-sena li fiha l-impenn sospiż ikun ġie bbaġitjat mill-ġdid.

Deċiżjoni li tikkonċerna t-tneħħija tas-sospensjoni tal-pagamenti għandha tittieħed mill-Kunsill wara proposta mill-Kummissjoni meta l-kundizzjonijiet applikabbli stabbiliti fl-ewwel sottoparagrafu jkunu ssodisfati.

12.   Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat bl-implimentazzjoni ta' dan l-artikolu. B’mod partikolari, meta waħda mill-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 7 tiġi ssodisfata għal Stat Membru, il-Kummissjoni għandha tgħarraf f’qasir żmien lill-Parlament Ewropew u tipprovdi dettalji tal-Fondi u tal-programmi li jistgħu jkunu soġġetti għal sospensjoni tal-impenji.

Il-Parlament Ewropew jista’ jistieden lill-Kummissjoni għal djalogu strutturat dwar l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu, wara li titqies it-trażmissjoni tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel sottoparagrafu.

Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-proposta għal sospensjoni tal-impenji jew il-proposta biex titneħħa tali sospensjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

13.   Il-paragrafi minn 1 sa 12 ma għandhomx japplikaw għal prijoritajiet jew programmi skont l-Artikolu [4(c)(v)(ii)] tar-Regolament FSE+. [Em. 425/rev, 444/rev, 448 u 469]

TITOLU III

PROGRAMMAZZJONI

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi

Artikolu 16

Tħejjija u preżentazzjoni tal-programmi

1.   L-Istati Membrii , b'kooperazzjoni mas-sħab imsemmija fl-Artikolu 6, għandhom iħejju l-programmi biex jimplimentaw il-Fondi għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027. [Em. 140]

2.   L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-programmi lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn tliet (3) xhur wara l-preżentazzjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija.

3.   L-Istati Membri għandhom iħejju l-programmi f’konformità mal-mudell tal-programmi stabbilit fl-Anness V.

Għall-AMIF, l-ISF u l-BMVI, l-Istat Membru għandu jħejji l-programmi f’konformità mal-mudell tal-programmi stabbilit fl-Anness VI.

Artikolu 17

Il-kontenut tal-programmi

1.   Kull programm għandu jistabbilixxi strateġija għall-kontribuzzjoni tal-programm għall-objettivi ta’ politika u għall-komunikazzjoni tar-riżultati tiegħu.

2.   Programm għandu jkun magħmul minn prijoritajiet. Kull prijorità għandha tikkorrispondi għal objettiv uniku ta' politika wieħed, għal għadd ta' objettivi ta’ politika jew għal assistenza għall-assistenza teknika. Prijorità li tikkorrispondi għal objettiv ta’ politika għandha tkun magħmula minn objettiv speċifiku wieħed jew aktar. Aktar minn prijorità waħda tista’ tikkorrispondi għall-istess objettiv ta’ politika. [Em. 141]

Għall-programmi appoġġati mill-FEMS, kull prijorità tista’ tikkorrispondi għal objettiv ta ‘politika wieħed jew aktar. Objettivi speċifiċi jikkorrispondu għal oqsma ta’ appoġġ kif definiti fl-Anness [III] tar-Regolament FEMS.

Għall-programmi appoġġati mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, programm għandu jkun magħmul minn objettivi speċifiċi.

3.   Kull programm għandu jistabbilixxi:

(a)

sommarju tal-isfidi ewlenin, filwaqt li jitqiesu:

(i)

l-inugwaljanzi id-disparitajiet ekonomiċi, soċjali u territorjali kif ukoll l-inugwaljanzi , ħlief għal programmi għall-programmi appoġġati mill-FEMS; [Em. 142]

(ii)

il-fallimenti tas-suq, il-ħtiġijiet ta’ investiment u l-komplementarità l-komplementarjetà u s-sinerġiji ma’ forom oħra ta’ appoġġ; [Em. 143]

(iii)

l-isfidi identifikati f’rakkomandazzjonijiet fir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi u rakkomandazzjonijiet rilevanti oħra tal-Unjoni indirizzati lill-Istat Membru; [Em. 144]

(iv)

l-isfidi marbuta mal-governanza mal-kapaċità amministrattiva l-kapaċità amministrattiva l-governanza u l-miżuri ta' simplifikazzjoni ; [Em. 145]

(iva)

approċċ integrat sabiex jiġu indirizzati l-isfidi demografiċi, fejn rilevanti; [Em. 146]

(v)

it-tagħlimiet meħuda mill-esperjenza tal-imgħoddi;

(vi)

l-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, jekk l-Istati Membri u r-reġjuni jkunu jipparteċipaw fi strateġiji bħal dawn;

(via)

l-isfidi u l-objettivi relatati identifikati fi ħdan il-Pjanijiet Nazzjonali għall-Enerġija u l-Klima u fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali; [Em. 147]

(vii)

għall-programmi appoġġati mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, il-progress fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni u l-acquis rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll in-nuqqasijiet identifikati ; [Em. 148]

(b)

ġustifikazzjoni għall-objettivi ta’ politika magħżula, il-prijoritajiet korrispondenti, l-objettivi speċifiċi u l-forom ta’ appoġġ;

(c)

għal kull prijorità, ħlief għall-assistenza teknika, l-objettivi speċifiċi;

(d)

għal kull objettiv speċifiku:

(i)

it-tipi ta' azzjonijiet relatati, inkluża lista indikattiva u skeda ta' żmien ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika, u l-kontribuzzjoni mistennija l-kontribut mistenni tagħhom għal dawk l-objettivi speċifiċi u għall-istrateġiji makroreġjonali u l-istrateġiji għall-istrateġiji tal-baċiri tal-baħar, fejn xieraq; [Em. 149]

(ii)

l-indikaturi tal-output u l-indikaturi tar-riżultati bl-istadji importanti u l-miri korrispondenti;

(iii)

il-gruppi prinċipali fil-mira;

(iiia)

l-azzjonijiet li jissalvagwardjaw l-ugwaljanza, l-inklużjoni u n-nondiskriminazzjoni; [Em. 150]

(iv)

it-territorji speċifiċi fil-mira, inkluż l-użu ppjanat ta’ investiment territorjali integrat, l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jew għodod territorjali oħra;

(v)

l-azzjonijiet interreġjonali , transfruntiera u transnazzjonali ma' benefiċjarji li jinsabu f'minn tal-anqas Stat Membru wieħed ieħor; [Em. 151]

(va)

is-sostenibbiltà tal-investimenti; [Em. 152]

(vi)

l-użu ppjanat tal-istrumenti finanzjarji;

(vii)

it-tipi ta’ intervent u tqassim indikattiv tar-riżorsi programmati skont it-tip ta’ intervent jew qasam ta’ appoġġ;

(viia)

deskrizzjoni ta' kif il-komplementarjetajiet u s-sinerġiji ma' Fondi u strumenti oħra għandhom jiġu segwiti; [Em. 153]

(e)

l-użu ppjanat ta’ assistenza teknika f’konformità mal-Artikoli minn 30 sa 32 u t-tipi rilevanti ta’ intervent;

(f)

pjan ta’ finanzjament li fih:

(i)

tabella li tispeċifika l-allokazzjoni finanzjarji totali għal kull wieħed mill-Fondi u għal kull kategorija ta’ reġjun għal perjodu ta’ programmazzjoni kollu u skont is-sena, inkluż kull ammont trasferit skont l-Artikolu 21;

(ii)

tabella li tispeċifika l-allokazzjonijiet finanzjarji totali għal kull prijorità skont il-Fond u skont il-kategorija ta’ reġjun u l-kontribuzzjoni nazzjonali u jekk tikkonsistix minn kontribuzzjonijiet pubbliċi u privati;

(iii)

għall-programmi appoġġati mill-FEMS, tabella li tispeċifika għal kull tip ta’ qasam ta’ appoġġ, l-ammont tal-allokazzjonijiet finanzjarji totali tal-appoġġ mill-Fond u l-kontribuzzjoni nazzjonali;

(iv)

għall-programmi appoġġati mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, tabella li tispeċifika, skont l-objettiv speċifiku, l-allokazzjonijiet finanzjarji totali skont it-tip ta’ azzjoni, il-kontribuzzjoni nazzjonali u jekk tikkonsistix minn kontribuzzjonijiet pubbliċi u privati;

(g)

l-azzjonijiet meħuda sabiex l-imsieħba msemmija fl-Artikolu 6 jiġu involuti fit-tħejjija tal-programm, u r-rwol ta’ dawk l-imsieħba fl-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programm;

(h)

għal kull kundizzjoni ta’ abilitazzjoni, stabbilita f’konformità mal-Artikolu 11, l-Anness III u l-Anness IV, valutazzjoni ta’ jekk il-kundizzjoni ta’ abilitazzjoni tkunx ġiet issodisfata sad-data tal-preżentazzjoni tal-programm;

(i)

l-approċċ previst għall-komunikazzjoni u l-viżibilità tal-programm billi jiġu definiti l-objettivi, l-udjenzi fil-mira, il-kanali ta' komunikazzjoni, fejn xieraq l-ilħuq tal-midja soċjali, kif ukoll il-baġit ippjanat u l-indikaturi rilevanti tiegħu għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; [Em. 154]

(j)

l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità tal-awditjar , il-korp responsabbli għall-funzjoni kontabilistika skont l-Artikolu 70, u l-korp li jirċievi l-pagamenti mill-Kummissjoni. [Em. 155]

Il-punti (c) u (d) ta’ dan il-paragrafu ma għandhomx japplikaw għall-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu [4(c)(vii)( 1 )( xi )] tar-Regolament FSE+. [Em. 156]

mal-programm għandu jiġi anness rapport ambjentali li jkun fih informazzjoni rilevanti dwar l-effetti fuq l-ambjent skont id-Direttiva 2001/42/KE, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet ta' mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima. [Em. 157]

4.   Permezz ta’ deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 3, għal kull objettiv speċifiku tal-programmi appoġġati mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, għandu jkun ipprovdut dan li ġej:

(a)

deskrizzjoni tas-sitwazzjoni inizjali, tal-isfidi u tar-reazzjonijiet appoġġati mill-Fond;

(b)

indikazzjoni tal-objettivi operazzjonali;

(c)

lista indikattiva ta’ azzjonijiet u l-kontribuzzjoni mistennija tagħhom għall-objettivi speċifiċi u operazzjonali;

(d)

meta applikabbli, ġustifikazzjoni għall-appoġġ operattiv, għall-azzjonijiet speċifiċi, għall-assistenza ta’ emerġenza, u għall-azzjonijiet imsemmija fl-Artikoli [16 u 17] tar-Regolament AMIF;

(e)

indikaturi tal-output u tar-riżultati bl-istadji importanti u l-miri korrispondenti;

(f)

tqassim indikattiv tar-riżorsi programmati skont it-tip ta’ intervent.

5.   It-tipi ta’ intervent għandhom ikunu bbażati fuq in-nomenklatura stabbilita fl-Anness I. Għall-programmi appoġġati mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, it-tipi ta’ intervent għandhom ikunu bbażati fuq in-nomenklatura stabbilita fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.

6.   Għall-programmi tal-FEŻR, tal-FSE+ u tal-Fond ta’ Koeżjoni ppreżentati f’konformità mal-Artikolu 16, it-tabella msemmija fil-paragrafu (3)(f)(ii) għandha tinkludi l-ammonti għas-snin 2021 sa 2025 biss 2027 . [Em. 158]

7.   L-Istat Membru għandu jikkomunika lill-Kummissjoni kwalunkwe bidla fl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu (3)(j) mingħajr il-bżonn ta’ emendar tal-programm.

Artikolu 18

Approvazzjoni tal-programmi

1.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-programm u l-konformità tiegħu ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, kif ukoll il-konsistenza tiegħu mal-Ftehim ta’ Sħubija. Il-Kummissjoni, Fil-valutazzjoni tagħha , il-Kummissjoni għandha, b'mod partikolari, tqis ir-rakkomandazzjonijiet rilevanti speċifiċi għall-pajjiżi , kif ukoll l-isfidi rilevanti identifikati fl-implimentazzjoni tal-Pjanijiet Nazzjonali Integrati għall-Enerġija u l-Klima u fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali u l-mod kif jiġu indirizzati . [Em. 160]

2.   Il-Kummissjoni tista’ tagħmel il-kummenti l-osservazzjonijiet fi żmien tliet xhur xahrejn mid-data tal-preżentazzjoni tal-programm mill-Istat Membru. [Em. 161]

3.   L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm filwaqt li jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mit-tressiq tagħhom . [Em. 162]

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, deċiżjoni li tapprova l-programm mhux aktar tard minn sitt ħames xhur wara d-data tal-preżentazzjoni tal-ewwel preżentazzjoni ta’ dan il-programm mill-Istat Membru. [Em. 163]

Artikolu 19

Emendar tal-programmi

1.   L-Istat Membru jista’ jippreżenta talba motivata għal emenda ta’ programm flimkien mal-programm emendat, filwaqt li jindika l-impatt mistenni ta’ dik l-emenda fuq il-kisba tal-objettivi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-emenda u l-konformità tagħha ma’ dan ir-Regolament u mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, inklużi r-rekwiżiti fil-livell nazzjonali, u tista’ tagħmel il-kummenti fi żmien tliet xhur xahrejn mill-preżentazzjoni tal-programm emendat. [Em. 164]

3.   L-Istat Membru għandu jirrieżamina l-programm emendat u jqis il-kummenti li jkunu saru mill-Kummissjoni fi żmien xahrejn mit-tressiq tagħhom . [Em. 165]

4.   Il-Kummissjoni għandha tapprova l-emendar ta’ programm mhux aktar tard minn sitt tliet xhur wara l-preżentazzjoni tiegħu mill-Istat Membru. [Em. 166]

5.   Matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-Istat Membru jista’ jittrasferixxi ammont sa massimu ta’ 5 % tal-allokazzjoni inizjali ta’ prijorità u mhux aktar minn 3 % tal-baġit tal-programm lil prijorità oħra tal-istess Fond tal-istess programm. Huwa u jagħmel dan, l-Istat Membru għandu jirrispetta l-kodiċi ta' kondotta stabbilit mir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014. Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR u mill-FSE+, it-trasferiment għandu jikkonċerna biss l-allokazzjonijiet għall-istess kategorija ta’ reġjuni reġjun . [Em. 167]

Tali trasferimenti ma għandhomx jaffettwaw is-snin preċedenti. Għandhom jitqiesu bħala mhux sostanzjali u ma għandhomx jirrikjedu deċiżjoni tal-Kummissjoni li temenda l-programm. Madankollu, għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti regolatorji kollha. L-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni t-tabella riveduta msemmija taħt il-punti (f)(ii), (f)(iii) jew (f)(iv) tal-Artikolu 17(3), kif applikabbli.

6.   L-approvazzjoni tal-Kummissjoni ma għandhiex tkun meħtieġa għal korrezzjonijiet ta’ natura purament klerikali , teknika jew editorjali li ma jaffettwawx l-implimentazzjon tal-programm. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b’tali korrezzjonijiet. [Em. 168]

7.   Għall-programmi appoġġati mill-FEMS, l-emendi għall-programmi relatati mal-introduzzjoni ta’ indikaturi ma għandhomx jirrikjedu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Artikolu 20

Appoġġ konġunt mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta’ Koeżjoni

1.   Il-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta’ Koeżjoni jistgħu jipprovdu appoġġ b’mod konġunt għall-programmi taħt l-għan ta’ Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir.

2.   Il-FEŻR u l-FSE+ jistgħu jiffinanzjaw, b’mod komplementari u soġġett għal limitu ta’ 10 15 % ta’ appoġġ minn dawk il-Fondi għal kull prijorità ta’ programm, l-operazzjoni kollha jew parti minnha li l-kostijiet tagħha jkunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond l-ieħor fuq il-bażi tar-regoli ta’ eliġibbiltà applikati għal dak il-Fond, dment li tali kostijiet ikunu meħtieġa għall-implimentazzjoni. [Em. 169]

Artikolu 21

Trasferiment tar-riżorsi

1.   L-Istati Għall-fini li jiżguraw il-flessibbiltà, l-Istati Membri jistgħu jitolbu t-trasferiment , jekk ikun hemm qbil min-naħa tal-kumitat ta' monitoraġġ tal-programm, it-trasferiment sa massimu ta’ 5 % tal-allokazzjonijiet finanzjarji tal-programm minn kwalunkwe wieħed mill-Fondi lejn Fond ieħor taħt ġestjoni kondiviża jew lejn kwalunkwe strument taħt ġestjoni diretta jew indiretta għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta' Koeżjoni, jew il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd . [Em. 170]

2.   Ir-riżorsi trasferiti għandhom jiġu implimentati f’konformità mar-regoli tal-Fond jew tal-istrument li fih dawn ir-riżorsi jiġu trasferiti u, fil-każ ta’ trasferimenti lejn strumenti taħt ġestjoni diretta jew indiretta, għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat. [Em. 171 u 434]

3.   It-talbiet skont il-paragrafu 1 għandhom jistabbilixxu l-ammont totali trasferit għal kull sena skont il-Fond u skont il-kategorija ta’ reġjun, meta rilevanti, għandhom ikunu debitament ġustifikati bil-ħsieb tal-kumplementarjetajiet u l-impatt li jridu jinkisbu, u għandhom ikunu akkumpanjati mill-programm(i) rivedut(i), li r-riżorsi għandhom ikunu trasferiti minnu/hom f’konformità mal-Artikolu 19, bl-indikazzjoni ta’ liema Fond jew strument ieħor huwa l-benefiċjarju tal-ammonti trasferiti. [Em. 172, 433 u 434]

4.   Il-Kummissjoni tista’ toġġezzjona għal talba għal trasferiment fl-emenda relatata tal-programm fil-każijiet li fihom din tkun timmina l-kisba tal-objettivi tal-programm li minnu jridu jiġu trasferiti r-riżorsi.

5.   Jistgħu jiġu trasferiti biss riżorsi ta’ snin kalendarji tal-futur.

KAPITOLU Ia

Proġetti maġġuri

Artikolu 21a

Kontenut

Bħala parti minn programm jew programmi, il-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni jistgħu jappoġġaw operazzjoni li tinkludi sensiela ta' xogħlijiet, attivitajiet jew servizzi maħsuba sabiex hi stess twettaq kompitu indiviżibbli ta' natura ekonomika jew teknika preċiża, li jkollu għanijiet identifikati b'mod ċar u li għalih l-ispiża totali taqbeż EUR 100 000 000 miljun (il-“proġett maġġuri”). L-istrumenti finanzjarji m'għandhomx jiġu kkunsidrati li huma proġetti maġġuri. [Em. 174]

Artikolu 21b

Informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni ta' proġett maġġuri

Qabel ma jiġi approvat proġett maġġuri, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tippreżenta lill-Kummissjoni l-informazzjoni li ġejja:

(a)

dettalji li jikkonċernaw il-korp li se jkun responsabbli għall-implementazzjoni tal-proġett maġġuri u l-kapaċità tiegħu;

(b)

deskrizzjoni tal-investiment u l-lokalità tiegħu;

(c)

il-kost totali u l-kost totali eliġibbli

(d)

l-istudji tal-fattibilità mwettqa, inkluża l-analiżi tal-għażliet, u r-riżultati;

(e)

analiżi tal-benefiċċji meta mqabbla mal-ispejjez, inkluża analiżi ekonomika u finanzjarja, u valutazzjoni tar-riskju;

(f)

analiżi tal-impatt ambjentali filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih u r-reżistenza għad-diżastri;

(g)

spjegazzjoni dwar kif il-proġett maġġuri jkun konsistenti mal-prijoritajiet rilevanti tal-programm jew il-programmi kkonċernati, u l-kontribuzzjoni mistennija tiegħu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi ta' dawk il-prijoritajiet u l-kontribuzzjoni mistennija għall-iżvilupp soċjoekonomiku;

(h)

il-pjan ta' finanzjament li juri r-riżorsi finanzjarji totali ppjanati u s-sostenn ippjanat mill-Fondi, il-BEI, u s-sorsi l-oħra kollha ta' finanzjament, flimkien mal-indikaturi fiżiċi u finanzjarji għall-monitoraġġ tal-progress, filwaqt li jitqiesu r-riskji identifikati;

(i)

skeda ta' żmien għall-implimentazzjoni tal-proġett maġġuri u, fejn il-perjodu ta' implimentazzjoni huwa mistenni li jkun itwal mill-perjodu ta' programmazzjoni, il-fażijiet li għalihom huwa mitlub sostenn mill-Fondi matul il-perjodu ta' programmazzjoni. [Em. 175]

Artikolu 21c

Deċiżjoni dwar proġett maġġuri

1.     Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-proġett maġġuri abbażi tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21b sabiex tiddetermina jekk il-kontribuzzjoni finanzjarja mitluba għall-proġett maġġuri magħżul mill-awtorità ta' ġestjoni hijiex iġġustifikata. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġett maġġuri magħżul, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, mhux aktar tard minn tliet xhur wara d-data tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 21b.

2.     L-approvazzjoni mill-Kummissjoni skont il-paragrafu 1 għandha tkun kondizzjonali fuq il-fatt li l-kuntratt tal-ewwel xogħlijiet jiġi konkluż, jew fil-każ ta' operazzjonijiet implimentati taħt strutturi ta' sħubija pubblika-privata (PPP), fuq l-iffirmar tal-kuntratt tal-PPP bejn il-korp pubbliku u l-korp tas-settur privat, fi żmien tliet snin mid-data tal-approvazzjoni.

3.     Fejn il-Kummissjoni ma tapprovax il-kontribuzzjoni finanzjarja għall-proġett maġġuri magħżul, hija għandha tagħti fid-deċiżjoni tagħha r-raġunijiet għar-rifjut tagħha.

4.     Proġetti maġġuri ppreżentati għal approvazzjoni skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu inklużi fil-lista ta' proġetti maġġuri fi programm.

5.     In-nefqa relatata ma' proġett maġġuri tista' tkun inkluża f'applikazzjoni għal pagament wara l-preżentazzjoni għal approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Fejn il-Kummissjoni ma tapprovax il-proġett maġġuri magħżul mill-awtorità ta' ġestjoni, id-dikjarazzjoni tan-nefqa wara l-irtirar tal-applikazzjoni mill-Istat Membru jew l-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi rettifikata bix-xieraq. [Em. 176]

KAPITOLU II

Żvilupp territorjali

Artikolu 22

Żvilupp territorjali integrat

L-Istat Membru għandu jappoġġa l-iżvilupp territorjali integrat permezz ta’ strateġiji ta’ żvilupp territorjali u lokali fi kwalunkwe forma fost dawn li ġejjin:

(a)

investimenti territorjali integrati;

(b)

żvilupp lokali mmexxi mill-komunità;

(c)

għodda territorjali oħra li tappoġġa inizjattivi mfassla mill-Istat Membru għall-investimenti programmati għall-FEŻR skont l-objettiv ta’ politika msemmi fl-Artikolu 4(1)(e). [Em. 177]

L-Istat Membru għandu jiżgura l-koerenza u koordinazzjoni meta l-istrateġiji għall-iżvilupp lokali jiġu ffinanzjati minn aktar minn Fond wieħed. [Em. 178]

Artikolu 23

Strateġiji territorjali

1.   L-istrateġiji territorjali implimentati skont il-punti (a) jew (c) tal-Artikolu 22 għandu jkun fihom l-elementi li ġejjin:

(a)

iż-żona ġeografika koperta mill-istrateġija , inklużi l-interkonnessjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali ; [Em. 179]

(b)

analiżi tal-ħtiġijiet tal-iżvilupp u tal-potenzjal taż-żona;

(c)

deskrizzjoni ta’ approċċ integrat biex il-potenzjal u l-ħtiġijiet tal-iżvilupp identifikati jiġu indirizzati;

(d)

deskrizzjoni tal-involviment tal-imsieħba f’konformità mal-Artikolu 6 tas-sħab taħt l-Artikolu fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni tal-istrateġija. [Em. 180]

Dawn jista’ jkun fihom ukoll lista tal-operazzjonijiet li jridu jiġu appoġġati.

2.   L-istrateġiji territorjali għandhom jitfasslu jiġu mħejjija u approvati taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell urban reġjonali , dak lokali jew f'livell territorjali ieħor u f'livell pubbliku ieħor. Dokumenti strateġiċi preeżistenti li jikkonċernaw iż-żoni koperti jistgħu jiġu aġġornati u użati għall-istrateġiji territorjali . [Em. 181]

3.   Fil-każijiet li fihom il-lista tal-operazzjonijiet li jridu jiġu appoġġati ma tkunx ġiet inkluża fl-istrateġija territorjali, l-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell urban reġjonali , lokali jew f’livell territorjali ieħor għandhom ikunu involuti fl-għażla tal-operazzjonijiet. [Em. 182]

L-operazzjonijiet li jintgħażlu għandhom jikkonformaw mal-istrateġija territorjali.

3a.     Meta jkunu qed iħejju strateġiji territorjali, l-awtoritajiet imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet ta' ġestjoni rilevanti, sabiex jiġi ddeterminat l-ambitu tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati taħt il-programm rilevanti. [Em. 183]

4.   Fil-każijiet fejn awtorità jew korp ieħor fil-livell urban reġjonali , lokali jew f’livell territorjali pubbliku ieħor iwettqu kompiti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni bl-eċċezzjoni tal-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità għandha tiġi tidentifika bħala korp intermedjarju mill-awtorità ta’ ġestjoni. [Em. 184]

L-operazzjonijiet magħżula jistgħu jiġu appoġġati taħt aktar minn prijorità waħda tal-istess programm. [Em. 185]

5.   Jista’ jingħata appoġġ għat-tħejjija u għat-tfassil tal-istrateġiji territorjali.

Artikolu 24

Investiment territorjali integrat

1.   Meta strateġija implimentata f'konformità mal-Artikolu 23 tinvolvi investimenti li jirċievu appoġġ minn Fond wieħed jew minn aktar minn wieħed , minn aktar minn programm wieħed jew minn aktar minn prijorità waħda tal-istess programm, l-azzjonijiet jistgħu jiġu eżegwiti bħala investiment territorjali integrat (“ITI”). Fejn xieraq, kull ITI jista' jiġi kkumplementat b'appoġġ finanzjarju mill-FAEŻR. [Em. 186]

2.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li s-sistema elettronika għall-programm jew programmi tipprevedi għall-identifikazzjoni tal-operazzjonijiet u għall-outputs u r-riżultati li jikkontribwixxu għal ITI.

2a.     Fil-każijiet li fihom il-lista tal-operazzjonijiet li jridu jiġu appoġġati ma tkunx ġiet inkluża fl-istrateġija territorjali, l-awtoritajiet jew korpi rilevanti fil-livell reġjonali, lokali jew f'livell pubbliku ieħor għandhom ikunu involuti fl-għażla tal-operazzjonijiet. [Em. 187]

Artikolu 25

Żvilupp lokali mmexxi mill-komunità

1.   Il-FEŻR, il-FSE+ u l-FEMS , l-FEMS l-FAEŻR, jistgħu jappoġġaw żvilupp l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità. Fil-kuntest tal-FAEŻR, dan l-iżvilupp għandu jiġi ddeżinjat bħala żvilupp lokali LEADER . [Em. 188]

2.   L-Istat Membru għandu jiżgura li l-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jkun:

(a)

iffukat fuq żoni subreġjonali;

(b)

immexxi minn gruppi ta’ azzjoni lokali magħmula minn rappreżentanti tal-interessi soċjoekonomiċi lokali pubbliċi u privati, li fihom, l-ebda grupp ta’ interess wieħed waħdu , inkluż is-settur pubbliku, ma jkollu kontroll tat-teħid tad-deċiżjonijiet; [Em. 189]

(c)

imwettaq permezz ta’ strateġiji integrati f’konformità mal-Artikolu 26;

(d)

ta' appoġġ għan-netwerking, għall-approċċi minn isfel għal fatturi innovattivi u ta' netwerking fuq, għall-accessibbiltà, għall-karatteristiċi innovattivi fil-kuntest lokali u, meta xieraq, għall-kooperazzjoni ma’ atturi territorjali oħra. [Em. 190]

3.   Meta jkun disponibbli l-appoġġ għall-istrateġiji msemmija fil-paragrafu 2(c) minn aktar minn Fond wieħed, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni rilevanti għandhom jorganizzaw sejħa konġunta għall-għażla ta’ dawk l-istrateġiji u għandhom jistabbilixxu kumitat konġunt għall-Fondi kollha kkonċernati biex iwettaq monitoraġġ ta’ dawk l-istrateġiji. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni rilevanti jistgħu jagħżlu wieħed mill-Fondi kkonċernati biex jappoġġaw il-kostijiet ta’ tħejjija, ta’ ġestjoni u ta’ animazzjoni kollha msemmija fil-punti (a) u (c) tal-Artikolu 28(1) relatati ma’ dawk l-istrateġiji.

4.   Meta l-implimentazzjoni ta’ strateġija bħal din tinvolvi appoġġ minn Fond wieħed jew aktar, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni rilevanti jistgħu jagħżlu wieħed mill-Fondi kkonċernati bħala l-Fond Ewlieni. Jista' jiġi speċifikat ukoll it-tip ta' miżuri u operazzjonijiet li għandhom jiġu ffinanzjati minn kull Fond affettwat. [Em. 191]

5.   Ir-regoli tal-Fond Ewlieni għandhom japplikaw għal dik l-istrateġija. L-awtoritajiet ta’ fondi oħra għandhom iserrħu fuq deċiżjonijiet u verifiki ta’ ġestjoni li jsiru mill-awtorità kompetenti tal-Fond Ewlieni.

6.   L-awtoritajiet tal-Fond Ewlieni għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet ta’ Fondi oħra bl-informazzjoni meħtieġa biex jagħmlu monitoraġġ u jwettqu l-pagamenti f’konformità mar-regoli stabbilit fir-Regolament speċifiku għall-Fondi.

Artikolu 26

Strateġiji ta’ żvilupp lokali mmexxi mill-komunità

1.   L-awtoritajiet ta’ ġestjoni rilevanti għandhom jiżguraw li kull strateġija msemmija fl-Artikolu 25(2)(c) tistabbilixxi l-elementi li ġejjin:

(a)

iż-żona ġeografika u tal-popolazzjoni koperti mill-istrateġija;

(b)

il-proċess ta’ involviment tal-komunità fl-iżvilupp ta’ dik l-istrateġija;

(c)

analiżi tal-ħtiġijiet tal-iżvilupp u tal-potenzjal taż-żona;

(d)

l-objettivi ta’ dik l-istrateġija, inklużi l-isfidi li jistgħu jitkejlu għar-riżultati, u azzjonijiet ippjanati relatati bi tweġiba għall-ħtiġijiet lokali kif identifikati mill-komunità lokali ; [Em. 192]

(e)

l-arranġamenti għall-ġestjoni, għall-monitoraġġ u għall-evalwazzjoni, li juru l-kapaċità tal-grupp ta’ azzjoni lokali li jimplimenta dik l-istrateġija;

(f)

pjan finanzjarju, inkluża l-allokazzjoni ppjanata minn kull Fond , inkluż, fejn xieraq, il-FAEŻR, kull programm ikkonċernat. [Em. 193]

2.   L-awtoritajiet ta’ ġestjoni rilevanti għandhom jiddefinixxu l-kriterji għall-għażla ta’ dawk l-istrateġiji, għandhom iwaqqfu kumitat biex jagħmel din l-għażla u għandhom japprovaw l-istrateġiji magħżula minn dak il-kumitat.

3.   L-awtoritajiet ta’ ġestjoni rilevanti għandhom ilestu l-ewwel rawnd ta’ għażla tal-istrateġiji u jiżguraw li l-gruppi ta’ azzjoni lokali magħżula jkunu jistgħu jwettqu l-kompiti tagħhom stabbiliti fl-Artikolu 27(3) fi żmien 12-il xahar mid-data tal-approvazzjoni tal-programm rilevanti jew, fil-każ ta’ strateġiji appoġġati minn aktar minn Fond wieħed, fi żmien 12-il xahar mid-data tal-approvazzjoni tal-aħħar programm ikkonċernat.

4.   Id-deċiżjoni li tapprova strateġija għandha tistabbilixxi l-allokazzjoni ta’ kull Fond u programm ikkonċernat u tistabbilixxi r-responsabbiltajiet għall-kompiti ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-programm jew tal-programmi. Il-kontribuzzjonijiet pubbliċi nazzjonali korrispondenti għandhom ikunu garantiti bil-quddiem għall-perjodu kollu. [Em. 194]

Artikolu 27

Gruppi ta’ azzjoni lokali

1.   Il-gruppi ta’ azzjoni lokali għandhom ifasslu u jimplimentaw l-istrateġiji msemmija fl-Artikolu 25(2)(c).

2.   L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom jiżguraw li l-gruppi ta' azzjoni lokali jkunu inklużivi, u li huma jew jagħżlu msieħeb sieħeb wieħed fi ħdan il-grupp bħala msieħeb sieħeb ewlieni fi kwistjonijiet amministrattivi u finanzjarji, jew jingħaqdu flimkien fi struttura komuni kkostitwita legalment , sabiex jimplimentaw kompiti relatati mal-istrateġija ta' żvilupp lokali mmexxi mill-komunità . [Em. 195]

3.   Il-gruppi ta’ azzjoni lokali għandhom iwettqu, b’mod esklużiv, dawn il-kompiti li ġejjin:

(a)

it-tisħiħ tal-kapaċità ta’ atturi amministrattiva tal-atturi lokali biex jiżviluppaw u jimplimentaw l-operazzjonijiet; [Em. 196]

(b)

it-tfassil ta’ proċedura u kriterji ta’ selezzjoni nondiskriminatorji u trasparenti, li jevitaw il-kunflitti tal-interess u jiżguraw li l-ebda grupp ta’ interess waħdu ma jkollu kontroll tad-deċiżjonijiet dwar l-għażla;

(c)

it-tħejjija u l-pubblikazzjoni tas-sejħiet għal proposti;

(d)

l-għażla tal-operazzjonijiet u l-iffissar tal-ammont tal-appoġġ u l-preżentazzjoni tal-proposti lill-korp responsabbli għall-verifika finali tal-eliġibbiltà qabel l-approvazzjoni;

(e)

il-monitoraġġ tal-progress lejn l-ilħuq tal-objettivi tal-istrateġija;

(f)

l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istrateġija.

4.   Meta l-gruppi ta’ azzjoni lokali jwettqu kompiti mhux koperti mill-paragrafu 3 li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni jew tal-aġenzija tal-pagamenti, dawk il-gruppi ta’ azzjoni lokali għandhom ikunu identifikati mill-awtorità ta’ ġestjoni bħala korpi intermedji f’konformità mar-regoli speċifiċi għall-Fondi."

5.   Il-grupp ta’ azzjoni lokali jista’ jkun benefiċjarju u jista’ jimplimenta operazzjonijiet f’konformità mal-istrateġija , billi jinkoraġġixxi s-separazzjoni tal-funzjonijiet fi ħdan il-grupp ta' azzjoni lokali . [Em. 197]

Artikolu 28

Appoġġ mill-Fondi għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità

1.    Bil-ħsieb li jiġu żgurati l-kumplementarjetajiet u s-sinerġiji, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-appoġġ mill-Fondi għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità jkopri: [Em. 198]

(a)

il-bini ta’ kapaċità tal-kapaċità amministrattiva u l-azzjonijiet ta’ tħejjija li jservu ta’ appoġġ għat-tfassil u għall-implimentazzjoni fil-futur futura tal-istrateġiji; [Em. 199]

(b)

l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, inklużi l-attivitajiet ta’ kooperazzjoni u t-tħejjija tagħhom, magħżula fl-ambitu tal-istrateġija tal-iżvilupp lokali;

(ba)

l-animazzjoni tal-istrateġija tal-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju bejn il-partijiet ikkonċernati, sabiex tingħatalhom l-informazzjoni u sabiex jiġu appoġġati l-benefiċjarji potenzjali fit-tħejjija tagħhom tal-applikazzjonijiet; [Em. 200]

(c)

il-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġija u l-animazzjoni tagħha.

2.   L-appoġġ imsemmi taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1 għandu jkun eliġibbli irrispettivament minn jekk l-istrateġija tkunx imbagħad magħżula għall-finanzjament.

L-appoġġ imsemmi taħt il-punt (c) tal-paragrafu 1 ma għandux jaqbeż 25 % tal-kontribuzzjoni pubblika totali għall-istrateġija.

KAPITOLU III

Assistenza teknika

Artikolu 29

Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni

1.   Bl-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fondi jistgħu jsostnu l-azzjonijiet ta’ tħejjija, ta’ kontroll tal-monitoraġġ, ta’ awditjar, ta’ evalwazzjoni, ta’ komunikazzjoni, inkluża dik istituzzjonali dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, ta’ viżibbiltà u l-azzjonijiet kollha amministrattivi u ta’ assistenza teknika meħtieġa għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, u fejn xieraq ma’ pajjiżi terzi.

1a.     L-azzjonijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu jistgħu jinkludu b'mod partikolari:

(a)

assistenza għat-tħejjija u l-valutazzjoni tal-proġetti;

(b)

appoġġ għat-tisħiħ istituzzjonali u għall-bini tal-kapaċità amministrattiva għall-ġestjoni effettiva tal-Fondi;

(c)

studji marbuta mar-rappurtar tal-Kummissjoni dwar il-Fondi u r-rapport dwar il-koeżjoni;

(d)

miżuri relatati mal-analiżi, mal-ġestjoni, mal-monitoraġġ, mal-iskambju tal-informazzjoni u mal-implimentazzjoni tal-Fondi, kif ukoll miżuri relatati mal-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll u mal-għajnuna teknika u amministrattiva;

(e)

evalwazzjonijiet, rapporti ta' esperti, statistika u studji, inklużi dawk ta' natura ġenerali, rigward l-operazzjoni kurrenti u futura tal-Fondi;

(f)

azzjonijiet għat-tixrid tal-informazzjoni, għas-sostenn tan-networking, għat-twettiq ta' attivitajiet ta' komunikazzjoni b'attenzjoni partikolari għar-riżultati u l-valur miżjud tal-appoġġ mill-Fondi, u għas-sensibilizzazzjoni u għall-promozzjoni tal-kooperazzjoni u l-iskambju tal-esperjenza, inkluż ma' pajjiżi terzi;

(g)

l-installazzjoni, l-operat u l-interkonnessjoni ta' sistemi kompjuterizzati għall-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-awditu, il-kontroll u l-evalwazzjoni;

(h)

azzjonijiet li jtejbu l-metodi ta' evalwazzjoni u l-iskambju ta' informazzjoni dwar il-prattiki ta' evalwazzjoni;

(i)

azzjonijiet relatati mal-awditjar;

(j)

it-tisħiħ tal-kapaċità nazzjonali u reġjonali rigward l-ippjanar tal-investiment, il-ħtiġijiet ta' finanzjament, it-tħejjija, id-disinn u l-implimentazzjoni ta' strumenti finanzjarji, pjanijiet ta' azzjoni konġunta u proġetti maġġuri.

(k)

it-tixrid ta' prattiki tajba sabiex l-Istati Membri jiġu megħjuna jsaħħu l-kapaċità tas-sħab rilevanti msemmija fl-Artikolu 6(1) u l-organizzazzjonijiet umbrella tagħhom; [Em. 201]

1b.     Il-Kummissjoni għandha tiddedika mill-anqas 15 % tar-riżorsi għall-assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex iġġib effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni mal-pubbliku u sinerġiji iktar b'saħħithom bejn l-attivitajiet ta' komunikazzjoni meħuda fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni, bl-estensjoni tal-bażi tal-għarfien dwar ir-riżultati, b'mod partikolari permezz ta' ġbir u tixrid, evalwazzjonijiet u rappurtar aktar effettivi tad-data, u b'mod speċjali billi jiġi enfasizzat il-kontribut tal-Fondi għat-titjib tal-ħajja taċ-ċittadini, u biż-żieda tal-viżibbiltà tal-appoġġ mill-Fondi kif ukoll bis-sensibilizzazzjoni dwar ir-riżultati u l-valur miżjud ta' tali appoġġ. Fejn adatt, il-miżuri ta' informazzjoni, ta' komunikazzjoni u ta' viżibbiltà dwar ir-riżultati u l-valur miżjud tal-appoġġ mill-Fondi, b'fokus partikolari fuq l-operazzjonijiet, għandhom jitkomplew wara l-għeluq tal-programmi. Dawn il-miżuri għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni sakemm dawn ikunu relatati mal-objettivi ġenerali ta' dan ir-Regolament. [Em. 202]

2.   Tali azzjonijiet jistgħu jkopru perjodu ta’ programmazzjoni tal-futur preċedenti preċedenti tal-futur . [Em. 203]

2a.     Sabiex jiġu evitati sitwazzjonijiet fejn jiġu sospiżi l-pagamenti, il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Istati Membri u r-reġjuni li jiffaċċjaw tħassib dwar il-konformità minħabba nuqqas ta' kapaċità amministrattiva jirċievu assistenza teknika adegwata biex itejbu dik il-kapaċità amministrattiva. [Em. 204]

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbillixxi l-pjanijiet tagħha meta tkun prevista kontribuzzjoni mill-Fondi f’konformità mal-Artikolu [110] tar-Regolament Finanzjarju.

4.   Skont l-iskop, l-azzjonijiet msemmija f’dan l-Artikolu jistgħu jiġu ffinanzjati bħala nefqa operazzjonali jew inkella nefqa amministrattiva.

Artikolu 30

Assistenza teknika tal-Istati Membri

1.   Fuq l-inizjattiva ta’ Stat Membru, il-Fondi jistgħu jappoġġaw azzjonijiet, li jistgħu jikkonċernaw perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti u sussegwenti, meħtieġa għall-użu u l-amministrazzjoni b’mod effettiv ta’ dawk il-Fondi , għall-bini tal-kapaċità tas-sħab imsemmija fl-Artikolu 6, kif ukoll biex jiġu żgurati funzjonijiet bħalma huma t-tħejjija, it-taħriġ, il-ġestjoni, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-viżibbiltà u l-komunikazzjoni . [Em. 205]

2.   Kull Fond jista’ jappoġġa azzjonijiet ta’ assistenza teknika eliġibbli taħt kwalunkwe wieħed mill-Fondi l-oħra.

3.   Fl-ambitu ta’ kull programm, l-assistenza teknika għandu jkollha l-għamla ta’ prijorità relatata jew ma' Fond wieħed biss jew ma' għadd ta' Fondi . [Em. 206]

Artikolu 31

Finanzjament b’rata fissa għall-assistenza teknika tal-Istati Membri

1.   L-assistenza teknika għal kull programm għandha tkun rimborżata bħala rata fissa billi l-persentaġġi stabbiliti fil-paragrafu 2 jiġu applikati għan-nefqa eliġibbli inkluża f’kull applikazzjoni għal pagament skont l-Artikolu 85(3)(a) jew (c) kif xieraq.

2.   Il-persentaġġ Abbażi ta' ftehim bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u filwaqt li jitqies il-pjan finanzjarju tal-programmi, il-persentaġġ tal-Fondi rimborżati għall-assistenza teknika għandu jista' jkun dan li ġej ta' mhux aktar minn : [Em. 207]

(a)

għall-appoġġ tal-FEŻR taħt l-għan tal-Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir, u għall-appoġġ tal-Fond ta’ Koeżjoni: 2,5 3 %; [Em. 208]

(b)

għall-appoġġ tal-FSE+: 4 5 % u għall-programmi skont l-Artikolu 4(1)(c)(vii) tar-Regolament FSE+: 5 6 %; [Em. 209]

(c)

għall-appoġġ tal-FEMS: 6 %;

(d)

għall-appoġġ tal-AMIF, tal-ISF u tal-BMVI: 6 7 %. [Em. 210]

Għar-reġjuni ultraperiferiċi, għal (a), (b), (c) il-persentaġġ għandu jkun sa 1 % ogħla. [Em. 211]

3.   Ir-regoli speċifiċi għall-assistenza teknika għall-programm Interreg għandhom ikunu stabbiliti fir-Regolament KTE.

Artikolu 32

Finanzjament mhux marbut mal-kostijiet għall-assistenza teknika tal-Istati Membri

Minbarra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31, l-Istat Membru jista' jipproponi li jieħu azzjonijiet addizzjonali ta' azzjoni assistenza teknika sabiex isaħħaħ il-kapaċità istituzzjonali u l-effiċjenza tal-awtoritajiet tal-Istat Membru u s-servizzi pubbliċi , tal-benefiċjarji u tal-imsieħba tas-sħab rilevanti, meħtieġa għall-użu għall-amministrazzjoni l-amministrazzjoni b'mod effettiv l-użu effikaċi tal-Fondi. [Em. 212]

L-appoġġ għal azzjonijiet bħal dawn għandu jiġi implimentat permezz ta’ finanzjament li ma jkunx marbut mal-kostijiet f’konformità mal-Artikolu 89. L-assistenza teknika fil-forma ta' programm speċifiku fakultattiv tista' tiġi implimentata jew permezz ta' finanzjament li mhux marbut mal-kostijiet għall-assistenza teknika jew permezz tar-rimborż tal-kostijiet diretti. [Em. 213]

TITOLU IV

MONITORAĠĠ, EVALWAZZJONI, KOMUNIKAZZJONI U VIŻIBILITÀ

KAPITOLU I

Monitoraġġ

Artikolu 33

Kumitat ta’ monitoraġġ

1.   L-Istat Membru għandu jwaqqaf kumitat għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-programm (“kumitat ta’ monitoraġġ”) , wara konsultazzjoni mal-awtorità ta' ġestjoni, fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika lill-Istat Membru kkonċernat dwar id-deċiżjoni li tapprova l-programm. [Em. 214]

L-Istat Membru jista’ jistabbilixxi kumitat uniku ta’ monitoraġġ biex ikopri aktar minn programm wieħed.

2.   Kull kumitat ta’ monitoraġġ għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tiegħu , filwaqt li jqis il-ħtieġa ta' trasparenza sħiħa . [Em. 215]

3.   Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jiltaqa’ minn tal-anqas darba f’sena u għandu jagħmel rieżami tal-kwistjonijiet kollha li jaffettwaw il-progress tal-programm lejn il-kisba tal-objettivi tiegħu.

4.   L-Istat Membru għandu jippubblika r-regoli ta’ proċedura tal-kumitat ta’ monitoraġġ u d-data u l-informazzjoni kollha kondiviżi mal-kumitat ta’ monitoraġġ fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 44(1).

5.   Il-paragrafi minn 1 sa 4 ma għandhomx japplikaw għall-programmi skont l-Artikolu [4(c)(vi) (1 )( xi )] tar-Regolament FSE+ u għall-assistenza teknika relatata. [Em. 216]

Artikolu 34

Kompożizzjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ

1.   L-Istat Membru għandu jiddetermina l-kompożizzjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ u għandu jiżgura rappreżentanza bilanċjata tal-awtoritajiet u tal-korpi intermedji rilevanti tal-Istat Membru, kif ukoll tar-rappreżentanti tal-imsieħba msemmija tas-sħab imsemmija fl-Artikolu 6 permezz ta' proċess trasparenti . [Em. 217]

Kull membru tal-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jkollu vot.

L-Istat Membru għandu jippubblika l-lista tal-membri tal-kumitat ta’ monitoraġġ fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 44(1).

2.   Għandhom jipparteċipaw Fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ rappreżentanti tal-Kummissjoni fil-ħidma tal-kumitat ta’ monitoraġġ f’kapaċità konsultattiva għandhom jipparteċipaw f'kapaċità ta' monitoraġġ u f'kapaċità konsultattiva. Fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ rappreżentanti tal-BEI jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw f'kapaċità konsultattiva, fejn xieraq . [Em. 218]

2a.     Għall-AMIF, l-ISF u l-BMVI, l-aġenziji deċentralizzati rilevanti għandhom jipparteċipaw fil-ħidma tal-kumitat ta' monitoraġġ f'kapaċità konsultattiva. [Em. 219]

Artikolu 35

Funzjonijiet tal-kumitat ta’ monitoraġġ

1.   Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu jeżamina:

(a)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fl-ilħuq tal-istadji importanti u tal-miri;

(aa)

proposti għal miżuri possibbli ta' simplifikazzjoni għall-benefiċjarji; [Em. 220]

(b)

kull kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-miżuri meħuda biex dawn il-kwistjonijiet ikunu trattati jiġu indirizzati, inkluża wkoll kwalunkwe irregolarità ; [Em. 221]

(c)

il-kontribuzzjoni tal-programm għall-indirizzar tal-isfidi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi;

(d)

l-elementi tal-valutazzjoni ex ante elenkati fl-Artikolu 52(3) u d-dokument ta’ strateġija msemmi fl-Artikolu 53(2);

(e)

il-progress li sar fit-twettiq tal-evalwazzjonijiet, il-ġabriet fil-qosor tal-evalwazzjonijiet u kwalunkwe segwitu għal dak li rriżulta mill-valutazzjonijiet;

(f)

l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u viżibilità;

(g)

il-progress fl-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet ta’ importanza strateġika, meta rilevanti;

(h)

l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom matul il-perjodu ta’ programmazzjoni;

(i)

il-progress fil-bini ta’ kapaċità tal-kapaċità amministrattiva għall-istituzzjonijiet pubbliċi , għas-sħab u għall-benefiċjarji, meta rilevanti. [Em. 222]

2.   Il-kumitat ta’ monitoraġġ għandu japprova:

(a)

il-metodoloġija u l-kriterji użati għall-għażla tal-operazzjonijiet, inkluża kull bidla fihom, wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni skont l-Artikolu 67(2), mingħajr preġudizzju għall-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 27(3);

(b)

ir-rapport ir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMF mill-AMF , mill-ISF u mill-BMVI, u r-rapport finali dwar il-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta’ Koeżjoni; [Em. 224]

(c)

il-pjan ta’ evalwazzjoni u kull emenda li ssir fih;

(d)

kull proposta mill-awtorità ta’ ġestjoni għall-emendat ta’ programm inkluż għal trasferimenti f’konformità mal-Artikolu 19(5) u mal-Artikolu 21.

(da)

bidliet fil-lista ta' operazzjonijiet ippjanati ta' importanza strateġika msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 17(3); [Em. 225]

2a.     Il-kumitat ta' monitoraġġ jista' jipproponi lill-awtorità ta' ġestjoni aktar funzjonijiet ta' intervent. [Em. 226]

Artikolu 36

Rieżami annwali dwar il-prestazzjoni

1.   Għandha tiġi organizzata laqgħa annwali ta’ rieżami bejn il-Kummissjoni u kull Stat Membru biex tiġi analizzata l-prestazzjoni ta’ kull programm. L-awtoritajiet ta' ġestjoni għandhom ikunu involuti kif dovut f'dan il-proċess. [Em. 227]

Il-laqgħa annwali ta’ rieżami għandha tiġi ppreseduta mill-Kummissjoni jew, jekk l-Istat Membru jitlob dan, ikkoppreseduta mill-Istat Membru u mill-Kummissjoni.

2.   Għall-programm appoġġati mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, il-laqgħa ta’ rieżami għandha tiġi organizzata minn tal-anqas darbtejn matul il-perjodu ta’ programmazzjoni.

3.   Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta’ Koeżjoni, l-Istat Membru għandu, mhux aktar tard minn xahar qabel il-laqgħa annwali ta’ rieżami, jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni dwar l-elementi elenkati fl-Artikolu 35(1).

Għall-programmi taħt l-Artikoli [4(1)(c)(vii)] tar-Regolament FSE+, l-informazzjoni li trid tingħata għandha tkun limitata għall-punti (a), (b), (e), (f) u (h) tal-Artikolu 35(1).

4.   L-eżitu tal-laqgħa annwali ta’ rieżami għandu jiġi rreġistrat fil-minuti miftiehma.

5.   L-Istat Membru għandu jagħmel segwitu ta’ kwistjonijiet imqajma mill-Kummissjoni u jgħarraf lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur bil-miżuri meħuda.

6.   Għall-programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMF mill-AMIF , mill-ISF u mill-BMVI, l-Istat Membru għandu jippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni f’konformità mar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi. [Em. 228]

Artikolu 37

Trażmissjoni tad-data

1.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tittrażmetti elettronikament lill-Kummissjoni data kumulattiva għal kull programm sal-31 ta’ Jannar, il-31 ta’ Marzu, il-31 ta’ Mejju, il-31 ta’ Lulju, it-30 ta’ Settembru u t-30 ta’ Novembru ta’ kull sena f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Anness VII.

L-ewwel trażmissjoni għandha tkun dovuta sal-31 sat-28 ta’ Jannar Frar 2022 u l-aħħar waħda sal-31 sat-28 ta’ Jannar Frar 2030. [Em. 229]

Għall-programmi taħt l-Artikolu 4(1)(c)(vii)( xi ) tar-Regolament FSE+, id-data għandha tkun trażmessa annwalment sat-30 ta’ Novembru. [Em. 230]

2.   Id-data għandha tinqasam għal kull prijorità skont l-objettiv speċifiku u skont il-kategorija ta’ reġjuni, u għandha tirreferi għal:

(a)

l-għadd fit-trażmizzjonijiet tad-data dovuti sal-31 ta' Jannar, il-31 ta' Marzu, il-31 ta' Mejju, il-31 ta' Lulju, it-30 ta' Settembru u t-30 ta' Novembru ta' kull sena, l-għadd ta’ operazzjonijiet magħżula, il-kost totali eliġibbli tagħhom, il-kontribuzzjoni mill-Fondi u n-nefqa totali eliġibbli ddikjarata mill-benefiċjarji lill-awtorità ta’ ġestjoni, kollha mqassma skont it-tip ta’ intervent; [Em. 231]

(b)

il-valuri fit-trażmizzjonijiet tad-data dovuti sal-31 ta' Mejju u t-30 ta' Novembru ta' kull sena biss, il-valuri tal-indikaturi tal-output u tar-riżultati għall-operazzjonijiet magħżula u l-valuri miksuba skont l-operaturi. [Em. 232]

3.   Għall-istrumenti finanzjarji, għandha tkun provduta wkoll data dwar dan li ġej:

(a)

in-nefqa eliġibbli skont it-tip ta’ prodott finanzjarju;

(b)

l-ammont tal-kostijiet u t-tariffi ta’ ġestjoni ddikjarati bħala nefqa eliġibbli;

(c)

l-ammont, skont it-tip ta’ prodott finanzjarju, tar-riżorsi pubbliċi u privati mobilizzati apparti l-Fondi;

(d)

l-imgħax u qligħ ieħor iġġenerati permezz tal-appoġġ tal-Fondi għall-istrumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 54 u r-riżorsi mroddija lura attribwibbli lil appoġġ mill-Fondi kif imsemmi fl-Artikolu 56.

4.   Id-data ppreżentata f’konformità ma’ dan l-Artikolu għandha tkun affidabbli u aġġornata sa tmiem ix-xahar li jippreċedi x-xahar tal-preżentazzjoni.

5.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippubblika d-data trażmessa lill-Kummissjoni fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 44(1).

6.   Għall-programmi appoġġati mill-FEMS, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 109(2) sabiex ikun stabbilit il-mudell li jrid jintuża għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 38

Rapport finali dwar il-prestazzjoni

1.   Għall-programmi appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+ u mill-Fond ta’ Koeżjoni, kull awtorità ta’ ġestjoni għandha tippreżenta rapport finali dwar il-prestazzjoni tal-programm lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Frar 2031.

2.   Ir-rapport finali dwar il-prestazzjoni għandu jivvaluta l-ksib tal-objettivi tal-programm fuq il-bażi tal-elementi elenkati fl-Artikolu 35(1), ħlief għall-informazzjoni provduta skont l-Artikolu 35(1)(d).

3.   Il-Kummissjoni għandha tanalizza r-rapport finali dwar il-prestazzjoni u tgħarraf lill-awtorità ta’ ġestjoni b’kull kumment fi żmien ħames xhur mid-data li fiha tkun irċeviet ir-rapport finali dwar il-prestazzjoni. Meta jsiru tali kummenti, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa fir-rigward ta’ dawn il-kummenti u, meta jkun xieraq, tgħarraf lill-Kummissjoni fi żmien tliet xhur dwar il-miżuri meħuda. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri bl-aċċettazzjoni tar-rapport

4.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippubblika rapporti dwar il-prestazzjoni finali fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 44(1).

5.   Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell għar-rapport finali dwar il-prestazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 108.

KAPITOLU II

Evalwazzjoni

Artikolu 39

Evalwazzjonijiet mill-Istati Membri

1.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjonijiet tal-programm. Kull evalwazzjoni għandha tivvaluta l-inklużività, in-natura nondiskriminatorja, l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza, il-koerenza , il-viżibbiltà u l-valur miżjud Ewropew tal-UE bil-għan li titjib tittejjeb il-kwalità tat-tfassil u l-implimentazzjoni tal-programmi. [Em. 233]

2.   Barra minn hekk, l-awtorità ta' ġestjoni għandha twettaq evalwazzjoni għal kull programm biex tivvaluta l-impatt tiegħu sat-30 ta’ Ġunju 2029.

3.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tħalli l-evalwazzjonijiet f’idejn esperti funzjonalment indipendenti.

4.   L-awtorità ta' ġestjoni jew l-Istat Membru għandhom jiżguraw il-proċeduri neċessarji biex jipproduċu u jiġbru d-data neċessarja għall-evalwazzjonijiet.

5.   L-awtorità ta' ġestjoni jew l-Istat Membru għandhom ifasslu pjan ta’ evalwazzjoni. Tali pjan ta’ evalwazzjoni jista’ jkopri aktar minn programm wieħed. Għall-AMIF, għall-ISF u għall-BMVI dan il-pjan għandu jinkludi evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu li għandha titlesta sal-31 ta’ Marzu 2024.

6.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippreżenta l-pjan ta’ evalwazzjoni lill-kumitat ta' monitoraġġ mhux aktar tard minn sena wara l-approvazzjoni tal-programm.

7.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tippubblika l-evalwazzjonijiet fuq is-sit web imsemmi fl-Artikolu 44(1).

Artikolu 40

Evalwazzjoni mill-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu biex teżamina l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-relevanza, il-koerenza u l-valur miżjud Ewropew ta’ kull Fond sa tmiem l-2024. Il-Kummissjoni tista’ tuża l-informazzjoni kollha rilevanti diġà disponibbli skont l-Artikolu [128] tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni retrospettiva biex teżamina l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-relevanza, il-koerenza u l-valur miżjud Ewropew ta’ kull Fond sal-31 ta’ Diċembru 2031.

2a.     L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi evalwazzjoni tal-impatt soċjoekonomiku u l-ħtiġijiet ta' finanzjament taħt l-objettivi ta' politika msemmija fl-Artikolu 4(1), fi ħdan u fost il-programmi b'fokus fuq Ewropa aktar kompetittiva u aktar intelliġenti permezz tal-promozzjoni ta' trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti u Ewropa aktar konnessa permezz tat-tisħiħ tal-mobilità, inklużi l-mobilità intelliġenti u sostenibbli u l-konnettività reġjonali tal-ICT. Il-Kummissjoni għandha tippubblika r-riżultati tal-evalwazzjoni fuq is-sit web tagħha u tikkomunika dawk ir-riżultati lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. [Em. 234]

KAPITOLU III

Viżibilità, trasparenza u komunikazzjoni

TAQSIMA I

VIŻIBILITÀ TAL-APPOĠĠ MILL-FONDI

Artikolu 41

Viżibilità

Kull Stat Membru għandu jiżgura:

(a)

il-viżibbiltà tal-appoġġ fl-attivitajiet kollha marbuta mal-operazzjonijiet appoġġati mill-Fondi b’attenzjoni partikolari għal operazzjonijiet ta’ importanza strateġika;

(b)

komunikazzjoni għaċ-ċittadini tal-Unjoni tar-rwol u l-kisbiet tal-Fondi permezz ta’ portal uniku għas-sit web li jipprovdi aċċess għall-programmi kollha li jinvolvu dak l-Istat Membru.

Artikolu 42

Emblema tal-Unjoni

L-Istati membri, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni u l-benefiċjarji għandhom jużaw l-emblema tal-Unjoni Ewropea skont l-Anness VIII meta jwettqu attivitajiet ta’ viżibbiltà, trasparenza u komunikazzjoni.

Artikolu 43

Uffiċjali għall-komunikazzjoni u n-netwerks

1.   Kull Stat Membru għandu jidentifika koordinatur tal-komunikazzjoni għall-attivitajiet ta’ viżibbiltà, trasparenza u komunikazzjoni fir-rigward tal-appoġġ mill-Fondi, inklużi programmi taħt l-għan ta’ Kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) fejn dak l-Istat Membru jospita l-awtorità ta’ ġestjoni. Il-koordinatur għall-komunikazzjoni għandu jikkoordina miżuri ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà mal-programmi kollha.

Il-koordinatur għall-komunikazzjoni għandu jinvolvi lill-korpi segwenti fl-attivitajiet ta’ viżibilità, trasparenza u komunikazzjoni:

(a)

ir-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni Ewropea u l-Uffiċċji ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri; kif ukoll lil Ċentri ta’ Informazzjoni tal-Europe Direct u netwerks oħra, istituzzjonijiet edukattivi u ta’ riċerka;

(b)

imsieħba sħab u korpi rilevanti oħra , inklużi awtoritajiet reġjonali, lokali u awtoritajiet pubbliċi oħra, u sħab ekonomiċi u soċjali . [Em. 235]

2.   Kull awtorità ta’ ġestjoni għandha tidentifika uffiċjal għall-komunikazzjoni għal kull programm (“uffiċjal għall-komunikazzjoni tal-programm”)

3.   Il-Kummissjoni għandha topera netwerk li tinkludi lill-koordinaturi għall-komunikazzjoni, lill-uffiċjali għall-komunikazzjoni tal-programm u rappreżentanti tal-Kummissjoni biex jiskambjaw informazzjoni dwar attivitajiet ta’ viżibbiltà, trasparenza u komunikazzjoni.

TAQSIMA II

TRASPARENZA TAL-IMPLIMENTAZZJONI TAL-FONDI U KOMUNIKAZZJONI DWAR IL-PROGRAMMI

Artikolu 44

Ir-responsabbiltajiet tal-awtorità ta' ġestjoni

1.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li, fi żmien sitt xhur mill-approvazzjoni tal-programm, ikun hemm sit web fejn tkun disponibbli informazzjoni dwar programmi il-programmi li hija responsabbli għalihom, li tkopri l-objettivi, l-attivitajiet , skeda ta' żmien indikattiva għas-sejħiet għall-proposti , l-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli u l-kisbiet tal-programm. [Em. 236]

2.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tippubblika fuq is-sit web imsemmi fil-paragrafu 1, mill-inqas xahar qabel il-ftuħ ta’ sejħa għall-proposti, sommarju qasir tas-sejħiet għall-proposti ippjanati u ppubblikati bid-data segwenti:

(a)

żona ġeografika koperta mis-sejħa għal proposta;

(b)

objettiv tal-politika jew objettiv speċifiku kkonċernat;

(c)

tip ta’ applikanti eliġibbli;

(d)

ammont totali ta’ appoġġ għas-sejħa;

(e)

dati għal bidu u t-tmiem tas-sejħa.

3.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tagħmel il-lista ta’ operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ mill-Fondi disponibbli pubblikament fuq is-sit web f’mill-anqas waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Unjoni u għandha taġġornaha mill-inqas kull tliet xhur, Kull operazzjoni għandu jkollha kodiċi uniku. Din il-lista għandu jkun fiha d-data segwenti:

(a)

fil-każ ta' entitajiet ġuridiċi, isem il-benefiċjarju u isem il-kuntrattur ; [Em. 237]

(b)

fejn il-benefiċjarju huwa persuna fiżika, l-isem u l-kunjom;

(c)

għall-operazzjonijiet tal-FEMS marbuta ma’ bastiment tas-sajd, in-numru ta’ identifikazzjoni tar-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni kif jissemma fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/218 (41);

(d)

isem l-operazzjoni;

(e)

l-iskop tal-operazzjoni u l-kisbiet tagħha;

(f)

id-data ta’ bidu tal-operazzjoni;

(g)

id-data mistennija jew reali tat-tlestija tal-operazzjoni;

(h)

il-kost totali tal-operazzjoni;

(i)

il-Fond ikkonċernat;

(j)

l-objettiv speċifiku konċernat;

(k)

ir-rata ta’ kofinanzjament mill-Unjoni;

(l)

indikatur tal-post jew ġeolokalizzazzjoni għall-operazzjoni u l-pajjiż ikkonċernati;

(m)

għal operazzjonijiet mobbli jew li jkopru bosta postijiet, il-post tal-benefiċjarju meta dan ikun entità ġuridika; jew ir-reġjun fil-livell NUTS 2 meta l-benefiċjarju huwa persuna fiżika;

(n)

tip ta’ intervent għall-operazzjoni f’konformità mal-Artikolu 67(3)(g);

Għal data msemmija fil-punti (b), (c) u (k) tal-ewwel subparagrafu, id-data għandha titneħħa wara sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni inizjali tagħha fuq is-sit web.

Għal programmi appoġġati mill-FEMS, id-data msemmija fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu għandha tkun ippubblikata biss jekk tali pubblikazzjoni hija konformi mal-liġi nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data personali.

4.   Id-data msemmija fil-paragrafi 2 u 3 għandha tkun ippubblikata fuq is-sit web f’formati miftuħa u li jinqraw mill-magni, kif stipulat fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/98/KE (42) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li tippermetti li d-data tkun magħżula, imfittxija, estratta, mqabbla u użata mill-ġdid.

5.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tinforma lill-benefiċjarji li d-data se ssir pubblika qabel ma tkun ippubblikata skont dan l-Artikolu.

6.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tiżgura li l-materjal kollu ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà fil-livell tal-benefiċjarju jkun disponibbli fuq talba lill-istituzzjonijiet, korpi jew aġenziji tal-Unjoni u liċenzja mingħajr dritt dovut għall-użu ta' proprjetà, mhux esklussiva u irrevokabbli għall-użu ta’ dan il-materjal u kull dritt pre-eżistenti marbuta miegħu jingħataw lill-Unjoni skont l-Anness VIII.

Artikolu 45

Ir-Responsabbiltajiet tal-benefiċjarji

1.   Benefiċjarji u korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji għandhom jirrikonoxxu l-appoġġ mill-Fondi, inklużi riżorsi użati mill-ġdid skont l-Artikolu 56 għall-operazzjoni billi:

(a)

jipprovdi fuq il-websajt professjonali jew is-siti u s-siti tal-midja soċjali tal-benefiċjarju, fejn tali siti jeżistu, spjegazzjoni qasira dwar l-operazzjoni, proporzjonata għal-livell tal-appoġġ, inklużi l-għanijiet u r-riżultati tagħha, u jixħet dawl fuq l-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni; [Em. 240]

(b)

jipprovdu dikjarazzjoni li tissottolinja l-appoġġ mill-Fondi b’manjiera viżibbli fuq dokumenti u materjali għall-komunikazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-operazzjoni, użati għall-pubbliku jew għall-parteċipanti;

(c)

jesponu b'mod permanenti plakkek u billboards li jkunu viżibbli b'mod ċar għall-pubbliku hekk kif tibda l-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjonijiet li jinvolvu investiment fiżiku jew ix-xiri ta' tagħmir, fir-rigward tas-segwenti: [Em. 241]

(i)

operazzjonijiet appoġġati mill-FEŻR u mill-Fond ta' Koeżjoni, li l-kost totali tagħhom jaqbeż l-EUR 500 000;

(ii)

operazzjonijiet appoġġati mill-FSE+, mill-FEMS, mill-ISF, mill-AMIF u mill-BMVI, li l-kost totali tagħhom jaqbeż l-EUR 100 000;

(d)

għal operazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-punt (c), jesponu pubblikament f'post li jkun viżibbli b'mod ċar għall-pubbliku almenu displej stampat jew elettroniku ta' daqs minimu ta'  A3 bl-informazzjoni dwar l-operazzjoni li jissottolinja l-appoġġ mill-Fondi; [Em. 243]

(e)

għal operazzjonijiet ta’ importanza strateġika u operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom jaqbeż l-EUR 10 000 000 li jorganizzaw avveniment ta’ komunikazzjoni u li jinvolvi l-Kummissjoni u l-awtorità ta' ġestjoni responsabbli b’mod f’waqtu.

(ea)

jesponu pubblikament u b'mod permanenti, mill-mument tal-implimentazzjoni fiżika, l-emblema tal-Unjoni b'tali mod li tkun viżibbli b'mod ċar għall-pubbliku u skont il-karatteristiċi tekniċi stabbiliti fl-Anness VIII; [Em. 244]

Għal operazzjonijiet appoġġati bl-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)(c)( xi ) tar-Regolament FSE+, dan ir-rekwiżit ma japplikax. [Em. 245]

2.   Għal fondi ta’ proġetti żgħar, il-benefiċjarju għandu jiżgura li r-riċevituri finali jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1.

Għal strumenti finanzjarji, il-benefiċjarju għandu jiżgura li r-riċevituri finali jikkonformaw mar-rekwiżiti stipulati fil-punt (c) tal-paragrafu 1.

3.   Jekk il-benefiċjarju ma jikkonformax mal-obbligazzjonijiet skont l-Artikolu 42 jew il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu japplika korrezzjoni finanzjarja billi jikkanċella sa 5 % tal-appoġġ mill-Fondi għall-operazzjoni kkonċernata.

TITOLU V

APPOĠĠ FINANZJARJU MILL-FONDI

KAPITOLU I

Forom ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni

Artikolu 46

Forom ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi

Il-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jieħdu kwalunkwe forma minn dawn li ġejjin:

(a)

finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet tal-operazzjonijiet rilevanti skont l-Artikolu 89 u bbażat fuq waħda mis-segwenti:

(i)

l-issodisfar tal-kundizzjonijiet;

(ii)

il-kisba tar-riżultati;

(b)

rimborż tal-kostijiet eliġibbli realment imġarrba mill-benefiċjarji jew l-imsieħba privati tal-operazzjonijiet PPP u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet;

(c)

kostijiet unitarji skont l-Artikolu 88, li jkopru l-kategoriji kollha jew ċerti kategoriji speċifiċi ta’ kostijiet eliġibbli, identifikati b’mod ċar bil-quddiem permezz ta’ referenza għal ammont għal kull unità.

(d)

somom f'daqqa skont l-Artikolu 88, li jkopru kumplessivament il-kategoriji kollha jew ċerti kategoriji speċifiċi ta’ kostijiet eliġibbli, identifikati b’mod ċar bil-quddiem.

(e)

finanzjament b’rata fissa skont l-Artikolu 88, li jkopri kategoriji speċifiċi ta’ kostijiet eliġibbli, identifikati b’mod ċar bil-quddiem, billi jkun applikat perċentwali.

(f)

taħlita tal-forom imsemmijin fil-punti minn (a) sa (e).

KAPITOLU II

Forom ta’ appoġġ mill-Istati Membri

Artikolu 47

Forom ta’ appoġġ

L-Istati Membri għandhom jużaw il-kontribuzzjoni mill-Fondi biex jipprovdu appoġġ lill-benefiċjarji fil-forma ta' għotjiet, użu limitat ta' strumenti finanzjarji jew premijiet jew taħlita ta' dawn il-miżuri. [Em. 246]

TAQSIMA I

FOROM TA’ GĦOTJIET

Artikolu 48

Forom ta’ għotjiet

1.   Għotjiet ipprovduti mill-Istati Membri lill-benefiċjarji jistgħu jieħdu kwalunkwe waħda mill-forom segwenti:

(a)

rimborż tal-kostijiet eliġibbli realment imġarrba minn benefiċjarju jew l-imsieħeb privat tal-operazzjonijiet PPP u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, inklużi kontribuzzjonijiet in natura u deprezzament;

(b)

kostijiet unitarji;

(c)

somom f'daqqa;

(d)

finanzjament b’rata fissa:

(e)

taħlita ta’ forom imsemmija fil-punti minn (a) sa (d) sakemm kull forma tkopri kategoriji differenti ta' kostijiet jew fejn dawn jintużaw għal proġetti differenti li jiffurmaw parti minn operazzjoni jew għal fażijiet suċċessivi ta' operazzjoni.

Jekk il-kost totali ta’ operazzjoni ma jaqbiżx l-EUR 200 000, il-kontribuzzjoni provduta lill-benefiċjarju mill-FEŻR, mill-FSE+, mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI għandha tieħu l-forma ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa jew ta’ rati fissi, għajr għal dawk l-operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Jekk jintuża finanzjament b’rata fissa, huma biss il-kategoriji tal-kost li għalihom tapplika r-rata fissa li jistgħu jkunu rimborżati skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

Barra minn hekk, allowances u s-salarji mħallsa lil parteċipanti jistgħu jkunu rimborżati skont il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

2.   L-ammonti għall-forom ta’ għotjiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-tal-paragrafu 1 għandhom jiġu stabbiliti b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli bbażat fuq:

(i)

data statistika, informazzjoni oġġettiva oħra jew ġudizzju espert;

(ii)

id-data storika vverifikata ta' benefiċjarji individwali;

(iii)

l-applikazzjoni tal-prattiki kontabilistiċi normali tal-kostijiet ta' benefiċjarji individwali;

(b)

abbozz ta’ baġit stabbilit skont il-każ u miftiehem ex ante mill-korp li jagħżel l-operazzjoni, fejn il-kost totali tal-operazzjoni ma jaqbiżx il-EUR 200 000;

(c)

f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ kostijiet unitarji korrispondenti, somom f’daqqa u rati fissi applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni;

(d)

f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ kostijiet unitarji korrispondenti, somom f’daqqa u rati fissi applikati skont skemi għall-għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni;

(e)

rati fissi u metodi speċifiċi stabbiliti minn dan ir-Regolament jew ir-Regolamenti speċifiċi għall-Fond.

Artikolu 49

Il-Finanzjament b’rata fissa għall-kostijiet indiretti li jikkonċernaw l-għotjiet

Jekk tintuża rata fissa li tkopri l-kostijiet indiretti ta’ operazzjoni, hija għandha tkun ibbażata fuq waħda mis-segwenti.

(a)

rata fissa sa massimu ta’ 7 % tal-kostijiet diretti eliġibbli, f’liema każ l-Istat Membru ma jkunx mitlub jagħmel kalkolu biex tiġi ddeterminata r-rata applikabbli;

(b)

rata fissa sa massimu ta’ 15 % tal-kostijiet diretti tal-persunal eliġibbli, f’liema każ l-Istat Membru ma jkunx mitlub jagħmel kalkolu biex tiġi ddeterminata r-rata applikabbli;

(c)

rata fissa sa massimu ta’ 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli, sakemm din ir-rata tkun ikkalkulata skont l-Artikolu 48(2)(a)  jew 48(2)(c) . [Em. 247]

Barra minn hekk, fejn Stat Membru jkun ikkalkula rata fissa skont l-Artikolu 67(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, din ir-rata fissa tista’ tintuża għal operazzjoni simili għall-finijiet tal-punt (c).

Artikolu 50

Kostijiet diretti tal-persunal dwar għotjiet

1.   Il-kostijiet diretti tal-persunal ta' operazzjoni jistgħu jiġu kkalkulati b'rata fissa sa massimu ta' 20 % tal-kostijiet diretti għajr il-kostijiet tal-persunal ta' dik l-operazzjoni, mingħajr ma jkun hemm rekwiżit li l-Istat Membru jagħmel kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli pprovduta li l-kostijiet diretti tal-operazzjoni ma jinkludux kuntratti ta' xogħlijiet pubbliċi jew kuntratti ta’ forniment jew servizz li jeċċedu fil-valur il-limitu minimu stipulat fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (43) jew l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (44).

Għall-AMIF, l-ISF u l-BMVI, kull kost soġġett għall-akkwist pubbliku u l-kostijiet diretti tal-persunal ta’ dik l-operazzjoni għandhom ikunu esklużi mill-bażi għall-kalkolu tar-rata fissa.

2.   Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-kostijiet diretti tal-persunal, tista’ tkun ikkalkulata rata fis-siegħa b’wieħed mill-modi li ġejjin:

(a)

billi niddividu l-kostijiet annwali gross l-aktar riċenti dokumentati tal-kostijiet tal-impjegatur tal-impjiegi, bil-kostijiet addizzjonali mistennija sabiex inqisu fatturi bħalma huma żidiet fit-tariffi jew promozzjonijiet tal-persunal, b'1 720 siegħa għall-persuni li jaħdmu full-time, jew b'siegħat prorata korrispondenti minn 1 720 siegħa, għal persuni għall-persuni li jaħdmu part-time; [Em. 248]

(b)

billi niddividu l-kostijiet mensili gross l-aktar riċenti dokumentati tal-impjiegidokumentati riċentament , bil-kostijiet addizzjonali mistennija sabiex inqisu fatturi bħalma huma żiediet fit-tariffi jew promozzjonijiet tal-persunal, bil-ħin tax-xogħol tal-persuna kkonċernata għal dak ix-xahar skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli msemmija fil-kuntratt ta' impjieg. [Em. 249]

3.   Jekk tiġi applikata r-rata fis-siegħa kkalkolata f'konformità mal-paragrafu 2, l-għadd totali ta' sigħat iddikjarati għal kull persuna għal sena jew xahar partikolari ma għandx jeċċedi l-għadd ta' sigħat użati għall-kalkolu ta' dik ir-rata fis-siegħa.

4.   Jekk il-kostijiet tal-impjiegi gross annwali ma jkunux disponibbli, dawn jistgħu jiġu dderivati mill-kostijiet tal-impjiegi gross iddokumentati disponibbli jew mill-kuntratt għall-impjieg, aġġustati kif adatt għal perijodu ta' 12-il xahar.

5.   Il-kostijiet tal-persunal relatati ma' individwi li jaħdmu fuq assenjament part-time fuq l-operazzjoni jistgħu jiġu kkalkolati bħala perċentwal fiss mill-kostijiet tal-impjieg gross, f'konformità ma' perċentwal fiss ta' ħin maħdum kull xahar fuq l-operazzjoni, mingħajr ebda obbligu li tiġi stabbilita sistema ta' reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol separata. Min iħaddem għandu joħroġ dokument għall-impjegati li jistabbilixxi dak il-perċentwal fiss."

Artikolu 51

Finanzjament b’rata fissa għall-kostijiet eliġibbli għajr kostijiet tal-persunal li jikkonċernaw għotjiet

1.   Tista' tintuża rata fissa sa massimu ta' 40 % tal-kostijiet diretti tal-persunal eliġibbli sabiex tkopri l-kostijiet eliġibbli li jifdal ta' operazzjoni L-Istat Membru ma għandux ikun meħtieġ li jagħmel kalkolu biex jiddetermina r-rata applikabbli.

2.   Għal operazzjonijiet appoġġati mill-AMIF, l-ISF, il-BMVI, il-FSE+ u l-FEŻR, is-salarji u l-allokazzjonijiet imħallsin lill-parteċipanti għandhom jitqiesu bħala kost eliġibbli addizzjonali mhux inkluż fir-rata fissa.

3.   Ir-rata fissa msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhiex tkun applikata għal kostijiet tal-persunal ikkalkolati fuq il-bażi tar-rata fissa kif imsemmija fl-Artikolu 50(1).

TAQSIMA II

STRUMENTI FINANZJARJI

Artikolu 52

Strumenti finanzjarji

1.   L-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu jipprovdu kontribuzzjoni, fi programm wieħed jew aktar, għal strumenti finanzjarji mwaqqfa f’livell nazzjonali, reġjonali, transnazzjonali jew transfruntier u ġestiti minn, jew taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni li tikkontribwixxi biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi.

2.   L-istrumenti finanzjarji għandhom jipprovdu appoġġ lir-riċevituri finali għall-investimenti ġodda biss li huma mistennija li jkunu finanzjarjament vijabbli, bħal pereżempju fil-ġenerazzjoni ta’ dħul jew iffrankar, u li ma jsibux finanzjament suffiċjenti mis-sorsi tas-suq. Tali appoġġ jista' jkun immirat lejn investimenti f'assi kemm tanġibbli kif ukoll intanġibbli kif ukoll kapital operatorju, f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat. [Em. 250]

3.   L-appoġġ mill-Fondi pemezz ta’ istrumenti finanzjarji għandu jkun ibbażat fuq valutazzjoni ex ante mfassla mill-awtorità ta' ġestjoni responsabbli. Il-valutazzjoni ex ante għandha titlesta qabel ma l-awtorità ta’ ġestjoni tiddeċiedi li tagħmel kontribuzzjonijiet tal-programm għal strumenti finanzjarji.

Il-valutazzjoni ex ante għandha tinkludi tal-anqas l-elementi li ġejjin:

(a)

l-ammont propost ta’ kontribuzzjoni tal-programm għal strument finanzjarju u l-effett ta’ ingranaġġ mistenni , akkumpanjat mill-valutazzjonijiet rilevanti ; [Em. 251]

(b)

il-prodotti finanzjarji li għandhom jiġu offruti, inkluża l-possibbiltà ta’ ħtieġa għal trattament differenzjat tal-investituri;

(c)

il-grupp fil-mira propost ta’ riċevituri finali;

(d)

il-kontribuzzjoni mistennija tal-istrument finanzjarju għall-kisba ta’ objettivi speċifiċi.

Il-valutazzjoni ex ante tista’ tkun rieżaminata jew aġġornata u tista’ tkopri parti mit-territorju tal-Istat Membru jew l-Istat Membru sħiħ u tista’ tkun ibbażata fuq valutazzjonijiet ex ante eżistenti jew aġġornati.

4.   L-appoġġ għar-riċevituri finali jista’ jkun ikkombinat ma kwalunkwe forma ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni, anki mill-istess Fond u jista’ jkopri l-istess element tan-nefqa. F’dak il-każ, l-appoġġ tal-istrument finanzjarju mill-Fond, li huwa parti minn operazzjoni tal-istrument finanzjarju, ma għandux ikun iddikjarat lill-Kummissjoni għall-appoġġ taħt forma oħra, fond ieħor jew strument ieħor tal-Unjoni.

5.   Strumenti finanzjarji jistgħu jkunu kombinati ma’ appoġġ anċillari tal-programmi fil-forma ta’ għotjiet bħala operazzjoni unika ta’ strument finanzjarju, fi ftehim uniku ta’ finanzjament, fejn iż-żewġ forom distinti ta’ appoġġ għandhom ikunu provduti mill-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju. F’tali każ għandhom japplikaw l-istrumenti finanzjarji applikabbli għal dik l-operazzjoni unika tal-istrument finanzjarju. Fejn l-ammont tal-appoġġ għall-programm fil-forma ta' għotja huwa inqas mill-ammont ta' appoġġ għall-programm fil-forma ta' strument finanzjarju , għandhom japplikaw ir-regoli applikabbli għall-istrumenti finanzjarji. [Em. 252]

6.   F’każ ta’ appoġġ kombinat skont il-paragrafi 4 u 5 għandhom jinżammu rekords separati għal kull sors ta’ appoġġ.

7.   It-total tal-forom kollha ta’ appoġġ kombinat ma għandux jaqbeż l-ammont totali tal-element a’ nefqa kkonċernat. L-għotjiet ma għandhomx jintużaw biex jiġi rimborżat sostenn irċevut minn strumenti finanzjarji. L-istrumenti finanzjarji ma għandhomx jintużaw biex jiġu prefinanzjati l-għotjiet.

Artikolu 53

Implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji

1.   Strumenti finanzjarji ġestiti mill-awtorità ta’ ġestjoni jistgħu biss jipprovdu self jew garanziji. L-awtorità ta' ġestjoni għandha tistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet dwar il-kontribuzzjoni tal-programm għall-istrument finanzjarju f’dokument ta’ strateġija li jinkludi l-elementi kollha stabbiliti fl-Anness IX.

2.   Strumenti finanzjarji ġestiti taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni jistgħu jitwaqqfu bħala wieħed mis-segwenti:

(a)

investiment ta’ riżorsi tal-programm fil-kapital ta’ entità legali;

(b)

blokki separati ta’ kontijiet fiduċjarji jew finanzjarji fl-istituzzjoni.

L-awtorità ta' ġestjoni għandha tagħżel il-korp li jimplimenta l-istrument strument finanzjarju j ew permezz tal-għoti dirett ta' kuntratt jew inkella permezz tal-għoti indirett ta' kuntratt . [Em. 253]

L-awtorità ta' ġestjoni tista' tafda kompiti ta' implimentazzjoni permezz ta' għotja diretta lil:

(a)

il-BEI;

(b)

istituzzjoni finanzjarja internazzjonali li fiha Stat Membru jkun azzjonist;

(c)

bank jew istituzzjoni bi sjieda pubblika, stabbiliti bħala entità ġuridika u li jwettqu attivitajiet finanzjarji fuq bażi professjonali. [Em. 254]

Jekk il-korp magħżul mill-awtorità ta’ ġestjoni jimplimenta fond ta’ parteċipazzjoni, dan il-korp jista’ ulterjorment jagħżel korpi oħra biex jimplimenta fond speċifiku.

3.   It-terminu u l-kundizzjonijiet tal-kontribuzzjonijiet tal-programm għal strumenti finanzjarji implimentati skont il-paragrafu 2 għandhom jkunu stabbiliti fi ftehimiet ta’ finanzjament bejn:

(a)

ir-rappreżentanti bil-mandat dovut tal-awtorità ta’ ġestjoni u l-korp li jimplimenta fond ta’ parteċipazzjoni, fejn applikabbli;

(b)

ir-rappreżentanti bil-mandat dovut tal-awtorità ta’ ġestjoni, jew, fejn applikabbli, il-korp li jimplimenta fond ta’ parteċipazzjoni u l-korp li jimplimenta fond speċifiku;

Dawn il-ftehimiet ta’ finanzjament għandhom jinkludu l-elementi kollha stabbiliti fl-Anness IX.

4.   L-obbligazzjoni finanzjarja tal-awtorità ta’ ġestjoni ma għandhiex taqbeż l-ammont impenjat mill-awtorità ta’ ġestjoni għall-istrument finanzjarju skont il-ftehimiet ta’ finanzjament rilevanti.

5.   Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji kkonċernati, jew fil-kuntest tal-garanziji, il-korpi li jipprovdu s-selfiet sottostanti, għandhom jagħżlu r-riċevituri finali, waqt li jikkunsidraw b’mod dovut l-objettivi tal-programm u l-potenzjal għall-vijabbiltà finanzjarja tal-investiment kif ġustifikati fil-pjan tan-negozju jew f’dokument ekwivalenti. Il-proċess tal-għażla ta’ riċevituri finali għandu jkun trasparenti, ġustifikat min-natura tal-azzjoni u ma għandux iwassal għal kunflitt ta’ interess.

6.   Il-kofinanzjament nazzjonali ta’ programm jista’ jingħata fil-livell tal-awtorità ta' ġestjoni jew fil-livell tal-fondi ta’ parteċipazzjoni, jew fil-livell ta’ fondi speċifiċi, jew fil-livell tal-investimenti f’reċivituri finali, skont ir-regoli speċifiċi għall-Fondi. Jekk il-kofinanzjament nazzjonali jiġi pprovdut fil-livell ta’ investiment fir-riċevituri finali, il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju għandu jżomm evidenza dokumentata li turi l-eliġibbiltà tan-nefqa sottostanti.

7.   L-awtorità ta’ ġestjoni, fil-ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 2 jew il-korp li jimplimenta l-istrument finanzjarju, fil-ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont il-paragrafu 3, għandhom iżommu kontijiet separati jew ikollhom kodiċi kontabilistika għal kull prijorità u għal kull kategorija ta’ reġjun , jew skont it-tip ta' intervent għall-FAEŻR, għal kull kontribuzzjoni tal-programm u separatament għar-riżorsi msemmija fl-Artikoli 54 u 56 rispettivament. [Em. 255]

7a.     Ir-rekwiżiti ta' rappurtar dwar l-użu tal-istrument finanzjarju għall-finijiet maħsuba għandhom ikunu limitati għall-awtoritajiet ta' ġestjoni u għall-intermedjarji finanzjarji. [Em. 256]

Artikolu 54

Imgħax u dħul ieħor iġġenerat permezz tas-sostenn mill-Fondi għall-istrumenti finanzjarji

1.   L-appoġġ mill-Fondi mħallas lill-istrumenti finanzjarji għandu jitpoġġa f’kontijiet li jrendu l-imgħax f’istituzzjonijiet finanzjarji domiċiljati fl-Istati Membri u għandu jiġi ġestit skont il-prinċipji ta’ ġestjoni attiva tal-flus u l-ġestjoni finanzjarja soda.

2.   L-imgħax u dħul ieħor li jista' jiġi attribwit lill-appoġġ mill-Fondi mħallas lill-istrumenti finanzjarji għandu jintuża għall-istess objettiv jew objettivi ta’ appoġġ inizjali mill-Fondi, jew fl-istess strument finanzjarju; jew, sussegwentament sussegwentement għall-għeluq tal-istrumenti tal-istrument finanzjarju, fi strumenti finanzjarji oħrajn oħra jew forom oħra ta’ appoġġ għal investimenti ulterjuri f'riċevituri finali; jew , fejn applikabbli, sabiex jiġi kopert it-telf fl-ammont nominali tal-kontribuzzjoni tal-Fondi għall-istrument finanzjarju liema telf jirriżulta mill-imgħax negattiv, jekk tali telf iseħħ minkejja ġestjoni attiva tat-teżorerija mill-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji , sa tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà. [Em. 257]

3.   Imgħax u gwadann ieħor imsemmi fil-paragrafu 2 li ma jintużax skont dik id-dispożizzjoni għandu jitnaqqas min-nefqa eliġibbli.

Artikolu 55

Trattament differenzjat tal-investituri

1.   Appoġġ mill-Fondi lill-istrumenti finanzjarji investiti f’riċevituri finali kif ukoll kwalunkwe tip ta’ introjtu ġġenerat minn dawk l-investimenti, li huwa attribwibbli għall-appoġġ mill-Fondi, jista’ jintuża għall-trattament għat-trattament differenzjat ta’ investituri tal-investituri li joperaw skont il-prinċipju ta’ ekonomija orjentata lejn is-suq , jew għal forom oħra ta' appoġġ mill-Unjoni, permezz ta’ kondiviżjoni xierqa tar-riski tar-riskji u tal-profitti filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba . [Em. 258]

2.   Il-livell ta' tali trattament differenzjat ma għandux jaqbeż dak li hu neċessarju biex joħloq jinħolqu inċentivi biex jattiraw riżorsi privati, stabbiliti minn jew bi proċess kompetittiv jew valutazzjoni indipendenti b'valutazzjoni ex ante mwettqa f'konformità mal-Artikolu 52 ta' dan ir-Regolament . [Em. 259]

Artikolu 56

Użu mill-ġdid tar-riżorsi attribwibbli għall-appoġġ mill-fondi

1.   Riżorsi mħallsa lura, qabel tmiem il-perjodu ta' eliġibbiltà, lil strumenti finanzjarji minn investimenti f'riċevituri finali jew mir-rilaxx ta' riżorsi mwarrba kif miftiehem fil-kuntratti ta' garanzija, inklużi pagamenti lura ta' kapital u kwalunkwe tip ta' introjtu ġġenerat li huwa attibwibbli għall-appoġġ mill-Fondi, għandu jintuża mill-ġdid fl-istess strumenti finanzjarji jew f'oħrajn għal investiment investimenti ulterjuri fir-riċevituri f'riċevituri finali, skont l-istess objettiv speċifiku jew objettivi speċifiċi u għal kwalunkwe kostijiet u tariffi ta' ġestjoni assoċjati ma' tali investiment investimenti ulterjuri , filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba . [Em. 260]

L-iffrankar permezz ta' operazzjonijiet aktar effiċjenti m'għandux jitqies li jikkostitwixxi dħul iġġenerat għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu. B'mod partikolari, l-iffrankar tal-kostijiet li jirriżulta minn miżuri għall-effiċjenza fl-użu tal-enerġija m'għandux jirriżulta fi tnaqqis korrispondenti fis-sussidji tal-operat. [Em. 261]

2.   L-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li r-riżorsi msemmija fil-paragrafu 1 u mħallsa lura lill-istrumenti finanzjarji matul perjodu ta' mill-inqas tmien snin wara t-tmiem tal-perjodu ta' eliġibbiltà, jiġu użati mill-ġdid f'konformità mal-objettivi tal-programm jew programmi taħt liema twaqqfu, jew fl-istess strument finanzjarju jew, wara l-ħruġ ta' dawk ir-riżorsi mill-istrument finanzjarju, fi strumenti finanzjarji oħra jew f'forom oħra ta' appoġġ.

KAPITOLU III

Regoli ta’ Eliġibbiltà

Artikolu 57

Eliġibbiltà

1.   L-eliġibbiltà tan-nefqa għandha tiġi ddeterminata fuq il-bażi tar-regoli nazzjonali, ħlief fejn ikunu stabbiliti r-regoli speċifiċi f’dan ir-Regolament jew fuq il-bażi tiegħu jew tar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.

2.   In-nefqa għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi jekk tkun saret minn benefiċjarju jew mill-imsieħeb mis-sieħeb privat f’każ ta’ operazzjoni PPP u tħallset fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-programm lill-Kummissjoni jew mill-1 ta’ Jannar 2021, skont liema data tiġi l-ewwel, u l-31 ta’ Diċembru 2029 2030 . [Em. 262]

Għal kostijiet rimborżati skont il-punti (b) u (c) tal-Artikolu 48(1), l-azzjonijiet li jikkostitwixxu l-bażi tar-rimborż għandhom jitwettqu bejn id-data tal-preżentazzjoni tal-programm lill-Kummissjoni jew mill-1 ta’ Jannar 2021, skont liema data tiġi l-ewwel, u l-31 ta’ Diċembru 2029.

3.   Għall-FEŻR, in-nefqa relatata ma’ operazzjonijiet li jkopru aktar minn kategorija waħda tar-reġjuni kif stipulat fl-Artikolu 102(2) fi Stat Membru għandha tkun allokata fil-kategoriji tar-reġjuni kkonċernati fuq bażi pro rata, fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi.

Għall-FSE+, in-nefqa relatata mal-operazzjonijiet għandha tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-programm.

4.   Operazzjoni sħiħa jew parti minnha taħt il-FEŻR, il-FSE+ jew il-Fond ta' Koeżjoni jistgħu jiġu implimentati barra minn Stat Membru, anki barra mill-Unjoni, sakemm dik l-operazzjoni taqa' taħt wieħed mill-ħames komponenti tal-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) […] (“ir-Regolament KTE”) u tikkontribwixxi għall-objettivi tal-programm. [Em. 263]

5.   Għal għotjiet li jieħdu l-forma tal-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 48(1), in-nefqa li għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi għandha tkun l-istess bħall-ammonti kkalkolati skont l-Artikolu 48(2).

6.   L-operazzjonijiet ma għandhomx jiġu magħżula għall-appoġġ mill-Fondi fejn ikunu tlestew fiżikament jew ġew implimentati bis-sħiħ qabel ma ssir l-applikazzjoni għall-finanzjament skont il-programm lill-awtorità ta’ ġestjoni, irrispettivament minn jekk il-pagamenti relatati kollha jkunux saru. Dan il-paragrafu ma għandux japplika għall-kumpens tal-FEMS għall-kostijiet addizzjonali fir-reġjuni ultraperiferiċi jew in-nefqa ffinanzjata permezz ta' allokazzjonijiet supplimentari speċifiċi tal-FEŻR u l-FSE + għar-reġjuni ultraperiferiċi. [Em. 264]

7.   Nefqa li ssir eliġibbli bħala riżultat ta’ emenda ta’ programm għandha tkun eliġibbli mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba korrispondenti lill-Kummissjoni.

Għall-FEŻR, il-Fond ta’ Koeżjoni, dan għandu jkun il-każ fejn tip ġdid ta’ intervent imsemmi fit-Tabella 1 tal-Anness I jew, għall-AMIF, l-ISF u l-BMVI, fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fond tiżdied fil-programm.

Jekk programm ikun emendat biex jipprovdi reazzjoni għal diżastri naturali, il-programm jista’ jipprovdi li l-eliġibbiltà tan-nefqa marbuta ma’ tali emendi tibda mid-data meta jkun seħħ id-diżastru naturali.

8.   Jekk programm ġdid ikun approvat fil-kuntest tar-rieżami ta' nofs it-terminu skont l-Artikolu 14, in-nefqa għandha tkun leġibbli mid-datta tal-preżentazzjoni tat-talba korrispondenti lill-Kummissjoni.

9.   Operazzjoni tista’ tirċievi appoġġ minn Fnd wieħed jew aktar jew minn programm wieħed jew aktar u minn strumenti ħra tal-Unjoni. F’każijiet bħal dawn, nefqa ddikjarata f’talba għall-ħlas għal wieħed mill-Fondi ma għandhiex tkun iddikjarata għal xi wieħed mis-segwenti:

(a)

appoġġ minn Fond jew strument tal-Unjoni ieħor;

(b)

appoġġ mill-istess Fond taħt programm ieħor.

L-ammont tan-nefqa li jrid jiddaħħal f'applikazzjoni għal pagament ta' Fond jista' jiġi kkalkolat għal kull Fond u għall-programm jew programmi kkonċernati fuq bażi pro rata f'konformità mad-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.”

Artikolu 58

Kostijiet li mhumiex eliġibbli.

1.   Il-kostijiet segwenti eliġibbli ma għandhomx ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-Fondi:

(a)

interessi fuq id-dejn, ħlief fir-rigward ta' għotjiet mogħtija fil-forma ta’ sussidju għal rata tal-interess jew sussidju ta’ tariffa għal garanzija jew fir-rigward ta' kontribuzzjoni għal strumenti finanzjarji li tirriżulta minn interess negattiv ; [Em. 265]

(b)

ix-xiri ta' art għal ammont ogħla minn 10 % tan-nefqa totali eliġibbli għall-azzjoni konċernata; għal siti abbandunati u għal dawk li qabel kellhom użu industrijali li jinkludu bini, dak il-limitu għandu jiżdied għal 15 %. għal garanziji, dawn il-perċentwali għandhom japplikaw fuq l-ammont tas-self sottostanti;

(c)

taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), għajr għal operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom huwa inqas minn EUR 5 000 000. [Em. 266]

Għall-punt (b), il-limiti ma għandhomx japplikaw għal operazzjonijiet li jirrigwardaw il-konservazzjoni ambjentali.

L-eliġibbiltà għall-operazzjonijiet ta' taxxa fuq il-valur miżjud (“VAT”) għandha tiġi determinata fuq approċċ ta' kull każ għalih, ħlief għall-operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom huwa ta' inqas minn EUR 5 000 000, u għall-investimenti u l-infiq mir-riċevituri finali. [Em. 267]

2.   Ir-Regolamenti speċifiċi għall-Fond jistgħu jidentifikaw kostijiet addizzjonali li mhumiex eliġibbli għall-kontribuzzjoni minn kull Fond.

Artikolu 59

Id-durabbiltà tal-operazzjonijiet

1.   L-Istat Membru għandu jħallas lura l-kontribuzzjoni mill-Fondi għal operazzjoni li tikkonsisti minn investiment fl-infrastruttura jew investiment produttiv, jekk fi żmien ħames snin mill-pagament finali lill-benefiċjarju jew fil-perjodu ta’ żmien stabbilit fir-regoli tal-għajnuna mill-Istat, meta applikabbli, din l-operazzjoni tkun soġġetta għal xi sitwazzjoni mis-segwenti:

(a)

waqfien jew trasferiment ta’ attività produttiva;

(b)

bidla tas-sjieda ta’ oġġett infrastrutturali li tagħti vantaġġ mhux dovut lil impriża jew lil korp pubbliku;

(c)

bidla sostanzjali li taffettwa n-natura, l-għanijiet jew il-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tagħha, li jirriżulta fl-imminar tal-għanijiet oriġinali tagħha.

L-Istat Membru jista' jnaqqas il-limitu ta' żmien stabbilit mogħti fl-ewwel subparagrafu għal tliet snin fil-każ taż-żamma ta' investimenti jew impjiegi fil-każijiet iġġustifikati kif dovut imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) rigward iż-żamma tal-impjiegi maħluqa minn SMEs. [Em. 268]

2.   Operazzjonijiet appoġġati mill-FSE+ għandhom iħallsu lura l-appoġġ mill-FSE+ biss meta jkunu soġġetti għal obbligu għaż-żamma ta’ investiment skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

3.   Il-paragrafi 1 u 2 ma għandhomx japplikaw ebda għall-kontribuzzjonijiet tal-programm lil strumenti finanzjarji jew mingħandhom u lanqas għal kwalunkwe operazzjoni li tgħaddi minn waqfien ta' attività produttiva minħabba falliment mhux frawdolenti. [Em. 269]

Artikolu 60

Rilokazzjoni

1.   Nefqa li tappoġġa r-rilokazzjoni kif definita fl-Artikolu 2(26) ma għandhiex tkun eliġibbli għal kontribuzzjonimill-Fondi.

2.   Meta kontribuzzjoni mill-Fondi tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tara li l-kontribuzzjoni ma tappoġġax rilokazzjoni skont l-Artikolu 14(16) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014.

Artikolu 61

Regoli tal-eliġibbiltà speċifiċi għall-għotjiet

1.   Kontribuzzjonijiet in natura fil-forma ta’ provvediment ta’ xogħlijiet, beni, servizzi, art u proprjetà immobbli li għalihom ma jkun sar l-ebda pagament sostnut minn fatturi, jew dokumenti ta’ valur probatorju ekwivalenti, jistgħu jkunu eliġibbli meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet segwenti:

(a)

l-appoġġ pubbliku mogħti lill-operazzjoni li jinkludi kontribuzzjonijiet in natura ma jaqbżux in-nefqa totali eliġibbli, minbarra kontribuzzjonijiet in natura, fl-aħħar tal-operazzjoni;

(b)

il-valur attribwit lill-kontribuzzjonijiet in natura ma jaqbiżx il-kostijiet aċċettati ġeneralment fis-suq in kwistjoni;

(c)

il-valur u t-twassil tal-kontribuzzjoni in natura jistgħu jiġu vvalutati u vverifikati b'mod indipendenti.

(d)

fil-każ tal-provvista ta’ art jew ta’ proprjetà immobbli, jista’ jsir pagament għall-finijiet ta’ ftehim ta’ kiri ta’ ammont nominali annwalment li ma jaqbiżx unità singola tal-munita tal-Istat Membru;

(e)

fil-każ ta’ kontribuzzjonijiet in natura fil-forma ta’ xogħol mhux imħallas, il-valur ta’ dak ix-xogħol jiġi ddeterminat billi jitqies il-ħin meħud ivverifikat u r-rata ta’ rimunerazzjoni għal xogħol ekwivalenti.

Il-valur tal-art jew tal-proprjetà immobbli msemmija fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ta' dan l-Artikolu għandu jiġi ċċertifikat minn espert kwalifikat indipendenti jew minn korp uffiċjali awtorizzat kif mistħoqq u ma jaqbiżx il-limitu stipulat fl-Artikolu 58(1)(b).

2.   Il-kostijiet ta’ deprezzament li għalihom ma jkun sar l-ebda pagament sostnut minn fatturi, jista’ jkun ikkunsidrat bħala eliġibbli meta jkunu sodisfati l-kundizzjonijiet segwenti:

(a)

ir-regoli ta’ eliġibbiltà tal-programm jippermettu dan;

(b)

l-ammont tan-nefqa huwa ġġustifikat permezz ta’ dokumenti li jappoġġawh li għandhom valur probatarju ekwivalenti għall-fatturi għal kostijiet eliġibbli fejn dawn il-kostijiet ikunu rimborżati fil-forma msemmija fl-Artikolu 48(1)(a);

(c)

il-kostijiet ikunu marbuta b’mod esklussiv mal-perjodu ta’ appoġġ għall-operazzjoni;

(d)

ma kkontribbwixxewx għotjiet pubbliċi għall-akkwist tal-assi deprezzati.

Artikolu 62

Regoli tal-eliġibbiltà speċifiċi għall-istrumenti finanzjarji

1.   In-nefqa eliġibbli ta’ strument finanzjarju għandha tkun l-ammont totali tal-kontribuzzjoni mħallsa lill-istrument finanzjarju, jew, fil-każ ta’ garanziji, imwarrba kif miftiehem fil-kuntratti ta’ garanzija mill-istrument finanzjarju fil-perjodu ta’ eliġibbiltà, meta l-ammont jikkorrispondi għal:

(a)

pagamenti lil riċevituri finali, fil-każ ta’ self, investiminti ta’ ekwità u dawk ta’ kważi ekwità;

(b)

riżorsi mwarrba kif miftiehem fil-kuntratti ta’ garanzija, kemm jekk pendenti jew li diġà mmaturaw, sabiex ikunu onorati talbiet possibbli għal ħlas ta’ garanzija f’każ ta’ telf, ikkalkolati fuq il-bażi ta’ proporzjon multiplikatur li jkopri ammont multiplu ta’ selfiet ġodda sottostanti żburżati, investimenti ta' ekwità jew kważi ekwità f’riċevituri finali;

(c)

pagamenti lil riċevituri finali, jew għall-benefiċċju tagħhom meta l-istrumenti finanzjarji jkunu kkombinati ma’ kontribuzzjoni oħra tal-Unjoni f’operazzjoni ta’ strument finanzjarju unika ta’ strument finanzjarju skont l-Artikolu 52(5);

(d)

pagamenti ta’ tariffi ta’ ġestjoni u rimborżi ta’ kostijiet ta’ ġestjoni mħallsa minn korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju.

2.   Għall-punt (b) tal-paragrafu 1, il-proporzjon multiplikatur għandu jkun stabbilit f’valutazzjoni tar-riskju ex ante prudenti u miftehma fil-ftehim ta’ finanzjament rilevanti. Il-proporzjon multiplikatur jista’ jkun rieżaminat, meta dan ikun ġustifikat minn bidliet sussegwenti fil-kundizzjonijiet tas-suq. Tali rieżami ma għandux ikollu effett retroattiv.

3.   Għall-punt (d) tal-paragrafu 1, it-tariffi ta’ ġestjoni għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni. Għall-ewwel tnax-il xahar ta' implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju, ir-remunerazzjoni ta' bażi għall-kostijiet u t-tariffi ta' ġestjoni għandha tkun eliġibbli. Jekk korpi li jimplimentaw fond ta’ parteċipazzjoni u / jew fondi speċifiċi, skont l-Artikolu 53(3), jintgħażlu permezz ta’ għotja diretta ta' kuntratt, l-ammont ta’ kostijiet u tariffi ta’ ġestjoni mħallsa lil dawk il-korpi li jista’ jkun ddikjarat bħala nefqa eliġibbli għandu jkun soġġett għal limitu sa massimu ta’ 5 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm żborżati lir-riċevituri finali f’self, investiment ta’ ekwità u kważi ekwità jew imwarrba kif miftiehem fil-kuntratti ta’ garanzija. [Em. 270]

Dan il-limitu mhuwiex applikabbli meta l-għażla tal-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji ssir permezz ta’ sejħa għall-offerti kompetittiva skont il-liġi applikabbli u s-sejħa għall-offerti kompetittiva tistabbilixxi l-ħtieġa għal ta' livell ogħla ta’ kostijiet u tariffi ta’ ġestjoni li għandhom ikunu bbażati fuq il-prestazzjoni . [Em. 271]

4.   Jekk it-tariffi ta’ arranġamenti, jew kwalunkwe parti minnhom, huma imposti fuq ir-riċevituri finali, ma għandhomx jiġu ddikjarati bħala nefqa eliġibbli.

5.   In-nefqa eliġibbli ddikjarata skont il-paragrafu 1 ma għandhiex taqbeż l-ammont totali ta’ appoġġ mill-Fondi mħallsa għall-finijiet tal-paragrafu u l-kofinanzjament nazzjonali korrispondenti.

TITOLU VI

ĠESTJONI U KONTROLL

KAPITOLU I

Regoli ġenerali dwar il-ġestjoni u l-kontroll

Artikolu 63

Responsabbiltajiet tal-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom sistema ta' ġestjoni u kontroll għall-programmi tagħhom skont dan it-Titolu u jiżguraw il-funzjonament tagħhom skont il-ġestjoni maniġerjali tajba u r-rekwiżiti ewlenin elenkati fl-Anness X.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kontijiet preżentati lill-Kummissjoni u għandhom jieħdu l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex jipprevjenu, jaqbdu, jikkoreġu u jirrapportaw irregolaritajiet inkluż frodi. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-OLAF. [Em. 272]

3.   L-Istati Membri, b'talba mill-Kummissjoni, għandhom jieħdu l-azzjonijiet neċessarji biex jiżguraw il-funzjonament effettiv tas-sistemi tal-ġestjoni u kontroll u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa ppreżentata lill-Kummissjoni. Jekk din l-azzjoni tkun awditu, l-uffiċjali tal-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti awtorizzati tagħhom jistgħu jieħdu sehem.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kwalità , l-indipendenza u l-affidabbiltà tas-sistema ta’ monitoraġġ u tad-data dwar l-indikaturi. [Em. 273]

5.   L-Istati Membri għandu jkollhom sistemi u proċeduri biex jiżguraw li d-dokumenti kollha meħtieġa għar-rekord tal-awditjar kif stipulat fl-Anness XI jinżammu skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 76.

6.   L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jiżguraw l-eżami effettiva tal-ilmenti effettiv tal-ilmenti rigward il-fondi. Il-kamp ta' applikazzjoni, ir-regoli u l-proċeduri li jikkonċernaw dawk l-arranġamenti għandhom ikunu r-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-qafas istituzzjonali u ġuridiku tagħhom. L-Istati Membri, b'talba tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 64(4a) , għandhom jeżaminaw l-ilmenti ppreżentati lill-Kummissjoni li huma fl-ambitu tal-programmi tagħhom u għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar ir-riżultati ta' dawk l-eżamijiet. [Em. 274]

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-ilmenti jkopru kwalunkwe tilwima bejn benefiċjarji magħżula u dawk potenzjali fir-rigward tal-operazzjoni proposta jew magħżula u kwalunkwe tilwim ma’ terzi persuni dwar l-implimentazzjoni tal-programm jew l-operazzjonijiet tiegħu, irrispettivament mill-kwalifika tal-mezzi tar-rimedju legali stabbilita skont id-dritt nazzjonali.

7.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskambji ta’ informazzjoni bejn il-benefiċjarji u l-awtoritajiet tal-programm jitwettqu permezz ta’ sistemi ta’ skambju elettroniku ta’ data li jkunu faċli għall-utenti skont l-Anness XII. [Em. 275]

Għal programmi appoġġati mill-FEMS, mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, l-ewwel subparagrafu għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2023 2022 . [Em. 276]

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-programmi skont l-Artikolu [4(1)(c)(vii) (1)(xi) ] tar-Regolament FSE+. [Em. 277]

8.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-iskambji uffiċjali kollha ta’ informazzjoni mal-Kumissjoni jitwettqu permezz ta’ sistemi ta’ skambju elettroniku ta’ data skont l-Anness XII.

9.   Kull Stat Membru, wara l-approvazzjoni tal-programm u mhux aktar miż-żmien tal-preżentazzjoni tat-talba għall-ħlas finali għall-ewwel sena kontabilistika u mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2023, għandu jfassal deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll skont il-mudell stipulat fl-Anness XIV. Huwa għandu jżomm din id-deskrizzjoni aġġornata biex tirrifletti kwalunkwe modifika sussegwenti.

10.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 107 biex tissupplimenta l-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu billi tistabbilixxi il-kriterji biex ikunu determinati l-każijiet ta’ irregolarità li għandhom ikunu rrapportati u d-data li għandha tkun ipprovduta.

11.   Il-Kummisjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistipula l-format li għandu jintuża għar-rapportar ta’ irregolaritajiet f’konformità mal-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 109(2) sabiex tiżgura l-uniformità tal-kundizzjonijiet u r-regoli fl-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu. [Em. 278]

Artikolu 64

Setgħat u responsabbiltajiet tal-Kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tissodisfa lilha nnifisha li l-Istat Membru jkollu sistemi ta’ ġestjoni u kontroll li jikkonformaw ma’ dan ir-Regolament u li dawn dawk is-sistemi jiffunzjonaw b’mod effettiv u effiċjenti matul l-implimentazzjoni tal-programmi. Il-Kummissjoni għandha tfassal għall-Istati Membri strateġija ta’ awditjar u pjan ta’ awditjar li għandu jkun ibbażat għandhom ikunu bbażati fuq valutazzjoni tar-riskju. [Em. 279]

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-awditjar għandhom jikkoordinaw il-pjanijiet ta’ awditjar tagħhom.

2.   Awditi tal-Kummissjoni għandhom isiru sa tliet snin sentejn kalendarji wara l-aċċettazzjoni tal-kontijiet li fihom tkun inkluża n-nefqa kkonċernata. Dan il-perjodu għandu japplika għal operazzjonijiet fejn ikun hemm suspett ta’ frodi. [Em. 280]

3.   Għall-fini ta’ dawn l-awditi, l-uffiċjali tal-Kummissjoni jew ir-rappreżentanti tagħhom għandu jkollhom aċċess għar-rekords, għad-dokumenti u għall-metadata kollha neċessarji, irrispettivament mill-mezz li fih ikunu maħżuna, rigward l-operazzjonijiet appoġġati mill-Fondi jew is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll u għandhom jirċievu kopji fil-format speċifiku mitlub.

4.   Għall-awditi fil-post, għandu japplika dan li ġej:

(a)

il-Kummissjoni għandha tavża lill-awtorità kompetenti tal-programm mill-inqas 12 15-il jum ta’ ħidma tax-xogħol għall-awditu, għajr f’każijiet urġenti. Uffiċjali jew rappreżentanti awtorizzati tal-Istat Membru jistgħu jieħdu sehem f'dan l-awditjar. [Em. 281]

(b)

fejn l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali tirriżerva ċerti atti għal aġenti speċifikament maħtura mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-uffiċjali tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti awtorizzati għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni hekk miksuba mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-qrati nazzjonali u fi-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tas-suġġetti tas-soġġetti ġuridiċi kkonċernati.

(c)

il-Kummissjoni għandha tittrażmetti l-konklużjonijiet preliminari tal-awditu, f’mill-inqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, mhux aktar tard minn tlie t xhur xahrejn wara l-aħħar jum tal-awditu, lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. [Em. 282]

(d)

il-Kummissjoni għandha tittrażmetti r-rapport tal-awditur, f’mill-inqas f’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni, mhux aktar tard minn tliet xhur xahrejn mid-data li fiha tirċievi risposta komplta kompluta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru dwar il-konklużjonijiet preliminari tal-awditu. It-tweġiba tal-Istat Membru għandha titqies bħala kompluta jekk il-Kummissjoni ma tkunx irrapportat dwar l-eżistenza ta' dokumentazzjoni pendenti fi żmien xahrejn. [Em. 283]

Il-Kummissjoni tista' , f'każijiet debitament iġġustifikati, testendi l-limiti ta' żmien imsemmija fil-punti (c) u (d) bi tliet xhur b'xahrejn addizzjonali. [Em. 284]

4a.     Mingħajr ħsara għall-paragrafu 6 tal-Artikolu 63, il-Kummissjoni għandha tipprevedi sistema ta' indirizzar tal-ilmenti li għandha tkun aċċessibbli għaċ-ċittadini u l-partijiet ikkonċernati. [Em. 285]

Artikolu 65

L-awtoritajiet tal-programm

1.   Għall-finijiet tal-Artikolu [63(3)] tar-Regolament Finanzjarju, l-Istat Membru għandu jidentifika awtorità ta’ ġestjoni u awtorità tal-awditjar għal kull programm. Meta Stat Membru juża l-għażla msemmija fl-Artikolu 66(2), il-korp ikkonċernat għandu jkun identifikat bħala l-awtorità tal-programm. L-istess awtoritajiet jistgħu jkunu responsabbli għal aktar minn programm operazzjonali wieħed.

2.   L-awtorità tal-awditjar għandha tkun awtorità pubblika jew privata , funzjonalment indipendenti minn dawk li jkunu awditjati mill-Awtorità ta' Ġestjoni u l-korpi jew l-entitajiet li jkunu ġew fdati b'funzjonijiet jew li dawn ikunu ddelegati lilhom . [Em. 286]

3.   L-awtorità ta' ġestjoni tista’ tidentifika korp intermedju wieħed jew aktar biex iwettqu ċerti kompiti fir-responsabbiltà tagħha. Arranġamenti bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-korpi intermedji għandhom ikunu rreġistrati bil-miktub.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet bejn l-awtoritajiet tal-programm u fi ħdanhom ikun irrispettat.

5.   Il-korp li jimplimenta l-kofond tal-Programm kif imsemmi fl-Artikolu [11] tar-Regolament UE (…) [Regoli ta’ Parteċipazzjoni għal Orizzont Ewropa] għandu jkun identifikat bħala korp intermedju mill-awtorità ta' ġestjoni tal-programm rilevanti, f’konformità mal-paragrafu 3.

KAPITOLU II

Sistemi standard ta' ġestjoni u kontroll

Artikolu 66

Il-funzjonijiet tal-awtorità ta' ġestjoni

1.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-programm bil-għan li twassal għall-objettivi tal-programm. Partikolarment, hija għandu jkollha l-funzjonijiet li ġejjin:

(a)

tagħżel l-operazzjonijiet b'konformità mal-Artikolu 67;

(b)

twettaq kompiti ta’ ġestjoni tal-programm skont l-Artikolu 68;

(c)

tappoġġa l-ħima tal-kumitat ta' monitoraġġ skont l-Artikolu 69;

(d)

twettaq superviżjoni tal-korpi intermedji;

(e)

tirreġista tirreġistra u taħżen id-data neċessarja f'sistemi elettroniċi d-data għal kull operazzjoni f’sistema elettronika neċessarja għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-verifiki u l-awditi, u għandha tiżgura s-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data u l-awtentikazzjoni tal-utenti. [Em. 287]

2.   L-Istat Membru jista’ jafda tal-funzjoni kontabbilistika msemmija fl-Artikolu 70 lill-awtorità ta’ ġestjoni jew lil korp ieħor.

3.   Għal programmi appoġġati permezz tal-AMIF, l-ISF u l-BMVI, il-funzjoni kontabilistika għandha ssir mill-awtorità ta' ġestjoni jew fir-responsabbiltà tagħha.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 109(2) biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għad-data elettronika li għandha tkun irreġistrata u maħżuna msemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 1. Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 109(2).

Artikolu 67

Għażla ta’ operazzjonijiet mill-awtorità ta' ġestjoni

1.   Għall-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tistabbilixxi u tapplika kriterji u proċeduri li mhumiex diskriminatorji, li huma trasparenti, jiżguraw l-aċċessibbiltà għal persuni b'diżabbiltà, l-ugwaljanza bejn is-sessi u jikkunsidraw il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli u l-politika tal-Unjoni dwar l-ambjent skont l-Artikoli 11 u 191(1) TFUE. [Em. 288]

Il-kriterji u l-proċeduri għandhom jiżguraw il-prijoritizzazzjoni tal-operazzjonijiet magħżula bil-għan li tkun massimizzata l-kontribuzzjoni tal-finanzjament tal-Unjoni biex jintlaħqu l-objettivi tal-programm.

2.   B'talba tal-Kummissjoni, l-awtorità ta' ġestjoni għandha tikkonsulta mal-Kummissjoni u tikkunsidra l-kummenti tagħha qabel il-preżentazzjoni inizjali tal-kriterji tal-għażla lill-kumitat ta’ monitoraġġ u qabel kwalunkwe bidla sussegwenti għal dawn il-kriterji.

3.   Fl-għażla tal-operazzjonijiet, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha:

(a)

tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jkunu sostenibbli, jikkonformaw mal-programm , kif ukoll mal-istrateġiji territorjali, tipprovdi jipprovdu kontribuzzjoni effettiva biex jintlaħqu l-objettivi speċifiċi tiegħu; [Em. 289]

(b)

tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jkunu konsistenti mal-istrateġiji u mad-dokumenti tal-ippjanar korrispondenti stabbiliti għat-twettiq tal-kundizzjonijiet abilitanti;

(c)

tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jippreżentaw l-aħjar relazzjoni xierqa bejn l-ammont ta’ appoġġ, l-attivitajiet imwettqa u l-kisba tal-objettivi; [Em. 290]

(d)

tivverifika li l-benefiċjarju jkollu r-riżorsi finanzjarji u l-mekkaniżmi neċessarji biex ikopri l-kostijiet tal-operat u tal-manutenzjoni;

(e)

tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (45) ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali jew proċedura ta’ skrinjar u li l-valutazzjoni tas-soluzzjonijiet alternattivi kif ukoll il-konsultazzjoni pubblika komprensiva jitqiesu debitament, fuq il-bażi tar-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva kif emendata bid-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (46); [Em. 291]

(f)

tivverifika tiżgura li fejn l-operazzjonijiet ikunu bdew qabel il-preżentazzjonijoni il-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni għall-finanzjament lill-awtorità ta’ ġestjoni, il-liġi applikabbli tkun ġiet osservata; [Em. 292]

(g)

tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula jaqgħu fl-ambitu tal_Fond ikkonċernat u huma attribwiti għal xi tip ta’ intervent jew qasam ta’ appoġġ għall-FEMS;

(h)

tiżgura li l-operazzjonijiet ma jinkludux attivitajiet li kienu parti minn operazzjoni soġġetta għal rilokazzjoni skont l-Artikolu 60 jew li tikkostitwixxi trasferiment ta’ attività produttiva f’konformità mal-Artikolu 59(1) (a);

(i)

tiżgura li l-operazzjonijiet magħżula mhumiex affettwati minn opinjoni motivata mill-Kummissjoni rigward ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jqiegħed f’riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-operazzjonijiet;

(j)

tiżgura r-reżiljenza , qabel jittieħdu deċiżjonijiet dwar investimenti, ir-reżiljenza għat-tibdil fil-klima tal-investimenti fl-infrastruttura li mistennija jkollhom ħajja ta’ mill-inqas ħames snin , kif ukoll l-applikazzjoni tal-prinċipju “l-Effiċjenza Enerġetika tiġi l-Ewwel” . [Em. 293]

4.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l-benefiċjarju jkun ipprovdut b’dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għal kull operazzjoni inkluż ir-rekwiżiti speċifiċi li jikkonċernaw il-prodotti jew is-servizzi li jridu jkunu fornuti, il-pjan ta’ finanzjament, il-limitu ta’ żmien għall-eżekuzzjoni tiegħu u fejn applikabbli, il-metodu li għandu jiġi applikat għad-determinazzjoni tal-kostijiet tal-operazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-pagament tal-għotja.

5.   Għall-operazzjonijiet mogħtija ċ-ċertifikazzjoni tas-Siġill ta’ Eċċellenza, jew magħżula skont il-kofond tal-programm F’Orizzont Ewropa, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tiddeċiedi li tagħti appoġġ mill-FEŻR jew mill-FSE direttament, dment li tali operazzjonijiet huma konsistenti mal-objettivi tal-programm.

Għandha tapplika r-rata ta’ kofinanzjament ta’ strument li jipprovdi ċertifikazzjoni tas-Siġill ta’ Eċċellenza jew il-kofond tal-programm u din għandha tkun stabbilita fid-dokument imsemmi fil-paragrafu 4.

5a.     L-awtorità ta' ġestjoni tista' tiddeċiedi wkoll, f'każijiet debitament ġustifikati, li tikkontribwixxi sa 5 % tal-allokazzjoni finanzjarja ta' programm taħt il-FEŻR u l-FSE+ għal proġetti speċifiċi fl-Istat Membru eliġibbli taħt Orizzont Ewropa, inklużi dawk magħżula fit-tieni fażi, sakemm dawk il-proġetti speċifiċi jikkontribwixxu għall-objettivi tal-programm f'dak l-Istat Membru. [Em. 294]

6.   Jekk l-awtorità ta’ ġestjoni tagħżel operazzjoni ta’ importanza strateġika, hija għandha tinforma minnufih fi żmien xahar lill-Kummissjoni u għandha tipprovdi l-informazzjoni kollha rilevanti lill-Kummissjoni dwar din dik l-operazzjoni , inkluża analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji . [Em. 295]

Artikolu 68

Ġestjoni tal-programm mill-awtorità ta' ġestjoni

1.   L-awtorità ta' ġestjoni għandha:

(a)

twettaq il-verifiki ta’ ġestjoni biex tivverifika li l-prodotti u s-servizzi kofinanzjati ġew ipprovduti, li l-operazzjoni tikkonforma mal-liġi applikabbli, mal-programm u mal-kondizzjonijiet għall-appoġġ tal-operazzjoni u,

(i)

fejn il-kostijiet għandhom jiġu rimborżati skont l-Artikolu 48(1)(a), li l-ammont tan-nefqa ddikjarat mill-benefiċjarji b’rabta ma’ dawk il-kostijiet ikun tħallas u li l-benefiċjarji jżommu rekords tal-kontabilistiċi separati għat-tranżazzjonijiet kollha relatati mal-operazzjoni;

(ii)

fejn il-kostijiet għandhom jiġu rimborżati skont il-punti (b), (c) u (d) ta’ l-Artikolu 48(1), li l-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa lill-benefiċjarju għandhom ikun sodisfati;

(b)

tiżgura, soġġett għad-disponibbiltà ta’ finanzjament għall-prefinanzjament u l-pagamenti interim , li benefiċjarju jirċievi l-ammont dovut kollu kemm hu għal nefqa verifikata u mhux aktar tard minn 90 60 jum mid-data tal-preżentazzjoni tat-talba għall-pagament mill-benefiċjarju; [Em. 296]

(c)

ikollha fis-seħħ miżuri u proċeduri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi filwaqt li tqis ir-riskji identifikati;

(d)

tipprevjeni, taqbad u tikkoreġi irregolaritajiet;

(e)

tikkonferma li n-nefqa mniżżla fil-kontijiet hija legali u regolari;

(f)

tfassal id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni skont il-mudell stabbilit fl-Anness XV;

(g)

tipprovdi previżjonijiet tal-ammont ta’ talbiet għall-pagament li jiġu ppreżentati għas-sena finanzjarja attwali u għas-snin kalendarji segwenti sal-31 ta’ Jannar u sal-31 ta’ Lulju, skont l-Anness VII.

Għall-punt (b) tal-punt (b) tal-ewwel subparagrafu, l-ebda ammont ma għandu jitnaqqas jew jinżamm u l-ebda tariffa speċifika jew tariffa oħra b’effett ekwivalenti ma għandhom jiġu imposti li jnaqqsu ammonti dovuti lill-benefiċjarji.

Għal operazzjonijiet PPP, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha twettaq pagamenti lil kont miżmum minn terzi persuni stabbilit għal dak il-għan f’isem il-benefiċjarju għall-użu skont il-Ftehim tal-PPP.

2.   Il-verifiki ta’ ġestjoni msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 għandhom ikunu bbażati fuq ir-riskju u proporzjonati mar-riskji identifikati kif definit fl-istrateġija ta’ ġestjoni tar-riskju.

Il-verifiki ta’ ġestjoni għandhom jinkludu verifiki amministrattivi fir-rigward ta’ talbiet għall-pagamenti mill-benefiċjarji u verifiki fil-post ta’ operazzjonijiet. Dawn il-verifiki għandhom isiru sa mhux aktar tard minn qabel il-preparazzjoni tal-kontijiet skont l-Artikolu 92.

3.   Jekk l-awtorità ta’ ġestjoni tkun ukoll benefiċjarja taħt il-programm operazzjonali, l-arranġamenti għall-verifiki tal-ġestjoni għandhom jiżguraw separazzjoni adegwata tal-funzjonijiet

4.   Permezz ta' deroga mill-paragrafu 2, ir-Regolament KTE jista' jistabbilixxi regoli speċifiċi dwar il-verifiki ta’ ġestjoni applikabbli għall-programmi Interreg.

Artikolu 69

Appoġġ għax-xogħol tal-kumitat ta' monitoraġġ mill-awtorità ta' ġestjoni

L-awtorità ta' ġestjoni għandha:

(a)

tipprovdi lill-kumitat ta’ monitoraġġ bl-informazzjoni kollha meħtieġa f’waqtha sabiex iwettaq il-kompiti tiegħu;

(b)

tiżgura s-segwitu tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-kumitat ta’ monitoraġġ.

Artikolu 70

Il-funzjoni kontabilistika

1.   Il-funzjoni kontabbilistika għandha tikkonsisti minn dan li ġej:

(a)

tfassal u tippreżenta lill-Kummissjoni talbiet għall-pagament skont l-Artikoli 85 u 86 u tqis l-awditi mwettqa mill-awtorità tal-awditjar, jew li jkunu taħt ir-responsabbiltà tagħha ; [Em. 297]

(b)

tfassal il-kontijiet u tippreżenta l-kontijiet, tikkonferma l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-korrettezza f’konformità mal-Artikolu 92 u ż-żamma tar-rekords żżomm rekords tal-elementi kollha tal-kontijiet f’sistema elettronika; [Em. 298]

(c)

tikkonverti l-ammonti tan-nefqa mġarrba f’munita oħra f’euro bl-użu tar-rata tal-kambju kontabilistika mensili tal-Kummissjoni fix-xahar li matulu n-nefqa tkun irreġistrat fis-sistemi tal-kontabbiltà tal-korp responsabbli biex iwettaq il-kompiti stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.   Il-funzjoni kontabilistika ma għandhiex tinkludi verifiki fil-livell tal-benefiċjarji.

3.   B’deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 1, ir-Regolament KTE jista’ jistabbilixxi metodu differenti biex ikunu konvertiti l-ammonti tan-nefqa mġarrba f’munita oħra f’euro.

Artikolu 71

Funzjonijiet tal-awtorità tal-awditjar

1.   L-awtorità tal-awditjar għandha tkun responsabbli għat-twettiq ta’ awditi tas-sistemi, awditi tal-operazzjonijiet u awditi tal-kontijiet sabiex tipprovdi aċċertament indipendenti lill-Kummissjoni fir-rigward tal-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni.

2.   Ix-xogħol tal-awditjar għandu jitwettaq skont standards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment.

3.   L-awtorità tal-awditjar għandha tħejji l-applikazzjonijiet għall-pagament u tippreżentahom lill-Kummissjoni:

(a)

opinjoni tal-awditjar annwali skont l-Artikolu [63(7)] tar-Regolament Finanzjarju u skont il-mudell stabbilit fl-Anness XVI u bbażata fuq ix-xogħol kollu tal-awditjar imwettaq, li jkopri it-tliet komponenti distinti li ġejjin:

(i)

il-kompletezza, il-veraċità u l-akkuratezza tal-kontijiet;

(ii)

il-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni;

(iii)

il-funzjonament effettiv tas-sistema ta' ġestjoni u kontroll;

(b)

rapport annwali ta’ kontroll li jissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu [63(5) (b)] tar-Regolament Finanzjarju, skont il-mudell stabbilit fl-Anness XVII u, b’appoġġ għall-opinjoni tal-awditjar imsemmija fil-punt (a) u li tistabbilixxi sommarju tas-sejbiet, inkluża analiżi tan-natura u l-firxa ta’ erruri u nuqqasijiet kif ukoll l-azzjonijiet korrettivi proposti u implimentati u r-rata ta’ errur totali u r-rata ta’ żball residwu għan-nefqa mniżżla fil-kontijiet ippreżentati lill-Kummissjoni.

4.   Jekk il-programmi jinġabru flimkien għall-iskop ta’ awditi ta’ operazzjonijiet skont l-Artikolu 73(2), l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu (3)(b) tista’ tinġabar f’rapport wieħed.

Jekk l-awtorità ta’ verifika tuża din l-għażla għal programmi appoġġati permezz tal-AMIF, l-ISF u l-BMVI, l-informazzjoni meħtieġa skont il-paragrafu (3)(b) għandha tkun irrapportata skont il-Fond.

5.   L-awtorità tal-awditjar għandha tittrażmetti lill-Kummissjoni rapporti tal-awditjar tas-sistema malli tlestiet il-proċedura kontradittorja ma’ min qiegħed jiġi awditjat.

6.   Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-awditjar għandhom jiltaqgħu fuq bażi regolari u mill-inqas darba fis-sena, sakemm ma jkunx ġie miftiehem mod ieħor, sabiex jeżaminaw l-istrateġija tal-awditjar, ir-rapport annwali ta’ kontroll, l-opinjoni tal-awditjar, sabiex jikkoordinaw il-pjanijiet tal-awditu l-metodi tagħhom u sabiex jiskambjaw fehmiet dwar kwistjonijiet relatati mat-titjib tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

6a.     L-awditu għandu jsir b'referenza għall-istandard applikabbli fiż-żmien tal-konvenzjoni tal-operazzjoni awditjata, ħlief meta l-istandards il-ġodda jkunu aktar favorevoli għall-benefiċjarju. [Em. 299]

6b.     Is-sejba ta' irregolarità, bħala parti mill-awditu ta' operazzjoni li twassal għal penali finanzjarja, ma tistax twassal għall-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll jew għal korrezzjonijiet finanzjarji lil hinn min-nefqa koperta mis-sena fiskali tan-nefqa awditjata. [Em. 300]

Artikolu 72

Strateġija tal-awditjar

1.   L-awtorità Wara li tikkonsulta l-awtorità ta' ġestjoni, l-awtorità ta’ awditjar għandha tħejji strateġija tal-awditjar fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju, waqt li tikkunsidra d-deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll prevista fl-Artikolu 63(9), li tkopri awditi tas-sistema u awditi tal-operazzjonijiet. L-istrateġija tal-awditjar għandha tinkludi awditi tas-sistema ta’ awtoritajiet ta’ ġestjoni identifikati ġodda u ta’ awtoritajiet responsabbli għall-funzjoni kontabilistika . L-awditu għandu jitwettaq fi żmien disa’ xhur wara l-ewwel sena ta’ funzjonament tagħhom. L-istrateġija tal-awditjar għandha titħejja skont il-mudell stabbilit fl-Anness XVIII, u għandha tkun aġġornata kull sena wara l-ewwel rapport annwali ta’ kontroll u l-opinjoni tal-awditjar ipprovduti lill-Kummissjoni. Hija tista’ tkopri wieħed jew aktar mill-programmi. Fl-istrateġija tal-awditjar, l-awtorità ta' awditjar tista' tiddetermina limitu għal awditi tal-kontijiet uniċi. [Em. 301]

2.   L-istrateġija tal-awditjar għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni wara talba għal dan.

Artikolu 73

Awditjar tal-operazzjonijiet

1.   L-awditi tal-operazzjonijiet għandhom ikopru n-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni fis-sena kontabilistika fuq il-bażi ta’ kampjun. Dan il-kampjun għandu jkun rappreżentattiv u għandu jkun ibbażat fuq metodi statistiċi għall-kampjunar.

2.   Jekk il-popolazzjoni tkun inqas minn 300 unità tal-kampjunar, metodu ta’ kampjunar mhux statistiku jista’ jintuża fuq il-ġudizzju professjonali tal-awtorità tal-awditjar. F’każijiet bħal dawn id-daqs tal-kampjun għandu jkun biżżejjed biex jippermetti lill-awtorità tal-awditjar tħejji opinjoni tal-awditjar valida. Il-metodu tal-kampjunar mhux statistiku għandu jkopri minimu ta’ 10 % tal-unitajiet tal-kampjunar fil-popolazzjoni tas-sena kontabilistika, magħżula b’mod aleatorju.

Il-kampjun statistiku jista’ jkopri programm wieħed jew aktar li jirċievu l-appoġġ mill-FEŻR, mill-Fond ta’ Koeżjoni u mill-FSE + u, fejn xieraq, soġġett għal stratifikazzjoni, perjodu ta’ programmazzjoni wieħed jew aktar skont il-ġudizzju professjonali tal-awtorità tal-awditjar.

Il-kampjun tal-operazzjonijiet appoġġati mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI u mill-FEMS għandu jkopri operazzjonijiet appoġġati minn kull Fond separatament.

3.   L-awditjar tal-operazzjonijiet għandhom jinkludu verifiki fuq il-post tal-implimentazzjoni fiżika tal-operazzjoni biss fejn din tkun meћtieġa għat-tip ta’ operazzjoni kkonċernata.

F'każ ta' nuqqas ta' qbil bejn il-Kummissjoni u Stat Membru dwar is-sejbiet ta' awditu, għandha tiġi stabbilita proċedura tas-saldu. [Em. 302]

Ir-Regolament FSE+ jista’ jistipula dispożizzjonijiet speċifiċi għall-programmi skont l-Artikolu [4(1)(c)(vi)] tar-Regolament FSE+.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 107 biex tissupplimenta dan l-Artikolu billi tistabbilixxi metodoloġiji u modalitajiet tal-kampjunar standardizzati u kummerċjalment disponibbli biex ikopru perjodu ta’ programmazzjoni wieħed jew aktar.

Artikolu 74

Arranġamenti għal awditi uniċi

1.   Waqt it-twettiq tal-awditi, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-awditjar għandhom jikkunsidraw il-prinċipji ta’ awditu uniku u ta’ proporzjonalità fir-rigward tal-livell ta’ riskju għall-baġit tal-Unjoni. Għandhom jiġu evitati awditi doppji tal-istess nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni bil-għan li jitnaqqsu kemm jista’ jkun il-kostijiet tal-verifiki u l-awditi ta’ ġestjoni u l-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji.

Il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-awditjar għandhom l-ewwel jużaw l-informazzjoni u r-rekords kollha disponibbli fis-sistema elettronika fis-sistemi elettroniċi msemmija fl-Artikolu 66(1)(e), inklużi r-riżultati ta’ verifiki ta’ ġestjoni u jitolbu u jiksbu d-dokumenti addizzjonali u evidenza għall-awditjar mingħand il-benefiċjarji konċernati biss meta, fuq il-bażi tal-ġudizzju professjonali tagħhom, din hija meħtieġa biex tappoġġa konklużjonijiet tal-awditjar robusti. [Em. 303]

2.   Għal programmi li għalihom il-Kummissjoni tikkonkludi li l-opinjoni tal-awtorità tal-awditjar hija affidabbli u l-Istat Membru kkonċernat jipparteċipa fil-kooperazzjoni msaħħa tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-awditi proprji tal-Kummissjoni għandhom ikunu limitat għal awditjar tax-xogħol tal-awtorità tal-awditjar.

3.   Operazzjonijiet li n-nefqa totali eliġibbli għalihom ma taqbiżx l-EUR 400 000 għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni, EUR 300 000 għall-FSE+ jew EUR 200 000 għall-FEMS, l-AMIF, l-ISF u l-BMVI, ma għandhomx ikunu soġġetti għal aktar minn awditu wieħed mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni tal-kontijiet għas-sena ta' kontabbiltà li fiha tkun tlestiet l-operazzjoni.

Operazzjonijiet oħra ma għandhomx ikunu soġġetti għal aktar minn awditu wieħed f’kull sena ta’ kontabilità, mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni tal-kontijiet li fihom tkun inkluża n-nefqa finali tal-operazzjoni kompluta. L-operazzjonijiet ma għandhomx ikunu soġġetti għal awditjar mill-Kummissjoni jew l-awtorità tal-awditjar f'ebda sena fejn diġà kien hemm awditjar f’dik is-sena mill-Qorti tal-Awdituri, sakemm ir-riżultati tal-awditjar imwettaq minn din il-Qorti tal-Awdituri għal dawn l-operazzjonijiet jistgħu jintużaw mill-awtorità tal-awditjar jew mill-Kummissjoni għall-fini li jaqdu l-kompiti rispettivi tagħhom.

4.   Minkejja d-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 3, kull operazzjoni tista’ tkun soġġetta għal aktar minn awditu wieħed, jekk l-awtorità tal-awditjar, fuq il-bażi tal-ġudizzju professjonali tagħha, tikkonkludi li mhuwiex possibbli li tfassal opinjoni tal-awditjar valida.

5.   Il-paragrafi 2 u 3 ma għandhomx japplikaw meta:

(a)

hemm riskju speċifiku ta’ irregolarità jew indikazzjoni ta’ frodi;

(b)

hemm il-ħtieġa li jerġa’ jsir ix-xogħol tal-awtorità tal-awditjar biex jinkiseb livell ta’ affidabbiltà dwar il-funzjonament effettiv tiegħu;

(c)

ikun hemm evidenza ta’ nuqqas serju fis-sistema tax-xogħol tal-awtorità tal-awditjar.

Artikolu 75

Il-verifiki ta’ ġestjoni u l-awditjar ta’ strumenti finanzjarji

1.   L-awtorità ta’ ġestjoni għandha tagħmel verifiki ta’ ġestjoni fil-post skont l-Artikolu 68(1) fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju biss u, fil-kuntest ta’ fondi ta’ garanzija, fil-livell ta’ korpi li jagħtu s-self ġdid sottostanti. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, jekk l-istrument finanzjarju jipprovdi rapporti ta' kontroll li jappoġġaw l-applikazzjoni tal-pagament, l-awtorità ta' ġestjoni tista' tiddeċiedi li ma twettaqx verifiki tal-ġestjoni fuq il-post. [Em. 304]

2.   L-awtorità ta’ ġestjoni ma għandhiex tagħmel verifiki fil-post fil-livell tal-Bank Ewropew tal-Investiment (“BEI”) jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist.

Madankollu, il-BEI jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist għandhom jipprovdu rapporti ta’ kontroll li jappoġġaw it-talba għall-pagament l -applikazzjonijiet għal pagament lill-awtorità ta’ ġestjoni. [Em. 305]

3.   L-awtorità tal-awditjar għandha tagħmel awditi tas-sistema u awditi tal-operazzjonijiet skont l-Artikoli 71, 73 jew 77 fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju u, fil-kuntest ta’ fondi ta’ garanzija, fil-livell ta’ korpi li jagħtu s-self ġdid sottostanti. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, jekk l-istrument finanzjarju jipprovdi lill-awtorità tal-awditjar b'rapport annwali tal-awditjar imfassal mill-awdituri esterni tagħhom sal-aħħar ta' kull sena kalendarja li jkopri l-elementi inklużi fl-Anness XVII, l-awtorità tal-awditjar tista' tiddeċiedi li ma twettaqx awditi ulterjuri. [Em. 306]

3a.     Fil-kuntest ta' fondi ta' garanzija, il-korpi responsabbli għall-awditjar tal-programmi jistgħu jwettqu verifiki jew awditi tal-korpi li jipprovdu biss self sottostanti ġdid fil-każ li sseħħ waħda jew aktar mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)

dokumenti ta' appoġġ, li jipprovdu evidenza tal-appoġġ mill-istrument finanzjarju lir-reċipjenti finali, li ma jkunux disponibbli fil-livell tal-awtorità ta' ġestjoni jew fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji;

(b)

ikun hemm evidenza li d-dokumenti disponibbli fil-livell tal-awtorità ta' ġestjoni jew fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji ma jirrappreżentawx rekord veru u preċiż tal-appoġġ provdut. [Em. 307]

4.   L-awtorità tal-awditjar ma għandhiex tagħmel awditi fil-livell tal-BEI jew ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist, għal strumenti finanzjarji implimentati minnhom.

Madankollu, il-BEI jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru huwa azzjonist għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni u lill-awtorità tal-awditjar b’rapport annwali tal-awditjar imfassal mill-awdituri esterni tagħhom sal-aħħar ta’ kull sena kalendarja. Dan ir-rapport għandu jkopri l-elementi inklużi fl-Anness XVII.

5.   Il-BEI jew istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet tal-programm id-dokumenti kollha neċessarji biex ikunu jistgħu jissodisfaw l-obbligi tagħhom.

Artikolu 76

Disponibbiltà ta' dokumenti

1.   Mingħajr preġudizzju għar-regoli li jirregolaw l-għajnuna mill-Istat, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li d-dokumenti ta’ prova kollha marbuta ma’ operazzjoni appoġġata mill-Fondi jinżammu fil-livell xieraq għal perjodu ta’ ħames tliet snin mill-31 ta’ Diċembru tas-sena li fiha jkun sar l-aħħar pagament mill-awtorità ta’ ġestjoni lill-benefiċjarju. [Em. 308]

2.   Dan il-perjodu ta’ żmien għandu jkun interrott fil-każ ta’ proċedimenti legali jew permezz ta’ talba mill-Kummissjoni.

2a.     Il-perjodu ta' żamma tad-dokumenti jista' jitnaqqas, b'mod proporzjonali għall-profil tar-riskju u d-daqs tal-benefiċjarji, b'deċiżjoni tal-awtorità ta' ġestjoni. [Em. 309]

KAPITOLU III

Dipendenza fuq sistemi ta’ ġestjoni nazzjonali

Artikolu 77

Arranġamenti proporzjonati msaħħa

L-Istat Membru jista’ japplika dawn l-arranġamenti proporzjonati msaħħa għas-sistema ta' ġestjoni u kontroll ta’ programm, meta l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 78 jiġu ssodisfati:

(a)

permezz ta’ deroga mill-Artikolu 68(1)(a) u 68(2), l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tapplika biss proċeduri nazzjonali għat-twettiq tal-verifiki ta’ ġestjoni;

(b)

permezz ta’ deroga mill-Artikolu 73(1) u (3), l-awtorità tal-awditjar tista’ tillimita l-attività tagħha ta’ awditu għal kampjun statistiku ta’ 30 unità tal-kampjunar għal programm jew grupp ta’ programmi kkonċernati;

(c)

il-Kummissjoni, għandha tillimita l-awditjar tagħha stess għal rieżami tax-xogħol tal-awtorità tal-awditjar permezz tat-twettiq mill-ġdid fil-livell tagħha biss, ħlief jekk l-informazzjoni disponibbli tissuġġerixxi li hemm defiċjenza serja fis-sistema tax-xogħol tal-awtorità tal-awditjar.

Għal punt (b), fejn il-popolazzjoni hija inqas minn 300 unità tal-kampjunar, l-awtorità tal-awditjar tista’ tapplika metodu ta’ kampjunar mhux statistiku f’konformità mal-Artikolu 73(2).

Artikolu 78

Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ arranġamenti proporzjonati msaħħa

1.   L-Istat Membru jista’ japplika l-arranġamenti proporzjonati msaħħa stabbiliti fl-Artikolu 77 fi kwalunkwe żmien matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, meta l-Kummissjoni tkun ikkonfermat li r-rapporti ta’ attività annwali ppubblikati fl-aħħar sentejn qabel id-deċiżjoni tal-Istat Membru li japplika d-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, li s-sistemi ta' ġestjoni u kontroll tal-programm jiffunzjonaw b’mod effettiv u li r-rata ta’ żball totali għal kull sena hija ta’ inqas minn 2 %. Meta tivvaluta l-funzjonament effettiv tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll tal-programm, il-Kummissjoni għandha tqis il-parteċipazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat f’koperazzjoni msaħħa dwar l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li juża din il-possibbiltà, huwa għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni ta’ arranġamenti proporzjonati stabbiliti fl-Artikolu 77 li għandhom japplikaw mill-bidu tas-sena kontabilistika sussegwenti.

2.   Fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni, l-Istat Membru jista’ japplika l-arranġamenti msemmija fl-Artikolu 77, sakemm il-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jkunu ssodisfati fir-rigward ta’ programm simili implimentat fl-2020-2014 u fejn l-arranġamenti ta’ ġestjoni u kontroll stabbiliti għall-programm 2021-2027 fil-biċċa l-kbira tagħhom jibnu fuq dawk għall-programm preċedenti. F’każijiet bħal dawn, se japplikaw l-arranġamenti proporzjonati msaħħa mill-bidu tal-programm.

3.   L-Istat Membru għandu jistabbilixxi jew jaġġorna kif meħtieġ id-deskrizzjoni tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll u l-istrateġija tal-awditjar deskritta fl-Artikoli 63(9) u 72.

Artikolu 79

Aġġustament matul il-perjodu ta’ programmazzjoni

1.   Jekk il-Kummissjoni jew l-awtorità tal-awditjar jikkonkludu li, fuq il-bażi tal-awditjar imwettaq u tar-rapport annwali ta’ kontroll, il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 78 ma għadhom jiġu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha titlob lill-awtorità tal-awditjar twettaq xogħol addizzjonali tal-awditjar f’konformità mal-Artikolu 63(3) u tieħu azzjonijiet ta’ rimedju.

2.   Jekk ir-rapport ta’ kontroll annwali sussegwenti li tikkonferma li l-kundizzjonijiet jibqgħu ma jiġux issodisfati, u b’hekk jillimitaw l-assigurazzjoni pprovduta lill-Kummissjoni dwar il-funzjonament effettiv tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll u l-legalità u r-regolarità tan-nefqa, il-Kummissjoni għandha titlob lill-awtorità tal-awditjar tagħmel awditjar tas-sistema.

3.   Il-Kummissjoni tista’, wara li tkun tat lill-Istat Membru l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu, tinforma lill-Istat Membru li l-arranġamenti proporzjonati msaħħa stabbiliti fl-Artikolu 77 ma għandhomx jibqgħu jiġu applikati.

TITOLU VII

ĠESTJONI FINANZJARJA, PREŻENTAZZJONI U EŻAMI TAL-KONTIJIET U TAL-KORREZZJONIJIET FINANZJARJI

KAPITOLU I

Ġestjoni finanzjarja

TAQSIMA I

REGOLI ĠENERALI TAL-KONTABBILTÀ

Artikolu 80

Impenji baġitarji

1.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm skont l-Artikolu 18 għandha tikkostitwixxi deċiżjoni ta' finanzjament fis-sens tal-[Artikolu 110(3)] tar-Regolament Finanzjarju u ladarba tiġi nnotifikata lill-Istat Membru kkonċernat, tikkostitwixxi impenn legali.

Din id-deċiżjoni għandha tispeċifika l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal kull Fond u għal kull sena.

2.   L-impenji baġitarji tal-Unjoni fir-rigward ta’ kull programm għandhom isiru mill-Kummissjoni f’pagamenti annwali għal kull Fond matul il-perjodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2021 u l-31 ta’ Diċembru 2027.

3.   B’deroga mill-Artikolu 111(2) tar-Regolament Finanzjarju, l-impenji baġitarji għall-ewwel pagament parzjali għandhom isegwu l-adozzjoni tal-programm mill-Kummissjoni.

Artikolu 81

Użu tal-euro

L-ammonti kollha stabbiliti fil-programmi, irrapportati jew iddikjarati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri għandhom ikunu denominati f’euro.

Artikolu 82

Pagament mill-ġdid

1.   Kull pagament lura dovut li għandu jsir lill-baġit tal-Unjoni għandu jsir qabel id-data indikata fl-ordni għall-irkupru mfassal skont l-Artikolu 98 tar-Regolament Finanzjarju. Id-data stipulata għandha tkun l-aħħar jum tat-tieni xahar wara l-ħruġ tal-ordni.

2.   Kull dewmien fil-pagament lura għandu jagħti lok għal imgħax minħabba pagament tard, li jibda mid-data dovuta u jintemm fid-data tal-pagament attwali. Ir-rata ta’ tali interessi għandha tkun punt perċentwali u nofs aktar mir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew, fl-operazzjonijiet prinċipali tiegħu ta’ rifinanzjament, fl-ewwel jum ta’ xogħol tax-xahar li fih taħbat id-data tal-għeluq.

TAQSIMA II

REGOLI GĦALL-PAGAMENTI FL-ISTATI MEMBRI

Artikolu 83

Tipi ta’ pagamenti

Il-pagamenti għandhom jieħdu l-forma ta’ prefinanzjament, ta’ pagamenti interim u pagamenti tal-bilanċ tal-kontijiet għas-sena ta’ kontabbiltà.

Artikolu 84

Prefinanzjament

1.   Il-Kummissjoni jentieġ li tħallas il-prefinanzjament fuq il-bażi tal-appoġġ totali mill-Fondi kif stabbilit fid-deċiżjoni li tapprova l-programm skont l-Artikolu 17(3)(f) (i).

2.   Il-prefinanzjament għal kull Fond għandu jitħallas b’pagamenti parzjali annwali qabel l-1 ta’ Lulju ta’ kull sena, soġġett għad-disponibbiltà ta’ fondi, kif ġej: [Em. 310]

(a)

2021: 0,5 %;

(b)

2022: 0,5 0,7 %; [Em. 311]

(c)

2023: 0,5 1 %; [Em. 312]

(d)

2024: 0,5 1,5 %; [Em. 313]

(e)

2025: 0,5 2 %; [Em. 314]

(f)

2026: 0,5 2 % [Em. 315]

Jekk programm jiġi adottat wara l-1 ta’ Lulju 2021, il-pagamenti parzjali preċedenti għandhom jitħallsu fis-sena tal-adozzjoni.

3.   B’deroga mill-paragrafu 2, għall-programmi Interreg, għandhom jiġu stabbiliti regoli speċifiċi fuq il-prefinanzjament fir-Regolament tal-KTE.

4.   L-ammont imħallas bħala prefinanzjament inizjali għandu jiġi saldat għal kollox mill-kontijiet tal-Kummissjoni mhux aktar tard minn meta jingħalaq il-programm.

5.   Kull interess iġġenerat mill-pre-finanzjament għandu jiġi użat għall-programm ikkonċernat bl-istess mod bħall-Fondi u għandu jiġi inkluż fil-kontijiet għas-sena ta’ kontabbiltà finali.

Artikolu 85

Applikazzjonijiet għall-pagamenti

1.   L-Istat Membru għandu jibgħat massimu ta’ erba’ applikazzjonijiet għall-pagament għal kull programm, għal kull Fond u għal kull sena fiskali. Kull sena il-limitu ta’ żmien għal kull applikazzjoni għal pagament għandu jkun it-30 ta’ April, il-31 ta’ Lulju, il-31 ta’ Ottubru u s-26 ta’ Diċembru.

L-aħħar applikazzjoni għal pagament imressqa sal-31 ta’ Lulju għandha titqies bħala applikazzjoni finali għal pagament għas-sena ta’ kontabbiltà li ntemmet fit-30 ta’ Ġunju.

2.   L-applikazzjonijiet għal pagament mhux se jkunu ammissibbli sakemm ma jkunx ġie ppreżentat l-aħħar pakkett ta’ assigurazzjoni dovut.

3.   L-applikazzjonijiet għal pagament għandhom jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni skont il-mudell stabbilit fl-Anness XIX u jinkludu, għal kull prijorità u skont il-kategorija ta’ reġjun:

(a)

l-ammont totali tan-nefqa eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet, kif irreġistrati fis-sistema tal-kontabbiltà tal-awtorità ta' ċertifikazzjoni;

(b)

l-ammont ta’ assistenza teknika kkalkolata skont l-Artikolu 31(2); [Em. 316]

(c)

l-ammont totali tal-kontribuzzjoni pubblika mħallsa jew li għandha tiġi mħallsa kif imdaħħal fis-sistema tal-kontabbiltà tal-korp li jwettaq il-funzjoni tal-kontabbiltà;

4.   Permezz ta' deroga mill-punt (d) tal-paragrafu 3, għandu japplika dan li ġej:

(a)

fejn il-kontribuzzjoni tal-Unjoni hija magħmula skont il-punt (a) tal-Artikolu 46, l-ammonti inklużi fl-applikazzjoni għal pagment għandhom ikunu l-ammonti ġustifikati mill-progress li sar f’l-issodisfar tal-kundizzjonijiet jew il-kisba tar-riżultati, skont id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 89(2);

(b)

fejn il-kontribuzzjoni tal-Unjoni hija magħmula skont il-punti (c), (d) u (e) tal-Artikolu 46, l-ammonti inklużi fl-applikazzjoni għal pagment għandhom ikunu l-ammonti determinati skont id-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 88(3);

(c)

għall-forom ta’ għotjiet imsemmija fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 48(1), l-ammonti inklużi fl-applikazzjoni għal pagament għandhom ikunu l-kostijiet ikkalkolati fuq il-bażi applikabbli.

(ca)

fil-każ tal-għajnuna mill-istat, l-applikazzjoni tal-pagament tista' tinkludi pagamenti bil-quddiem imħallsa lill-benefiċjarju mill-korp li jagħti l-għajnuna taħt il-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: dawn ikunu soġġetti għal bank jew għal garanzija ekwivalenti, ma jaqbżux l-40 % tal-ammont totali tal-għajnuna li għandha tingħata lil benefiċjarju għal operazzjoni partikolari u jkunu koperti minn nefqa mħallsa mill-benefiċjarji u appoġġata minn fatturi b'riċevuta fi żmien 3 snin. [Em. 317]

5.   Permezz ta' deroga mill-punt (c) tal-paragrafu 3, fil-każ ta' skemi ta' għajnuna skont l-Artikolu 107 TFUE, il-kontribuzzjoni pubblika li tikkorrispondi man-nefqa inkluża f'applikazzjoni ta' pagament għandha tkun tħallset lill-benefiċjarji mill-entità li tagħti l-għajnuna.

Artikolu 86

Elementi speċifiċi għall-istrimenti finanzjarji fl-applikazzjonijiet għal pagment

1.   Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati f’konformità mal-Artikolu 53(2) 53(1) , l-applikazzjonijiet għal pagament sottomessi skont l-Anness XIX għandhom jinkludu l-ammonti totali mħallsa jew, fil-każ ta’ garanziji, l-ammonti mwarrba kif miftiehem f’kuntratti ta’ garanzija, mill-awtorità ta’ ġestjoni għal riċevituri finali kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 62(1). [Em. 318]

2.   Fejn l-istrumenti finanzjarji jkunu implementati f’konformità mal-Artikolu 53(3) 53(2) , l-applikazzjonijiet għal pagament li tinkludi jinkludu nefqa għall-istrumenti finanzjarji għandhom jiġu sottomessi skont il-kundizzjonijiet li ġejjin: [Em. 319]

(a)

l-ammont inkluż fl-ewwel applikazzjoni għal pagament irid ikun tħallas lill-istrumenti finanzjarji u jista’ jkun sa 25 % tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm impenjati għall-istrument finanzjarju skont il-ftehim ta’ finanzjament rilevanti, skont il-prijorità u l-kategorija ta’ reġjun, jekk applikabbli;

(b)

l-ammont inkluż f’applikazzjonijiet għal pagament sussegwenti ppreżentati waqt il-perjodu ta’ eliġibbiltà għandhom jinkludu n-nefqa eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 62(1).

3.   L-ammont inkluż fl-ewwel applikazzjoni għal pagament, imsemmi fil-punt (a) tal-paragrafu 2, għandu jitħallas mill-kontijiet tal-Kummissjoni mhux aktar tard mis-sena finali tal-kontabbiltà.

Dan għandu jiġi żvelat separatament fl-applikazzjonijiet għal pagament.

Artikolu 87

Regoli komuni għall-pagamenti

1.   Soġġett għall-finanzjament disponibbli, il-Kummissjoni Il-Kummissjoni għandha tagħmel il-pagamenti interim sa mhux aktar tard minn 60 jum wara d-data li fiha applikazzjoni għal pagament tkun ġiet irreġistrata mal-Kummissjoni. [Em. 320]

2.   Kull pagament għandu jkun assenjat lill-impenn tal-baġit miftuħ tal-Fond ikkonċernat li jmur l-aktar lura fiż-żmien. Il-Kummissjoni għandha tirrimborża bħala pagamenti interim 90 % tal-ammonti inklużi fl-applikazzjoni għal pagament, li jirriżulta mill-applikazzjoni tar-rata ta’ kofinanzjament għal kull prijorità għan-nefqa totali eliġibbli jew għall-kontribuzzjoni pubblika kif xieraq. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina l-ammonti li jkun fadal għar-rimborż jew biex jiġu rkuprati fil-kalkolu tal-bilanċ tal-kontijiet skont l-Artikolu 94.

3.   L-appoġġ mill-Fondi lil prijorità f’pagamenti interim ma għandux ikun ogħla mill-ammont tal-appoġġ mill-Fondi għall-prijorità stabbilit fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm.

4.   Meta l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tieħu l-forma ta’ punt (a) tal-Artikolu 46 jew fejn l-għotjiet jieħdu l-forma elenkata fil-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 48(1), il-Kummissjoni ma għandhiex tħallas iktar mill-ammont mitlub mill-Istat Membru.

5.   Barra minn hekk, l-appoġġ mill-Fondi lill-prijorità fil-ħlas tal-bilanċ tas-sena ta’ kontabbiltà finali ma għandux jaqbeż l-ammonti li ġejjin:

(a)

il-kontribuzzjoni pubblika ddikjarata fl-applikazzjonijiet għal pagamenti;

(b)

l-appoġġ mill-Fondi mħallsa lill-benefiċjarji;

(c)

l-ammont mitlub mill-Istat Membru.

6.   Fuq it-talba ta’ Stat Membru, il-pagamenti interim jistgħu jiżdiedu b'10 % aktar mir-rata ta’ kofinanzjament applikabbli għal kull prijorità għall-Fondi, jekk Stat Membru jissodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin wara [id-data tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament]:

(a)

fejn l-Istat Membru kkonċernat jirċievi self mill-Unjoni skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010;

(b)

l-Istat Membru li jirċievi għajnuna finanzjarja fuq perjodu ta’ żmien medju skont il-MES kif stabbilit bit-Trattat li jistabbilixxi l-MES tat-2 ta’ Frar 2012 jew kif imsemmi fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 (47) taħt il-kundizzjoni tal-implimentazzjoni ta’ programm ta’ aġġustament makroekonomiku;

(c)

l-għajnuna finanzjarja ssir disponibbli għall-Istat Membru taħt il-kundizzjoni tal-implimentazzjoni ta' programm ta' aġġustament makroekonomiku kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 472/2013 (48) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

Ir-rata miżjuda, li ma tistax taqbeż il-100 %, għandha tapplika għal talbiet ta’ pagamenti sa tmiem is-sena kalendarja li matulha l-assistenza finanzjarja relatata tasal fi tmiemha.

7.   Il-paragrafu 6 ma għandux japplika għall-FEMS.

Artikolu 88

Ir-rimborż tan-nefqa eliġibbli fuq il-bażi ta’ kostijiet ta’ unità, somom f’daqqa u rati fissi

1.   Il-Kummissjoni tista’ trodd lura l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal programm fuq il-bażi ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi għal rimbors tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal programm.

2.   Sabiex isir użu ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programm fuq il-bażi ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi kif imsemmi fl-Artikolu 46, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw proposta lill-Kummissjoni skont il-mudelli stabbiliti fl-Annessi IV u V, bħala parti mill-programm jew ta’ talba għal emenda tiegħu.

L-ammonti u r-rati proposti mill-Istat Membru għandhom jiġu stabbiliti fuq il-bażi tal-att delegat imsemmi fil-paragrafu 4 jew fuq il-bażi ta’ dan li ġej:

(a)

metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli bbażat fuq wieħed minn dawn li ġejjin:

(i)

data statistika, informazzjoni oġġettiva oħra jew ġudizzju espert;

(ii)

data storika vverifikata;

(iii)

l-applikazzjoni tal-prattiki kontabilistiċi normali tal-kostijiet;

(b)

Abbozz ta' Baġit

(c)

ir-regoli dwar il-kostijiet unitarji u s-somom f’daqqa korrispondent applikabbli f’politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni;

(d)

f’konformità mar-regoli għall-applikazzjoni ta’ kostijiet unitarji korrispondenti, somom f’daqqa applikati skont skemi għall-għotjiet iffinanzjati għal kollox mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni.

3.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm jew l-emenda tagħha għandha tistabbilixxi t-tipi ta’ operazzjonijiet koperti mir-rimborż fuq il-bażi ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi, id-definizzjoni u l-ammonti koperti bi kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi u l-metodi għall-aġġustament tal-ammonti.

L-Istati Membri għandhom jużaw waħda mill-forom ta’ għotjiet kif imsemmi fl-Artikolu 48(1) bħala appoġġ għal operazzjonijiet li għalihom l-infiq jiġi rimborżat mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ dan l-Artikolu.

L-awditjar tal-Kummissjoni jew l-Istati Membri għandu jimmira esklużivament li jivverifika li l-kundizzjonijiet għar-rimborż mill-Kummissjoni jkunu ġew issodisfati.

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 107 biex tissupplimenta dan l-Artikolu permezz tad-definizzjoni ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa, rati fissi, l-ammonti tagħhom u l-aġġustament tal-metodi ta’ modi kif imsemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2.

Artikolu 89

Finanzjament mhux marbut mal-kostijiet

1.   Sabiex isir użu ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-parti jew il-partijiet kollha ta’ programmi bbażati fuq finanzjament mhux mnarbut ma’ kostijiet, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw proposta lill-Kummissjoni skont il-mudelli stabbiliti fl-Annessi IV u V, bħala parti mill-programm jew ta’ talba għal emenda tiegħu. Din il-lista għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:

(a)

l-identifikazzjoni tal-prijorità kkonċernata u l-ammont totali kopert minn finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet; deskrizzjoni tal-parti tal-programm u t-tip ta’ operazzjonijiet koperti minn finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet;

(b)

deskrizzjoni tal-kondizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfati jew ta’ riżultati li għandhom jinkisbu u skeda ta’ żmien;

(c)

riżultati intermedji li jwasslu għal rimborż mill-Kummissjoni;

(d)

unità tal-kejl;

(e)

l-iskeda għal rimborż mill-Kummissjoni u l-ammonti relatati marbuta mal-progress fl-issodisfar tal-kundizzjonijiet jew il-kisba tar-riżultati;

(f)

l-arranġamenti għal verifika tar-riżultati intermedji u l-issodisfar tal-kundizzjonijiet jew il-kisba tar-riżultati;

(g)

il-metodi għall-aġġustament tal-ammonti, fejn applikabbli;

(h)

l-arranġamenti sabiex tiġi żgurata sekwenza tal-awditjar skont l-Anness XI juru l-issodisfar tal-kundizzjonijiet jew il-kisba tar-riżultati.

2.   Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm jew talba għall-emendar tagħha għandha tistabbilixxu l-elementi kollha elenkati fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri għandhom jużaw waħda mill-forom ta’ għotjiet kif imsemmi fl-Artikolu 48(1) bħala appoġġ għal operazzjonijiet li għalihom l-infiq jiġi rimborżat mill-Kummissjoni fuq il-bażi ta’ dan l-Artikolu.

L-awditjar tal-Kummissjoni jew l-Istati Membri għandu jimmira esklużivament li jivverifika li l-kundizzjonijiet għar-rimborż mill-Kummissjoni jkunu ġew issodisfati jew li r-riżultati nkisbu

4.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta att delegat f’konformità mal-Artikolu 107 biex tissupplimenta dan l-Artikolu billi tistabbilixxi l-ammonti għal finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet skont it-tip ta’ operazzjoni, il-metodi għall-aġġustament tal-ammonti u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu sodisfati jew ir-riżultati li għandhom jinkisbu.

TAQSIMA III

INTERRUZZJONIJIET U SOSPENSJONIJIET

Artikolu 90

Interruzzjoni tad-data ta’ skadenza tal-pagament

1.   Il-Kummissjoni tista’ tinterrompi l-iskadenza tal-pagamenti, ħlief għal prefinanzjament, għal perjodu massimu ta’ sitt xhur meta xi waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin tiġi ssodisfata:

(a)

Ikun hemm evidenza li tissuġġerixxi ta’ nuqqas serju u li għalih ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi; [Em. 321]

(b)

il-Kummissjoni jkollha twettaq verifiki addizzjonali wara li tirċievi informazzjoni li nefqa f’applikazzjoni ta’ pagament tista’ tkun marbuta ma’ irregolarità.

2.   L-Istat Membru jista’ jaqbel li l-perjodu ta’ interruzzjoni jiġi estiż għal tliet xhur.

3.   L-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni b’delega għandu jillimita l-interruzzjoni għall-parti tan-nefqa koperta mit-talba ta’ pagament affettwata mill-elementi msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, sakemm ma jkunx possibbli li tiġi identifikata l-parti tan-nefqa affettwata. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru bil-miktub bir-raġuni għall-interruzzjoni u għandha titolbu jirrimedja s-sitwazzjoni. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-interruzzjoni hekk kif jittieħdu l-miżuri li jirrimedjaw l-elementi msemmija fil-paragrafu 1.

4.   Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi għall-FEMS jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali għal korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri marbuta ma' nuqqas ta' konformità mar-regoli applikabbli skont il-Politika Komuni tas-Sajd.

Artikolu 91

Sospensjoni ta' pagamenti

1.   Il-Kummissjoni tista’ tissospendi l-pagamenti kollha jew parti minnhom wara li tkun tat l-opportunità lill-Istat Membru biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, jekk tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni meħtieġa sabiex jirrimedja s-sitwazzjoni li tagħti lok għal interruzzjoni skont l-Artikolu 90.

(b)

ikun hemm nuqqas serju;

(c)

in-nefqa fl-applikazzjonijiet għal pagament tkun marbuta ma’ irregolarità li ma tkunx ġiet ikkorreġuta;

(d)

Ikun hemm opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa

(e)

l-Istat Membru jkun naqas milli jieħu l-azzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 15(6). [Em. 322]

2.   Il-Kummissjoni għandha ttemm is-sospensjoni tal-pagamenti kollha jew parti minnhom meta l-Istat Membru jkun ħa miżuri li jirrimedjaw l-elementi msemmija fil-paragrafu 1.

3.   Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi għall-FEMS jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali għal korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri marbuta ma' nuqqas ta' konformità mar-regoli applikabbli skont il-Politika Komuni tas-Sajd.

KAPITOLU II

Preżentazzjoni u eżami tal-kontijiet

Artikolu 92

Kontenut u preżentazzjoni tal-kontijiet

1.   Għal kull sena fiskali li għaliha jkunu ġew ippreżentati l-applikazzjonijiet għall-pagament, l-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni sal-15 ta’ Frar, id-dokumenti li ġejjin (“il-pakkett ta’ garanzija”) li għandu jkopri s-sena ta’ kontabbiltà preċedenti kif definit fl-Artikolu 2(28):

(a)

il-kontijiet skont il-mudell stabbilit fl-Anness XX;

(b)

id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu 68(1)(f) skont il-mudell stabbilit fl-Anness XV;

(c)

l-opinjoni tal-awditjar imsemmija fl-Artikolu 71(3)(a) skont il-mudell stabbilit fl-Anness XVI;

(d)

ir-rapport annwali ta’ kontroll imsemmi fl-Artikolu 71(3)(b) skont il-mudell stabbilit fl-Anness XVII;

2.   L-iskadenza msemmija fil-paragrafu 1 tista' tiġi estiża b'eċċezzjoni mill-Kummissjoni sal-1 ta’ Marzu, fuq il-bażi ta’ komunikazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat.

3.   Il-kontijiet għandhom jinkludu fil-livell ta’ kull prijorità u, fejn applikabbli, l-fond u l-kategorija tar-reġjun:

(a)

l-ammont totali tan-nefqa eliġibbli mdaħħal fis-sistemi kontabilistiċi tal-korp li jwettaq il-funzjoni ta’ kontabbiltà li ġiet inkluża fl-applikazzjoni finali għal pagament għas-sena ta’ kontabbiltà u l-ammont totali tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti mħallas jew li għandu jitħallas;

(b)

l-ammonti rtirati matul is-sena ta’ kontabbiltà;

(c)

l-ammonti ta’ kontribuzzjoni pubblika mħallsa għal kull strument finanzjarju;

(d)

għal kull prijorità, spjegazzjoni dwar kwalunkwe differenza bejn l-ammonti ddikjarati skont il-punt (a) u l-ammonti ddikjarati f’applikazzjonijiet għall-pagament għall-istess sena kontabilistika.

4.   Il-kontijiet ma għandhomx ikunu ammissibbli jekk l-Istati Membri ma jkunux wettqu l-korrezzjonijiet meħtieġa biex jitnaqqas ir-riskju residwu fuq il-legalità u r-regolarità tan-nefqa inkluża fil-kontijiet għal inqas minn 2 %.

5.   L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jnaqqsu mill-kontijiet:

(a)

in-nefqa irregolari li tkun ġiet suġġetta għal korrezzjonijiet finanzjarji skont l-Artikolu 97;

(b)

in-nefqa li hi suġġetta għal valutazzjoni kontinwa tal-legalità u r-regolarità tagħha;

(c)

ammonti oħra kif meħtieġ biex titnaqqas għal 2 % ir-rata ta’ erruri residwi fin-nefqa ddikjarata fil-kontijiet.

L-Istat Membru jista’ jinkludi l-infiq taħt il-punt (b) tal-ewwel subparagrafu fl-applikazzjoni ta’ pagament fi snin ta’ kontabbiltà sussegwenti ladarba tiġi kkonfermata l-legalità u r-regolarità tagħha.

6.   L-Istati Membri jistgħu jissostitwixxu ammonti irregolari li jinkixfu wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet billi tagħmel l-aġġustamenti korrispondenti fil-kontijiet għas-sena ta’ kontabbiltà fejn tinkixef l-irregolarità, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 98.

7.   Bħala parti minn pakkett ta’ assigurazzjoni, l-Istat Membru għandu jippreżentaw għall-aħħar sena ta’ kontabbiltà ir-rapport finali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 38 jew l-aħħar rapport ta’ implimentazzjoni annwali għall-FEMS, AMIF, ISF u BMVI.

Artikolu 93

Eżami tal-kontijiet

Il-Kummissjoni għandha tissodisfa ruħha li l-kontijiet huma kompluti, preċiżi u veri, sal-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara t-tmiem tas-sena tal-kontijiet sakemm ma jkunx japplika l-Artikolu 96.

Artikolu 94

Kalkolu tal-bilanċ

1.   Meta tiddetermina l-ammont attribwibbli għall-Fondi għas-sena ta’ kontabbiltà u l-aġġustamenti konsegwenti fir-rigward tal-pagamenti lill-Istat Membru, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra:

(a)

l-ammonti fil-kontijiet imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 95(2) u li għalih għandha tiġi applikata r-rata ta’ kofinanzjament għal kull prijorità;

(b)

l-ammont totali ta’ pagamenti magħmula mill-Kummissjoni matul dik is-sena ta’ kontabbiltà li jikkonsisti minn:

2.   Meta jkun hemm ammont li jista’ jiġi rkuprat mill-Istat Membru, huwa għandu jkun soġġett għal ordni ta’ rkupru maħruġa mill-Kummissjoni li għandha tiġi eżegwita, fejn ikun possibbli, billi jitnaqqsu l-ammonti dovuti lill-Istat Membru għal pagamenti sussegwenti għall-istess programm operattiv. Dak l-irkupru ma għandux jikkostitwixxi korrezzjoni finanzjarja u ma għandux inaqqas l-appoġġ mill-Fondi għall-programm operazzjonali. L-ammont irkuprat għandu jikkostitwixxi dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu 177(3) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 95

Proċedura għall-eżami tal-kontijiet

1.   Il-proċedura stipulata fl-Artikolu 96 għandha tapplika f’xi waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-awtorità ta’ verifika tkun ipprovdiet opinjoni tal-awditjar kwalifikata jew negattiva minħabba raġunijiet marbuta mal-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet;

(b)

il-Kummissjoni għandha evidenza li tpoġġi fid-dubju l-affidabbiltà ta’ opinjoni ta’ awditu mhux kwalifikata.

2.   Fil-każijiet l-oħra kollha, il-Kummissjoni għandha tikkalkula l-ammonti attribwibbli għall-Fondi skont l-Artikolu 94 u tagħmel il-pagamenti rispettivi jew irkupri qabel l-1 ta’ Lulju. Dan il-pagament jew l-irkupru għandu jikkostitwixxi l-aċċettazzjoni tal-kontijiet.

Artikolu 96

Il-proċedura kontradittorja għall-eżami tal-kontijiet

1.   Jekk l-awtorità tal-verifika tipprovdi opinjoni tal-awditjar li tkun kwalifikata minħabba raġunijiet marbuta il-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet, il-Kummissjoni għandha titlob lill-Istat Membru jirrevedi l-kontijiet u jerġa’ jippreżenta d-dokumenti msemmija fl-Artikolu 92(1) fi żmien xahar.

Jekk sal-limitu ta’ żmien stabbilit fl-ewwel subparagrafu:

(a)

l-opinjoni tal-awditjar ma tkunx kwalifikata, għandu japplika l-Artikolu 94 u l-Kummissjoni għandha tħallas kwalunkwe ammont addizzjonali dovut jew tipproċedi għall-irkupru fi żmien xahrejn;

(b)

l-opinjoni tal-awditjar tkun għadha kwalifikata jew id-dokumenti ma jkunux ġew ippreżentati mill-ġdid mill-Istat Membru, għandhom japplikaw il-paragrafi 2, 3 u 4.

2.   Jekk l-opinjoni tal-awditjar tibqa’ kwalifikata minħabba raġunijiet marbuta mal-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet jew jekk l-opinjoni tal-awditjar tibqa’ affidabbli, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru dwar l-ammont attribwibbli għall-Fondi għas-sena ta’ kontabbiltà.

3.   Jekk l-Istat Membru jaqbel ma’ dan l-ammont fi żmien xahar, il-Kummissjoni għandha tħallas kwalunkwe ammont addizzjonali dovut jew jipproċedu għal irkupru skont l-Artikolu 94 fi żmien xahrejn.

4.   Jekk Stat Membru ma jaqbilx mal-ammont imsemmi fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont attribwibbli għall-Fondi għas-sena ta’ kontabbiltà. Dik id-deċiżjoni m ' għandhiex tikkostitwixxi korrezzjoni finanzjarja u m ' għandhiex tnaqqas l-appoġġ mill-Fond għall-programm operattiv. Il-Kummissjoni għandha tħallas kwalunkwe ammont addizzjonali dovut jew jipproċedu għal irkupru skont l-Artikolu 94 fi żmien xahrejn.

5.   Fir-rigward ta’ sena ta’ kontabbiltà, il-Kummissjoni għandha tħallas jew tirkupra l-bilanċ annwali tal-kontijiet ta’ programmi appoġġati mill-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni mhux aktar tard minn xahrejn wara d-data tal-aċċettazzjoni tar-rapport finali tal-prestazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 38.

KAPITOLU III

Korrezzjonijiet finanzjarji

Artikolu 97

Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom iħarsu l-baġit tal-Unjoni u japplikaw il-korrezzjonijiet finanzjarji permezz tal-kanċellazzjoni totali jew parzjali ta’ sostenn mill-Fondi għal operazzjoni jew programm meta n-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni tinstab li kienet irregolari.

2.   Il-korrezzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu rreġistrati fil-kontijiet għas-sena ta' kontabbiltà li fiha tkun ittieħdet id- deċiżjoni dwar il-kanċellazzjoni.

3.   L-appoġġ mill-Fondi mħassra jista’ jerġa’ jintuża mill-Istat Membru fi ħdan il-programm ikkonċernat ħlief għal operazzjoni li kienet is-suġġett ta’ dik il-korrezzjoni jew, fejn tkun saret korrezzjoni finanzjarja għal irregolarità sistemika, għal kwalunkwe operazzjoni affettwata mill-irregolarità sistemika.

4.   Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi għall-FEMS jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali għal korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri marbuta ma' nuqqas ta' konformità mar-regoli applikabbli skont il-Politika Komuni tas-Sajd.

5.   Permezz ta’ deroga mill-paragrafi minn 1 sa 3, f’operazzjonijiet li jinvolvu strumenti finanzjarji, il-kontribuzzjoni mħassra skont dan l-Artikolu, bħala riżultat ta’ irregolarità individwali, tista’ terġa’ tintuża fi ħdan l-istess operazzjoni bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

meta l-irregolarità li twassal għat-tħassir tal-kontribuzzjoni tiġi identifikata fil-livell tar-riċevitur finali: biss għal riċevituri finali oħrajn fl-istess strument finanzjarju;

(b)

meta l-irregolarità li twassal għat-tħassir tal-kontribuzzjoni tiġi identifikata fil-livell tal-korp li jimplimenta l-fond speċifiku, fejn strument finanzjarju jiġi implimentat permezz ta’ struttura b’fond ta’ parteċipazzjoni, biss għal korpi oħra li jimplimentaw fondi speċifiċi.

Jekk l-irregolarità li twassal għat-tħassir tal-kontribuzzjoni tinstab fil-livell tal-korp li jimplimenta l-fond ta’ parteċipazzjoni jew fil-livell tal-korp li jimplimenta strumenti finanzjarji fejn l-istrument finanzjarju huwa implimentat permezz ta' struttura mingħajr fond ta’ parteċipazzjoni, il-kontribuzzjoni mħassra ma tistax terġa' tintuża fi ħdan l-istess operazzjoni.

F'każ li ssir korrezzjoni finanzjarja għal irregolarità sistemika, il-kontribuzzjoni mħassra ma tistax terġa' tintuża għal xi operazzjoni affettwata mill-irregolarità sistemika."

6.   Il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jkunu responsabbli għar-rimborż tal-kontribuzzjonijiet tal-programm affettwat minn irregolaritajiet, flimkien mal-imgħax u kull gwadann ieħor iġġenerat minn dawn il-kontribuzzjonijiet.

Madankollu l-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji mhux se jkunu responsabbli għar-rimborżi tal-ammonti msemmija fl-ewwel subparagrafu sakemm juru li l-kundizzjonijiet kumulattivi segwenti jkunu ssodisfati:

(a)

l-irregolaritajiet seħħew fil-livell tar-riċevitur finali jew, fil-każ ta’ fond ta’ parteċipazzjoni, fil-livell ta’ korpi li jimplimentaw fondi speċifiċi jew riċevituri finali;

(b)

il-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji jkunu wettqu l-obbligi tagħhom fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tal-programm affettwati mill-irregolarità, skont il-liġi applikabbli u jaġixxu bil-grad ta’ kura professjonali, trasparenza u diliġenza mistennija minn korp professjonali b’esperjenza fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji;

(c)

l-ammonti affettwati mill-irregolarità ma setgħux ikunu rkuprati minkejja li l-korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju segwew il-miżuri kuntrattwali u legali kollha bid-diliġenza dovuta.

Artikolu 98

Korrezzjonijiet finanzjarji mill-kummissjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha tagħmel korrezzjonijiet finanzjarji billi tnaqqas l-appoġġ mill-Fondi għal programm fejn hija tikkonkludi li:

(a)

ikun hemm nuqqas serju li jkun poġġa f’riskju l-appoġġ mill-Fondi li jkun diġà tħallas għall-programm;

(b)

in-nefqa inkluża fil-kontijiet aċċettati tkun irregolari u ma tkunx ġiet osservata u rrappurtata mill-Istat Membru;

(c)

l-Istat Membru ma jkunx ikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 91 qabel il-ftuħ tal-proċedura ta’ korrezzjoni skont dan il-paragrafu;

Fejn il-Kummissjoni tapplika rata fissa jew korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati, dan għandu jsir skont l-Anness XXI.

2.   Qabel ma tieħu deċiżjoni dwar korrezzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istat Membru dwar il-konklużjonijiet tagħha u tagħti lill-Istat Membru l-opportunità li jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fi żmien xahrejn.

3.   Jekk l-Istat Membru ma jaċċettax il-konklużjonijiet provviżorji tal-Kummissjoni, l-Istat Membru għandu jiġi mistieden għal smigħ mill-Kummissjoni, sabiex jiġi żgurat li l-informazzjoni u l-osservazzjonijiet rilevanti kollha jkunu disponibbli bħala bażi għall-konklużjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-korrezzjoni finanzjarja.

4.   Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar korrezzjoni finanzjarja permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni fi żmien 12-il xahar mis-smigħ jew mill-preżentazzjoni tal-informazzjoni addizzjonali mitluba mill-Kummissjoni.

Meta tiddeċiedi dwar korrezzjoni finanzjarja, il-Kummissjoni għandha tqis l-informazzjoni u l-osservazzjonijiet kollha ppreżentati.

Jekk Stat Membru jaqbel dwar il-korrezzjoni finanzjarja għall-każijiet imsemmija fil-punti (a) u (c) tal-paragrafu 1 qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-Istat Membru jista’ juża mill-ġdid l-ammonti kkonċernati. Din il-possibbiltà ma għandhiex tapplika għal korrezzjoni finanzjarja għal każijiet imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1.

5.   Ir-regoli speċifiċi għall-Fondi għall-FEMS jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali għal korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri marbuta ma' nuqqas ta' konformità mar-regoli applikabbli skont il-Politika Komuni tas-Sajd.

KAPITOLU IV

Diżimpenn

Artikolu 99

Prinċipji u regoli diżimpenjati

1.   Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja kwalunkwe ammont fi programm li ma kienx intuża għal prefinanzjament f’konformità mal-Artikolu 84 jew li għalih ma ġietx ippreżentata applikazzjoni għall-pagament skont l-Artikoli 85 u 86 sas-26 sal-31 ta’ Diċembru tat-tieni tat-tielet sena kalendarja wara dik tal-impenji tal-baġit għas-snin 2021 sa 2026. [Em. 323]

2.   L-ammont li għandu jiġi kopert mill-prefinanzjament jew l-applikazzjonijiet ta’ pagament sal-limitu ta’ żmien stabbilit fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-baġit 2021 għandu jkun ta’ 60 % ta’ dak l-impenn. Għaxra fil-mija (10 %) tal-impenn tal-baġit tal-2021 għandu jiżdied ma’ kull impenn tal-baġit għas-snin 2022 sa 2025 għall-finijiet tal-kalkolu tal-ammonti li għandhom jiġu koperti. [Em. 324]

3.   Din il-parti tal-impenji li tkunu tkun għadha miftuħa fil-31 ta’ Diċembru 2029 2030 għandha tiġi diżimpenjata jekk il-pakkett tal-assigurazzjoni u r-rapport finali tal-prestazzjoni għall-programmi appoġġati mill-FSE mill-FSE+ , il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni ma jkunux intbagħtu lill-Kummissjoni sat-terminu perentorju stabbilit fl-Artikolu 38(1). [Em. 325]

Artikolu 100

Eċċezzjonijiet għar-regoli tad-diżimpenn

1.   L-ammont ikkonċernat minn diżimpenn għandu jitnaqqas bl-ammonti ekwivalenti għal dik il-parti tal-impenn baġitarju li għaliha:

(a)

l-operazzjonijiet ikunu sospiżi minn proċedura ġuridika jew appell amministrattiv li għandhom effett ta’ sospensjoni; jew

(b)

ma kienx possibbli li ssir applikazzjoni għal pagament minħabba raġunijiet ta’ forza maġġuri li jaffettwaw b’mod serju l-implimentazzjoni tal-programm kollu jew parti minnu.

(ba)

ma kienx possibbli li ssir applikazzjoni f'waqtha tal-pagament minħabba dewmien fil-livell tal-Unjoni għat-twaqqif tal-qafas legali u amministrattiv għall-fondi għall-perjodu 2017-2027. [Em. 326]

L-awtoritajiet nazzjonali li jiddikjaraw forza maġġuri għandhom juru l-konsegwenzi diretti tagħha fuq l-implementazzjoni tal-programm kollu jew ta' parti minnu.

2.   Sal-31 ta’ Jannar, l-Istat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-eċċezzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1 għall-ammont li jrid jiġi dikjarat sas-26 ta' Diċembru.

Artikolu 101

Proċedura għad-diżimpenn

1.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni li tkun irċeviet sal-31 ta' Jannar, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru u lill-awtorità ta’ ġestjoni dwar l-ammont tad-diżimpenn li jirriżulta minn dik l-informazzjoni.

2.   L-Istat Membru għandu jkollu xahrejn biex jaqbel mal-ammont li għandu jiġi diżimpenjat jew biex jissottometti l-osservazzjonijiet tiegħu. [Em. 327 ma taffettwax il-verżjoni Maltija]

3.   L-Istat Membru għandu jippreżenta lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju pjan ta' finanzjament rivedut li jirrifletti għas-sena finanzjarja kkonċernata l-ammont imnaqqas ta' sostenn rigward prijorità waħda tal-programm, jew rigward diversi prijoritajiet. Għall-programmi appoġġati minn aktar minn Fond wieħed, l-ammont tal-appoġġ għandu jitnaqqas skont il-Fond b’mod proporzjonali mal-ammonti kkonċernat mid-diżimpenn li ma kienx użat fis-sena kalendarja kkonċernata.

Fin-nuqqas li ssir tali preżentazzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-pjan ta’ finanzjament billi tnaqqas il-kontribuzzjoni mill-Fond għas-sena finanzjarja kkonċernata. Dan it-tnaqqis għandu jiġi allokat għal kull prijorità b’mod proporzjonat għall-ammonti kkonċernati mid-diżimpenn li ma kienx użat fis-sena kalendarja kkonċernata.

4.   Il-Kummissjoni għandha temenda d-deċiżjoni li tapprova l-programm sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Ottubru.

TITOLU VIII

QAFAS FINANZJARJU

Artikolu 102

Kopertura ġeografika tal-appoġġ għal Investiment bil-għan tat-tkabbir u l-impjiegi

1.   Il-FEŻR, il-FSE il-FSE+ u l-Fond ta’ Koeżjoni għandhom isostnu l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi fir-reġjuni kollha li jikkorrispondu għal-livell 2 tal-klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (reġjuni “NUTS livell 2”) stabbilita mir-Regolament (KE) Nru 1059/2003, kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 868/2014 2016/2066 . [Em. 328]

2.   Riżorsi mill-FEŻR u l-FSE + għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati fost it-tliet kategoriji tal-livell 2 NUTS li ġejjin:

(a)

reġjuni anqas żviluppati, li l-PDG minn ras għal ras tagħhom huwa anqas minn 75 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27.

(b)

reġjuni ta’ tranżizzjoni, li l-PDG minn ras għal ras tagħhom huwa bejn 75 % u 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27;

(c)

reġjuni aktar żviluppati, li l-PDG minn ras għal ras tagħhom huwa aktar minn 100 % tal-medja tal-PDG tal-UE-27.

Il-klassifikazzjoni tar-reġjuni taħt waħda mit-tliet kategoriji ta’ reġjuni għandha tkun iddeterminata fuq il-bażi ta’ kif il-PDG ras għal ras ta’ kull reġjun, imkejjel permezz tal-istandards tal-poter tal-akkwist (PPS) u kkalkolat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-Unjoni għall-perjodu 2014-2016, jirrelata mal-medja tal-PDG tal-UE-27 għall-istess perjodu ta’ referenza.

3.   Il-Fond ta’ Koeżjoni għandu jappoġġa lil dawk l-Istati Membri li l-ING per capita tagħhom, imkejjel f’PPS u kkalkolat fuq il-bażi tal-figuri tal-Unjoni għall-perjodu 2014-2016, ikun inqas minn 90 % tal-medja tal-ING per capita tal-UE-27 għall-istess perjodu ta’ referenza.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni permezz ta’ att implimentattiv li jistabbilixxi l-lista ta’ reġjuni li jissodisfaw il-kriterji ta’ waħda mit-tliet kategoriji ta’ reġjuni u tal-Istati Membri li jissodisfaw il-kriterji tal-paragrafu 3. Din il-lista għandha tkun valida mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 103

Riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

1.   Ir-riżorsi għal koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali disponibbli għall-impenji tal-baġit għall-perjodu 2021–2027 għandhom ikunu EUR 330 624 388 630 378 097 000 000 fi prezzijiet tal-2018. [Em. 329]

Għall-finijiet ta’ programmar u tal-inklużjoni sussegwenti fil-baġit tal-Unjoni, dan l-ammont għandu jiġi indiċizzat għal 2 % kull sena.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, li tistabbilixxi t-tqassim annwali tar-riżorsi globali skont l-Istat Membru fil-qafas tal-Investiment għall-mira tat-tkabbir u l-impjiegi, għal kull kategorija ta’ reġjuni, flimkien mal-lista ta’ reġjuni eliġibbli skont il-metodoloġija stabbilita fl-Anness XXII. L-allokazzjoni globali minima mill-Fondi, fil-livell nazzjonali, għandha tkun ugwali għal 76 % tal-baġit allokat lil kull Stat Membru jew reġjun matul il-perjodu 2014-2020. [Em. 330]

Din id-deċiżjoni tistipula wkoll it-tqassim annwali tar-riżorsi globali għal kull Stat Membru taħt il-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg).

Mingħajr preġudizzju għall-allokazzjonijiet nazzjonali għall-Istati Membri, il-finanzjament għar-reġjuni, li huma deklassifikati fil-kategorija għall-perjodu 2021-2027, għandhom jinżammu fil-livell tal-allokazzjonijiet għall-2014–2020. [Em. 429]

Minħabba l-importanza partikolari tal-finanzjament ta' koeżjoni għall-kooperazzjoni transfruntiera u transnazzjonali, u għar-reġjuni ultraperiferiċi, il-kriterji ta' eliġibbiltà għal tali finanzjament ma għandhomx ikunu inqas favorevoli minn dawk fil-perjodu 2014-2020, u għandhom jiżguraw kontinwità massima mal-programmi eżistenti. [Em. 331]

3.   0,35 % tar-riżorsi globali wara t-tnaqqis tal-appoġġ għall-FNE msemmija fl-Artikolu 104(4) għandhom jiġu allokati għal assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni.

Artikolu 104

Riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u għall-mira ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg)

1.   Ir-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jammontaw għal 97.5 97 % tar-riżorsi globali (jiġifieri, total ta’ EUR 322 194 388 630) u 366 754 000 000 (fi prezzijiet tal-2018). Minn dan l-ammont, EUR 5 900 000 000 għandhom jiġu allokati lill-Garanzija għat-Tfal mir-riżorsi taħt l-FSE+. Il-pakkett li jibqa' ta' EUR 360 854 000 000 (fi prezzijiet tal-2018) għandu jiġi allokat kif ġej: [Em. 332]

(a)

61,6 % (jiġifieri, total ta’ EUR 198 621 593 157 222 453 894 000 ) għar-reġjuni anqas inqas żviluppati; [Em. 333]

(b)

14,3 % (jiġifieri, total ta’ EUR 45 934 516 595 51 446 129 000 ) għar-reġjuni fi tranżizzjoni; [Em. 334]

(c)

10,8 % (jiġifieri, total ta’ EUR 34 842 689 000 39 023 410 000 ) għar-reġjuni aktar żviluppati; [Em. 335]

(d)

12,8 % (jiġifieri, total ta’ EUR 41 348 556 877 46 309 907 000 ) għall-Istati Membri appoġġati mill-Fond ta’ Koeżjoni; [Em. 336]

(e)

0,4 % (jiġifieri, total ta’ EUR 1 447 034 001 1 620 660 000 ) bħala finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda identifikati fl-Artikolu 349 tat-Trattat u reġjuni tal-livell 2 NUTS li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta’ Adeżjoni tal-1994. [Em. 337]

2.   Fl-2024, il-Kummissjoni għandha, fl-aġġustament tekniku tagħha għas-sena 2025 f’konformità mal-Artikolu [6] tar-Regolament (UE, Euratom) [[…] (ir-Regolament QFP)], tirrieżamina l-allokazzjonijiet totali taħt l-għan ta’ Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi ta’ kull Stat Membru għall-perjodu 2025 sal-2027.

Il-Kummissjoni għandha, fir-rieżami tagħha tapplika l-metodu ta’ allokazzjoni stabbilit fl-Anness XXII fuq il-bażi tal-istatistika l-aktar reċenti disponibbli dak iż-żmien.

Wara l-aġġustament tekniku, il-Kummissjoni għandha temenda l-att ta’ implimentazzjoni billi tfassal rendikont annwali rivedut imsemmi fl-Artikolu 103(2).

3.   L-ammont ta’ riżorsi Ir-riżorsi disponibbli għall-FSE+ għandhom jammontaw għal 28,8 % tar-riżorsi taħt il-mira “Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi”għandu jkun ta’ (jiġifieri EUR 88 646 194 590 105 686 000 000 fi prezzijiet tal-2018). Dan ma jinkludix il-pakkett finanzjarju għall-fergħa tal-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali jew il-fergħa tas-Saħħa . [Em. 338]

L-ammont ta’ finanzjament addizzjonali għar-reġjuni l-aktar imbiegħda msemmija fil-punt (e) fil-paragrafu 1 allokati lill-FSE + għandu jkun ta’ jikkorrispondi għal 0,4 % tar-riżorsi msemmija fl-ewwel subparagrafu (jiġifieri EUR 376 928 934 424 296 054 fi prezzijiet tal-2018) . [Em. 339]

4.   L-ammont ta' sostenn mill-Fond ta’ Koeżjoni li għandu jiġi ttrasferit għall-FNE għandu jkun ta’ EUR 10 000 000 000 4\ 000 000 000 fi prezzijiet tal-2018 . Huwa għandu jintefaq fuq proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport filwaqt li jitqiesu l-bżonnijiet tal-infrastruttura ta' investiment tal-Istati Membri u r-reġjuni, billi jitnedew sejħiet speċifiċi f’konformità mar-Regolament (UE) [numru tar-Regolament CEF il-ġdid] esklussivament fl-Istati Membri eliġibbli għal finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni. [Em. 340]

Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjoni, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, li jistabbilixxi l-ammont li għandu jiġi trasferit mill-allokazzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni ta' kull Stat Membru għall-FNE liema ammont għandu jiġi ddeterminat fuq bażi pro rata, għall-perjodu sħiħ.

L-allokazzjoni tal-Fond ta’ Koeżjoni ta' kull Stat Membru għandha titnaqqas skont dan.

L-approprjazzjonijiet annwali li jikkorrispondu għas-sostenn mill-Fond ta' Koeżjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu għandhom jiddaħħlu fil-linji tal-baġit rilevanti tal-FNE mill-eżerċizzju tal-baġit tal-2021.

Tletin fil-mija (30 %) tar-riżorsi trasferiti għall-FNE għandhom ikunu disponibbli immedjatament wara t-trasferiment lill-Istati Membri kollha eliġibbli għall-iffinanzjar mill-Fond ta’ Koeżjoni biex jiġu ffinanzjati proġetti tal-infrastruttura tat-trasport f’konformità mar-Regolament (UE) [ir-Regolament CEF il-ġdid]. [Em. 341]

Ir-regoli applikabbli għas-settur tat-trasport skont ir-Regolament (UE) [ir-Regolament CEF il-ġdid] għandhom japplikaw għas-sejħiet speċifiċi msemmijin fl-ewwel subparagrafu. Sal-31 ta’ Diċembru 2023, l-għażla tal-proġetti eliġibbli għall-finanzjament għandha tirrispetta l-allokazzjonijiet nazzjonali taħt il-Fond ta’ Koeżjoni fir-rigward ta’ 70 % tar-riżorsi trasferiti għall-FNE. [Em. 342]

Sa mill-1 ta’ Jannar 2024, ir-riżorsi trasferiti għall-FNE li kienu għandhom ma ġewx impenjati għal proġett tal-infrastruttura tat-trasport għandhom ikunu disponiblli għall-Istati Membri kollha eliġibbli għall-finanzjament mill-Fond ta’ Koeżjoni għal finanzjament ta’ proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport f’konformità mar-Regolament (UE) [ir-Regolament CEF il-ġdid].

5.   Il-EUR 500 000 000 EUR 560 000 000 fi prezzijiet tal-2018 tar-riżorsi għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati għal tal-Inizjattiva Urbana Ewropea taħt ġestjoni diretta jew indiretta mill-Kummissjoni.

6.   Il-EUR 175 000 000 EUR 196 000 000 fi prezzijiet tal-2018 tar-riżorsi ESF+ FSE+ għall-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi għandhom jiġu allokati għal kooperazzjoni transnazzjonali li tappoġġa s-soluzzjonijiet innovattivi taħt ġestjoni diretta jew indiretta. [Em. 344]

7.   Ir-riżorsi għall-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) għandhom jammontaw għal 2.5 % tar-riżorsi globali disponibbli għall-impenji tal-baġit mill-Fondi għall-perjodu 2021-2027 (jiġifieri total ta’ EUR 8 430 000 000 11 343 000 000 fi prezzijiet tal-2018 ). [Em. 345]

Artikolu 105

Trasferibbiltà tar-riżorsi

1.   Il-Kummissjoni tista’ taċċetta proposta minn Stat Membru fil-preżentazzjoni tagħha tal-Ftehim ta’ Sħubija jew fil-kuntest tar-reviżjoni ta’ nofs it-terminu, għal trasferiment:

(a)

ta’ mhux aktar minn 15 5 % tal-allokazzjonijiet totali għar-reġjuni inqas żviluppati u r-reġjuni ta’ tranżizzjoni jew reġjuni aktar żviluppati u reġjuni ta’ tranżizzjoni għal reġjuni aktar żviluppati; [Em. 346]

(b)

mill-allokazzjonijiet għar-reġjuni aktar żviluppati jew reġjuni ta’ tranżizzjoni għal reġjuni inqas żviluppati.

2.   L-ammont totali ta’ fondi allokati lil kull Stat Membru fir-rigward tal-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi u l-għan tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) ma għandhomx ikunu trasferibbli bejn dawn l-għanijiet.

Artikolu 106

Determinazzjoni tar-rati ta’ kofinanzjament

1.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm għandha tiffissa r-rata ta’ kofinanzjament u l-ammont massimu ta’ sostenn mill-Fondi għal kull prijorità.

2.   Għal kull assi ta' prijorità, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk ir-rata ta’ kofinanzjament għall-assi ta' prijorità għandhiex tiġi applikata:

(a)

il-kontribuzzjoni totali, inkluża kontribuzzjoni pubblika u privata;

(b)

Kontribuzzjoni pubblika

3.   Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għan ta’ Investiment għall-impjiegi u t-tkabbir fil-livell ta’ kull prijorità ma għandhiex tkun ogħla minn:

(a)

70 85 % għal reġjuni aktar inqas żviluppati; [Em. 347]

(b)

55 65 % għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni; [Em. 348]

(c)

40 50 % għal reġjuni aktar żviluppati; [Em. 349 u 447]

Ir-rati ta’ kofinanzjament stabbiliti skont il-punt (a), għandhom japplikaw ukoll għal reġjuni l-aktar imbiegħda ultraperiferiċi u għall-allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi . [Em. 350]

Ir-rata ta’ kofinanzjament għall-Fond ta’ Koeżjoni fil-livell ta’ kull prijorità ma għandhiex tkun ogħla minn 70 85 %. [Em. 351]

Ir-Regolament ESF+ FSE+, f'każijiet debitament iġġustifikati, jista’ jistabbilixxi rati ta’ kofinanzjament ogħla għal azzjonijiet innovattivi sa massimu ta' 90 % għal prijoritajiet li jappoġġaw azzjonijiet innovattivi skont l-Artikolu [ 13] u l-Artikolu [4(1)(x)] u [(xi) ] ta' dak ir-Regolament , kif ukoll għal programmi li jindirizzaw il-privazzjoni materjali skont l-Artikolu [9], il-qgħad fost iż-żgħażagħ skont l-Artikolu [10], l-appoġġ tal-Garanzija Ewropea għat-Tfal skont l-Artikolu [10a] u l-kooperazzjoni transnazzjonali skont l-Artikolu [11b] . [Em. 352]

4.   Ir-rata ta’ kofinanzjament għal programmi Interreg ma għandhiex tkun ogħla minn 70 85 %. [Em. 353]

Ir-Regolament KTE jista’ jistabbilixxi rati ogħla ta’ kofinanzjament għal programmi ta’ kooperazzjoni transkonfinali esterni taħt il-mira tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (Interreg).

4a.     L-Istati Membri jistgħu, f'każ debitament ġustifikat, jagħmlu talba għal aktar flessibbiltà fil-qafas kurrenti tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir għan-nefqa pubblika jew strutturali ekwivalenti, appoġġata mill-amministrazzjoni pubblika permezz tal-kofinanzjament ta' investimenti bħala parti mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta bir-reqqa t-talba rispettiva meta tkun qed tiddefinixxi l-aġġustament fiskali taħt jew il-parti preventiva jew dik korrettiva tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir b'mod li jkun jirrifletti l-importanza strateġika tal-investimenti. [Em. 453]

5.   Il-miżuri ta' għajnuna teknika implementati fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha jistgħu jiġu ffinanzjati bir-rata ta' 100 %.

TITOLU IX

DELEGI TA’ SETGĦAT, DISPOŻIZZJONIJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI, TRANŻIZZJONALI U FINALI:

KAPITOLU I

Delegi ta’ setgħat u dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni

Artikolu 107

Delega tas-setgħa

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 108 biex temenda l-Annessi għal dan ir-Regolament sabiex tadatta għal bidliet li jseħħu matul il-perjodu ta’ programmazzjoni għal elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, ħlief għall-Annessi III, IV, X u XXII. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 108 sabiex temenda u tadatta r-Regolament ta' Delega (UE) 204/2014, imsemmi fl-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament. [Em. 354]

Artikolu 108

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(3), fl-Artikolu 63(10), fl-Artikolu 73(4), fl-Artikolu 88(4), fl-Artikolu 89(4) u fl-Artikolu 107 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sal-31 ta' Diċembru 2027 . [Em. 355]

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli fl-Artikolu 6(3), l-Artikolu  63(10), l-Artikolu 73(4), l-Artikolu 88(4) u , l-Artikolu 89(1 ) 89(4) u l-Artikolu 107 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikati f'dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ. [Em. 356]

4.   Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti magħżula minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.   Hekk kif tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.

6.   Att delegat adottat skont Artikolu 6(3), l-Artikolu 63(10), l-Artikolu 73(4), l-Artikolu 88(4) u l-Artikolu 89(4) u 107 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma infurmaw lill-Kummissjoni li mhux se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jkun estiż b'[xahrejn] bl-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 357]

Artikolu 109

Proċedura ta’ Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistia minn Kumitat. Dan il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

KAPITOLU II

Dispożizzjonijiet tranżizzjonali jew finali

Artikolu 110

Dispożizzjonijiet tranżitorji

Ir-Regolament (KE) Nru 1303/2013 jew xi att ieħor applikabbli għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 għandu jkompli japplika għal programmi u operazzjonijiet appoġġati mill-FEŻR, il-FSE, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FEMS f'dan il-perjodu.

Artikolu 111

Kundizzjonijiet għal operazzjonijiet soġġetti għal implimentazzjoni maqsuma f’fażijiet

1.   L-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tipproċedi bl-għażla ta’ operazzjoni li tikkonsisti mit-tieni fażi ta’ operazzjoni magħżula għal appoġġ u mibdija skont ir-Regolament (KE) Nru 1303/2013, dment li l-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin huma ssodisfati:

(a)

l-operazzjoni, kif magħżula għal appoġġ skont ir-Regolament (KE) Nru 1303/2013, għandha żewġ fażijiet identifikabbli mill-aspett finanzjarju b’rendikonti tal-awditjar separati;

(b)

il-kost totali tal-operazzjoni jaqbeż l-EUR 10 miljun;

(c)

in-nefqa inkluża fl-applikazzjoni tal-pagament fir-rigward tal-ewwel fażi mhumiex inklużi taħt kull applikazzjoni għal pagament fir-rigward tat-tieni fażi;

(d)

it-tieni fażi tal-operazzjoni tikkonforma mal-liġi applikabbli u hija eliġibbli għal appoġġ mill-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni taħt id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jew tar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi;

(e)

l-Istat Membru jimpenja ruħu li matul il-perjodu ta’ programmazzjoni jlesti u jibda jħaddem it-tieni u l-aħħar fażi fir-rapport finali dwar l-implimentazzjoni ppreżentat skont l-Artikolu 141 tar-Regolament (KE) Nru 1303/2013.

2.   Id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw għat-tieni fażi tal-operazzjoni.

Artikolu 112

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 83.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 41.

(3)  ĠU C 17, 14.1.2019, p. 1.

(4)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2019.

(5)  ĠU L […], […], p. […].

(6)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej(ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).

(7)  [Ir-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, li jemenda d-Direttiva 94/22/KE, id-Direttiva 98/70/KE, id-Direttiva 2009/31/KE, ir-Regolament (KE) Nru 663/2009, ir-Regolament (KE) Nru 715/2009, id-Direttiva 2009/73/KE, id-Direttiva tal-Kunsill 2009/119/KE, id-Direttiva 2010/31/UE, id-Direttiva 2012/27/UE, id-Direttiva 2013/30/UE u d-Direttiva tal-Kunsill (UE) 2015/652 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 (COM/2016/0759 final/2 – 2016/0375 (COD)]

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru […] dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-Kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-istrumenti ta’ finanzjament estern (OJ L […], […], p. […]).

(9)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 13.

(10)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(11)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(12)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.)

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(15)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

(17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 868/2014 tat-8 ta' Awwissu 2014 2066 / 2016 tal-21 ta' Novembru 2016 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' klassifikazzjoni komuni ta' unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 241, 13.8. 322 , 29 . 11.2016 , p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru […] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar [FNE] (ĠU L […], […], p. […])]

(19)   Is-7 rapport tal-Kummissjoni dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, intitolat “Ir-Reġjun tiegħi, L-Ewropa tiegħi, Il-Futur tagħna: Is-7 rapport dwar il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali” (COM(2017) 0583, 9 ta' Ottubru 2017).

(20)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(21)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(22)  ĠU L , , p. .

(23)  ĠU L , , p. .

(24)  ĠU L , , p. .

(25)  ĠU L , , p. .

(26)  ĠU L , , p. .

(27)  ĠU L , , p. .

(28)  ĠU L , , p. .

(29)   ĠU L 352, 24.12.2013, p. 1.

(30)   ĠU L 352, 24.12.2013, p. 9.

(31)   ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45.

(32)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(33)  Ir-Regolament (KE) Nru 1082/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar raggruppament Ewropew ta’ kooperazzjoni territorjali (REKT) (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 19).

(34)  [Ir-Regolament (UE) Nru […] dwar […] (ĠU L […], […], p. […])].

(35)  Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 240/2014 tas-7 ta’ Jannar 2014 dwar il-kodiċi tal-kondotta Ewropea dwar sħubija fil-qafas ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (ĠU L 74, 14.3.2014, p. 1).

(36)  Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25).

(37)  Ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25).

(38)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta’ pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002).

(39)  Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b’diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1).

(40)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1467/97 tal-7 ta’ Lulju 1997 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 209, 2.8.1997, p. 6).

(41)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/218 tas-6 ta' Frar 2017 dwar ir-reġistru tal-flotta tas-sajd tal-Unjoni (ĠU L 34, 9.2.2017, p. 9).

(42)  Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).

(43)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(44)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(45)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(46)  Id-Direttiva 2014/52/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 2011/92/UE dwar il-valutazzjoni tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 124 of 25.4.2014, p. 1).

(47)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat- 18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagamenti ta' l-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1).

(48)  Ir-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-Żona tal-Euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1).

ANNESS I

Dimensjonijiet u kodiċijiet għat-tipi ta’ intervent għall-FEŻR, il-FSE u l-Fond ta’ Koeżjoni – l-Artikolu 17(5)

TABELLA 1: IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-QASAM TAL-INTERVENT

 

IL-QASAM TAL-INTERVENT

Il-koeffiċjent għall-kalkolu ta’ appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima

Il-koeffiċjent għall-kalkolu ta’ appoġġ għall-objettivi ambjentali

L-OBJETTIV TAL-POLITIKA 1: EWROPA AKTAR INTELLIĠENTI BILLI NIPPROMWOVU TRASFORMAZZJONI EKONOMIKA INNOVATTIVA U INTELLIĠENTI

001

Investiment f’assi fissi f’mikrointrapriżi direttament marbuta ma’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni jew marbuta mal-kompetittività [Em. 359]

0 %

0 %

002

Investiment f’assi fissi f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni jew marbuta mal-kompetittività [Em. 360]

0 %

0 %

003

Investiment f’assi fissi f’ċentri ta’ riċerka pubblika u edukazzjoni għolja direttament marbuta ma’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni

0 %

0 %

004

Investiment f’assi intanġibbli f’mikrointrapriżi direttament marbuta ma’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni jew marbuta mal-kompetittività [Em. 361]

0 %

0 %

005

Investiment f’assi intanġibbli f’intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (inklużi ċentri tar-riċerka privati) direttament marbuta ma’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni jew marbuta mal-kompetittività [Em. 362]

0 %

0 %

006

Investiment f’assi intanġibbli f’ċentri ta’ riċerka pubblika u edukazzjoni għolja direttament marbuta ma’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni

0 %

0 %

007

Attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni f’intrapriżi mikro inkluż in-netwerking (riċerka industrijali, żvilupp sperimentali, studji dwar il-fattibbiltà)

0 %

0 %

008

L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fl-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, inkluż in-netwerking

0 %

0 %

009

L-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni fiċ-ċentri pubbliċi ta’ edukazzjoni ogħla, ċentri ta’ riċerka u ċentri ta’ kompetenza inkluż in-netwerking (riċerka industrijali, żvilupp sperimentali, studji dwar il-fattibbiltà)

0 %

0 %

010

Id-diġitalizzazzjoni għall-SMEs (inkluż il-kummerċ elettroniku, in-negozju elettroniku u l-proċessi ta’ negozji f’netwerk, ċentri tal-innovazzjoni diġitali, laboratorji ħajjin, intraprendituri tal-web u negozji tal-ICT li għadhom jibdew, B2B)

0 %

0 %

011

Soluzzjonijiet tal-ICT u tas-servizzi elettroniċi, u l-applikazzjonijiet tal-gvern

0 %

0 %

012

Servizzi tal-IT u applikazzjonijiet għal ħiliet diġitali u l-inklużjoni diġitali

0 %

0 %

013

Servizzi u applikazzjonijiet tas-saħħa elettronika (inkluż il-kura elettronika, l-Internet tal-Oġġetti għall-attività fiżika u l-għajxien megħjun kontestwalment)

0 %

0 %

014

L-infrastruttura kummerċjali għall-SMEs (fosthom parks u siti industrijali)

0 %

0 %

015

L-iżvilupp tan-negozju u l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs

0 %

0 %

016

L-iżvilupp tal-ħiliet għall-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti, it-tranżizzjoni industrijali u l-intraprenditorija

0 %

0 %

017

Servizzi ta’ appoġġ avvanzat għall-SMEs u l-gruppi ta’ SMEs (inklużi s-servizzi ta’ ġestjoni, kummerċjalizzazzjoni u disinn)

0 %

0 %

018

L-inkubazzjoni, l-appoġġ għal spin offs u spin outs u bidu ta’ negozji

0 %

0 %

019

Ir-raggruppamenti u n-netwerks kummerċjali primarjament ta’ benefiċċju għall-SMEs

0 %

0 %

020

Proċessi ta’ innovazzjoni fl-SMEs (innovazzjoni fil-proċess, organizzattiva, fil-marketing, fil-kokreazzjoni, u mmexxija mill-utenti u mid-domanda)

0 %

0 %

021

It-trasferiment tat-teknoloġija u l-kooperazzjoni bejn l-intrapriżi, iċ-ċentri ta’ riċerka u s-settur tal-edukazzjoni ogħla

0 %

0 %

022

Il-proċessi ta’ riċerka u innovazzjoni, it-trasferiment tat-teknoloġija u l-kooperazzjoni bejn l-impriżi li jiffokaw fuq l-ekonomija b’livelli baxxi ta’ karbonju, ir-reżiljenza u l-adattament għat-tibdil fil-klimaa

100 %

40 %

023

Il-proċessi ta’ riċerka u innovazzjoni, it-trasferiment ta’ teknoloġija u kooperazzjoni bejn intrapriżi li jiffokaw fuq ekonomija ċirkolari

40 %

100 %

L-OBJETTIV TAL-POLITIKA 2: EWROPA AKTAR EKOLOĠIKA, B’LIVELL BAXX TA’ EMISSJONIJIET TA’ KARBONJU PERMEZZ TAT-TRANŻIZZJONI LEJN ENERĠIJA NADIFA U ĠUSTA, INVESTIMENT EKOLOĠIKU U BLU, L-EKONOMIJA ĊIRKOLARI, L-ADATTAMENT GĦAT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-PREVENZJONI U L-ĠESTJONI TAR-RISKJU MARBUT MIEGĦU

024

L-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-proġetti ta’ dimostrazzjoni fl-SMEs u l-miżuri ta’ appoġġ

100 %

40 %

025

Ir-renovazzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija tal-ammont ta’ djar eżistenti, il-proġetti ta’ dimostrazzjoni u l-miżuri ta’ appoġġ

100 %

40 %

026

Ir-renovazzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija ta’ proġetti pubbliċi ta’ dimostrazzjoni tal-infrastruttura u l-miżuri ta’ appoġġ

100 %

40 %

027

Appoġġ lill-impriżi li jipprovdu servizzi li jikkontribwixxu għal ekonomija b’konsum baxx tal-karbonju u reżiljenza għat-tibdil fil-klima

100 %

40 %

028

Enerġija rinnovabbli: riħ

100 %

40 %

029

Enerġija rinnovabbli: solari

100 %

40 %

030

Enerġija rinnovabbli: bijomassa

100 %

40 %

031

Enerġija rinnovabbli: marittima

100 %

40 %

032

Enerġija rinnovabbli oħra (inkluża enerġija ġeotermali)

100 %

40 %

033

Sistemi ta’ Distribuzzjoni ta’ Enerġija Intelliġenti b’livelli ta’ vultaġġ medju u baxx (inklużi grids intelliġenti u sistemi tal-ICT) u l-ħżin relatat

100 %

40 %

034

Koġenerazzjoni ta’ effiċjenza għolja, tisħin u tkessiħ distrettwali

100 %

40 %

035

Miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima: għargħar u wqigħ tal-art (inkluż is-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u s-sistemi u l-infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri)

100 %

100 %

036

Miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima: nirien (inkluż is-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u s-sistemi u l-infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri)

100 %

100 %

037

Miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskji relatati mal-klima: oħrajn, pereż. il-maltempati u n-nixfa (inkluż is-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u s-sistemi u l-infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri)

100 %

100 %

038

Il-prevenzjoni tar-riskji u l-ġestjoni ta’ riskji naturali mhux relatati mal-klima (jiġifieri terremoti) u riskji marbuta ma’ attivitajiet tal-bniedem (pereż. aċċidenti teknoloġiċi) inklużi s-sensibilizzazzjoni, il-protezzjoni ċivili u sistemi u infrastrutturi għall-ġestjoni tad-diżastri

0 %

100 %

039

Il-provvista tal-ilma għall-konsum mill-bniedem (estrazzjoni, trattament, ħażna u infrastruttura għad-distribuzzjoni, miżuri ta’ effiċjenza, il-provvista tal-ilma tax-xorb)

0 %

100 %

040

Il-ġestjoni tal-ilma u l-konservazzjoni tar-riżorsi tal-ilma (fosthom il-ġestjoni tal-baċin tax-xmara, miżuri ta’ adattament għat-tibdil fil-klima speċifiċi, l-użu mill-ġdid, tnaqqis ta’ tnixxijiet mhux intenzjonati)

40 %

100 %

041

Ġbir u trattament tal-ilma mormi

0 %

100 %

042

Il-ġestjoni tal-iskart domestiku: il-prevenzjoni, il-minimizzazzjoni, is-separazzjoni, il-miżuri ta’ riċiklaġġ

0 %

100 %

043

Il-ġestjoni tal-iskart domestiku: it-trattament mekkaniku bijoloġiku, it-trattament termali

0 %

100 % [Em. 364]

044

Il-ġestjoni ta’ skart kummerċjali, industrijali jew perikoluż

0 %

100 %

045

Il-promozzjoni tal-użu ta’ materjali riċiklati bħala materja prima

0 %

100 %

046

Ir-riabilitazzjoni tas-siti industrijali u tal-art ikkontaminata

0 %

100 %

047

L-appoġġ għall-proċessi ta’ produzzjoni li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent u l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi fl-SMEs

40 %

40 %

048

Miżuri għall-kwalità tal-arja u għat-tnaqqis tal-ħsejjes

40 %

100 %

049

Il-protezzjoni, ir-restawr u l-użu sostenibbli tas-siti ta’ Natura 2000

40 %

100 %

050

Il-protezzjoni tan-natura u tal-bijodiversità, l-infrastruttura ekoloġika

40 %

100 %

L-OBJETTIV TAL-POLITIKA 3: EWROPA AKTAR KONNESSA BILLI TISSAĦĦAĦ IL-MOBBILTÀ U L-KONNETTIVITÀ TAL-ICT REĠJONALI

051

ICT: Netwerk broadband b’Kapaċità Kbira Ħafna (in-netwerk backhaul/ewlieni)

0 %

0 %

052

ICT: Netwerk broadband b’Kapaċità Kbira Ħafna (loop lokali/ta’ aċċess bi prestazzjoni li hija ekwivalenti għal installazzjoni tal-fibra ottika sal-punt tad-distribuzzjoni fil-post tas-servizz għal bini b’ħafna abitazzjonijiet)

0 %

0 %

053

ICT: Netwerk broadband b’Kapaċità Kbira Ħafna (loop lokali/ta’ aċċess bi prestazzjoni li hija ekwivalenti għal installazzjoni tal-fibra ottika sal-punt tad-distribuzzjoni fil-post tas-servizz għal djar u bini kummerċjali)

0 %

0 %

054

ICT: Netwerk broadband b’Kapaċità Kbira Ħafna (loop lokali/ta’ aċċess bi prestazzjoni li hija ekwivalenti għal installazzjoni ta’ fibra ottika sal-istazzjon bażi għal komunikazzjoni bla fili avvanzata)

0 %

0 %

055

ICT: Tipi oħra ta’ infrastrutturi tal-ICT (inklużi riżorsi tal-kompjuter fuq skala kbira / tagħmir, ċentri tad-data, tagħmir ieħor b’sensuri u bla fili)

0 %

0 %

056

Awtostradi , pontijiet u toroq mibnija ġodda – in-netwerk ewlieni TEN-T [Em. 365]

0 %

0 %

057

Awtostradi , pontijiet u toroq mibnija ġodda – in-netwerk komprensiv TEN-T [Em. 366]

0 %

0 %

058

Links tat-toroq li għadhom kif inbnew magħqudin ma’ netwerks tat-toroq u nodi TEN-T

0 %

0 %

059

Toroq ta’ aċċess oħra li għadhom kif inbnew, nazzjonali, reġjonali u lokali

0 %

0 %

060

Awtostradi , pontijiet u toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba – in-netwerk ewlieni TEN-T [Em. 367]

0 %

0 %

061

Awtostradi , pontijiet u toroq mibnija mill-ġdid jew imtejba – in-netwerk komprensiv TEN-T [Em. 368]

0 %

0 %

062

Toroq oħra mibnija mill-ġdid jew imtejba (awtostradi, toroq nazzjonali, reġjonali jew lokali)

0 %

0 %

063

Diġitalizzazzjoni tat-trasport: toroq

40 %

0 %

064

Linji ferrovjarji mibnija ġodda – in-netwerk ewlieni TEN-T

100 %

40 %

065

Linji ferrovjarji mibnija ġodda – in-netwerk komprensiv TEN-T

100 %

40 %

066

Linji ferrovjarji mibnija ġodda oħra

100 %

40 %

067

Linji ferrovjarji mibnija mill-ġdid jew imtejba – in-netwerk ewlieni TEN-T

0 %

40 %

068

Linji ferrovjarji mibnija mill-ġdid jew imtejba – in-netwerk komprensiv TEN-T

0 %

40 %

069

Linji ferrovjarji oħra mibnija mill-ġdid jew imtejba

0 %

40 %

070

Diġitalizzazzjoni tat-trasport: linji ferrovjarji

40 %

0 %

071

Sistema Ewropea tal-Ġestjoni tat-Traffiku Ferrovjarju (ERTMS)

0 %

40 %

072

Assi ferrovjarji mobbli

40 %

40 %

073

Infrastruttura tat-trasport urban nadif

100 %

40 %

074

Materjal fuq ir-roti tat-trasport urban nadif

100 %

40 %

075

Infrastruttura ċiklistika

100 %

100 %

076

Diġitalizzazzjoni tat-trasport urban

40 %

0 %

077

Infrastruttura tal-fjuwils alternattivi

100 %

40 %

078

Trasport multimodali (TEN-T)

40 %

40 %

079

Trasport multimodali (mhux urban)

40 %

40 %

080

Portijiet (TEN-T)

40 %

0 %

081

Portijiet oħra

40 %

0 %

082

Passaġġi tal-ilma interni u portijiet (TEN-T)

40 %

0 %

083

Passaġġi fuq l-ilma interni u portijiet (reġjonali u lokali)

40 %

0 %

084

Diġitalizzazzjoni tat-trasport: modi oħra ta’ trasport

40 %

0 %

L-OBJETTIV TAL-POLITIKA 4: EWROPA AKTAR SOĊJALI BL-IMPLIMENTAT IL-PILASTRU EWROPEW TAD-DRITTIJIET SOĊJALI

085

Infrastruttura għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal

0 %

0 %

086

Infrastruttura għall-edukazzjoni primarja u sekondarja

0 %

0 %

087

Infrastruttura għall-edukazzjoni terzjarja

0 %

0 %

088

Infrastruttura għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u għat-tagħlim tal-adulti

0 %

0 %

089

Infrastruttura għad-djar għall-migranti, ir-refuġjati u l-persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li qed japplikaw għaliha

0 %

0 %

090

Infrastruttura għad-djar (għajr għall-migranti, ir-refuġjati u l-persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li qed japplikaw għaliha)

0 %

0 %

091

Infrastruttura soċjali oħra li tikkontribwixxi għall-inklużjoni soċjali fil-komunità

0 %

0 %

092

Infrastruttura tas-saћћa

0 %

0 %

093

Tagħmir tas-saħħa

0 %

0 %

094

Assi mobbli tas-saħħa

0 %

0 %

095

Diġitalizzazzjoni fil-kura tas-saħħa

0 %

0 %

096

Infrastruttura għall-akkoljenza temporanja għall-migranti, ir-refuġjati u l-persuni taħt protezzjoni internazzjonali jew li qed japplikaw għaliha

0 %

0 %

097

Miżuri li jtejbu l-aċċess għall-impjiegi

0 %

0 %

098

Miżuri biex jiġi promoss l-aċċess għall-impjiegi ta’ persuni qiegħda fit-tul

0 %

0 %

099

Appoġġ speċifiku għall-impjieg taż-żgħażagħ u għall-integrazzjoni soċjoekonomika taż-żgħażagħ

0 %

0 %

100

Appoġġ għall-impjiegi indipendenti u għall-ftuħ ta’ negozji

0 %

0 %

101

Appoġġ għall-ekonomija soċjali u l-intrapriżi soċjali

0 %

0 %

102

Miżuri li jimmodernizzaw u jsaħħu l-istituzzjonijiet u s-servizzi tas-suq tax-xogħol biex tiġi vvalutata u żgurata assistenza f’waqtha u mfassla apposta

0 %

0 %

103

Appoġġ għall-adattament għas-suq tax-xogħol u t-tranżizzjonijiet fih

0 %

0 %

104

Appoġġ għall-mobbiltà tal-forza tax-xogħol

0 %

0 %

105

Miżuri li jippromwovu l-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol u li jnaqqsu s-segregazzjoni fis-suq tax-xogħol ibbażata fuq is-sessi

0 %

0 %

106

Miżuri li jippromwovu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, inkluż l-aċċess għall-kura tat-tfal u l-kura għall-persuni dipendenti

0 %

0 %

107

Miżuri għal ambjent tax-xogħol san u adattat sew li jindirizza r-riskji għas-saħħa, inkluża l-promozzjoni tal-attività fiżika

0 %

0 %

108

Appoġġ għall-iżvilupp ta’ ħiliet diġitali

0 %

0 %

109

Appoġġ għall-adattament ta’ ħaddiema, intrapriżi u intraprendituri għall-bidla

0 %

0 %

110

Miżuri li jinkoraġġixxu tixjieħ attiv u san

0 %

0 %

111

Appoġġ għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (eskluża l-infrastruttura)

0 %

0 %

112

Appoġġ għal edukazzjoni minn dik primarja sa dik sekondarja (eskluża l-infrastruttura)

0 %

0 %

113

Appoġġ għall-edukazzjoni terzjarja (eskluża l-infrastruttura)

0 %

0 %

114

Appoġġ għall-edukazzjoni għall-adulti (eskluża l-infrastruttura)

0 %

0 %

115

Miżuri li jippromwovu opportunitajiet indaqs u parteċipazzjoni attiva fis-soċjetà

0 %

0 %

116

Toroq li jwasslu għall-integrazzjoni u d-dħul mill-ġdid fix-xogħol għal persuni li jinsabu fi żvantaġġ

0 %

0 %

117

Miżuri biex jitjieb l-aċċess ta’ gruppi emarġinati bħar-Rom għall-edukazzjoni, għall-impjiegi u biex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali tagħhom

0 %

0 %

118

Appoġġ għas-soċjetà ċivili li taħdem ma’ komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom

0 %

0 %

119

Azzjonijiet speċifiċi biex tiżdied il-parteċipazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fl-impjiegi

0 %

0 %

120

Miżuri għall-integrazzjoni soċjali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi

0 %

0 %

121

Miżuri li jtejbu l-aċċess f’waqtu u ugwali għal servizzi ta’ kwalità, sostenibbli u għall-but ta’ kulħadd

0 %

0 %

122

Miżuri għat-titjib tat-twassil ta’ servizzi ta’ kura bbażati fil-komunità u fil-familja

0 %

0 %

123

Miżuri li jtejbu l-aċċessibbiltà, l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa (eskluża l-infrastruttura)

0 %

0 %

124

Miżuri biex jitjieb l-aċċess għal kura fit-tul (eskluża l-infrastruttura)

0 %

0 %

125

Miżuri biex jiġu mmodernizzati s-sistemi tal-protezzjoni soċjali, inkluża l-promozzjoni tal-aċċess għall-protezzjoni soċjali

0 %

0 %

126

Promozzjoni tal-integrazzjoni soċjali ta’ persuni f’riskju ta’ faqar jew ta’ esklużjoni soċjali, inklużi dawk l-aktar fil-bżonn u t-tfal

0 %

0 %

127

Indirizzar ta’ privazzjoni materjali permezz ta’ ikel u / jew assistenza materjali għall-persuni l-aktar fil-bżonn, inklużi l-miżuri ta’ akkumpanjament

0 %

0 %

L-OBJETTIV TAL-POLITIKA 5: EWROPA EQREB IĊ-ĊITTADINI BILLI TRAWWEM L-IŻVILUPP SOSTENIBBLI U INTEGRAT TA’ ŻONI URBANI, RURALI U KOSTALI, U L-INIZJATTIVI LOKALI  (1)

128

Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-assi tat-turiżmu pubbliku u s-servizzi tat-turiżmu relatati [Em. 369]

0 %

0 %

129

Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-wirt kulturali u tas-servizzi kulturali

0 %

0 %

130

Il-protezzjoni, l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-wirt naturali u tal-ekoturiżmu minbarra s-siti Natura 2000 [Em. 370]

0 %

100 %

131

Ir-riġenerazzjoni fiżika u s-sigurtà għall-ispazji pubbliċi

0 %

0 %

KODIĊIJIET OĦRA MARBUTIN MAL-OBJETTIVI TA’ POLITIKA 1-5

132

Tittejjeb il-kapaċità tal-awtoritajiet u l-korpi tal-programm relatati mal-implimentazzjoni tal-Fondi

0 %

0 %

133

Kooperazzjoni msaħħa ma’ sħab kemm ġewwa kif ukoll barra l-Istat Membru

0 %

0 %

134

Iffinanzjar trasversali permezz tal-FEŻR (appoġġ għal azzjonijiet tat-tip FSE meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-parti operattiva tal-FEŻR u direttament marbuta miegħu)

0 %

0 %

135

It-tisħiħ tal-kapaċità istituzzjonali tal-awtoritajiet pubbliċi u tal-partijiet ikkonċernati biex jimplimentaw proġetti u inizjattivi ta’ kooperazzjoni territorjali f’kuntest transfruntier, transnazzjonali, marittimu u interreġjonali

0 %

0 %

136

Reġjuni ultraperiferiċi: kumpens għal kwalunkwe spiża addizzjonali minħabba d-defiċit ta’ aċċessibbiltà u l-frammentazzjoni territorjali

0 %

0 %

137

Reġjuni ultraperiferiċi: azzjoni speċifika sabiex tikkumpensa għall-ispejjeż addizzjonali minħabba fatturi relatati mad-daqs tas-suq

0 %

0 %

138

Reġjuni ultraperiferiċi: appoġġ sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż addizzjonali minћabba l-kundizzjonijiet tal-klima u d-diffikultajiet fl-għoti tal-għajnuna

40 %

40 %

139

Reġjuni ultraperiferiċi: ajruporti

0 %

0 %

ASSISTENZA TEKNIKA

140

Informazzjoni u kommunikazzjoni

0 %

0 %

141

Preparazzjoni, implimentazzjoni, monitoraġġ u kontrolli

0 %

0 %

142

Evalwazzjoni u studji, il-ġbir ta’ data

0 %

0 %

143

It-tisħiħ tal-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istati Membri, tal-benefiċjarji u tas-sħab rilevanti

0 %

0 %


TABELLA 2: IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI MARBUTA MAL-FORMA TAL-FINANZJAMENT

FORMA TA’ FINANZJAMENT

01

Għotja

02

Appoġġ permezz ta’ strumenti finanzjarji: ekwità jew kważi ekwità

03

Appoġġ permezz ta’ strumenti finanzjarji: self

04

Appoġġ permezz ta’ strumenti finanzjarji: garanzija

05

Appoġġ permezz ta’ strumenti finanzjarji: appoġġ anċillari

06

Premju


TABELLA 3: KODIĊI GĦALL-MEKKANIŻMU EŻEKUTTIV TERRITORJALI U GĦALL-QASAM TERRITORJALI

IL-MEKKANIŻMU EŻEKUTTIV TERRITORJALI U L-QASAM TERRITORJALI

INVESTIMENT TERRITORJALI INTEGRAT (ITI)

ITI ffukat fuq l-iżvilupp urban sostenibbli

11

Inħawi urbani

x

12

Bliet, irħula bliet żgħar, u subborgi u żoni rurali konnessi [Em. 371]

x

13

Żoni urbani funzjonali

x

14

Żoni muntanjużi

 

15

Gżejjer u żoni kostali

 

16

Żoni rurali u skarsament popolati [Em. 372]

 

17

Tipi oħra ta’ territorji fil-mira

 

ŻVILUPP LOKALI MMEXXI MILL-KOMUNITÀ (COMMUNITY LED LOCAL DEVELOPMENT, CLLD)

Is-CLLD iffukat fuq l-iżvilupp urban sostenibbli

21

Inħawi urbani

x

22

Bliet, rħula bliet żgħar, u subborgi u żoni rurali konnessi [Em. 373]

x

23

Żoni urbani funzjonali

x

24

Żoni muntanjużi

 

25

Gżejjer u żoni kostali

 

26

Żoni rurali u skarsament popolati [Em. 374]

 

27

Tipi oħra ta’ territorji fil-mira

 

TIP IEĦOR TA’ GĦODDA TERRITORJALI TAĦT L-OBJETTIV TA’ POLITIKA 5

Tip ieħor ta’ għodda territorjali ffukat fuq l-iżvilupp urban sostenibbli

31

Inħawi urbani

x

32

Bliet, rħula u bliet żgħar, subborgi u żoni rurali konnessi [Em. 375]

x

33

Żoni urbani funzjonali

x

34

Żoni muntanjużi

 

35

Gżejjer u żoni kostali

 

36

Żoni rurali u skarsament popolati [Em. 376]

 

37

Tipi oħra ta’ territorji fil-mira

 

APPROĊĊI OĦRA  (2)

41

Inħawi urbani

42

Bliet, rħula u subborgi

43

Żoni urbani funzjonali

44

Żoni muntanjużi

45

Gżejjer u żoni kostali

46

Żoni skarsament popolati

47

Tipi oħra ta’ territorji fil-mira

48

L-ebda mira territorjali


TABELLA 4: IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-ATTIVITÀ EKONOMIKA

L-ATTIVITÀ EKONOMIKA

01

Agrikoltura u forestrija

02

Sajd

03

Akkwakultura

04

Setturi oħra tal-ekonomija blu

05

Manifattura tal-prodotti alimentari u tax-xorb

06

Manifattura tat-tessuti u tal-prodotti tessili

07

Manifattura ta’ tagħmir tat-trasport

08

Manifattura ta’ prodotti għall-kompjuters, prodotti elettroniċi u prodotti ottiċi

09

Industriji tal-manifattura oħra mhux speċifikati

10

Il-kostruzzjoni

11

Ix-xogħol ta’ estrazzjoni fil-minjieri u l-barrieri

12

Elettriku, gass, stim, ilma sħun u arja kundizzjonata

13

Forniment tal-ilma; is-sistema tad-drenaġġ, il-ġestjoni tal-iskart u l-att ta’ rimedju

14

Trasport u ħżin

15

Attivitajiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż it-telekomunikazzjoni

16

Negozju bl-ingrossa u bl-imnut

17

Attivitajiet ta' turiżmu, ta’ akkomodazzjoni u ta’ servizzi tal-ikel [Em. 377]

18

Attivitajiet finanzjarji u tal-assigurazzjoni

19

Il-proprjetà immobbli, il-kiri u l-attivitajiet ta’ servizzi ta’ negozju

20

L-amministrazzjoni pubblika

21

L-edukazzjoni

22

Attivitajiet marbuta mas-saħħa tal-bniedem

23

Attivitajiet ta’ ħidma soċjali u servizzi komunitarji, soċjali u personali

24

Attivitajiet marbuta mal-ambjent

25

Arti, divertiment, l-industriji kreattivi u r-rikreazzjoni

26

Servizzi oћra li mhumiex speċifikati


TABELLA 5: IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI MARBUTA MAL-POST

POST

Kodiċi

Post

 

Il-kodiċi tar-reġjun jew taż-żona fejn tinstab / qed titwettaq l-operazzjoni, kif stabbilit fil-Klassifikazzjoni tal-Unitajiet Territorjali għall-Istatistika (NUTS) fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), kif emendat l-aħħar permezz tar-Regolament tal-Kumissjoni (UE) Nru 868/2014


TABELLA 6: IL-KODIĊIJIET GĦAT-TEMI SEKONDARJI TAL-FSE

IT-TEMA SEKONDARJA FSE

Il-koeffiċjent għall-kalkolu ta’ appoġġ għall-objettivi tat-tibdil fil-klima

01

Kontribut għall-ħiliet u l-impjiegi ekoloġiċi u għall-ekonomija ekoloġika

100 %

02

L-iżvilupp ta’ ħiliet u impjiegi diġitali

0 %

03

Investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni u fl-ispeċjalizzazzjoni intelliġenti

0 %

04

L-investiment f’impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs)

0 %

05

Nondiskriminazzjoni

0 %

06

Ugwaljanza bejn is-sessi

0 %

07

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-imsieħba soċjali

0 %

08

It-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili

0 %

09

Mhux applikabbli

0 %


TABELLA 7: IL-KODIĊIJIET GĦALL-ISTRATEĠIJI MAKROREĠJONALI U TAL-BAĊIRI TAL-BAĦAR

L-ISTRATEĠIJI MAKROREĠJONALI U TAL-BAĊIRI TAL-BAĦAR

11

L-Istrateġija għar-Reġjun Adrijatiku u Jonju

12

L-Istrateġija għar-Reġjun tal-Alpi

13

L-Istrateġija għar-Reġjun tal-Baħar Baltiku

14

L-Istrateġija għar-Reġjun tad-Danubju

21

L-Oċean Artiku

22

L-Istrateġija tal-Atlantiku

23

Il-Baħar l-Iswed

24

Il-Baħar Mediterran

25

Il-Baħar tat-Tramuntana

26

L-Istrateġija tal-Mediterran tal-Punent

30

L-ebda kontribuzzjoni għal strateġiji makroreġjonali jew tal-baċini tal-baħar


(1)  Għall-objettiv ta’ politika 5, il-kodiċijiet ta’ dimensjoni kollha taħt l-objettivi ta’ politika minn 1 sa 4 jistgħu jintgħażlu, apparti dawk elenkati taħt l-objettiv ta’ politika 5.

(2)  Approċċi oħra mwettqa skont l-objettivi ta’ politika li mhumiex l-objettiv ta’ politika 5, u mhux f’forma ta’ ITI u lanqas f’forma ta’ CLLD

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS), (ĠU L 154, 21.6.2003, p. 1).

ANNESS II

Mudell għal Ftehim ta’ Sħubija – l-Artikolu 7(4)

CCI

[15-il karattru]

Titolu

[255]

Verżjoni

 

L-ewwel sena

[4]

L-aħħar sena

[4]

Numru tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

 

Data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

 

1.   Għażla ta’ objettivi ta’ politika

Referenza: L-Artikolu 8(a), CPR, l-Artikolu 3 tal-AMIF, l-ISF, ir-Regolamenti IBMF

Tabella 1: L-għażla ta’ objettiv ta’ politika b’ġustifikazzjoni

L-objettiv ta’ politika magħżul

Programm

Fond

Ġustifikazzjoni għall-għażla ta’ objettiv ta’ politika

 

 

 

[3 500 għal kull PO]

2.   Għażliet ta’ politika, koordinazzjoni u kumplimentarjetà

Referenza: Artikolu 8(b)(i)-(iii), CPR

Spazju għat-test [60 000 ]

3.   Kontribuzzjoni għall-garanzija baġitarja permezz ta’ InvestEU b’ġustifikazzjoni

Referenza: L-Artikolu 8(e) CPR; L-Artikolu 10(a) CPR;

Tabella 2: Trasferiment għal InvestEU

 

Kategorija tar-reġjuni*

Grupp 1

Grupp 2

Grupp 3

Grupp 4

Grupp 5

Ammont

 

 

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

(f)=(a)+(b)+(c)+(d)+(e))

FEŻR

Aktar żviluppat

 

 

 

 

 

 

Inqas żviluppat

 

 

 

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

 

 

 

Reġjuni ultraperiferiċi u tat-Tramuntana skarsament popolati

 

 

 

 

 

 

FSE+

Aktar żviluppat

 

 

 

 

 

 

Inqas żviluppat

 

 

 

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

 

 

 

Ultraperiferiċi

 

 

 

 

 

 

FK

 

 

 

 

 

 

 

FEMS

 

 

 

 

 

 

 

AMIF

 

 

 

 

 

 

 

ISF

 

 

 

 

 

 

 

IBMF

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 


Spazju għat-test [3 500 ] (ġustifikazzjoni)

4.   Trasferiment b’ġustifikazzjoni bejn kategoriji ta’ reġjuni

Referenza: L-Artikolu 8(d), l-Artikolu 105 CPR;

Tabella 3. Trasferiment bejn kategoriji ta’ reġjuni

Kategorija tar-reġjun

Allokazzjoni skont il-kategorija tar-reġjun  (*1)

Trasferiment lil:

Ammont tat-trasferiment

Sehem tal-allokazzjoni inizjali ttrasferit

Allokazzjoni skont il-kategorija tar-reġjun wara t-trasferiment

(a)

(b)

(c)

(d)

(g)=(d)/(b)

(h)=(b)-(d)

Inqas żviluppat

 

Aktar żviluppat

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

Aktar żviluppat

 

Inqas żviluppat

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

Inqas żviluppat

 

 

 


Spazju għat-test [3 500 ] (ġustifikazzjoni)

5.   L-allokazzjoni finanzjarja preliminari skont l-objettiv ta’ politika

Referenza: L-Artikolu 8(c) CPR

Tabella 4: L-allokazzjoni finanzjarja preliminari mill-FEŻR, mill-FK, mill-FSE+, mill-FEMS, skont l-objettiv ta’ politika  (*2)

Objettivi ta’ politika

FEŻR

Fond ta’ Koeżjoni

FSE+

FEMS

Total

L-objettiv ta’ politika 1

 

 

 

 

 

L-objettiv ta’ politika 2

 

 

 

 

 

L-objettiv ta’ politika 3

 

 

 

 

 

L-objettiv ta’ politika 4

 

 

 

 

 

L-objettiv ta’ politika 5

 

 

 

 

 

Assistenza teknika

 

 

 

 

 

L-allokazzjoni għall-2026-2027

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 


Spazju għat-test [3 500 ] (ġustifikazzjoni)


Tabella 5: L-allokazzjoni finanzjarja preliminari mill-AMIF, FSI u l-IBMF skont l-objettiv politiku  (*3)

Objettiv ta’ politika

Allokazzjoni

L-objettiv tal-politika kif imsemmi fl-Artikolu 3 [tar-Regolament AMIF]

 

L-objettiv tal-politika kif imsemmi fl-Artikolu 3 [tar-Regolament ISF]

 

L-objettiv tal-politika kif imsemmi fl-Artikolu 3 tar-[Regolament tal-IBMF]

 

Assistenza teknika

 

Total

 

6.   Lista ta’ Programmi

Referenza: L-Artikolu 8(f) CPR; Artikolu 104

Tabella 6. Lista programmi b’allokazzjonijiet finanzjarji preliminari  (*4)

Titolu [255]

Fond

Kategorija ta’ reġjuni

Kontribuzzjoni tal-UE

Kontribuzzjoni Nazzjonali  (*5)

Total

Programm 1

FEŻR

Aktar żviluppat

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

Inqas żviluppat

 

 

 

Reġjuni ultraperiferiċi u tat-Tramuntana skarsament popolati

 

 

 

Programm 1

FK

 

 

 

 

Programm 1

FSE+

Aktar żviluppat

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

Inqas żviluppat

 

 

 

Ultraperiferiċi

 

 

 

Total

GĦAL FEŻR, FK, FSE +

 

 

 

 

Programm 2

FEMS

 

 

 

 

Programm 3

AMIF

 

 

 

 

Programm 4

ISF

 

 

 

 

Programm 5

IBMF

 

 

 

 

Total

Il-fondi kollha

 

 

 

 

Referenza: L-Artikolu 8 CPR

Tabella 7: Lista tal-Programmi Interreg

Programm 1

Titolu 1 [255]

Programm 2

Titolu 1 [255]

7.   Sommarju tal-azzjonijiet li jridu jittieħdu biex tissaħħaħ il-kapaċità amministrattiva

Referenza: L-Artikolu 8(g) CPR

Spazju għat-test [4 500 ]


(*1)  L-allokazzjoni inizjali skont il-kategorija tar-reġjun kif ikkomunikata mill-Kummissjoni wara t-trasferimenti msemmija fit-Tabelli 2-4, applikabbli għall-FEŻR u FSE + biss.

(*2)  L-objettivi ta’ politika skont l-Artikolu 4(1), CPR. Għall-FEŻR, il-FK u l-FSE+ għas-snin 2021-2025; għall-FEMS għall-2021-2027.

(*3)  Objettivi ta’ politika skont ir-regolamenti speċifiċi għall-fondi għall-FEMS, l-AMIF, l-ISF u l-IBMF; l-allokazzjoni għas-snin 2021-2027

(*4)  L-objettivi ta’ politika skont l-Artikolu 4(1), CPR. Għall-FEŻR, il-FK u l-FSE+ għas-snin 2021-2025; għall-FEMS għall-2021-2027.

(*5)  F’konformità mal-Artikolu 106(2) dwar kif jiġu ddeterminati r-rati ta’ kofinanzjament.

ANNESS III

Kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni orizzontali – l-Artikolu 11(1)

Applikabbli għall-objettivi speċifiċi kollha

L-isem ta’ kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni

Il-kriterji ta’ twettiq

Mekkaniżmi effettivi ta’ monitoraġġ tas-suq tal-akkwist pubbliku

Hemm stabbiliti mekkaniżmi ta’ monitoraġġ li jkopru l-proċeduri kollha skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kuntratti pubbliċi li jinkludu:

1.

Arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-kompilazzjoni effikaċi, affidabbli u eżawrjenti ta’ data u indikaturi fi ħdan sistema ta’ IT waħda jew netwerk ta’ sistemi interoperabbli, bil-għan li jiġi implimentat il-prinċipju ta’ “darba biss” u biex jiġu ffaċilitati l-obbligi tar-rappurtar skont l-Artikolu 83(3) tad-Direttiva 2014/24/UE, f’konformità mar-rekwiżiti tal-akkwist elettroniku, kif ukoll skont l-Artikolu 84 tad-Direttiva 2014/24/UE. Id-data u l-indikaturi jkopru mill-inqas l-elementi li ġejjin:

a.

Il-kwalità u l-intensità tal-kompetizzjoni: l-ismijiet tal-offerenti li jirbħu kif ukoll dawk inizjali, l-għadd ta’ offerenti inizjali, l-għadd ta’ offerenti magħżula, il-prezz kuntrattwali – apparagun tal-allokazzjoni baġitarja inizjali u, kull meta possibbli, permezz ta’ reġistri tal-kuntratt, il-prezz finali wara t-tlestija;

b.

Il-parteċipazzjoni tal-SMEs bħala offerenti diretti;

c.

L-appelli kontra d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kontraenti, inkluż mill-anqas l-għadd tagħhom, iż-żmien meħtieġ biex tinħareġ deċiżjoni fl-ewwel istanza, u l-għadd ta’ deċiżjonijiet imsemmija fit-tieni istanza;

d.

Lista tal-kuntratti kollha mogħtija skont ir-regoli dwar l-esklużjonijiet mir-regoli tal-akkwist pubbliku, b’indikazzjoni tad-dispożizzjoni speċifika użata.

2.

Arranġamenti sabiex tiġi żgurata kapaċità suffiċjenti għall-monitoraġġ u l-analiżi ta’ data speċifika mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

3.

Arranġamenti biex jagħmlu d-data u l-indikaturi kif ukoll ir-riżultat tal-analiżi disponibbli għall-pubbliku permezz ta’ data miftuħa faċli għall-utent.

4.

Arranġamenti sabiex jiġi żgurat li kull informazzjoni li tindika suspett ta’ tbagħbis tal-offerti tkun ikkomunikata b’mod sistematiku lill-korpi nazzjonali kompetenti tal-kompetizzjoni.

L-għodod u l-kapaċità għal applikazzjoni effettiva tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat

L-awtoritajiet ta’ ġestjoni jkollhom l-għodod u l-kapaċità biex jivverifikaw il-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat permezz ta’:

1.

Aċċess faċli u komprensiv għal informazzjoni permanentement aġġornata dwar l-impriżi f’diffikultà u skont ir-rekwiżit ta’ rkupru.

2.

Aċċess għal pariri tal-esperti u gwida dwar kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat, mogħtija minn centru ta’ esperti lokali jew nazzjonali, taħt il-koordinazzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tal-għajnuna mill-Istat, b’arranġamenti ta’ xogħol biex jiġi żgurat li għall-għarfien espert effettivament ikun hemm konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati.

L-applikazzjoni effettiva u l-implimentazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE

Hemm fis-seħħ mekkaniżmi effettivi biex tiġi żgurata l-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, li jinkludu:

1.

Arranġamenti sabiex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità, tal-operazzjonijiet appoġġati mill-Fondi, mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

2.

L-arranġamenti ta’ rappurtar lill-kumitat ta’ monitoraġġ dwar il-konformità mal-Karta tal-operazzjonijiet sostnuti mill-Fondi

L-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta’ persuni b’diżabbiltà (UNCRPD) skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/48/KE

Hemm fis-seħħ qafas nazzjonali għall-implimentazzjoni tal-UNCRPD, li jinkludi:

1.

Objettivi b’għanijiet li jistgħu jitkejlu, il-ġbir tad-data u mekkaniżmu ta’ monitoraġġ , applikabbli fl-objettivi kollha ta' politika . [Em. 378]

2.

Arranġamenti biex jiġi żgurat li l-politika ta' aċċessibbiltà, il-leġiżlazzjoni u l-istandards huma ikunu riflessi kif xieraq fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-programmi f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-UNCRPD u inklużi fil-kriterji u l-obbligi tal-għażla tal-proġetti .

2a.

Arranġamenti ta' rappurtar lill-kumitat ta' monitoraġġ dwar il-konformità mal-operazzjonijiet appoġġati [Em. 378]

L-implimentazzjoni tal-prinċipji u d-drittijiet tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jikkontribwixxu għal konverġenza u koeżjoni reali fl-Unjoni Ewropea.

Arranġamenti fil-livell nazzjonali biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-prinċipji tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali li jikkontribwixxu għaż-żieda ta' konverġenza u koeżjoni soċjali fl-UE, speċjalment il-prinċipji li jipprevjenu kompetizzjoni inġusta fis-suq intern. [Em. 379]

Applikazzjoni effettiva tal-prinċipju tas-sħubija

Jinsab fis-seħħ qafas biex is-sħab kollha jkollhom rwol sħiħ fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi, li jinkludu

1.

Arranġamenti biex jiġu żgurati proċeduri trasparenti għall-involviment tas-sħab

2.

Arranġament għad-disseminazzjoni u l-iżvelar ta' informazzjoni rilevanti għas-sħab biex iħejju u jsegwu l-laqgħat

3.

Appoġġ biex tingħata setgħa lis-sħab u tinbena l-kapaċità [Em. 380]

ANNESS IV

Kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni tematiċi applikabbli għall-FEŻR, il-FSE+ u l-Fond ta’ Koeżjoni – l-Artikolu 11(1)

Objettiv ta’ politika

Objettiv speċifiku

L-isem tal-kundizzjoni ta’ abilitazzjoni

Kriterji ta’ twettiq għall-kundizzjoni ta’ abilitazzjoni

1.

Ewropa aktar intelliġenti billi nippromwovu trasformazzjoni ekonomika innovattiva u intelliġenti

FEŻR:

L-objettivi speċifiċi kollha taħt dawn l-objettivi ta’ politika

Governanza tajba tal-istrateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti nazzjonali jew reġjonali

L-istrateġija / l-istrateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti għandhom jiġu appoġġati permezz ta’:

1.

Analiżi aġġornata tal-ostakli għat-tixrid tal-innovazzjoni, inkluża d-diġitalizzazzjoni

2.

L-eżistenza ta’ istituzzjoni kompetenti reġjonali / nazzjonali jew korp responsabbli għall-ġestjoni tal-istrateġija ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti

3.

L-għodod ta’ monitoraġġ u ta’ evalwazzjoni biex titkejjel il-prestazzjoni tal-objettivi tal-istrateġija

4.

It-tħaddim effettiv tal-proċess ta’ skoperta intraprenditorjali

5.

L-azzjonijiet meħtieġa biex tittejjeb ir-riċerka nazzjonali jew reġjonali u s-sistemi ta’ innovazzjoni

6.

Azzjonijiet għall-ġestjoni tat-tranżizzjoni industrijali

7.

Miżuri għal kollaborazzjoni internazzjonali

2.

Ewropa aktar ekoloġika, b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju permezz tat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u ġusta, investiment ekoloġiku u blu, l-ekonomija ċirkolari, l-adattament għat-tibdil fil-klima u l-prevenzjoni u l-ġestjoni tar-riskju marbut miegħu

Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni:

2.1

Il-promozzjoni ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika

Qafas ta’ politika strateġiku biex tiġi appoġata l-effiċjenza enerġetika fir-rinnovazzjoni ta’ bini residenzjali u mhux residenzjali

1.

Strateġija nazzjonali fit-tul għar-rinnovazzjoni, biex tiġi appoġġata r-rinnovazzjoni tal-istokk nazzjonali tal-bini residenzjali u mhux residenzjali, hija adottata f’konformità mar-rekwiżiti tad-Direttiva 2010/31/UE dwar il-prestazzjoni tal-enerġija tal-bini, li:

a.

Tinvolvi l-istadji indikattivi għall-2030, l-2040 u għandha fil-mira l-2050

b.

Tipprovdi deskrizzjoni indikattiva tar-riżorsi baġitarji biex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni tal-istrateġija

c.

Tiddefinixxi mekkaniżmi effettivi għall-promozzjoni ta’ investimenti fir-rinnovazzjoni tal-bini

2.

Miżuri ta’ titjib fl-effiċjenza enerġetika biex jinkiseb l-iffrankar tal-enerġija rikjest

Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni:

2.1

Il-promozzjoni ta’ miżuri tal-effiċjenza enerġetika

2.2

Il-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli permezz ta’ investiment fil-kapaċità ta’ ġenerazzjoni

Il-governanza għas-settur tal-enerġija

Ikun adottat Pjan Nazzjonali tal-Enerġija u tal-Klima li jikkonforma mal-objettiv tal-Ftehim ta' Pariġi li jillimita t-tisħin globali għal 1,5  oC, u jkun jinkludi:

1.

L-elementi kollha meħtieġa skont il-mudell fl-Anness I tar-Regolament dwar il-Governanza tal-Unjoni tal-Enerġija (1)

2.

Deskrizzjoni indikattiva tar-riżorsi u tal-mekkaniżmi ta’ finanzjament previsti għal miżuri li jippromwovu l-użu ta’ enerġija b’livell baxx ta’ karbonju [Em. 381]

Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni:

2.2

Il-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli permezz ta’ investiment fil-kapaċità ta’ ġenerazzjoni

Il-promozzjoni effettiva tal-użu tal-enerġija rinnovabbli fis-setturi kollha u fl-UE

Hemm fis-seħħ miżuri li jiżguraw:

1.

Konformità mal-mira vinkolanti nazzjonali tal-2020 dwar l-enerġija rinnovabbli, u sal-2030 ma’ din il-linja bażi, skont ir-riformulazzjoni tad-Direttiva 2009/28/KE (2)

2.

Żieda fis-sehem tal-enerġija rinnovabbli fis-settur tat-tisħin u t-tkessiħ b’punt perċentwali għal kull sena sal-2030

Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni:

2.4

Il-promozzjoni tal-adattament għat-tibdil fil-klima, il-prevenzjoni tar-riskju u r-reżiljenza għad-diżastri

Qafas għall-ġestjoni effettiva tar-riskju ta’ diżastri.

Ikun hemm fis-seħħ pjan għall-ġestjoni tar-riskju ta’ diżastri nazzjonali jew reġjonali konsistenti mal-istrateġiji ta’ adattament għall-klima eżistenti, u jkun jinkludi:

1.

Deskrizzjoni tar-riskji ewlenin, ivvalutati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(a) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE, li tirrifletti t-theddidiet attwali u fuq żmien twil (25-35 sena). L-evalwazzjoni għandha tinbena, għal riskji relatati mal-klima, fuq it-tbassir u x-xenarji dwar it-tibdil fil-klima

2.

Deskrizzjoni tal-prevenzjoni tad-diżastri, tat-tħejjija u tal-miżuri ta’ reazzjoni biex jiġu indirizzati r-riskji ewlenin identifikati. Il-miżuri għandhom jiġu prijoritizzati fi proporzjon mar-riskji u mal-impatt ekonomiku tagħhom, man-nuqqasijiet ta’ kapaċità (3), mal-effikaċja u l-effiċjenza, filwaqt li jitqiesu l-alternattivi possibbli

3.

Informazzjoni dwar ir-riżorsi baġitarji u ta’ finanzjament u l-mekkaniżmi disponibbli biex jitkoprew l-ispejjeż operattivi u ta’ manutenzjoni relatati mal-prevenzjoni, it-tħejjija u r-rispons

Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni:

2.5

Il-promozzjoni tal-effiċjenza fl-użu tal-ilma

Ippjanar aġġornat għal investimenti meħtieġa għas-setturi tal-ilma u tal-ilma mormi

Hemm fis-seħħ pjan ta’ investiment nazzjonali li jinkludi:

1.

Valutazzjoni tal-qagħda attwali tal-implimentazzjoni tad-Direttiva dwar it-Trattament tal-Ilma Urban Mormi (UWWTD) 91/271/KEE u tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb (DWD) 98/83/KE

2.

L-identifikazzjoni u l-ippjanar ta’ kull investiment pubbliku, inkluża stima finanzjarja indikattiva

a.

Meħtieġa sabiex tinkiseb il-konformità mal-UWWTD, inkluża l-prijoritizzazzjoni fir-rigward tad-daqs ta’ agglomerazzjonijiet u l-impatt ambjentali, bl-investimenti maqsuma għal agglomerazzjoni tal-ilma mormi

b.

Meħtieġa għall-implimentazzjoni tad-Direttiva DWD dwar l-ilma tajjeb għax-xorb 98/83/KE

c.

Meħtieġa biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet li jirriżultaw mir-riformulazzjoni ssuġġerita (COM(2017) 753 final), b’mod partikolari fir-rigward ta’ parametri tal-kwalità riveduti mogħtija fid-dettall fl-Anness I

3.

Stima ta’ investimenti meħtieġa għat-tiġdid tal-infrastruttura tal-ilma mormi u tal-provvista tal-ilma eżistenti, inklużi n-netwerks, fuq il-bażi tal-età tagħhom u tal-pjanijiet ta’ deprezzament

4.

Indikazzjoni ta’ sorsi potenzjali ta’ finanzjament pubbliku, meta meħtieġa biex jikkomplementaw it-tariffi għall-utent

Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni:

2.6

L-iżvilupp (Transizzjoni għal) ta’ ekonomija ċirkolari, permezz ta’ investiment fis-settur tal-iskart u tal-effiċjenza fir-riżorsi

Ippjanar aġġornat għall-ġestjoni tal-iskart

Il-pjan(ijiet) ta’ mmaniġġjar tal-iskart huwa / huma fis-seħħ skont l-Artikolu 28 tad-Direttiva 2008/98/KE kif emendata bid-Direttiva UE 2018/xxxx u jkopri / jkopru t-territorju kollu ta’ Stat Membru u jinkludi / jinkludu:

1.

Analiżi tal-qagħda attwali tal-ġestjoni tal-iskart fl-entità ġeografika kkonċernata, inklużi t-tip, il-kwantità u s-sors tal-iskart iġġenerat u evalwazzjoni tal-iżvilupp futur tagħhom, filwaqt li jittieħed kont tal-impatti mistennija tal-miżuri stabbiliti fil-Programm(i) għall-Prevenzjoni tal-Iskart żviluppati f’konformità mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2008/98/KE kif emendata bid-Direttiva 2018/xx/EU

2.

Il-valutazzjoni ta’ skemi eżistenti għall-ġbir tal-iskart, inklużi l-kopertura territorjali u materjali tal-ġbir separat u l-miżuri sabiex jitjieb l-operat tiegħu, kif ukoll il-ħtieġa għal skemi ġodda ta’ ġbir

3.

Valutazzjoni tad-diskrepanza fl-investiment li tiġġustifika l-ħtieġa għal infrastruttura tal-iskart addizzjonali jew aġġornata, b’informazzjoni dwar is-sorsi ta’ dħul disponibbli biex jintlaħqu l-ispejjeż operattivi u ta’ manutenzjoni

4.

Informazzjoni dwar il-kriterji tal-post għall-identifikazzjoni ta’ siti u dwar il-kapaċità ta’ installazzjonijiet ta’ trattament ta’ skart fil-futur

Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni:

2.6

Il-promozzjoni ta’ infrastruttura ekoloġika fl-ambjent urban u t-tnaqqis tat-tniġġis

Il-qafas ta’ azzjoni ta’ prijorità għall-miżuri ta’ konservazzjoni neċessarji li jinvolvu l-kofinanzjament tal-Unjoni

Hemm fis-seħħ qafas ta’ azzjoni ta’ prijorità skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 92/43/KEE u jinkludi:

1.

L-elementi kollha meħtieġa skont il-mudell għall-qafas ta’ azzjoni ta’ prijorità għall-2027-2021 -2027 miftiehem mill-Kummissjoni u l-Istati Membri inklużi l-miżuri 2. L-identifikazzjoni tal-miżuri ta’ prijorità u stima tal-ħtiġijiet ta’ finanzjament [Em. 383]

3.

Ewropa aktar konnessa billi jiġu msaħħa l-mobbiltà u l-konnettività tal-ICT reġjonali

FEŻR:

3.1

It-tisħiħ tal-konnettività diġitali

Il-pjan nazzjonali jew reġjonali

Hemm fis-seħħ pjan tal-broadband nazzjonali jew reġjonali li jinkludi:

1.

Valutazzjoni tad-diskrepanza fl-investiment li jeħtieġ li tiġi indirizzata biex jintlaħqu l-objettivi tal-konnettività tal-Gigabits tal-UE (4), ibbażata fuq:

immappjar riċenti (5) ta’ infrastrutturi eżistenti privati u pubbliċi u kwalità fis-servizz bl-użu ta’ indikaturi standard tal-immappjar tal-broadband

konsultazzjoni dwar l-investimenti ppjanati

2.

Il-ġustifikazzjoni ta’ intervent pubbliku ppjanat fuq il-bażi ta’ mudelli ta’ investiment sostenibbli li:

isaħħu l-affordabbilità u l-aċċess għal infrastruttura u s-servizzi miftuħin ta’ kwalità u validi għall-futur

jaġġustaw il-forom ta’ assistenza finanzjarja għal fallimenti identifikati tas-suq

jippermettu l-użu kumplimentari ta’ forom differenti ta’ finanzjament minn sorsi tal-UE, nazzjonali jew reġjonali

3.

Il-miżuri għall-appoġġ tad-domanda u l-użu ta’ netwerks ta’ Kapaċità Għolja Ħafna (VHC), inklużi azzjonijiet li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tagħhom, b’mod partikolari permezz tal-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva tal-UE dwar it-Tnaqqis fl-Ispejjeż tal-Broadband (6)

4.

Mekkaniżmi ta’ assistenza teknika, inkluż l-Uffiċċji tal-Kompetenza tal-Broadband biex jissaħħu l-kapaċità tal-partijiet ikkonċernati lokali u jingħataw pariri lill-promoturi tal-proġetti

5.

Mekkaniżmu ta’ monitoraġġ ibbażat fuq l-indikaturi standard l-immappjar tal-broadband

Il-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni:

3.2

L-iżvilupp ta’ TEN-T sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, intelliġenti, sikur u intermodali [Em. 384 ma taffettwax il-verżjoni Maltija]

L-ippjanar tat-trasport b’mod komprensiv fil-livell xieraq

Hemm fis-seħħ l-immappjar multimodali ta’ infrsatrutturi eżistenti u ppjanati sal-2030 li:

-1a.

Jirrikjedi li tiġi żgurata koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali u, aktar minn hekk, it-tlestija ta' links neqsin u t-tneħħija ta' ostakli fin-netwerk TEN-T, li jfisser ukoll investiment fl-infrastruttura materjali [Em. 385]

1.

Jinkludi ġustifikazzjoni ekonomika tal-investimenti ppjanati, mibnija fuq analiżi soda dwar id-domanda u l-immudellar tat-traffiku, li għandhom iqisu l-impatt antiċipat ta’ liberalizzazzjoni tat-trasport ferrovjarju tal-ftuħ tas-swieq tas-servizzi ferrovjarji [Em. 386]

2.

Jirrifletti l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja, filwaqt li b’mod partikolari jittieħdu inkonsiderazzjoni l-pjanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni nazzjonali l-istrateġiji nazzjonali ta' tnaqqis fl-emissjonijiet għas-settur tat-trasport [Em. 387]

3.

Jinkludi l-investimenti f’faxex investimenti fil-kurituri tan-Netwerk tat-TEN-T TEN-T ewlieni, kif definit bir-Regolament (UE) 1316/2013, skont il-pjanijiet ta’ ħidma rispettivi tat-TEN-T , kif ukoll f'taqsimiet identifikati minn qabel fin-netwerk kollu kemm hu [Em. 388]

4.

Jiżgura għal Għal investimenti barra t-TEN-T ewlieni , jiżgura l-kumplimentarjetà billi jipprovdi biżżejjed konnettività tan-netwerks urbani, tar-reġjuni u tal-komunitajiet lokali mat-TEN-T ewlieni u n-nodi tiegħu [Em. 389]

5.

Jiżgura l-interoperabbiltà tan-netwerk ferrovjarju, permezz tal-użu tal-ERTMS li huwa konformi mal-linja bażi-3 li jkopri mill-inqas il-Pjan Ewropew għall-Mobilitazzjoni

6.

Jippromwovi l-multimodalità u jidentifika l-ħtiġijiet għall-merkanzija multimodali jew fi trasbord u għat-terminali tal-passiġġieri u għall-modalità attiva

7.

Jinkludi miżuri maħsuba biex jippromwovu fjuwils alternattivi, f’konformità mal-oqfsa ta’ politika nazzjonali relevanti

8.

Jinkludi l-valutazzjoni tar-riskju għas-sikurezza fit-toroq f’konformità mal-istrateġiji nazzjonali għas-sikurezza fit-toroq, flimkien ma’ mappjar tat-toroq u tas-sezzjonijiet affettwati, filwaqt li tingħata prijoritizzazzjoni tal-investimenti korrispondenti

9.

Jipprovdi informazzjoni dwar ir-riżorsi baġitarji u finanzjarji li jikkorrispondu għall-investimenti ppjanati u meħtieġa biex jitkoprew l-ispejjeż operattivi u ta’ manutenzjoni tal-infrastrutturi eżistenti u ppjanati

9a.

Jippromwovi inizjattivi tat-turiżmu reġjonali u transfruntiera sostenibbli li jwasslu għal sitwazzjonijiet ta' benefiċċju għal kulħadd kemm għat-turisti kif ukoll għall-abitanti, bħall-interkonnessjoni tan-netwerk EuroVelo man-netwerk Ferrovjarju Ewropew TRAN [Em. 390]

3.3

sostenibbli, reżiljenti għat-tibdil fil-klima, intelliġenti u mobbiltà intermodali nazzjonali, reġjonali u lokali, inkluż aċċess imtejjeb għat-TEN-T u mobbiltà transfruntiera

4.

Ewropa aktar soċjali bl-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali

FEŻR:

4.1

it-tisħiħ tal-effettività tas-swieq tax-xogħol u tal-aċċess għall-impjiegi ta’ kwalità permezz tal-iżvilupp ta’ infrastruttura

FSE:

4.1.1

It-titjib tal-aċċess għal impjieg ta’ kull min qed ifittex xogħol, inklużi b'mod partikolari ż-żgħażagħ u l-persuni qiegħda fit-tul, u tal-persuni inattivi, u tal-promozzjoni ta’dawk l-promozzjoni ta' dawk li jaħdmu għal rashom u tal-ekonomija soċjali;

4.1.2

L-immodernizzar tal-istituzzjonijiet u tas-servizzi tas-suq tax-xogħol biex jiġu vvalutati u antiċipati l-ħiliet u l-bżonnijiet u żgurati l-assistenza u l-appoġġ f’waqthom u mfasslin apposta għall-adattament, għat-tranżizzjonijiet u għall-mobbiltà fis-suq tax-xogħol; [Em. 391]

Qafas ta’ politika strateġiku għal politiki attivi tas-suq tax-xogħol

Hemm fis-seħħ qafas ta’ politika strateġiku għal politiki attivi tas-suq tax-xogħol fid-dawl tal-Linji Gwida dwar l-Impjiegi li jinkludi:

1.

Arranġamenti għat-twettiq ta’ profili u ta’ valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ min ikun qed ifittex impjieg, inkluż il-perkors intraprenditorjali

2.

Informazzjoni dwar postijiet battala u opportunitajiet ta’ impjieg filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol

3.

Arranġamenti biex jiġi żgurat li t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni tiegħu jitmexxew f’kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet ikkonċernati rilevanti

4.

L-arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rieżami ta’ politiki attivi tas-suq tax-xogħol

5.

Għal interventi favur l-impjieg taż-żgħażagħ, perkorsi bbażati fuq l-evidenza u mmirati lejn żgħażagħ li ma għandhomx impjieg, edukazzjoni jew taħriġ, inklużi miżuri ta’ sensibilizzazzjoni u bbażati fuq rekwiżiti ta’ kwalità, filwaqt li jittieħed kont tal-kriterji għal apprendistati u skemi ta’ taħriġ ta’ kwalità, inkluż fil-kuntest tal-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ Garanziji għaż-Żgħażagħ

FEŻR:

4.1

it-tisħiħ tal-effettività tas-swieq tax-xogħol u tal-aċċess għall-impjiegi ta’ kwalità permezz tal-iżvilupp ta’ infrastruttura

FSE:

4.1.3

Il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tan-nisa fis-suq tax-xogħol, ta' bilanċ aħjar bejn ħajja u xogħol, inkluż l-aċċess għall-kura tat-tfal, għal ambjent tax-xogħol san u adattat tajjeb li jindirizza r-riskji għas-saħħa, l-adattament tal-ħaddiema , l-intrapriżi u l-intraprendituri għall-bidla u t-tixjiħ san u attiv; [Em. 392]

Qafas strateġiku nazzjonali għall-ugwaljanza bejn is-sessi

Hemm fis-seħħ qafas ta’ politika strateġiku nazzjonali għall-ugwaljanza bejn is-sessi li jinkludi:

1.

L-identifikazzjoni bbażata fuq l-evidenza għall-isfidi tal-ugwaljanza bejn is-sessi

2.

Miżuri biex jiġu indirizzati d-differenzi bejn is-sessi fl-impjiegi, fil-pagi , fis-sigurtà soċjali u fil-pensjonijiet, u biex jiġi promoss bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja, anki permezz ta’ titjib fl-aċċess għall-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, b’miri [Em. 393]

3.

Arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rieżami tal-qafas ta’ politika strateġiku u tal-metodi tal-ġbir ta’ data

4.

Arranġamenti biex jiġi żgurat li t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rieżami tiegħu jitmexxew f’kooperazzjoni mill-qrib mal-korpi tal-ugwaljanza, mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili relevanti

FEŻR:

4.2

it-titjib tal-aċċess għal servizzi inklużivi u ta’ kwalità fl-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja permezz tal-iżvilupp ta’ infrastruttura;

FSE:

4.2.1

It-titjib tal-kwalità, l-inklużività u l-effikaċja u r-rilevanza tas-suq tax-xogħol tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ , ħalli jappoġġaw il-kisba ta' kompetenzi ewlenin, inkluż il-ħiliet diġitali u ħalli jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-istudju għax-xogħol ;

4.2.2

Il-promozzjoni ta’ tat-tagħlim tul il-ħajja, b'mod partikolari opportunitajiet għal titjib fil-ħiliet u għal taħriġ mill-ġdid għal kulħadd , kif ukoll tagħlim informali u mhux formali , inkluż billi jiġu ffaċilitati t-tranżizzjonijiet fil-karriera billi tiġi promossa l-mobbiltà professjonali

4.2.3

Il-promozzjoni ta' aċċess ekwu għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużiv, u t-tlestija tagħhom , b'mod partikolari għal gruppi żvantaġġati, għal edukazzjoni ta' kwalità u edukazzjoni u taħriġ, fl-edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużiv , mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal permezz ta' edukazzjoni u taħriġ ġenerali u vokazzjonali u għal-livell sal-livell terzjarju , kif ukoll l-edukazzjoni u t-tagħlim għall-adulti, inkluż l-iffaċilitar tal-mobbiltà tat-tagħlim għal kulħadd ;[Em. 394]

Qafas ta’ politika strateġiku għas-sistema tal-edukazzjoni u tat-taħriġ fil-livelli kollha.

Hemm fis-seħħ qafas ta’ politika strateġiku nazzjonali u / jew reġjonali għas-sistema tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li jinkludi:

1.

Sistemi bbażati fuq l-evidenza għall-antiċipazzjoni u l-previżjoni tal-ħiliet kif ukoll mekkaniżmi u servizzi ta' segwitu għal stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati u għal servizzi biex l-istudenti ta' kull età jkollhom gwida ta' kwalità u effettiva , inklużi approċċi ffukati fuq l-istudenti [Em. 395]

2.

Miżuri li jiżguraw aċċess ugwali għal , parteċipazzjoni u t-tkomplija fi, tlestija ta' edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità , affordabbli , rilevanti , mhux segregati inklużiva inklużivi kif ukoll l-akkwist ta' kompetenzi ewlenin fil-livelli kollha, inkluża l-edukazzjoni terzjarja [Em. 396]

3.

Mekkaniżmu ta' koordinazzjoni fil-livelli kollha ta' edukazzjoni u taħriġ, inkluża l-edukazzjoni terzjarja, u  fornituri tat-tagħlim mhux formali u informali, u allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet bejn il-korpi nazzjonali u/jew reġjonali relevanti rilevanti [Em. 397]

4.

Arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rieżami tal-qafas ta’ politika strateġiku

5.

Miżuri li jkollhom fil-mira l-adulti b’ħiliet baxxi u persuni bi sfond soċjoekonomiku żvantaġġat u b’perkorsi għat-titjib tal-ħiliet

6.

Miżuri li jappoġġaw lill-għalliema, lill-ħarrieġa u lill-persunal akkademiku rigward il-metodi ta’ tagħlim xierqa, il-valutazzjoni u l-validazzjoni tal-kompetenzi ewlenin

7.

Miżuri biex jiġu promossi l-mobbiltà tal-istudenti u tal-persunal kif ukoll il-kollaborazzjoni bejn dawk li jipprovdu l-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż permezz tar-rikonoxximent tal-eżiti u tal-kwalifiki tat-tagħlim

FEŻR:

4.3

żieda fl-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet marġinalizzati, tal-migranti tar-refuġjati u l-migranti taħt protezzjoni internazzjonali u tal-gruppi żvantaġġati, permezz ta’ miżuri integrati li jinkludu servizzi ta’ akkomodazzjoni u servizzi soċjali [Em. 398]

FSE:

4.3.1

Il-promozzjoni It-trawwim tal-inklużjoni attiva, inkluż bil-ħsieb li jiġu promossi opportunitajiet indaqs u parteċipazzjoni attiva u t-titjib tal-impjegabbiltà; [Em. 399]

4.3.1a.

Il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjali ta' persuni f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali, inklużi dawk l-aktar fil-bżonn u t-tfal [Em. 400]

Qafas ta’ politika strateġiku nazzjonali għall-inklużjoni soċjali u għat-tnaqqis tal-faqar

Hemm fis-seħħ qafas ta’ politika strateġiku nazzjonali u pjan ta' azzjoni għall-inklużjoni soċjali u għat-tnaqqis tal-faqar li jinkludi:

1.

Analiżi bbażata fuq l-evidenza ta’ faqar u ta’ esklużjoni soċjali inkluż il-faqar fost it-tfal, il-persuni mingħajr dar, is-segregazzjoni spazjali u edukattiva, l-aċċess limitat għal servizzi u għal infrastruttura essenzjali, u l-ħtiġijiet speċifiċi ta’ persuni vulnerabbli

2.

Il-miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra s-segregazzjoni fl-oqsma kollha, inkluż permezz tal-għoti ta’ appoġġ għal introjtu adegwat, protezzjoni soċjali, swieq tax-xogħol inklużivi u aċċess għal servizzi ta’ kwalità għal persuni vulnerabbli, inklużi l-migranti u r-refuġjati

3.

Miżuri għal tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal waħda bbażata fuq il-komunità il-familja u l-komunità abbażi ta' strateġija ta' deistituzzjonalizzazzjoni nazzjonali u pjan ta' azzjoni

4.

Arranġamenti biex jiġi żgurat li t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rieżami tiegħu jitmexxew f’kooperazzjoni mill-qrib, mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili relevanti rilevanti [Em. 401]

FSE:

4.3.2

Il-promozzjoni tal-integrazzjoni soċjoekonomika tal-komunitajiet ta' ċittadini minn pajjiżi terzi u ta' komunitajiet marġinalizzati bħar-Rom; [Em. 402]

Strateġija Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom

Hemm fis-seħħ l-Istrateġija Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (NRIS) li tinkludi:

1.

Miżuri biex titħaffef l-integrazzjoni tar-Rom, tiġi pprevenuta u eliminata s-segregazzjoni, filwaqt li jitqiesu d-dimensjoni tal-ġeneri u s-sitwazzjoni taż-żgħażagħ Rom, u biex jiġu stabbiliti stadji importanti u miri li jkunu ta’ referenza u jistgħu jitkejlu

2.

Arranġamenti għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u r-rieżami tal-miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom

3.

Arranġamenti għall-integrazzjoni tal-miżuri ta’ inklużjoni tar-Rom fil-livell reġjonali u lokali

4.

Arranġamenti biex jiġi żgurat li t-tfassil, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rieżami tagħha jitmexxew f’kooperazzjoni mill-qrib mas-soċjetà ċivili tar-Rom u mal-partijiet ikkonċernati relevanti l-oħra kollha, inkluż fil-livelli reġjonali u lokali

FEŻR:

4.4

l-iżgurar ta’ aċċess ugwali għall-kura tas-saħħa permezz tal-iżvilupp ta’ infrastruttura, inkluża l-kura tas-saħħa primarja

FSE:

4.3.4

It-tisħiħ tal-aċċess f’waqtu u ugwali għal servizzi ta’ kwalità, sostenibbli u għall-but ta’ kulħadd; il-modernizzazzjoni tas-sistemi tal-protezzjoni soċjali, inkluża l-promozzjoni tal-aċċess għall-protezzjoni soċjali; it-titjib tal-aċċessibbiltà, l-effikaċja u r-reżiljenza tas-sistemi tas-saħħa; it-titjib tal-aċċess għal servizzi ta’ kura fit-tul [Em. 403]

Qafas ta’ politika strateġiku għas-saħħa.

Hemm fis-seħħ qafas ta’ politika strateġiku nazzjonali jew reġjonali għas-saħħa li jinkludi:

1.

L-immappjar ta’ ħtiġijiet ta’ kura tas-saħħa u ta’ kura fit-tul, inkluż f’termini ta’ persunal mediku, sabiex jiġu żgurati miżuri sostenibbli u kkoordinati

2.

Miżuri sabiex jiġu żgurati l-effiċjenza, is-sostenibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-servizzi għas-saħħa u tal-kura fit-tul, inkluż iffukar speċifiku fuq individwi esklużi mis-sistemi tal-kura tas-saħħa u tal-kura fit-tul u dawk li huma l-itqal biex jintlaħqu

3.

Miżuri għall-promozzjoni ta’ servizzi bbażati fil-komunità, inklużi l-prevenzjoni u l-kura primarja, is-servizzi ta’ kura fid-djar u bbażati dawk ibbażati fil-komunità , u t-tranżizzjoni minn kura istituzzjonali għal dik ibbażata fuq il-familja u l-komunità

3a.

Miżuri li jiżguraw l-effiċjenza, is-sostenibbiltà, l-aċċessibbiltà u l-affordabbiltà tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali [Em. 404]


(1)  ĠU [għadu ma ġiex adottat]

(2)  ĠU [għadha ma ġietx adottata]

(3)  Hekk kif evalwati fil-valutazzjoni tal-kapaċitajiet ta’ ġestjoni tar-riskju kif meħtieġ skont l-Artikolu 6(c) tad-Deċiżjoni 1313/2013

(4)  Kif definit fil-Kumunikazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea: “Towards a European Gigabit Society” (Lejn Soċjetà Ewropea tal-Gigabits) – COM(2016)587: https://ec.europa.eu/digital-single-market/en/policies/improving-connectivity-and-access

(5)  F’konformità mal-Artikolu 22 [Proposta għal] tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi.

(6)  Id-Direttiva 2014/61/UE

ANNESS V

Il-mudell għal programmi appoġġati mill-FEŻR (Investiment favur l-Impjiegi u t-tkabbir), il-FSE+, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-FEMS – l-Artikolu 16(3)

CCI

 

Titolu bl-Ingliż

[255 karattru (1)]

Titolu bil-lingwa / lingwi nazzjonali

[255]

Verżjoni

 

L-ewwel sena

[4]

L-aħħar sena

[4]

Eliġibbli minn

 

Eliġibbli sa

 

Numru tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

 

Data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni

 

Numru tad-deċiżjoni ta’ emenda tal-Istat Membru

 

Id-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ emenda tal-Istat Membru

 

Trasferiment mhux sostanzjali (Art. 19.5)

Iva / Le

Reġjuni NUTS koperti mill-programm (mhux applikabbli għall-FEMS)

 

Fond ikkonċernat

FEŻR

Fond ta’ Koeżjoni

FSE+

FEMS

1.   Strateġija tal-programm: l-isfidi tal-iżvilupp u r-reazzjonijiet ta’ politika ewlenin

Referenza: Artikolu 17(3)(a)(i)-(vii) u 17(3)(b)

Spazju għat-test [30 000 ]

Għall-mira tal-Impjiegi u t-tkabbir ekonomiku:

Tabella 1

Objettiv ta’ politika

Objettiv speċifiku jew prijorità specifika  (*1)

Ġustifikazzjoni (sommarju)

 

 

[2 000 għal kull objettiv speċifiku jew prijorità speċifika]

Għall-FEMS:

Tabella 1A

Objettiv ta’ politika

Prijorità

Analiżi SWOT (għal kull prijorità)

Ġustifikazzjoni (sommarju)

 

 

Punti pożittivi

[10 000 għal kull prijorità]

[20 000 għal kull prijorità]

Dgħufijiet

[10 000 għal kull prijorità]

Opportunitajiet

[10 000 għal kull prijorità]

Theddid

[10 000 għal kull prijorità]

L-identifikazzjoni tal-ħtiġijiet fuq il-bażi tal-analiżi SWOT filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-elementi stabbiliti fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament tal-FEMS

[10 000 għal kull prijorità]

2.   Prijoritajiet oħra minbarra l-assistenza teknika

Referenza: L-Artikolu 17(2) u 17(3)(c)

Tabella 1 T: Struttura tal-programm  (*2)

ID

Titolu [300]

AT

Il-bażi għall-kalkolu

Fond

Kategorija tar-reġjun appoġġat

Objettiv Speċifiku magħżul

1

Prijorità 1

Le

 

FEŻR

Aktar żviluppat

OS 1

Fi tranżizzjoni

Inqas żviluppat

OS 2

Ultraperiferiku u skarsament popolat

Aktar żviluppat

OS 3

2

Prijorità 2

Le

 

FSE+

Aktar żviluppat

OS 4

Fi tranżizzjoni

Inqas żviluppat

OS 5

Ultraperiferiċi

3

Prijorità 3

Le

 

FK

Mhux Applikabbli

 

3

Assistenza Teknika Prijoritarja

Iva

 

 

 

Mhux Applikabbli

..

Prijorità speċifika għall-impjiegi taż-żgħażagħ

Le

 

FSE+

 

 

 

Prijorità speċifika għall-Garanzija għat-Tfal

Le

 

FSE+

 

 

..

Prijorità speċifika għas-CSRs

Le

 

FSE+

 

 

..

Prijorità speċifika għal Azzjonijiet Innovattivi

Le

 

FSE+

 

OS 8

 

Prijorità spċifika speċifika għall-Privazzjoni Materjali

L-ebda

 

FSE+

 

OS 9

2.1   It-Titolu tal-prijorità [300] (ripetut għal kull prijorità)

Din hija prijorità speċifika għal rakkomandazzjoni relevanti rilevanti speċifika għall-pajjiż

Din hija prijorità speċifika għall-impjiegi taż-żgħażagħ

Din hija prijorità speċifika għall-azzjonijiet innovattivi

Din hija prijorità speċifika għall-Garanzija għat-Tfal [Em. 406]

Din hija prijorità biex tindirizza b’mod speċifiku l-privazzjoni materjali (**)

*

Tabella applikabbli għall-prijoritajiet tal-FSE+.

2.1.1.   Objettiv speċifiku (2) (L-għan tal-Impjiegi u t-tkabbir ekonomiku) jew il-Qasam ta’ appoġġ (FEMS) – ripetuti għal kull objettiv speċifiku magħżul jew il-qasam ta’ appoġġ, għal prijoritajiet oħra minbarra dawk ta’ assistenza teknika [Em. 407]

2.1.1.1   Interventi tal-Fondi

Referenza: Artikolu 17(3)(d)(i)(iii)(iv)(v)(vi);

It-tip ta’ azzjonijiet relatati – Artikolu 17(3)(d)(i):

Spazju għat-test [8 000 ]

Il-lista ta’ operazzjonijiet ippjanati ta’ importanza strateġika – l-Artikolu 17(3)(d)(i):

Spazju għat-test [2 000 ]

Il-gruppi ewlenin fil-mira – l-Artikolu 17(3)(d)(iii):

Spazju għat-test [1 000 ]

Territorji speċifiċi fil-mira, inkluż l-użu ppjanat ta’ għodod territorjali – l-Artikolu 17(3)(d)(iv)

Spazju għat-test [2 000 ]

Azzjonijiet interreġjonali u transnazzjonali – l-Artikolu – 17(3)(d)(v)

Spazju għat-test [2 000 ]

L-użu ppjanat ta’ strumenti finanzjarji — l-Artikolu — 17(3)(d)(vi)

Spazju għat-test [1 000 ]

2.1.1.2   Indikaturi (3) [Em. 408]

Referenza: l-Artikolu 17(3)(d)(ii)

Tabella 2: Indikaturi tal-output

Prijorità

Objettiv speċifiku (L-għan tal-Impjiegi u t-tkabbir) jew il-qasam ta’ appoġġ (FEMS)

Fond

Kategorija tar-reġjun

ID [5]

Indicator [255]

L-unità ta’ kejl

Stadju Ewlieni (2024)

Mira (2029)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 3: Indikaturi tar-riżultati

Prijorità

Objettiv speċifiku (L-għan tal-Impjiegi u t-tkabbir) jew il-qasam ta’ appoġġ (FEMS)

Fond

Kategorija tar-reġjun

ID [5]

Indicator [255]

L-unità ta’ kejl

Il-linja bażi jew il-valur ta’ referenza

Sena ta’ referenza

Mira (2029)

Is-sors tad-data [200]

Kummenti [200]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.1.1.3   Tqassim indikattiv tar-riżorsi tal-programm (UE) skont it-tip ta’ intervent (4) (mhux applikabbli għall-FEMS) [Em. 409]

Referenza: l-Artikolu 17(3)(d)(vii)

Tabella 4: Dimensjoni 1 – qasam tal-intervent

Prijorità Nru

Fond

Kategorija tar-reġjun

Objettiv speċifiku

Kodiċi

Ammont (f’EUR)

 

 

 

 

 

 


Tabella 5: Dimensjoni 2 – forma ta’ finanzjament

Prijorità Nru

Fond

Kategorija tar-reġjun

Objettiv speċifiku

Kodiċi

Ammont (f’EUR)

 

 

 

 

 

 


Tabella 6: Dimensjoni 3 – il-mekkaniżmu eżekuttiv territorjali u l-qasam territorjali

Prijorità Nru

Fond

Kategorija tar-reġjun

Objettiv speċifiku

Kodiċi

Ammont (f’EUR)

 

 

 

 

 

 


Tabella 7: Dimension 6 – temi sekondarji tal-FSE+

Prijorità Nru

Fond

Kategorija tar-reġjun

Objettiv speċifiku

Kodiċi

Ammont (f’EUR)

 

 

 

 

 

 

2.1.2   Objettiv speċifiku li jindirizza l-privazzjoni materjali

Referenza: l-Artikolu 17(3); CPR

Tipi ta’ appoġġ

Spazju għat-test [2 000 karattru]

Il-gruppi ewlenin fil-mira

Spazju għat-test [2 000 karattru]

Id-dekriptaġġ tal-iskemi nazzjonali jew reġjonali ta’ appoġġ

Spazju għat-test [2 000 karattru]

Kriterji għall-għażla tal-operazzjonijiet (5) [Em. 410]

Spazju għat-test [4 000 karattru]

2.T.   Prijorità ta’ assistenza teknika

Referenza: l-Artikolu 17(3)(e); l-Artikolu 29, l-Artikolu 30, l-Artikolu 31, l-Artikolu 89 CPR;

Deskrizzjoni tal-assistenza teknika b’pagamenti b’rata fissa — l-Artikolu 30

Spazju għat-test [5 000 ]

Deskrizzjoni tal-assistenza teknika taħt il-pagamenti mhux marbuta mal-ispejjeż — l-Artikolu 31

Spazju għat-test [3 000 ]


Tabella 8: Dimensjoni 1 – qasam tal-intervent

Prijorità Nru

Fond

Kategorija tar-reġjun

Kodiċi

Ammont (f’EUR)

 

 

 

 

 


Tabella 9: Dimension 5 – temi sekondarji tal-FSE+

Prijorità Nru

Fond

Kategorija tar-reġjun

Kodiċi

Ammont (f’EUR)

 

 

 

 

 

3.   Pjan finanzjarju

Referenza: l-Artikolu 17(3)(f)(i)-(iii); l-Artikolu 106(1)-(3), l-Artikolu 10; l-Artikolu 21; CPR,

3.A   Trasferimenti u kontribuzzjonijiet (6)

Referenza: l-Artikolu 10; l-Artikolu 21; CPR

Emenda fil-programm relatata mal-Artikolu 10 CPR (il-kontribuzzjoni għal InvestEU)

Emenda fil-programm relatata mal-Artikolu 21 CPR (trasferimenti għal strumenti permezz ta’ ġestjoni diretta jew indiretta bejn il-fondi ta’ ġestjoni kondiviża)


Tabella 15: Kontribuzzjonijiet għal InvestEU  (*3)

 

Kategorija ta’ reġjuni

Grupp 1

Grupp 2

Grupp 3

Grupp 4

Grupp 5

ammont

 

 

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

(f)=(a)+(b)+(c)+(d)+(e))

FEŻR

Aktar żviluppat

 

 

 

 

 

 

Inqas żviluppat

 

 

 

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

 

 

 

Reġjuni ultraperiferiċi u tat-Tramuntana skarsament popolati

 

 

 

 

 

 

FSE+

Aktar żviluppat

 

 

 

 

 

 

Inqas żviluppat

 

 

 

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

 

 

 

Ultraperiferiċi

 

 

 

 

 

 

FK

 

 

 

 

 

 

 

FEMS

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 16: Trasferimenti għal strumenti permezz ta’ ġestjoni diretta jew indiretta  (*4)

Fond

Kategorija ta’ reġjuni

Strument 1

Strument 2

Strument 3

Strument 4

Strument 5

Ammont tat-trasferiment

 

 

(a)

(b)

(c)

(d)

(e)

(f)=(a)+(b)+(c)+(d)+(e)

FEŻR

Aktar żviluppat

 

 

 

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

 

 

 

Inqas żviluppat

 

 

 

 

 

 

Reġjuni ultraperiferiċi u tat-Tramuntana skarsament popolati

 

 

 

 

 

 

FSE+

Aktar żviluppat

 

 

 

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

 

 

 

Inqas żviluppat

 

 

 

 

 

 

Ultraperiferiċi

 

 

 

 

 

 

FK

 

 

 

 

 

 

 

FEMS

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

[Em. 411]

Tabella 17: Trasferimenti bejn il-fondi ta’ ġestjoni kondiviża  (*5)

 

FEŻR

FSE+

FK

FEMS

AMF

ISF

IBMF

Total

Aktar żviluppat

Fi tranżizzjoni

Inqas żviluppat

Reġjuni ultraperiferiċi u tat-Tramuntana skarsament popolati

Aktar żviluppat

Fi tranżizzjoni

Inqas żviluppat

Ultraperiferiċi

FEŻR

Aktar żviluppat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Inqas żviluppat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Reġjuni ultraperiferiċi u tat-Tramuntana skarsament popolati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FSE+

Aktar żviluppat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Inqas żviluppat

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Ultraperiferiċi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FK

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FEMS

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.1   Approprjazzjonijiet Finanzjarji skont is-sena

Referenza: l-Artikolu 17(3)(f)(i)

Tabella 10: Approprjazzjonijiet Finanzjarji skont is-sena

Fond

Kategorija tar-reġjun

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Total

FEŻR

Inqas żviluppat

 

 

 

 

 

 

 

 

Aktar żviluppat

 

 

 

 

 

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

Reġjuni ultraperiferiċi u tat-Tramuntana skarsament popolati

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

FSE+

Inqas żviluppat

 

 

 

 

 

 

 

 

Aktar żviluppat

 

 

 

 

 

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

Ultraperiferiċi

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Fond ta’ Koeżjoni

Mhux Applikabbli

 

 

 

 

 

 

 

 

FEMS

Mhux Applikabbli

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2   Approprjazzjonijiet finanzjarji totali skont il-fond u l-kofinanzjament nazzjonali (7) [Em. 412]

Referenza: l-Artikolu 17(3)(f)(ii), l-Artikolu 17(6)

Għall-mira tal-Impjiegi u t-tkabbir ekonomiku:

Tabella 11: Approprjazzjonijiet finanzjarji totali skont il-fond u l-kofinanzjament nazzjonali

Objettiv ta’ politika Le jew AT

Prijorità

Bażi għall-kalkolu tal-appoġġ tal-UE (totali jew pubbliku)

Fond

Kategorija tar-reġjun  (*6)

Kontribuzzjoni tal-UE

Kontribuzzjoni nazzjonali

Tqassim indikattiv tal-kontribuzzjoni nazzjonali

Total

Rata ta’ kofinanzjament

pubblika

privata

 

 

 

 

(a)

(b)=(c)+(d)

(c)

(d)

(e)=(a)+(b) (*7)

(f)=(a)/(e) (*7)

 

Prijorità 1

P/T

FEŻR

Inqas żviluppat

 

 

 

 

 

 

Aktar żviluppat

 

 

 

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

 

 

 

Allokazzjoni speċjali għar-reġjuni ultraperiferiċi u tat-Tramuntana skarsament popolati

 

 

 

 

 

 

 

Prijorità 2

 

FSE+

Inqas żviluppat

 

 

 

 

 

 

Aktar żviluppat

 

 

 

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

 

 

 

Ultraperiferiċi

 

 

 

 

 

 

 

Prijorità 3

 

FK

 

 

 

 

 

 

 

AT

AT l-Artikolu 29 CPR

 

FEŻR jew FSE+ jew FK

 

 

 

 

 

 

 

 

AT l-Artikolu 30 CPR

 

FEŻR jew FSE+ jew FK

 

 

 

 

 

 

 

Total tal-FEŻR

 

 

Aktar żviluppat

 

 

 

 

 

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

Inqas żviluppat

 

 

 

 

 

 

 

 

Allokazzjoni speċjali għar-reġjuni ultraperiferiċi u tat-Tramuntana skarsament popolati

 

 

 

 

 

 

Total tal-FSE+

 

 

Aktar żviluppat

 

 

 

 

 

 

 

 

Fi tranżizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

Inqas żviluppat

 

 

 

 

 

 

 

 

Ultraperiferiċi

 

 

 

 

 

 

Total FK

 

Mhux Applikabbli

 

 

 

 

 

 

 

Total globali

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Għall-FEMS:

Referenza: l-Artikolu 17(3)(f)(iii)

Tabella 11 A

Prijorità

It-tip ta’ żona ta’ appoġġ (in-nomenklatura stabbilita fir-Regolament tal-FEMS)

Il-bażi għall-kalkolu tal-appoġġ tal-UE

Kontribuzzjoni tal-UE

Kontribuzzjoni pubblika nazzjonali

Total

Rata ta’ kofinanzjament

Prijorità 1

1.1

Pubblika

 

 

 

 

1.2

Pubblika

 

 

 

 

1.3

Pubblika

 

 

 

 

1.4

Pubblika

 

 

 

 

1.5

Pubblika

 

 

 

 

Prijorità 2

2.1

Pubblika

 

 

 

 

Prijorità 3

3.1

Pubblika

 

 

 

 

Prijorità 4

4.1

Pubblika

 

 

 

 

Assistenza teknika

5.1

Pubblika

 

 

 

 

4.   Kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni

Referenza: l-Artikolu 19(3)(h)

Tabella 12: Kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni

Kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni

Fond

Objettiv speċifiku

(M.A. għall-FEMS)

L-issodisfar tal-kundizzjoni ta’ abilitazzjoni

Kriterji

L-issodisfar ta’ kriterji

Referenza għad-dokumenti rilevanti

Ġustifikazzjoni

 

 

 

Iva / Le

Kriterju 1

Iva / Le

[500]

[1 000 ]

 

 

 

 

Kriterju 2

Iva / Le

 

 

5.   L-awtoritajiet tal-programm

Referenza: l-Artikolu 17(3)(j); l-Artikolu 65, l-Artickolu 78 CPR

Tabella 13: L-awtoritajiet tal-programm

L-awtoritajiet tal-programm

L-isem tal-istituzzjoni [500]

L-isem ta’ kuntatt [200]

Posta elettronika [200]

Awtorità ta’ ġestjoni

 

 

 

Awtorità tal-awditjar

 

 

 

Korp li jirċievi l-pagamenti mingħand il-Kummissjoni

 

 

 

6.   Is-Sħubija

Referenza: l-Artikolu 17(3)(g)

Spazju għat-test [10 000 ]

7.   Komunikazzjoni u viżibbiltà

Referenza: l-Artikolu 17(3)(i) CPR, l-Artikolu 42(2) CPR

Spazju għat-test [4 500 ]

8.   L-użu ta’ spejjeż għal kull unità, somom f’daqqa, rati fissi u finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż

Referenza: l-Artikoli 88 u 89 CPR

Tabella 14: L-użu ta’ spejjeż għal kull unità, somom f’daqqa, rati fissi u finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż

Indikazzjoni dwar l-użu tal-Artikoli 88 u 89:  (*8)

Prijorità Nru

Fond

Objettiv speċifiku (L-għan tal-Impjiegi u t-tkabbir) jew il-qasam ta’ appoġġ (FEMS)

L-użu tar-rimborż tan-nefqa eliġibbli fuq il-bażi tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa, ir-rati fissi taħt il-prijorità skont l-Artikolu 88 CPR

Prijorità 1

FEŻR

OS 1

OS 2

Prijorità 2

FSE+

OS 3

OS 4

Prijorità 3

FK

OS 5

OS 6

L-użu ta’ finanzjament mhux marbut ma’ spejjeż skont l-Artikolu 89 CPR

Prijorità 1

FEŻR

OS 7

OS 8

Prijorità 2

FSE+

OS 9

OS 10

Prijorità 3

FK

OS 11

OS 12

APPENDIĊI

Ir-rimborż tan-nefqa eliġibbli fuq il-bażi tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa, ir-rati fissi (l-Artikolu 88 CPR)

Il-finanzjament li mhuwiex marbut mal-ispejjeż (l-Artikolu 89 CPR)

Il-pjan ta’ azzjoni tal-FEMS għas-sajd kostali fuq skala żgħira

Il-pjan ta’ azzjoni tal-FEMS għal kull reġjun ekstraperiferiku


(1)  In-numri fil-parentesi kwadri jirreferu għall-għadd ta’ karattri.

(*1)  Prijoritajiet speċifiċi skont ir-Regolament tal-FSE+

(*2)  Informazzjoni dwar din it-tabella se sservi ta’ kontribut tekniku sabiex jimtlew minn qabel partijiet u tabelli oħra fil-mudell fil-format elettroniku. Mhux applikabbli għall-FEMS. [Em. 405]

(**)  Jekk mmarkata mur għat-Taqsima 2.1.2

(2)  Ħlief għal objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)(c) (vii) (1)(xi) tar-Regolament tal-FSE+.

(3)  Qabel ir-rieżami ta’ nofs it-terminu fl-2025 tal-FEŻR, il-FSE+ u l-FK, it-tqassim għas-snin mill-2021 sal-2025 biss.

(4)  Qabel ir-rieżami ta’ nofs it-terminu fl-2025 tal-FEŻR, il-FSE+ u l-FK, it-tqassim għas-snin mill-2021 sal-2025 biss.

(5)  Għall-programmi limitati għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 4(1)(c)(vii) (1)(xi) tar-Regolament tal-FSE+

(6)  Applikabbli biss għal emendi fil-programm f’konformità mal-Artikoli 10 u 21, CPR.

(*3)  Ammonti kumulattivi għall-kontribuzzjonijiet kollha matul il-perjodu ta’ programmar.

(*4)  Ammonti kumulattivi għat-trasferimenti kollha matul il-perjodu ta’ programmar.

(*5)  Ammonti kumulattivi għat-trasferimenti kollha matul il-perjodu ta’ programmar.

(7)  Qabel ir-rieżami ta’ nofs it-terminu fl-2025 tal-FEŻR, il-FSE+ u l-FK, l-approprjazzjonijiet finanzjarji għas-snin mill-2021 sal-2025 biss.

(*6)  Għall-FEŻR: reġjuni anqas żviluppati, fi tranżizzjoni aktar żviluppati u, fejn applikabbli, allokazzjoni speċjali għar-reġjuni ultraperiferiċi u tat-Tramuntana skarsament popolati. Għall-FSE+: reġjuni anqas żviluppati, fi tranżizzjoni aktar żviluppati u, fejn applikabbli, allokazzjoni addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi. għall-FK: mhux applikabbli. Għal assistenza teknika, l-applikazzjoni ta’ kategoriji ta’ reġjun tiddependi fuq l-għażla tal-fond.

(*7)  Fejn rilevanti għal kull kategorija ta’ reġjun.

(*8)  L-informazzjoni kollha se tingħata skont il-mudelli annessi mas-CPR.

Appendiċi 1: Ir-rimborż tan-nefqa eliġibbli mill-Kummissjoni lill-Istat Membru fuq il-bażi tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa u r-rati fissi

Il-mudell għat-tressiq tad-data biex tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni

(l-Artikolu 88)

Id-Data għat-tressiq tal-proposta

 

Verżjoni attwali

 

A.     Sommarju tal-elementi ewlenin

Prijorità

Fond

Objettiv speċifiku (L-għan tal-Impjiegi u t-tkabbir) jew il-qasam ta’ appoġġ (FEMS)

Kategorija tar-reġjun

Proporzjon stmat tal-allokazzjoni finanzjarja totali fil-prijorità li għaliha l-SCO se jiġi applikat f’% (stima)

Tip(i) ta’ operazzjoni

Isem l-indikatur(i) korrispondenti

Unità ta’ kejl għall-indikatur

Tip ta’ SCO (skala standard tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa jew ir-rati fissi)

Skala standard korrispondenti tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa jew ir-rati fissi

(fil-munita nazzjonali)

 

 

 

 

 

Kodiċi

Deskrizzjoni

Kodiċi

Deskrizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.     Dettalji skont it-tip ta’ operazzjoni (trid timtela għal kull tip ta’ operazzjoni)

L-Awtorità ta’ Ġestjoni rċeviet appoġġ minn kumpanija esterna biex jiġu stabbiliti l-ispejjeż issimplifikati ta’ hawn taħt?

Jekk iva, speċifika liema hija l-kumpanija esterna:
Iva / Le – Isem il-kumpanija esterna

Tipi ta’ operazzjonijiet:

1.1.

Deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjoni

 

1.2

Il-prijorità / objettivi speċifiċi kkonċernati (Il-mira tal-Impjiegi u t-tkabbir ekonomiku) jew il-qasam ta’ appoġġ (FEMS)

 

1.3

Isem l-indikatur (1)

 

1.4

Unità ta’ kejl għal indikatur

 

1.5

Skala standard tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa jew ir-rati fissi

 

1.6

Ammont

 

1.7

Kategoriji ta’ spejjeż koperti mill-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa jew ir-rati fissi

 

1.8

Dawn il-kategoriji ta’ spejjeż, ikopru n-nefqa eliġibbli kollha għall-operat? (Iva / Le)

 

1.9

Metodu ta’ aġġustament(i)

 

1.10

Verifika li l-unità ta’ kejl nkisbet

liema dokument(i) se jintuża(w) biex jiġi verifikat li l-unità ta’ kejl nkisbet?

iddeskrivi x’se jiġi vverifikat waqt il-ġestjoni tal-verifiki (inklużi dawk fil-post), u minn min.

x’arranġamenti hemm biex tinġabar u tinħażen id-data / id-dokumenti deskritti?

 

1.11

Kif jistgħu jitnaqqsu inċentivi perversi jew problemi possibbli maħluqa minn dan l-indikatur, u l-livell ta’ riskju stmat

 

1.12

Ammont totali (nazzjonali u tal-UE) mistenni li jiġi rimborżat

 

C:     Kalkolu tal-iskala standard tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa jew ir-rati fissi

1.

Is-sors tad-data użata biex tiġi kkalkulata l-iskala standard tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa jew ir-rati fissi (min fornixxa, ġabar u rreġistra d-data; fejn tinħażen id-data; id-dati ta’ skadenza; il-validazzjoni, eċċ.).

 

2.

Speċifika l-għaliex il-metodu u l-kalkolu proposti huma rilevanti gћat-tip ta’ operazzjoni.

 

3.

Speċifika kif il-kalkoli saru, inkludi b’mod partikolari s-suppożizzjonijiet kollha li saru f’termini ta’ kwalità, jew kwantità. Fejn ikun rilevanti, għandhom jintużaw l-evidenza statistika u l-punti ta’ riferiment, u għandhon jinhemżu ma’ dan l-anness f’format li jista’ jintuża mill-Kummissjoni.

 

4.

Spjega kif żgurajt li n-nefqa eleġibbli biss ġiet inkluża fil-kalkolu tal-iskala standard tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa jew ir-rati fissi.

 

5.

Il-valutazzjoni tal-awtorità / awtoritajiet tal-awditjar dwar il-metodoloġija tal-kalkolu, l-ammonti u l-arranġamenti, sabiex jiġu żgurati l-verifika, il-kwalità, il-ġbir u l-ħżin tad-data.

 


(1)  Bosta indikaturi kumplementari (pereżempju indikatur tal-output wieħed u indikatur tar-riżultati wieħed) huma possibbli għal tip ta’ operazzjoni waħda. F’każijiet bħal dawn, it-Taqsimiet minn 1.3 sa 1.11 jenħtieġ li jimtlew għal kull indikatur.

Appendiċi 2: Finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż

Il-mudell għat-tressiq tad-data biex tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni

(l-Artikolu 89)

Id-Data għat-tressiq tal-proposta

 

Verżjoni attwali

 

A.     Sommarju tal-elementi ewlenin

Prijorità

Fond

Objettiv speċifiku (L-għan tal-Impjiegi u t-tkabbir) jew il-qasam ta’ appoġġ (FEMS)

Kategorija tar-reġjun

L-ammont kopert minn finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż

Tip(i) ta’ operazzjoni

Kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati / ir-riżultati li għandhom jinkisbu

Isem l-indikatur(i) korrispondenti

Unità ta’ kejl għall-indikatur

 

 

 

 

 

 

 

Kodiċi

Deskrizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-ammont kumplessiv kopert

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.     Dettalji skont it-tip ta’ operazzjoni (trid timtela għal kull tip ta’ operazzjoni)

Tipi ta’ operazzjonijiet:

1.1.

Deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjoni

 

1.2

Il-prijorità / objettivi speċifiċi kkonċernati (Il-mira tal-Impjiegi u t-tkabbir ekonomiku) jew il-qasam ta’ appoġġ (FEMS)

 

1.3

Kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati jew ir-riżultati li għandhom jinkisbu

 

1.4

L-iskadenza għat-twettiq tal-kundizzjonijiet jew tar-riżultati li għandhom jinkisbu

 

1.5

Definizzjoni tal-indikatur għar-riżultati tanġibbli

 

1.6

Unità ta’ kejl għall-indikatur tar-riżultati tanġibbli

 

1.7

Ir-riżultati tanġibbli intermedji (jekk applikabbli) li jwasslu għal rimborż mill-Kummissjoni bi skeda għar-rimborżi

Ir-riżultati tanġibbli intermedji

Data

Ammonti

 

 

 

 

 

 

1.8

Ammont totali (inklużi l-finanzjament tal-UE u nazzjonali)

 

1.9

Metodu ta’ aġġustament(i)

 

1.10

Il-verifika li nkiseb ir-riżultat jew il-kundizzjoni (u fejn ikun rilevanti, ir-riżultati tanġibbli intermedji)

iddeskrivi liema dokument(i) se jintuża(w) biex jiġi verifikat li r-riżultat jew il-kundizzjoni nkisbu

iddeskrivi x’se jiġi vverifikat waqt il-ġestjoni tal-verifiki (inklużi dawk fil-post), u minn min.

iddeskrivi x’inhuma l-arranġamenti hemm biex tinġabar u tinħażen id-data / id-dokumenti

 

1.11

Arranġamenti biex jiġi żgurat ir-rendikont tal-entrati

Elenka l-korp(i) responsabbli għal dawn l-arranġamenti.

 

Appendiċi 3: Il-pjan ta’ azzjoni tal-FEMS għas-sajd kostali fuq skala żgħira

Il-formola għat-tressiq tad-data għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni

Data ta’ tressiq tal-proposta

 

Verżjoni attwali

 

1.   Deskrizzjoni tal-flotta kostali fuq skala żgħira

Qasam tat-test [5 000 ]

2.   Deskrizzjoni ġenerali tal-istrateġija għall-iżvilupp ta’ sajd kostali fuq skala żgħira profitabbli u sostenibbli

L-ispanzju għat-test [5 000 ] u l-ammont globali indikattiv allokat tal-FEMS

3.   Deskrizzjoni tal-azzjonijiet speċifiċi skont l-istrateġija għall-iżvilupp ta’ sajd kostali fuq skala żgħira profitabbli u sostenibbli

Deskrizzjoni tal-azzjonijiet ewlenin

Ammont indikattiv allokat tal-FEMS (EUR)

Aġġustament u ġestjoni tal-kapaċità ta’ sajd

Qasam tat-test [10 000 ]

 

Promozzjoni ta’ prattiki tas-sajd sostenibbli, reżiljenti għall-klima u b’użu baxx tal-karbonju li timminimizza d-dannu għall-ambjent

Spazju għat-test [10 000 ]

 

Rinforz tal-katina tal-valur tas-settur u l-promozzjoni tal-istrateġiji tal-kummerċjalizzazzjoni

Qasam tat-test [10 000 ]

 

Promozzjoni tal-ħiliet, għarfien, innovazzjoni u bini tal-kapaċità

Qasam tat-test [10 000 ]

 

Titjib tas-saħħa, is-sikurezza u l-kundizzjonijiet tax-xogħol fuq il-bastimenti tas-sajd

Qasam tat-test [10 000 ]

 

Konformità miżjuda mal-ġbir tad-data, it-traċċabilità, il-monitoraġġ, il-kontroll u r-rekwiżiti tas-sorveljanza

Qasam tat-test [10 000 ]

 

Involviment ta’ operaturi fuq skala żgħira fil-ġestjoni parteċipatorja tal-ispazju marittimu, inklużi ż-Żoni Protetti Marittimi u ż-żoni Natura 2000

Qasam tat-test [10 000 ]

 

Diversifikazzjoni tal-attivitajiet fl-ekonomija blu sostenibbli aktar wiesgħa

Qasam tat-test [10 000 ]

 

Organizzazzjoni u parteċipazzjoni kollettiva ta’ operaturi fuq skala żgħira fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-proċessi konsultattivi

Qasam tat-test [10 000 ]

 

4.   Fejn xieraq, l-implimentazzjoni tal-linji gwida volontarji tal-FAO għall-kisba ta’ sajd sostenibbli fuq skala żgħira

Qasam tat-test [10 000 ]

5.   Fejn xieraq, l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni reġjonali għas-sajd fuq skala żgħira mill-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Mediterran

Qasam tat-test [10 000 ]

6.   Indikaturi

Tabella 1: Indikaturi tal-output

Titolu tal-indikatur tal-output

Unità tal-kejl

Stadju Ewlieni (2024)

Mira (2029)

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 2: Indikaturi tar-riżultati

Titolu tal-indikatur tar-riżultat

Unità tal-kejl

Bażi

Sena ta’ referenza

Mira (2029)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Appendiċi 4: Il-pjan ta’ azzjoni tal-FEMS għal kull reġjun ekstraperiferiku

Il-formola għat-tressiq tad-data għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni

Data ta’ tressiq tal-proposta

 

Verżjoni attwali

 

1.   Deskrizzjoni tal-istrateġija għall-isfruttament sostenibbli tas-sajd u l-iżvilupp tal-ekonomija blu sostenibbli

Qasam tat-test [30 000 ]

2.   Deskrizzjoni tal-azzjonijiet ewlenin previsti u l-mezzi finanzjarji korrispondenti

Deskrizzjoni tal-azzjonijiet ewlenin

Ammont allokat tal-FEMS (EUR)

Appoġġ strutturali għas-settur tas-sajd u l-akkwakultura skont il-FEMS

Qasam tat-test [10 000 ]

 

Kumpens għall-ispejjeż addizzjonali skont l-Artikolu 21 tal-FEMS

Qasam tat-test [10 000 ]

 

Investimenti oħrajn f’ekonomija blu sostenibbli meħtieġa biex jinkiseb żvilupp kostali sostenibbli

Qasam tat-test [10 000 ]

 

3.   Deskrizzjoni tas-sinerġiji ma’ sorsi oħrajn ta’ finanzjament tal-Unjoni

Qasam tat-test [10 000 ]

4.   Deskrizzjoni ta’ sinerġiji mal-pjan ta’ azzjoni għas-sajd artiġjanali u kostali

Qasam tat-test [10 000 ]

ANNESS VI

Mudell tal-programm ta’ AMIF, ISF u BMVI – l-Artikolu 16(3)

Numru tas-CCI

 

Titolu bl-Ingliż

[255 karattru (1)]

Titolu bil-lingwa nazzjonali

[255]

Verżjoni

 

L-Ewwel Sena

[4]

L-Aħħar Sena

[4]

Eliġibbli minn

 

Eliġibbli sa

 

Numru tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

 

Data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

 

Numru tad-deċiżjoni ta’ emenda tal-Istat Membru

 

Id-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta’ emenda tal-Istat Membru

 

1.   Strateġija tal-programm: l-isfidi u r-reazzjonijiet ta’ politika ewlenin

Referenza: l-Artikolu 17(3)(a)(i)-(v) u (vii) u 17(3)(b)

Din it-taqsima tispjega kif il-programm se jindirizza l-isfidi ewlenin identifikati fil-Ftehim ta’ Sħubija, u tipprovdi sommarju tal-isfidi identifikati fil-livell nazzjonali fuq il-bażi ta’ valutazzjonijiet u / jew strateġiji ta’ ħtiġijiet lokali, reġjonali u nazzjonali. Tipprovdi ħarsa ġenerali tal-istat tal-implimentazzjoni tal-acquis tal-UE rilevanti u tal-progress miksub fil-pjanijiet ta’ azzjoni tal-UE, u tiddeskrivi kif il-Fond se jappoġġa l-iżvilupp tagħhom permezz tal-perjodu ta’ programmazzjoni.


Spazju għat-test [15 000 ]

2.   Objettivi speċifiċi (imtennija għal kull objettiv speċifiku għajr l-assistenza teknika)

Referenza: l-Artikolu 17(2) u 17(4)

2.1.   Titolu tal-objettiv speċifiku [300]

2.1.1.   Deskrizzjoni tal-objettiv speċifiku

Din it-taqsima tiddeskrivi, għal kull objettiv speċifiku, is-sitwazzjoni inizjali, l-isfidi ewlenin u tipproponi tweġibiet appoġġati mill-Fond. Tiddeskrivi liema objettivi operazzjonali jkunu indirizzati bis-sostenn tal-Fond; tipprovdi lista indikattiva tal-azzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 3 u 4 tar-Regolamenti tal-AMIF, l-ISF jew il-BMVI.

B’mod partikolari: Għall-appoġġ operazzjonali, tipprovdi ġustifikazzjoni skont l-Artikolu 17 tar-Regolament tal-ISF, l-Artikoli 17 u 18 tar-Regolament tal-BMVI jew l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-AMIF. Tinkludi lista indikattiva ta’ benefiċjarji bir-responsabbiltajiet statutorji tagħhom, il-kompiti ewlenin li għandhom jiġu appoġġati u l-għadd indikattiv ta’ persunal li għandu jkun sostnut għal kull benefiċjarju u kompitu. Għall-ISF, l-appoġġ operazzjonali għandu jiġi deskritt fil-punt 4 tal-mudell.

Għal azzjonijiet speċifiċi, tiddeskrivi kif se titwettaq l-azzjoni, u tipprovdi ġustifikazzjoni għall-ammont allokat. Barra minn hekk, għall-azzjonijiet speċifiċi konġunti, l-Istat Membru mexxej jelenka l-Istati Membri parteċipanti, inkluż ir-rwol tagħhom u, jekk applikabbli, il-kontribuzzjoni finanzjarja tagħhom.

Għal assistenza ta’ emeerġenza, tiddeskrivi kif se titwettaq l-azzjoni, u tipprovdi ġustifikazzjoni għall-ammont allokat.

L-użu ppjanat tal-istrumenti finanzjarji, jekk applikabbli.

L-AMIF biss: ir-risistemazzjoni u s-solidarjetà għandhom jiġu ppreżentati separatament.

Spazju għat-test (16 000 karattru)

2.1.2   Indikaturi

Tabella 1: Indikaturi tal-output

Objettiv speċifiku

ID [5]

Indicator [255]

L-unità ta’ kejl

Stadju Ewlieni (2024)

Mira (2029)

 

 

 

 

 

 


Tabella 2: Indikaturi tar-riżultati

Objettiv speċifiku

ID [5]

Indicator [255]

L-unità ta’ kejl

Il-linja bażi jew il-valur ta’ referenza

Sena ta’ referenza

Mira (2029)

Is-sors tad-data [200]

Kummenti [200]

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2.1.3   Tqassim Indikattiv tar-riżorsi tal-programm (UE) skont it-tip ta’ intervent

Referenza: L-Artikolu 17(5) u l-Artikolu 10(16) tar-Regolament tal-BMVI jew l-Artikolu 10(9) tar-Regolament tal-ISF jew l-Artikolu 10(8) tar-Regolament tal-AMIF

Tabella 3

Objettiv speċifiku

Tip ta’ intervent

Kodiċi

Ammont indikattiv (EUR)

 

 

 

 

1.1.   Sostenn operazzjonali (l-ISF biss)

Din it-taqsima tapplika biss għal programmi li jirċievu appoġġ mill-ISF u tipprovdi ġustifikazzjoni għall-użu tagħha f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament tal-ISF. Tinkludi lista indikattiva ta’ benefiċjarji bir-responsabbiltajiet statutorji tagħhom, il-kompiti ewlenin li għandhom jiġu appoġġati u l-għadd indikattiv ta’ persunal li għandu jkun sostnut għal kull benefiċjarju u kompitu. Ara wkoll il-punt 2.1.1 t’hawn fuq

Spazju għat-test [5 000 ]


Tabella 4

Tip ta’ intervent

Kodiċi

Ammont indikattiv (EUR)

 

 

 

1.2.   Assistenza teknika

Referenza: l-Artikolu 17(3)(e); L-Artikolu 30 CPR; L-Artikolu 31 CPR; L-Artikolu 89 CPR;

Spazju għat-test [5 000 ] (Assistenza teknika b’pagamenti b’rata fissa)

Spazju għat-test [3 000 ] (Assistenza teknika b’pagamenti li ma jkunux marbutin mal-ispejjeż)


Tabella 5

Tip ta’ intervent

Kodiċi

Ammont indikattiv (EUR)

 

 

 

3.   Pjan finanzjarju

Referenza: Artikolu 17(3)(f)

3.1.   Approprjazzjonijiet Finanzjarji skont is-sena

Tabella 6

Fond

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Total

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3.2   Approprjazzjonijiet finanzjarji totali mill-fond u l-kofinanzjament nazzjonali

Referenza: l-Artikolu 17(3)(f)(iv)

Tabella 7

Objettiv speċifiku

Tip ta’ azzjoni

Bażi għall-kalkolu tal-appoġġ tal-UE (totali jew pubbliku)

Kontribuzzjoni tal-UE (a)

Kontribuzzjoni Nazzjonali (b)=(c)+(d)

Tqassim indikattiv tal-kontribuzzjoni nazzjonali

Total

e=(a)+(b)

Rata ta’ kofinanzjament (f)=(a)/(e)

pubblika (c)

privata (d)

Objettiv speċifiku 1

Tip ta’ azzjoni nru 2 [Referenza għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

 

 

 

 

 

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 2 [Referenza għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

 

 

 

 

 

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 3 [Referenza għall-Artikoli 8(3) u 8(4) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

 

 

 

 

 

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 4 [Referenza għall-Artikolu 14 u 15 tar-Regolament tal-AMIF]

 

 

 

 

 

 

 

Total għal OS 1

 

 

 

 

 

 

 

 

OS 2

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

 

 

 

 

 

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 2 [Referenza għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

 

 

 

 

 

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 3 [Referenza għall-Artikoli 8(3) u 8(4) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

 

 

 

 

 

 

 

Total għal OS 2

 

 

 

 

 

 

 

 

OS 3

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

 

 

 

 

 

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 2 [Referenza għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

 

 

 

 

 

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 3 [Referenza għall-Artikoli 8(3) u 8(4) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

 

 

 

 

 

 

 

Total għal OS 3

 

 

 

 

 

 

 

 

AT (l-Artikolu 30 CPR)

 

 

 

 

 

 

 

 

AT (l-Artikolu 31 CPR)

 

 

 

 

 

 

 

 

Total globali

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 8 [l-AMIF biss]

L-għadd ta’ persuni ta’ kull sena

Kategorija

2021

2022

2023

2024

2025

2026

2027

Ir-Risistemazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

L-ammissjoni umanitarja

 

 

 

 

 

 

 

[kategoriji oħra]

 

 

 

 

 

 

 

4.   Kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni

Referenza: l-Artikolu 17(3)(h)

Tabella 9

Kundizzjoni ta’ abilitazzjoni

L-issodisfar tal-kundizzjoni ta’ abilitazzjoni

Kriterji

L-issodisfar ta’ kriterji

Referenza għad-dokumenti rilevanti

Ġustifikazzjoni

 

 

Kriterju 1

Iva / Le

[500]

[1 000 ]

 

 

Kriterju 2

 

 

 

5.   L-awtoritajiet tal-programm

Referenza: l-Artikolu 17(3)(j); l-Artikoli 65 u 78 CPR

Tabella 10

L-isem tal-istituzzjoni [500]

L-isem ta’ kuntatt u l-pożizzjoni [200]

posta elettronika [200]

Awtorità ta’ ġestjoni

 

 

 

Awtorità tal-awditjar

 

 

 

Korp li jirċievi l-pagamenti mingħand il-Kummissjoni

 

 

 

6.   Is-Sħubija

Referenza: l-Artikolu 17(3)(g);

spazju għat-test [10 000 ]

7.   Komunikazzjoni u viżibbiltà

Referenza: l-Artikolu 17(3)(i) CPR, l-Artikolu 42(2)

Spazju għat-test [4 500 ]

8.   L-użu tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa, ir-rati fissi u l-finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż

Referenza: l-Artikoli 88 u 89 CPR

Indikazzjoni dwar l-użu tal-Artikoli 88 u 89:  (*1)

Objettiv speċifiku

L-użu tar-rimborż tan-nefqa eliġibbli fuq il-bażi tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa, ir-rati fissi taħt il-prijorità skont l-Artikolu 88 CPR

 

L-użu ta’ finanzjament mhux marbut ma’ spejjeż skont l-Artikolu 89 CPR

 

APPENDIĊI

Ir-rimborż tan-nefqa eliġibbli fuq il-bażi tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa, ir-rati fissi (l-Artikolu 88 CPR)

Il-finanzjament li mhuwiex marbut mal-ispejjeż (l-Artikolu 89 CPR)


(1)  In-numru fil-parentesi kwadri jirreferi għall-għadd ta’ karattri

(*1)  L-informazzjoni kollha se tingħata skont il-mudelli fl-appendiċijiet.

Appendiċi 1: Ir-rimborż tan-nefqa eliġibbli mill-Kummissjoni lill-Istat Membru fuq il-bażi tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa u r-rati fissi

Il-mudell għat-tressiq tad-data biex tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni

(Artikolu 88)

Id-Data għat-tressiq tal-proposta

 

Verżjoni attwali

 

A.     Sommarju tal-elementi ewlenin

Prijorità

Fond

Proporzjon stmat tal-allokazzjoni finanzjarja totali fil-prijorità li għaliha l-SCO se jiġi applikat f’% (stima)

Tip(i) ta’ operazzjoni

Isem l-indikatur(i) korrispondenti

Unità ta’ kejl għall-indikatur

Tip ta’ SCO (skala standard tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa jew ir-rati fissi)

Skala standard korrispondenti tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa jew ir-rati fissi

 

 

 

Kodiċi

Deskrizzjoni

Kodiċi

Deskrizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

B.     Dettalji skont it-tip ta’ operazzjoni (trid timtela għal kull tip ta’ operazzjoni)

L-Awtorità ta’ Ġestjoni rċeviet appoġġ minn kumpanija esterna biex jiġu stabbiliti l-ispejjeż issimplifikati ta’ hawn taħt?

Jekk iva, speċifika liema hija l-kumpanija esterna:
Iva / Le – Isem il-kumpanija esterna

Tipi ta’ operazzjonijiet:

1.1.

Deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjoni

 

1.2

Il-prijorità / objettivi speċifiċi kkonċernati (Il-mira tal-Impjiegi u t-tkabbir ekonomiku) jew il-qasam ta’ appoġġ (FEMS)

 

1.3

Isem l-indikatur (1)

 

1.4

Unità ta’ kejl għal indikatur

 

1.5

Skala standard tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa jew ir-rati fissi

 

1.6

Ammont

 

1.7

Kategoriji ta’ spejjeż koperti mill-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa jew ir-rati fissi

 

1.8

Dawn il-kategoriji ta’ spejjeż, ikopru n-nefqa eliġibbli kollha għall-operat? (Iva / Le)

 

1.9

Metodu ta’ aġġustament(i)

 

1.10

Verifika li l-unità ta’ kejl nkisbet

iddeskrivi liema dokument(i) se jintuża(w) biex jiġi verifikat li l-unità ta’ kejl nkisbet

iddeskrivi x’se jiġi vverifikat waqt il-ġestjoni tal-verifiki (inklużi dawk fil-post), u minn min

iddeskrivi x’arranġamenti hemm biex tinġabar u tinħażen id-data / id-dokumenti deskritti

 

1.11

Kif jistgħu jitnaqqsu inċentivi perversi jew problemi possibbli maħluqa minn dan l-indikatur, u l-livell ta’ riskju stmat

 

1.12

Ammont totali (nazzjonali u tal-UE) mistenni li jiġi rimborżat

 

C:     Kalkolu tal-iskala standard tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa jew ir-rati fissi

1.

Is-sors tad-data użata biex tiġi kkalkulata l-iskala standard tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa jew ir-rati fissi (min fornixxa, ġabar u rreġistra d-data; fejn tinħażen id-data; id-dati ta’ skadenza; il-validazzjoni, eċċ.).

 

2.

Speċifika l-għaliex il-metodu u l-kalkolu proposti huma rilevanti gћat-tip ta’ operazzjoni:

 

3.

Speċifika kif il-kalkoli saru, inkludi b’mod partikolari s-suppożizzjonijiet kollha li saru f’termini ta’ kwalità, jew kwantità. Fejn ikun rilevanti, għandhom jintużaw l-evidenza statistika u l-punti ta’ riferiment, u għandhon jinhemżu ma’ dan l-anness f’format li jista’ jintuża mill-Kummissjoni.

 

4.

Spjega kif żgurajt li n-nefqa eleġibbli biss ġiet inkluża fil-kalkolu tal-iskala standard tal-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa jew ir-rati fissi.

 

5.

Il-valutazzjoni tal-awtorità / awtoritajiet tal-awditjar dwar il-metodoloġija tal-kalkolu, l-ammonti u l-arranġamenti, sabiex jiġu żgurati l-verifika, il-kwalità, il-ġbir u l-ħżin tad-data.

 


(1)  Bosta indikaturi kumplementari (pereżempju indikatur tal-output wieħed u indikatur tar-riżultati wieħed) huma possibbli għal tip ta’ operazzjoni waħda. F’każijiet bħal dawn, it-Taqsimiet minn 1.3 sa 1.11 jenħtieġ li jimtlew għal kull indikatur.

Appendiċi 2: Finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż

Il-mudell għat-tressiq tad-data biex tiġi kkunsidrata mill-Kummissjoni

(l-Artikolu 89)

Id-Data għat-tressiq tal-proposta

 

Verżjoni attwali

 

A.     Sommarju tal-elementi ewlenin

Prijorità

Fond

L-ammont kopert mill-finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż

Tip(i) ta’ operazzjoni

Kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati / ir-riżultati li għandhom jinkisbu

Isem l-indikatur(i) korrispondenti

Unità ta’ kejl għall-indikatur

 

 

 

 

 

Kodiċi

Deskrizzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

L-ammont kumplessiv kopert

 

 

 

 

 

 

 

B.     Dettalji skont it-tip ta’ operazzjoni (trid timtela għal kull tip ta’ operazzjoni)

Tipi ta’ operazzjonijiet:

1.1.

Deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjoni

 

1.2

Objettiv(i) ta’ prijorità / speċifiku / speċifiċi kkonċernat(i)

 

1.3

Kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati jew ir-riżultati li għandhom jinkisbu

 

1.4

L-iskadenza għat-twettiq tal-kundizzjonijiet jew tar-riżultati li għandhom jinkisbu

 

1.5

Definizzjoni tal-indikatur għar-riżultati tanġibbli

 

1.6

Unità ta’ kejl għall-indikatur tar-riżultati tanġibbli

 

1.7

Ir-riżultati tanġibbli intermedji (jekk applikabbli) li jwasslu għal rimborż mill-Kummissjoni bi skeda għar-rimborżi

Ir-riżultati tanġibbli intermedji

Data

Ammonti

 

 

 

 

 

 

1.8

Ammont totali (inklużi l-finanzjament tal-UE u nazzjonali)

 

1.9

Metodu ta’ aġġustament(i)

 

1.10

Il-verifika li nkiseb ir-riżultat jew il-kundizzjoni (u fejn ikun rilevanti, ir-riżultati tanġibbli intermedji)

liema dokument(i) se jintuża(w) biex jiġi verifikat li r-riżultat jew il-kundizzjoni nkisbu?

iddeskrivi x’se jiġi vverifikat waqt il-ġestjoni tal-verifiki (inklużi dawk fil-post), u minn min.

x’arranġamenti hemm biex tinġabar u tinħażen id-data / id-dokumenti deskritti?

 

1.11

Arranġamenti biex jiġi żgurat ir-rendikont tal-entrati

Elenka l-korp(i) responsabbli għal dawn l-arranġamenti.

 

ANNESS VII

Mudell għat-trażmissjoni tad-data – l-Artikolu 37 u 68(1)(g) (1)

TABELLA 1: L-informazzjoni finanzjarja fil-livell prijoritarju u tal-programm (l-Artikolu 37(2)(a))

1.

2.

3.

4.

5.

6.

7.

8.

9.

10.

11.

12.

13.

L-approprjazzjoni finanzjarja tal-prijorità bbażata fuq il-programm

data kumulattiva dwar il-progress finanzjarju tal-programm

Prijorità

Objettiv speċifiku

Fond

Kategorija tar-reġjun

Bażi għall-kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni*

(Kontribuzzjoni totlai jew kontribuzzjoni pubblika)

L-approprjazzjoni finanzjarja totali

(f’EUR)

Rata ta’ kofinanzjament

(%)

L-ispiża eliġibbli totali ta’ operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ (EUR)

Kontribuzzjoni mill-fondi għal operazzjonijiet magħżula għas-sostenn (EUR)

Proporzjon tal-allokazzjoni totali koperta bl-operazzjonijiet magħżula (%)

[kolonna 7 / kolonna 5 x 100]

L-ammont totali ta’ nefqa eliġibbli mġarrab mill-benefiċjarji u mħallas fl-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni

Proporzjon tal-allokazzjoni totali koperta min-nefqa eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa fl-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni (%)

[kolonna 10 / kolonna 5 x 100]

Għadd ta’ operazzjonijiet magħżula

 

 

 

Kalkolu

 

Kalkolu

 

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="N" input="G">

<type="P" input="G">

<type="Cu" input="M">

 

<type="P" input="G">

<type="Cu"input="M">

<type="P" input="G">

<type="N" input="M">

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Prijorità 1

OS 1

FEŻR

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Prijorità 2

OS 2

FSE+

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Prijorità 3

OS 3

Fond ta' Koeżjoni

Mhux Applikabbli

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total

 

FEŻR

Inqas żviluppat

 

<type="N" input="G">

 

<type="Cu" input="G">

 

<type="P" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="P" input="G">

<type="N" input="G">

Total

 

FEŻR

Fi tranżizzjoni

 

<type="N" input="G">

 

<type="Cu" input="G">

 

<type="P" input="G"

<type="Cu" input="G">

<type="P" input="G">

<type="N" input="G">

Total

 

FEŻR

Aktar żviluppat

 

<type="N" input="G">

 

<type="Cu" input="G">

 

<type="P" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="P" input="G">

<type="N" input="G">

Total

 

FEŻR

L-allokazzjoni speċjali għar-reġjuni ultraperiferiċi jew għar-reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

 

<type="N" input="G">

 

<type="Cu" input="G">

 

<type="P" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="P" input="G">

<type="N" input="G">

Total

 

FSE

Inqas żviluppat

 

<type="N" input="G">

 

<type="Cu" input="G">

 

<type="P" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="P" input="G">

<type="N" input="G">

Total

 

FSE

Fi tranżizzjoni

 

<type="N"input="G">

 

<type="Cu" input="G">

 

<type="P" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="P" input="G">

<type="N" input="G">

Total

 

FSE

Aktar żviluppat

 

<type="N" input="G">

 

<type="Cu"input="G">

 

<type="P" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="P" input="G">

<type="N" input="G">

Total

 

FSE

Allokazzjoni speċjali għar-reġjuni ultraperiferiċi

 

<type="N" input="G">

 

<type="Cu" input="G">

 

<type="P" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="P" input="G">

<type="N" input="G">

Total

 

Fond ta' Koeżjoni

Mhux Applikabbli

 

<type="N" input="G">

 

<type="Cu" input="G">

 

<type="P" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="P" input="G">

<type="N"input="G">

Total Globali

 

Il-Fondi Kollha

 

 

<type="N" input="G">

 

<type="N" input="G">

 

<type="P" input="G">

<type="N" input="G">

<type="P" input="G">

<type="N" input="G">


TABELLA 2: Disaggregazzjoni tad-data finanzjarja kumulattiva skont it-tip ta' intervent (l-Artikolu 37(2)(a))

Prijorità

Objettiv speċifiku

Karatteristiċi tan-nefqa

Dimensjoni ta' kategorizzazzjoni

Data finanzjarja

 

 

Fond

Kategorija tar-reġjun

1

Qasam tal-intervent

2

Il-forma tal-finanzi

3

Id-dimensjoni eżekuttiva territorjali

4

Id-dimensjoni tal-attività ekonomika

5

Id-dimensjoni tal-post

6

It-tema sekondarja tal-FSE+

7

Id-dimensjoni makroreġjonali u tal-baċiri tal-baħar

L-ispiża eliġibbli totali ta' operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ (EUR)

L-ammont totali ta' nefqa eliġibbli mġarrab mill-benefiċjarji u mħallas fl-operazzjonijiet ta' implimentazzjoni

Għadd ta' operazzjonijiet magħżula

<type="S" input="S">

<type="S" input="S">

<type="S" input="S">

<type="S" input="S">

<type="S" input="S">

<type="S" input="S">

<type="S" input="S">

<type="S" input="'S">

<type="S" input="S">

<type="S" input="S">

<type="S" input="S">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="N" input="M">


TABELLA 3: Indikaturi tal-output komuni u speċifiċi għall-programmi għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni (l-Artikolu 37(2)(b))

1.

2.

3.

4.

5.

6.

7.

8.

9.

10.

11.

12.

13.

14.

Data dwar indikaturi tal-output mill-programm operazzjonali

[estratta mit-Tabella 2 tal-programm operattiv]

Progress f'indikaturi tar-riżultati sal-lum

Prijorità

Objettiv speċifiku

Fond

Kategorija tar-reġjun

ID

Isem l-indikatur

Indikatur/tqassim (2)

(li minnhom:)

Unità tal-kejl

Stadju Ewlieni (2024)

Mira 2029

Tbassir sal-lum

[jj/xx/ss]

Miksuba sal-lum

[jj/xx/ss]

Ibbażat fuq il-linji gwida tal-Kummissjoni (Iva/Le)

Kummenti

<type="S" input="G">  (3)

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="N" input="G">

<type="N" input="M">

<type="N" input="M">

<type="C" input="S">

<type="S" input="M">

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


TABELLA 4: Is-salarji tal-persunal iffinanzjati mill-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni fil-livell tal-programm (l-Artikolu 37(2)(b))

Fond

ID

Isem l-indikatur

Unità tal-kejl

Valur annwali miksub sal-lum [jj/xx/ss]

Ibbażat fuq il-linji gwida tal-Kummissjoni (Iva/Le)

Kummenti

2021

2029

<type="S" input="M">

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="N" input="M">

<type="N" input="M">

<type="N" input="M">

<type="C" input="S">

<type="S" input="M">

 

RCO xx

Persunal iffinanzjat mill-Fond

FTE

 

 

 

 

 


TABELLA 5: Appoġġ multiplu għall-intrapriżi għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni fil-livell tal-programm (l-Artikolu 37(2)(b))

ID

Isem l-indikatur

Tqassim tal-Indikatur

(li minnhom:)

In-numru ta' impriżi megħjuna mill-PO nett mill-appoġġ multiplu

[jj/xx/ss]

Ibbażat fuq il-linji gwida tal-Kummissjoni (Iva/Le)

Kummenti

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="S"input="G">

<type="N" input="M">

<type="C" input="S">

<type="S" input="M">

RCO 01

Intrapriżi appoġġati

Mikrointrapriża

 

 

 

RCO 01

Intrapriżi appoġġati

Żgħar

 

 

 

RCO 01

Intrapriżi appoġġati

Medji

 

 

 

RCO 01

Intrapriżi appoġġati

Kbar

 

 

 

RCO 01

Intrapriżi appoġġati

Total

<type="N" input="G" >

 

 


TABELLA 6: Indikaturi tar-riżultati komuni u speċifiċi għall-programmi għall-FEŻR u l-Fond ta' Koeżjoni (l-Artikolu 37(2)(b))

1.

2.

3.

4.

5.

6.

7.

8.

9.

10.

11.

12.

13.

14.

15.

16.

Id-dejta fuq l-indikaturi tar-riżultati mill-programm operazzjonali [estratta mit-Tabella 3 tal-programm operazzjonali]

Progress f'indikaturi tar-riżultati sal-lum

Prijorità

Objettiv speċifiku

Fond

Kategorija tar-reġjun

ID

Isem l-indikatur

Indikatur/tqassim (4)

(li minnhom:)

Unità tal-kejl

Linja bażi tal-programm

Mira 2029

Linja bażi aġġornata [jj/xx/ss]

Valur sal-lum [jj/xx/ss]

Ibbażat fuq il-linji gwida tal-Kummissjoni (Iva/Le)

Kummenti

Previżjoni

Ikkompletat

Previżjoni

Miksub

<type="S" input="G">  (5)

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="S" input="G">

<type="N" input="G">

<type="N" input="G">

<type="N"input="M">

<type="N" input="M">

<type="N" input="M">

<type="N" input="M">

<type="C" input="S">

<type="S" input="M">

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


TABELLA 7: Previżjoni tal-ammont li għalih l-Istat Membru jistenna li jissottometti applikazzjonijiet għall-pagament għas-sena kalendarja attwali u dik ta' warajha (l-Artikolu 68(1)(g))

Għal kull programm, trid timtela skont il-Fond u l-kategorija ta' reġjun, fejn xieraq

Fond

Kategorija tar-reġjun

Kontribuzzjoni mill-Unjoni

[sena kalendarja attwali]

[sena kalendarja sussegwenti]

Jannar – Ottubru

Novembru – Diċembru

Jannar – Diċembru

FEŻR

Reġjuni inqas żviluppati

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

 

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

 

Reġjuni aktar żviluppati

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

 

Reġjuni ultraperiferiċi u reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati (6)

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

ETC

 

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

FSE

Reġjuni inqas żviluppati

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

 

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

 

Reġjuni aktar żviluppati

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

 

Reġjuni ultraperiferiċi (7)

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Fond ta' Koeżjoni

 

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

FEMS

 

 

 

 

AMF

 

 

 

 

ISF

 

 

 

 

IBMF

 

 

 

 


TABELLA 8: Data tal-istrumenti finanzjarji (l-Artikolu 37(3))

Prijorità

Karatteristiċi tan-nefqa

Nefqa eliġibbli skont il-prodott

L-ammont ta' riżorsi pubbliċi u privati mobilizzati apparti l-Fondi

Ammont ta' spejjeż u tariffi ta' ġestjoni ddikjarati bħala nefqa eliġibbli

Imgħax u dħul ieħor iġġenerat permezz tas-sostenn mill-Fondi għal strumenti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 54

Riżorsi rritornati li jistgħu jiġu attribwiti għall-appoġġ tal-Fondi kif imsemmi fl-Artikolu 56

 

Fond

Objettiv speċifiku

Kategorija tar-reġjun

Self

(kodiċi tal-forma tal-finanzi għall-FI)

Garanzija

(kodiċi tal-forma tal-finanzi għall-FI)

Ekwità jew kważi ekwità (kodiċi tal-forma tal-finanzi għall-FI)

Appoġġ anċillari magħqud fl-FI

(kodiċi tal-forma tal-finanzi għall-FI)

Self

(kodiċi tal-forma tal-finanzi għall-FI)

Garanzija

(kodiċi tal-forma tal-finanzi għall-FI)

Ekwità jew kważi ekwità

(kodiċi tal-forma tal-finanzi għall-FI)

Appoġġ anċillari magħqud fl-FI

(kodiċi tal-forma tal-finanzi għall-FI)

Input = għażla

Input = għażla

Input = għażla

Input = għażla

Input = manwali

Input = manwali

Input = manwali

Input = manwali

Input = manwali

Input = manwali

Input = manwali

Input = manwali

Input = manwali

Input = manwali

Input = manwali


(1)  Didaskalija għall-karatteristiċi tas-sezzjonijiet:

tip: N=Numru, D=Data, S=Sekwenza, C=Kaxxa ta’ Verifika, P=Perċentwal, B=Boolean, Cu=Munita

input: M=Manwali, S=Selezzjoni, G=Iġġenerat mis-sistema

(2)  Din tapplika biss għal ċerti indikaturi. Ara l-linji gwida tal-Kummissjoni għal aktar dettalji.

(3)  Didaskalija għall-karatteristiċi tas-sezzjonijiet:

tip: N=Number, S=String, C=Checkbox

input: M=Manual, S=Selection, G=Generated by system

(4)  Din tapplika biss għal ċerti indikaturi. Ara l-linji gwida tal-Kummissjoni għal aktar dettalji.

(5)  Didaskalija għall-karatteristiċi tas-sezzjonijiet:

tip: N=Number, S=String, C=Checkbox

input: M=Manwali, S=Selezzjoni, G=Iġġenerat mis-sistema

(6)  Hawn għandha tintwera biss l-allokazzjoni speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi / għar-reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati.

(7)  Hawn għandha tintwera biss l-allokazzjoni speċifika għar-reġjuni ultraperiferiċi.

ANNESS VIII

Komunikazzjoni u viżibilità – l-Artikoli 42 u 44

1.   l-użu u l-karatteristiċi tekniċi tal-emblema tal-Unjoni

1.1.

L-emblema tal-Unjoni Ewropea għandha tkun prominenti fuq materjal ta' komunikazzjoni bħal prodotti diġitali jew stampati, siti web u l-verżjonijiet mobbli tagħhom fir-rigward tal-implimentazzjoni ta' operazzjoni, li jintuża għall-pubbliku jew għall-parteċipanti.

1.2.

Id-dikjarazzjoni “Iffinanzjat mill-UNJONI EWROPEA” jew “Ikkoffinanzjat mill-UNJONI EWROPEA” għandha dejjem tinkiteb b'mod sħiħ u titqiegħed ħdejn l-emblema.

1.3.

It-tipa li tintuża flimkien mal-emblema tal-Unjoni tista' tkun kwalunkwe waħda minn dawn il-fonts: Arial, Auto, Calibri, Garamond, Trebuchet, Tahoma, Verdana, Ubuntu. Varjazzjonijiet bis-sottolinja jew bit-tipa korsiva, jew effetti tal-fonts ma jintużawx.

1.4.

Il-pożizzjoni tat-test fir-rigward tal-emblema tal-Unjoni ma tfixkel l-emblema tal-Unjoni bl-ebda mod.

1.5.

Id-daqs tat-tipa użata jkun proporzjonat għad-daqs tal-emblema.

1.6.

Il-kulur tat-tipa għandu jkun blu reflex, iswed jew abjad skont l-isfond.

1.7.

L-emblema tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex tiġi mmodifikata jew magħquda ma' elementi grafiċi jew testi oħra. Jekk jintwerew logos oħrajn apparti l-emblema tal-Unjoni, l-emblema tal-Unjoni għandha tkun mill-inqas tal-istess daqs bħall-akbar wieħed mill-logos l-oħrajn. Apparti l-emblema tal-Unjoni, l-ebda identità viżiva jew logo ma għandha tintuża sabiex jintwera l-appoġġ mill-Unjoni.

1.8.

Fejn diversi operazzjonijiet ikunu qed iseħħu fl-istess post, appoġġati mill-istess strument ta' finanzjament jew strumenti ta' finanzjament differenti, jew fejn jingħata finanzjament ulterjuri għall-istess operazzjoni f'data aktar tard, għandu jintwera plakka jew kartellun wieħed biss.

1.9.

Standards grafiċi għall-emblema tal-Unjoni u d-definizzjoni tal-kuluri standard:

A)   DESKRIZZJONI SIMBOLIKA

Fuq sfond ta' sema ikħal, tnax-il stilla tad-deheb jiffurmaw ċirku li jirrappreżenta l-unjoni tal-popli tal-Ewropa. L-għadd ta' stilel huwa fiss, u t-tnax huwa s-simbolu tal-perfezzjoni u tal-unità.

B)   DESKRIZZJONI ARALDIKA

Fuq sfond ta' ikħal ċar, ċirku bi tnax-il stilla tad-deheb, u l-ponot tagħhom ma jmissux.

C)   DESKRIZZJONI ĠEOMETRIKA

Image 14

L-emblema għandha l-forma ta' bandiera rettangolari blu, li l-wisa' tagħha huwa darba u nofs daqs l-għoli. Tnax-il stilla tad-deheb li jinsabu f'intervalli ndaqs jiffurmaw ċirku inviżibbli li ċ-ċentru tiegħu huwa l-punt fejn jaqsmu d-djagonali tar-rettangolu. Ir-radju taċ-ċirku huwa daqs terz tal-għoli tal-bandiera. Kull stilla għandha ħames ponot li jinsabu fuq iċ-ċirkonferenza ta' ċirku inviżibbli li r-radju tiegħu huwa daqs wieħed minn tmintax tal-għoli tal-bandiera. L-istilel kollha huma rashom 'il fuq, jiġifieri b'ponta vertikali u żewġ ponot f'linja dritta f'angoli retti ma' l-arblu. Iċ-ċirku huwa rranġat sabiex l-istilel jidhru fil-pożizzjoni tas-sigħat fuq wiċċ ta' arloġġ. In-numru tagħhom ma jinbidilx.

D)   IL-KULURI SKOND IR-REGOLAMENT

L-emblema għandha l-kuluri li ġejjin: Il-BLU REFLEX PANTONE għall-wiċċ tar-rettangolu; ISFAR PANTONE gћall-istilel

E)   IL-PROĊESS TA' ERBA' KULURI

Jekk jintuża l-proċess ta' erba' kuluri, erġa' oħloq iż-żewġ kuluri standard billi tuża l-erba' kuluri tal-proċess ta' erba' kuluri.

L-ISFAR PANTONE jinkiseb bl-użu ta' 100 % “Process Yellow”.

IL-BLU PANTONE REFLEX jinkiseb bit-taħlita ta' 100 % “Process Cyan” u 80 % “Process Magenta”.

L-INTERNET

Il-BLU REFLEX PANTONE jikkorrispondi fil-kulur tal-paletta tal-web għal RGB:0/51/153 (eżadeċimali: 003399) u L-ISFAR PANTONE jikkorrispondi fil-kulur tal-paletta tal-web RGB: 255/204/0 (eżadeċimali: FFCC00).

IL-PROĊESS TAR-RIPRODUZZJONI MONOKROMATIKA

Bl-użu tal-iswed, pinġi r-rettangolu bl-iswed u stampa l-istilel bl-iswed fuq l-abjad.

Image 15

Permezz tal-blu (il-Blu Reflex), uża 100 % għall-istilel riprodotti fl-abjad negattiv.

Image 16

IR-RIPRODUZZJONI FUQ SFOND IKKULURIT

Jekk ma hemmx alternattiva għal sfond ikkulurit, poġġi bordura bajda madwar ir-rettanglu, il-wisa' tal-bordura jkun 1/25 tal-għoli tar-rettanglu.

Image 17

Il-prinċipji tal-użu tal-Emblema tal-Unjoni minn partijiet terzi huma stipulati fi ftehim amministrattiv mal-Kunsill tal-Ewropa (1)

2.

Il-liċenzja fuq id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali msemmija fl-Artikolu 44(6) tagħti lill-UE d-drittijiet li ġejjin:

2.1.

użu intern, jiġifieri d-dritt li tirriproduċi, tikkopja u tagħmel disponibbli l-materjali ta' komunikazzjoni u ta' viżibilità lill-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE u tal-Istati Membri tal-UE u aġenziji u lill-impjegati tagħhom;

2.2.

riproduzzjoni tal-materjali ta' komunikazzjoni u ta' viżibilità b'kull mezz u f’kull forma, b’mod sħiħ jew parzjali;

2.3.

komunikazzjoni lill-pubbliku tal-materjali ta’ komunikazzjoni u viżibilità bl-użu ta’ kwalunkwe u kull mezz ta’ komunikazzjoni;

2.4.

distribuzzjoni lill-pubbliku ta’ materjali ta’ komunikazzjoni u viżibilità (jew kopji tagħhom) fi kwalunkwe u f’kull forma;

2.5.

il-ħażna u l-arkivjar tal-materjali ta’ komunikazzjoni u viżibilità

2.6.

is-subliċenzjar tad-drittijiet dwar il-materjali ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà lil partijiet terzi

2.7.

Drittijiet addizzjonali jistgħu jingħataw lill-UE.


(1)  ĠU 2012/C 271/04 tat-8/9/2012

ANNESS IX

L-elementi għal ftehimiet ta’ finanzjament u għal dokumenti ta’ strateġija – l-Artikolu 53

1.   L-elementi tal-ftehim ta’ finanzjament għal strumenti finanzjarji implimentati fl-Artikolu 53(3)

(a)

l-istrateġija jew il-politika tal-investiment li tinkludi arranġamenti tal-implimentazzjoni, prodotti finanzjarji li għandhom jiġu offruti, riċevituri finali mmirati, u kombinazzjoni prevista mal-appoġġ mogħti (kif ikun adegwat);

(b)

pjan tan-negozju jew dokumenti ekwivalenti għall-istrument finanzjarju li għandu jiġi implimentat, inkluż l-effett ta’ lieva mistenni msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 52(3);

(c)

ir-riżultati fil-mira li l-istrument finanzjarju kkonċernat huwa mistenni jikseb biex jikkontribwixxi għall-objettivi u r-riżultati speċifiċi tal-prijorità rilevanti;

(d)

dispożizzjonijiet għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-investimenti u tal-flussi tat-tranżazzjonijiet inkluż rappurtar mill-istrument finanzjarju lill-fond ta’ investiment u lill-awtorità ta’ ġestjoni biex tiġi żgurata konformità mal-Artikolu 37;

(e)

rekwiżiti tal-awditjar, bħar-rekwiżiti minimi għad-dokumentazzjoni li għandhom jinżammu fil-livell tal-istrument finanzjarju (u fil-livell tal-fond ta’ investiment fejn xieraq), u r-rekwiżiti relatati maż-żamma ta’ rekords separati għall-forom differenti ta’ sostenn f’konformità mal-Artikolu 52 (fejn applikabbli), inklużi dispożizzjonijiet u rekwiżiti rigward l-aċċess għal dokumenti minn awtoritajiet tal-awditjar tal-Istati Membri, awdituri tal-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri sabiex jiġi żgurat rendikont tal-entrati ċar, f’konformità mal-Artikolu 76;

(f)

rekwiżiti u proċeduri għall-ġestjoni tal-kontribuzzjoni previsti mill-programm f’konformità mal-Artikolu 86 u għall-previżjoni ta’ flussi ta’ tranżazzjonijiet, inkluż rekwiżiti għal kontabbiltà fiduċjarja / separata kif stabbilita fl-Artikolu 53;

(g)

rekwiżiti u proċeduri għall-ġestjoni tal-imgħax u qligħ ieħor iġġenerat kif imsemmi fl-Artikolu 54, inklużi operazzjonijiet / investimenti aċċettabbli tat-teżor, u r-responsabbiltajiet u l-obbligi tal-partijiet ikkonċernati;

(h)

dispożizzjonijiet dwar il-kalkolu u l-pagament ta’ spejjeż tal-ġestjoni li jsiru jew tat-tariffi tal-ġestjoni tal-istrument finanzjarju skont l-Artikolu 62;

(i)

dispożizzjonijiet rigward l-użu mill-ġdid ta’ riżorsi attribwibbli għas-sostenn tal-Fondi f’konformità mal-Artikolu 56 u mal-politika ta’ ħruġ mill-istrument finanzjarju, għall-kontribuzzjoni mill-Fondi;

(j)

kundizzjonijiet għal irtirar possibbli totali jew parzjali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm minn programmi għall-istrumenti finanzjarji, inkluż il-fond tal-fondi fejn applikabbli;

(k)

dispożizzjonijiet biex jiġi żgurat li l-korpi li jimplimentaw strumenti finanzjarji jiġġestixxu strumenti finanzjarji b’mod indipendenti u f’konformità mal-istandards professjonali rilevanti, u jaġixxu fl-interess esklussiv tal-partijiet li jipprovdu l-kontribuzzjonijiet għall-istrument finanzjarju;

(l)

dispożizzjonijiet għal-likwidazzjoni tal-istrument finanzjarju.

(m)

termini u kundizzjonijiet oħra biex isiru kontribuzzjonijiet mill-programm għall-istrument finanzjarju

(n)

l-evalwazzjoni u l-għażla ta’ korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji, inkluż sejħiet għall-espressjoni ta’ interess jew proċeduri għall-akkwist pubbliku (meta l-istrumenti finanzjarji jkunu organizzati permezz ta’ fond ta’ investiment biss)

2.   Elementi tad-dokument(i) ta’ strateġija msemmija fl-Artikolu 53(1)

(a)

il-politika jew l-istrateġija tal-investiment tal-istrument finanzjarju, it-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali ta’ prodotti ta’ dejn previsti, riċevituri fil-mira u azzjonijiet li għandhom jiġu sostnuti;

(b)

pjan tan-negozju jew dokumenti ekwivalenti għall-istrument finanzjarju li għandu jiġi implimentat, inkluż l-effett ta’ lieva finanzjarju mistenni msemmi fl-Artikolu 52;

(c)

l-użu u l-użu mill-ġdid ta’ riżorsi attribwibbli għas-sostenn ta’ Fondi f’konformità mal-Artikoli 54 u 56

(d)

monitoraġġ u rappurtar tal-implimentazzjoni tal-istrument finanzjarju biex tiġi żgurata konformità mal-Artikolu 37.

ANNESS X

Ir-rekwiżiti ewlenin tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll u l-klassifikazzjoni tagħhom – l-Artikolu 63(1)

Tabella 1 – Rekwiżiti ewlenin tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll

Korpi / awtoritajiet ikkonċernati

1

Is-separazzjoni xierqa tal-funzjonijiet u arranġamenti bil-miktub għar-rappurtar, is-superviżjoni u l-monitoraġġ ta’ kompiti delegati lil korp intermedjarju

Awtorità ta’ ġestjoni

2

Kriterji u proċeduri xierqa għall-għażla ta’ operazzjonijiet

Awtorità ta’ ġestjoni

3

Informazzjoni xierqa għall-benefiċjarji dwar il-kundizzjonijiet applikabbli għall-operazzjonijiet magħżulin

Awtorità ta’ ġestjoni

4

Verifiki ta’ ġestjoni adegwati, inklużi proċeduri xierqa biex jiġi vverifikat li l-kondizzjonijiet għall-finanzjament mhux marbut ma’ spejjeż u għall-għażliet ta’ spejjeż simplifikati ġew issodisfati

Awtorità ta’ ġestjoni

5

Sistema effettiva biex jiġi żgurat li d-dokumenti kollha meħtieġa għar-rendikont tal-entrati jinżammu

Awtorità ta’ ġestjoni

6

Is-sistema elettronika affidabbli (inklużi kuntatti mal-benefiċjarji permezz ta’ sistemi tal-iskambju tad-data elettronika) għar-reġistrazzjoni u l-ħażna ta’ data għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, verifiki u awditi, inklużi proċessi xierqa biex tiġi żgurata s-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data u awtentikazzjoni tal-utenti

Awtorità ta’ ġestjoni

7

L-implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri proporzjonati kontra l-frodi

Awtorità ta’ ġestjoni

8

Proċeduri xierqa għat-tfassil tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni

Awtorità ta’ ġestjoni

9

Proċeduri xierqa biex jiġi kkonfermat li n-nefqa mniżżla fil-kontijiet hija legali u regolari

Awtorità ta’ ġestjoni

10

Proċeduri xierqa għat-tfassil u l-preżentazzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-pagament interim u ta’ kontijiet

Awtorità ta’ ġestjoni / Korp għat-twettiq tal-funzjoni ta’ kontabbiltà

11

Is-separazzjoni xierqa tal-funzjonijiet u l-indipendenza funzjonali bejn l-awtorità ta’ awditjar (u entitajiet ta’ awditjar jew kontroll ieħor li fuqhom tiddependi l-awtorità tal-awditjar u li tissorvelja, jekk applikabbli) u awtoritajiet oħra tal-programm u x-xogħol tal-awditjar, mwettaq f’konformità ma’ standards ta’ awditjar aċċettati internazzjonalment

Awtorità tal-awditjar

12

Awditi tas-sistemi adegwati

Awtorità tal-awditjar

13

Awditi adegwati tal-operazzjonijiet

Awtorità tal-awditjar

14

Awditi adegwati tal-kontijiet

Awtorità tal-awditjar

15

Proċeduri adegwati sabiex tiġi pprovduta opinjoni tal-awditjar affidabbli u sabiex jitħejja r-rapport annwali tal-kontroll

Awtorità tal-awditjar


Tabela 2 – Klassifikazzjoni ta’ sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll fir-rigward tal-funzjonament effettiv tagħhom

Kategorija 1

Jaħdmu sew. Le jew hemm bżonn biss ta’ xi titjib minuri.

Kategorija 2

Jaħdmu. Huwa meħtieġ xi titjib.

Kategorija 3

Jaħdmu parzjalment. Hemm bżonn ta’ titjib sostanzjali.

Kategorija 4

Essenzjalment ma jaħdmux.

ANNESS XI

Elementi għar-rendikont tal-entrati — l-Artikolu 63(5)

I.   Elementi obbligatorji tar-rendikont tal-entrati għall-għotjiet:

1.

dokumentazzjoni li tippermetti l-verifika tal-applikazzjoni tal-kriterji tal-għażla mill-awtorità ta’ ġestjoni, kif ukoll dokumentazzjoni dwar il-proċedura tal-għażla globali u l-approvazzjoni tal-operazzjonijiet;

2.

dokument li (ftehim ta’ għotja jew ekwivalenti) jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ ffirmat bejn il-benefiċjarju u l-awtorità ta’ ġestjoni / il-korp intermedjarju;

3.

rekords ta’ kontabbiltà ta’ talbiet għal pagamenti sottomessi mill-benefiċjarju, kif irreġistrati mill-awtorità ta’ ġestjoni / il-korp intermedjarju tas-sistema elettronika;

4.

dokumentazzjoni dwar il-verifiki li jindirizzaw ir-rekwiżiti ta’ nonrilokazzjoni u tad-durabbiltà kif stipulati fl-Artikoli 59, 60(2) u 67(3)(h);

5.

prova ta’ ħlas tal-kontribuzzjoni pubblika lill-benefiċjarju u d-data li fiha sar il-pagament;

6.

dokumenti li jixhdu l-kontrolli amministrattivi u, fejn applikabbli, l-kontrolli fil-post imwettqa mill-awtorità ta’ ġestjoni / il-korp intermedjarju;

7.

informazzjoni dwar l-awditi mwettqa;

8.

dokumentazzjoni dwar is-segwitu mill-awtorità ta’ ġestjoni / il-korp intermedjarju għal skopijiet ta’ verifiki ta’ ġestjoni u tal-konklużjonijiet tal-awditi;

9.

dokumentazzjoni li tippermetti l-verifika ta’ konformità mal-liġi applikabbli;

11.

data fir-rigward ta’ indikaturi tal-output u tar-riżultati li tippermetti rikonċiljazzjoni ma’ miri korrispondenti u stadji importanti rrappurtati;

12.

dokumentazzjoni relatata ma’ korrezzjonijiet finanzjarji u tnaqqis skont l-Artikolu 92(5) magħmula mill-awtorità ta’ ġestjoni / il-korp intermedjarju għan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni;

13.

għal għotjiet li jieħdu l-forma stabbilita fl-Artikolu 48(1)(a), il-fatturi (jew id-dokumenti ta’ valur probattiv ekwivalenti) u prova tal-ħlas tagħhom mill-benefiċjarju, kif ukoll rekords kontabbilistiċi tal-benefiċjarju fir-rigward tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni;

14.

għal għotjiet li jieħdu l-forom stipulati fl-Artikolu 48(1)(b), (c) u (d) u, kif applikabbli, dokumenti li jiġġustifikaw il-metodu biex jiġu stabbiliti l-ispejjeż għal kull unità, is-somom f’daqqa u r-rati fissi; il-kategoriji tal-ispejjeż li jifformaw il-bażi tal-kalkolu; dokumenti li jippruvaw l-ispejjeż iddikjarati taħt kategoriji oħra ta’ spejjeż li tapplika għalihom ir-rata fissa; ftehim espliċitu mill-awtorità ta’ ġestjoni, dwar l-abbozz tal-baġit, fuq id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ; dokumentazzjoni dwar l-ispejjeż tal-impjieg gross u fuq il-kalkolu tar-rata fis-siegħa; meta jintużaw l-opzjonijiet tal-ispejjeż issimplifikati bbażati fuq metodi eżistenti, dokumentazzjoni li tikkonferma l-konformità ma’ tipi simili ta’ operazzjonijiet u biddokumentazzjoni meħtieġa skont il-metodu eżistenti, jekk ikun hemm.

II   Elementi obbligatorji tar-rendikont tal-entrati għall-istrumenti finanzjarji:

1.

dokumenti dwar l-istabbiliment tal-istrument finanzjarju, bħal ftehimiet ta’ finanzjament, eċċ;

2.

dokumenti li jidentifikaw l-ammonti kkontribwiti minn kull programm u taħt kull prijorità lill-istrument finanzjarju, in-nefqa li hija eliġibbli skont kull programm u l-imgħax u dħul ieħor iġġenerat permezz tas-sostenn mill-Fondi u l-użu mill-ġdid tar-riżorsi li jkunu attribwiti lill-Fondi skont l-Artikoli 54 u 56;

3.

dokumenti dwar il-funzjonament tal-istrument finanzjarju, inklużi dawk relatati ma’ monitoraġġ, rappurtar u verifiki;

4.

dokumenti li jikkonċernaw il-ħruġ tal-kontribuzzjonijiet tal-programm u l-istralċ tal-istrument finanzjarju;

5.

dokumenti dwar l-ispejjeż u t-tariffi ta’ ġestjoni;

6.

formoli ta’ applikazzjoni, jew ekwivalenti, preżentati minn riċevituri finali b’dokumenti ta’ sostenn, inklużi pjanijiet ta’ negozju u, fejn relevanti, kontijiet annwali preċedenti;

7.

lista ta’ kontroll u rapporti min korpi li jimplimentaw l-istrument finanzjarju;

8.

dikjarazzjonijiet magħmula dwar l-għajnuna de minimis:

9.

ftehimiet iffirmati b’rabta mal-appoġġ ipprovdut mill-istrument finanzjarju inkluż għal ekwità, self, garanziji jew forom oħra ta’ investiment mogħti lir-riċevituri finali;

10.

evidenza li l-appoġġ provdut permezz tal-istrument finanzjarju għandu/kien jintuża għall-iskop maħsub tiegħu;

11.

rekords tal-flussi finanzjarji bejn l-awtorità maniġerjali u l-istrument finanzjarju, u fl-istrument finanzjarju fil-livelli kollha, sar-riċevituri finali, u għall-garanziji prova li s-self sottostanti kien żburżat;

12.

rekords separati jew kodiċi ta’ kontabbiltà għall-kontribuzzjoni tal-programm imħallsa jew garanzija impenjata mill-istrument finanzjarju għall-benefiċċju tar-riċevituri finali.

Id-dispożizzjonijiet għar-rendikont tal-entrati tar-rimbors tal-appoġġ mill-Fondi mill-Kummissjoni għall-programm fuq il-bażi tal-opzjonijiet tal-ispejjeż issimplifikati jew ta’ finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż

III.   Elementi obbligatorji għar-rendikont tal-entrati għall-opzjonijiet tal-ispejjeż issimplifikati għandhom jinżamu fil-livell tal-awtorità ta’ ġestjoni / tal-korp intermedjarju:

1.

dokumenti li jippruvaw l-ispejjeż iddikjarati taħt kategoriji oħra ta’ spejjeż li tapplika għalihom ir-rata fissa;

2.

il-kategoriji tal-ispejjeż u tal-ispejjeż li jiffurmaw il-bażi tal-kalkolu;

3.

dokumenti li jagħtu prova tal-aġġustament tal-ammonti, fejn rilevanti;

4.

dokumenti li jagħtu prova tal-metodu ta’ kalkolu jekk jiġi applikat l-Artikolu 48(2)(a).

IV.   Elementi obbligatorji għar-rendikont tal-entrati għall-finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż għandhom jinżamu fil-livell tal-awtorità ta’ ġestjoni / tal-korp intermedjarju:

1.

dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ iffirmati mill-benefiċjarju u l-awtorità ta’ ġestjoni / il-korp intermedjarju li jiddikjara l-forma tal-għotja mogħtija lill-benefiċjarji;

2.

dokumenti li jagħtu prova tal-ftehim ex ante tal-Kummissjoni dwar il-kundizzjonijiet li jridu jiġu ssodisfati jew ir-riżultati li għandhom jinkisbu u l-ammonti korrispondenti (approvazzjoni jew emenda tal-programm);

3.

dokumenti li jagħtu prova tal-issodisfar tal-kundizzjonijiet jew tal-kisba tar-riżultati f’kull stadju, jekk isiru fi stadji, u qabel ma n-nefqa finali tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni;

4.

dokumentazzjoni dwar l-għażla u l-approvazzjoni tal-operazzjonijiet koperti mill-finanzjament mhux marbut mal-ispejjeż.

ANNESS XII

Koezjoni-E: sistemi tal-iskambju tad-data elettronika bejn l-awtoritajiet u l-benefiċjarji tal-programm – l-Artikolu 63(7)

1.   Responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tal-programm dwar il-funzjonament tas-sistemi ta’ skambju elettroniku tad-data

1.1

L-iżgurar tas-sigurtà tad-data, l-integrità tad-data, il-kunfidenzjalità tad-data, l-awtentikazzjoni ta’ min qed jibgħat skont l-Artikoli 63(5), 63(7), 66(4) u 76 ta’ dan ir-Regolament.

1.2

L-iżgurar tad-disponibbiltà u t-tħaddim waqt u barra l-ħinijiet standard tal-uffiċċju (ħlief waqt manutenzjoni teknika)

1.3

L-użu ta’ funzjonalitajiet ġodda fis-sistema li jipprovdu:

(a)

formoli interattivi u / jew formoli mimlija minn qabel mis-sistema fuq il-bażi tad-data li hija maħżuna f’passi konsekuttivi tal-proċeduri;

(b)

kalkoli awtomatiċi, fejn applikabbli;

(c)

kontrolli integrati awtomatiċi li jnaqqsu skambji ripetuti ta’ dokumenti jew informazzjoni kemm jista’ jkun;

(d)

twissijiet iġġenerati mis-sistema stess biex jinfurmaw lill-benefiċjarju li ċerti azzjonijiet jistgħu jitwettqu;

(e)

status ta’ rintraċċar onlajn li jippermetti lill-benefiċjarju jimmonitorja l-istatus attwali tal-proġett;

(f)

id-data u d-dokumenti disponibbli kollha preċedentement ipproċessati mis-sistema ta’ skambju elettroniku tad-data .

1.4

L-iżgurar ta’ żamma tar-rekords u l-ħażna tad-data fis-sistema li tippermetti kemm verifiki amministrattivi għal talbiet għal pagament imressqa mill-benefiċjarji skont l-Artikolu 68(2) kif ukoll awditi

2.   Responsabbiltajiet tal--awtoritajiet tal-programm rigward il-modalitajiet għat-trażmissjoni ta’ dokumenti u data għall-iskambji kollha

2.1

L-iżgurar li l-firma elettronika tkun kompatibbli ma waħda mit-tliet tipi ta’ firem elettroniċi definiti fid-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1)

2.2

Lok biex tinħażen id-data tat-trażmissjoni tad-dokumenti u d-data mill-benefiċjarju lill-awtoritajiet tal-programm u viċi versa

2.3

L-iżgurar tal-aċċessibbiltà diretta permezz ta’ interfaċċa interattiva għall-utent (applikazzjoni web) jew permezz ta’ interfaċċa teknika li tippermetti s-sinkronizzazzjoni awtomatika u t-trażmissjoni ta’ data bejn il-benefiċjarji u sistemi tal-Istati Membri.

2.4

L-iżgurar tal-protezzjoni tal-privatezza tad-data personali għal individwi u l-kunfidenzjalità kummerċjali għal entitajiet ġuridiċi skont id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4)

(1)  Id-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 1999 dwar kwadru tal-Komunità għall-firem elettroniċi (ĠU L 13, 19.1.2000, p. 12).

(2)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(3)  Id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11).

(4)  Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

ANNESS XIII

SFC2021: sistema ta’ skambju elettroniku tad-data bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni – l-Artikolu 63(8)

1.   Responsabbiltajiet tal-Kummissjoni

1.1

L-iżgurar li sistema ta’ skambju elettroniku tad-data (“SFC2021”) topera għall-iskambji tal-informazzjoni uffiċjali kollha bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. L-SFC2021 għandu jkollha mill-inqas l-informazzjoni speċifikata fil-mudelli stabbiliti f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

1.2

L-iżgurar li l-SFC2021 jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:

(a)

forom interattivi jew formoli mimlija minn qabel mis-sistema fuq il-bażi tad-data diġà rreġistrata fis-sistema qabel;

(b)

kalkoli awtomatiċi, fejn dawn inaqqsu l-isforz tal-utenti biex jikkodifikaw;

(c)

kontrolli integrati awtomatiċi li jivverifikaw il-konsistenza interna tad-data trażmessa u l-konsistenza ta’ din id-data mar-regoli applikabbli;

(d)

twissijiet maħluqa mis-sistema SFC2021 li jwissu lill-utenti li ċerti azzjonijiet jistgħu jew ma jistgħux jitwettqu;

(e)

monitoraġġ onlajn tal-istatus tat-trattament ta’ informazzjoni mdaħħla fis-sistema;

(f)

disponibbiltà ta’ data storika rigward l-informazzjoni kollha mdaħħla għal programm operazzjonali.

(g)

id-disponibbiltà ta’ firma elettronika obbligatorja fis-sens tad-Direttiva 1999/93/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jiġu rikonoxxuti bħala evidenza fi proċedimenti legali.

1.3

L-iżgurar ta’ politika ta’ sigurtà għat-teknoloġija tal-informazzjoni għall-SFC2021 applikabbli għall-persunal li juża s-sistema skont ir-regoli rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3602 (1) u r-regoli ta’ implimentazzjoni tagħha.

1.4

In-nomina ta’ persuna jew persuni responsabbli biex jiddefinixxu, jżommu u jiżguraw l-applikazzjoni korretta tal-politika ta’ sigurtà għall-SFC2021.

2.   Responsabbiltajiet tal-Istati Membri

2.1

Jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-programm tal-Istat Membru identifikat skont l-Artikolu 65(1) kif ukoll korpi identifikati biex iwettqu ċerti kompiti fir-responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni skont l-Artikolu 65(3) ta’ dan ir-Regolament jdaħħlu fl-SFC2021 l-informazzjoni għat-trażmissjoni li għaliha jkunu responsabbli, u kwalunkwe aġġornament tagħha

2.2

Tiġi żgurata l-verifika tal-informazzjoni sottomessa minn persuna oħra li mhix il-persuna li daħħlet id-data għal din it-trażmissjoni.

2.3

Id-disponibbiltà ta’ arranġamenti għas-separazzjoni tal-kompiti ta’ hawn fuq permezz ta’ sistemi ta’ informazzjoni ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istat Membru li jkunu konnessi awtomatikament mal-SFC2021.

2.4

Il-ħatra ta’ persuna jew persuni responsabbli għall-ġestjoni ta’ drittijiet ta’ aċċess biex twettaq / iwettqu l-kompiti li ġejjin:

(a)

jidentifikaw lill-utenti li jitolbu aċċess, filwaqt li jiżguraw li dawn l-utenti huma impjegati mill-organizzazzjoni;

(b)

jinfurmaw lill-utenti dwar l-obbligi tagħhom biex tinżamm is-sigurtà tas-sistema;

(c)

jivverifikaw l-intitolament tal-utenti għal-livell ta’ privileġġ meħtieġ fir-rigward tal-kompiti tagħhom u l-pożizzjoni ġerarkika tagħhom;

(d)

jitolbu t-terminazzjoni tad-drittijiet ta’ aċċess meta dawn id-drittijiet ta’ aċċess ma jkunux għadhom meħtieġa jew iġġustifikati;

(e)

jirrappurtaw minnufih avvenimenti suspettużi li jistgħu jippreġudikaw is-sigurtà tas-sistema;

(f)

jiżguraw l-eżattezza kontinwa tad-data tal-identifikazzjoni tal-utent billi jirrappurtaw kull tibdil;

(g)

jittieħdu l-prekawzjonijiet neċessarji għall-protezzjoni tad-data u l-kunfidenzjalità kummerċjali skont ir-regoli nazzjonali u tal-Unjoni;

(h)

jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidliet li jaffettwaw il-kapaċità tal-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-utenti tal-SFC2021 milli jwettqu r-responsabbiltajiet imsemmija fil-paragrafu 1 jew il-kapaċità personali tagħhom milli jwettqu r-responsabbiltajiet imsemmija f’punti minn (a) sa (g).

2.5

Id-disponibbiltà ta’ arranġamenti biex jiġu rrispettati l-protezzjoni tal-privatezza u tad-data personali għal individwi u l-kunfidenzjalità kummerċjali għal entitajiet ġuridiċi skont id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsilli (3), ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u d-Direttiva tal-Kunsill 1995/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4) u r-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.6

L-adozzjoni ta’ politiki ta’ informazzjoni nazzjonali, reġjonali jew ta’ informazzjoni lokali dwar l-aċċess għall-SFC2021 fuq il-bażi ta’ valutazzjoni ta’ riskju applikabbli għall-awtoritajiet kollha li jagħmlu użu mill-SFC2021 u li jindirizzaw l-aspetti li ġejjin:

(a)

l-aspetti ta’ sigurtà tal-IT tal-ħidma magħmula mill-persuna jew persuni responsabbli għall-ġestjoni tad-drittijiet ta’ aċċess imsemmija fil-punt 3 tat-Taqsima II, f’każ ta’ applikazzjoni ta’ użu dirett;

(b)

f’każ ta sistemi tal-kompjuter nazzjonali, reġjonali jew lokali konnessi mal-SFC2021, permezz ta’ interfaċċa teknika msemmija fil-punt 1, miżuri ta’ sigurtà għal dawn is-sistemi li jippermettu li jiġu allinjati mar-rekwiżiti ta’ sigurtà tal-SFC2021 u li jkopru:

(i)

is-sigurtà fiżika;

(ii)

il-midja tad-data u l-kontroll tal-aċċess;

(iii)

il-kontroll tal-ħażna;

(iv)

il-kontroll tal-aċċess u tal-password;

(v)

il-monitoraġġ;

(vi)

l-interkonnessjoni mal-SFC2021;

(vii)

l-infrastruttura tal-komunikazzjoni;

(viii)

il-ġestjoni tar-riżorsi umani qabel l-impjieg, matul l-impjeg u wara l-impjieg;

(ix)

il-ġestjoni tal-inċidenti.

2.7

It-tqegħid tad-dokument imsemmi fil-punt 2.6 disponibbli għall-Kummissjoni fuq talba

2.8

Il-ħatra ta’ persuna jew persuni responsabbli biex iżommu u jiżguraw l-applikazzjoni tal-politiki ta’sigurtà nazzjonali, reġjonali jew lokali tal-IT u jaġixxu bħala punt ta’ kuntatt mal-persuna jew persuni maħtura mill-Kummissjoni u msemmija fil-punt 1.4

3.   Responsabbiltajiet konġunti tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri

3.1

L-iżgurar tal-aċċessibbiltà jew b’mod dirett permezz ta’ interfaċċa interattiva għall-utent (jiġifieri applikazzjoni web) jew permezz ta’ interfaċċa teknika bl-użu ta’ protokolli definiti minn qabel (jiġifieri servizzi tal-web) li tippermetti s-sinkronizzazzjoni awtomatika u t-trażmissjoni ta’ data bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-Istati Membriu u l-SFC2021

3.2

Id-disponibbiltà tad-data ta’ trażmissjoni elettronika, tal-informazzjoni, mill-Istat Membru lill-Kummissjoni u viċi versa fi skambju eletroniku tad-data, li tkun id-data tas-sottomissjoni tad-dokument ikkonċernat

3.3

L-iżgurar li d-data uffiċjali tkun skambjata esklussivament permezz tal-SFC2021 (ħlief meta hemm force majeure) u li l-informazzjoni mogħtija fil-formoli elettroniċi integrati fl-SFC2021 (minn hawn’ il quddiem “id-data strutturata”) ma tiġix sostitwita b’data mhux strutturata, u li d-data strutturata tipprevali fuq id-data mhux strutturata f’każ ta’ inkonsistenzi.

F’każ ta’ force majeure, funzjonament ħażin tal-SFC2021 jew nuqqas ta’ konnessjoni mal-SFC2021 għal aktar minn ġurnata waħda tax-xogħol fl-aħħar ġimgħa qabel skadenza regolatorja għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni jew fil-perjodu mit-18 sas-26 ta’ Diċembru, jew ħamest ijiem tax-xogħol fi żminijiet oħra, l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istat Membru u l-Kummissjoni jista’ jsir f’forma stampata bl-użu ta’ mudelli msemmija f’dan ir-Regolament, u jekk ikun il-każ id-data ta’ sottomissjoni tkun id-data tas-sottomissjomni tad-dokument ikkonċernat. Meta dak li jikkawża l-force majeure jispiċċa, il-parti kkonċernata ddaħħal mingħajr dewmien l-informazzjoni fl-SFC2021 diġà pprovduta f’forma stampata.

3.4

L-iżgurar ta’ konformità mat-termini u l-kundizzjonijiet ta’ sigurtà tal-IT ppubblikati fil-portal tal-SFC2021 u l-miżuri li huma implimentati fl-SFC2021 mill-Kummissjoni biex tiġi żgurata t-trażmissjoni ta’ data, b’mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-interfaċċa teknika msemmija fil-punt 1.

3.5

L-implimentazzjoni u l-iżgurar tal-effikaċja tal-miżuri ta’ sigurtà adottati għall-protezzjoni tad-data maħżuna u mibgħuta permezz tal-SFC2021.

3.6

L-aġġornament u r-rieżami ta’ kull sena tal-politika tas-sigurtà tal-IT tal-SFC kif ukoll tal-politiki ta’ sigurtà tal-IT nazzjonali, reġjonali u lokali f’każ ta’ bidliet teknoloġiċi, l-identifikazzjoni ta’ theddid ġdid jew żviluppi oħra rilevanti.

(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 3602 tas-16 ta’ Awwissu 2006 dwar is-sigurtà tas-sistemi tal-informazzjoni użati mill-Kummissjoni Ewropea.

(2)  Id-Direttiva 2002/58/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Lulju 2002 dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika (Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika) (ĠU L 201, 31.7.2002, p. 37).

(3)  Id-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi (ĠU L 337, 18.12.2009, p. 11).

(4)  Id-Direttiva 1995/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

ANNESS XIV

Mudell għad-deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll – l-Artikolu 63(9)

1.   ĠENERALI

1.1.

Informazzjoni mressqa minn:

Stat Membru:

Titolu tal-programm(i) u n-numru / numri tas-CCI: (il-programmi kollha koperti mill-awtorità tal-ġestjon, meta hemm sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll komuni):

Isem u indirizz elettroniku ta’ punt ta’ kuntatt ewlieni: (il-korp responsabbli għad-deskrizzjoni):

1.2.

L-informazzjoni mogħtija tiddeskrivi s-sitwazzjoni fi: (jj/xx/ss)

1.3.

Struttura tas-sistema (informazzjoni ġenerali u flowchart li turi r-relazzjoni organizzattiva bejn l-awtoritajiet / il-korpi involuti fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll)

1.3.1.

L-awtorità ta’ ġestjoni (L-isem, l-indirizz u l-punt ta’ kuntatt fl-awtorità ta’ ġestjoni):

1.3.2.

Il-korpi intermedji (L-isem, l-indirizz u l-punti ta’ kuntatt fil-korpi intermedji).

1.3.3.

Il-korp li jwettaq il-funzjoni ta’ kontabbiltà (L-isem, l-indirizz u l-punti ta’ kuntatt tal-awtorità ta’ ġestjoni jew tal-awtorità tal-programm li twettaq il-funzjoni ta’ kontabbiltà)

1.3.4.

Indika kif il-prinċipju tas-separazzjoni tal-funzjonijiet bejn u fl-awtoritajiet tal-programm qed jiġi rrispettat.

2.   L-AWTORITÀ TA’ ĠESTJONI

2.1.     L-awtorità ta’ ġestjoni u l-funzjonijiet prinċipali tagħha

2.1.1.

L-istatus tal-awtorità tal-ġestjoni (korp pubbliku nazzjonali, reġjonali jew lokali jew korp privat) u l-korp li tagħmel parti minnu.

2.1.2.

L-ispeċifikazzjoni tal-funzjonijiet u tal-kompiti mwettqa direttament mill-awtorità ta’ ġestjoni.

2.1.3.

Fejn applikabbli, speċifikazzjoni għal kull korp intermedju ta’ kull funzjoni (1) u l-kompiti ddelegati mill-awtorità ta’ ġestjoni, l-identifikazzjoni tal-korpi intermedjarji u l-forma ta’ delega. Jenħtieġ li ssir referenza għad-dokumenti rilevanti (ftehimiet bil-miktub).

2.1.4

Proċeduri għas-superviżjoni tal-funzjonijiet u tal-kompiti delegati mill-awtorità ta’ ġestjoni.

2.1.5.

Qafas biex jiġi żgurat li jitwettaq eżerċizzju xieraq ta’ ġestjoni tar-riskju meta jkun meħtieġ, u b’mod partikulari fl-eventwalità ta’ modifiki maġġuri fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

2.2.     Deskrizzjoni tal-organizzazzjoni u l-proċeduri relatati mal-funzjonijiet u l-kompiti tal-awtorità ta’ ġestjoni  (2)

2.2.1

Deskrizzjoni tal-funzjonijiet, inkluża l-funzjoni ta’ kontabbiltà u l-kompiti mwettqa mill-awtorità ta’ ġestjoni:

2.2.2

Deskrizzjoni ta’ kif tiġi organizzata l-ħidma skont il-funzjonijiet differenti, inkluża l-funzjoni ta’ kontabbilià, xi proċeduri japplikaw, jekk ikun hemm, liema funzjonijiet huma ddelegati, kif dawn jkunu sorveljati, eċċ.

2.2.3

L-organigramma tal-awtorità ta’ ġestjoni u l-informazzjoni dwar ir-relazzjoni tagħha ma’ kwalunkwe korp ieħor jew diviżjoni (interni jew esterni) li jwettqu l-funzjonijiet u l-kompiti kif previst fl-Artikoli minn 66 sa 69.

2.2.4

Indikazzjoni tar-riżorsi ppjanati li jiġu allokati fir-rigward tad-diversi funzjonijiet tal-awtorità ta’ ġestjoni (inkluża informazzjoni dwar kwalunkwe esternalizzazzjoni prevista u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, fejn xieraq).

3.   IL-KORP LI JWETTAQ IL-FUNZJONI TA’ KONTABBILTÀ

3.1    L-istatus u deskrizzjoni tal-organizzazzjoni u tal-proċeduri relatati mal-funzjonijiet tal-korp li jwettaq il-funzjoni ta’ kontabbiltà

3.1.1

L-istatus tal-korp li jwettaq il-funzjoni tal-kontabbiltà (korp pubbliku jew privat nazzjonali, reġjonali jew lokali) u l-korp li jagħmel parti minnu, meta rilevanti.

3.1.2

Deskrizzjoni tal-funzjonijiet u tal-kompiti mwettqa mill-korp li jwettaq il-funzjoni ta’ kontabbiltà kif stipulati fl-Artikolu 70.

3.1.2

Deskrizzjoni ta’ kif jiġi organizzat ix-xogħol (flussi ta’ xogħol, proċessi, diviżjonijiet interni), liema proċeduri japplikaw u meta, u kif dawn huma sorveljati, eċċ.

3.1.3

Indikazzjoni tar-riżorsi ppjanati li jiġu allokati fir-rigward tal-funzjonijiet tal-kontabbiltà differenti.

4.   SISTEMA elettronika

4.1.    Deskrizzjoni tas-sistema jew sistemi elettroniċi inkluża flowchart (sistema ta’ netwerk ċentrali jew komuni jew sistema deċentralizzata b’rabtiet bejn is-sistemi) għal:

4.1.1.

Ir-reġistrazzjoni u l-ħżin, ta’ data f’forma kompjuterizzata għal kull operazzjoni, inkluż meta hemm data xieraq dwar parteċipanti individwali, u analiżi dettaljata tad-data dwar indikaturi meta jkun previst fir-Regolament.

4.1.2.

L-iżgurar li r-rekords kontabbilistiċi għal kull operazzjoni jkunu rreġistrati u maħżunin, u li dawn ir-rekords jappoġġaw id-data meħtieġa għat-tfassil ta’ applikazzjonijiet għall-pagament u tal-kontijiet;

4.1.3.

Iż-żamma tar-rekords kontabbilistiċi tan-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni u tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti mħallsa lill-benefiċjarji;

4.1.4.

Ir-reġistrazzjoni tal-ammonti kollha mnaqqsin mill-applikazzjonijiet għall-pagament u mill-kontijiet kif stabbilit fl-Artikolu 92(5), u r-raġunijiet għal dan it-tnaqqis;

4.1.5.

Indikazzjoni dwar jekk is-sistemi humiex qed jiffunzjonaw b’mod effettiv u jekk jistgħux jirreġistraw b’mod affidabbli d-data msemmija fid-data meta din id-deskrizzjoni hija miġbura kif imniżżel fil-Punt 1.2 hawn fuq;

4.1.6.

Id-deskrizzjoni tal-proċeduri li jiżguraw is-sigurtà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tas-sistemi elettroniċi.

(1)  Inkluża l-funzjoni tal-kontabbiltà tal-Fondi AMIF, ISF u IMBF billi taqa’ fir-responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni skont l-Artikolu 66(3)

(2)  Inkluża l-funzjoni tal-kontabbiltà tal-Fondi AMIF, ISF u IMBF billi taqa’ fir-responsabbiltà tal-Awtorità ta’ Ġestjoni skont l-Artikolu 66(3)

ANNESS XV

Mudell għad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni – l-Artikolu 68(1)(f)

Jien / Aħna, is-sottoskritt(i) (isem, l-ewwel isem, it-titolu jew il-funzjoni), il-Kap tal-awtorità ta’ ġestjoni, għall-programm (isem il-programm operazzjonali, is-CCI)

fuq il-bażi tal-implimentazzjoni ta’ (isem il-programm) matul is-sena ta’ kontabbiltà li ntemmet fit-30 ta’ Ġunju (sena), fuq il-bażi tal-ġudizzju tiegħi / tagħna stess u l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tiegħi / tagħna fid-data tal-kontijiet sottomessi lill-Kummissjoni, inklużi r-riżultati minn verifiki ta’ ġestjoni mwettqin skont l-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru xx/xx, u minn awditi marbutin man-nefqa inkluża fl-applikazzjonijiet għall-pagament sottomessi lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sena kontabbilistika li ntemmet fit-30 ta’ Ġunju … (sena),

u meta jitqiesu l-obbligi tiegħi / tagħna skont ir-Regolament (UE) xx/xx

b’dan niddikjara li:

(a)

l-informazzjoni fil-kontijiet hija ppreżentata sewwa, kompluta u hija preċiż skont l-Artikolu 92 tar-Regolament (UE) Nru XX,

(b)

n-nefqa mniżżla fil-kontijiet tikkonforma mal-liġi applikabbli u ġiet użata għall-għan maħsub tagħha,

Jiena / Aħna nikkonferma(w) li l-irregolaritajiet identifikati fl-awditu finali u fir-rapporti ta’ kontroll fir-rigward tas-sena kontabbilistika ġew ittrattati b’mod xieraq fil-kontijiet, b’mod partikolari sabiex nikkonforma / nikkonformaw mal-Artikolu 92 għall-preżentazzjoni tal-kontijiet nassigura / nassiguraw li l-irregolaritajiet huma taħt il-livell ta’ materjalità ta’ 2 %.

Jiena / Aħna nikkonferma(w) ukoll li n-nefqa li bħalissa hija suġġetta għal valutazzjoni attwali dwar il-legalità u r-regolarità tagħha ġiet eskluża mill-kontijiet sakemm tkun konkluża l-valutazzjoni pendenti, għall-inklużjoni possibbli f’applikazzjoni għall-pagament interim f’sena kontabbilistika sussegwenti.

Barra minn hekk, jiena / aħna nikkonferma / nikkonfermaw l-affidabbiltà tad-data relatata mal-indikaturi, l-istadji importanti u l-progress tal-programm.

Jiena / Aħna nikkonferma(w) wkoll li miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi qegħdin fis-seħħ u li dawn jieħdu kont tar-riskji identifikati f’dan ir-rigward.

Fl-aħħar nett, jiena /aħna nikkonferma(w) li jiena /aħna ma naf / nafu bl-ebda kwistjoni mhux żvelata relatata mal-implimentazzjoni tal-programm operazzjonali li tista’ tkun ta’ ħsara għar-reputazzjoni tal-politika ta’ koeżjoni.

ANNESS XVI

Mudell għall-opinjoni tal-awditjar – l-Artikolu 71(3)(a)

Lill-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali

1.   INTRODUZZJONI

Jien, hawn taħt iffirmat, li nirrappreenta [isem l-awtorità tal-awditjar], indipendenti fis-sens tal-Artikolu 65(2) tar-Regolament (UE) Nru […], awditjajt

i)

Il-kontijiet għas-sena kontabbilistika li bdiet fl-1 ta’ Lulju … [sena] u spiċċat fit-30 ta’ Ġunju … [sena] u ddatata … [id-data tal-kontijiet ppreżentati lill-Kummissjoni] (minn hawn ’l quddiem “il-kontijiwiet”),

ii)

il-legalità u r-regolarità tan-nefqa li għaliha ntalab rimborż intalbu mill-Kummissjoni b’referenza għas-sena kontabbilistika (u inkluża fil-kontijiet), u

iii)

l-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, u d-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni ġiet ivverifikata fir-rigward tal-programm [isem il-programm, in-numru tas-CCI] (minn hawn ’il quddiem “il-programm”),

sabiex tinħareġ opinjoni tal-awditjar f’konformità mal-Artikolu 71(3).

2.   RESPONSABBILTAJIET TAL-AWTORITÀ TA’ ĠESTJONI

[isem l-awtorità ta’ ġestjoni], identifikata bħala l-awtorità ta’ ġestjoni tal-programm, hija responsabbli sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll f’dak li jirrigwarda l-funzjonijiet u l-kompiti stabbiliti bl-Artikoli minn 66 sa 70.

Barra minn hekk, [isem l-awtorità ta’ ġestjoni jew tal-korp li jwettaq il-funzjoni ta’ kontabbiltà fejn rilevanti], hija responsabbli biex tiżgura u tiddikjara l-kompletezza, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet, kif meħtieġ fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) Nru […].

Barra minn hekk, f’konformità mal-Artikolu 68 tar-Regolament (UE) Nru […] hija r-responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni li tikkonferma li n-nefqa mniżżla fil-kontijiet hija legali u regolari u konformi mal-liġi applikabbli.

3.   RESPONSABBILTAJIET TAL-AWTORITÀ TAL-AWDITJAR

Kif stabbilit mill-Artikolu 71 tar-Regolament (UE) Nru […], ir-responsabbiltà tiegħi hija li nesprimi opinjoni indipendenti dwar jekk il-kontijiet humiex kompluti, veri u eżatti, jekk in-nefqa li fir-rigward tagħha ntalab rimborż mill-Kummissjoni u li hija ddikjarata fil-kontijiet hijiex legali u regolari, u jekk is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll stabbilita tiffunzjonax b’mod adegwat.

Ir-responsabbiltà tiegħi hija wkoll li ninkludi fl-opinjoni dikjarazzjoni dwar jekk ix-xogħol tal-awditjar iqajjimx dubju dwar l-affermazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni.

L-awditi fir-rigward tal-programm saru skont l-istrateġija ta’ verifika u kienu konformi mal-istandards ta’ awditjar aċċettati internazzjonalment. Dawn l-istandards jeżiġu li l-awtorità tal-awditjar tikkonforma mar-rekwiżiti tal-etika u li tippjana u twettaq ix-xogħol ta’ awditjar sabiex jinkiseb aċċertament raġonevoli għall-fini tal-opinjoni tal-awditjar.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta’ proċeduri biex tinkiseb evidenza xierqa suffiċjenti sabiex tiġi appoġġata l-opinjoni stabbilita hawn taħt. Il-proċeduri mwettqa jiddependu fuq id-deċiżjoni professjonali tal-awditur, inkluża l-valutazzjoni tar-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità materjali, kemm jekk minħabba frodi jew inkella żball. Il-proċeduri tal-awditjar li wettaqt huma dawk li nemmen huma xierqa fiċ-ċirkostanzi u huma konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) Nru […].

Jiena tal-fehma li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija biżżejjed u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tiegħi [f’każ li hemm limitazzjonijiet tal-ambitu:] ħlief dik li hija msemmija fil-paragrafu “Limitazzjoni tal-ambitu”.

Ir-riżultati ewlenin li ġejjin minn awditi fir-rigward tal-programm huma rrappurtati fir-rapport ta’ kontroll annwali mehmuż skont il-punt (b) tal-Artikolu 71(3) tar-Regolament (UE) Nru […].

4.   LIMITAZZJONI FUQ L-AMBITU

Jew

Ma kien hemm L-ebda limitazzjoni fl-ambitu tal-awditjar.

Jew

L-ambitu tal-awditjar kien limitat mill-fatturi li ġejjin:

(a)

(b)

(c)

….

[Indika kull limitazzjoni għall-ambitu tal-awditjar (1), pereżempju kull nuqqas ta’ dokumentazzjoni ta’ appoġġ, każijiet taħt proċeduri legali, u agħti stima taħt “Opinjoni kkwalifikata” hawn taħt, l-ammonti tan-nefqa u tal-kontribuzzjoni ta’ appoġġ mill-Fondi affettwati u l-impatt tal-limitazzjoni tal-ambitu fuq l-opinjoni taL-awditjar. Spjegazzjonijiet oħra f’dan ir-rigward għandhom jiġu pprovduti fir-rapport ta’ kontroll annwali, kif xieraq.]

5.   OPINJONI

Jew

(Opinjoni mhux kwalifikata)

Fl-opinjoni tiegħi, u msejsa fuq il-ħidma tal-awditjar imwettqa:

(i)

il-kontijiet jagħtu stampa vera u ġusta;

(ii)

in-nefqa inkluża fil-kontijiet hija legali u regolari (2),

(iii)

is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tiffunzjona sew.

Il-ħidma tal-awditjar imwettqa ma tpoġġix f’dubju l-asserzjonijiet magħmula fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni.

Jew

(Opinjoni kwalifikata)

Fl-opinjoni tiegħi, u msejsa fuq il-ħidma tal-awditjar imwettqa,

1)

Kontijiet

il-kontijiet jagħtu stampa vera u ġusta [fejn il-kwalifika tapplika għall-kontijiet, jiżdied it-test li ġej:] ħlief f’dawn l-aspetti materjali li ġejjin:

2)

Il-legalità u r-regolarità tan-nefqa ċċertifikata fil-kontijiet

in-nefqa ċċertifikata fil-kontijiet hija legali u regolari [fejn il-kwalifika tapplika għall-kontijiet, jiżdied it-test li ġej:] ħlief f’dawn l-aspetti li ġejjin:….

L-impatt tal-kwalifikazzjoni huwa limitat [jew sinifikanti] u jikkorrispondi għal …. (ammont f’EUR tal-ammont totali tan-nefqa ċċertifikata)

3)

Is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll fis-seħħ fid-data ta’ din l-opinjoni tal-awditjar

is-sistema ta’ ġestjoni u kontroll fis-seħħ tiffunzjona sew [fejn il-kwalifika tapplika għas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll, jiżdied it-test li ġej:] ħlief f’dawn l-aspetti li ġejjin:….

L-impatt tal-kwalifikazzjoni huwa limitat [jew sinifikanti] u jikkorrispondi għal …. (ammont f’EUR tal-ammont totali tan-nefqa ċċertifikata)

Il-ħidma tal-awditjar imwettqa ma tpoġġix/tpoġġi [ħassar kif meħtieġ] fid-dubju l-istqarrijiet magħmulin fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni.

[Meta x-xogħol tal-awditjar iqajjem dubju dwar l-affermazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni, l-awtorità tal-awditjar għandha tiżvela f’dan il-paragrafu l-aspetti li jwasslu għal din il-konklużjoni.]

Jew

(Opinjoni avversa)

Fl-opinjoni tiegħi, u msejsa fuq il-ħidma tal-awditjar imwettqa:

(i)

il-kontijiet jagħtu / ma jagħtux [ħassar kif meħtieġ] stampa vera u ġusta; u / jew

(ii)

in-nefqa fil-kontijiet li għaliha ntalab rimborż mill-Kummissjoni hija / mhijiex [ħassar kif meħtieġ] legali u regolari; u / jew

(iii)

is-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll stabbilita taħdem / ma taħdimx [ħassar kif meħtieġ] kif suppost.

Din l-opinjoni avversa hija bbażata fuq dawn l-aspetti:

fir-rigward ta’ kwistjonijiet materjali relatati mal-kontijiet:

u / jew [ħassar kif meħtieġ]

fir-rigward ta’ kwistjonijiet materjali relatati mal-legalità u r-regolarità tan-nefqa fil-kontijiet li għalihom intalab rimborż mill-Kummissjoni:

u / jew [ħassar kif meħtieġ]

fir-rigward ta’ kwistjonijiet materjali relatati mal-funzjonament tas-sistema ta’ kontroll u ta’ ġestjoni: (3)

Il-ħidma tal-awditjar imwettqa tpoġġi f’dubju l-asserzjonijiet magħmula fid-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni rigward l-aspetti li ġejjin:

[L-awtorità tal-awditjar tista’ tinkludi wkoll osservazzjonijiet, li ma jaffettwax l-opinjoni tagħha, kif stabbilit fl-istandards tal-awditjar aċċettati internazzjonalment. Ċaħda ta’ opinjoni tista’ tiġi prevista f’każijiet eċċezzjonali (4).]

Data:

Firma:

2

Għandu jiġi inkluż f’każ ta’ programmi Interreg.

5

F’każ li s-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tkun affettwata, il-korp jew korpi u l-aspett(i) tas-sistemi tagħhom li ma kienx/kinux konformi mar-rekwiżiti u / jew li ma opera(w)x effettivament għandu / għandhom jiġu identifikati f’din l-opinjoni, ħlief meta din l-informazzjoni tkun diġà żvelata biċ-ċar fir-rapport ta’ kontroll annwali u l-paragrafu li fih l-opinjoni jkun jirreferi għal taqsima speċifika / taqsimiet speċifiċi ta’ dan ir-rapport fejn tinsab din l-informazzjoni.

(1)  Inkluż għall-iskopijiet tal-programmi Interreg u li ma jaqgħux taħt il-kampjun annwali tal-awditi ta’ operazzjonijiet li għandhom jiġu misluta mill-Kummissjoni kif stabbilit fl-Artikolu 48 tar-Regolament ETC.

(2)  Ħlief għall-programmi Interreg li ma jaqgħux taħt il-kampjun annwali tal-awditi tal-operazzjonijiet li għandhom jiġu misluta mill-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 48 tar-Regolament ETC fejn in-nefqa fil-kontijiet li għaliha ntalab rimborż ma setgħetx tiġi vverifikata fis-sena kontabbilistika inkwistjoni.

(3)  L-istess kumment bħan-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti.

(4)  Dawn il-każi eċċezzjonali jenħtieġ li jkunu relatati ma’ fatturi esterni imprevidibbli, ’il barra mill-mandat tal-awtorità tal-awditjar.

ANNESS XVII

Mudell għar-rapport annwali ta’ kontroll – l-Artikolu 71(3)(b)

1.   Introduzzjoni

1.1

L-identifikazzjoni tal-awtorità tal-awditjar u ta’ korpi oħrajn li kienu involuti fit-tħejjija tar-rapport.

1.2

Il-perjodu ta’ referenza (jiġifieri s-sena ta’ kontabbiltà)

1.3

Il-perjodu tal-awditjar (li matulu seħħet il-ħidma tal-awditjar).

1.4

L-identifikazzjoni tal-programm(i) kopert(i) mir-rapport u tal-awtorita(jiet) ta’ ġestjoni tiegħu/tagħhom. Meta r-rapport ikopri aktar minn programm jew Fond wieħed, l-informazzjoni għandha tkun ikklassifikata skont il-programm u skont il-Fond, li tidentifika f’kull Taqsima l-informazzjoni li hija speċifika għall-programm u / jew għall-Fond.

1.5

Deskrizzjoni tal-passi meħuda għat-tħejjija tar-rapport u għat-tfassil tal-opinjoni ta’ awditjar korrispondenti. Din it-Taqsima jinħtieġ li tkopri wkoll informazzjoni dwar verifiki ta’ konsistenza mill-awtorità tal-awditjar dwar id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni.

It-Taqsima 1.5 għandha tiġi adattata għal programmi Interreg sabiex jiġu deskritti l-passi meħuda għat-tħejjija ta’ rapport ibbażat fuq regoli speċifiċi dwar awditi fuq operazzjonijiet applikabbli għall-programmi Interreg kif stabbilit fl-Artikolu 48 tar-Regolament UE Nru [ir-Regolament ETC].

2.   Tibdil siniti fis-sistema / sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.1

Dettalji ta’ kwalunkwe tibdil sinifikanti fis-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll relatati mar-responsabbiltajiet tal-awtorità tal-ġestjoni, b’mod partikolari fir-rigward tad-delega ta’ funzjonijiet lil korpi intermedji, u konferma tal-konformità tagħhom mal-Artikoli minn 66 sa 70 u 75, fuq il-bażi tal-ħidma tal-awditjar imwettqa mill-awtorità tal-awditjar.

2.2

Informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta’ arranġamenti proporzjonati msaħħa skont l-Artikoli minn 77 sa 79.

3.   Tibdil fl-istrateġija tal-awditjar

3.1

Dettalji ta’ kull bidla li saret fl-istrateġija tal-awditjar u l-ispjegazzjonijiet relatati. B’mod partikolari, indika kull bidla fil-metodu tal-kampjunar użat għall-awditu tal-operazzjonijiet (ara t-Taqsima 5 hawn taħt) u jekk l-istrateġija kinitx suġġetta għal tibdil minħabba l-applikazzjoni ta’ arranġamenti proporzjonati msaħħa skont l-Artikoli minn 77 sa 79 tar-Regolament.

3.2

It-Taqsima 1 ta’ hawn fuq għandha tiġi adattata għal programmi Interreg sabiex jiġu deskritti t-tibdiliet fl-istrateġija tal-awditjar fuq il-bażi ta’ regoli speċifiċi dwar l-awditi fuq operazzjonijiet applikabbli għall-programmi Interreg kif stabbilit fl-Artikolu 48 tar-Regolament UE Nru [ir-Regolament ETC].

4.   Awditi tas-sistema (fejn applikabbli)

Din it-Taqsima tapplika għal awtoritajiet tal-awditjar li ma japplikawx l-arranġamenti proporzjonati msaħħa għas-sena kontabbilistika inkwistjoni:

4.1

Dettalji tal-korpi (inkluża l-awtorità tal-awditjar) li wettqu awditi dwar il-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-programm – minn hawn ’il quddiem “awditi tas-sistema”.

4.2

Deskrizzjoni tal-bażi għall-awditi mwettqa, inkluża referenza għall-istrateġija ta’ awditjar applikabbli, b’mod iktar partikolari għall-metodoloġija tal-valutazzjoni tar-riskju u għar-riżultati li wasslu biex jiġi stabbilit il-pjan ta’ awditu tas-sistema. Jekk il-valutazzjoni tar-riskju tkun ġiet aġġornata, din jenħtieġ li tiġi deskritta fit-Taqsima 3 aktar ’il fuq li tkopri t-tibdil fl-istrateġija tal-awditjar.

4.3

Fir-rigward tat-tabella fit-Taqsima 9.1 hawn taħt, deskrizzjoni tas-sejbiet ewlenin u tal-konklużjonijiet miġbuda mill-awditi tas-sistema, inklużi l-awditi mmirati lejn oqsma tematiċi speċifiċi.

4.4

Indikazzjonijiet dwar jekk kull irregolarita identifikata kinitx ta’ karattru sistemiku, dettalji tal-miżuri meħuda, inkluża kwantifikazzjoni tan-nefqa irregolari u kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja relatata, magħmula skont l-Artikolu 71(3)(b) u 97 tar-Regolament.

4.5

Informazzjoni dwar is-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar minn awditi tas-sistema minn snin kontabbilistiċi preċedenti.

4.6

Deskrizzjoni tal-irregolaritajiet jew tad-defiċjenzi speċifiċi għall-strumenti finanzjarji, jew tip ieħor ta’ nefqiet koperti minn regoli partikolari (pereż. għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku, opzjonijiet ta’ spejjeż simplifikati, finanzjament mhux marbut ma’ spejjeż), li jiġu skoperti matul l-awditi tas-sistemi, u s-segwitu mogħti mill-awtorità ta’ ġestjoni sabiex tirrimedja dawn l-irregolaritajiet jew defiċjenzi.

4.7

Livell ta’ aċċertament miksub wara l-awditi tas-sistema (baxx / medju / għoli) u ġustifikazzjoni.

5.   Awditi tal-operazzjonijiet

It-Taqsimiet minn 5.1 sa 5.10 għandhom jiġu adattati għal programmi Interreg sabiex jiġu deskritti l-passi meħuda għat-tħejjija ta’ rapport ibbażat fuq regoli speċifiċi dwar awditi fuq operazzjonijiet applikabbli għall-programmi Interreg kif stabbilit fl-Artikolu 48 tar-Regolament UE Nru [ir-Regolament ETC].

5.1

Identifikazzjoni tal-korpi (inkluż l-awtorità tal-awditjar) li wettqu l-awditi tal-operazzjonijiet (kif previst fl-Artikolu 73).

5.2

Deskrizzjoni tal-metodoloġija tal-kampjunar applikata, u informazzjoni dwar jekk il-metodoloġija hijiex konformi mal-istrateġija tal-awditjar.

5.3

Indikazzjoni tal-parametri użati għall-kampjunar statistiku u spjegazzjoni tal-kalkoli sottostanti u tal-ġudizzju professjonali applikat. Il-parametri tal-kampjunar jinkludu: il-livell limitu ta’ materjalità, il-grad ta’ fiduċja, l-unità ta’ kampjunar, ir-rata żball mistennija, l-intervall tal-kampjunar, id-devjazzjoni standard, il-valur tal-popolazzjoni, id-daqs tal-popolazzjoni, id-daqs tal-kampjun, l-informazzjoni dwar l-istratifikazzjoni. Il-kalkoli sottostanti għall-għażla tal-kampjun u r-rata totali ta’ żbalji u r-rata ta’ żbalji residwi fit-Taqsima 9.3 aktar ’l isfel, f’format li jippermetti l-fehim tal-passi bażiċi meħuda, f’konformità mal-metodu ta’ kampjunar speċifiku użat.

5.4

Rikonċiljazzjoni bejn l-ammonti inklużi fil-kontijiet kif ukoll l-ammonti ddikkjarati fl-applikazzjonijiet għall-pagament interim matul is-sena ta’ kontabbiltà, u l-popolazzjoni minn fejn ittieħed il-kampjun każwali (il-kolonna “A” tat-tabella fit-Taqsima 9.2 hawn taħt). L-entrati saldatorji jinkludu l-unitajiet negattivi tal-kampjunar fejn saru korrezzjonjiet finanzjarji.

5.5

Fejn hemm unitajiet negattivi, konferma li dawn ġew ittrattati bħala popolazzjoni separata. Analiżi tar-riżultati ewlenin tal-awditi ta’ dawn l-unitajiet, l-iktar dawk li jiffukaw fuq il-verifika jekk id-deċiżjonijiet li jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji (meħuda minn Stat Membru jew mill-Kummissjoni) ġewx irreġistrati fil-kontijiet bħala rtirar.

5.6

Meta jintuża metodu ta’ kampjunar mhux statistiku, indika r-raġunijiet għall-użu tal-metodu, il-perċentwal ta’ unitajiet ta’ kampjunar koperti mill-awditi, il-passi meħuda biex tiġi żgurata l-għażla aleatorja tal-kampjun filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li l-kampjun għandu jkun rappreżentattiv.

Barra minn hekk, iddefinixxi l-passi meħudin biex jiġi żgurat daqs suffiċjenti tal-kampjun li jippermetti lill-awtorità tal-awditjar li tfassal opinjoni tal-awditjar valida. Rata ta’ żball totali (prevista) jenħtieġ ukoll li tiġi kkalkulata fejn intuża metodu ta’ kampjunar mhux statistiku.

5.7

Analiżi tar-riżultati ewlenin tal-awditi tal-operazzjonijiet, li tiddeskrivi:

(1)

l-għadd ta’ elementi tal-kampjun awditjati, l-ammont rispettiv;

(2)

it-tip ta’ żball minn unità ta’ kampjunar (1),

(3)

n-natura tal-iżbalji misjuba (2)

(4)

ir-rata ta’ żball tal-istrat (3) u defiċjenzi jew irregolaritajiet serji korrispondenti fil-limitu ta’ fuq tar-rata tal-iżbalji, il-kawżi ewlenin, il-miżuri korrettivi proposti, (inklużi dawk maħsuba biex itejbu s-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll) u l-impatt fuq l-opinjoni tal-awditjar.

Aktar spjegazzjonijiet fuq id-data ppreżentata fit-Taqsimiet 9.2 u 9.3 hawn taħt, b’mod partikolari dawk li jirrigwardaw ir-rata ta’ żball totali.

5.8

Dettalji ta’ kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja li tirrigwarda s-sena kontabbilistika u implimentata mill-awtorità ta’ ġestjoni qabel is-sottomissjoni tal-kontijiet lill-Kummissjoni, u bħala konsegwenza tal-awditi tal-operazzjonijiet, inklużi korrezzjonijiet b’rata fissa jew estrapolati li jwasslu għal tnaqqis ta’ 2 % tar-rata ta’ żbalji residwi tan-nefqa inkluża fil-kontijiet skont l-Artikolu 92.

5.9

Paragun bejn ir-rata ta’ żbalji totali u r-rata ta’ żbalji totali risidwi (kif muri fit-Taqsima 9.2 hawn taħt) bil-livell ta’ materjalità ta’ 2 %, sabiex ikun aċċertat jekk il-popolazzjoni hix materjalment iddikjarata b’mod żbaljat jew le u l-impatt fuq l-opinjoni tal-awditjar.

5.10

Dettalji dwar jekk kwalunkwe irregolarità identifikata kinitx ikkunsidrata li hi ta’ natura sistemika, u dwar il-miżuri meħuda, inkluża kwantifikazzjoni tan-nefqa irregolari u kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja relatata.

5.11

Informazzjoni dwar is-segwitu tal-awditi tal-operazzjonijiet imwettqa fir-rigward ta’ kampjun komuni għall-programmi Interreg fuq il-bażi ta’ regoli speċifiċi dwar l-awditi fuq operazzjonijiet applikabbli għall-programmi Interreg kif stabbilit fl-Artikolu 48 tar-Regolament UE Nru [ir-Regolament ETC].

5.12

Informazzjoni dwar is-segwitu tal-awditi tal-operazzjonijiet li twettqu fi snin kontabbilistiċi preċedenti, b’mod partikolari dwar nuqqasijiet serji ta’ natura sistemika.

5.13

Tabella li ssegwi t-tipoloġija tal-iżbalji li seta’ kien hemm qbil dwarhom mal-Kummissjoni.

5.14

Konklużjonijiet miġbuda mir-riżultati prinċipali tal-awditi tal-operazzjonijiet fir-rigward tal-funzjonament tajjeb tas-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll.

It-Taqsima 5.14 għandha tiġi adattata għal programmi Interreg sabiex jiġu deskritti l-passi meħuda għall-konklużjoni bbażata fuq regoli speċifiċi dwar awditi fuq operazzjonijiet applikabbli għall-programmi Interreg kif stabbilit fl-Artikolu 48 tar-Regolament UE Nru [ir-Regolament ETC].

6.   Awditi tal-kontijiet

6.1

Identifikazzjoni tal-awtoritajiet / tal-korpi li wettqu awditi tal-kontijiet.

6.2

Deskrizzjoni tal-approċċ ta’ awditjar użat biex jiġi vverifikat li l-kontijiet huma kompluti, preċiżi u veri. Din għandha tinkludi referenza għall-ħidma tal-awditjar imwettqa fil-kuntest tal-awditi tas-sistema, l-awditi tal-operazzjonijiet b’rilevanza għall-aċċertament fuq il-kontijiet u l-verifiki addizzjonali, biex jiġu riportati fl-abbozz tal-kontijiet qabel dawn jintbagħtu lill-Kummissjoni.

6.3

Konklużjonijiet miġbuda mill-awditi fir-rigward tal-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet, inkluża indikazzjoni dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji korrispondenti magħmula u riflessi fil-kontijiet bħala segwitu ta’ dawn il-konklużjonijiet.

6.4

Indikazzjoni dwar jekk kwalunkwe irregolarità identifikata kinitx meqjusa li hija ta’ natura sistemika, u l-miżuri li ttieħdu.

7.   Informazzjoni oħra

7.1

Il-valutazzjoni tal-awtorità tal-awditjar tal-każijiet ta’ suspett ta’ frodi misjuba fil-kuntest tal-awditi tagħha (inklużi l-każijiet irrappurtati minn korpi nazzjonali oħra jew korpi tal-UE u relatati ma’ operazzjonijiet awditjati mill-awtorità tal-awditjar), flimkien mal-miżuri meħuda. Informazzjoni dwar l-għadd ta’ każijiet, il-gravità, u l-ammonti affettwati, jekk magħrufa.

7.2

Sitwazzjonijiet sussegwenti seħħew wara tmiem is-sena kontabbilistika u qabel it-trażmissjoni tar-rapport ta’ kontroll annwali lill-Kummissjoni, u ġew ikkunsidrati meta ġew stabbiliti l-livell ta’ aċċertament u l-opinjoni mill-awtorità tal-awditjar.

8.   Livell ġenerali ta’ assigurazzjoni

8.1

Indikazzjoni tal-livell ġenerali ta’ aċċertament dwar il-funzjonament xieraq tas-sistema tal-ġestjoni u tal-kontroll, u spjegazzjoni dwar kif dan il-livell inkiseb mill-kombinazzjoni tar-riżultati tal-awditi tas-sistema, l-awditjar tan-nefqa u tal-kontijiet. Fejn rilevanti, l-awtorità tal-awditjar tieħu inkonsiderazzjoni wkoll ir-riżultati ta’ ħidma oħra tal-awditjar nazzjonali jew tal-Unjoni mwettqa.

8.2

Valutazzjoni ta’ kull azzjoni ta’ mitigazzjoni mhux marbuta ma’ korrezzjonijiet finanzjarji li ġiet implimentata, korrezzjonijiet finanzjarji implimentati u l-valutazzjoni tal-ħtieġa ta’ kull miżura korrettiva addizzjonali, kemm mill-perspettiva ta’ titjib tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll kif ukoll minn dik tal-impatt fuq il-baġit tal-UE.

9.   L-ANNESSI TAR-RAPPORT TA’ KONTROLL ANNWALI

9.1   Riżultati tal-awditi tas-sistema.

Entità Awditjata

Fond (Programm Multifondi)

Titolu tal-awditu

Data tar-rapport tal-awditu finali

Programm: [CCI u l-Isem tal-Programm]

Valutazzjoni ġenerali (kategorija 1, 2, 3, 4)

[kif definit fit-Tabella 2 – l-Anness X tar-Regolament

Kummenti

Rekwiżiti prinċipali (kif applikabbli)

[kif definit fit-Tabella 1 – l-Anness X tar-Regolament

RP 1

RP 2

RP 3

RP 4

RP 5

RP 6

RP 7

RP 8

RP 9

RP 10

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 


KI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Funzjoni ta’ Kontabbiltà (jekk ma titwettaqx mill-AĠ)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Nota: Il-partijiet vojta fit-tabella t’hawn fuq jirreferu għal rekwiżiti ewlenin li mhumiex applikabbli għall-entità awditjata.

9.2   Riżultati tal-awditi tal-operazzjonijiet

Fond

Numru tal-Programm CCI

Titolu tal-programm

A

B

C

D

E

F

G

H

Ammont f’EUR li jikkorrispondi għall-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun  (7)

Nefqa b’referenza għas-sena kontabbilistika awditjata għall-kampjun aleatorju

Ammont ta’ nefqa irregolari fil-kampjun aleatorju

Rata ta’ żball totali  (8)

Korrezzjonijiet implimentati b’riżultat tar-rata ta’ żball totali

Rata ta’ żball totali residwa

(F = (D * A) – E)

Nefqa awditjata oħra  (9)

Ammont ta’ nefqa irregolari f’infiq ieħor awditjat

Ammont  (10)

% (11)

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Kif definit fl-Artikolu 2(29) tar-Regolament

Każwali, sistemiku, anomalu.

Pereżempju: l-eliġibbiltà, l-akkwist pubbliku, l-għajnuna mill-Istat.

Ir-rata ta’ żball tal-istrat għandha tiġi żvelata meta l-istratifikazzjoni kienet applikata, u għandha tkopri sottopopolazzjonijiet b’karatteristiċi simili bħall-operazzjonijiet li jikkonsistu f’kontribuzzjonijiet finanzjarji minn programm għal strumenti finanzjarji, elementi ta’ valur għoli, Fondi (f’każ ta’ programmi Multifondi).

Żbalji totali mingħajr il-korrezzjonijiet imsemmija fil-punt 5.8 hawn fuq, diviż mill-popolazzjoni totali.

Il-livell globali ta’ aċċertament jikkorrispondi għal wieħed mill-erba’ kategoriji definiti fit-Tabella 2 tal-Anness X tar-Regolament

9.3

Kalkoli sottostanti għall-għażla tal-kampjun aleatorju, ir-rata ta’ żball totali u r-rata ta’ żbalji residwi totali

(1)  Każwali, sistemiku, anomalu

(2)  Pereżempju: l-eliġibbiltà, l-akkwist pubbliku, l-għajnuna mill-Istat

(3)  Ir-rata ta’ żball tal-istrat għandha tiġi żvelata meta l-istratifikazzjoni kienet applikata, u għandha tkopri sottopopolazzjonijiet b’karatteristiċi simili bħall-operazzjonijiet li jikkonsistu f’kontribuzzjonijiet finanzjarji minn programm għal strumenti finanzjarji, elementi ta’ valur għoli, Fondi (f’każ ta’ programmi Multifondi).

(7)  Il-kolonna “A” għandha tirreferi għall-popolazzjoni li minnha ttieħed il-kampjun aleatorju, jiġifieri l-ammont totali ta’ nefqa eliġibbli mdaħħla fis-sistema kontabbilistika tal-awtorità ta’ ġestjoni / funzjoni kontabbilistika li ġiet inkluża f’applikazzjonijiet għall-pagament ippreżentati lill-Kummissjoni, wara li jitneħħew l-unitajiet negattivi tal-kampjunar, jekk ikun hemm. Fejn applikabbli, għandhom jingħataw spjegazzjonijiet fit-Taqsima 5.4 hawn fuq.

(8)  Ir-rata ta’ żball totali hija kkalkulata qabel ma tiġi applikata kwalunkwe korrezzjoni finanzjarja b’rabta mal-kampjun awditjat, jew b’rabta mal-popolazzjoni li minnha jkun ittieħed il-kampjun aleotorju. Meta l-kampjun aleatorju jkopri aktar minn Fond jew programm wieħed, ir-rata ta’ żball totali (ikkalkulata) ippreżentata fil-kolonna “D” tikkonċerna l-popolazzjoni kollha. Fejn tintuża stratifikazzjoni, fit-Taqsima 5.7 ta’ hawn fuq għandha tingħata aktar informazzjoni skont l-istrat.

(9)  Il-kolonna “G” għandha tirreferi għan-nefqa awditjata fil-kuntest ta’ kampjun kumplimentari.

(10)  L-ammont tan-nefqa awditjata (f’każ li jiġi applikat is-sottokampjunar), f’din il-kolonna għandu jiġi inkluż biss l-ammont ta’ elementi tan-nefqa effettivament awditjati.

(11)  Perċentwal tan-nefqa awditjata apparagun tal-popolazzjoni.

ANNESS XVIII

Mudell għall-istrateġija tal-awditjar – l-Artikolu 72

1.   INTRODUZZJONI

(a)

Identifikazzjoni tal-programm(i) (titolu / titoli u n-numri tas-CCI(s)) (1), il-Fondi u l-perjodu kopert mill-istrateġija tal-awditjar.

(b)

Identifikazzjoni tal-awtorità tal-awditjar responsabbli mit-tfassil, mill-monitoraġġ u mill-aġġornament tal-istrateġija tal-awditjar u ta’ kwalunkwe korp ieħor li kkontribwixxa għal dan id-dokument.

(c)

Referenza għall-istatus tal-awtorità tal-awditjar (korp pubbliku nazzjonali, reġjonali jew lokali) u l-korp li tinsab fih.

(d)

Referenza għad-dikjarazzjoni tal-missjoni, il-karta ta’ awditu jew il-leġiżlazzjoni nazzjonali (fejn applikabbli) li jistabbilixxu l-funzjonijiet u r-responsabbiltajiet tal-awtorità tal-awditjar u tal-korpi l-oћra li jwettqu awditi taћt ir-responsabilità tagћha.

(e)

Konferma mill-awtorità tal-awditjar li l-korpi li jwettqu l-awditi jkollhom l-indipendenza funzjonali u organizzazzjonali meħtieġa.

2.   VALUTAZZJONI TAR-RISKJU

(a)

spjegazzjoni tal-metodu ta’ valutazzjoni tar-riskju segwit; kif ukoll

(b)

proċeduri interni għall-aġġornament tal-valutazzjoni tar-riskju.

3.   METODOLOĠIJA

3.1.   Ħarsa ġenerali

(a)

Referenza għall-istandards tal-awditjar rikonoxxuti internazzjonalment li l-awtorità tal-awditjar tapplika għall-ħidma ta’ awditjar tagħha.

(b)

Informazzjoni dwar kif l-awtorità tal-awditjar se tikseb l-aċċertament tagħha fir-rigward ta’ programmi fis-sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll standard u fir-rigward ta’ programmi b’arranġamenti proporzjonali msaħħa (deskrizzjoni tal-elementi kostitwenti ewlenin – it-tipi ta’ awditi u l-ambitu tagħhom).

(c)

Referenza għall-proċeduri fis-seħħ għat-tfassil tar-rapport annwali ta’ kontroll u l-opinjoni tal-awditjar li għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni skont l-Artikoli 71(3) tar-Regolament bl-eċċezzjonijiet meħtieġa għal programmi Interreg bbażati fuq ir-regoli speċifiċi għall-awditi fuq operazzjonijiet applikabbli għall-programmi Interreg kif stabbilit fl-Artikolu 48 tar-Regolament UE Nru [ir-Regolament ETC].

(d)

Referenza għal manwali jew proċeduri tal-awditjar li jkun fihom deskrizzjoni tal-passi prinċipali tax-xogħol ta’ awditu, inklużi t-trattament ta’ klassifikazzjoni tal-iżbalji misjuba fit-tħejjija tar-rapport tal-kontroll annwali li għandu jiġi ppreżentat lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 71(3) tar-Regolament.

(e)

Għal programmi Interreg, referenza għal arranġamenti tal-awditjar speċifiċi u spjegazzjoni dwar kif l-awtorità tal-awditjar beħsiebha tiżgura kooperazzjoni mal-Kummissjoni fir-rigward tal-awditi ta’ operazzjonijiet taħt il-kampjun komuni ta’ Interreg li l-Kummissjoni għandha twettaq, kif stabilit fl-Artikolu 48 tar-Regolament UE Nru [ir-Regolament ETC].

(f)

Għal programmi Interreg, meta xogħol ta’ awditjar addizzjonali jkun meħtieġ kif stabbilit fl-Artikolu 48 tar-Regolament UE Nru [ir-Regolament ETC] (referenza għal arranġamenti ta’ awditjar speċifiċi f’dan ir-rigward u għas-segwitu ta’ dan ix-xogħol addizzjonali tal-awditjar).

3.2.   Awditi dwar il-funzjonament xieraq tas-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll (awditi tas-sistemi)

Indikazzjoni tal-korpi / strutturi li għandhom jiġu awditjati, kif ukoll ir-rekwiżiti ewlenin relatati fil-kuntest tal-awditi tas-sistemi. Il-lista jenħtieġ li tinkludi kull korp li jkun nħatar f’dawn l-aħħar tnax-il xahar.

Fejn applikabbli, referenza għall-korp ta’ awditu li fuqu l-awtorità tal-awditu sserraħ biex jitwettqu dawn l-awditi.

Indikazzjoni ta’ kwalunkwe awditu tas-sistema mmirat għal oqsma jew korpi tematiċi speċifiċi bħalma huma:

(a)

il-kwalità u l-kwantità tal-verifiki ta’ ġestjoni amministrattivi u fil-post fir-rigward tar-regoli tal-akkwist pubbliku, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, ir-rekwiżiti ambjentali u liġijiet applikabbli oħra;

(b)

il-kwalità tal-għażla tal-proġett u tal-verifiki tal-ġestjoni fil-livell tal-awtorità tal-ġestjoni jew tal-korp intermedjarju;

(c)

l-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta’ strumenti finanzjarji fil-livell tal-korpi li jimplimentaw l-istrumenti finanzjarji;

(d)

il-funzjonament u sigurtà ta’ sistemi elettroniċi, u l-interoperabbiltà tagħhom ma’ sistema ta’ skambju elettroniku tad-data tal-Kummissjoni.

(e)

l-affidabbiltà tad-data relatata ma’ miri u stadji importanti, u l-progress tal-programm biex jintlaħqu l-objettivi tiegħu mogħtija mill-awtorità tal-ġestjoni.

(f)

il-korrezzjonijiet finanzjarji (tnaqqis mill-kontijiet);

(g)

l-implimentazzjoni ta’ miżuri effettivi u proporzjonati kontra l-frodi permezz ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-frodi.

3.3.   L-awditi tal-operazzjonijiet li mhumiex għall-programmi Interreg

(a)

Deskrizzjoni (jew referenza għal dokument intern li jispeċifika) tal-metodoloġija tal-kampjunar li għandha tintuża skont l-Artikolu 73 tar-Regolament (u proċeduri speċifiċi oħra li huma stabbiliti għall-awditjar ta’ operazzjonijiet, partikolarment dawk relatati mal-klassifikazzjoni u t-trattament ta’ żbalji misjuba, inkluż is-suspett ta’ frodi).

(b)

Deskrizzjoni separata jenħtieġ li tiġi proposta għal medda ta’ snin meta l-Istat Membru jagħżel li japplika sistema proporzjonata msaħħa għal programm wieħed jew aktar, kif stabbilit fl-Artikolu 77 tar-Regolament.

3.4.   L-awditi tal-operazzjonijiet għall-programmi Interreg

(a)

Deskrizzjoni (jew referenza għal dokument intern li jispeċifika) dwar it-trattament, għas-sejbiet u għall-iżbalji, li għandu jintuża skont l-Artikolu 48 tar-Regolament UE Nru [ir-Regolament ETC], u proċeduri speċifiċi oħra fis-seħħ għall-awditjar ta’ operazzjonijiet, partikolarment dawk relatati mal-kampjun Interreg komuni, għandhom ta’ kull sena jitfasslu mill-Kumissjoni.

(b)

Deskrizzjoni separata jenħtieġ li tiġi proposta għal medda ta’ snin meta kampjun komuni għall-awditi tal-operazzjonijiet għall-programmi Interreg ma jkunx jinkludi l-operazzjonijiet jew l-unitajiet ta’ kampjunar tal-programm inkwistjoni.

F’dan il-każ, jenħtieġ li jkun hemm deskrizzjoni tal-metodoloġija ta’ kampjunar li għandha tintuża mill-awtorità tal-awditjar u proċeduri speċifiċi oħra li stabbiliti għall-awditi ta’ operazzjonijiet, b’mod partikolari dawk relatati mal-klassifikazzjoni u t-trattament tal-żbalji misjuba, eċċ.

3.5.   Awditjar tal-kontijiet

Deskrizzjoni tal-approċċ tal-awditjar għall-awditi tal-kontijiet.

3.6.   Verifika tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni

Referenza għal proċeduri interni li jistabbilixxu l-ħidma involuta fil-verifikazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni kif imfassla mill-awtorita tal-ġestjoni, għall-fini tal-opinjoni tal-awditjar.

4.   ĦIDMA TA’ AWDITJAR IPPJANATA

(a)

Deskrizzjoni u ġustifikazzjoni tal-prijoritajiet u l-objettivi tal-awditjar fir-rigward tas-sena ta’ kontabbiltà kurrenti u s-sentejn ta’ kontabbilità sussegwenti, flimkien ma’ spjegazzjoni tar-rabta bejn ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju u l-ħidma ta’ awditjar ippjanata.

(b)

Skeda indikattiva tal-kompiti ta’ awditjar fir-rigward tas-sena kontabbilistika attwali u s-sentejn kontabbilistiċi sussegwenti għal awditi tas-sistemi (inklużi awditi mmirati għal oqsma tematiċi speċifiċi), kif ġej:

L-Awtoritajiet / il-Korpi jew l-oqsma tematiċi speċifiċi li għandhom jiġu awditjati

CCI

Titolu tal-Programm

Il-korp responsabbli mill-awditjar

Ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju

20xx

Objettiv u ambitu tal-awditu

20xx

Objettiv u ambitu tal-awditu

20xx

Objettiv u ambitu tal-awditu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5.   RIŻORSI

(a)

L-organigramma tal-awtorità tal-awditjar.

(b)

Indikazzjoni tar-riżorsi ppjanati li għandhom jiġu allokati fir-rigward tas-sena kontabbilistika attwali u s-sentejn kontabbilistiċi sussegwenti (inkluża informazzjoni dwar kwalunkwe esternalizzazzjoni prevista u l-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, fejn xieraq).


(1)  Indika l-programmi koperti minn sistema komuni ta’ ġestjoni u kontroll, f’każ li titħejja strateġija ta’ awditjar waħda għal diversi programmi

ANNESS XIX

Mudell għall-applikazzjonijiet għall-pagament – l-Artikolu 85(3)

APPLIKAZZJONI GĦALL-PAGAMENT

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Fond ikkonċernat  (1):

<type="S" input="S" >  (2)

Referenza tal-Kummissjoni (CCI):

<type="S" input="S">

Isem il-programm:

<type="S" input="G">

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni:

<type="S" input="G">

Data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni:

<type="D" input="G">

Numru tal-applikazzjoni għall-pagament:

<type="N" input="G">

Data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-pagament:

<type="D" input="G">

Referenza Nazzjonali (mhux obbligatorja):

<type="S" maxlength="250" input="M">

Skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) Nru 2018/ssss [CPR], din l-applikazzjoni għall-pagament tirreferi għas-sena kontabbilistika:

Mingħand (3)

<type="D" input="G">

sa:

<type="D" input="G">


In-nefqa mqassma skont il-prijorità u l-kategorija tar-reġjuni kif imniżżla fil-kontijiet tal-korp li jwettaq il-funzjoni kontabbilistika

(Inklużi l-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsin lill-istrumenti finanzjarji (l-Artikolu 86 tar-Regolament)

Prijorità

Il-Bażi tal-kalkolu (pubblika jew totali) (4)

L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli mġarrab mill-benefiċjarji u mħallas fl-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni fis-sens tal-Artikolu 85(3)(a) u 85(4)

L-ammont għall-għajnuna teknika fis-sens tal-Artikolu 85(3)(b)

L-ammont totali tal-kontribuzzjoni pubblika mħallas jew li għandu jitħallas fis-sens tal-Artikolu 85(3)(c))

(A)

(B)

(C)

(D)

Prijorità 1

 

 

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni aktar żviluppati

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni ultraperiferiċi

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni tat-Tramuntana

skarsament popolati

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Prijorità 2

 

 

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni aktar żviluppati

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni ultraperiferiċi

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni tat-Tramuntana

skarsament popolati

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Prijorità 3

 

 

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni aktar żviluppati

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni ultraperiferiċi

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni tat-Tramuntana

skarsament popolati

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Total Globali

 

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">


JEW

In-nefqa analizzata statistikament skont l-objettiv speċifiku kif imniżżla fil-kontijiet tal-awtorità ta’ ġestjoni

Applikabbli għall-Fondi AMIF/ISF u BMVI biss

Objettiv Speċifiku

Il-bażi tal-kalkolu (pubblika jew totali)

L-ammont totali ta’ nefqa eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa fl-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni

Ammont totali tan-nefqa pubblika mġarrab f’operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni

(A)

(B)

(C)

L-objettiv speċifiku Nru 1

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Tip ta’ azzjoni nru 2 [Referenza għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Tip ta’ azzjoni nru 3 [Referenza għall-Artikoli 8(3) u 8(4) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Tip ta’ azzjoni nru 4 [Referenza għall-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament AMIF]

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

L-objettiv speċifiku Nru 2

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Tip ta’ azzjoni nru 2 [Referenza għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Tip ta’ azzjoni nru 3 [Referenza għall-Artikoli 8(3) u 8(4) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

L-objettiv speċifiku Nru 3

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Tip ta’ azzjoni nru 2 [Referenza għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Tip ta’ azzjoni nru 3 [Referenza għall-Artikoli 8(3) u 8(4) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Total Globali

 

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

Il-mudell huwa aġġustat awtomatikament fuq il-bażi tan-Nru tas-CCI. Bħala eżempju, fil-każ ta’ programmi li ma jinkludux kategoriji ta’ reġjuni (il-Fond ta’ Koeżjoni, l-ETC, l-EMFF jekk applikabbli) jew fil-każ ta’ programmi li ma jimmodulawx rati ta’ kofinanzjament fi prijorità (objettiv speċifiku), it-tabella għandha tkun kif ġej:

Prijorità

Il-Bażi tal-kalkolu (pubblika

jew totali) (’)

(A)

L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli mġarrab mill-benefiċjarji u mħallas fl-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni fis-sens tal-Artikolu 85(3)(a) u 85(4)

(B)

L-ammont għall-għajnuna teknika fis-sens tal-Artikolu 85(3)(b)

(C)

L-ammont totali tal-kontribuzzjoni pubblika mħallas jew li għandu jitħallas fis-sens tal-Artikolu 85(3)(c)

(Do(C)

Prijorità 1

<type="S" input="C">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Prijorità 2

<type="S" input="C">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Prijorità 3

<type="S" input="C">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Total Globali

 

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

DIKJARAZZJONI

Bil-validazzjoni ta’ din l-applikazzjoni għall-pagament, il-funzjoni kontabbilistika / l-awtorità tal-ġestjoni titlob il-ħlas tal-ammonti kif imsemmi hawn taħt.

Li jirrappreżentaw il-korp responsabbli għall-funzjoni kontabbilistika:

Jew

Li jirrappreżentaw l-awtorità tal-ġestjoni responsabbli għall-funzjoni kontabbilistika:

<type="S" input="G">

APPLIKAZZJONI GĦALL-PAGAMENT

FOND

Reġjuni inqas żviluppati

Reġjuni fi tranżizzjoni

Reġjuni aktar żviluppati

Reġjuni ultraperiferiċi u reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

(A)

(B)

(C)

(D)

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

Il-mudell huwa aġġustat awtomatikament fuq il-bażi tan-Nru tas-CCI. Bħala eżempju, fil-każ ta’ programmi li ma jinkludux kategoriji ta’ reġjuni (il-Fond ta’ Koeżjoni, l-ETC, l-EMFF jekk applikabbli) jew fil-każ ta’ programmi li ma jimmodulawx rati ta’ kofinanzjament fi prijorità (objettiv speċifiku), it-tabella għandha tkun kif ġej:

Jew

Applikabbli għall-Fondi AMIF/ISF u BMVI biss

Fond

 

Ammonti

<type="S" input="G">

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip="Cu" input="G">

 

Tip ta’ azzjoni nru 2 [Referenza għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip="Cu" input="G">

 

Tip ta’ azzjoni nru 3 [Referenza għall-Artikoli 8(3) u 8(4) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip="Cu" input="G">

 

Tip ta’ azzjoni nru 4 [Referenza għall-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament AMIF]

<tip="Cu" input="G">


FOND

AMMONT

<type="S" input="G">

<type="Cu" input="G">

Il-pagament isir fil-kont bankarju li ġej:

Korp maħtur

<type="S" maxlength="150" input="G">

Il-Bank

<type="S" maxlength="150" input="G">

BIC

<type="S" maxlength="11" input="G">

Kont tal-Bank IBAN

<type="S" maxlength="34" input="G">

Id-Detentur tal-kont (fejn ma jkunx l-istess bħall-korp maħtur)

<type="S" maxlength="150" input="G">


(1)  Jekk programm jikkonċerna iktar minn fond wieħed, l-applikazzjoni għall-pagament għandha tintbagħat separatament għal kull fond.

(2)  Didaskalji:

tip: N=Numru, D=Data, S=Sekwenza, C=Kaxxa ta’ Verifika, P=Perċentwal, B=Boolean, Cu=Munita

input: M=Manwali, S=Selezzjoni, G=Iġġenerat mis-sistema

(3)  L-ewwel jum tas-sena kontabbilistika, ikkodifikata awtomatikament mis-sistema elettronika.

(4)  Għall-FEMS il-kofinanzjament japplika biss għal “Nefqa pubblika totali eliġibbli”. Għaldaqstant, fil-każ tal-FEMS, il-bażi tal-kalkolu f’dan il-mudell tiġi aġġustata awtomatikament għal “Pubblika”.

Appendiċi: Informazzjoni dwar il-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsin lill-istrumenti finanzjarji kif imsemmi fl-Artikolu 86 tar-Regolament u inklużi fl-applikazzjonijiet għall-pagament (kumulattivi sa mill-bidu tal-programm)

 

L-ammont inkluż fl-ewwel applikazzjoni għall-pagament u mħallas lill-istrument finanzjarju skont l-Artikolu 86 (massimu ta’ [25 %] tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm impenjati għal / għall-istrument(i) finanzjarju / finanzjarji permezz tal-ftehim ta’ finanzjament rilevanti)

L-ammont approvat korrispondenti kif imsemmi fl-Artikolu 86(3) (1)

(A)

(B)

(C)

(D)

Prijorità

Ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallas lill-istrumenti finanzjarji

Ammont tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti

Ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm effettivament imħallas, jew fil-każ ta’ garanziji, impenjat bħala nefqa eliġibbli fis-sens tal-Artikolu 86

Ammont tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti

Prijorità 1

 

 

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni aktar żviluppati

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni ultraperiferiċi

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni tat-Tramuntana

skarsament popolati

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Prijorità 2

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni inqas żviluppati

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni aktar żviluppati

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni ultraperiferiċi

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni tat-Tramuntana

skarsament popolati

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Prijorità 3

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni inqas żviluppati

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni aktar żviluppati

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni ultraperiferiċi

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Reġjuni tat-Tramuntana

skarsament popolati

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Total Globali

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

Il-mudell huwa aġġustat awtomatikament fuq il-bażi tan-Nru tas-CCI. Bħala eżempju, fil-każ ta’ programmi li ma jinkludux kategoriji ta’ reġjuni (il-Fond ta’ Koeżjoni, l-ETC, l-EMFF jekk applikabbli) jew fil-każ ta’ programmi li ma jimmodulawx rati ta’ kofinanzjament fi prijorità (objettiv speċifiku), it-tabella għandha tkun kif ġej:

 

L-ammont inkluż fl-ewwel applikazzjoni għal pagament u mħallas lill-istrument finanzjarju skont l-Artikolu 86 (massimu ta’ [25 %] tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm impenjati għal[l-]istrument[i] finanzjarju/i skont il-ftehim ta’ finanzjament rilevanti)

L-ammont korrispondenti approvat kif imsemmi fl-Artikolu 86(3) (2)

(A)

(B)

(C)

(D)

Prijorità

Ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallas lill-istrumenti finanzjarji

Ammont tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti

Ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm effettivament imħallas, jew fil-każ ta’ garanziji, impenjat bħala nefqa eliġibbli fis-sens tal-Artikolu 86

Ammont tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti

Prijorità 1

 

 

 

 

Prijorità 2

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Prijorità 3

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

 

 

 

 

 

Total Globali

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

Jew

Applikabbli għall-Fondi AMIF/ISF u BMVI biss

 

L-ammont inkluż fl-ewwel applikazzjoni għal pagament u mħallas lill-istrument finanzjarju skont l-Artikolu 86 (massimu ta’ [25 %] tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm impenjati għal[l-]istrument[i] finanzjarju/i skont il-ftehim ta’ finanzjament rilevanti)

L-ammont korrispondenti approvat kif imsemmi fl-Artikolu 86(3) (3)

(A)

(B)

(C)

(D)

 

Ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-istrumenti finanzjarji

Ammont tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti

Ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm effettivament imħallas, jew fil-każ ta’ garanziji, impenjat bħala nefqa eliġibbli fis-sens tal-Artikolu 86

Ammont tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti

L-objettiv speċifiku Nru 1

 

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

L-objettiv speċifiku Nru 2

 

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

L-objettiv speċifiku Nru 3

 

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

Total Globali

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">


(1)  Dan l-ammont ma għandux ikun inkluż fl-applikazzjoni tal-ħlas.

(2)  Dan l-ammont ma għandux ikun inkluż fl-applikazzjoni tal-ħlas.

(3)  Dan l-ammont ma għandux ikun inkluż fl-applikazzjoni tal-ħlas.

ANNESS XX

Mudell għall-kontijiet — Artikolu 92(1)(a)

KONTIJIET GĦAL-SENA KONTABBILISTIKA

<type=“D” – type=“D” input=“S”>

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Fond ikkonċernat  (1):

<type=“S” input=“S” >  (2)

Referenza tal-Kummissjoni (CCI):

<type=“S” input=“S”>

Isem il-programm:

<type=“S” input=“G”>

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni:

<type=“S” input=“G”>

Data tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni:

<type=“D” input=“G”>

Verżjoni tal-kontijiet:

<type=“S” input=“G”>

Data tas-sottomissjoni tal-kontijiet:

<type=“D” input=“G”>

Referenza Nazzjonali (mhux obbligatorja):

<type=“S” maxlength=“250” input=“M”>

DIKJARAZZJONI

L-awtorità tal-ġestjoni responsabbli mill-programm b’dan tikkonferma li:

1)

il-kontijiet huma kompluti, eżatti u veri u li n-nefqa mniżżla fil-kontijiet tikkonforma mal-liġi applikabbli u hija legali u regolari;

2)

id-dispożizzjonijiet fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi, fl-Artikolu 63(5) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-Regolament Finanzjarju] u fil-punti minn (a) sa (e) tal-Artikolu 68 tar-Regolament huma rrispettati;

3)

id-dispożizzjonijiet fl-Artikolu 76 fir-rigward tad-disponibbiltà tad-dokumenti huma rrispettati.

Ir-rappreżentant tal-awtorità tal-ġestjoni:

<type=“S” input=“G”>


(1)  Jekk programm jikkonċerna iktar minn fond wieħed, il-kontijiet jenħtieġ li jintbagħtu separatament għal kull fond.

(2)  Didaskalji:

tip: N=Numru, D=Data, S=Sekwenza, C=Kaxxa ta’ Verifika, P=Perċentwal, B=Boolean, Cu=Munita

input: M=Manwali, S=Selezzjoni, G=Iġġenerat mis-sistema

Appendiċi 1: Ammonti mdaħħla fis-sistemi ta’ kontabbiltà tal-funzjoni kontabbilistika/awtorità ta’ ġestjoni

Prijorità

L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli mdaħħal fis-sistemi ta’ kontabbiltà tal-korp li jwettaq il-funzjoni kontabbilistika li ġie inkluż fl-applikazzjonijiet għall-pagament għas-sena kontabbilistika fis-sens tal-Artikolu 92(3)(a)

(A)

L-ammont għall-assistenza teknika fis-sens tal-Artikolu 85(3)(b)

(B)

L-ammont totali mħallas tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti, jew li għandu jitħallas fis-sens l-Artikolu 92(3)(a)

(C)

Prijorità 1

 

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni aktar żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni ultraperiferiċi

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Prijorità 2

 

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni aktar żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni ultraperiferiċi

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Prijorità 3

 

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni aktar żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni ultraperiferiċi

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Prijorità 4

 

 

 

 

 

 

 

Totali

 

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni aktar żviluppati

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Reġjuni ultraperiferiċi

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Total Globali

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Jew

Applikabbli għall-Fondi AMIF/ISF u BMVI biss

Objettiv speċifiku

Ammont totali tan-nefqa eliġibbli mdaħħal fis-sistemi ta’ kontabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni u li ġie inkluż fl-applikazzjonijiet għal ħlas li ġew ippreżentati lill-Kummissjoni

(A)

Ammont totali tan-nefqa pubblika korrispondenti mġarrba fl-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet

(B)

L-objettiv speċifiku Nru 1

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Tip ta’ azzjoni nru 2 [Referenza għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Tip ta’ azzjoni nru 3 [Referenza għall-Artikoli 8(3) u 8(4) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Tip ta’ azzjoni nru 4 [Referenza għall-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament AMIF]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

L-objettiv speċifiku Nru 2

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Tip ta’ azzjoni nru 2 [Referenza għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Tip ta’ azzjoni nru 3 [Referenza għall-Artikoli 8(3) u 8(4) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Il-mudell huwa aġġustat awtomatikament fuq il-bażi tan-Nru tas-CCI. Bħala eżempju, fil-każ ta’ programmi li ma jinkludux kategoriji ta’ reġjuni (il-Fond ta’ Koeżjoni, l-ETC, l-EMFF jekk applikabbli) jew fil-każ ta’ programmi li ma jimmodulawx rati ta’ kofinanzjament fi prijorità (objettiv speċifiku), it-tabella għandha tkun kif ġej:

Prijorità

L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli mdaħħal fis-sistemi ta’ kontabbiltà tal-korp li jwettaq il-funzjoni kontabbilistika li ġie inkluż fl-applikazzjonijiet għall-pagament għas-sena kontabbilistika fis-sens tal-Artikolu 92(3)(a)

(A)

L-ammont għall-assistenza teknika fis-sens tal-Artikolu 85(3)(b)

(B)

L-ammont totali mħallas tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti, jew li għandu jitħallas fis-sens tal-Artikolu 92(3)(a)

(C)

Prijorità 1

<type=“Cu” input=“M”>

 

<type=“Cu” input=“M”>

Prijorità 2

<type=“Cu” input=“M”>

 

<type=“Cu” input=“M”>

Prijorità 3

<type=“Cu” input=“M”>

 

<type=“Cu” input=“M”>

Total Globali

<type=“Cu” input=“G”>

 

<type=“Cu” input=“G”>

Appendiċi 2: Ammonti rtirati matul is-sena kontabilistika

Prijorità

IRTIRAR

 

Ammont totali eliġibbli tan-nefqa inkluż f’applikazzjonijiet għall-pagament interim

Kontribuzzjoni pubblika korrispondenti

 

(A)

(B)

Prijorità 1

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni aktar żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni ultraperiferiċi

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Prijorità 2

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni aktar żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni ultraperiferiċi

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Prijorità 3

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni aktar żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni ultraperiferiċi

 

 

Reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Prijorità 4

 

 

 

 

 

Totali

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni aktar żviluppati

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Reġjuni ultraperiferiċi

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

TOTAL GLOBALI

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Il-qsim tal-ammonti miġbuda matul is-sena kontabbilistika skont is-sena tad-dikjarazzjoni kontabbilistika tan-nefqa korrispondenti

Fir-rigward tas-sena kontabbilistika li tagħlaq fit-30 ta’ Ġunju XX … (total)

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

B’mod partikolari, li minnhom ġew ikkoreġuti ammonti bħala riżultat ta’ awditi tal-operazzjonijiet

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Fir-rigward tas-sena kontabbilistika li tagħlaq fit-30 ta’ Ġunju … (total)

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

B’mod partikolari, li minnhom ġew ikkoreġuti ammonti bħala riżultat ta’ awditi tal-operazzjonijiet

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Il-mudell huwa aġġustat awtomatikament fuq il-bażi tan-Nru tas-CCI. Bħala eżempju, fil-każ ta’ programmi li ma jinkludux kategoriji ta’ reġjuni (il-Fond ta’ Koeżjoni, l-ETC, l-EMFF jekk applikabbli) jew fil-każ ta’ programmi li ma jimmodulawx rati ta’ kofinanzjament fi prijorità (objettiv speċifiku), it-tabella għandha tkun kif ġej:

Prijorità

IRTIRAR

 

Ammont totali eliġibbli tan-nefqa inkluż f’applikazzjonijiet għall-pagament

Kontribuzzjoni pubblika korrispondenti

 

(A)

(B)

Prijorità 1

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Prijorità 2

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Prijorità 3

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

TOTAL GLOBALI

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Il-qsim tal-ammonti miġbuda matul is-sena kontabbilistika skont is-sena tad-dikjarazzjoni kontabilistika tan-nefqa korrispondenti

Fir-rigward tas-sena kontabbilistika li tagħlaq fit-30 ta’ Ġunju XX … (total)

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

B’mod partikolari, li minnhom ġew ikkoreġuti ammonti bħala riżultat ta’ awditi tal-operazzjonijiet

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Fir-rigward tas-sena kontabbilistika li tagħlaq fit-30 ta’ Ġunju … (total)

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

B’mod partikolari, li minnhom ġew ikkoreġuti ammonti bħala riżultat ta’ awditi tal-operazzjonijiet

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Jew

Applikabbli għall-Fondi AMIF/ISF u BMVI biss

Objettiv speċifiku

IRTIRAR

 

Ammont totali eliġibbli tan-nefqa inkluż f’applikazzjonijiet għall-pagament

Nefqa pubblika korrispondenti

 

(A)

(B)

L-objettiv speċifiku Nru 1

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Tip ta’ azzjoni nru 2 [Referenza għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Tip ta’ azzjoni nru 3 [Referenza għall-Artikoli 8(3) u 8(4) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Tip ta’ azzjoni nru 4 [Referenza għall-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament AMIF]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

L-objettiv speċifiku Nru 2

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Tip ta’ azzjoni nru 2 [Referenza għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Tip ta’ azzjoni nru 3 [Referenza għall-Artikoli 8(3) u 8(4) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

L-objettiv speċifiku Nru 3

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Tip ta’ azzjoni nru 2 [Referenza għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Tip ta’ azzjoni nru 3 [Referenza għall-Artikoli 8(3) u 8(4) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Totali

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Tip ta’ azzjoni nru 2 [Referenza għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Tip ta’ azzjoni nru 3 [Referenza għall-Artikoli 8(3) u 8(4) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Tip ta’ azzjoni nru 4 [Referenza għall-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament AMIF]

<tip=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

TOTAL GLOBALI

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Il-qsim tal-ammonti miġbuda matul is-sena kontabbilistika skont is-sena tad-dikjarazzjoni kontabbilistika tan-nefqa korrispondenti

Fir-rigward tas-sena kontabbilistika li tagħlaq fit-30 ta’ Ġunju … (total)

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

B’mod partikolari, li minnhom ġew ikkoreġuti ammonti bħala riżultat ta’ awditi tal-operazzjonijiet

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Fir-rigward tas-sena kontabbilistika li tagħlaq fit-30 ta’ Ġunju … (total)

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

B’mod partikolari, li minnhom ġew ikkoreġuti ammonti bħala riżultat ta’ awditi tal-operazzjonijiet

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Appendiċi 2: L-ammonti ta’ kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-istrumenti finanzjarji (kumulattivi mill-bidu tal-programm) – l-Artikolu 86

 

L-ammont inkluż fl-ewwel applikazzjoni għall-pagament u mħallsa lill-istrument finanzjarju skont l-Artikolu 86 (massimu ta’ [25 %] tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm impenjati għal / għall-istrument(i) finanzjarju / finanzjarji permezz tal-ftehim ta’ finanzjament rilevanti)

L-ammont korrispondenti approvat kif imsemmi fl-Artikolu 86(3) (1)

(A)

(B)

(C)

(D)

Prijorità

Ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallas lill-istrumenti finanzjarji

Ammont tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti

Ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm effettivament imħallas, jew fil-każ ta’ garanziji, impenjat bħala nefqa eliġibbli fis-sens tal-Artikolu 86

Ammont tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti

Prijorità 1

 

 

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni aktar żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni ultraperiferiċi

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Prijorità 2

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni inqas żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni aktar żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni ultraperiferiċi

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Prijorità 3

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni inqas żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni aktar żviluppati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni ultraperiferiċi

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Prijorità 4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali

 

 

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Reġjuni aktar żviluppati

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Reġjuni ultraperiferiċi

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Total Globali

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Il-mudell huwa aġġustat awtomatikament fuq il-bażi tan-Nru tas-CCI. Bħala eżempju, fil-każ ta’ programmi li ma jinkludux kategoriji ta’ reġjuni (il-Fond ta’ Koeżjoni, l-ETC, l-EMFF jekk applikabbli) jew fil-każ ta’ programmi li ma jimmodulawx rati ta’ kofinanzjament fi prijorità (objettiv speċifiku), it-tabella għandha tkun kif ġej:

 

L-ammont inkluż fl-ewwel applikazzjoni għal pagament u mħallas lill-istrument finanzjarju skont l-Artikolu 86 (massimu ta’ [25 %] tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm impenjati għal[l-]istrument[i] finanzjarju/i skont il-ftehim ta’ finanzjament rilevanti)

L-ammont korrispondenti approvat kif imsemmi fl-Artikolu 86(3) (2)

(A)

(B)

(C)

(D)

Prijorità

Ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallas lill-istrumenti finanzjarji

Ammont tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti

Ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm effettivament imħallas, jew fil-każ ta’ garanziji, impenjat bħala nefqa eliġibbli fis-sens tal-Artikolu 86

Ammont tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti

Prijorità 1

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Prijorità 2

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Prijorità 3

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

 

 

 

 

 

Total Globali

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

Jew

Applikabbli għall-Fondi AMIF/ISF u BMVI biss

 

L-ammont inkluż fl-ewwel applikazzjoni għal pagament u mħallas lill-istrument finanzjarju skont l-Artikolu 86 (massimu ta’ [25 %] tal-ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm impenjati għal[l-]istrument[i] finanzjarju/i skont il-ftehim ta’ finanzjament rilevanti)

L-ammont korrispondenti approvat kif imsemmi fl-Artikolu 86(3) (3)

(A)

(B)

(C)

(D)

 

Ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm imħallsa lill-istrumenti finanzjarji

Ammont tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti

Ammont totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programm effettivament imħallas, jew fil-każ ta’ garanziji, impenjat bħala nefqa eliġibbli fis-sens tal-Artikolu 86

Ammont tal-kontribuzzjoni pubblika korrispondenti

L-objettiv speċifiku Nru 1

 

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

L-objettiv speċifiku Nru 2

 

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

L-objettiv speċifiku Nru 3

 

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

<type=“Cu” input=“M”>

Total Globali

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>

<type=“Cu” input=“G”>


(1)  Dan l-ammont ma għandux ikun inkluż fl-applikazzjonijiet għall-pagament

(2)  Dan l-ammont ma għandux ikun inkluż fl-applikazzjonijiet għall-pagament

(3)  Dan l-ammont ma għandux ikun inkluż fl-applikazzjoni tal-ħlas.

Appendiċi 4: Rikonċiljazzjoni tan-nefqa – Artikolu 92

Prijorità

Nefqa totali eliġibbli inkluża fl-applikazzjoni jiet għall-pagamenti sottomessi lill-Kummissjoni

Nefqa ddikjarata skont l-Artikolu 92 tar-Regolament

Differenza

Kummenti (obbligatorji f’każ ta’ differenza)

L-ammont totali ta’ nefqa eliġibbli mġarrab mill-benefiċjarji u mħallas fl-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni

L-ammont totali tal-kontribuzzjoni pubblika mħallas jew li għandu jitħallas fl-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni

L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli mdaħħal fis-sistemi ta’ kontabbiltà tal-funzjoni kontabbilistika u li ġie inkluż fl-applikazzjonijiet għall-pagament ippreżentati lill-Kummissjoni

L-ammont totali tal-kontribuzzjoni korrispondenti li saret jew li trid issir fl-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni

(E=A-C)

(F=B-D)

 

(A)

(B)

(C)

(D)

(E)

(F)

(G)

Prijorità 1

 

 

 

 

 

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

Reġjuni aktar żviluppati

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

Reġjuni ultraperiferiċi

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

Reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

Prijorità 2

 

 

 

 

 

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

Reġjuni aktar żviluppati

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

Reġjuni ultraperiferiċi

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

Reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

Prijorità 3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Totali

 

 

 

 

 

 

 

Reġjuni inqas żviluppati

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

Reġjuni fi tranżizzjoni

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

Reġjuni aktar żviluppati

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

Reġjuni ultraperiferiċi

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

Reġjuni tat-Tramuntana skarsament popolati

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Total Globali

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

Li minnhom ammonti kkoreġuti fil-kontijiet kurrenti bħala riżultat ta’ awditi ta’ operazzjonijiet

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

 

Jew

Applikabbli għall-Fondi AMIF/ISF u BMVI biss

Objettiv Speċifiku

Nefqa totali eliġibbli inkluża fl-applikazzjoni jiet għall-pagamenti sottomessi lill-Kummissjoni

Nefqa ddikjarata skont l-Artikolu 92 tar-Regolament

Differenza

Kummenti (obbligatorji f’każ ta’ differenza)

L-ammont totali ta’ nefqa eliġibbli mġarrab mill-benefiċjarji u mħallas fl-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni

L-ammont totali tal-kontribuzzjoni pubblika mħallas jew li għandu jitħallas fl-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni

L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli mdaħħal fis-sistemi ta’ kontabbiltà tal-funzjoni kontabbilistika u li ġie inkluż fl-applikazzjonijiet għall-pagament ippreżentati lill-Kummissjoni

L-ammont totali tal-kontribuzzjoni korrispondenti li saret jew li trid issir fl-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni

(E=A-C)

L-ammont totali ta’ nefqa eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa fl-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni

L-ammont totali tal-kontribuzzjoni pubblika mħallas jew li għandu jitħallas fl-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni

(A)

(B)

(C)

(D)

(E)

(A)

(B)

L-objettiv speċifiku Nru 1

 

 

 

 

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

Tip ta’ azzjoni nru 2 [Referenza għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

Tip ta’ azzjoni nru 3 [Referenza għall-Artikoli 8(3) u 8(4) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

Tip ta’ azzjoni nru 4 [Referenza għall-Artikoli 14 u 15 tar-Regolament AMIF]

<tip="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

L-objettiv speċifiku Nru 2

 

 

 

 

 

 

 

Tip ta’ azzjoni nru 1 [Referenza għall-Artikolu 8(1) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

Tip ta’ azzjoni nru 2 [Referenza għall-Artikolu 8(2) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

Tip ta’ azzjoni nru 3 [Referenza għall-Artikoli 8(3) u 8(4) tar-Regolament AMIF/ISF/BMVI]

<tip="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

ect

 

 

 

 

 

 

 

Total Globali

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

Li minnhom ammonti kkoreġuti fil-kontijiet kurrenti bħala riżultat ta’ awditi ta’ operazzjonijiet

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

 

Il-mudell huwa aġġustat awtomatikament fuq il-bażi tan-Nru tas-CCI. Bħala eżempju, fil-każ ta’ programmi li ma jinkludux kategoriji ta’ reġjuni (il-Fond ta’ Koeżjoni, l-ETC, l-EMFF jekk applikabbli) jew fil-każ ta’ programmi li ma jimmodulawx rati ta’ kofinanzjament fi prijorità (objettiv speċifiku), it-tabella għandha tkun kif ġej:

Prijorità

Nefqa totali eliġibbli inkluża fl-applikazzjoni jiet għall-pagamenti sottomessi lill-Kummissjoni

Nefqa ddikjarata skont l-Artikolu XX tar-Regolament

Differenza

Kummenti (obbligatorji f’każ ta’ differenza)

L-ammont totali ta’ nefqa eliġibbli mġarrab mill-benefiċjarji u mħallas fl-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni

L-ammont totali tal-kontribuzzjoni pubblika mħallas jew li għandu jitħallas fl-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni

L-ammont totali tan-nefqa eliġibbli mdaħħal fis-sistemi ta’ kontabbiltà tal-funzjoni kontabilistika u li ġie inkluż fl-applikazzjonijiet għall-pagament interim ippreżentati lill-Kummissjoni

L-ammont totali tal-kontribuzzjoni korrispondenti li saret jew li trid issir fl-operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni

(E=A-C)

(F=B-D)

 

(A)

(B)

(C)

(D)

(E)

(F)

(G)

Prijorità 1

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

Prijorità 2

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="S" maxlength="500" input="M">

 

 

 

 

 

 

 

 

Total Globali

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

<type="Cu" input="G">

 

Li minnhom ġew ikkoreġuti ammonti fil-kontijiet kurrenti bħala riżultat tal-awditi

<type="Cu" input="M">

<type="Cu" input="M">

 

ANNESS XXI

Determinazzjoni tal-livell ta’ korrezzjonijiet finanzjarji: korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa u estrapolati – l-Artikolu 98(1)

Elementi biex tiġi applikata korrezzjoni estrapolata

Meta jiġu applikati korrezzjonijiet finanzjarji estrapolati, ir-riżultati tal-eżami tal-kampjun rappreżentattiv jiġu estrapolati lejn il-bqija tal-popolazzjoni li minnu ttieħed il-kampjun sabiex tiġi ddeterminata l-korrezzjoni finanzjarja.

Elementi li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni meta tiġi applikata korrezzjoni b’rata fissa

(a)

il-gravità ta’ nuqqas serju / nuqqasijiet serji fil-kuntest tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll inġenerali;

(b)

il-frekwenza u l-firxa ta’ nuqqas serju / nuqqasijiet serji;

(c)

il-grad ta’ preġudizzju finanzjarju għall-baġit tal-Unjoni.

Il-livell ta’ korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa hija determinata kif ġej:

(a)

jekk in-nuqqas serju / in-nuqqasijiet serji jkun / jkunu daqstant fundamentali, frekwenti jew mifrux(a), li jirrappreżenta(w) il-falliment assolut tas-sistema li jpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa kollha kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta’ 100 %;

(b)

jekk in-nuqqas serju / in-nuqqasijiet serji jkun / jkunu tant frekwenti u mifrux(a) li jirrappreżenta(w) il-falliment estremament serju tas-sistema li jpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità ta’ proporzjon ferm għoli tan-nefqa kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta’ 25 %;

(c)

jekk in-nuqqas serju / in-nuqqasijiet serji jkun / jkunu minħabba li s-sistema ma tkunx qed tiffunzjona għal kollox, jew tkun qed tiffunzjona tant ħażin jew b’mod tant infrekwenti li tpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità ta’ proporzjon għoli tan-nefqa kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta’ 10 %;

(d)

jekk in-nuqqas serju / in-nuqqasijiet serji jkun / jkunu minħabba li s-sistema ma tkunx qed tiffunzjona b’mod konsistenti li tpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità ta’ proporzjon għoli tan-nefqa kkonċernata, tiġi applikata rata fissa ta’ 5 %.

Jekk, minħabba nuqqas tal-awtoritajiet responsabbli li jieħdu miżuri korrettivi wara l-applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja f’sena kontabbilistika, l-istess nuqqas serju / nuqqasijiet serji jiġi / jiġu identifikat(i) fis-sena kontabbilistika sussegwenti, ir-rata ta’ korrezzjoni tista’, minħabba l-persistenza tan-nuqqas serju / nuqqasijiet serji, tiżdied għal livell li ma jaqbiżx dak tal-kategorija li jmiss ogħla.

ANNESS XXII

Il-metodoloġija għall-allokazzjoni ta’ riżorsi globali għal kull Stat Membru – l-Artikolu 103(2)

Metodu ta’ allokazzjoni għar-reġjuni l-anqas żviluppati eliġibbli taħt l-objettiv tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi – Artikolu 102(2)(a)

1.

L-allokazzjoni ta’ kull Stat Membru għandha tkun it-total tal-allokazzjonijiet għar-reġjuni ta’ livell 2 NUTS eliġibbli individwali tiegħu, ikkalkulat skont il-passi li ġejjin:

a)

id-determinazzjoni ta’ ammont assolut fis-sena (f’EUR) miksub bil-multiplikazzjoni tal-popolazzjoni tar-reġjun ikkonċernat bid-differenza bejn il-PDG per capita ta’ dak ir-reġjun, imkejjel f’PPS, u l-PDG medju tal-EU-27 per capita (f’PPS);

b)

l-applikazzjoni ta’ perċentwal għall-ammont assolut ta’ hawn fuq sabiex jiġi determinat il-pakkett finanzjarju ta’ dak ir-reġjun; dan il-perċentwal għandu jkun gradwat biex jirrifletti l-prosperità relattiva, imkejla f’PPS, kif imqabbel mal-medja tal-EU-27, tal-Istat Membru li fih jinsab ir-reġjun eliġibbli, jiġifieri:

i.

għal reġjuni fl-Istati Membri li l-livell tagħhom ta’ ING per capita huwa anqas minn 82 % tal-medja tal-EU-27: 2,8 %;

ii.

għal reġjuni fl-Istati Membri li l-livell tagħhom ta’ ING per capita huwa bejn 82 % u 99 % tal-medja tal-EU-27: 1,3 %;

iii.

għal reġjuni fl-Istati Membri li l-livell tagħhom ta’ ING per capita huwa ’l fuq minn 99 % tal-medja tal-EU-27: 0,9 %;

c)

għall-ammont miksub skont il-punt (b) jiġi miżjud, jekk applikabbli, ammont li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ primjum ta’ EUR 500 għal-kull persuna qiegħda fis-sena, applikat għan-numru ta’ persuni qiegħda f’dak ir-reġjun li jaqbeż in-numru ta’ nies li jkunu qiegħda li kieku kienet tapplika r-rata medja tal-qgħad tar-reġjuni l-anqas żviluppati kollha.

d)

għall-ammont miksub skont il-punt (c) jiġi miżjud, jekk applikabbli, ammont li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ primjum ta’ EUR 500 għal-kull persuna żagħżugħa qiegħda (ta’ bejn 15 u 24 sena) fis-sena, applikat għan-numru ta’ persuni qiegħda żgħażagħ f’dak ir-reġjun li jaqbeż in-numru ta’ nies li jkunu qiegħda li kieku kienet tapplika r-rata medja tal-qgħad fost iż-żgħażagħ tar-reġjuni l-anqas żviluppati kollha.

e)

mal-ammont miksub skont il-punt (b) jiġi miżjud, jekk ikun applikabbli, ammont li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ primjum ta’ EUR 250 għal kull persuna (ta’ bejn 25 u 64 sena) kull sena, applikat għan-numru ta’ persuni f’dak ir-reġjun li jkun jeħtieġ li jiġu mnaqqsa sabiex jintlaħaq il-livell medju tar-rata tal-edukazzjoni baxxa (edukazzjoni minn dik primarja, edukazzjoni primarja u sekondarja) tar-reġjuni l-anqas żviluppati;

f)

mal-ammont miksub skont il-punt (e) jiżdied, jekk ikun applikabbli, ammont ta’ EUR 1 għal kull tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-sena, applikat għas-sehem tal-popolazzjoni tar-reġjun tan-numru ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 li permezz tagħom l-Istat Membru jeċċedi l-mira tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra barra l-iskema għan-negozjar tal-emissjonijiet stabbilita għall-2030 kif proposta mill-Kummissjoni fl-2016;

g)

mal-ammont miksub skont il-punt (f) huwa miżjud, ammont li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ primjum ta’ EUR 400 għal kull persuna fis-sena, applikat għas-sehem tal-popolazzjoni tar-reġjun tal-migrazzjoni netta minn barra l-UE lejn l-Istat Membru mill-1 ta’ Jannar 2013.

Metodu ta’ allokazzjoni għar-reġjuni ta’ tranżizzjoni eliġibbli skont l-objettiv tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi – l-Artikolu 102(2)(b)

2.

L-allokazzjoni ta’ kull Stat Membru għandu jkun it-total tal-allokazzjonijiet għar-reġjuni eliġibbli individwali tiegħu, ikkalkulat skont il-passi li ġejjin:

a)

id-determinazzjoni tal-intensità ta’ għajnuna teoretika minima u massima għal kull reġjun ta’ tranżizzjoni eliġibbli. Il-livell minimu ta’ appoġġ huwa ddeterminat mill-intensità ta’ għajnuna medja per capita inizjali tar-reġjuni aktar żviluppati kollha, jiġifieri EUR 18 per capita u kull sena. Il-livell massimu ta’ appoġġ jirreferi għal reġjun teoretiku bi PDG per capita ta’ 75 % tal-medja tal-EU-27 u huwa kkalkulat bil-metodu definit fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1. Mill-ammont miksub b’dan il-metodu, jitqies 60 %;

b)

il-kalkolu tal-allokazzjonijiet reġjonali inizjali, filwaqt li jitqies il-PDG reġjonali per capita (f’PPS) permezz ta’ interpolazzjoni lineari tal-PDG relattiv tar-reġjun per capita mqabbel ma’ dak tal-EU-27;

c)

għall-ammont miksub skont il-punt (b) jiġi miżjud, jekk applikabbli, ammont li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ primjum ta’ EUR 500 għal-kull persuna qiegħda fis-sena, applikat għan-numru ta’ persuni qiegħda f’dak ir-reġjun li jaqbeż in-numru ta’ nies li jkunu qiegħda li kieku kienet tapplika r-rata medja tal-qgħad tar-reġjuni l-anqas żviluppati kollha;

d)

għall-ammont miksub skont il-punt (c) jiġi miżjud, jekk applikabbli, ammont li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ primjum ta’ EUR 500 għal-kull persuna żagħżugħa qiegħda (ta’ bejn 15 u 24 sena) fis-sena, applikat għan-numru ta’ persuni qiegħda żgħażagħ f’dak ir-reġjun li jaqbeż in-numru ta’ nies li jkunu qiegħda li kieku kienet tapplika r-rata medja tal-qgħad fost iż-żgħażagħ tar-reġjuni l-anqas żviluppati kollha.

e)

mal-ammont miksub skont il-punt (b) jiġi miżjud, jekk ikun applikabbli, ammont li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ primjum ta’ EUR 250 għal kull persuna (ta’ bejn 25 u 64 sena) kull sena, applikat għan-numru ta’ persuni f’dak ir-reġjun li jkun jeħtieġ li jiġu mnaqqsa sabiex jintlaħaq il-livell medju tar-rata tal-edukazzjoni baxxa (edukazzjoni minn dik primarja, edukazzjoni primarja u sekondarja) tar-reġjuni l-anqas żviluppati kollha;

f)

mal-ammont miksub skont il-punt (e) jiżdied, jekk ikun applikabbli, ammont ta’ EUR 1 għal kull tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-sena, applikat għas-sehem tal-popolazzjoni tar-reġjun tan-numru ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 li permezz tagħom l-Istat Membru jeċċedi l-mira tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra barra l-iskema għan-negozjar tal-emissjonijiet stabbilita għall-2030 kif proposta mill-Kummissjoni fl-2016;

g)

mal-ammont miksub skont il-punt (f) huwa miżjud, ammont li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ primjum ta’ EUR 400 għal kull persuna fis-sena, applikat għas-sehem tal-popolazzjoni tar-reġjun tal-migrazzjoni netta minn barra l-UE lejn l-Istat Membru mill-1 ta’ Jannar 2013.

Metodu ta’ allokazzjoni għar-reġjuni l-aktar żviluppati eliġibbli taħt l-objettiv tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi – Artikolu 102(2)(c)

3.

Il-pakkett finanzjarju teoretiku inizjali totali għandu jinkiseb bil-multiplikazzjoni tal-intensità ta’ għajnuna per capita u kull sena ta’ EUR 18 bil-popolazzjoni eliġibbli.

4.

Is-sehem ta’ kull Stat Membru kkonċernat għandu jkun is-somma tal-ishma tar-reġjuni eliġibbli tiegħu, li jiġu determinati abbażi tal-kriterji segwenti, peżati kif indikat:

a)

il-popolazzjoni reġjonali totali (ponderazzjoni 20 %);

b)

in-numru ta’ persuni qiegħda fir-reġjuni ta’ livell 2 NUTS b’rata tal-qgħad ’il fuq mill-medja tar-reġjuni aktar żviluppati kollha (ponderazzjoni 15 %);

c)

Impjiegi li jridu jiżdiedu biex tintlaħaq rata medja ta’ impjiegi (20 sa 64 sena) tar-reġjuni aktar żviluppati kollha (ponderazzjoni 20 %);

d)

l-għadd ta’ persuni bejn it-30 u l-34 sena li kisbu edukazzjoni terzjarja li għandhom jiġu miżjuda biex tintlaħaq ir-rata medja tal-kisba tal-edukattiva terzjarja (fl-etajiet ta’ bejn it-30 u l-34 sena) tar-reġjuni aktar żviluppati kollha (ponderazzjoni 20 %);

e)

l-għadd ta’ studenti li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ (fl-etajiet ta’ bejn it-18 u l-24 sena) jiġi mnaqqas biex tintlaħaq rata medja ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ (fl-etajiet ta’ bejn it-18 u l-24 sena) tar-reġjuni aktar żviluppati kollha (ponderazzjoni 15 %);

f)

differenza bejn il-PDG osservat tar-reġjun (imkejla f’PPS), u l-PDG reġjonali teoretiku kieku r-reġjun kien ikollu l-istess PDG per capita bħar-reġjuni l-aktar prosperu ta’ livell 2 NUTS (ponderazzjoni 7,5 %);

g)

popolazzjoni ta’ reġjuni ta’ livell 3 NUTS b’densità ta’ popolazzjoni taħt it-12,5 % ta’ abitanti/km2 (ponderazzjoni 2,5 %).

5.

Mal-ammont skont ir-reġjun ta’ livell 2 NUTS miksub skont il-punt (4) jiżdied, jekk ikun applikabbli, ammont ta’ EUR 1 għal kull tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 fis-sena, applikat għas-sehem tal-popolazzjoni tar-reġjun tan-numru ta’ tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2 li permezz tagħom l-Istat Membru jeċċedi l-mira tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra barra l-iskema għan-negozjar tal-emissjonijiet stabbilita għall-2030 kif proposta mill-Kummissjoni fl-2016;

6.

Mal-ammonti skont ir-reġjun ta’ livell 2 NUTS miksuba skont il-punt (5) huwa miżjud, ammont li jirriżulta mill-allokazzjoni ta’ primjum ta’ EUR 400 għal kull persuna fis-sena, applikat għas-sehem tal-popolazzjoni tar-reġjun tal-migrazzjoni netta minn barra l-UE lejn l-Istat Membru mill-1 ta’ Jannar 2013.

Metodu ta’ allokazzjoni għall-Istati Membri eliġibbli għall-Fond ta’ Koeżjoni – l-Artikolu 102(3)

7.

Il-pakkett finanzjarju għandu jinkiseb billi tiġi mmultiplikata l-intensità medja tal-għajnuna per capita u kull sena ta’ EUR 62,9 bil-popolazzjoni eliġibbli. L-allokazzjoni ta’ kull Stat Membru eliġibbli għal dan il-pakkett finanzjarju teoretiku tikkorrispondi għal perċentwal ibbażat fuq il-popolazzjoni tiegħu, iż-żona tal-wiċċ u l-prosperità nazzjonali, u għandu jinkiseb bl-applikazzjoni tal-passi li ġejjin:

a)

kalkolu tal-medja aritmetika tal-popolazzjoni ta’ dak l-Istat Membru u taż-żona tal-wiċċ kondiviża bit-total tal-popolazzjoni u taż-żona tal-wiċċ tal-Istati Membri kollha eliġibbli. Jekk, madankollu, is-sehem ta’ Stat Membru tat-total tal-popolazzjoni teċċedi s-sehem tiegħu taż-żona tal-wiċċ b’fattur ta’ ħamsa jew aktar, li jirrifletti densità estremament għolja ta’ popolazzjoni, hu biss is-sehem tat-total tal-popolazzjoni li jiġi użat għal dan il-pass;

b)

l-aġġustament taċ-ċifri perċentwali li jinkisbu permezz ta’ koeffiċjent li jirrappreżenta terz tal-perċentwali li bih l-ING per capita ta’ dak l-Istat Membru (imkejla f’paritajiet tal-poter tal-akkwist) għall-perjodu 2014-2016 jeċċedi jew jaqa’ taħt il-medja tal-ING per capita għall-Istati Membri kollha eliġibbli (medja espressa bħala 100 %).

Għal kull Stat Membru eliġibbli, is-sehem tal-Fond ta’ Koeżjoni ma għandux ikun ogħla minn terz tal-allokazzjoni totali bit-tnaqqis tal-allokazzjoni għall-mira tal-iżvilupp territorjali Ewropew wara l-applikazzjoni tal-paragrafi 10 sa 16. Dan l-aġġustament iżid b’mod proporzjonali t-trasferimenti kollha l-oħra li jirriżultaw mill-paragrafi minn 1 sa 6.

Il-metodu ta’ allokazzjoni għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea – l-Artikolu 9

8.

L-allokazzjoni ta’ riżorsi skont l-Istati Membri, li tkopri l-kooperazzjoni transfruntiera, tranżnazzjonali u għall-koperazzjoni tar-reġjuni l-aktar imbiegħda hija determinata bħala s-somma ponderata tal-ishma determinata abbażi tal-kriterji li ġejjin, ponderati kif indikat:

a)

il-popolazzjoni totali tar-reġjuni kollha tal-fruntiera tal-art tal-livell 3 NUTS u tar-reġjuni l-oħra tal-livell 3 NUTS li nofs il-popolazzjoni reġjonali tagħhom tgħix mhux aktar minn 25 kilometru mill-fruntiera tal-art (ponderazzjoni 36 %);

b)

popolazzjoni li tgħix mhux aktar minn 25 km mill-fruntieri tal-art (ponderazzjoni ta’ 24 %);

c)

il-popolazzjoni totali tal-Istati Membri (ponderazzjoni 50 %);

d)

il-popolazzjoni totali ta’ kull reġjuni tal-livell 3 NUTS tul il-fruntieri tal-kosta u ta’ reġjuni oħra tal-livell 3 NUTS li mill-inqas nofs il-popolazzjoni reġjonali tagħhom tgħix mhux aktar minn 25 kilometru mill-fruntiera tal-kosta. (ponderazzjoni 9,8 %);

e)

il-popolazzjoni li tgħix f’żoni tal-fruntieri marittimi mhux aktar minn 25 kilometru mill-fruntiera tal-kosta (ponderazzjoni 6,5 %);

f)

total tal-popolazzjoni tar-reġjuni l-aktar imbiegħda (ponderazzjoni 3,7 %).

Is-sehem tal-komponent transfruntier jikkorrispondi mas-somma tal-piżijiet ta’ kriterji (a) u (b). Is-sehem tal-komponent tranżnazzjonali jikkorrispondi mas-somma ta’ piżijiet tal-kriterji (c), (d) u (e). Is-sehem tal-kooperazzjoni tar-reġjuni l-aktar imbiegħda jikkorrispondi mal-piż tal-kriterju (f).

Il-metodu ta’ allokazzjoni għall-finanzjament addizzjonali għar-reġjuni ultraperiferiċi identifikati fl-Artikolu 349 tat-TFUE u reġjuni tan-NUTS livell 2 li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2 tal-Protokoll Nru 6 għall-Att ta’ Adeżjoni – l-Artikolu 104(1)(e)

9.

Allokazzjoni addizzjonali speċjali li tikkorrispondi għal intensità ta’ għajnuna ta’ EUR 30 kull abitant kull sena se tkun allokata lir-reġjuni l-aktar imbiegħda ta’ livell 2 NUTS u lir-reġjuni tat-Tramuntana b’popolazzjoni baxxa ta’ livell 2 NUTS. Dik l-allokazzjoni se tkun imqassma skont ir-reġjun u l-Istat Membru b’mod proporzjonali għat-total tal-popolazzjoni ta’ dawk ir-reġjuni.

Livelli minimi u massimi ta’ trasferimenti mill-fondi li jappoġġaw il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali

10.

Sabiex jingħata kontribut biex tintlaħaq konċentrazzjoni adegwata ta’ finanzjament ta’ koeżjoni fir-reġjuni u l-Istati Membri l-inqas żviluppati u biex jitnaqqsu d-disparitajiet fil-medja per capita tal-intensitajiet tal-għajnuna, il-livell massimu ta’ trasferiment (livelli ta’ limitazzjoni) mill-Fondi għal kull Stat Membru individwali se jkun determinat bħala perċentwal tal-PDG tal-Istat Membru, fejn dawn il-perċentwali jkunu kif ġej:

a)

għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta’ ING per capita (f’PPS) hija inqas minn 60 % tal-medja tal-EU-27: 2,3 % tal-PDG tagħhom

b)

għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta’ ING (f’PPS) per capita hija ugwali għal jew iktar minn 60 % u inqas minn 65 % tal-medja tal-EU-27: 1,85 % tal-PDG tagħhom

c)

għal Stati Membri li l-medja tagħhom ta’ ING (f’PPS) per capita hija ugwali għal jew iktar minn 70 % u inqas minn 65 % tal-medja tal-EU-27: 1,55 % tal-PDG tagħhom

Il-capping se jkun applikat fuq bażi annwali, u – jekk applikabbli – jnaqqas proporzjonalment it-trasferimenti kollha (minbarra għar-reġjuni l-aktar żviluppati u “l-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea”) lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jinkiseb il-livell massimu ta’ trasferimenti.

11.

Ir-rati deskritti fil-paragrafu 10 ma għandhomx jirriżultaw f’allokazzjonijiet għal kull Stat Membru li jkunu ogħla minn 108 % tal-livell tagħhom f’termini reali għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014 – 2020. Dan l-aġġustament għandu jiġi applikat proporzjonalment għat-trasferimenti kollha (ħlief għall-mira tal-iżvilupp territorjali Ewropew) lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jinkiseb il-livell massimu ta’ trasferiment.

12.

L-allokazzjoni minima totali mill-Fondi għal Stat Membru għandha tikkorrispondi għal 76 % tal-allokazzjoni totatli tiegħu għall-2014-2020. L-aġġustamenti meħtieġa għall-qadi ta’ dan ir-rekwiżit għandhom jiġu applikati proporzjonatament għall-allokazzjonijiet mill-Fondi, bl-esklużjoni tal-allokazzjonijiet tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea.

13.

L-allokazzjoni totali massima mill-Fondi għal Stat Membru li jkollu ING per capita (f’PPS) ta’ mill-inqas 120 % tal-medja tal-EU-27 għandha tikkorrispondi mal-allokazzjoni totali individwali għall-2014-2020. L-aġġustamenti meħtieġa għall-qadi ta’ dan ir-rekwiżit għandhom jiġu applikati proporzjonatament għall-allokazzjonijiet mill-Fondi, bl-esklużjoni tal-allokazzjoni tal-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea.

Dispożizzjonijiet addizzjonali

14.

Għar-reġjuni kollha li ġew ikklassifikati bħala reġjuni inqas żviluppati għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, iżda li l-PDG per capita tagħhom ikun aktar minn 75 % tal-medja tal-EU-27, il-livell ta’ appoġġ annwali minimu taħt l-għan tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi se jikkorrispondi għal 60 % tal-allokazzjoni annwali medja indikattiva tagħhom fil-qafas tal-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, ikkalkulat mill-Kummissjoni fil-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020.

15.

L-ebda reġjun ta’ tranżizzjoni ma għandu jirċievi anqas milli kien jirċievi li kieku kien reġjun aktar żviluppat.

16.

Total ta’ EUR EUR 60 000 000 se jiġi allokat għall-programm PEACE PLUS meta dan jaġixxi f’appoġġ għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni. Barra minn hekk, mill-inqas EUR 60 000 000 għandhom jiġu allokati għall-programm PEACE PLUS mill-allokazzjoni għall-Irlanda skont l-għan tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (INTERREG) għat-tkomplija tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar.

L-applikazzjoni tal-paragrafi 1 sa 16 se tirriżulta f’allokazzjonijiet tal-Istati Membri kif ġej:

 

Prezzijiet tal-2018

Prezzijiet kurrenti

BE

2 443 732 247

2 754 198 305

BG

8 929 511 492

10 081 635 710

CZ

17 848 116 938

20 115 646 252

DK

573 517 899

646 380 972

DE

15 688 212 843

17 681 335 291

EE

2 914 906 456

3 285 233 245

IE

1 087 980 532

1 226 203 951

EL

19 239 335 692

21 696 841 512

ES

34 004 950 482

38 325 138 562

FR

16 022 440 880

18 058 025 615

HR

8 767 737 011

9 888 093 817

IT

38 564 071 866

43 463 477 430

CY

877 368 784

988 834 854

LV

4 262 268 627

4 812 229 539

LT

5 642 442 504

6 359 291 448

LU

64 879 682

73 122 377

HU

17 933 628 471

20 247 570 927

MT

596 961 418

672 802 893

NL

1 441 843 260

1 625 023 473

AT

1 279 708 248

1 442 289 880

PL

64 396 905 118

72 724 130 923

PT

21 171 877 482

23 861 676 803

RO

27 203 590 880

30 765 592 532

SI

3 073 103 392

3 463 528 447

SK

11 779 580 537

13 304 565 383

FI

1 604 638 379

1 808 501 037

SE

2 141 077 508

2 413 092 535


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/875


P8_TA(2019)0311

Il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta' Diċembru 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (C(2018)08466 – 2018/2996(DEA))

(2021/C 108/48)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2018)08466),

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 16(2) u 26(5) tiegħu,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Artikolu 1 tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni jipproponi li l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 jiġi emendat billi jinkludi azzjoni speċifika relatata “[mal-]istabbiliment, l-iżvilupp u l-operat ta' faċilitajiet adegwati għal akkoljenza, akkomodazzjoni u detenzjoni u ta' servizzi rispettivi għal applikanti għal protezzjoni internazzjonali jew ċittadini ta' pajjiżi terzi li jinsabu fi Stat Membru u ma jissodisfawx jew m'għadhomx jissodisfaw il-kundizzjonijiet għad-dħul jew għas-soġġorn”;

B.

billi r-Regolament delegat tal-Kummissjoni jipproponi li l-kunċett ta' “ċentri kkontrollati” jiġi inkluż f'dik l-azzjoni speċifika ġdida, u b'hekk li finanzjament jiġi pprovdut lill-Istati Membri għall-istabbiliment, l-iżvilupp u l-operat ta' tali “ċentri kkontrollati”;

C.

billi l-kunċett ta' “ċentri kkontrollati” huwa kunċett kontroversjali ta' legalità dubjuża li ma jeżistix fl-ambitu tad-dritt tal-Unjoni u li ma ġiex approvat mill-koleġiżlaturi;

D.

billi l-Parlament huwa tal-fehma li tali kunċett ma għandux jiġi ffinanzjat dment li ma jkunx definit sewwa fi strument leġiżlattiv adatt – adottat mill-koleġiżlaturi – li jagħti d-dettalji dwar il-bażi legali, in-natura, l-għan u l-objettiv ta' tali kunċett;

1.

Joġġezzjona għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u jinnotifikaha li r-Regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/876


P8_TA(2019)0312

L-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Marzu 2019 dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta' Diċembru 2018 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża (C(2018)08465 – 2018/2994(DEA))

(2021/C 108/49)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2018)08465),

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(2) u 17(5) tiegħu,

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Artikolu 1 tar-Regolament delegat tal-Kummissjoni jipproponi li l-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 jiġi emendat biex jinkludi azzjoni speċifika relatata mat-“twaqqif, l-iżvilupp u l-operazzjoni, inkluż l-għoti ta' servizzi bħall-identifikazzjoni, […] ir-reġistrazzjoni u l-ewwel akkoljenza, ta' żoni hotspot”;

B.

billi r-Regolament delegat tal-Kummissjoni jipproponi l-inklużjoni ta' kunċett ta' “ċentri kkontrollati” f'dik l-azzjoni speċifika ġdida, u b'hekk jipprevedi finanzjament lill-Istati Membri għall-għoti ta' servizzi f'“ċentri kkontrollati” bħal dawn;

C.

billi l-kunċett ta' “ċentri kkontrollati” huwa kunċett kontroversjali b'legalità dubjuża li ma jeżistix fl-ambitu tad-dritt tal-Unjoni u li ma ġiex approvat mill-koleġiżlaturi;

D.

billi l-Parlament huwa tal-fehma li kunċett bħal dan m'għandux jiġi ffinanzjat dment li ma jkunx, u sakemm jiġi biex ikun, definit kif xieraq fi strument leġiżlattiv adegwat – adottat mill-koleġiżlaturi – li jipprevedi d-dettalji dwar il-bażi ġuridika, in-natura, l-għan u l-objettiv ta' kunċett bħal dan;

1.

Joġġezzjona għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kumissjoni u jinnotifikaha li r-Regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143.


Il-Ħamis 28 ta’ Marzu 2019

26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/877


P8_TA(2019)0319

Elenkar tal-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (Kosovo) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (il-Kosovo (*1)) (COM(2016)0277 – C8-0177/2016 – 2016/0139(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/50)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0277)),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 77(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0177/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0261/2016),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari, billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tissostitwixxi, temenda sostanzjalment jew ikollha l-ħsieb li temenda sostanzjalment il-proposta tagħha;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(*1)  Dan l-isem huwa mingħajr preġudizzju għall-pożizzjonijiet dwar l-istatus, u huwa konformi mal-UNSCR 1244/1999 u mal-Opinjoni tal-QIĠ dwar id-dikjarazzjoni tal-indipendenza tal-Kosovo.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/878


P8_TA(2019)0320

Il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni) (COM(2017)0753 – C8-0019/2018 – 2017/0332(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja – riformulazzjoni)

(2021/C 108/51)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0753),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0019/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati preżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mill-Parlament Irlandiż, mill-Kunsill Federali Awstrijak u mill-Kamra tal-Kummerċ tar-Renju Unit, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li jiddikjaraw li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Lulju 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-16 ta' Mejju 2018 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-28 ta' Novembru 2001 fuq l-użu aktar strutturat tat-teknika ta' kitba mill-ġdid tal-atti legali (3),

wara li kkunsidra l-ittra tat-18 ta' Mejju 2018 indirizzata lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 104(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikoli 104 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0288/2018),

A.

billi, fl-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, il-proposta tal-Kummissjoni ma tinkludi ebda tibdil sustanzjali ħlief dak identifikat bħala tali fil-proposta u billi, f'dak li jikkonċerna l-kodifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet mhux mibdula tal-atti preċedenti flimkien ma' dan it-tibdil, il-proposta tillimita ruħha għal kodifikazzjoni pura u sempliċi tal-atti eżistenti mingħajr tibdil sustanzjali;

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (4), filwaqt li jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta Ħidma Konsultattiv tas-Servizzi Legali tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 107.

(2)  ĠU C 361, 5.10.2018, p. 46.

(3)  ĠU C 77, 28.3.2002, p. 1.

(4)  Din il-pożizzjoni tikkorrispondi għall-emendi adottati fit-23 ta’ Ottubru 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0397).


P8_TC1-COD(2017)0332

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (riformulazzjoni)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE (4) ġiet emendata b’mod sostanzjali bosta drabi (5). Billi jenħtieġ isiru iżjed emendi, dik id-Direttiva għandha tiġi riformulata fl-interess taċ-ċarezza.

(2)

Id-Direttiva 98/83/KE stabbiliet il-qafas legali biex is-saħħa tal-bniedem titħares mill-effetti ħżiena ta' kwalunkwe tniġġis tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi jkun żgurat li dan ikun nadif u tajjeb. Jenħtieġ li din id-Direttiva tfittex li tikseb tilħaq l-istess għan u jenħtieġ li tipprovdi aċċess universali għal ilma bħal dan għal kulħadd fl-Unjoni . Għalhekk, hu meħtieġ li jiġu stabbiliti, fil-livell tal-Unjoni, rekwiżiti minimi li magħhom għandu jikkonforma l-ilma maħsub għal dak l-għan. L-Istati Membri jenħtieġ jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex jiżguraw li l-ilma għall-konsum mill-bniedem ma jkunx fih mikroorganiżmi u parassiti u sustanzi li, f'ċerti każijiet, jikkostitwixxu periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, u li l-ilma għall-konsum mill-bniedem jissodisfa dawk ir-rekwiżiti minimi. [Em. 161, 187, 206 u 213]

(2a)

B'konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-2 ta' Diċembru 2015 bit-titolu “L-għeluq taċ-ċirku – Pjan ta' azzjoni tal-UE għal Ekonomija Ċirkolari”, din id-Direttiva jenħtieġ li tirsisti biex tinkoraġġixxi l-użu effiċjenti u sostenibbli tar-riżorsi tal-ilma, biex b'hekk jintlaħqu l-għanijiet tal-ekonomija ċirkolari. [Em. 2]

(2b)

Id-Dritt tal-Bniedem għall-Ilma tax-Xorb u s-Sanità ġie rikonoxxut bħala dritt tal-bniedem mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) fit-28 ta' Lulju 2010 u għaldaqstant, l-aċċess għal ilma tajjeb għax-xorb nadif jenħtieġ li ma jkunx ristrett minħabba n-nuqqas ta' affordabbiltà min-naħa tal-utent aħħari. [Em. 3]

(2c)

Il-koerenza bejn id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (6) u din id-Direttiva hija neċessarja. [Em. 4]

(2d)

Ir-rekwiżiti stipulati f'din id-Direttiva jenħtieġ li jirriflettu s-sitwazzjoni u l-kundizzjonijiet nazzjonali tal-fornituri tal-ilma fl-Istati Membri. [Em. 5]

(3)

Hu meħtieġ li l-ilmijiet naturali minerali u ilmijiet li huma prodotti mediċinali jiġu esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta' din id-Direttiva, peress li dawn l-ilmijiet huma diġà koperti mid-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7) u mid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Madankollu, id-Direttiva 2009/54/KE tittratta kemm ilmijiet minerali naturali kif ukoll ilma tan-nixxiegħa, u l-kategorija tal-aħħar biss tenħtieġ tkun eżentata mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva. Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2009/54/KE, ilma tan-nixxiegħa jenħtieġ ikun konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Madankollu, dan l-obbligu jenħtieġ li ma jkunx estiż għall-parametri mikrobijoloġiċi stabbiliti fil-Parti A tal-Anness I ta' din id-Direttiva. Fil-każ ta’ ilma għall-konsum mill-bniedem ipprovdut mill-provvista pubblika tal-ilma jew minn bjar privati, li jitqiegħed fi fliexken jew kontenituri maħsuba għall-bejgħ, jew li jintuża fil-manifattura, il-preparazzjoni jew it-trattament kummerċjali ta' ikel, l-ilma jenħtieġ li, bħala kwistjoni ta' prinċipju, ikompli jikkonforma mad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva sal-punt tal-konformità (jiġifieri l-vit), u jenħtieġ li mbagħad jitqies bħala ikel, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9). Meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti applikabbli tas-sikurezza tal-ikel, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom is-setgħa li jawtorizzaw l-użu mill-ġdid tal-ilma fl-industriji tal-ipproċessar tal-ikel. [Em. 6]

(4)

Wara l-konklużjoni ta’ inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej dwar id-dritt għall-ilma (Right2Water) (10) li talbet lill-Unjoni żżid l-isforzi tagħha biex jinkiseb aċċess universali għall-ilma , tnediet konsultazzjoni pubblika mifruxa fl-Unjoni kollha u saret Evalwazzjoni tal-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT) tar-Regolamentazzjoni tad-Direttiva 98/83/KE (11). Mill-eżerċizzju, deher evidenti li ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/83/KE kellhom jiġu aġġornati. Ġew identifikati erba’ oqsma fejn kien hemm lok għal titjib, jiġifieri l-lista tal-valuri parametriċi bbażati fuq il-kwalità, id-dipendenza limitata fuq approċċ ibbażat fuq ir-riskju, id-dispożizzjonijiet mhux preċiżi dwar l-informazzjoni għall-konsumatur, u d-differenzi bejn is-sistemi ta’ approvazzjoni għall-materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u l-implikazzjonijiet li dan għandu fuq is-saħħa tal-bniedem . Barra minn hekk, l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej dwar id-dritt għall-ilma identifikat bħala problema distinta l-fatt li parti tal-popolazzjoni, speċjalment il-gruppi li tinkludi l-gruppi emarġinati u vulnerabbli , ma għandhiex aċċess jew għandha aċċess limitat għal ilma affordabbli maħsub għall-konsum mill-bniedem, li huwa wkoll impenn meħud bħala parti mill-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli 6 tal-Aġenda 2030 tan-NU. F'dan il-kuntest, il-Parlament Ewropew irrikonoxxa d-dritt ta' aċċess għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kulħadd fl-Unjoni. Kwistjoni oħra li ġiet identifikata tikkonċerna n-nuqqas ġenerali ta' għarfien dwar it-tnixxija tal-ilma, li hija kkawżata kemm minn nuqqas ta' investiment fil-manutenzjoni u t-tiġdid tal-infrastruttura tal-ilma, kif issemma wkoll fir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-infrastruttura tal-ilma (12) , kif ukoll minn għarfien xi drabi mhux suffiċjenti tas-sistemi tal-ilma . [Em. 7]

(4a)

Sabiex jissodisfaw l-għanijiet ambizzjużi stabbiliti taħt l-Għan ta' Żvilupp Sostenibbli Nru 6 tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu obbligati jimplimentaw pjanijiet ta' azzjoni biex jiżguraw aċċess universali u ekwu għal ilma tax-xorb sikur u affordabbli għal kulħadd sal-2030. [Em. 8]

(4b)

Il-Parlament Ewropew adotta, fit-8 ta' Settembru 2015, riżoluzzjoni dwar is-segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Right2Water”. [Em. 9]

(5)

L-Uffiċċju Reġjonali tad-WHO għall-Ewropa wettaq analiżi dettaljata tal-lista ta’ parametri u tal-valuri parametriċi stabbiliti fid-Direttiva 98/83/KE sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx bżonn li din tiġi adattata fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku. Fid-dawl tar-riżultati ta’ din l-analiżi (13), għandhom jiġu kkontrollati patoġeni enteriċi u l-Legionella, filwaqt li jentħieġ jiżdiedu sitt parametri kimiċi jew gruppi ta’ parametri, u tliet sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali għandhom jiġu kkunsidrati b’valuri ta’ parametraġġ referenzjarju prekawzjonarji. Għal tlieta mill-parametri l-ġodda jenħtieġ jiġu stabbiliti valuri parametriċi li huma aktar stretti minn dawk proposti mid-WHO, iżda li xorta huma vijabbli, u dan fid-dawl tal-prinċipju ta’ prekawzjoni. Rigward iċ-ċomb, id-WHO innutat li l-konċentrazzjonijiet jenħtieġ ikunu baxxi sal-aktar livell raġonevolment prattiku, filwaqt li għall-kromju, il-valur għadu qed jiġi analizzat mid-WHO; għalhekk, qabel jiġu stabbiliti valuri aktar stretti għal dawn iż-żewġ parametri jenħtieġ japplika perjodu tranżitorju ta’ għaxar snin.

(5a)

L-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandu rwol fundamentali fl-isforzi kontinwi tal-Unjoni favur it-tisħiħ tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem u tal-ambjent kontra sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali. Ir-regolamentazzjoni tas-sustanzi kimiċi li jfixklu s-sistema endokrinali f'din id-Direttiva tikkostitwixxi pass promettenti bi qbil mal-istrateġija aġġornata tal-Unjoni dwar is-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali, li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li twassal mingħajr dewmien ulterjuri. [Em. 11]

(6)

Id-WHO irrakkomandat ukoll li jkun hemm valuri inqas stretti għal tliet valuri parametriċi, u li ħames parametri jitneħħew mil-lista. Madankollu, dawk il-bidliet ma tqiesux bħala meħtieġa, billi l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju li ġie introdott bid-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787 (14) jippermetti lill-fornituri tal-ilma jneħħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, parametru mil-lista tas-sustanzi li għandhom jiġu mmonitorjati. Diġà hemm fis-seħħ tekniki tat-trattament biex jintlaħqu dawn il-valuri parametriċi.

(6a)

Meta l-għarfien xjentifiku ma jkunx suffiċjenti biex jiġi ddeterminat ir-riskju jew in-nuqqas ta' riskju f'termini ta' saħħa tal-bniedem jew il-valur permess ta' sustanza preżenti fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, jenħtieġ li tali sustanza titqiegħed f'lista ta' sorveljanza, abbażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni, sakemm ikun hemm dejta xjentifika aktar ċara. Għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jimmonitorjaw dawn il-parametri emerġenti b'mod separat. [Em. 13]

(6b)

Il-parametri indikaturi ma għandhom l-ebda impatt dirett fuq is-saħħa pubblika. Madankollu, dawn huma importanti bħala mezz biex jiġi ddeterminat il-funzjonament tal-faċilitajiet ta' produzzjoni u ta' distribuzzjoni tal-ilma u biex tiġi evalwata l-kwalità tal-ilma. Dawn jistgħu jgħinu biex jiġu identifikati n-nuqqasijiet fit-trattament tal-ilma u għandhom rwol importanti wkoll fit-tisħiħ u ż-żamma tal-fiduċja tal-konsumatur fil-kwalità tal-ilma. Għalhekk, jenħtieġ li dawn ikunu mmonitorjati mill-Istati Membri. [Em. 14]

(7)

Biex iħarsu jimplimentaw b'mod sħiħ il-prinċipju ta' prekawzjoni u jħarsu s-saħħa tal-bniedem fit-territorji tagħhom, meta jkun hemm bżonn, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jistabbilixxu valuri għal parametri addizzjonali mhux inklużi fl-Anness I. [Em. 15]

(8)

L-ippjanar tas-sikurezza u elementi bbażati fuq ir-riskju għall-prevenzjoni ġew ikkunsidrati biss sa ċertu punt fid-Direttiva 98/83/KE. L-ewwel elementi ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riskju diġà kienu ġew introdotti fl-2015 bid-Direttiva (UE) 2015/1787, li emendat id-Direttiva 98/83/KE biex l-Istati Membri jitħallew jidderogaw mill-programmi ta’ monitoraġġ li stabbilixxew, sakemm jitwettqu valutazzjonijiet tar-riskju kredibbli, li jistgħu jkunu bbażati fuq il-Linji Gwida tad-WHO għall-ilma tax-xorb (15). Dawn il-Linji Gwida, li jistabbilixxu l-hekk imsejjaħ approċċ tal-“Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma”, flimkien mal-istandard EN 15975-2 dwar is-sigurtà tal-provvista tal-ilma tax-xorb, huma prinċipji rikonoxxuti f’livell internazzjoni li fuqhom huma bbażati l-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-monitoraġġ u l-analiżi ta’ parametri fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dawn jenħtieġ jinżammu f’din id-Direttiva. Biex jiġi żgurat li dawn il-prinċipji ma jkunux limitati għal aspetti ta’ monitoraġġ, biex il-ħin u r-riżorsi jiġu ffukati fuq ir-riskji li huma importanti u fuq miżuri kosteffettivi applikati fis-sors, u biex jiġi evitat li jsiru analiżijiet u sforzi b’rabta ma’ kwistjonijiet li mhumiex rilevanti, huwa xieraq li jiġi stabbilit approċċ komplut ibbażat fuq ir-riskju, tul il-katina tal-provvista kollha, mill-punt li minnu jittella’ l-ilma, sad-distribuzzjoni u sal-vit. Dak l-approċċ jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-għarfien miksub u l-azzjonijiet imwettqa skont id-Direttiva 2000/60/KE u jenħtieġ li jikkunsidra b'mod aktar effettiv l-impatt tat-tibdil fil-klima fuq ir-riżorsi tal-ilma. Approċċ ibbażat fuq ir-riskju jenħtieġ li jikkonsisti minn fi tliet komponenti: l-ewwel, valutazzjoni tal-perikli assoċjati maż-żona ta’ astrazzjoni li għandha ssir mill-Istat Membru, f’konformità mal-Linji Gwida u mal-Manwal tal-Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma (16) tad-WHO (“valutazzjoni tal-perikli”); it-tieni, il-possibbiltà li l-fornitur tal-ilma jadatta l-monitoraġġ għar-riskji ewlenin (“valutazzjoni tar-riskju tal-provvista”); u t-tielet, valutazzjoni min-naħa tal-Istat Membru tar-riskji possibbli li jistgħu jirriżultaw mis-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika (eż. il-Legionella jew iċ-ċomb) , b'attenzjoni speċjali fir-rigward tal-postijiet ta' prijorità li għandha ssir mill-Istat Membru (“valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika”). Dawk il-valutazzjonijiet jenħtieġ li jiġu rieżaminati b’mod regolari, inter alia, b’rispons għal theddidiet minn avvenimenti estremi tat-temp relatati mal-klima, għal bidliet magħrufa tal-attività tal-bniedem fiż-żona ta’ astrazzjoni jew b’rispons għal inċidenti relatati mas-sorsi. L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jiżgura skambju kontinwu ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti , il-fornituri tal-ilma l-fornituri partijiet ikkonċernati oħrajn, inklużi dawk responsabbli mis-sorsi ta' tniġġis jew ir-riskju ta' tniġġis. Bħala eċċezzjoni, l-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jenħtieġ li tkun adattata għar-restrizzjonijiet speċifiċi tas-settur tal-bastimenti marittimi li jwettqu desalinizzazzjoni tal-ilma u jġorru l-passiġġieri. Il-bastimenti marittimi li jtajru l-bandiera Ewropea jikkonformaw mal-qafas regolatorju internazzjonali meta jbaħħru f'ilmijiet internazzjonali. Barra minn hekk, hemm restrizzjonijiet partikolari għat-trasport u l-produzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tax-xorb abbord u dan ifisser li d-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva jenħtieġ li jiġu adattati skont dan tal-ilma. [Em. 16]

(8a)

L-użu ineffettiv tar-riżorsi tal-ilma, b'mod partikolari t-tnixxijiet fl-infrastruttura tal-provvista tal-ilma, iwassal għal sfruttament żejjed tar-riżorsi skarsi tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dan ixekkel bil-qawwi lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-objettivi stabbiliti skont id-Direttiva 2000/60/KE. [Em. 17]

(9)

Il-valutazzjoni tal-perikli jenħtieġ tkun immirata lejn it-tnaqqis tal-livell li tieħu approċċ olistiku għall-valutazzjoni tar-riskju, abbażi tal-għan espliċitu li jitnaqqas il-livell ta’ trattament meħtieġ għall-produzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, pereżempju billi jitnaqqsu l-pressjonijiet li jikkawżaw it-tniġġis tal-korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jidentifikaw il-perikli u s-sorsi possibbli ta’ tniġġis tal-ilma assoċjati ma’ dawk il-korpi tal-ilma u li dawn jimmonitorjaw is-sustanzi niġġiesa li jidentifikaw bħala rilevanti, pereżempju minħabba l-perikli identifikati (eż. il-mikroplastiċi, in-nitrati, il-pestiċidi jew il-prodotti mediċinali identifikati skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17)), minħabba l-preżenza naturali tagħhom fiż-żona tal-astrazzjoni (pereżempju l-arseniku), jew minħabba informazzjoni mingħand il-fornituri tal-ilma (eż. żieda f’daqqa ta’ parametru speċifiku f’ilma mhux ittrattat). B'konformità mad-Direttiva 2000/60/KE, dawk il-parametri jenħtieġ li jintużaw bħala markaturi li permezz tagħhom tixkatta azzjoni mill-awtoritajiet kompetenti biex titnaqqas il-pressjoni fuq il-korpi tal-ilma, bħal pereżempju miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ mitigazzjoni (inkluż riċerka biex, fejn meħtieġ, jiġu mifhuma l-impatti fuq is-saħħa), biex dawk il-korpi tal-ilma jiġu protetti u jiġi indirizzat is-sors jew ir-riskju tat-tniġġis, f’kooperazzjoni mal-fornituri mal-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi dawk responsabbli minn sustanzi niġġiesa jew sorsi ta' sustanzi niġġiesa potenzjali. Meta permezz tal-valutazzjoni tal-perikli, Stat Membru jidentifika li parametru ma jkunx preżenti f'żona tal-astrazzjoni partikolari, pereżempju minħabba li dik is-sustanza qatt ma tinstab fl-ilma ta' taħt l-art jew fl-ilma tal-wiċċ), l-Istat Membru jenħtieġ li jinforma lill-fornituri tal-ilma rilevanti mal-partijiet ikkonċernati jenħtieġ li jkun jista' jippermettilhom inaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ għal dak il-parametru, jew ineħħu dak il-parametru mil-lista ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati, mingħajr ma titwettaq valutazzjoni tar-riskju tal-provvista . [Em. 18]

(10)

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-perikli, id-Direttiva 2000/60/KE tistipula li l-Istati Membri għandhom jidentifikaw il-korpi tal-ilma li jintużaw għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u jimmonitorjawhom, u li għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex tiġi evitata deterjorazzjoni fil-kwalità tagħhom sabiex jitnaqqas il-livell ta’ trattament ta’ purifikazzjoni meħtieġ fil-produzzjoni tal-ilma tajjeb għall-konsum mill-bniedem. Biex jiġi evitat li jkun hemm duplikazzjoni tal-obbligi, jenħtieġ li meta jwettqu l-valutazzjoni tal-perikli, l-Istati Membri jagħmlu użu mill-monitoraġġ li għandu jitwettaq skont l-Artikoli 7 u 8 tad-Direttiva 2000/60/KE u skont l-Anness V ta’ dik id-Direttiva, u mill-miżuri inklużi fil-programmi tagħhom ta’ miżuri skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2000/60/KE.

(11)

Fil-punt li fih l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem isir disponibbli għall-utent xieraq, għandu jkun hemm konformità mal-valuri parametriċi użati biex tiġi evalwata l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Madankollu, il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tista’ tkun influwenzata mis-sistema ta’ distribuzzjoni domestika. Id-WHO tinnota li, mill-patoġeni kollha li jinġarru mill-ilma, il-Legionella tikkawża l-ogħla piż sanitarju fl-Unjoni , b'mod partikolari l-Legionella pneumophila li tikkawża l-parti l-kbira tal-mard tal-Legionella fl-Unjoni . Din tiġi trażmessa permezz tan-nifs minn sistemi tal-ilma sħun, pereżempju waqt li dak li jkun ikun qed jieħu doċċa. Għalhekk, hija marbuta b’mod ċar mas-sistema ta’ distribuzzjoni domestika. Billi l-impożizzjoni ta’ obbligu unilaterali biex il-postijiet pubbliċi u privati kollha jiġu mmonitorjati għal dan il-patoġenu twassal għal spejjeż mhux raġonevoli u għoljin wisq u tmur kontra l-prinċipju tas-sussidjarjetà , valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika hija għalhekk iktar adattata biex tindirizza din il-kwistjoni , b'attenzjoni speċjali fir-rigward tal-postijiet ta' prijorità . Barra minn hekk, anki r-riskji potenzjali li jistgħu jirriżultaw minn prodotti u minn materjali li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ jiġu kkunsidrati fil-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika. Għalhekk, il-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika jenħtieġ tinkludi, inter alia, l-iffokar tal-monitoraġġ fuq postijiet ta’ prijorità, il-valutazzjoni tar-riskji li jirriżultaw mis-sistema ta’ distribuzzjoni domestika u mill-prodotti u l-materjali relatati, u l-verifika tal-prestazzjoni tal-prodotti għall-bini li jiġu f’kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem abbażi tad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18). L-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 31 u 33 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (19) għandha tiġi pprovduta flimkien mad-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni. Abbażi ta’ din il-valutazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw, inter alia, li l-miżuri xierqa ta’ kontroll u ta’ ġestjoni (eż. f’każ ta’ tifqigħat) huma fis-seħħ, f’konformità mal-gwida tad-WHO (20), u li l-migrazzjoni minn prodotti għall-bini ma tkunx ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem. Madankollu, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 305/2011, fejn dawn il-miżuri jimplikaw limiti għall-moviment ħieles ta’ prodotti sustanzi u materjali fl-Unjoni, dawn il-limiti għandhom ikunu debitament ġustifikati u strettament proporzjonati, filwaqt li li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsumm mill-bniedem ma tkunx għandhomx jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri periklu għas-saħħa tal-bniedem [Em. 19]

(12)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 98/83/KE dwar l-assigurazzjoni tal-kwalità tat-trattament, it-tagħmir u l-materjali ma rnexxilhomx jindirizzaw l-ostakoli għas-suq intern fir-rigward taċ-ċirkolazzjoni libera ta' prodotti għall-bini li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jew jipprovdu protezzjoni suffiċjenti fir-rigward tas-saħħa tal-bniedem . L-approvazzjonijiet tal-prodotti fil-livell nazzjonali għadhom fis-seħħ, iżda l-Istati Membri għandhom rekwiżiti differenti. B'riżultat ta' dan, il-manifatturi jsibuha diffiċli biex jikkummerċjalizzaw il-prodotti tagħhom fl-Unjoni kollha. It-tneħħija ta' ostakoli tekniċi tista' tinkiseb b'mod effettiv biss billi jiġu stabbiliti speċifikazzjonijiet tekniċi armonizzati għall-prodotti għall-bini li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011. Dak ir-Regolament jippermetti li jiġu żviluppati standards Dik is-sitwazzjoni hija dovuta għall-fatt li ma hemm l-ebda standards minimi Ewropej li jarmonizzaw il-metodi ta' valutazzjoni iġjene għall-prodotti għall-bini li jiġu u l-materjali kollha f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u li jiġu stabbiliti livelli ta' limitu u klassijiet b'rabta mal-livell ta' prestazzjoni ta' karatteristika essenzjali. Għal dak l-għan, fil-Programm ta' Ħidma għall-istandardizzazzjoni tal-2017 (21) ġiet inkluża talba ta' standardizzazzjoni li teħtieġ, b'mod speċifiku, ħidma ta' standardizzazzjoni b'rabta mal-iġjene dan huwa essenzjali biex jiġi żgurat bis-sħiħ ir-rikonoxximent reċiproku bejn l-Istati Membri . It-tneħħija tal-ostakoli tekniċi s-sikurezza għall-prodotti l-konformità tal-prodotti u l-materjali kollha li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011, u sal-2018 se jinħareġ istandard. Il-pubblikazzjoni ta' dan l-istandard armonizzat f'Il-Ġurnal Uffiċjali fil-livell tal-Unjoni, għalhekk , jistgħu jinkisbu b'mod effettiv biss billi jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi ta' kwalità fil-livell tal-Unjoni Ewropea se jiżgura li jkun hemm proċess razzjonali ta' teħid ta' deċiżjonijiet għat-tqegħid fis-suq u għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti għall-bini B'konsegwenza ta' dan, dawn id-dispożizzjonijiet jenħtieġ li jissaħħu permezz ta' proċedura ta' armonizzazzjoni ta' tali prodotti u materjali. Dik il-ħidma jenħtieġ li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jkunu sikuri. B'konsegwenza tibbaża fuq l-esperjenza u l-progress miksuba minn għadd ta' dan, id-dispożizzjonijiet dwar it-tagħmir u l-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jenħtieġ jitħassru, għandhom jiġu sostitwiti b'mod parzjali minn dispożizzjonijiet dwar il-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika u għandhom jiġu kkumplimentati minn standards armonizzati rilevanti skont ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 Stati Membri li għal diversi snin ilhom jaħdmu, fi sforz miftiehem , biex joħolqu konverġenza regolatorja . [Em. 20]

(13)

Jenħtieġ li kull Stat Membru jiżgura li jiġu stabbiliti programmi li bihom jara li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jissodisfa r-rekwiżiti ta’ din id-Direttiva. Il-biċċa l-kbira mill-monitoraġġ li jsir għall-finijiet ta’ din id-Direttiva jitwettaq mill-fornituri tal-ilma , iżda, meta jkun neċessarju, l-Istati Membri jenħtieġ li jiċċaraw taħt liema awtoritajiet kompetenti jaqgħu l-obbligi li jirriżultaw mit-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva . Jenħtieġ li tingħata ċerta flessibbiltà lill-fornituri tal-ilma fir-rigward tal-parametri li jimmonitorjaw għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju tal-provvista. Jekk parametru ma jiġix rilevat, il-fornituri tal-ilma jenħtieġ ikunu li jkunu jistgħu jnaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ, jew jieqfu għalkollox milli jimmonitorjaw dak il-parametru. Il-valutazzjoni tar-riskju tal-provvista tenħtieġ jenħtieġ li tiġi applikata għall-biċċa l-kbira tal-parametri. Madankollu, lista ewlenija ta’ parametri tenħtieġ jenħtieġ li dejjem tiġi mmonitorjata b’ċerta frekwenza minima. Din id-Direttiva tistabbilixxi prinċipalment dispożizzjonijiet dwar il-frekwenza tal-monitoraġġ għal finijiet ta’ kontrolli tal-konformità, u dispożizzjonijiet limitati biss dwar il-monitoraġġ għal finijiet operattivi. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ monitoraġġ addizzjonali għal finijiet operattivi biex jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tat-trattament tal-ilma, skont id-diskrezzjoni tal-fornituri SWD(2016)0185 tal-ilma. F’dan ir-rigward, il-fornituri tal-ilma jistgħu jirreferu għal-Linji Gwida u għall-Manwal tal-Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma tad-WHO. [Em. 21]

(14)

L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju jenħtieġ jiġi applikat b'mod gradwali mill-fornituri kollha tal-ilma, inkluż mill-fornituri tal-ilma żgħar ħafna, żgħar u medji , peress li l-evalwazzjoni tad-Direttiva 98/83/KE wasslet biex ġew identifikati nuqqasijiet fl-implimentazzjoni tad-Direttiva minn dawk il-fornituri, li xi drabi kienu kkawżati mill-ispejjeż li jinvolvi t-twettiq ta' operazzjonijiet ta' monitoraġġ mhux meħtieġa , filwaqt li jippermetti l-possibbiltà ta' derogi għal fornituri żgħar ħafna . Meta jiġi applikat l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, it-tħassib dwar is-sigurtà u t-tħassib relatat mal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” jenħtieġ li jitqiesu. Fir-rigward tal-fornituri tal-ilma ż-żgħar, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tappoġġa l-attivitajiet ta' sorveljanza billi tipprovdi appoġġ espert. [Em. 188]

(14a)

Sabiex tiġi pprovduta l-iktar protezzjoni b'saħħitha għas-saħħa pubblika, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw distribuzzjoni ċara u bilanċjata tar-responsabbiltajiet għall-applikazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju f'konformità mal-qafas istituzzjonali u legali nazzjonali tagħhom. [Em. 24]

(15)

F'każ ta' nuqqas ta' konformità mal-istandards imposti minn din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istat Membru konċernat jinvestiga minnufih il-kawża u jiżgura li, kemm jista' jkun malajr, tittieħed l-azzjoni korrettiva meħtieġa biex titranġa l-kwalità tal-ilma. F'każijiet fejn il-provvista tal-ilma tikkostitwixxi periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, il-provvista ta' dak l-ilma għandha jenħtieġ li tiġi pprojbita, jew l-użu ta' dak l-ilma għandu jenħtieġ li jiġi ristrett. Barra minn hekk, huwa importanti li jiġi ċċarat li u ċ-ċittadini li jistgħu jkunu affettwati jenħtieġ li jkunu informati debitament. Barra minn hekk, fil-każ ta' nuqqas li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti minimi għall-valuri relatati mal-parametri mikrobijoloġiċi u kimiċi jenħtieġ jiġi kkunsidrat b'mod awtomatiku mill-Istati Membri bħala periklu , l-Istati Membri jenħtieġ li jiddeterminaw jekk il-qbiż tal-valuri jikkostitwix riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu, b'mod partikolari, sa liema punt ir-rekwiżiti minimi ma jkunux ġew issodisfati u t-tip ta' parametru kkonċernat. F'każijiet fejn tkun meħtieġa azzjoni korrettiva biex titranġa l-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, skont l-Artikolu 191(2) tat-Trattat, għandha jenħtieġ li tingħata prijorità lill-azzjoni li ssewwi l-kawża tal-problema. [Em. 25]

(15a)

Huwa importanti li l-ilma kkontaminat ma jitħalliex ikun ta' periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem. Għalhekk jenħtieġ li l-provvista ta' dan l-ilma tiġi mwaqqfa jew li l-użu tiegħu jiġi ristrett. [Em. 26]

(16)

Jenħtieġ li l-Istati Membri ma jibqgħux ikunu jiġu awtorizzati jagħtu derogi minn din id-Direttiva. Inizjalment, kienu ntużaw derogi biex l-Istati Membri jingħataw sa disa' snin biex isolvu nuqqas ta' konformità ma' valur parametriku. Din il-proċedura kienet ta' piż kemm wriet li kienet utli għall-Istati Membri kif ukoll għall-Kummissjoni. Barra minn hekk, f'ċertu , fid-dawl tal-livell ta' ambizzjoni tad-Direttiva . Madankollu, jenħtieġ li jiġi nnutat li f'ċerti każijiet, din il-proċedura wasslet għal dewmien fl-azzjonijiet korrettivi meħuda, billi l-possibbiltà għal deroga xi drabi ġiet ikkunsidrata bħala perjodu tranżitorju. Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjoni dwar id-derogi titħassar. Għal raġunijiet ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, meta l-valuri parametriċi jinqabżu, id-dispożizzjonijiet relatati ma' azzjonijiet korrettivi jenħtieġ japplikaw immedjatament mingħajr il-possibbiltà li tingħata deroga mill-valur parametriku. Fid-dawl tal-fatt li, l-ewwel nett, il-parametri tal-kwalità previsti f'din id-Direttiva jridu jiġu msaħħa u, it-tieni, li qed tiżdied l-identifikazzjoni tas-sustanzi niġġiesa emerġenti, li jirrikjedi żieda fl-azzjonijiet ta' evalwazzjoni, monitoraġġ u ġestjoni, jenħtieġ li, minkejja dan, xorta tinżamm proċedura ta' deroga adattata għal dawk iċ-ċirkostanzi, dment li tali derogi ma jikkostitwux riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u dment li l-provvista tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fiż-żona kkonċernata ma tkun tista' tiġi mantnuta bl-ebda mezz raġonevoli ieħor. Għalhekk , jenħtieġ li d-dispożizzjoni fid-Direttiva 98/83/KE dwar id-derogi tiġi emendata sabiex tiġi żgurata konformità aktar mgħaġġla u aktar effettiva min-naħa tal-Istati Membri mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva . Id-derogi mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/83/KE li jkunu għadhom applikabbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva jenħtieġ, madankollu, li jibqgħu japplikaw sa tmiem id-deroga, iżda m'għandhomx jiġġeddu. b'konformità mal-arranġamenti stipulati fid-dispożizzjonijiet fis-seħħ meta ngħatat id-deroga [Em. 27]

(17)

Fit-tweġiba tagħha għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej “Right2Water” fl-2014 (22), il-Kummissjoni stiednet lill-Istati Membri biex jiżguraw li ċ-ċittadini kollha jkollhom aċċess għal provvista minima tal-ilma, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tad-WHO. Barra minn hekk, impenjat ruħha li tkompli “ttejjeb l-aċċess għal ilma tax-xorb sikur […] għall-popolazzjoni kollha permezz ta’ politiki ambjentali” (23). Dan huwa konformi mal-Artikoli 1 u 2 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Dan huwa konformi wkoll mal-Għan ta’ Żvilupp Sostenibbli 6 tan-NU u mal-mira assoċjata li “jinkiseb aċċess universali u ġust għal ilma tax-xorb sikur u affordabbli għal kulħadd”. Il-kunċett ta’ aċċess ġust ikopri firxa wiesgħa ta’ aspetti bħalma huma d-disponibbiltà (pereżempju minħabba raġunijiet ġeografiċi, in-nuqqas ta’ infrastruttura jew is-sitwazzjoni speċifika ta’ ċerti partijiet tal-popolazzjonijiet), il-kwalità, l-aċċettabbiltà, jew l-affordabbiltà finanzjarja. Dwar l-affordabbiltà tal-ilma, huwa importanti li jitfakkar li fl-istabbiliment tat-tariffi , mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2000/60/KE, jekk ikunu qed jistabbilixxu tariffi tal-ilma skont il-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż stipulat fid-Direttiva 2000/60/KE f'dik id-Direttiva , l-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw il-varjazzjoni fil-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali tal-popolazzjoni u b’hekk jistgħu jadottaw tariffi soċjali jew jieħdu miżuri biex jissalvagwardjaw lill-popolazzjonijiet li jinsabu fi żvantaġġ soċjoekonomiku. B’mod partikolari, din id-Direttiva tittratta l-aspetti ta’ aċċess għall-ilma li huma relatati mal-kwalità u mad-disponibbiltà. Sabiex jiġu indirizzati dawk l-aspetti bħala parti mir-risposta għall-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej u biex ikun hemm kontribut għall-implimentazzjoni tal-Prinċipju 20 tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (24) li tiddikjara “kulħadd għandu d-dritt li jkollu aċċess għal servizzi essenzjali ta’ kwalità tajba, inkluż l-ilma”, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom jkunu meħtieġa jindirizzaw il-kwistjoni tal-aċċess affordabbli għall-ilma fil-livell nazzjonali filwaqt li jgawdu minn ċerta marġni ta’ diskrezzjoni rigward it-tip eżatt ta’ miżuri li għandhom jiġu implimentati. Dan jista’ jsir permezz ta’ azzjonijiet immirati, inter alia, lejn it-titjib tal-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kulħadd, pereżempju permezz billi r-rekwiżiti tal-kwalità tal-ilma ma jsirux aktar stretti b'mod mhux ġustifikat għal raġunijiet ta' saħħa pubblika, li jżid il-prezz tal-ilma għaċ-ċittadini, billi jitqiegħdu funtani liberament aċċessibbli fl-ibliet, u permezz tal-promozzjoni tal-użu ta’ dan l-aċċess billi jiġi mħeġġeġ l-għoti, mingħajr ħlas, ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fil-binjiet pubbliċifir-ristoranti , ir-ristoranti, iċ-ċentri kummerċjali rikreattivi, kif ukoll żoni ta' tranżitu u dawk b'influss pedonali qawwi bħall-istazzjonijiet tal-ferroviji jew l-ajruporti. L-Istati Membri jenħtieġ li jkunu liberi jiddeterminaw l-aħjar taħlita ta' tali strumenti fir-rigward taċ-ċirkostanzi nazzjonali speċifiċi tagħhom . [Em. 28]

(18)

Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar “is-segwitu għall-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ‘Right2Water’” (25), talab li “l-Istati Membri jenħtieġ jagħtu attenzjoni speċjali lill-bżonnijiet tal-gruppi vulnerabbli fis-soċjetà” (26). Is-sitwazzjoni speċifika tal-kulturi ta’ minoranza bħar-Rom, is-Sinti, it-Travellers, il-Kalé, il-Gens du voyage, eċċ., u t-Travellers , kemm jekk huma sedentarji kif ukoll jekk le – b’mod partikolari b’rabta man-nuqqas ta’ aċċess tagħhom għall-ilma tax-xorb – ġiet rikonoxxuta wkoll fir-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas tal-UE għal Strateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom (27) u fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar miżuri effettivi għall-integrazzjoni tar-Rom fl-Istati Membri (28). Fid-dawl ta’ dak il-kuntest ġenerali, huwa xieraq li l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lil gruppi vulnerabbli u emarġinati billi jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiġi żgurat li dawk il-gruppi jkollhom aċċess għall-ilma. B'kont meħud tal-prinċipju tal-irkupru tal-ispejjeż stabbilit fid-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri jenħtieġ li jtejbu l-aċċess għall-ilma għall-gruppi vulnerabbli u emarġinati mingħajr ma jipperikolaw il-provvista ta' ilma ta' kwalità għolja bi prezz affordabbli għal kulħadd. Mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jiddefinixxu dawn il-gruppi, dawn jenħtieġ li mill-inqas jinkludu refuġjati, komunitajiet nomadiċi, persuni mingħajr dar u kulturi ta’ minoranza bħar-Rom, is-Sinti, it-Travellers, il-Kalé, il-Gens du voyage, eċċ., u t-Travellers kemm jekk huma sedentarji kif ukoll jekk le. Dawn il-miżuri mmirati lejn l-iżgurar tal-aċċess, li jitħallew f’idejn l-Istati Membri, jistgħu pereżempju jinkludu l-għoti ta’ sistemi alternattivi ta’ provvista (mezzi ta’ trattament individwali), il-provvista ta’ ilma permezz ta’ tankijiet (trakkijiet u ċisterni) u l-iżgurar tal-preżenza tal-infrastruttura meħtieġa għall-kampijiet. Meta l-awtoritajiet pubbliċi lokali jsiru responsabbli għal dawk l-obbligi, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li dawn ikollhom riżorsi finanzjarji u kapaċitajiet tekniċi u materjali suffiċjenti, u jenħtieġ li jappoġġawhom b'konformità ma' dan, billi, pereżempju, jipprovdu appoġġ espert. B'mod partikolari, id-distribuzzjoni tal-ilma lill-gruppi vulnerabbli u emarġinati jenħtieġ li ma toħloqx spejjeż sproporzjonati għall-awtoritajiet pubbliċi lokali. [Em. 29]

(19)

Is-Seba’ Programm ta’ Azzjoni Ambjentali sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (29) jeħtieġ li l-pubbliku jkollu aċċess għal tagħrif ambjentali ċar f’livell nazzjonali. Id-Direttiva 98/83/KE ipprevediet biss aċċess passiv għall-informazzjoni, li jfisser li l-Istati Membri kellhom jiżguraw biss li l-informazzjoni kienet disponibbli. Għalhekk, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jinbidlu jenħtieġ li jiġu sostitwiti biex jiġi żgurat li jkun hemm aċċess faċli għal informazzjoni aġġornata informazzjoni aġġornata li tkun komprensibbli u rilevanti għall-konsumaturi u faċilment aċċessibbli , pereżempju fuq fi ktejjeb, sit web li l-ħolqa tiegħu titqassam b’mod attiv jew applikazzjoni intelliġenti . L-informazzjoni aġġornata m’għandhiex tinkludi jenħtieġ li mhux biss ir-riżultati tinkludi r-riżultati tal-programmi ta’ monitoraġġ, iżda wkoll informazzjoni addizzjonali li tista’ tkun utli għall-pubbliku, bħal informazzjoni dwar l-indikaturi (il-ħadid, l-ebusija, il-minerali, eċċ.), li ta’ spiss tinfluwenza l-perċezzjoni tal-konsumaturi rigward l-ilma tal-vit. Għal dak l-għan, bħall-eżitu tal-azzjonijiet meħuda għall-monitoraġġ tal-fornituri tal-ilma fir-rigward tal-parametri tal-kwalità tal-ilma u informazzjoni dwar il-parametri indikaturi tad-Direttiva 98/83/KE li ma pprovdewx informazzjoni relatata mas-saħħa għandhom jinbidlu b’informazzjoni fuq l-internet dwar dawn il-parametri elenkati fil-Parti Ba tal-Anness I . Għall-fornituri tal-ilma kbar ħafna, fuq l-internet għandu jkun hemm disponibbli wkoll informazzjoni addizzjonali dwar, inter alia, l-effiċjenza enerġetika, il-ġestjoni, il-governanza, l-istruttura tal-ispejjeż tariffarja u t-trattament applikat. Huwa preżunt li għarfien aħjar għall-konsumaturi u trasparenza L-iskop tal-għarfien aħjar tal-konsumaturi dwar informazzjoni rilevanti u t-trasparenza mtejba se jikkontribwixxu biex jenħtieġ li jkun li tiżdied il-fiduċja taċ-ċittadini fl-ilma fornut lilhom, kif ukoll fis-servizzi tal-ilma , u dan jenħtieġ . Dan, min-naħa tiegħu, huwa mistenni li jwassal għal żieda fl-użu tal-ilma tal-vit, biex b’hekk jingħata kontribut biex jitnaqqsu l-iskart bħala ilma tax-xorb , li mbagħad jista' jikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-iskart tal-plastik u l-emissjonijiet tal-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra, u għal impatt pożittiv fuq il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u fuq l-ambjent b’mod ġenerali. [Em. 30]

(20)

Għall-istess raġunijiet, u sabiex il-konsumaturi jsiru aktar konxji dwar l-implikazzjonijiet tal-konsum tal-ilma, huma għandhom jenħtieġ li jirċievu wkoll informazzjoni (pereżempju b'mod faċilment aċċessibbli , pereżempju fil-fattura tagħhom jew permezz ta’ applikazzjonijiet intelliġenti) dwar il-volum ikkunsmat fis-sena , dwar l-istruttura tal-ispejjeż tat-tariffi imposti il-bidliet fil-konsum, tqabbil mal-konsum medju ta' unità domestika, meta tali informazzjoni tkun disponibbli għall-fornitur tal-ilma, dwar l-istruttura tat-tariffa imposta mill-fornitur tal-ilma, inklużi l-ispejjeż inkluża d-distribuzzjoni tal-partijiet varjabbli u dawk fissi tagħha , kif ukoll dwar il-prezz għal kull litru ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, biex b’hekk ikun jista’ jsir tqabbil mal-prezz tal-ilma fi fliexken. [Em. 31]

(21)

Il-prinċipji fundamentali li għandhom jiġu kkunsidrati fl-iffissar tat-tariffi tal-ilma, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(4) tad-Direttiva 2000/60/KE, jiġifieri l-irkupru tal-ispejjeż tas-servizzi tal-ilma u l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, huma stabbiliti fid-Direttiva 2000/60/KE f'dik id-Direttiva . Madankollu, is-sostenibbiltà finanzjarja tal-provvista tas-servizzi tal-ilma mhux dejjem tiġi żgurata, u xi kultant dan iwassal għal nuqqas ta’ investiment fil-manutenzjoni tal-infrastruttura tal-ilma. Permezz tat-titjib tat-tekniki ta’ monitoraġġ, ir-rati il-livelli ta’ tnixxija – prinċipalment minħabba dan in-nuqqas ta’ investiment – saru dejjem aktar evidenti, u t-tnaqqis tat-telf tal-ilma għandu jenħtieġ li jiġi imħeġġeġ mħeġġeġ fil-livell tal-Unjoni biex tittejjeb l-effiċjenza tal-infrastruttura tal-ilma. F’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, jenħtieġ li din il-kwistjoni tiġi indirizzata billi jiżdiedu t-trasparenza u l-informazzjoni għall-konsumaturi rigward ir-rati ta’ tnixxija u l-effiċjenza enerġetika sabiex ikun hemm sensibilizzazzjoni dwar din il-kwistjoni, l-informazzjoni relatata magħha jenħtieġ li tiġi kondiviża b'mod aktar trasparenti mal-konsumaturi . [Em. 32]

(22)

Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) għandha l-għan li tiggarantixxi d-dritt ta’ aċċess għat-tagħrif ambjentali fl-Istati Membri f’konformità mal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Din tiġbor fiha obbligi ġenerali relatati kemm mal-għoti tat-tagħrif ambjentali fuq talba kif ukoll mat-tixrid ta’ dan it-tagħrif b’mod attiv. Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31) ukoll għandha kamp ta’ applikazzjoni wiesa’, u tkopri l-kondiviżjoni tal-informazzjoni ġeografika, inklużi settijiet ta’ dejta dwar suġġetti ambjentali differenti. Huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar l-aċċess għall-informazzjoni u l-arranġamenti tal-kondiviżjoni tad-dejta jikkumplimentaw dawk id-Direttivi, u li dawn ma joħolqux sistema legali separata. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva dwar l-informazzjoni għall-pubbliku u dwar l-informazzjoni fuq il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE.

(23)

Id-Direttiva 98/83/KE ma stabbilixxietx obbligi ta’ rappurtar għall-fornituri tal-ilma ż-żgħar. Biex din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata, u biex tiġi indirizzata l-ħtieġa għal informazzjoni dwar l-implimentazzjoni u l-konformità, għandha tiddaħħal sistema ġdida skont liema l-Istati Membri jridu jistabbilixxu, jaġġornaw b’mod kontinwu u jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent settijiet ta’ dejta li jkun fihom biss dejta rilevanti, bħalma huma okkorrenzi meta jinqabżu l-valuri parametriċi u inċidenti ta’ ċerta importanza. Dan għandu jiżgura li l-piż amministrattiv fuq l-entitajiet kollha jibqa’ limitat kemm jista’ jkun. Biex jiżguraw infrastruttura xierqa għall-aċċess pubbliku, għar-rappurtar u għall-kondiviżjoni tad-dejta bejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-Istati Membri għandhom jibbażaw l-ispeċifikazzjonijiet tad-dejta fuq id-Direttiva 2007/2/KE u fuq l-atti ta’ implimentazzjoni tagħha.

(24)

Id-dejta rrappurtata mill-Istati Membri mhijiex meħtieġa biss għall-finijiet ta’ verifika tal-konformità iżda hija essenzjali wkoll biex il-Kummissjoni tkun tista’ timmonitorja u tivvaluta l-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni billi tqabbilha mal-għanijiet li trid tikseb sabiex tinforma kwalunkwe valutazzjoni futura tal-leġiżlazzjoni f’konformità mal-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ April 2016 (32). F’dan il-kuntest, hemm ħtieġa għal dejta rilevanti li tippermetti valutazzjoni aħjar tal-effiċjenza, tal-effettività, tar-rilevanza u tal-valur miżjud tal-UE tad-Direttiva, u huwa proprju għalhekk li hemm bżonn li jiġu żgurati mekkaniżmi xierqa ta’ rappurtar li jistgħu jservu wkoll bħala indikaturi għal evalwazzjonijiet futuri ta’ din id-Direttiva.

(25)

Skont il-paragrafu 22 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva fċertu perjodu ta’ żmien li jibda mid-data stipulata għat-traspożizzjoni tagħha. Dik l-evalwazzjoni għandha jenħtieġ li tkun ibbażata fuq esperjenza miksuba u fuq dejta miġbura matul l-implimentazzjoni tad-Direttiva, fuq dejta xjentifika, analitika, epidemjoloġika rilevanti kwalunkwe rakkomandazzjoni disponibbli tad-WHO u fuq kwalunkwe rakkomandazzjonijiet disponibbli tad-WHO dejta xjentifika, analitika u epidemjoloġika rilevanti . [Em. 34]

(26)

Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet fundamentali u tosserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, din id-Direttiva għandha l-għan li tippromwovi l-prinċipji relatati mal-kura tas-saħħa, mal-aċċess għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, mal-ħarsien tal-ambjent u mal-protezzjoni tal-konsumatur.

(27)

Kif stabbilixxiet il-Qorti tal-Ġustizzja f’ħafna okkażjonijiet, fil-prinċipju, l-esklużjoni tal-possibbiltà li obbligu impost minn direttiva ma jkunx jista’ jiġi invokat minn persuni konċernati, mhuwiex kompatibbli mal-effett vinkolanti mogħti lil direttiva bit-tielet paragrafu tal-Artikolu 288 tat-Trattat. Dik il-konsiderazzjoni tapplika, b’mod partikolari, b’rabta ma’ direttiva li għandha l-objettiv li tħares is-saħħa tal-bniedem mill-effetti ħżiena ta’ kull tniġġis ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, skont il-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (33), il-membri kkonċernati tal-pubbliku għandu jkollhom aċċess għall-ġustizzja sabiex jikkontribwixxu għall-ħarsien tad-dritt li wieħed jgħix f’ambjent li huwa xieraq għas-saħħa u l-benesseri personali. Barra minn hekk, fejn għadd kbir ta’ persuni jkunu f’“sitwazzjoni ta’ dannu ta’ massa”, minħabba l-istess prattiki illegali relatati mal-ksur tad-drittijiet mogħtija minn din id-Direttiva, dawn il-persuni jenħtieġ ikollhom il-possibbiltà li jużaw mekkaniżmi ta’ rimedju kollettiv, fejn dawn il-mekkaniżmi jkunu ġew stabbiliti mill-Istati Membri skont ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/396/UE (34).

(28)

Sabiex din id-Direttiva tiġi adattata għall-progress xjentifiku u tekniku jew sabiex jiġu speċifikati rekwiżiti ta’ monitoraġġ għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-perikli u tal-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandha jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni biex din temenda l-Annessi I sa IV ta’ din id-Direttiva , u tieħu l-miżuri meħtieġa skont il-bidliet stipulati taħt l-Artikolu 10 . Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta’ tħejjija, anke fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati. Barra minn hekk, minħabba l-adozzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom (35), is-setgħa mogħtija stipulata fin-Nota 10 tal-Parti C tal-Anness I tad-Direttiva 98/83/KE sabiex jiġu stabbiliti l-frekwenzi tal-monitoraġġ u l-metodi ta’ monitoraġġ għal sustanzi radjuattivi ma għadhiex tapplika, u għalhekk għandha jenħtieġ li titħassar. Is-setgħa mogħtija stipulata fit-tieni paragrafu tal-parti A tal-Anness III tad-Direttiva 98/83/KE rigward l-emendi tad-Direttiva m’għadhiex meħtieġa, u għalhekk għandha jenħtieġ li titħassar. [Em. 35]

(29)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħat ta’ implimentazzjoni għall-adozzjoni tal-format tal-informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u għall-adozzjoni tal-modalitajiet għall-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni, li għandha tingħata lill-persuni kollha li lilhom jiġi pprovdut l-ilma. Il-Kummissjoni għandha tingħata wkoll is-setgħat ta’ implimentazzjoni għall-adozzjoni tal-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri u li għandha tiġi kkompilata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u għall-adozzjoni tal-modalitajiet għall-preżentazzjoni ta’ dik l-informazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36).

(30)

Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tad-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37), l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar il-pieni li huma applikabbli b’rabta mal-ksur tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva, u għandhom jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

(31)

Id-Direttiva 2013/51/Euratom tistabbilixxi arranġamenti speċifiċi għall-monitoraġġ ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Għalhekk, din id-Direttiva ma għandhiex tistabbilixxi valuri parametriċi b’rabta mar-radjuattività.

(32)

Peress li l-objettiv ta’ din id-Direttiva, jiġifieri l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-iskala u l-effetti tal-azzjoni, jista’ pjuttost jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi.

(33)

L-obbligu tat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva fil-liġi nazzjonali għandu jkun limitat għal dawk id-dispożizzjonijiet li jirrappreżentaw emenda sostantiva meta mqabbel mad-Direttivi preċedenti. L-obbligu tat-traspożizzjoni tad-dispożizzjonijiet li mhumiex mibdula jirriżulta mid-Direttivi preċedenti.

(34)

Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri rigward il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness V,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1

Għan

1.   Din id-Direttiva hi dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kulħadd fl-Unjoni . [Em. 36]

2.   L-għan ta’ din id-Direttiva għandu jkun dak li s-saħħa tal-bniedem tiġi mħarsa mill-effetti ħżiena ta' kwalunkwe tniġġis tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem billi jkun żgurat li dan ikun nadif u tajjeb , u li jiġi provdut aċċess universali għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem . [Em. 163, 189, 207 u 215]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva:

1.

“ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem” tfisser l-ilma kollu, fl-istat oriġinali tiegħu jew wara trattament, maħsub għax-xorb, tisjir, tħejjija jew produzzjoni tal-ikel u għanijiet , jew għal finijiet oħra relatati mal-ikel, jew għal għanijiet domestiċi oħra kemm f’postijiet pubbliċi kif ukoll f’postijiet privati , inklużi n-negozji tal-ikel, irrispettivament minn minn fejn ġej u minn jekk huwiex provvist minn network ta’ distribuzzjoni, provvist minn tank ċisterna , jew, għal ilma tan-nixxiegħa, imqiegħed ġo fliexken jew kontenituri . [Em. 38]

2.

“sistema ta' distribuzzjoni domestika” tfisser is-sistema ta’ pajpijiet, fittings u appliances oħra li huma stallati bejn il-viti li huma normalment użati għall-konsum mill-bniedem kemm f’postijiet pubbliċi kif ukoll f’postijiet privati u r-retikolat ta' distribuzzjoni imma biss jekk dawn ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà ta' min jipprovdi l-ilma, skont il-liġi nazzjonali relevanti. [Em. 39 ma taffettwax il-lingwa maltija]

3.

“fornitur tal-ilma” tfisser entità ġuridika li bħala medja tforni mill-inqas 10 m3 ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kuljum. [Em. 40]

3a.

“fornitur tal-ilma żgħir ħafna” tfisser fornitur tal-ilma li jforni inqas minn 50 m3 ta' ilma kuljum jew li jservi inqas minn 250 persuna. [Em. 41]

4.

“fornitur tal-ilma żgħir” tfisser fornitur tal-ilma li jforni inqas minn 500 m3 ta’ ilma kuljum jew li jservi inqas minn 5 000 2 500 persuna. [Em. 42]

4a.

“fornitur tal-ilma medju” tfisser fornitur tal-ilma li jforni mill-inqas 500 m3 ta' ilma kuljum jew li jservi mill-inqas 2 500 persuna. [Em. 43]

5.

“fornitur tal-ilma kbir” tfisser fornitur tal-ilma li jforni mill-inqas 500  5 000  m3 ta’ ilma kuljum jew li jservi mill-inqas 5 000 25 000  persuna. [Em. 44]

6.

“fornitur tal-ilma kbir ħafna” tfisser fornitur tal-ilma li jforni mill-inqas 5 000 20 000  m3 ta’ ilma kuljum jew li jservi mill-inqas 50 000 100 000  persuna. [Em. 45]

7.

“postijiet ta’ prijorità” tfisser binjiet kbar li ma jkunux unitajiet domestiċi, b’ħafna utenti persuni, b'mod partikolari persuni vulnerabbli, li potenzjalment jistgħu jkunu esposti għal riskji relatati mal-ilma, bħal sptarijiet, istituzzjonijiet tal-kura tas-saħħa , djar tal-anzjani, skejjel, universitajiet u faċiltajiet oħra tal-edukazzjoni, crèches u skejjel primarji, faċilitajiet sportivi, rikreattivi, tad-divertiment u ta' eżibizzjoni , binjiet b’faċilità ta’ akkomodazzjoni, istituzzjonijiet penali u żoni għall-ikkampjar, kif identifikati mill-Istati Membri. [Em. 46]

8.

“gruppi vulnerabbli u emarġinati” tfisser persuni iżolati mis-soċjetà, bħala riżultat ta’ diskriminazzjoni jew ta’ nuqqas ta’ aċċess għal drittijiet, riżorsi jew opportunitajiet, u li huma aktar esposti għal firxa ta’ riskji possibbli relatati mas-saħħa tagħhom, mas-sigurtà tagħhom, man-nuqqas ta’ edukazzjoni, mal-involviment tagħhom fi prattiki li jagħmlu ħsara, jew ma’ riskji oħra, meta mqabbel mal-bqija tas-soċjetà.

8a.

“negozju tal-ikel” tfisser negozju tal-ikel kif definit fil-punt (2) tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. [Em. 47]

Artikolu 3

Eżenzjonijiet

1.   Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal:

(a)

ilmijiet minerali naturali magħrufin bħala tali mill-awtorità responsabbli, kif imsemmija fid-Direttiva 2009/54/KE;

(b)

ilmijiet li huma prodotti mediċinali skont it-tifsira tad-Direttiva 2001/83/KE.

1a.     Għall-ilma li jintuża fin-negozji tal-ikel għall-manifattura, l-ipproċessar, il-preservazzjoni jew il-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti jew sustanzi maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandhom japplikaw biss l-Artikoli 4, 5, 6 u 11 ta' din id-Direttiva. Minkejja dan, l-ebda wieħed mill-Artikoli ta' din id-Direttiva ma għandu japplika meta operatur ta' negozju tal-ikel ikun jista' juri b'mod li jkun sodisfaċenti għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li l-kwalità tal-ilma li juża ma jaffettwax l-iġjene tal-prodotti jew is-sustanzi li jirriżultaw mill-attivitajiet tiegħu u li tali prodotti u sustanzi jikkonformaw mar-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (38) . [Em. 48]

1b.     Produttur tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jitqiegħed fi fliexken jew kontenituri m'għandux jitqies bħala fornitur tal-ilma.

Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem imqiegħed fi fliexken jew kontenituri sakemm dawn ma jkunux koperti mill-obbligi skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. [Em. 49]

1c.     Il-bastimenti marittimi li jwettqu desalinizzazzjoni tal-ilma u jġorru l-passiġġieri u jaġixxu bħala fornituri tal-ilma għandhom ikunu soġġetti biss għall-Artikoli 1 sa 7 u 9 sa 12 ta' din id-Direttiva u l-Annessi tagħha. [Em. 50]

2.   L-Istati Membri jistgħu jeżentaw mid-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva:

(a)

ilma maħsub esklussivament għal dawk l-għanijiet li għalihom l-awtoritajiet kompetenti huma sodisfatti li l-kwalità tal-ilma m'għandux influwenza, la diretta u lanqas indiretta, fuq is-saħħa tal-konsumaturi konċernati;

(b)

ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jkun ġej minn provvista individwali li tipprovdi medja ta' inqas minn 10 metri kubi kuljum jew li sservi inqas minn 50 persuna, sakemm l-ilma ma jkunx provvist bħala parti minn attività kummerċjali jew pubblika.

3.   L-Istati Membri li jirrikorru għall-eżenzjonijiet imsemmija fil-Paragrafu 2(b) għandhom jiżguraw li l-popolazzjoni konċernata tiġi mgħarrfa dwar dan u dwar kwalunkwe azzjoni li tista' tittieħed biex tipproteġi s-saħħa tal-bniedem minn effetti ħżiena kkawżati minn kwalunkwe tniġġis ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Barra minn hekk, meta jkun evidenti li hemm ħsara potenzali għas-saħħa tal-bniedem ġejja mill-kwalità ta' dan l-ilma, il-popolazzjoni konċernata għandha tiġi mgħarrfa minnufih.

Artikolu 4

Obbligi Ġenerali

1.   Mingħajr preġudizzju lejn l-obbligi tagħhom skont dispożizzjonijiet oħra tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huwa nadif u tajjeb għas-saħħa. Għall-għanijijiet tar-rekwiżiti minimi ta' din id-Direttiva, l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandu jkun tajjeb għas-saħħa u nadif jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ma jkunx fih mikro-organiżmi u parassiti u sustanzi li, f'numri jew konċentrazzjonijiet, jistgħu jkunu ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem;

(b)

jissodisfa r-rekwiżiti minimi stabbiliti fil-Partijiet A u B tal-Anness I;

(c)

l-Istati Membri jkunu ħadu l-miżuri kollha meħtieġa biex jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 12 ta' din id-Direttiva.:

(i)

fl-Artikoli 4 sa 12 ta' din id-Direttiva għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fornut lill-konsumaturi finali minn netwerk ta' distribuzzjoni jew minn ċisterna;

(ii)

fl-Artikoli 4, 5 u 6 u l-Artikolu 11(4) ta' din id-Direttiva għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jitqiegħed fi flixken jew f'kontenituri f'negozju tal-ikel;

(iii)

fl-Artikoli 4, 5, 6 u 11 ta' din id-Direttiva, għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem prodott u użat f'negozju tal-ikel għall-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel. [Em. 51]

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri meħuda biex tiġi implimentata din id-Direttiva jaderixxu b'mod sħiħ mal-prinċipju ta' prekawzjoni u fl-ebda ċirkostanzi ma jippermettu, direttament jew indirettament, xi tnaqqis tal-kwalità preżenti tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u lanqas xi żieda fit-tniġġis ta' ilmijiet użati għall-produzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. [Em. 52]

2a.     L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu valutazzjoni tal-livelli ta' tnixxija tal-ilma fit-territorju tagħhom u tal-potenzjal ta' titjib fit-tnaqqis ta' tnixxija tal-ilma fis-settur tal-ilma tax-xorb. Dik il-valutazzjoni għandha tieħu kont tal-aspetti ekonomiċi, tekniċi, ambjentali u ta' saħħa pubblika rilevanti. L-Istati Membri għandhom jadottaw, sal-31 ta' Diċembru 2022, miri nazzjonali biex inaqqsu l-livelli ta' tnixxija tal-fornituri tal-ilma fit-territorju tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2030. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu inċentivi sinifikanti sabiex jiżguraw li l-fornituri tal-ilma fit-territorju tagħhom jissodisfaw dawn ir-rati. [Em. 53]

2b.     Jekk awtorità kompetenti inkarigata mill-produzzjoni u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem tgħaddi lil fornitur tal-ilma l-ġestjoni tal-attivitajiet kollha ta' produzzjoni jew ta' distribuzzjoni tal-ilma, jew ta' parti minnhom, il-kuntratt bejn l-awtorità kompetenti u l-fornitur tal-ilma għandu jispeċifika r-responsabbiltajiet ta' kull parti skont din id-Direttiva. [Em. 54]

Artikolu 5

Standards tal-Kwalità

1.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri applikabbli għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għall-parametri stipulati fl-Anness I , li m’għandhomx ikunu inqas stretti mill-valuri stipulati fl-istess Anness. [Em. 55]

1a.     Il-valuri stabbiliti skont il-paragrafu 1 ma għandhomx ikunu inqas stretti minn dawk stipulati fil-Partijiet A, B u Ba tal-Anness I. F'dak li jirrigwarda l-parametri stipulati fil-Parti Ba tal-Anness I, il-valuri għandhom ikunu stabbiliti biss għal finijiet ta' monitoraġġ u bil-għan li jiġu ssodisfati r-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 12. [Em. 56]

2.   Stat Membru għandu jistabbilixxi valuri għal parametri oħra mhux inklużi fl-Anness I jekk dan ikun meħtieġ għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem fit-territorju nazzjonali tiegħu jew f’parti minnu. Il-valuri stabbiliti għandhom, tal-inqas, jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 4(1)(a).

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-aġenti tat-trattament, il-materjali u l-proċeduri ta' diżinfezzjoni użati għal finijiet ta' diżinfezzjoni fis-sistemi tal-provvista tal-ilma ma jaffettwawx ħażin il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. Kwalunkwe kontaminazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem bl-użu ta' tali aġenti, materjali u proċeduri għandha tiġi minimizzata mingħajr, madankollu, ma tiġi kompromessa l-effettività tad-diżinfezzjoni. [Em. 57]

Artikolu 6

Punt ta' konformità

1.   Il-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5 għall-parametri mniżżla fl-Anness I, partijiet A , B B C , għandhom jiġu mħarsa: [Em. 58]

(a)

fil-każ ta' ilma provvist minn retikolat ta' distribuzzjoni, fil-punt, f’post jew fi stabbiliment li minnu joħroġ mill-viti li huma normalment użati għall-konsum mill-bniedem;

(b)

fil-każ ta' ilma provvist minn tank, fil-punt fejn joħroġ mit-tank;

(c)

fil-każ ta' ilma tan-nixxiegħa maħsub għall-konsum mill-bniedem imqiegħed fi fliexken jew f'kontenituri , fil-punt li fih fejn l-ilma huwa mqiegħed fi fliexken jitqiegħed fil-fliexken jew fil-kontenituri . [Em. 59]

(ca)

fil-każ ta' ilma użat f'negozju tal-ikel meta l-ilma jiġi fornut minn fornitur tal-ilma, fil-punt ta' twassil fin-negozju tal-ikel. [Em. 60]

1a.     Fil-każ ta' ilma kopert mill-punt (a) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jitqiesu li jkunu ssodisfaw l-obbligi tagħhom skont dan l-Artikolu meta jkun jista' jiġi stabbilit li nuqqas ta' konformità mal-parametri previsti fl-Artikolu 5 ikun ikkawżat minn sistema ta' distribuzzjoni privata jew mill-manutenzjoni tagħha, ħlief fir-rigward ta' postijiet ta' prijorità. [Em. 61]

Artikolu 7

L-approċċ ibbażat fuq ir-riskju għas-sikurezza tal-ilma

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-provvista, it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem huma soġġetti għal approċċ ibbażat fuq ir-riskju li jikkonsisti mill-elementi li ġejjin:

(a)

valutazzjoni tal-perikli ta’ korpi tal-ilma jew ta' partijiet ta' korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, imwettqa mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 8; [Em. 62]

(b)

valutazzjoni tar-riskju tal-provvista mwettqa mill-fornituri tal-ilma f'kull sistema tal-provvista tal-ilma għall-finijiet tal-monitoraġġ ta' salvagwardja u monitoraġġ tal-kwalità tal-ilma li jfornu, f’konformità mal-Artikolu 9 u mal-Parti C tal-Anness II; [Em. 63]

(c)

valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika, f’konformità mal-Artikolu 10.

1a.     L-Istati Membri jistgħu jadattaw l-implimentazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju, mingħajr ma jikkompromettu l-objettiv ta' din id-Direttiva rigward il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u s-saħħa tal-konsumaturi, meta jkun hemm limitazzjonijiet partikolari minħabba ċirkostanzi ġeografiċi bħalma huma l-periferiċità jew l-aċċessibbiltà taż-żona tal-provvista tal-ilma. [Em. 64]

1b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw distribuzzjoni ċara u xierqa tar-responsabbiltajiet bejn il-partijiet ikkonċernati, skont id-definizzjoni tal-Istati Membri, għall-applikazzjoni tal-approċċ ibbażat fuq ir-riskju fir-rigward tal-korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u s-sistemi ta' distribuzzjoni domestika. Tali distribuzzjoni tar-responsabbiltajiet għandha titfassal skont il-qafas istituzzjonali u legali tagħhom. [Em. 65]

2.   Il-valutazzjonijiet tal-perikli għandhom jitwettqu sa [3 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva]. Dawn għandhom jiġu riveduti kull 3 snin, b'kont meħud tar-rekwiżit, previst fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2000/60/KE, li l-Istati Membri jidentifikaw il-korpi tal-ilma, u għandhom jiġu aġġornati skont kif meħtieġ. [Em. 66]

3.   Il-fornituri tal-ilma kbar ħafna u l-fornituri tal-ilma kbar għandhom iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju tal-provvista sa [3 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva], filwaqt li l-fornituri tal-ilma ż-żgħar għandhom iwettqu valutazzjonijiet tar-riskju sa [6 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva]. Dawn għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari mhux itwal minn 6 snin, u għandhom jiġu aġġornati skont kif meħtieġ. [Em. 67]

3a.     Skont l-Artikoli 8 u 9 ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri korrettivi neċessarji fil-qafas tal-programmi ta' miżuri u tal-pjanijiet ta' mmaniġġjar tal-baċin tax-xmara previsti rispettivament fl-Artikolu 11 u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2000/60/KE. [Em. 68]

4.   Il-valutazzjonijiet tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika fil-postijiet imsemmija fl-Artikolu 10(1) għandhom jitwettqu sa [3 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva]. Dawn għandhom jiġu riveduti kull 3 snin, u għandhom jiġu aġġornati skont kif meħtieġ. [Em. 69]

Artikolu 8

Valutazzjoni , monitoraġġ u ġestjoni tal-perikli ta’ korpi tal-ilma użati għall-astrazzjoni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem [Em. 70]

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 6 u 7 tad-Direttiva għad-Direttiva 2000/60/KE, b'mod partikolari l-Artikoli 4 u 8, l-Istati Membri , b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tagħhom responsabbli mill-ilma, għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tal-perikli li tkopri l-korpi tal-ilma li jintużaw għall-astrazzjoni ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li bħala medja jipprovdu aktar minn 10 m3 kuljum. Il-valutazzjoni tal-perikli għandha tinkludi l-elementi li ġejjin: [Em. 71]

(a)

l-identifikazzjoni tal-punti kollha ta’ astrazzjoni, kif ukoll ir-referenzi ġeografiċi tagħhom, fil-korpi jew partijiet mill-korpi tal-ilma koperti mill-valutazzjoni tal-perikli; Peress li d-dejta msemmija f'dan il-punt tista' tkun sensittiva, b'mod partikolari fil-kuntest tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali dejta tiġi protetta u kkomunikata biss lill-awtoritajiet rilevanti; [Em. 72]

(b)

l-immappjar ta’ żoni ta’ salvagwardja, meta dawk iż-żoni jkunu ġew stabbiliti skont l-Artikolu 7(3) tad-Direttiva 2000/60/KE, u ż-żoni protetti msemmija fl-Artikolu 6 ta’ dik id-Direttiva; [Em. 73]

(c)

l-identifikazzjoni tal-perikli u tas-sorsi possibbli ta’ tniġġis li jaffettwaw il-korpi tal-ilma koperti mill-valutazzjoni tal-perikli. Tali riċerka u identifikazzjoni tas-sorsi tat-tniġġis għandhom jiġu aġġornati b'mod regolari sabiex jiġu identifikati sustanzi ġodda li jaffettwaw il-mikroplastiċi, b'mod partikolari l-PFAS. Għal dak l-għan, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mir-rieżami tal-impatt tal-attività tal-bniedem imwettaq skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u mill-informazzjoni dwar pressjonijiet sinifikanti miġbura skont il-punt 1.4 tal-Anness II ta’ dik id-Direttiva; [Em. 216]

(d)

il-monitoraġġ b’mod regolari tal-korpi jew ta' partijiet minn korpi tal-ilma koperti mill-valutazzjoni tal-perikli għas-sustanzi niġġiesa li huma rilevanti għall-provvista tal-ilma u li huma magħżula mil-listi li ġejjin: [Em. 75]

(i)

il-parametri elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I ta’ din id-Direttiva;

(ii)

sustanzi niġġiesa fl-ilma ta’ taħt l-art elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39), u sustanzi niġġiesa u indikaturi tat-tniġġis li għalihom il-valuri ta’ limitu ġew stabbiliti mill-Istati Membri skont l-Anness II ta’ dik id-Direttiva;

(iii)

sustanzi ta’ prijorità u ċerti sustanzi niġġiesa oħrajn elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (40);

(iv)

il-parametri għal finijiet ta' monitoraġġ biss elenkati fil-Parti Ca tal-Anness I, jew sustanzi niġġiesa oħra rilevanti, bħal pereżempju mikroplastiċi , dment li jkun hemm fis-seħħ metodoloġija għall-kejl tal-mikroplastiċi kif speċifikat fl-Artikolu 11(5b) , jew sustanzi niġġiesa speċifiċi tal-baċiri tax-xmajjar stabbiliti mill-Istati Membri abbażi tar-rieżami tal-impatt tal-attività tal-bniedem imwettaq skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/60/KE u skont l-informazzjoni dwar pressjonijiet sinifikanti miġbura skont il-punt 1.4 tal-Anness II ta' dik id-Direttiva; [Em. 76]

L-Istati Membri għandhom jagħżlu minn fost il-punti (i) sa (iv) għall-monitoraġġ tal-parametri, tas-sustanzi jew tas-sustanzi niġġiesa li huma kkunsidrati bħala rilevanti fid-dawl tal-perikli identifikati skont il-punt (c), jew fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta mill-fornituri tal-ilma skont il-paragrafu 2.

Għall-fini tal-monitoraġġ b’mod regolari, kif ukoll għall-fini li jiġu identifikati sustanzi ġodda perikolużi permezz ta' investigazzjonijiet ġodda, l-Istati Membri jistgħu jagħmlu użu mill-monitoraġġ imwettaq mill-kapaċità ta' monitoraġġ u ta' investigazzjoni mwettqa, skont leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni. [Em. 217]

Il-fornituri tal-ilma żgħar ħafna jistgħu jiġu eżentati mir-rekwiżiti msemmija fil-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu, dment li l-awtorità kompetenti jkollha għarfien dokumentat minn qabel u aġġornat tal-parametri rilevanti msemmija f'dawk il-punti. Din l-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità kompetenti mill-inqas kull tliet snin u aġġornata fejn meħtieġ. [Em. 77]

2.   Dawk il-fornituri tal-ilma li jimmonitorjaw l-ilma tagħhom mhux ittrattat għal skopijiet ta’ monitoraġġ operazzjonali għandhom ikunu meħtieġa jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar xejriet u dwar konċentrazzjonijiet mhux tas-soltu ta’ parametri, sustanzi jew sustanzi niġġiesa li jkunu qed jiġu mmonitorjati.

3.   L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-fornituri tal-ilma li jkunu qed jużaw il-korp tal-ilma kopert mill-valutazzjoni tal-perikli dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-paragrafu 1(d) u, fuq il-bażi ta’ dawn ir-riżultati ta’ monitoraġġ, jistgħu:

(m)

jeħtieġu li l-fornituri tal-ilma jwettqu monitoraġġ jew trattament addizzjonali ta’ ċerti parametri;

(n)

jippermettu lill-fornituri jnaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ ta’ ċerti parametri, mingħajr ma jkunu meħtieġa jwettqu valutazzjoni tar-riskju tal-provvista, sakemm ma jkunux parametri ewlenin skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Parti B tal-Anness II, u sakemm ma jkun hemm l-ebda fattur li jista’ jiġi antiċipat b’mod raġonevoli li x’aktarx li jista’ jikkawża deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ilma. [Em. 78]

4.   F’każijiet fejn fornitur tal-ilma jkun jista’ jnaqqas il-frekwenza tal-monitoraġġ kif imsemmi fil-paragrafu 2(b), l-Istati Membri għandhom ikomplu jimmonitorjaw, b’mod regolari, dawk il-parametri fil-korp tal-ilma kopert mill-valutazzjoni tal-perikli. [Em. 79]

5.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni kkompilata skont il-paragrafi 1 u 2 u miġbura skont id-Direttiva 2000/60/KE, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri li ġejjin f’kooperazzjoni mal-fornituri tal-ilma u ma’ partijiet ikkonċernati oħrajn, jew jiżguraw li dawk il-miżuri jittieħdu mill-fornituri tal-ilma: [Em. 80]

(a)

miżuri ta’ prevenzjoni sabiex jitnaqqas il-livell ta’ trattament u biex tiġi salvagwardjata l-kwalità tal-ilma, inklużi l-miżuri msemmija fl-Artikolu 11(3)(d) tad-Direttiva 2000/60/KE; [Em. 178]

(aa)

jiżguraw li dawk li jniġġsu, f'kooperazzjoni mal-fornituri tal-ilma u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, jieħdu miżuri ta' prevenzjoni biex inaqqsu jew jevitaw il-livell ta' trattament meħtieġ u biex jissalvagwardjaw il-kwalità tal-ilma, inklużi l-miżuri msemmija fl-Artikolu 11(3)(d) tad-Direttiva 2000/60/KE kif ukoll miżuri addizzjonali meqjusa bħala meħtieġa abbażi tal-monitoraġġ imwettaq skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu; [Em. 82]

(b)

miżuri ta’ mitigazzjoni, li huma meqjusa bħala meħtieġa fuq il-bażi tal-monitoraġġ imwettaq skont il-paragrafu 1(d), sabiex jiġi identifikat u indirizzat is-sors tat-tniġġis u jiġi evitat kwalunkwe trattament addizzjonali, meta l-miżuri ta' prevenzjoni jitqiesu li mhumiex vijabbli jew effettivi biżżejjed biex jindirizzaw is-sors tat-tniġġis b'tempestività . [Em. 83]

(ba)

meta l-miżuri stabbiliti fil-punti (aa) u (b) ma jiġux meqjusa bħala suffiċjenti biex jipprovdu protezzjoni adegwata għas-saħħa tal-bniedem, jeħtieġu li l-fornituri tal-ilma jwettqu monitoraġġ addizzjonali ta' ċerti parametri fil-punt ta' astrazzjoni jew trattament, jekk ikun strettament meħtieġ għall-prevenzjoni tar-riskji tas-saħħa. [Em. 84]

L-Istati Membri għandhom iwettqu rieżami ta’ kull miżura ta’ dan it-tip fuq bażi regolari.

5a.     L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-fornituri tal-ilma li jkunu qed jużaw il-korp jew partijiet mill-korpi tal-ilma koperti mill-valutazzjoni tal-perikli dwar ir-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont il-punt (d) tal-paragrafu 1 u jistgħu, abbażi ta' dawk ir-riżultati ta' monitoraġġ, u tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafi 1 u 2 u skont id-Direttiva 2000/60/KE:

(a)

jippermettu lill-fornituri tal-ilma jnaqqsu l-frekwenza tal-monitoraġġ ta' ċerti parametri, jew in-numru ta' parametri mmonitorjati, mingħajr ma jkunu meħtieġa jwettqu valutazzjoni tar-riskju tal-provvista, dment li l-parametri kkonċernati ma jkunux parametri ewlenin skont it-tifsira tal-punt 1 tal-Parti B tal-Anness II, u dment ma jkun hemm l-ebda fattur li jista' jiġi antiċipat b'mod raġonevoli li x'aktarx jikkawża deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ilma.

(b)

meta fornitur tal-ilma jitħalla jnaqqas il-frekwenza tal-monitoraġġ kif imsemmi fil-paragrafu (a), għandhom ikomplu jimmonitorjaw, b'mod regolari, dawk il-parametri fil-korp tal-ilma kopert mill-valutazzjoni tal-perikli. [Em. 85]

Artikolu 9

Valutazzjoni , monitoraġġ u ġestjoni tar-riskju tal-provvista [Em. 86]

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-ilma jwettqu valutazzjoni tar-riskju tal-provvista b'konformità mal-Parti C tal-Anness II, li tipprevedi l-possibbiltà li tiġi aġġustata l-frekwenza tal-monitoraġġ għall-parametri individwali elenkati fil-Partijiet A , B B Ba tal-Anness I li mhumiex parametri ewlenin skont il-parti B tal-Anness II, skont l-okkorrenza tagħhom fl-ilma mhux ittrattat. [Em. 87]

Għal dawk il-parametri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-ilma jistgħu jiddevjaw mill-frekwenzi tal-kampjunar stipulati fil-Parti B tal-Anness II, f’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti fil-Parti C tal-Anness II , u abbażi tal-okkorrenza tagħhom fl-ilma mhux ittrattat u l-mekkaniżmu ta' trattament . [Em. 88]

Għal dak l-għan, il-fornituri tal-ilma għandhom ikunu meħtieġa jqisu iqisu r-riżultati tal-valutazzjoni tal-perikli mwettqa skont l-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva u r-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq skont l-Artikolu 7(1) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2000/60/KE. [Em. 89]

1a.     L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-fornituri tal-ilma żgħar ħafna mill-paragrafu 1, dment li l-awtorità kompetenti jkollha għarfien dokumentat minn qabel u aġġornat tal-parametri rilevanti u tqis li ma jkun hemm l-ebda riskju għas-saħħa tal-bniedem b'riżultat ta' tali eżenzjonijiet, u mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-awtorità skont l-Artikolu 4

L-eżenzjoni għandha tiġi rieżaminata mill-awtorità kompetenti kull tliet snin jew meta jiġi identifikat kwalunkwe periklu ġdid ta' tniġġis fil-baċir idrografiku, u aġġornata fejn meħtieġ. [Em. 90]

2.   Il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-provvista għandhom jiġu approvati mill-awtoritajiet ikunu r-responsabbiltà tal-fornituri tal-ilma li għandhom jiżguraw li jikkonformaw ma' din id-Direttiva. Għal dan il-għan, il-fornituri tal-ilma jistgħu jitolbu l-appoġġ tal-awtoritajiet kompetenti.

L-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-awtoritajiet kompetenti japprovaw jew jimmonitorjaw il-valutazzjonijiet tar-riskju tal-provvista tal-fornituri tal-ilma [Em. 91]

2a.     Abbażi tar-riżultati tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-provvista mwettqa skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri tal-ilma jistabbilixxu pjan tas-sikurezza tal-ilma adattat għar-riskji identifikati u proporzjonat għad-daqs tal-fornitur tal-ilma. Pereżempju, dak il-pjan tas-sikurezza tal-ilma jista' jirrigwarda l-użu ta' materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma, il-prodotti ta' trattament tal-ilma, ir-riskji possibbli li jirriżultaw minn pajpijiet li jnixxu, jew miżuri ta' adattament għall-isfidi attwali u dawk futuri, bħat-tibdil fil-klima, u għandu jiġi definit f'aktar dettall mill-Istati Membri. [Em. 92]

Artikolu 10

Valutazzjoni , monitoraġġ u ġestjoni tar-Riskju tad-Distribuzzjoni Domestika [Em. 93]

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titwettaq valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika fil-postijiet ta' prijorità , li għandha tinkludi l-elementi li ġejjin: [Em. 94]

(a)

valutazzjoni tar-riskji potenzjali assoċjati mas-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika, u mal-prodotti u l-materjali relatati, fejn jiġi indikat jekk dawn jaffettwawx il-kwalità tal-ilma fil-punt fejn joħroġ mill-viti li normalment jintużaw jintuża għall-konsum mill-bniedem, b’mod partikolari fejn l-ilma jiġi fornut lill-pubbliku f’postijiet ta’ prijorità; [Em. 95]

(b)

monitoraġġ regolari tal-parametri elenkati fil-Parti C tal-Anness I, f’postijiet fejn il-periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem huwa meqjusa bħala tal-ogħla livell. Il-parametri rilevanti u l-postijiet għall-monitoraġġ għandhom jintgħażlu fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta' prijorità fejn ikunu ġew identifikati riskji speċifiċi għa-kwalità tal-ilma matul il-valutazzjoni mwettqa skont il-punt (a). [Em. 96]

Rigward il-monitoraġġ regolari msemmi fl-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-aċċess għall-installazzjonijiet fil-postijiet ta' prijorità għall-finijiet ta' teħid ta' kampjuni u jistgħu jistabbilixxu strateġija ta' monitoraġġ li tiffoka fuq il-postijiet ta' prijorità , b'mod partikolari f'dak li jirrigwarda l-Legionella pneumophila ; [Em. 97]

(c)

verifika rigward jekk il-prestazzjoni ta' prodotti għall-bini u materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem hijiex xierqa b'rabta mal-karatteristiċi essenzjali relatati mar-rekwiżit bażiku għax-xogħlijiet tal-bini speċifikat fil-punt 3(e) tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 mal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem . [Em. 98]

(ca)

verifika rigward jekk il-materjali użati humiex adatti li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u jekk ir-rekwiżiti speċifikati fl-Artikolu 11 humiex issodisfati. [Em. 99]

2.   Meta l-Istati Membri jikkunsidraw, abbażi tal-evalwazzjoni mwettqa skont il-paragrafu 1(a), li hemm riskju għas-saħħa tal-bniedem li tirriżulta mis-sistemi ta' distribuzzjoni domestika f'postijiet ta' prijorità jew mill-prodotti u l-materjali relatati, jew meta l-monitoraġġ imwettaq skont il-paragrafu 1(b) juri li l-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I ma jkunux ġew issodisfati, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa sabiex jiġi eliminat jew jitnaqqas ir-riskju ta' nonkonformità mal-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti C tal-Anness I. :

(a)

jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiġi eliminat jew jitnaqqas ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mal-valuri parametriċi stipulati fil-Parti C tal-Anness I;

(b)

jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li l-migrazzjoni ta’ sustanzi jew ta’ sustanzi kimiċi minn prodotti għall-bini użati fit-tħejjija jew fid-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ma tkunx ta’ periklu għas-saħħa tal-bniedem, la direttament u lanqas indirettament;

(c)

jieħdu miżuri oħra, bħal metodi xierqa ta' kondizzjonament, f’kooperazzjoni mal-fornituri tal-ilma, biex jitbiddlu n-natura jew il-karatteristiċi tal-ilma qabel ma dan jiġi fornut sabiex jitnaqqas jew jiġi eliminat ir-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità mal-valuri parametriċi wara l-provvista;

(d)

jinfurmaw b’mod debitu u jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kundizzjonijiet tal-konsum u l-użu tal-ilma, u dwar azzjoni possibbli biex jiġi evitat li r-riskju jerġa’ jseħħ;

(e)

jorganizzaw taħriġ għall-plamers u għal professjonisti oħra involuti fis-sistemi ta’ distribuzzjoni domestika u fl-installazzjoni ta’ prodotti għall-bini;

(f)

b’rabta mal- Legionella , jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri effettivi ta’ kontroll u ġestjoni sabiex jiġu pprevjenuti u indirizzati okkorrenzi possibbli ta’ tifqigħat ta’ mard. [Em. 100]

2a.     Sabiex jitnaqqsu r-riskji assoċjati mad-distribuzzjoni domestika fis-sistemi ta' distribuzzjoni domestika kollha, l-Istati Membri għandhom:

(a)

iħeġġu lis-sidien tal-postijiet pubbliċi u privati jwettqu valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika;

(b)

jinfurmaw lill-konsumaturi u lis-sidien tal-postijiet pubbliċi u privati dwar il-miżuri li għandhom l-għan li jeliminaw jew inaqqsu r-riskju tan-nuqqas ta' konformità mal-istandards tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem minħabba s-sistema ta' distribuzzjoni domestika;

(c)

jinfurmaw b'mod debitu u jgħarrfu lill-konsumaturi dwar il-kundizzjonijiet tal-konsum u l-użu tal-ilma, u dwar azzjoni possibbli biex jiġi evitat li r-riskju jerġa' jseħħ;

(d)

jippromwovu taħriġ għall-plamers u għal professjonisti oħra involuti fis-sistemi ta' distribuzzjoni domestika u fl-installazzjoni ta' materjali u prodotti għall-bini f'kuntatt mal-ilma; u

(e)

f'dak li jirrigwarda l-Legionella, b'mod partikolari l-Legionella pneumophila, għandhom jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ miżuri ta' kontroll u ġestjoni effettivi u proporzjonati għar-riskju sabiex jiġu evitati u indirizzati okkorrenzi possibbli ta' tifqigħat tal-marda. [Em. 101]

Artikolu 10a

Rekwiżiti minimi tal-iġjene għall-prodotti, is-sustanzi u l-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

1.     L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li s-sustanzi u l-materjali użati għall-manifattura tal-prodotti ġodda kollha li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, li jitqiegħdu fis-suq u jintużaw għall-astrazzjoni, it-trattament jew id-distribuzzjoni, jew l-impuritajiet assoċjati ma' tali sustanzi:

(a)

ma jnaqqsux direttament jew indirettament il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem kif previst f'din id-Direttiva;

(b)

ma jaffettwawx ir-riħa jew it-togħma tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(c)

ma jkunux preżenti fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem f'konċentrazzjoni ogħla mil-livell meħtieġ biex jintlaħaq l-iskop li għalih ikunu qed jintużaw; u

(d)

ma jiffavorixxux l-iżvilupp mikrobijoloġiku.

2.    Għall-finijiet li tiġi żgurata l-applikazzjoni armonizzata tal-paragrafu 1, sa … [tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 19 sabiex tissupplementa din id-Direttiva billi tistabbilixxi r-rekwiżiti minimi tal-iġjene u l-lista ta' sustanzi użati għall-produzzjoni tal-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u jkunu approvati fl-Unjoni, inklużi limiti speċifiċi ta' migrazzjoni u kundizzjonijiet speċjali tal-użu kull fejn ikun applikabbli. Il-Kummissjoni għandha tirrevedi u taġġorna b'mod regolari l-lista f'konformità mal-aħħar żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi.

3.     Sabiex jappoġġa lill-Kummissjoni fl-adozzjoni u l-emendar tal-atti delegati skont il-paragrafu 2, għandu jitwaqqaf kumitat permanenti li jkun magħmul minn rappreżentati maħtura mill-Istati Membri li jistgħu jitolbu l-għajnuna ta' esperti jew konsulenti.

4.     Il-materjali li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li huma koperti minn leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni, bħar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (41) , għandhom jikkonformaw mal-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. [Em. 102]

Artikolu 11

Kontrolli

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jsiru kontrolli regolari tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, biex jaraw li l-ilma disponibbli għall-konsumaturi dan jissodisfa r-rekwiżiti ta' din id-Direttiva u partikolarment il-valuri parametriċi dikjarati skont l-Artikolu 5. Għandhom jittieħdu kampjuni rappreżentattivi tal-kwalità tal-ilma kkunsmat matul is-sena. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li, fejn id-diżinfettazzjoni hi parti mill-preparazzjoni jew distribuzzjoni tal-ilma maħsub għal-konsum mill-bniedem, l-effiċjenza tad-diżinfettazzjoni hi verifikata, u li kwalunkwe tniġġis minn sustanzi prodotti mill-istess diżinfettazzjoni jinżamm baxx kemm jista' jkun mingħajr ma jikkomprometti d-disinfettazzjoni. [Em. 103]

2.   Biex jiġu ssodisfati l-obbligi imposti fil-paragrafu 1, għandhom jiġu stabbiliti programmi xierqa ta' kontroll skont il-Parti A tal-Anness II, għall-ilma kollu maħsub għall-konsum mill-bniedem. Dawn il-programmi ta' kontroll għandhom jikkonsistu mill-elementi li ġejjin:

(a)

il-monitoraġġ tal-parametri elenkati fil-Partijiet A u B tal-Anness I, u tal-parametri stabbiliti skont l-Artikolu 5(2), skont l-Anness II, u, meta titwettaq valutazzjoni tar-riskju tal-provvista, skont l-Artikolu 9;

(b)

il-monitoraġġ tal-parametri elenkati fil-Parti C tal-Anness I, għall-finijiet tal-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika, kif previst fl-Artikolu 10(1)(b);

(c)

il-monitoraġġ, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-perikli, kif previst fl-Artikolu 8(1)(d).

3.   Il-punti li minnhom jittieħdu l-kampjuni għandhom jiġu determinati mill-awtoritajiet kompetenti u għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti relevanti stipulati fil-Parti D tal-Anness II.

4.   L-Istati Membri għandhom ikunu konformi mal-ispeċifikazzjonijiet għall-analiżi tal-parametri mniżżla fl-Anness III, skont il-prinċipji li ġejjin:

(a)

jistgħu jintużaw metodi ta’ analiżi differenti minn dawk speċifikati fil-Parti A tal-Anness III, sakemm ikun jista' jintwera li r-riżultati miksuba jkunu ta' min joqgħod fuqhom għall-inqas daqs dawk miksuba bil-metodi speċifikati billi l-Kummissjoni tiġi pprovduta bit-tagħrif relevanti kollu dwar dawn il-metodi u l-ekwivalenza tagħhom;

(b)

fħal dawk il-parametri mniżżla fil-Parti B tal-Anness III, jista’ jintuża kwalunkwe metodu ta’ analiżi sakemm dan jissodisfa r-rekwiżiti dikjarati fihom.

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru kontrolli żejda, każ b'każ, fuq sustanzi u mikro-organiżmi li għalihom ma kien stabbilit l-ebda valur parametriku skont l-Artikolu 5, jekk hemm raġuni biex wieħed jaħseb li dawn jistgħu ikunu preżenti f'ammonti jew numri li jikkostitwixxu periklu potenzali għas-saħħa tal-bniedem.

5a.     L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni r-riżultati tal-monitoraġġ imwettaq b'konformità mal-monitoraġġ tal-parametri elenkati fil-Parti Ca tal-Anness I sa … [tliet snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], u minn hemm 'il quddiem darba fis-sena.

Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 sabiex temenda din id-Direttiva billi taġġorna s-sustanzi inklużi fil-lista ta' sorveljanza stipulata fil-Parti Ca tal-Anness I. Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li żżid sustanzi meta jkun hemm riskju li tali sustanzi jkunu preżenti fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u jkunu ta' riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, iżda li l-għarfien xjentifiku dwarhom ma jkunx wera riskju għas-saħħa tal-bniedem. Biex tagħmel dan il-Kummissjoni għandha tibbaża ruħha, b'mod partikolari, fuq ir-riċerka xjentifika tad-WHO. Iż-żieda ta' kwalunkwe sustanza ġdida għandha tkun debitament ġustifikata skont l-Artikolu 1 ta' din id-Direttiva. [Em. 104]

5b.     Sa … [sena mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 sabiex tissupplementa din id-Direttiva billi tadotta metodoloġija għall-kejl tal-mikroplastiċi elenkati fil-lista ta' sorveljanza stabbilita fil-Parti Ca tal-Anness I. [Em. 105]

Artikolu 12

Azzjoni Korrettiva u restrizzjonijiet fl-użu

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull kaz każ li fih ma jintlaħqux il-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5 fil-punt ta' konformità msemmi fl-Artikolu 6, ikun investigat mill-ewwel ħalli tiġi identifikata l-kawża. [Em. 106]

2.   Jekk, minkejja l-miżuri meħuda biex jintlaħqu l-obligazzjonijiet imposti fl-Artikolu 4(1), l-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem ma' jilħaqx il-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5, l-Istati Membri konċernati għandhom jiżguraw li tittieħed azzjoni korrettiva mill-iktar fis possibli biex terġa' tintlaħaq il-kwalità u jagħtu prijorità lill-azzjoni tal-infurzar tagħhom, wara li jkunu ikkunsidraw inter alia b'kemm ikun inqabeż il-valur parametriku relevanti u l-ħsara li dan jista' jagħmel lis-saħħa tal-bniedem.

F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-valuri parametriċi stipulati fil-Parti C tal-Anness I, l-azzjoni korrettiva għandha tinkludi l-miżuri stipulati fil-punti (a) sa (f) tal-Artikolu fl-Artikolu  10(2 a ). [Em. 107]

3.   Irrispettivament minn jekk ikunux intlaħqu jew le l-valuri parametriċi, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun ipprojbit jew ristrett l-użu ta' kwalunkwe provvista ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jista' jkun ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem u li tittieħed kull azzjoni oħra ta’ rimedju meħtieġa għall-ħarsien tas-saħħa tal-bniedem.

L-Istati Membri għandhom, b’mod awtomatiku, iqisu kwalunkwe nuqqas b’rabta mal-issodisfar tar-rekwiżiti minimi għall-valuri parametriċi stabbiliti fil-Partijiet A u B tal-Anness I bħala periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem , ħlief jekk l-awtoritajiet kompetenti jqisu li n-nonkonformità mal-valur parametriku jkun wieħed trivjali . [Em. 108]

4.   Fil-każijiet deskritti fil-paragrafi 2 u 3, meta n-nonkonformità mal-valuri parametriċi titqies bħala periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, l-Istati Membri għandhom, kemm jista’ jkun malajr, jieħdu l-miżuri kollha li ġejjin: [Em. 109]

(a)

jinnotifikaw lill-konsumaturi affettwati kollha dwar il-periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u dwar il-kawża tiegħu, dwar il-qbiż tal-valur parametriku u dwar l-azzjonijiet korrettivi meħuda, inklużi l-projbizzjoni, ir-restrizzjoni jew azzjonijiet oħra;

(b)

jagħtu, u jaġġornaw b’mod regolari, pariri lill-konsumaturi rigward il-konsum u l-kundizzjonijiet tal-użu tal-ilma, filwaqt li jiġu kkunsidrati b’mod partikolari gruppi vulnerabbli potenzjali;

(c)

jinfurmaw lill-konsumaturi ladarba jiġi stabbilit li m’għadx hemm periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, u jgħarrfuhom li s-servizz reġa’ lura għan-normal.

Il-miżuri msemmija fil-punti (a), (b) u (c) għandhom jittieħdu f'kooperazzjoni mal-fornitur tal-ilma kkonċernat. [Em. 110]

5.    Meta jiġi stabbilit in-nuqqas ta' konformità fil-punt tal-konformità, l-awtoritajiet kompetenti jew korpi oħra relevanti għandhom jiddeċiedu x'azzjoni għandha tittieħed skont il-paragrafu 3, waqt li jżommu quddiem għajnejhom ir-riskji għas-saħħa tal-bniedem li jinħolqu mit-twaqqif jew restrizzjoni fl-użu ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. [Em. 111]

Artikolu 12a

Derogi

1.     L-Istati Membri jistgħu jipprevedu derogi mill-valuri parametriċi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness I, jew skont l-Artikolu 5(2), sa valur massimu li jiddeterminawh huma stess, dment li tali derogi ma jikkostitwixxux periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u dment li l-provvista tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fiż-żona kkonċernata ma tkunx tista' tinżamm b'mezzi raġonevoli oħra. Tali derogi għandhom ikunu limitati għall-każijiet li ġejjin:

(a)

żona ta' provvista tal-ilma ġdida;

(b)

sors ġdid ta' tniġġis identifikat f'żona tal-provvista tal-ilma jew parametri li jkunu għadhom kemm ġew imfittxija jew identifikati.

Id-derogi għandhom ikunu limitati għall-iqsar żmien possibbli u ma għandhomx ikunu itwal minn tliet snin, u meta dan iż-żmien joqrob lejn tmiemu, l-Istati Membri għandhom iwettqu rieżami biex jiġi ddeterminat jekk sarx progress suffiċjenti.

F'ċirkostanzi eċċezzjonali, Stat Membru jista' jagħti t-tieni deroga fir-rigward tal-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu. Meta Stat Membru jkollu l-ħsieb li jagħti t-tieni deroga, dan għandu jikkomunika r-rieżami, flimkien mar-raġunijiet li wassluh għad-deċiżjoni dwar it-tieni deroga, lill-Kummissjoni. Din it-tieni deroga m'għandhiex tkun itwal minn tliet snin.

2.     Kwalunkwe deroga mogħtija skont il-paragrafu 1 għandha tispeċifika dan li ġej:

(a)

ir-raġunijiet għad-deroga;

(b)

il-parametru kkonċernat, ir-riżultati rilevanti ta' kontrolli li jkunu saru, u l-valur massimu permissibbli skont id-deroga;

(c)

iż-żona ġeografika, il-kwantità ta' ilma pprovdut kuljum, il-popolazzjoni kkonċernata u jekk tkunx se tiġi affettwata xi impriża rilevanti li tipproduċi l-ikel;

(d)

skema xierqa ta' monitoraġġ, b'żieda fil-frekwenza ta' monitoraġġ fejn meħtieġ;

(e)

pjan fil-qosor tal-azzjoni korrettiva meħtieġa, inkluża skeda tax-xogħol u stima tal-ispejjeż u dispożizzjonijet għal reviżjoni; u

(f)

it-tul taż-żmien meħtieġ tad-deroga.

3.     Jekk l-awtoritajiet kompetenti jħossu li n-nuqqas ta' konformità mal-valur parametriku jkun wieħed trivjali, u jekk azzjoni korrettiva meħuda skont l-Artikolu 12(2) tkun biżżejjed biex tirrimedja l-problema fi żmien massimu ta' tletin jum, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu ma jiġux speċifikari fid-deroga.

F'dak il-każ, l-awtoritajiet kompetenti jew korpi oħra rilevanti għandhom jistabbilixxu biss fid-deroga l-valur massimu permissibli għall-parametru kkonċernat u ż-żmien allokat għar-rimedju tal-problema.

4.     Wieħed ma għandux aktar jirrikorri għall-paragrafu 3 jekk ikun ġie nnutat nuqqas ta' konformità ma' valur parametriku wieħed għal provvista partikolari ta' ilma li tkun seħħet f'aktar minn 30 jum fit-12-il xahar ta' qabel.

5.     Kull Stat Membru li jkun irrikorra għad-derogi previsti f'dan l-Artikolu għandu jiżgura li l-popolazzjoni affettwata minn din id-deroga tkun informata fil-pront u kif xieraq dwar id-deroga u dwar il-kundizzjonijiet li jirregolawha. Barra minn hekk, l-Istat Membru għandu, fejn meħtieġ, jiżgura li jingħata parir lil gruppi partikolari tal-popolazzjoni li għalihom id-deroga tista' tippreżenta riskju speċjali.

Dawn l-obbligi msemmija fl-ewwel subparagrafu m'għandhomx japplikaw fiċ-ċirkostanzi deskritti fil-paragrafu 3 sakemm l-awtoritajiet kompetenti ma jiddeċidux mod ieħor.

6.     Ħlief għal derogi mogħtija skont il-paragrafu 3, l-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien xahrejn bi kwalunkwe deroga li tirrigwarda provvista tal-ilma individwali b'medja ta' aktar minn 1 000 m3 kuljum jew li sservi aktar minn 5 000 persuna, inkluż it-tagħrif speċifikat fil-paragrafu 2.

7.     Dan l-Artikolu m'għandux japplika għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem li jiġi offrut għall-bejgħ fi fliexken jew kontenituri. [Em. 112]

Artikolu 13

Aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

1.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9 tad-Direttiva 2000/60/KE u għall-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità , l-Istati Membri għandhom , filwaqt li jqisu l-perspettivi u ċ-ċirkostanzi lokali u reġjonali għad-distribuzzjoni tal-ilma, jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex itejbu l-aċċess ta’ kulħadd universali għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, u biex jippromwovu l-użu tiegħu fit-territorju tagħhom. Dan għandu jinkludi l-miżuri kollha li ġejjin:

(a)

l-identifikazzjoni ta’ persuni tal-persuni mingħajr aċċess għal ilma , jew b'aċċess limitat, għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem , inklużi l-gruppi vulnerabbli u emarġinati, u r-raġunijiet għan-nuqqas ta’ aċċess (pereżempju minħabba appartenenza għal gruppi vulnerabbli u emarġinati), il-valutazzjoni tal-possibbiltajiet t-teħid ta' azzjonijiet l-evalwazzjoni tal-possibbiltajiet għat-titjib tal-aċċess għal dawk in-nies u li dawn jiġu infurmati dwar il-possibiltajiet il-possibbiltajiet li jiġu konnessi ma’ netwerk man-netwerk ta’ distribuzzjoni, jew dwar mezzi alternattivi biex ikollhom aċċess għal ilma ta’ dan it-tip;

(aa)

l-iżgurar tal-provvista pubblika tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(b)

l-installazzjoni u ż-żamma fuq barra u fuq ġewwa ta’ tagħmir , inklużi punti ta' riforniment, għal aċċess ħieles għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem fi spazji fl-ispazji pubbliċi , b'mod partikolari fiż-żoni li minnhom jgħaddu ħafna nies; fejn ikun teknikament fattibbli, dan għandu jsir b'mod li jkun proporzjonat mal-ħtieġa ta' tali miżuri u b'kont meħud tal-kundizzjonijiet lokali speċifiċi, bħall-klima u l-ġeografija ;

(c)

il-promozzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem permezz ta’ dawn li ġejjin:

(i)

it-tnedija il-varar ta’ kampanji biex iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar il-kwalità tajba tal-ilma tal-vit u biex titqajjem kuxjenza dwar l-eqreb punt ta’ dan l-ilma riforniment maħsub apposta ;

(ia)

it-tnedija ta' kampanji biex il-pubbliku ġenerali jitħeġġeġ iġorr fliexken tal-ilma li jistgħu jerġgħu jintużaw u tnedija ta' inizjattivi ta' sensibilizzazzjoni dwar il-punti ta' riforniment;

(ii)

it-tħeġġiġ l-iżgurar tal-forniment bla ħlas ta’ dan l-ilma f’amministrazzjonijiet u f’binjiet pubbliċi , kif ukoll l-iskoraġġiment tal-użu tal-ilma f'kontenituri jew fi fliexken tal-plastik li jintużaw darba biss f'tali amministrazzjonijiet u binjiet ;

(iii)

it-tħeġġiġ tal-għoti b’xejn ta’ ilma ta’ dan it-tip b'xejn jew b'tariffa baxxa għas-servizz, għall-klijenti f’ristoranti, f’kantins u f’servizzi ta’ catering. [Em. 113, 165, 191, 208, 166, 192, 169, 195, 170, 196, 197 u 220]

2.   Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura skont il-paragrafu 1(a), l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha li jqisu meħtieġa u xierqa biex jiżguraw l-aċċess minn gruppi vulnerabbli u emarġinati għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. [Em. 114]

F’każ li dawk il-gruppi ma jkollhomx aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, l-Istati Membri għandhom jgħarrfuhom minnufih rigward il-kwalità tal-ilma li jkunu qed jużaw, u rigward kwalunkwe azzjoni li tista’ tittieħed biex jiġu evitati l-effetti ħżiena fuq saħħet il-bniedem li jistgħu jirriżultaw minn kwalunkwe tniġġis ta’ dak l-ilma.

2a.     Meta l-obbligi skont dan l-Artikolu jkunu jinkombu fuq l-awtoritajiet pubbliċi lokali skont id-dritt nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn l-awtoritajiet ikollhom il-mezzi u r-riżorsi biex jiżguraw l-aċċess għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u li kwalunkwe miżura f'dak ir-rigward tkun proporzjonata mal-kapaċitajiet u d-daqs tan-netwerk ta' distribuzzjoni kkonċernat. [Em. 173, 199 u 209]

2b.     B'kunsiderazzjoni tad-data miġbura skont id-dispożizzjonijiet stipulati fil-punt (a) tal-Artikolu15(1), il-Kummissjoni għandha tikkollabora mal-Istati Membri u mal-Bank Ewropew tal-Investiment biex tappoġġa lil dawk il-muniċipalitajiet fl-Unjoni li m'għandhomx il-kapital meħtieġ, sabiex dawn ikunu jistgħu jaċċessaw għajnuna teknika, finanzjament tal-Unjoni disponibbli u self fuq terminu twil b'rata tal-imgħax preferenzjarja, b'mod partikolari bl-għan li tinżamm u tiġġedded l-infrastruttura tal-ilma sabiex jiġi żgurat il-forniment ta' ilma ta' kwalità għolja, u biex is-servizzi tal-ilma u tas-sanità jiġu estiżi għall-gruppi tal-popolazzjoni vulnerabbli u marġinalizzati. [Em. 174, 200 u 210]

Artikolu 14

Informazzjoni għall-pubbliku

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fuq l-internet , jew b'mezzi oħra faċili għall-utent, ikun hemm disponibbli, għall-persuni kollha li lilhom jiġi pprovdut l-ilma, informazzjoni xierqa , aġġornata aġġornata aċċessibbli dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, f’konformità mal-Anness IV , u f'konformità mar-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta . [Em. 116]

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni kollha li lilhom jiġi pprovdut l-ilma jirċievu, b’mod regolari u tal-anqas darba f’sena, fl-aktar forma xierqa u faċilment aċċessibbli (pereżempju fil-fattura tagħhom jew permezz ta’ applikazzjonijiet intelliġenti) u mingħajr ma jkollhom għalfejn jitolbuha skont kif jiġi ddeterminat mill-awtoritajiet kompetenti , l-informazzjoni li ġejja: [Em. 117]

(a)

informazzjoni dwar l-istruttura tal-ispejjeż tat-tariffa liema spejjeż jiġu rkuprati permezz ta' sistema tariffarja, informazzjoni dwar it-tariffa imposta għal kull metru kubu ta’ ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, inklużi l-ispejjeż inkluża d-distribuzzjoni tal-ispejjeż fissi u dawk varjabbli;, li tippreżenta tal-inqas l-ispejjeż relatati mal-elementi li ġejjin: [Em. 118]

(i)

il-miżuri meħuda mill-fornituri tal-ilma għall-valutazzjoni tal-perikli skont l-Artikolu 8(5); [Em. 119]

(ii)

it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem; [Em. 120]

(iii)

il-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi; [Em. 121]

(iv)

il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 13, f’każ li l-fornituri tal-ilma jkunu ħadu miżuri ta’ dak it-tip; [Em. 122]

(aa)

informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, inklużi l-parametri indikaturi; [Em. 123]

(b)

il-prezz meta l-ispejjeż jiġu rkuprati permezz ta' sistema tariffarja, il-prezz tal-provvista ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għal kull metru kubu, u l-prezz fatturat għal kull litru ; meta l-ispejjeż ma jiġux irkuprati permezz ta' sistema tariffarja, l-ispejjeż annwali totali mġarrba mis-sistema tal-ilma biex tiġi żgurata l-konformità ma' din id-Direttiva, akkumpanjati minn informazzjoni kuntestwali metru kubu ta’ ilma rilevanti dwar kif l-ilma maħsub għall-konsum għall-konsum mill-bniedem fornut ikun qed jiġi pprovdut liż-żona ; [Em. 124]

(ba)

it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem; [Em. 125]

(c)

il-volum ikkunsmat mill-unità domestika, mill-inqas kull sena jew għal kull perjodu tal-kont, flimkien max-xejriet annwali ta’ konsum annwali tal-unitajiet domestiċi, jekk dan ikun teknikament fattibbli u biss jew din l-informazzjoni tkun disponibbli għall-fornitur tal-ilma ; [Em. 126]

(d)

tqabbil tal-konsum annwali ta’ ilma mill-unità domestika, b’konsum medju għal unità domestika tal-istess kategorija , meta applikabbli skont il-punt (c) ; [Em. 127]

(e)

ħolqa għas-sit web li jkun fih l-informazzjoni stipulata fl-Anness IV.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu diviżjoni ċara tar-responsabbiltajiet fir-rigward tal-għoti tal-informazzjoni skont l-ewwel subparagrafu bejn il-fornituri tal-ilma, il-partijiet ikkonċernati u l-korpi lokali kompetenti. Il-Kummissjoni tista’ hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni delegati skont l-Artikolu 19 li jissupplementaw din id-Direttiva billi jispeċifikaw il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-ewwel subparagrafu, kif ukoll il-modalitajiet għall-preżentazzjoni tagħha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20(2). [Em. 128]

3.   Il-paragrafi 1 u 2 huma mingħajr preġudizzju għad-Direttivi 2003/4/KE u 2007/2/KE.

Artikolu 15

Informazzjoni dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni

1.   Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2003/4/KE u għad-Direttiva 2007/2/KE, l-Istati Membri, megħjuna mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, għandhom:

(a)

jistabbilixxu, sa … [6 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva], u jaġġornaw, kull 6 snin wara dik id-data, sett ta’ dejta li jkun fih informazzjoni dwar il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 13, u dwar is-sehem tal-popolazzjoni tagħhom li għandu aċċess għal ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem;

(b)

jistabbilixxu, sa … [3 snin wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva], u jaġġornaw, kull 3 snin wara dik id-data, sett ta’ dejta li jkun fih il-valutazzjonijiet tal-periklu u l-valutazzjonijiet tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika mwettqa skont l-Artikoli 8 u 10, rispettivament, li jinkludu l-elementi li ġejjin:

(i)

il-punti ta’ astrazzjoni, identifikati skont l-Artikolu 8(1)(a);

(ii)

ir-riżultati tal-monitoraġġ miġbura skont l-Artikolu 8(1)(d) u l-Artikolu 10(1)(b); u

(iii)

informazzjoni konċiża dwar il-miżuri meħuda skont l-Artikolu 8(5) u l-Artikolu 10(2);

(c)

jistabbilixxu, u jaġġornaw kull sena minn hemm ’il quddiem, sett ta’ dejta li jkun fih ir-riżultati tal-monitoraġġ, f’każijiet fejn jinqabżu l-valuri parametriċi stabbiliti fil-Partijiet A u B tal-Anness I, miġbura skont l-Artikoli 9 u 11 u informazzjoni dwar l-azzjonijiet korrettivi meħuda skont l-Artikolu 12;

(d)

jistabbilixxu, u jaġġornaw kull sena minn hemm ’il quddiem, sett ta’ dejta li jkun fih informazzjoni dwar inċidenti relatati mal-ilma tax-xorb li kkawżaw periklu riskju potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, irrispettivament minn jekk ikunx seħħ jew le xi nuqqas fl-ilħiq tal-valuri parametriċi, li jkun dam għal aktar minn 10 ijiem konsekuttivi u li jkun affettwa mill-inqas 1 000 persuna, inklużi l-kawżi ta’ dawk l-inċidenti u l-azzjonijiet korrettivi meħuda skont l-Artikolu 12. [Em. 129]

Fejn possibbli, għall-preżentazzjoni ta’ dawk is-settijiet ta’ dejta għandhom jintużaw servizzi ta’ dejta spazjali kif definiti fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2007/2/KE.

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-Kummissjoni, l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ikollhom aċċess għas-settijiet ta’ dejta msemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent għandha tippubblika deskrizzjoni ġenerali dwar l-Unjoni kollha abbażi tad-dejta miġbura mill-Istati Membri fuq bażi regolari, jew fuq talba tal-Kummissjoni.

Id-deskrizzjoni ġenerali dwar l-Unjoni kollha għandha tinkludi, skont kif xieraq, indikaturi għall-eżiti, għar-riżultati u għall-impatti ta’ din id-Direttiva, mapep li joffru ħarsa ġenerali u li jkopru l-Unjoni kollha u rapporti ġenerali tal-Istati Membri.

4.   Il-Kummissjoni tista’ hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 ta’ implimentazzjoni li jissupplementaw din id-Direttiva billi jispeċifikaw il-format tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafi 1 u 3, inklużi rekwiżiti dettaljati dwar l-indikaturi, il-mapep li joffru ħarsa ġenerali u li jkopru l-Unjoni kollha u r-rapporti ġenerali tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 3, kif ukoll il-modalitajiet għall-preżentazzjoni ta’ din l-informazzjoni. [Em. 130]

L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 20(2). [Em. 131]

Artikolu 16

Aċċess għall-ġustizzja

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prattika nazzjonali, ikollhom aċċess għal proċedura ta’ stħarriġ quddiem qorti tal-ġustizzja jew quddiem korp ieħor indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi biex jikkontestaw il-legalità sostantiva jew proċedurali ta’ deċiżjonijiet, atti jew ommissjonijiet relatati mal-implimentazzjoni tal-Artikoli 4, 5, 12, 13 u 14, meta tiġi ssodisfata waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

ikollhom interess suffiċjenti;

(b)

isostnu li ġarrbu l-ksur ta’ dritt, meta dan ikun meħtieġ bħala prekondizzjoni mil-liġi amministrattiva proċedurali ta’ Stat Membru.

2.   L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu f’liema stadju jistgħu jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet, l-atti jew l-ommissjonijiet.

3.   Dak li jikkostitwixxi interess suffiċjenti u ksur ta’ dritt għandu jiġi stabbilit mill-Istati Membri, b’mod konsistenti mal-objettiv li jingħata aċċess wiesa’ għall-ġustizzja lill-pubbliku kkonċernat.

Għal dak l-għan, l-interess ta’ kwalunkwe organizzazzjoni mhux governattiva li tippromwovi l-ħarsien tal-ambjent u li tissodisfa r-rekwiżiti skont il-liġi nazzjonali għandu jitqies bħala suffiċjenti għall-finijiet tal-paragrafu 1(a).

Tali organizzazzjonijiet għandhom jitqiesu wkoll li għandhom drittijiet li jistgħu jinkisru għall-finijiet tal-paragrafu 1(b).

4.   Il-paragrafi 1, 2 u 3 m’għandhomx jeskludu l-possibbiltà ta’ proċedura ta’ stħarriġ preliminari quddiem awtorità amministrattiva u lanqas ma għandhom jaffettwaw ir-rekwiżit tal-eżawriment tal-proċeduri ta’ stħarriġ amministrattiv qabel isir użu minn proċeduri ta’ stħarriġ ġudizzjarju, meta jkun jeżisti rekwiżit ta’ dan it-tip skont il-liġi nazzjonali.

5.   Kwalunkwe proċedura ta’ stħarriġ ta’ dan it-tip imsemmija fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 4 għandha tkun ġusta, retta, u f’waqtha, filwaqt li ma għandhiex tinvolvi tant spejjeż li ssir projbittiva.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tagħrif dwar l-aċċess għall-proċeduri ta’ stħarriġ amministrattiv u dwar il-proċeduri ta’ stħarriġ ġudizzjarju jkun disponibbli għall-pubbliku.

Artikolu 17

Evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni, sa [12-il sena wara l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva], għandha twettaq evalwazzjoni ta’ din id-Direttiva. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata, inter alia, fuq l-elementi li ġejjin:

(a)

l-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva;

(b)

is-settijiet ta’ dejta mingħand l-Istati Membri stabbiliti skont l-Artikolu 15(1) u d-deskrizzjonijiet ġenerali dwar l-Unjoni kollha kkompilati mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent f’konformità mal-Artikolu 15(3);

(c)

id-dejta xjentifika, analitika u epidemjoloġika rilevanti;

(d)

ir-rakkomandazzjonijiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, fejn dawn ikunu disponibbli.

2.   Fil-kuntest tal-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-prestazzjoni ta’ din id-Direttiva b’rabta mal-aspetti li ġejjin:

(a)

l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju stabbilit fl-Artikolu 7;

(b)

id-dispożizzjonijiet relatati mal-aċċess għall-ilma stabbiliti fl-Artikolu 13 u s-sehem tal-popolazzjoni mingħajr aċċess għall-ilma ; [Em. 132]

(c)

id-dispożizzjonijiet dwar l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-pubbliku skont l-Artikolu 14 u l-Anness IV , inkluża ħarsa ġenerali fil-livell tal-Unjoni tal-informazzjoni elenkata fil-punt 7 tal-Anness IV, li tkun faċli għall-utent . [Em. 133]

2a.     Il-Kummissjoni għandha, mhux aktar tard minn … [ħames snin mill-iskadenza finali għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva] — u aktar tard meta jkun xieraq — tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-theddida potenzjali li l-mikroplastiċi, il-prodotti medċinali u, jekk ikun meħtieġ, sustanzi niġġiesa oħra emerġenti jippreżentaw għas-sorsi tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem kif ukoll dwar ir-riskji potenzjali għas-saħħa relatati. Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li li tadotta, jekk ikun meħtieġ, atti delegati skont l-Artikolu 19 sabiex tissupplementa din id-Direttiva billi tistabbilixxi l-livelli massimi għall-mikroplastiċi, il-prodotti mediċinali u sustanzi niġġiesa oħra emerġenti fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem. [Em. 134]

Artikolu 18

Reviżjoni u emendar tal-Annessi

1.   Tal-anqas kull ħames snin, il-Kummissjoni għandha tirrevedi l-Anness I fid-dawl tal-progress xjentifiku u tekniku .

Il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-valutazzjonijiet tal-periklu u l-valutazzjonijiet tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika tal-Istati Membri inklużi fis-settijiet ta’ dejta stabbiliti skont l-Artikolu 15, għandha tirrevedi l-Anness II u tivvaluta jekk hemmx bżonn li dan jiġi adattat jew li jiġu introdotti speċifikazzjonijiet ġodda ta’ monitoraġġ għall-finijiet ta’ dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju.

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 19 li jemenda l-Annessi I sa IV, fejn meħtieġ, li tadattahom għall-progress xjentifiku u tekniku jew li tispeċifika rekwiżiti ta’ monitoraġġ għall-finijiet tal-valutazzjonijiet tal-periklu u l-valutazzjonijiet tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika skont l-Artikolu 8(1)(d) u l-Artikolu 10(1)(b).

2a.     Sa … [ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva], il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid jekk l-Artikolu 10a wassalx għal livell suffiċjenti ta' armonizzazzjoni tar-rekwiżiti ta' iġjene fir-rigward tal-materjali u l-prodotti li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u, jekk ikun meħtieġ, tieħu aktar miżuri ulterjuri xierqa. [Em. 135]

Artikolu 19

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l- Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu 18(2) għandha tiġi mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva].

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 18(2) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma’ tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti innominati minn kull Stat Membru skont il- prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 18(2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk l-ebda oġġezzjoni ma tkun ġiet espressa jew mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn li huma għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 20

Proċedura tal-Kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 21

Penali

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, sa … [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha dwar kwalunkwe emendi sussegwenti li jaffettwawhom.

Artikolu 22

Trasposizzjoni

1.   L-Istati Membri għandhom jibdew idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi mal- Artikolu 2, mal-Artikoli 5 sa 21 u mal-Annessi I sa IV sa … [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk il-miżuri lill-Kummissjoni.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandu jkollhom referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b’referenza bħal din meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Għandhom ukoll jinkludu dikjarazzjoni li fiha jingħad li referenzi għad-Direttivi mħassra minn din id-Direttiva fil-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi eżistenti għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva. Huma l-Istati Membri li għandhom jiddeċiedu kif issir dik ir-referenza.

2.   L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-testi t-test tad-dispożizzjonijiet prinċipali tad-dritt nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.

Artikolu 23

Tħassir

1.   Id-Direttiva 98/83/KE, kif emendata bl-istrumenti elenkati fil-Parti A tal-Anness V, hija mħassra b’effett minn [il-jum wara d-data fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 22(1)] , mingħajr preġudizzju għall-obbligi tal-Istati Membri b’rabta mal-limiti taż-żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali tad-Direttivi stabbiliti fil-Parti B tal-Anness V.

Ir-Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta' korrelazzjoni li hemm fl-Anness VI.

2.   Id-derogi mogħtija mill-Istati Membri skont l-Artikolu 9 tad-Direttiva 98/83/KE li jkunu għadhom japplikaw sa [l-iskadenza għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva] għandhom jibqgħu applikabbli sa tmiem id-durata tagħhom. Dawn ma jistax jiġġeddu aktar. [Em. 136]

Artikolu 24

Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea .

Artikolu 25

Lil Min hi Indirizzata

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 107.

(2)  ĠU C 361, 5.10.2018, p. 46.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Marzu 2019.

(4)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta’ Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330 5.12.1998, p. 32).

(5)  Ara l-Anness V.

(6)   Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali (Tfassil mill-ġdid) (ĠU L 164, 26.6.2009, p. 45).

(8)  Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

(9)  Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 178/2002 tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(10)  COM(2014)0177.

(11)  SWD(2016)0428.

(12)  Ir-Rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri SR 12/2017: “Implimentazzjoni tad-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb: titjib fil-kwalità tal-ilma u fl-aċċess għalih fil-Bulgarija, fl-Ungerija u fir-Rumanija, iżda l-ħtiġijiet ta’ investiment għadhom sostanzjali”.

(13)  Il-Proġett ta’ Kooperazzjoni tal-Uffiċċju Reġjonali tad-WHO għall-Ewropa dwar il-Parametri tal-Ilma tax-Xorb “Appoġġ għar-Rakkomandazzjoni dwar ir-reviżjoni tal-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (id-Direttiva dwar l-Ilma tax-Xorb)”, il-11 ta’ Settembru 2017.

(14)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787 tas-6 ta’ Ottubru 2015 li temenda l-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 260, 7.10.2015, p. 6).

(15)  Guidelines for drinking water quality, Fourth Edition, World Health Organisation, 2011 (Il-Linji Gwida tad-WHO għall-ilma tax-xorb, ir-Raba’ Edizzjoni, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2011) http://www.who.int/water_sanitation_health/publications/2011/dwq_guidelines/en/index.html

(16)  Water Safety Plan Manual: step-by-step risk management for drinking water suppliers, World Health Organisation, 2009 (Il-Manwal tal-Pjan tas-Sikurezza tal-Ilma: ġestjoni tar-riskju pass pass għall-fornituri tal-ilma tax-xorb, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2009) http://apps.who.int/iris/bitstream/10665/75141/1/9789241562638_eng.pdf

(17)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).

(19)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

(20)  “Legionella and the prevention of Legionellosis”, World Health Organisation, 2007 (“Il-Legionella u l-prevenzjoni tal-Leġjonellożi”, l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, 2007), http://www.who.int/water_sanitation_health/emerging/legionella.pdf

(21)  SWD(2016)0185.

(22)  COM(2014)0177.

(23)  COM(2014)0177, p. 12.

(24)  Proklamazzjoni Interistituzzjonali dwar il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (2017/C 428/09) tas-17 ta' Novembru 2017 (ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10).

(25)  P8_TA(2015)0294

(26)  P8_TA(2015)0294, paragrafu 62.

(27)  COM(2014)0209.

(28)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill (2013/C 378/01) tad-9 ta’ Diċembru 2013 dwar miżuri ta’ integrazzjoni tar-Rom effettivi fl-Istati Membri, (ĠU C 378, 24.12.2013, p. 1).

(29)  Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).

(30)  Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Diretiva tal-Kunsill 90/313/KEE (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

(31)  Id-Direttiva 2007/2/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi Infrastruttura għall-Informazzjoni Ġeografika fil-Komunità Ewropea (Inspire) (ĠU L 108, 25.4.2007, p. 1).

(32)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(33)  ĠU L 124, 17.5.2005, p. 4.

(34)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2013 dwar prinċipji komuni għal mekkaniżmi ta’ rimedju kollettiv ta’ inġunzjoni u kumpensatorji fl-Istati Membri li jirrigwardaw il-ksur tad-drittijiet skont il-Liġi tal-Unjoni (ĠU L 201, 26.7.2013, p. 60).

(35)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2013/51/Euratom tat-22 ta’ Ottubru 2013 li tistabbilixxi rekwiżiti għall-protezzjoni tas-saħħa tal-pubbliku ġenerali fir-rigward ta’ sustanzi radjuattivi fl-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 296, 7.11.2013, p. 12).

(36)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(37)  Id-Direttiva 2008/99/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar il-protezzjoni tal-ambjent permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 328, 6.12.2008, p. 28).

(38)   Ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 1).

(39)  Id-Direttiva 2006/118/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar il-protezzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art kontra t-tniġġis u d-deterjorament (ĠU L 372, 27.12.2006, p. 19).

(40)  Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma, li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 82/176/KEE, 83/513/KEE, 84/156/KEE, 84/491/KEE, 86/280/KEE u li temenda d-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).

(41)   Ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5).

ANNESS I

REKWIŻITI MINIMI GĦALL- VALURI PARAMETRIĊI UŻATI BIEX TIĠI EVALWATA L-KWALITÀ TAL-ILMA MAĦSUB GĦALL-KONSUM MILL-BNIEDEM

PARTI A

Parametri mikrobijoloġiċi

Parametru

Valur Parametriku

Unità

Spori tal-Clostridium perfringens

0

Numru/100 ml

Batterji Koliformi

0

Numru/100 ml

Enterokokki

0

Numru/100 ml

Escherichia coli (E.coli)

0

Numru/100 ml

L-għadd tal-kolonji Eterotrofiċi (HPC) 22o

L-ebda bidla mhux normali

 

Kolifaġi somatiċi

0

Numru/100 ml

Turbidità

<1

UTN

Nota

Il-parametri stabbiliti f'din il-Parti ma għandhomx japplikaw għall-ilmijiet minerali u min-nixxigħat b'konformità mad-Direttiva 2009/54/KE .

[Em. 179]

PARTI B

Parametri kimiċi

Parametru

Valur Parametriku

Unità

Noti

Akrilammid

0,10

μg/l

Il-valur parametriku jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f’kuntatt mal-ilma.

Antimonju

5,0

μg/l

 

Arseniku

10

μg/l

 

Benżen

1,0

μg/l

 

Benżo(a)piren

0,010

μg/l

 

Beta-estradijol (50-28-2)

0,001

μg/l

 

Bisfenol A

0,01   0,1

μg/l

 

Boron

1,0 1,5

mg/l

 

Bromat

10

μg/l

 

Kadmju

5,0

μg/l

 

Klorat

0,25

mg/l

 

Klorit

0,25

mg/l

 

Kromju

25

μg/l

Il-valur għandu jintlaħaq mhux iktar tard minn [10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-valur parametriku għall-kromju sa dik id-data hu ta’ 50 μg/l.

Ram

2,0

mg/l

 

Ċjanur

50

μg/l

 

1,2-dikloroetan

3,0

μg/l

 

Epikloroidrin

0,10

μg/l

Il-valur parametriku jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f’kuntatt mal-ilma.

Fluworur

1,5

mg/l

 

Aċidi Aloaċetiċi (HAAs)

80

μg/l

L-għadd totali tad-disa’ sustanzi rappreżentattivi li ġejjin: aċidu monokloroaċetiku, dikloroaċetiku, u trikloroaċetiku, aċidu monoaċetiku u aċidu dibromoaċetiku, aċidu bromodikloroaċetiku, aċidu dibromokloroaċetiku u aċidu tribromoaċetiku.

Ċomb

5

μg/l

Il-valur għandu jintlaħaq mhux iktar tard minn [10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-valur parametriku għaċ-ċomb sa dik id-data hu ta’ 10 μg/l.

Merkurju

1,0

μg/l

 

Mikroċistina-LR

1,0

μg/l

 

Nikil

20

μg/l

 

Nitrat

50

mg/l

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjoni [nitrat]/50 + [nitrit]/3 ≤ 1, fejn il-parenteżi kwadri jfissru l-konċentrazzjonijiet f’mg/l għan-nitrat (NO3) u n-nitrit (NO2), titħares, u li jkun hemm konformità mal-valur ta 0,10  mg/l għan-nitriti f’ilma li jkun ġie trattat.

Nitrit

0,50

mg/l

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjoni [nitrat]/50 + [nitrit]/3 ≤ 1, fejn il-parenteżi kwadri jfissru l-konċentrazzjonijiet f’mg/l għan-nitrat (NO3) u n-nitrit (NO2), tiġi mħarsa, u li jkun hemm konformità mal-valur ta 0,10  mg/l għan-nitriti f’ilma li jkun ġie trattat.

Nonilfenol

0,3

μg/l

 

Pestiċidi

0,10

μg/l

“Pestiċidi” tfisser:

insettiċidi organiċi,

erbiċidi organiċi,

fungiċidi organiċi,

nematoċidi organiċi,

akariċidi organiċi,

algiċidi organiċi,

rodentiċidi organiċi,

slimiċidi organiċi,

prodotti relatati (inter alia, regolaturi tat-tkabbir)

u l-metaboliti relevanti tagħhom kif definiti fl-Artikolu 3(32) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 (1) .

Il-valur parametriku japplika għal kull pestiċida individwali.

Fil-kaz tal-aldrin, tad-dieldrin, tal-ettakloru u tal-epossidu tal-ettakloru, il-valur parametriku huwa ta’ 0,030 μg/l.

Pestiċidi—Total

0,50

μg/l

“Pestiċidi — Total” tfisser l-għadd totali tal-pestiċidi individwali kollha, kif definiti fir-ringiela preċedenti, misjuba u kwantifikati fil-proċedura ta’ monitoraġġ.

PFAS

0,10

μg/l

“PFAS” tfisser kull sustanza per- u polifluworoalkilata individwali (formula kimika: CnF2n+1–R).

Il-formula għandha tintroduċi wkoll divrenzjar bejn PFASs ta' “katina twila” u PFASs ta' “katina qasira”. Din id-Direttiva għandha tapplika biss għal PFASs ta' “katina twila”.

Dan il-valur parametriku għal sustanzi PFAS individwali għandu japplika biss għal dawk is-sustanzi PFAS, li x'aktarx ikunu preżenti u li huma ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, skont il-valutazzjoni tal-perikli msemmija fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva.

PFASs – Totali

0,50

μg/l

“PFAS Totali” tfisser l-għadd totali tas-sustanzi per- u polifluworoalkilati individwali (formula kimika: CnF2n+1–R).

Dan il-valur parametriku għal PFASs Totali għandu japplika biss għal dawk is-sustanzi PFAS, li x'aktarx ikunu preżenti u li huma ta' periklu għas-saħħa tal-bniedem, skont il-valutazzjoni tal-perikli msemmija fl-Artikolu 8 ta' din id-Direttiva.

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

0,10

μg/l

L-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet tal-komposti kimiċi speċifikati li ġejjin: benżo(b)fluworanten, benżo(k)fluworanten, benżo(ghi)perilen, u indeno(1,2,3-cd)piren .

Selenju

10

μg/l

 

Tetrakloroeten u Trikloroeten

10

μg/l

L-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet tal-parametri speċifikati

Triħalometani —Total

100

μg/l

Fejn hu possibli, mingħajr ma tkun kompromessa d-diżinfezzjoni, l-Istati Membri għandom jippruvaw jilħqu valur aktar baxx.

L-għadd totali tal-konċentrazzjonijiet tal-komposti kimiċi speċifikati li ġejjin: kloroform, bromoform, dibromoklorometan, bromodiklorometan.

Uranju

30

μg/l

 

Klorur tal-vinil

0,50

μg/l

Il-valur parametriku jirreferi għall-konċentrazzjoni tal-monomeru residwu fl-ilma kif ikkalkulata skont l-ispeċifikazzjonijiet tar-rilaxx massimu mill-polimeru korrispondenti li jiġi f’kuntatt mal-ilma.

[Em. 138 u 180]

PART Ba

Parametri indikaturi

Parametru

Valur parametriku

Unità

Noti

Aluminju

200

μg/l

 

Ammonju

0,50

mg/l

 

Klorur

250

mg/l

Nota 1

Kulur

Aċċettabbli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali

 

 

Konduttività

2 500

μS cm-1 f'20 oC

Nota 1

Konċentrazzjoni ta' joni tal-idroġenu

≥ 6,5 u ≤ 9,5

unitajiet pH

Noti 1 u 3

Ħadid

200

μg/l

 

Manganiż

50

μg/l

 

Riħa

Aċċettabbli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali

 

 

Sulfati

250

mg/l

Nota 1

Sodju

200

mg/l

 

Togħma

Aċċettabbli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali

 

 

Kontenut ta' kolonji f'temperatura ta' 22 oC

L-ebda bidla mhux normali

 

 

Batterji Koliformi

0

Numru/100 ml

 

Karbonju organiku totali (TOC)

L-ebda bidla mhux normali

 

 

Turbidità

Aċċettabbli għall-konsumaturi u l-ebda bidla mhux normali

 

 

Nota 1:

L-ilma ma jridx ikun qawwi.

Nota 2:

Dan il-parametru għandu jitkejjel biss jekk l-ilma jkun ġej minn ilma tal-wiċċ jew jekk ikun affettwat minnu. F'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dan il-valur parametriku, l-Istat Membru kkonċernat għandu jinvestiga l-provvista biex jiżgura li ma hemm ebda periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem minħabba l-preżenza ta' mikroorganiżmi patoġeniċi, pereżempju l-cryptosporidium.

Nota 3:

Fil-każ tal-ilma bla gass fil-fliexken jew fil-kontenituri, il-valur minimu jista' jitnaqqas għal 4,5 unitajiet ta' pH.

Fil-każ tal-ilma fil-fliexken jew f'kontenituri li huwa arrikkit b'mod naturali jew artifiċjali bid-diossidu tal-karbonju, il-valur minimu jista' jkun aktar baxx.

[Em. 139]

PARTI C

Parametri rilevanti għall-valutazzjoni tar-riskju tad-distribuzzjoni domestika

Parametru

Valur Parametriku

Unità

Noti

Legionella pneumophila

<1 000

Numru/l

F’każ li ma jintlaħaqx il-valur parametriku <1 000 /l għal- Legionella , għandu jerġa’ jsir teħid ta’ kampjuni għal- Legionella pneumophila . Jekk ma jkunx hemm preżenti l- Legionella pneumophila , il-valur parametriku għal- Legionella jkun <10 000 /l

Legionella

< 10 000

Numru/l

Jekk ma jkunx hemm preżenti l-Legionella pneumophila, li l-valur parametriku tagħha huwa < 1 000 /l, il-valur parametriku għal-Legionella għandu jkun <10 000 /l.

Ċomb

5

μg/l

Il-valur għandu jintlaħaq mhux iktar tard minn [10 snin wara d-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva]. Il-valur parametriku għaċ-ċomb sa dik id-data hu ta’ 10 μg/l.

[Em. 140]

PART Ca

Parametri emerġenti li qegħdin jiġu mmonitorjati

Mikroplastiċi

Il-monitoraġġ għandu jitwettaq skont il-metodoloġija għall-kejl tal-mikroplastiċi stabbilita fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 11(5b)

[Em. 141]


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

ANNESS II

MONITORAĠĠ

PARTI A

L-għanijiet ġenerali u l-programmi ta’ monitoraġġ għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem

1.

Il-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti skont l-Artikolu 11(2) għall-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem għandhom:

(a)

jivverifikaw li l-miżuri fis-seħħ għall-kontroll tar-riskji għas-saħħa tal-bniedem tul il-katina tal-provvista tal-ilma miż-żona tal-astrazzjoni permezz tat-trattament u l-ħżin sad-distribuzzjoni qed jaħdmu b'mod effettiv u li l-ilma fil-punt tal-konformità jkun tajjeb u nadif;

(b)

jagħtu informazzjoni dwar il-kwalità tal-ilma fornut għall-kunsum mill-bniedem biex juru li l-obbligi stipulati fl-Artikolu 4 u l-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5 huma ssodisfati;

(c)

jidentifikaw l-aktar mezzi xierqa biex jitnaqqas ir-riskju għas-saħħa tal-bniedem.

2.

Il-programmi ta’ monitoraġġ stabbiliti skont l-Artikolu 11(2) għandhom jinkludu wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

ġbir u analiżi ta' kampjuni diskreti tal-ilma;

(b)

kejl irreġistrat permezz ta' proċess kontinwu ta' monitoraġġ.

Il-programmi ta’ monitoraġġ għandhom jinkludu wkoll programm ta’ monitoraġġ operazzjonali li jikkomplementa l-verifika tal-monitoraġġ, li jipprovdi għarfien immedjat dwar il-prestazzjoni operattiva u dwar problemi relatati mal-kwalità tal-ilma, u li jippermettu li tittieħed azzjoni korrettiva rapida ta’ rimedju ppjanata minn qabel. Programmi ta’ monitoraġġ operazzjonali għandhom ikunu speċifiċi għall-provvista, filwaqt li jqisu r-riżultati tal-valutazzjonijiet tal-perikli u l-valutazzjonijiet tar-riskju tal-provvista, u maħsuba biex jikkonfermaw l-effettività tal-miżuri kollha ta’ kontroll b’rabta mal-astrazzjoni, it-trattament, id-distribuzzjoni u l-ħżin. Il-programm ta’ monitoraġġ operazzjonali għandu jinkludi l-monitoraġġ tal-parametru tat-turbidità biex jikkontrolla b’mod regolari l-effikaċja tat-tneħħija b’mod fiżiku permezz ta’ proċessi ta’ filtrazzjoni, f’konformità mal-valuri parametriċi u l-frekwenzi indikati fit-tabella li ġejja:

Parametru

Valur Parametriku

Turbidità

0,3 NTU (95 %) u mhux >0,5 NTU għal 15-il minuta konsekuttiva


Volum (m3) ta’ ilma mqassam jew prodott kull ġurnata f’żona ta’ forniment

Frekwenza minima

≤ 10 000

Kuljum

>10 000

Online

Barra minn hekk, il-programmi ta' monitoraġġ jistgħu jikkonsistu minn:

(a)

spezzjonijiet tar-reġistrazzjonijiet tal-funzjonalità u l-manteniment tal-istatus tal-apparat;

(b)

spezzjonijiet taż-żona tal-astrazzjoni, u tal-infrastruttura tad-distribuzzjoni, it-trattament u l-ħżin, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ previsti fl-Artikolu 8(1)(c) u l-Artikolu 10(1)(b) .

3.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi ta' monitoraġġ jiġu riveduti fuq bażi kontinwa u aġġornati jew ikkonfermati mill-ġdid tal-anqas kull sitt snin.

PARTI B

Parametri u frekwenzi ewlenin ta’ kampjunar

1.   Parametri ewlenin

Escherichia coli (E. coli), spori tal- Clostridium perfringens kolifaġi somatiċi enterokokki huma meqjusa bħala “parametri ewlenin” u jistgħu ma jkunux soġġetti għal valutazzjoni tar-riskju tal-provvista skont il-Parti C tal-Anness ta' dan l-Anness . Dawn għandhom dejjem ikunu mmonitorjati skont il-frekwenzi stabbiliti fit-Tabella 1 tal-punt 2. [Em. 142]

2.   Il-frekwenza tal-kampjunar

Il-parametri kollha stabbiliti skont l-Artikolu 5 għandhom jiġu mmonitorjati tal-anqas skont il-frekwenzi stipulati fit-Tabella li ġejja, sakemm ma tiġix determinata frekwenza ta’ kampjunar differenti fuq il-bażi ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-provvista mwettqa skont l-Artikolu 9 u l-Parti C ta’ dan l-Anness:

Tabella 1

Il-frekwenza minima tal-kampjunar u l-analiżi tal-monitoraġġ tal-konformità

 

Għadd minimu ta’ kampjuni kull sena

≤ 100

10a

> 100

≤ 1 000

10a

> 1 000

≤ 10 000

50b

>10 000

≤ 100 000

365

>100 000

365

Volum (m3) ta’ ilma mqassam jew prodott kull ġurnata f’żona ta’ forniment provvista

(Ara n-Noti 1 u 2) m3

Parametru ta' Grupp A (parametru mikrobijoloġiku) –

għadd ta' kampjuni kull sena

(Ara n-Nota 3)

Parametru ta' Grupp B (parametru kimiku) –

għadd ta' kampjuni kull sena

 

≤ 100

> 0

(Ara n-Nota 4)

> 0

(Ara n-Nota 4)

> 100

≤ 1 000

4

1

> 1 000

≤ 10 000

4

+3

Għal kull 1 000 m3 kuljum, u parti minnu mill-volum totali

1

+1

Għal kull 1 000 m3 kuljum, u parti minnu mill-volum totali

> 10 000

≤ 100 000

 

3

+ 1

għal kull 10 000 m3 kuljum, u

parti minnu mill-volum totali

> 100 000

 

 

12

+ 1

Għal kull 25 000  m3 kuljum, u parti minnu mill-volum totali

a: il-kampjuni kollha għandhom jittieħdu f’ħinijiet meta r-riskju li l-patoġeni enteriċi jgħaddu fl-ilma trattat ikun għoli.

b: f’ħinijiet meta r-riskju li l-patoġeni enteriċi jgħaddu fl-ilma trattat ikun għoli għandhom jittieħdu mill-inqas 10 kampjuni.

Nota 1: Żona ta' forniment hija żona ġeografika identifikata li tforni ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem minn sors wieħed jew aktar u li l-kwalità tal-ilma tagħha tista' titqies li hi bejn wieħed u ieħor l-istess.

Nota 2: Il-volumi huma kkalkulati bħala medji għal sena kalendarja. Jista' jintuża l-għadd ta' abitanti f'żona ta' forniment minflok il-volum ta' ilma biex tiġi ddeterminata l-frekwenza minima, meta wieħed jassumi l-konsum ta' ilma bħala 200 l/(ġurnata*capita).

Nota 3: Il-frekwenza indikata hija kkalkulata kif ġej: pereżempju 4 300 m3/kuljum = 16-il kampjun (erba' għall-ewwel 1 000 m3/kuljum + 12 għat-3 300m3/kuljum addizzjonali).

Nota 3 4 : L-Istati Membri li ddeċidew li jeżentaw fornimenti individwali skont l-Artikolu 3(2)(b)  ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw dawn il-frekwenzi biss għaż-żoni ta' forniment li jqassmu bejn 10 u 100m3 kuljum. [Em. 186]

PARTI C

Valutazzjoni tar-riskju tal-provvista

1.

Il-valutazzjoni tar-riskju tal-provvista li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 9 għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipji ġenerali tal-valutazzjoni tar-riskju stabbiliti fl-istandards internazzjonali bħall-istandard EN 15975-2 dwar “il-linji gwida dwar il-ġestjoni tar-riskji u tal-kriżi għas-sigurtà tal-forniment tal-ilma tax-xorb”.

2.

Wara li ssir valutazzjoni tar-riskju tal-provvista, il-lista tal-parametri kkunsidrati fil-monitoraġġ għandhom jiġu estiżi u l-frekwenzi tal-kampjunar stabbiliti fil- Parti B għandhom jiżdiedu, fejn hija ssodisfata kwalunkwe waħda minn dawn il-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-lista tal-parametri jew tal-frekwenzi stipulata f'dan l-Anness mhijiex biżżejjed biex jiġu ssodisfati l-obbligi imposti skont l-Artikolu 11(1);

(b)

huwa meħtieġ monitoraġġ addizzjonali għall-finijiet tal-Artikolu 11(6);

(c)

huwa meħtieġ li jingħataw l-assigurazzjonijiet stipulati fil-punt (1)(a) tal-Parti A;

(d)

huwa meħtieġ li l-frekwenzi tal-kampjunar jiżdiedu skont l-Artikolu 8(3)(a).

3.

wara li ssir valutazzjoni tar-riskju tal-provvista, il-lista tal-parametri kkunsidrati fil-monitoraġġ u l-frekwenzi tal-kampjunar stipulati fil-Parti B jistgħu jitnaqqsu sakemm jiġu ssodisfati dawn il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-post u l-frekwenza tal-kampjunar huma ddeterminati b'rabta mal-oriġini tal-parametri, kif ukoll mal-varjabbiltà u x-xejra fuq termini twal tal-konċentrazzjoni tagħhom, fid-dawl tal-Artikolu 6;

(b)

biex titnaqqas il-frekwenza minima tal-kampjunar ta' parametru, ir-riżultati miksuba mill-kampjuni miġbura f'intervalli regolari fuq perjodu ta' mill-anqas tliet snin minn rapreżentazzjoni ta' punti ta' kampjunar miż-żona kollha ta' forniment, huma kollha anqas minn 60 % tal-valur parametriku;

(c)

biex jitneħħa parametru mil-lista ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati, ir-riżultati miksuba mill-kampjuni miġbura f'intervalli regolari fuq perjodu ta' mill-anqas tliet snin minn punti li jirrappreżentaw iż-żona kollha ta' forniment, huma kollha anqas minn 30 % tal-valur parametriku;

(d)

biex jitneħħa parametru mil-lista ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati, , id-deċiżjoni hi bbażata fuq ir-riżultat tal-valutazzjoni tar-riskju, sostnuta mir-riżultati tal-monitoraġġ tas-sorsi tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem u għandha tikkonferma li s-saħħa tal-bniedem hija protetta minn kull effett ħażin ta' kontaminazzjoni ta' ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, kif stipulat fl-Artikolu 1;

(e)

biex titnaqqas il-frekwenza tal-kampjunar ta’ parametru jew biex jitneħħa parametru mil-lista ta' parametri li għandhom jiġu mmonitorjati, il-valutazzjoni tar-riskju tikkonferma li ma jista' jiġi antiċipat l-ebda fattur li jista' jikkawża deterjorazzjoni tal-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem.

4.

Meta r-riżultati tal-monitoraġġ, li juru li l-kondizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 3, il-punti (b) sa (e) ikunu ġew issodisfati, ikunu diġà disponibbli minn [id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva], dawk ir-riżultati tal-monitoraġġ jistgħu jintużaw biex il-monitoraġġ jiġi adattat minn dik id-data wara li ssir l-valutazzjoni tar-riskju tal-provvista.

PARTI D

Il-metodi u l-punti tal-kampjunar

1.

Il-punti tal-kampjunar għandhom jintgħażlu b'mod li jassiguraw il-konformità mal-punti ta' konformità kif definit fl-Artikolu 6. F'każ ta' netwerk ta' distribuzzjoni, Stat Membru jista' jieħu kampjuni fiż-żona ta' forniment jew mix-xogħlijiet ta' trattament għal parametri partikolari jekk ikun jista' jintwera li mhux se jkun hemm l-ebda bidla negattiva għall-valur imkejjel tal-parametri kkonċernati. Sa fejn huwa possibbli, l-għadd ta' kampjuni għandu jitqassam ugwalment kemm fil-ħin kif ukoll fil-post.

2.

Il-kampjunar fil-punt ta' konformità għandu jissodisfa dawn ir-rekwiżiti:

(a)

il-kampjuni tal-konformità għal ċerti parametri kimiċi (b'mod partikolari r-ram, iċ-ċomb, il-Legionella u n-nikil) għandhom jittieħdu mill-viti tal-konsumaturi mingħajr ifflaxxjar minn qabel. Għandu jittieħed kampjun aleatorju b'volum ta' litru matul il-ġurnata. Bħala alternattiva, l-Istati Membri jistgħu jużaw metodi ta' żmien fiss ta' staġnar li jirriflettu s-sitwazzjonijiet nazzjonali tagħhom, sakemm fil-livell taż-żona ta' forniment, dan ma jirriżultax f'każijiet anqas ta' nuqqas ta' konformità minn meta jintuża l-metodu aleatorju ta' matul il-ġurnata;

(b)

il-kampjuni ta' konformità għall-parametri mikrobijoloġiċi fil-punt ta' konformità għandhom jittieħdu u jiġu mmaniġjati skont EN ISO 19458, l-iskop B tal-kampjunar.

2a.

Il-kampjuni tal-Legionella f'sistemi ta' distribuzzjoni domestika għandhom jittieħdu f'punti ta' riskju għall-proliferazzjoni tal-Legionella pneumophila u/jew għall-esponiment għaliha. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu linji gwida għal metodi ta' teħid ta' kampjuni għal-Legionella. [Em. 144]

3.

Il-kampjunar fin-netwerk ta' distribuzzjoni, bl-eċċezzjoni tal-kampjunar fil-vitin tal-konsumaturi, għandu jkun skont ISO 5667-5. Għall-parametri mikrobijoloġiċi, il-kampjunar fin-netwerk ta' distribuzzjoni għandu jittieħed u jiġi mmaniġjat skont EN ISO 19458, l-iskop A tal-kampjunar.

ANNEX IIa

Rekwiżiti minimi ta' iġjene għal sustanzi u materjali għall-manifattura ta' prodotti ġodda li jiġu f'kuntatt mal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem:

(a)

lista ta' sustanzi approvati għall-użu fil-manifattura ta' materjali, inkluż iżda mhux limitat għal materjali organiċi, l-elastomeri, silikoni, metalli, siment, reżini ta' skambju joniku, materjali komposti u prodotti derivati.

(b)

rekwiżiti speċifiċi għall-użu ta' sustanzi f'materjali u prodotti derivati minnhom.

(c)

restrizzjonijiet speċifiċi fuq il-migrazzjoni ta' ċerti sustanzi fl-ilma tax-xorb.

(d)

regoli ta' iġjene rigward proprjetajiet oħra li huma obbligatorji biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti.

(e)

regoli bażiċi biex tiġi vverifikata l-konformità mal-punti (a) sa (d).

(f)

regoli li jikkonċernaw il-kampjunar u l-metodi ta' analiżi biex tiġi eżaminata l-konformità mal-punti (a) sa (d). [Em. 145]

ANNESS III

SPEĊIFIKAZZJONIJIET GĦALL-ANALIŻI TA' PARAMETRI

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-metodi ta' analiżi użati għall-finijiet ta' monitoraġġ u demostrazzjoni tal-konformità ma' din id-Direttiva huma vvalidati u ddokumentati skont l-EN ISO/IEC 17025 jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li laboratorji jew partijiet ikkuntrattati ma' laboratorji japplikaw prattiki ta' sistema ta' ġestjoni ta' kwalità skont l-EN ISO/IEC 17025 jew standards oħra ekwivalenti aċċettati fil-livell internazzjonali.

Fin-nuqqas ta' metodu analitiku li jissodisfa l-kriterji tal-prestazzjoni minima stipulati fil-Parti B, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-monitoraġġ isir bl-użu tal-aħjar tekniki disponibbli iżda li ma joħolqux spejjeż eċċessivi.

PARTI A

Parametri mikrobijoloġiċi b'metodi tal-analiżi speċifikati għalihom

Il-metodi għall-parametri mikrobijoloġiċi huma:

(a)

Escherichia coli (E. coli) u batterji koliformi (EN ISO 9308-1 jew EN ISO 9308-2)

(b)

Enterokokki (EN ISO 7899-2)

(c)

Pseudomonas aeruginosa (EN ISO 16266)

(d)

l-għadd tal-kolonji jew l-għadd tal-kolonji eterotrofiċi f'temperatura ta' 22 oC (EN ISO 6222)

(e)

Clostridium perfringens inklużi l-ispori (EN ISO 14189)

(f)

Turbidità (EN ISO 7027)

(g)

Legionella (EN ISO 11731)

(h)

Kolifaġi somatiċi (EN ISO 10705-2)

PARTI B

Parametri kimiċi b'karatteristiċi tal-prestazzjoni speċifikati għalihom

1.   Parametri kimiċi

Għall-parametri stipulati fit-Tabella 1, il-metodu tal-analiżi użat għandu, bħala minimu, ikun kapaċi jkejjel il-konċentrazzjonijiet daqs il-valur parametriku b'limitu ta' kwantifikazzjoni, kif definit fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE (1), ta' 30 % jew anqas tal-valur parametriku u inċertezza tal-kejl kif speċifikat fit-Tabella 1. Ir-riżultat għandu jiġi espress bl-użu ta' mill-anqas l-istess għadd ta' cifri sinifikanti bħal dak tal-valur parametriku kkunsidrat fil-Parti B tal-Anness I.

L-inċertezza tal-kejl stabbilita fit-Tabella 1 ma għandhiex tintuża bħala tolleranza addizzjonali mal-valuri parametriċi stipulati fl-Anness I.

Tabella 1

Karatteristiċi minimi tal-prestazzjoni “Inċertezza tal-kejl”

Parametri

Inċertezzi tal-kejl

(Ara n-Nota 1)

% tal-valur parametriku

Noti

Akrilammid

30

 

Antimonju

40

 

Arseniku

30

 

Benżo(a)piren

50

Ara n-Nota 2

Benżen

40

 

Beta-estradijol (50-28-2)

50

 

Bisfenol A

50

 

Boron

25

 

Bromat

40

 

Kadmju

25

 

Klorat

30

 

Klorit

30

 

Kromju

30

 

Ram

25

 

Ċjanur

30

Ara n-Nota 3

1,2-dikloroetan

40

 

Epikloroidrin

30

 

Fluworur

20

 

HAAs

50

 

Ċomb

25

 

Merkurju

30

 

Mikroċistina-LR

30

 

Nikil

25

 

Nitrat

15

 

Nitrit

20

 

Nonilfenol

50

 

Pestiċidi

30

Ara n-Nota 4

PFASs

50 20

 

Idrokarburi aromatiċi poliċikliċi

30

Ara n-Nota 5

Selenju

40

 

Tetrakloroeten

30

Ara n-Nota 6

Trikloroeten

40

Ara n-Nota 6

Trialometani — total

40

Ara n-Nota 5

Uranju

30

 

Klorur tal-vinil

50

 

[Em. 177 u 224]

2.   Noti għat- Tabella 1

Nota 1

L-inċertezza tal-kejl hija parametru mhux negattiv li jikkaratterizza d-dispersjoni tal-valuri ta' kwantità attribwiti għal mikjel u bbażat fuq l-informazzjoni li ntużat. Il-kriterju tal-prestazzjoni għall-kejl tal-inċertezza (k = 2) huwa l-persentaġġ tal-valur parametriku msemmi fit-tabella jew kwalunkwe valur aktar strett . Il-kejl tal-inċertezza għandu jiġi kkalkulat fil-livell tal-valur parametriku, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor.

Nota 2:

Jekk il-valur tal-inċertezza tal-kejl ma jistax jiġi ssodisfat, għandha tingħażel l-aħjar teknika disponibbli (sa 60 %).

Nota 3:

Il-metodu għandu jistabilixxi t-total ta' ċjanur fil-forom kollha.

Nota 4:

Il-karatteristiċi tal-prestazzjoni għal pestiċidi individwali jingħataw bħala indikazzjoni. Jistgħu jinkisbu valuri tal-inċertezza tal-kejl baxxi sa 30 % għal diversi pestiċidi, filwaqt li jistgħu jiġu permessi valuri għolja sa 80 % għal għadd ta' pestiċidi.

Nota 5:

Il-karatteristiċi ta' prestazzjoni japplikaw għal sustanzi individwali speċifikati f'25 % tal-valur parametriku fil-Parti B tal-Anness I.

Nota 6:

Il-karatteristiċi ta' prestazzjoni japplikaw għal sustanzi individwali speċifikati f'50 % tal-valur parametriku fil-Parti B tal-Anness I.


(1)  Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/90/KE tal-31 ta' Lulju 2009 li tistipula, skont id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, speċifikazzjonijiet tekniċi għall-analiżi u l-monitoraġġ kimiċi tal-istat tal-ilma (ĠU L 201, 1.8.2009, p. 36).

ANNESS IV

INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI PPROVDUTA ONLINE LILL-PUBBLIKU [Em. 146]

L-informazzjoni li ġejja għandha tkun aċċessibbli online għall-konsumaturi, u għandha tkun personalizzata jew b'modi ugwali personalizzati u faċli biex dak li jkun jaċċessaha u jifhimha: [Em. 147]

(1)

l-identifikazzjoni tal-fornitur tal-ilma rilevanti , iż-żona u l-għadd ta' persuni fornuti, u l-metodu ta' produzzjoni tal-ilma ; [Em. 148]

(2)

l-aktar rieżami tal-aktar riżultati reċenti tal-monitoraġġ għal kull fornitur tal-ilma, għall-parametri elenkati fil-Parti fil-Partijiet  A , B fil-Parti B Ba tal-Anness I, inklużi inkluża l-frekwenza u l-post fejn jinsabu l-punti tal-kampjunar, li huma rilevanti għall-qasam ta’ interess għall-persuna li tkun qed tingħata l-provvista, flimkien mal-valur parametriku stabbilit skont l-Artikolu 5. Ir-riżultati tal-monitoraġġ ma għandhomx jirreferu għal perjodu li jkun qabeż: [Em. 149]

(a)

żmien xahar, għall-fornituri tal-ilma kbar ħafna;

(b)

żmien sitt xhur, għall-fornituri tal-ilma medji u kbar; [Em. 202]

(c)

żmien sena għall-fornituri tal-ilma żgħar ħafna u żgħar ; [Em. 203]

(3)

f'każ ta' periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem skont kif ikun determinat mill-awtoritajiet kompetenti wara li jinqabżu l-valuri parametriċi stabbiliti skont l-Artikolu 5, informazzjoni dwar il-periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u l-pariri assoċjati dwar is-saħħa u l-konsum, jew iperlink li jipprovdi aċċess għal tali informazzjoni; [Em. 150]

(4)

sommarju tal-valutazzjoni tar-riskju tal-provvista rilevanti; [Em. 151]

(5)

informazzjoni dwar il-parametri indikaturi elenkati fil-Parti Ba u l-valuri parametriċi assoċjati li ġejjin:;

(a)

Kulur;

(b)

pH (Konċentrazzjoni tal-joni tal-idroġenu);

(c)

Konduttività;

(d)

Ħadid;

(e)

Manganiż;

(f)

Riħa;

(g)

Togħma;

(h)

Ebusija;

(i)

Minerali, anjoni/katjoni dissolti fl-ilma:

Borat BO3-

Karbonat CO3 2-

Klorur Cl-

Fluworur F-

Karbonat tal-idroġenu HCO3-

Nitrat NO3-

Nitrit NO2-

Fosfat PO4 3-

Silikat SiO2

Sulfat SO4 2-

Sulfur S2-

Aluminju Al

Ammonju NH4+

Kalċju Ca

Manjeżju Mg

Potassju K

Sodju Na

Dawk il-valuri parametriċi u komposti kimiċi u mikroelementi mhux ionizzati oħrajn jistgħu jintwerew b’valur ta’ referenza u/jew spjegazzjoni; [Em. 152]

(6)

pariri lill-konsumaturi, inkluż dwar kif jistgħu jnaqqsu l-konsum tal-ilma meta jkun xieraq u kif jużaw l-ilma b'mod responsabbli skont il-kundizzjonijiet lokali ; [Em. 153]

(7)

għall-fornituri tal-ilma kbar u kbar ħafna, informazzjoni annwali dwar: [Em. 154]

(a)

il-prestazzjoni ġenerali tas-sistema tal-ilma f’termini ta’ effiċjenza, inklużi r-rati l-livelli ta’ tnixxija u l-effiċjenza enerġetika għal kull metru kubu ta’ ilma fornut skont kif determinati mill-Istati Membri ; [Em. 155]

(b)

informazzjoni dwar il-ġestjoni il-mudell l-governanza tal-fornitur tal-ilma, inkluża l-kompożizzjoni tal-bord tad-diretturi l-istruttura ta' sjieda tal-provvista tal-ilma mill-fornitur tal-ilma ; [Em. 156]

(c)

il-kwantità tal-ilma fornut kull sena, u x-xejriet ta’ konsum;

(d)

informazzjoni meta l-ispejjeż jiġu rkuprati permezz ta' sistema tariffarja, informazzjoni dwar l-istruttura tal-ispejjeż tat-tariffa tat-tariffi għal kull metru kubu ta’ ilma, inklużi l-ispejjeż fissi u dawk varjabbli, li tippreżenta tal-inqas kif ukoll l-ispejjeż relatati mal-użu ta’ enerġija għal kull metru kubu ta’ ilma fornut, il-miżuri mal-miżuri meħuda mill-fornituri tal-ilma għall-valutazzjoni tal-perikli skont l-Artikolu 8(4), it-trattament u d-distribuzzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem, il-ġbir u t-trattament tal-ilma mormi, u l-ispejjeż relatati mal-miżuri għall-finijiet tal-Artikolu 13, fejn il-fornituri tal-ilma jkunu ħadu miżuri ta’ dan it-tip; [Em. 157]

(e)

l-ammont tal-investimenti meqjusa bħala meħtieġa mill-fornitur biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà finanzjarja tas-servizzi tal-forniment tal-ilma (inklużi l-manutenzjoni ta’ l-infrastruttura) u l-ammont tal-investiment li ġie effettivament riċevut jew irkuprat magħmula, dawk għaddejjin dawk ippjanati, kif ukoll il-pjan ta' finanzjament ; [Em. 158]

(f)

it-tipi ta’ trattament u ta’ diżinfezzjoni applikati;

(g)

sommarju u statistika dwar l-ilmenti mill-konsumaturi, u dwar il-puntwalità u l-adegwatezza tar-risponsi għall-problemi kif dawn jiġu solvuti ; [Em. 159]

(8)

aċċess, fuq talba, għal dejta storika b’rabta mal-informazzjoni msemmija fil-punti (2) u (3), li tmur lura għal perjodu ta’ sa għaxar snin , u mhux iktar kmieni mit-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva . [Em. 160]

ANNESS V

Parti A

Id-Direttiva mħassra flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi tagħha

(imsemmija fl-Artikolu 23)

Id-Direttiva tal-kunsill 98/83/KE

(ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32)

 

Ir-Regolament (KE) Nru 1882/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 284, 31.10.2003, p. 1)

Il-punt 29 biss tal-Anness II

Ir-Regolament (KE) Nru 596/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(ĠU L 188, 18.7.2009, p. 14)

Il-punt 2.2 biss tal-Anness

Id-Direttiva tal-Kummissjoni (UE) 2015/1787

(ĠU L 260, 7.10.2015, p. 6)

 

Parti B

Il-limiti ta’ żmien għat-traspożizzjoni fil-liġi nazzjonali

(imsemmija fl-Artikolu 23)

Id-Direttiva

Il-limitu ta’ żmien għat-traspożizzjoni

 

98/83/KE

Il-25 ta’ Diċembru 2000

 

(UE) 2015/1787

Is-27 ta’ Ottubru 2017

 

ANNESS VI

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Id-Direttiva 98/83/KE

Din id-Direttiva

L-Artikolu 1

L-Artikolu 1

L-Artikolu 2, il-kliem introduttorju

L-Artikolu 2, il-kliem introduttorju

L-Artikolu 2, il-punti 1 u 2

L-Artikolu 2, il-punti 1 u 2

L-Artikolu 2, il-punti 3 sa 8

L-Artikolu 3(1), il-kliem introduttorju

L-Artikolu 3(1), il-kliem introduttorju

L-Artikolu 3(1)(a) u (b)

L-Artikolu 3(1)(a) u (b)

L-Artikolu 3(2) u (3)

L-Artikolu 3(2) u (3)

L-Artikolu 4(1), il-kliem introduttorju

L-Artikolu 4(1), il-kliem introduttorju

L-Artikolu 4(1)(a) u (b)

L-Artikolu 4(1)(a) u (b)

L-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 4(1)(c)

L-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 4(2)

L-Artikolu 5(1) u (2)

L-Artikolu 5(1)

L-Artikolu 5(3)

L-Artikolu 5(2)

L-Artikolu 6(1), il-punti (a) sa (c)

L-Artikolu 6, il-punti (a) sa (c)

L-Artikolu 6(1), il-punt (d)

L-Artikolu 6(2)

L-Artikolu 6(3)

L-Artikolu 7

L-Artikolu 8

 

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

L-Artikolu 7(1)

L-Artikolu 11(1)

L-Artikolu 7(2)

L-Artikolu 11(2), il-kliem introduttorju

L-Artikolu 11(2), il-punti (a) sa (c)

L-Artikolu 7(3)

L-Artikolu 11(3)

L-Artikolu 7(4)

L-Artikolu 7(5)(a)

L-Artikolu 11(4), il-kliem introduttorju

L-Artikolu 7(5)(b)

L-Artikolu 11(4)(a)

L-Artikolu 7(5)(c)

L-Artikolu 11(4)(b)

L-Artikolu 7(6)

L-Artikolu 11(5)

L-Artikolu 8(1)

L-Artikolu 12(1)

L-Artikolu 8(2)

L-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 8(3)

L-Artikolu 12(3), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 12(3), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 12(4), il-punti (a) sa (c)

L-Artikolu 8(4)

L-Artikolu 12(5)

L-Artikolu 8(5) sa (7)

L-Artikolu 9

L-Artikolu 10

L-Artikolu 13

L-Artikolu 14

L-Artikolu 15

L-Artikolu 16

L-Artikolu 17

L-Artikolu 11(1)

L-Artikolu 18(1), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 18(1), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 11(2)

L-Artikolu 18(2)

L-Artikolu 19

L-Artikolu 12(1)

L-Artikolu 20(1)

L-Artikolu 12(2), l-ewwel subparagrafu

L-Artikolu 20(1)

L-Artikolu 12(2), it-tieni subparagrafu

L-Artikolu 12(3)

L-Artikolu 13

L-Artikolu 14

L-Artikolu 15

L-Artikolu 21

L-Artikolu 17(1) u (2)

L-Artikolu 22(1) u (2)

L-Artikolu 16(1)

L-Artikolu 23(1)

L-Artikolu 16(2)

 

L-Artikolu 23(2)

L-Artikolu 18

L-Artikolu 24

L-Artikolu 19

L-Artikolu 25

L-Anness I, il-Parti A

L-Anness I, il-Parti A

L-Anness I, il-Parti B

L-Anness I, il-Parti B

L-Anness I, il-Parti C

L-Anness I, il-Parti C

L-Anness II, il-Parti A (1)(a) sa (c)

L-Anness II, il-Parti A (1)(a) sa (c)

L-Anness II, il-Parti A (2), l-ewwel subparagrafu

L-Anness II, il-Parti A (2), l-ewwel subparagrafu

L-Anness II, il-Parti A (2), it-tieni subparagrafu u t-tabella

L-Anness II, il-Parti A (2), it-tieni subparagrafu

L-Anness II, il-Parti A (2), it-tielet subparagrafu

L-Anness II, il-Parti A (3)

L-Anness II, il-Parti A (4)

L-Anness II, il-Parti A (3)

L-Anness II, il-Parti B (1)

L-Anness II, il-Parti B (2)

L-Anness II, il-Parti B (1)

L-Anness II, il-Parti B (3)

L-Anness II, il-Parti B (2)

L-Anness II, il-Parti C (1)

L-Anness II, il-Parti C (2)

L-Anness II, il-Parti C (1)

L-Anness II, il-Parti C (3)

L-Anness II, il-Parti C (4)

L-Anness II, il-Parti C (2)

L-Anness II, il-Parti C (5)

L-Anness II, il-Parti C (3)

L-Anness II, il-Parti C (4)

L-Anness II, il-Parti C (6)

L-Anness II, il-Parti D, il-punti (1) sa (3)

L-Anness II, il-Parti D, il-punti (1) sa (3)

L-Anness III, l-ewwel u t-tieni subparagrafi

L-Anness III, l-ewwel u t-tieni subparagrafi

L-Anness III, il-Parti A, l-ewwel u t-tieni subparagrafi

L-Anness III, il-Parti A, it-tielet subparagrafu, il-punti (a) sa (f)

L-Anness III, il-Parti A, it-tielet subparagrafu, il-punti (a) sa (h)

L-Anness III, il-Parti B, (1), l-ewwel subparagrafu

L-Anness III, il-Parti B, (1), l-ewwel subparagrafu

L-Anness III, il-Parti B, (1), it-tieni subparagrafu

L-Anness III, il-Parti B, (1), it-tielet subparagrafu u t-Tabella 1

L-Anness III, il-Parti B, (1), it-tieni subparagrafu u t-Tabella 1

L-Anness III, il-Parti B, (1), it-Tabella 2

L-Anness III, il-Parti B, (2)

L-Anness III, il-Parti B, (2)

L-Anness IV

L-Anness V

L-Anness IV

L-Anness V

L-Anness VI


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/930


P8_TA(2019)0321

Tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar oqfsa ta' ristrutturar preventiv u tat-tieni opportunità, kif ukoll miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri tar-ristrutturar, tal-insolvenza u tal-ħelsien mid-dejn u li temenda d-Direttiva 2012/30/UE (COM(2016)0723 – C8-0475/2016 – 2016/0359(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/52)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0723),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 53 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0475/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjonijiet motivati mressqa minn Dáil Éireann u Seanad Éireann,, fil-qafas tal-protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tisħaq li l-abbozz ta' att leġiżlattiv mhuwiex konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2017 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-12 ta’ Lulju 2017 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta’ Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0269/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 209, 30.6.2017, p. 21.

(2)  ĠU C 342, 12.10.2017, p. 43.


P8_TC1-COD(2016)0359

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta’ Marzu 2019 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar oqfsa ta' ristrutturar preventiv, dwar il-ħelsien mid-dejn u l-iskwalifiki, u dwar miżuri sabiex tiżdied l-effiċjenza tal-proċeduri li jikkonċernaw ir-ristrutturar, l-insolvenza u l-ħelsien mid-dejn, u li temenda d-Direttiva(EU) 2017/1132 (Direttiva dwar ir-ristrutturar l-insolvenza)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, id-Direttiva (UE) 2019/1023.)


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/932


P8_TA(2019)0322

Regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikawgħal ċertu xandir online tat-televiżjoni u tar-radju ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju (COM(2016)0594 – C8-0384/2016 – 2016/0284(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/53)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0594),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0384/2016),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u l-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 62 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Jannar 2017 (1),

wara li kkonsultaw lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-18 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0378/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 125, 21.4.2017, p. 27


P8_TC1-COD(2016)0284

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal-programmi tat-televiżjoni u tar-radju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Id-Direttiva (UE) 2019/789.)


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/934


P8_TA(2019)0323

L-istabbiliment tal-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 (COM(2018)0366 – C8-0237/2018 – 2018/0190(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/54)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0366),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 167(5) u 173(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0237/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2018 (1),

wara li kkunsidra l – opinjoni tal – Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta’ Frar 2019, (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0156/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 110, 22.3.2019, p. 87.

(2)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P8_TC1-COD(2018)0190

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Kreattiva (mill-2021 sal-2027) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari, l-Artikolu 167(5), u l-Artikolu 173(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Il-kultura, l-arti, il-wirt kulturali u d-diversità kulturali huma ta' valur kbir għas-soċjetà Ewropea mil-lat kulturali, edukattiv, demokratiku, ambjentali, soċjali , tad-drittijiet tal-bniedem u ekonomiku, u jenħtieġ li jiġu promossi u appoġġati. Id-dikjarazzjoni ta' Ruma tal-25 ta' Marzu 2017 u l-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2017 iddikjaraw li l-edukazzjoni u l-kultura huma kruċjali biex jinbnew soċjetajiet li jiffavorixxu l-inklużività u l-koeżjoni ta' kulħadd, u biex tiġi appoġġata l-kompetittività Ewropea. [Em. 1]

(2)

Skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), “l-Unjoni hija bbażata fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta' persuni li jagħmlu parti minn minoranzi”. Dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f'soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel. Dawn il-valuri huma affermati mill-ġdid u huma stabbiliti b'mod ċar fid-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji mnaqqxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta) , li għandha l-istess valur legali bħat-Trattati, kif imsemmi fl-Artikolu 6 tat-TUE. B'mod partikolari, il-libertà ta' espressjoni u tal-informazzjoni hija minquxa fl-Artikolu 11 tal-Karta u l-libertà tal-arti u x-xjenza hija minquxa fl-Artikolu 13 tal-Karta. [Em. 2]

(3)

L-Artikolu 3 tat-TUE jispeċifika wkoll li l-mira tal-Unjoni hija li tippromwovi l-paċi, il-valuri tagħha u l-benessri tal-popli tagħha u li, fost affarijiet oħra, għandha tirrispetta r-rikkezza tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha u għandha tassigura li jitħares u jkun żviluppat il-wirt kulturali Ewropew.

(4)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura (4) tkompli tistabbilixxi l-għanijiet tal-Unjoni għas-setturi kulturali u kreattivi. Għandha l-għan li tisfrutta s-setgħa tal-kultura u tad-diversità kulturali għall-koeżjoni soċjali u l-benessri fis-soċjetà, u li trawwem id-dimensjoni transfruntiera tas-setturi kulturali u kreattivi u tappoġġa l-kapaċità tagħhom li jikbru, filwaqt li tħeġġeġ il-kreattività bbażata fuq il-kultura fl-edukazzjoni u l-innovazzjoni. Il-Komunikazzjoni tittratta wkoll l-impjiegi, it-tkabbir u t-tisħiħ tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali. Il-programm Ewropa Kreattiva, flimkien ma’ programmi oħra tal-Unjoni, jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni ta’ din l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura . Dan , filwaqt li jqis il-fatt li jitqies li l-valur intrinsiku tal-kultura u tal-espressjoni artistika jenħtieġ li dejjem jiġi ppreservat u promoss u li l-kreazzjoni artisitika tinsab fil-qalba tal-proġetti ta' kooperazzjoni . L-appoġġ lill-implimentazzjoni ta' din l-Aġenda Ewropea Ġdida għall-Kultura ġdida huwa wkoll b’konformità mal-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali, li daħlet fis-seħħ fit-18 ta’ Marzu 2007, u li l-Unjoni hija parti għaliha. [Em. 3]

(4a)

Il-politiki tal-Unjoni se jikkomplementaw lill-intervent mill-Istati Membri fil-qasam kulturali u kreattiv u jżidu l-valur tiegħu. Jenħtieġ li l-impatt tal-politiki tal-Unjoni jiġi vvalutat fuq bażi regolari, filwaqt li jitqiesu indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi bħall-benefiċċji għaċ-ċittadini, il-parteċipazzjoni attiva tagħhom, il-benefiċċji għall-ekonomija tal-Unjoni f'termini ta' tkabbir u impjiegi u r-riperkussjonijiet f'setturi oħra tal-ekonomija, u l-ħiliet u l-kompetenzi tal-persuni li jaħdmu fis-setturi kulturali u kreattivi. [Em. 4]

(4b)

Is-salvagwardja u t-titjib tal-wirt kulturali Ewropew huma għanijiet ta' dan il-Programm. Dawn l-objettivi ġew rikonoxxuti wkoll bħala inerenti għad-dritt għall-għarfien tal-wirt kulturali u l-parteċipazzjoni fih, stabbilit fil-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-Valur tal-Wirt Kulturali għas-Soċjetà (il-Konvenzjoni ta' Faro), li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2011. Dik il-Konvenzjoni tissottolinja r-rwol tal-wirt kulturali fil-kostruzzjoni ta' soċjetà paċifika u demokratika, u fil-proċessi ta' żvilupp sostenibbli u l-promozzjoni tad-diversità kulturali. [Em. 5]

(5)

Il-promozzjoni tad-diversità kulturali Ewropea tiddependi mill-eżistenza u tal-għarfien tal-għeruq komuni hija bbażata fuq il-libertà ta' espressjoni artistika, il-kapaċità u l-kompetenzi tal-artisti u tal-operaturi kulturali, l-eżistenza ta’ setturi kulturali u kreattivi ta’ suċċess li jkunu reżiljenti fid-dominju pubbliku , u li jkunu kapaċi privat u l-kapaċità tagħhom li joħolqu, jipproduċu jinnovaw jqassmu x-xogħlijiet jipproduċu xogħlijiet tagħhom u jqassmuhom lil udjenza Ewropea kbira u diversifikata. Dan ikabbar Din b'hekk tkabbar il-potenzjal kummerċjali tagħhom , iżżid l-aċċess għall-kontenut kreattiv, ir-riċerka artisitika jikkontribwixxi lejn l-kreattività u l-promozzjoni tagħhom u tikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli u lejn il-ħolqien ħolqien tal-impjiegi. Barra minn hekk, il-promozzjoni tal-kreattività tagħti u l-għarfien ġdid jagħtu spinta lill-kompetittività u lill-innovazzjoni fil-ktajjen tal-valur industrijali. Jenħtieġ li jiġi adottat approċċ usa' għall-edukazzjoni artistika u kulturali u r-riċerka artistika, li jiżviluppa minn approċċ STEM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Matematika) għal approċċ STEAM (Xjenza, Teknoloġija, Inġinerija, Arti, Matematika). Minkejja l-progress li sar dan l-aħħar fir-rigward tal-assistenza għat-traduzzjoni u s-sottotitolar , is-suq kulturali u kreattiv Ewropew għadu frammentat fil-livell nazzjonali u lingwistiku. Dan ixekkel lis-setturi Filwaqt li tiġi rispettata l-ispeċifiċità ta' kull suq, jista' jsir sforz akbar sabiex is-setturi kulturali u kreattivi minħabba li ma jippermettilhomx jkunu jistgħu jibbenefikaw bis-sħiħ mis-suq uniku Ewropew u,  mis-suq uniku diġitali , b’mod partikolari, mis-suq uniku diġitali inkluż billi titqies il-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali . [Em. 6]

(5a)

It-tranżizzjoni diġitali tirrappreżenta bidla fil-paradigma u hija waħda mill-akbar sfidi għas-setturi kulturali u kreattivi. L-innovazzjoni diġitali bidlet id-drawwiet, ir-relazzjonijiet u l-mudelli ta' produzzjoni u konsum kemm fil-livell personali kif ukoll f'dak soċjali, u jenħtieġ li tagħti spinta lill-espressjoni kulturali u kreattiva u n-narrattiva kulturali u kreattiva, filwaqt li tirrispetta l-valur speċifiku tas-setturi kulturali u kreattivi fi ħdan fl-ambjent diġitali. [Em. 7]

(6)

Il-Programm jenħtieġ li jqis in-natura doppja tas-setturi kulturali u kreattivi filwaqt li jirrikonoxxi, minn naħa waħda, il-valur intrinsiku u artistiku tal-kultura u, min-naħa l-oħra, il-valur ekonomiku ta’ dawk is-setturi, inkluż il-kontribut aktar wiesa’ tagħhom għat-tkabbir u l-kompetittività, u għall-kreattività u l-innovazzjoni il-kreattività, l-innovazzjoni, id-djalogu interkulturali, il-koeżjoni soċjali l-ġenerazzjoni tal-għarfien . Dan jeħtieġ setturi kulturali u kreattivi Ewropej qawwija b'saħħithom, kemm fl-oqsma għall-qligħ kif ukoll mingħajr qligħ, b’mod partikolari industrija awdjoviżiva Ewropea vivaċi, li l-kapaċità tagħha li tilħaq udjenzi kbar fil-livell lokali, nazzjonali u tal-Unjoni u l-importanza ekonomika tagħha, inkluż għal setturi kreattivi oħra u għat-turiżmu kulturali, ikunu u għall-iżvilupp reġjonali , lokali u urban ġew ikkunsidrati. Madankollu, il-kompetizzjoni globali tas-swieq awdjoviżivi ġiet intensifikata iktar bħala riżultat tat-tfixkil diġitali li qed ikopli jikber maż-żmien, eż. bidliet fil-produzzjoni u l-konsum tal-midja, u l-pożizzjoni ta’ importanza dejjem akbar tal-pjattaformi globali fid-distribuzzjoni tal-kontenut. Għalhekk, għandu jingħata aktar appoġġ lill-industrija Ewropea. [Em. 8]

(6a)

Iċ-ċittadinanza Ewropea attiva, il-valuri komuni, il-kreattività u l-innovazzjoni jeħtieġu bażi soda li fuqha jkunu jistgħu jiżviluppaw. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-edukazzjoni ċinematografika u awdjoviżiva, b'mod partikolari fost il-minorenni u ż-żgħażagħ. [Em. 9]

(7)

Sabiex ikun effettiv, il-Programm jenħtieġ li jikkunsidra n-natura u l-isfidi speċifiċi tas-setturi differenti, il-gruppi differenti fil-mira tagħhom u l-ħtiġijiet partikolari tagħhom permezz ta' approċċi mfassla apposta fi ħdan fergħa ddedikata lis-settur awdjoviżiv, fergħa ddedikata lis-setturi kulturali u kreattivi l-oħra, kif ukoll fergħa transsettorjali. Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi l-istess appoġġ lis-setturi kulturali u kreattivi permezz ta' skemi orizzontali li jkunu mmirati lejn il-ħtiġijiet komuni. Billi jibni fuq proġetti pilota, il-Programm jenħtieġ ukoll li jimplimenta l-azzjonijiet settorjali elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament. [Em. 10]

(7a)

Il-mużika, fil-forom u fl-espressjonijiet kollha tagħha, u speċjalment il-mużika kontemporanja u l-mużika live, hija komponent essenzjali tal-wirt kulturali, artistiku u ekonomiku tal-Unjoni. Din hija element ta' koeżjoni soċjali, integrazzjoni multikulturali u soċjalizzazzjoni taż-żgħażagħ, u sservi bħala strument ewlieni biex titjieb il-kultura, inkluż it-turiżmu kulturali. Is-settur tal-mużika għalhekk jenħtieġ li jiffoka b'mod partikolari fuq l-azzjonijiet speċifiċi segwiti bħala parti mill-fergħa KULTURA skont dan ir-Regolament f'termini ta' distribuzzjoni finanzjarja u azzjonijiet immirati. Jenħtieġ li t-talbiet u l-istrumenti mfassla apposta jgħinu biex tingħata spinta lill-kompetittività tas-settur tal-mużika u jindirizzaw xi sfidi speċifiċi li dan jiffaċċja. [Em. 11]

(7b)

Huwa meħtieġ li l-appoġġ tal-Unjoni jissaħħaħ fil-qasam tar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali. Jenħtieġ li l-Programm ifittex li jikkontribwixxi għat-tielet objettiv strateġiku tal-Aġenda Ewropea l-Ġdida għall-Kultura billi juża d-djalogu kulturali u interkulturali bħala magni għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku sostenibbli. Fl-Unjoni u madwar id-dinja, il-bliet qed jixprunaw politiki kulturali ġodda. Għadd kbir ta' komunitajiet kreattivi inġabru f'ċentri, inkubaturi u spazji ddedikati madwar id-dinja. Jenħtieġ li l-Unjoni tkun strumentali biex tgħaqqad flimkien dawk il-komunitajiet mill-Unjoni u mill-pajjiżi terzi u trawwem kollaborazzjoni multidixxiplinarja fil-ħiliet artistiċi, kreattivi u diġitali. [Em. 12]

(8)

Il-fergħa transsettorjali għandha l-għan li tisfrutta l-potenzjal ta’ kollaborazzjoni fost setturi tindirizza l-isfidi komuni li jħabbtu wiċċhom magħhom is-setturi kulturali u kreattivi differenti , u tisfrutta l-potenzjal ta' kollaborazzjoni fosthom . Approċċ trażversali konġunt iwassal għal benefiċċji f’termini ta’ trasferiment tal-għarfien u ta’ effiċjenza amministrattiva. [Em. 13]

(9)

Hemm bżonn ta’ intervent mill-Unjoni fis-settur awdjoviżiv, maħsub biex jakkumpanja l-politiki tal-Unjoni dwar is-Suq Uniku Diġitali. Dan jikkonċerna b’mod partikolari l-modernizzazzjoni tal-qafas tad-drittijiet tal-awtur u r-Regolament propost dwar trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir bid-Direttiva (UE) 2019/789 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (5), kif ukoll il-proposta biex tiġi emendata u d-Direttiva 2010/13/UE (6) (UE) 2018 / 1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (7). Għandhom l-għan li jsaħħu l-kapaċità tal-atturi tas-settur awdjoviżiv Ewropew biex joħolqu, jiffinanzjaw, jippproduċu jipproduċu u jiddisseminaw xogħlijiet li jistgħu jkunu viżibbli b’mod suffiċjenti ta' diversi formati fuq it-tipi differenti ta’ midja ta’ komunikazzjoni disponibbli (eż. it-TV, iċ-ċinema jew il-Video On Demand) u li l-udjenzi jsibuhom attraenti f’suq akbar u aktar kompetittiv kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha. L-appoġġ jenħtieġ li jiġi miżjud sabiex jindirizza l-iżviluppi li seħħew dan l-aħħar fis-suq u, b’mod partikolari, il-pożizzjoni iktar b’saħħitha tal-pjattaformi globali ta’ distribuzzjoni meta mqabbla ma’ xandara nazzjonali li tradizzjonalment jinvestu fil-produzzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej. [Em. 14]

(10)

L-azzjonijiet speċjali mfassla bħala parti mill-Programm Ewropa Kreattiva, bħaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew, il-Jiem tal-Patrimonju Ewropew, il-premjijiet Ewropej fl-oqsma tal-mużika kontemporanja, il-pop u r-rock, il-letteratura, il-patrimonju u l-arkitettura u l-Kapitali Ewropej tal-Kultura ġibdu l-attenzjoni ta’ miljuni ta’ ċittadini Ewropej, urew il-benefiċċji soċjali u ekonomiċi tal-politiki kulturali Ewropea u, għaldaqstant, jenħtieġ li jibqgħu jsiru u, kull meta jkun possibbli, għandhom jitwessgħu. Jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-attivitajiet tan-netwerking tas-siti taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew. [Em. 15]

(10a)

Il-Programm Ewropa Kreattiva taħt ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 xpruna l-ħolqien ta' proġetti innovattivi u ta' suċċess li ġġeneraw prattiki tajbin f'termini tal-kooperazzjoni transnazzjonali Ewropea fis-setturi kreattivi u kulturali. Bħala riżultat, dan żied id-diversità kulturali Ewropea għall-udjenzi, u ingrana l-benefiċċji soċjali u ekonomiċi tal-politiki kulturali Ewropej. Sabiex ikunu aktar effiċjenti, jenħtieġ li dawn l-istejjer ta' suċċess jiġu enfasizzati u, kull fejn ikun possibbli, jitwessgħu. [Em. 16]

(10b)

Il-livelli kollha ta' atturi fis-setturi kulturali u kreattivi jenħtieġ li jkunu involuti b'mod attiv fl-ilħuq tal-għanijiet tal-Programm u fl-iżvilupp ulterjuri tiegħu. Minħabba li l-esperjenza tal-involviment formali tal-partijiet ikkonċernati fil-mudell tal-governanza parteċipattiva tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali, stabbilita permezz tad-Deċiżjoni (UE) 2017/864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (8) , deher li kienet effiċjenti għall-integrazzjoni sistematika kultura, huwa ssuġġerit li dan il-mudell jiġi applikat għall-Programm ukoll. Dan il-mudell ta' governanza parteċipattiva jenħtieġ li jinkludi approċċ trasversali bl-għan li jinħolqu sinerġiji bejn id-diversi programmi u inizjattivi tal-Unjoni fil-qasam tal-kultura u l-kreattività. [Em. 17]

(10c)

Jenħtieġ li tiġi inkluża azzjoni transsettorjali emblematika li jkollha l-għan li tippreżenta d-diversità kreattiva u kulturali Ewropea lill-Istati Membri u lill-pajjiżi terzi bħala parti mill-azzjonijiet speċjali li jaqgħu taħt il-Programm. L-azzjoni jenħtieġ li tenfasizza l-eċċellenza tal-kreattivià Ewropea bbażata fuq il-kultura biex tiskatta l-innovazzjoni transsettorjali fl-ekonomija usa', billi tagħti premju speċjali. [Em. 18]

(11)

Il-kultura hija essenzjali għat-tisħiħ ta’ komunitajiet inklużivi u, koeżivi u riflettivi, biex it-territorji jingħataw ħajja ġdida u biex tiġi promossa l-inklużjoni soċjali għal persuni bi sfond żvantaġġat . Fil-kuntest tal-pressjoni migratorja tal-kwistjonijiet migratorji u l-isfidi b'rabta mal-integrazzjoni , il-kultura għandha rwol importanti fundamentali fil-ħolqien ta' spazji inklużivi għal djalogu interkulturali u fl-integrazzjoni tal-migranti u r-rifuġjati, billi tgħinhom iħossuhom parti mis-soċjetajiet li jospitawhom, filwaqt li tgħin ukoll u fl-iżvilupp ta’ relazzjonijiet tajba bejn il-migranti u komunitajiet ġodda. [Em. 19]

(11a)

Il-kultura tipprovdi u trawwem is-sostenibilità ekonomika, soċjali u ambjentali. Għalhekk jenħtieġ li tkun fil-qalba tal-istrateġiji ta' żvilupp politiku. Il-kontribut tal-kultura għall-benessri tas-soċjetà kollha jenħtieġ li jiġi enfasizzat. Skont id-“Dikjarazzjoni ta' Davos” tat-22 ta' Jannar 2018 bit-titlu “Lejn Baukultur ta' kwalità għolja għall-Ewropa”, jenħtieġ li jittieħdu passi biex jiġi promoss approċċ integrat ġdid għat-tfassil tal-ambjent mibni ta' kwalità għolja, li jkun integrat fil-kultura, isaħħaħ il-koeżjoni soċjali, jiżgura ambjent sostenibbli u jikkontribwixxi għas-saħħa u l-benessri tal-popolazzjoni kollha. Jenħtieġ li dak l-approċċ ma jpoġġix enfasi fuq iż-żoni urbani biss, iżda jenħtieġ li jiffoka primarjament fuq l-interkonnettività ta' żoni periferiċi, remoti u rurali. Il-kunċett ta' Baukultur jinkorpora l-fatturi kollha li jħallu impatt dirett fuq il-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini u tal-komunitajiet, u għalhekk irawwem l-inklużività, il-koeżjoni u s-sostenibilità b'mod konkret ħafna. [Em. 20]

(11b)

Hija prijorità li l-kultura, inklużi oġġetti u servizzi kulturali u awdjoviżivi, isiru iktar aċċessibbli għal persuni b'diżabilità bħala strumenti biex jitrawwem is-sodisfazzjon personali u l-parteċipazzjoni attiva sħaħ tagħhom, u b'hekk tikkontribwixxi biex ikun hemm soċjetà verament inklużiva ibbażata fuq is-solidarjetà. Jenħtieġ għalhekk li l-Programm jippromwovi u jżid il-parteċipazzjoni kulturali fl-Unjoni kollha, b'mod partikolari fir-rigward ta' persuni b'diżabilità u minn sfondi żvantaġġati, kif ukoll dawk li jgħixu f'żoni rurali u remoti. [Em. 21]

(12)

Il-libertà tal-espressjoni artistika hija l-qalba u kulturali, il-libertà ta' espressjoni u l-pluraliżmu tal-midja jinsabu fil-qalba ta’ setturi kulturali u kreattivi vivaċi, u dan jgħodd ukoll għas-settur tas-settur tal-mezzi ta’ informazzjoni. Il-programm jenħtieġ li jippromwovi kollegamenti u kollaborazzjoni bejn is-settur awdjoviżiv u s-settur tal-pubblikazzjoni sabiex jiġi promoss bl-għan li jippromwovi ambjent medjatiku pluralistiku u indipendenti bi qbil mad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (9). Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ għall-professjonisti ġodda tal-midja u jtejjeb l-iżvilupp tal-ħsieb kritiku fost iċ-ċittadini permezz tal-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ . [Em. 22]

(12a)

Il-mobilità tal-artisti u tal-ħaddiema kulturali, fir-rigward tal-iżvilupp tal-ħiliet, it-tagħlim, is-sensibilizzazzjoni interkulturali, il-kokreazzjoni, il-koproduzzjoni, iċ-ċirkolazzjoni u d-disseminazzjoni ta' xogħlijiet artistiċi, il-parteċipazzjoni f'avvenimenti internazzjonali, bħal fieri, festivals eċċ., hija prerekwiżit ewlieni għal setturi kulturali u kreattivi aktar marbuta flimkien, aktar b'saħħithom u aktar sostenibbli fl-Unjoni. Din il-mobilità sikwit tiġi mxekkla min-nuqqas ta' status legali, diffikultajiet biex jinkisbu l-viżi u t-tul ta' żmien tal-permessi, ir-riskju ta' tassazzjoni doppja u kundizzjonijiet tas-sigurtà soċjali prekarji u instabbli. [Em. 23]

(13)

B’konformità mal-Artikoli 8 u 10 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Programm, fl-attivitajiet kollha tiegħu, jenħtieġ li jappoġġa l-integrazzjoni bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-għanijiet ta’ nondiskriminazzjoni u, fejn applikabbli, jenħtieġ li jiddefinixxi kriterji xierqa ta’ bilanċ bejn is-sessi u diversità. Il-Programm jenħtieġ li jfittex li jiżgura li l-parteċipazzjoni fil-Programm u l-proġetti mwettqa taħt il-Programm tilħaq u tirrifletti d-diversità tas-soċjetà Ewropea. L-attivitajiet imwettqa taħt il-Programm jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u rrapportati sabiex tiġi aċċertata l-prestazzjoni tal-Programm f'dak ir-rigward u biex dawk li jfasslu l-politika jkunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet infurmati aħjar fir-rigward ta' programmi futuri. [Em. 24]

(13a)

In-nisa huma preżenti ħafna fil-qasam artistiku u kulturali fl-Unjoni bħala awturi, professjonisti, għalliema, u bħala udjenza b'aċċess dejjem ikbar tal-pubbliku kulturali. Madankollu, kif evidenzjat minn riċerka u studji bħall-“European Women's Audiovisual Network” (in-Netwerk Ewropew Awdjoviżiv tan-Nisa) għad-diretturi tal-films u mill-proġett We Must fil-qasam tal-mużika, jeżistu inugwaljanzi fil-pagi bejn is-sessi u huwa inqas probabbli li n-nisa jwettqu xogħlijiethom u jokkupaw karigi ta' teħid tad-deċiżjonijiet f'istituzzjonijiet kulturali, artistiċi u kreattivi. Għalhekk, huwa neċessarju li jiġu promossi t-talenti femminili u li jiġu ċċirkolati x-xogħlijiet tagħhom sabiex jiġu appoġġati l-karrieri artistiċi tan-nisa. [Em. 25]

(14)

B’konformità mal-Komunikazzjoni Konġunta “Lejn strateġija tal-UE għal relazzjonijiet kulturali internazzjonali”, li ġiet approvata bir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Lulju 2017 (10), l-istrumenti ta’ finanzjament Ewropej u, b’mod partikolari, dan il-programm, jenħtieġ li jagħrfu r-rilevanza tal-kultura fir-relazzjonijiet internazzjonali u r-rwol tagħha fil-promozzjoni tal-valuri Ewropej permezz ta’ azzjonijiet immirati mfasslin b’tali mod li jkollhom impatt ċar tal-UE fuq ix-xena globali.

(14a)

F'konformità mal-konklużjonijiet li nstiltu wara s-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018, il-Programm jenħtieġ li jtejjeb il-kooperazzjoni u l-kapaċità ta' promozzjoni tas-settur permezz ta' appoġġ għal attivitajiet relatati mal-legat tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali 2018 u filwaqt li jqisu. B'rabta ma' dan, jenħtieġ li tingħata attenzjoni lid-dikjarazzjoni tal-Kunsill tal-Ministri tal-Kultura li saret f'Novembru 2018 u d-dikjarazzjonijiet magħmula fl-avveniment ta' għeluq tal-Kunsill, fis-7 ta' Diċembru 2018. Il-Programm jenħtieġ li jikkontrobwixxi għall-preservazzjoni sostenibbli fit-tul tal-wirt kulturali Ewropew permezz ta' azzjonijiet ta' appoġġ għall-artiġjani u għan-nies li jkunu mħarrġa fis-snajja' tradizzjonali relatati mar-restawr tal-wirt kulturali. [Em. 26]

(15)

B’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Lejn approċċ integrat għall-Ewropa lejn il-wirt kulturali” tat-22 ta’ Lulju 2014 (11), il-politiki u l-istrumenti rilevanti jenħtieġ li joħorġu l-valur fuq terminu ta’ żmien twil u tas-sostenibbiltà tal-wirt kulturali tal-passat, tal-preżenti, tanġibbli, intanġibbli u diġitali tal-Ewropa, u jiżviluppaw approċċ aktar integrat lejn il-preżervazzjoni u l-valorizzazzjoni tiegħu , il-konservazzjoni, l-użu mill-ġdid adattiv, it-tixrid, il-valorizzazzjoni u l-appoġġ billi jappoġġaw kondiviżjoni ta' kwalità u kkoordinata tal-għarfien professjonali u l-iżvilupp ta' standards ta' kwalità komuni għas-settur u mobilità għall-professjonisti tas-settur. Il-wirt kulturali jifforma parti integrali mill-koeżjoni Ewropea u jappoġġa r-rabta bejn it-tradizzjoni u l-innovazzjoni. Il-preservazzjoni tal-wirt kulturali u l-appoġġ għas-sengħa tal-artisti u tal-persuni li joħolqu xogħlijiet artistiċi jenħtieġ li jkunu prijorità tal-Programm. [Em. 27]

(15a)

Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-impenn u l-involviment taċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-kultura u s-soċjetà, għall-promozzjoni tal-edukazzjoni kulturali u biex l-għarfien u l-wirt kulturali jsiru aċċessibbli pubblikament. Jenħtieġ ukoll li l-Programm irawwem il-kwalità u l-innovazzjoni fil-ħolqien u l-konservazzjoni inkluż permezz ta' sinerġiji fost il-kultura, l-arti, ix-xjenza, ir-riċerka u t-teknoloġija. [Em. 28]

(16)

B’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Ninvestu f’Ewropa intelliġenti, innovattiv u sostenibbli tal-Industrija — Tiġdid tal-Politika Industrijali” tat-13 ta’ Settembru 2017 (12), l-azzjonijiet futuri jenħtieġ li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni ta’ kreattività, id-disinn u t-teknoloġiji l-aktar avvanzati biex joħolqu ktajjen ta’ valur industrijali ġodda u jerġgħu jagħtu l-ħajja lill-kompetittività tal-industriji tradizzjonali.

(16a)

F'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Diċembru 2016 dwar politika koerenti tal-UE għall-industriji kulturali u kreattivi, l-appoġġ għas-setturi kulturali u kreattivi jenħtieġ li jkun kwistjoni trasversali. Il-proġetti jenħtieġ li jiġu integrati matul il-Programm kollu sabiex jiġu appoġġati mudelli ta' negozju u ħiliet ġodda, savoir-faire tradizzjonali kif ukoll il-bidla ta' soluzzjonijiet kreattivi u interdixxiplinari f'valur ekonomiku u soċjali. Barra minn hekk, is-sinerġiji potenzjali li jeżistu bejn il-politiki tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu sfruttati bis-sħiħ, sabiex jintuża b'mod effettiv il-finanzjament disponibbli bħala parti mill-programmi tal-Unjoni – bħal Orizzont Ewropa, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, Erasmus+, EaSI u InvestEU. [Em. 29]

(17)

Soġġett għal ċerti kundizzjonijiet, fil-Programm jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw il-membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, il-pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali li jkunu qed jibbenefikaw minn strateġija ta’ qabel l-adeżjoni, kif ukoll il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat u s-sħab strateġiċi tal-UE.

(18)

Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-programmi tal-Unjoni fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilita skont il-ftehim ŻEE, li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi permezz ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. Pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw fuq il-bażi ta’ strumenti legali oħra. F’dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi introdotta dispożizzjoni speċifika biex jingħataw id-drittijiet meħtieġa għall-aċċess, kif ukoll l-aċċess, lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri sabiex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Il-kontribuzzjonijiet ta' pajjiżi terzi għall-Programm jenħtieġ li jiġu rapportati fuq bażi annwali lill-awtorità baġitarja. [Em. 30]

(19)

Il-programm jenħtieġ li jkattar il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (l-UNESCO, il-Kunsill tal-Ewropa, inkluż Eurimages u l-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew (l- “Osservatorju”), l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali. Dan il-programm jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-impenji tal-Unjoni b’rabta mal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, b’mod partikolari d-dimensjoni kulturali tagħha (13). Fir-rigward tas-settur awdjoviżiv, il-programm jenħtieġ li jiżgura l-kontribut tal-Unjoni għall-ħidma tal-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew.

(20)

Filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima b’konformità mal-impenji tal-Unjoni rigward l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u tal-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi lejn l-integrazzjoni ta’ azzjonijiet klimatiċi u lejn il-kisba ta’ mira ġenerali fejn 25 % tal-infiq tal-baġit tal-UE jappoġġa għanijiet relatati mal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti.

(21)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament(UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) (Ir-Regolament Finanzjarju) u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-iffissar u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, filwaqt li jipprevedu t-twettiq ta’ verifiki rigward ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u għal finanzjament tal-Unjoni effettiv.

(22)

Sa mill-ħolqien tagħha, l-Akkademja Ewropea tal-Films żviluppat kompetenza unika , permezz tal-għarfien speċjali tinsab f’pożizzjoni l-pożizzjoni unika biex toħloq tagħha, ikkontribwiet għall-iżvilupp ta' komunità pan-Ewropea ta’ persuni li joħolqu l-films u professjonisti tal-films, bl-għan li l-films billi ippromwoviet il-films Ewropej jiġu promossi u disseminati lil hinn mill-fruntieri nazzjonali tagħhom biex tiżi żviluppata u rawmet l-emerġenza ta' udjenza verament Ewropea internazzjonali ta' kull età . Għalhekk, jenħtieġ li b'mod eċċezzjonali tkun eliġibbli għal appoġġ dirett mill-Unjoni , fil-kuntest tal-kooperazzjoni tagħha mal-Parlament Ewropew fl-organizzazzjoni tal-Premju Ċinematografiku LUX. Madankollu, l-appoġġ dirett jenħtieġ li jkun marbut mal-negozjar ta' ftehim dwar il-kooperazzjoni, b'missjonijiet u objettivi speċifiċi, bejn iż-żewġ partijiet, u jenħtieġ li jkun biss possibbli li jingħata appoġġ dirett ladarba dak il-ftehim ikun ġie konkluż. Dan ma jipprekludix lill-Akkademja Ewropea tal-Films milli tapplika għal finanzjament għal inizjattivi u proġetti oħra taħt il-fergħat differenti tal-Programm. [Em. 31]

(23)

Sa mill-ħolqien tagħha, l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea żviluppat kompetenza unika fil-promozzjoni tad-djalogu ta' wirt mużikali Ewropew għani, aċċess għall-mużika u djalogu interkulturali, tar-rispett u rispett u fehim reċiproku reċiproċi tal-fehim permezz tal-kultura , kif ukoll fit-tisħiħ tal-professjonaliżmu tal-mużiċisti żgħażagħ, billi pprovdiethom bil-ħiliet meħtieġa għal karriera fis-settur kulturali u kreattiv. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, inklużi l-Presidenti suċċessivi tal-Kummissjoni u tal-Parlament Ewropew, irrikonoxxew il-kontribut tal-Orkestra tal-Unjoni Ewropea . L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea hija partikolari minħabba li hija orkestra Ewropea li tmur lil hinn mill-konfini kulturali, u hija magħmula minn mużiċisti żgħażagħ li jintgħażlu skont kriterji eżiġenti ta' kwalità permezz ta' proċess annwali rigoruż u trasparenti ta' udjenza bi prova li jsir fl-Istati Membri kollha. Għalhekk, jenħtieġ li b'mod eċċezzjonali tkun eliġibbli għal appoġġ dirett mill-Unjoni abbażi ta' missjonijiet u objettivi speċifiċi li jenħtieġ li jiġu stabbiliti u evalwati regolarment mill-Kummissjoni. Sabiex tiżgura dak l-appoġġ, l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li żżid il-viżibilità tagħha, tagħmel kull sforz sabiex tikseb rappreżentazzjoni aktar ibbilanċjata tal-mużiċisti mill-Istati Membri kollha fi ħdan l-orkestra u tiddiversifika d-dħul tagħha billi tfittex b'mod attiv appoġġ finanzjarju minn sorsi oħra mill-finanzjament tal-Unjoni . [Em. 32]

(24)

Organizzazzjonijiet mis-setturi kulturali u kreattivi b’kopertura ġeografika Ewropea kbira li l-attivitajiet tagħhom jinvolvu l-għoti ta’ servizzi kulturali direttament liċ-ċittadini tal-Unjoni u li għalhekk għandhom il-potenzjal li jkollhom impatt dirett fuq l-identità Ewropea jenħtieġ li jkunu eliġibbli għall-appoġġ mill-Unjoni.

(25)

Sabiex jiġi żgurat li l-allokazzjoni ta’ fondi mill-baġit ġenerali tal-Unjoni ssir b’mod effiċjenti, hemm bżonn li jiġu żgurati l-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-attivitajiet kollha li jitwettqu skont il-Programm, u l-kumplimentarjetà tagħhom mal-attivitajiet tal-Istati Membri, filwaqt li jenħtieġ li jiġu mfittxija l-konsistenza, il-kumplimentarjetà u sinerġiji ma’ programmi ta’ finanzjament li jappoġġaw l-oqsma ta’ politika b’rabtiet mill-qrib ma’ xulxin kif ukoll ma’ politiki orizzontali bħall-politika tal-UE dwar il-kompetizzjoni.

(26)

L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b’mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar u li jkunu xierqa għall-proġetti speċifiċi li jkunu qed jappoġġaw. Il-Programm jenħtieġ li ma jikkunsidrax biss il-valur ekonomiku tal-proġetti, iżda wkoll id-dimensjoni kulturali u kreattiva tagħhom u l-ispeċifiċità tas-setturi kkonċernati . [Em. 33]

(26a)

Il-finanzjament mill-programmi stabbiliti bir-Regolament …/…[Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali  (15) u r-Regolament …/… [IPA III]  (16) jenħtieġ li jintuża wkoll biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet taħt id-dimensjoni internazzjonali tal-Programm. Dawk l-azzjonijiet jenħtieġ li jiġu implimentati bi qbil ma' dan ir-Regolament. [Em. 34]

(27)

Waħda Is-setturi kulturali u kreattivi huma setturi innovattivi, reżiljenti u li qed jikbru fl-ekonomija Ewropea, li jiġġeneraw valur ekonomiku u kulturali mill-proprjetà intellettwali u mill-kreattività individwali. Madankollu, in-natura frammentata u intanġibbli tal-assi tagħhom tillimita l-aċċess tagħhom għall-finanzjament privat. Waħda mill-akbar sfidi għas-setturi kulturali u kreattivi hija l-aċċess għal finanzjament li jippermetti li jiżdied l-aċċess tagħhom għall-finanzi, li l-attivitajiet li jwettqu jkabbru, huwa essenzjali biex jikbru iżommu jew iżidu l-kompetittività, jew jinternazzjonalizzaw l-attivitajiet tagħhom tagħhom fil-livell internazzjonali . L-għanijiet ta’ politika ta’ dan il-Programm jenħtieġ ukoll li jiġu indirizzati permezz ta’ strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja , speċjalment għall-SMEs, bħala parti mit-tieqa ta’ politika/twieqi ta’ politika tal-Fond InvestEU b'konformità mal-prattiki żviluppati fil-qafas tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi stabbilita permezz tar-Regolament (UE) Nru 1295/2013 . [Em. 35]

(28)

L-impatt, il-kwalità u l-effiċjenza fl-implimentazzjoni tal-Proġett jenħtieġ li jikkostitwixxu l-kriterji ewlenin ta' evalwazzjoni għall-għażla tal-proġett ikkonċernat. Filwaqt li jitqies l-għarfien espert tekniku meħtieġ biex issir valutazzjoni tal-proposti li huma parti minn azzjonijiet speċifiċi tal-Programm, jenħtieġ li jkun previst li, fejn rilevanti, il-kumitati ta’ evalwazzjoni valutazzjoni jistgħu jkunu magħmula minn esperti esterni li jenħtieġ li jkollhom sfond professjonali u ta' ġestjoni b'rabta mal-qasam ta' applikazzjoni li jkun qed jiġi vvalutat. Fejn rilevanti, jenħtieġ li titqies il-ħtieġa li tiġi żgurata l-koerenza ġenerali mal-objettivi ta' inklużjoni tal-udjenzi u d-diversità . [Em. 36]

(29)

Il-Programm jenħtieġ li jinkludi sistema realistika u maniġġabbli ta' indikaturi tal-prestazzjoni kwantitattivi u kwalitattivi li takkumpanja l-azzjonijiet tiegħu u timmonitorja l-prestazzjoni tiegħu fuq bażi kontinwa , filwaqt li jitqies il-valur intrinsiku tal-arti u s-setturi kulturali u kreattivi. Tali indikaturi tal-prestazzjoni jenħtieġ li jiġu żviluppati mal-partijiet interessati . Dan il-monitoraġġ, kif ukoll l-azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm u mal-azzjonijiet tiegħu jenħtieġ li jibnu fuq it-tliet fergħat tal-programm. Il-fergħat jenħtieġ li jqisu indikatur kwantitattiv u kwalitattiv wieħed jew aktar. Dawk l-indikaturi jenħtieġ li jkunu vvalutati skont dan ir-Regolament. [Em. 37]

(29a)

Meta titqies il-kumplessità u d-diffikultà biex tinġabar, tiġi analizzata u adattata d-data u biex jitkejjel l-impatt tal-politiki kulturali u jiġu ddefiniti l-indikaturi, jenħtieġ li l-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni fi ħdan is-servizzi tagħha, bħaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-EUROSTAT, bl-għan li tiġbor u tanalizza data statistika xierqa. Il-Kummissjoni jenħtieġ li taġixxi f'kooperazzjoni ma' ċentri ta' eċċellenza fl-Unjoni, istituti nazzjonali tal-istatistika u organizzazzjonijiet rilevanti għas-setturi kulturali u kreattivi fl-Ewropa u f'kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u l-Unesco. [Em. 38]

(30)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-programm Ewropa Kreattiva li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fit-tifsira tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (17), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(31)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru […] (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, bl-inklużjoni tar-regoli dwar għotjiet, inklużi għotjiet lil partijiet terzi, premjijiet, akkwist pubbliku, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(32)

It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-kapaċità tagħhom tal-operatur tal-proġett li jiksbu jikseb l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu jagħti r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-kostijiet d-daqs tal-operatur u tal-proġett, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ ammonti f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 39]

(33)

Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (19) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (20) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (21), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(33a)

Sabiex jiġu ottimizzati s-sinerġiji bejn il-fondi tal-Unjoni u l-istrumenti ġestiti direttament, jenħtieġ li jiġi ffaċilitat l-għoti ta' appoġġ għal operazzjonijiet li diġà rċevew ċertifikazzjoni ta' Siġill ta' Eċċellenza. [Em. 40]

(34)

Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (23), persuni u entitatijiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut. Ir-restrizzjonijiet imposti mir-remotezza ta' dawk il-pajjiżi jew territorji jenħtieġ li titqies meta jiġi implimentat il-Programm, u l-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-Programm jenħtieġ li tiġi mmonitorjata u evalwata regolarment. [Em. 41]

(34a)

Skont l-Artikolu 349 tat-TFUE, jenħtieġ li jittieħdu miżuri sabiex tiżdied il-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-azzjonijiet kollha. Jenħtieġ li jitrawmu l-iskambji tal-mobilità għall-artisti u x-xogħlijiet tagħhom, u l-kooperazzjoni bejn il-persuni u l-organizzazzjonijiet minn dawn ir-reġjuni u l-ġirien tagħhom u pajjiżi terzi. Għalhekk, se jkun possibbli li l-persuni jibbenefikaw bl-istess mod mill-vantaġġi kompetittivi li l-industriji kulturali u kreattivi jistgħu joffru, b'mod partikolari t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi. Tali miżuri jenħtieġ li jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment. [Em. 42]

(35)

Sabiex jiġu emendati l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, is-setgħa ta’ adozzjoni ta’atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ indikaturi stabbiliti fl-Artikolu 15 u fl-Anness II. Il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol ta’ tħejjija tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Dawk il-konsultazzjonijiet jenħtieġ li jitwettqu skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tkun żgurata l-parteċipazzjoni ndaqs waqt it-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom jenħtieġ li jkollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(36)

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-Programm l-kontinwità tal-appoġġ finanzjarju previst skont il-Programm u jiġu koperti d-diskrepanzi tal-likwidità dejjem jiżdiedu li qed jiġu esperjenzati mill-benefiċjarji , il-kostijiet imġarrba mill-benefiċjarju qabel tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-għotja, b’mod partikolari l-kostijiet relatati mad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, jistgħu jenħtieġ li jiġu kkunsidrati bħala eliġibbli, sakemm dawn ikunu marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet li jkunu qed jingħataw appoġġ. [Em. 43]

(37)

Skont il-paragrafu 22 u l-paragrafu 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat fuq il-bażi ta’ informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-prattika.

(38)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex tadotta l-programmi ta' ħidma. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24). Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti skont l-Artikolu 290 tat-TFUE għandha tiġi delegata lill-Kummissjoni, fir-rigward tal-adozzjoni ta' programmi ta' ħidma. Hemm bżonn li jiġi żgurat l-għeluq b’mod korrett tal-Programm predeċessur, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-arranġamenti pluriennali għall-ġestjoni tiegħu, bħall-finanzjament ta’ assistenza teknika u amministrattiva. Mill-[1 ta’ Jannar 2021], l-assistenza teknika u amministrattiva jenħtieġ li tiżgura, jekk ikun meħtieġ, il-ġestjoni tal-azzjonijiet li għadhom ma ġewx iffinalizzati bħala parti mill-programm predeċessur sal-[31 ta’ Diċembru 2020]. [Em. 44]

(38a)

Sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva u effiċjenti tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li ma jkun hemm l-ebda piż burokratiku mhux meħtieġ għall-applikanti la matul l-istadju ta' applikazzjoni u lanqas matul l-istadju tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet. [Em. 45]

(38b)

Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lil proġetti fuq skala żgħira u l-valur miżjud tagħhom, meta jitqiesu l-ispeċifiċitajiet tas-setturi kulturali u kreattivi. [Em. 46]

(39)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti, b’mod partikolari fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, wieħed mill-għanijiet ta’ dan ir-Regolament hu li jiżgura r-rispett sħiħ tad-dritt għal ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel u tad-dritt ta’ nondiskriminazzjoni fuq il-bażi ta’ sess, ta’ oriġini razzjali jew etnika, ta’ reliġjon jew twemmin, ta’ diżabbiltà, ta’ età jew ta’ orjentazzjoni sesswali, u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa wkoll konformi mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabbiltà.

(40)

Peress li l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-karattru transnazzjonali tagħhom, il-volum għoli u l-ambitu ġeografiku wiesa’ tal-attivitajiet ta’ mobbiltà u ta’ kooperazzjoni ffinanzjati, l-effetti tagħhom fuq l-aċċess għall-mobbiltà għat-tagħlim u, b’mod aktar ġenerali, fuq l-integrazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll id-dimensjoni internazzjonali msaħħa tagħhom, jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan.

(41)

Għaldaqstant, ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 jenħtieġ li jitħassar b’effett mill-[1 ta’ Jannar 2021].

(42)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-appoġġ finanzjarju previst skont il-Programm, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-[1 ta’ Jannar 2021].

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Programm Ewropa Kreattiva (“il-Programm”).

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-UE, inklużi dawk fi ħdan faċilitajiet ta' taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombinaw forom ta' appoġġ li mhumiex rimborsabbli u/jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-UE b’forom ta' sostenn rimborsabbli minn istituzzjonijiet finanzjarji tal-iżvilupp jew minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi oħra, kif ukoll minn istituzzjonijiet finanzjarji kummerċjali u minn investituri;

(2)

“setturi kulturali u kreattivi” tfisser is-setturi kollha li l-attivitajiet tagħhom huma bbażati fuq valuri kulturali u/jew espressjonijiet artistiċi u espressjonijiet , u prattiki kreattivi oħra individwali jew kollettivi , indipendentement min jekk l-attivitajiet humiex orjentati lejn is-suq jew le . L-attivitajiet jistgħu jinkludu l-iżvilupp, il-ħolqien, il-produzzjoni, id-disseminazzjoni u l-preżervazzjoni ta' prattiki, prodotti u servizzi li jinkorporaw espressjonijiet kulturali, artistiċi jew espressjonijiet kreattivi oħra, kif ukoll il-funzjonijiet relatati bħall-edukazzjoni jew il-ġestjoni. Se jkollhom Ħafna minn dawn għandhom potenzjal li jiġġeneraw l-innovazzjoni u l-impjiegi, b’mod partikolari mill-proprjetà intellettwali. Is-setturi jinkludu l-arkitettura, l-arkivji, il-libreriji u l-mużewijiet, is-snajja’ artistiċi, l-awdjoviżiv (inkluż il-film, it-televiżjoni, il-logħob tal-vidjo u l-multimedia), il-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli, id-disinn (inkluż id-disinn tal-moda), il-festivals, il-mużika, il-letteratura, l-arti tal-ispettaklu, il-kotba u l-pubblikazzjoni, ir-radju, u l-arti viżiva , il-festivals, u d-disinn, inkluż id-disinn tal-moda ; [Em. 47]

(3)

“intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju” jew (SMEs) tfisser intrapriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju, kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (25).

(4)

“entità ġuridika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont il-liġi nazzjonali, il-liġi tal-Unjoni jew il-liġi internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista’, meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika skont l-Artikolu [197(2)(c)] tar-Regolament Finanzjarju;

(5)

“is-Siġill ta’ Eċċellenza” hija t-tikketta ta’ kwalità għolja li tingħata lil proġetti ppreżentati għal Ewropa Kreattiva li huma meqjusa li jistħoqqilhom finanzjament iżda li ma jirċevuhx minħabba limiti baġitarji. Dan jirrikonoxxi l-valur tal-proposta u jappoġġa t-tfittxija għal finanzjament alternattiv.

Artikolu 3

Għanijiet tal-programm

(1)

L-għanijiet ġenerali tal-programm huma:

(-a)

il-kontribut għar-rikonoxximent u l-promozzjoni tal-valur intrinsiku tal-kultura, u s-salvagwardja u l-promozzjoni tal-kwalità tal-kultura u l-kreattività Ewropej bħala dimensjoni distintiva tal-iżvilupp personali, l-edukazzjoni, il-koeżjoni soċjali, il-libertà ta' espressjoni u tal-opinjoni, u tal-arti, it-tisħiħ u ż-żieda tad-demokrazija, il-ħsieb kritiku, is-sens ta' appartenenza u ċittadinanza u bħala sorsijiet għal midja pluralistika u ambjent kulturali; [Em. 48]

(a)

il-promozzjoni tal-kooperazzjoni Ewropea b’rabta mad-diversità kulturali , artistika u lingwistika , inkluż permezz tat-tisħiħ tar-rwol tal-artisti mal-wirt tal-operaturi kulturali, tal-kwalità tal-produzzjoni kulturali u lingwistiku artistika Ewropea, u tal-wirt kulturali komuni tanġibbli u intanġibbli Ewropew ; [Em. 49]

(b)

żieda fil-kompetittività trawwim tal-kompetittività tas-setturi kulturali u kreattivi kollha u żieda tal-piż ekonomiku tagħhom , b’mod partikolari f’dik tas-settur awdjoviżiv s-settur awdjoviżiv, permezz tal-ħolqien ta' impjiegi u ż-żieda fl-innovazzjoni u l-kreattività ta' dawk is-setturi . [Em. 50]

(2)

Il-programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

it-tisħiħ tad-dimensjoni ekonomika artistika, kulturali , soċjali u esterna tal-kooperazzjoni fil-livell Ewropew biex jiġu żviluppati u promossi d-diversità kulturali Ewropea u l-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli tal-Ewropa, filwaqt li tissaħħaħ il-kompetittività u l-innovazzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej u jittejbu r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali; [Em. 51]

(aa)

il-promozzjoni tas-setturi kulturali u kreattivi, inkluż is-settur awdjoviżiv, l-appoġġ lill-artisti, l-operaturi, lin-nies tas-sengħa u l-involviment tal-udjenza b'enfasi partikolari fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-gruppi sottorappreżentati; [Em. 52]

(b)

il-promozzjoni tal-kompetittività u tal-iskalabbiltà tal-industrija awdjoviżiva Ewropea , l-innovazzjoni, l-iskalabbiltà tas-settur awdjoviżiv Ewropew, b'mod partikolari tal-SMEs, il-kumpaniji indipendenti tal-produzzjoni u l-organizzazzjonijiet fis-setturi kulturali u kreattivi u l-promozzjoni tal-kwalità tal-attivitajiet tas-settur awdjoviżiv Ewropew b'mod sostenibbli bil-mira ta' approċċ settorjali u ġeografiku bbilanċjat ; [Em. 53]

(c)

il-promozzjoni ta’ kooperazzjoni politika u ta’ azzjonijiet innovattivi , inklużi mudelli ġodda ta' negozju u ġestjoni u soluzzjonijiet kreattivi, li jappoġġaw il-fergħat kollha tal-programm, inkluż il-promozzjoni kemm u s-setturi kulturali u kreattivi kollha , inkluża s-salvagwardja tal-libertà ta' espressjoni artistika u l-promozzjoni ta’ ambjent ambjenti kulturali u tal-midja diversi, indipendenti u pluralistiċi, litteriżmu medjatiku diversifikat , ħiliet diġitali, edukazzjoni kulturali pluralistiku, kif ukoll tal-litteriżmu medjatiku artistika , ugwaljanza bejn is-sessi, ċittadinanza attiva, djalogu interkulturali, reżiljenza tal-inklużjoni inklużjoni soċjali , b'mod partikolari ta' persuni b'diżabilità, inkluż permezz ta' aċċessibilità akbar għall-beni u s-servizzi kulturali; [Em. 54]

(ca)

il-promozzjoni tal-mobilità tal-artisti u tal-operaturi tas-setturi kulturali u kreattivi u ċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet tagħhom; [Em. 55]

(cb)

il-provvista lis-setturi kulturali u kreattivi b'data, analiżi u b'sett adegwat ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi u l-iżvilupp ta' sistema koerenti ta' evalwazzjonijiet u ta' valutazzjonijiet tal-impatt, inklużi dawk b'dimensjoni transsettorjali. [Em. 56]

(3)

Il-Programm għandu jkopri l-fergħat li ġejjin:

(a)

il-fergħa “KULTURA” tkopri s-setturi kulturali u kreattivi, għajr is-settur awdjoviżiv;

(b)

il-fergħa “MEDIA” tkopri s-settur awdjoviżiv;

(c)

il-fergħa “TRANSSETTORJALI” tkopri l-attivitajiet kollha fis-setturi kulturali u kreattivi , inkluż is-settur tal-mezzi ta' informazzjoni . [Em. 57]

Artikolu 3a

Valur miżjud Ewropew

Ir-rikonoxximent tal-valur intrinsiku u ekonomiku tal-kultura u l-kreattività u r-rispett tal-kwalità u l-pluralità tal-valuri u l-politiki tal-Unjoni.

Il-Programm għandu jappoġġa biss dawk l-azzjonijiet u l-attivitajiet li joħolqu valur miżjud Ewropew potenzjali u li jikkontribwixxu għall-ksib tal-għanijiet ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 3.

Il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm għandu jiġi żgurat partikolarment permezz ta':

(a)

il-karattru transnazzjonali tal-azzjonijiet u l-attivitajiet li jikkomplementaw programmi u politiki reġjonali, nazzjonali, internazzjonali u tal-Unjoni oħra, u l-impatt ta' tali azzjonijiet u attivitajiet fuq l-aċċess taċ-ċittadini għall-kultura u l-involviment attiv taċ-ċittadini, l-edukazzjoni, l-inklużjoni soċjali u d-djalogu interkulturali;

(b)

l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-kooperazzjoni transnazzjonali u internazzjonali bejn l-atturi kulturali u kreattivi, inklużi l-artisti, il-professjonisti awdjoviżivi, l-organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi u l-SMEs u l-operaturi awdjoviżivi, li jkunu ffokati biex jistimolaw tweġibiet aktar komprensivi, rapidi, effettivi u fit-tul għall-isfidi globali, b'mod partikolari għall-bidla diġitali;

(c)

l-ekonomiji ta' skala u t-tkabbir u l-impjiegi li jrawwem l-appoġġ mill-Unjoni, li joħloq effett ta' ingranaġġ għal fondi addizzjonali;

(d)

l-iżgurar ta' kundizzjonijiet aktar ekwi fis-setturi kulturali u kreattivi billi jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' pajjiżi differenti, inklużi pajjiżi jew reġjuni b'sitwazzjoni ġeografika jew lingwistika partikolari, bħar-reġjuni ultraperiferiċi rikonoxxuti fl-Artikolu 349 tat-TFUE u l-pajjiżi jew it-territorji extra-Ewropej li jaqgħu taħt l-awtorità ta' Stat Membru elenkati fl-Anness II tat-TFUE;

(e)

il-promozzjoni ta' narrattiva dwar l-għeruq komuni u d-diversità Ewropea. [Em. 58]

Artikolu 4

Il-fergħa KULTURA

B’konformità mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-fergħa “KULTURA” għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

(-a)

il-promozzjoni tal-espressjoni u l-ħolqien artistiku; [Em. 59]

(-aa)

it-trawwim tat-talenti, il-kompetenza u l-ħiliet u l-istimolar tal-kollaborazzjoni u l-innovazzjoni permezz tal-katina sħiħa tas-setturi kulturali u kreattivi, inkluż il-wirt; [Em. 60]

(a)

it-tisħiħ tad-dimensjoni transfruntiera , iċ-ċirkolazzjoni taċ-ċirkolazzjoni l-viżibilità ta’ operaturi kulturali xogħlijiet kulturali kreattivi Ewropej u tax-xogħlijiet tagħhom, inkluż permezz ta' programmi ta' residenza, tours, avvenimenti, sessjonijiet ta' ħidma, wirjiet u festivals, kif ukoll iffaċilitar tal-iskambju tal-aħjar prattiki kreattivi Ewropej tisħiħ tal-kapaċitajiet professjonali ; [Em. 61]

(b)

iż-żieda tal-parteċipazzjoni fl-aċċess kulturali fl-Ewropa kollha , il-parteċipazzjoni u s-sensibilizzazzjoni, u l-involviment tal-udjenza madwar l-Ewropa, speċjalment fir-rigward ta' persuni b'diżabilità jew persuni minn sfondi żvantaġġati ; [Em. 62]

(c)

il-promozzjoni tar-reżiljenza soċjetali l-inklużjoni t-tisħiħ tal-inklużjoni soċjali , id-djalogu interkulturali u demokratiku u l-iskambju kulturali permezz tal-kultura tal-arti, il-kultura tal-wirt l-wirt kulturali; [Em. 63]

(d)

it-tisħiħ tal-kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi Ewropej bl-għan li dawn jirnexxu u jinnovaw , li joħolqu xogħlijiet artistiċi, li jiġġeneraw , u biex jinħolqu l-impjiegi jiżviluppaw kompetenzi ewlenin, għarfien, ħiliet, prattiki artistiċi ġodda t-tkabbir impjiegi sostenibbli u tkabbir u li jikkontribwixxu għall-iżvilupp lokali u reġjonali ; [Em. 64]

(da)

li titrawwem il-kapaċità professjonali ta' persuni fis-setturi kulturali u kreattivi, billi tingħatalhom is-setgħa permezz ta' miżuri xierqa; [Em. 65]

(e)

it-tisħiħ tal-identità Ewropea, iċ-ċittadinanza attiva tal-valuri Ewropej s-sens ta' komunità u l-valuri demokratiċi permezz tal-kuxjenza kulturali, l-edukazzjoni il-wirt kulturali, l-espressjoni, il-ħsieb kritiku, l-espressjoni artistika , il-viżibilità u r-rikonoxximent tal-persuni li joħolqu xogħlijiet artistiċi, l-arti, l-edukazzjoni u l-kreattività bbażata fuq il-kultura fl-edukazzjoni formali, mhux formali u informali tul il-ħajja ; [Em. 66]

(f)

il-promozzjoni tal-bini ta' kapaċità tas-setturi kulturali u kreattivi internazzjonali , inklużi l-organizzazzjonijiet ta' bażi u mikro, sabiex ikunu attivi fil-livell internazzjonali; [Em. 67]

(g)

l-għoti ta’ kontribut lejn l-istrateġija globali tal-Unjoni għar-relazzjonijiet kulturali internazzjonali billi jimmira li jiżgura l-impatt fit-tul tal-istrateġija permezz tad-diplomazija ta' approċċ bejn il-persuni li tinvolvi lin-netwerks kulturali , is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet lokali . [Em. 68]

Dawn il-prijoritajiet huma spjegati aktar fid-dettall fl-Anness I.

Bħala parti mill-azzjonijiet speċifiċi segwiti bħala parti mill-fergħa KULTURA, is-settur tal-mużika se jkun fokus partikolari f'termini tad-distribuzzjoni finanzjarja u tal-azzjonijiet immirati. It-talbiet u l-istrumenti mfassla apposta se jgħinu jagħtu spinta lill-kompetittività tas-settur tal-mużika u jindirizzaw xi sfidi speċifiċi li dan jiffaċċja. [Em. 69]

Artikolu 5

Il-fergħa MEDIA

B’konformità mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3, il-fergħa “MEDIA” għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

(a)

it-trawwim tat-talenti , tal-kompetenzi, tal-ħiliet u  tal-użu ta' teknoloġiji diġitali u l-istimolar tal-kollaborazzjoni , tal-mobbiltà u tal-innovazzjoni fil-ħolqien u l-produzzjoni ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej , inkluż bejn il-fruntieri ; [Em. 70]

(b)

it-tisħiħ tad-distribuzzjoni fiċ-ċinemas it-titjib taċ-ċirkolazzjoni transnazzjonali onlin internazzjonali u l-provvista ta’ aċċess usa’ bejn il-fruntieri għal tad-distribuzzjoni online u offline, b'mod partikolari d-distribuzzjoni fiċ-ċinemas, ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, inkluż permezz ta’ mudelli ta’ negozju innovattivi u permezz tal-użu ta’ teknoloġiji ġodda fl-ambjent diġitali l-ġdid ; [Em. 71]

(ba)

l-għoti ta' aċċess usa' għax-xogħlijiet awdjoviżivi tal-Unjoni għall-udjenzi internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-promozzjoni, l-avvenimenti, l-attivitajiet u l-festivals tal-litteriżmu fil-qasam tal-films; [Em. 72]

(bb)

it-tisħiħ tal-wirt awdjoviżiv u l-faċilitazzjoni tal-aċċess għal, u l-appoġġ u l-promozzjoni ta', arkivji u libreriji awdjoviżivi bħala sorsi ta' memorja, edukazzjoni, użu mill-ġdid u negozju ġdid, anke permezz tal-aħħar teknoloġiji diġitali; [Em. 73]

(c)

il-promozzjoni ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej u l-għoti ta’ appoġġ lill-iżvilupp l-appoġġ tal-involviment tal-udjenzi kemm ta' kull età, b'mod partikolari l-udjenzi żgħażagħ u l-persuni b'diżabilità, għall-użu proattiv u legali ta' xogħlijiet awdjoviżivi fl-Ewropa kif ukoll u lil hinn minnha u għall-kondiviżjoni tal-kontenut iġġenerat mill-utent, anke bil-promozzjoni tal-edukazzjoni dwar il-films u l-edukazzjoni awdjoviżiva . [Em. 74]

Dawn il-prijoritajiet għandhom jiġu indirizzati permezz ta’ appoġġ għall-ħolqien, il-promozzjoni, l-aċċess, u d-disseminazzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej b’potenzjal , it-tixrid tal-valuri u tal-identità komuni Ewropej, bil-potenzjal li jilħqu udjenzi kbar ta' kull età kemm fl-Ewropa kif ukoll lil hinn minnha, u b’hekk għandhom iwasslu għal adattament għal żviluppi ġodda tas-suq u jakkumpanjaw id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva.

Dawn il-prijoritajiet huma spjegati aktar fid-dettall fl-Anness I. [Em. 75]

Artikolu 6

Il-fergħa TRANSSETTORJALI

B’konformità mal-għanijiet tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 3, il-fergħa “TRANSSETTORJALI” għandu jkollha l-prijoritajiet li ġejjin:

(a)

l-għoti ta' appoġġ għall-kooperazzjoni politika transnazzjonali u transsettorjali, inkluż fir-rigward tal-promozzjoni tar-rwol tal-kultura fl-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari fir-rigward tal-persuni b'diżabilità u tat-tisħiħ tad-demokrazija u l-promozzjoni tal-għarfien tal-programm, kif ukoll l-għoti ta' appoġġ għat-trasferibbiltà tar-riżultati sabiex tiżdied il-viżibbiltà tal-Programm ; [Em. 76]

(b)

il-promozzjoni ta’ approċċi innovattivi għall-ħolqien tal-kontenut artistiku u għar-riċerka , l-aċċess, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni tal-kontenut fost setturi artistiċi filwaqt li titqies il-protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur, fis-setturi kulturali u kreattivi differenti , li jkopru kemm id-dimensjoni tas-suq kif ukoll dik mhux tas-suq ; [Em. 77]

(c)

il-promozzjoni ta’ attivitajiet trażversali li jkopru bosta setturi bl-għan li jsir aġġustament għall-bidliet strutturali u teknoloġiċi li jiffaċċja s-settur tal-media, inkluż it-tisħiħ ta’ ambjent medjatiku , artistiku u kulturali ħieles, diversifikat u pluralistiku, tal-ġurnaliżmu ta’ kwalità l-etika professjonali fil-ġurnaliżmu, il-ħsieb kritiku tal-litteriżmu l-litteriżmu medjatiku , b'mod partikolari fost iż-żgħażagħ bl-għajnuna għall-adattament għal għodod u formats medjatiċi ġodda u għall-ġlieda kontra t-tixrid tad-diżinformazzjoni ; [Em. 78]

(d)

it-twaqqif u l-għoti ta’ appoġġ lil l-appoġġ tal-involviment attiv ta' Desks tal-Programm għal għanijiet ta’ promozzjoni tal-Programm fil-pajjiżi parteċipanti, il-promozzjoni tal-Programm fil-pajjiż tagħhom, b'mod ġust u bilanċjat, anke permezz ta' attivitajiet ta' netwerks fil-post, biex iħeġġu l-kooperazzjoni l-appoġġ tal-applikanti b'rabta tal-Programm u l-għoti ta' informazzjoni bażika dwar opportunitajiet ta' appoġġ rilevanti oħra disponibbli taħt programmi ffinanzjati mill-Unjoni u t-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni transfruntiera u tal-iskambju tal-aħjar prattiki fis-setturi kulturali u kreattivi. [Em. 79]

Dawn il-prijoritajiet huma spjegati aktar fid-dettall fl-Anness I.

Artikolu 7

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu mill-2021 sal-2027 għandu jkun ta’ EUR 1 850 000 000 2 806 000 000 , f’termini ta’ prezzijiet attwali kostanti . [Em. 80]

Il-programm għandu jiġi implimentat skont id-distribuzzjoni finanzjarja indikattiva li ġejja:

sa EUR 609 000 000 mhux inqas minn 33 % għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(a) (il-fergħa KULTURA); [Em. 81]

sa EUR 1 081 000 000 mhux inqas minn 58 % għall-għan imsemmi fl-Artikolu 3(2)(b) (il-fergħa MEDIA); [Em. 82]

sa EUR 160 000 000 9 % għall-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 3(2)(c) (il-fergħa TRANSSETTORJALI) li jiżguraw allokazzjoni finanzjarja lil kull Desk nazzjonali “Ewropea Kreattiva” mill-inqas fl-istess livell bħall-allokazzjoni finanzjarja prevista fir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 . [Em. 83]

2.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditu u ta’ evalwazzjoni inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġiji tal-informazzjoni.

3.   Apparti l-pakkett finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, jistgħu jiġu magħmula disponibbli kontribuzzjonijiet finanzjarji addizzjonali mill-istrumenti ta’ finanzjament esterni [l-Istrument tal-Viċinat, l-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni Internazzjonali, l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA III)], bħala appoġġ għal azzjonijiet implimentati u ġestiti skont dan ir-Regolament. Din il-kontribuzzjoni għandha tiġi ffinanzjata skont ir-Regolamenti li jistabbilixxu dawk l-istrumenti u għandha tiġi rapportata kull sena lill-awtorità baġitarja, flimkien mal-kontribuzzjonijiet ta' pajjiżi terzi għall-programm . [Em. 84]

4.   Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont l-[Artikolu 62(1)(a)] tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont l-[Artikolu 62(1)(c)] ta' dak ir-Regolament. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 8

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

1.   Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

Membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim ŻEE;

(b)

pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)

il-pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta' dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta' Assoċjazzjoni, jew fi ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)

il-pajjiżi l-oħra, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim uniku speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

(a)

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

(b)

jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat b’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-[Regolament Finanzjarju l-ġdid];

(c)

ma jagħtix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;

(d)

jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw fl-istrutturi ta' governanza tal-Programmi u fil-forums tal-partijiet ikkonċernati bil-għan tal-faċilitazzjoni tal-iskambju ta' informazzjoni. [Em. 85]

2.   Il-parteċipazzjoni tal-pajjiżi msemmija fil-punti (a), (b) u (c) sa (d) tal-paragrafu 1 fil-fergħa MEDIA u fil-fergħa TRANSSETTORJALI għandha tkun soġġetta għas-sodisfar tal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 2010/13/UE. [Em. 85]

3.   Il-ftehimiet konklużi ma’ pajjiżi speċifikati fil-punt (c) tal-paragrafu 1 jistgħu jidderogaw mill-obbligi stabbiliti fil-paragrafu 2 f’każijiet debitament ġustifikati.

3a.     Il-ftehimiet mal-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm taħt dan ir-Regolament għandhom jiġu ffaċilitati permezz ta' proċeduri li jkunu aktar rapidi minn dawk taħt ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013. Il-ftehimiet ma' pajjiżi ġodda għandhom jiġu promossi b'mod proattiv. [Em. 86]

L-Artikolu 8 bis

Pajjiżi terzi oħra

Jekk ikun fl-interess tal-Unjoni li jsir hekk, il-Programm jista’ jappoġġa l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, għajr ma’ dawk imsemmija fl-Artikolu 8, fir-rigward ta’ azzjonijiet iffinanzjati permezz ta’ kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-istrumenti ta’ finanzjament esterni skont l-Artikolu 7(3).

Artikolu 9

Kooperazzjoni ma’ organizzazzjoni internazzjonali u mal-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew

1.   L-aċċess għall-Programm għandu jkun miftuħ għal organizzazzjonijiet internazzjonali li huma attivi fl-oqsma koperti mill-Programm , bħall-UNESCO, il-Kunsill tal-Ewropa, permezz ta' kollaborazzjoni aktar strutturata mar-Rotot Kulturali u mal-Euroimages, l-Osservatorju tal-EUIPO, l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali u l-OECD, abbażi ta' kontributi konġunti, għall-ilħuq tal-għanijiet tal-Programm u b'konformità mar-Regolament Finanzjarju. [Em. 87]

2.   L-Unjoni għandha tkun membru tal-Osservatorju Awdjoviżiv Ewropew tul il-Programm. Il-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-Osservatorju għandha tikkontribwixxi lejn l-ilħuq tal-prijoritajiet tal-fergħa MEDIA. Il-Kummissjoni għandha tirrappreżenta lill-Unjoni fit-trattamenti tagħha mal-Osservatorju. Il-fergħa MEDIA għandha tappoġġa l-ħlas tat-tariffa ta' kontribuzzjoni għas-sħubija tal-Unjoni fl-Osservatorju biex jitrawmu u l-ġbir u l-analiżi tad-data fis-settur awdjoviżiv. [Em. 152]

Artikolu 9a

Ġbir tad-data dwar is-setturi kulturali u kreattivi

Il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ il-kooperazzjoni fis-servizzi tagħha, bħaċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u l-Eurostat, bil-għan li tiġbor data statistika xierqa u tanalizza l-impatt tal-politiki kulturali. Għal dak il-kompitu, il-Kummissjoni għandha taġixxi f'kooperazzjoni maċ-ċentri ta' eċċellenza fl-Ewropa u mal-istituti nazzjonali tal-istatistika u għandha taġixxi f'kollaborazzjoni mal-Kunsill tal-Ewropa, mal-OECD u mal-UNESCO. B'hekk għandha tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-għanijiet tal-fergħa KULTURA u ssegwi mill-qrib l-iżviluppi tal-politika kulturali, anke billi tinkludi lill-partijiet ikkonċernati fi stadju aktar bikri fir-riflessjoni u fl-adattament tal-indikaturi komuni għal setturi differenti jew indikaturi speċifiċi għal kull dominju ta' attivitajiet. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment dwar dawk l-attivitajiet lill-Parlament Ewropew. [Em. 88]

Artikolu 10

Implimentazzjoni u forom ta’ finanzjament mill-UE

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat b'ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju jew b'ġestjoni indiretta ma’ korpi msemmija fl-Artikolu 62(1)(c) tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet, u akkwist pubbliku. Jista' jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji fi ħdan operazzjonijiet ta' taħlit.

3.   L-operazzjonijiet ta' taħlit skont dan il-Programm għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[regolament InvestUE] u t-Titolu X mat-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju u l-proċeduri stabbiliti fir-[Regolament InvestEU]. Il-faċilità ta' garanzija dedikata maħluqa taħt Ewropa Kreattiva għandha titkompla taħt ir-[Regolament InvestUE] u għandha tqis il-prattiki ta' implimentazzjoni żviluppati fil-qafas tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 . [Em. 89]

4.   Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri, u skont ir-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fl-[Artikolu X tar-] Regolament XXX [is-suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] , mibnija fuq, u li jqisu, il-prattiki ta' implimentazzjoni diġà żviluppati . [Em. 90]

4a.     Sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, il-programmi stabbiliti bir-Regolament …/…[Strument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali] u r-Regolament …/… [IPAIII] għandhom jikkontribwixxu finanzjarjament għall-azzjonijiet stabbiliti taħt dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament għandu japplika għall-użu ta' dawk il-programmi, filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mar-Regolamenti li jirregolawhom rispettivament. [Em. 91]

Artikolu 11

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm permezz ta’ deċiżjoni taħt ftehim internazzjonali jew permezz ta’ kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa mill-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli, mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, drittijiet bħal dawn għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF).

Artikolu 12

Programmi ta’ ħidma

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta' ħidma annwali msemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. L-adozzjoni tal-programmi ta' ħidma għandha tkun preċeduta b'konsultazzjonijiet mad-diversi partijiet ikkonċernati sabiex ikun żgurat li l-azzjonijiet ippjanati jappoġġaw lis-setturi differenti involuti bl-aħjar mod possibbli. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit , li m'għandhomx jieħdu preċedenza fuq il-finanzjament dirett fil-forma ta' sussidji .

L-objettivi ġenerali u speċifiċi u l-prijoritajiet u l-azzjonijiet ta' politika korrispondenti tal-Programm, kif ukoll il-baġit allokat għal kull azzjoni, għandhom jiġu speċifikati fid-dettall fil-programmi ta' ħidma annwali. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jkun fih ukoll skeda ta' żmien indikattiva ta' implimentazzjoni. [Em. 92]

2.   Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'konformità mal-Artikolu 19 sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tistabbilixxi programmi ta' ħidma annwali . [Em. 93]

Kapitolu II

Għotjiet u entitajiet eliġibbli

Artikolu 13

Għotjiet

1.   Għotjiet li jaqgħu taħt il-Programm għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

1a.     Is-sejħiet għal proposti jistgħu jqisu l-ħtieġa li jiġi żgurat appoġġ xieraq għal proġetti fuq skala żgħira taħt il-fergħa KULTURA permezz ta' miżuri li jistgħu jinkludu rati ogħla ta' kofinanzjament. [Em. 94]

1b.     L-għotjiet għandhom jingħataw b'kunsiderazzjoni tal-karatteristiċi li ġejjin ta' kull proġett:

(a)

il-kwalità tal-proġett;

(b)

l-effett;

(c)

il-kwalità u l-effiċjenza fl-implimentazzjoni tiegħu. [Em. 95]

2.   Il-kumitat ta’ evalwazzjoni jista’ jkun magħmul minn esperti esterni. Għandu jiltaqa' fil-preżenza fiżika tal-membri tiegħu jew b'mod remot.

L-esperti għandu jkollhom sfond professjonali relatat mal-qasam ivvalutat. Il-kumitat ta' evalwazzjoni jista' jitlob l-opinjoni ta' esperti mill-pajjiż tal-applikazzjoni. [Em. 96]

3.   B’deroga mill-Artikolu 193(2) tar-Regolament Finanzjarju, u f’każijiet debitament ġustifikati, il-kostijiet imġarrba mill-benefiċjarju qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-għotja jistgħu għandhom jitqiesu eliġibbli, sakemm ikunu marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet u l-attivitajiet appoġġati. [Em. 97]

4.   Fejn applikabbli, l-azzjonijiet tal-Programm għandhom jiddefinixxu kriterji xierqa ta’ nondiskriminazzjoni, inkluż b’rabta mal-bilanċ bejn is-sessi.

Artikolu 14

Entitajiet eliġibbli

1.   Il-kriterji tal-eliġibbiltà stabbiliti fil-paragrafu 2 sal-paragrafu 4 għandhom japplikaw flimkien mal-kriterji stabbiliti fl-[Artikolu 197] tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Huma eliġibbli l-entitajiet li ġejjin:

(a)

l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġejjin::

(1)

Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(2)

pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm;

(3)

pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafu 3 u l-paragrafu 4;

(b)

kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

3.   L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari.

4.   Jenħtieġ li l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz li mhuwiex assoċjat mal-Programm, fil-prinċipju, iġarrbu l-kost tal-parteċipazzjoni tagħhom. Jekk ikun fl-interess tal-Unjoni, l-kostijiet tal-parteċipazzjoni tagħhom jistgħu jiġu koperti minn kontribuzzjonijiet addizzjonali mill-istrumenti ta’ finanzjament estern skont l-Artikolu 7(3).

5.   L-entitajiet li ġejjin jistgħu eċċezzjonalment jingħataw għotjiet mingħajr sejħa għal proposti , abbażi ta' missjonijiet u objettivi speċifiċi li għandhom jiġu definiti mill-Kummissjoni u vvalutati regolarment bi qbil mal-objettivi tal-Programm : [Em. 98]

(a)

L-Akkademja Ewropea tal-Films fil-qafas ta' kooperazzjoni mal-Parlament Ewropew dwar il-Premju Ċinematografiku LUX, wara ftehim ta' kooperazzjoni nnegozjat u ffirmat mill-partijiet u b'kollaborazzjoni maċ-Ċinemas Ewropej ; sakemm jiġi konkluż ftehim ta' kooperazzjoni, il-fondi previsti għandhom jitqiegħdu f'riżerva ; [Em. 99]

(b)

L-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea għall-attivitajiet tagħha, inkluża l-għażla regolari ta', u t-taħriġ għal, mużiċisti żgħażagħ mill-Istati Membri kollha permezz ta' programmi ta' residenza li joffru mobbiltà u l-opportunità li jdoqqu f'festivals u f'tours fl-Unjoni u fil-livell internazzjonali u li jikkontribwixxu għaċ-ċirkolazzjoni tal-kultura Ewropea bejn il-fruntieri u għall-internazzjonalizzazzjoni tal-karrieri ta' mużiċisti żgħażagħ, bil-għan ta' bilanċ ġeografiku tal-parteċipanti; l-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea għandha tiddiversifika kontinwament id-dħul tagħha billi tfittex b'mod attiv appoġġ finanzjarju minn sorsi ġodda, filwaqt li tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq fondi tal-Unjoni; l-attivitajiet tal-Orkestra taż-Żgħażagħ tal-Unjoni Ewropea għandhom ikunu konformi mal-għanijiet u l-prijoritajiet tal-Programm u tal-fergħa KULTURA, b'mod partikolari l-involviment tal-udjenzi . [Em. 100]

Kapitolu III

Sinerġiji u kumplimentarjetà

Artikolu 15

Kumplimentarjetà

Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, għandha tiżgura l-konsistenza u  l- kumplementarjetà komplementarjetà globali tal-Programm mal-politiki u l-programmi rilevanti, b'mod partikolari dawk li jirrigwardaw il-bilanċ bejn is-sessi, l-edukazzjoni, b'mod partikolari l-edukazzjoni diġitali u l-litteriżmu medjatiku, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, b'mod partikolari għall-gruppi emarġinati u għall-minoranzi, ir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluża l-innovazzjoni soċjali, l-industrija u l-intrapriżi, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-azzjoni klimatika, il-koeżjoni, il-politika reġjonali u urbana, it-turiżmu sostenibbli, l-għajnuna mill-Istat , il-mobbiltà u l-kooperazzjoni u l-iżvilupp internazzjonali , anke biex tippromwovi l-użu effikaċi tal-fondi pubbliċi.

Il-Kummissjoni għandha tiżgura li, meta l-proċeduri stabbiliti fil-[Programm InvestEU] jiġu applikati għall-finijiet tal-Programm, iqisu l-prattiki żviluppati fil-qafas tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1295/2013. [Em. 101]

Artikolu 16

Finanzjament kumulattiv u kombinat

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, inkluż Fondi skont ir-Regolament (UE) Nru XX/XXXX [CPR], sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet totali eliġibbli tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkulat fuq bażi prorata.

2.   Proposta eliġibbli bħala parti mill-Programm tista’ tiġi ppremjata b’Siġill ta’ Eċċellenza, dejjem sakemm tissodisfa l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

(a)

tkun ġiet ivvalutata f’sejħa għal proposti bħala parti mill-Programm;

(b)

tikkonforma mar-rekwiżiti minimi dwar il-kwalità għolja ta’ dik is-sejħa għal proposti; [Em. 102]

(c)

ma tistax tiġi ffinanzjata bħala parti minn dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji.

2a.     Proposti li ngħataw Siġill ta' Eċċellenza jistgħu jirċievu fondi direttament minn programmi oħra u minn fondi taħt ir-Regolament [ir-Regolament CPR COM(2018)0375] b'konformità mal-Artikolu 67(5) tiegħu, dment li tali proposti jkunu konsistenti mal-objettivi tal-Programm. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-kriterji tal-għażla u tal-għoti għall-proġetti li għandhom jingħataw is-Siġill ta' Eċċellenza jkunu koerenti, ċari u trasparenti għall-benefiċjarji potenzjali. [Em. 103]

Artikolu 16a

Il-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi taħt InvestEU

1.     L-appoġġ finanzjarju permezz tal-Programm InvestEU l-ġdid għandu jibni fuq l-objettivi u l-kriterji tal-Faċilità ta' Garanzija tas-Setturi Kulturali u Kreattivi filwaqt li jqis l-ispeċifiċità tas-settur.

2.     Il-Programm InvestEU għandu jipprovdi:

(a)

lill-SMEs u lill-organizzazzjonijiet mikro, żgħar u ta' daqs medju fis-setturi kulturali u kreattivi b'aċċess għall-fondi;

(b)

garanziji lill-intermedjarji finanzjarji parteċipanti minn kwalunkwe pajjiż li jipparteċipa fil-Faċilità ta' Garanzija;

(c)

lill-intermedjarji finanzjarji parteċipanti b'għarfien espert addizzjonali għall-valutazzjoni tar-riskji assoċjati mal-SMEs u l-organizzazzjonijiet mikro, żgħar u ta' daqs medju u ma' proġetti kulturali u kreattivi;

(d)

il-volum tal-finanzjament b'dejn li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-SMEs u tal-organizzazzjonijiet mikro, żgħar u ta' daqs medju;

(e)

l-SMEs u l-organizzazzjonijiet mikro, żgħar u medji madwar ir-reġjuni u s-setturi bil-kapaċità li jibnu portafoll diversifikat ta' self u li jipproponu pjan ta' kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni;

(f)

il-forom ta' self li ġejjin: investiment f'assi tanġibbli u intanġibbli bl-esklużjoni ta' kollateral personali; trasferiment tan-negozju; kapital operatorju, bħal self interim, gap financing, fluss ta' flus u linji ta' kreditu. [Em. 104]

Kapitolu IV

Monitoraġġ, Evalwazzjoni u Kontroll

Artikolu 17

Monitoraġġ u rapportar

1.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness II.

1a.     Il-fergħat għandu jkollhom sett komuni ta' indikaturi kwalitattivi. Kull fergħa għandu jkollha sett iddedikat ta' indikaturi. [Em. 105]

2.   Biex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-programm lejn il-kisba l-ilħuq tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 19 sabiex tiżviluppa d-dispożizzjonijiet għal qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inklużi emendi għall-Anness II bl-għan li l-indikaturi jiġi rieżaminati jew supplimentati fejn meħtieġ għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni supplementati. Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat dwar l-indikaturi sal-31 ta' Diċembru 2022 . [Em. 106]

3.   Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u, fejn rilevanti l-Istati Membri.

Artikolu 18

Evalwazzjoni

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

1a.     Iċ-ċifri disponibbli dwar l-ammont ta' approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament li kienu jkunu meħtieġa għall-finanzjament tal-proġetti mogħtija s-Siġill ta' Eċċellenza għandhom jiġu kkomunikati kull sena liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, tal-inqas tliet xhur qabel id-data tal-pubblikazzjoni tal-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom dwar il-baġit tal-Unjoni għas-sena ta' wara, skont il-kalendarju stabbilit bi ftehim komuni għall-proċedura baġitarja annwali. [Em. 107]

2.   L-evalwazzjoni interim tal-Programm għandha titwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Programm għandu jsir sat-30 ta' Ġunju 2024 .

Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-31 ta' Diċembru 2024.

Il-Kummissjoni, fejn meħtieġ u abbażi tar-rieżami ta' nofs it-terminu, għandha tressaq proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament. [Em. 108]

3.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn sentejn wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq titressaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni. [Em. 109]

4.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

5.   Is-sistema ta’ rapportar dwar l-evalwazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-evalwazzjoni tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti u effettiv, f’waqtu u fil-livell xieraq ta’ granularità. Dik id-data u l-informazzjoni għandhom jiġu komunikati lill-Kummissjoni b’mod li jkun konformi ma’ dispożizzjonijiet legali oħra; pereżempju, meta jkun meħtieġ li jsir hekk, id-data personali għandha ssir anonima. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE.

Artikolu 19

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 12(2) u 17 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028.

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 12(2) u 17 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħat speċifikata f’dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 12(2) u 17 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Kapitolu V

Dispożizzjonijiet Tranżitorji u Finali

Artikolu 20

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni (b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż lill-midja lill-media u lill-pubbliku , b'mod partikolari l-isem tal-Programm u, fil-każ ta' azzjonijiet iffinanzjati permezz tal-fergħa MEDIA, il-logo MEDIA. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa logo KULTURA li għandu jintuża għal azzjonijiet iffinanzjati taħt il-fergħa KULTURA . [Em. 110]

2.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha appoġġati permezz tal-fergħat tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

Artikolu 21

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 22

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament m’għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013, li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll il-kostijiet tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1295/2013.

3.   Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-kostijiet previsti fl-Artikolu 7(4), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta' azzjonijiet mhux kompletati sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Artikolu 23

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 110, 22.3.2019, p. 87.

(2)  ĠU C […], […], p. […].

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Marzu 2019.

(4)  COM(2018)0267.

(5)   Direttiva (UE) 2019/789 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' April 2019 li tistabbilixxi regoli dwar l-eżerċizzju tad-dritt tal-awtur u ta' drittijiet relatati li japplikaw għal ċerti trażmissjonijiet online tal-organizzazzjonijiet tax-xandir u għal trażmissjonijiet mill-ġdid tal- programmi tat-televiżjoni u tar-radju u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/83/KEE (ĠU L 130, 17.5.2019, p. 82).

(6)  COM(2016)0287.

(7)   Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010 / 13 / UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbidlu (ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69).

(8)   Deċiżjoni (UE) 2017/864 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2017 dwar Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali (2018), (ĠU L 131, 20.5.2017, p. 1).

(9)   Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

(10)  JOIN/2016/029

(11)  COM(2014)0477.

(12)  COM(2017)0479.

(13)  L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, li ġiet adottata min-Nazzjonijiet Uniti f’Settembru 2015, A/RES/70/1.

(14)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(15)   2018/0243 (COD).

(16)   2018/0247 (COD).

(17)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(18)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(19)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(20)  Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(21)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(22)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(23)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(24)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(25)  ĠU L 124, 20.5.2003

ANNESS I

Informazzjoni kumplimentari dwar l-attivitajiet li se jiġu ffinanzjati

1.   FERGĦA KULTURA

Il-prijoritajiet tal-fergħa KULTURA tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 4 għandhom jiġu segwiti permezz tal-azzjonijiet li ġejjin:

 

Azzjonijiet orizzontali:

(a)

Proġetti ta’ kooperazzjoni transnazzjonali b'distinzjoni ċara bejn proġetti fuq skala żgħira, medja u kbira u b'attenzjoni speċjali għal organizzazzjonijiet kulturali mikro u żgħar ; [Em. 111]

(b)

Netwerks Ewropej ta’ organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi minn pajjiżi differenti;

(c)

Pjattaformi pan-Ewropej kulturali u kreattivi;

(d)

Mobbiltà tal-artisti , tal-artiġjani u tal-operaturi tas-setturi kulturali u kreattivi fl-attività transnazzjonali tagħhom, inkluż li jkopru kostijiet relatati mal-attività artistika, iċ-ċirkolazzjoni tax-xogħlijiet artistiċi u kulturali ; [Em. 112]

(e)

Appoġġ għal organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi biex joperaw fil-livell internazzjonali u biex jiżviluppaw it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tagħhom ; [Em. 113]

(f)

Żvilupp, kooperazzjoni u implimentazzjoni tal-politika fil-qasam tal-kultura, inkluż permezz tal-provvista ta’ data u tal-iskambju tal-aħjar prassi, jew proġetti pilota.

 

Azzjonijiet settorjali:

(a)

Appoġġ għas-settur tal-mużika: promozzjoni tad-diversità, tal-kreattività u tal-innovazzjoni fis-settur tal-mużika, b’mod partikolari d-distribuzzjoni tar-repertorju s-settur tal-mużika live, anke permezz tan-netwerking, id-distribuzzjoni u l-promozzjoni ta' xogħlijiet u ta' repertorju mużikali Ewropej diversifikati fl-Ewropa u lil hinn minnha, azzjonijiet ta’ taħriġ it-taħriġ, il-parteċipazzjoni fil-mużika l-aċċess għall-mużika, l-iżvilupp tal-udjenzi għar-repertorju Ewropew, il-viżibbiltà u r-rikonoxximent ta' dawk li joħolqu xogħlijiet artistiċi, tal-promoturi u tal-artisti, b'mod partikolari dawk żgħażagħ u emerġenti , kif ukoll appoġġ għall-ġbir u l-analiżi tad-data; [Em. 114]

(b)

Appoġġ għas-settur tal-kotba u tal-pubblikazzjoni: azzjonijiet immirati għall-promozzjoni tad-diversità, tal-kreattività u tal-innovazzjoni, b’mod partikolari t-traduzzjoni u l-promozzjoni , l-adattament f'formats aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità, il-promozzjoni tal-letteratura Ewropea fost bejn il-fruntieri fl-Ewropa u lil hinn minnha, taħriġ anke permezz tal-libreriji, it-taħriġ skambji l-iskambji għall-professjonisti fis-settur, l-awturi u t-tradutturi kif ukoll proġetti transnazzjonali għall-kollaborazzjoni, l-innovazzjoni u l-iżvilupp fis-settur; [Em. 115]

(c)

Appoġġ għas-setturi tal-arkitettura u tal-wirt kulturali tal-wirt kulturali u għall-arkitettura : azzjonijiet immirati għall-mobbiltà tal-operaturi, il-bini tal-kapaċità, l-iżvilupp ir-riċerka, l-istabbiliment ta' standards ta' kwalità għolja, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet , il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-ħiliet professjonali għall-artiġjani, l-involviment tal-udjenzi u l-internazzjonalizzazzjoni tas-setturi tal-wirt kulturali u tal-arkitettura , l-appoġġ għas-salvagwardja, il-konservazzjoni, ir-riġenerazzjoni tal-ispazji tal-ħajja, l-użu mill-ġdid adattiv , il-promozzjoni ta' Baukultur, l-appoġġ għas-salvagwardja, għall-konservazzjoni tal-Baukultur, is-sostenibbiltà , id-disseminazzjoni , it-titjib għat-titjib l-internazzjonalizzazzjoni tal-wirt kulturali tanġibbli u intanġibbli u tal-valuri tiegħu permezz ta' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, ta' netwerking u ta' tagħlim bejn il-pari; [Em. 116]

(d)

Appoġġ għal setturi oħra: azzjonijiet immirati ta' promozzjoni mmirati favur l-iżvilupp tal-aspetti kreattivi tas-setturi ta' setturi oħra, inklużi s-setturi tad-disinn u tal-moda u tat-turiżmu turiżmu kulturali sostenibbli , kif ukoll il-promozzjoni u r-rappreżentanza tagħhom barra l-Unjoni Ewropea. [Em. 117]

Appoġġ għas-setturi kulturali u kreattivi kollha fl-oqsma ta' ħtieġa komuni, billi azzjoni settorjali tista' tiġi żviluppata kif ikun xieraq fil-każijiet fejn l-ispeċifiċitajiet ta' subsettur jiġġustifikaw approċċ immirat. Għandu jittieħed approċċ orizzontali għall-proġetti transnazzjonali għall-kollaborazzjoni, għall-mobbiltà u għall-internazzjonalizzazzjoni, inkluż permezz ta' programmi ta' residenza, tours, avvenimenti, live performances, wirjiet u festivals, kif ukoll għall-promozzjoni tad-diversità, il-kreattività u l-innovazzjoni, it-taħriġ u l-iskambji għal professjonisti tas-settur, it-tisħiħ tal-kapaċitajiet, in-netwerking, il-ħiliet, l-iżvilupp tal-udjenzi u l-ġbir u l-analiżi tad-data. L-azzjonijiet settorjali għandhom jibbenefikaw minn baġits li jkunu proporzjonati għas-setturi identifikati bħala prijoritajiet. L-azzjonijiet settorjali għandhom jgħinu biex jiġu indirizzati l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw is-setturi ta' prijorità differenti identifikati f'dan l-Anness, billi jibnu fuq il-proġetti pilota eżistenti u fuq azzjonijiet preparatorji. [Em. 118]

Azzjonijiet speċjali bl-għan li l-identità Ewropea u d-diversità u l-wirt kulturali Ewropej isiru tagħha jsiru viżibbli u tanġibbli, u biex jitrawwem id-djalogu interkulturali: [Em. 119]

(a)

Il-Bliet Kapitali Ewropej tal-Kultura jiżguraw appoġġ finanzjarju għad-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1);

(b)

Iċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew jiżgura appoġġ finanzjarju għad-Deċiżjoni Nru 1194/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) u n-netwerk tas-siti taċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew ; [Em. 120]

(c)

Il-premjijiet kulturali tal-UE , inkluż il-Premju Teatrali Ewropew ; [Em. 121]

(d)

Il-Jiem tal-Wirt Ewropew;

(da)

azzjonijiet favur produzzjonijiet interdixxiplinari relatati mal-Ewropa u mal-valuri tagħha; [Em. 122]

(e)

Appoġġ għal dawk l-istituzzjonijiet kulturali Ewropej li għandhom l-għan li jwasslu servizz kulturali dirett liċ-ċittadini Ewropej b’kopertura ġeografika kbira.

2.   FERGĦA MEDIA

Il-prijoritajiet tal-fergħa MEDIA tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 5 għandhom iqisu r-rekwiżiti tad-Direttiva 2010/13/UE u d-differenzi bejn il-pajjiżi rigward il-produzzjoni, id-distribuzzjoni u l-aċċess għall-kontenut awdjoviżiv, kif ukoll id-daqs u l-ispeċifiċitajiet tas-swieq rispettivi u għandhom jiġu segwiti, fost l-oħrajn, permezz ta’ dawn li ġejjin: [Em. 123]

(a)

L-iżvilupp ta’ xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, b'mod partikolari films u xogħlijiet tat-televiżjoni bħal films ta' finzjoni, films qosra, dokumentarji, films tat-tfal u films animati, u xogħlijiet interattivi bħal video games u multimedia ta' kwalità u narrattivi, li jkollhom potenzjal akbar ta' ċirkolazzjoni transfruntiera u magħmula minn kumpaniji Ewropej ta' produzzjoni indipendenti ; [Em. 124]

(b)

Il-produzzjoni ta’ kontenut televiżiv u xenarji ta’ sensiliet innovattivi u ta' kwalità għall-etajiet kollha, bl-appoġġ tal-kumpaniji Ewropej ta' produzzjoni indipendenti ; [Em. 125]

(ba)

Appoġġ għal inizjattivi dedikati għall-ħolqien u għall-promozzjoni ta' xogħlijiet relatati mal-istorja tal-integrazzjoni Ewropea u mal-istejjer Ewropej. [Em. 126]

(c)

Għodod ta’ promozzjoni, ta' reklamar u ta’ kummerċjalizzazzjoni, inkluż dawk online u bl-użu tal-analiżi tad-data biex ix-xogħlijiet Ewropej tiżdidilhom il-prominenza, il-viżibbiltà, l-aċċess transfruntiera transfruntier , u jilħqu udjenzi akbar; [Em. 127]

(d)

Appoġġ għall-bejgħ u ċ-ċirkolazzjoni internazzjonali ta' xogħlijiet Ewropej mhux nazzjonali fuq il-pjattaformi kollha , kemm għall-produzzjonijiet żgħar kif ukoll għal dawk kbar , inkluż permezz ta' strateġiji ta' distribuzzjoni koordinati li jkopru diversi pajjiżi u s-sottotitolar, id-doppjaġġ u d-deskrizzjoni awdjo ; [Em. 128]

(da)

Azzjonijiet li jkollhom l-għan li jappoġġaw lill-pajjiżi ta' kapaċità baxxa biex itejbu n-nuqqasijiet rispettivi identifikati tagħhom; [Em. 129]

(e)

Appoġġ għall-iskambji minn negozju għal negozju u attivitajiet ta' netwerking biex il-koproduzzjonijiet Ewropej u internazzjonali u ċ-ċirkolazzjoni ta' xogħlijiet Ewropej jiġu faċilitati; [Em. 130]

(ea)

Appoġġ għan-netwerks Ewropej tal-persuni li joħolqu xogħlijiet artistiċi awdjoviżivi minn pajjiżi differenti li jkollhom l-għan li jrawmu t-talenti kreattivi fis-settur awdjoviżiv; [Em. 131]

(eb)

Miżuri speċifiċi biex jikkontribwixxu għat-trattament ġust tat-talent kreattiv fis-settur awdjoviżiv; [Em. 132]

(f)

Il-promozzjoni ta’ xogħlijiet Ewropej f’avvenimenti u fieri industrijali fl-Ewropa u lil hinn minnha;

(g)

Inizjattivi li jippromwovu l-iżvilupp u l-involviment tal-udjenzi , b'mod partikolari fiċ-ċinema, u l-edukazzjoni dwar il-films ċinematografika u awdjoviżiva , li jindirizzaw b'mod partikolari lill-udjenzi żgħażagħ; [Em. 133]

(h)

Attivitajiet ta' taħriġ u ta' mentoraġġ biex tittejjeb il-kapaċità tal-operaturi awdjoviżivi li , inklużi l-artiġjani u n-nies tas-sengħa, biex jadattaw għal żviluppi ġodda tas-suq u għat-teknoloġiji diġitali; [Em. 134]

(i)

Netwerk wieħed jew aktar ta' operaturi ta' servizzi Video on Demand (VOD), li juru proporzjon sinifikanti ta' films Ewropej mhux nazzjonali; [Em. 135]

(j)

Netwerk(s) Festivals Ewropej u netwerks ta' festivals Ewropej li juru u li jippromwovu varjetà ta' xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej, bi proporzjon sinifikanti ta' films Ewropej mhux nazzjonali; [Em. 136]

(k)

Netwerk ta’ operaturi taċ-ċinema Ewropej li juru proporzjon sinifikanti ta' films Ewropej mhux nazzjonali , li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tar-rwol tas-swali taċ-ċinema fil-katina tal-valur u li jenfasizza l-wiri pubbliku tal-films bħala esperjenza soċjali ; [Em. 137]

(l)

Miżuri speċifiċi , inklużi attivitajiet ta' mentoraġġ u ta' netwerking, li jikkontribwixxu għal parteċipazzjoni aktar bilanċjata bejn is-sessi fis-settur awdjoviżiv; [Em. 138]

(m)

Appoġġ għad-djalogu politiku, għal azzjonijiet innovattivi ta’ politika u għall-iskambju tal-aħjar prassi – inkluż permezz ta’ attivitajiet analitiċi u permezz tal-forniment ta’ data affidabbli;

(n)

L-iskambju transnazzjonali tal-esperjenzi u tal-għarfien, attivitajiet ta’ tagħlim bejn il-pari u netwerking fost is-settur awdjoviżiv u dawk li jfasslu l-politika.

(na)

Appoġġ għaċ-ċirkolazzjoni ta' kontenut kulturali televiżiv online u offline u aċċess għalih b'diversi lingwi, inkluż permezz ta' sottotitoli, għall-promozzjoni tar-rikkezza u d-diversità tal-wirt kulturali Ewropew, il-kreazzjonijiet kontemporanji u l-lingwi. [Em. 139]

3.   FERGĦA TRANSSETTORJALI

Il-prijoritajiet tal-fergħa TRANSSETTORJALI tal-Programm imsemmija fl-Artikolu 6 għandhom jiġu segwiti b’mod partikolari permezz ta’:

 

Kooperazzjoni fil-Qasam tal-Politika u sensibilizzazzjoni:

(a)

L-iżvilupp tal-politika, l-iskambju transnazzjonali tal-esperjenzi u tal-għarfien, l-attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari , inkluż il-mentoraġġ tal-pari għal parteċipanti ġodda fil-Programm, is-sensibilizzazzjoni u n-netwerking fost l-organizzazzjonijiet kulturali u kreattivi u dawk li jfasslu l-politika ta' natura transsettorjali , anke permezz ta' djalogu strutturali permanenti mal-partijiet ikkonċernati, u ma' Forum ta' Setturi Kulturali u Kreattivi għat-tisħiħ tad-djalogu u l-orjentazzjoni tal-politiki settorjali ; [Em. 140]

(b)

Attivitajiet analitiċi transettorjali;

(c)

Appoġġ għall-azzjonijiet li għandhom l-għan li jrawmu l-kooperazzjoni fil-politika transfruntiera u l-iżvilupp tal-politika b’rabta mar-rwol tal-inklużjoni soċjali permezz tal-kultura;

(d)

It-titjib tal-għarfien dwar il-programm u t-temi li jkopri, it-trawwim tas-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini, u l-għajnuna għat-trasferibbiltà tar-riżultati lil hinn mil-livell tal-Istat Membru.

 

Il-Laboratorju tal-Innovazzjoni Kreattiva:

(a)

Inkoraġġiment biex jinħolqu forom ġodda fit-tlaqqigħ bejn setturi kulturali u kreattivi differenti, u ma' operaturi ta' setturi oħra, pereżempju bl-użu ta' , u l-mentoraġġ fl-użu ta', teknoloġiji innovattivi f'organizzazzjonijiet kulturali u kollaborazzjoni permezz ta' hubs diġitali ; [Em. 141]

(b)

It-trawwim ta’ approċċi transsettorjali innovattivi u għodod li jiffaċilitaw l-aċċess, id-distribuzzjoni, il-promozzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-kultura u tal-kreattività, inkluż il-wirt kulturali.

(ba)

Azzjonijiet favur produzzjonijiet interdixxiplinari relatati mal-Ewropa u mal-valuri tagħha; [Em. 142]

 

Desks tal-Programm:

(a)

Il-promozzjoni tal-programm f'livell nazzjonali u l-forniment ta' informazzjoni rilevanti dwar id-diversi tipi ta' appoġġ finanzjarju disponibbli skont il-politika tal-Unjoni u dwar il-kriterji, il-proċedura u r-riżultati tal-evalwazzjoni ; [Em. 143]

(b)

L-appoġġ għal benefiċjarji potenzjali fil-proċess ta' applikazzjoni, it-tħeġġiġ tal-kooperazzjoni transfruntiera u tal-iskambju tal-aħjar prattiki bejn il-professjonisti, l-istituzzjonijiet, il-pjattaformi u n-netwerks fl-oqsma ta' politika u fis-setturi koperti mill-programm u bejniethom; [Em. 144]

(c)

L-appoġġ għall-Kummissjoni biex tiżgura komunikazzjoni u disseminazzjoni xierqa tar-riżultati tal-programm liċ-ċittadini u lill-operaturi kemm minn isfel għal fuq u minn fuq għal isfel . [Em. 145]

 

L-attivitajiet trażversali li jappoġġaw is-settur tal-mezzi tal-informazzjoni:

(a)

L-indirizzar tal-bidliet strutturali u teknoloġiċi li qed jiffaċċja s-settur tal-media tal-aħbarijiet , permezz tal-promozzjoni u l-monitoraġġ ta’ ambjent medjatiku diversifikat indipendenti u pluralistiku u bl-appoġġ ta' monitoraġġ indipendenti għall-valutazzjoni tar-riskji u tal-isfidi għall-pluraliżmu u għal-libertà tal-media ; [Em. 146]

(b)

L-appoġġ għal standards għoljin tal-produzzjoni tal-media billi jitrawmu l-kooperazzjoni, il-ħiliet diġitali, il-ġurnaliżmu ta' kollaborazzjoni transfruntiera, u l-kontenut ta' kwalità u mudelli ekonomiċi tal-media sostenibbli biex tiġi żgurata l-etika professjonali fil-ġurnaliżmu ; [Em. 147]

(c)

Il-promozzjoni tal-litteriżmu medjatiku sabiex iċ-ċittadini jkunu , b'mod partikolari ż-żgħażagħ, ikunu jistgħu jiżviluppaw fehim kritiku tal-media u l-appoġġ tal-ħolqien ta' pjattaforma tal-Unjoni għall-kondiviżjoni ta' prattiki u politiki tal-litteriżmu medjatiku fost l-Istati Membri kollha, anke permezz ta' netwerks universitarji ta' radju u media li jittrattaw l-Ewropa u jipprovdu lill-professjonisti tal-media tal-aħbarijiet bi programmi ta' taħriġ sabiex jagħrfu u jindirizzaw id-diżinformazzjoni . [Em. 148]

(ca)

It-tħeġġiġ u s-salvagwardja tad-djalogu politiku u tas-soċjetà ċivili dwar theddid għal-libertà tal-media u l-pluraliżmu tal-media fl-Ewropa; [Em. 149]


(1)  Id-Deċiżjoni Nru 445/2014/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ April 2014 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni għall-Kapitali Ewropej tal-Kultura għas-snin 2020 sal-2033 u li tħassar id-Deċiżjoni Nru 1622/2006/KE (ĠU L 132, 3.5.2014, p. 1).

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 1194/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Novembru 2011 li tistabbilixxi azzjoni tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċertifikat tal-Patrimonju Ewropew (ĠU L 303, 22.11.2011, p. 1).

ANNES II

INDIKATURI KOMUNI KWALITATTIVI U KWANTITATTIVI TAL-IMPATT TAL-PROGRAMM

(1)

Il-benefiċċju għaċ-ċittadini u għall-komunitajiet;

(2)

Il-benefiċċju għat-tisħiħ tad-diversità kulturali u tal-wirt kulturali Ewropej;

(3)

Il-benefiċċju għall-ekonomija u l-impjiegi tal-Unjoni, b'mod partikolari s-setturi kulturali u kreattivi u l-SMEs;

(4)

L-integrazzjoni tal-politiki tal-Unjoni, inklużi r-relazzjonijiet kulturali internazzjonali;

(5)

Il-valur miżjud Ewropew tal-proġetti;

(6)

Il-kwalità tas-sħubijiet u tal-proġetti kulturali;

(7)

L-għadd ta' persuni li jaċċessaw xogħlijiet kulturali u kreattivi Ewropej appoġġati mill-Programm;

(8)

L-għadd ta' postijiet tax-xogħol marbuta mal-proġetti ffinanzjati;

(9)

Il-bilanċ bejn is-sessi, meta meħtieġ, il-mobbiltà u l-awtonomizzazzjoni tal-operaturi fis-setturi kulturali u kreattivi. [Em. 150]

Indikaturi

FERGĦA KULTURA:

In-numru u l-iskala ta’ sħubijiet transnazzjonali maħluqa bl-appoġġ tal-Programm

In-numru ta’ artisti u atturi kulturali u/jew kreattivi (ġeografikament) mobbli lil hinn mill-fruntieri nazzjonali bl-appoġġ tal-Programm, skont il-pajjiż ta’ oriġini

In-numru ta’ nies li jaċċessaw xogħlijiet kulturali u kreattivi Ewropej iġġenerati mill-Programm, inklużi xogħlijiet minn pajjiżi li ma jkunux tagħhom

In-numru ta’ proġetti appoġġati mill-Programm indirizzati lejn gruppi żvantaġġati, jiġifieri ż-żgħażagħ u l-migranti mingħajr xogħol

In-numru ta’ proġetti appoġġati mill-Programm li jinvolvu organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi


FERGĦA MEDIA:

In-numru ta’ nies li jaċċessaw xogħlijiet awdjoviżivi Ewropej minn pajjiżi oħra għajr tagħhom stess u li huma appoġġati mill-Programm

In-numru ta’ parteċipanti f’attivitajiet ta’ tagħlim appoġġati mill-Programm li jistmaw li tejbu l-kompetenzi u żiedu l-impjegabbiltà tagħhom

In-numru u l-baġit ta’ koproduzzjonijiet żviluppati u maħluqa bl-appoġġ tal-Programm

In-numru ta’ nies li ntlaħqu mill-attivitajiet promozzjonali ta’ Negozju għal Negozju fis-swieq ewlenin


FERGĦA TRANSSETTORJALI:

In-numru u l-iskala ta’ sħubijiet transnazzjonali ffurmati (indikatur kompost għal laboratorji tal-innovazzjonijiet kreattivi u azzjonijiet tal-media tal-informazzjoni)

In-numru ta’ avvenimenti għall-promozzjoni tal-Programm organizzati mid-desks tal-programm


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/965


P8_TA(2019)0324

“Erasmus”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Erasmus”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 (COM(2018)0367 – C8-0233/2018 – 2018/0191(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/55)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0367),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 165(4) u 166(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0233/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Frar 2019 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0111/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 194.

(2)  ĠU C 168, 16.5.2019, p. 49.


P8_TC1-COD(2018)0191

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi “Erasmus” “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 [Em. 1 Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 165(4) u 166(4) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu b’konformità mal-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

F'kuntest ta' bidliet rapidi u profondi kkawżati mir-rivoluzzjoni teknoloġika u l-globalizzazzjoni, l-investiment fil-mobbilità L-investiment fil-mobbiltà għat-tagħlim għal kulħadd, irrispettivament mill-isfond soċjali jew kulturali u irrispettivament mill-mezzi, kif ukoll l-iżvilupp ta' politika ta' kooperazzjoni u innovattiva fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport huwa essenzjali għall-bini ta' soċjetajiet inklużivi, demokratiċi koeżivi u reżiljenti u ż-żamma tal-kompetittività tal-Unjoni, filwaqt li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-identità Ewropea , il-prinċipji u l-valuri Ewropej u għal Unjoni aktar demokratika. [Em. 2]

(2)

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-Tisħiħ tal-Identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura tal-14 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni ressqet il-viżjoni tagħha sabiex taħdem lejn Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025, li fiha t-tagħlim ma jkunx imfixkel mill-fruntieri; Unjoni, li fiha jkun sar standard li wieħed iqatta’ żmien fi Stat Membru ieħor biex jistudja u jitgħallem fi kwalunkwe mod jew ambjent, u fejn, tkun saret in-norma li wieħed jitkellem żewġ lingwi oħra minbarra l-lingwa materna tiegħu; Unjoni li fiha l-persuni ikollhom sens qawwi tal-identità tagħhom bħala Ewropej, tal-wirt kulturali tal-Ewropa u tad-diversità tagħha. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni enfasizzat il-ħtieġa li tingħata spinta lill-programm Erasmus+ ippruvat u ttestjat fil-kategoriji kollha ta’ studenti li diġà jkopri u li jintlaħqu studenti li ġejjin minn kuntesti żvantaġġati.

(3)

L-importanza tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ għall-futur tal-Unjoni hija riflessa fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Frar 2018 intitolata “Qafas Finanzjarju Pluriennali ġdid u modern għal Unjoni Ewropea li tagħti riżultati fuq il-prijoritajiet tagħha b’mod effiċjenti wara l-2020” (4), li tenfasizza l-ħtieġa li jitwettqu l-impenji magħmula mill-Istati Membri fis-Summit Soċjali ta’ Gothenburg, inkluż permezz tal-implimentazzjoni sħiħa tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (5) u l-ewwel prinċipju tiegħu dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja. Il-Komunikazzjoni tenfasizza l-ħtieġa li jiżdiedu l-mobbiltà u l-iskambji, inkluż permezz ta’ programm sostanzjalment imsaħħaħ, inklużiv u estiż, kif kien mitlub mill-Kunsill Ewropew fil-konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2017.

(4)

Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, ipproklamat u ffirmat solennement fis-17 ta' Novembru 2017 mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni, jistabbilixxi, bħala l-ewwel prinċipju ewlieni tiegħu, li kulħadd għandu d-dritt għal edukazzjoni, taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklużivi sabiex jinżammu u jinkisbu ħiliet li jippermettulhom jipparteċipaw bis-sħiħ fis-soċjetà u jġestixxu b'suċċess it-tranżizzjonijiet fis-suq tax-xogħol. Il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jafferma b'mod ċar l-importanza ta' edukazzjoni bikrija tat-tfal ta' kwalità tajba u li jiġu żgurati opportunitajiet indaqs għal kulħadd. [Em. 3]

(5)

Fis-16 ta' Settembru 2016 fi Bratislava, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru enfasizzaw id-determinazzjoni tagħhom li jipprovdu opportunitajiet aħjar għaż-żgħażagħ. Fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma li ġiet iffirmata fil-25 ta' Marzu 2017, il-mexxejja ta' sebgħa u għoxrin Stat Membru u tal-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea wegħdu li jaħdmu għal Unjoni fejn iż-żgħażagħ jirċievu l-aħjar edukazzjoni u taħriġ u jistgħu jistudjaw u jsibu impjieg madwar l-Unjoni il-kontinent ; Unjoni li tippreserva l-wirt kulturali tagħna u li tippromwovi d-diversità kulturali ; Unjoni li tiġġieled il-qgħad, id-diskriminazzjoni, l-esklużjoni soċjali u l-faqar .[Em. 4]

(6)

Ir-rapport ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tal-programm Erasmus+ 2014-2020 ikkonferma li l-ħolqien ta' programm uniku dwar l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-sport irriżulta f'simplifikazzjoni, razzjonalizzazzjoni u sinerġiji sinifikanti fil-ġestjoni tal-Programm filwaqt li huwa meħtieġ titjib ulterjuri sabiex issir konsolidazzjoni ulterjuri tal-kisbiet fl-effiċjenza tal-Programm 2014-2020. Fil-konsultazzjonijiet għall-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u dwar il-Programm futur, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati għamlu talba għall-kontinwità fil-kamp ta' applikazzjoni, l-arkitettura u l-mekkaniżmi eżekuttivi tal-Programm, filwaqt li talbu għadd ta' titjib, bħal li l-Programm isir aktar inklużiv , aktar sempliċi aktar ġestibbli għall-benefiċjarji ż-żgħar u proġetti ta' daqs iżgħar . Esprimew ukoll l-appoġġ sħiħ tagħhom biex il-Programm jinżamm integrat u msejjes fuq il-paradigma tat-tagħlim tul il-ħajja. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar l-implimentazzjoni ta' Erasmus+, laqa' l-istruttura integrata tal-programm u stieden lill-Kummissjoni tisfrutta b'mod sħiħ id-dimensjoni tat-tagħlim tul il-ħajja tal-programm billi trawwem u tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni transsettorjali fil-programm futur. Il-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati enfasizzaw ukoll il-ħtieġa tinżamm li tkompli tissaħħaħ id-dimensjoni internazzjonali qawwija fil-Programm u li tiġi estiża għal setturi oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ , kif ukoll għaż-żgħażagħ u l-isport . [Em. 5]

(7)

Il-konsultazzjoni pubblika miftuħa dwar il-finanzjament tal-Unjoni fl-oqsma tal-valuri u l-mobbiltà kkonfermat dawn is-sejbiet ewlenin u enfasizzat il-ħtieġa li l-programm futur isir programm aktar inklużiv u li jkompli jiffoka l-prijoritajiet fuq l-immodernizzar tas-sistemi edukattivi u tat-taħriġ kif ukoll it-tisħiħ tal-prijoritajiet dwar it-trawwim tal-identità Ewropea, iċ-ċittadinanza attiva u l-parteċipazzjoni fil-ħajja demokratika.

(7a)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri, fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 22/2018 tat-3 ta' Lulju 2018 dwar Erasmus+  (6) , enfasizzat li l-Programm ta prova ta' valur miżjud Ewropew, iżda li mhux id-dimensjonijiet kollha ta' dak il-valur miżjud, bħal sens akbar ta' identità Ewropea jew multilingwiżmu msaħħaħ, qed jiġu kkunsidrati jew imkejla b'mod adegwat. Il-Qorti qieset li l-Programm li jmiss jenħtieġ li jiżgura li l-indikaturi jkunu allinjati aħjar mal-objettivi tal-Programm biex tiġi żgurata valutazzjoni tal-prestazzjoni xierqa. Ir-rapport tal-Qorti nnota wkoll li, minkejja l-isforzi ta' simplifikazzjoni fil-Programm 2014-2020, il-piżijiet amministrattivi għadhom għoljin wisq u għaldaqstant irrakkomanda li l-Kummissjoni tkompli tissimplifika l-proċeduri tal-Programm, b'mod partikolari l-proċeduri ta' applikazzjoni u r-rekwiżiti ta' rappurtar, u li ttejjeb l-għodod tal-IT. [Em. 6]

(8)

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar “Baġit modern għal Unjoni li tipproteġi, tagħti s-setgħa u tiddefendi – il-qafas finanzjarju pluriennali għall-2021-2027” (7) adottata fit-2 ta' Mejju 2018, il-Kummissjoni talbet li jsir investiment akbar fin-nies u ssir enfasi aktar qawwija fuq “iż-żgħażagħ” fil-qafas finanzjarju li jmiss b'mod partikolari billi tirdoppja u aktar id-daqs tal-Programm Erasmus+ 2014-2020, u rrikonoxxiet li l-Programm Erasmus+ kien waħda mill-aktar stejjer ta' suċċess viżibbli tal-Unjoni. Il-fokus tal-Programm il-ġdid jenħtieġ li jkun fuq l-inklużività, u sabiex jintlaħqu aktar żgħażagħ Minkejja dan is-suċċess ġenerali, il-Programm 2014-2020 baqa' ma jistax jissodisfa d-domanda għolja għal finanzjament u sofra minn rati ta' suċċess baxxi tal-proġett. Sabiex jiġu rimedjati dawn in-nuqqasijiet, huwa meħtieġ li jiżdied il-baġit pluriennali għall-Programm suċċessur għall-Programm 2014-2020. Barra minn hekk, il-Programm suċċessur għandu l-għan li jkun aktar inklużiv billi jilħaq lil aktar persuni minn kuntesti żvantaġġati, Dan jenħtieġ li jippermetti aktar żgħażagħ li jmorru f'pajjiż ieħor sabiex jitgħallmu jew jaħdmu u jinkorpora għadd ta' inizjattivi ġodda u ambizzjużi . Għaldaqstant, kif issottolinjat mill-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali li jmiss, huwa meħtieġ li l-baġit jittriplika, bi prezzijiet kostanti, għall-Programm suċċessur meta mqabbel mal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2014-2020 . [Em. 7]

(9)

F'dan il-kuntest, huwa neċessarju li jiġi stabbilit programm suċċessur għall-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (il-“Programm”) tal-programm Erasmus+ 2014-2020 stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). In-natura integrata tal-programm 2014-2020 li tkopri t-tagħlim fil-kuntesti kollha – formali, mhux formali u informali, u f'kull stadju tal-ħajja – jenħtieġ li tinżamm sabiex tagħti tiġi msaħħa bil-għan li jiġi żgurat approċċ ta' tagħlim tul il-ħajja u tingħata spinta lill-modi ta' tagħlim flessibbli li jippermettu lill-individwi jiżviluppaw dawk il-kompetenzi lin-nies jiksbu u jtejbu l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma meħtieġa sabiex jiżviluppaw bħala individwi u jaffaċċaw l-isfidi u jieħdu dak kollu li jistgħu mill-opportunitajiet tas-seklu wieħed u għoxrin. Tali approċċ għandu jirrikonoxxi wkoll il-valur tal-attivitajiet ta' edukazzjoni mhux formali u informali u r-rabtiet ta' bejniethom. [Em. 8]

(10)

Il-Programm jenħtieġ li jkun mgħammar sabiex isir kontributur terġa' ikbar għall-implimentazzjoni tal-għanijiet u l-prijoritajiet ta' politika tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Approċċ koerenti għat-tagħlim tul il-ħajja huwa ċentrali għall-ġestjoni tat-tranżizzjonijiet differenti li l-persuni se jaffaċċaw tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom , b'mod partikolari persuni akbar fl-età li jeħtieġ jitgħallmu ħiliet għall-ħajja ġodda jew ħiliet għal suq tax-xogħol li dejjem jevolvi. Jenħtieġ li tali approċċ jiġi mħeġġeġ permezz ta' kooperazzjoni transsettorjali effikaċi u permezz ta' interazzjoni akbar bejn il-forom ta' edukazzjoni differenti . Fit-teħid ta' dan l-approċċ 'il quddiem, il-Programm li jmiss jenħtieġ li jżomm relazzjoni mill-qrib mal-qafas strateġiku ġenerali għall-politika ta' kooperazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, inkluż l-aġendi ta' politika għall-iskejjel, l-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u t-tagħlim għall-adulti, filwaqt li jsaħħaħ u jiżviluppa sinerġiji ġodda ma' programmi u oqsma ta' politika relatati oħra tal-Unjoni.. [Em. 9]

(10a)

L-organizzazzjonijiet li joperaw f'kuntest transfruntier jipprovdu kontribut importanti għad-dimensjoni transnazzjonali u internazzjonali tal-Programm. Għaldaqstant jenħtieġ li l-Programm jipprovdi appoġġ lin-netwerks rilevanti fil-livell tal-Unjoni u lil organizzazzjonijiet nongovernattivi Ewropej u internazzjonali li l-attivitajiet tagħhom huma relatati mal-objettivi tal-Programm u jikkontribwixxu għalihom. [Em. 10]

(11)

Il-Programm huwa komponent ewlieni tal-bini ta’ Qasam Ewropew tal-Edukazzjoni u tal-iżvilupp tal-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja, kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja  (9) , sal-2025. Jenħtieġ li jkun mgħammar biex jikkontribwixxi għas-suċċessur tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u l-Aġenda tal-Ħiliet għall-Ewropa (10) b’impenn kondiviż għall-importanza strateġika tal-ħiliet u l-kompetenzi , il-kompetenzi u l-għarfien għaż-żamma u l-ħolqien tal-impjiegi, it-tkabbir u l-kompetittività , il-kompetittività, l-innovazzjoni u l-koeżjoni soċjali . Jenħtieġ li jappoġġa lill-Istati Membri fl-ilħuq tal-għanijiet tad-Dikjarazzjoni ta’ Pariġi dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni (11). [Em. 11]

(12)

Il-Programm jenħtieġ li jkun koerenti mal-istrateġija ġdida tal-Unjoni Ewropea dwar iż-żgħażagħ (12), il-qafas għal kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ għall-2019-2027, ibbażat fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Mejju 2018 dwar “L-impenn, il-konnessjoni u l-għoti tas-setgħa liż-żgħażagħ: Strateġija tal-UE dwar iż-Żgħażagħ” (13) , inkluż l-għan tal-Istrateġija li tappoġġa impjiegi u tagħlim mhux formali ta' kwalità għolja għaż-żgħażagħ . [Em. 12]

(13)

Il-Programm jenħtieġ li jqis il-pjan ta' ħidma tal-Unjoni għall-isport li huwa l-qafas ta' kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni fil-qasam tal-isport għas-snin […] (14). Jenħtieġ li jiġu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà bejn il-pjan ta' ħidma tal-Unjoni u l-azzjonijiet appoġġati skont il-Programm fil-qasam tal-isport. Hemm bżonn li wieħed jiffoka b'mod partikolari fuq l-isport tal-organizzazzjonijiet ta' bażi l-isport grassroots , b'kunsiderazzjoni tar-rwol importanti li għandu l-isports fil-promozzjoni tal-attività fiżika u l-istil stil ta' ħajja tajjeb għas-saħħa , ir-relazzjonijiet interpersonali , l-inklużjoni soċjali u l-ugwaljanza. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-azzjonijiet ta' mobbiltà biss fil-kuntest tal-isport grassroots, kemm għaż-żgħażagħ li jipprattikaw sport organizzat fuq bażi regolari kif ukoll għall-persunal sportiv. Huwa importanti wkoll li jiġi rrikonoxxut li l-membri tal-persunal sportiv jistgħu jkunu professjonisti, fis-sens li jistgħu jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-isport, u xorta waħda jkunu involuti fl-isport grassroots. Jenħtieġ, għaldaqstant, li l-azzjonijiet ta' mobbiltà jkunu miftuħin ukoll għal dan il-grupp. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-valuri komuni Ewropej permezz tal-isport, il-governanza tajba u l-integrità fl-isport, is-sostenibbiltà u prattiki ambjentali tajbin fl-isport, kif ukoll l-edukazzjoni, it-taħriġ u l-ħiliet fl-isport u permezz tal-isport . Jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-persuni kkonċernati, inklużi l-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni u taħriġ, jipparteċipaw fi sħubijiet, kooperazzjoni u djalogu ta' politika fil-qasam tal-isport. [Em. 13]

(14)

Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kapaċità ta' innovazzjoni tal-Unjoni b'mod partikolari billi jappoġġa attivitajiet ta' mobbiltà u kooperazzjoni li jrawmu l-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi f'oqsma ta' studju jew dixxiplini li jħarsu 'l quddiem, bħax-xjenza, it-teknoloġija, l-arti, l-inġinerija u l-matematika (STEAM) , it-tibdil fil-klima, il-protezzjoni ambjentali, l-iżvilupp sostenibbli, l-enerġija nadifa, l-intelliġenza artifiċjali, ir-robotika, l-analiżi tad-data, id-disinn u l-arkitettura, u litteriżmu diġitali u medjatiku sabiex jgħinu lil-persuni jiżviluppaw l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa għall-futur. [Em. 14]

(14a)

F'konformità mal-missjoni tiegħu li jixpruna l-innovazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, jenħtieġ li l-Programm jappoġġa l-iżvilupp ta' strateġiji edukattivi u ta' tagħlim immirati lejn tfal b'don u talent, irrispettivament min-nazzjonalità, l-istatus soċjoekonomiku jew is-sess tagħhom. [Em. 15]

(14b)

Jenħtieġ li l-Programm jikkontribwixxi għas-segwitu tas-Sena Ewropea tal-Wirt Kulturali permezz ta' attivitajiet ta' appoġġ maħsuba biex jiżviluppaw il-ħiliet meħtieġa ħalli jipproteġu u jippreservaw il-wirt kulturali Ewropew u biex jisfruttaw bis-sħiħ l-opportunitajiet edukattivi li joffri s-settur kulturali u kreattiv. [Em. 16]

(15)

Is-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa jenħtieġ li jiżguraw li jintużaw riżorsi kombinati mill-Programm u l-Programm Orizzont Ewropa (15) biex jappoġġaw attivitajiet dedikati għat-tisħiħ u l-modernizzazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja Ewropej. Orizzont Ewropa, fejn xieraq, se jikkumplimenta l-appoġġ tal-Programm għall-inizjattiva azzjonijiet u inizjattivi li juru dimensjoni tar-riċerka, bħall-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, b’mod partikolari d-dimensjoni tar-riċerka tiegħu bħala parti mill-iżvilupp ta’ strateġiji ġodda konġunti u integrati fit-tul u sostenibbli dwar l-edukazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Is-sinerġiji ma’ Orizzont Ewropa se jgħinu jrawmu l-integrazzjoni tal-edukazzjoni u r-riċerka , b'mod partikolari fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja. [Em. 17]

(16)

Il-Programm jenħtieġ li jkun iktar inklużiv billi jtejjeb is-sensibilizzazzjoni tiegħu għal dawk ir-rati ta' parteċipazzjoni fost persuni li għandhom inqas opportunitajiet . Huwa importanti li jiġi rikonoxxut li livelli baxxi ta' parteċipazzjoni fost nies li għandhom inqas opportunitajiet jistgħu jirriżultaw minn kawżi differenti u jiddependu minn kuntesti nazzjonali differenti. Għaldaqstant, fi ħdan qafas għall-Unjoni kollha, l-aġenziji nazzjonali għandhom jiżviluppaw strateġiji ta' inklużjoni b'miżuri biex itejbu l-komunikazzjoni, jissimplifikaw il-proċeduri, joffru taħriġ u jappoġġaw u jimmonitorjaw l-effikaċja. Jenħtieġ li jintużaw ukoll mekkaniżmi oħra biex tissaħħaħ l-inklużjoni , inkluż billi jiġu pprovduti formats tal-mobbiltà għat-tagħlim li jaqblu mal-ħtiġijiet tal-persuni li għandhom inqas opportunitajiet, billi titrawwem il-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet iż-żgħar u lokali , b'mod partikolari parteċipanti ġodda u organizzazzjonijiet ta' bażi grassroots bbażati fil-komunità li jaħdmu direttament ma' studenti żvantaġġati ta' kull età. Il-formats virtwali, bħall-kooperazzjoni virtwali, il-mobbiltà mħallta u dik virtwali, jenħtieġ li jiġu promossi biex jilħqu iktar parteċipanti, b'mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet u dawk li għalihom iċ-ċaqliqa fiżika minn pajjiż ieħor li huwa differenti mill-pajjiż ta' residenza tagħhom tkun ostaklu. [Em. 18]

(16a)

Meta persuni li għandhom inqas opportunitajiet ma jkunux jistgħu jipparteċipaw fil-Programm għal raġunijiet finanzjarji, kemm minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tagħhom kif ukoll minħabba l-ispejjeż ogħla għall-parteċipazzjoni fil-Programm iġġenerati mis-sitwazzjoni speċifika tagħhom, kif spiss ikun il-każ għal persuni b'diżabbiltà, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li jiġu stabbiliti miżuri ta' appoġġ finanzjarju adegwati. Tali miżuri jistgħu jinkludu strumenti oħra tal-Unjoni, bħall-Fond Soċjali Ewropew Plus, l-iskemi nazzjonali jew l-aġġustamenti ta' għotjiet jew top-ups permezz tal-Programm. Meta jiġi vvalutat jekk il-persuni b'inqas opportunitajiet jistgħux jipparteċipaw fil-Programm għal raġunijiet finanzjarji u l-livell ta' appoġġ li għandhom bżonn, jenħtieġ li jintużaw kriterji oġġettivi. Jenħtieġ li l-ispejjeż addizzjonali tal-miżuri sabiex tiġi ffaċilitata l-inklużjoni qatt ma jiġġustifikaw ir-rifjut ta' applikazzjoni għal proġett. [Em. 19]

(16b)

Jenħtieġ li l-Programm ikompli jiffoka l-appoġġ tiegħu fuq il-mobbiltà għat-tagħlim fiżiku u għandu jiftaħ opportunitajiet akbar għal persuni li għandhom inqas opportunitajiet biex jibbenefikaw minn azzjonijiet ta'mobbiltà fiżika għat-tagħlim. Fl-istess ħin, għandu jiġi rikonoxxut li l-formati virtwali, bħall-kooperazzjoni virtwali, it-tagħlim imħallat u t-tagħlim virtwali, jistgħu jikkomplementaw b'mod effikaċi il-mobbiltà fiżika għall-finijiet ta' tagħlim u jimmassimizzaw l-effikaċja tagħha. F'każijiet eċċezzjonali, meta n-nies ma jkunux jistgħu jipparteċipaw f'azzjonijiet u attivitajiet ta' mobbiltà, il-formati virtwali jaf jippermettulhom igawdu ħafna mill-benefiċċji tal-Programm b'mod kosteffikaċi u innovattiv. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi wkoll sostenn għal tali formati u għodod virtwali. Tali formati u għodod, b'mod partikolari dawk użati għat-tagħlim tal-lingwi, jenħtieġ li jkunu disponibbli b'mod kemm jista' jkun mifrux għall-pubbliku. [Em. 20]

(16c)

F'konformità mal-obbligi tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, b'mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha dwar l-aċċessibbiltà u l-Artikolu 24 tagħha dwar l-edukazzjoni, jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-persuni b'diżabbiltà jgawdu minn aċċess nondiskriminatorju u mingħajr ostakli għall-Programm. Għal dak il-għan, jenħtieġ li jingħata appoġġ addizzjonali, inkluż sostenn finanzjarju, fejn meħtieġ. [Em. 21]

(16d)

L-ostakli legali u amministrattivi, bħalma huma d-diffikultajiet biex jinkisbu l-viżi u l-permessi ta' residenza, u fl-aċċess għas-servizzi ta' appoġġ, b'mod partikolari s-servizzi tas-saħħa, jistgħu jimpedixxu l-aċċess għall-Programm. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex jitneħħew dawn l-ostakli, f'konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni, u biex jiġu ffaċilitati l-iskambji transfruntiera, pereżempju billi tinħareġ il-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea. [Em. 22]

(17)

Fil-Komunikazzjoni tagħha dwar it-Tisħiħ tal-identità Ewropea permezz tal-edukazzjoni u l-kultura, il-Kummissjoni enfasizzat ir-rwol ċentrali tal-edukazzjoni, il-kultura u l-isport fil-promozzjoni ta' ċittadinanza attiva, valuri komuni u sens ta' solidarjetà fost l-iżgħar ġenerazzjonijiet. It-tisħiħ tal-identità Ewropea u t-trawwim tal-parteċipazzjoni attiva tal-individwi u tas-soċjetà ċivili fil-proċessi demokratiċi huwa kruċjali għall-futur tal-Ewropa u s-soċjetajiet demokratiċi tagħna. Jekk persuna ssiefer sabiex tistudja, titgħallem, titħarreġ u taħdem jew sabiex tipparteċipa f'attivitajiet taż-żgħażagħ u tal-isports, dan jikkontribwixxi għat-tisħiħ ta' din l-identità Ewropea fid-diversità kollha tagħha u s-sens li tkun parti minn komunità kulturali kif ukoll sabiex titrawwem din iċ-ċittadinanza attiva, il-koeżjoni soċjali u l-ħsieb kritiku fost persuni ta' kull età. Dawk li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà jenħtieġ li jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet lokali tagħhom kif ukoll jinvolvu ruħhom fil-komunitajiet lokali tal-pajjiż ospitanti tagħhom biex jaqsmu l-esperjenza tagħhom. L-attivitajiet marbutin mat-tisħiħ tal-aspetti kollha tal-kreattività fl-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ u t-tisħiħ tal-kompetenzi ewlenin individwali jenħtieġ li jiġu appoġġati. [Em. 23]

(17a)

Huwa importanti li l-Programm iwassal valur miżjud Ewropew. Għaldaqstant, l-azzjonijiet u l-attivitajiet jenħtieġ li jkunu eliġibbli biss għal finanzjament taħt il-Programm jekk huma jkunu jistgħu juru valur miżjud potenzjali Ewropew. Jenħtieġ li jkun possibbli li l-valur miżjud Ewropew jintwera f'diversi modi, pereżempju permezz tal-karattru transnazzjonali tal-azzjonijiet, il-komplementarjetà u s-sinerġiji tagħhom ma' programmi u politiki oħra tal-Unjoni, il-kontribut tagħhom għall-użu effettiv tal-għodod ta' trasparenza u ta' rikonoxximent tal-Unjoni, il-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' standards ta' assigurazzjoni ta' kwalità madwar l-Unjoni kollha, il-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' standards komuni madwar l-Unjoni kollha fil-programmi ta' edukazzjoni u taħriġ, u l-promozzjoni tagħhom tal-multilingwiżmu u tad-djalogu interkulturali u interkonfessjonali, it-trawwim ta' sens ta' appartenenza Ewropew u t-tisħiħ taċ-ċittadinanza Ewropea. [Em. 24]

(18)

Id-dimensjoni internazzjonali tal-Programm jenħtieġ li tingħata spinta li timmira li billi toffri għadd akbar ta' opportunitajiet għall-mobbiltà , kemm għall-individwi kif ukoll għall-organizzazzjonijiet , għall-mobbiltà, il-kooperazzjoni u d-djalogu ta' politika ma' pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati mal-Programm , b'mod partikolari pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw . Id-dimensjoni internazzjonali jenħtieġ li tappoġġa l-iżvilupp tal-ħiliet u l-iskambji interpersonali u, b'mod partikolari għaċ-ċittadini tal-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, jenħtieġ li tappoġġa t-trasferiment tal-għarfien lura lejn il-pajjiżi ta' oriġini tagħhom fi tmiem il-perjodi ta' studju tagħhom. Jenħtieġ ukoll li ssaħħaħ il-bini ta' kapaċità tas-sistemi edukattivi fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw . Billi nibnu fuq l-implimentazzjoni b'suċċess ta' attivitajiet internazzjonali ta' edukazzjoni għolja u taż-żgħażagħ skont il-programmi predeċessuri fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, l-attivitajiet internazzjonali ta' mobbiltà jenħtieġ li jiġu estiżi għal setturi oħra, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u l-isport . [Em. 25]

(18a)

Sabiex jissaħħaħ l-impatt tal-attivitajiet fil-pajjiżi li għadhom qed jiżviluppaw, huwa importanti li jissaħħu s-sinerġiji bejn Erasmus+ u l-istrumenti għal azzjoni esterna tal-Unjoni, bħall-Istrument ta' Viċinat, ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp u ta' Kooperazzjoni Internazzjonali u l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni. [Em. 26]

(19)

L-arkitettura bażika tal-programm 2014-2020 fi tliet kapitoli – l-edukazzjoni u t-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport – strutturata madwar tliet azzjonijiet ewlenin kienet ta’ suċċess u jenħtieġ li tinżamm. Jenħtieġ li jiġi introdott titjib biex jiġu simplifikati u razzjonalizzati l-azzjonijiet appoġġati mill-Programm.

(20)

Il-Programm jenħtieġ li jirrinforza l-opportunitajiet ta' mobbiltà għat-tagħlim eżistenti, b'mod partikolari f'dawk is-setturi fejn il-Programm jista' jkollu l-akbar kisbiet fl-effiċjenza, sabiex iwessa' l-ilħuq tiegħu u jissodisfa d-domanda għolja mhux milħuqa. Dan jenħtieġ li jsir b'mod partikolari billi jiżdiedu u jiġu ffaċilitati l-attivitajiet ta' mobbiltà għal studenti ta' edukazzjoni mobbiltà għall-istudenti u l-persunal tal-edukazzjoni għolja, studenti l-istudenti u l-persunal tal-iskola , inklużi l-għalliema tal-iskola preprimarja u l-edukazzjoni bikrija u l-persunal ta' indukrar, u studenti u persunal fis-settur tal-edukazzjoni t-taħriġ vokazzjonali. Il-mobbiltà ta' studenti adulti b'livell baxx ta' ħiliet jenħtieġ li tkun inkorporata fi sħubiji għall-kooperazzjoni. permezz ta' miżuri mmirati li jieħdu kont tal-ħtiġijiet edukattivi speċifiċi tal-benefiċjarji intenzjonati. L-opportunitajiet ta' mobbiltà għall-istudenti tal-edukazzjoni u taġħriġ vokazzjonali fir-reġjuni tal-fruntiera jenħtieġ li jiġu promossi aktar sabiex jitħejjew għall-kuntest tas-suq tax-xogħol transfruntier speċifiku . Il-programm jenħtieġ li joffri wkoll opportunitajiet ta' mobbiltà għall-istudenti u l-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti. L-objettivi ewlenin tal-edukazzjoni għall-adulti huma t-trasferiment tal-għarfien, il-kompetenzi u l-ħiliet u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, iċ-ċittadinanza attiva, l-iżvilupp personali u l-benesseri. L-opportunitajiet ta' mobbiltà għaż-żgħażagħ li jipparteċipaw f'attivitajiet ta' tagħlim mhux formali jenħtieġ li jiġu estiżi wkoll sabiex jilħqu aktar żgħażagħ , speċjalment parteċipanti ġodda, dawk b'inqas opportunitajiet u sezzjonijiet tal-popolazzjoni li diffiċli jintlaħqu . Il-mobbiltà tal-persunal fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jenħtieġ li tiġi rinforzata wkoll, b'konsiderazzjoni tal-effett ta' ingranaġġ li għandha , b'enfasi partikolari fuq it-taħriġ mill-ġdid u t-titjib tal-ħiliet u l-promozzjoni tal-iżvilupp tal-ħiliet għas-suq tax-xogħol .. B'mod konformi mal-viżjoni ta' Żona Ewropea tal-Edukazzjoni reali, il-Programm jenħtieġ li jagħti spinta wkoll lill-mobbiltà u l-iskambji u jippromwovi l-parteċipazzjoni tal-istudenti f'attivitajiet edukattivi u kulturali u sportivi billi diġitalizzati jappoġġa d-diġitalizzazzjoni tal-proċessi l-proċessi sabiex jiffaċilitaw il-proċeduri ta' applikazzjoni u l-parteċipazzjoni fil-Programm, billi jiġu żviluppati sistemi online faċli għall-utent ibbażati fuq l-aħjar prattika u billi jinħolqu għodod ġodda, bħall-Kard Ewropea tal-Istudenti. Din l-inizjattiva tista' tkun pass importanti biex il-mobbiltà ssir realtà għal kulħadd billi tippermetti lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja jibgħatu u jirċievu iktar studenti ta' skambju filwaqt li ttejjeb il-kwalità fil-mobbiltà tal-istudenti u wkoll billi tiffaċilita l-aċċess tal-istudenti għal diversi servizzi (librerija, trasport, akkomodazzjoni) qabel ma jaslu fl-istituzzjoni barra minn pajjiżhom.[Em. 27]

(20a)

Jenħtieġ li l-Programm jiżgura esperjenzi ta' mobbiltà ta' kwalità abbażi tal-prinċipji stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta' Diċembru 2006, dwar il-mobbiltà transnazzjonali fi ħdan il-Komunità għal finijiet ta' edukazzjoni u taħriġ: il-Karta Ewropea ta' Kwalità favur il-Mobbiltà  (16) , li tagħmilha ċara li l-kwalità tal-informazzjoni, it-tħejjija, l-appoġġ u r-rikonoxximent tal-esperjenza u tal-kwalifiki, kif ukoll pjanijiet ta' tagħlim u eżiti tat-tagħlim ċari mfassla minn qabel, għandhom impatt fuq il-benefiċċji tal-mobbiltà. L-attivitajiet ta' mobbiltà jenħtieġ li jiġu mħejjija b'mod xieraq minn qabel. Tali tħejjija spiss tista' ssir b'mod effiċjenti bl-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Fejn xieraq, jenħtieġ li jkun possibbli wkoll li l-Programm jipprovdi appoġġ għal żjarat preparatorji għal attivitajiet ta' mobbiltà. [Em. 28]

(20b)

Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa u jħeġġeġ il-mobbiltà tal-għalliema u tal-persunal edukattiv fil-livelli kollha bil-għan li jtejjeb il-prattiki tax-xogħol u jikkontribwixxi għall-iżvilupp professjonali. Minħabba r-rwol vitali li għandha l-edukazzjoni preprimarja u bikrija fil-prevenzjoni tal-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi, huwa importanti li l-għalliema u l-persunal f'dan il-livell ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-mobbiltà għat-tagħlim taħt il-Programm. Fir-rigward tat-tagħlim, il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ ukoll il-pilotaġġ ta' innovazzjonijiet ta' politika sabiex jiġu indirizzati wħud mill-isfidi komuni li jħabbtu wiċċhom magħhom is-sistemi edukattivi fl-Unjoni, bħall-attirar ta' talent ġdid fit-tagħlim għall-aktar tfal marġinalizzati u l-iżvilupp tat-taħriġ tal-għalliema biex dawn jiġu megħjuna jgħallmu lil studenti żvantaġġati. Bil-għan li jiġu massimizzati l-benefiċċji tal-parteċipazzjoni fil-Programm għall-għalliema u l-persunal edukattiv, jenħtieġ li jsir kull sforz biex jiġi żgurat li dawn igawdu minn ambjent ta' appoġġ għall-mobbiltà, li fil-kuntest tiegħu jibbenefikaw minn programm ta' ħidma u ammont ta' xogħol regolari, li dawn għandhom aċċess għal opportunitajiet xierqa ta' taħriġ u jirċievu appoġġ finanzjarju xieraq abbażi tal-pajjiż u, fejn rilevanti, ir-reġjun fejn għandha sseħħ il-mobbiltà għat-tagħlim [Em. 29]

(20c)

B'rikonoxximent tar-rwol vitali li għandhom l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fit-titjib tal-prospetti tal-impjiegi u l-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali, il-Programm jenħtieġ li jgħin biex tissaħħaħ l-inklużività, il-kwalità u r-rilevanza tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali f'konformità mal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ġunju 2016 dwar Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa: Naħdmu flimkien biex insaħħu l-kapital uman, l-impjegabbiltà u l-kompetittività  (17) . Il-Programm għandu jippromwovi rabtiet aktar b'saħħithom bejn dawk li jipprovdu l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali u min iħaddem, kemm dawk privati kif ukoll dawk pubbliċi. Jenħtieġ ukoll li jgħin biex jiġu indirizzati kwistjonijiet speċifiċi għas-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, bħat-taħriġ lingwistiku, it-trawwim ta' sħubijiet ta' mobbiltà ta' kwalità għolja u r-rikonoxximent u ċ-ċertifikazzjoni tal-kompetenzi, u jħeġġeġ lill-fornituri tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali biex japplikaw għall-Karta tal-Mobbiltà tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali bħala marka ta' kwalità [Em. 30]

(21)

Il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ fil-ħajja demokratika Ewropea, inkluż billi jappoġġa proġetti ta' parteċipazzjoni sabiex iż-żgħażagħ jinvolvu ruħhom u jitgħallmu jipparteċipaw fis-soċjetà ċivika, ikollhom sensibilizzazzjoni dwar valuri komuni Ewropej inkluż id-drittijiet fundamentali, l-istorja, il-kultura u ċ-ċittadinanza Ewropej, biex b'hekk jiġbor flimkien żgħażagħ liż-żgħażagħ lil dawk li jieħdu deċiżjonijiet fil-livell lokali, nazzjonali u tal-Unjoni, kif ukoll jikkontribwixxi għall-proċess ta' integrazzjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Programm iqajjem kuxjenza dwar l-għodod ta' demokrazija elettronika, inkluża l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Jenħtieġ li jippromwovi wkoll l-iskambji interġenerazzjonali bejn iż-żgħażagħ u l-persuni akbar fl-età. Fid-dawl tar-rwol ewlieni li għandhom l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u l-ħidma fost iż-żgħażagħ għall-ksib ta' dawk l-objettivi, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp tas-settur taż-żgħażagħ fl-Unjoni. [Em. 31]

(22)

Il-Programm jenħtieġ li joffri l-opportunità liż-żgħażagħ sabiex jiskopru l-Ewropa, permezz ta' esperjenzi ta' tagħlim barra minn pajjiżhom taħt l-inizjattiva l-ġdida intitolata DiscoverEU . Iż-żgħażagħ ta' tmintax-il sena ta' bejn it-18 u l-20 sena , b'mod partikolari dawk li għandhom inqas opportunitajiet, jenħtieġ li jingħataw l-opportunità li jkollhom esperjenza ta' vjaġġ fl-Ewropa għall-ewwel darba, għal terminu qasir fil-livell individwali jew fi grupp fil-qafas ta' bħala parti minn attività edukattiva mhux formali jew informali mmirata lejn it-trawwim tas-sens ta' appartenenza tagħhom fl-Unjoni Ewropea u l-iskoperta tad-diversità kulturali u lingwistika tagħha. Jenħtieġ li l-inizjattiva jkollha komponent ta' tagħlim robust u verifikabbli, u li tiżgura li l-esperjenzi jiġu disseminati kif xieraq u li t-tagħlimiet jiġu kondiviżi sabiex l-inizjattiva tiġi vvalutata u mtejba fuq bażi kontinwa . Il-Programm jenħtieġ li jidentifika l-korpi responsabbli biex jilħqu u jagħżlu l-parteċipanti b'attenzjoni xierqa għall-bilanċ ġeografiku u jappoġġa l-attivitajiet li jrawmu d-dimensjoni tat-tagħlim tal-esperjenza. Dawk il-korpi jenħtieġ li jkunu involuti wkoll, fejn xieraq, fl-għoti ta' taħriġ u appoġġ għal qabel u wara l-mobbiltà, inkluż fir-rigward tal-ħiliet lingwistiċi u interkulturali. L-inizjattiva DiscoverEU jenħtieġ li tibni rabtiet ukoll mal-Kapitali Ewropej tal-Kultura, il-Kapitali Ewropej taż-Żgħażagħ, il-Kapitali Ewropej tal-Volontarjat u l-Kapitali Ekoloġiċi Ewropej. [Em. 32]

(23)

Il-Programm It-tagħlim tal-lingwi jikkontribwixxi għal fehim reċiproku u mobbiltà fl-Unjoni u 'l barra minnha. Fl-istess ħin, il-kompetenzi lingwistiċi jikkostitwixxu ħiliet essenzjali għall-ħajja u x-xogħol. Għaldaqstant, il-Programm jenħtieġ li jtejjeb ukoll it-tagħlim tal-lingwi b'mod partikolari permezz ta' korsijiet tal-lingwa fuq il-post , u użu iktar mifrux ta' għodod online aċċessibbli , għaliex it-tagħlim elettroniku jista' joffri vantaġġi addizzjonali għat-tagħlim tal-lingwi f'termini ta' aċċess u flessibbiltà. L-appoġġ għat-tagħlim tal-lingwi pprovdut permezz tal-Programm għandu jagħti attenzjoni għall-ħtiġijiet tal-utenti, b'enfasi fuq il-lingwi użati fil-pajjiż riċeventi u, fir-reġjuni mal-fruntiera, fuq il-lingwi tal-pajjiżi ġirien. L-appoġġ għat-tagħlim tal-lingwi jenħtieġ li jkopri wkoll il-lingwi nazzjonali tas-sinjali. L-Appoġġ Lingwistiku Online ta' Erasmus + jenħtieġ li jkun imfassal skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-parteċipanti tal-Programm u jkun miftuħ għal kulħadd. [Em. 33]

(23a)

Il-Programm jenħtieġ li jagħmel użu mit-teknoloġiji tal-lingwa bħal teknoloġiji tat-traduzzjoni awtomatika, bil-għan li jiġu ffaċilitati l-iskambji bejn l-awtoritajiet u jittejjeb id-djalogu interkulturali. [Em. 34]

(24)

Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jtejbu l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet attivi fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol fundamentali tagħhom li jgħammru lill-individwi bl-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa f'dinja li qed tinbidel kif ukoll biex jissodisfaw b'mod adegwat il-potenzjal għall-innovazzjoni, il-kreattività u l-intraprenditorija, b'mod partikolari fi ħdan l-ekonomija diġitali. Għal dak il-għan, jenħtieġ li tiġi żgurata kooperazzjoni effikaċi bejn il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha fil-livelli kollha tal-implimentazzjoni tal-Programm. [Em. 35]

(25)

Fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2017, il-Kunsill Ewropew talab lill-Istati Membri, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jipproċedu b’għadd ta’ inizjattivi sabiex iżidu l-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għal livell ġdid, inkluż billi jinkoraġġixxu l- emerġenza ta’ “Universitajiet Ewropej” sal-2024, li jikkonsistu f’netwerks minn isfel għal fuq ta’ universitajiet madwar l-Unjoni. Il-Programm jenħtieġ li jappoġġa dawn l-Universitajiet Ewropej , li jenħtieġ li li jkunu xprunati mill-eċċellenza u intiżi li jżidu l-attraenza tal-istituzzjonijiet ta' edukazzjoni għolja fl-Unjoni u li jtejbu l-kooperazzjoni bejn ir-riċerka, l-innovazzjoni u l-edukazzjoni . Il-kunċett ta' “eċċellenza” għandu jinftiehem b'mod wiesa', pereżempju anki b'rabta mal-kapaċità li tissaħħaħ l-inklużjoni. L-appoġġ tal-Programm għandu jimmira għal kopertura ġeografika wiesgħa tal-“Universitajiet Ewropej” . [Em. 36]

(26)

Il-Communiqué ta’ Bruges tal-2010 talbet appoġġ għall-eċċellenza vokazzjonali għal tkabbir intelliġenti u sostenibbli. Il-Komunikazzjoni dwar it-Tisħiħ tal-Innovazzjoni fir-Reġjuni tal-Ewropa tal-2017 tindika li l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali għandhom jingħaqdu mas-sistemi tal-innovazzjoni, bħala parti minn strateġiji ta’ speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-livell reġjonali. Il-Programm jenħtieġ li jipprovdi l-mezzi sabiex tingħata risposta lil dawn it-talbiet u jappoġġa l-iżvilupp ta’ pjattaformi transnazzjonali ta’ Ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonali integrati mill-qrib fi strateġiji lokali u reġjonali għat-tkabbir, l-innovazzjoni u l-kompetittività , il-kompetittività, l-iżvilupp sostenibbli u l-inklużjoni soċjali . Dawn iċ-ċentri ta’ eċċellenza jenħtieġ li jaġixxu ta’ xprunaturi ta’ ħiliet vokazzjonali ta’ kwalità f’kuntest ta’ sfidi settorjali, filwaqt li jappoġġaw bidliet strutturali ġenerali u politiki soċjoekonomiċi fl-Unjoni. [Em. 37]

(27)

Sabiex iżid l-użu ta' attivitajiet virtwali ta' kooperazzjoni, il-Programm jenħtieġ li jappoġġa użu iktar sistematiku tal-pjattaformi online eżistenti, bħal eTwinning, School Education Gateway, il-Pjattaforma Elettronika għat-Tagħlim tal-Adulti fl-Ewropa, il-Portal Ewropew taż-Żgħażagħ u l-pjattaforma online għall-edukazzjoni għolja. Il-Programm jenħtieġ li jħeġġeġ ukoll, fejn xieraq, l-iżvilupp ta' pjattaformi online ġodda biex jissaħħaħ u jiġi mmodernizzat it-twassil tal-edukazzjoni, tat-taħriġ, u tal-politika dwar l-isport u ż-żgħażagħ fil-livell Ewropew. Tali pjattaformi jenħtieġ li jkunu faċli għall-utent u aċċessibbli fis-sens tad-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (18) . [Em. 38]

(28)

Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi sabiex jiffaċilita t-trasparenza u r-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta’ ħiliet u  kompetenzi, kwalifiki u diplomi , kif ukoll it-trasferiment ta’ krediti jew unitajiet ta’ eżiti tat-tagħlim, sabiex irawwem l-assigurazzjoni tal-kwalità u jappoġġa l-validazzjoni ta’ tagħlim mhux formali u informali, il-ġestjoni tal-ħiliet u l-gwida. F’dan ir-rigward, il-Programm jenħtieġ li jipprovdi appoġġ ukoll għall-punti ta’ kuntatt u n-netwerks fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni li jiffaċilitaw jipprovdi informazzjoni u assistenza lil parteċipanti prospettivi, u b'hekk jiffaċilita skambji trans-Ewropej kif ukoll l-iżvilupp ta’ mogħdiji ta’ tagħlim flessibbli bejn oqsma differenti ta’ edukazzjoni, taħriġ u żgħażagħ u f’kuntesti formali u mhux formali. [Em. 39]

(29)

Il-Programm jenħtieġ li jimmobilizza l-potenzjal tal-parteċipanti preċedenti ta’ Erasmus+ u jappoġġa l-attivitajiet b’mod partikolari n-networks tal-Alumni, l-ambaxxaturi u l-Europeers, billi jħeġġiġhom jaġixxu ta’ multiplikaturi tal-Programm.

(29a)

Il-programm jenħtieġ li jpoġġi enfasi speċjali fuq il-validazzjoni u r-rikonoxximent tal-perjodi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ barra mill-pajjiż, inkluż fl-edukazzjoni sekondarja. F'dan ir-rigward, l-għotjiet jenħtieġ li jkunu marbuta mal-proċeduri ta' valutazzjoni tal-kwalità u ma' deskrizzjoni tal-eżiti tat-tagħlim, u mal-applikazzjoni sħiħa tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi  (19) , ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2012 dwar il-Validazzjoni tat-Tagħlim Informali u Mhux Formali  (20) u għodod Ewropej li jikkontribwixxu għar-rikonoxximent tat-tagħlim barra mill-pajjiż u jiżguraw tagħlim ta' kwalità, bħall-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK), ir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja (EQAR), is-Sistema Ewropea ta' Krediti għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (ECVET) u l-Qafas ta' Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (EQAVET). [Em. 40]

(30)

Bħala mod ta' kif tiġi żgurata l-kooperazzjoni ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu offruti opportunitajiet ta' mobbiltà lil persuni f'diversi setturi ta' attività, bħas-settur pubbliku u privat , tal-agrikoltura u tal-intrapriża, sabiex ikunu jistgħu jkollhom taħriġ, internship jew esperjenza ta' tagħlim barra minn pajjiżhom li tippermettilhom, fi kwalunkwe stadju tal-ħajja tagħhom, jikbru u jiżviluppaw professjonalment kif ukoll personalment, b'mod partikolari billi jiżviluppaw sensibilizzazzjoni rigward l-identità Ewropea tagħhom u fehim tad-diversità kulturali Ewropea , u professjonalment, b'mod partikolari billi jakkwistaw ħiliet rilevanti għas-suq tax-xogħol . Il-Programm jenħtieġ li joffri punt tad-dħul għall-iskemi ta' mobbiltà transnazzjonali tal-Unjoni b'dimensjoni ta' tagħlim b'saħħitha, li jissimplifika l-offerta ta' tali skemi għall-benefiċjarji u dawk li jipparteċipaw f'dawn l-attivitajiet. L-espansjoni tal-proġetti Erasmus Erasmus+ jenħtieġ li tiġi ffaċilitata; jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ miżuri speċifiċi biex jgħinu lill-promoturi tal-proġetti Erasmus Erasmus+ japplikaw għal għotjiet jew jiżviluppaw sinerġiji permezz tal-appoġġ tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej u l-programmi relatati mal-migrazzjoni, is-sigurtà, il-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa , il-mezzi tax-xandir u l-kultura , kif ukoll il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà . [Em. 41]

(31)

Huwa importanti li jiġu stimulati t-tagħlim, l-apprendiment (kemm għall-għalliema kif ukoll l-istudenti) u r-riċerka fi kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea tal-integrazzjoni Ewropea u l-isfidi u l-opportunitajiet futuri tal-Unjoni , kif ukoll li jiġu promossi d-dibattiti jiġi promoss id-dibattitu dwar dawn il-kwistjonijiet permezz ta' appoġġ għall-azzjonijiet tal-azzjonijiet Jean Monnet fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja iżda wkoll f'oqsma oħrajn kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ. It-trawwim ta' sens ta' identità Ewropea appartenenza fl-Ewropa u l-impenn huma partikolarment importanti fi żminijiet meta l-valuri minħabba l-isfidi għall-valuri komuni li l-Unjoni hija msejsa fuqhom, u li jiffurmaw parti mill-identità minn identità Ewropea tagħna, qed jiġu ttestjati, u meta ċ-ċittadini komuni , u minħabba li ċ-ċittadini qed juru livelli baxxi ta' involviment. Il-Programm jenħtieġ li jkompli jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-eċċellenza fl-istudji ta' integrazzjoni tal-integrazzjoni Ewropea u fl-istess ħin, għat-titjib tal-impenn tal-komunità usa' tat-tagħlim u tal-pubbliku ġenerali mal-integrazzjoni Ewropea. [Em. 42]

(32)

Billi jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil Il-Programm jenħtieġ li jkun konformi mal-għan ċentrali tal-Ftehim ta' Pariġi biex jissaħħaħ ir-rispons globali għat-tibdil fil-klima. B'konformità mal-impenji tal-Unjoni sabiex timplimenta l-Ftehim ta' Pariġi u  sabiex jinkisbu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għall-integrazzjoni sistematika tal-azzjoni klimatika u l-iżvilupp sostenibbli fil-politiki tal-Unjoni u għall-kisba tal-mira kumplessiva ta' 25 % tal-infiq tal-baġit tal-Unjoni jappoġġa l-għanijiet tal-klima b'appoġġ għall-għanijiet tal-klima tul il-perjodu kopert mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % li għandha tiġi introdotta mill-aktar fis, u mhux aktar tard mill-2027 . Se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm u jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet rilevanti u l-proċess ta' reviżjoni. [Em. 43]

(32a)

Minħabba r-rwol tal-Unjoni bħala attur globali u f'konformità mal-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli u mal-impenji meħuda mill-Istati Membri fil-Konferenza Rio + 20, il-Programm jenħtieġ li jintegra sistematikament l-edukazzjoni u t-tagħlim tul il-ħajja inklużivi, ekwi u ta' kwalità, inkluż b'rikonoxximent tar-rwol vitali li l-edukazzjoni għandha fil-ġlieda kontra l-faqar. Il-Programm jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għall-aġenda tal-iżvilupp sostenibbli billi jappoġġa l-isforzi biex jiġu żviluppati l-ħiliet meħtieġa għall-iżvilupp sostenibbli u biex in-nies jiġu mgħallma dwar is-sostenibbiltà, il-protezzjoni ambjentali u t-tibdil fil-klima permezz tal-edukazzjoni formali, mhux formali u informali. [Em. 44]

(33)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Programm għall-perjodu kollu tal-Programm li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fit-tifsira ta' [referenza li għandha tiġi aġġornata kif xieraq il-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (21)], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Jenħtieġ li jiġi żgurat li mill-2021 'il quddiem ikun hemm żieda sinifikanti fil-baġit annwali għall-Programm, meta mqabbel mas-sena finali tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, segwit minn tkabbir lineari u gradwali fl-allokazzjonijiet annwali. Profil baġitarju bħal dan jgħin biex jiġi żgurat aċċess akbar mill-bidu nett tal-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali 2021-2027 u jiġu evitati żidiet sproporzjonati fis-snin finali li jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu assorbiti. [Em. 45]

(34)

Fi ħdan pakkett bażiku għal azzjonijiet li għandhom jiġu ġestiti mill-aġenziji nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jenħtieġ li jiġi definit tqassim tal-allokazzjoni minima għal kull settur (edukazzjoni għolja, edukazzjoni skolastika, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali u edukazzjoni għall-adulti) sabiex tkun garantita massa kritika ta’ approprjazzjonijiet biex jintlaħqu l-output u r-riżultati maħsuba f’kull wieħed minn dawn is-setturi. L-allokazzjoni baġitarja preċiża skont l-azzjoni u l-inizjattiva jenħtieġ li tiġi stabbilita fil-programm ta' ħidma.[Em. 46]

(35)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”) (22) japplika għal dan il-Programm. Jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inkluż ir-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku u implimentazzjoni indiretta.

(36)

It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu abbażi tal-abbiltà tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jrendu r-riżultati, filwaqt li jqiesu jqisu , b’mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu tas-somom f’daqqa, ir-rati fissi u l-kostijiet ta’ unità, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif jissemma fl-Artikolu [125(1)] tar-Regolament Finanzjarju. Il-prinċipji ta' trasparenza, trattament ugwali u nondiskriminazzjoni kif stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju jenħtieġ li jiġu rispettati fl-implimentazzjoni tal-Programm. [Em. 47]

(37)

Pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-Programm fil-qafas tal-kooperazzjoni stabbilit skont il-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), li jipprevedi l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni permezz ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu jipparteċipaw ukoll abbażi ta’ strumenti legali oħrajn. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jagħti d-drittijiet neċessarji u aċċess għall-uffiċjali awtorizzanti responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) kif ukoll lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw l-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Il-parteċipazzjoni sħiħa tal-pajjiżi terzi fil-Programm jenħtieġ li tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehimiet speċifiċi li jkopru l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz konċernat mal-Programm. Parteċipazzjoni sħiħa tinvolvi, barra minn hekk, l-obbligu li titwaqqaf aġenzija nazzjonali u li jiġu ġestiti wħud mill-azzjonijiet tal-Programm f’livell deċentralizzat. Individwi u entitajiet minn pajjiżi terzi li mhumiex assoċjati mal-Programm jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw f’xi wħud mill-azzjonijiet fl-azzjonijiet tal-Programm, kif definit fil-programm ta’ ħidma u s-sejħiet għall-proposti ppubblikati mill-Kummissjoni. Meta jiġi implimentat il-Programm, jistgħu jiġu kkunsidrati arranġamenti speċifiċi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet mill-Istati mikro Ewropej. [Em. 48]

(38)

B’konformità mal-Artikolu 349 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultarperiferiċi ultraperiferiċi tal-Unjoni” (23) (“il-komunikazzjoni dwar sħubija strateġika”) , il-Programm jenħtieġ li jikkunsidra s-sitwazzjoni speċifika ta’ dawn ir-reġjuni. Il-miżuri Se jikkunsidraw iż-żieda tal-parteċipazzjoni jittieħdu miżuri biex tiżdied il-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-azzjonijiet kollha. Jenħtieġ li jitrawmu l-iskambji tal-mobbiltà u l-kooperazzjoni bejn il-persuni u l-organizzazzjonijiet minn dawn ir-reġjuni u pajjiżi terzi, b’mod partikolari l-ġirien tagħhom. Tali miżuri se jiġu mmonitorjati u evalwati regolarment. [Em. 49]

(38a)

Fil-komunikazzjoni tagħha dwar sħubija strateġika, il-Kummissjoni rrikonoxxiet li ż-żieda fil-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal fl-edukazzjoni u t-taħriġ, b'mod partikolari taħt il-programm Erasmus+, tkun ta' benefiċċju kbir għar-reġjuni ultraperiferiċi u impenjat ruħha li taġġusta aktar l-appoġġ finanzjarju għall-parteċipanti li jivvjaġġaw minn u lejn ir-reġjuni ultraperiferiċi billi żżomm regoli ta' finanzjament speċifiċi għal dawk ir-reġjuni taħt l-Erasmus+, li tesplora l-possibbiltajiet li testendi l-kooperazzjoni reġjonali tal-Erasmus+ biex tistimula aktar il-mobbiltà bejn ir-reġjuni ultraperiferiċi u l-pajjiżi terzi ġirien, u li tuża l-Fond Soċjali Ewropew+ bħala komplement għal Erasmus+. [Em. 50]

(39)

Skont [ir-referenza trid tiġi aġġornata kif xieraq skont id-Deċiżjoni l-ġdida dwar l-OCT l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/KE (24)], l-individwi u l-entitajiet stabbiliti f’pajjiżi jew territorji barranin huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u l-għanijiet tal-Programm u l-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu l-pajjiż jew it-territorju barrani huwa marbut. Ir-restrizzjonijiet imposti mir-remotezza ta’ dawn il-pajjiżi jew territorji jenħtieġ li titqies meta jiġi implimentat il-Programm, u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm tiġi mmonitorjata u evalwata regolarment.

(40)

B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni Il-Programm jenħtieġ li jżomm il-kontinwità f'termini tal-għanijiet u l-prijoritajiet tiegħu. Madankollu, minħabba li għandu jiġi implimentat fuq perjodu ta' seba' snin, jeħtieġ li jiġi previst ċertu grad ta' flessibbiltà sabiex tippermettilu jadatta għar-realtajiet li jinbidlu u l-prijoritajiet politiċi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. Għaldaqstant, ir-Regolament ma jiddefinixxix fid-dettall kif għandhom jitfasslu l-inizjattivi speċifiċi, u ma jippreġudikax il-prijoritajiet politiċi kollha u l-prijoritajiet baġitarji rispettivi għas-seba' snin li ġejjin. Minflok, l-għażliet u l-prijoritajiet tal-politiki sekondarji , inklużi d-dettalji ta' inizjattivi speċifiċi ġodda, jenħtieġ li tadotta jiġu determinati permezz ta' programmi ta' ħidma f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. It-tfassil tal-inizjattivi ġodda jenħtieġ li jislet tagħlimiet mill-inizjattivi pilota kurrenti mgħoddija f''dan il-qasam, tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar dan jenħtieġ li jqis il-valur miżjud Ewropew kemm fis-sustanza kif ukoll fl-istruttura tal-inizjattiva . Il-programm ta' ħidma jenħtieġ ukoll li jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni tagħhom b'konformità mal-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programm, il-kriterji tal-għażla u tal-għotja, kif ukoll l-elementi l-oħrajn kollha meħtieġa. Il-programmi ta' ħidma u kwalunkwe emenda fihom jenħtieġ li jiġu adottati minn atti permezz ta' att delegat. Huwa ta' implimentazzjoni importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż f'livell espert u b'konsultazzjoni mal-aġenziji u l-partijiet interessati nazzjonali, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b'konformità mal-proċedura ta' eżami mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B'mod partikolari, sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni ndaqs fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u li l-esperti tagħhom ikollhom aċċess b'mod sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija tal-atti de [Em. 51]

(40a)

Il-Kummissjoni, flimkien mal-aġenziji nazzjonali, jenħtieġ li timmonitorja u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, kemm waqt it-tul tal-ħajja tal-Programm kif ukoll wara li jitlesta. L-evalwazzjoni finali tal-Programm jenħtieġ li ssir fil-ħin b'tali mod li tkun tista' tikkontribwixxi għar-rieżami ta' nofs it-terminu tal-programm suċċessur jekk ikun rilevanti. B'mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li twettaq reviżjoni ta' nofs it-terminu tal-Programm akkumpanjata, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva biex jiġi emendat dan ir-Regolament. [Em. 52]

(41)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (25), hemm ħtieġa għal evalwazzjoni tal-Programm abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti ta’ monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri il-benefiċjarji . Tali rekwiżiti jenħtieġ li jinkludu indikaturi speċifiċi, miżurabbli u realistiċi li jistgħu jitkejlu matul iż-żmien bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fir-realtà. [Em. 53]

(42)

Jenħtieġ li jiġu żgurati sensibilizzazzjoni, reklamar u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programm, fil-livell Ewropew, nazzjonali u lokali. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, reklamar u ta’ disseminazzjoni jibbażaw fuq il-korpi ta’ implimentazzjoni kollha tal-Programm, inkluż, meta jkun rilevanti applikabbli , bl-appoġġ tal-partijiet ikkonċernati ewlenin rilevanti oħra. [Em. 54]

(43)

Sabiex tiġi żgurata effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar b’saħħithom bejn l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqa b’inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni, bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament. [Em. 55]

(44)

Biex tkun żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Programm jagħmel użu massimu mill-mekkaniżmi eżekuttivi diġà fis-seħħ. L-implimentazzjoni tal-Programm jenħtieġ li għalhekk tiġi fdata lill-Kummissjoni, u lill-aġenziji nazzjonali , li jenħtieġ li jiżguraw applikazzjoni konsistenti u koerenti tar-regoli tal-Programm fil-pajjiżi kollha tal-UE u matul iż-żmien. Għal dak il-għan u sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-Programm, il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li jaħdmu flimkien, u b'konsultazzjoni mal-partijiet interessati, biex jiżviluppaw proċeduri konsistenti, sempliċi u b'livell għoli ta' kwalità u biex jiffaċilitaw l-iskambju ta' prattiki tajbin li jistgħu jtejbu l-kwalità tal-proġetti taħt il-Programm . Fejn ikun fattibbli, u sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza, l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li ikunu l-istess bħal dik deżinjata għall-ġestjoni tal-programm predeċessur. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità ex-ante jenħtieġ li jkun limitat għar-rekwiżiti li huma ġodda u speċifiċi għall-Programm, sakemm dan ma jkunx ġustifikat, bħal f’każ ta’ nuqqasijiet serji jew sottoprestazzjoni min-naħa tal-aġenzija nazzjonali konċernata. [Em. 56]

(44a)

Sabiex l-organizzaturi tal-proġetti mingħajr esperjenza ta' programmi ta' finanzjament tal-Unjoni jiġu inkoraġġiti japplikaw għal finanzjament, il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali jenħtieġ li jipprovdu pariri u appoġġ u jenħtieġ li jiżguraw li l-proċeduri ta' applikazzjoni jkunu ċari u sempliċi kemm jista' jkun. Il-gwida tal-Programm jenħtieġ li tittejjeb aktar biex issir ċara u faċli għall-utent, waqt li l-formoli ta' applikazzjoni jenħtieġ li jkunu sempliċi u disponibbli fil-ħin. Sabiex il-proċess ta' applikazzjoni jiġi modernizzat u armonizzat aktar, jenħtieġ li tiġi żviluppata għodda komuni, multilingwi u one-stop-shop għall-benefiċjarji tal-Programm u għal dawk involuti fil-ġestjoni tal-Programm [Em. 57]

(44b)

Bħala regola ġenerali, it-talbiet għal għotjiet u l-applikazzjonijiet għal proġetti jenħtieġ li jiġu ppreżentati lill-aġenzija nazzjonali tal-pajjiż fejn ikun ibbażat l-applikant, u ġestiti minnha. Madankollu, bħala deroga, it-talbiet għal għotjiet u l-applikazzjonijiet għal proġetti għal attivitajiet organizzati minn netwerks tal-Unjoni kollha u minn organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali jenħtieġ li jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni u ġestiti b'mod dirett minnha. [Em. 58]

(45)

Biex jiġu żgurati l-ġestjoni finanzjarja tajba u ċ-ċertezza tad-dritt f’kull pajjiż parteċipanti, jenħtieġ li kull awtorità nazzjonali tiddeżinja korp indipendenti tal-awditjar. Fejn fattibbli, u sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza, il-korp indipendenti tal-awditjar jenħtieġ li jkun l-istess bħal dak iddeżinjat għall-azzjonijiet imsemmija fil-programm preċedenti.

(46)

L-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex iwarrbu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament li jistgħu jipprevjenu l-aċċess għall-Programm jew jimpedixxu l-funzjonament xieraq tiegħu tal-Programm. Dan jinkludi r-risolviment, fejn possibbli, u mingħajr ħsara preġudizzju għad-dritt tal-Unjoni dwar kwistjonijiet tad-dħul id-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi kwistjonijiet li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta’ viżi u ta’ permessi ta’ residenza. B’mod konformi mad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), l-Istati Membri huma nkoraġġuti inkoraġġuti jistabbilixxu proċeduri rapidi għall-ammissjoni. [Em. 59]

(47)

Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni jenħtieġ li tiżgura li d-data għall-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-programm ta’ monitoraġġ tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv u f’waqtu, u fil-livell xieraq ta’ granularità. Din id-data jenħtieġ li tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni b’mod li tkun konformi mar-regoli rilevanti tal-protezzjoni tad-data.

(48)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati b’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27). [Em. 60]

(49)

Sabiex jiġu simplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jintużaw kemm jista' jkun għotjiet simplifikati fil-forma ta' somom f'daqqa, spejjeż ta' unità kostijiet unitarji u finanzjament b'rata fissa. Skont il-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba u sabiex tiġi simplifikata l-amministrazzjoni tal-Programm, ħlasijiet b'rata fissa bbażati fuq il-proġett rilevanti jenħtieġ li jintużaw għall-attivitajiet ta' mobbiltà fis-setturi kollha. L-għotjiet simplifikati biex jappoġġaw l-azzjonijiet ta' mobbiltà tal-Programm, kif definit mill-Kummissjoni, jenħtieġ li iqisu l-ispejjeż jiġu riveduti u aġġustati b'mod regolari għall-kostijiet tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż u r-reġjun ospitanti. Il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali tal-pajjiżi mittenti jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jaġġustaw dawn l-għotjiet simplifikati fuq il-bażi ta' kriterji oġġettivi, b'mod partikolari sabiex jiżguraw aċċess għal persuni b'inqas opportunitajiet. B'konformità mad-dritt nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jitħeġġu wkoll jeżentaw dawk l-għotjiet minn kwalunkwe taxxa u imposta soċjali. L-istess eżenzjoni jenħtieġ li tapplika għal entitajiet pubbliċi jew privati li jagħtu appoġġ finanzjarju bħal dan lill-individwi konċernati. [Em. 61]

(50)

B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (29) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2017/1939 (30), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jridu jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod skorrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, b’konformità mar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. B’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jressaq każijiet ta’ frodi u attivitajiet illegali oħrajn tal-Unjoni li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (31). B’konformità mar-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji lill-Kummissjoni, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, u trid tiżgura li kwalunkwe terza parti involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(51)

Huwa neċessarju li tiġi żgurata l-komplementarjetà tal-azzjonijiet imwettqa fi ħdan il-Programm ma’ attivitajiet imwettqa mill-Istati Membri u ma’ attivitajiet oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-kultura u l-midja, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-industrija u l-intrapriża, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali b’fokus fuq il-bdiewa żgħażagħ, il-koeżjoni, il-politika reġjonali u l-kooperazzjoni u l-iżvilupp internazzjonali.

(52)

Filwaqt li l-qafas regolatorju diġà ppermetta lill-Istati Membri u lir-reġjuni jistabbilixxu sinerġiji fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti bejn Erasmus+ u strumenti oħra tal-Unjoni, bħall-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej, li jappoġġaw ukoll l-iżvilupp kwalitattiv ta’ sistemi edukattivi, tat-taħriġ u taż-żgħażagħ fl-Unjoni, dan il-potenzjal s’issa għadu ma ġiex sfruttat, u għalhekk ġew limitati l-effetti sistemiċi tal-proġetti u l-impatt fuq il-politika. Jenħtieġ li ssir komunikazzjoni u kooperazzjoni effettiva fil-livell nazzjonali bejn il-korpi nazzjonali inkarigati mill-ġestjoni ta’ dawn l-istrumenti varji sabiex jiġi massimizzat l-impatt rispettiv tagħhom. Il-Programm jenħtieġ li jippermetti l-kooperazzjoni attiva ma’ dawn l-istrumenti , b'mod partikolari billi jiżgura li applikazzjoni b'livell għoli ta' kwalità li ma tistax tiġi ffinanzjata fl-ambitu tal-Programm, minħabba fondi insuffiċjenti, tkun tista' titqies għal finanzjament, permezz ta' proċedura simplifikata, taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej. Sabiex tiġi simplifikata l-proċedura għal azzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun possibbli li jingħataw “Siġill ta' Eċċellenza” b'rikonoxximent tal-livell ta' kwalità għoli tagħhom. Tali komplementarjetà bejn il-programmi jenħtieġ li tagħti lok ta' żieda fir-rati ta' suċċess tal-proġetti. . [Em. 62]

(52a)

Sabiex tiġi massimizzata l-effikaċja tal-appoġġ tal-politika u tal-finanzjament Ewropej, huwa importanti li jitrawmu sinerġiji u komplementarjetà fil-programmi rilevanti kollha b'mod koerenti. Tali sinerġiji u komplementarjetà jenħtieġ li ma jwasslux biex fondi allokati għall-Programm Erasmus + jiġu ġestiti barra mill-istruttura tal-Programm, u jenħtieġ ukoll li ma jwasslux biex il-fondi jintużaw biex jiġu segwiti għanijiet differenti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament. Kwalunkwe sinerġija u komplementarjetà jenħtieġ li tirriżulta fi proċeduri ta' applikazzjoni simplifikati fil-livell tal-implimentazzjoni. [Em. 63]

(53)

Sabiex tirrevedi jew tikkumplimenta l-indikaturi tal-prestazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li s-setgħa li tadotta atti b’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) tiġi delegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-Anness. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. B’mod partikolari, sabiex tkun żgurata parteċipazzjoni ugwali fil-preparazzjoni tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom sistematikament ikollhom aċċess għal-laqgħat tal-gruppi esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw il-preparazzjoni tal-atti delegati.

(54)

Huwa xieraq li jiġi żgurat l-għeluq korrett tal-programm predeċessur, b’mod partikolari fir-rigward tal-kontinwazzjoni tal-arranġamenti pluriennali għall-ġestjoni tiegħu, bħall-finanzjament ta’ assistenza teknika u amministrattiva. Mill-1 ta’ Jannar 2021, l-assistenza teknika u amministrattiva jenħtieġ li tiżgura, jekk meħtieġ, il-ġestjoni tal-azzjonijiet li għadhom ma ġewx finalizzati skont il-programm predeċessur sal-31 ta’ Diċembru 2020.

(55)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ lejn id-dritt għall-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u d-dritt għal non-diskriminazzjoni bbażata fuq sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali, u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, il-Programm għandu jappoġġa b'mod attiv l-inizjattivi li jfittxu li jqajmu kuxjenza u jippromwovu perċezzjonijiet pożittivi ta' kwalunkwe wieħed mill-gruppi li jaf ikunu soġġetti għal diskriminazzjoni, u li jrawmu l-ugwaljanza bejn is-sessi. Jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-isforzi biex jiġi indirizzat id-distakk edukattiv u d-diffikultajiet speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom ir-Rom, billi jiffaċilita l-parteċipazzjoni sħiħa u attiva tagħhom fil-Programm. Ir-rispett għad-drittijiet u l-prinċipji rikonoxxuti b'mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali jenħtieġ li jiġi integrat fil-proċess tal-ippjanar, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-Programm. [Em. 64]

(56)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 TFUE japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu għal kontrolli dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni fil-każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, għaliex ir-rispett lejn l-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għall-ġestjoni finanzjarja tajba u finanzjament tal-Unjoni effettiv.

(57)

Peress li l-għan ta’ dan ir-Regolament, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-karattru transnazzjonali tiegħu, il-volum kbir u l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku wiesa’ tal-attivitajiet ta’ mobbiltà u kooperazzjoni ffinanzjati, l-effetti tiegħu fuq l-aċċess għall-mobbiltà għat-tagħlim u b’mod aktar ġenerali dwar l-integrazzjoni tal-Unjoni, kif ukoll id-dimensjoni internazzjonali rinforzata tiegħu, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, b’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. B’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkiseb dak il-għan.

(58)

Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 jenħtieġ li jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

(59)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-appoġġ finanzjarju previst skont il-Programm, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi Erasmus Erasmus+ , il-programm għall-azzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport (“il-Programm”).

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“tagħlim tul il-ħajja” tfisser tagħlim fil-forom kollha tiegħu (tagħlim formali, mhux formali u informali) li jseħħ fl-istadji kollha tal-ħajja, minn edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal, edukazzjoni ġenerali, edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali, edukazzjoni għolja, u tagħlim għall-adulti, li jirriżulta f’titjib jew aġġornament fl-għarfien, il-ħiliet , il-kompetenzi u l-attitudnijiet jew il-parteċipazzjoni fis-soċjetà f’perspettiva personali, ċivika, kulturali, soċjali u/jew relatata mal-impjieg, inkluż il-forniment ta’ servizzi ta’ konsulenza u gwida; [Em. 65]

(2)

“mobbiltà għat-tagħlim” tfisser iċ-ċaqliq fiżiku lejn pajjiż li mhux il-pajjiż tar-residenza, sabiex isir studju, taħriġ , inkluż taħriġ mill-ġdid jew titjib tal-ħiliet, jew tagħlim mhux formali jew informali tista' tieħu l-forma ta' traineeships, apprendistati, skambji bejn iż-żgħażagħ, tagħlim jew parteċipazzjoni f'attività ta' żvilupp professjonali; din ; Dan tista’ tkun akkumpanjata minn miżuri bħal appoġġ u taħriġ lingwistiku , fosthom għal-lingwi nazzjonali tas-sinjali , u/jew tkun ikkumplimentata ikkomplementata minn tagħlim online u kooperazzjoni virtwali. F’xi każijiet speċifiċi, tista’ tkun fil-forma ta’ tagħlim online permezz tal-użu tal-għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni aċċessibbli tal-komunikazzjoni kooperazzjoni virtwali ; [Em. 66]

(2a)

“tagħlim virtwali” tfisser il-kisba tal-ħiliet u l-għarfien bl-użu ta' għodod aċċessibbli tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; [Em. 67]

(2b)

“tagħlim imħallat” tfisser il-ksib tal-ħiliet u l-għarfien permezz ta' taħlita ta' għodod tal-edukazzjoni u tat-taħriġ virtwali u metodi tradizzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ; [Em. 68]

(3)

“tagħlim mhux formali” tfisser tagħlim volontarju li jseħħ barra mill-edukazzjoni u t-taħriġ formali permezz ta’ attivitajiet ta’ skop (f’termini ta’ għanijiet, metodi u żmien) u b’xi forma ta’ appoġġ għat-tagħlim;

(4)

“tagħlim informali” tfisser tagħlim li jirriżulta minn attivitajiet ta’ kuljum u esperjenzi li mhumiex organizzati jew strutturati f’termini ta’ appoġġ għall-għanijiet, żmien jew tagħlim. Jista’ jkun mhux intenzjonat mill-perspettiva tal-istudent;

(5)

“żgħażagħ” tfisser individwi bejn it-13 u t-30 sena;

(6)

“l-isport tal-organizzazzjonijiet ta’ bażi grassroots ” tfisser l-isport organizzat fil-livell lokali mill-persuni ipprattikat b'mod regolari minn sportivi mhux professjonisti, u l-isport għal kulħadd ta' kull età , għal finijiet ta' saħħa, edukattivi jew soċjali ; [Em. 69]

(7)

“studenti ta’ edukazzjoni għolja” tfisser kwalunkwe persuna rreġistrata f’istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja, inkluż għal ċiklu qasir, f’livell ta’ baċellerat, master jew dottorat jew ekwivalenti. Tkopri wkoll gradwati riċenti , jew kwalunkwe persuna li tkun iggradwat minn istituzzjoni ta' dan it-tip fl-24 xahar preċedenti ; [Em. 70]

(8)

“persunal” tfisser kwalunkwe persuna li, fuq bażi professjonali jew volontarja, hija involuta fl-edukazzjoni fil-livelli kollha , fit-taħriġ jew fit-tagħlim mhux formali, u tista’ tinkludi professuri, għalliema, persuni li jħarrġu, riċerkaturi, mexxejja tal-iskola, persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, kowċis tal-isports, persunal mhux edukattiv u prattikanti oħra involuti fil-promozzjoni tat-tagħlim; [Em. 71]

(8a)

“persunal tal-isport” tfisser persuni involuti fil-ġestjoni, fl-istruzzjoni jew fit-taħriġ ta' tim sportiv jew ta' bosta persuni sportivi individwali, bi ħlas jew fuq bażi volontarja; [Em. 72]

(9)

“student ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali” tfisser kwalunkwe persuna reġistrata fi programm ta’ edukazzjoni jew taħriġ vokazzjonali inizjali jew kontinwu fi kwalunkwe livell sa livell ta’ wara l-iskola sekondarja. Jinkludi l-parteċipazzjoni ta’ individwi li reċentament iggradwaw minn tali programmi , jew kwalunkwe persuna li tkun iggradwat minn programm ta' dan it-tip fl-24 xahar preċedenti ; [Em. 73]

(10)

“student tal-iskola” tfisser kwalunkwe persuna reġistrata f’kapaċità ta’ tagħlim f’istituzzjoni li tipprovdi edukazzjoni ġenerali fi kwalunkwe livell mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sal-edukazzjoni sekondarja superjuri, jew kwalunkwe persuna li tkun ħadet edukazzjoni barra minn kuntest istituzzjonali meqjusa mill-awtoritajiet Nazzjonali kompetenti bħala eliġibbli sabiex tipparteċipa fil-Programm, fit-territorji rispettivi tagħhom; [Em. 74]

(11)

“edukazzjoni għall-adulti” tfisser kwalunkwe forma ta’ tagħlim mhux vokazzjonali għall-adulti wara l-edukazzjoni inizjali, kemm jekk tkun ta’ natura formali, mhux formali jew informali;

(12)

“pajjiż terz mhux assoċjat mal-Programm” tfisser pajjiż terz li mhux qed jipparteċipa bis-sħiħ fil-Programm iżda li l-entitajiet legali tiegħu jistgħu eċċezzjonalment jibbenefikaw mill-Programm f’każijiet debitament ġustifikati fl-interess tal-Unjoni; [Em. 75]

(13)

“pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhuwiex Stat Membru;

(14)

“sħubija” tfisser ftehim bejn grupp ta’ istituzzjonijiet u/jew organizzazzjonijiet sabiex jitwettqu attivitajiet u proġetti konġunti;

(15)

“lawrja konġunta tal-master ta' master jew ta' dottorat ” tfisser programm ta’ studju integrat offrut tal-inqas minn żewġ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja li jirriżulta f’ċertifikat wieħed ta’ lawrja maħruġ u ffirmat b’mod konġunt mill-istituzzjonijiet parteċipanti kollha u rikonoxxut uffiċjalment fil-pajjiżi fejn jinsabu l-istituzzjonijiet parteċipanti; [Em. 76]

(16)

“internazzjonali” tirrigwarda kwalunkwe azzjoni li tinvolvi mill-inqas pajjiż terz wieħed li mhuwiex assoċjat mal-Programm;

(17)

“kooperazzjoni virtwali” tfisser kwalunkwe forma ta’ kooperazzjoni li tuża għodod tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni;

(18)

“istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja” tfisser kwalunkwe tip ta’ istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja entità li, b’konformità mad-dritt jew prattika nazzjonali, toffri lawrji rikonoxxuti jew kwalifiki tal-livell terzjarju oħrajn rikonoxxuti, irrispettivament minn x’jissejjaħ dan l-istabbiliment kif ukoll kwalunkwe tip ieħor ta’ istituzzjoni ta’ edukazzjoni għolja entità oħra kumparabbli li hija kkunsidrata mill-awtoritajiet nazzjonali bħala eliġibbli biex tipparteċipa fil-Programm, fit-territorji rispettivi tagħhom; [Em. 77]

(19)

“transnazzjonali” tirrelata ma’ kwalunkwe azzjoni li tinvolvi mill-inqas żewġ pajjiżi li huma Stati Membri jew pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm;

(20)

“attività ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ” tfisser attività barra mill-iskola mwettqa minn gruppi informali ta’ żgħażagħ u/jew organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, u karatterizzata ikkaratterizzata minn approċċ ta’ tagħlim mhux formali jew informali u minn appoġġ għall-aċċessibilità u l-inklużjoni ; [Em. 78]

(21)

“ħaddiem li jaħdem maż-żgħażagħ” tfisser professjonist jew voluntier involut fit-tagħlim mhux formali jew informali li jappoġġa liż-żgħażagħ fl-iżvilupp personali, tagħhom , inkluż l-iżvilupp soċjoedukattiv u professjonali tagħhom u l-iżvilupp tal-kompetenzi tagħhom. ; [Em. 79]

(22)

“djalogu maż-żgħażagħ tal-UE” tfisser djalogu maż-żgħażagħ id-djalogu bejn min ifassal il-politika, min jieħu d-deċiżjonijiet, esperti, riċerkaturi jew partijiet interessati tas-soċjetà ċivili, kif xieraq, u ż-żgħażagħ mal-organizzazzjonijiet l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, li jserv i; dan iservi bħala forum għal riflessjoni konġunta kontinwa dwar il-prijoritajiet, l-implimentazzjoni u s-segwitu tal-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam taż-żgħażagħ fl-oqsma kollha ta' rilevanza għaż-żgħażagħ ; [Em. 80]

(23)

“pajjiż terz assoċjat mal-Programm” tfisser pajjiż terz li huwa parti għal ftehim mal-Unjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Programm u li jissodisfa l-obbligi kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-Istati Membri; [Em. 81]

(24)

“entità legali” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika maħluqa u rikonoxxuta bħala tali skont id-dritt nazzjonali, id-dritt tal-Unjoni jew id-dritt internazzjonali, li għandha personalità ġuridika u li tista’, meta taġixxi f’isimha stess, teżerċita drittijiet u tkun soġġetta għal obbligi, jew entità mingħajr personalità ġuridika b’konformità mal-Artikolu [197(2)(c)] tar-Regolament Finanzjarju;

(25)

“persuni b’inqas opportunitajiet” tfisser dawk persuni li jaffaċċaw ostakli li ma jħalluhomx ikollhom aċċess effettiv għal opportunitajiet skont il-Programm għal raġunijiet ekonomiċi huma żvantaġġati fl-aċċess tagħhom għall-Programm minħabba diversi ostakoli li jinħolqu minħabba, pereżempju, diżabilità, problemi tas-saħħa, diffikultajiet edukattivi, l-isfond ta' migrazzjoni tagħhom, differenzi kulturali, il-qagħda ekonomika , soċjali, kulturali, ġeografiċi huma żvantaġġati fl-aċċess tagħhom għall-Programm minħabba diversi ostakoli li jinħolqu minħabba, pereżempju, diżabilità, problemi tas-saħħa, diffikultajiet edukattivi, l-isfond ta' migrazzjoni tagħhom, differenzi kulturali, il-qagħda ekonomika jew ta’ saħħa, kuntest persuni li jissograw li jħabbtu wiċċhom ma' diskriminazzjoni abbaż ta’ migrazzjoni jew għal raġunijiet bħal diżabbiltà u diffikultajiet edukattivi kwalunkwe waħda mir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ; [Em. 82]

(26)

“awtorità nazzjonali” tfisser l-awtorità inkarigata, fil-livell nazzjonali, mill-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-ġestjoni tal-Programm fi Stat Membru jew f’pajjiż terz assoċjat mal-Programm;

(27)

“aġenzija nazzjonali” tfisser korp wieħed jew iktar fi Stat Membru jew pajjiż terz partikolari assoċjata mal-Programm responsabbli mill-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali. Jista’ jkun hemm aktar minn aġenzija nazzjonali waħda fi Stat Membru jew pajjiż terz partikolari assoċjat mal-Programm;

(27a)

“Siġill ta' Eċċellenza” tfisser it-tikketta ta' livell għoli ta' kwalità mogħtija lil proġetti mressqa lill-Programm, li jitqiesu li jistħoqqilhom finanzjament madankollu ma jirċevuhx minħabba limitazzjonijiet baġitarji; dan jirrikonoxxi l-valur tal-proposta u jappoġġa t-tfittxija għal finanzjament alternattiv [Em. 83]

Artikolu 3

Għanijiet tal-programm

1.   L-għan ġenerali tal-Programm huwa li jappoġġa l-iżvilupp edukattiv, professjonali u personali tal-persuni fl-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ l-attivitajiet taż-żgħażagħ u l-isport permezz tat-tagħlim tul il-ħajja , fl-Ewropa u lil hinn minnha, u b'hekk jikkontribwixxi għal tkabbir sostenibbli, impjiegi ta' kwalità, koeżjoni soċjali u inklużjoni, għall-promozzjoni taċ-ċittadinanza attiva kif ukoll li jsaħħaħ l-identità għat-tisħiħ tal-identità Ewropea. Bħala tali, il-Programm għandu jkun strument ewlieni għall-bini ta' żona Ewropea tal-edukazzjoni, għall-avvanz tal-innovazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, filwaqt li tappoġġa jappoġġa l-implimentazzjoni tal-kooperazzjoni strateġika Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, bl-aġendi settorjali sottostanti tiegħu, li javvanzaw il-kooperazzjoni tagħha , javvanza l-kooperazzjoni tal-politika taż-żgħażagħ skont l-Istrateġija taż-Żgħażagħ tal-Unjoni 2019-2027 u l-iżvilupp tad-dimensjoni jiżviluppa d-dimensjoni Ewropea fl-isport.. [Em. 84]

2.   Il-Programm għandu l-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

li jippromwovi l-mobbilità għat-tagħlim tal-individwi, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, l-ekwità, l-eċċellenza, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta’ organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ; [Em. 85]

(b)

li jippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim mhux formali u  informali, it-tagħlim interkulturali, il-ħsieb kritiku u l-parteċipazzjoni attiva fost iż-żgħażagħ, kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni , il-kwalità , il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell ta' organizzazzjonijiet u politiki fil-qasam taż-żgħażagħ; [Em. 86]

(c)

li jippromwovi l-mobbiltà għat-tagħlim tal-kowċis fl-isports grassroots, tal-persunal sportiv l-persunal tal-isport taż-żgħażagħ li jipprattikaw sport b'mod regolari u f'ambjent organizzat , kif ukoll il-kooperazzjoni, l-inklużjoni, il-kreattività u l-innovazzjoni fil-livell tal-organizzazzjonijiet tal-isport u l-politiki tal-isport; [Em. 87]

(ca)

li jippromwovi t-tagħlim tul il-ħajja permezz ta' approċċ transsettorjali f'ambjenti formali, mhux formali u informali u li jappoġġa perkorsi flessibbli għat-tagħlim. [Em. 88]

2a.     Il-Programm għandu jinkludi dimensjoni internazzjonali msaħħa bil-għan li jiġu appoġġati l-għanijiet ta' azzjoni esterna u ta' żvilupp tal-Unjoni permezz tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi [Em. 89]

3.   L-għanijiet tal-Programm għandhom jiġu segwiti permezz tat-tliet azzjonijiet ewlenin li ġejjin:

(a)

mobbiltà għat-tagħlim (“azzjoni ewlenija 1”);

(b)

kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet (“azzjoni ewlenija 2”); u

(c)

għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni (“azzjoni ewlenija 3”);

L-għanijiet għandhom jiġu segwiti permezz tal-azzjonijiet Jean Monnet kif stabbilit fl-Artikolu 7.

L-azzjonijiet kollha tal-Programm għandu jkun fihom element qawwi ta' tagħlim li jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Programm stabbiliti f'dan l-Artikolu. Id-deskrizzjoni tal-azzjonijiet appoġġati skont kull azzjoni ewlenija hija stabbilita fil-Kapitolu II (edukazzjoni u taħriġ), il-Kapitolu III (iż-żgħażagħ) u l-Kapitolu IV (l-isport). L-għanijiet operattivi u l-prijoritajiet tal-politika korrispondenti għal kull azzjoni għandhom jiġu speċifikati fid-dettall fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 19. [Em. 90]

Artikolu 3a

Valur miżjud Ewropew

1.     Il-Programm għandu jappoġġa biss dawk l-azzjonijiet u l-attivitajiet li jipprovdu valur miżjud Ewropew potenzjali u li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3.

2.     Il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-attivitajiet tal-Programm għandu jiġi żgurat, pereżempju, permezz

(a)

tal-karattru transnazzjonali tagħhom, b'mod partikolari fir-rigward tal-mobbiltà u l-kooperazzjoni li għandhom l-għan li jiksbu impatt sistemiku sostenibbli;

(b)

tal-komplementarjetà u tas-sinerġiji tagħhom ma' programmi u politiki oħra fil-livell nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali;

(c)

tal-kontribut tagħhom għall-użu effettiv tal-għodod ta' trasparenza u ta' rikonoxximent tal-Unjoni;

(d)

tal-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' standards tal-assigurazzjoni tal-kwalità madwar l-Unjoni, inklużi karti;

(e)

tal-kontribut tagħhom għall-iżvilupp ta' standards tal-assigurazzjoni tal-kwalità madwar l-Unjoni, inklużi karti;;

(f)

tat-trawwim tagħhom ta' djalogu interkulturali u interreliġjuż fl-Unjoni kollha;

(g)

tat-trawwim tagħhom tal-multilingwiżmu fl-Unjoni kollha; or

(h)

tal-promozzjoni tagħhom ta' sens ta' appartenenza fl-Ewropa u tat-tisħiħ ta' ċittadinanza Ewropea komuni. [Em. 91]

KAPITOLU II

EDUKAZZJONI U TAĦRIĠ

Artikolu 4

Azzjoni ewlenija 1

Mobbiltà għat-tagħlim

Fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 1:

(a)

il-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal ta’ edukazzjoni għolja;

(b)

il-mobbiltà tal-istudenti u l-persunal ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali;

(c)

il-mobbiltà ta’ studenti tal-istudenti u tal-persunal tal-iskejjel, inklużi l-għalliema tal-livell preskolastiku u l-persunal tal-edukazzjoni persunal tal-iskola l-indokrar bikrin ; [Em. 92]

(d)

il-mobilità il-mobbiltà tal-istudenti adulti u tal-persunal tal-edukazzjoni għall-adulti; [Em. 93]

(e)

opportunitajiet ta’ tagħlim tal-lingwa, inklużi dawk li jappoġġaw attivitajiet ta’ mobbilità.

Il-Programm għandu jappoġġa miżuri ta' tagħlim virtwali u ta' tagħlim imħallat biex jakkumpanjaw l-attivitajiet ta' mobbiltà stabbiliti fil-paragrafu 1. Għandu wkoll jappoġġa miżuri ta' dan it-tip għal persuni li ma jistgħux jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà bħal dawn

Il-Kummissjoni għandha tiżgura, fejn xieraq, li l-għodod tat-tagħlim virtwali u tat-tagħlim imħallat żviluppat fl-ambitu tal-Programm isiru disponibbli għall-pubbliku ġenerali. [Am. 94]

L-appoġġ jista' jingħata għat-tħejjija tal-attivitajiet ta' mobbiltà stabbiliti f'dan l-Artikolu, inkluż, kif meħtieġ, għal żjarat ta' tħejjija [Am. 95]

Artikolu 5

Azzjoni ewlenija 2

Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 2:

(a)

sħubiji sħubijiet strateġiċi għall-kooperazzjoni u skambji ta’ prassi, inkluż sħubiji fuq skala żgħira għat-trawwim ta’ aċċess iktar mifrux u iktar inklużiv għall-Programm; [Em. 96]

(b)

ssħubiji għall-eċċellenza, b'mod partikolari universitajiet Ewropej, Ċentri ta ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali u lawrji masters u master dottorati konġunti tal-Erasmus Mundus; L-universitajiet u ċ-ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali Ewropej għandhom jinvolvu mill-inqas entità waħda stabbilita fi Stat Membru ; [Em. 97]

(c)

sħubiji għall-innovazzjoni , bħal alleanzi tal-edukazzjoni għall-adulti, għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa; [Em. 98]

(d)

pjattaformi u għodod online li jkunu aċċessibli u faċli għall-utent sabiex tiġi promossa l-kooperazzjoni virtwali, inkluż is-servizzi ta' appoġġ għal eTwinning u għall-pjattaforma elettronika għat-tagħlim għall-adulti fl-Ewropa , għodod biex jiġu promossi l-metodi ta' Tagħlim b'Disinn Universali, kif ukoll għodod għall-iffaċilitar tal-mobbiltà, bħall-Kard Ewropea tal-Istudenti msemmija fl-Artikolu 25(7c) . [Em. 99]

(da)

bini ta' kapaċità mmirat fil-qasam tal-edukazzjoni għolja fil-pajjiżi tersi mhux assoċjati mal-Programm. [Em. 100]

Artikolu 6

Azzjoni ewlenija 3

Appoġġ għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni

Fil-qasam tal-edukazzjoni u tat-taħriġ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 3:

(a)

il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġendi ta’ politika ġenerali u settorjali tal-Unjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż bl-appoġġ tan-netwerk Eurydice jew attivitajiet ta’ organizzazzjonijiet rilevanti oħra;

(b)

l-appoġġ għal għodod u miżuri tal-Unjoni li jrawmu l-kwalità, it-trasparenza u r-rikonoxximent u l-aġġornament ta’ kompetenzi, ħiliet u kwalifiki (32); [Em. 101]

(c)

djalogu ta’ politika u kooperazzjoni ma’ partijiet mal-partijiet ikkonċernati ewlenin rilevanti u appoġġ għalihom , inklużi netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ; [Em. 102]

(d)

miżuri mmirati li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kwalitattiva mmirati u inklużiva tal-Programm; [Em. 103]

(e)

kooperazzjoni ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni;

(f)

attivitajiet ta’ disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet ta’ politika Ewropea kif ukoll fuq il-Programm.

Artikolu 7

Azzjonijiet Jean Monnet

IIl-Programm għandu jappoġġa tagħlim, apprendiment, riċerka u dibattiti dwar kwistjonijiet ta' integrazzjoni Ewropea u dwar l-isfidi u l-oportunitajiet futuri tal-Unjoni permezz tal-azzjonijiet li ġejjin [Em. 104]

(a)

azzjoni Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja; [Em. 105]

(b)

azzjoni Jean Monnet f’oqsma oħra fl-oqsma kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ; [Em. 106]

(c)

appoġġ għall-istituzzjonijiet li ġejjin, li jsegwu mira ta’ interess Ewropew: l-Istitut Universitarju Ewropew, Firenze, inkluż l-Iskola tal-Governanza Transnazzjonali tiegħu; il-Kulleġġ tal-Ewropa (il-kampus ta’ Bruges u dak ta’ Natolin); l-Istitut Ewropew tal-Amministrazzjoni Pubblika, Maastricht; l-Akkademja tad-Dritt Ewropew, Trier; l-Aġenzija Ewropea għall-Bżonnijiet Speċjali u l-Edukazzjoni Inklużiva, Odense u ċ-Ċentru Internazzjonali għat-Taħriġ Ewropew, Nizza.

KAPITOLU III

ŻGĦAŻAGĦ

Artikolu 8

Azzjoni ewlenija 1

Mobbiltà għat-tagħlim

Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 1:

(a)

il-mobbilità taż-żgħażagħ;

(b)

attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ;

(c)

attivitajiet ta’ DiscoverEU;

(d)

il-mobbilità ta’ dawk li jaħdmu maż-żgħażagħ.

Artikolu 9

Azzjoni ewlenija 2

Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 2:

(a)

sħubiji strateġiċi għall-kooperazzjoni u skambji ta’ prassi, inkluż sħubiji fuq skala żgħira għat-trawwim ta’ aċċess iktar mifrux u iktar inklużiv għall-Programm; [Em. 107]

(b)

sħubiji għall-innovazzjoni għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-innovazzjoni tal-Ewropa;

(c)

pjattaformi u għodod online aċċessibbli u faċli għall-utent għall-kooperazzjoni virtwali. [Em. 108]

Artikolu 10

Azzjoni ewlenija 3

Appoġġ għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni

Fil-qasam taż-żgħażagħ, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 3:

(a)

il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġenda ta' politika tal-Unjoni dwar iż-żgħażagħ, bl-appoġġ , kif rilevanti, tan-netwerk Wiki taż-Żgħażagħ Youth Wiki ; [Em. 109]

(b)

għodod u miżuri tal-Unjoni li jrawmu l-kwalità, it-trasparenza u r-rikonoxximent ta’ kompetenzi u ħiliet, b’mod partikolari permezz ta’ Youthpass;

(c)

djalogu ta’ politika u kooperazzjoni ma’ partijiet mal-partijiet ikkonċernati rilevnati rilevanti, u appoġġ għalihom , inkluż netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattivi, u organizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam taż-żgħażagħ, id-djalogu tal-UE maż-Żgħażagħ u l-appoġġ għall-Forum taż-Żgħażagħ Ewropej; [Em. 110]

(d)

miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni kwalitattiva rilevanti, u appoġġ għalihom u inklużiva tal-Programm; [Em. 111]

(e)

kooperazzjoni ma’ strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni;

(f)

attivitajiet ta’ disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet ta’ politika Ewropea kif ukoll fuq il-Programm.

KAPITOLU IV

SPORT

Artikolu 11

Azzjoni ewlenija 1

Mobbiltà għat-tagħlim

Fil-qasam tal-isport, il-Programm għandu jappoġġa, taħt l-azzjoni ewlenija 1, il-mobbiltà tal-kowċis taż-żgħażagħ li jeżerċitaw l-isport tal-massa, tal-persunal l-persunal sportiv involut fih . [Em. 112]

Artikolu 12

Azzjoni ewlenija 2

Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Fil-qasam tal-isport, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 2:

(a)

sħubiji għall-kooperazzjoni u skambji ta’ prassi, inkluż sħubiji fuq skala żgħira għat-trawwim ta’ aċċess iktar mifrux u iktar inklużiv għall-Programm;

(b)

avvenimenti sportivi tal-isports tal-massa mingħajr qligħ , inklużi avvenimenti fuq skala żgħira, li jimmiraw lejn żvilupp ulterjuri tad-dimensjoni Ewropea tal-isport. [Em. 113]

Artikolu 13

Azzjoni ewlenija 3

Appoġġ għal politika tal-iżvilupp u l-kooperazzjoni

Fil-qasam tal-isport, il-Programm għandu jappoġġa l-azzjonijiet li ġejjin skont l-azzjoni ewlenija 3:

(a)

il-preparazzjoni u l-implimentazzjoni tal-aġenda ta’ politika tal-Unjoni dwar l-isport u l-attività fiżika;

(b)

djalogu ta’ politika u kooperazzjoni ma’ partijiet mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet Ewropej nongovernattiviorganizzazzjonijiet internazzjonali fil-qasam tal-isport; [Em. 114]

(ba)

miżuri li jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' kwalità għolja u inklużiva tal-Programm [Em. 115]

(bb)

kooperazzjoni ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni u appoġġ għal politiki oħrajn tal-Unjoni; [Em. 116]

(c)

attivitajiet ta’ disseminazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar l-eżiti u l-prijoritajiet tal-politika Ewropea u dwar il-Programm, inklużi premjijiet u għotjiet sportivi.

Kapitolu IVa

Inklużjoni[Em. 117]

Artikolu 13a

Strateġija ta' inklużjoni

1.     Il-Kummissjoni għandha, sal-31 ta' Marzu 2021, tiżviluppa qafas ta' miżuri ta' inklużjoni, kif ukoll gwida għall-implimentazzjoni tagħhom. Abbażi ta' dak il-qafas u filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari għall-problemi speċifiċi ta' aċċess għall-programm fil-kuntest nazzjonali, l-aġenziji nazzjonali għandhom jiżviluppaw strateġija ta' inklużjoni nazzjonali multiannwali. Dik l-istrateġija għandha ssir pubblika sal-30 ta' Ġunju 2021 u l-implimentazzjoni tagħha għandha tiġi ssorveljata fuq bażi regolari.

2.     Il-qafas u l-istrateġija msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-elementi li ġejjin:

(a)

kooperazzjoni mas-sħab soċjali, l-awtoritajiet nazzjonali u lokali u s-soċjetà ċivili;

(b)

l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet fil-livell lokali, ibbażati fil-komunità li jaħdmu direttament mal-gruppi fil-mira.

(c)

intervent fil-post u komunikazzjoni mal-gruppi fil-mira, inkluż permezz tat-tixrid ta' informazzjoni faċli għall-utent;

(d)

is-simplifikazzjoni tal-proċeduri ta' applikazzjoni;

(e)

il-forniment ta' servizzi speċifiċi ta' konsulenza, taħriġ u appoġġ lill-gruppi fil-mira, kemm qabel l-applikazzjonijiet tagħhom kif ukoll biex jiġu preparati għall-parteċipazzjoni effettiva tagħhom fil-Programm;

(f)

l-aħjar prattiki fl-aċċessibbiltà u s-servizzi ta' appoġġ għall-persuni b'diżabbiltà;

(g)

il-ġbir ta' data kwalitattiva u kwantitattiva xierqa biex tiġi evalwata l-effettività tal-istrateġija;

(h)

l-applikazzjoni ta' miżuri ta' appoġġ finanzjarju skont l-Artikolu 13b. [Am. 118]

Artikolu 13b

Miżuri ta' appoġġ finanzjarju għall-inklużjoni

1.     Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jiżguraw li jiddaħħlu fis-seħħ miżuri ta' appoġġ finanzjarju adegwati, inkluż il-prefinanzjament, fejn rilevanti, biex jappoġġaw persuni b'inqas opportunitajiet li għalihom il-parteċipazzjoni fil-Programm hija mxekkla minħabba raġunijiet finanzjarji, jew minħabba li jinsabu f'sitwazzjoni ta' żvantaġġ ekonomiku jew minħabba li l-ispejjeż addizzjonali tal-parteċipazzjoni tal-Programm, minħabba s-sitwazzjoni speċifika tagħhom, jirrappreżentaw ostaklu sinifikanti. Il-valutazzjoni tar-raġunijiet finanzjarji u tal-livell ta' appoġġ għandha tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi.

2.     Il-miżuri ta ' appoġġ finanzjarju msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jinkludu:

(a)

appoġġ disponibbli minn strumenti oħra tal-Unjoni, bħall-Fond Soċjali Ewropew+;

(b)

appoġġ disponibbli fil-qafas ta' skemi nazzjonali;

(c)

aġġustament u żieda fl-appoġġ għal azzjonijiet ta' mobbiltà disponibbli fil-qafas tal-Programm.

3.     Sabiex tikkonforma mal-punt (c) tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, taġġusta jew tawtorizza lill-aġenziji nazzjonali biex jaġġustaw l-għotjiet biex jappoġġaw azzjonijiet ta' mobbiltà fil-qafas ta' dan il-Programm. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi wkoll, f'konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 14, baġit speċifiku biex jiffinanzja miżuri ta' appoġġ finanzjarju addizzjonali fil-qafas ta' dan il-Programm.

4.     L-ispejjeż tal-miżuri biex tiġi ffaċilitata jew appoġġata l-inklużjoni, fl-ebda ċirkostanza, ma għandhom jiġġustifikaw ir-rifjut ta' applikazzjoni fil-qafas ta dan il-Programm. [Em. 119]

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 14

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR30 000 000 000  41 097 000 000 fi prezzijiet kostanti tal-2018 (EUR 46 758 000 000 fi prezzijiet attwali). [Em. 120]

L-approprjazzjonijiet annwali għandhom jiġu awtorizzati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fi ħdan il-limiti tal-qafas finanzjarju pluriennali. [Em. 121]

2.   Il-Programm għandu jkun implimentat skont id-distribuzzjoni indikattiva li ġejja:

(a)

EUR 24 940 000 000 83 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li minnhom minnu : [Em. 122]

(1)

mill-inqas EUR 8 640 000 000 jenħtieġ li 34,66 % għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja msemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5; [Em. 123]

(2)

mill-inqas EUR 5 230 000 000 23 % għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5; [Em. 124]

(3)

mill-inqas EUR 3 790 000 000 15,63 % għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet ta' edukazzjoni skolastika msemmija , inkluża l-edukazzjoni ta' qabel il-primarja u dik bikrija, imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5; [Em. 125]

(4)

mill-inqas EUR 1 190 000 000 6 % għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet edukattivi għall-adulti msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 4 u l-punt (a) tal-Artikolu 5; [Em. 126]

(5)

EUR 450 000 000 6 % għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet Jean Monnet imsemmija fl-Artikolu 7; [Em. 127]

(5a)

13,91 % tal-ammont imsemmi fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu allokati għal azzjonijiet li huma primarjament ġestiti direttament, inklużi dawk stipulati fil-punt (e) tal-Artikolu 4, il-punti (b) sa (d) tal-Artikolu 5, u l-punti (a) sa (f) tal-Artikolu 6; [Em. 128]

(5b)

il-5 % li jifdal jistgħu jintużaw biex jiffinanzjaw kwalunkwe azzjoni fi ħdan il-Kapitolu II; [Em. 129]

(b)

EUR 3 100 000 000 10,3 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ imsemmija fl-Artikoli 8 sa 10; [Em. 130]

(c)

EUR 550 000 000 2 % tal-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għal azzjonijiet fil-qasam tal-isport imsemmija fl-Artikoli 11 sa 13; u[Em. 131]

(d)

mill-inqas EUR 960 000 000 3,2 % tal-ammont immsemmi fil-paragrafu 1 bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi tal-aġenziji nazzjonali. [Em. 132]

Il- 1,5 % li jifdal li ma jiġux allokati fil-qafas tad-distribuzzjoni indikattiva stabbilita fl-ewwel subparagrafu jistgħu jintużaw għall-appoġġ tal-programm. [Em. 133]

3.   Minbarra l-pakkett finanzjarju kif indikat fil-paragrafu 1, u sabiex tiġi promossa d-dimensjoni internazzjonali tal-Programm, għandha ssir disponibbli kontribuzzjoni finanzjarja addizzjonali permezz tar-Regolament ir-Regolament …/… [Strument tal-Viċinat, tal-Iżvilupp u tal-Kooperazzjoni Internazzjonali] (33)permezz tar-Regolament r-Regolament …/… [IPA III] (34), għandhom jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji sabiex tappoġġa jiġu appoġġati azzjonijiet implimentati u ġestiti b’konformità ma’ stabbilitiuy implimentati fil-qafas ta' dan ir-Regolament. Din il-kontribuzzjoni għandha Dan ir-Regolament għandu japplika għall-użu ta' dawk il-fondi, filwaqt li tiġi ffinanzjata b’konformità żgurata konformità mar-Regolamenti li jistabbilixxu dawk l-istrumenti jirregolaw rispettivament l-NDICI u l-IPA III . [Em. 134]

4.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet preparatorji, ta’ monitoraġġ, ta’ kontroll, ta’ awditjar u ta’ evalwazzjoni inkluż sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni korporattiva kif ukoll il-konsulenza u t-taħriġ fil-qasam tal-aċċessibbiltà .. [Em. 135]

5.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fl-ewwel programm ta’ ħidma tista’ tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021.

6.   Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament b’konformità mal-[punt (a) tal-Artikolu 62(1)] tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament b’konformità mal-[punt (c)] ta’ dak l-Artikolu. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

6a.     Il-prijoritajiet għall-allokazzjoni baġitarja skont l-azzjoni previsti fil-paragrafu 2 għandhom jiġu ddeterminati fil-programm ta' ħidma msemmi fl-Artikolu 19 [Em. 136]

Artikolu 15

Forom ta’ finanzjament mill-UE u metodi ta’ implimentazzjoni

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat, b’mod konsistenti, b’ġestjoni diretta b’konformità mar-Regolament Finanzjarju jew b’ġestjoni indiretta mal-korpi msemmija fl-Artikolu [61(1)(c)] tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist pubbliku.

3.   Il-kontribuzzjonijiet għall-mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru tal-fondi dovuti mir-reċipjenti u għandhom jiġu kkunsidrati bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-[Artikolu X tar-]Regolament X [suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] għandhom japplikaw.

KAPITOLU VI

PARTEĊIPAZZJONI FIL-PROGRAMM

Artikolu 16

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm

1.   Il-Programm għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin:

(a)

membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea;

(b)

pajjiżi aderenti, pajjiżi kandidati u kandidati potenzjali, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew arranġamenti simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)

pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, b’konformità mal-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u b’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)

pajjiżi terzi oħrajn, b’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawk il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul b’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-Regolament Finanzjarju;

ma jagħtix lill-pajjiż terz setgħa ta’ deċiżjoni fuq il-programm;

jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni sabiex jiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u jipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

2.   Il-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jipparteċipaw b’mod sħiħ fil-Programm biss safejn jissodisfaw l-obbligi kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-Istati Membri.

Artikolu 17

Pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm

Fir-rigward tal-azzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 4 sa 6, il-punti (a) u (b) tal-Artikolu 7, u l-Artikoli 8 sa 10, 12 u 13, il-Programm jista’ jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi li ġejjin ta' entitajiet legali minn kwalunkwe pajjiż terz f'każijiet debitament iġġustifikati fl-interess tal-Unjoni. :

(a)

il-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 16 li ma jissodisfawx il-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu;

(b)

kwalunkwe pajjiż terz ieħor. [Em. 137]

Artikolu 18

Regoli applikabbli għal ġestjoni diretta u indiretta

1.   Il-Programm għandu jkun miftuħ għal entitajiet legali pubbliċi u privati attivi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport.

2.   Meta jimplimentaw il-Programm, inter alia fir-rigward tal-għażla tal-parteċipanti u l-għoti ta’ għotjiet, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru sforzi għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u li tittejjeb is-sensibilizzazzjoni għal persuni b’anqas opportunitajiet. [Em. 138]

3.   Għall-għażliet taħt ġestjoni diretta u indiretta, il-kumitat ta’ evalwazzjoni msemmi fl-Artikolu [145(3), it-tielet inċiż] tar-Regolament Finanzjarju jista’ jkun magħmul minn esperti esterni.

4.   L-entitajiet pubbliċi, kif ukoll l-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport, li jkunu rċevew iktar minn ħamsin fil-mija tad-dħul annwali tagħhom minn sorsi pubbliċi fl-aħħar sentejn, għandhom jitqiesu li għandhom il-kapaċità finanzjarja, professjonali u amministrattiva meħtieġa biex iwettqu l-attivitajiet skont il-Programm. Ma għandhomx għalfejn jippreżentaw aktar dokumentazzjoni biex juru dik il-kapaċità.

4a.     Il-livelli ta' appoġġ finanzjarju, bħal għotjiet, sommom f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta' unità, għandhom jiġu riveduti u aġġustati regolarment għall-ispejjeż tal-għajxien u tas-sussistenza tal-pajjiż jew tar-reġjun ospitanti, fuq il-bażi tad-data tal-Eurostat. L-aġġustament tal-ispejjeż tal-għajxien u tas-sussistenza għandu jqis kif xieraq l-ispejjeż tal-ivvjaġġar lejn u mill-pajjiż jew reġjun ospitanti. [Em. 139]

5.   Sabiex ittejjeb l-aċċess għall-persuni b’inqas opportunitajiet u tiżgura l-implimentazzjoni bla xkiel tal-Programm, il-Kummissjoni tista’ taġġusta jew tista’ tawtorizza lill-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23 biex jaġġustaw, abbażi ta’ kriterji oġġettivi, l-għotjiet sabiex jappoġġaw azzjonijiet ta’ mobbiltà tal-Programm. [Em. 140]

6.   Il-Kummissjoni tista’ tniedi sejħiet konġunti mal-pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm jew l-organizzazzjonijiet u l-aġenziji tagħhom biex jiffinanzjaw proġetti abbażi ta’ fondi korrispondenti. Il-proġetti jistgħu jiġu evalwati u magħżula permezz ta’ proċeduri ta’ evalwazzjoni u għażla konġunta li jridu jiġu maqbula mill-organizzazzjonijiet jew aġenziji ta’ finanzjament, b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju.

KAPITOLU VII

PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

Artikolu 19

Programm ta’ ħidma

Il-Programm għandu jiġi implimentat Il-politiki u l-prijoritajiet sekondarji, inklużi dettalji tal-inizjattivi speċifiċi deskritti fl-Artikoli 4 sa 13, għandhom jiġu ddeterminati permezz tal-programmi ta ta' programm ta' ħidma msemmija fl-Artikolu [108] kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju. Il-programm ta' ħidma għandu jistabbilixxi wkoll kif għandu jiġi implimentat il-Programm. Addizzjonalment Barra minn hekk , il-programm ta’ ħidma għandu jagħti indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u tad-distribuzzjoni ta’ fondi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm għall-azzjonijiet li jridu jiġu ġestiti permezz tal-aġenzija nazzjonali. Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 31. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 30 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-programm ta' ħidma. [Em. 141]

Artikolu 20

Monitoraġġ u rapportar

1.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness.

2.   Sabiex tkun żgurata valutazzjoni effettiva tal-Programm lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b’konformità mal-Artikolu 30, li temenda l-Anness biex tirrevedi jew tikkumplimenta l-indikaturi fejn meqjus neċessarju u li tissupplimenta dan ir-Regolament bid-dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni.

3.   Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-Programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, fil-ħin u fil-livell xieraq ta’ dettall mill-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu [2(5)] tar-Regolament Finanzjarju. Għal dak il-fini, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonat fuq il-benefiċjarji tal-fondi tal-Unjoni u l-Istati Membri.

Artikolu 21

Evalwazzjoni Evalwazzjonijiet, rieżami ta' nofs it-terminu u reviżjoni. [Em. 142]

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom Kwalunkwe evalwazzjoni għandha titwettaq f'waqtha sabiex jikkontribwixxu tikkontribwixxi għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. [Em. 143]

2.   L-evalwazzjoni interim Ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Programm għandha titwettaq għandu jitwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm fi kwalunkwe każ sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2024 . Din għandha tkun akkumpanjata wkoll minn evalwazzjoni finali tal-programm predeċessur , li se tikkontribwixxi għar-rieżami ta' nofs it-terminu. Ir-rieżami ta' nofs it-terminu, minbarra li jivvaluta l-effikaċja u l-prestazzjoni ġenerali tal-Programm, għandu jevalwa, b'mod partikolari, ir-riżultati mal-miżuri ta' inklużjoni stipulati fil-Kapitolu IVa, l-isforzi mwettqa biex jiġi ssimplifikat il-Programm għall-benefiċjarji u l-implimentazzjoni tal-inizjattivi ġodda msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 5 u fil-punt (c) tal-Artikolu 8. Waqt dan ir-rieżami, għandu jiġi eżaminat it-tqassim tal-parteċipazzjoni tal-Programm, b'mod partikolari fir-rigward ta' persuni b'inqas opportunitajiet. . [Em. 144]

3.   Bla ħsara għar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitolu IX u l-obbligi tal-aġenziji nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 24, l-Istati Membri għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni, sat-30 ta’ April 2024, rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm fit-territorji rispettivi tagħhom. Is-SEAE għandu jippreżenta rapport simili dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp parteċipanti. [Em. 145]

3a.     Fejn ikun meħtieġ u abbażi tar-rieżami ta' nofs it-terminu, il-Kummissjoni għandha tressaq proposti leġiżlattivi xierqa biex temenda dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tidher quddiem il-kumitat kompetenti tal-Parlament Ewropew u l-korp kompetenti tal-Kunsill biex tirrapporta dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu, inkluż fir-rigward tad-deċiżjoni tagħha dwar jekk dan ir-Regolament għandux jiġi emendat. [Em. 146]

4.   Fi tmiem il-perjodu tal-implimentazzjoni, iżda mhux aktar tard minn erba’ tliet snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni. [Em. 147]

5.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet tittrażmetti kwalunkwe evalwazzjoni u r-reviżjoni ta' nofs it-terminu , akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. [Em. 148]

KAPITOLU VIII

INFORMAZZJONI, KOMUNIKAZZJONI U DISSEMINAZZJONI

Artikolu 22

Informazzjoni, komunikazzjoni u disseminazzjoni

1.    F'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u fuq il-bażi ta' qafas fil-livell tal-Unjoni, l-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 24 għandhom jiżviluppaw strateġija konsistenti fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni effettiva kif ukoll tad-disseminazzjoni u l-isfruttament tar-riżultati ta' attivitajiet appoġġati skont l-azzjonijiet li jġestixxu fil-qafas tal-azzjonijiet li jiġġestixxu fil-Programm u għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tagħha ta' disseminazzjoni ta' informazzjoni dwar il-Programm, inkluż informazzjoni dwar azzjonijiet u attivitajiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni u r-riżultati tiegħu . L-aġenziji nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-gruppi fil-mira rilevanti dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet imwettqa fil-pajjiż tagħhom , bil-għan li jtejbu l-kooperazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati u li jappoġġaw approċċ transsettorjali fl-implimentazzjoni tal-Programm. Fit-twettiq tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni u fit-tixrid tal-informazzjoni, il-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali għandhom, f'konformità mal-Kapitolu IVa, jagħtu attenzjoni partikolari lill-persuni b'inqas opportunitajiet bil-ħsieb li tiżdied il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm . [Em. 149]

1a.     Id-dokumenti kollha essenzjali tal-Programm għall-benefiċjarji, inklużi l-formoli tal-applikazzjoni, l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni essenzjali, għandhom ikunu disponibbli mill-inqas fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.Å150

2.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi, inklużi lill-midja u lill-pubbliku..

3.   L-entitajiet legali fis-setturi koperti mill-Programm għandhom jużaw il-marka kummerċjali “Erasmus” “Erasmus+” għall-finijiet ta’ komunikazzjoni u disseminazzjoni ta’ informazzjoni marbuta mal-Programm.

4.   Il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva tal-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3. tagħhom b'mod aċċessibbli [Em. 151]

4a.     L-aġenziji nazzjonali għandhom jagħtu wkoll informazzjoni dwar il-Programm lis-servizzi ta' gwida tal-karrieri fl-istituzzjonijiet edukattivi u ta' taħriġ, u lis-servizzi tal-impjiegi. [Em. 152]

KAPITOLU IX

ĠESTJONI U SISTEMA TA’ AWDITU

Artikolu 23

Awtorità nazzjonali

1.   Sa […], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni permezz ta’ notifika formali trażmessa mir-Rappreżentant Permanenti tagħhom, tal-persuna/i awtorizzata/i legalment biex taġixxi/jaġixxu f’isimhom bħala l-awtorità nazzjonali għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. Fil-każ ta’ sostituzzjoni tal-awtorità nazzjonali matul l-iżvolġiment tal-Programm, l-Istat Membru konċernat għandu immedjatament jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan, b’konformità mal-istess proċedura.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji u xierqa biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament kif suppost tal-Programm, inkluż, fejn possibbli, miżuri maħsuba biex jevitaw it-tassazzjoni fuq l-għotjiet, jiżguraw il-portabbiltà tad-drittijiet bejn is-sistemi soċjali tal-Unjoni, u jirriżolvu kwistjonijiet li jikkawżaw diffikultajiet fil-ksib tal-viżi jew permessi ta' residenza. [Em. 153]

3.   Sa […], l-awtorità nazzjonali għandha tiddeżinja aġenzija nazzjonali jew aġenziji nazzjonali. F’każijiet fejn ikun hemm aktar minn aġenzija nazzjonali waħda, l-Istati Membri għandhom jiżguraw mekkaniżmu adegwat sabiex jikkoordina l-ġestjoni tal-implimentazzjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiżguraw implimentazzjoni koerenti u kosteffiċjenti tal-Programm u kuntatt effettiv mal-Kummissjoni f’dan ir-rigward, u biex jiffaċilitaw it-trasferiment possibbli tal-fondi bejn l-aġenziji, biex b’hekk jippermettu l-flessibbiltà u użu aħjar tal-fondi allokati lill-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jiddetermina kif jorganizza r-relazzjoni bejn l-awtorità nazzjonali u l-aġenzija nazzjonali tiegħu, inkluż kompiti bħall-istabbiliment tal-programm ta’ ħidma tal-aġenzija nazzjonali.

L-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’valutazzjoni tal-konformità ex-ante xierqa li l-aġenzija nazzjonali tikkonforma mal-punti (c)(v) u (vi) tal-Artikolu [58(1)] u l-Artikolu [60(1), (2) u (3)] tar-Regolament Finanzjarju, u mar-rekwiżiti tal-Unjoni għall-istandards tal-kontroll intern għall-aġenziji nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tal-fondi tal-programm għall-appoġġ għall-għotjiet.

4.   L-awtorità nazzjonali għandha tiddeżinja korp indipendenti tal-awditjar kif jissemma fl-Artikolu 26.

5.   L-awtorità nazzjonali għandha tibbaża l-valutazzjoni tal-konformità ex ante tagħha fuq il-kontrolli u l-awditi tagħha stess, u/jew fuq il-kontrolli u l-awditi li saru mill-korp indipendenti tal-awditjar msemmi fl-Artikolu 26. Fejn l-aġenzija nazzjonali tiddeżinja għall-Programm tkun l-istess bħall-aġenzija nazzjonali ddeżinjata għall-Programm predeċessur, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-valutazzjoni tal-konformità ex ante għandu jkun limitat għar-rekwiżiti li jkunu ġodda u speċifiċi għall-Programm.

6.   F’każ li l-Kummissjoni tirrifjuta d-deżinjazzjoni tal-aġenzija nazzjonali bbażata fuq l-evalwazzjoni tagħha tal-valutazzjoni tal-konformità ex-ante, jew jekk l-aġenzija nazzjonali ma tikkonformax mar-rekwiżiti minimi stabbiliti mill-Kummissjoni, l-awtorità nazzjonali għandha tiżgura li jittieħdu l-passi meħtieġa ta’ rimedju sabiex jiġi żgurat li l-aġenzija nazzjonali tikkonforma mar-rekwiżiti minimi, jew għandha tiddeżinja korp ieħor bħala aġenzija nazzjonali.

7.   L-awtorità nazzjonali għandha timmonitorja u twettaq superviżjoni tal-ġestjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali. Għandha tinforma u tikkonsulta lill-Kummissjoni mingħajr dewmien qabel ma tieħu kull deċiżjoni li jista’ jkollha impatt sinifikattiv fuq il-ġestjoni tal-Programm, b’mod partikolari dwar l-aġenzija nazzjonali tagħha.

8.   L-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi kofinanzjament adegwat għall-operazzjonijiet tal-aġenzija nazzjonali tagħha biex tiżgura li l-Programm ikun ġestit b’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

9.   Abbażi tad-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali, l-opinjoni tal-verifika indipendenti dwarha u l-analiżi tal-Kummissjoni tal-konformità u l-prestazzjoni tal-aġenzija nazzjonali, l-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi lill-Kummissjoni, kull sena, informazzjoni dwar l-attivitajiet tagħha ta' monitoraġġ u superviżjoni fir-rigward tal-Programm. Fejn possibbli, tali informazzjoni għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. [Em. 154]

10.   L-awtorità nazzjonali għandha tkun responsabbli mill-ġestjoni kif suppost tal-fondi tal-Unjoni ttrasferiti mill-Kummissjoni lill-aġenzija nazzjonali fil-qafas tal-Programm.

11.   F’każ ta’ xi irregolarità, negliġenza jew frodi attribwibbli għall-aġenzija nazzjonali, jew kwalunkwe nuqqasijiet serji jew prestazzjoni insuffiċjenti min-naħa tal-aġenzija nazzjonali, u fejn dan iwassal għal pretensjonijiet mill-Kummissjoni kontra l-aġenzija nazzjonali, l-awtorità nazzjonali għandha tinżamm responsabbli li tħallas lura lill-Kummissjoni il-fondi mhux irkuprati.

12.   Fiċ-ċirkustanzi msemmija fil-paragrafu 11, l-awtorità nazzjonali tista’, fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba mill-Kummissjoni, tirrevoka l-mandat tal-aġenzija nazzjonali. F’każ li l-awtorità nazzjonali tixtieq tirrevoka dak il-mandat għal kwalunkwe raġuni oħra ġustifikata, għandha tinnotifika lill-Kummissjoni bir-revoka minn tal-inqas sitt xhur qabel id-data maħsuba għat-terminazzjoni tal-mandat tal-aġenzija nazzjonali. F’każijiet bħal dawn, l-awtorità nazzjonali u l-Kummissjoni għandhom formalment jaqblu dwar miżuri tranżitorji speċifiċi u f’waqthom.

13.   Fil-każ ta’ revoka, l-awtorità nazzjonali għandha twettaq l-kontrolli meħtieġa dwar il-fondi tal-Unjoni fdati lill-aġenzija nazzjonali li l-mandat tagħha ġie revokat u għandha tiżgura trasferiment bla tfixkil ta’ dawk il-fondi u tad-dokumenti u tal-għodod ta’ ġestjoni kollha meħtieġa għall-ġestjoni tal-Programm lill-aġenzija nazzjonali l-ġdida. L-awtorità nazzjonali għandha tipprovdi lill-aġenzija nazzjonali li l-mandat tagħha ġie revokat bl-appoġġ finanzjarju meħtieġ biex tkompli timplimenta l-obbligi kuntrattwali tagħha fil-konfront tal-benefiċjarji tal-Programm u tal-Kummissjoni sakemm isir trasferiment ta’ dawk l-obbligi lill-aġenzija nazzjonali ġdida.

14.   Jekk il-Kummissjoni titlob dan, l-awtorità nazzjonali għandha tiddeżinja l-istituzzjonijiet jew l-organizzazzjonijiet, jew it-tipi ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet bħal dawn, li għandhom jiġu kkunsidrati eliġibbli jipparteċipaw f’azzjonijiet speċifiċi tal-Programm fit-territorji rispettivi tagħhom.

Artikolu 24

Aġenzija nazzjonali

1.   L-aġenzija nazzjonali għandha:

(a)

jkollha personalità ġuridika jew tkun parti minn entità li jkollha personalità ġuridika, u tkun regolata mid-dritt tal-Istat Membru konċernat; ministeru ma jistax jiġi deżinjat bħala aġenzija nazzjonali;

(b)

ikollha l-kapaċità ta’ ġestjoni, persunal u infrastrutturi adegwati biex tissodisfa l-kompiti tagħha b’mod sodisfaċenti, tiżgura ġestjoni effiċjenti u effettiva tal-Programm u ġestjoni finanzjarja tajba tal-fondi tal-Unjoni;

(ba)

ikollha l-għarfien espert meħtieġ biex tkopri s-setturi kollha tal-Programm [Em. 155]

(c)

ikollha l-mezzi operattivi u legali biex tapplika r-regoli ta’ ġestjoni amministrattiva, kuntrattwali u finanzjarja stabbiliti fil-livell tal-Unjoni;

(d)

toffri garanziji finanzjarji xierqa, preferibbilment maħruġa minn awtorità pubblika, korrispondenti għal-livell ta’ fondi tal-Unjoni li hija għandha tintalab tamministra;

(e)

tkun deżinjata għad-durata tal-Programm.

2.   L-aġenzija nazzjonali għandha tkun responsabbli mill-amministrazzjoni tal-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett tal-azzjonijiet li għandhom jiġu deskritti fil-programm ta’ ħidma msemmi fl-Artikolu [19], b’mod konformi mal-[punti (c)(v) u (vi) tal-Artikolu 58(1)] tar-Regolament Finanzjarju.

3.   L-aġenzija nazzjonali għandha tippubblika appoġġ għall-għotja lill-benefiċjarji fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu [2(5)] tar-Regolament Finanzjarju permezz ta’ ftehim ta’ għotja kif speċifikat mill-Kummissjoni għall-azzjoni konċernata tal-Programm.

4.   L-aġenzija nazzjonali għandha tirrapporta kull sena lill-Kummissjoni u lill-awtorità nazzjonali b’konformità mal-Artikolu [60(5)] tar-Regolament Finanzjarju. L-aġenzija nazzjonali għandha tkun inkarigata mill-implimentazzjoni tal-osservazzjonijiet maħruġa mill-Kummissjoni b’segwitu għall-analiżi tagħha tad-dikjarazzjoni tal-ġestjoni annwali u tal-opinjoni tal-awditu indipendenti dwarha.

5.   L-aġenzija nazzjonali ma tistax mingħajr awtorizzazzjoni bil-miktub minn qabel mill-awtorità nazzjonali u mill-Kummissjoni tiddelega lill-parti terza kwalunkwe kompitu tal-Programm jew l-implimentazzjoni tal-baġit konferita lilha. L-aġenzija nazzjonali għandha żżomm ir-responsabbiltà unika għal kwalunkwe kompiti delegati lil parti terza.

6.   Fejn il-mandat ta’ aġenzija nazzjonali jiġi revokat, dik l-aġenzija nazzjonali għandha tibqa’ legalment responsabbli li tissodisfa l-obbligi kuntrattwali tagħha fil-konfront tal-benefiċjarji tal-Programm u tal-Kummissjoni sakemm isir it-trasferiment ta’ dawk l-obbligi lill-aġenzija nazzjonali l-ġdida.

7.   L-aġenzija nazzjonali għandha tkun inkarigata mill-ġestjoni u mil-likwidazzjoni tal-ftehimiet finanzjarji relatati mal-programmi predeċessuri li jkunu għadhom miftuħa fil-bidu tal-Programm.

7a.     F'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, l-aġenziji nazzjonali għandhom jiżguraw li l-proċeduri stabbiliti għall-implimentazzjoni tar-Regolament ikunu konsistenti u sempliċi u li l-informazzjoni tkun ta' kwalità għolja, inkluż bl-iżvilupp ta' standards komuni għall-applikazzjonijiet u l-evalwazzjoni ta' proġetti. L-aġenziji nazzjonali għandhom jikkonsultaw regolarment lill-benefiċjarji tal-Programm biex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-rekwiżit [Em. 156]

Artikolu 25

Il-Kummissjoni Ewropea

1.   Abbażi tar-rekwiżiti ta’ konformità għall-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23(3), il-Kummissjoni għandha tirrevedi s-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll, b’mod partikolari abbażi tal-valutazzjoni tal-konformità ex ante pprovduti lilha mill-awtorità nazzjonali, id-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali u l-opinjoni dwarha tal-korp indipendenti tal-awditjar, b’kont meħud tal-informazzjoni annwali pprovduta mill-awtorità nazzjonali dwar l-attivitajiet ta’ monitoraġġ u superviżjoni tagħha fir-rigward tal-Programm.

2.   Fi żmien xahrejn minn meta tasal il-valutazzjoni tal-konformità ex ante mingħand l-awtorità nazzjonali kif jissemma fl-Artikolu 23(3), il-Kummissjoni għandha taċċetta, kundizzjonalment taċċetta jew tirrifjuta d-deżinjazzjoni tal-aġenzija nazzjonali. Il-Kummissjoni ma għandhiex tidħol f’relazzjoni kuntrattwali mal-aġenzija nazzjonali sakemm tkun aċċettat il-valutazzjoni tal-konformità ex ante. Fil-każ ta’ aċċettazzjoni b’mod kundizzjonali, il-Kummissjoni tista’ tapplika miżuri proporzjonati ta’ prekawzjoni għar-relazzjoni kuntrattwali tagħha mal-aġenzija nazzjonali.

3.   Il-Kummissjoni għandha kull sena tagħmel il-fondi tal-Programm li ġejjin disponibbli għall-aġenziji nazzjonali:

(a)

fondi ta’ appoġġ għall-għotja fl-Istat Membru konċernat għall-azzjonijiet tal-Programm li l-ġestjoni tagħhom hija fdata lill-aġenzija nazzjonali;

(b)

kontribuzzjoni finanzjarja f’appoġġ għall-kompiti ta’ ġestjoni tal-Programm tal-aġenzija nazzjonali li għandha tiġi stabbilita abbażi tal-ammont ta’ fondi tal-Unjoni ta’ appoġġ għall-għotja fdati lill-aġenzija nazzjonali;

(c)

fejn rilevanti, fondi addizzjonali għal miżuri skont il-punt (d) tal-Artikolu 6 u l-punt (d) ,il-punt (d tal-Artikolu 10 u l-punt (ba) tal-Artikolu 13 . [Em. 157]

3a.     Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ġestiti minnha direttament. Din għandha għalhekk tiġġestixxi l-istadji kollha tal-għotjiet u tal-applikazzjonijiet tal-proġetti għall-azzjonijiet tal-Programm elenkati fil-Kapitoli II, III u IV meta dawn jiġu sottomessi minn netwerks madwar l-Unjoni, organizzazzjonijiet Ewropej u organizzazzjonijiet internazzjonali. [Em. 158]

4.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-programm ta’ ħidma tal-aġenzija nazzjonali. Il-Kummissjoni ma għandhiex tagħmel il-fondi tal-Programm disponibbli lill-aġenzija nazzjonali qabel mal-Kummissjoni tkun approvat formalment il-programm ta’ ħidma tal-aġenzija nazzjonali.

5.   Wara l-valutazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni u tal-opinjoni tal-korp indipendenti tal-awditjar dwarha, il-Kummissjoni għandha tindirizza l-opinjoni u l-osservazzjonijiet tagħha lill-aġenzija nazzjonali u lill-awtorità nazzjonali.

6.   Fil-każ li l-Kummissjoni ma tistax taċċetta d-dikjarazzjoni annwali ta’ ġestjoni jew l-opinjoni tal-awditjar indipendenti dwarha, jew fil-każ ta’ implimentazzjoni mhux sodisfaċenti mill-aġenzija nazzjonali tal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista’ timplimenta kwalunkwe miżura ta’ prekawzjoni u korrettiva meħtieġa biex tissalvagwardja l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’konformità mal-Artikolu [60(4)] tar-Regolament Finanzjarju.

7.   Għandhom jiġu organizzati laqgħat regolari man-netwerk tal-aġenziji nazzjonali sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni konsistenti tal-Programm fl-Istati Membri kollha u fil-pajjiżi terzi kollha msemmija fl-Artikolu 17 u jiġi żgurat l-iskambju tal-aħjar prattika. L-esperti esterni, inklużi r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, tas-sħab soċjali u tal-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm, għandhom jiġu mistiedna biex jieħdu sehem f'tali laqgħat. Il-Parlament Ewropew għandu jiġi mistieden bħala osservatur għal tali laqgħat. [Em. 159]

7a.     Sabiex jiġi ssimplifikat u armonizzat il-proċess tal-applikazzjoni, sat-30 ta' Ġunju 2024, il-Kummissjoni għandha tipprovdi għodda komuni, multilingwi, u li tikkostitwixxi punt uniku ta' kuntatt għall-Programm. Dik l-għodda għandha ssir disponibbli, kemm online kif ukoll fuq apparat mobbli, għal kwalunkwe entità li jew tibbenefika mill-Programm jew tkun involuta fil-ġestjoni tal-Programm. L-għodda għandha tipprovdi wkoll informazzjoni dwar sħab possibbli għal benefiċjarji prospettivi. [Em. 160]

7b.     Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riżultati tal-proġetti jsiru disponibbli għall-pubbliku u jiġu mxerrda b'mod wiesgħa sabiex jiġi promoss l-iskambju tal-aħjar prattika bejn l-aġenziji nazzjonali, il-partijiet ikkonċernati u l-benefiċjarji tal-Programm. [Em. 161]

7c.     Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tiżviluppa Kard Ewropea tal-Istudenti għall-istudenti kollha li jieħdu sehem fil-Programm. Sal-31 ta' Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-Kard Ewropea tal-Istudenti disponibbli għall-istudenti kollha fl-Unjoni. [Em. 162]

Artikolu 26

Korp indipendenti tal-awditjar

1.   Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu joħroġ opinjoni tal-awditjar dwar id-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni msemmija fl-Artikolu [60(5)] tar-Regolament Finanzjarju. Għandha tifforma l-bażi tal-assigurazzjoni kumplessiva skont l-Artikolu [123] tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu:

(a)

ikollu l-kompetenza professjonali meħtieġa biex jagħmel l-awditjar tas-settur pubbliku;

(b)

jiżgura li l-awditjar tiegħu ikun iqis l-istandards tal-awditjar aċċettati fil-livell internazzjonali;

(c)

ma jkunx f’pożizzjoni ta’ kunflitt ta’ interessi fir-rigward tal-entità legali li l-aġenzija nazzjonali tifforma parti minnha. B’mod partikolari, għandu jkun indipendenti fir-rigward tal-funzjonijiet tiegħu, mill-entità legali li l-aġenzija nazzjonali tifforma parti minnha.

3.   Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu jagħti lill-Kummissjoni u lir-rappreżentanti tagħha, kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri, aċċess sħiħ għad-dokumenti u r-rapporti kollha b’appoġġ għall-opinjoni tal-awditjar li huwa jippubblika dwar id-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali.

KAPITOLU X

SISTEMA TA’ KONTROLL

Artikolu 27

Prinċipji tas-sistema ta’ kontroll

1.   Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri xierqa li jiżguraw li, meta jkunu implimentati azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkunu protetti permezz tal-applikazzjoni ta’ miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi, korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, permezz ta’ kontrolli effettivi u, jekk jinstabu irregolaritajiet, permezz tal-irkupru tal-ammonti mħallsa mhux kif dovut u, fejn hu xieraq, permezz ta’ pieni effettivi, proporzjonati u dissważivi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kontrolli ta’ superviżjoni fir-rigward tal-azzjonijiet u tal-attivitajiet tal-Programm ġestiti mill-aġenziji nazzjonali. Għandha tistipula r-rekwiżiti minimi għall-kontrolli mill-aġenzija nazzjonali u l-korp indipendenti tal-awditjarr , billi tqis is-sistemi ta' kontroll interni tal-finanzi pubbliċi nazzjonali . [Em. 163]

3.   L-aġenzija nazzjonali għandha tkun responsabbli għall-kontrolli primarji tal-benefiċjarji tal-għotja għall-azzjonijiet tal-Programm kif jissemma fl-Artikolu 24(2). Dawn il-kontroll għandhom jagħtu assigurazzjoni raġonevoli li l-għotjiet mogħtija jintużaw kif intenzjonat u b’konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni.

4.   Fir-rigward tal-fondi tal-Programm trasferiti lill-aġenziji nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni kif suppost tal-kontrolli tagħha mal-awtoritajiet nazzjonali u mal-aġenziji nazzjonali, abbażi tal-prinċipju ta’ awditjar uniku u wara li ssir analiżi bbażata fuq ir-riskju. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Artikolu 28

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Fejn pajjiż terz jipparteċipa fil-Programm permezz ta’ deċiżjoni skont ftehim internazzjonali jew bis-saħħa ta’ kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet u l-aċċess neċessarji meħtieġa għall-uffiċjal ta’ awtorizzazzjoni responsabbli, għall-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), għall-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw b’mod komprensiv il-kompetenzi rispettivi tagħhom. Fil-każ tal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi, tali drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013.

KAPITOLU XI

KOMPLEMENTARJETÀ

Artikolu 29

Komplementarjetà ma’ politiki, programmi u fondi tal-Unjoni oħrajn

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat sabiex jiżgura l-konsistenza u l-komplementarjetà kumplessivi tiegħu ma’ politiki, programmi u fondi tal-Unjoni rilevanti oħrajn, b’mod partikolari dawk relatati mal-edukazzjoni u t-taħriġ, il-kultura u l-medja, iż-żgħażagħ u s-solidarjetà, l-impjiegi u l-inklużjoni soċjali, ir-riċerka u l-innovazzjoni, l-industrija u l-intrapriża, il-politika diġitali, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, l-ambjent u l-klima, il-koeżjoni, il-politika reġjonali, il-migrazzjoni, is-sigurtà u l-kooperazzjoni internazzjonali u l-iżvilupp.

2.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni mill-Programm tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jisboq l-ispejjeż eliġibbli totali tal-azzjoni. [Em. 164]

3.   Fejn il-Programm u l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (SIE) imsemmija fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) XX [CPR] jipprovdu appoġġ finanzjarju b’mod konġunt għal azzjoni unika, dik l-azzjoni għandha tiġi implimentata b’konformità mar-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluż ir-regoli dwar l-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament.

4.   L-azzjonijiet eliġibbli skont il-Programm li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi paragunabbli li ġejjin:

dawn ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għall-proposti skont il-Programm u li;

dawn ikunu jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi tal-kwalità ta’ dik is-sejħa għall-proposti,

dawn ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta' dik is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji

iżda li mhumiex iffinanzjati, jistgħu jista' jingħatalhom Siġill ta' Eċċellenza fid-dawl tal-kwalità għolja tagħhom, biex b'hekk tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tagħhom għall-finanzjament minn sorsi oħra u/jew ikun hemm il-possibbiltà li dawn jintgħażlu għall-finanzjament mill-fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (SIE) , mingħajr proċess ta' applikazzjoni ġdid . F’dan il-każ għandhom japplikaw ir-rati ta’ kofinanzjament u r-regoli ta’ eliġibbiltà bbażati fuq dan ir-Regolament. Dawn l-azzjonijiet għandhom jiġu implimentati mill-awtorità ta’ ġestjoni msemmija fl-Artikolu [65] tar-Regolament (UE)XX [CPR] b’konformità mar-regoli stabbiliti f’dak ir-Regolament u jiffinanzjaw regolamenti speċifiċi, inkluż regoli dwar il-korrezzjonijiet finanzjarji. [Em. 165]

KAPITOLU XII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 30

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikolu fl-Artikoli 19 u 20 hija mogħtija lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028. [Em. 166]

3.   Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu fl-Artikoli 19 u 20 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ. [Em. 167]

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti deżinjati minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 20 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 31

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Il-kumitat jista’ jiltaqa’ f’konfigurazzjonijiet speċifiċi biex jittratta kwistjonijiet settorjali. Fejn ikun xieraq, u b’konformità mar-regoli ta’ proċedura tiegħu u fuq bażi ad hoc, esperti esterni, inklużi rappreżentanti tas-sħab soċjali, jistgħu jiġu mistiedna jipparteċipaw fil-laqgħat bħala osservaturi.

3.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 168]

Artikolu 32

Tħassir

Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 33

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet mibdija skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013.

3.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu [130(2)] tar-Regolament Finanzjarju, u f’każijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista’ tikkunsidra l-kostijiet marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-attivitajiet appoġġati u mġarrba matul l-ewwel sitt xhur tal-2021 bħala eliġibbli għal finanzjament mill-1 ta’ Jannar 2021, anki jekk il-benefiċjarju ma jkunx ġarrabhom qabel ġiet sottomessa l-applikazzjoni għall-għotja.

4.   Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 14(5), sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet u attivitajiet mhux lesti sal-[31 ta’ Diċembru 2027].

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw fuq livell nazzjonali t-tranżizzjoni bla tfixkil bejn l-azzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-programmi Erasmus+ (2014-2020) u dawk li għandhom jiġu implimentati taħt dan il-Programm.

Artikolu 34

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fi […] [għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C , , p. .

(2)  ĠU C , , p. .

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Marzu 2019.

(4)  COM(2018)0098.

(5)  ĠU C 428, 13.12.2017, p. 10.

(6)   Rapport Speċjali Nru 22/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-3 ta' Lulju 2018 bit-titolu “Il-Mobbiltà taħt Erasmus+: Miljuni ta' parteċipanti u Valur Miżjud Ewropew multidimensjonali, iżda jeħtieġ li jittejjeb ulterjorment il-kejl tal-prestazzjoni”.

(7)  COM(2018)0321.

(8)  Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50).

(9)   ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1.

(10)  COM(2016)0381.

(11)  [Referenza].

(12)  [Referenza - irid jiġi adottat mill-Kunsill sal-aħħar tal-2018].

(13)  COM(2018)0269.

(14)  [Referenza].

(15)  COM(2018) [].

(16)   ĠU L 394, 30.12.2006, p. 5.

(17)   COM(2016)0381.

(18)   Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

(19)   ĠU C 153, 2.5.2018, p. 1

(20)   ĠU C 398, 22.12.2012, p. 1.

(21)  ĠU L […], […], p. […].

(22)  ĠU L […], […], p. […].

(23)  COM(2017)0623.

(24)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(25)  Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

(26)  Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).

(27)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011 p. 13).

(28)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), ĠU L 248 (18.9.2013, p. 1).

(29)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(30)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(31)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(32)  B’mod partikolari l-Europass - il-qafas uniku tal-Unjoni għat-trasparenza tal-kwalifiki u tal-kompetenzi; il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki; il-Qafas ta’ Referenza Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali; is-Sistema Ewropea ta’ Kredits għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali; is-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta’ Krediti; ir-Reġistru Ewropew għall-Assigurazzjoni tal-Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja; l-Assoċjazzjoni Ewropea għall-Garanzija ta’ Kwalità fl-Edukazzjoni Għolja; in-Netwerk Ewropew ta’ Ċentri tal-Informazzjoni fir-Reġjun Ewropew u ċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Informazzjoni dwar ir-Rikonoxximent Akkademiku fl-Unjoni Ewropea; u n-netwerks ta’ Euroguidance.

(33)  [Referenza].

(34)  [Referenza].

ANNESS

Indikaturi

(1)

Mobbiltà għat-tagħlim ta’ kwalità għolja għal persuni minn diversi oqsma

(2)

L-Ewropizzazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni ta’ organizzazzjonijiet u istituzzjonijiet

X’għandu jitkejjel?

(3)

L-għadd ta’ persuni li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ mobbiltà skont il-Programm

(4)

L-għadd ta’ persuni b’inqas opportunitajiet li qed jipparteċipaw fl-attivitajiet ta’ mobbiltà għat-tagħlim skont il-Programm

(5)

Is-sehem ta’ parteċipanti li jikkunsidraw li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom f’attivitajiet ta’ mobbiltà għat-tagħlim skont il-Programm

(6)

L-għadd ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet appoġġati mill-Programm skont l-azzjoni ewlenija 1 (mobbiltà għat-tagħlim) u l-azzjoni ewlenija 2 (kooperazzjoni)

(7)

L-għadd ta’ organizzazzjonijiet ġodda appoġġati mill-Programm skont l-azzjoni ewlenija 1 (mobbiltà għat-tagħlim) u l-azzjoni ewlenija 2 (kooperazzjoni)

(8)

Is-sehem ta’ istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet appoġġati mill-Programm li żviluppaw prattiki ta’ kwalità għolja b’riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm [Em. 169]

ANNESS IA

L-indikaturi kwantitattivi kollha għandhom ikunu mqassma tal-inqas skont l-Istat Membru u l-ġeneru

L-għan li għandu jitkejjel: Azzjoni Ewlenija 1 – Mobbiltà għat-tagħlim

Indikaturi:

 

L-għadd ta' persuni li qed jieħdu sehem fl-azzjonijiet u fl-attivitajiet ta' mobbiltà fil-qafas tal-Programm;

 

L-għadd ta' individwi li qed jużaw għodod ta' tagħlim virtwali jew imħallat b'appoġġ għall-mobbiltà fil-qafas tal-Programm;

 

L-għadd ta' individwi li qed jużaw għodod ta' tagħlim imħallat jew virtwali minħabba li ma jistgħux jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà;

 

L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li qed jieħdu sehem fl-azzjonijiet u fl-attivitajiet ta' mobbiltà fil-qafas tal-Programm;

 

L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li qed jużaw għodod ta' tagħlim virtwali jew imħallat b'appoġġ għall-mobbiltà fil-qafas tal-Programm;

 

L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li qed jużaw għodod ta' tagħlim imħallat jew virtwali minħabba li ma jistgħux jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà;

 

Il-kwota ta' parteċipanti li jqisu li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Azzjoni Ewlenija 1;

 

Il-kwota ta' parteċipanti li jqisu li għandhom sens Ewropew ta' appartenenza akbar wara li ħadu sehem fil-Programm;

 

Il-kwota ta' parteċipanti jqisu li tejbu l-profiċjenza tagħhom f'lingwa barranija wara li ħadu sehem fil-Programm;

L-għan li għandu jitkejjel: Azzjoni Ewlenija 2 – Kooperazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet

Indikaturi:

 

L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet appoġġati mill-Programm skont l-Azzjoni Ewlenija 2

 

Il-kwota ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li jqisu li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fl-attivitajiet tal-Azzjoni Ewlenija 2;

 

L-għadd ta' organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li qed jagħmlu użu mill-għodod u mill-pjattaformi tal-Unjoni għall-kooperazzjoni;

L-għan li għandu jitkejjel: Azzjoni Ewlenija 3 – Appoġġ għall-iżvilupp u għall-kooperazzjoni tal-politika

Indikaturi:

 

L-għadd ta' individwi jew organizzazzjonijiet/istituzzjonijiet li jibbenefikaw mill-azzjonijiet skont l-Azzjoni Ewlenija 3

L-għan li għandu jitkejjel: Inklużjoni

Indikaturi:

 

L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li qed jipparteċipaw fl-azzjonijiet u l-attivitajiet ta' mobbiltà;

 

L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li qed jużaw għodod ta' tagħlim virtwali jew imħallat b'appoġġ għall-mobbiltà fil-qafas tal-Programm;

 

L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li qed jużaw għodod ta' tagħlim imħallat jew virtwali minħabba li ma jistgħux jipparteċipaw f'attivitajiet ta' mobbiltà;

 

L-għadd ta' organizzazzjonijiet ġodda appoġġati mill-Programm fil-qafas tal-Azzjoni Ewlenija 1 u l-Azzjoni Ewlenija 2;

 

L-għadd ta' persuni b'inqas opportunitajiet li jqisu li bbenefikaw mill-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm;

L-għan li għandu jitkejjel: Simplifikazzjoni

Indikaturi:

 

L-għadd ta' sħubiji fuq skala żgħira appoġġati fil-qafas tal-Azzjoni Ewlenija 2

 

Il-kwota ta' parteċipanti li jqisu li l-proċeduri tal-applikazzjoni, tal-parteċipazzjoni u tal-evalwazzjoni huma proporzjonati u sempliċi;

 

Il-medja ta' żmien meħud għat-tlestija ta' kull applikazzjoni skont l-azzjoni meta mqabbel mal-programm preċedenti; [Am. 170]


ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari għandha tinftiehem bħala pakkett. Jekk il-pakkett finanzjarju għall-Programm 2021-2027 ikun anqas mill-ammont stabbilit fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 14 tal-pożizzjoni tal-Parlament, il-Parlament Ewropew jirriżerva d-dritt li jerġa' jeżamina l-appoġġ tiegħu għal kwalunkwe azzjoni fil-Programm biex jiżgura li l-attivitajiet ewlenin tal-Programm u l-appoġġ imsaħħaħ tiegħu għall-miżuri ta' inklużjoni jkunu jistgħu jitwettqu b'mod effettiv.

Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew jagħmilha ċara li l-appoġġ tiegħu għall-inizjattivi ġodda li jinsabu fil-pożizzjoni tiegħu – b'mod partikolari l-Universitajiet Ewropej, iċ-ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali u DiscoverEU – jiddependi fuq (a) l-evalwazzjoni tal-fażijiet pilota li għaddejjin bħalissa u (b) id-definizzjoni ulterjuri ta' kull inizjattiva. Fin-nuqqas ta' dan ta' hawn fuq, il-Parlament Ewropew se juża l-prerogattivi tiegħu fl-ambitu tal-proċedura baġitarja annwali biex ipoġġi l-fondi rilevanti fir-riżerva sa meta dawn il-kundizzjonijiet jiġu ssodisfati.


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/1005


P8_TA(2019)0325

It-twaqqif ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta' qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli (COM(2018)0353 – C8-0207/2018 – 2018/0178(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 108/56)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0353),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0207/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-5 ta’ Diċembru 2018 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0175/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 103.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 24.


P8_TC1-COD(2018)0178

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-28 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-twaqqif ta’ qafas biex jiġi ffaċilitat l-investiment sostenibbli

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

L-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea għandu l-għan li jistabbilixxi suq intern li jaħdem għall-iżvilupp sostenibbli tal-Ewropa, mibni fost affarijiet oħra fuq tkabbir ekonomiku bbilanċjat u livell għoli ta’ protezzjoni u ta’ titjib tal-kwalità tal-ambjent.

(2)

Fil-25 ta’ Settembru 2015, l-Assemblea Ġenerali tan-NU adottat qafas globali ġdid għall-iżvilupp sostenibbli: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (4) li fil-qalba tagħha hemm l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) li jkopru tliet pilastri ta’ sostenibbiltà: l-ambjent, il-governanza soċjali u ekonomika. Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2016 dwar il-passi li jmiss għal futur Ewropew sostenibbli (5) tgħaqqad l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli (SDGs) mal-qafas tal-politika Ewropea biex tiżgura li l-azzjonijiet kollha tal-UE u inizjattivi ta’ politika, fi ħdan l-UE u globalment, iqisu l-SDGs mill-bidu nett. Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-20 ta’ Ġunju 2017 (6) ikkonfermaw l-impenn tal-Unjoni u tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 b’mod koerenti, komprensiv, integrat, effettiv u bis-sħiħ u b’kooperazzjoni mill-qrib mal-imsieħba u l-partijiet ikkonċernati l-oħra.

(3)

Fl-2016, f’isem l-Unjoni l-Kunsill ikkonkluda l-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima (7). L-Artikolu 2(1)(c) tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima jistabblilixxi l-għan li jissaħħaħ ir-rispons għat-tibdil fil-klima, fost affarijiet oħra permezz ta’ flussi finanzjarji konsistenti mal-mixja lejn emissjonijiet ta’ gassijiet serra baxxi u żvilupp reżiljenti għall-klima.

(4)

Is-sostenibbiltà u t-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b’livelli baxxi ta’ karbionju, reżiljenti għall-klima, aktar effiċjenti fir-riżorsi huwa essenzjali sabiex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-ekonomija tal-Unjoni. Is-sostenibbiltà ilha ħafna fiċ-ċentru tal-proġett tal-Unjoni Ewropea u t-Trattati jirrikonoxxu d-dimensjonijiet soċjali u ambjentali tagħha.

(5)

F’Diċembru 2016, il-Kummissjoni ddelegat Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli biex jiżviluppa strateġija komprensiva u ambizzjuża tal-Unjoni għall-finanzjament sostenibbli. Ir-rapport tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli ppubblikat fil-31 ta’ Jannar 2018 (8) isejjaħ għall-ħolqien ta’ sistema ta’ klassifikazzjoni teknikament b’saħħitha fuq livell Ewropew sabiex ikun ċar liema attivitajiet huma “ekoloġiċi” jew “sostenibbli”, ibda mill-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima.

(6)

F'Marzu 2018, il-Kummissjoni ppubblikat il-Pjan ta' Azzjoni tagħha “Niffinanzjaw it-Tkabbir Sostenibbli” (Financing Sustainable Growth) (9) fejn waqqfet strateġija ambizzjuża u komprensiva dwar il-finanzjament sostenibbli. Wieħed mill-għanijiet stabbiliti fil-Pjan ta' Azzjoni huwa li tingħata direzzjoni ġdida lill-flussi tal-kapital lejn investiment sostenibbli sabiex jinkiseb tkabbir sostenibbli u inklussiv. It-twaqqif ta' sistema unika ta' klassifikazzjoni għall-attivitajiet sostenibbli hija u ta' indikaturi għall-identifikazzjoni tal-livell ta' sostenibbiltà tal-attivitajiet huma l-azzjoni l-aktar importanti u urġenti prevista mill-Pjan ta' Azzjoni. Il-Pjan ta' Azzjoni jirrikonoxxi li l-bidla tal-flussi tal-kapital lejn attivitajiet iktar sostenibbli trid tkun appoġġjata appoġġata minn fehim kondiviż ta' xi jfisser “sostenibbli” u olistiku tal-impatt ta' attivitajiet ekonomiċi u investimenti fuq is-sostenibbiltà ambjentali u l-effiċjenza fir-riżorsi . Bħala l-ewwel pass, gwida ċara dwar attivitajiet li jikkwalifikaw bħala li jikkontribwixxu għall-għanijiet ambjentali jenħtieġ li l-investituri jiġu infurmati jgħinu biex jinfurmaw lill-investituri dwar l-investimenti li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli bi gwida ċara dwar l-attivitajiet li jitqiesu li jikkontribwixxu għall-għanijiet ambjentali. Fi stadju ulterjuri tista' skont il-livell ta' sostenibbiltà tagħhom. Bir-rikonoxximent tal-Għanijiet tas-Sostenibbiltà tan-NU u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa tal-20 ta' Ġunju 2017, jenħtieġ ukoll li tiġi żviluppata gwida oħra dwar l-attivitajiet li jikkontribwixxu għal għanijiet sostenibbli oħra, inkluż għanijiet soċjali u ta' governanza, li b'hekk tiġi implimentata b'mod sħiħ, koerenti, komprensiv, integrat u effettiv l-Aġenda 2030 . [Em. 80]

(6a)

Filwaqt li tirrikonoxxi l-urġenza li tindirizza t-tibdil fil-klima, enfasi limitata fuq l-esponiment għall-karbonju jista' jkollha riperkussjonijiet negattivi billi tidderieġi l-flussi tal-investiment lejn miri li jġorru riskji ambjentali oħrajn. Għalhekk, jeħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji adegwati biex jiżguraw li l-attivitajiet ekonomiċi ma jagħmlux ħsara lil għanijiet ambjentali oħra, bħall-bijodiversità u l-effiċjenza tal-enerġija. L-investituri jeħtieġu informazzjoni komparabbli u olistika fir-rigward tar-riskji ambjentali u l-impatt tagħhom, sabiex jivvalutaw il-portafolli tagħhom lil hinn mill-esponiment għall-karbonju. [Em. 2]

(6b)

Minħabba l-urġenza f'diversi oqsma interkonnessi ta' degradazzjoni ambjentali u konsum żejjed ta' riżorsi, hemm bżonn li jittieħed approċċ sistemiku għal tendenzi negattivi li qed jikbru b'mod esponenzjali, bħat-telfien tal-bijodiversità, il-konsum żejjed globali tar-riżorsi, id-dehra ta' theddid ġdid inklużi kimiċi perikolużi u t-taħlitiet tagħhom, l-iskarsezza nutrizzjonali, it-tibdil fil-klima, it-tnaqqis tal-ożonu, l-aċidifikazzjoni tal-oċeani, it-tnaqqis tal-ilma ħelu, u t-tibdil fis-sistema tal-art. Għalhekk, huwa meħtieġ li l-azzjonijiet li għandhom jittieħdu jħarsu 'l quddiem u huma kbar biżżejjed għall-isfidi li ġejjin. L-iskala ta' dawk l-isfidi tirrikjedi approċċ olistiku u ambizzjuż u l-applikazzjoni ta' prinċipju strett ta' prekawzjoni. [Em. 3]

(7)

Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) issejjaħ għal żieda fil-finanzjament mis-settur privat għal infiq ambjentali u dak marbut mal-klima, l-aktar permezz ta’ inċentivi u metodoloġiji li jixprunaw lill-kumpaniji biex ikejlu l-kost ambjentali tan-negozju tagħhom u l-profitt li sar permezz tas-servizzi ambjentali.

(7a)

Ir-Rapport Fuq Inizjattiva Proprja tal-Parlament Ewropew dwar il-Finanzi Sostenibbli tad-29 ta' Mejju 2018 jistabbilixxi l-elementi essenzjali tal-indikaturi tas-sostenibbiltà u tat-tassonomija, bħala inċentiv għall-investiment sostenibbli. Jenħtieġ li tiġi żgurata konsistenza bejn il-leġiżlazzjoni rilevanti. [Em. 4]

(8)

Il-kisba tal-SDGs fl-Unjoni teħtieġ li l-flussi ta’ kapital jintbagħtu lejn investimenti sostenibbli. Huwa mportanti li jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tas-suq intern għall-kisba ta’ dawn l-għanijiet. Huwa importanti wkoll li l-flussi ta’ kapital li jmorru f’investiment sostenibbli ma jfixklux is-suq intern.

(8a)

L-iskala tal-isfida tinvolvi sistema finanzjarja sħiħa li titmexxa b'mod gradwali biex tappoġġja l-ekonomija biex din tiffunzjona fuq bażi sostenibbli. Għal dak il-għan, jeħtieġ li l-finanzi sostenibbli jiddaħħlu fil-proċess ġenerali, u jeħtieġ li jitqies l-impatt tas-sostenibbiltà fir-rigward tal-prodotti u s-servizzi finanzjarji. [Em. 5]

(9)

L-offerta ta' prodotti finanzjarji li jfittxu għanijiet ambjentalment sostenibbli hija mod effettiv ta' kif jiġi gradwalment imċaqlaq l-investiment privat imur f'attivitajiet minn attivitajiet b'impatt ambjentali negattiv u lejn attivitajiet aktar sostenibbli. Ir-rekwiżiti nazzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti finanzjarji , servizzi u bonds korporattivi bħala investimenti sostenibbli, kif definit f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari rekwiżiti li jippermetti lill-atturi rilevanti tas-suq li jużaw tikketta nazzjonali, għandhom l-għan li jtejbu l-fiduċja tal-investitur u s-sensibilizzazzjoni tar-riskji , biex joħolqu l-viżibbiltà u jindirizzaw it-tħassib dwar “greenwashing”. Il-greenwashing hija prattika fejn jinkiseb vantaġġ kompetittiv inġust permezz tal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodott finanzjarju bħala favur l-ambjent, meta fil-fatt ma jkunux jissodisfa l-istandards ambjentali minimi. Bħalissa xi ftit Stati Membri għandhom skemi ta' tikkettar. Huma jibnu fuq tassonomiji differenti li jikklassifikaw l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Fid-dawl tal-impenji politiċi taħt il-Ftehim ta' Pariġi u fuq livell Ewropew, x'aktarx li aktar u aktar Stati Membri se jintroduċu skemi ta' tikkettar jew rekwiżiti oħra fuq l-atturi tas-suq b'rabta mal-prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi ppreżentati bħala ambjentalment sostenibbli. B'hekk, l-Istati Membri jkunu qegħdin jużaw it-tassonomiji nazzjonali tagħhom biex jiddeterminaw liema investimenti jikkwalifikaw bħala sostenibbli. Jekk dawn ir-rekwiżiti nazzjonali huma bbażati fuq kriterji u indikaturi differenti biex jiġi determinat liema attivitajiet ekonomiċi jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli, l-investituri ma jkollhomx interess jinvestu mal-fruntieri, minħabba d-diffikultajiet fi tqabbil tal-opportunitajiet differenti ta' investiment. Barra minn hekk, l-operaturi ekonomiċi li jixtiequ jattiraw l-investiment minn madwar l-Unjoni jkollhom jissodisfaw kriterji differenti f'diversi Stati Membri sabiex l-attivitajiet tagħhom jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli għall-finijiet tat-tikketti differenti. In-nuqqas ta' kriterji u indikaturi komuni se jidderieġi l-investimenti b'mod ambjentalment ineffettiv, u f'xi każijiet kontroproduttiv, u jwassal għal miri ambjentali u ta' sostenibbiltà mhux issodisfati. Dak in-nuqqas b'hekk iżidu iżid l-ispejjeż u joħolqu joħloq diżinċentiv sinifikanti għall-operaturi ekonomiċi, li jirriżulta f'impediment għall-aċċess transfruntier tas-swieq kapitali għall-investmenti sostenibbli. L-ostakli għall-aċċess għas-swieq kapitali transfruntiera sabiex jinġabru fondi għall-proġetti sostenibbli huma mistennija li jkompli jikbru. Il-kriterji u l-indikaturi biex jiġi determinat jekk il-grad ta' sostenibbiltà ta' attività ekonomika hix ambjentalment sostenibbli għalhekk jenħtieġ li jiġu armonizzati gradwalment fuq livell Ewropew, sabiex jitneħħew l-ostakli għall-funzjonament tas-suq intern u jiġi evitat li jerġgħu jitfaċċaw 'il quddiem. B'din l-armonizzazzjoni tal-informazzjoni, tal-metriċi u tal-kriterji, l-operaturi ekonomiċi jsibuha aktar faċli biex jiġbru fondi għall-attivitajiet ambjentali ambjentalment sostenibbli tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri, għaliex l-attivitajiet ekonomiċi tagħhom jistgħu jitqabblu ma' kriterji u indikaturi uniformi sabiex jintgħażlu bħala assi sottostanti għall-investimenti ambjentalment sostenibbli. B'hekk isir aktar faċli biex jiġi attirat l-investiment bejn il-fruntieri fl-Unjoni. [Em. 6]

(9a)

Sabiex l-Unjoni tilħaq l-impenji ambjentali u klimatiċi tagħha, jeħtieġ li jiġu mobilizzati l-investimenti privati. Biex jintlaħaq, dan jirrikjedi ppjanar fit-tul kif ukoll stabbiltà u prevedibbiltà regolatorja għall-investituri. Għalhekk, sabiex jiġi żgurat qafas ta' politika koerenti għall-investimenti sostenibbli, huwa importanti li d-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament jibnu fuq il-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni. [Em. 7]

(10)

Barra minn hekk, jekk il-parteċipanti tas-suq ma jagħtux spjegazzjoni lill-investituri ta' jiżvelawx kif l-attivitajiet li jinvestu fihom jikkontribwixxu b'mod negattiv jew pożittiv lejn għanijiet ambjentali, jew jekk jużawx kunċetti differenti metriċi u kriterji għad-determinazzjoni tal-impatt fl-ispjegazzjoni tagħhom tal-grad tas-sostenibbiltà ambjental ta' x'inhi attività ekonomika “sostenibbli”, l-investituri jsibu piż sproporzjonat biex jivverifikaw u jqabblu dawn il-prodotti l-prodotti finanzjarji differenti. Instab li dan l-aspett ma jħajjarx lill-investituri biex jinvestu fi prodotti finanzjarji ekoloġiċi sostenibbli. Barra minn hekk, in-nuqqas ta' fiduċja fl-investituri għandu effetti negattivi importanti fuq is-suq għall-investiment sostenibbli. Intwera wkoll li regoli nazzjonali jew inizjattivi bbażati fuq is-suq li jkunu ttieħdu biex tiġi indirizzata din is-sitwazzjoni ġewwa l-fruntieri nazzjonali jwasslu għal frammentazzjoni tas-suq intern. Jekk il-parteċipanti tas-suq finanzjarju jiżvelaw kif il-prodotti finanzjarji li qegħdin isostnu huma favur l-ambjent jissodisfaw l-għanijiet ambjentali, u għal dan l-iżvelar jużaw kriterji komuni mal-Unjoni dwar fiex tikkonsisti attività ekonomika ambjentalment sostenibbli, din tgħin lill-investituri jqabblu l-opportunitajiet l-impatt ambjentali tal-opportunitajiet ta' investiment favur l-ambjent mal-fruntieri u  se tinċentivizza d-destinatarji ta' investiment biex jagħmlu l-mudelli ta' negozju tagħhom aktar sostenibbli . L-investituri jinvestu fi prodotti finanzjarji ekoloġiċi b'aktar fiduċija madwar l-Unjoni, li jtejjeb il-funzjonament tas-suq intern. [Em. 8]

(10a)

Sabiex jitwassal impatt fuq is-sostenibbiltà usa' u ambjentalment sinifikanti, biex jitnaqqas il-piż amministrattiv mhux meħtieġ fuq il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji u l-partijiet ikkonċernati u biex jiġi ffaċilitat it-tkabbir tas-swieq finanzjarji Ewropej li jiffinanzjaw attivitajiet ekonomiċi sostenibbli, it-tassonomija jenħtieġ li tkun ibbażata fuq indikaturi u kriterji armonizzati, komparabbli u uniformi, inklużi tal-inqas l-indikaturi ta' ekonomija ċirkolari. Dawk l-indikaturi jenħtieġ li jkunu konsistenti mal-metodoloġija unifikata tal-valutazzjoni taċ-ċiklu tal-ħajja u li jiġu applikati fl-inizjattivi regolatorji tal-Unjoni. Jenħtieġ li jkunu l-bażi għall-valutazzjoni tal-attivitajiet ekonomiċi u l-investimenti fir-riskju u l-impatt fuq l-ambjent. Kwalunkwe sovrappożizzjoni fir-regolament li ma tkunx konformi mal-prinċipji ta' regolamentazzjoni aħjar u ma tkunx applikata b'mod proporzjonat trid tiġi evitata bl-għan li tinħoloq terminoloġija konsistenti u qafas regolatorju ċar. Kwalunkwe piż mhux meħtieġ kemm tal-awtoritajiet, kif ukoll tal-istituzzjonijiet finanzjarji jenħtieġ li jiġi evitat ukoll. Fl-istess perspettiva, il-kamp ta' applikazzjoni u l-użu ta' kriterji ta' skrinjar tekniċi kif ukoll ir-rabta ma' inizjattivi oħrajn jenħtieġ li jiġu definiti b'mod ċar qabel ma t-tassonomija u l-kriterji li jappartjenu għaliha jidħlu fis-seħħ. L-istabbiliment ta' kriterji armonizzati għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli jenħtieġ li jqis il-kompetenza tal-Istati Membri f'oqsma differenti tal-politika. Jenħtieġ li r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament japplikaw b'mod proporzjonat għal istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi kif definit skont dan ir-Regolament. [Em. 9]

(10b)

L-indikaturi jenħtieġ li jkunu armonizzati abbażi tal-impenji eżistenti, bħalma hija l-ħidma tal-Kummissjoni, l-Aġenzija Ambjentali Ewropea u l-OECD, fost oħrajn, u jenħtieġ li jidentifikaw l-impatt ambjentali f'termini tas-CO2 u emissjonijiet oħra, il-bijodiversità, il-produzzjoni tal-iskart, l-użu tal-enerġija u l-enerġija rinnovabbli, il-materji primi, l-ilma, u l-użu tal-art dirett u indirett, kif stabbilit fil-qafas tal-monitoraġġ tal-Kummissjoni dwar l-ekonomija ċirkolari (COM(2018)0029), il-pjan ta' azzjoni tal-UE għall-Ekonomija Ċirkulari (COM(2015)0614) u fir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta' Lulju 2015 dwar l-effiċjenza tar-riżorsi: lejn ekonomija ċirkolari (2014/2208(INI)). Barra minn hekk, l-indikaturi jenħtieġ li jitfasslu wkoll filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta' Esperti dwar l-Appoġġ għall-Finanzjament tal-Ekonomija Ċirkolari tal-Kummissjoni Ewropea. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa kif tintegra x-xogħol ta' dan il-grupp ta' esperti mat-TEG. Jenħtieġ li l-indikaturi jqisu l-istandards sostenibbli rikonoxxuti fuq livell internazzjonali. [Em. 10]

(11)

Biex jindirizzaw l-ostakoli eżistenti fil-funzjonament tas-suq intern u biex jevitaw it-tfaċċar ta' dawn l-ostakoli fil-futur, l-Istati Membri u l-Unjoni jenħtieġ li jintalbu jużaw kunċett komuni rigward il-grad ta' sostenibbiltà ambjentali ta' investiment ambjentalment sostenibbl i meta jistabbilixxu rekwiżiti għal atturi tas-suq għall-finijiet ta' tikkettar ta' prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi ppreżentati bħala ambjentalment sostenibbli fuq livell nazzjonali. Għall-istess raġunijiet, jenħtieġ li l-maniġers tal-fondi u l-investituri istituzzjonali li jgħidu li qegħdin isegwu għanijiet ambjentali jużaw l-istess kunċett ta' investiment ambjentalment sostenibbli u l-istess indikaturi, metriċi u kriterji biex jikkalkulaw l-impatt ambjentali meta' jiżvelaw kif se jilħqu dawk l-għanijiet [Em. 11]

(12)

It-twaqqif ta' kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli jistgħu jħeġġu lill-kumpaniji biex jiżvelaw fuq is-siti webtagħhom, fuq bażi volontarja, informazzjoni dwar l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli li jwettqu. Din l-informazzjoni L-informazzjoni dwar l-impatt ambjentali tal-attivitajiet se tgħin mhux biss lill-atturi rilevanti fis-swieq finanzjarji biex jidentifikaw malajr liema kumpaniji jwettqu attivitajiet u jiddeterminaw faċilment il-grad ta' sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli mwettqa mill-kumpaniji , iżda se tiffaċilitalhom ukoll il-ġbir ta' fondi għall-attivitajiet ambjentali tagħhom. [Em. 12]

(13)

Jenħtieġ li klassifikazzjoni tal-Unjoni ta' attivitajiet indikaturi madwar l-Unjoni rilevanti għad-determinazzjoni tal-impatt ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli tippermetti jippermettu l-iżvilupp ta' politiki u strateġiji futuri tal-Unjoni, inklużi standards mal-Unjoni kollha għal prodotti finanzjarji ambjentalment sostenibbli u eventwalment it-twaqqif ta' tikketti li formalment jirrikonoxxu l-konformità ma' dawk l-istandards madwar l-Unjoni , kif ukoll li jkunu l-bażi għal miżuri oħra ekonomiċi, regolatorji u prudenzjali . Rekwiżiti legali uniformi sabiex l-investimenti jitqiesu bħala investimenti ambjentalment sostenibbli jitqies il-grad ta' sostenibbiltà ambjentali tal-investimenti , ibbażati fuq kriterji uniformi għal attivitajiet għad-determinazzjoni tas-sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli u indikaturi komuni għal valutazzjoni tal-impatti ambjentali fuq l-investimenti , huma meħtieġa bħala referenza għal leġiżlazzjoni futura tal-Unjoni li għandha l-għan li tiffaċilita l-bidla minn investimenti b'impatt ambjentali negattiv għal investimenti b'impatt pożittiv . [Em. 13]

(14)

Fil-kuntest tal-kisba tal-SDGs fl-Unjoni, l-għażla l-għażliet tal-politiki bħal l-ħolqien bħall-ħolqien ta' Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, intwerew li huma jistgħu jkunu effettivi għaliex jagħtu sehemhom fil-mobilizzazzjoni u fit-twassil ta' investiment privat flimkien man-nefqa pubblika lejn investimenti sostenibbli. Ir-Regolament (UE) Nru 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) jispeċifika mira għall-investiment orizzontali fl-ambjent ta' 40 % għal proġetti ta' infrastruttura u ta' innovazzjoni taħt il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi. Il-kriterji komuni għas-sostenibbiltà tal-attivitajiet ekonomiċi u indikaturi komuni għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali jistgħu jservu ta' pedament għal inizjattivi futuri simili tal-Unjoni li jappoġġjaw jimmobilizzaw l-investiment li għandu għanijiet marbuta mal-klima jew għanijiet ambjentali oħra. [Em. 14]

(15)

Sabiex tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-suq kif ukoll ħsara lill-interessi tal-konsumaturi minħabba ideat differenti dwar l-attivitajiet rigward il-grad tas-sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, jenħtieġ li r-rekwiżiti nazzjonali li jenħtieġ li l-atturi tas-suq jissodisfaw meta jixtiequ jbigħu prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi kif definit f'dan ir-Regolament bħala ambjentalment sostenibbli jibnu fuq il-kriterji uniformi għall-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Dawk l-atturi tas-suq jinkludu l-parteċipanti tas-suq finanzjarju li joffru prodotti jew servizzi finanzjarji “ekoloġiċi” sostenibbli u kumpaniji mhux finanzjarji li joħorġu bonds korporattivi “ħodor” sostenibbli . [Em. 15]

(16)

Sabiex tiġi evitata ħsara lill-interessi tal-konsumaturi, il-maniġers tal-fondi u l-investituri istituzzjonali li joffru prodotti finanzjarji li jsejħulhom ambjentalment sostenibbli, jenħtieġ li jiżvelaw kif u sa fejn jintużaw il-kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli biex tiġi determinata s-sostenibbiltà ambjentali tal-investimenti. L-informazzjoni żvelata jenħtieġ li tħalli lill-investituri jifhmu s-sehem tal-investiment li jiffinanzja l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli bħala perċentwal tal-attivitajiet ekonomiċi kollha u b’hekk il-livell ta’ sostenibbiltà ambjentali tal-investiment. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tispeċifika l-informazzjoni li trid tiġi żvelata għal dak il-għan. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tippermetti lill-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jivverifikaw faċilment il-konformità mal-obbligu tal-iżvelar, u jeżegwixxu dak l-obbligu skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

(17)

Sabiex l-obbligu ta' żvelar ma jiġix evitat, jenħtieġ li dak l-obbligu japplika wkoll meta l-prodotti għall-prodotti finanzjarji kollha li jiġu ppreżentati bħallikieku għandhom karatteristiċi simili bħal investimenti ambjentalment sostenibbli, inkluż dawk li l-mira tagħhom hija l-protezzjoni tal-ambjent b'mod wiesa'. Jenħtieġ li l-parteċipanti tas-suq finanzjarju ma jkollhomx għalfejn jiġu mitluba jinvestu biss f'attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli skont il-kriterji ta' skrinjar tekniċi previsti f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-parteċipanti tas-swieq finanzjarji u atturi oħra jiġu mħeġġa jinfurmaw lill-Kummissjoni jekk jikkunsidraw li attività ekonomika li ma tissodisfax il-kriterji l-kriterji ta' skrinjar tekniċi jew attività li għaliha għad mhemmx kriterji, rilevanti għall-attivitajiet li huma jiffinanzjaw għadhom ma ġewx stabbiliti u li għalhekk il-prodotti finanzjarji tagħhom jenħtieġ li titqies jitqiesu ambjentalment sostenibbli, biex jgħinu lill-Kummissjoni tevalwa jekk ikunx xieraq tikkumplimenta jew taġġorna l-kriterji ta' skrinjar tekniċi. [Em. 16]

(18)

Sabiex jiġi determinat jekk il-grad ta' sostenibbiltà ambjentali ta' attività ekonomika, hix ambjentalment sostenibbli jenħtieġ li titwaqqaf lista eżawrjenti ta' għanijiet ambjentali bbażata fuq indikaturi li jkejlu l-impatt ambjentali, b'kunsiderazzjoni tal-impatt tagħha fuq il-katina kollha tal-valur industrijali u li tiżgura koerenza mal-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni bħall-pakkett dwar l-Enerġija Nadifa . [Em. 17]

(19)

Jenħtieġ li l-għan ambjentali tal-protezzjoni tal-ekosistemi b'saħħithom jiġi interpretat filwaqt li jitqiesu l-istrumenti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi rilevanti tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (13), ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), l-Istrateġija għall-Bijodiversità tal-UE għall-2020 (15), l-Istrateġija tal-UE għall-Infrastruttura Ekoloġika, id-Direttiva tal-Kunsill 91/676 (16), ir-Regolament (UE) Nru 511/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17), ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Infurzar tal-Liġi, it-Tmexxija u l-Kummerċ fis-Settur Forestali (19) u l-Pjan ta’ Azzjoni kontra t-Traffikar ta' Organiżmi Selvaġġi (20).

(20)

Għal kull għan ambjentali, jenħtieġ li jiġu stabbili kriterji uniformi bbażati fuq informazzjoni pprovduta permezz ta' indikaturi armonizzati biex attivitajiet ekonomiċi jitqiesu li qegħdin jagħtu kontribut sostanzjali għal dak il-għan. Jenħtieġ li element wieħed tal-kriterji uniformi jkun li tiġi evitata ħsara sinifikanti lil xi wieħed mill-għanijiet ambjentali previsti f'dan ir-Regolament. Dan sabiex jiġi evitat li ċerti investimenti jitqiesu ambjentalment sostenibbli minkejja li l-attivitajiet ekonomiċi li jgawdu minn dawk l-investimenti jikkawżaw ħsara lill-ambjent li taqbeż il-kontribut tagħhom għal għan ambjentali. Jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għal kontribut sostanzjali u biex ma tiġix ikkawżata ħsara sinifikanti jippermettu lill-investimenti f'attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli biex jagħtu kontribut reali lill-għanijiet ambjentali. [Em. 18]

(21)

Bi tfakkira tal-impenn konġunt tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni biex jiksbu l-prinċipju minquxa fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali b’appoġġ tat-tkabbir sostenibbli u inklussiv u b’rikonoxximent tar-rilevanza tal-istandards u drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol minimi internazzjonali, jenħtieġ li l-konformità mas-salvagwardji minimi tkun kundizzjoni għall-attivitajiet ekonomiċi biex jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli. Għal dik ir-raġuni jenħtieġ li l-attivitajiet ekonomiċi jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli biss meta jitwettqu b’konformità mad-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”) dwar il-Prinċipju u d-Drittijiet fuq ix-Xogħol u t-tmien konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO. Il-konvenzjonijiet ewlenin tal-ILOs jiddefinixxu d-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol li l-kumpaniji jridu jirrispettaw. Uħud minn dawn l-istandards internazzjonali huma minquxa wkoll fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari il-projbizzjoni tal-iskjavitù u tax-xogħol forzat u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Dawk is-salvagwardji minimi huma mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta’ rekwiżiti aktar stretti fuq l-ambjent, is-saħħa u s-sigurtà u s-sostenibbiltà soċjali stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni, fejn japplikaw.

(22)

Kont tenut tad-dettalji tekniċi speċifiċi meħtieġa biex jiġi evalwat l-impatt ambjentali ta' attività ekonomika u n-natura tinbidel malajr ta' kemm ix-xjenza u t-teknoloġija, jenħtieġ li l-kriterji rilevanti għad-determinazzjoni tal-livell tas-sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli jiġu adattati regolarment għal dak it-tibdil. Biex il-kriterji u l-indikaturi jkunu aġġornati, ibbażati fuq evidenza xjentifika u l-informazzjoni minn esperti kif ukoll minn partijiet ikkonċernati rilevanti, jenħtieġ li l-kundizzjonijiet għal kontribut sostanzjali u ħsara sinifikanti jiġu speċifikati b'aktar granularità għal attivitajiet ekonomiċi differenti u jenħtieġ li jkunu aġġornati regolarment. Għal dan il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi kriterji ta' skrinjar tekniċi granulari u kalibrati u sett ta' indikaturi armonizzati , għall-attivitajiet ekonomiċi differenti, abbażi tal-input tekniku ta' Pjattaforma dwar il-Finanzi Sostenibbli b'diversi partijiet ikkonċernati. [Em. 19]

(23)

Ċerti attivitajiet ekonomiċi għandhom impatt negattiv fuq l-ambjent, u kontribut sostanzjali lil wieħed jew aktar għanijiet ambjentali jista' jinkiseb jekk jitnaqqas dak l-impatt negattiv. Għal dawk l-attivitajiet ekonomiċi, huwa xieraq li jiġu stabbiliti kriterji ta' skrinjar tekniċi li jeħtieġu titjib sostanzjali fil-prestazzjoni ambjentali meta mqabbla ma', fost affarijiet oħra, il-medja tal-industrija sabiex jiġi kkunsidrat jekk l-attività tistax tagħti kontribut sostanzjali lil għan ambjentali wieħed jew aktar . Jenħtieġ li dawk il-kriterji jikkunsidraw ukoll l-impatt fit-tul (jiġifieri aktar minn 3 snin) ta' attività ekonomika speċifika b'mod partikolari l-benefiċċji ambjentali tal-prodotti u tas-servizzi u l-kontribut tal-prodotti intermedjarji, u b'hekk jipprovdu valutazzjoni tal-impatt tal-fażijiet kollha tal-manifattura u l-użu permezz tal-katina tal-valur u ċ-ċiklu tal-ħajja . [Em. 20]

(24)

Jenħtieġ li attività ekonomija ma titqies ambjentalment sostenibbli jekk tikkawża aktar ħsara ma toħloqx benefiċċju nett lill-ambjent mill-benefiċċji li tagħti. Jenħtieġ li l-kriterji ta' skrinjar tekniċi jidentifikaw ir-rekwiżiti minimi meħtieġa sabiex tiġi evitata ħsara sinifikanti lil għanijiet oħra. Meta tistabbilixxi u taġġorna l-kriterji ta' skrinjar tekniċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li dawk il-kriterji jkunu raġonevoli, proporzjonati u bbażati fuq l-evidenza xjentifika disponibbli u  tikkunsidra l-katina tal-valur kollha u ċ-ċiklu tal-ħajja tat-teknoloġiji. Hi jenħtieġ li tiżgura wkoll li jiġu aġġornati regolarment. Meta l-evalwazzjoni xjentifika ma tippermettix l-identifikazzjoni tar-riskju b'ċertezza adegwata, jenħtieġ li japplika l-prinċipju ta' prekawzjoni, skont l-Artikolu 191 TFUE tat-TFUE . [Em. 21]

(25)

Meta tistabbilixxi u taġġorna l-kriterji ta’ skrinjar tekniċi u sett ta' indikaturi armonizzati , jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra l-liġi tal-Unjoni rilevanti, kif ukoll l-istrumenti mhux leġiżlattivi tal-Unjoni diġà fis-seħħ, inkluż ir-Regolament (UE) 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21), l-Iskema ta’ Ġestjoni u Verifika Ambjentali tal-UE (22), il-Kriterji dwar l-Akkwist Pubbliku Ekoloġiku tal-UE (23) u x-xogħol il-Pjattaforma tal-Ekonomija Ċirkolari tal-Kummissjoni, il-Pjattaforma Ewropea dwar il-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja, ix-xogħol li għadu għaddej fuq ir-regoli dwar l-Impronta Ambjentali tal-Prodotti u dwar l-Impronta Ambjentali tal-Organizzazzjonijiet (24). Sabiex jiġu evitati inkonsistenzi mhux neċessarji bil-klassifikazzjonijiet tal-attivitajiet ekonomiċi li diġà jeżistu għal għanijiet oħra, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra wkoll il-klassifikazzjonijiet tal-istatistika marbuta mas-Settur tal-Prodotti u s-Servizzi Ambjentali, prinċipalment il-Klassifikazzjoni tal-Attivitajiet u n-Nefqa għall-Protezzjoni Ambjentali (CEPA) u l-Klassifikazzjoni tal-Attivitajiet ta’ Ġestjoni tar-Riżorsi (CreMA) (25). [Em. 22]

(26)

Meta tistabbilixxi u taġġorna l-kriterji ta’ skrinjar tekniċi u indikaturi armonizzati jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ukoll l-ispeċifiċitajiet tas-settur tas-setturi differenti tal-infrastruttura kif ukoll l-esternalitajiet ambjentali, soċjali u ekonomiċi fi ħdan analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji. F’dak ir-rigward, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra x-xogħol tal-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħal l-OECD, il-leġiżlazzjoni u l-istandards rilevanti tal-Unjoni, inkluż id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26), id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27), id-Direttiva 2014/23/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29), id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) u l-metodoloġija attwali. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li l-kriterji ta’ skrinjar tekniċi u l-indikaturi jippromwovu l-oqfsa xierqa ta’ governanza li jintegraw il-fatturi ambjentali, soċjali u ta’ governanza, kif imsemmija fil-Prinċipji li huma appoġġati min-Nazzjonijiet Uniti għall-Investiment Responsabbli (31), f’kull stadju taċ-ċiklu tal-ħajja ta’ proġett. [Em. 23]

(26a)

Fid-definizzjoni tal-kriterji ta' skrinjar tekniċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tqis ukoll il-miżuri tranżizzjonali lejn attivitajiet li jappoġġjaw it-tranżizzjoni lejn ekonomija aktar sostenibbli u b'livell baxx ta' karbonju. Għal kumpaniji li attwalment huma involuti f'attivitajiet ekonomiċi li huma ta' ħsara kbira għall-ambjent jenħtieġ li jkun hemm inċentivi biex issir tranżizzjoni rapida lejn status ambjentalment sostenibbli, jew tal-inqas ambjentalment mhux problematiku. Il-kriterji tekniċi ta' skrinjar jenħtieġ li jinkoraġġixxu proċessi ta' tranżizzjoni bħal dawn fejn ikunu qed iseħħu. Jekk il-biċċa l-kbira tal-impriżi li jwettqu attività dannuża partikolari jkunu involuti b'mod ċar f'tali tranżizzjoni, il-kriterji ta' skrinjar jistgħu jikkunsidraw dan. L-eżistenza ta' sforzi tat-tranżizzjoni serji jistgħu jintwerew, fost affarijiet oħra, permezz ta' sforzi sostnuti tar-riċerka u żvilupp, proġetti kbar ta' nfiq tal-kapital tal-investiment f'teknoloġiji ġodda u aktar ambjentalment sostenibbli, jew pjanijiet tat-tranżizzjoni konkreti għall-inqas fl-istadji bikrija tal-implimentazzjoni. [Em. 24]

(27)

Biex iħeġġu l-innovazzjoni ambjentalment sostenibbli u biex jevitaw li jfixklu l-kompetizzjoni meta jiġbru l-fondi għall-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, jenħtieġ li l-kriterji ta' skrinjar tekniċi jiżguraw li l-attivitajiet ekonomiċi kollha f'settur speċifiku f'makrosetturi (jiġifieri s-setturi NACE bħall-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd, il-manifattura, il-provvista tal-elettriku, tal-gass, tal-fwar u tal-arja kundizzjonata, il-bini, it-trasport u s-servizzi ta' ħażna) jistgħu jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli u jiġu trattati indaqs jekk jikkontribwixxu lejn wieħed jew aktar mill-għanijiet ambjentali stabbiliti f'dan ir-Regolament , filwaqt li ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil kwalunkwe għan ambjentali ieħor fl-Artikoli 3 u 12 . Il-kapaċità potenzjali ta' kontribuzzjoni lejn dawk l-għanijiet ambjentali tista' madankollu tvarja fis-setturi, li jenħtieġ li jiġi rifless f'dawk il-kriterji ta' skrinjar . Madankollu, f'kull settur ekonomiku makrosettorjali , jenħtieġ li dawk il-kriterji ma jagħtux vantaġġ inġust lil ċerti attivitajiet ekonomiċi biss jekk attivitajiet oħra jikkontribwixxu lejn l-għanijiet ambjentali bl-istess mod bħal dawk tal-ewwel , filwaqt li ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil kwalunkwe għan ambjentali ieħor imsemmi fl-Artikoli 3 u 12 . [Em. 25]

(27a)

L-attivitajiet ambjentalment sostenibbli huma r-riżultat ta' teknoloġiji u prodotti żviluppati tul il-katina tal-valur kollha. Għal din ir-raġuni, jenħtieġ li l-kriterji ta' skrinjar tekniċi jqisu r-rwol tal-katina tal-valur sħiħa, mill-ipproċessar tal-materji primi sal-prodott finali u l-fażi tal-iskart tiegħu, fit-twettiq finali tal-attivitajiet ambjentalment sostenibbli. [Em. 26]

(27b)

Biex jevitaw li jfixklu l-katini tal-valur li jiffunzjonaw sew, jenħtieġ li l-kriterji ta' skrinjar tekniċi jqisu li l-attivitajiet ambjentalment sostenibbli jistgħu jsiru permezz ta' teknoloġiji u prodotti żviluppati minn diversi atturi ekonomiċi. [Em. 27]

(28)

Meta tistabbilixxi l-kriterji ta' skrinjar tekniċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tevalwa r-riskji potenzjali tat-tranżizzjoni, jekk l-adozzjoni il-pass tal-adozzjoni ta' dawk il-kriterji għall-attivitajiet ambjentalment sostenibbli tagħtix lok għal assi mhux irkuprabbli jew tipproduċi inċentivi inkonsistenti, u jekk ikollhiex impatt negattiv fuq il-likwidità fis-swieq finanzjarji. [Em. 28]

(29)

Sabiex tevita spejjeż għall-konformità wisq onerużi fuq l-operaturi ekonomiċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi kriterji ta’ skrinjar tekniċi li jipprovdu ċertezza legali suffiċjenti, ikunu prattiċi, b’applikazzjoni faċli u li permezz tagħhom tista’ tiġi vverifikata l-konformità b'mod raġonevoli f’termini ta’ spejjeż tal-konformità.

(30)

Sabiex tiżgura li l-investimenti jmorru għand attivitajiet ekonomiċi li jkollhom l-akbar impatt pożittiv fuq l-għanijiet ambjentali, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħti prijorità lit-twaqqif ta' kriterji ta' skrinjar tekniċi għall-attivitajiet ekonomiċi li għandhom il-potenzjal li jagħtu l-akbar kontribut lill-għanijiet ambjentali. Jenħtieġ li l-kriterji ta' skrinjar iqisu l-eżiti tal-proġetti biex jiġu ffaċilitati l-identifikazzjoni u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda kif ukoll biex titqies l-iskalabbiltà ta' dawn it-teknoloġiji. [Em. 29]

(31)

Jenħtieġ li jiġu stabbiliti kriterji ta’ skrinjar tekniċi xierqa għas-settur tat-trasport, inkluż għal assi mobbli, li jenħtieġ li jqisu ċ-ċiklu tal-ħajja kollu tat-teknoloġiji u l-fatt li s-settur tat-trasport, inkluż it-trasport marittimu internazzjonali, jikkontribwixxi mas-26 % tal-emissjonijiet ta’ gass b’effett ta’ serra totali fl-Unjoni. Kif muri fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Finanzi għal Tkabbir Sostenibbli (32), is-settur tat-trasport jirrapreżenta madwar 30 % tal-ħtiġijiet addizzjonali annwali ta’ investiment għall-iżvilupp sostenibbli fl-Unjoni, inkluż biż-żieda tal-elettriku jew it-tranżizzjoni lejn metodi aktar nodfa ta’ trasport bil-promozzjoni ta’ bidla modali u ġestjoni tat-traffiku. [Em. 30]

(32)

Huwa ta' importanza partikolari li meta tkun qed tipprepara t-tfassil tal-kriterji ta' skrinjar tekniċi, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa skont ir-rekwiżiti ta' Regolamentazzjoni Aħjar. Jenħtieġ li l-proċess għall-iżvilupp u l-aġġornament tal-kriterji ta' skrinjar tekniċi u l-indikaturi armonizzati jinvolvi wkoll lill-partijiet ikkonċernati u jibbaża ruħu fuq l-evidenza xjentifika, l-impatt soċjoekonomiku, l-aħjar prattika u x-xogħol eżistenti u l-entitajiet, b'mod partikolari l-Kummissjoni Ewropea u l-Pjattaforma għall-Ekonomija Ċirkolari, u l-pariri ta' esperti b'għarfien u esperjenza globali ppruvata fl-oqsma rilevanti. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Kummissjoni twaqqaf Pjattaforma dwar il-finanzjament sostenibbli. Jenħtieġ li din il-Pjattaforma tkun iffurmata minn firxa wiesgħa ta' esperti li jirrapreżentaw kemm lis-settur privat kif ukoll lis-settur pubbliku biex jiġi żgurat li l-ispeċifiċitajiet kollha tas-setturi rilevanti jitqiesu b'mod dovut . Jenħtieġ li r-rappreżentanti tas-settur pubbliku jinkludu esperti mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u mill-aġenziji nazzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent , mill-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej , mill-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju, u mill-Bank Ewropew għall-Investiment. Jenħtieġ li l-esperti tas-settur privat jinkludu rappreżentanti tal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż l-attur tas-swieq finanzjarji u tas-swieq mhux finanzjarji , ir-rappreżentanti tal-ekonomija reali li jirrappreżentaw firxa wiesgħa ta' industriji , l-universitajiet, l-istituti tar-riċerki, l-assoċjazzjonijiet u l-organizzazzjonijiet. Meta jkun neċessarju, jenħtieġ li l-Pjattaforma tkun tista' titlob pariri mingħand dawk li mhumiex membri. Jenħtieġ li l-Pjattaforma tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp, l-analiżi u r-reviżjoni tal-kriterji ta' skrinjar tekniċi u indikaturi armonizzati , kif ukoll l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-valutazzjoni ta' dawk l-assi li sal-adozzjoni tal-kriterji ta' skrinjar tekniċi kienu kkunsidrati bħala “ekoloġiċi” sostenibbli skont il-prattiki tas-suq attwali. Jenħtieġ li l-Pjattaforma tagħti pariri lill-Kummissjoni wkoll dwar jekk il-kriterji ta' skrinjar tekniċi u l-indikaturi humiex adegwati għal użu ulterjuri fl-inizjattivi ta' politika futuri tal-Unjoni li għandhom l-għan li jiffaċilitaw l-investiment sostenibbli. Jenħtieġ li l-Pjattaforma tagħti pariri lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ta' standards kontabilistiċi ta' sostenibbiltà u standards ta' rappurtar integrat għall-korporattivi u għall-parteċipanti tas-suq finanzjarju, inkluż permezz tar-reviżjoni tad-Direttiva 2013/34/UE. [Em. 31]

(33)

Sabiex tkun tista’ tispeċifika r-rekwiżiti previsti f’dan ir-Regolament, u b’mod partikolari sabiex tistabbilixxi u taġġorna indikaturi u kriterji ta’ skrinjar tekniċi granulari u kalibrati għal attivitajiet ekonomiċi differenti dwar x’jikkostitwixxi kontribuzzjoni sostanzjali u ħsara sinifikanti għall-għanijiet ambjentali, is-setgħa biex jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi delegata lill-Kummissjoni f'dak li għandu x’jaqsam mal-informazzjoni meħtieġa biex ikun hemm konformità mal-obbligu ta’ żvelar previst fl-Artikolu 4(3) u l-kriterji ta’ skrinjar tekniċi msemmija fl-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(2). Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi xierqa anke fil-livell tal-esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jsiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, sabiex tiżgura parteċipazzjoni indaqs fil-preparazzjoni tal-atti delegati, jenħtieġ li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin mal-esperti tal-Istati Membri, u jenħtieġ li l-esperti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li huma involuti fil-preparazzjoni tal-atti delegati. [Em. 32]

(34)

Sabiex jingħata biżżejjed ħin lill-atturi rilevanti biex jiffamiljarizzaw ruħhom mal-kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli u stabbiliti f’dan ir-Regolament u biex iħejju ruħhom għall-applikazzjoni tagħhom, jenħtieġ li l-obbligi stabbiliti f’dan ir-Regolament isiru applikabbli, għal kull objettiv ambjentali, sitt xhur wara li jkunu ġew adottati l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar rilevanti.

(35)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiġi rieżaminat regolarment u mill-inqas wara sentejn sabiex jivvaluta l-progress fuq l-iżvilupp ta' kriterji tekniċi ta' skrinjar u indikaturi armonizzati għal attivitajiet ambjentalment sostenibbli u ambjentalment dannużi , l-użu tad-definizzjoni ta' investiment ambjentalment sostenibbli jew investimenti li jkollhom impatt ambjentali negattiv , u jekk il-konformità mal-obbligi tirrikjedix l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' verifika ulterjuri . Jenħtieġ li r-rieżami jinkludi wkoll valutazzjoni ta' jekk tad-dispożizzjonijiet meħtieġa biex jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jenħtieġx li jiġi estiż biex ikopri objettivi ta' sostenibbiltà soċjali. Sal-31 ta' Marzu 2020, jenħtieġ li, fejn ikun xieraq, il-Kummissjoni tippubblika proposti leġiżlattivi ulterjuri dwar l-istabbiliment ta' mekkaniżmu ta' verifika tal-konformità. [Em. 33]

(36)

Billi l-Istati Membri ma jistgħux jilħqu biżżejjed l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, iżda jistgħu jintlaħqu aħjar fil-livell tal-UE, minħabba l-ħtieġa li jiġu introdotti kriterji u indikaturi uniformi fil-livell tal-Unjoni għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. [Em. 34]

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Suġġett, kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-kriterji biex jiġi determinat jekk il-grad ta' impatt ambjentali u s-sostenibbiltà ta' attività ekonomika hijiex ambjentalment sostenibbli għall-finijiet ta’ stabbiliment tal-livell ta’ sostenibbiltà ambjentali ta’ investiment.

2.   Dan ir-Regolament japplika għal dawn li ġejjin:

(a)

miżuri adottati mill-Istati Membri jew mill-Unjoni li jistabbilixxu kwalunkwe rekwiżit dwar atturi fis-suq parteċipanti fis-swieq finanzjarji fir-rigward ta' prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi li huma kummerċjalizzati fi ħdan l-Unjoni bħala ambjentalment sostenibbli.

(b)

parteċipanti fis-swieq finanzjarji fi ħdan l-Unjoni li joffru lill-klijenti tal-UE prodotti finanzjarji bħala investimenti ambjentalment sostenibbli jew bħala investimenti b'karatteristiċi simili , u

(ba)

parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joffru prodotti finanzjarji oħra ħlief fejn:

i.

jipprovdu spjegazzjonijiet, appoġġati minn evidenza raġonevoli li tkun sodisfaċenti għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti, li l-attivitajiet ekonomiċi ffinanzjati mill-prodotti finanzjarji tagħhom ma jkollhomx xi impatt sinifikanti fuq is-sostenibbiltà skont il-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fl-Artikoli 3 u 3a, f'liema każ id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu II u III m'għandhomx japplikaw. Din l-informazzjoni għandha tkun ipprovduta fil-prospett tagħhom, jew

ii.

il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jiddikjaraw fil-prospett tagħhom li l-prodott finanzjarju inkwistjoni ma jsegwix għanijiet ta' sostenibbiltà u li l-prodott huwa f'riskju miżjud li jappoġġa attivitajiet ekonomiċi li mhumiex ikkunsidrati bħala sostenibbli skont dan ir-regolament.

2a.     Il-kriterji msemmija fl-Artikolu 1(1) għandhom jiġu applikati b'mod proporzjonat, billi jiġi evitat piż amministrattiv eċċessiv, u billi jitqiesu n-natura, il-livell u l-kumplessità tal-parteċipant fis-swieq finanzjarji u l-istituzzjonijiet ta' kreditu permezz ta' dispożizzjonijiet simplifikati għal entitajiet żgħar u mhux kumplessi f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2)(d).

2b.     Il-kriterji msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu jistgħu jintużaw għall-għan imsemmi f'dak il-paragrafu mill-impriżi mhux koperti mill-Artikolu 1(2) jew fir-rigward ta' strumenti finanzjarji oħra minbarra dawk definiti fl-Artikolu 2 fuq bażi volontarja,

2c.     Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat għall-fini li tiġi speċifikata l-informazzjoni li l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jippreżentaw lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti għall-fini tal-punt (a) tal-paragrafu 2. [Em. 35, 55, 59, 87 u 96]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

1.   Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“investiment ambjentalment sostenibbli” tfisser investiment li jiffinanzja attività ekonomika waħda jew aktar li jikkwalifikaw taħt dan ir-Regolament bħala ambjentalment sostenibbli;

(b)

“parteċipanti fis-swieq finanzjarji” tfisser parteċipanti fis-swieq finanzjarji kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin kif definit fl-Artikoli 2(a) ta’ [proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar żvelar relatat ma’ investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li temenda d-Direttiva (UE) 2016/2341]:

(i)

istituzzjoni ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 definit skont [PO daħħal ir-referenza għall-Artikolu rilevanti tar-Regolament (UE) Nru 575/2013]

(ba)

“emittent” tfisser emittent elenkat kif definit fil-punt (h) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (33) u l-punt(h) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (34);

(c)

“prodotti finanzjarji” tfisser prodotti finanzjarj portafoll ta' ġestjoni, AIF, IBIP, prodott tal-pensjoni, skema tal-pensjoni jew UCITS, bond korporattiv, kif definit fl-Artikoli 2(j) ta' [proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar żvelar relatat ma' investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li temenda d-Direttiva (UE) 2016/2341] , kif ukoll il-ħruġ imsemmi fid-Direttiva 2003/71/KE u r-Regolament (UE) 2017/1129 ;

(ca)

“indikaturi ambjentali” tfisser, bħala minimu, il-kejl tal-konsum tar-riżorsi, bħall-materji primi, l-enerġija, l-enerġija rinnovabbli, l-ilma, l-impatt fuq servizzi tal-ekosistema, l-emissjonijiet inkluż is-CO2, l-impatt fuq il-bijodiversità u l-użu tal-art u l-produzzjoni tal-iskart, abbażi tal-evidenza xjentifika, il-metodoloġija tal-Kummissjoni dwar il-Valutazzjoni taċ-Ċiklu tal-Ħajja u kif stipulat fil-qafas ta' monitoraġġ tal-Kummissjoni dwar l-ekonomija ċirkolari (COM(2018)0029);

(cb)

“awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti” tfisser l-awtorità, jew l-awtoritajiet, kompetenti jew superviżorji fl-Istati Membri kif speċifikat fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 u tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010, li fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom ikopru l-kategorija tal-parteċipant fis-swieq finanzjarji soġġett għar-rekwiżit tal-iżvelar imsemmi fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;

(cc)

“ASE rilevanti” tfisser l-Awtorità Superviżorja Ewropea, jew l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej, speċifikati fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, tar-Regolament (UE) Nru 1094/2010 u/jew tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010, li fil-kamp ta' applikazzjoni tagħhom ikopru l-kategorija tal-parteċipant fis-swieq finanzjarji soġġett għar-rekwiżit tal-iżvelar imsemmi fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament;

(d)

“mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima” tfisser il-proċess il-proċessi, inklużi miżuri tranżizzjonali, meħtieġa biex titrażżan iż-żieda tat-temperatura medja globali biex tinżamm ferm inqas minn 2 oC iktar mil-livelli preindustrijali u u l-insegwiment ta' sforzi biex iż-żieda tat-temperatura tiġi limitata għal 1.5 oC iktar mil-livelli preindustrijalii , kif stabbilit fil-Ftehim ta' Pariġi ;

(e)

“adattament għat-tibdil fil-klima” tfisser il-proċess ta’ aġġustament għal klima għat-tibdil fil-klima attwali u mistennija u l-effetti tagħha;

(f)

“gass serra” tfisser gass serra elenkat fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (35);

(g)

“ekonomija ċirkolari” tfisser li jinżamm il-valur u l-użu tal-prodotti, tal-materjali u tar-riżorsi l-oħrajn kollha fl-ekonomija fl-ogħla livell tagħhom għall-itwal żmien possibbli, u b'hekk jitnaqqas l-impatt ambjentali u jitnaqqas l-iskart, inkluż permezz tal-applikazzjoni tal-ġerarkija tal-iskart kif stabbilit fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (36) u jiġi minimizzat l-użu ta' riżorsi abbażi tal-indikaturi tal-ekonomija ċirkolari kif stabbilit fil-qafas ta' monitoraġġ dwar il-progress lejn ekonomija ċirkolari, li jkopri stadji differenti ta' produzzjoni, konsum, ġestjoni tal-iskart;

(h)

“tniġġis” tfisser:

(i)

l-introduzzjoni diretta jew indiretta, bħala riżultat ta' attività tal-bniedem, ta' sustanzi, vibrazzjonijiet, sħana, ħsejjes , dwal jew inkwinanti oħra fl-arja, fil-baħar jew fl-art li jistgħu jkunu ta' ħsara għas-saħħa tal-bniedem jew għall-kwalità tal-ambjent, li tista' tirriżulta fi ħsara għal proprjetà materjali, jew tista' tgħarraq jew tfixkel il-faċilitajiet u l-użi oħra leġittimi tal-ambjent;

(ii)

fil-kuntest tal-ambjent marin, it-tniġġis kif definit fl-Artikolu 3(8) tad-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37);

(iia)

fil-kuntest tal-ambjent tal-ilma, it-tniġġis kif definit fl-Artikolu 2(33) tad-Direttiva 2000/60/KE;

(i)

“ekosistema b'saħħitha” tfisser ekosistema li tinsab f'kundizzjoni fiżika, kimika u bijoloġika tajba jew ta' kwalità fiżika, kimika u bijoloġika u li għandha kapaċità ta' riproduzzjoni awtonoma jew ta' restawr awtonomu għall-ekwilibriju u li tippreserva l-bijodiversità ;

(j)

“effiċjenza enerġetika” tfisser l-użu aktar effiċjenti fl-istadji kollha tal-katina tal-enerġija mill-produzzjoni sal-konsum finali;

(k)

“status ambjentali tajjeb” tfisser status ambjentali tajjeb kif definit fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2008/56/KE;

(l)

“ilmijiet marini” tfisser ilmijiet marini kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/56/KE;

(m)

“ilma tal-wiċċ”, “ilma intern”, “ilmijiet temporanji” u “ilma tal-kosta” għandu jkollhom l-istess tifsira bħal fil-punti (1), (3), (6) u (7) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/60/KE (38);

(n)

“ġestjoni sostenibbli tal-foresti” tfisser l-użu tal-foresti u tal-art tal-foresti b’mod u b’rata tali li jippermettulhom iżommu l-bijodiversità, il-produttività, il-kapaċità ta’ riġenerazzjoni, il-vitalità u l-potenzjal tagħhom li jissodisfaw, attwalment u fil-futur, il-funzjonijiet ekoloġiċi, ekonomiċi u soċjali rilevanti, f’livell lokali, nazzjonali u dinji, mingħajr ma jikkawżaw dannu lil ekosistemi oħrajn skont il-leġiżlazzjoni applikabbli . [Em. 36,88 u 89]

Kapitolu II

Attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli

Artikolu 3

Kriterji għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli

Għall-finijiet tal-istabbiliment tal-livell ta’ sostenibbiltà ambjentali ta’ investiment, attività ekonomika għandha tkun ambjentalment sostenibbli meta dik l-attività tikkonforma ma’ dawn il-kriterji:

(a)

l-attività ekonomika tikkontribwixxi sostanzjalment għal wieħed mill-objettivi ambjentali jew aktar stabbiliti fl-Artikolu 5 skont l-Artikoli 6 sa 11;

(b)

l-attività ekonomika ma tagħmel ħsara sinifikanti għal ebda objettiv ambjentali stabbilit fl-Artikolu 5 skont l-Artikolu 12;

(c)

l-attività ekonomika titwettaq f’konformità mas-salvagwardji minimi stabbiliti fl-Artikolu 13;

(d)

l-attività ekonomika tikkonforma mal-kriterji tekniċi ta' skrinjar, meta l-Kummissjoni tkun speċifikathom abbażi tal-kejl armonizzat tal-impatt tas-sostenibbiltà fil-livelli tal-kumpanija jew tal-pjan li japparjtenu għall-attività ekonomika u skont l-Artikoli 6(2), 7(2), 8(2), 9(2), 10(2) u 11(2). [Em. 37]

Artikolu 3a

Kriterji għal attivitajiet ekonomiċi b'impatt ambjentali negattiv sinifikanti

Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar il-konsegwenzi tar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament biex tespandi l-qafas għal investimenti sostenibbli b'qafas li jintuża biex jiddefinixxi kriterji għal meta u kif attività ekonomika għandha impatt negattiv sinifikanti fuq is-sostenibbiltà. [Em. 38]

Artikolu 4

Użu tal-kriterji għal attivitajiet Applikazzjoni tal-kriterji u konformità magħhom biex jiġi ddeterminat il-grad ta' sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli

1.   L-Istati Membri u l-Unjoni għandhom japplikaw il-kriterji biex jiġu determinati attivitajiet jiġi determinat il-grad ta' sostenibbiltà ambjentali tal-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli stabbiliti fl-Artikolu 3 għall-finijiet ta' kwalunkwe miżura li tistabbilixxi rekwiżiti ta' sostenibbiltà dwar atturi fis-suq fir-rigward ta' prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi li huma kummerċjalizzati bħala “ambjentalment sostenibbli”.

2.   Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joffru prodotti finanzjarji jew bonds korporattivi għandhom jiddivulgaw l-informazzjoni rilevanti li tippermettilhom jistabbilixxu jekk il-prodotti li joffru jikkwalifikawx bħala investimenti ambjentalment sostenibbli, jew bħala investimenti li għandhom karatteristiċi simili, għandhom jiżvelaw informazzjoni dwar kif u sa fejn jintużaw il-kriterji għal attivitajiet ambjentalment sostenibbli stabbiliti fl-Artikolu 3 sabiex jiddeterminaw is-sostenibbiltà ambjentali tal-investiment skont il-kriterji tal-Artikolu 3 . Meta l-parteċipanti fis-swieq finanzjarji jqisu li jenħtieġ li attività ekonomika li ma tikkonformax mal-kriterji tekniċi ta' skrinjar stabbiliti skont dan ir-Regolament jew li l-kriterji tekniċi ta' skrinjar għadhom ma ġewx stabbiliti għalihom għandha titqies bħala ambjentalment sostenibbli, dawn jistgħ u jinfurmaw lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha, jekk ikun xieraq, tinnotifika lill-Pjattaforma dwar il-Finanzi sostenibbli msemmija fl-Artikolu 15 dwar tali talbiet mill-parteċipanti fis-swieq finanzjarji. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji ma għandhomx joffru prodotti finanzjarji bħala investimenti ambjentalment sostenibbli, jew bħala investimenti li għandhom karatteristiċi simili, jekk dawk il-prodotti ma jikkwalifikawx bħala ambjentalment sostenibbli.

2a.     L-Istati Membri, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ASE rilevanti, għandhom jimmonitorjaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2. Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jirrappurtawha lill-awtorità nazzjonali kompetenti rilevanti li għandha tikkomunikaha lill-ASE rilevanti mingħajr dewmien. Kull meta l-awtorità kompetenti nazzjonali rilevanti jew l-ASE rilevanti ma jaqblux mal-informazzjoni rrappurtata kif imsemmi fil-paragrafi 2 u 2a, il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jirrevedu u jikkoreġu l-informazzjoni żvelata.

2b.     L-iżvelar tal-informazzjoni msemmi fl-Artikolu 4 għandu jkun konsistenti mal-prinċipji ta' informazzjoni ġusta, ċara u mhux qarrieqa inklużi fid-Direttiva (UE) 2014/65/UE u fid-Direttiva (UE) 2016/97/UE u setgħat ta' intervent imsemmija fl-Artikolu 4(2c) konsistenti ma' dawk inklużi fir-Regolament Nru 600/2014.

2c.     F'dan ir-Regolament ma għandu jkun meħtieġ l-ebda rekwiżit ta' żvelar skont [PO jekk jogħġbok daħħal referenza għar-Regolament dwar divulgazzjonijiet relatati ma' investimenti sostenibbli u riskji għas-sostenibbiltà u li jemenda d-Direttiva (UE) 2016/2341];

2d.     L-impriżi żgħar u mhux kumplessi msemmija fl-Artikolu 2.2b u 2.2c għandhom ikunu soġġetti għal dispożizzjonijiet simplifikati.

3.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 16 biex tissupplimenta l-paragrafu 2 , 2a u 2b biex tispeċifika l-informazzjoni mitluba biex tikkonforma ma' dak il-paragrafu, u tqis il-kriterji dawk il-paragrafi, inkluża lista ta' investimenti li jkollhom karatteristiċi simili bħal investimenti sostenibbli u l-limiti massimi rilevanti tal-kwalifika għall-finijiet tal-paragrafu 2 b'kunsiderazzjoni tad-disponibbiltà tal-informazzjoni rilevanti u l-kriterji tekniċi ta' skrinjar stabbiliti skont dan ir-Regolament. Din l-informazzjoni għandha tippermetti li l-investituri jidentifikaw:

(a)

il-persentaġġ ta’ parteċipazzjonijiet li jappartjenu għal kumpaniji f'kumpaniji differenti li jwettqu attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli;

(b)

is-sehem tal-investiment li jiffinanzja l-attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli bħala persentaġġ tal-attivitajiet ekonomiċi kollha.

(ba)

id-definizzjonijiet rilevanti ta' impriżi żgħar u mhux kumplessi msemmija fl-Artikolu 2b kif ukoll id-dispożizzjonijiet simplifikati li japplikaw għal dawn l-entitajiet.

3a.     Il-parteċipanti fis-swieq finanzjarji għandhom jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat skont il-paragrafu 3 sal-31 ta’ Diċembru 2019 bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-1 ta’ Lulju 2020. Il-Kummissjoni tista’ temenda l-att delegat, b’mod partikolari fid-dawl tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 6(2), l-Artikolu 7(2), l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 9(2), l-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 11(2). [Em. 39]

Artikolu 4a

Il-monitoraġġ tas-swieq

1.     F'konformità mal-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010, ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010, l-ASE rilevanti għandha timmonitorja s-suq għall-prodotti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 1 ta' dan ir-Regolament, li jiġu kkummerċjalizzati, distribwiti jew mibjugħa fl-Unjoni.

2.     L-awtoritajiet kompetenti għandhom jimmonitorjaw is-suq għal prodotti finanzjarji li huma kkummerċjalizzati, imqassma jew mibjugħa fl-Istat Membru tagħhom jew minnu.

3.     Skont l-Artikolu 9(5) tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, Nru 1094/2010, Nru 1095/2010, l-ASE rilevanti tista', fejn ikun hemm ksur ta' dan ir-Regolament mill-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1, tipprojbixxi jew tirrestrinġi temporanjament fl-Unjoni l-kummerċjalizzazzjoni, id-distribuzzjoni jew il-bejgħ tal-prodotti finanzjarji msemmija fl-Artikolu 1;

Projbizzjoni jew restrizzjoni msemmija fl-Artikolu 3 tista' tapplika f'ċirkostanzi, jew tkun soġġetta għal eċċezzjonijiet, speċifikati mill-ASE rilevanti.

4.     Meta tieħu azzjoni skont dan l-Artikolu, l-ASE rilevanti għandha tiżgura li l-azzjoni:

(a)

ma jkollhiex effett negattiv fuq l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji jew fuq l-investituri li jkun sproporzjonat għall-benefiċċji tal-azzjoni, u

(b)

ma' toħloqx riskju ta' arbitraġġ regolatorju;

Meta awtorità kompetenti jew awtoritajiet kompetenti jkunu ħadu miżura skont dan l-Artikolu, l-ASE rilevanti tista' tieħu kwalunkwe miżura msemmija fil-paragrafu 1.

5.     Qabel ma tiddeċiedi li tieħu kwalunkwe azzjoni skont dan l-Artikolu, l-ASE rilevanti għandha tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bl-azzjoni li qed tipproponi.

6.     L-ASE rilevanti għandha tirrieżamina projbizzjoni jew restrizzjoni imposta skont il-paragrafu 1 f'intervalli xierqa u tal-inqas kull tliet xhur. Jekk il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni ma tiġġeddidx wara dak il-perjodu ta' tliet xhur, din għandha tiskadi.

7.     L-azzjoni adottata mill-ASE rilevanti skont dan l-Artikolu għandha tipprevali fuq kwalunkwe azzjoni preċedenti meħuda minn awtorità kompetenti. [Em. 40]

Artikolu 5

Objettivi ambjentali sostenibbli

1.    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, dawn għandhom ikunu l-objettivi ambjentali:

(1)

il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima;

(2)

l-adattament għat-tibdil fil-klima;

(3)

l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-ilma u r-riżorsi marini;

(4)

it-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari, il-prevenzjoni u r-riċiklaġġ inklużi l-prevenzjoni tal-iskart u ż-żieda tal-użu ta' materji primi sekondarji ;

(5)

il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis;

(6)

il-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi b'saħħithom , u r-restawr tal-ekosistemi degradati .

1a.     L-għanijiet stabbiliti fl-ewwel paragrafu għandhom jitkejlu b'indikaturi armonizzati, analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja u kriterji xjentifiċi, u għandhom jiġu ssodisfati biex jiżguraw li jlaħħqu mal-isfidi ambjentali li ġejjin. [Em. 41]

Artikolu 6

Kontribuzzjoni sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima

1.   Attività ekonomika għandha tqis li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima meta dik l-attività tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-istabbilizzazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-gassijiet serra fl-atmosfera f’livell li jipprevjeni interferenza antropoġenika perikoluża mas-sistema tal-klima billi tevita jew tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet serra jew ittejjeb l-assorbimenti tal-gassijiet serra permezz ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-mezzi, inkluż permezz ta’ innovazzjoni tal-proċess jew tal-prodott:

(a)

il-ġenerazzjoni, il-ħażna , id-distribuzzjoni jew l-użu ta' enerġija rinnovabbli jew enerġija newtrali mil-lat ta' klima (inkluża enerġija newtrali mil-lat ta' karbonju) f'konformità mad-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli , inkluż permezz tal-użu ta' teknoloġija innovattiva li għandha l-potenzjal għal tfaddil sinfikanti sinifikanti fil-futur jew permezz ta' tisħiħ meħtieġ tal-grilja;

(b)

titjib fl-effiċjenza enerġetika , fis-setturi kollha, minbarra l-ġenerazzjoni tal-enerġija li tuża l-fjuwils fossili solidi, u fl-istadji kollha tal-katina tal-enerġija, sabiex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija primarju u finali ;

(c)

żieda fil-mobbiltà nadifa jew newtrali mil-lat ta’ klima;

(d)

il-qlib għall-użu għal jew l-użu miżjud ta' materjali rinnovabbli sostenibbli bbażati fuq valutazzjoni sħiħa taċ-ċiklu tal-ħajja u s-sostituzzjoni ta' materjali bbażati fuq il-fossili b'mod partikolari, li fi żmien qasir iwassal għal iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra ;

(e)

żieda fil-ġbir fl-użu ta' teknoloġiji ambjentalment sikuri tal-ġbir, użu u ħżin tal-karbonju (CCU) u tal-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju (CCS) li jwasslu għal tnaqqis nett f'emissjonijiet ;

(f)

l-eliminazzoni gradwali ta’ emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet serra, inklużi mill-fjuwils fossili;

(fa)

iż-żieda tat-tneħħija tas-CO2 mill-atmosfera u l-ħżin tiegħu f'ekosistemi naturali, pereżempju permezz tal-afforestazzjoni, ir-restawr ta' foresti u l-agrikoltura riġenerattiva;

(g)

l-istabbiliment ta’ infrastruttura tal-enerġija mitluba biex tkun permessa d-dekarbonizzazzjoni tas-sistemi tal-enerġija;

(h)

il-forniment tal-fjuwils nodfa u effiċjenti minn sorsi rinnovabbli u newtrali mil-lat ta’ karbonju.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 16 biex:

(a)

tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima . Dawk il-kriterji tekniċi ta' skrinjar għandhom jinkludu livelli limiti għall-attivitajiet ta' mitigazzjoni f'konformità mal-objettiv li jiġi limitat it-tisħin globali għal ferm inqas minn 2 oC u jsiru sforzi biex jiġi limitat għal 1,5 oC 'il fuq mil-livelli preindustrijali, kif stabbilit mill-Ftehim ta' Pariġi ;

(b)

tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi , għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija ibbażati fuq indikaturi msemmija fil-paragrafu 2 f’att delegat wieħed, li jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-31 ta’ Diċembru 2019 bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-1 ta’ Lulju 2020. [Em. 42, 66 u 99]

Artikolu 7

Kontribuzzjoni sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima

1.   Attività ekonomika għandha titqies li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima meta dik l-attività tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għat-tnaqqis tal-effetti negattivi tal-klima futura attwali u mistennija jew għall-prevenzjoni ta’ żieda jew ċaqliq ta’ effetti negattivi ta’ tibdil fil-klima, permezz ta’ dawn il-mezzi:

(a)

il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-effetti negattivi speċifiċi għall-post u għall-kuntest tat-tibdil fil-klima, li għandhom jiġu vvalutati u prijoritizzati bl-użu tal-previżjonijiet tal-klima disponibbli, dwar l-attività ekonomika;

(b)

il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tal-effetti negattivi li t-tibdil fil-klima jista' jkollu għall-ambjent naturali u mibni li fih isseħħ l-attività ekonomika, li għandhom jiġi vvalutati u prijoritizzati bl-użu tal-previżjonijiet tal-klima disponibbli u studji dwar l-impatt tal-bniedem fuq it-tibdil fil-klima .

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 16 biex:

(a)

tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-adattament għat-tibdil fil-klima;

(b)

tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi , għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija ibbażati fuq indikaturi msemmija fil-paragrafu 2 flimkien f'att delegat wieħed, li jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-31 ta’ Diċembru 2019 bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-1 ta’ Lulju 2020. [Em. 43]

Artikolu 8

Kontribuzzjoni sostanzjali għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-ilma u r-riżorsi marini

1.   Attività ekonomika għandha titqies li tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-korpi tal-ilma u tar-riżorsi tal-ilmijiet marini meta dik l-attività tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-istatus tajjeb tal-ilmijiet, inkluż l-ilma ħelu, l-ilmijiet temporanji inklużi l-ilmijiet tal-wiċċ interni , l-estwarji u l-ilmijiet kostali, jew għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini, fejn dik l-attività tieħu miżuri xierqa biex tirrestawra, tipproteġi u żżomm id-diversità bijoloġika, il-produttività, ir-reżiljenza, il-valur u s-saħħa globali tal-ekosistema marina, kif ukoll tal-għajxien tal-komunitajiet dipendenti fuqhom, permezz ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-mezzi:

(a)

il-protezzjoni tal-ambjent akkwatiku , inkluż l-ilma għall-għawm (l-ilma tax-xtut u l-ilma baħar), mill-effetti avversi ta' skariki ta' ilma urban u industrijali mormi , inkluż il-plastik, billi jiġi żgurat il-ġbir u t-trattament adegwat ta' ilmijiet urbani u industrijali mormija skont l-Artikoli 3, 4, 5 u 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE (39) jew skont l-aħjar teknika disponibbli stipulata fid-Direttiva 2010/75/UE,

(aa)

il-protezzjoni tal-ambjent akkwatiku mill-effetti negattivi tal-emissjonijiet u l-iskariki fil-baħar skont il-konvenzjonijiet ibbażati fuq l-OMI bħall-MARPOL, kif ukoll il-konvenzjonijiet mhux koperti mill-MARPOL bħall-Konvenzjoni dwar il-Ġestjoni tal-Ilma tas-Saborra u l-Konvenzjonijiet tal-Ibħra Reġjonali ;

(b)

il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem mill-effetti avversi ta’ kwalunkwe kontaminazzjoni ta’ ilma tax-xorb billi jiġi żgurat li jkun ħieles minn kull mikroorganiżmu, parassita u sustanza li tikkostitwixxi periklu potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, u li jivverifika li jissodisfa r-rekwiżiti minimi stabbiliti fl-Anness I, il-Partijiet A u B, tad-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE (40), u jiżdied l-aċċess taċ-ċittadini għall-ilma tax-xorb nadif;

(c)

l-astrazzjoni ta’ ilma f’konformita mal-objettiv ta’ status kwantitattiv tajjeb kif definit fit-Tabella 2.1.2 fl-Anness V tad-Direttiva 2000/60/KE;

(d)

it-titjib tal-immaniġġjar u tal-effiċjenza tal-ilma, il-faċilitazzjoni tal-użu mill-ġdid tal-ilma, is-sistemi tal-immaniġġjar tal-ilma tax-xita u kull attività oħra li tipproteġi jew ittejjeb il-kwalità u l-kwantità tal-korpi tal-ilma tal-Unjoni skont id-Direttiva 2000/60/KE;

(e)

l-iżgurar tal-użu sostenibbli tas-servizzi tal-ekosistema marina jew il-kontribuzzjoni għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini, kif determinat abbażi tad-deskritturi kwalitativi stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 2008/56/KE u kif speċifikat ulterjorment fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 (41).

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 16 biex:

(a)

tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-użu sostenibbli u għall-protezzjoni tal-ilma u tar-riżorsi marini;

(b)

tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi , għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 flimkien f’att delegat wieħed, u tqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-1 ta’ Lulju 2022, bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-31 ta’ Diċembru 2022. [Em. 44]

Artikolu 9

Kontribuzzjoni sostanzjali għall-ekonomija ċirkolari u għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ , inkluża l-prevenzjoni tal-iskart u għaż-żieda fl-użu tal-materji primi sekondarji

1.   Attività ekonomika għandha titqies li tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għat-tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari u għall-prevenzjoni , inklużi l-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ tal-iskart , li tinkludi ċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta' prodott jew l-attività ekonomika fi stadji differenti tal-produzzjoni, il-konsum u t-tmiem tal-ħajja, meta dik l-attività , f'konformità mal-acquis tal-UE, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għal dak l-objettiv ambjentali permezz ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-mezzi:

(a)

it-titjib tal-użu effiċjenti ta' materji primi u riżorsi prodotti, inkluż permezz tat-tnaqqis tal-użu ta' materji primi primarji u ż-żieda fl-użu ta' prodotti sekondarji u l-iskart materji primi sekondarji, b'tali mod li jiġu appoġġjat it-tmiem ta' operazzjonijiet tal-iskart ;

(b)

iż-żieda fid-durabbiltà, fil-kapaċità ta' tiswija, ta' aġġornament jew ta' użu mill-ġdid id-disinn, il-manifattura u ż-żieda fl-użu tal-prodotti li huma effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, durabbli (inkluż f'termini ta' tul il-ħajja u n-nuqqas ta' obsolexxenza programmata), li jistgħu jissewwew, jerġgħu jintużaw u jittejbu ;

(c)

iż-żieda id-disinn ta' prodotti li ġejjin mill-iskart u ż-żieda fil-kapaċità tal-użu mill-ġdid u ta' riċiklaġġ tal-prodotti, inkluż ta' materjali individwali inklużi fil-prodotti, fost l-oħrajn permezz ta' sostituzzjoni jew tnaqqis fl-użu ta' prodotti u materjali li mhumiex riċiklabbli;

(d)

it-tnaqqis fil-kontenut ta' sustanzi perikolużi u s-sostituzzjoni ta' sustanzi ta' tħassib serju ħafna fil-materjali u fil-prodotti , f'konformità mar-rekwiżiti legali armonizzati stabbiliti fil-livell tal-Unjoni, partikolarment, mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-UE li tiżgura ġestjoni sikura tas-sustanzi, il-materjali u l-prodotti u l-iskart ;

(e)

l-estensjoni tal-użu ta’ prodotti inkluż permezz taż-żieda fl-użu mill-ġdid, fil-manifattura mill-ġdid, fl-aġġornament, fit-tiswija u fil-kondiviżjoni ta’ prodotti mill-konsumaturi;

(f)

iż-żieda fl-użu ta’ materji primi sekondarji u l-kwalità tagħhom, inkluż permezz ta’ riċiklaġġ tal-iskart ta’ kwalità għolja;

(g)

it-tnaqqis ta' ġenerazzjoni tal-iskart inkluż ġenerazzjoni ta' skart fi proċessi relatati mal-produzzjoni industrijali, l-estrazzjoni ta' minerali, il-manifattura, il-kostruzzjoni u d-demolizzjoni ;

(h)

iż-żieda fit-tħejjija għal użu mill-ġdid u riċiklaġġ tal-iskart skont il-ġerarkija tal-iskart ;

(ha)

iż-żieda fl-iżvilupp tal-infrastruttura tal-immaniġġjar tal-iskart meħtieġa għall-prevenzjoni, l-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ;

(i)

l-evitar ta' inċinerazzjoni, rimi u rimi f'landfill tal-iskart skont il-ġerarkija tal-iskart ;

(j)

l-evitar , it-tnaqqis u t-tindif ta' żibel u tniġġis ieħor inklużi l-prevenzjoni u t-tnaqqis tal-iskart marin, ikkawżat minn immaniġġjar ħażin tal-iskart;

(ja)

it-tnaqqis tal-ġenerazzjoni tal-iskart tal-ikel fil-produzzjoni primarja, fl-ipproċessar u fil-manifatturar, fil-bejgħ bl-imnut u f'mezzi oħra ta' distribuzzjoni tal-ikel, f'restorants u servizzi tal-ikel kif ukoll fid-djar;

(k)

l-użu effiċjenti ta' riżorsi naturali tal-enerġija , materji primi, ilma u art;

(ka)

it-trawwim tal-bijoekonomija permezz tal-użu sostenibbli ta' sorsi rinnovabbli għall-produzzjoni ta' materjali u komoditajiet.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 16 biex:

(a)

tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar , ibbażati fuq l-indikaturi tal-ekonomija ċirkolari tal-Kummissjoni, li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-ekonomija ċirkolari u għall-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart;

(b)

tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar , ibbażati fuq l-indikaturi tal-ekonomija ċirkolari tal-Kummissjoni, għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija ibbażati fuq l-indikaturi tal-ekonomija ċirkolari tal-Kummissjoni msemmija fil-paragrafu 2 flimkien f’att delegat wieħed, li jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-1 ta’ Lulju 2021, bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-31 ta’ Diċembru 2021. [Em. 45]

Artikolu 10

Kontribuzzjoni sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis

1.   Attività ekonomika għandha titqies li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis meta dik l-attività tikkontribwixxi għal livell għoli ta’ b'mod sostanzjali għal protezzjoni ambjentali mit-tniġġis permezz ta’ kwalunkwe waħda minn dawn il-mezzi:

(a)

it-tnaqqis tal-emissjonijiet inkwinanti tal-ilma u tal-ħamrija għajr gassijiet serra;

(b)

it-titjib tal-livelli tal-kwalità tal-arja, tal-ilma jew tal-ħamrija fiż-żoni li fihom isseħħ l-attività ekonomika filwaqt li jiġu minimizzati l-impatti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent, u r-riskji għalihom;

(c)

il-minimizzazzjoni tal-effetti avversi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent tal-produzzjoni u l-użu tal-prodotti kimiċi.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 16 biex:

(a)

tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis;

(b)

tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta’ skrinjar ibbażati fuq indikaturi , għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta’ skrinjar skont il-punt (a) ta’ dan il-paragrafu, għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 flimkien f’att delegat wieħed, li jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-1 ta’ Lulju 2021, bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-31 ta’ Diċembru 2021. [Em. 46]

Artikolu 11

Kontribuzzjoni sostanzjali għall-protezzjoni tal-bijodiversità u tal-ekosistemi b'saħħithom jew għar-restawr tal-ekosistemi degradati

1.   Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, attività ekonomika għandha titqies li tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għal ekosistemi għall-bijodiversità u l-ekosistemi b'saħħithom jew ir-restawr ta' ekosistemi degradati meta dik l-attività tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-protezzjoni, għall-konservazzjoni u għat-titjib jew għar-restawr tas-servizzi tal-bijodiversità u tal-ekosistema f'konformità mal-istrumenti leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tal-Unjoni rilevanti, permezz ta' kwalunkwe waħda minn dawn il-mezzi:

(a)

il-konservazzjoni miżuri ta' konservazzjoni tan-natura biex iżommu jew jirrestawraw (ħabitati u speċji) ; il-protezzjoni, ta' fawna u flora selvaġġi fi stat ta' konservazzjoni favorevoli biex jilħqu popolazzjonijiet adegwati ta' speċji li jseħħu naturalment u miżuri għall-protezzjoni , ir-restawr u t-titjib tal-kundizzjoni tal-ekosistemi u l-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi;

(b)

il-ġestjoni sostenibbli tal-art, inkluża l-protezzjoni adegwata tal-bijodiversità tal-ħamrija; in-newtralità tad-degradazzjoni tal-art; u r-rimedju tas-siti kontaminati;

(c)

prattiki agrikoli sostenibbli, inklużi dawk li jikkontribwixxu għall-waqfien jew għall-prevenzjoni tad-deforestazzjoni u t-telf tal-ħabitati;

(d)

il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti , b'kunsiderazzjoni tar-Regolament tal-UE dwar l-Injam, ir-Regolament LULUCF tal-UE, id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli (RED) tal-UE u l-leġiżlazzjoni nazzjonali applikabbli, li hija konformi ma' dawn u l-konklużjonijiet tal-Konferenza Ministerjali dwar il-Protezzjoni tal-Foresti fl-Ewropa (MCPFE) .

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 16 biex:

(a)

tissupplimenta l-paragrafu 1 biex tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi li jiddeterminaw taħt liema kundizzjonijiet jitqies li attività ekonomika speċifika, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, tikkontribwixxi b'mod sostanzjali għall-protezzjoni ta' bijodiversità u ekosistemi b'saħħithom jew għar-restawr ta' ekosistemi degradati ;

(b)

tissupplimenta l-Artikolu 12 biex tistabbilixxi kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi , għal kull objettiv ambjentali rilevanti, biex jiġi determinat jekk attività ekonomika li fir-rigward tagħha jkunu stabbiliti kriterji ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi skont il-punt (a) ta' dan il-paragrafu, għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, hijiex meqjusa li toħloq ħsara sinifikanti lil wieħed minn dawn l-objettivi jew aktar.

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 2 flimkien f’att delegat wieħed, li jqis ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 14.

4.   Il-Kummissjoni għandha tadotta l-att delegat imsemmi fil-paragrafu 2 sal-1 ta’ Lulju 2022, bil-ħsieb li jiġi żgurat id-dħul fis-seħħ tiegħu sal-31 ta’ Diċembru 2022. [Em. 47]

Artikolu 12

Ħsara sinifikanti għall-objettivi ambjentali

1.    Għall-finijiet tal-Artikoli 3(b)  u 3a , b'kunsiderazzjoni taċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħha, attività ekonomika għandha titqies li tagħmel ħsara sinifikanti għal:

(a)

il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, meta dik l-attività twassal għal emissjonijiet sinifikanti tal-gassijiet serra;

(b)

l-adattament għat-tibdil fil-klima, meta dik l-attività twassal għal żieda fl-effett negattiv tal-klima attwali u mistennija, għall-ambjent naturali u mibni u lil hinn minnu li fih isseħħ l-attività;

(c)

l-użu sostenibbli u l-protezzjoni tal-ilma u tar-riżorsi marini, meta dik l-attività tkun ta' detriment sa punt sinifikanti għall-istatus tajjeb tal-ilmijiet tal-Unjoni, inklużi l-ilma ħelu, l-ilmijiet temporanji u l-ilmijiet kostali, jew għall-istatus ambjentali tajjeb tal-ilmijiet marini tal-Unjoni , f'konformità mad-Direttivi 2000/60/KE u 2008/56/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma ;

(d)

l-ekonomija ċirkolari u l-prevenzjoni u r-riċiklaġġ tal-iskart, meta dik l-attività twassal għal ineffiċjenzi sinifikanti fl-użu ta' materjali f'wieħed mill-istadji u riżorsi, bħall-enerġija mhux rinnovabbli, il-materji primi, l-ilma u l-art, direttament jew indirettament fi stadji differenti taċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti jew aktar, inklużi l-ineffiċjenzi relatati mal-karatteristiċi ddisinjati li jillimitaw il-ħajja tal-prodotti u inkluż f'termini tad-durabbiltà, il-kapaċità ta' tiswija, ta' aġġornament, ta' użu mill-ġdid jew ta' riċiklaġġ ta' prodotti; jew meta dik l-attività twassal għal żieda sinifikanti fil-ġenerazzjoni, fl-inċinerazzjoni jew fir-rimi tal-iskart;

(e)

il-prevenzjoni u l-kontroll tat-tniġġis meta dik l-attività twassal għal żieda sinifikanti fl-emissjonijiet ta’ inkwinanti għall-arja, għall-ilma u għall-art, meta mqabbla mas-sitwazzjoni qabel ma tkun bdiet din l-attività;

(f)

l-ekosistemi b'saħħithom, meta dik l-attività tkun ta' detriment sa punt sinifikanti għall-kundizzjoni tajba u r-reżiljenza tal-ekosistemi , inklużi l-bijodiversità u l-użu tal-art .

1a.     Meta tiġi vvalutata attività ekonomika skont il-kriterji (a) sa (f), għandhom jitqiesu l-impatti ambjentali tal-attività nnifisha, kif ukoll tal-prodotti u s-servizzi pprovduti minn dik l-attività tul iċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom u, jekk ikun meħtieġ, tul il-katina tal-valur. [Em. 48 u 101]

Artikolu 13

Salvagwardji minimi

Is-salvagwardji minimi msemmija fl-Artikolu 3(c) għandhom ikunu proċeduri implimentati mill-impriża li tkun qed twettaq attività ekonomika biex tiżgura li jiġu osservati l-prinċiipji u d-drittijiet stabbiliti fit-tmien konvenzjonijiet fundamentali identifikati fid-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar id-Drittijiet u l-Prinċipji Fundamentali fuq il-Post tax-Xogħol, jiġifieri: id-dritt li ma jkunux soġġetti għal xogħol furzat, il-libertà ta’ assoċjazzjoni, id-dritt għall-organizzazzjoni tal-ħaddiema, id-dritt ta’ negozjar kollettiv, ir-remunerazzjoni ugwali għal ħaddiema rġiel u nisa għal xogħol ta’ valur ugwali, in-nondiskriminazzjoni fl-opportunità u t-trattament fir-rigward tal-impjiegi u tal-professjoni, kif ukoll id-dritt li ma jkunux soġġetti għat-tħaddim tat-tfal. u l-Karta Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem.

Sal-31 ta' Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar il-konsegwenzi u l-adegwatezza ta' reviżjoni ta' dan ir-Regolament sabiex tinkludi l-konformità ma' salvagwardji minimi oħra li l-impriża li qed twettaq attività ekonomika trid tosserva sabiex tistabbilixxi li dik l-attività ekonomika hi ambjentalment sostenibbli.

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan l-Artikolu b'att delegat li jispeċifika l-kriterji biex tiddetermina jekk ikunx hemm konformità mar-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu. Meta tfassal l-att delegat imsemmi f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tqis il-prinċipji elenkati fil-paragrafi 1 u 2. Il-Kummissjoni għandha tadotta dak l-att delegat sal-31 ta' Diċembru 2020. [Em. 49, 70, 72 u 93]

Artikolu 14

Rekwiżiti għal kriterji tekniċi ta’ skrinjar

1.   Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar, adottati f’konformità mal-Artikoli 6(2), 7(2), 8(2), 9(2), 10(2) u 11(2), għandhom:

(-a)

tkun ibbażata fuq indikaturi armonizzati li jkejlu l-impatt ambjentali bl-użu tal-valutazzjoni armonizzata taċ-ċiklu tal-ħajja;

(a)

jidentifikaw l-aktar kontribuzzjonijiet potenzjali rilevanti għall-objettiv ambjentali partikolari, u jqisu mhux biss l-impatti fuq terminu qasir iżda anke l-impatti fuq terminu itwal ta’ attività ekonomika speċifika;

(b)

jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi li jenħtieġ li jiġu ssodisfati biex tiġi evitata ħsara sinifikanti għal kwalunkwe waħda mill-objettivi ambjentali rilevanti;

(c)

ikunu kwalitattivi jew kwantitattivi, jew it-tnejn li huma, u jinkludu livelli limiti meta possibbli;

(d)

fejn xieraq, jibnu fuq l-iskemi ta' tikkettar u ċertifikazzjoni tal-Unjoni, fuq metodoloġiji tal-Unjoni għall-valutazzjoni tal-impronta ambjentali, u fuq is-sistemi ta' klassifikazzjoni statistika tal-Unjoni, u jqisu kull leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti rilevanti; tiġi rikonoxxuta l-kompetenza tal-Istati Membri;

(e)

ikunu bbażati fuq evidenza xjentifika konklużiva u jqisu, meta rilevanti, l-prinċipju jaderixxu mal-prinċipju ta’ prekawzjoni stabbilit fl-Artikolu 191 tat-TFUE;

(f)

iqisu l-impatti ambjentali tal-attività ekonomika nnifisha, kif ukoll il-prodotti u s-servizzi pprovduti minn dik l-attività ekonomika speċjalment permezz taċ-ċiklu kollu tal-ħajja tagħhom u, jekk meħtieġ, permezz tal-katina tal-valur , billi jitqiesu l-produzzjoni mill-ipproċessar tal-materji primi sal-prodott finali , l-użu u t-tmiem , it-tmiem tal-ħajja tagħhom u r-riċiklaġġ ;

(fa)

tqis l-ispiża tan-nuqqas ta' azzjoni, ibbażata fuq il-Qafas ta' Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastri 2015-2030;

(g)

iqisu n-natura u l-iskala tal-attività ekonomika , iqisu jekk attività tkunx fi tranżizzjoni għal konfigurazzjoni u/jew operat sostenibbli, permezz ta' proġetti ta' riċerka u innovazzjoni, skedi ta' żmien speċifiċi u mogħdijiet għal din it-tranżizzjoni ;

(h)

iqisu l-impatt potenzjali fuq il-likwidità fis-suq, ir-riskju r-riskju li ċerti assi ma jiġux irkuprati bħala riżultat li jintilef il-valur minħabba t-tranżizzjoni għal ekonomija aktar sostenibbli, kif ukoll ir-riskju li jinħolqu inċentivi inkonsistenti;

(ha)

ikunu faċli biex jiġu applikati u jevitaw piż amministrattiv żejjed minn perspettiva tal-konformità;

(i)

ikopru l-attivitajiet ekonomiċi rilevanti kollha f'settur speċifiku f'makrosettur ekonomiku u jiżguraw li dawk l-attivitajiet kollha jkunu trattati b'mod ugwali f'termini tar-riskji ta' sostenibbiltà tagħhom jekk jikkontribwixxu b'mod ugwali lejn objettiv ambjentali wieħed jew aktar u ma jagħmlux ħsara sinifikanti lil wieħed mill-objettivi oħrajn taħt l-Artikoli 3 u 12 , biex tiġi evitata d-distorsjoni tal-kompetizjoni fis-suq;

(j)

ikunu stabbiliti biex jiffaċilitaw il-verifika ta’ konformità ma’ dawk il-kriterji kull fejn possibbli.

2.   Il-kriterji tekniċi ta' skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu wkoll kriterji bbażati fuq indikaturi għal attivitajiet relatati mat-tranżizzjoni għall-enerġija nadifa lejn emissjonijiet ta' gassijiet serra netti ta' żero, b'mod partikolari l-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli, sa fejn dawn jikkontribwixxu b'mod sostanzjali għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali.

2a.     Il-kriterji tekniċi ta' skrinjar għandhom jiżguraw li attivitajiet ta' ġenerazzjoni ta' enerġija li jużaw fjuwils fossili solidi ma jitqisux bħala attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli.

2b.     Il-kriterji tekniċi ta' skrinjar għandhom jiżguraw li l-attivitajiet ekonomiċi li jikkontribwixxu għal effetti ta' intrappolament tal-klijentela intensivi f'termini ta' karbonju ma jitqisux bħala attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli.

2c.     Il-kriterji tekniċi ta' skrinjar għandhom jiżguraw li attivitajiet ta' ġenerazzjoni tal-enerġija li jipproduċu skart mhux rinnovabbli ma jitqisux bħala attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli

3.   Il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu wkoll kriterji għal attivitajiet relatati mal-qlib għall-mobbiltà nadifa jew newtrali mil-lat ta’ klima, inkluż permezz ta’ bidla modali, miżuri ta’ effiċjenza u fjuwils alternattivi, sa fejn dawn jikkontribwixxu b’mod sostanzjali għal kwalunkwe wieħed mill-objettivi ambjentali.

3a.     Jekk il-biċċa l-kbira tal-impriżi li jwettqu attività ekonomika speċifika evidentement involuti fi trajettorja lejn li jittrasformaw din l-attività għal waħda sostenibbli, il-kriterji tal-iskrinjar jistgħu jikkunsidraw dan. Tali trajettorja tista' tintwera permezz ta' sforzi sostnuti tar-riċerka u żvilupp, proġetti kbar ta' investiment f'teknoloġiji ġodda u aktar sostenibbli, jew pjanijiet tat-tranżizzjoni konkreti għall-inqas fl-istadji bikrija tal-implimentazzjoni.

4.   Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina b’mod regolari l-kriterji ta’ skrinjar imsemmija fil-paragrafu 1 u, jekk xieraq, temenda l-atti delegati adottati skont dan ir-Regolament f’konformità mal-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi. [Em. 50, 73, 74, 75 u 104]

Artikolu 15

Pjattaforma dwar Finanzi Sostenibbli

1.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi Pjattaforma dwar il-finanzi sostenibbli liema kompożizzjoni għandha tiżgura bilanċ, firxa wiesgħa ta' opinjonijiet u ugwaljanza bejn is-sessi. Hi għandha tkun magħmula , b'mod bilanċjat, minn rappreżentanti mill-gruppi li ġejjin :

(a)

rappreżentanti ta’ dawn li ġejjin :

(i)

l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;

(ii)

l-Awtorità Superviżorja Ewropea;

(iii)

il-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

(iiia)

l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali;

(iiib)

il-Grupp Konsultattiv Ewropew għar-Rappurtar Finanzjarju (EFRAG);

(b)

esperti li jirrappreżentaw partijiet ikkonċernati privati rilevanti , inklużi l-atturi tas-swieq finanzjarji u mhux finanzjarji u s-setturi tan-negozju, li jirrappreżentaw l-industriji rilevanti ;

(ba)

esperti li jirrappreżentaw lis-soċjetà ċivili, inkluż b'għarfien espert fil-qasam ta' kwistjonijiet ambjentali, soċjali, tax-xogħol u ta' governanza.

(c)

esperti maħtura f’kapaċità personali, b’għarfien u esperjenza ppruvati fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament. li jirrappreżentaw lill-akkademja, inklużi universitajiet, istituti ta' riċerka u think tanks, inkluż b'għarfien espert globali.

1a.     L-esperti msemmija fil-punti (b) u (c) għandhom jiġu maħtura skont l-Artikolu 237 tar-Regolament Finanzjarju, u għandu jkollhom għarfien u esperjenza ppruvati fl-oqsma koperti minn dan ir-Regolament, speċjalment is-sostenibbiltà fis-settur finanzjarju .

1b.     Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu infurmati b'mod dovut fil-ħin fil-proċedura tal-għażla tal-esperti għall-Pjattaforma.

2.   Il-Pjattaforma dwar Finanzi Sostenibbli għandha:

(-a)

tavża lill-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' indikaturi armonizzati msemmija fl-Artikolu 14, il-paragrafu 1(-a) u l-ħtieġa possibbli biex jiġu aġġornati; b'dan il-mod hija għandha tibbaża fuq il-ħidma tal-entitajiet u l-inizjattivi rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari l-Qafas ta' Monitoraġġ tal-Ekonomija Ċirkolari.

(a)

tavża lill-Kummissjoni dwar il-kriterji tekniċi ta’ skrinjar imsemmija fl-Artikolu 14, u l-ħtieġa possibbli biex jiġu aġġornati dawn il-kriterji;

(b)

tanalizza l-impatt tal-kriterji tekniċi ta' skrinjar abbażi tad-data u r-riċerka xjentifika meta jkunu disponibbli f'termini tal-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali tal-applikazzjoni tagħhom;

(c)

tassisti lill-Kummissjoni biex tanalizza t-talbiet minn partijiet ikkonċernati biex tiżviluppa jew tirrevedi kriterji tekniċi ta' skrinjar għal attività ekonomika partikolari abbażi tad-data u r-riċerka xjentifika meta jkunu disponibbli ; il-konklużjonijiet ta' dawn l-analiżi għandhom jiġu ppubblikati fil-ħin fuq is-sit web tal-Kummissjoni;

(d)

fuq talba tal-Kummissjoni jew tal-Parlament Ewropew, tavża lill-Kummissjoni jew lill-Parlament Ewropew dwar is-sostenibbiltà tal-kriterji tekniċi ta' skrinjar għal użi ulterjuri possibbli;

(da)

tavża, b'kooperazzoni mal-EFRAG, lill-Kummissjoni dwar l-iżvilupp ta' standards ta' kontabbiltà tas-sostenibbiltà u standards integrati ta' rappurtar għal korporazzjonijiet u parteċipanti fis-suq finanzjarju, inkluż permezz tar-reviżjoni tad-Direttiva 2013/34/UE;

(e)

timmonitorja u tirrapporta regolarment lill-Kummissjoni dwar flussi it-tendenza fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri rigward il-flussi ta' kapital minn attivitajiet ekonomiċi b'impatt negattiv fuq is-sostenibbiltà ambjentali lejn investiment sostenibbli abbażi tad-data u r-riċerka xjentifika meta jkunu disponibbli ;

(f)

tavża lill-Kummissjoni dwar il-ħtieġa possibbli biex jiġi emendat ir-Regolament , b'mod partikolari fir-rigward tar-rilevanza u l-kwalità tad-data, u tal-modi kif jitnaqqas il-piż amministrattiv;

(fa)

tikkontribwixxi għall-evalwazzjoni u l-iżvilupp ta' regolamenti u politiki dwar il-finanzi sostenibbli, inklużi kwistjonijiet ta' koerenza politika;

(fb)

tassisti lill-Kummissjoni fid-definizzjoni ta' objettivi soċjali possibbli.

2a.     Il-Pjattaforma għandha tikkunsidra b'mod dovut id-data xierqa u r-riċerka xjentifika rilevanti fit-twettiq ta' dawn il-kompiti. Hija tista' twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi sabiex tiġbor l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonċernati dwar kwistjonijiet speċifiċi fil-mandat tagħha.

3.   Il-Pjattaforma dwar Finanzi Sostenibbli għandha tkun ippreseduta mill-Kummissjoni u magħmula f'konformità mar-regoli orizzontali tal-Kummissjoni għall-gruppi ta' esperti . Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-analiżijiet, id-deliberazzjonijiet, ir-rapporti u l-minuti tal-Pjattaforma fuq is-sit web tagħha. [Em. 51]

Artikolu 16

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikoli 4(3), 6(2), 7(2), 8(2), 9(2), 10(2), u 11(2) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat minn [Data ta’ dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 2 tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata hemmhekk. Din ma għandha taffettwa l-validità ta’ ebda att delegat diġà fis-seħħ.

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nominati minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet. Bħala parti mit-tħejjija tal-atti delegati, il-Kummissjoni għandha twettaq konsultazzjonijiet u valutazzjonijiet xierqa tal-għażliet ta' politika proposti.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 4(3), 6(2), 7(2), 8(2), 9(2), 10(2) u 11(2) , 12(2) u 13(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew il-Kunsill. [Em. 52]

Kapitolu II

Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 17

Klawsola ta’ rieżami

1.   Sal-31 ta' Diċembru 2021 u sussegwentement kull tliet snin wara, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar l-applikazzjoni u l-impatt ta' dan ir-Regolament. Dak ir-rapport għandu jevalwa:

(a)

il-progress dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-iżvilupp tal-kriterji tekniċi ta' skrinjar ibbażati fuq indikaturi għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli;

(b)

il-ħtieġa possibbli li jiġu riveduti l-kriterji u l-lista ta' indikaturi stabbiliti f'dan ir-Regolament biex titqies attività ekonomika ambjentalment sostenibbli biex tiffaċilita l-innovazzjoni u t-tranżizzjoni sostenibbli ;

(c)

l-adegwatezza li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament biex ikopri objettivi oħrajn dwar is-sostenibbiltà, b’mod partikolari objettivi soċjali;

(d)

l-użu tad-definizzjoni ta' investiment ambjentalment sostenibbli u investimenti b'impatt ambjentali negattiv fid-dritt tal-Unjoni, u fil-livell tal-Istat Membru, inkluża l-adegwatezza tar-rieżami jew tat-twaqqif ta' mekkaniżmu ta' verifika addizzjonali tal-konformità mal-kriterji bbażati fuq indikaturi stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(da)

l-effettività tat-tassonomija fit-twassil ta' investimenti privati f'attivitajiet sostenibbli.

1a.     Sal-31 ta' Diċembru 2021, u sussegwentement kull tliet snin minn hemm 'il quddiem, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jekk joħloq piż amministrattiv eċċessiv jew jekk id-data meħtieġa għall-parteċipanti fis-swieq finanzjarji ma tkunx disponibbli biżżejjed.

2.   Ir-rapport għandu jintbagħat Ir-rapporti għandhom jintbagħtu lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposti leġiżlattivi ta' akkumpanjament meta jkun xieraq. [Em. 53 u 105]

Artikolu 18

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.   Għandhom japplikaw l-Artikoli 3 sa 13 ta' dan ir-Regolament:

(a)

fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (1) u (2) tal-Artikolu 5, mill-1 ta’ Lulju 2020;

(b)

fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (4) u (5) tal-Artikolu 5, mill-31 ta’ Diċembru 2021;

(c)

fir-rigward tal-objettivi ambjentali msemmija fil-punti (3) u (6) tal-Artikolu 5, mill-31 ta’ Diċembru 2022.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 103.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 24.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Marzu 2019.

(4)  It-trasformazzjoni tad-dinja tagħna: L-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (NU 2015) disponibbli fuq https://sustainabledevelopment.un.org/post2015/transformingourworld.

(5)  COM(2016)0739.

(6)  CO EUR 17, CONCL 5.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1841 tal-5 ta’ Ottubru 2016 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim ta’ Pariġi adottat skont il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4).

(8)  Ir-Rapport Finali tal-Grupp ta’ Esperti ta’ Livell Għoli dwar il-Finanzjament Sostenibbli, Niffinanzjaw Ekonomija Ewropea Sostenibbli (EU High-Level Expert Group on Sustainable Finance Final Report, Financing a Sustainable European Economy) disponibbli fuq: https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/180131-sustainable-finance-final-report_en.pdf.

(9)  COM(2018)0097.

(10)  Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2013 dwar Programm Ġenerali ta’ Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (ĠU L 354/171, 28.12.2013).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2017/2396 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1316/2013 u (UE) 2015/1017 fir-rigward tal-estensjoni tad-durata tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi kif ukoll l-introduzzjoni ta' titjib tekniku għal dak il-Fond u għaċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti (ĠU L 345, 27.12.2017, p. 34).

(12)  Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 020, 26.1.2010, p. 7).

(13)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal- 21 ta' Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(14)  Ir-Regolament (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid ta' speċijiet aljeni invażivi (ĠU L 317, 4.11.2014, p. 35).

(15)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "L-assigurazzjoni ta' ħajjitna, il-kapital naturali tagħna: strateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020 (COM(2011)0244)

(16)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1).

(17)  Ir-Regolament (UE) Nru 511/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar miżuri ta' konformità għall-utenti mill-Protokoll ta' Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta' Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni ( ĠU L 150, 20.5.2014, p. 59).

(18)  Ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23).

(19)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew – Infurzar tal-Liġi, Tmexxija u Kummerċ fis-Settur Forestali (FLEGT) – Proposta għal Pjan ta' Azzjoni tal-UE (COM(2003)0251).

(20)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Pjan ta’ Azzjoni tal-UE kontra t-Traffikar ta' Organiżmi Selvaġġi (COM(2016)0087).

(21)  Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar skema ta' Ekotikketta tal-UE (ĠU L 27, 30.1.2010, p. 1).

(22)  Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta’ organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta’ ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (ĠU L 342, 22.12.2009, pp. 1).

(23)  Il-Kommunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Akkwist pubbliku għal ambjent aħjar {SEC(2008) 2124} {SEC(2008) 2125} {SEC(2008) 2126} COM (2008)0400.

(24)  2013/179/UE: Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-9 ta’ April 2013 dwar l-użu ta’ metodi komuni għall-kejl u l-komunikazzjoni tal-prestazzjoni ambjentali taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodotti u ta' organizzazzjonijiet (ĠU L 124, 4.5.2013, p. 1.)

(25)  L-Annessi 4 u 5 tar-Regolament (UE) Nru 538/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 691/2011 dwar il-kontijiet ekonomiċi ambjentali Ewropej (ĠU L 158, 27.05.2014, p. 113).

(26)  Id-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2001 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU L 197, 21.7.2001, p. 30).

(27)  Id-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU L 26, 28.1.2012, p. 1).

(28)  Id-Direttiva 2014/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-għoti ta' kuntratti ta' konċessjoni (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 1).

(29)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(30)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(31)  https://www.unpri.org/pri/what-are-the-principles-for-responsible-investment.

(32)  COM(2018)0097.

(33)   Id-Direttiva 2003/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Novembru 2003 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ u li temenda d-Direttiva 2001/34/KE (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 64).

(34)   Ir-Regolament (UE) 2017/1129 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar il-prospett li għandu jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, u li jħassar id-Direttiva 2003/71/KE (ĠU L 168, 30.6.2017, p. 12).

(35)  Ir-Regolament (UE) Nru 525/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mekkaniżmu għall-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra u għar-rapportar ta’ informazzjoni oħra relatata mat-tibdil fil-klima fil-livelli nazzjonali u tal-Unjoni u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 13).

(36)  Id-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, 22.11.2008, p. 3).

(37)  Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19-40).

(38)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).

(39)  Id-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta' Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU L 135, 30.5.1991, p. 40).

(40)  Id-Direttiva tal-Kunsill 98/83/KE tat-3 ta' Novembru 1998 dwar il-kwalità tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 330, 5.12.1998, p. 32).

(41)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/848 tas-17 ta' Mejju 2017 li tistabbilixxi kriterji u standards metodoloġiċi ta' status ambjentali tajjeb tal-ilmijiet tal-baħar, kif ukoll speċifikazzjonijiet u metodi standardizzati għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni, u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/477/UE (ĠU L 125, 18.5.2017, p. 43.)


26.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 108/1032


P8_TA(2019)0326

Estimi tad-dħul u l-infiq għas-sena finanzjarja 2020 – Taqsima I – Il-Parlament Ewropew

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta' Marzu 2019 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2020 (2019/2003(BUD))

(2021/C 108/57)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014 u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3) (il-FII tat-2 ta' Diċembru 2013),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ottubru 2017 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju u l-abbuż sesswali fl-UE (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' April 2018 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2019 (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Settembru 2018 dwar miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-fastidju morali u l-fastidju sesswali fuq il-post tax-xogħol, fi spazji pubbliċi u fil-ħajja politika fl-UE (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar it-tieni abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2019 dwar l-Integrazzjoni ta' Kwistjonijiet ta' Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-Parlament Ewropew (10),

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau bl-għan li jitħejja l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2020,

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fil-25 ta' Marzu 2019 skont l-Artikoli 25(7) u 96(1) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament,

wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Kumitat tal-Baġits skont l-Artikolu 96(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament,

wara li kkunsidra l-Artikolu 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0182/2019]),

A.

billi din il-proċedura hija l-ħames proċedura baġitarja sħiħa mwettqa fil-leġiżlatura l-ġdida u billi din hija s-seba' sena tal-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020;

B.

billi l-Baġit 2020, kif propost fir-rapport tas-Segretarju Ġenerali, qiegħed jitħejja fl-isfond ta' żieda annwali (inflazzjoni u żieda reali) fil-limitu massimu għall-Intestatura V u dan jippermetti iżjed lok għal tkabbir u investiment kif ukoll biex ikomplu jiġu implimentati politiki li jiksbu l-iffrankar ta' riżorsi u li jfittxu li jtejbu l-effiċjenza;

C.

billi fost l-objettivi prijoritarji li ġew proposti mis-Segretarju Ġenerali għall-Baġit 2020 insibu dawn li ġejjin: id-disponibbiltà tar-riżorsi meħtieġa għall-ewwel sena sħiħa wara l-elezzjoni ta' Parlament u Kummissjoni ġodda u d-disponibbiltà tar-riżorsi għall-proġetti ta' prijorità dwar l-involviment maċ-ċittadini, il-proġetti pluriennali tal-bini, is-sigurtà u l-iżviluppi tal-IT;

D.

billi ġie propost baġit ta' EUR 2 068 530 000 mis-Segretarju Ġenerali għall-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament għall-2020, li jirrappreżenta żieda kumplessiva ta' 3,58 % fuq il-Baġit 2019 u sehem ta' 18,38 % tal-Intestatura V tal-QFP 2014-2020;

E.

billi kważi żewġ terzi tal-baġit jikkostitwixxu nefqa indiċizzata li tirrigwarda partikolarment ir-remunerazzjonijiet, il-pensjonijiet, l-ispejjeż mediċi u l-allowances għall-Membri (21 %) u l-membri tal-persunal (35 %) attivi u rtirati, kif ukoll għall-bini (13 %) u li hija aġġustata skont ir-Regolamenti tal-Persunal u l-Istatut għall-Membri, l-indiċizzazzjoni speċifika skont is-settur jew ir-rata tal-inflazzjoni;

F.

billi fir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2015 dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tiegħu għas-sena finanzjarja 2016 (11), il-Parlament diġà saħaq fuq il-fatt li l-baġit tiegħu għandu jiġi stabbilit fuq bażi realistika u jkun konformi mal-prinċipji ta' dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba; jinnota li s-somom ta' flus f'daqqa huma għodda utli u rikonoxxuta biex jiżdiedu l-flessibbiltà u t-trasparenza;

G.

billi l-baġit tal-Parlament għandu jiżgura l-kompetenza leġiżlattiva sħiħa tiegħu u jippermetti l-funzjonament xieraq tiegħu;

H.

billi l-kredibilità tal-Parlament bħala fergħa waħda tal-awtorità baġitarja tiddependi sa ċertu punt mill-kapaċità tiegħu li jiġġestixxi l-infiq tiegħu stess u fuq l-abilità tiegħu li jiżviluppa d-demokrazija fil-livell tal-Unjoni;

I.

billi l-2020 se tkun l-ewwel sena sħiħa wara l-elezzjonijiet u għaldaqstant se jkun hemm ritorn għal-livell normali tal-attivitajiet politiċi ewlenin u tal-attivitajiet ta' appoġġ;

J.

billi l-fond ta' pensjoni volontarju ġie stabbilit fl-1990 mir-Regoli tal-Bureau li jirregolaw l-iskema ta' pensjoni addizzjonali (volontarja) (12);

K.

billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri ħarġet Opinjoni Nru 5/99 fis-16 ta' Ġunju 1999 bit-titolu “Fond u Skema tal-Pensjoni għall-Membri tal-Parlament Ewropew”;

Qafas ġenerali

1.

Jisħaq fuq il-fatt li s-sehem tal-baġit tal-Parlament fl-2020 għandu jinżamm taħt 20 % tal-livell massimu tal-Intestatura V; jinnota li l-livell tal-estimi għall-2020 jikkorrispondi għal 18,22 %, li huwa inqas minn dak li nkiseb fl-2019 (18,51 %) u l-aktar parti baxxa tal-Intestatura V f'dawn l-aħħar 15-il sena;

2.

Jenfasizza li l-akbar parti tal-baġit tal-Parlament hija fissa b'riżultat ta' obbligi statutorji jew kuntrattwali u soġġetta għal indiċizzazzjoni annwali;

3.

Jeżiġi li s-Segretarju Ġenerali u l-Bureau, bħala kwistjoni ta' prinċipju, jippreżentaw lill-Kumitat BUDG l-estimi tal-PE li jmiss eqreb lejn ir-rata ta' inflazzjoni, jekk mhux fil-livell tagħha, kif previst mill-Kummissjoni Ewropea;

4.

Jappoġġja l-ftehim li ntlaħaq fil-Konċiljazzjonijiet bejn il-Bureau u l-Kumitat għall-Baġits, fid-19 ta' Marzu 2019 biex tkun iffissata ż-żieda ta' 2,68 % fil-baġit 2019, perċentwal li jikkorrispondi għal-livell kumplessiv tal-estimi tiegħu għall-2020 ta' EUR 2 .05 0.4 30. 000, biex jitnaqqas il-livell tan-nefqa fl-abbozz preliminari tal-estimi approvat mill-Bureau fil-11 ta' Marzu 2019 ta' EUR 18,1 miljun u biex, konsegwentement, jitnaqqsu l-approprjazzjonijiet proposti għal-linji baġitarji li ġejjin: 1004 – Spejjeż għall-vjaġġi regolari; 1200 – Remunerazzjonijiet u allowances; 1402 Aġenti oħra – Xufiera fis-Segretarjat Ġenerali; 2007 – Kostruzzjoni ta' bini u sistemazzjoni fil-bini; 2022 – Manutenzjoni, żamma, operat u tindif tal-bini; 2024 – Konsum tal-enerġija; 2101 – Informatika u telekomunikazzjonijiet – Attivitajiet rikorrenti tal-funzjonament – Infrastruttura; 212 – Għamara; 214 – Materjal u installazzjonijiet tekniċi; 300 – Spejjeż għall-missjonijiet tal-persunal u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' xogħol; 302 – Spejjeż għal riċevimenti u rappreżentanza; 3040 – Spejjeż varji għal laqgħat interni; 3042 – Laqgħat, kungressi, konferenzi u delegazzjonijiet; 422 – Nefqa relatata mal-assistenza parlamentari. Jipprovdi approprjazzjoni ta' EUR 1 40. 000 lill-partita 1650 – Servizz mediku, EUR 1 60. 000 lill-partita 320 – Akkwist tal-opinjoni tal-esperti u EUR 4 00. 000 lill-partita 3211 – Nefqa għaċ-Ċentru Ewropew tal-Midja Xjentifika; jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li dawn il-bidliet ġew adottati mill-Bureau fil-25 ta' Marzu 2019;

5.

Jirrakkomanda lis-servizzi tal-Parlament jimplimentaw l-adattament tal-kummenti dwar il-partita 1650 – “Servizz mediku”, peress li l-approprjazzjoni addizzjonali ta' +EUR 1 40. 000 hija maħsuba biex tkopri spejjeż relatati mal-medjaturi u l-psikologi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-fastidju psikoloġiku u sesswali, u dwar il-partita 320 – “Akkwist tal-opinjoni tal-esperti”, peress li l-approprjazzjoni addizzjonali ta' +EUR 1 60. 000 hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż relatati mal-għarfien espert u l-esperti fil-qasam tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, u l-ġlieda kontra l-fastidju psikoloġiku u sesswali;

6.

Jinnota li s-sitwazzjoni rigward il-ħruġ tar-Renju Unit hija bbażata fuq ħruġ mill-Unjoni ordnat bi ftehim fuq l-approvazzjoni tal-ftehim dwar il-Brexit u l-approvazzjoni tad-dikjarazzjoni politika tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Novembru 2018 li skontha r-Renju Unit għandu jikkontribwixxi għall-baġit tal-Unjoni sal-2020; jinnota li l-biċċa l-kbira tal-iffrankar li jirriżulta mill-ħruġ diġà ġie inkorporat fil-Baġit 2019 u li għall-2020 se jkun hemm biss tnaqqis żgħir f'ċertu nfiq minħabba li se jkun hemm 46 Membru inqas;

7.

Jinnota li, f'każ li r-Renju Unit ma joħroġx mill-Unjoni jew joħroġ mingħajr ftehim, l-approprjazzjonijiet proposti jistgħu jiġu aġġustati matul il-proċedura baġitarja kollha mill-Bureau, mill-Kumitat għall-Baġits jew mill-Plenarja;

8.

Jissottolinja li l-funzjonijiet ewlenin tal-Parlament huma l-koleġiżlazzjoni mal-Kunsill u t-teħid ta' deċiżjonijiet dwar il-baġit tal-Unjoni, ir-rappreżentanza taċ-ċittadini u l-iskrutinju tal-ħidma tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni;

9.

Jaċċentwa r-rwol tal-Parlament fil-kostruzzjoni ta' kuxjenza politika Ewropea u fil-promozzjoni tal-valuri tal-Unjoni;

10.

Jisħaq fuq il-fatt li, fir-rigward tal-proposta tas-Segretarju Ġenerali, huwa meħtieġ iffrankar biex iż-żieda ta' din il-proposta titqarreb kemm jista' jkun għar-rata ta' inflazzjoni ġenerali mistennija għall-2020 u li huwa mħeġġeġ bis-sħiħ li jsir kull sforz li jwassal għal użu aktar effiċjenti u trasparenti tal-flus pubbliku;

Trasparenza u preċiżjoni

11.

Jinnota li żdiedet it-trasparenza fit-tħejjija tar-rapport tas-Segretarju Ġenerali bħal pereżempju l-għoti ta' informazzjoni addizzjonali dwar l-ippjanar, fuq terminu medju u twil, tal-investimenti, tal-obbligi statutorji, tan-nefqa amministrattiva u tal-metodoloġija, hekk kif mitlub mill-Parlament u mill-Kunsill;

12.

Jeżiġi li l-Baġit 2020 tal-Parlament ikun realistiku u preċiż rigward it-tqabbil tal-ħtiġijiet mal-kostijiet tagħhom sabiex jiġi evitat li jkun hemm ibbaġitjar żejjed;

13.

Jenfasizza li għandha tingħata l-akbar attenzjoni sabiex jiġi żgurat li r-riżorsi globali baġitarji u r-riżorsi għall-persunal li jkunu għad-dispożizzjoni tal-Parlament jintużaw bl-aktar mod effiċjenti fir-rigward tal-ispiża sabiex l-istituzzjoni u l-Membri tagħha jkunu jistgħu jaqdu b'suċċess il-missjoni leġiżlattiva finali tagħhom; itenni li dan jimplika ppjanar u organizzazzjoni metikolużi tal-metodi ta' ħidma tiegħu u, meta jkun possibbli, isir raggruppament tal-funzjonijiet u tal-istrutturi sabiex jiġi evitat li jkun hemm burokrazija żejda, funzjonijiet doppji u rduppjar tal-isforzi u tar-riżorsi;

Ħidma maċ-ċittadini

14.

Jilqa' l-inawgurazzjoni taċ-ċentri Europa Experience, jiġifieri l-ispazji għall-wirjiet, li jirriproduċu fuq skala iżgħar il-kunċett, li kien ta' suċċess, tal-Parlamentarium ġewwa Brussell; josserva li huwa ppjanat li jiġu installati ħames ċentri ġodda ta' Europa Experience fl-Uffiċċji ta' Kollegament sal-2020;

15.

Jinnota li l-ammont ibbaġitjat għall-installazzjoni ta' ħames ċentri ġodda ta' Europa Experience fl-Uffiċċji ta' Kollegament ikopri l-infrastruttura tal-wirja nnifisha, ġestita minn DĠ COMM, iżda mhux iż-żoni tal-wirja; jitlob aktar dettalji dwar l-ordni ta' kobor tal-ispejjeż kollha mistennija qabel il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament fil-ħarifa tal-2019;

16.

Jinnota l-ħolqien ta' serje ta' installazzjonijiet mobbli li ser iduru madwar l-Istati Membri sabiex iġibu lill-Unjoni eqreb għaċ-ċittadin;

17.

Jeżiġi lis-Segretarju Ġenerali jfassal rapport dettaljat u fattwali dwar il-valur miżjud tal-51 post tax-xogħol fid-DĠ COMM; jeżiġi li dan ir-rapport jiġi ppreżentat pubblikament fil-Kumitat BUDG qabel l-aħħar ta' Lulju 2019

Politika immobiljari u tat-Trasport

18.

Itenni l-appell tiegħu għal proċess deċiżjonali trasparenti fil-qasam tal-politika immobiljari, abbażi ta' informazzjoni bikrija, filwaqt li jitqies kif dovut l-Artikolu 266 tar-Regolament Finanzjarju;

19.

Ma jaqbilx mal-prattika kontinwa tat-“trasferiment ta' tlaqqit” ta' tmiem is-sena bħala kontribuzzjoni għall-proġetti immobiljari attwali; jenfasizza li tali “trasferiment ta' tlaqqit” iseħħ sistematikament fuq l-istess kapitli, titoli u, spiss, eżattament fuq l-istess linji baġitarji u jistaqsi jekk hemmx evalwazzjoni żejda programmata tagħhom, sabiex jiġu ġġenerati fondi għall-iffinanzjar tal-politika immobiljari tal-PE; iqis li l-politika immobiljari għandha tkun iffinanzjata b'mod trasparenti mil-linji baġitarji ddedikati għaliha;

20.

Jirrakkomanda li l-ippjanar annwali tal-baġit għall-binjiet kollha jassenja allokazzjoni għall-kostijiet ta' manutenzjoni u tiġdid li tikkorrispondi għal 3 % tat-total tal-kostijiet tal-bini l-ġdid, bħala parti minn politika immobiljari regolari u antiċipatorja; jenfasizza l-ħtieġa ta' strateġija immobiljari li tiżgura l-kosteffettività u jenfasizza l-benefiċċji potenzjali tal-prossimità tal-binjiet bħas-sinerġiji permezz tal-kondiviżjoni ta' funzjonijiet amministrattivi, ta' uffiċċji u allokazzjonijiet ta' kmamar;

21.

Josserva li r-riċezzjoni u l-okkupazzjoni tal-fergħa tal-Lvant kollha tal-binja ġdida Konrad Adenauer huma previsti għall-2020 u jinnota li immedjatament wara ser jibdew ix-xogħlijiet fuq il-fergħa tal-Punent ġdida; jinnota li jeħtieġ tiġi prevista nefqa għall-ġestjoni tal-proġett fl-istadji finali tal-kostruzzjoni bħal operazzjonijiet ta' rilokazzjoni sinifikanti, l-ewwel arredament u s-sorveljanza tas-sigurtà tas-sit taħt kostruzzjoni;

22.

Jieħu nota li l-kera u l-manutenzjoni tal-bini kollu eżistenti fil-Lussemburgu għadhom ibbaġitjati għas-sena kollha billi r-rilokazzjoni mill-bini eżistenti tista' ssir biss b'mod gradwali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jipprovdi d-dettalji li jitrattaw ir-rilokazzjoni gradwali u jispjega għalfejn ma hemmx il-possibbiltà ta' ffrankar diġà fl-2020;

23.

Jitlob aktar dettalji dwar ix-xogħlijiet tekniċi preparatorji inkluż ir-rilokazzjoni ta' funzjonalitajiet lejn bini ieħor, bħal dawk li jinsabu fil-bini PHS; jirrikjedi li l-Kumitat għall-Baġits jiġi fornut bi stimi u bi tqassim tal-kostijiet dettaljati f'dan ir-rigward qabel il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament fil-ħarifa tal-2019;

24.

Iqajjem dubju dwar l-ispejjeż għolja ħafna ta' ċerti żviluppi proposti, fosthom: l-installazzjoni tal-kmamar tas-seminars tal-viżitaturi fil-bini tal-Atrium (EUR 8 720 miljun), l-ispazju multifunzjonali fiż-żona tal-Esplanade (EUR 2 610 miljun), il-ħolqien ta' kantin self-service fil-bini tal-SDM fi Strasburgu (EUR 1,9 miljun); jistieden lis-Segretarju Ġenerali jipprovdi lill-Kumitat għall-Baġits bi kwalunkwe informazzjoni li hija relatata ma' dawn id-deċiżjonijiet qabel il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament fil-Ħarifa tal-2019;

25.

Iqis li għandu jinkiseb aktar iffrankar fir-rigward tan-nefqa fuq l-għamara għall-uffiċċji tal-Membri u l-assistenti tagħhom grazzi għar-rinnovazzjoni ta' dawn l-uffiċċji fil-bidu tal-mandat fl-2019;

26.

Huwa mħasseb dwar l-intenzjonijiet tal-Parlament li jespandi l-attività u l-preżenza diplomatika tiegħu fl-Indoneżja (Jakarta), fl-Etjopja (Addis Ababa) u fl-Istati Uniti (New York); jiddispjaċih li minkejja n-nuqqas ta' analiżi kost-benefiċċji komprensiva u aktar spjegazzjoni dwar l-argumenti sottostanti għall-għażla ta' dawn il-postijiet speċifiċi, il-Bureau qabel mal-proposta, kif ukoll mal-ħatra tal-kap attwali tal-uffiċċju tal-Parlament f'Washington D.C. bħala l-kap il-ġdid tal-uffiċċju f'Jakarta; iħeġġeġ, għalhekk, lis-Segretarju Ġenerali jidentifika l-linji baġitarji affettwati u jiċċara din is-sitwazzjoni xejn trasparenti billi jispjega l-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet rigward dawn il-postijiet differenti u l-ħatra tal-kap tal-uffiċċju l-ġdid f'Jakarta; iqis, sadanittant, li din id-deċiżjoni trid tiġi sospiża;

27.

Iqis li jista' jinkiseb iffrankar potenzjali mill-baġit tal-Parlament permezz ta' sede unika; ifakkar li l-analiżi tal-QEA għall-2014 stmat li l-ispejjeż tad-dispersjoni ġeografika tal-Parlament huma EUR 114-il miljun fis-sena; ifakkar ukoll li minħabba dik id-dispersjoni ġeografika, jirriżultaw f’78 % tal-missjonijiet kollha mill-persunal tal-Parlament u l-impatt ambjentali huwa bejn 11 000 u 19 000 tunnellata ta' emissjonijiet ta' CO2; jitlob għalhekk pjan direzzjonali lejn sede unika;

Sigurtà

28.

Jinnota li l-Baġit 2019 ser jinkludi l-aħħar pagamenti ta' investimenti sostanzjali li bdew fl-2016 bl-għan li tittejjeb b'mod sinifikanti s-sigurtà tal-Parlament; jindika li dawn il-proġetti jkopru diversi oqsma, prinċipalment relatati mal-bini, mat-tagħmir u mal-persunal iżda wkoll titjib fil-qasam taċ-ċibersigurtà u s-sigurtà tal-komunikazzjoni;

29.

Jissottolinja li l-proġett iPACS ser jipprovdi lill-Parlament b'teknoloġija ta' sigurtà moderna u integrata sabiex jitneħħew id-dgħufijiet eżistenti fis-sigurtà tal-bini u fl-2020 ser ikun fil-ħames u l-aħħar sena ta' implimentazzjoni; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jiġbor fil-qosor fid-dettall l-ispejjeż kollha marbuta mas-sigurtà tal-bini mill-2016 'l hawn;

30.

Iqis li l-għodod tal-IT huma strumenti importanti għall-Membri u għall-persunal biex iwettqu xogħolhom iżda jaf huma vulnerabbli għal ċiberattakki; jilqa' għaldaqstant l-aġġornament li sar fl-aħħar sentejn tal-grupp għall-attivitajiet taċ-ċibersigurtà u b'mod partikolari l-fatt li, wara li jilħaq l-istadju ta' funzjonament normali u jkompli bl-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tiegħu dwar iċ-Ċibersigurtà, il-baġit rilevanti ser jiżdied biss biex ikopri l-inflazzjoni;

31.

Jilqa' l-isforzi biex jittejbu s-servizzi għall-Membri permezz ta' investiment kontinwu fl-iżvilupp tal-applikazzjonijiet tal-IT, tkomplija tal-programm e-Parliament, riċerka u żvilupp dwar it-Tagħlim Awtomatiku fi ħdan il-memorji tat-traduzzjoni u programm pluriennali dwar il-ġestjoni teknika għall-kmamar tal-konferenzi; jitlob aktar informazzjoni dwar l-ammont totali li ntefaq f'dawn l-aħħar snin f'dawn il-programmi; jinnota li l-implimentazzjoni gradwali fuq il-perjodu twil ta' żmien ta' dawn il-proġetti bil-għan li l-kostijiet jitqassmu fuq snin finanzjarji differenti;

Kwistjonijiet relatati mal-Membri u mal-Assistenti Parlamentari Akkreditati

32.

Jitlob lill-Bureau sabiex jaħdem fuq soluzzjoni teknika li tippermetti lill-Membri jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw filwaqt li jibbenefikaw mil-liv tal-maternità, tal-paternità jew tal-mard tagħhom;

33.

Iqis li d-drittijiet soċjali u tal-pensjoni tal-Assistenti Parlamentari Akkreditati (APA) għandhom jiġu rrispettati; itenni t-talba tiegħu, f'dan ir-rigward, sabiex tinstab soluzzjoni prattika għal dawk l-APA li, wara li ħadmu f'żewġ leġiżlaturi mingħajr interruzzjoni fit-tmiem tal-leġiżlatura attwali, mhumiex ser ikollhom dritt għall-aċċess għall-iskema Ewropea tad-drittijiet tal-pensjoni meta jilħqu l-età tal-pensjoni peress li dawn ser ikollhom xi żmien nieqes mis-servizz meħtieġ ta' għaxar snin kif stabbilit fir-Regolamenti tal-Persunal minħabba l-elezzjonijiet bikrija fl-2014 u d-dewmien fil-validazzjoni tal-kuntratti l-ġodda tal-APA dovut għall-ammont kbir ta' ħidma matul il-perjodi ta' wara l-elezzjonijiet tal-2009; jistieden, għalhekk, lis-Segretarju Ġenerali sabiex jissottometti proposti ġodda prattiċi u kredibbli mmirati biex isolvu din il-problema darba għal dejjem;

34.

Jinnota r-reviżjoni tar-rati ta' allowances lill-APA mħallsa għall-missjonijiet li jagħmlu bejn it-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament; ifakkar madankollu t-talba ripetutament adottata tiegħu lill-Bureau sabiex jieħu azzjoni għall-allinjament sħiħ tar-rati ta' allowances imħallsa għall-missjonijiet li jagħmlu bejn it-tliet postijiet tax-xogħol tal-Parlament bejn l-uffiċjali, impjegati ċivili oħrajn u APA mil-leġiżlatura li jmiss;

35.

Jilqa' d-deċiżjoni dwar it-trainees tal-Membri meħuda mill-Bureau fl-10 ta' Diċembru 2018 li se tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Lulju 2019; jisħaq fuq il-fatt li remunerazzjoni minima vinkolanti tat-trainees għandha tiggarantilhom dħul deċenti bħal ma jiġri fil-każ tat-trainees fi ħdan l-amministrazzjonijiet tal-istitutzzjonijiet tal-UE;

36.

Jistenna li s-servizzi tat-traduzzjoni tal-Parlament jwettqu l-funzjoni ewlenija tagħhom li jappoġġjaw il-leġiżlazzjoni Unjoni u jgħinu lill-Membri fit-twettiq ta' dmirijiethom billi jipprovdu dokumenti tradotti b'livell għoli ta' kwalità fil-qafas ta' strateġija sostenibbli għall-futur;

37.

Itenni t-tħassib tiegħu dwar l-infiq addizzjonali fuq l-interpretazzjoni tal-ispjegazzjoni tal-vot orali matul is-sessjonijiet plenarji; iħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta analiżi mqassma dettaljata tal-ispejjeż relatati mal-ispjegazzjoni tal-vot orali; ifakkar li alternattivi, bħal spjegazzjoni tal-vot bil-miktub kif ukoll diversi faċilitajiet pubbliċi ta' komunikazzjoni, huma disponibbli għall-Membri li jixtiequ jispjegaw il-pożizzjonijiet tal-vot tagħhom jew iqajmu kwistjonijiet rilevanti għat-tħassib tal-elettorat tagħhom; f'dak il-kuntest, iqis li, sabiex jinkiseb iffrankar sinifikanti, l-ispjegazzjoni orali tal-vot tista' tiġi abolita;

38.

Ifakkar fl-Artikoli 27(1) u (2) fl-Istatut għall-Membri li jiddikjara li “Il-Fondgħall-pensjoni volontarja mwaqqaf mill-Parlament Ewropew għandu jinżamm wara d-dħul fis-seħħ ta' dan l-Istatut għall-Membri jew ex-Membri li diġà kisbu drittijiet jew jeddijiet futuri f'dak il-fond” u li “Drittijiet miksuba u drittijiet futuri għandhom jinżammu fl-intier tagħhom”; jistieden lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau jirrispettaw bis-sħiħ l-Istatut għall-Membri u b'mod urġenti jistabbilixxu pjan ċar għall-Parlament li jassumi u jieħu f'idejh l-obbligi u r-responsabbiltajiet għall-iskema tal-pensjoni volontarja tal-Membri tiegħu flimkien mal-Fond tal-Pensjoni; Itenni t-talba tiegħu lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri teżamina l-Fond Volontarju tal-Pensjoni tal-Membri u tinvestiga l-modi kif għandu jiġi żgurat finanzjament sostenibbli tal-Fond Volontarju tal-Pensjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Istatut għall-Membri, filwaqt li tiġi garantita t-trasparenza sħiħa;

39.

Itenni l-appell tiegħu għal trasparenza rigward l-Allowance għan-Nefqa Ġenerali (GEA) għall-Membri; jiddispjaċih li l-Bureau ma rnexxilux jintroduċi aktar trasparenza u obbligu ta' rendikont f'dan ir-rigward; jitlob li l-Membri jkunu kompletament responsabbli għall-infiq taħt din l-allowance;

Kwistjonijiet relatati mal-persunal

40.

Jemmen li, f'perjodu fejn ir-riżorsi finanzjarji u tal-persunal disponibbli għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni x'aktarx ser ikunu dejjem aktar limitati, huwa importanti li jiġu identifikati oqsma, inklużi iżda mhux limitati għas-servizzi tal-IT u tas-sigurtà, tal-interpretazzjoni u tat-traduzzjoni jew is-servizz tax-xufiera, fejn sinerġiji bejn il-funzjonijiet amministrattivi jistgħu jiżdiedu permezz tal-użu tal-esperjenza tal-Parlament u tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-Unjoni u billi jitqiesu bis-sħiħ id-diffikultajiet ta' governanza u d-differenzi f'termini ta' skala biex jinħolqu ftehimiet ta' kooperazzjoni ġusti;

41.

Jitlob li jiddaħħal rekwiżit li l-kontijiet tal-Membri relatati mal-allowance għall-ispejjeż ġenerali jiġu ċċekkjati minn accountant estern, tal-anqas fi tmiem il-mandat ta' Membru; jitlob, barra minn hekk, li l-infiq jiġi ppubblikat billi titqiegħed link ma' din id-data fil-paġni personali tal-Membri fis-sit web tal-Parlament Ewropew;

42.

Jilqa' l-ftehimiet ta' kooperazzjoni eżistenti bejn il-Parlament, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew li għandhom l-għan li jidentifikaw oqsma oħra li fihom jistgħu jiġu kondiviżi l-funzjonijiet amministrattivi; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jevalwa l-kooperazzjoni eżistenti fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni sabiex jidentifika aktar sinerġiji u ffrankar potenzjali;

43.

Jirrispetta l-prinċipju ta' aċċessibbiltà għaċ-ċittadini kollha; jistieden lis-Segretarju Ġenerali bi qbil mar-rikjesti adottati mill-Plenarja interpretazzjoni bil-lingwa tas-sinjali internazzjonali għad-dibattiti plenarji kollha, janalizza l-fattibbiltà tagħha;

44.

Ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament tas-26 ta' Ottubru 2017, tal-11 ta' Settembru 2018 u tal-15 ta' Jannar 2019 dwar il-ġlieda kontra l-fastidju sesswali u l-abbuż fl-Unjoni kif ukoll il-miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-fastidju morali u l-fastidju sesswali; jitlob appoġġ biex jiġu koperti l-ispejjeż ta' għarfien espert estern li huwa meħtieġ biex l-awditu estern jiġi estiż għall-“Kumitat konsultattiv tal-Persunal għall-persunal tal-Parlament” dwar il-prevenzjoni tal-fastidju; jitlob għal approprjazzjonijiet li jkopru l-implimentazzjoni sħiħa tal-passi tar-riformi fil-Parlament imsemmija fir-riżoluzzjoni dwar il-ġlieda kontra l-fastidju sesswali, inkluż it-taħriġ obbligatorju frekwenti kontra l-fastidju għall-persunal, l-APAs kollha u għall-Membri; barra minn hekk huwa tal-opinjoni li l-approprjazzjonijiet huma meħtieġa biex ikopru l-ispejjeż tal-medjaturi u ta' esperti oħra kompetenti biex jipprevjenu u jamministraw il-każijiet ta' fastidju fi ħdan il-Parlament flimkien man-netwerk ta' konsulenti kunfidenzjali u strutturi attwali;

45.

Jirrakkomanda aktar użu ta' vidjokonferenzi u teknoloġiji oħra sabiex jiġi protett l-ambjent u jiġu ffrankati r-riżorsi, b'mod partikolari billi jitnaqqsu l-missjonijiet tal-persunal bejn it-tliet postijiet ta' xogħol;

Kwistjonijiet oħra

46.

Iqis li l-proċedura għall-adozzjoni tal-estimi tal-Parlament għandha tiġi riveduta, filwaqt li jitqies id-dokument dwar il-ħidma li għaddejja mfassal mill-Grupp ta' Ħidma dwar il-proċedura baġitarja interna tal-Parlament, u fl-istess waqt tiġi rrispettata x-xewqa tal-gruppi politiċi li jissemplifikaw il-proċedura attwali, jagħmluha aktar effiċjenti billi jnaqqsu l-ammont ta' xogħol għall-Membri u għall-persunal kif ukoll tiżdied it-trasparenza u jiġu ċċarati r-responsabbiltajiet bejn l-atturi involuti; ifakkar li fil-proċedura attwali, il-Kumitat għall-Baġits iwettaq l-istess kompiti darbtejn, darba matul il-fażi tar-rebbiegħa (konċiljazzjoni mal-Bureau għall-adozzjoni tal-estimi tal-Parlament) u darb'oħra matul il-fażi tal-ħarifa (tressiq tal-emendi baġitarji) li jirriżulta f'għadd akbar ta' laqgħat, produzzjoni ta' dokumenti u spejjeż relatati (traduzzjonijiet, interpreti, eċċ.);

47.

Jitlob li jinżamm finanzjament adegwat taċ-Ċentru Medjatiku Ewropew tax-Xjenza, għal kooperazzjoni mal-istazzjonijiet tat-televiżjoni, il-midja soċjali u sħab ulterjuri sabiex jiġu stabbiliti skopijiet ta' taħriġ għall-ġurnalisti żgħażagħ, speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam ma' żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda u ma' aħbarijiet ibbażati fuq il-fatti u rieżaminati bejn il-pari;

48.

Jappella lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau biex inisslu kultura ta' bbaġitjar abbażi tal-prestazzjoni u tas-sostenibbiltà ambjentali fl-amministrazzjoni kollha tal-Parlament u approċċ ta' ġestjoni razzjonalizzata sabiex tiżdied l-effiċjenza u jitnaqqsu d-dokumentazzjoni u l-burokrazija fil-qafas tal-ħidma interna tal-istituzzjoni; jisħaq fuq il-fatt li l-esperjenza ta' ġestjoni razzjonalizzata hija t-titjib kontinwu tal-proċedura tal-ħidma bis-saħħa tas-semplifikazzjoni u l-esperjenza tal-persunal amministrattiv;

49.

Jitlob li jkun hemm trasparenza sħiħa fl-użu u l-ġestjoni tal-finanzjament magħmul disponibbli għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet Ewropej; jitlob li ssir evalwazzjoni bir-reqqa u kontroll tal-infiq tal-baġit mill-partiti u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej; jiġbed l-attenzjoni għall-kunflitt ta' interess li jirriżulta mill-isponsorjar tal-attivitajiet tal-partiti politiċi Ewropej minn kumpaniji privati; jitlob għalhekk li jiġu pprojbiti d-donazzjonijiet u l-isponsorizzazzjonijiet ta' kull xorta minn kumpanniji privati lill-partiti politiċi Ewropej u lill-fondazzjonijiet Ewropej;

o

o o

50.

Jadotta l-estimi għas-sena finanzjarja 2020;

51.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2017)0417.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2018)0182.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2018)0331.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2018)0404.

(9)  Testi adottati, P8_TA(2018)0503.

(10)  Testi adottati, P8_TA(2019)0010.

(11)  Testi adottati, P8_TA(2015)0172.

(12)  Testi adottati mill-Bureau, PE 113.116/BUR./rev. XXVI/01–04–2009.