ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 100

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
23 ta' Marzu 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 100/01

Avviż tal-Kummissjoni — Linji gwida għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar l-implimentazzjoni prattika tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1020 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti ( 1 )

1

2021/C 100/02

Avviż tal-Kummissjoni — Dokument ta’ gwida għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ merkanzija kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor ( 1 )

16

2021/C 100/03

Avviż tal-Kummissjoni — Gwida dwar l-Artikoli 34-36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) ( 1 )

38


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

23.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/1


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Linji gwida għall-operaturi ekonomiċi u għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar l-implimentazzjoni prattika tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1020 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 100/01)

1.   INTRODUZZJONI

Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti (1) (“ir-Regolament”) jintroduċi qafas komprensiv biex jipproteġi lill-konsumaturi minn prodotti mhux sikuri u mhux konformi u biex jipprovdi kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi ekonomiċi.

Is-suq uniku tal-UE jagħti lill-operaturi ekonomiċi aċċess għall-konsumaturi u għal utenti finali oħra fl-Istati Membri kollha, dment li dawn u l-prodotti tagħhom jissodisfaw ir-rekwiżiti legali tal-UE mmirati biex jipprovdu sikurezza, prestazzjoni ambjentali u interessi pubbliċi oħra. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet inkarigati mill-kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-UE (2) (“awtoritajiet tal-fruntieri”) għandhom jivverifikaw u jinfurzaw dawk ir-rekwiżiti. Dan jista’ jkun ta’ sfida, speċjalment għall-bejgħ mill-bogħod.

Ir-regoli l-ġodda dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodott jenħtieġ li jiżguraw konformità mar-rekwiżiti. Dawn jgħinu biex jinħolqu kundizzjonijiet ekwi, jiġifieri jipproteġu lin-negozji li jimmanifatturaw prodotti konformi minn kompetizzjoni inġusta. Jevitaw ukoll li l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-suq iġarrbu kostijiet mhux meħtieġa fl-investigazzjonijiet tagħhom.

Dawn il-linji gwida jikkonċernaw l-implimentazzjoni ta’ dispożizzjoni ewlenija tar-Regolament: L-Artikolu 4 dwar il-“kompiti tal-operaturi ekonomiċi rigward prodotti soġġetti għal ċerta leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni” (ara t-taqsima 6). L-Artikolu 4 jirrikjedi essenzjalment li għal ċerti prodotti mqiegħda fis-suq tal-UE, irid ikun hemm operatur ekonomiku fl-UE li fuq talba jipprovdi lill-awtoritajiet b’informazzjoni jew jieħu ċerta azzjoni. Dan se japplika mis-16 ta’ Lulju 2021 (l-Artikolu 44 tar-Regolament).

Dawn il-linji gwida jipprovdu gwida dwar kif l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jimplimentaw l-Artikolu 4:

It-Taqsima 2 tispjega l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu u liema operatur ekonomiku jenħtieġ li jaġixxi bħala l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 għal prodott partikolari;

It-Taqsima 3 tiċċara l-kompiti tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4; u

It-Taqsima 4 tipprovdi aktar dettall dwar l-applikazzjoni prattika tal-Artikolu 4 skont it-tip ta’ operatur ekonomiku li jaġixxi bħala l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4.

Barra minn hekk, peress li l-għan tal-Artikolu 4 huwa li jiffaċilita l-ħidma tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u tal-fruntieri, it-Taqsima 5 tistabbilixxi kif l-awtoritajiet jistgħu jagħmlu użu minn dan ir-rekwiżit fil-prattika.

Il-linji gwida huma mfassla biex jgħinu lill-operaturi ekonomiċi u lill-awtoritajiet u jiffaċilitaw implimentazzjoni konsistenti. Dawn jikkonċernaw l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 biss u ma japplikawx għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-prodotti mhux koperta minnha, li tista’ timponi rekwiżiti simili iżda differenti (3). Dawn jirreferu għar-rekwiżiti skont il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni kif japplikaw fid-data tal-adozzjoni ta’ din il-gwida. Gwida komprensiva dwar il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni hija disponibbli fil-Gwida Blu, li għaliha jirreferu dawn il-linji gwida (4). Il-Kummissjoni se taġġorna din il-gwida fid-dawl ta’ żviluppi leġiżlattivi ulterjuri f’oqsma oħra, bħal pereżempju l-Att dwar is-Servizzi Diġitali (5).

Dan id-dokument huwa maħsub purament bħala dokument ta’ gwida — huwa biss it-test tar-Regolament innifsu li għandu forza legali. Il-linji gwida jirriflettu l-fehmiet tal-Kummissjoni Ewropea u għaldaqstant mhumiex legalment vinkolanti. L-interpretazzjoni vinkolanti tal-leġiżlazzjoni tal-UE hija l-kompetenza esklussiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Il-fehmiet espressi hawnhekk ma jistgħux jippreġudikaw il-pożizzjoni li l-Kummissjoni tista’ tieħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. La l-Kummissjoni u lanqas ebda persuna li taġixxi f’isimha mhi responsabbli għall-użu li jista’ jsir mill-informazzjoni li ġejja.

2.   KAMP TA’ APPLIKAZZJONI U APPLIKAZZJONI

2.1   Kamp ta’ applikazzjoni

Operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 huwa meħtieġ meta prodott:

jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ waħda jew aktar mid-Direttivi jew ir-Regolamenti elenkati fl-Artikolu 4(5) jew ta’ leġiżlazzjoni oħra li tagħmel referenza espliċita għall-Artikolu 4. Din il-“leġiżlazzjoni speċifika għas-settur” tkopri s-sikurezza tal-ġugarelli, it-tagħmir elettriku, it-tagħmir tar-radju, il-kompatibbiltà elettromanjetika, ir-restrizzjoni ta’ sustanzi perikolużi f’tagħmir elettriku u elettroniku (“RoHS”), prodotti relatati mal-enerġija (“ekodisinn”), apparati tal-gass, prodotti tal-kostruzzjoni, makkinarju, tagħmir ta’ barra (“storbju ta’ barra”), tagħmir għall-użu f’atmosferi potenzjalment splussivi (ATEX), tagħmir ta’ pressjoni, reċipjenti sempliċi taħt pressjoni, oġġetti pirotekniċi, dgħajjes li jintużaw għar-rikreazzjoni, strumenti tal-kejl, strumenti tal-użin mhux awtomatiċi, tagħmir protettiv personali u sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord (6) (“drones”) (7); u

jitqiegħed fis-suq tal-UE (8) – jiġifieri jsir disponibbli (fornut għad-distribuzzjoni, għall-konsum jew għall-użu fis-suq tal-UE waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas kif ukoll jekk mingħajr ħlas) għall-ewwel darba fis-suq tal-Unjoni (9) – fis-16 ta’ Lulju 2021 jew wara (l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 44 tar-Regolament). Il-prodotti offruti għall-bejgħ online, jew b’mezzi oħra ta’ bejgħ mill-bogħod, għandhom jitqiesu bħala disponibbli fis-suq jekk l-offerta tkun immirata lejn utenti finali fl-Unjoni. Offerta għall-bejgħ titqies li hija mmirata lejn l-utenti finali fl-UE jekk l-operatur ekonomiku rilevanti jmexxi, bi kwalunkwe mezz, l-attivitajiet tiegħu lejn Stat Membru (l-Artikolu 6 tar-Regolament) (dan huwa ddeterminat każ b’każ fid-dawl ta’ fatturi rilevanti bħaż-żoni ġeografiċi li għalihom id-dispaċċ huwa possibbli, il-lingwa(i) użata/i għall-offerta jew għall-ordni, il-mezzi ta’ ħlas, eċċ (10).).

Għalhekk, operatur ekonomiku li jkollu l-ħsieb li jqiegħed fis-suq tal-UE fis-16 ta’ Lulju 2021 jew wara prodott kopert mill-Artikolu 4 għandu l-ewwel jiżgura li jkun hemm operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 fl-UE. Inkella, tali prodotti ma jistgħux jitqiegħdu fis-suq tal-UE fis-16 ta’ Lulju 2021 jew wara.

2.2   Determinazzjoni tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4

Erba’ tipi ta’ operaturi ekonomiċi jistgħu jaġixxu bħala l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4:

Manifattur (11) stabbilit fl-UE

Importatur (12) (skont id-definizzjoni stabbilit fl-UE), meta l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni

Rappreżentant awtorizzat (13) (skont id-definizzjoni stabbilit fl-UE) li jkollu mandat bil-miktub mingħand il-manifattur li jaħtar lir-rappreżentant awtorizzat sabiex iwettaq il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 4(3) f’isem il-manifattur

Fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni (14) stabbilit fl-UE fejn ma jkun hemm l-ebda manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat stabbilit fl-Unjoni

It-Taqsima 4 fiha dettalji dwar ir-rwol ta’ dawn l-operaturi ekonomiċi skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur u kif dan huwa relatat mal-kompiti tagħhom skont l-Artikolu 4.

Liema operatur ekonomiku jaġixxi bħala l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 jiddependi b’mod partikolari mill-katina tal-provvista. Il-Kaxxa 1 tipprovdi gwida qasira dwar dan u hija segwita minn spjegazzjoni ulterjuri.

Kaxxa 1

L-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 fi ktajjen tal-provvista differenti

Image 1

Pass 1: Jekk il-manifattur (kemm jekk stabbilit fl-UE kif ukoll jekk le) ikun ta mandat bil-miktub lil rappreżentant awtorizzat biex iwettaq il-kompiti speċifiċi skont l-Artikolu 4, dak ir-rappreżentant ikun l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4. F’każijiet oħra, dan jiddependi mill-katina tal-provvista.

Pass 2: Prodotti minn manifatturi stabbiliti fl-UE, kemm jekk jinbiegħu online kif ukoll fi ħwienet “tradizzjonali”, ġeneralment jitqiegħdu fis-suq mill-manifattur tal-UE (15). Għal tali prodotti, il-manifattur tal-UE huwa l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 (sakemm dan ma jkunx ħatar rappreżentant awtorizzat għall-kompiti skont l-Artikolu 4).

Pass 3: Prodotti minn manifatturi stabbiliti barra l-UE li jinbiegħu fi ħwienet “tradizzjonali” fl-UE fil-prinċipju jitqiegħdu fis-suq tal-UE minn importatur (16). Għal tali prodotti, l-importatur huwa l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 (sakemm il-manifattur ma jkunx ħatar rappreżentant awtorizzat għall-kompiti skont l-Artikolu 4). It-Taqsima 4.2 tispjega x’jiġri jekk ikun hemm diversi importaturi għall-istess tip ta’ prodott.

Pass 4: Għal prodotti minn manifatturi stabbiliti barra mill-UE offruti għall-bejgħ online (jew permezz ta’ bejgħ mill-bogħod ieħor), jista’ jkun hemm ukoll importatur, pereżempju offerta tal-prodott għall-bejgħ online stess jew il-bejgħ tiegħu lil distributur li jagħmel dan.

Pass 5: Jekk ma jkun hemm l-ebda importatur iżda fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni stabbilit fl-UE jkun qed jimmaniġġja l-prodott, il-fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni huwa l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 (sakemm il-manifattur ma jkunx ħatar rappreżentant awtorizzat għall-kompiti skont l-Artikolu 4). Għall-kuntrarju tal-importaturi u tar-rappreżentanti awtorizzati, il-fornituri tas-servizzi ta’ eżekuzzjoni ma jkollhomx awtomatikament konnessjoni formali mal-manifattur li tippermettilhom iwettqu l-kompiti tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4. Għalhekk, dawn se jkollhom jagħmlu arranġamenti ma’ operaturi ekonomiċi li lilhom ikunu qed jipprovdu servizzi ta’ eżekuzzjoni (“klijenti”) biex jiżguraw li l-ewwel jirċievu mingħand il-klijent, jew direttament mingħand il-manifattur, il-mezzi biex jissodisfaw l-obbligi tagħhom bħala l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 (ara t-Taqsima 4.4);

Pass 6: Meta l-prodott ikun qed jiġi ttrasportat minn barra l-UE direttament lil utent finali fl-UE, jekk rappreżentant awtorizzat ikun ingħata mandat bil-miktub għall-kompiti speċifiċi skont l-Artikolu 4, dan ikun l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4. Jekk il-manifattur ma jkunx ħatar rappreżentant awtorizzat, il-prodott ma jistax jiġi offrut għall-bejgħ lill-utenti finali tal-UE. L-operatur ekonomiku li jkun qed jippjana li joffri l-prodott għall-bejgħ (17) lil utenti finali tal-UE se jkollu jiżgura li l-manifattur jaħtar rappreżentant awtorizzat għal dak il-prodott (ara l-Kaxxa 2).

Kaxxa 2

Il-perspettiva ta’ operatur ekonomiku bbażat barra mill-UE li qed jippjana li joffri prodotti għall-bejgħ online lill-konsumaturi tal-UE jew lil utenti finali oħra: X’arranġamenti għandi nagħmel għal operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4? (eżempju)

L-ewwel nett, ivverifika li l-prodotti huma maħsuba għas-suq tal-UE u jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE. Jekk ikollok xi dubju, ikkuntattja lill-manifattur.

Jekk dan ikun kif suppost, iċċekkja mal-manifattur jekk diġà ħatarx rappreżentant awtorizzat għal dawn il-prodotti.

Jekk iva, kun ċert li l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tar-rappreżentant awtorizzat huma indikati kif meħtieġ (ara t-Taqsima 2.3).

Jekk le, esplora (f’kooperazzjoni mal-manifattur) il-modi li ġejjin:

jekk beħsiebek toffri l-prodotti għall-bejgħ f’post tas-suq online (ara t-Taqsima 2.4), dak il-post tas-suq joffri servizzi ta’ rappreżentant awtorizzat jew ta’ eżekuzzjoni?

jekk diġà tbigħ prodotti li għalihom huwa meħtieġ rappreżentant awtorizzat fl-UE jew entità simili (eż. kożmetiċi, apparat mediku u tagħmir tal-baħar), dik l-entità tkun interessata li tkun rappreżentant awtorizzat għall-prodotti tiegħek koperti mill-Artikolu 4?

hemm assoċjazzjonijiet kummerċjali rilevanti li (jista’) jkollhom aċċess għal informazzjoni dwar rappreżentanti awtorizzati eżistenti (peress li għadd ta’ manifatturi ta’ prodotti koperti mill-Artikolu 4 jista’ diġà jkollhom rappreżentant awtorizzat fl-UE)?

Meta tkun sibt rappreżentant awtorizzat potenzjali, kun ċert li l-manifattur jawtorizzah biex iwettaq il-kompiti meħtieġa (ara t-Taqsimiet 3 u 4.3). Imbagħad kun ċert li l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tar-rappreżentant huma indikati kif meħtieġ (ara t-Taqsima 2.3).

Meta fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni għandu jaġixxi bħala operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4, agħmel arranġamenti prattiċi, b’mod partikolari billi tiżgura li dan jirċievi d-dikjarazzjoni ta’ konformità/prestazzjoni għall-prodotti inkwistjoni. Imbagħad kun ċert li l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu huma indikati kif meħtieġ (ara t-Taqsima 2.3)

2.3   Informazzjoni dwar l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4

L-isem (jew l-isem kummerċjali/it-trademark reġistrat/a) u d-dettalji ta’ kuntatt (inkluż l-indirizz postali) tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 iridu jiġu indikati fuq tal-inqas wieħed minn dawn li ġejjin (l-Artikolu 4(4) tar-Regolament):

il-prodott;

l-imballaġġ tiegħu, jiġifieri l-imballaġġ tal-bejgħ;

il-pakkett, jiġifieri l-imballaġġ biex jiffaċilita l-immaniġġjar u t-trasport;

dokument ta’ akkumpanjament, eż. dikjarazzjoni ta’ konformità/prestazzjoni (18).

NB: Jekk l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 ikun manifattur jew importatur tal-UE, din l-informazzjoni normalment tkun diġà meħtieġa skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur (ara t-Taqsima 4). Dawk ir-rekwiżiti jistgħu jkunu aktar restrittivi fir-rigward tal-post fejn hija indikata l-informazzjoni, u għandhom jiġu rrispettati.

Indirizz tas-sit web jista’ jingħata flimkien ma’, iżda mhux minlfok, indirizz postali (normalment magħmul minn triq/kaxxa postali, numru tal-bini, kodiċi postali u belt). Barra minn hekk, huwa utli li jiġi inkluż indirizz elettroniku u/jew numru tat-telefon biex jiġu ffaċilitati kuntatti rapidi mal-awtoritajiet rilevanti.

Huwa possibbli li l-ismijet ta’ diversi operaturi ekonomiċi u d-dettalji ta’ kuntatt jiġu indikati fuq jew mal-prodott. Filwaqt li jista’ ma jkun hemm l-ebda rekwiżit espliċitu li dawn ikunu ppreċeduti minn “manifatturat minn”, “importat minn”, “rappreżentat minn” jew “sodisfatt minn”, l-informazzjoni jenħtieġ li ma tqarraqx bl-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Meta r-rwoli tal-operaturi ma jkunux speċifikati, l-awtoritajiet se jkollhom jiddeterminawhom huma stess. Kull operatur ekonomiku jenħtieġ li jkun jista’ jagħti prova tar-rwol tiegħu. Ma hemm l-ebda obbligu li jiġu tradotti t-termini bl-Ingliż “manifatturat minn”, “importat minn”, “rappreżentat minn” jew “sodisfatt minn”; dawn it-termini bl-Ingliż jitqiesu li jinftiehmu faċilment madwar l-UE kollha.

L-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 għandhom ikunu preżenti meta l-prodott jiġi ddikjarat għaċ-ċirkolazzjoni libera fid-dwana (l-Artikolu 26(1)(d) tar-Regolament). Għalhekk, f’każ li l-prodott ikun immirat għar-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera fl-UE u ma jkun previst l-ebda proċessar ulterjuri fuq il-prodott wara l-konsenja tiegħu (19), l-operaturi ekonomiċi barra mill-UE li joffru prodotti għall-bejgħ jenħtieġ li jiżguraw li dawn jiġu indikati bil-mod deskritt hawn fuq, billi jżiduhom (jew billi jiżguraw li dawn jiġu miżjuda) qabel it-tbaħħir jekk ikun meħtieġ.

2.4   Prodotti mibjugħin permezz ta’ postijiet tas-suq online

Post tas-suq online huwa tip ta’ servizz tal-kummerċ elettroniku fejn il-prodotti jiġu offruti għall-bejgħ minn diversi operaturi ekonomiċi (20). Dan jippermetti lill-operaturi ekonomiċi minn naħa, u lill-utenti finali min-naħa l-oħra, jikkonkludu tranżazzjonijiet ta’ bejgħ ta’ prodotti.

L-Artikolu 4 japplika għal prodotti mibjugħin permezz ta’ postijiet tas-suq online.

Dan ma jqiegħed l-ebda obbligu speċifiku fuq il-postijiet tas-suq online fejn dawn ikunu sempliċiment qed jipprovdu servizzi intermedjarji lil bejjiegħa terzi u jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 2(b) tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21). Fis-sitwazzjoni fejn post tas-suq online jintermedja l-offerta għall-bejgħ lill-utenti finali tal-UE ta’ prodott kopert mill-Artikolu 4 li għalih ma hemm l-ebda operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 (22) u jikseb għarfien jew konoxxenza attwali tal-kontenut illegali (eż. permezz ta’ avviż preċiż biżżejjed u sostanzjat b’mod adegwat minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq), dak il-post tas-suq online jista’ jiddependi biss mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà stabbilita fl-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2000/31/KE, jekk malli jikseb tali għarfien jew konoxxenza, jaġixxi malajr biex ineħħi jew jiddiżattiva l-aċċess għall-kontenut illegali inkwistjoni.

Meta post tas-suq online jkun ukoll manifattur, importatur, rappreżentant awtorizzat jew fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni, dan jista’ jkun l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4.

3.   IL-KOMPITI TAL-OPERATUR EKONOMIKU MSEMMI FL-ARTIKOLU 4

Din it-taqsima tikkategorizza u tipprovdi gwida dwar il-kompiti tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4. Dak l-operatur ekonomiku, speċjalment jekk ikun manifattur jew importatur tal-UE, jista’ jkollu diġà obbligi skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur (skont kif jiġi kklassifikat) li jkopru bis-sħiħ jew parzjalment dawk il-kompiti (ara t-Taqsima 4).

L-ewwel nett, skont l-Artikolu 4(3)(a), l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 għandu jwettaq għadd ta’ kompiti meta jaqdi dmirijietu jew meta jiżdied prodott ġdid fil-portafoll tiegħu:

jivverifika li tkun tfasslet id-dikjarazzjoni ta’ konformità/prestazzjoni u jżommha – il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur kollha koperta mill-Artikolu 4 tirrikjedi tali dikjarazzjonijiet (23). Kif speċifikat fil-leġiżlazzjoni koperta mill-Artikolu 4, dawn għandhom jinżammu għal 10 snin wara li l-prodott ikun tqiegħed fis-suq (24). Fejn japplika aktar minn att leġiżlattiv wieħed għal prodott, titfassal dikjarazzjoni waħda ta’ konformità għall-atti applikabbli kollha flimkien (25); u

jivverifika li d-dokumentazzjoni teknika tkun tfasslet (26) u jiżgura li din tkun tista’ ssir disponibbli għall-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fuq talba – meta l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 ma jżommx id-dokumentazzjoni nnifisha, dan jimplika l-verifika li d-dokumentazzjoni teżisti u l-kisba ta’ assigurazzjonijiet mill-manifattur li dan se jaqsamha fuq talba, jew mal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 jew mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq direttament (ara hawn taħt).

It-tieni, skont l-Artikolu 4(3)(c) u (d), meta l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 ikollu raġuni biex jemmen li prodott jippreżenta riskju (27), dan irid:

jikkuntattja lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rilevanti. Huwa jenħtieġ li jagħmel dan f’kull Stat Membru li fih il-prodott ikun sar disponibbli (28); huwa importanti wkoll li jinfurmahom dwar l-azzjoni korrettiva li ttieħdet jew li tkun se tittieħed; u

jiżgura li l-azzjoni korrettiva meħtieġa tittieħed minnufih biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta’ nuqqas ta’ konformità jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jiġi mmitigat ir-riskju (ara hawn taħt).

Finalment, skont l-Artikolu 4(3)(a), (b) u (d), l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 irid jieħu ċerta azzjoni meta jintalab jagħmel dan minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq:

jipprovdi lil dik l-awtorità bid-dikjarazzjoni ta’ konformità/prestazzjoni;

jipprovdi lill-awtorità bid-dokumentazzjoni teknika jew, fejn l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 ma jżommx din id-dokumentazzjoni, jiżgura li d-dokumentazzjoni teknika tiġi pprovduta lill-awtorità (b’mod partikolari mill-manifattur);

jipprovdi informazzjoni u dokumentazzjoni oħra biex juri l-konformità tal-prodott (dan jista’ jinkludi eż. ċertifikati u deċiżjonijiet minn korp notifikat) b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-awtorità (li għandha tiġi nnegozjata mal-awtorità – din tista’ tkun lingwa oħra minbarra l-lingwa(i) nazzjonali);

jikkoopera mal-awtorità. L-azzjoni meħtieġa se tiddependi mit-talba tal-awtorità, li għandha tkun skont il-prinċipju tal-proporzjonalità (l-Artikolu 14(2) tar-Regolament); u

jiżgura li l-azzjoni korrettiva meħtieġa tittieħed minnufih biex jiġi rrimedjat kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodott inkwistjoni jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jiġu mmitigati r-riskji ppreżentati mill-prodott. L-azzjoni tista’ tinvolvi li l-prodott isir konformi, jiġi rtirat jew inkella jittieħed lura, kif xieraq (29). L-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 ma għandux għalfejn jieħu azzjoni korrettiva jew jimmitiga r-riskju nnifsu jekk dak l-operatur ekonomiku ma jkunx obbligat jagħmel dan skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, iżda jrid jiżgura li tittieħed azzjoni, eż. billi jitlob lill-manifattur iwieġeb għat-talba u jivverifika li jkun għamel dan.

L-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 jenħtieġ li jaġixxi fi żmien raġonevoli jew fi kwalunkwe skadenza stabbilita mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq. Dan jenħtieġ li jipprovdi d-dikjarazzjoni ta’ konformità/prestazzjoni mingħajr dewmien u dokumenti oħra f’perjodu ta’ żmien raġonevoli (30).

Jekk l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 isib li ma jistax iwettaq kompitu wieħed jew aktar mill-kompiti tiegħu minħabba problema fir-relazzjonijiet tiegħu mal-manifattur (31) (eż. il-manifattur ma jweġibx għal talba), segwitu xieraq ikun li jfakkar lill-manifattur dwar l-obbligi tiegħu skont il-leġiżlazzjoni tal-UE. Jekk il-problema tippersisti, il-konsegwenza loġika tista’ tkun li jieħu l-miżuri meħtieġa biex ma jibqax l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 għall-prodotti inkwistjoni, fuq il-bażi li ma jkunx jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu skont l-Artikolu 4. Fi kliem ieħor, fil-każ ta’:

importatur – ma setax ikompli jqiegħed il-prodotti fis-suq;

rappreżentant awtorizzat – jista’ jipprova jtemm ir-relazzjoni tiegħu mal-manifattur;

fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni – ma setax jibqa’ jimmaniġġja l-prodotti, jiġifieri ma jibgħathomx lill-utenti finali.

L-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 jista’ jiġi ssanzjonat (32) jekk ma jissodisfax il-kompiti tiegħu skont l-Artikolu 4. Kwalunkwe penali trid tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva (l-Artikolu 41(2) tar-Regolament). Il-manifattur jibqa’ responsabbli għall-konformità tal-prodott mal-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur u (bħal atturi oħra fil-katina tal-provvista) iżomm kwalunkwe obbligu legali li għandu fir-rigward ta’ prodotti, garanziji, responsabbiltà għal prodotti difettużi, eċċ. L-Artikolu 4 ma jimponix obbligi legali addizzjonali fil-konfront tal-konsumaturi jew utenti finali oħra.

4.   IMPLIKAZZJONIJIET PRATTICI GHALL-OPERATURI EKONOMICI

Il-kompiti tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 (kif deskritt fl-Artikolu 4) huma l-istess irrispettivament minn liema tip ta’ operatur ekonomiku qed iwettaqhom, iżda l-punt sa fejn jikkoinċidu mal-kompiti l-oħra tal-operatur ekonomiku skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur ivarja. L-“obbligi tal-Artikolu 4” kollha japplikaw, irrispettivament minn dak li tirrikjedi l-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur tal-operatur ekonomiku inkwistjoni. Hemm xi differenzi settorjali, iżda l-biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjoni ssegwi mill-qrib id-dispożizzjonijiet legali mudell dwar l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi (33). Din it-taqsima tenfasizza d-differenzi li jaffettwaw l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4.

4.1   Manifatturi stabbiliti fl-UE

Manifattur huwa persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat, u li tikkummerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew it-trademark tagħha (l-Artikolu 3 tar-Regolament) (34). Jekk stabbilit fl-UE, fil-prinċipju dan huwa l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4, sakemm ma jkunx ħatar rappreżentant awtorizzat għall-kompiti speċifiċi skont l-Artikolu 4.

Il-manifatturi stabbiliti fl-UE diġà għandhom responsabbiltajiet skont leġiżlazzjoni speċifika għas-settur li b’mod ġenerali jikkoinċidu mal-obbligi skont l-Artikolu 4(3) u jmorru lil hinn minnhom. Eċċezzjoni hija li – għall-kuntrarju tal-Artikolu 4 – il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-istorbju ta’ barra, il-makkinarju u l-ekodisinn ma tobbligahomx espliċitament biex jinfurmaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fejn ikollhom raġuni biex jemmnu li prodott kopert minn tali leġiżlazzjoni jippreżenta riskju. Madankollu, il-manifatturi stabbiliti fl-UE u li huma l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 se jkollhom jagħmlu dan għall-prodotti koperti minn dawn l-atti leġiżlattivi.

Il-biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur tirrikjedi li l-isem/it-trademark u l-indirizz tal-manifattur jiġu indikati fuq il-prodott; madanakollu:

għal xi setturi, dik l-informazzjoni tista’ f’ċerti ċirkostanzi tiġi indikata minflok fuq l-imballaġġ jew f’dokument ta’ akkumpanjament;

il-leġiżlazzjoni tal-ekodisinn ma fiha l-ebda rekwiżit bħal dan;

minflok, il-leġiżlazzjoni dwar l-istorbju ta’ barra u l-makkinarju tirrikjedi li l-isem u l-indirizz jiġu indikati fid-dikjarazzjoni ta’ konformità (35) (jew fid-dikjarazzjoni ta’ inkorporazzjoni, fil-każ ta’ makkinarju parzjalment komplut (36)) u li d-dikjarazzjoni takkumpanja l-prodott (37).

Għalhekk, fil-każ eċċezzjonali ta’ prodott kopert mil-leġiżlazzjoni tal-ekodisinn iżda mhux mil-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur l-oħra koperta mill-Artikolu 4, l-Artikolu 4 jirrikjedi li l-manifatturi stabbiliti fl-UE u li huma l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 jieħdu l-azzjoni addizzjonali li jindikaw isimhom u d-dettalji ta’ kuntatt tagħhom.

4.2   Importaturi

Importatur huwa persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-UE li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-UE (l-Artikolu 3 tar-Regolament). Jekk ikun hemm importatur fl-UE, fil-prinċipju dan huwa l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4, sakemm il-manifattur ma jkunx ħatar rappreżentant awtorizzat għall-kompiti speċifiċi skont l-Artikolu 4.

Il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur b’mod ġenerali timponi fuq l-importatur obbligi li jikkoinċidu mal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 4(3) u jmorru lil hinn minnhom (38). Għal darb’oħra, eċċezzjoni hija li – għall-kuntrarju tal-Artikolu 4 – il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-istorbju ta’ barra, il-makkinarju u l-ekodisinn ma tobbligax b’mod espliċitu lill-importaturi biex jinformaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fejn ikollhom raġuni biex jemmnu li prodott kopert minn tali leġiżlazzjoni jippreżenta riskju. Madankollu, l-importaturi ta’ prodotti li jaqgħu taħt dik il-leġiżlazzjoni u li huma l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 se jkollhom jagħmlu dan għall-prodotti koperti minn dawn l-atti leġiżlattivi.

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi għas-settur dwar l-indikazzjoni tal-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-importatur fuq jew mal-prodott huma fil-biċċa l-kbira l-istess bħal dawk għall-manifattur (ara hawn fuq). Għalhekk, f’każijiet eċċezzjonali biss l-Artikolu 4 jirrikjedi li l-importatur li huwa l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 jieħu l-azzjoni addizzjonali li jindika ismu u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu.

Meta diversi importaturi jimmaniġġjaw l-istess tip ta’ prodott, kull wieħed minnhom ikun l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 għall-unitajiet li jkun qiegħed fis-suq tal-UE u jkollu jiżgura li ismu jidher fuq jew ma’ dawk l-unitajiet, kif meħtieġ. Dan diġà huwa l-każ skont leġiżlazzjoni speċifika għas-settur fejn hemm diversi importaturi għall-istess tip ta’ prodott. Għalhekk, prodott individwali jenħtieġ li fil-prinċipju jkollu biss l-isem tal-importatur rilevanti.

4.3   Rappreżentanti awtorizzati

Rappreżentant awtorizzat huwa persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-UE li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur biex taġixxi f’ismu relattivament għal kompiti speċifikati fir-rigward tal-obbligi tal-manifattur skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jew skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2019/1020 (l-Artikolu 3 tar-Regolament). Jekk manifattur ikun irid li rappreżentant awtorizzat jaġixxi bħala l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4, dan irid jiżgura li l-mandat jinkludi l-kompiti kollha elenkati fl-Artikolu 4(3). Ir-rappreżentant awtorizzat irid ikollu l-mezzi xierqa biex ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu (l-Artikolu 5(3) tar-Regolament).

Leġiżlazzjoni speċifika għas-settur ta’ spiss tippermetti l-ħatra ta’ rappreżentant awtorizzat (39). Meta tittieħed dik l-għażla, ġeneralment dan jirrikjedi li r-rappreżentant jingħata l-mandat li tal-inqas jagħmel dan li ġej:

iżomm id-dikjarazzjoni ta’ konformità/prestazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali tas-sorveljanza tas-suq għal perjodu speċifikat (ġeneralment 10 snin fil-każ tal-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur koperta mill-Artikolu 4);

b’segwitu għal talba motivata, jipprovdi lil awtorità nazzjonali kompetenti l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità ta’ prodott; u

jikkoopera mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, fuq talba tagħhom, fir-rigward ta’ kwalunkwe azzjoni meħuda biex jiġu eliminati r-riskji ppreżentati minn prodotti (40) koperti mill-mandat tiegħu.

Eċċezzjonijiet għal dan jistgħu jinstabu fil-leġiżlazzjoni dwar l-istorbju ta’ barra, il-makkinarju u l-ekodisinn, li skontha r-rappreżentant awtorizzat għandu kompiti differenti, eqreb ta’ dawk tal-manifattur.

Meta manifattur ikun ħatar rappreżentant awtorizzat skont il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur u jkun iridu jaġixxi bħala l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4, dan għalhekk ikollu jirrevedi l-mandat tiegħu biex jiżgura li jinkludi l-kompiti kollha elenkati fl-Artikolu 4(3). B’mod partikolari, jista’ jkollu jżid kompiti li għandhom jitwettqu meta r-rappreżentant ikollu raġuni biex jemmen li prodott jippreżenta riskju.

Bl-istess mod, meta manifattur ikun qed jippjana li jaħtar rappreżentant awtorizzat bil-għan li jiffaċilita l-konformità mal-Artikolu 4, u meta jkun irid jaħtar rappreżentant awtorizzat fil-qafas tal-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur, dan se jkollu jivverifika l-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur applikabbli għal kompiti possibbli flimkien ma’ dawk meħtieġa mill-Artikolu 4.

Minbarra l-kompiti elenkati fl-Artikolu 4(3), ir-rappreżentant awtorizzat irid ukoll, fuq talba, jipprovdi lil awtorità tas-sorveljanza tas-suq b’kopja tal-mandat tiegħu f’lingwa tal-UE determinata mill-awtorità (l-Artikolu 5(2) tar-Regolament).

Il-leġiżlazzjoni dwar l-istorbju ta’ barra, il-makkinarju u l-prodotti tal-kostruzzjoni tirrikjedi li l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tar-rappreżentant awtorizzat jiġu indikati fid-dikjarazzjoni ta’ konformità/prestazzjoni (41) li għandha takkumpanja dawn il-prodotti (42). F’ħafna setturi oħra, il-leġiżlazzjoni tirrikjedi li l-manifattur jindika indirizz ta’ kuntatt fuq jew mal-prodott; dak l-indirizz jista’ jkun dak tar-rappreżentant awtorizzat. Fejn l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt ta’ rappreżentant awtorizzat li huwa l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 ikunu għadhom mhumiex indikati fuq jew mal-prodott, l-operatur ekonomiku li jqiegħed il-prodott fis-suq tal-UE jenħtieġ li jiżgura li dawn jiżdiedu kif meħtieġ (għal proċess aktar faċli, huwa jista’ jitlob lill-manifattur jagħmel dan b’mod sistematiku).

4.4   Fornituri tas-servizzi ta’ eżekuzzjoni stabbiliti fl-UE

Fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni huwa persuna fiżika jew ġuridika li toffri mill-inqas tnejn mis-servizzi li ġejjin waqt attività kummerċjali, mingħajr ma jkollha s-sjieda tal-prodotti involuti:

ħżin;

imballaġġ;

indirizzar; u

dispaċċ.

Is-servizzi kwalifikanti ma jinkludux servizzi postali (43), servizzi tal-konsenja tal-pakketti (44) jew kwalunkwe servizz postali jew tat-trasport tal-merkanzija ieħor (l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-fornituri tas-servizzi ta’ eżekuzzjoni normalment jaħżnu l-prodotti fl-UE, sabiex ikunu jistgħu jitwasslu malajr lill-konsumaturi tal-UE jew lil utenti finali oħra malli jiġu ordnati online. Għaldaqstant, huma jipprovdu servizzi lil operaturi ekonomiċi oħra. Meta jirċievu ordni, huma jippakkjaw il-prodott (sakemm ma jkunx diġà ppakkjat kif suppost għat-trasport), iwaħħlu l-indirizz tal-kunsinna u jibagħtuh, jew billi jgħadduh lil servizz postali, tal-pakketti jew tat-trasport jew billi jwassluh huma stess.

Hemm firxa wiesgħa ta’ xenarji operattivi għas-servizzi ta’ eżekuzzjoni, iżda kif deskritt hawn dawn imorru lil hinn minn dawk tal-fornituri tas-servizzi postali/tal-pakketti (jiġifieri l-ikklerjar u s-separazzjoni, it-trasport u l-konsenja ta’ pakketti). Meta persuna fiżika jew ġuridika toffri kemm servizzi ta’ eżekuzzjoni kif ukoll servizzi ta’ konsenja postali/tal-pakketti jew tat-trasport tal-merkanzija, l-Artikolu 4 jista’ jkun ta’ rilevanza biss fir-rigward tal-prodotti mmaniġġjati mis-servizzi ta’ eżekuzzjoni tagħha.

Il-fornituri tas-servizzi ta’ eżekuzzjoni stabbiliti fl-UE huma l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 għall-prodotti li jimmaniġġjaw f’każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat fl-UE għal dawk il-prodotti. Għalhekk, qabel ma jaqblu li jipprovdu s-servizz ta’ eżekuzzjoni għal prodott kopert mill-Artikolu 4, huma jenħtieġ li jivverifikaw mal-klijent tagħhom jekk diġà hemmx wieħed mit-tipi l-oħra ta’ operatur ekonomiku fl-UE għal dak il-prodott. Jekk le, dawn se jkunu l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4.

Il-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur ma tirreferix għall-fornituri tas-servizzi ta’ eżekuzzjoni. Għalhekk, meta jaġixxu bħala l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4, jeħtieġ li dawn jagħmlu arranġamenti mal-klijenti tagħhom biex jiżguraw li, qabel ma jaqblu li jipprovdu s-servizz, jirċievu mingħand il-klijent, jew direttament mingħand il-manifattur, il-mezzi biex jissodisfaw l-obbligi, b’mod partikolari:

id-dikjarazzjoni ta’ konformità/prestazzjoni għall-prodotti inkwistjoni; u

l-iżgurar tal-kooperazzjoni biex tgħinhom iwettqu kompiti oħra, bħal:

l-għoti ta’ dokumentazzjoni teknika; u

t-teħid ta’ azzjoni korrettiva meta mitlub mill-awtoritajiet.

Il-klijent jenħtieġ li jiżgura li l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-fornitur tas-servizz jiġu indikati fuq jew mal-prodott, sakemm il-manifattur ma jkunx diġà għamel dan. Il-klijent jista’ jagħmel dan huwa stess jew jitlob lil xi ħadd biex jagħmel dan qabel ma l-prodott jiġi ddikjarat għaċ-ċirkolazzjoni libera fid-dwana (ara t-Taqsima 2.3).

Bħal fil-każ tal-importaturi, jista’ jkun hemm diversi fornituri tas-servizzi ta’ eżekuzzjoni għal tip partikolari ta’ prodott. Kull wieħed huwa l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 għall-unitajiet li jimmaniġġja, u jrid ikollu ismu u d-dettalji ta’ kuntatt tiegħu fuq jew ma’ dawn l-unitajiet.

Il-manifattur jista’ jaħtar fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni bħala r-rappreżentant awtorizzat tiegħu. F’każijiet bħal dawn, minflok, il-partijiet ta’ dawn il-linji gwida li jikkonċernaw rappreżentanti awtorizzati huma rilevanti.

Kaxxa 3

Jien fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni fl-UE – x’għandi nagħmel? (eżempju)

Lista ta’ kontroll prattika tinkludi dan li ġej:

agħmel il-klijenti eżistenti u potenzjali konxji tal-fatt li, kwalunkwe prodott kopert mill-Artikolu 4 li qed ibigħu jrid ikun marbut ma’ operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4. Iddireġihom lejn l-Artikolu 4 u dawn il-linji gwida;

indika lill-klijenti li inti se tkun l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 jekk ma jkun hemm l-ebda manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat stabbilit fl-UE (jew, jekk inti ma tridx, iċċara dan il-fatt u indika li huma ma jistgħux jużaw is-servizzi ta’ eżekuzzjoni tiegħek għal dawk il-prodotti sakemm ma jkunx hemm manifattur, importatur jew rappreżentant awtorizzat fl-UE);

jekk il-klijenti jkunu jriduk taġixxi bħala l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4, iċċekkja jekk intix diġà qed twettaq dan ir-rwol għall-istess tip ta’ prodott għal klijent ieħor – jekk iva, diġà għandek dak kollu li teħtieġ; jekk le, iddeċiedi sa liema punt se torganizza x’għandek bżonn u sa liema punt trid li l-klijent jagħmel dan għalik;

informa lill-klijenti li jriduk taġixxi bħala l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 x’iridu jagħmlu qabel ma jkunu jistgħu jibdew jużaw is-servizzi ta’ eżekuzzjoni tiegħek, eż. ipprovdi d-dettalji ta’ kuntatt tal-manifattur, id-dikjarazzjonijiet ta’ konformità/prestazzjoni, eċċ.;

informa lill-klijenti ladarba jkunu saru l-arranġamenti kollha biex inti taġixxi bħala l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4, sabiex ikunu jistgħu jibdew joffru l-prodotti għall-bejgħ.

5.   SORVELJANZA TAS-SUQ U KONTROLLI FUQ PRODOTTI LI JIDHLU FIS-SUQ TAL-UE

5.1   Sorveljanza tas-suq

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu kontrolli xierqa fuq il-karatteristiċi tal-prodotti fuq skala adegwata (l-Artikolu 11(3) tar-Regolament). Fid-deċiżjoni dwar liema kontrolli għandhom jitwettqu, fuq liema tipi ta’ prodotti u fuq liema skala, huma għandhom isegwu approċċ ibbażat fuq ir-riskju (Ibid.) imfassal biex jikseb l-akbar impatt fuq is-suq.

Wara li jiddeċiedu liema prodotti għandhom jikkontrollaw jista’ jkollhom bżonn jitolbu dokumentazzjoni tal-konformità. L-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 jgħinhom jiksbu din l-informazzjoni billi jiffaċilita l-kuntatt u l-kooperazzjoni tagħhom mal-manifattur. L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jikkuntattjaw lill-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 direttament anke jekk ikun jinsab fi Stat Membru ieħor (45). Dawn jenħtieġ li jkunu speċifiċi dwar it-tip ta’ dokumenti li jeħtieġu u l-prodotti li għalihom jeħtieġu dawn id-dokumenti.

Fil-każ ta’ bejgħ online jew bejgħ mill-bogħod ieħor fejn l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq ikunu jridu jivverifikaw id-dokumentazzjoni tal-konformità mingħajr jew qabel ma jivverifikaw il-prodott, dawn jista’ ma jkollhomx l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4. F’każijiet bħal dawn, dawn jistgħu jikkuntattjaw lill-operatur ekonomiku (kif definit fl-Artikolu 3 tar-Regolament) li jkun qed joffri l-prodott għall-bejgħ biex jitolbu dan (46).

L-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 se jservi bħala kuntatt biex isolvi mistoqsijiet jew problemi li jmorru lil hinn mid-dokumentazzjoni (l-Artikolu 4(3)(d) tar-Regolament). F’każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet jenħtieġ li jagħmluha ċara x’jistennew minnu.

L-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jikkuntattjaw lill-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 dwar kwistjoni li hija rilevanti għall-manifattur li l-prodott(i) tiegħu/tagħhom jiġi/u ttrattat(i) minnu, iżda dan ma jaqax speċifikament fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 4, jiġifieri kwistjoni li tikkonċerna leġiżlazzjoni jew prodotti mhux koperti mill-Artikolu 4. Għalkemm l-Artikolu 4 ma jipprovdix speċifikament għal tali talbiet, l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 huwa mħeġġeġ jiffaċilita l-kuntatti bejn l-awtoritajiet u l-manifatturi għal dawn l-għanijiet.

5.2   Kontrolli fuq prodotti li jidħlu fis-suq tal-UE

L-awtoritajiet tal-fruntieri għandhom id-dmir li jikkontrollaw il-prodotti li jidħlu fl-UE. Huma jagħmlu dan abbażi ta’ analiżi tar-riskju. Meta jwettqu kontrolli fiżiċi fuq prodotti koperti mill-Artikolu 4, huwa rakkomandat li jivverifikaw jekk l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 humiex indikati fuq il-prodott, l-imballaġġ, il-pakkett jew fuq kwalunkwe dokument ta’ akkumpanjament (l-Artikolu 4(4) tar-Regolament). Jekk dan ma jkunx il-każ jew ikollhom raġuni biex jemmnu li għal raġuni oħra l-prodott ma jikkonformax mal-Artikolu 4 (47), dawn jenħtieġ li jissospendu r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni libera, jinnotifikaw lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq (l-Artikolu 26 tar-Regolament) u jistennew ir-reazzjoni tagħhom.

5.3   Nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 4

Minħabba li l-għan tal-Artikolu 4 huwa prinċipalment li jiffaċilita l-kontrolli fuq id-dokumenti ta’ konformità, in-nuqqas tal-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 huwa problematiku, peress li jfixkel is-sorveljanza tas-suq. Hija wkoll indikazzjoni li l-prodott jista’ ma jkunx maħsub għas-suq tal-UE u/jew jista’ ma jikkonformax mar-regoli tal-UE.

Għalhekk, meta matul l-investigazzjonijiet tagħhom, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq isibu li l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 huma neqsin, dawn jenħtieġ li jitolbu lill-operatur ekonomiku rilevanti (48) jieħu azzjoni korrettiva. Huma għandhom ukoll is-setgħa li jimponu penali (l-Artikolu 14(4)(i) tar-Regolament).

L-istess japplika meta l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 jiġu indikati fuq jew ma’ prodott, iżda matul l-investigazzjoni tagħhom, l-awtoritajiet isibu li dawn huma foloz, eż. l-indirizz ma jeżistix jew ma jeżisti l-ebda operatur bħal dan f’dak l-indirizz.

Ir-rekwiżit li jiġu indikati l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 mhuwiex maħsub bħala l-oġġett ewlieni ta’ investigazzjoni. Madankollu, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jistgħu jieħdu azzjoni speċifika f’dan il-qasam fil-kuntest tas-sensibilizzazzjoni dwaru, possibbilment permezz ta’ azzjonijiet konġunti madwar l-UE.

Kif imsemmi fit-Taqsima 3, l-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 innifsu jista’ jiġi ssanzjonat jekk ma jikkonformax mal-obbligi tiegħu, u b’mod partikolari jekk ma jikkooperax (l-Artikolu 41(1) tar-Regolament). Kwalunkwe penali għandha tkun effettiva, proporzjonata u dissważiva (l-Artikolu 41(2) tar-Regolament).

6.   IT-TEST TAD-DISPOZIZZJONI

Artikolu 4

Kompiti tal-operaturi ekonomiċi rigward prodotti soġġetti għal ċerta leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni

1.   Minkejja kwalunkwe obbligu stabbilit fil-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, prodott soġġett għal-leġislazzjoni msemmija fil-paragrafu 5 jista' jitqiegħed fis-suq biss jekk ikun hemm operatur ekonomiku stabbilit fl-Unjoni li jkun responsabbli għall-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 3 fir-rigward ta' dak il-prodott.

2.   Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 ifisser kwalunkwe wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)

manifattur stabbilit fl-Unjoni;

(b)

importatur, meta l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-Unjoni;

(c)

rappreżentant awtorizzat li jkollu mandat bil-miktub mingħand il-manifattur li jiddeżinja lir-rappreżentant awtorizzat sabiex iwettaq il-kompiti stabbiliti fil-paragrafu 3 f'isem il-manifattur;

(d)

fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni stabbilit fl-Unjoni fir-rigward ta’ prodotti mmaniġġjati minnu meta l-ebda operatur ekonomiku ieħor kif imsemmi fil-punti (a), (b) u (c) ma jkun stabbilit fl-Unjoni.

3.   Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe obbligu tal-operaturi ekonomiċi skont il-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandu jwettaq il-kompiti li ġejjin:

(a)

jekk il-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodott tipprevedi dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jew dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u dokumentazzjoni teknika, li tivverifika li d-dikjarazzjoni tal-konformità tal-UE jew id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni u d-dokumentazzjoni teknika jkunu tfasslu, filwaqt li jżomm id-dikjarazzjoni tal-konformità jew id-dikjarazzjoni tal-prestazzjoni għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għall-perjodu meħtieġ minn dik il-leġislazzjoni u jiżgura li d-dokumentazzjoni teknika tista' titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' dawk l-awtoritajiet, fuq talba;

(b)

abbażi ta’ talba motivata minn awtorità tas-sorveljanza tas-suq, jagħti lil dik l-awtorità l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa biex tintwera l-konformità tal-prodott b’lingwa li tkun tista’ tinftiehem faċilment minn dik l-awtorità;

(c)

meta jkun hemm raġuni biex wieħed jemmen li l-prodott inkwistjoni jippreżenta riskju, li jinforma lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan;

(d)

li jikkoopera mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq, inkluż b'segwitu għal talba motivata biex jiġi żgurat li tittieħed l-azzjoni korrettiva immedjata meħtieġa biex jiġi rrimedjat kwalunkwe każ ta' nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni applikabbli għall-prodott inkwistjoni, jew, jekk dan ma jkunx possibbli, biex jiġu mitigati r-riskji ppreżentati minn dak il-prodott, meta jkun meħtieġ li jsir dan mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq jew fuq inizjattiva tiegħu stess, meta l-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li l-prodott inkwistjoni jippreżenta riskju.

4.   Mingħajr preġudizzju għall-obbligi rispettivi tal-operaturi ekonomiċi skont il-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, l-isem, l-isem kummerċjali rreġistrat jew it-trademark irreġistrata, u d-dettalji ta' kuntatt, inkluż l-indirizz postali, tal-operatur ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1 għandhom ikunu indikati fuq il-prodott jew fuq l-imballaġġ ta' dan, fuq il-pakkett jew fid-dokument ta' akkumpanjament.

5.   Dan l-Artikolu japplika biss fir-rigward ta’ prodotti li huma soġġetti għar-Regolamenti (UE) Nru 305/2011, (UE) 2016/425 u (UE) 2016/426 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u d-Direttivi 2000/14/KE, 2006/42/KE, 2009/48/KE, 2009/125/KE, 2011/65/UE, 2013/29/UE, 2013/53/UE, 2014/29/UE, 2014/30/UE, 2014/31/UE, 2014/32/UE, 2014/34/UE, 2014/35/UE, 2014/53/UE u 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2019/1020 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar is-sorveljanza tas-suq u l-konformità tal-prodotti u li jemenda d-Direttiva 2004/42/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 765/2008 u (UE) Nru 305/2011 (ĠU L 169, 25.6.2019, p. 1).

(2)  jiġifieri l-awtoritajiet maħtura mill-Istati Membri skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament.

(3)  eż. Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146), li fl-Artikolu 13 tagħha tirrikjedi li l-manifatturi li ma jkunux jinsabu fl-UE jaħtru rappreżentant awtorizzat, u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU L 342, 22.12.2009, p. 59), li fl-Artikolu 4 tiegħu jirrikjedi l-ħatra ta’ persuna responsabbli fl-UE. Dawn mhumiex koperti mill-Artikolu 4 jew minn dawn il-linji gwida.

(4)  Avviż tal-Kummissjoni — Il-Gwida Blu dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE dwar il-prodotti 2016 (ĠU C 272, 26.7.2016, p. 1) jew id-dokument suċċessur tiegħu.

(5)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Suq Intern għas-Servizzi Diġitali (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE — (COM(2020) 825 tal-15.12.2020).

(6)  Kif speċifikat fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1)

(7)  Informazzjoni dwar liema Direttivi jew Regolamenti jistgħu japplikaw għal prodott partikolari hija disponibbli permezz ta’ YourEurope; https://europa.eu/youreurope/business/product/product-rules-specifications/index_mt.htm

(8)  Il-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku jista’ jiġi estiż, pereżempju ladarba r-Regolament jiġi inkluż fl-annessi tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, dan se jinkludi l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

(9)  Ara d-definizzjonijiet (1) u (2) fl-Artikolu 3 tar-Regolament.

(10)  Il-Premessa 15 tar-Regolament. Ara l-Gwida Blu għal aktar dettall dwar it-tqegħid fis-suq (eż. fir-rigward taż-żmien, inkluż għal prodotti li għalihom il-manifattura għadha ma tlestietx fiż-żmien tal-offerta, u prodotti għal fieri kummerċjali).

(11)  Definit fl-Artikolu 3(8) tar-Regolament bħala “kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat, u li tikkummerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew it-trademark tagħha”.

(12)  Definit fl-Artikolu 3(9) tar-Regolament bħala “kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni”.

(13)  Definit fl-Artikolu 3(12) tar-Regolament bħala “kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tkun irċeviet mandat bil-miktub mingħand manifattur biex taġixxi f’ismu relattivament għal kompiti speċifikati fir-rigward tal-obbligi tal-manifattur skont il-leġislazzjoni rilevanti tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni jew skont ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament”.

(14)  Definit fl-Artikolu 3(11) tar-Regolament bħala “kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li toffri, waqt attività kummerċjali, mill-inqas tnejn mis-servizzi li ġejjin, jiġifieri: dawk ta’ ħżin, imballaġġ, indirizzar u dispaċċ, mingħajr ma jkollha s-sjieda tal-prodotti involuti, esklużi s-servizzi postali kif definiti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, servizzi tal-konsenja tal-pakketti kif definiti fil-punt 2 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u kwalunkwe servizz postali jew servizz ta’ trasport tal-merkanzija ieħor”.

(15)  Il-manifattur huwa ddefinit mill-Artikolu 3 tar-Regolament bħala “kull persuna fiżika jew ġuridika li timmanifattura prodott, jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat, u li tikkummerċjalizza dak il-prodott taħt isimha jew it-trademark tagħha”. L-importatur huwa ddefinit bħala “kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tqiegħed prodott minn pajjiż terz fis-suq tal-Unjoni”. Dan jimplika li jekk il-prodott jiġi mmanifatturat barra mill-UE, iżda kumpanija li tinsab fis-swieq tal-UE tikkumerċjalizzah taħt isimha jew it-trademark tagħha, dik il-kumpanija titqies bħala l-manifattur. U jekk dak il-manifattur iqiegħed il-prodott fis-suq tal-UE, anke jekk l-importazzjoni attwali ssir minn kumpanija oħra, ma jkun hemm l-ebda “importatur” skont it-tifsira tar-Regolament.

(16)  Ħlief meta l-manifattura ssir fl-UE, filwaqt li l-manifattur ma jkunx stabbilit fl-UE. F’każ bħal dan, ma jkun hemm l-ebda manifattur fl-UE, u lanqas importatur u b’hekk jifdal biss l-għażliet ta’ rappreżentant awtorizzat jew ta’ fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni bħala operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4.

(17)  Dan ma għandux jiġi konfuż ma’ entità li sempliċiment tospita l-offerta għall-bejgħ online; għal dawn, ara t-Taqsima 2.4.

(18)  Indikazzjoni fid-dikjarazzjoni doganali (elettronika) mhijiex biżżejjed, peress li din ma takkumpanjax il-prodott fiżikament.

(19)  Il-Premessa 53 tar-Regolament tfakkar li l-Artikoli 220, 254, 256, 257 u 258 tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1) jipprevedu li l-prodotti li jidħlu fis-suq tal-UE li jirrikjedu proċessar ulterjuri sabiex ikunu konformi mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE dwar l-armonizzazzjoni għandhom jitqiegħdu taħt il-proċedura doganali xierqa li tippermetti dan l-ipproċessar mill-importatur.

(20)  L-Artikolu 4(1)(f) tar-Regolament (UE) Nru 524/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-soluzzjoni online għal tilwim mal-konsumaturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2009/22/KE (Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi) (ĠU L 165, 18.6.2013, p. 1) jiddefinixxi “post tas-suq online” kif ġej: “fornitur ta’ servizz, kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku), li jippermetti lill-konsumaturi u n-negozjanti li jikkonkludu kuntratti ta’ bejgħ u servizzi online fis-sit web tal-post tas-suq online”.

(21)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(22)  Dan jaqa’ taħt “attività jew informazzjoni illegali” msemmija fl-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2000/31/KE, minħabba li jikkonforma mal-Artikolu 4 tar-Regolament.

(23)  Id-dikjarazzjoni ta’ prestazzjoni għall-prodotti tal-kostruzzjoni; id-dikjarazzjoni ta’ konformità għal oħrajn.

(24)  Il-leġiżlazzjoni dwar l-istorbju ta’ barra, il-makkinarju, u l-ekodisinn tispeċifika 10 snin mill-aħħar data tal-manifattura.

(25)  L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar qafas komuni għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 93/465/KEE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 82).

(26)  Il-leġiżlazzjoni kollha koperta mill-Artikolu 4 tirrikjedi li l-manifattur ifassal id-dokumentazzjoni teknika.

(27)  L-Artikolu 3(19) tar-Regolament jiddefinixxi “prodott li jippreżenta riskju” bħala “prodott li għandu l-potenzjal li jaffettwa b’mod negattiv is-saħħa u s-sikurezza tal-persuni inġenerali, is-saħħa u s-sikurezza okkupazzjonali, il-protezzjoni tal-konsumaturi, l-ambjent, is-sikurezza pubblika u interessi pubbliċi oħra, protetti bil-leġislazzjoni applikabbli tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni sa ċertu punt li jmur lil hinn minn dak li huwa meqjus bħala raġonevoli u aċċettabbli fir-rigward tal-iskop maħsub tiegħu jew skont il-kundizzjonijiet normali jew prevedibbli b’mod raġonevoli tal-użu tal-prodott ikkonċernat, inkluża d-durata tal-użu u, fejn applikabbli, ir-rekwiżiti tat-tqegħid tiegħu fis-servizz, tal-installazzjoni tiegħu u tal-manutenzjoni tiegħu”.

(28)  Għal informazzjoni ta’ kuntatt, ara: https://ec.europa.eu/growth/single-market/goods/building-blocks/market-surveillance/organisation_mt

(29)  Dawn l-għażliet huma speċifikament imsemmija fil-biċċa l-kbira tal-leġiżlazzjoni speċifika għas-settur għall-manifattur u l-importatur; azzjonijiet korrettivi potenzjali oħra huma elenkati fl-Artikolu 16 tar-Regolament.

(30)  Xi leġiżlazzjoni speċifika għas-settur (eż. dwar is-sikurezza tal-ġugarelli u l-ekodisinn) fiha dispożizzjonijiet aktar dettaljati dwar il-puntwalità li biha ċerti operaturi ekonomiċi għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq b’ċerta dokumentazzjoni. Dawn għadhom japplikaw.

(31)  Jew jekk fornitur ta’ servizz ta’ eżekuzzjoni jiġi mfixkel minn problema mal-klijent tiegħu jew bejn il-klijent tiegħu u l-manifattur.

(32)  L-Artikolu 41(1) tar-Regolament jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali fir-rigward ta’ dan u ċerti dispożizzjonijiet oħra tar-Regolament.

(33)  Kif stabbilit fid-Deċiżjoni Nru 768/2008/KE; il-Gwida Blu tipprovdi gwida ulterjuri dwar l-obbligi tal-operaturi ekonomiċi.

(34)  Xi leġiżlazzjoni speċifika għas-settur fiha definizzjoni differenti tal-manifattur. B’mod partikolari, id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10) tħalli barra “jew li għandha prodott iddisinjat jew immanifatturat”.

(35)  L-Anness II għad-Direttiva 2000/14/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Mejju 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar emissjoni tal-ħoss fl-ambjent minn tagħmir għall-użu ta’ barra (ĠU L 162, 3.7.2000, p. 1) u l-Parti 1.A.1 tal-Anness II għad-Direttiva 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju u li jħassar id-Direttiva 95/16/KE (riformulazzjoni) (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 24), rispettivament.

(36)  Il-Parti 1.B.1 tal-Anness II għad-Direttiva 2006/42/KE

(37)  L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/14/KE u l-Artikolu 5(1)(e) tad-Direttiva 2006/42/KE, rispettivament.

(38)  Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-istorbju ta’ barra (l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2000/14/KE) u l-makkinarju (l-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2006/42/KE) ma tużax it-terminu “importatur”, iżda tirreferi għal “kwalunkwe persuna [oħra] li tqiegħed [il-prodott] fis-suq”.

(39)  Ħlief għal oġġetti pirotekniċi. Madankollu, bis-saħħa tal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament, rappreżentant awtorizzat jista’ jinħatar għal oġġetti pirotekniċi; f’dak il-każ, il-kompiti tiegħu se jkunu dawk elenkati fl-Artikolu 4.

(40)  Fil-każ ta’ leġiżlazzjoni dwar l-RoHS, dwar kwalunkwe azzjoni meħuda biex tiġi żgurata l-konformità (l-Artikolu 8(b) tad-Direttiva 2011/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-8 ta’ Ġunju 2011 dwar ir-restrizzjoni tal-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi fit-tagħmir elettriku u elettroniku (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 88), u fil-każ ta’ leġiżlazzjoni dwar id-drones, dwar kwalunkwe azzjoni biex jiġi eliminat in-nuqqas ta’ konformità jew ir-riskji tas-sikurezza (l-Artikolu 7(2)(c) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/945 tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar sistemi ta’ inġenji tal-ajru mingħajr bdot abbord u dwar operaturi ta’ sistemi tal-ajru mingħajr bdot abbord minn pajjiżi terzi (ĠU L 152, 11.6.2019, p. 1)

(41)  L-Anness II tad-Direttiva 2000/14/KE, il-Parti 1.A.1 tal-Anness II tad-Direttiva 2006/42/KE, u l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 305/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti għall-bini u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 89/106/KEE (ĠU L 88, 4.4.2011, p. 5), rispettivament.

(42)  L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2000/14/KE, l-Artikolu 5(1)(e) tad-Direttiva 2006/42/KE, u l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 305/2011, rispettivament.

(43)  Kif definit fl-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 1997 dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, 21.1.1998, p. 14).

(44)  Kif definit fl-Artikolu 2(2) tar-Regolament (UE) 2018/644 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ April 2018 dwar servizzi tal-konsenja tal-pakketti transkonfini (ĠU L 112, 2.5.2018, p. 19).

(45)  Jekk awtorità tas-sorveljanza tas-suq ikollha diffikultà biex tagħmel dan, din tista’ titlob assistenza minn awtorità fl-Istat Membru l-ieħor permezz tal-proċeduri u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu VI tar-Regolament.

(46)  Skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament, l-operaturi ekonomiċi (kif definiti fl-Artikolu 3) għandhom obbligu li jikkooperaw mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rigward ċerti azzjonijiet. Il-Premessa 24 tar-Regolament tiddikjara li dan jinkludi l-għoti ta’ informazzjoni ta’ kuntatt tal-operatur ekonomiku b’kompiti rigward prodotti soġġetti għal ċerta leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni meta tintalab mill-awtoritajiet u meta din l-informazzjoni tkun disponibbli għalihom.

(47)  Pereżempju, meta l-isem u d-dettalji ta’ kuntatt tal-operatur ekonomiku msemmi fl-Artikolu 4 jiġu indikati fuq jew ma’ prodott, iżda matul il-kontroll tagħhom, isibu li dawn huma foloz, eż. l-indirizz ma jeżistix jew ma jeżisti l-ebda operatur bħal dan f’dak l-indirizz.

(48)  Normalment, il-manifattur (sakemm, pereżempju, il-manifattur ma kellux l-intenzjoni li l-prodotti jitqiegħdu fis-suq tal-UE, iżda madankollu operatur ekonomiku ieħor għamel dan). Dan se jkun possibbli biss jekk il-manifattur ikun jista’ jiġi identifikat, flimkien mal-informazzjoni ta’ kuntatt tiegħu.


23.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/16


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Dokument ta’ gwida għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ merkanzija kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 100/02)

WERREJ

1.

INTRODUZZJONI 18

2.

IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENT (L-ARTIKOLU 2 TAR-REGOLAMENT) 18

2.1.

Merkanzija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor 19

2.1.1.

Merkanzija 19

2.1.2.

Kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor 19

2.2.

“Deċiżjonijiet amministrattivi” skont ir-Regolament 19

2.2.1.

X’inhi deċiżjoni amministrattiva? 19

2.2.2.

L-ewwel kriterju: regoli tekniċi nazzjonali – bażi għal deċiżjoni amministrattiva 20

2.2.3.

It-tieni kriterju: l-effett dirett jew indirett tad-deċiżjoni amministrattiva jkun li tillimita jew tiċħad l-aċċess għas-suq fl-Istat Membru tad-destinazzjoni 21

2.2.4.

Regoli tekniċi nazzjonali u proċeduri ta’ awtorizzazzjoni minn qabel 22

2.2.5.

Xi każijiet fejn ir-Regolament (UE) 2019/515 ma japplikax 23

3.

KIF JIFFUNZJONA R-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU SKONT IR-REGOLAMENT? 23

3.1.

Il-kummerċjalizzazzjoni legali tal-merkanzija fl-Istat Membru tal-oriġini 23

3.2.

Il-bejgħ tal-merkanzija fi Stat Membru ieħor 23

3.3.

Informazzjoni dwar il-valutazzjoni 23

3.4.

Id-“dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku” (l-Artikolu 4 tar-Regolament) 23

3.4.1.

Il-kontenut u l-istruttura tad-dikjarazzjoni 25

3.4.2.

Lingwa tad-dikjarazzjoni 26

3.4.3.

Min jista’ jfassal id-dikjarazzjoni? 26

3.4.4.

X’jiġri jekk id-dikjarazzjoni tkun biss parzjalment kompluta? 26

3.4.5.

Kif u meta tista’ tintuża d-dikjarazzjoni? 27

3.4.6.

Kif għandhom jiġu ppreżentati d-dokumenti 27

3.5.

Valutazzjoni mill-awtorità kompetenti (l-Artikolu 5(1) tar-Regolament) 27

3.5.1.

Raġunijiet leġittimi ta’ interess pubbliku 28

3.5.2.

Il-prinċipju tal-proporzjonalità 28

3.6.

Sospensjoni temporanja tal-aċċess għas-suq (l-Artikolu 6 tar-Regolament) 30

3.7.

Deċiżjoni amministrattiva (l-Artikolu 5(9)-5(13) tar-Regolament) 31

3.8.

Notifiki lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn 31

3.9.

Rimedji kontra d-deċiżjoni amministrattiva 32

3.10.

X’inhu s-SOLVIT 32

3.11.

Is-SOLVIT u l-proċedura għas-soluzzjoni tal-problemi skont l-Artikolu 8 tar-Regolament 33

3.12.

L-opinjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura għas-soluzzjoni tal-problemi tal-Artikolu 8 tar-Regolament 34

3.13.

Ir-rwol tal-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti (l-Artikolu 9 tar-Regolament) 34

3.14.

Kooperazzjoni amministrattiva (l-Artikolu 10 tar-Regolament) 35

4.

IL-VALUTAZZJONI MINN QABEL TAR-REGOLI TEKNIĊI NAZZJONALI – ID-DIRETTIVA (UE) 2015/1535 U L-KLAWŻOLA TAS-SUQ UNIKU 36

5.

IR-RELAZZJONI BEJN IR-REGOLAMENT (UE) 2019/515 U D-DIRETTIVA 2001/95/KE 37

5.1.

Miżuri li jikkonċernaw prodotti li jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi 37

5.2.

Miżuri li jikkonċernaw prodotti tal-konsumatur li jippreżentaw riskji oħrajn 37

1.   INTRODUZZJONI

Ir-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ merkanzija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor (1) (“ir-Regolament”) beda japplika fid-19 ta’ April 2020 u ssostitwixxa r-Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). L-għan tar-Regolament huwa li jsaħħaħ il-funzjonament tas-suq uniku billi jtejjeb l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u billi jneħħi ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ (l-Artikolu 1(1) tar-Regolament).

L-iskop ta’ dan id-dokument ta’ gwida huwa li jgħin lin-negozji u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti japplikaw ir-Regolament (3). Madankollu, huwa biss it-test tar-Regolament innifsu li għandu forza legali. L-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE hija l-kompetenza esklużiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (“il-Qorti”).

Il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku joħroġ mill-ġurisprudenza tal-Qorti dwar l-Artikoli 34 u 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). Ir-Regolament jistabbilixxi regoli u proċeduri għall-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku f’każijiet individwali (l-Artikolu 1(2) tar-Regolament).

L-Artikoli 34 u 36 tat-TFUE japplikaw fin-nuqqas ta’ regoli ta’ armonizzazzjoni tal-UE li jkopru l-merkanzija jew ċerti aspetti tal-merkanzija.

Skont l-Artikolu 34 tat-TFUE, “ir-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u kull miżura li għandha effett ekwivalenti għandhom ikunu pprojbiti bejn l-Istati Membri”.

L-Artikolu 36 tat-TFUE jiddikjara dan li ġej.

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 34 u 35 inklużi ma għandhomx jeskludu projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet dwar l-importazzjoni, l-esportazzjoni jew it-tranżitu meta dawn ikunu ġustifikati abbażi ta’ moralità pubblika, ordni pubbliku, sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja ta’ persuni jew ta’ annimali, jew il-preservazzjoni tal-pjanti; il-protezzjoni tal-patrimonju nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku; jew il-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali. Madankollu, dawn il-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet ma għandhomx jikkostitwixxu la mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija tal-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Miżuri restrittivi jistgħu jkunu ġustifikati wkoll minn objettivi oħrajn identifikati mill-ġurisprudenza tal-Qorti (l-hekk imsejħa rekwiżiti obbligatorji).

Abbażi tal-Artikoli 34 u 36, il-Qorti żviluppat il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku:

l-Istati Membri ma jistgħux jipprojbixxu l-bejgħ fit-territorju tagħhom ta’ merkanzija li hija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor;

l-Istati Membri jistgħu jillimitaw jew jiċħdu l-kummerċjalizzazzjoni tal-merkanzija li tkun ġiet kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor, fejn tali limitazzjoni jew ċaħda tkun ġustifikata għar-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 36 tat-TFUE jew abbażi ta’ raġunijiet oħrajn ta’ interess pubbliku, rikonoxxuti mill-ġurisprudenza tal-Qorti.

2.   IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAR-REGOLAMENT (L-ARTIKOLU 2 TAR-REGOLAMENT)

Ir-Regolament japplika għal: 1) merkanzija ta’ kwalunkwe tip li hija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor; u 2) deċiżjonijiet amministrattivi li ttieħdu jew li għandhom jittieħdu minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tad-destinazzjoni b’rabta ma’ kwalunkwe merkanzija bħal din. Sabiex jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament, id-deċiżjonijiet amministrattivi jridu jkunu bbażati fuq regola teknika nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, u jrid ikollhom bħala l-effett dirett jew indirett tagħhom il-limitazzjoni jew iċ-ċaħda tal-aċċess għas-suq fl-Istat Membru tad-destinazzjoni (l-Artikolu 2(1) tar-Regolament).

Id-determinazzjoni ta’ jekk il-merkanzija tistax tibbenefika mill-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku mhux dejjem tkun sempliċi. Dan minħabba li l-Artikoli 34 u 36 tat-TFUE – u għalhekk ir-rikonoxximent reċiproku – japplikaw għal firxa wiesgħa ħafna ta’ merkanzija jew aspetti ta’ merkanzija li mhumiex koperti b’mod eżawrjenti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni.

2.1.   Merkanzija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor

2.1.1.   Merkanzija

Ir-Regolament japplika għal merkanzija ta’ kwalunkwe tip, inklużi prodotti agrikoli. It-terminu “prodotti agrikoli” jinkludi l-prodotti tas-sajd, kif previst fl-Artikolu 38(1) tat-TFUE (l-Artikolu 2(1) u l-Premessa 12 tar-Regolament).

Ir-Regolament jikkonċerna l-merkanzija li hija soġġetta għall-Artikolu 34 tat-TFUE (l-Artikolu 1(2) tar-Regolament). Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti “huma biss il-prodotti li għandhom valur monetarju u li jistgħu, bħala tali, ikunu s-suġġett ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali, li jidħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-moviment liberu tal-merkanzija” (4).

2.1.2.   Kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor

Ir-Regolament jikkonċerna merkanzija li hija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor (l-Artikolu 1(2) tar-Regolament).

Skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament, merkanzija “kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor” tfisser merkanzija li “tikkonforma mar-regoli rilevanti applikabbli f’dak l-Istat Membru jew li mhi soġġetti għal ebda regola ta’ dak it-tip f’dak l-Istat Membru, u titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti finali f’dak l-Istat Membru” (l-Artikolu 3(1) tar-Regolament). Dik id-definizzjoni ewlenija tinkludi żewġ kriterji, stabbiliti fiż-żewġ inċiżi ta’ hawn taħt.

L-ewwel kriterju huwa li l-merkanzija jew merkanzija ta’ dak it-tip trid tikkonforma mar-regoli rilevanti applikabbli fl-Istat Membru tal-oriġini jew ma tridx tkun soġġetta għal regoli bħal dawn f’dak l-Istat Membru. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ regoli tekniċi nazzjonali rilevanti relatati mal-merkanzija speċifika fl-Istat Membru tal-oriġini, it-tweġiba għall-kwistjoni ta’ konformità tal-merkanzija mar-regoli tekniċi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru hija iktar faċli. Meta jkun hemm regoli tekniċi nazzjonali fl-Istat Membru tal-oriġini, l-informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-merkanzija u r-referenza għad-dritt nazzjonali jistgħu f’xi każijiet ikunu biżżejjed biex juru l-konformità. F’każijiet oħrajn, tista’ tkun meħtieġa deċiżjoni dwar awtorizzazzjoni minn qabel. Huwa meħtieġ li wieħed iżomm f’moħħu li l-Istati Membri jistgħu jsegwu sistemi differenti ħafna għall-kontroll tal-merkanzija qabel ma titqiegħed fis-suq (proċeduri ta’ awtorizzazzjoni minn qabel) jew wara li titqiegħed fis-suq (sorveljanza tas-suq). Dawn is-sistemi differenti jinkludu sitwazzjonijiet fejn ċerta merkanzija ma tkun regolata xejn u ma jkollhiex għalfejn tikkonforma mar-rekwiżiti legali nazzjonali. Il-fatt li “l-konformità mar-regoli rilevanti” għall-merkanzija hija kkundizzjonata mill-approvazzjoni minn qabel fi Stat Membru wieħed mhux bilfors ifisser li tali approvazzjoni tkun meħtieġa għall-kummerċjalizzazzjoni legali tal-istess merkanzija fi Stat Membru ieħor. Ir-rekwiżiti differenti fl-Istati Membri ma għandhom l-ebda impatt fuq il-kunċett ta’ kummerċjalizzazzjoni legali.

It-tieni kriterju tal-kunċett ta’ kummerċjalizzazzjoni legali huwa li l-merkanzija tqiegħdet għad-dispożizzjoni tal-utenti finali f’dak l-Istat Membru. L-Artikolu 3(2) tar-Regolament jiddefinixxi “tqegħid fis-suq” bħala “kwalunkwe provvista ta’ merkanzija għad-distribuzzjoni, il-konsum jew l-użu fis-suq fi ħdan it-territorju ta’ Stat Membru waqt attività kummerċjali, kemm jekk bi ħlas jew mingħajr ħlas”. Kwalunkwe dokument li jkun fih: (i) data mhux ambigwa biex tiġi identifikata l-merkanzija jew it-tip ta’ merkanzija, u biex jiġu identifikati l-fornituri, il-klijenti jew l-utenti finali; u (ii) l-informazzjoni dwar id-data, bħal fattura, jenħtieġ li titqies bħala evidenza meħtieġa u suffiċjenti għall-iskop li jintwera li l-kriterju huwa ssodisfat.

2.2.   “Deċiżjonijiet amministrattivi” skont ir-Regolament

2.2.1.   X’inhi deċiżjoni amministrattiva?

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament jispeċifika li r-Regolament japplika għal “deċiżjonijiet amministrattivi” li ttieħdu jew li għandhom jittieħdu minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tad-destinazzjoni b’rabta ma’ kwalunkwe merkanzija li hija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor, fejn id-deċiżjoni amministrattiva tissodisfa l-kriterji li ġejjin:

(a)

il-bażi għad-deċiżjoni amministrattiva tkun regola teknika nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru tad-destinazzjoni; u

(b)

l-effett dirett jew indirett tad-deċiżjoni amministrattiva jkun li tillimita jew li tiċħad l-aċċess għas-suq fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

L-Artikolu 2(1) tar-Regolament jispeċifika wkoll li t-terminu “deċiżjoni amministrattiva” jinkludi kwalunkwe pass amministrattiv li huwa bbażat fuq regola teknika nazzjonali u li għandu l-istess jew sostanzjalment l-istess effett legali bħall-effett imsemmi fil-punt (b).

Dan ifisser li mhuwiex meħtieġ li l-pass amministrattiv ikollu l-isem “deċiżjoni”. Dak li huwa importanti huwa jekk din tikkonċernax merkanzija li hija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor u tissodisfa ż-żewġ kundizzjonijiet (a) u (b) ta’ hawn fuq.

2.2.2.   L-ewwel kriterju: regoli tekniċi nazzjonali — bażi għal deċiżjoni amministrattiva

Skont l-Artikolu 2(2) tar-Regolament, għall-iskopijiet tar-Regolament, “regola teknika nazzjonali” hija kwalunkwe dispożizzjoni ta’ liġi, regolament jew dispożizzjoni amministrattiva oħra ta’ Stat Membru li jkollha l-karatteristiċi li ġejjin:

a)

tkopri merkanzija jew aspetti ta’ merkanzija li mhumiex is-suġġett ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-UE;

b)

tipprojbixxi t-tqegħid fis-suq ta’ merkanzija, jew merkanzija ta’ tip partikolari f’dak l-Istat Membru, jew inkella tagħmel il-konformità mad-dispożizzjoni obbligatorja, de facto jew de jure, kull meta l-merkanzija, jew merkanzija ta’ tip partikolari, titqiegħed f’dak is-suq; u

c)

tagħmel mill-inqas waħda minn dawn li ġejjin:

tistabbilixxi l-karatteristiċi meħtieġa tal-merkanzija jew ta’ merkanzija ta’ tip partikolari, bħal-livelli ta’ kwalità, prestazzjoni jew sikurezza tagħhom, jew id-dimensjonijiet tagħhom, inklużi r-rekwiżiti applikabbli għal dik il-merkanzija fir-rigward tal-ismijiet li taħthom tinbiegħ, it-terminoloġija, is-simboli, l-ittestjar u l-metodi tat-testijiet, l-imballaġġ, l-immarkar jew it-tikkettar u l-proċeduri ta’ valutazzjoni tal-konformità (5);

għall-iskop tal-protezzjoni tal-konsumaturi jew tal-ambjent, timponi rekwiżiti oħrajn fuq merkanzija jew merkanzija ta’ tip partikolari li jaffettwaw iċ-ċiklu tal-ħajja tal-merkanzija wara li din tkun tqiegħdet fis-suq f’dak l-Istat Membru. Dawn jinkludu l-kundizzjonijiet tal-użu, tar-riċiklaġġ, tal-użu mill-ġdid jew tar-rimi, fejn tali kundizzjonijiet jistgħu jinfluwenzaw b’mod sinifikanti l-kompożizzjoni jew in-natura ta’ dik il-merkanzija, jew it-tqegħid tagħha fis-suq f’dak l-Istat Membru.

L-Artikolu 2(2)(c) tar-Regolament huwa ispirat mill-Artikolu 1(1)(c) u 1(1)(d) tad-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) (id-“Direttiva dwar it-Trasparenza”) u mill-Artikolu 1(2) u 1(3) tal-predeċessur tagħha, id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). Għalhekk, il-ġurisprudenza dwar dawn id-dispożizzjonijiet (8) tista’ tkun punt ta’ referenza utli. Huwa importanti li wieħed jinnota li r-regoli tekniċi soġġetti għad-Direttiva dwar it-Trasparenza li ma jiġux innotifikati fl-istadju tal-abbozz mhumiex infurzabbli kontra individwi (9). Il-proċedura ta’ notifika skont id-Direttiva dwar it-Trasparenza hija deskritta fil-Kapitolu 4 ta’ din il-gwida.

Barra minn hekk, fir-rigward tal-kunċett ta’ regoli li jinfluwenzaw b’mod sinifikanti t-tqegħid fis-suq ta’ merkanzija, jenħtieġ li nsemmu li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, ir-restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ ċerti merkanzija jistgħu jitqiesu bħala ostakoli għall-moviment liberu tal-merkanzija, billi dawn jinfluwenzaw l-imġiba tal-konsumaturi. Il-konsumaturi mhux se jixtru merkanzija li ma jkunux jistgħu jużaw. It-tliet inċiżi ta’ hawn taħt jiddiskutu xi eżempji speċifiċi ta’ din il-ġurisprudenza.

Pereżempju, fis-sentenza tagħha fil-kawża Il-Kummissjoni vs L-Italja, il-Qorti sostniet li projbizzjoni fuq l-użu ta’ muturi li jirmonkaw karrijiet tikkostitwixxi miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet. Dan japplika sal-punt li l-effett tal-projbizzjoni huwa li tfixkel l-aċċess għas-suq inkwistjoni għal karrijiet maħsuba speċifikament għall-muturi, sa fejn din ikollha influwenza konsiderevoli fuq l-imġiba tal-konsumaturi u tipprevjeni l-eżistenza ta’ domanda fis-suq inkwistjoni għal karrijiet bħal dawn (10). Il-konsumaturi, konxji li mhumiex permessi jużaw il-mutur tagħhom b’karru maħsub apposta għalih, prattikament ma għandhom l-ebda interess li jixtru dak il-karru (11).

Bl-istess mod, fil-kawża Mickelsson, li kienet tikkonċerna r-regolamenti nazzjonali għad-deżinjazzjoni ta’ ilmijiet navigabbli u passaġġi fuq l-ilma, il-Qorti qalet li r-restrizzjoni fuq l-użu ta’ prodott impost minn dawk ir-regolamenti fit-territorju ta’ Stat Membru jista’ jkollha, skont il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha, influwenza konsiderevoli fuq l-imġiba tal-konsumaturi. Min-naħa tagħha, din tista’ taffettwa l-aċċess ta’ dak il-prodott għas-suq ta’ dak l-Istat Membru (12). Il-konsumaturi, konxji li l-użu permess minn tali regolamenti huwa limitat ħafna, għandhom biss interess limitat fix-xiri ta’ dak il-prodott (13). F’dak ir-rigward, il-Qorti sostniet li, fejn ir-regolamenti nazzjonali għad-deżinjazzjoni ta’ ilmijiet navigabbli u passaġġi fuq l-ilma jkollhom l-effett li jimpedixxu lill-utenti ta’ inġenji tal-ilma personali milli jużawhom għall-iskopijiet speċifiċi u inerenti li għalihom kienu maħsuba jew li jillimitaw ħafna l-użu tagħhom, tali regolamenti għandhom l-effett li jfixklu l-aċċess għas-suq domestiku inkwistjoni għal dik il-merkanzija u, għalhekk, jikkostitwixxu miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet (14).

Il-Qorti qieset ukoll bħala kuntrarja għall-Artikolu 34 tat-TFUE l-projbizzjoni tat-twaħħil ta’ films ikkuluriti mat-twieqi ta’ vetturi bil-mutur, filwaqt li ddikjarat, fost l-oħrajn, li klijenti, kummerċjanti jew individwi potenzjali prattikament ma jkollhom l-ebda interess li jixtru films bħal dawn, konxji li t-twaħħil tagħhom mal-windscreen u t-twieqi flimkien mas-sits tal-passiġġieri f’vetturi bil-mutur huwa pprojbit (15).

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li r-Regolament ma japplikax għal deċiżjonijiet amministrattivi bbażati fuq tipi oħrajn ta’ miżuri li huma soġġetti għall-Artikolu 34 tat-TFUE, iżda li ma jikkostitwux regoli tekniċi nazzjonali, bħal speċifikazzjonijiet tekniċi mfassla għall-proċeduri tal-akkwist pubbliku jew ir-rekwiżiti għall-użu tal-lingwa/i uffiċjali fl-Istat Membru inkwistjoni (il-Premessa 10 tar-Regolament).

Barra minn hekk, ir-regoli dwar l-arranġamenti tal-bejgħ jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 tat-TFUE biss bil-kundizzjoni li jintroduċu diskriminazzjoni abbażi tal-oriġini tal-prodotti, fil-liġi jew fil-fatt (16).

2.2.3.   It-tieni kriterju: l-effett dirett jew indirett tad-deċiżjoni amministrattiva jkun li tillimita jew tiċħad l-aċċess għas-suq fl-Istat Membru tad-destinazzjoni

Kif iddikjarat fit-Taqsima 2.2.1, l-Artikolu 2(1)(b) tar-Regolament jirrikjedi li “l-effett dirett jew indirett tad-deċiżjoni amministrattiva jkun li tillimita jew tiċħad l-aċċess għas-suq fl-Istat Membru tad-destinazzjoni”.

F’Dassonville (17), il-Qorti ddikjarat li “kull leġiżlazzjoni kummerċjali tal-Istati Membri li tista’ tostakola, direttament jew indirettament, realment jew potenzjalment, il-kummerċ intra-[UE] għandha tiġi kkunsidrata bħala miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi”.

Eżempju tajjeb ta’ deċiżjonijiet amministrattivi bl-effett dirett li jillimitaw jew jiċħdu l-aċċess għas-suq jista’ jkun ta’ dawk li jiċħdu l-aċċess għall-ġojjellerija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor abbażi li ma għandhomx karatteristika distintiva jew li l-karatteristika distintiva mhijiex rikonoxxuta fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. Ir-rikonoxximent reċiproku sikwit jaffaċċa sfidi fil-qasam tal-metalli prezzjużi.

Il-Kawża C-525/14 Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka kienet tikkonċerna r-rifjut tar-Repubblika Ċeka li tirrikonoxxi l-karatteristiċi distintivi ta’ WaarborgHolland, uffiċċju tal-assaġġ indipendenti stabbilit fin-Netherlands b’fergħat f’pajjiżi terzi, u konsegwentement ir-rekwiżit li l-metalli prezzjużi inkwistjoni jiġu mmarkati b’karatteristika distintiva Ċeka addizzjonali. Il-Qorti sostniet li bis-saħħa ta’ dik il-prattika, il-metalli prezzjużi mmarkati bil-karatteristiċi distintivi WaarborgHolland minn uffiċċju tal-assaġġ fin-Netherlands jistgħu jiġu kummerċjalizzati fit-territorju taċ-Ċekja biss wara li jkunu ġew soġġetti għal kontroll u mmarkar bil-karatteristiċi distintivi addizzjonali fiċ-Ċekja. Il-kontroll u l-immarkar bil-karatteristiċi distintivi addizzjonali jistgħu jagħmlu l-importazzjoni ta’ dawk il-prodotti fit-territorju taċ-Ċekja minn Stati Membri oħrajn iktar diffiċli u għalja. Għalhekk, il-prattika hija meqjusa bħala pprojbita mill-Artikolu 34 tat-TFUE b’rabta mal-karatteristiċi distintivi mwaħħla fin-Netherlands u mhux f’fergħat ta’ pajjiżi terzi.

Fir-rigward tal-effett indirett tad-deċiżjonijiet amministrattivi, huwa importanti li wieħed iżomm f’moħħu li huwa biżżejjed li d-deċiżjoni amministrattiva tista’ tillimita jew tiċħad l-aċċess għas-suq fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. Deċiżjoni jkollha effett indirett jekk minnha nnifisha la tillimita u lanqas tiċħad l-aċċess għas-suq, iżda minn tal-inqas tkun kapaċi tagħmel dan, skont iċ-ċirkostanzi u l-perċezzjonijiet fattwali prevalenti fl-Istat Membru (18).

Deċiżjonijiet li jkollhom biss effett indirett fuq il-kummerċ intra-UE jenħtieġ li jkunu distinti b’mod ċar minn deċiżjonijiet li l-effetti tagħhom ikunu indiretti wisq biex ikollhom xi effett. Tabilħaqq, il-Qorti kkunsidrat, f’ċerti kawżi (19), li l-effetti restrittivi li miżura jista’ jkollha fuq il-moviment liberu tal-merkanzija huma inċerti u indiretti wisq sabiex l-obbligu li hija tistabbilixxi jitqies bħala ta’ natura li jfixkel il-kummerċ bejn l-Istati Membri u jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 34 tat-TFUE.

Madankollu, jekk miżura tkopri biss parti mit-territorju nazzjonali, iżda jkollha effett dirett jew indirett fuq il-moviment liberu tal-merkanzija, titqies bħala restrizzjoni anke jekk tkun ġeografikament limitata.

Pereżempju, fil-kawża Ditlev Bluhme (20), il-leġiżlazzjoni Daniża pprojbiet iż-żamma tan-naħal fil-gżira ta’ Læsø, għajr dawk tas-sottospeċijiet tan-naħal kannella ta’ Læsø sabiex tipproteġi lil dawn tal-aħħar mill-estinzjoni. Minkejja li l-miżura kienet fis-seħħ f’din il-gżira relattivament żgħira fid-Danimarka, il-Qorti kkonkludiet li projbizzjoni fuq l-importazzjoni tirrappreżenta miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva u “ma tinbidilx mill-fatt li l-miżura inkwistjoni tapplika biss għal parti mit-territorju nazzjonali” (21). Il-Qorti rrifjutat l-argument li projbizzjoni tal-importazzjonijiet ta’ prodotti (tipi oħrajn ta’ naħal) li hija limitata għal parti mit-territorju tista’ tiġi eżentata għal raġunijiet de minimis minħabba li taffettwa biss b’mod insinifikanti l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Madankollu, ġie kkonstatat li l-miżura kienet ġustifikata abbażi tal-Artikolu 36 tat-Trattat minħabba li l-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-annimali minn mindu feġġet it-theddida tal-għajbien tan-naħal kannella ta’ Læsø kienet bla dubju ġenwina jekk dawn ikunu tgħammru ma’ naħal dehbi minħabba n-natura reċessiva tal-ġeni tan-naħal kannella.

2.2.4.   Regoli tekniċi nazzjonali u proċeduri ta’ awtorizzazzjoni minn qabel

Id-dritt nazzjonali xi drabi jkun jeħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel, qabel ma l-merkanzija titqiegħed fis-suq. Proċedura ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tfisser proċedura amministrattiva skont il-liġi ta’ Stat Membru li biha l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru tkun meħtieġa, abbażi ta’ applikazzjoni minn operatur ekonomiku, li tagħti l-approvazzjoni formali tagħha qabel ma l-merkanzija tkun tista’ titqiegħed fis-suq ta’ dak l-Istat Membru (l-Artikolu 3(7) tar-Regolament).

Proċedura ta’ awtorizzazzjoni minn qabel fiha nnifisha ma tikkostitwix regola teknika nazzjonali għall-iskopijiet tar-Regolament (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament). Għalhekk, id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet kompetenti li jillimitaw jew jiċħdu l-aċċess għas-suq esklużivament minħabba li l-merkanzija ma jkollhiex awtorizzazzjoni valida minn qabel huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (il-Premessa 11 tar-Regolament).

Madankollu, deċiżjoni li tiġi miċħuda l-awtorizzazzjoni minn qabel abbażi ta’ regola teknika nazzjonali għandha titqies bħala deċiżjoni amministrattiva li għaliha japplika r-Regolament, jekk dik id-deċiżjoni tissodisfa r-rekwiżiti l-oħrajn tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (l-Artikolu 2(4) tar-Regolament). Dan ifisser li meta r-regola nazzjonali li tistabbilixxi l-proċedura ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tagħti effett lil regola teknika nazzjonali, kwalunkwe deċiżjoni li tiġi miċħuda l-awtorizzazzjoni minn qabel abbażi ta’ regola teknika nazzjonali tikkostitwixxi deċiżjoni amministrattiva skont ir-Regolament. B’hekk, l-applikant jista’ jibbenefika mill-protezzjoni proċedurali li jipprovdi r-Regolament (il-Premessa 11 tar-Regolament).

2.2.5.   Xi każijiet fejn ir-Regolament (UE) 2019/515 ma japplikax

Ir-Regolament ma japplikax għal deċiżjonijiet ta’ natura ġudizzjarja meħuda minn qrati jew tribunali nazzjonali (l-Artikolu 2(5)(a) tar-Regolament). Dan jikkonċerna d-deċiżjonijiet ta’ qrati jew tribunali nazzjonali li jivvalutaw il-legalità ta’ każijiet fejn merkanzija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru partikolari ma tingħatax aċċess għas-suq fi Stat Membru ieħor (il-Premessa 14 tar-Regolament).

Barra minn hekk, ir-Regolament ma japplikax għal deċiżjonijiet ta’ natura ġudizzjarja meħuda mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi waqt l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni ta’ reat kriminali fir-rigward tat-terminoloġija, is-simboli jew kwalunkwe referenza materjali għal organizzazzjonijiet mhux kostituzzjonali jew kriminali jew reati ta’ natura razzista, diskriminatorja jew ksenofobika (l-Artikolu 2(5)(b) tar-Regolament).

3.   KIF JIFFUNZJONA R-RIKONOXXIMENT REĊIPROKU SKONT IR-REGOLAMENT?

3.1.   Il-kummerċjalizzazzjoni legali tal-merkanzija fl-Istat Membru tal-oriġini

Meta l-merkanzija tiġi kummerċjalizzata fi Stat Membru ieħor fin-nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni, jenħtieġ li l-operaturi ekonomiċi l-ewwel jiżguraw li l-merkanzija tkun konformi mar-regoli (jew ma tkunx soġġetta għal xi regoli bħal dawn) tal-Istat Membru tal-oriġini li japplikaw dakinhar li l-merkanzija titqiegħed fis-suq fl-Istat Membru tad-destinazzjoni u titqiegħed disponibbli għall-utenti finali fl-Istat Membru tal-oriġini. Jekk il-merkanzija tiġi kummerċjalizzata legalment fl-Istat Membru tal-oriġini, imbagħad l-operaturi ekonomiċi jkunu jistgħu jirreferu għall-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku quddiem l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni.

3.2.   Il-bejgħ tal-merkanzija fi Stat Membru ieħor

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament jgħid dan li ġej.

L-operatur ekonomiku għandu jitħalla jqiegħed il-merkanzija fis-suq fl-Istat Membru tad-destinazzjoni waqt li l-awtorità kompetenti twettaq il-valutazzjoni skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, u jista’ jibqa’ jagħmel dan għajr jekk l-opertur ekonomiku jirċievi deċiżjoni amministrattiva li tillimita jew tiċħad l-aċċess għas-suq għal dik il-merkanzija. Dan il-paragrafu ma għandux japplika meta l-valutazzjoni titwettaq fil-qafas ta’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, jew meta l-awtorità kompetenti tissospendi temporanjament it-tqegħid fis-suq tal-merkanzija li hija soġġetta għal dik il-valutazzjoni f’konformità mal-Artikolu 6.

Dan ifisser li ladarba l-kundizzjonijiet tat-Taqsima 3.1 ta’ hawn fuq jiġu ssodisfati, bħala prinċipju, l-operatur ekonomiku jista’ jagħmel il-merkanzija disponibbli fis-suq fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. Madankollu, jenħtieġ li l-operatur ekonomiku jivverifika jekk hemmx proċedura ta’ awtorizzazzjoni minn qabel fl-Istat Membru tad-destinazzjoni. Jekk il-kummerċjalizzazzjoni tal-merkanzija tkun teħtieġ awtorizzazzjoni minn qabel fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, l-operatur ekonomiku jrid japplika għal din l-awtorizzazzjoni qabel ma l-merkanzija titqiegħed f’dak is-suq. Il-merkanzija ma tistax titqiegħed fis-suq minnufih fejn tapplika proċedura ta’ awtorizzazzjoni minn qabel, jew fejn l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li tissospendi temporanjament it-tqegħid fis-suq tal-merkanzija li hija soġġetta għall-valutazzjoni tagħha.

3.3.   Informazzjoni dwar il-valutazzjoni

Jekk awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jkollha l-ħsieb, bħala parti mill-implimentazzjoni ta’ regola teknika nazzjonali, li tivvaluta merkanzija li hija soġġetta għar-Regolament, l-operatur ekonomiku jrid jiġi infurmat mingħajr dewmien li tali valutazzjoni tkun inbdiet (l-Artikolu 5(1) tar-Regolament). B’mod partikolari, l-awtorità kompetenti trid tinforma lill-operatur ekonomiku dwar: (i) il-merkanzija soġġetta għal dik il-valutazzjoni; (ii) ir-regola teknika nazzjonali jew il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni minn qabel applikabbli; u (iii) il-possibbiltà li l-awtorità kompetenti tiġi pprovduta b’dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku (l-Artikolu 5(2) tar-Regolament).

3.4.   Id-“dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku” (l-Artikolu 4 tar-Regolament)

Ir-Regolament jippermetti lill-produttur, lill-importatur jew lid-distributur ifassal dikjarazzjoni volontarja (jew “awtodikjarazzjoni”) tal-kummerċjalizzazzjoni legali tal-merkanzija għall-iskopijiet tar-rikonoxximent reċiproku (“dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku”). Din id-dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku tgħin lin-negozji juru li l-merkanzija hija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor. Fl-istess ħin, tgħin lill-awtoritajiet kompetenti fil-proċedura ta’ valutazzjoni tal-merkanzija skont l-Artikolu 5 tar-Regolament u tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni trid tinforma lill-operatur ekonomiku jekk ikollha l-ħsieb li tivvaluta jekk merkanzija speċifika hijiex legalment kummerċjalizzata fi Stat Membru ieħor (l-Artikolu 5(1) tar-Regolament). Ir-Regolament jiżgura li l-proċedura tkun inqas oneruża għall-operatur ekonomiku meta dan jagħżel id-dikjarazzjoni.

Jekk tiġi pprovduta dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, l-awtorità kompetenti ma għandha titlob l-ebda informazzjoni u prova addizzjonali lil hinn minn dawk preskritti mir-Regolament sabiex tivverifika jekk il-merkanzija hijiex kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor (l-Artikolu 5(4) tar-Regolament).

Jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku tkun akkumpanjata mill-evidenza ta’ sostenn meħtieġa biex tiġi vverifikata l-informazzjoni li tinsab fiha (l-Artikolu 5(4)(a) tar-Regolament).

L-użu tad-dikjarazzjoni volontarja ma jwaqqafx lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni milli: (i) jivvalutaw il-merkanzija biex jistabbilixxu jekk l-interessi pubbliċi leġittimi koperti mir-regola teknika nazzjonali applikabbli fl-Istat Membru tagħhom humiex protetti b’mod adegwat fid-dawl tal-karatteristiċi tal-merkanzija inkwistjoni; jew (ii) jieħdu deċiżjonijiet amministrattivi li jillimitaw jew jiċħdu l-aċċess għas-suq, diment li dawn id-deċiżjonijiet ikunu ġustifikati.

Jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku tinkludi dejjem fiha informazzjoni preċiża u sħiħa dwar il-merkanzija (il-Premessa 19 tar-Regolament). Jenħtieġ li din tinżamm aġġornata sabiex tirrifletti l-bidliet, pereżempju l-bidliet fir-regoli tekniċi nazzjonali rilevanti (il-Premessa 19 u l-Artikolu 4(3) tar-Regolament).

Il-bidliet fir-regoli nazzjonali jistgħu jeħtieġu wkoll bidliet fil-merkanzija. Jekk il-merkanzija speċifika tkun konformi mar-rekwiżiti tekniċi emendati, jenħtieġ li l-merkanzija ma tinbidilx. Madankollu, jekk il-merkanzija ma tibqax konformi mar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru fejn il-merkanzija tkun kummerċjalizzata legalment bħala konsegwenza tal-emendi ta’ dawk ir-regoli, il-merkanzija tkun trid tiġi mmodifikata biex tikkonforma mal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru fejn tkun ġiet kummerċjalizzata legalment. L-operatur ekonomiku responsabbli għall-kontenut u l-preċiżjoni tad-dikjarazzjoni huwa dak li jiffirma l-parti rilevanti tad-dikjarazzjoni (l-Artikolu 4(2) tar-Regolament).

L-operaturi ekonomiċi jistgħu jagħżlu li ma jipprovdux id-dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku. F’dan il-każ, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-operaturi ekonomiċi biex jipprovdu d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni fi żmien mill-inqas 15-il jum tax-xogħol wara t-talba (l-Artikolu 5(5) u (6) tar-Regolament). Il-Kummissjoni tqis li, għal raġunijiet ta’ amministrazzjoni tajba u ċertezza legali, jenħtieġ li din it-talba għal dokumentazzjoni u informazzjoni tkun bil-miktub. Jenħtieġ li d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni li awtorità kompetenti tista’ titlob ikunu meħtieġa għall-valutazzjoni: (i) tal-karatteristiċi tal-merkanzija jew tat-tip ta’ merkanzija inkwistjoni; u (ii) tal-kummerċjalizzazzjoni legali tal-merkanzija fi Stat Membru ieħor (l-Artikolu 5(5) tar-Regolament). Madankollu, f’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti ma jitolbux aktar milli jkun meħtieġ biex juru l-karatteristiċi tal-merkanzija u li l-merkanzija ġiet kummerċjalizzata legalment. F’dak is-sens, ir-rekwiżit li operatur ekonomiku jikseb ċertifikat ta’ kummerċjalizzazzjoni legali maħruġ minn ministeru jew korp amministrattiv ieħor fl-Istat Membru tal-oriġini jista’ jkun eżempju ta’ talba sproporzjonata għal evidenza ta’ sostenn.

Fir-rigward tar-rapporti tat-testijiet jew taċ-ċertifikati maħruġa minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, l-Artikolu 5(8) tar-Regolament jiddikjara dan li ġej.

Meta jkunu qegħdin iwettqu valutazzjoni skont il-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-destinazzjoni għandhom iqisu b’mod debitu l-kontenut tar-rapporti tat-testijiet jew taċ-ċertifikati maħruġa minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkunu ġew ipprovduti minn kwalunkwe operatur ekonomiku bħala parti mill-valutazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-destinazzjoni ma għandhomx jirrifjutaw rapporti ta’ testijiet jew ċertifikati li jkunu nħarġu minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat għall-qasam xieraq tal-attività ta’ valutazzjoni tal-konformità skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 għal raġunijiet relatati mal-kompetenza ta’ dak il-korp.

Dan ifisser li meta operatur ekonomiku jkun ipprovda ċertifikati minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità akkreditat għall-qasam xieraq tal-valutazzjoni tal-konformità skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), ma jenħtieġx li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni titlob ċertifikati minn korp ieħor ta’ valutazzjoni tal-konformità biss abbażi li jkollha dubji dwar il-kompetenza tal-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità li jkun ħareġ iċ-ċertifikati.

3.4.1.   Il-kontenut u l-istruttura tad-dikjarazzjoni

L-anness tar-Regolament jistabbilixxi l-istruttura tad-dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku, li jenħtieġ li dejjem ikun fiha l-informazzjoni kollha speċifikata fl-anness (l-Artikolu 4(1) tar-Regolament).

Id-dikjarazzjoni hija maqsuma f’żewġ partijiet, li t-tnejn li huma jservu objettiv speċifiku.

Il-Parti I tipprovdi informazzjoni dwar il-karatteristiċi tal-merkanzija jew tat-tip ta’ merkanzija u dwar ir-regoli speċifiċi fl-Istat Membru fejn il-merkanzija tiġi kummerċjalizzata legalment.

Il-Parti II tipprovdi informazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-merkanzija jew tat-tip ta’ merkanzija fl-Istat Membru tal-oriġini. L-evidenza ta’ sostenn għall-informazzjoni f’din il-parti tista’, fost l-oħrajn, tieħu l-forma ta’ fattura, dokument b’evidenza ta’ bejgħ, rekords tat-taxxa, reġistrazzjonijiet, liċenzji, notifiki lil/minn awtoritajiet, ċertifikazzjonijiet, jew siltiet minn rekords pubbliċi.

Dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku għall-iskopijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

Parti I

1.

Identifikatur uniku għall-merkanzija jew għat-tip ta’ merkanzija: … [Nota: daħħal in-numru ta’ identifikazzjoni tal-merkanzija jew markatur ta’ referenza ieħor li jidentifika b’mod uniku l-merkanzija jew it-tip ta’ merkanzija]

2.

L-isem u l-indirizz tal-operatur ekonomiku: … [Nota: daħħal l-isem u l-indirizz tal-firmatarju tal-Parti I tad-dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku: il-produttur u, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, jew l-importatur, jew id-distributur]

3.

Deskrizzjoni tal-merkanzija jew tat-tip ta’ merkanzija soġġetta għad-dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku: … [Nota: jenħtieġ li d-deskrizzjoni tkun biżżejjed biex tippermetti li l-merkanzija tiġi identifikata għal raġunijiet ta’ traċċabbiltà. Tista’ tkun akkumpanjata minn ritratt, fejn xieraq]

4.

Dikjarazzjoni u informazzjoni dwar il-legalità tal-kummerċjalizzazzjoni tal-merkanzija jew ta’ dak it-tip ta’ merkanzija

4.1.

Il-merkanzija jew it-tip ta’ merkanzija deskritti hawn fuq, inklużi l-karatteristiċi tagħhom, jikkonformaw mar-regoli li ġejjin applikabbli fi … [Nota: identifika l-Istat Membru li fih il-merkanzija jew dak it-tip ta’ merkanzija huma ddikjarati li huma kummerċjalizzati legalment]: … [Nota: daħħal it-titolu u r-referenza tal-pubblikazzjoni uffiċjali, f’kull każ, tar-regoli rilevanti applikabbli f’dak l-Istat Membru u referenza tad-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni jekk il-merkanzija kienet soġġetta għal proċedura ta’ awtorizzazzjoni minn qabel],

jew

il-merkanzija jew it-tip ta’ merkanzija deskritti hawn fuq mhuma soġġetti għall-ebda regola rilevanti fi … [Nota: identifika l-Istat Membru fejn huwa sostnut li l-merkanzija jew ta’ merkanzija ta’ dak it-tip hija kummerċjalizzata legalment].

4.2.

Referenza tal-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità applikabbli għall-merkanzija jew għal dak it-tip ta’ merkanzija, jew referenza tar-rapporti tat-testijiet għal kwalunkwe test imwettaq minn korp ta’ valutazzjoni tal-konformità, inklużi l-isem u l-indirizz ta’ dak il-korp (jekk tkun twettqet proċedura bħal din jew jekk ikunu saru tali testijiet): …

5.

Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meqjusa rilevanti għal valutazzjoni ta’ jekk il-merkanzija jew merkanzija ta’ dak it-tip hijiex kummerċjalizzata legalment fl-Istat Membru indikat fil-punt 4.1: …

6.

Din il-parti tad-dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku tfasslet taħt ir-responsabbiltà unika tal-operatur ekonomiku identifikat taħt il-punt 2.

Iffirmata għal u f’isem:

(il-post u d-data):

(isem, kariga) (firma):

Parti II

7.

Dikjarazzjoni u informazzjoni dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-merkanzija jew ta’ merkanzija ta’ dak it-tip

7.1.

Il-merkanzija jew dak it-tip ta’ merkanzija deskritti fil-Parti I jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali fis-suq fl-Istat Membru indikat fil-punt 4.1.

7.2.

Informazzjoni li l-merkanzija jew dak it-tip ta’ merkanzija jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti finali fl-Istat Membru indikat fil-punt 4.1, inklużi dettalji tad-data meta l-merkanzija tqiegħdet għall-ewwel darba għad-dispożizzjoni tal-utenti finali fis-suq f’dak l-Istat Membru: …

8.

Kwalunkwe informazzjoni addizzjonali meqjusa rilevanti għal valutazzjoni ta’ jekk il-merkanzija jew merkanzija ta’ dak it-tip hijiex kummerċjalizzata legalment fl-Istat Membru indikat fil-punt 4.1: …

9.

Din il-parti tad-dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku tfasslet taħt ir-responsabbiltà unika ta’ … [Nota: daħħal l-isem u l-indirizz tal-firmatarju tal-Parti II tad-dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku: il-produttur u, fejn applikabbli, ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, jew l-importatur, jew id-distributur]

Iffirmata għal u f’isem:

(il-post u d-data):

(isem, kariga) (firma):

3.4.2.   Lingwa tad-dikjarazzjoni

Il-lingwa tad-dikjarazzjoni trid tkun waħda mil-lingwi uffiċjali tal-UE. Madankollu, jekk id-dikjarazzjoni tkun b’lingwa oħra għajr il-lingwi meħtieġa mill-Istat Membru tad-destinazzjoni, l-operatur ekonomiku jrid jittraduċi d-dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku f’lingwa meħtieġa mill-Istat Membru tad-destinazzjoni (l-Artikolu 4(1), is-sitt subparagrafu, tar-Regolament).

3.4.3.   Min jista’ jfassal id-dikjarazzjoni?

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament li jikkonċernaw id-dikjarazzjoni jiżguraw il-bilanċ meħtieġ bejn: (i) li l-operaturi ekonomiċi kollha jingħataw il-possibbiltà li jfasslu d-dikjarazzjoni; u (ii) li l-operatur ekonomiku rispettiv jassumi r-responsabbiltà għad-dikjarazzjoni jew għall-partijiet tad-dikjarazzjoni li huwa jfassal.

Il-produttur tal-merkanzija, jew tal-merkanzija ta’ tip partikolari, huwa fl-aħjar pożizzjoni biex ifassal id-dikjarazzjoni volontarja. Il-produttur jista’ wkoll jagħti mandat lil rappreżentant awtorizzat biex ifassal id-dikjarazzjoni f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu (l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament). L-importatur jew id-distributur jista’ wkoll ifassal id-dikjarazzjoni jekk ikun jista’ jipprovdi l-evidenza meħtieġa biex jivverifika l-informazzjoni li tinsab fid-dikjarazzjoni (il-ħames subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament).

Il-produttur (jew ir-rappreżentant awtorizzat tiegħu, jekk jingħata s-setgħa li jagħmel dan) jista’ jimla biss l-informazzjoni fil-Parti I tad-dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku (eż. it-tip, id-deskrizzjoni, il-karatteristiċi tal-merkanzija, ir-regola applikabbli, jekk ikun hemm, fl-Istat Membru fejn il-merkanzija tiġi ddikjarata li hija kummerċjalizzata legalment, il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-konformità jew ir-rapporti tat-testijiet imwettqa, eċċ.). F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-informazzjoni fil-Parti II tad-dikjarazzjoni timtela mill-importatur jew mid-distributur (ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament).

L-operaturi ekonomiċi li jiffirmaw id-dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku – jew parti minnha – huma responsabbli għall-kontenut u l-preċiżjoni tal-informazzjoni li jipprovdu fid-dikjarazzjoni. Huma responsabbli f’konformità mad-dritt nazzjonali u, meta d-dikjarazzjoni tkun trid tiġi tradotta, huma responsabbli għall-korrettezza tal-informazzjoni li jittraduċu (l-Artikolu 4(2) tar-Regolament).

L-operaturi ekonomiċi jridu jiżguraw ukoll li d-dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku tinżamm aġġornata f’kull ħin sabiex tkun tirrifletti kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni li jkunu pprovdew (l-Artikolu 4(3) tar-Regolament).

3.4.4.   X’jiġri jekk id-dikjarazzjoni tkun biss parzjalment kompluta?

Skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament, id-dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku trid issegwi l-istruttura stabbilita fil-Partijiet I u II tal-anness u jkun fiha l-informazzjoni kollha speċifikata fl-anness.

Għalhekk, jekk id-dikjarazzjoni ma tkunx kompluta minħabba li ma jkunx fiha l-elementi kollha meħtieġa, jenħtieġ li titqies bħala invalida għall-iskop tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament. B’riżultat ta’ dan, japplikaw l-Artikolu 5(5) u 5(6) tar-Regolament u l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’ titlob l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni. Jenħtieġ li l-operatur ekonomiku jingħata mill-inqas 15-il jum tax-xogħol biex jikkonforma wara t-talba biex jippreżenta d-dokumentazzjoni u l-informazzjoni meħtieġa għall-valutazzjoni.

3.4.5.   Kif u meta tista’ tintuża d-dikjarazzjoni?

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni trid tinforma lill-operatur ekonomiku kkonċernat “mingħajr dewmien” meta jkollha l-ħsieb li tivvaluta jekk il-merkanzija hijiex kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor u, jekk iva, jekk l-interessi pubbliċi leġittimi koperti mir-regola teknika nazzjonali applikabbli tal-Istat Membru tad-destinazzjoni humiex protetti b’mod adegwat (l-Artikolu 5(1) tar-Regolament).

Fl-istess ħin, skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tindika:

il-merkanzija li hija soġġetta għall-valutazzjoni;

ir-regola teknika applikabbli jew il-proċedura ta’ awtorizzazzjoni minn qabel;

il-possibbiltà li tiġi pprovduta dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku.

L-operatur ekonomiku jista’ jagħżel li jippreżenta dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku bl-evidenza ta’ sostenn meħtieġa biex jivverifika l-informazzjoni li tinsab fiha. Dan ikun inqas oneruż għall-operatur ekonomiku minħabba li l-awtorità kompetenti ma jenħtieġ li titlob l-ebda informazzjoni jew dokumentazzjoni oħra mill-ebda operatur ekonomiku biex turi li l-merkanzija hija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor (l-Artikolu 5(4) tar-Regolament).

3.4.6.   Kif għandhom jiġu ppreżentati d-dokumenti

Id-dikjarazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jiġu ppreżentati f’limitu ta’ żmien li ma jistax ikun inqas minn 15-il jum tax-xogħol wara t-talba tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni (l-Artikolu 5(6) tar-Regolament). Il-preżentazzjoni tista’ ssir f’forma stampata jew b’mezz elettroniku jew issir disponibbli online skont ir-rekwiżiti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni (l-Artikolu 4(4) tar-Regolament).

3.5.   Valutazzjoni mill-awtorità kompetenti (l-Artikolu 5(1) tar-Regolament)

Awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’ tivvaluta l-merkanzija biex tistabbilixxi:

jekk il-merkanzija jew il-merkanzija ta’ dak it-tip hijiex kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor;

u, jekk ikun il-każ, jekk l-interessi pubbliċi leġittimi koperti mir-regola teknika nazzjonali applikabbli tal-Istat Membru tad-destinazzjoni humiex protetti b’mod adegwat, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi tal-merkanzija inkwistjoni.

L-aċċess għas-suq tal-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-merkanzija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor jista’ jiġi limitat jew miċħud biss meta:

1)

ir-regola teknika nazzjonali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jkollha objettiv leġittimu ta’ interess pubbliku, u

2)

l-limitazzjoni jew iċ-ċaħda tal-aċċess tkun proporzjonata, li jfisser li l-miżura tkun xierqa biex tiżgura li jintlaħaq l-objettiv u meħtieġa (ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq dak l-objettiv).

Jenħtieġ li d-deċiżjonijiet amministrattivi li jillimitaw jew jiċħdu l-aċċess għas-suq fir-rigward ta’ merkanzija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor ma jkunux ibbażati fuq is-sempliċi fatt li l-merkanzija li tkun qed tiġi vvalutata li tissodisfa l-objettiv pubbliku leġittimu li jrid jintlaħaq mill-Istat Membru b’mod differenti mill-mod kif il-merkanzija f’dak l-Istat Membru tissodisfa dak l-objettiv (il-Premessa 5 tar-Regolament). Xi jfisser li l-merkanzija tissodisfa l-objettiv pubbliku leġittimu b’mod differenti? Dan ifisser li l-merkanzija tista’ tilħaq l-objettiv li jkun irid jilħaq il-leġiżlatur nazzjonali anke jekk, pereżempju, tkun ġiet ittestjata b’metodi ta’ ttestjar fl-Istat Membru tal-oriġini li huma differenti mill-metodu preskritt fl-Istat Membru tad-destinazzjoni.

3.5.1.   Raġunijiet leġittimi ta’ interess pubbliku

Skont l-Artikolu 36 tat-TFUE, l-Artikoli 34 u 35 tat-TFUE ma jipprevjenux il-projbizzjonijiet jew ir-restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet jew il-merkanzija fi tranżitu ġġustifikati għal raġunijiet ta’: (i) moralità pubblika, (ii) politika pubblika jew sigurtà pubblika; (iii) il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bnedmin, tal-annimali jew tal-pjanti; (iv) il-protezzjoni ta’ teżori nazzjonali li għandhom valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku; jew (v) il-protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali. Madankollu, tali projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ma jridux jikkostitwixxu mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja jew restrizzjoni moħbija fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Minbarra r-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 36 tat-TFUE, hemm “raġunijiet prevalenti ta’ interess pubbliku” jew “rekwiżiti obbligatorji” (23) żviluppati mill-Qorti. Fil-kawża Cassis de Dijon (24), il-Qorti spjegat li ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija li jirriżulta minn disparitajiet bejn il-liġijiet nazzjonali relatati mal-kummerċjalizzazzjoni tal-merkanzija jrid jiġi aċċettat diment li dawk id-dispożizzjonijiet ikunu jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala meħtieġa biex jissodisfaw rekwiżiti obbligatorji li jirrigwardjaw b’mod partikolari l-effettività tas-superviżjoni fiskali, il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, il-ġustizzja tat-tranżazzjonijiet kummerċjali u l-protezzjoni tal-konsumatur. Il-Qorti tista’ tirrikonoxxi raġunijiet oħrajn ta’ ġustifikazzjoni. Pereżempju, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali (pereżempju, il-libertà tal-espressjoni u l-libertà ta’ għaqda tad-dimostranti (25)), il-protezzjoni tal-konsumatur (26), il-protezzjoni tat-tfal (27) jew il-ħarsien tal-ambjent (28).

Iktar informazzjoni dwar raġunijiet leġittimi ta’ interess pubbliku hija pprovduta fil-Gwida għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw il-moviment liberu tal-merkanzija (29).

3.5.2.   Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Id-deċiżjoni trid tkun konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Dan ifisser li d-deċiżjoni amministrattiva trid tkun xierqa għall-iskop li jintlaħaq l-objettiv li jrid jintlaħaq u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

Fil-Kawża C-320/03, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija, il-Qorti ddikjarat li “sabiex jiġi stabbilit jekk tali restrizzjoni hijiex proporzjonata, filwaqt li jitqies l-għan leġittimu li jrid jintlaħaq f’dan il-każ, jiġifieri l-ħarsien tal-ambjent, jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk huwiex meħtieġ u xieraq sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq l-objettiv awtorizzat” (30).

Il-proporzjonalità tar-regola teknika nazzjonali hija l-bażi biex tintwera l-proporzjonalità tad-deċiżjoni amministrattiva bbażata fuq dik ir-regola. Madankollu, il-mezz li bih trid tintwera l-proporzjonalità tad-deċiżjoni amministrattiva jeħtieġ li jkun stabbilit abbażi ta’ każ b’każ (il-Premessa 27 tar-Regolament).

Il-Gwida għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw il-moviment liberu tal-merkanzija fiha informazzjoni utli dwar it-test tal-proporzjonalità.

Il-paragrafi ta’ hawn taħt isemmu xi eżempji tal-prinċipju tal-proporzjonalità.

a)   Il-miżura hija xierqa biex tiżgura li jintlaħaq l-objettiv maħsub?

Il-Qorti vvalutat l-adegwatezza tal-miżuri biex jintlaħaq l-objettiv fil-kawżi li ġejjin, fost l-oħrajn (31).

Fil-kawża Ålands Vindkraft il-Qorti enfasizzat li l-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli għall-produzzjoni tal-elettriku huwa utli għall-ħarsien tal-ambjent diment li jikkontribwixxi għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, li huma fost il-kawżi ewlenin tat-tibdil fil-klima li l-UE u l-Istati Membri tagħha wiegħdu li jiġġieldu (32).

Fil-kawża Il-Kummissjoni vs L-Italja (karrijiet), il-Qorti sostniet li projbizzjoni fuq l-użu ta’ muturi li jirmonkaw il-karrijiet hija xierqa għall-iskop li tiġi żgurata s-sikurezza fit-toroq (33).

Fil-kawża Dynamic Medien, il-Qorti ddeċidiet li ma hemm l-ebda dubju li l-projbizzjoni tal-bejgħ u t-trasferiment permezz ta’ ordni bil-posta ta’ mezzi għall-ħażna tal-immaġini li ma ġewx eżaminati u kklassifikati mill-awtorità kompetenti għall-iskop tal-protezzjoni taż-żgħażagħ u li ma għandhomx tikketta minn dik l-awtorità li tindika l-età minn meta jistgħu jiġu segwiti tikkostitwixxi miżura xierqa biex tipproteġi lit-tfal minn informazzjoni u materjali ta’ dannu għall-benesseri tagħhom (34).

b)   Il-miżura hija meħtieġa biex jintlaħaq dak l-objettiv?

Id-deċiżjoni amministrattiva tkun proporzjonata jekk tkun mhux biss xierqa, iżda wkoll meħtieġa biex jintlaħaq l-objettiv leġittimu. F’din il-parti tal-valutazzjoni, il-mistoqsija li jenħtieġ li tiġi kkunsidrata hija: id-deċiżjoni amministrattiva tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-objettiv leġittimu? Jekk ikun hemm mezzi inqas restrittivi biex jintlaħaq l-istess objettiv, mela d-deċiżjoni amministrattiva tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ. L-eżempji ta’ hawn taħt juru liema mistoqsijiet jenħtieġ li jsiru biex tiġi vvalutata l-ħtieġa ta’ deċiżjoni amministrattiva.

Fil-kawża Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka, il-Qorti indikat li, b’konnessjoni mal-ġlieda kontra l-frodi biex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-konsumaturi fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri huma intitolati li jqisu li l-immarkar bil-karatteristiċi distintivi li jsir fit-territorju ta’ pajjiżi terzi ma joffrix livell ta’ protezzjoni tal-konsumaturi ekwivalenti għall-immarkar bil-karatteristiċi distintivi li jsir minn korpi indipendenti fit-territorju tal-Istati Membri (ħlief meta l-Istat Membru tal-importazzjoni minn pajjiżi terzi, li jkollu sistema ekwivalenti ta’ mmarkar bil-karatteristiċi distintivi, iwettaq kontrolli tal-merkanzija u r-riżultati jissodisfaw ir-rekwiżit ta’ dak l-Istat Membru (35)). Madankollu, il-Qorti kkonstatat li l-miżura ma kinitx proporzjonata mal-objettiv li kellu jintlaħaq, minħabba li l-istess objettiv seta’ jintlaħaq permezz ta’ miżuri alternattivi inqas restrittivi. L-ewwel nett, l-awtoritajiet Ċeki setgħu jitolbu evidenza dokumentarja mill-importatur biex juru l-post fuq il-merkanzija fejn sar l-immarkar bil-karatteristiċi distintivi inkwistjoni u, skont il-każ, il-post fejn il-metalli prezzjużi kkonċernati tqiegħdu f’ċirkolazzjoni libera u ġew kummerċjalizzati legalment fl-UE. It-tieni nett, l-awtoritajiet Ċeki setgħu llimitaw ir-rifjut li jirrikonoxxu l-immarkar bil-karatteristiċi distintivi ta’ WaarborgHolland biss għaċ-ċirkostanzi li fihom kontroll addizzjonali tal-metalli prezzjużi mill-awtoritajiet Ċeki huwa fil-fatt iġġustifikat mill-protezzjoni tal-konsumaturi, b’mod partikolari f’każijiet ta’ importazzjonijiet minn pajjiżi terzi (36).

Fil-kawża Ålands Vindkraft, park eoliku li jinsab fil-Finlandja kien irrifjutat l-għoti mill-Iżvezja ta’ ċertifikati tal-elettriku minħabba li tali ċertifikati kienu riżervati biss għal installazzjonijiet ekoloġiċi tal-produzzjoni tal-elettriku li jinsabu fl-Iżvezja. Madankollu, il-Qorti kkonstatat li l-miżura kienet proporzjonata, filwaqt li spjegat li ma deherx li l-Iżvezja aġixxiet bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità sempliċiment billi rriżervat skema ta’ appoġġ bl-użu ta’ ċertifikati ekoloġiċi esklużivament għall-elettriku ekoloġiku prodott fit-territorju nazzjonali. L-Istati Membri għandhom mira nazzjonali obbligatorja għall-enerġija rinnovabbli (is-sehem ġust tal-isforz tagħhom) u l-uniku elettriku li jistgħu jgħoddu fir-rigward ta’ din il-mira huwa dak prodott fl-installazzjonijiet tagħhom. B’riżultat ta’ dan, l-Iżvezja setgħet b’mod leġittimu tqis li tali limitazzjoni territorjali ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv — skont kemm id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (37) kif ukoll l-iskema nazzjonali li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dik id-Direttiva — li jiżdiedu l-produzzjoni u, indirettament, il-konsum tal-elettriku ekoloġiku fl-Unjoni Ewropea (38).

Fil-kawża Dynamic Medien, il-Qorti vvalutat in-neċessità tal-miżura kif ġej: sa fejn kien ikkonċernat il-kamp ta’ applikazzjoni sostantiv tal-projbizzjoni, il-liġi dwar il-protezzjoni taż-żgħażagħ ma tipprekludix il-forom kollha ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ midja mhux ivverifikata għall-ħażna tal-immaġini. Mid-deċiżjoni jidher ċar li huwa permessibbli li jiġu importati u mibjugħa tali mezzi għall-ħażna tal-immaġini lil persuni adulti permezz ta’ mezzi ta’ distribuzzjoni li jinvolvu kuntatt personali bejn il-fornitur u x-xerrej, li b’hekk jiżgura li t-tfal ma jkollhomx aċċess għall-mezzi għall-ħażna tal-immaġini kkonċernati. Fid-dawl ta’ dawk il-fatturi, jidher li r-regoli inkwistjoni fil-proċedimenti ewlenin ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv li jrid jintlaħaq mill-Istat Membru kkonċernat (39).

Fil-Kawża C-265/06, Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Portugiża, il-Qorti kkonstatat li l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-iżgurar tas-sikurezza fit-toroq jistgħu jikkostitwixxu raġunijiet prevalenti fl-interess pubbliku li kapaċi jiġġustifikaw xkiel għall-moviment liberu tal-merkanzija. Għalkemm il-projbizzjoni tat-twaħħil ta’ film ikkulurit mat-twieqi ta’ vetturi tal-passiġġieri jew tal-merkanzija “tidher, fil-fatt, li x’aktarx tiffaċilita tali spezzjoni u, għalhekk, li hija adatta sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-ġlieda kontra l-kriminalità u l-iżgurar tas-sikurezza fit-toroq, minn dan ma jirriżultax li din hija neċessarja sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi jew li ma jeżistux mezzi inqas restrittivi oħrajn sabiex isir dan” (40). Il-ħtieġa tal-projbizzjoni kompliet tiddgħajjef meta l-awtoritajiet ammettew li vetturi bil-mutur immuntati mill-bidu bi twieqi kkuluriti fil-limiti stipulati mid-Direttiva tal-Kunsill 92/22/KEE (41) huma permessi fit-territorju tagħhom. Barra minn hekk, hemm firxa wiesgħa ta’ films ikkuluriti (minn film trasparenti għal film li huwa kważi opak) li jfisser li mill-inqas xi films, jiġifieri dawk bi grad suffiċjenti ta’ trasparenza, jippermettu l-ispezzjoni viżwali mixtieqa tal-vetturi bil-mutur minn ġewwa. Għalhekk, il-Qorti kkonkludiet li l-projbizzjoni ta’ films ikkuluriti fil-vetturi kienet eċċessiva u, għalhekk, sproporzjonata fir-rigward tal-objettivi li jridu jintlaħqu (42).

3.6.   Sospensjoni temporanja tal-aċċess għas-suq (l-Artikolu 6 tar-Regolament)

Meta awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tad-destinazzjoni tkun qed tivvaluta l-merkanzija qabel ma tiddeċiedi jekk għandhiex tillimita jew tiċħad l-aċċess għas-suq jew le, jenħtieġ li dik l-awtorità ma tkunx tista’ tieħu deċiżjonijiet li tissospendi l-aċċess għas-suq, ħlief meta jkun meħtieġ intervent rapidu biex jiġi evitat dannu għas-sikurezza jew għas-saħħa tal-persuni, biex jiġi evitat dannu għall-ambjent, jew biex jiġi evitat li l-merkanzija ssir disponibbli f’każijiet fejn it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ tali merkanzija jkun ġeneralment ipprojbit għal raġunijiet ta’ moralità pubblika jew ta’ sigurtà pubblika, inkluża, pereżempju, il-prevenzjoni tal-kriminalità (il-Premessa 29 tar-Regolament).

F’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament, meta jwettqu valutazzjoni tal-merkanzija, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni jistgħu jissospendu temporanjament it-tqegħid fis-suq ta’ dik il-merkanzija f’dak l-Istat Membru biss jekk:

a)

f’kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli ta’ użu, il-merkanzija joħolqu riskju serju għas-sikurezza jew is-saħħa tal-persuni jew għall-ambjent, inkluż wieħed fejn l-effetti ma jkunux immedjati, li jirrikjedi intervent rapidu mill-awtorità kompetenti; jew

b)

it-tqegħid tal-merkanzija, jew ta’ merkanzija ta’ dak it-tip, fis-suq ta’ dak l-Istat Membru jkun ġeneralment ipprojbit f’dak l-Istat Membru għal raġunijiet ta’ moralità pubblika jew ta’ sigurtà pubblika.

Meta l-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tissospendi temporanjament l-aċċess għas-suq, jenħtieġ li tinnotifika immedjatament lill-operatur ekonomiku kkonċernat, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn (l-Artikolu 6(2) tar-Regolament). Jekk ir-raġuni għas-sospensjoni temporanja tkun li, f’kundizzjonijiet normali jew raġonevolment prevedibbli ta’ użu, il-merkanzija joħolqu riskju serju għas-sikurezza jew is-saħħa tal-persuni jew għall-ambjent, inkluż wieħed fejn l-effetti ma jkunux immedjati, li jirrikjedi intervent rapidu mill-awtorità kompetenti, in-notifika trid tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni teknika jew xjentifika dettaljata li turi għaliex il-każ jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak il-punt (l-Artikolu 6(2) tar-Regolament).

3.7.   Deċiżjoni amministrattiva (l-Artikolu 5(9)-5(13) tar-Regolament)

Meta titlesta valutazzjoni tal-merkanzija, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni tista’ tiddeċiedi li tieħu deċiżjoni amministrattiva fir-rigward tal-merkanzija li tkun ivvalutat (l-Artikolu 5(9) tar-Regolament).

Kif issemma qabel, ir-rikonoxximent reċiproku mhuwiex prinċipju assolut. Madankollu, hija meħtieġa ġustifikazzjoni tajba għal kwalunkwe eċċezzjoni għal dan il-prinċipju. L-aċċess għas-suq għall-merkanzija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor ma jistax ikun limitat jew miċħud biss abbażi li r-regoli nazzjonali jistabbilixxu rekwiżiti differenti għall-merkanzija kkonċernata. Jekk ikun hemm raġuni ġenwina li tillimita jew tiċħad l-aċċess għas-suq, trid tingħata ġustifikazzjoni għal kwalunkwe deċiżjoni bħal din.

Sa issa, id-deċiżjonijiet amministrattivi rari stabbilew ir-raġunijiet għal-limitazzjoni jew għaċ-ċaħda tal-aċċess għas-suq għal merkanzija kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor.

L-Artikoli 5(10)–5(12) tar-Regolament jelenkaw il-kategoriji ta’ informazzjoni li jenħtieġ li jiġu pprovduti fid-deċiżjoni amministrattiva.

Id-deċiżjoni amministrattiva trid tinkludi r-raġunijiet għad-deċiżjoni, li jridu jiġu stabbiliti b’mod dettaljat u raġunat biżżejjed sabiex tiġi ffaċilitata valutazzjoni tal-kompatibbiltà tagħha mal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u mar-rekwiżiti tar-Regolament (l-Artikolu 5(10) tar-Regolament). B’mod partikolari, id-deċiżjoni amministrattiva trid tinkludi l-informazzjoni li ġejja (l-Artikolu 5(11) tar-Regolament):

a)

ir-regola teknika nazzjonali li fuqha tkun ibbażata d-deċiżjoni amministrattiva;

b)

ir-raġunijiet leġittimi ta’ interess pubbliku li jiġġustifikaw l-applikazzjoni tar-regola teknika nazzjonali li fuqha tkun ibbażata d-deċiżjoni amministrattiva;

c)

l-evidenza teknika jew xjentifika kkunsidrata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni, inkluż, fejn applikabbli, kwalunkwe bidla rilevanti fl-aktar teknoloġija avvanzata li tkun seħħet minn meta daħlet fis-seħħ ir-regola teknika nazzjonali;

d)

sommarju tal-argumenti (jekk ikun hemm) imressqa mill-operatur ekonomiku kkonċernat li huma rilevanti għall-valutazzjoni ta’ jekk il-merkanzija ġietx kummerċjalizzata legalment u jekk l-interessi pubbliċi leġittimi koperti mir-regola teknika nazzjonali applikabbli tal-Istat Membru tad-destinazzjoni humiex protetti b’mod adegwat, wara li jitqiesu l-karatteristiċi tal-merkanzija inkwistjoni;

e)

l-evidenza li turi li d-deċiżjoni amministrattiva hija xierqa għall-iskop li jintlaħaq l-objettiv li jkun irid jintlaħaq u li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

Għall-iskopijiet tal-Artikolu 5(11) tar-Regolament, “raġunijiet leġittimi ta’ interess pubbliku” huma definiti bħala kwalunkwe waħda mir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 36 tat-TFUE jew kwalunkwe raġuni prevalenti oħra ta’ interess pubbliku (l-Artikolu 3(14) tar-Regolament) (43).

Id-deċiżjoni amministrattiva trid tispeċifika r-rimedji disponibbli skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru tad-destinazzjoni u l-limiti ta’ żmien applikabbli għal dawk ir-rimedji. Jenħtieġ li tinkludi wkoll referenza għall-fatt li l-operaturi ekonomiċi jistgħu jagħmlu użu minn SOLVIT u mill-proċedura l-ġdida għas-soluzzjoni tal-problemi (l-Artikolu 5(12) tar-Regolament, ara wkoll it-Taqsima 3.10).

Id-deċiżjoni amministrattiva li tillimita jew tiċħad l-aċċess għas-suq trid tiġi nnotifikata mingħajr dewmien lill-operatur ekonomiku. Id-deċiżjoni ma għandhiex tidħol fis-seħħ qabel ma tkun ġiet innotifikata lill-operatur ekonomiku (l-Artikoli 5(9) u 5(13) tar-Regolament).

3.8.   Notifiki lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn

L-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jridu jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn dwar:

is-sospensjonijiet temporanji (l-Artikolu 6(2) tar-Regolament);

id-deċiżjonijiet amministrattivi (l-Artikolu 5(9) tar-Regolament).

Għall-iskopijiet tal-Artikolu 5(9) u tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament, jenħtieġ li tintuża s-Sistema ta’ Informazzjoni u Komunikazzjoni għas-Sorveljanza tas-Suq (ICSMS) (l-Artikolu 11(1) tar-Regolament).

Il-Kummissjoni trid tuża l-informazzjoni disponibbli fl-ICSMS għall-evalwazzjoni futura tar-Regolament (l-Artikolu 14(2) tar-Regolament).

Is-sospensjonijiet temporanji jridu jiġu nnotifikati minnufih permezz tal-ICSMS lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn (l-Artikolu 6(2) tar-Regolament).

Id-deċiżjonijiet amministrattivi jridu jiġu nnotifikati permezz tal-ICSMS lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn mhux iktar tard minn 20 jum tax-xogħol wara li tittieħed id-deċiżjoni (l-Artikolu 5(9) tar-Regolament).

Jenħtieġ li s-sospensjoni temporanja jew id-deċiżjoni amministrattiva nnotifikata tittella’ fl-ICSMS.

Fit-teorija, jekk miżura nnotifikata permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni Rapida (RAPEX) (44) jew tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) (45) tkun tikkonċerna merkanzija li mhijiex koperta mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni u li qed tiġi kummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor, jenħtieġ li dik il-miżura tiġi nnotifikata wkoll skont ir-Regolament, bl-użu tas-sistema ICSMS.

Ir-Regolament huwa maħsub biex jeħles lill-Istati Membri mill-piż ta’ notifiki doppji f’każijiet fejn miżura tkun teħtieġ notifika taħt żewġ sistemi. Għalhekk, l-Artikolu 7 jiddikjara li jekk deċiżjoni amministrattiva jew sospensjoni temporanja tkun ukoll miżura li trid tiġi nnotifikata permezz ta’ RAPEX jew RASFF, “ma għandhiex tkun meħtieġa notifika separata lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn skont dan ir-Regolament” jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin: a) in-notifika permezz ta’ RAPEX jew RASFF tindika li n-notifika sservi wkoll bħala notifika skont ir-Regolament (UE) 2019/515, u b) tiġi pprovduta l-evidenza ta’ sostenn li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/515.

L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni hija responsabbli biex ittella’ d-dokumenti meħtieġa skont ir-Regolament. Kif imsemmi hawn fuq, dawn id-dokumenti huma d-deċiżjoni amministrattiva u s-sospensjoni temporanja (akkumpanjati mill-ġustifikazzjoni teknika jew xjentifika dettaljata f’każijiet fejn tkun ibbażata fuq riskju serju għas-sikurezza jew għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent).

3.9.   Rimedji kontra d-deċiżjoni amministrattiva

Kwalunkwe deċiżjoni amministrattiva meħuda mill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tad-destinazzjoni skont ir-Regolament trid tispeċifika r-rimedji disponibbli skont id-dritt nazzjonali u l-iskadenzi għall-użu ta’ dawk ir-rimedji (l-Artikolu 5(12) tar-Regolament u l-Premessa 35 tar-Regolament), sabiex operatur ekonomiku jkun jista’ jappella jew iressaq proċedimenti kontra d-deċiżjoni. L-għażliet disponibbli għall-kontestazzjoni ta’ tali deċiżjonijiet jiddependu fuq ir-rimedji pprovduti mid-dritt nazzjonali (istanza amministrattiva ta’ appell, qrati nazzjonali, tribunali jew istanzi oħrajn ta’ appell). B’mod ġenerali, is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali jipprovdu, direttament jew wara appell amministrattiv, il-possibbiltà li jitressaq appell quddiem qorti jew tribunal kontra d-deċiżjoni amministrattiva tal-awtorità kompetenti biex jiġi limitat jew miċħud l-aċċess għas-suq.

L-Artikolu 8 tar-Regolament jintroduċi proċedura ġdida għas-soluzzjoni tal-problemi biex jiġi pprovdut rimedju effettiv u terġa’ tiġi stabbilita l-fiduċja fir-rikonoxximent reċiproku. Din il-proċedura l-ġdida hija fdata lin-network tas-SOLVIT.

3.10.   X’inhu s-SOLVIT

Is-SOLVIT huwa network eżistenti ta’ ċentri stabbiliti mill-Istati Membri li għandu l-għan li jwassal soluzzjonijiet rapidi, effettivi u informali għall-problemi li jiltaqgħu magħhom l-individwi u n-negozji meta d-drittijiet tagħhom tal-UE fis-suq uniku jkunu qed jiġu miċħuda mill-awtoritajiet pubbliċi, abbażi tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/461/UE dwar il-prinċipji li jirregolaw is-SOLVIT (46).

Is-SOLVIT huwa mekkaniżmu informali u mhux ġudizzjarju għas-soluzzjoni tal-problemi li jipprovdi alternattiva għall-proċedimenti tal-qorti. Jipprovdi soluzzjonijiet prattiċi għall-individwi u n-negozji li qed jesperjenzaw diffikultajiet f’sitwazzjonijiet transfruntiera assoċjati mas-suq uniku u kkawżati minn awtorità pubblika. Is-SOLVIT huwa mingħajr ħlas u jiġi pprovdut mill-amministrazzjoni nazzjonali f’kull Stat Membru tal-UE, kif ukoll fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein u fin-Norveġja. Il-prinċipji li jirregolaw l-operat tiegħu huma stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/461/UE, li tiddikjara li kull Stat Membru għandu jipprovdi lil ċentru tas-SOLVIT b’riżorsi suffiċjenti biex jiżgura li jkun jista’ jieħu sehem fin-network (47).

Il-proċedura tas-SOLVIT tista’ tiġi attivata minn operaturi ekonomiċi affettwati minn deċiżjoni amministrattiva. Ir-Rakkomandazzjoni 2013/461/UE ma tistabbilixxi l-ebda limitu ta’ żmien għat-tnedija tal-proċedura tas-SOLVIT. Madankollu, jekk l-operaturi ekonomiċi jiddeċiedu li jużaw is-SOLVIT, huwa rakkomandabbli li jippreżentaw id-deċiżjoni amministrattiva lis-SOLVIT kmieni kemm jista’ jkun. Billi s-SOLVIT huwa mekkaniżmu informali, ir-rikors għall-proċedura tas-SOLVIT ma jissospendi l-ebda skadenza formali għall-preżentazzjoni ta’ appell amministrattiv jew ġudizzjarju, u lanqas ma jissostitwixxi tali appelli. Jekk, matul proċedura tas-SOLVIT li tkun għaddejja, operatur ekonomiku jressaq appell ġudizzjarju, hija prattika normali li ċ-ċentru tas-SOLVIT jiġi nnotifikat. Iċ-ċentru tas-SOLVIT iwaqqaf il-proċedura tas-SOLVIT u l-mandat taċ-ċentru tas-SOLVIT jintemm (48).

Fejn is-sistemi nazzjonali jipprevedu l-possibbiltà ta’ appell amministrattiv kontra d-deċiżjoni amministrattiva tal-awtorità kompetenti biex tillimita jew tiċħad l-aċċess għas-suq quddiem l-awtorità responsabbli għas-superviżjoni ta’ dik l-awtorità kompetenti (skont is-sistema applikabbli fl-Istat Membru kkonċernat), xi awtoritajiet jiddeċiedu li jwaqqfu l-proċedura temporanjament jekk tkun għaddejja proċedura tas-SOLVIT għas-soluzzjoni tal-problemi. Dan jippermetti lill-awtorità superviżorja tqis il-proċess tas-SOLVIT.

Il-każijiet kollha tas-SOLVIT jiġu ttrattati minn żewġ ċentri tas-SOLVIT, iċ-ċentru domestiku u ċ-ċentru ewlieni (49). Iċ-ċentru domestiku tipikament ikun fl-Istat Membru tal-ilmentatur, filwaqt li ċ-ċentru ewlieni jkun fl-Istat Membru tal-awtorità li dwarha jkun sar ilment. Iċ-ċentru domestiku huwa responsabbli biex jagħmel valutazzjoni legali tal-problema u jipprepara l-każ qabel ma jippreżentah liċ-ċentru tas-SOLVIT tal-awtorità li dwarha jkun sar ilment (50). Iċ-ċentru ewlieni huwa responsabbli biex isib soluzzjonijiet għall-applikanti, inkluża kjarifika tad-dritt tal-UE applikabbli, u jenħtieġ li jinforma regolarment liċ-ċentru domestiku dwar kif qed jipprogressa l-ilment (51).

Iċ-ċentri tas-SOLVIT jużaw sistema online sigura għat-trattament tal-każijiet (52). Dan jirriżulta f’komunikazzjoni effiċjenti u jwassal għal trasparenza sħiħa. Il-Kummissjoni għandha aċċess għas-sistema, timmonitorja l-kwalità tat-trattament tal-każijiet, u toffri assistenza u kjarifiki f’każijiet kumplessi.

3.11.   Is-SOLVIT u l-proċedura għas-soluzzjoni tal-problemi skont l-Artikolu 8 tar-Regolament

Il-proċedura tas-SOLVIT deskritta fir-Rakkomandazzjoni 2013/461/UE u l-proċedura speċjali għas-soluzzjoni tal-problemi prevista mill-Artikolu 8 tar-Regolament huma differenti. Id-differenza ewlenija f’dawn il-proċeduri hija l-possibbiltà li ċ-ċentri tas-SOLVIT jitolbu lill-Kummissjoni toħroġ opinjoni.

Il-proċedura tas-SOLVIT deskritta fir-Rakkomandazzjoni 2013/461/UE ma tipprovdi l-ebda possibbiltà li ċ-ċentri tas-SOLVIT jitolbu lill-Kummissjoni tagħti opinjoni. Madankollu, l-Artikolu 8(1) tar-Regolament jistabbilixxi li fejn operatur ekonomiku jkun beda proċedura tas-SOLVIT, iċ-ċentru domestiku jew iċ-ċentru ewlieni jista’ jitlob lill-Kummissjoni tagħti opinjoni biex tgħin fis-soluzzjoni tal-każ. Din il-proċedura speċifika tapplika biss f’każijiet fejn l-awtoritajiet ikunu ħarġu deċiżjoni amministrattiva f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament. Tinkludi l-possibbiltà li ċentru tas-SOLVIT jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk id-deċiżjoni amministrattiva hijiex kompatibbli mal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u mar-rekwiżiti tar-Regolament (l-Artikolu 8(1) u 8(2) tar-Regolament). Il-proċedura għas-soluzzjoni tal-problemi skont ir-Regolament tinvolvi skadenzi itwal mill-proċedura tas-soltu tas-SOLVIT, sabiex il-Kummissjoni tingħata biżżejjed żmien biex toħroġ l-opinjoni.

Sabiex l-operaturi ekonomiċi jsiru konxji tad-disponibbiltà tal-proċedura speċifika għas-soluzzjoni tal-problemi tar-Regolament, id-deċiżjonijiet amministrattivi kollha maħruġa mill-awtoritajiet nazzjonali skont ir-Regolament iridu jinkludu referenza għall-possibbiltà li l-operaturi ekonomiċi jużaw is-SOLVIT u l-proċedura għas-soluzzjoni tal-problemi stabbilita mill-Artikolu 8 tar-Regolament (l-Artikolu 5(12) tar-Regolament; ara wkoll it-Taqsima 3.7). Pereżempju, id-deċiżjoni amministrattiva tista’ tinkludi paragrafu bħal dan li ġej.

“Tista’ tippreżenta din id-deċiżjoni lis-SOLVIT, skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Rakkomandazzjoni 2013/461/UE. Iċ-ċentru domestiku jew iċ-ċentru ewlieni jista’ jitlob lill-Kummissjoni tagħti opinjoni sabiex tgħin fis-soluzzjoni tal-każ, f’konformità mal-Artikolu 8(1) tar-Regolament (UE) 2019/515.”

Is-SOLVIT dejjem kien disponibbli għall-operaturi ekonomiċi li jiffaċċaw problemi fis-suq uniku. Problemi oħrajn assoċjati mal-kummerċjalizzazzjoni tal-merkanzija fi Stat Membru ieħor, bħan-nuqqas ta’ tweġiba mill-awtorità kompetenti, jew ir-rifjut li tinħareġ deċiżjoni, se jkomplu jiġu ttrattati mis-SOLVIT bil-mod tas-soltu. Madankollu, problemi bħal dawn mhux se jiskattaw il-proċedura speċifika għas-soluzzjoni tal-problemi stabbilita fl-Artikolu 8 tar-Regolament.

3.12.   L-opinjoni tal-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura għas-soluzzjoni tal-problemi tal-Artikolu 8 tar-Regolament

Meta l-approċċ informali tas-SOLVIT ifalli u jibqgħu dubji dwar il-kompatibbiltà tad-deċiżjoni amministrattiva mal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, kwalunkwe wieħed miċ-ċentri tas-SOLVIT involuti jista’ jitlob lill-Kummissjoni toħroġ opinjoni (l-Artikolu 8(1) tar-Regolament). L-iskop tal-opinjoni tal-Kummissjoni hu li tkun tista’ tivvaluta jekk id-deċiżjoni amministrattiva nazzjonali hijiex kompatibbli mal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u mar-rekwiżiti tar-Regolament (l-Artikolu 8(2) tar-Regolament). Fost l-oħrajn, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkunsidra d-dokumenti u l-informazzjoni pprovduti bħala parti mill-proċedura tas-SOLVIT. Tista’ titlob informazzjoni jew dokumenti addizzjonali permezz taċ-ċentru tas-SOLVIT rilevanti (l-Artikolu 8(3) tar-Regolament).

Fi żmien 45 jum tax-xogħol minn meta tirċievi t-talba għal opinjoni (li ma tinkludix iż-żmien meħtieġ biex il-Kummissjoni tirċievi l-informazzjoni u d-dokumenti addizzjonali msemmija hawn fuq), il-Kummissjoni trid tlesti l-valutazzjoni tagħha u toħroġ opinjoni (l-Artikolu 8(4) tar-Regolament). Jenħtieġ li din l-opinjoni tindirizza biss il-kwistjoni ta’ jekk id-deċiżjoni amministrattiva hijiex kompatibbli mal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u mar-rekwiżiti tar-Regolament (l-Artikolu 8(2) tar-Regolament). Fejn ikun xieraq, jenħtieġ li l-opinjoni tidentifika kwalunkwe tħassib li jrid jiġi indirizzat fil-każ tas-SOLVIT jew tagħmel rakkomandazzjonijiet li jistgħu jgħinu biex jissolva l-każ (l-Artikolu 8(4) tar-Regolament). L-opinjoni tal-Kummissjoni trid titqies waqt il-proċedura tas-SOLVIT (l-Artikolu 8(6) tar-Regolament).

Il-Kummissjoni tikkomunika l-opinjoni tagħha permezz taċ-ċentru tas-SOLVIT rilevanti lill-operatur ekonomiku kkonċernat u lill-awtoritajiet kompetenti. Tinnotifika wkoll l-opinjoni lill-Istati Membri kollha permezz tal-ICSMS (l-Artikolu 8(6) tar-Regolament). L-operatur ekonomiku jista’ jagħmel użu mill-opinjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament u jagħmilha disponibbli għal kwalunkwe parti terza rilevanti.

Jekk il-Kummissjoni tiġi infurmata li l-każ issolva matul il-perjodu ta’ valutazzjoni, il-Kummissjoni mhijiex meħtieġa li toħroġ opinjoni (l-Artikolu 8(5) tar-Regolament).

Il-fatt li l-Kummissjoni toħroġ opinjoni ma jaffettwax is-setgħat tagħha skont l-Artikolu 258 tat-TFUE (il-Premessa 40 tar-Regolament).

3.13.   Ir-rwol tal-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti (l-Artikolu 9 tar-Regolament)

Ir-Regolament jagħmilha ħafna iktar faċli minn qabel li l-merkanzija mhux koperta mir-regoli tal-UE dwar l-armonizzazzjoni tiġi kkummerċjalizzata fi Stati Membri oħrajn, iżda jagħti wkoll iktar responsabbiltà lill-operaturi ekonomiċi. Iridu jkunu konxji tar-regoli nazzjonali rilevanti mhux biss fl-Istat Membru fejn jikkummerċjalizzaw il-merkanzija tagħhom legalment, iżda wkoll fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, pereżempju jekk hemmx proċedura ta’ awtorizzazzjoni minn qabel.

Sabiex ikun żgurat li l-operaturi ekonomiċi ma jitħallewx għal rashom fil-ġbir ta’ informazzjoni relatata mal-prodott fl-Istati Membri, ir-Regolament jiffaċilita l-ġbir ta’ din l-informazzjoni permezz ta’ Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti. Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament, il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti jridu jipprovdu s-servizzi tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (53) (ir-Regolament dwar il-Gateway Diġitali Unika). Jenħtieġ li l-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti jkollhom tagħmir u riżorsi adegwati (l-Artikolu 9(1) u l-Premessa 42 tar-Regolament) sabiex ikunu jistgħu jaqdu r-rwol importanti tagħhom fl-iffaċilitar tal-komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-operaturi ekonomiċi.

Il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti jridu jipprovdu informazzjoni online dwar (l-Artikolu 9(2) tar-Regolament):

a)

il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku u l-applikazzjoni tar-Regolament fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom, inkluża informazzjoni dwar il-proċedura ta’ valutazzjoni tal-merkanzija skont l-Artikolu 5 tar-Regolament;

b)

id-dettalji ta’ kuntatt dirett tal-awtoritajiet kompetenti fl-Istat Membru tagħhom, inklużi d-dettalji tal-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-implimentazzjoni tar-regoli tekniċi nazzjonali applikabbli fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom;

c)

ir-rimedji u l-proċeduri disponibbli fit-territorju tal-Istat Membru tagħhom fil-każ ta’ tilwima bejn l-awtorità kompetenti u operatur ekonomiku, inkluża l-proċedura għas-soluzzjoni tal-problemi stabbilita fl-Artikolu 8 tar-Regolament.

Għalkemm il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti huma responsabbli biex jagħmlu l-iktar data importanti disponibbli fuq is-siti web tagħhom (ara l-Artikolu 9(2) u l-Premessa 42 tar-Regolament), jistgħu wkoll jiġu kkuntattjati direttament mill-operaturi ekonomiċi jew mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, u jridu jipprovdu iktar informazzjoni fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn meta jirċievu talba (l-Artikolu 9(3) u 9(4) tar-Regolament). Iridu jipprovdu din l-informazzjoni ulterjuri mingħajr ħlas (l-Artikolu 9(5) tar-Regolament). Jenħtieġ li l-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti jwettqu kompiti assoċjati mal-għoti ta’ kwalunkwe informazzjoni relatata mal-prodott, inklużi kopji elettroniċi tar-regoli tekniċi nazzjonali, jew aċċess online għalihom, mingħajr preġudizzju għar-regoli nazzjonali li jirregolaw id-distribuzzjoni tar-regoli tekniċi nazzjonali (il-Premessa 42 tar-Regolament).

L-awtoritajiet nazzjonali jistgħu wkoll jikkuntattjaw lill-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti jew lill-awtoritajiet minn Stat Membru ieħor (pereżempju, l-Istat Membru tal-oriġini/l-ewwel kummerċjalizzazzjoni legali) u jitolbuhom informazzjoni biex jivverifikaw id-data pprovduta mill-operaturi ekonomiċi matul il-valutazzjoni tal-merkanzija (ara l-Artikoli 5, 9 u 10(3) tar-Regolament). Il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti jistgħu jintużaw ukoll biex jiffaċilitaw il-kuntatti bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti (l-Artikolu 10(3) tar-Regolament).

Madankollu, jenħtieġ li l-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti ma jintalbux jipprovdu kopji tal-istandards li huma soġġetti għad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali tal-korpi jew l-organizzazzjonijiet tal-istandardizzazzjoni (il-Premessa 42 tar-Regolament), jew aċċess online għalihom.

L-Artikolu 10 tar-Regolament jistabbilixxi r-regoli dwar il-kooperazzjoni amministrattiva li jippreskrivu l-iktar oqsma importanti li fihom hija meħtieġa l-kooperazzjoni effiċjenti tal-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti u l-awtoritajiet nazzjonali.

3.14.   Kooperazzjoni amministrattiva (l-Artikolu 10 tar-Regolament)

Ir-Regolament isaħħaħ il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti bħala wieħed mill-mezzi ewlenin ta’ komunikazzjoni għar-rikonoxximent reċiproku u jtejjeb il-komunikazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti.

Waħda mill-forom ta’ kooperazzjoni amministrattiva previsti mir-Regolament hija l-iskambju ta’ uffiċjali fost l-Istati Membri u l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet ta’ taħriġ u programmi ta’ sensibilizzazzjoni komuni għall-awtoritajiet u n-negozji (l-Artikolu 10(1)(c) tar-Regolament). Il-Kummissjoni tiżgura l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti, filwaqt li l-Istati Membri jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti jipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet (l-Artikoli 10(1) u 10(2) tar-Regolament).

Il-kooperazzjoni amministrattiva hija partikolarment importanti fil-valutazzjoni tal-merkanzija. Permezz tas-sistema ICSMS, l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru tad-destinazzjoni jistgħu jikkuntattjaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tal-ewwel kummerċjalizzazzjoni legali jekk ikollhom bżonn jivverifikaw l-informazzjoni pprovduta mill-operatur ekonomiku (l-Artikolu 5(7) tar-Regolament). Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jwieġbu tali talbiet fi żmien 15-il jum tax-xogħol bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti għall-verifika tad-data u d-dokumenti pprovduti mill-operatur ekonomiku matul il-valutazzjoni tal-merkanzija kkonċernata (l-Artikolu 10(3) tar-Regolament).

Il-Punti ta’ Kuntatt għall-Prodotti jistgħu jintużaw biex jiffaċilitaw il-kuntatti bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti fil-limitu ta’ żmien ta’ 15-il jum tax-xogħol biex jipprovdu l-informazzjoni mitluba (l-Artikolu 10(3) tar-Regolament).

4.   IL-VALUTAZZJONI MINN QABEL TAR-REGOLI TEKNIĊI NAZZJONALI — ID-DIRETTIVA (UE) 2015/1535 U L-KLAWŻOLA TAS-SUQ UNIKU

Id-Direttiva (UE) 2015/1535 hija għodda importanti għall-prevenzjoni ta’ ostakoli tekniċi għall-kummerċ għal prodotti li mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni, jew li huma koperti biss parzjalment minn din il-leġiżlazzjoni. Din tgħin biex ikun żgurat rikonoxximent reċiproku akbar u aħjar billi tesiġi li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe abbozz ta’ regolamenti tekniċi għal prodotti u servizzi tas-soċjetà tal-informatika qabel ma jiġu ppromulgati fid-dritt nazzjonali.

Id-Direttiva (UE) 2015/1535 u r-Regolament japplikaw fi stadji differenti fiċ-ċiklu tal-ħajja ta’ regolament tekniku. Flimkien, jiżguraw li r-regolamenti nazzjonali ma joħolqux ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ fi kwalunkwe punt fiċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom.

Il-proċedura ta’ notifika skont id-Direttiva (UE) 2015/1535 tippermetti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw ir-regolamenti tekniċi għal prodotti u servizzi tas-soċjetà tal-informatika li l-Istati Membri individwali qed jippjanaw li jadottaw. Tipprevjeni l-ħolqien ta’ ostakoli tekniċi ġodda għall-kummerċ billi tiżgura li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni u mal-prinċipji tas-suq intern. Il-proċedura tippermetti wkoll lin-negozji u lil partijiet ikkonċernati oħrajn jikkummentaw dwar l-abbozzi nnotifikati fil-bażi tad-data tas-Sistema ta’ Informazzjoni tar-Regolament Tekniku (TRIS).

Karatteristika kritika tal-proċedura hija l-konsegwenzi legali tan-nuqqas ta’ konformità. Il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tagħha fil-Kawża C-194/94 (54), stabbiliet il-prinċipju li n-nuqqas ta’ konformità mal-obbligu ta’ notifika (l-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2015/1535) iwassal biex ir-regolamenti tekniċi kkonċernati ma jkunux applikabbli, sabiex b’hekk ma jkunux infurzabbli kontra individwi.

Il-Qorti ddeċidiet li d-Direttiva (UE) 2015/1535 trid tiġi interpretata bħala waħda li għandha effett dirett, li jfisser li jenħtieġ li l-individwi jkunu jistgħu jserrħu fuqha direttament f’kawżi quddiem qrati nazzjonali li fihom huma jkunu kontra l-awtoritajiet kompetenti. Iddeċidiet ukoll li d-dritt nazzjonali ma kienx applikabbli minħabba li ma kienx ġie nnotifikat. Il-Qorti ddikjarat li jekk ir-regolamenti mhux innotifikati jibqgħu infurzabbli, dan ifixkel l-objettiv u l-iskop tad-Direttiva, u jħajjar lill-Istati Membri biex ma jinnotifikawx. Is-sentenza fil-Kawża C-194/94 kellha implikazzjonijiet kbar għall-impatt tad-Direttiva (UE) 2015/1535. Essenzjalment, dan ifisser li l-kumpaniji ma jistgħux jiġu mġiegħla jikkonformaw mar-regoli tekniċi nazzjonali li ma jkunux ġew innotifikati.

Madankollu, il-fatt li regolament tekniku jkun ġie nnotifikat ma jfissirx li l-applikazzjoni tiegħu bilfors tkun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Regola teknika nnotifikata xorta tista’ taffettwa l-moviment liberu tal-merkanzija, skont kif l-awtoritajiet nazzjonali japplikaw ir-regola. Huwa hawnhekk fejn jidħol fis-seħħ ir-Regolament (UE) 2019/515 dwar ir-rikonoxximent reċiproku, sabiex ikun żgurat li r-regola tiġi applikata b’mod korrett abbażi ta’ każ b’każ, b’mod li jikkonforma mal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku.

Sabiex issir sensibilizzazzjoni min-naħa tal-awtoritajiet u l-operaturi ekonomiċi nazzjonali tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw li jipprevedu “klawżoli dwar is-suq uniku” ċari u mhux ambigwi fir-regoli tekniċi nazzjonali tagħhom (il-Premessa 16 tar-Regolament), bil-ħsieb li jnaqqsu r-riskju li dawn ir-regoli joħolqu ostakoli regolatorji għall-kummerċ (55), kif ukoll jiffaċilitaw l-applikazzjoni ta’ dak il-prinċipju. Fil-proċedura ta’ notifika skont id-Direttiva (UE) 2015/1535, il-Kummissjoni tirrakkomanda regolarment, fejn xieraq, li l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat jinkludu l-klawżola tas-suq uniku fl-abbozz innotifikat, kif stabbilit f’Il-Pakkett dwar il-Prodotti: Insaħħu l-fiduċja fis-suq uniku (56). Din li ġejja hija verżjoni ċċarata iktar tal-klawżola.

Il-prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea jew fit-Turkija, jew li joriġinaw u jkunu legalment kummerċjalizzati fil-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim ŻEE huma preżunti kompatibbli ma’ dawn ir-regoli. L-applikazzjoni ta’ dawn ir-regoli hija soġġetta għar-Regolament (UE) 2019/515 tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor.

5.   IR-RELAZZJONI BEJN IR-REGOLAMENT (UE) 2019/515 U D-DIRETTIVA 2001/95/KE

Id-Direttiva 2001/95/KE dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (57) (“id-DSĠP”) tispeċifika li prodotti siguri biss jistgħu jitqiegħdu fis-suq (l-Artikolu 3 tad-DSĠP) u tistabbilixxi l-obbligi tas-sigurtà tal-prodotti tal-produtturi u tad-distributuri. Din tagħti d-dritt lill-awtoritajiet kompetenti jipprojbixxu kwalunkwe prodott perikoluż jew jadottaw kwalunkwe miżura xierqa oħra (l-Artikolu 8 tad-DSĠP).

Id-DSĠP tapplika għall-prodotti tal-konsumatur, jiġifieri dawk li huma soġġetti għal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni (fejn dik il-leġiżlazzjoni ma jkun fiha l-ebda dispożizzjoni speċifika bl-istess objettiv bħal fid-Direttiva 2001/95/KE) u dawk li mhumiex soġġetti għall-armonizzazzjoni tal-UE (l-Artikoli 1(2) u 2(a) tad-DSĠP).

Ir-Regolament japplika kemm għall-prodotti tal-konsumatur kif ukoll għal dawk mhux tal-konsumatur jew għal aspetti ta’ prodotti li mhumiex koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni.

5.1.   Miżuri li jikkonċernaw prodotti li jippreżentaw riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi

Id-DSĠP tiddeskrivi l-proċedura sabiex l-awtoritajiet kompetenti japplikaw miżuri xierqa jekk il-prodotti jippreżentaw riskju, bħall-miżuri msemmija fl-Artikolu 8(1)(b) sa 8(1)(f) tad-DSĠP. L-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament ma jaffettwawx l-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) sa 8(1)(f) u tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/95/KE (ara l-Artikolu 2(6) tar-Regolament).

5.2.   Miżuri li jikkonċernaw prodotti tal-konsumatur li jippreżentaw riskji oħrajn

Fir-rigward tal-prodotti tal-konsumatur, ir-Regolament japplika meta l-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru jkollhom l-intenzjoni li jillimitaw jew jiċħdu l-aċċess għas-suq għal prodott tal-konsumatur li ma jkunx kopert mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni, legalment kummerċjalizzat fi Stat Membru ieħor, abbażi ta’ regola teknika nazzjonali u għal raġunijiet oħrajn għajr riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi. Dan jista’ jkun il-każ, pereżempju, meta dawn l-awtoritajiet iwaqqfu prodott, għalkemm ma jkunx ta’ riskju għas-saħħa u s-sikurezza tal-konsumaturi, milli jiġi kummerċjalizzat għal raġunijiet ambjentali.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ merkanzija kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 1).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta’ ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 3052/95/KE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 21).

(3)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2017) 787 final) tad-19 ta’ Diċembru 2017, Il-Pakkett dwar il-Prodotti: Insaħħu l-fiduċja fis-suq uniku, u l-Premessa 5 tar-Regolament.

(4)  Is-Sentenza tal-14 ta’ April 2011, Vlaamse Dierenartsenvereniging u Janssens, il-Kawżi Magħquda C-42/10, C-45/10 u C-57/10, ECLI:EU:C:2011:253, il-paragrafu 68 u l-ġurisprudenza kkwotata hemmhekk.

(5)  Dan il-punt ikopri wkoll: (i) il-metodi u l-proċessi tal-produzzjoni li jintużaw fir-rigward tal-prodotti agrikoli msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 38(1) tat-TFUE; (ii) il-metodi u l-proċessi tal-produzzjoni li jintużaw fir-rigward tal-prodotti maħsuba għall-konsum mill-bniedem jew mill-annimali; u (iii) il-metodi u l-proċessi tal-produzzjoni relatati ma’ prodotti oħrajn, fejn dawn ikollhom effett fuq il-karatteristiċi tagħhom (ara l-Artikolu 2(3) tar-Regolament).

(6)  Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1).

(7)  Id-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37).

(8)  Ara, pereżempju, is-sentenza tat-13 ta’ Ottubru 2016, M. u S., C-303/15 ECLI:EU:C:2016:771; is-sentenza tal-11 ta’ Ġunju 2015, Berlington, C-98/14, ECLI:EU:C:2015:386; is-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Fortuna u Oħrajn, il-Kawżi Magħquda C-213/11, C-214/11 u C-217/11, ECLI:EU:C:2012:495; is-sentenza tas-26 ta’ Ottubru 2006, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ellenika, C-65/05 ECLI:EU:C:2006:673; is-sentenza tat-8 ta’ Novembru 2007, Schwibbert, C-20/05, ECLI:EU:C:2007:652; is-sentenza tal-21 ta’ April 2005, Lindberg, C-267/03 ECLI:EU:C:2005:246; is-sentenza tas-26 ta’ Settembru 2018, Van Gennip u Oħrajn, C-137/17, ECLI:EU:C:2018:771.

(9)  Is-sentenza tat-30 ta’ April 1996, CIA Security v Signalson, C-194/94, ECLI:EU:C:1996:172.

(10)  Is-sentenza tal-10 ta’ Frar 2009, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-110/05, ECLI:EU:C:2009:66, il-punti 56-58.

(11)  Is-sentenza tal-10 ta’ Frar 2009, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-110/05, ECLI:EU:C:2009:66, il-punt 57.

(12)  Is-sentenza tal-4 ta’ Ġunju 2009, Mickelsson, C-142/05, ECLI:EU:C:2009:336, il-punt 26.

(13)  Is-sentenza tal-4 ta’ Ġunju 2009, Mickelsson, C-142/05, ECLI:EU:C:2009:336, il-punt 27.

(14)  Is-sentenza tal-4 ta’ Ġunju 2009Mickelsson, C-142/05, ECLI:EU:C:2009:336, il-punt 28.

(15)  Is-sentenza tal-10 ta’ April 2008, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Portugiża, C-265/06, ECLI:EU:C:2008:210, il-punt 33.

(16)  Is-sentenza tal-24 ta’ Novembru 1993, Keck u Mithouard, il-Kawżi Magħquda C-267/91 u C-268/91, ECLI:EU:C:1993:905, il-punti 16 u 17. Għal iktar informazzjoni dwar l-arranġamenti tal-bejgħ, ara l-Gwida għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw il-moviment liberu tal-merkanzija, 2010, it-Taqsima 3.1.10.

(17)  Is-sentenza tal-11 ta’ Lulju 1974, Procureur du Roi v Benoît u Gustave Dassonville, Il-Kawża 8-74, ECLI:EU:C:1974:82.

(18)  Is-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2009, Budějovický Budvar, národní podnik, C-478/07, ECLI:EU:C:2009:521, il-punti 81-82.

(19)  Is-sentenza tal-14 ta’ Lulju 1994, Peralta, C-379/92, ECLI:EU:C:1994:296, il-punt 24.

(20)  Is-sentenza tat-3 ta’ Diċembru 1998Ditlev Bluhme, C-67/97, ECLI:EU:C:1998:584, il-punti19-20.

(21)  Ibidem, il-punt 20.

(22)  Ir-Regolament (KE) 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(23)  Il-Qorti sejħitilhom “rekwiżiti obbligatorji” fil-kawża Cassis de Dijon.

(24)  Is-sentenza tal-20 ta’ Frar 1979, Rewe-Zentral AG v Bundesmonopolverwaltung für Branntwein, il-Kawża 120/78 ECLI:EU:C:1979:42, il-punt 13.

(25)  Is-sentenza tat-12 ta’ Ġunju 2003, Schmidberger, C-112/00, ECLI:EU:C:2003:333: “restrizzjoni tal-kummerċ tal-merkanzija bejn l-Istati Membri hija ġġustifikata mill-interess leġittimu fil-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali, f’dan il-każ il-libertà tal-espressjoni u l-libertà ta’ għaqda tad-dimostranti”.

(26)  Is-sentenza tat-22 ta’ Settembru 2016, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka, C-525/14, ECLI:EU:C:2016:714.

(27)  Is-sentenza tal-14 ta’ Frar 2008, Dynamic Medien Vertriebs GmbH v Avides Media AG, C-244/06, ECLI:EU:C:2008:85: il-projbizzjoni tal-importazzjoni ta’ kartuns Ġappuniżi msejħa “Anime” f’format ta’ DVD jew kasett tal-vidjo mir-Renju Unit lejn il-Ġermanja minħabba li ma kellhomx tikketta minn dik l-awtorità li tindika l-età minn meta jistgħu jiġu segwiti l-kartuns, bil-protezzjoni tat-tfal tkun bażi ġustifikata għall-projbizzjoni.

(28)  Is-sentenza tal-1 ta’ Lulju 2014, Ålands Vindkraft AB v Energimyndigheten, C-573/12, ECLI:EU:C:2014:2037; is-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2005, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija, C-320/03, ECLI:EU:C:2005:684.

(29)  Il-Gwida għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw il-moviment liberu tal-merkanzija, 2010, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/a5396a42-cbc8-4cd9-8b12-b769140091cd

(30)  Is-sentenza tal-15 ta’ Novembru 2005, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija, C-320/03, ECLI:EU:C:2005:684, il-punt 85.

(31)  Għal iktar informazzjoni, ara l-Gwida għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw il-moviment liberu tal-merkanzija, 2010, https://op.europa.eu/en/publication-detail/-/publication/a5396a42-cbc8-4cd9-8b12-b769140091cd.

(32)  Is-sentenza tal-1 ta’ Lulju 2014, Ålands Vindkraft AB v Energimyndigheten, C-573/12, ECLI:EU:C:2014:2037, il-punt 78.

(33)  Is-sentenza tal-10 ta’ Frar 2009, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-110/05, ECLI:EU:C:2009:66, il-punt 64.

(34)  Is-sentenza tal-14 ta’ Frar 2008, Dynamic Medien Vertriebs GmbH v Avides Media AG, C-244/06, ECLI:EU:C:2008:85, il-punt 47.

(35)  Is-sentenza tat-22 ta’ Settembru 2016, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka, C-525/14, ECLI:EU:C:2016:714, il-punti 54 u 55.

(36)  Is-sentenza tat-22 ta’ Settembru 2016, Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka, C-525/14, ECLI:EU:C:2016:714, il-punti 65 u 66.

(37)  Id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE (ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16).

(38)  Is-sentenza tal-1 ta’ Lulju 2014, Ålands Vindkraft AB v Energimyndigheten, C-573/12, ECLI:EU:C:2014:2037, il-punt 104.

(39)  Is-sentenza tal-14 ta’ Frar 2008, Dynamic Medien Vertriebs GmbH v Avides Media AG, C-244/06, ECLI:EU:C:2008:85, il-punt 48.

(40)  Is-sentenza tal-10 ta’ April 2008, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Portugiża, C-265/06, ECLI:EU:C:2008:210, il-punti 38-41.

(41)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/22/KEE tal-31 ta’ Marzu 1992 dwar it-tqegħid tal-ħġieġ tas-sigurtà fit-twieqi u l-materjali tal-ħġieġ għat-tqegħid fit-twieqi fuq vetturi bil-mutur u fuq it-trailers tagħhom (ĠU L 129, 14.5.1992, p. 11).

(42)  Is-sentenza tal-10 ta’ April 2008, Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Portugiża, C-265/06, ECLI:EU:C:2008:210, il-punti 38-48.

(43)  Ara wkoll it-Taqsima 3.5.1.

(44)  F’konformità mad-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4).

(45)  F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(46)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2013/461/UE tas-17 ta’ Settembru 2013 dwar il-prinċipji li jirregolaw is-SOLVITO(ĠU L 249, 19.9.2013, p. 10).

(47)  It-Taqsima IV, il-punt 2 tar-Rakkomandazzjoni 2013/461/UE.

(48)  It-Taqsima III, il-punt 6 tar-Rakkomandazzjoni 2013/461/UE.

(49)  It-Taqsima V.A, il-punt 1 tar-Rakkomandazzjoni 2013/461/UE.

(50)  It-Taqsima V.B, il-punt 2 tar-Rakkomandazzjoni 2013/461/UE.

(51)  It-Taqsima V.C, il-punt 2 tar-Rakkomandazzjoni 2013/461/UE.

(52)  Il-bażi tad-data online tas-SOLVIT hija modulu awtonomu fis-sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern. Minħabba din l-integrazzjoni teknika, ir-regoli stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (ir-“Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1) dwar l-ipproċessar ta’ data personali u ta’ informazzjoni kunfidenzjali japplikaw ukoll għall-proċeduri tas-SOLVIT. Ir-Rakkomandazzjoni tas-SOLVIT tispeċifika wkoll ċerti aspetti tal-ipproċessar tad-data personali fis-SOLVIT, f’konformità mar-Regolament tal-IMI.

(53)  Ir-Regolament (UE) 2018/1724 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Ottubru 2018 li jistabbilixxi gateway diġitali unika li tipprovdi aċċess għal informazzjoni, għal proċeduri u għas-servizzi ta’ assistenza u ta’ soluzzjoni tal-problemi u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012 (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 1).

(54)  Is-sentenza tat-30 ta’ April 1996, CIA Security v Signalson, C-194/94, ECLI:EU:C:1996:172. Ara wkoll is-sentenza tas-26 ta’ Settembru 2000, Unilever, C-443/98, ECLI:EU:C:2000:496, u s-sentenza tad-19 ta’ Diċembru 2019, Proċedimenti kriminali kontra X, C-390/18, ECLI:EU:C:2019:1112.

(55)  Ir-Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar it-tħaddim tad-Direttiva (UE) 2015/1535 mill-2014 sal-2015 (COM(2017) 788 final, p. 5).

(56)  Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta’ Diċembru 2017, Il-Pakkett dwar il-Prodotti: Insaħħu l-fiduċja fis-suq uniku (COM(2017) 787 final).

(57)  ĠU L 11, 15.1.2002, p. 4.


23.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 100/38


AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Gwida dwar l-Artikoli 34-36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 100/03)

DAĦLA

Il-pjan ta’ azzjoni fit-tul għal implimentazzjoni u infurzar aħjar tar-regoli tas-suq uniku (minn hawn ’il quddiem “il-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Infurzar”) (1), adottat f’Marzu 2020, iqiegħed is-suq uniku u l-infurzar tiegħu fil-qalba tiegħu. Sabiex tittejjeb il-konformità u tiġi evitata s-segmentazzjoni tas-suq, l-Azzjoni Nru 1 tal-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Infurzar tipprevedi li l-Kummissjoni se tipprovdi għodod ta’ gwida iktar speċifiċi għall-awtoritajiet nazzjonali u għall-partijiet ikkonċernati. Tipprevedi wkoll l-aġġornament tal-Gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 34-36 tat-TFUE.

Għalhekk, f’dan il-kuntest, il-Kummissjoni aġġornat din il-Gwida. Dan id-dokument għandu l-għan li jiffaċilita l-applikazzjoni tad-dritt tal-UE fir-rigward tal-moviment liberu tal-merkanzija, isaħħaħ l-infurzar, u jikkontribwixxi għall-benefiċċji li s-Suq Intern għall-merkanzija jista’ jwassal għan-negozji u għall-konsumaturi tal-UE. Għandu l-għan li jipprovdi fehim aħjar tal-applikazzjoni tal-Artikoli 34-36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fid-dawl tal-iktar ġurisprudenza rilevanti tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (QĠUE) f’dan il-qasam. Għandu wkoll l-għan li jsaħħaħ l-applikazzjoni koerenti tal-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija fis-Suq Intern kollu, filwaqt li jgħin biex jiġi indirizzat kwalunkwe ostaklu li fadal u jipprevjeni li jitfaċċaw ostakli ġodda.

Din il-gwida tibni fuq l-edizzjoni preċedenti tal-2009 (2) u tinkorpora l-iktar ġurisprudenza rilevanti tal-QĠUE tal-aħħar ħdax-il sena biex jiġi żgurat li tipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva u aġġornata lejn l-applikazzjoni tal-Artikoli 34 sa 36 tat-TFUE. Madankollu, għalkemm tiġbor fil-qosor il-ġurisprudenza rilevanti u tipprovdi kummentarju supplimentari, ma tistax titqies eżawrjenti. Il-gwida mhijiex dokument legalment vinkolanti.

Il-leġiżlazzjoni u d-deċiżjonijiet tal-UE msemmija f’din il-gwida jinsabu fil-Eurlex (3), u s-sentenzi tal-Qorti huma disponibbli wkoll fuq il-paġna web tal-QĠUE (4).

WERREJ

1.

Ir-rwol u l-importanza tal-moviment liberu tal-merkanzija fis-Suq Intern 41

2.

Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat 41

3.

Il-Kamp ta’ Applikazzjoni tal-Artikolu 34 tat-TFUE 42

3.1.

Kundizzjonijiet ġenerali 42

3.1.1.

Qasam mhux armonizzat 42

3.1.2.

Tifsira ta’ “merkanzija” 42

3.1.3.

Destinatarji 43

3.1.4.

Miżuri attivi u passivi 44

3.2.

Kamp ta’ applikazzjoni territorjali 45

3.3.

Kummerċ transfruntier 45

3.4.

Tipi ta’ restrizzjonijiet skont l-Artikolu 34 tat-TFUE 46

3.4.1.

Restrizzjonijiet kwantitattivi 46

3.4.2.

Miżuri b’effett ekwivalenti 46

3.4.2.1.

Restrizzjonijiet fuq l-użu 47

3.4.2.2.

Arranġamenti ta’ bejgħ diskriminatorji 48

3.5.

Il-prinċipju ta’ Rikonoxximent Reċiproku 49

4.

It-tipi ta’ miżuri 51

4.1.

Dispożizzjonijiet nazzjonali relatati mal-att ta’ importazzjoni (liċenzji tal-importazzjoni, spezzjonijiet u kontrolli) 51

4.2.

Obbligi li jinħatar rappreżentant jew li jiġu pprovduti faċilitajiet ta’ ħżin fl-Istat Membru tal-importazzjoni 51

4.3.

Projbizzjonijiet nazzjonali fuq prodotti/sustanzi speċifiċi 52

4.4.

Miżuri dwar il-prezzijiet 53

4.5.

Proċeduri ta’ awtorizzazzjoni 55

4.5.1.

Approvazzjoni tat-tip 55

4.5.2.

Reġistrazzjoni tal-karozzi 56

4.6.

Restrizzjonijiet fuq ir-reklamar 56

4.7.

Regolamenti tekniċi li fihom rekwiżiti dwar il-preżentazzjoni tal-merkanzija (piż, kompożizzjoni, preżentazzjoni, tikkettar, forma, daqs, imballaġġ) 57

4.8.

Indikazzjonijiet tal-oriġini, marki tal-kwalità, inċitament għax-xiri ta’ prodotti nazzjonali 58

4.9.

Restrizzjonijiet fuq il-bejgħ mill-bogħod (bejgħ fuq l-internet, bejgħ bil-korrispondenza, eċċ.) 59

4.10.

Obbligi ta’ depożitu 59

4.11.

Rimborż u importazzjonijiet paralleli 60

4.12.

Obbligu li tintuża l-lingwa nazzjonali 62

4.13.

Restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta’ merkanzija għall-użu personali 62

5.

Il-prodotti agrikoli 63

6.

Ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni (l-Artikolu 35 tat-TFUE) 64

6.1.

Definizzjoni ta’ “Esportazzjonijiet” 64

6.2.

Restrizzjonijiet kwantitattivi u miżuri b’effett ekwivalenti 64

7.

Il-ġustifikazzjonijiet għar-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ 66

7.1.

L-Artikolu 36 tat-TFUE 66

7.1.1.

Moralità, ordni u sigurtà pubbliċi 67

7.1.2.

Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti (il-prinċipju ta’ prekawzjoni) 68

7.1.3.

Protezzjoni tal-patrimonju nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku 69

7.1.4.

Protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali 69

7.2.

Rekwiżiti obbligatorji 71

7.2.1.

Protezzjoni tal-ambjent 72

7.2.2.

Protezzjoni tal-konsumatur 73

7.2.3.

Rekwiżiti obbligatorji oħra 73

7.3.

Test tal-proporzjonalità 74

7.4.

Oneru tal-provi 76

8.

Ir-relazzjoni ma’ Libertajiet u Artikoli oħrajn tat-Trattat rigward il-moviment liberu tal-merkanzija 76

8.1.

Libertajiet fundamentali 76

8.1.1.

L-Artikolu 45 tat-TFUE – Il-moviment liberu tal-ħaddiema 76

8.1.2.

L-Artikoli 49 u 56 tat-TFUE – Il-libertà tal-istabbiliment u li jiġu pprovduti servizzi 77

8.1.3.

L-Artikoli 63 tat-TFUE et seq. – Il-moviment liberu tal-kapital u tal-pagamenti 79

8.2.

Artikoli rilevanti oħra tat-Trattat 79

8.2.1.

L-Artikolu 18 tat-TFUE – In-nondiskriminazzjoni abbażi taċ-ċittadinanza 79

8.2.2.

L-Artikoli 28 u 30 tat-TFUE – L-unjoni doganali 80

8.2.3.

L-Artikolu 37 tat-TFUE – Il-monopolji tal-Istat 80

8.2.4.

L-Artikolu 107 tat-TFUE – L-għajnuniet mill-Istat 82

8.2.5.

L-Artikolu 110 tat-TFUE – Id-dispożizzjonijiet dwar it-taxxa 83

8.2.6.

L-Artikolu 351 tat-TFUE 84

9.

L-infurzar tal-Artikoli 34 u 35 tat-TFUE 84

9.1.

Effett dirett – infurzar privat 84

9.2.

SOLVIT 84

9.3.

Proċeduri ta’ ksur skont l-Artikoli 258 u 260 tat-TFUE 85

9.3.1.

Proċedura ta’ ksur 85

9.3.2.

Ilmenti 85

10.

L-istrumenti relatati tad-dritt sekondarju 86

10.1.

Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika 86

10.2.

Ir-Regolament (UE) 2019/515 – Ir-Regolament dwar ir-“Rikonoxximent Reċiproku” 87

10.3.

Ir-Regolament (KE) Nru 2679/98 – Ir-Regolament “dwar il-frawli” 87

1.   IR-RWOL U L-IMPORTANZA TAL-MOVIMENT LIBERU TAL-MERKANZIJA FIS-SUQ INTERN

Is-suq intern huwa wieħed mill-ikbar kisbiet tal-UE. Jinsab fil-qalba tal-proġett Ewropew, xpruna t-tkabbir ekonomiku f’dawn l-aħħar deċennji, u wassal benefiċċji konkreti għall-konsumaturi u għan-negozji Ewropej. Suq uniku li jiffunzjona tajjeb isir saħansitra iktar essenzjali matul kriżijiet sanitarji bħall-pandemija tal-COVID-19. Permezz tiegħu l-prodotti jiċċirkolaw liberament, filwaqt li jiżgura d-disponibbiltà tagħhom u li jaslu għand dawk li huma l-iktar fil-bżonn fl-UE.

L-integrità tas-suq uniku hija wkoll għodda meħtieġa biex l-irkupru kollettiv jirranka għall-ekonomiji tal-Istati Membri kollha. F’dan ir-rigward, is-suq intern ma jippermettix biss li ċ-ċittadini tal-UE jgawdu minn għażla usa’ ta’ prodotti, iżda joffri wkoll suq domestiku kbir lill-operaturi ekonomiċi tal-UE, li jistimola l-kummerċ u l-kompetizzjoni, filwaqt li jtejjeb l-effiċjenza.

Is-suq intern tal-lum jagħmilha faċli biex il-prodotti jinxtraw u jinbiegħu fis-27 Stat Membru tal-UE b’popolazzjoni totali ta’ iktar minn 450 miljun persuna u jwassal biex il-konsumaturi jkollhom għażla wiesgħa ta’ prodotti. Fl-istess ħin, il-moviment liberu tal-merkanzija huwa ta’ benefiċċju għan-negozju, peress li madwar 75 % tal-kummerċ intra-UE jsir fil-qasam tal-merkanzija. Is-suq uniku Ewropew jgħin lin-negozji tal-UE jibnu pjattaforma b’saħħitha f’ambjent miftuħ, divers u kompetittiv. Din is-saħħa tkattar it-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi fl-UE u lin-negozji Ewropej tagħtihom ir-riżorsi li jeħtieġu sabiex jirnexxu fis-suq globali. Għalhekk, suq intern għall-merkanzija li jiffunzjona tajjeb huwa element kritiku għall-prosperità attwali u futura tal-UE f’ekonomija globalizzata (5).

Minn perspettiva legali, il-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija kien element ewlieni fil-ħolqien u fl-iżvilupp tas-suq intern. L-Artikoli 34 sa 36 tat-TFUE jiddefinixxu l-kamp ta’ applikazzjoni u l-kontenut tal-prinċipju billi jipprojbixxu restrizzjonijiet mhux ġustifikati fuq il-kummerċ intra-UE. Madankollu, huma applikabbli biss f’oqsma mhux armonizzati.

Il-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni hija magħmula minn regolamenti u minn direttivi tal-UE li għandhom l-għan li joħolqu regoli komuni li jkunu applikabbli fl-Istati Membri kollha. Filwaqt li r-regolamenti huma direttament applikabbli u atti vinkolanti li jridu jiġu applikati fl-intier tagħhom fl-UE kollha, id-direttivi huma atti li jistabbilixxu biss għan li l-Istati Membri kollha jridu jilħqu. Il-leġiżlazzjoni armonizzata speċifikat it-tifsira tas-suq intern f’ħafna oqsma u b’hekk inkwadrat il-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija f’termini konkreti għal prodotti speċifiċi. Madankollu, il-funzjoni fundamentali tal-prinċipji tat-Trattat bħala ankra ewlenija u xibka ta’ sikurezza għas-suq intern baqgħet l-istess.

Il-moviment liberu tal-merkanzija llum jinkorpora ħafna politiki u jimxi ħarir f’suq uniku responsabbli li jiggarantixxi aċċess faċli għal prodotti ta’ kwalità għolja, flimkien ma’ livell għoli ta’ protezzjoni ta’ interessi pubbliċi oħra.

2.   ID-DISPOZIZZJONIJIET TAT-TRATTAT

Id-dispożizzjonijiet ewlenin tat-Trattat li jirregolaw il-moviment liberu tal-merkanzija huma:

l-Artikolu 34 tat-TFUE, li jirrigwarda l-importazzjonijiet intra-UE u li jipprojbixxi “restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u kull miżura b’effett ekwivalenti” bejn l-Istati Membri; Dan jiddikjara li “Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u kull miżura b’effett ekwivalenti għandhom ikunu projbiti bejn l-Istati Membri”.

l-Artikolu 35 tat-TFUE, li jirrigwarda l-esportazzjonijiet minn Stat Membru għal ieħor u b’mod simili jipprojbixxi “restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjoni u kull miżura li għandha effett ekwivalenti”. Dan jiddikjara li; “Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjoni u kull miżura b’effett ekwivalenti għandhom ikunu projbiti bejn l-Istati Membri”.

l-Artikolu 36 tat-TFUE, li jipprevedi derogi għal-libertajiet tas-suq intern tal-Artikoli 34 u 35 tat-TFUE li huma ġustifikati għal ċerti raġunijiet speċifiċi. Dan jiddikjara li: “Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 34 u 35 inklużi ma għandhomx jeskludu projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet dwar l-importazzjoni, esportazzjoni jew tranżitu meta dawn ikunu ġustifikati abbażi ta’ moralità pubblika, ordni pubbliku, sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja ta’ bnedmin, annimali jew pjanti; il-protezzjoni tal-patrimonju nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku; jew il-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali. Madankollu dawn il-projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet ma għandhomx jikkostitwixxu la mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija tal-kummerċ bejn l-Istati Membri.

Fl-Artikolu 37 tat-TFUE wkoll, il-kapitolu tat-Trattat dwar il-projbizzjoni ta’ restrizzjonijiet kwantitattivi bejn l-Istati Membri fih regoli dwar l-aġġustament tal-monopolji tal-Istat ta’ natura kummerċjali. Ir-rwol u r-rabta tiegħu mal-Artikoli 34-36 tat-TFUE huma deskritti fil-qosor fil-Kapitolu 6 ta’ din il-gwida, li jkopri wkoll artikoli oħra tat-Trattat.

3.   IL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TAL-ARTIKOLU 34 TAT-TFUE

3.1.   Kundizzjonijiet ġenerali

3.1.1.   Qasam mhux armonizzat

Filwaqt li l-Artikoli 34-36 tat-TFUE jistabbilixxu l-bażi għall-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija, dawn mhumiex l-uniku metodu ta’ kejl legali għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri nazzjonali mar-regoli tas-suq intern. Dawn l-artikoli tat-Trattati japplikaw meta prodott partikolari ma jkunx kopert mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni jew ikun kopert parzjalment biss mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-armonizzazzjoni. Dan ikun il-każ jekk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ prodott partikolari jew il-kundizzjonijiet ta’ bejgħ tiegħu jkunu soġġetti għal armonizzazzjoni permezz ta’ direttivi jew regolamenti adottati mill-UE. Għalhekk, ir-regola ewlenija hi li meta kwistjoni tkun is-suġġett ta’ armonizzazzjoni eżawrjenti fil-livell tal-UE, kwalunkwe miżura nazzjonali relatata magħha trid tiġi vvalutata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ dik il-miżura ta’ armonizzazzjoni u mhux fid-dawl tad-dritt primarju (6). Madankollu, f’każijiet ta’ traspożizzjoni mhux korretta ta’ leġiżlazzjoni sekondarja li jkollha l-għan li tneħħi l-ostakoli għas-suq intern, l-individwi li jkunu ġarrbu danni minn tali traspożizzjoni mhux korretta jistgħu joqogħdu fuq id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-merkanzija biex l-Istat Membru tagħhom ikun responsabbli għal ksur tad-dritt tal-UE (7).

Għaldaqstant, meta leġiżlazzjoni sekondarja tkun rilevanti, kwalunkwe miżura nazzjonali li tkun marbuta magħha trid tiġi vvalutata fid-dawl tad-dispożizzjonijiet ta’ armonizzazzjoni (8). Dan huwa dovut għall-fatt li l-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni tista’ tinftiehem bħala sostanzjar tal-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija billi tistabbilixxi drittijiet u dmirijiet reali li jridu jiġu osservati fil-każ ta’ prodotti speċifiċi.

Dan jidher fil-Kawża C-292/12 Ragn-Sells, li kienet tikkonċerna ċerti dokumenti ta’ kuntratti mfassla minn muniċipalità matul proċedura għall-għoti ta’ konċessjoni ta’ servizzi għall-ġbir u għat-trasport ta’ skart prodott fit-territorju tiegħu. Il-Qorti ddikjarat li peress li r-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vjeġġi ta’ skart (9) għandu l-għan li jipprovdi sett armonizzat ta’ proċeduri li permezz tiegħu jistgħu jiġu limitati l-movimenti ta’ skart sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni tal-ambjent, ma kienx meħtieġ li jiġi eżaminat jekk il-miżura nazzjonali kinitx konformi mal-Artikoli 34 tat-TFUE sa 36 tat-TFUE (10). Anke wara diversi għexieren ta’ snin ta’ attivitajiet iddedikati min-naħa tal-leġiżlatur tal-UE sabiex jipprovdi sistema ta’ regoli armonizzati, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-merkanzija ma sarux żejda; il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom għadu notevoli. Mhuwiex rari li ċerti oqsma ma jkunux armonizzati affattu jew ikunu soġġetti biss għal armonizzazzjoni parzjali. Meta ma tkunx tista’ tiġi identifikata leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni jew din ma tkunx eżawrjenti, japplikaw l-Artikoli 34-36 tat-TFUE. F’dan ir-rigward, l-artikoli tat-Trattat jaġixxu bħala xibka ta’ sikurezza, u jiggarantixxu li kwalunkwe ostakolu għall-kummerċ fis-suq intern ikun jista’ jiġi skrutinizzat fir-rigward tal-kompatibbiltà tiegħu mad-dritt tal-UE.

3.1.2.   Tifsira ta’ “merkanzija”

L-Artikoli 34 u 35 tat-TFUE jinkorporaw l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet ta’ merkanzija u ta’ prodotti ta’ kwalunkwe tip. Kwalunkwe merkanzija tista’ tkun koperta mill-artikoli tat-Trattat, diment li jkollha valur ekonomiku: “b’merkanzija, skont it-tifsira tat-Trattat, iridu jkunu mifhuma prodotti li jistgħu jiġu evalwati fi flus u li jistgħu, bħala tali, ikunu soġġetti għal tranżazzjonijiet kummerċjali” (11).

Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat fil-ġurisprudenza tagħha d-deżinjazzjoni xierqa ta’ prodotti partikolari. Pereżempju, l-opri tal-arti jridu jitqiesu bħala merkanzija (12). Il-muniti li ma għadhomx fiċ-ċirkolazzjoni bħala valuta, kif ukoll il-karti tal-flus u l-bearer cheques jaqgħu bl-istess mod taħt id-definizzjoni ta’ merkanzija (13); għalkemm id-donazzjonijiet in natura ma jaqgħux taħt din id-definizzjoni (14). L-iskart irid jitqies bħala merkanzija, irrispettivament mill-kapaċità tiegħu li jiġi rriċiklat jew li jerġa’ jintuża (15). L-elettriku (16) u l-gass naturali (17) wkoll jitqiesu bħala merkanzija, u bl-istess mod id-demm tal-bniedem, il-plażma u l-prodotti mediċinali derivati minnhom (18).

Madankollu, huwa importanti li ssir distinzjoni legali bejn merkanzija u servizzi skont il-libertajiet tat-Trattat (19). Pereżempju, filwaqt li l-ħut huwa ċertament merkanzija, id-drittijiet tas-sajd u l-permessi tas-sajd mhumiex neċessarjament koperti mill-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija. Jikkostitwixxu pjuttost “provvista ta’ servizz” skont it-tifsira tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat b’rabta mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi (20). Jekk miżura tal-Istat taffettwa kemm il-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll il-moviment liberu tal-merkanzija, il-Qorti tista’ teżamina l-miżura b’rabta maż-żewġ libertajiet. Pereżempju, fil-Kawża 591/17 L-Awstrija vs Il-Ġermanja dwar ħlas għall-użu tal-infrastruttura u l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur għal vetturi rreġistrati fil-Ġermanja, il-Qorti kkunsidratha fid-dawl tal-Artikolu 34 tat-TFUE u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikolu 56 tat-TFUE. Barra minn hekk, ikkunsidrat il-każ fir-rigward tal-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni skont l-Artikolu 18 tat-TFUE u l-Artikolu 92 tat-TFUE li jipprojbixxi kwalunkwe diskriminazzjoni fil-qasam tat-trasport (21).

3.1.3.   Destinatarji

L-Artikoli 34-36 tat-TFUE jittrattaw miżuri meħuda mill-Istati Membri. Dawn id-dispożizzjonijiet ġew interpretati b’mod wiesa’ li jorbtu mhux biss lill-awtoritajiet nazzjonali, iżda anke lill-awtoritajiet l-oħra kollha ta’ pajjiż, inkluż l-awtoritajiet lokali u reġjonali (22), kif ukoll il-korpi ġudizzjarji jew amministrattivi ta’ Stat Membru (23). Dan evidentement ikopri miżuri meħuda mill-korpi kollha stabbiliti bid-dritt pubbliku bħala “korpi pubbliċi”. Barra minn hekk, l-Artikoli 34-36 tat-TFUE jistgħu japplikaw għal miżuri meħuda minn atturi mhux statali jew minn korpi oħra stabbiliti bid-dritt privat, diment li jissodisfaw ċerti funzjonijiet sovrani jew inkella l-attivitajiet tagħhom jistgħu jkunu attribwiti lill-Istat. Tabilħaqq, miżuri meħuda minn korp professjonali li jkun ingħata setgħat regolatorji u dixxiplinari mil-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-professjoni tiegħu jistgħu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 tat-TFUE (24).

L-istess japplika għal attivitajiet ta’ korpi stabbiliti bid-dritt privat iżda li ġew stabbiliti skont il-liġi, prinċipalment iffinanzjati mill-Gvern jew b’kontribuzzjoni obbligatorja minn impriżi f’ċertu settur u/jew minn fejn il-membri jinħatru mill-awtoritajiet pubbliċi jew ikunu ssorveljati minnhom u jistgħu għalhekk jiġu attribwiti lill-Istat (25). Fi Fra.bo, il-Qorti kkonstatat li l-Artikolu 34 tat-TFUE japplika b’mod orizzontali għal korp taċ-ċertifikazzjoni tad-dritt privat. Il-prodotti ċċertifikati minn dan il-korp ġew ikkunsidrati mill-awtoritajiet nazzjonali bħala konformi mad-dritt nazzjonali. Barra minn hekk, bis-saħħa ta’ din il-kompetenza miksuba de facto, il-korp taċ-ċertifikazzjoni kellu s-setgħa li jirregola d-dħul tal-prodotti, f’dan il-każ fittings tar-ram, fis-suq Ġermaniż (26). Il-Qorti rrikonoxxiet li dikjarazzjonijiet pubbliċi magħmula minn uffiċjal tal-Istat, minkejja li ma jkunx fihom saħħa legali, huma attribwibbli lil Stat Membru u jistgħu jikkostitwixxu ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija. B’mod speċifiku, każijiet bħal dawn iseħħu jekk id-destinatarji tad-dikjarazzjonijiet jistgħu raġonevolment jissupponu li dawn huma pożizzjonijiet meħuda mill-uffiċjal bl-awtorità tal-uffiċċju tiegħu (27).

Għalkemm it-terminu “Stat Membru” ġie interpretat b’mod wiesa’, ġeneralment ma japplikax għal miżuri “purament” privati, jew għal miżuri meħuda minn individwi jew kumpaniji privati, peress li dawn mhumiex attribwibbli lill-Istat. Madankollu, fil-Kawża 265/95 Il-Kummissjoni vs Franza, il-Qorti kkunsidrat in-nuqqas ta’ Franza li tieħu l-miżuri meħtieġa u proporzjonati kollha biex tipprevjeni azzjonijiet li jwasslu għal danni li jkunu meħuda minn individwi privati, f’dan il-każ il-bdiewa Franċiżi li kienu għamlu sabotaġġ tal-merkanzija agrikola importata, bħala ksur tal-Artikolu 34 tat-TFUE kkunsidrat flimkien mal-Artikolu 4(3) tat-TFUE (28). Għalkemm ir-restrizzjoni seħħet bħala riżultat tal-azzjonijiet ta’ individwi, instab li Stat Membru kiser id-dritt tal-UE peress li ma ħax biżżejjed miżuri biex jipproteġi l-moviment liberu ta’ din il-merkanzija.

Fl-aħħar nett, l-Artikolu 34 tat-TFUE ġie applikat ukoll għall-miżuri meħuda mill-istituzzjonijiet tal-UE. Madankollu, fir-rigward tal-istħarriġ ġudizzjarju, il-korp leġiżlattiv tal-UE jrid jingħata setgħa diskrezzjonali wiesgħa. B’riżultat ta’ dan, il-legalità ta’ miżura meħuda minn istituzzjoni tal-UE tista’ tiġi kkontestata biss jekk ikun jidher ċar li l-miżura ma tkunx xierqa, fir-rigward tal-objettiv li l-istituzzjoni kompetenti tixtieq tilħaq (29).

3.1.4.   Miżuri attivi u passivi

L-applikazzjoni tal-Artikolu 34 tat-TFUE, spiss ikkaratterizzata bħala dritt għad-difiża, għal miżuri nazzjonali li jxekklu l-kummerċ transfruntier neċessarjament tippresupponi attività min-naħa ta’ Stat. B’riżultat ta’ dan, il-miżuri li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 tat-TFUE jikkonsistu primarjament minn dispożizzjonijiet vinkolanti tal-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. Madankollu, miżuri mhux vinkolanti jistgħu jikkostitwixxu wkoll ksur tal-Artikolu 34 tat-TFUE (30). Dan huwa l-każ ta’ prattiki amministrattivi li jistgħu joħolqu ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija jekk din ikollha ċertu livell ta’ konsistenza u ta’ ġeneralità (31).

Eżempji ta’ prattiki amministrattivi kkunsidrati bħala miżuri b’effett ekwivalenti mill-Qorti tal-Ġustizzja jinkludu: rifjut sistematiku li tingħata approvazzjoni tat-tip għall-magni ta’ affrankament postali, li kellu natura protezzjonista u diskriminatorja (32); il-klassifikazzjoni b’mod sistematiku bħala prodotti mediċinali skont il-funzjoni u, fin-nuqqas ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni, l-irtirar mis-suq ta’ prodotti bbażati fuq ħxejjex aromatiċi mediċinali li jiġu prodotti jew ikkummerċjalizzati legalment bħala supplimenti tal-ikel jew prodotti djetetiċi fi Stati Membri oħra (33); il-klassifikazzjoni b’mod awtomatiku ta’ preparati tal-vitamini bħala “prodotti mediċinali” wara li jiġu prodotti jew ikkummerċjalizzati legalment bħala supplimenti tal-ikel fl-Istati Membri l-oħra fejn ikun fihom tliet darbiet iktar vitamini (34); u l-ħtieġa li l-oġġetti tal-ikel arrikkiti li jiġu prodotti jew ikkummerċjalizzati legalment fi Stati Membri oħra jkunu jistgħu jiġu kkummerċjalizzati fid-Danimarka biss jekk jintwera li dan l-arrikkiment bin-nutrijenti jissodisfa ħtieġa tal-popolazzjoni Daniża (35).

Fid-dawl tal-obbligi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 4(3) tat-TFUE, li jeżiġi li jieħdu l-miżuri xierqa kollha biex jiżguraw l-issodisfar tal-obbligi tat-Trattat u l-“effet utile” tad-dritt tal-UE, il-Qorti kkonstatat li l-Artikolu 34 tat-TFUE jipprojbixxi mhux biss azzjoni mill-Istat li tammonta għal ksur, iżda anke nuqqas ta’ azzjoni. Dan jista’ jirriżulta meta Stat Membru jżomm lura milli jadotta l-miżuri meħtieġa sabiex jiġu indirizzati l-ostakoli għall-moviment liberu tal-merkanzija, u l-ostakolu speċifiku jista’ wkoll jirriżulta minn azzjoni minn individwi privati. Fil-Kawża C-265/95, Franza nżammet responsabbli għal azzjonijiet ta’ bdiewa nazzjonali li ppruvaw jirrestrinġu l-importazzjoni ta’ merkanzija agrikola minn Stati Membri ġirien billi pprevjenew l-interċettazzjoni ta’ trakkijiet li kienu jittrasportaw din il-merkanzija jew billi qerdu l-merkanzija mgħobbija tagħhom. In-nuqqas ta’ intervent mill-awtoritajiet nazzjonali kontra dawn l-atti tqies bħala ksur tal-Artikolu 34 tat-TFUE, minħabba li l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw il-moviment liberu tal-prodotti fit-territorju tagħhom billi jieħdu l-miżuri meħtieġa u xierqa bl-iskop ta’ prevenzjoni ta’ kwalunkwe restrizzjoni minħabba l-atti ta’ individwi privati (36).

Barra minn hekk, l-Artikolu 34 tat-TFUE jista’ joħloq obbligu ta’ riżultat. Dan id-dmir jinkiser jekk Stat Membru ma jilħaqx l-objettivi minħabba l-inattività tiegħu jew attività insuffiċjenti. Fil-Kawża C-309/02, pereżempju, il-Qorti kkonstatat f’deċiżjoni preliminari li r-regoli Ġermaniżi kienu kontra l-Artikolu 34 tat-TFUE peress li l-Ġermanja naqset milli tiżgura li l-partijiet privati setgħu jipparteċipaw b’mod effettiv f’sistema ta’ teħid lura obbligatorja Ġermaniża għall-imballaġġ tax-xorb unidirezzjonali (37).

3.2.   Kamp ta’ applikazzjoni territorjali

L-obbligu li jiġu rrispettati d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 34-36 tat-TFUE japplika għall-Istati Membri kollha tal-UE. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet tat-Trattat jistgħu japplikaw għal territorji Ewropej li r-relazzjonijiet esterni tagħhom ikunu r-responsabbiltà ta’ Stat Membru u għal territorji extra-Ewropej li jiddependu jew b’xi mod ieħor ikunu assoċjati ma’ Stat Membru (38).

Għal rendikont dettaljat tat-territorji li għalihom japplika l-Artikolu 34 tat-TFUE, ara l-Anness ta’ din il-gwida.

Fir-rigward tal-pajjiżi tal-EFTA li huma partijiet kontraenti għall-Ftehim ŻEE u t-Turkija, id-dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet speċifiċi u mhux dawk tat-TFUE jirregolaw il-kummerċ tal-merkanzija bejn dawn il-pajjiżi u l-Istati Membri. Għalhekk, il-prodotti msemmija fl-Artikolu 8(3) tal-Ftehim ŻEE u li joriġinaw fl-Iżlanda, fil-Liechtenstein u fin-Norveġja jgawdu minn moviment liberu fl-UE bis-saħħa tal-Artikolu 11 tal-Ftehim ŻEE. Il-prodotti industrijali li joriġinaw mit-Turkija jgawdu minn moviment liberu fl-UE bis-saħħa tal-Artikoli 5 sa 7 tad-Deċiżjoni Nru 1/95 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni KE-Turkija dwar l-implimentazzjoni tal-fażi finali tal-Unjoni Doganali (39).

3.3.   Kummerċ transfruntier

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 tat-TFUE huwa limitat għal ostakoli għall-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għalhekk, biex każ jiġi evalwat skont din id-dispożizzjoni huwa meħtieġ element transfruntier. Miżuri purament nazzjonali, li jaffettwaw biss il-merkanzija domestika, jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikoli 34-36 tat-TFUE. Sabiex miżura tissodisfa r-rekwiżit transfruntier, huwa biżżejjed li din tkun kapaċi li tfixkel b’mod indirett jew inkella li potenzjalment tfixkel il-kummerċ intra-UE (40).

Teorikament, l-element transfruntier meħtieġ fid-dispożizzjonijiet tat-Trattat ma jipprevjenix lill-Istati Membri milli jittrattaw il-prodotti domestiċi tagħhom b’mod inqas favorevoli mill-prodotti importati (“diskriminazzjoni inversa”), għalkemm dan mhux probabbli li jseħħ fil-prattika. Għalkemm l-Artikolu 34 tat-TFUE huwa applikabbli meta prodott domestiku jiġi importat mill-ġdid, jew iħalli l-Istat Membru iżda jiġi importat lura (41), dan ma japplikax f’każijiet li fihom l-iskop uniku ta’ importazzjoni mill-ġdid ikun li jiġu evitati r-regoli domestiċi (42).

Ir-rekwiżit transfruntier jista’ jiġi ssodisfat ukoll jekk il-prodott ikun qiegħed sempliċement fi tranżitu fl-Istat Membru inkwistjoni. F’dan ir-rigward, l-Artikolu 36 tat-TFUE jirreferi b’mod ċar għar-restrizzjonijiet fuq “merkanzija fi tranżitu” bħala koperti mid-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 34 u 35 tat-TFUE.

Il-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija japplika għall-prodotti li joriġinaw fl-Istati Membri u dawk minn pajjiżi terzi f’ċirkolazzjoni libera fl-Istati Membri. L-Artikolu 29 tat-TFUE jistabbilixxi li l-prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi jitqiesu li jiċċirkolaw liberament fi Stat Membru diment li l-formalitajiet tal-importazzjoni jkunu ġew imħarsa u jkunu ġew imposti d-dazji doganali rilevanti. Fil-Kawża C-30/01 Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit, il-Qorti kkonfermat li skont l-Artikolu 29(2) tat-TFUE, il-miżuri meħuda bl-iskop ta’ kummerċ intra-UE japplikaw bl-istess mod għall-prodotti li joriġinaw minn Stati Membri u dawk li joriġinaw minn pajjiżi terzi (43).

Skont il-ġurisprudenza stabbilita, miżura nazzjonali ma taqax barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-projbizzjoni fl-Artikoli 34-35 tat-TFUE biss għaliex it-tfixkil li toħloq ikun żgħir u għaliex ikun possibbli li l-prodotti jiġu kkummerċjalizzati b’modi oħra (44). Anke jekk miżura tkun ta’ importanza ekonomika relattivament minuri, tkun applikabbli biss għal parti ġeografika limitata ħafna tat-territorju nazzjonali (45) jew taffettwa biss numru limitat ta’ importazzjonijiet/esportazzjonijiet jew ta’ operaturi ekonomiċi, din tista’ tikkostitwixxi miżura pprojbita li jkollha effett ekwivalenti.

Madankollu, minn dawn ta’ hawn fuq jistgħu jiġu distinti miżuri tal-Istat li jkunu inċerti u indiretti wisq biex ikollhom effett restrittiv fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri (46). Fil-Kawża C-297/05, pereżempju, il-Qorti kkunsidrat li formalità amministrattiva min-Netherlands li kienet tinvolvi l-identifikazzjoni ta’ vetturi importati fil-pajjiż qabel ir-reġistrazzjoni tagħhom “x’aktarx li ma jkollha l-ebda effett dissważiv fuq l-importazzjoni ta’ vettura fin-Netherlands jew twassal biex l-importazzjoni tal-vetturi tkun inqas attraenti” (47). Għalhekk, din il-miżura kienet taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 tat-TFUE.

3.4.   Tipi ta’ restrizzjonijiet skont l-Artikolu 34 tat-TFUE

3.4.1.   Restrizzjonijiet kwantitattivi

Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi ġew iddefiniti bħala miżuri li jammontaw għal restrizzjoni totali jew parzjali fuq l-importazzjonijiet jew fuq il-merkanzija fi tranżitu (48). Eżempji ta’ miżuri bħal dawn jinkludu projbizzjoni totali fuq l-importazzjonijiet jew sistema ta’ kwoti (49). Fi kliem ieħor, ir-restrizzjonijiet kwantitattivi japplikaw meta ċerti limiti massimi ta’ importazzjoni jew ta’ esportazzjoni jkunu ntlaħqu. Madankollu, huma biss il-kwoti nontariffarji li jaqgħu taħt l-Artikolu 34 tat-TFUE, peress li l-kwoti tariffarji huma koperti mill-Artikolu 30 tat-TFUE, li jipprojbixxi d-dazji doganali fuq l-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet u l-imposti b’effett ekwivalenti.

Restrizzjoni kwantitattiva tista’ tkun ibbażata fuq dispożizzjonijiet statutorji jew sempliċement fuq prattika amministrattiva. Għalhekk, anke sistema ta’ kwoti diskreta jew moħbija taqa’ taħt l-Artikolu 34 tat-TFUE.

3.4.2.   Miżuri b’effett ekwivalenti

It-terminu “miżura b’effett ekwivalenti” għandu kamp ta’ applikazzjoni ferm usa’ minn restrizzjoni kwantitattiva. Filwaqt li mhuwiex faċli li wieħed jasal għal linja diviżorja eżatta bejn ir-restrizzjonijiet kwantitattivi u l-miżuri b’effett ekwivalenti, dan mhuwiex ta’ wisq importanza prattika minħabba li r-regoli japplikaw bl-istess mod għar-restrizzjonijiet kwantitattivi hekk kif jagħmlu għal miżuri b’effett ekwivalenti.

F’Dassonville, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet interpretazzjoni dwar it-tifsira u l-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri b’effett ekwivalenti (50):

“Ir-regoli kummerċjali kollha promulgati mill-Istati Membri li jistgħu jfixklu, direttament jew indirettament, realment jew potenzjalment, il-kummerċ intra-Komunitarju jridu jiġu kkunsidrati bħala miżuri b’effett ekwivalenti għar-restrizzjonijiet kwantitattivi.”

Din id-definizzjoni ġiet ikkonfermata f’ġurisprudenza sussegwenti b’varjazzjonijiet minuri. It-terminu “regoli kummerċjali” normalment ma jidhirx illum il-ġurnata, peress li l-formula Dassonville fil-fatt mhijiex limitata għar-regoli kummerċjali iżda tħaddan ukoll, pereżempju, ir-regolamenti tekniċi u anke l-atti mhux vinkolanti.

Fil-kawża Dassonville, il-Qorti enfasizzat li l-iktar element importanti li jiddetermina jekk miżura nazzjonali taqax taħt l-Artikolu 34 tat-TFUE huwa l-effett tagħha (…kapaċi tfixkel, direttament jew indirettament, realment jew potenzjalment…) (51). Konsegwentement, ma hemmx bżonn element diskriminatorju biex miżura nazzjonali tkun koperta mill-Artikolu 34 tat-TFUE.

Id-deċiżjoni storika tal-Qorti f’Cassis de Dijon (52) ikkonfermat dan l-approċċ. Billi rrikonoxxiet li d-differenzi bejn ir-regoli nazzjonali tal-Istati Membri jistgħu jxekklu l-kummerċ tal-merkanzija, il-Qorti kkonfermat li l-Artikolu 34 tat-TFUE jista’ wkoll ikopri miżuri nazzjonali li japplikaw b’mod ugwali għall-merkanzija domestika u għal dik importata. F’dan il-każ, l-Istati Membri jistgħu jagħtu deroga billi jirrikorru mhux biss għall-Artikolu 36 tat-TFUE iżda anke għar-rekwiżiti obbligatorji, kunċett li ġie stabbilit għall-ewwel darba f’din id-deċiżjoni.

Fil-qosor, l-Artikolu 34 tat-TFUE japplika għal miżuri nazzjonali li jiddiskriminaw kontra merkanzija importata (l-hekk imsejħa miżuri applikabbli b’mod distint) u għal miżuri nazzjonali li fid-dritt jidhru li japplikaw b’mod ugwali kemm għall-merkanzija domestika kif ukoll għal dik importata, iżda fil-fatt jimponu piż addizzjonali fuq l-importazzjonijiet (l-hekk imsejħa miżuri applikabbli mingħajr distinzjoni) (53). Dan il-piż jirriżulta mill-fatt li huwa meħtieġ li l-merkanzija importata tikkonforma ma’ żewġ settijiet ta’ regoli – dawk stabbiliti mill-Istat Membru tal-manifattura, u dawk stabbiliti fl-Istat Membru tal-importazzjoni.

Sussegwentement, il-miżuri b’effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva bdew jinkludu wkoll kwalunkwe miżura oħra li kapaċi xxekkel l-aċċess għas-suq (54). F’dan ir-rigward, il-Qorti ddikjarat dan li ġej fil-Kawża Il-Kummissjoni vs Spanja (55): “huwa ċar mill-ġurisprudenza li miżura, anke jekk ma għandhiex l-iskop jew l-effett li tittratta prodotti minn Stati Membri oħra b’mod inqas favorevoli, hija inkluża fil-kunċett ta’ miżura ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 34 tat-TFUE jekk ixxekkel l-aċċess għas-suq ta’ Stat Membru ta’ merkanzija li toriġina minn Stati Membri oħra.”

Is-suppożizzjoni li tenfasizza l-hekk imsejjaħ test tal-aċċess għas-suq hija li l-kundizzjonijiet tal-aċċess huma kemxejn iktar diffiċli għall-prodotti importati. Ħafna drabi, il-Qorti tagħmel enfasi fuq il-valutazzjoni ta’ jekk il-miżura kkonċernata jistax ikollha influwenza konsiderevoli fuq l-imġiba tal-konsumaturi billi x-xiri ta’ prodott importat tagħmlu inqas attraenti (56).

Għalhekk, id-definizzjoni ta’ miżuri b’effett ekwivalenti hija wiesgħa u qed tevolvi b’mod kostanti. Pereżempju, il-Qorti sostniet fil-Kawża C-591/17 L-Awstrija vs Il-Ġermanja li imposta għall-użu tal-infrastruttura u l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur għal vetturi rreġistrati fil-Ġermanja setgħu jirrestrinġu l-aċċess għas-suq Ġermaniż ta’ merkanzija minn Stati Membri oħra u għalhekk kienu jikkostitwixxu restrizzjoni għall-moviment liberu tal-merkanzija. Indikat li anke jekk l-imposta għall-użu tal-infrastruttura ma ġietx imposta fuq merkanzija li tinġarr per se, xorta waħda setgħet taffettwa l-merkanzija li titwassal permezz ta’ vetturi tal-passiġġieri li jiżnu sa 3,5 tunnellati u li jkunu rreġistrati fi Stat Membru ieħor li mhuwiex il-Ġermanja (57).

Eżempju ieħor tan-natura dinamika tal-kunċett ta’ miżura b’effett ekwivalenti huwa l-Kawża C-573/12 Ålands Vindkraft, li kienet tikkonċerna skema ta’ appoġġ nazzjonali għall-elettriku ekoloġiku. Iċ-ċertifikati taħt l-iskema ngħataw biss lill-produtturi Żvediżi tal-enerġija rinnovabbli, anke jekk l-elettriku li pprovdew jew li użaw seta’ kien jinkludi l-elettriku importat. Il-Qorti sostniet li tali skema tista’ xxekkel minn tal-inqas b’mod indirett u potenzjali l-importazzjonijiet ta’ elettriku (ekoloġiku) minn Stati Membri oħra. Il-Qorti indikat li n-nuqqas minn Stat Membru li jadotta miżuri adegwati biex jiġu evitati ostakoli għall-moviment liberu tal-merkanzija li jkunu nħolqu għandu l-istess probabbiltà li jostakola l-kummerċ intra-UE daqs att pożittiv. Għalhekk, il-Qorti sostniet li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni kienet tikkostitwixxi miżura b’effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjonijiet (58).

3.4.2.1.   Restrizzjonijiet fuq l-użu

Pjuttost reċentement ġiet żviluppata kategorija waħda ta’ restrizzjonijiet fil-ġurisprudenza tal-Qorti: ir-restrizzjonijiet fuq l-użu. Dawn ir-restrizzjonijiet huma kkaratterizzati bħala regoli nazzjonali li jippermettu l-bejgħ ta’ prodott filwaqt li jirrestrinġu l-użu tiegħu sa ċertu punt. Ir-restrizzjonijiet fuq l-użu jistgħu jinkludu restrizzjonijiet relatati mal-iskop jew mal-metodu tal-użu partikolari, mal-kuntest jew mal-ħin tal-użu, mal-firxa tal-użu jew mat-tipi ta’ użu. Tali miżuri jistgħu f’ċerti ċirkostanzi jikkostitwixxu miżuri b’effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva.

Hemm tliet kawżi li jistgħu jissemmew f’dan ir-rigward. L-ewwel nett, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (59), li kienet tikkonċerna liġi Portugiża li tipprojbixxi t-twaħħil ta’ films ikkuluriti fuq il-ħġieġ tal-vetturi bil-mutur. Il-Kummissjoni argumentat li kwalunkwe klijent, kummerċjant jew individwu potenzjali ma jixtrix tali film peress li kien jaf li ma setax iwaħħlu mat-tieqa tal-vetturi bil-mutur (60). Il-Qorti dehret li aċċettat dan l-argument u sostniet li “…il-klijenti, il-kummerċjanti jew l-individwi potenzjali prattikament ma għandhom l-ebda interess li jixtruhom peress li jafu li huwa pprojbit li jwaħħlu dan il-film fuq il-windscreen u fuq il-ħġieġ ta’ ħdejn il-postijiet tal-passiġġieri fil-vetturi bil-mutur.” (61) B’riżultat ta’ dan, waslet għall-konklużjoni li l-Portugall kien qed jikser l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 34 tat-TFUE.

It-tieni, fil-Kawża Il-Kummissjoni vs L-Italja (62), il-kwistjoni kienet dwar jekk l-Italja, billi kellha regoli li jipprojbixxu l-irmonk ta’ trejlers minn muturi, naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 34 tat-TFUE. Sa fejn kienu kkonċernati t-trejlers li kienu maħsuba speċifikament biex jiġu rmunkati minn muturi, il-Qorti sostniet li l-possibbiltà li jintużaw b’modi oħra minbarra bil-muturi kienet limitata, u li l-konsumaturi, li kienu jafu li ma jistgħux jużaw il-mutur tagħhom bi trejler iddisinjat speċifikament għalih, prattikament ma kellhomx interess jixtru trejler bħal dan (63). B’riżultat ta’ dan, il-projbizzjoni inkwistjoni kienet tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 34 tat-TFUE.

Fl-aħħar nett, il-Kawża Mickelsson u Roos (64) kienet tirrigwarda rinviju għal deċiżjoni preliminari li qajmet il-kwistjoni dwar jekk l-Artikoli 34 u 36 tat-TFUE jipprekludux ir-regoli Żvediżi dwar l-użu tal-inġenji tal-ilma personali. Skont ir-regolamenti Żvediżi, l-użu ta’ dawn l-inġenji fuq ilmijiet li ma kinux passaġġi fuq l-ilma navigabbli ġenerali u fuq ilmijiet li fuqhom il-bord amministrattiv tal-kontea ma jagħtix permess għall-użu tagħhom kien ipprojbit u punibbli b’multa. Il-Qorti ddikjarat li meta tali regoli jkollhom l-effett li jipprevjenu lill-utenti ta’ inġenji tal-ilma personali milli jużawhom għall-skopijiet speċifiċi u inerenti li għalihom kienu maħsuba jew li jirrestrinġu ħafna l-użu tagħhom, dawn ikollhom l-effett li jxekklu l-aċċess għas-suq domestiku għal dik il-merkanzija. Peress li l-possibbiltajiet reali għall-użu ta’ inġenji tal-ilma personali fl-Iżvezja kienu biss marġinali, ir-regoli nazzjonali kienu jikkostitwixxu miżuri b’effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi (65). Madankollu, il-Qorti sostniet li r-regoli nazzjonali setgħu jkunu ġustifikati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tal-ambjent jekk ikun hemm konformità ma’ ċerti rekwiżiti addizzjonali (66). Fil-Kawża Sandström, il-Qorti kompliet tispeċifika l-kundizzjonijiet li fuqhom tista’ tkun permessa projbizzjoni għall-użu ta’ inġenji tal-ilma personali fuq ilmijiet oħra għajr il-passaġġi fuq l-ilma ddeżinjati (67).

Kif muri hawn fuq, il-valutazzjoni tar-restrizzjonijiet fuq l-użu hija rregolata wkoll bit-test tal-aċċess għas-suq. Minbarra li tivvaluta l-effetti tal-miżura fuq is-suq, il-Qorti tivvaluta wkoll l-effetti li l-miżura jista’ jkollha fuq l-imġiba tal-konsumatur. Jista’ jiġi spjegat fil-qosor li l-miżuri li jimponu projbizzjoni totali fuq l-użu ta’ prodott speċifiku, li jimpedixxu l-użu tiegħu għall-skopijiet speċifiċi u inerenti li għalihom kien maħsub, jew li jirrestrinġu ħafna l-użu tiegħu, jistgħu jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 tat-TFUE.

3.4.2.2.   Arranġamenti ta’ bejgħ diskriminatorji

Kważi għoxrin sena wara l-Kawża Dassonville, il-Qorti kkonstatat li kien meħtieġ li tirrevedi l-ġurisprudenza tagħha dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ “miżuri b’effett ekwivalenti” skont l-Artikolu 34 tat-TFUE. Għalhekk, il-Qorti ħolqot il-kunċett ta’ arranġamenti ta’ bejgħ fis-sentenza storika Keck u Mithouard, li kienet tikkonċerna leġiżlazzjoni Franċiża li tipprojbixxi l-bejgħ mill-ġdid b’telf (68). Iddikjarat li “l-applikazzjoni għal prodotti minn Stati Membri oħra ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jirrestrinġu jew li jipprojbixxu ċerti arranġamenti ta’ bejgħ mhijiex tali li xxekkel direttament jew indirettament, realment jew potenzjalment, il-kummerċ bejn l-Istati Membri skont it-tifsira tas-sentenza Dassonville, diment li:

1.

Dawk id-dispożizzjonijiet japplikaw għall-kummerċjanti rilevanti kollha li joperaw fit-territorju nazzjonali, u;

2.

Jaffettwaw bl-istess mod, fid-dritt u fil-fatt, il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti domestiċi u ta’ dawk minn Stati Membri oħra.” (69)

Ir-regoli li jistipulaw ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-merkanzija jkomplu jiġu ttrattati skont il-Kawża Cassis de Dijon u, għalhekk, jitqiesu bħala li jaqgħu per se fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 tat-TFUE. B’kuntrast ma’ dan, l-arranġamenti ta’ bejgħ jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 tat-TFUE biss bil-kundizzjoni li l-parti li tinvoka ksur tista’ tagħti prova li huma jintroduċu diskriminazzjoni abbażi tal-oriġini tal-prodotti, fid-dritt jew fil-fatt.

Fil-Kawża C-591/17 Ir-Repubblika tal-Awstrija, il-Qorti ddeskriviet l-arranġamenti ta’ bejgħ bħala regoli nazzjonali li jikkonċernaw “arranġamenti li bihom dawn il-prodotti jistgħu jinbiegħu” (70). Għaldaqstant, l-arranġamenti ta’ bejgħ jinkludu miżuri relatati mal-kundizzjonijiet u mal-metodi tal-kummerċjalizzazzjoni (ara t-Taqsima 4.6.) (71), il-ħin tal-bejgħ tal-merkanzija (72), il-post tal-bejgħ tal-merkanzija jew ir-restrizzjonijiet rigward min jista’ jbigħ il-merkanzija (73), kif ukoll f’xi każijiet miżuri li huma relatati mal-ipprezzar tal-prodotti (ara t-Taqsima 4.4.) (74). Huwa relattivament iktar faċli li wieħed jifhem it-tipi ta’ miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-karatteristiċi tal-prodotti milli t-tipi ta’ miżuri li jikkostitwixxu arranġamenti ta’ bejgħ. Miżuri li jikkonċernaw il-karatteristiċi ta’ prodott jistgħu jkunu, pereżempju, miżuri li jirrigwardaw l-għamla, id-daqs, il-piż, il-kompożizzjoni, il-preżentazzjoni jew l-identifikazzjoni tiegħu (ara t-Taqsima 4.7.).

Bħala eżempju ta’ dawn ta’ hawn fuq: il-Qorti sostniet fil-Kawża Alfa Vita (75) li l-leġiżlazzjoni nazzjonali, li għamlet il-bejgħ ta’ prodotti “bake-off” soġġetti għall-istess rekwiżiti bħal dawk applikabbli għall-proċedura sħiħa ta’ manifattura u ta’ kummerċjalizzazzjoni għal ħobż tradizzjonali u għal prodotti tal-forn kienet tmur kontra l-Artikolu 34 tat-TFUE u ma setgħetx titqies bħala arranġament ta’ bejgħ. Il-Qorti waslet għal din il-konklużjoni billi bbażat ruħha fuq il-fatt li r-rekwiżit li l-bejjiegħa tal-prodotti “bake-off” jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha imposti fuq il-furnara tradizzjonali ma kienx iqis in-natura speċifika ta’ dawn il-prodotti u kien jinvolvi kostijiet addizzjonali, u b’hekk il-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn il-prodotti kienet tkun iktar diffiċli (76).

Ċerti proċeduri jew obbligi li ma għandhomx x’jaqsmu mal-prodott jew mal-imballaġġ tiegħu xorta waħda jistgħu jitqiesu bħala arranġamenti ta’ bejgħ kif muri fil-Kawża Sapod Audic u Eco-Emballages (77). Il-miżura nazzjonali inkwistjoni kienet tipprevedi li kwalunkwe produttur jew importatur kien obbligat jikkontribwixxi jew jorganizza r-rimi tal-iskart mill-imballaġġ kollu tiegħu. Il-Qorti indikat li l-miżura kienet timponi biss “obbligu ġenerali li jiġi identifikat l-imballaġġ miġbur għar-rimi minn impriża approvata” (78). Għalhekk, il-Qorti sostniet li “l-obbligu impost minn dik id-dispożizzjoni ma kienx relatat per se mal-prodott jew mal-imballaġġ tiegħu u, għalhekk, minnu nnifsu, ma kienx jikkostitwixxi regola li tistabbilixxi rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-merkanzija, bħal rekwiżiti li jikkonċernaw it-tikkettar jew l-imballaġġ tagħhom” (79). B’riżultat ta’ dan, jista’ jitqies bħala arranġament ta’ bejgħ.

Bħala rikapitolazzjoni, l-arranġamenti ta’ bejgħ huma miżuri li huma assoċjati mal-kummerċjalizzazzjoni tal-merkanzija iktar milli mal-karatteristiċi tal-merkanzija (80), u li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 tat-TFUE f’każ li jkunu jissodisfaw iż-żewġ kundizzjonijiet kumulattivi stabbiliti fis-sentenza Keck kif spjegat hawn fuq.

3.5.   Il-prinċipju ta’ Rikonoxximent Reċiproku

L-ostakoli tekniċi għall-moviment liberu tal-merkanzija jistgħu jseħħu meta l-awtoritajiet nazzjonali japplikaw regoli nazzjonali li jistipulaw rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati minn merkanzija kkummerċjalizzata legalment fi Stati Membri oħra. Il-merkanzija “kkummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor” hija l-merkanzija jew merkanzija ta’ dak it-tip li tikkonforma mar-regoli rilevanti applikabbli f’dak l-Istat Membru jew li mhux soġġetta għal xi regola bħal dik f’dak l-Istat Membru, u li titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utenti finali f’dak l-Istat Membru. Jekk ir-regoli nazzjonali ma jimplimentawx leġiżlazzjoni sekondarja tal-UE, dawn jikkostitwixxu ostakoli tekniċi li għalihom japplikaw l-Artikoli 34 u 36 tat-TFUE, anke jekk dawk ir-regoli japplikaw mingħajr distinzjoni għall-prodotti kollha.

Il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ġie stabbilit fil-ġurisprudenza tal-Qorti. Fis-sentenza Cassis de Dijon (81), il-Qorti stabbiliet li fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni, ir-regoli nazzjonali li jistabbilixxu rekwiżiti (bħal dawk relatati mad-deżinjazzjoni, mal-forma, mad-daqs, mal-piż, mal-kompożizzjoni, mal-preżentazzjoni, mat-tikkettar, mal-imballaġġ) li jridu jiġu ssodisfati minn merkanzija li tiġi minn Stati Membri oħra fejn tkun immanifatturata u kkummerċjalizzata legalment, jirrappreżentaw ostakoli għall-moviment liberu tal-merkanzija u jikkostitwixxu miżuri b’effett ekwivalenti pprojbiti mill-Artikolu 34 tat-TFUE.

Skont il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku, jekk negozju jkun qed ibigħ legalment prodott fi Stat Membru wieħed, f’konformità mar-regoli tekniċi nazzjonali applikabbli ta’ dak l-Istat Membru, dan għandu jkun jista’ jbigħu fi Stati Membri oħra mingħajr ma jkollu jadattah għar-regoli nazzjonali tal-Istat Membru tal-importazzjoni.

Għalhekk, fil-prinċipju, l-Istati Membri tad-destinazzjoni ma jistgħux jirrestrinġu jew jiċħdu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ merkanzija li ma tkunx soġġetta għal armonizzazzjoni tal-UE u li tkun ikkummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor, anke jekk tkun ġiet immanifatturata skont regoli tekniċi u tal-kwalità li jkunu differenti minn dawk li jridu jiġu ssodisfati mill-prodotti domestiċi. L-istess japplika jekk ma jkunx hemm regoli tekniċi applikabbli għal dak il-prodott fl-Istat Membru ta’ oriġini.

Madankollu, il-prinċipju mhuwiex assolut: restrizzjoni tista’ tkun iġġustifikata minn objettiv ta’ interess pubbliku.

B’konsegwenza ta’ dan, ir-rikonoxximent reċiproku ma għandux jitqies li jinvolvi standards tas-saħħa, tal-ambjent jew tas-sikurezza iktar baxxi, jew li jillimita l-kapaċitajiet tas-sorveljanza tas-suq tal-awtoritajiet nazzjonali, iżda iktar bħala bilanċ għaqli bejn il-moviment liberu tal-merkanzija u l-objettivi ta’ interess pubbliku. L-Istati Membri jridu jaderixxu mal-prinċipju biss jekk l-interessi pubbliċi leġittimi koperti mir-regola teknika nazzjonali applikabbli tagħhom ikunu protetti b’mod adegwat.

L-eċċezzjonijiet għall-moviment liberu tal-merkanzija jridu jiġu interpretati b’mod strett (82). L-ostakoli huma ġustifikati biss jekk il-miżuri nazzjonali jkunu meħtieġa biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti obbligatorji jew kwalunkwe wieħed mill-interessi elenkati fl-Artikolu 36 tat-TFUE u jkunu proporzjonati għall-objettiv leġittimu li jrid jintlaħaq. Dan huwa miġbur fil-qosor f’sentenza reċenti tal-Qorti, li tirrigwarda r-rifjut tar-rikonoxximent ta’ ċerti karatteristiċi distintivi, kif ġej:

“Għalhekk, l-ostakoli għall-moviment liberu tal-merkanzija li jirriżultaw, fl-assenza ta’ armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet nazzjonali, mill-applikazzjoni, minn Stat Membru, għal merkanzija li tkun ġejja minn Stati Membri oħra, fejn tkun ġiet mmanifatturata u kkummerċjalizzata skont il-liġi, ta’ regoli dwar ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati minn tali merkanzija, anke jekk dawn ir-regoli japplikaw mingħajr distinzjoni għall-prodotti kollha, jikkostitwixxu miżuri b’effett ekwivalenti pprojbiti mill-Artikolu 34 tat-TFUE, sakemm din l-applikazzjoni ma tkunx tista’ tiġi ġġustifikata minn objettiv ta’ interess pubbliku li jista’ jipprevali fuq ir-rekwiżiti tal-moviment liberu tal-merkanzija.” (83)

Fl-istess kawża, il-Qorti nnotat ukoll li l-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku ma jistax japplika għall-kummerċ fl-UE ta’ merkanzija li toriġina minn pajjiżi terzi u f’ċirkolazzjoni libera meta, qabel ma tiġi esportata lejn Stat Membru ieħor għajr dak li fih tkun f’ċirkolazzjoni libera, ma tkunx ġiet ikkummerċjalizzata legalment fit-territorju ta’ Stat Membru (84).

Għalhekk, fil-qosor, huwa possibbli li jkun hemm eċċezzjonijiet għall-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku li japplika fil-qasam mhux armonizzat:

(1)

Ir-regola ġenerali hija li l-prodotti legalment ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor igawdu d-dritt għal moviment liberu, u;

(2)

Ir-regola ġenerali ma tapplikax jekk l-Istat Membru tad-destinazzjoni jista’ jagħti prova li huwa essenzjali li jimponi r-regoli tekniċi tiegħu stess fuq il-prodotti kkonċernati abbażi tar-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 36 tat-TFUE jew fir-rekwiżiti obbligatorji żviluppati fil-ġurisprudenza tal-Qorti, soġġetti għall-konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità.

Mid-19 ta’ April 2020 japplika r-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill il-ġdid dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ merkanzija kkummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor (85). Dan jissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta’ ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor (86).

4.   IT-TIPI TA’ MIZURI

Il-miżuri b’effett ekwivalenti skont l-Artikolu 34 tat-TFUE jieħdu varjetà ta’ forom u għamliet differenti. Xi drabi jkunu miżuri diretti ħafna li jimmiraw speċifikament lejn l-importazzjonijiet jew li jippermettu trattament preferenzjali ta’ merkanzija domestika, u xi drabi jkunu effett sekondarju mhux mistenni ta’ deċiżjonijiet ta’ politika ġenerali. F’dawn l-aħħar għexieren ta’ snin, ċerti tipi ta’ miżuri tfaċċaw ripetutament fil-ġurisprudenza u fl-applikazzjoni prattika tal-Artikoli 34-36 tat-TFUE fil-proċeduri ta’ ksur. Diversi minnhom huma deskritti hawn taħt.

4.1.   Dispożizzjonijiet nazzjonali relatati mal-att ta’ importazzjoni (liċenzji tal-importazzjoni, spezzjonijiet u kontrolli)

Il-miżuri nazzjonali marbuta direttament mal-att ta’ importazzjoni ta’ prodotti minn Stati Membri oħra jistgħu jwasslu biex l-importazzjonijiet ikunu iktar impenjattivi u, għalhekk, regolarment jitqiesu bħala miżuri b’effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi li jmorru kontra l-Artikolu 34 tat-TFUE. L-obbligu li tinkiseb liċenzja tal-importazzjoni qabel ma tiġi importata l-merkanzija huwa eżempju ċar f’dan ir-rigward. Minħabba li proċessi formali ta’ dan it-tip jistgħu jikkawżaw dewmien, anke meta l-liċenzji jingħataw awtomatikament u l-Istat Membru kkonċernat jidher li ma jirriżervax id-dritt li ma joħroġx liċenzja, tali obbligu jista’ jikser l-Artikolu 34 tat-TFUE (87).

L-ispezzjonijiet u l-kontrolli, bħal kontrolli veterinarji, sanitarji, fitosanitarji u oħrajn, inkluż kontrolli doganali fuq l-importazzjonijiet (u l-esportazzjonijiet), huma kkunsidrati bħala miżuri b’effett ekwivalenti skont it-tifsira tal-Artikoli 34 u 35 rispettivament (88). Spezzjonijiet bħal dawn x’aktarx li l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet jagħmluhom iktar diffiċli jew għaljin, bħala riżultat tad-dewmien inerenti fil-proċedura ta’ spezzjoni u tal-kostijiet addizzjonali tat-trasport li kummerċjant jista’ jġarrab minħabba fihom.

L-istabbiliment tas-suq intern fl-1 ta’ Jannar 1993 essenzjalment elimina l-kontrolli rikorrenti fil-fruntieri għat-trasferiment tal-merkanzija. Minn dak iż-żmien ’l hawn, l-Istati Membri ma jistgħux iwettqu kontrolli fil-fruntieri tagħhom sakemm ma jkunux parti minn sistema ġenerali ta’ kontrolli li sseħħ b’mod simili ġewwa t-territorju nazzjonali u/jew sakemm ma jkunux imwettqa bħala kontrolli fuq il-post. Madankollu, irrispettivament minn fejn iseħħu tali kontrolli, jekk dawn jammontaw għal spezzjoni sistematika tal-prodotti importati, dawn xorta jitqiesu bħala miżuri b’effett ekwivalenti (89). Jistgħu jkunu ġustifikati biss f’każijiet eċċezzjonali, jekk jiġu ssodisfati kundizzjonijiet rigorużi (90).

4.2.   Obbligi li jinħatar rappreżentant jew li jiġu pprovduti faċilitajiet ta’ ħżin fl-Istat Membru tal-importazzjoni

Il-Qorti kkonstatat li l-obbligu ta’ importatur li jkollu post tan-negozju fl-Istat Membru tad-destinazzjoni tal-merkanzija jikser direttament l-Artikoli dwar il-moviment liberu tal-merkanzija fis-suq intern. Il-Qorti sostniet li billi jeżiġi li l-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra jġarrbu l-kost ta’ stabbiliment ta’ rappreżentant fl-Istat Membru tal-importazzjoni, dan l-obbligu jagħmilha diffiċli, jekk mhux impossibbli, sabiex ċerti impriżi, b’mod partikolari impriżi żgħar jew ta’ daqs medju, jidħlu fis-suq ta’ dak l-Istat Membru (91). Anke obbligu li jinħatar rappreżentant jew aġent jew li jkollhom stabbiliment sekondarju, uffiċċju jew faċilità ta’ ħżin fl-Istat Membru importatur ġeneralment imur kontra l-Artikolu 34 tat-TFUE.

Xi Stati Membri ppruvaw jiġġustifikaw tali rekwiżiti billi argumentaw li huma meħtieġa biex jiżguraw l-infurzar xieraq tad-dispożizzjonijiet nazzjonali fl-interess pubbliku, inkluż ir-responsabbiltà kriminali f’xi każijiet. Il-Qorti rrifjutat dan l-argument. Sostniet li għalkemm kull Stat Membru huwa intitolat jieħu miżuri xierqa fit-territorju tiegħu sabiex jiżgura l-protezzjoni tal-ordni pubbliku, dawn il-miżuri jkunu ġustifikati biss jekk jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Irid jiġi stabbilit li dawn il-miżuri jkunu meħtieġa sabiex jiġu ssodisfati raġunijiet leġittimi ta’ interess ġenerali u li dawn ma jistgħux jinkisbu b’mezzi li jirrestrinġu inqas il-moviment liberu tal-merkanzija (92). Il-Qorti sostniet li “[g]ħalkemm pieni kriminali jista’ jkollhom effett dissważiv fir-rigward tal-imġiba li huma jissanzjonaw, dak l-effett mhuwiex iggarantit u, fi kwalunkwe każ, mhuwiex imsaħħaħ…unikament minħabba l-preżenza fit-territorju nazzjonali ta’ persuna li tista’ tirrappreżenta legalment lill-manifattur” (93). Għalhekk, mill-perspettiva tal-objettivi ta’ interess pubbliku, ir-rekwiżit li rappreżentant ikun stabbilit fit-territorju nazzjonali ma jipprovdix salvagwardji addizzjonali suffiċjenti sabiex jiġġustifika eċċezzjoni għall-projbizzjoni li tinsab fl-Artikolu 34 tat-TFUE.

Ir-rekwiżiti nazzjonali li jirregolaw l-istokkjar jew il-ħżin ta’ merkanzija importata wkoll jistgħu jiksru l-Artikolu 34 tat-TFUE jekk dawn il-miżuri jaffettwaw il-merkanzija importata b’mod diskriminatorju meta mqabbel ma’ prodotti domestiċi. Dan ikun jinkludi kwalunkwe regola li tipprojbixxi, li tillimita jew li teħtieġ l-istokkjar ta’ merkanzija importata biss. Miżura nazzjonali li teħtieġ li spirti importati bbażati fuq l-inbid jinħażnu għal mill-inqas sitt xhur sabiex jikkwalifikaw għal ċerti deżinjazzjonijiet ta’ kwalità tqieset mill-Qorti li tikkostitwixxi miżura b’effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva (94).

Ostakoli simili għall-kummerċ tal-merkanzija jistgħu jinħolqu minn kwalunkwe regola nazzjonali li tirrestrinġi totalment jew parzjalment l-użu ta’ faċilitajiet ta’ stokkjar għal prodotti domestiċi biss, jew li tagħmel l-istokkjar ta’ prodotti importati soġġett għal kundizzjonijiet li jkunu differenti minn dawk meħtieġa għall-prodotti domestiċi u li jkunu iktar diffiċli biex jiġu ssodisfati. Konsegwentement, miżura nazzjonali li tħeġġeġ l-istokkjar ta’ prodotti mmanifatturati domestikament tista’ toħloq ostakoli għall-moviment liberu tal-merkanzija skont l-Artikolu 34 tat-TFUE.

4.3.   Projbizzjonijiet nazzjonali fuq prodotti/sustanzi speċifiċi

Projbizzjoni fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott speċifiku jew ta’ sustanza speċifika hija l-iktar miżura restrittiva li Stat Membru jista’ jadotta mill-perspettiva tal-moviment liberu tal-merkanzija. Il-maġġoranza tal-merkanzija fil-mira ta’ projbizzjonijiet nazzjonali huma oġġetti tal-ikel, bħal vitamini u supplimenti tal-ikel oħra (95) u sustanzi kimiċi (96).

Il-ġustifikazzjonijiet li jiġu invokati l-iktar mill-Istati Membri għal dawn il-miżuri stretti huma l-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti skont l-Artikolu 36 tat-TFUE, u r-rekwiżiti obbligatorji żviluppati fil-ġurisprudenza tal-Qorti, bħall-protezzjoni tal-ambjent. Dawn ir-raġunijiet ġustifikatorji spiss jiġu kkombinati. Stat Membru li jimponi projbizzjoni nazzjonali fuq prodott/sustanza jrid juri li l-miżura tkun meħtieġa u, meta jkun xieraq, li l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti inkwistjoni tippreżenta riskju serju, pereżempju, għas-saħħa pubblika u li dawk ir-regoli jkunu konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità (97). Dan jinkludi li tiġi pprovduta l-evidenza rilevanti kollha, bħal data teknika, xjentifika, statistika jew nutrizzjonali (98). Fil-Kawża Humanplasma, filwaqt li l-objettiv tal-projbizzjoni kien li jiġu żgurati l-kwalità u s-sikurezza tad-demm u tal-komponenti tad-demm, u għaldaqstant is-saħħa pubblika, din il-miżura tqieset li tmur lil hinn minn dak li kien meħtieġ (99).

Barra minn hekk, Stat Membru għandu l-oneru li juri li l-għan iddikjarat ma jistax jinkiseb b’xi mezz ieħor li jkollu effett inqas restrittiv fuq il-kummerċ intra-UE (100). Pereżempju, fir-rigward ta’ projbizzjoni Franċiża fuq iż-żieda ta’ kafeina fix-xorb ’il fuq minn ċertu limitu, il-Qorti sostniet li “tikkettar xieraq, li jinforma lill-konsumaturi dwar in-natura, l-ingredjenti u l-karatteristiċi ta’ prodotti ffortifikati, jista’ jippermetti lill-konsumaturi li jkollhom riskju ta’ konsum eċċessiv ta’ nutrijent miżjud ma’ dawk il-prodotti jiddeċiedu għalihom infushom jekk jużawhomx” (101). Għalhekk, il-Qorti kkonstatat li l-projbizzjoni fuq iż-żieda ta’ kafeina ’l fuq minn ċertu limitu ma kinitx il-miżura li kienet l-inqas restrittiva disponibbli u għalhekk mhux meħtieġa sabiex jinkiseb l-għan tal-protezzjoni tal-konsumatur.

Il-Kawża Danish Vitamins (102) kienet tikkonċerna l-prattika amministrattiva Daniża li tipprojbixxi l-arrikkiment ta’ oġġetti tal-ikel b’vitamini u b’minerali jekk ma jkunx jista’ jintwera li dan l-arrikkiment jissodisfa ħtieġa tal-popolazzjoni tad-Danimarka. Il-Qorti inizjalment qablet li hija d-Danimarka stess li għandha tiddeċiedi dwar il-livell maħsub tagħha ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem, fid-dawl tal-applikabbiltà tal-prinċipju tal-proporzjonalità. Madankollu, il-Qorti rrimarkat li l-awtoritajiet tad-Danimarka kellhom l-oneru tal-provi “li juru, f’kull każ, fid-dawl tad-drawwiet nutrizzjonali nazzjonali u fid-dawl tar-riżultati tar-riċerka xjentifika internazzjonali, li r-regoli tagħhom huma meħtieġa biex jagħtu protezzjoni effettiva lill-interessi msemmija” u “li l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti inkwistjoni tippreżenta riskju reali għas-saħħa pubblika” (103). Fl-aħħar mill-aħħar, il-Qorti kkonkludiet li l-miżura ma kinitx ġustifikata abbażi ta’ “riskju reali għas-saħħa pubblika”, li kien ikun jirrikjedi valutazzjoni dettaljata abbażi ta’ każ b’każ tal-effetti taż-żieda ta’ minerali u ta’ vitamini fl-oġġetti tal-ikel (104).

B’mod ġenerali, il-Qorti ħadet approċċ restrittiv għal miżuri ta’ dan it-tip. Madankollu, f’oqsma fejn hemm nuqqas ta’ ċertezza xjentifika dwar l-impatt ta’ prodott jew ta’ sustanza fuq is-saħħa pubblika jew fuq l-ambjent, pereżempju, kien iktar diffiċli għall-Qorti li tirrifjuta projbizzjonijiet bħal dawn (105). F’dawn il-każijiet, l-hekk imsejjaħ prinċipju ta’ prekawzjoni jkollu wkoll rwol importanti fil-valutazzjoni ġenerali tal-każ mill-Qorti (106).

Jistgħu jitfaċċaw ukoll sitwazzjonijiet f’każijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tas-saħħa pubblika fejn l-Istati Membri ma jipprojbixxux iż-żieda ta’ prodott jew ta’ sustanza li jkunu awtorizzati fi Stat Membru ieħor, iżda sempliċement jeħtieġu awtorizzazzjoni minn qabel għaż-żieda tagħhom. F’dawn il-każijiet, l-Istati Membri jikkonformaw biss mal-obbligi tagħhom skont id-dritt tal-UE jekk dawn il-proċeduri jkunu aċċessibbli u jistgħu jitlestew f’perjodu ta’ żmien raġonevoli u jekk il-projbizzjoni ta’ prodott tista’ tiġi kkontestata quddiem il-qrati nazzjonali. Din il-proċedura trid tkun espressament prevista f’miżura ta’ applikazzjoni ġenerali li torbot lill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru. Il-karatteristiċi ta’ din il-“proċedura ssimplifikata” ġew stabbiliti mill-Qorti fil-Kawża C-344/90 (107).

4.4.   Miżuri dwar il-prezzijiet

Għalkemm it-Trattat ma fihx dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tar-regolamenti nazzjonali dwar il-kontrolli tal-prezzijiet, il-Qorti applikat diversi drabi l-Artikolu 34 tat-TFUE għar-regolamenti nazzjonali dwar il-kontroll tal-prezzijiet.

Dawn ir-regolamenti jkopru għadd ta’ miżuri: il-prezzijiet minimi u massimi, l-iffriżar tal-prezzijiet, il-marġni tal-profitt minimi u massimi u ż-żamma tal-prezz għall-bejgħ mill-ġdid.

Prezzijiet minimi: Prezz minimu ffissat b’ammont speċifiku, għalkemm applikabbli mingħajr distinzjoni għal prodotti domestiċi u importati, jista’ jirrestrinġi l-importazzjonijiet billi jipprevjeni li l-prezz tal-kost iktar baxx tagħhom jiġi rifless fil-prezz tal-bejgħ bl-imnut. Dan jimpedixxi lill-importaturi milli jużaw il-vantaġġ kompetittiv tagħhom u għalhekk huwa miżura b’effett ekwivalenti skont l-Artikolu 34 tat-TFUE, għaliex il-konsumatur ma jistax jieħu vantaġġ minn dan il-prezz (108). Madankollu, il-prezzijiet minimi jistgħu jiġu rregolati fil-livell tal-UE, bħal pereżempju, b’leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi prezzijiet minimi għat-tabakk, li għandhom jiġu kkunsidrati fid-dawl tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (109).

Fil-Kawża C-221/15 Colruyt, li kienet tikkonċerna l-ipprezzar tal-prodotti tat-tabakk fil-Belġju, il-Qorti sostniet li l-leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi lill-bejjiegħa bl-imnut milli jbigħu prodotti tat-tabakk bi prezz unitarju iktar baxx mill-prezz indikat mill-manifattur jew mill-importatur imwaħħal fuq il-prodott, sa fejn dak il-prezz ikun ġie stabbilit b’mod liberu minn dan tal-aħħar, mhijiex prekluża skont l-Artikolu 34 tat-TFUE (110). Hawnhekk, il-Qorti kkonstatat li l-ipprezzar minimu tal-prodotti tat-tabakk jikkostitwixxi ċertu arranġament ta’ bejgħ li japplika għall-kummerċjanti rilevanti kollha li joperaw fit-territorju nazzjonali u li ma jimpedixxix l-aċċess għas-suq Belġjan tal-prodotti tat-tabakk minn Stat Membru ieħor iktar milli jimpedixxi l-aċċess tal-prodotti tat-tabakk domestiċi.

Fil-Kawża Scottish Whiskey Association, il-Qorti kkunsidrat jekk il-gvern Skoċċiż kisirx l-Artikolu 34 tat-TFUE meta impona prezzijiet minimi għal kull unità ta’ alkoħol. Il-miżuri kienu maħsuba biex jeliminaw l-alkoħol bi prezz baxx ħafna mis-suq u kellhom ikunu ġustifikati minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika. Il-Qorti kkonstatat li l-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali “tipprevjeni li l-prezz tal-produzzjoni inferjuri tal-prodotti importati jkun jista’ jinċidi fuq il-prezz tal-bejgħ lill-konsumatur” kien jikkostitwixxi miżura b’effett ekwivalenti (111).

Prezzijiet massimi: Qabel il-Kawża Keck, il-Qorti sostniet li għalkemm prezz massimu li huwa applikabbli mingħajr distinzjoni għal prodotti domestiċi u għal prodotti importati ma jikkostitwixxix fih innifsu miżura b’effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva, jista’ jkollu tali effett jekk ikun stabbilit f’livell li jagħmel il-bejgħ tal-prodott importat impossibbli jew inkella iktar diffiċli mill-kontroparti domestika tiegħu. Dan jista’ jneħħi kwalunkwe vantaġġ kompetittiv tal-merkanzija importata u/jew, jekk il-prezz massimu stabbilit ikun baxx wisq, jaf ma jqisx il-kostijiet tat-trasport imġarrba minn importatur (112).

Iffriżar tal-prezzijiet: Bl-istess mod, qabel id-deċiżjoni Keck (ara t-Taqsima 3.4.2.2.), il-Qorti kkunsidrat fil-ġurisprudenza bikrija tagħha li l-iffriżar tal-prezzijiet li japplika b’mod ugwali għal prodotti nazzjonali u għal prodotti importati fih innifsu ma jammontax għal miżura b’effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva. Madankollu, dawn jistgħu jipproduċu effett de facto bħal dan jekk il-prezzijiet jiġu ffissati f’livell tali li l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti importati ssir impossibbli jew inkella iktar diffiċli minn dik tal-prodotti domestiċi (113). Dan ikun il-każ jekk l-importaturi jkunu jistgħu jikkummerċjalizzaw il-prodotti importati b’telf biss.

Marġni ta’ profitt minimi u massimi: Dawn huma marġni li huma stabbiliti għal ammont speċifiku iktar milli bħala perċentwal tal-prezz tal-kost. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-UE qabel il-Kawża Keck, dawn mhux neċessarjament jikkostitwixxu miżura b’effett ekwivalenti skont it-tifsira tal-Artikolu 34 tat-TFUE. L-istess ikun japplika għal marġni ta’ profitt fiss għall-bejgħ bl-imnut, li jkun proporzjon tal-prezz tal-bejgħ bl-imnut liberament iddeterminat mill-manifattur, minn tal-inqas meta jikkostitwixxi remunerazzjoni adegwata għall-bejjiegħ bl-imnut. Madankollu, marġni ta’ profitt massimu li jkun iffissat b’ammont wieħed applikabbli kemm għall-prodotti domestiċi kif ukoll għall-importazzjonijiet, iżda li ma jqisx il-kost tal-importazzjoni, jaqa’ taħt l-Artikolu 34 tat-TFUE (114).

Wara l-Kawża Keck, jidher li l-Qorti spiss ikkunsidrat li r-regolamenti nazzjonali dwar il-kontroll tal-prezzijiet jidħlu fil-kunċett ta’ “arranġamenti ta’ bejgħ” (115). F’dan ir-rigward, dawn jistgħu jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 tat-TFUE jekk ċerti kundizzjonijiet jiġu ssodisfati. Il-fatt li l-“kontrolli tal-prezzijiet” jistgħu jikkostitwixxu “arranġamenti ta’ bejgħ” huwa kkonfermat fil-Kawża Belgapom, meta l-leġiżlazzjoni Belġjana li tipprojbixxi l-bejgħ b’telf u l-bejgħ li jipproduċi biss marġni ta’ profitt baxx ħafna tqieset li ma kinitx taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 tat-TFUE (116).

Madankollu, fil-Kawża LIBRO iktar reċenti, il-Qorti inizjalment ikklassifikat regola li tipprojbixxi lill-importaturi ta’ kotba bil-Ġermaniż milli jiffissaw prezz iktar baxx mill-prezz bl-imnut iffissat/rakkomandat mill-pubblikatur bħala ċertu arranġament ta’ bejgħ kif definit fil-Kawża Keck. Madankollu, ikkonkludiet li r-regola kienet fil-fatt miżura b’effett ekwivalenti, peress li ħolqot regolament distint li kien jittratta prodotti minn Stati Membri oħra b’mod inqas favorevoli (117).

Fil-Kawża Deutsche Parkinson Vereinigung, il-Qorti applikat approċċ ta’ aċċess għas-suq fl-eżami tagħha ta’ sistema ta’ ffissar tal-prezzijiet għall-bejgħ mill-ispiżeriji ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li jkunu disponibbli biss b’riċetta medika, mingħajr ma rreferiet direttament għall-Kawża Keck fis-sentenza tagħha. Wara li qabblet l-impatt tal-iffissar tal-prezzijiet fuq l-ispiżeriji stabbiliti fil-Ġermanja u fi Stati Membri oħra, fl-aħħar mill-aħħar ikkonstatat li din is-sistema kienet miżura b’effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjonijiet (118). Ġie kkonstatat li l-ispiżeriji tal-bejgħ bil-korrispondenza kellhom kapaċità limitata li jikkompetu ma’ spiżeriji tradizzjonali f’termini ta’ servizzi, u għalhekk primarjament ikkompetew abbażi tal-prezzijiet, u b’riżultat ta’ dan, kienu iktar affettwati mill-iffissar tal-prezzijiet. Fil-valutazzjoni tagħha, il-Qorti rreferiet għall-Kawża DocMorris, li tikkonċerna leġiżlazzjoni Ġermaniża li tipprojbixxi l-bejgħ ta’ prodotti mediċinali barra mill-ispiżeriji u, b’hekk, online, li kienet applikat il-Kawża Keck fir-raġunament tagħha (119).

Kif spjegat iktar ’il fuq, fil-Kawża Scottish Whiskey Association, il-Qorti kkonkludiet li l-ipprezzar minimu kien jikkostitwixxi miżura b’effett ekwivalenti abbażi tat-test tal-aċċess għas-suq, mingħajr ma rreferiet espressament għall-Kawża Keck. Ir-raġunament tagħha kien li “l-fatt li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni... tipprevjeni li l-prezz tal-kost orħos ta’ prodotti importati jiġi rifless fil-prezz tal-bejgħ lill-konsumatur ifisser, fih innifsu, li dik il-leġiżlazzjoni kapaċi xxekkel l-aċċess” (120).

4.5.   Proċeduri ta’ awtorizzazzjoni

Is-sistemi nazzjonali li jissoġġettaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-merkanzija għal awtorizzazzjoni minn qabel jirrestrinġu l-aċċess għas-suq tal-Istat Membru tal-importazzjoni u għaldaqstant jitqiesu li joħolqu miżura b’effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 34 tat-TFUE (121). Il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet numru ta’ kundizzjonijiet li fihom tali awtorizzazzjoni minn qabel tista’ tkun ġustifikata (122):

Trid tkun ibbażata fuq kriterji oġġettivi u nondiskriminatorji li jiġu kkomunikati bil-quddiem lill-impriżi kkonċernati, b’tali mod li jiċċirkoskrivu l-eżerċizzju ta’ diskrezzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali, sabiex ma tintużax b’mod arbitrarju;

Din essenzjalment ma għandhiex tidduplika l-kontrolli li jkunu diġà twettqu fil-kuntest ta’ proċeduri oħra, jew fl-istess Stat Membru jew fi Stat Membru ieħor;

Proċedura ta’ awtorizzazzjoni minn qabel tkun meħtieġa biss meta l-kontroll sussegwenti irid jitqies bħala li jkun tard wisq biex ikun ġenwinament effettiv u jkun jista’ jilħaq l-għan mixtieq;

Il-proċedura ma għandhiex, minħabba t-tul ta’ żmien tagħha jew il-kostijiet sproporzjonati tagħha, tkun tali li tiskoraġġixxi lill-operaturi kkonċernati milli jsegwu l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju tagħhom;

Il-proċedura ma tistax tkun teħtieġ analiżijiet tekniċi fejn dawn ikunu diġà twettqu fi Stat Membru ieħor u dawk ir-riżultati jkunu disponibbli (123).

4.5.1.   Approvazzjoni tat-tip

Ir-rekwiżiti dwar l-approvazzjoni tat-tip jiddefinixxu minn qabel il-kundizzjonijiet regolatorji, tekniċi u ta’ sikurezza li prodott irid jissodisfa. Għaldaqstant, l-approvazzjoni tat-tip mhijiex limitata għal industrija partikolari, minħabba li tali rekwiżiti jeżistu għal prodotti li jvarjaw ħafna bħal tagħmir marittimu, mowbajls, karozzi tal-passiġġieri u tagħmir mediku.

Ġeneralment, l-approvazzjoni tat-tip tkun meħtieġa qabel ma prodott ikun jista’ jitqiegħed fis-suq. Il-konformità mar-rekwiżiti dwar l-approvazzjoni tat-tip spiss tkun iddenotata minn markatura fuq il-prodott. Il-markatura CE, pereżempju, tikkonferma l-konformità ma’ tali rekwiżiti permezz ta’ awtodikjarazzjoni tal-manifattur jew permezz ta’ ċertifikazzjoni minn parti terza.

Filwaqt li r-rekwiżiti komuni dwar l-approvazzjoni tat-tip fl-UE kollha normalment jiffaċilitaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti fis-suq intern, l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali f’oqsma mhux armonizzati jaf toħloq ostakoli għall-kummerċ tal-merkanzija. Barra minn hekk, standards nazzjonali diverġenti tal-prodotti jagħmluha diffiċli għall-manifatturi biex jikkummerċjalizzaw l-istess prodott fi Stati Membri differenti u jistgħu jwasslu għal kostijiet ogħla relatati mal-konformità. Għaldaqstant, l-obbligi li jeħtieġu l-approvazzjoni tat-tip nazzjonali qabel it-tqegħid tal-prodotti fis-suq iridu jitqiesu bħala miżuri b’effett ekwivalenti (124).

Abbażi ta’ ġustifikazzjonijiet relatati mas-saħħa jew mas-sikurezza, Stat Membru jista’ jkun intitolat jirrikjedi li prodott li jkun diġà rċieva approvazzjoni fi Stat Membru ieħor jgħaddi minn proċedura ġdida ta’ eżami u ta’ approvazzjoni. Madankollu, f’każijiet bħal dawn l-Istat Membru tal-importazzjoni jrid iqis it-testijiet jew il-kontrolli mwettqa fl-Istat(i) Membru/i tal-esportazzjoni li jipprovdu garanziji jew protezzjoni ekwivalenti (125).

Fil-Kawża Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (126), impriża ġiet miċħuda l-awtorizzazzjoni meħtieġa mill-korp ta’ superviżjoni għall-installazzjoni ta’ pajpijiet tal-polietilen importati, għar-raġuni li dawn il-pajpijiet ma kinux ġew approvati mill-korp ta’ ttestjar nazzjonali. Iċ-ċertifikati tal-impriża li ma kinux rikonoxxuti nħarġu minn istitut ta’ ttestjar Taljan. Il-Qorti sostniet li l-awtoritajiet, f’dan il-każ dawk tal-Portugall, kienu meħtieġa jqisu ċ-ċertifikati maħruġa mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, speċjalment jekk dawk il-korpi jkunu awtorizzati mill-Istat Membru għal dan l-iskop. Peress li l-awtoritajiet Portugiżi ma kellhomx biżżejjed informazzjoni sabiex jivverifikaw iċ-ċertifikati inkwistjoni, setgħu kisbu dan il-materjal mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-esportazzjoni. Huwa meħtieġ approċċ proattiv min-naħa tal-korp nazzjonali li ssirlu applikazzjoni għall-approvazzjoni jew għar-rikonoxximent ta’ prodott.

4.5.2.   Reġistrazzjoni tal-karozzi

Ġeneralment, skont il-leġiżlazzjoni tal-UE, hemm tliet stadji differenti fil-proċess tal-ksib ta’ reġistrazzjoni għal vettura bil-mutur. L-ewwel nett, il-karatteristiċi tekniċi tal-vettura bil-mutur iridu jkunu approvati, fil-biċċa l-kbira tal-każijiet permezz tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Madankollu, xi tipi ta’ vetturi bil-mutur għadhom soġġetti għal proċeduri ta’ approvazzjoni nazzjonali. It-tieni, isiru t-testijiet ta’ kontroll tekniku ta’ vetturi użati, li l-objettiv tagħhom ikun li jiġi vverifikat li l-vettura bil-mutur speċifika tinsab fi stat tajjeb ta’ tiswija fil-ħin tar-reġistrazzjoni. Fl-aħħar nett, il-vettura bil-mutur tiġi rreġistrata, u dan jawtorizza d-dħul tagħha fis-servizz fit-toroq, jidentifika l-vettura bil-mutur ikkonċernata u jinħareġ numru ta’ reġistrazzjoni għaliha.

Il-Qorti ttrattat ukoll ir-rifjut ta’ reġistrazzjoni ta’ vettura bil-mutur li kellha t-tagħmir tal-istering tagħha, inkluż il-pożizzjoni tal-istering, fuq in-naħa tal-lemin. Fil-Kawżi C-61/12 u C-639/11 sostniet li tali leġiżlazzjoni tikkostitwixxi miżura b’effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet, fir-rigward tal-effett tagħha li xxekkel l-aċċess għas-suq għal vetturi b’tagħmir tal-istering fuq il-lemin, li jkunu legalment immanifatturati u rreġistrati fi Stat Membru ieħor. Il-Qorti ddikjarat li tali rekwiżit ma kienx meħtieġ biex jintlaħaq l-objettiv tas-sikurezza fit-toroq (127).

4.6.   Restrizzjonijiet fuq ir-reklamar

Ir-rwol tar-reklamar huwa primordjali għad-dħul fis-suq, speċjalment għal prodotti kkummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor. Ir-rwol importanti tar-reklamar biex prodott minn Stat Membru jitħalla jidħol f’suq ġdid fi Stat Membru ieħor ġie rikonoxxut mill-Avukati Ġenerali (128) u mill-Qorti tal-Ġustizzja (129). L-għan u l-effett tar-reklamar huwa li, fost l-oħrajn, jipperswadi lill-konsumaturi jibdlu minn ditta għal oħra jew jixtru prodotti ġodda.

Qabel il-Kawża Keck (ara t-Taqsima 3.4.2.2.), il-Qorti spiss sostniet li miżuri nazzjonali li jimponu restrizzjonijiet fuq ir-reklamar kienu koperti mill-Artikolu 34 tat-TFUE. Kawża bħal din kienet il-Kawża Oosthoek, li kienet tikkonċerna projbizzjoni fuq l-offerta jew fuq l-għoti ta’ rigali b’xejn għal skopijiet ta’ promozzjoni tal-bejgħ. Il-Qorti sostniet li “leġiżlazzjoni li tirrestrinġi jew li tipprojbixxi ċerti forom ta’ reklamar u ċerti mezzi ta’ promozzjoni tal-bejgħ tista’, għalkemm ma taffettwax direttament l-importazzjonijiet, tkun tali li tirrestrinġi l-volum tagħhom minħabba li taffettwa l-opportunitajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti importati.” (130) Madankollu, wara l-Kawża Keck, il-Qorti f’xi aspetti dehret li adottat approċċ differenti (rigward it-trattament tar-restrizzjonijiet fuq ir-reklamar bħala arranġamenti ta’ bejgħ). Minkejja dan, il-miżuri marbuta mar-reklamar li jidher li jaqgħu fil-kategorija ta’ arranġamenti ta’ bejgħ huma trattati bħala regoli marbuta ma’ prodotti fejn jidher li dawn jaffettwaw il-kundizzjonijiet li l-merkanzija trid tissodisfa (131).

Għalhekk, l-approċċ tas-soltu segwit mill-Qorti llum jidher li huwa li restrizzjonijiet fuq ir-reklamar u l-promozzjoni jridu jitqiesu bħala arranġamenti ta’ bejgħ u, jekk ma jkunux diskriminatorji, dawn ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 34 tat-TFUE (132). Madankollu, jekk il-miżura kkonċernata tkun diskriminatorja, din tkun taqa’ taħt l-Artikolu 34 tat-TFUE. Għalhekk, ir-restrizzjonijiet nazzjonali fuq ir-reklamar li jagħmlu l-bejgħ ta’ merkanzija minn Stati Membri oħra iktar diffiċli mill-bejgħ ta’ merkanzija domestika jistgħu jikkostitwixxu miżura b’effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva. Il-Qorti sostniet ukoll pereżempju li “projbizzjoni assoluta tar-reklamar tal-karatteristiċi ta’ prodott” (133) tista’ timpedixxi l-aċċess għas-suq ta’ prodotti minn Stati Membri oħra iktar milli timpedixxi l-aċċess minn prodotti domestiċi, li l-konsumaturi jkunu iktar familjari magħhom (134).

Kif jidher hawn fuq, il-Qorti jidher li torbot il-kamp ta’ applikazzjoni tar-restrizzjoni ma’ diskriminazzjoni. Fi kliem ieħor, jekk ir-restrizzjoni tkun totali, wieħed jassumi li jista’ jkollha impatt akbar fuq il-prodotti importati (135) u, jekk tkun parzjali, li tista’ taffettwa l-prodotti domestiċi u importati bl-istess mod (136). Madankollu, għandu jiġi enfasizzat li l-Qorti fil-Kawżi Dior (137) u Gourmet (138) indikat li xi projbizzjonijiet fuq ir-reklamar mhux neċessarjament jaffettwaw iktar lill-importazzjonijiet milli lill-merkanzija nazzjonali.

Il-Qorti enfasizzat ukoll li r-restrizzjonijiet fuq ir-reklamar fuq l-internet ma jaffettwawx il-bejgħ ta’ merkanzija nazzjonali, f’dan il-każ prodotti mediċinali nazzjonali, bl-istess mod kif jaffettwaw il-bejgħ ta’ prodotti mediċinali li joriġinaw minn Stati Membri oħra (il-Kawża C-322/01 Deutscher Apothekerverband). Għalhekk, ir-restrizzjonijiet fuq l-internet jistgħu jirrappreżentaw ostakolu kopert mill-Artikolu 34 tat-TFUE.

4.7.   Regolamenti tekniċi li fihom rekwiżiti dwar il-preżentazzjoni tal-merkanzija (piż, kompożizzjoni, preżentazzjoni, tikkettar, forma, daqs, imballaġġ)

Ir-rekwiżiti li jridu jiġu ssodisfati mill-prodotti importati rigward il-forma, id-daqs, il-kompożizzjoni tal-piż, il-preżentazzjoni, l-identifikazzjoni jew il-ħruġ tagħhom jistgħu jġiegħlu lill-manifatturi u lill-importaturi jadattaw il-prodotti inkwistjoni għar-regoli fis-seħħ fl-Istat Membru li fih ikunu kkummerċjalizzati, pereżempju billi jimmodifikaw it-tikkettar ta’ prodotti importati (139). Fis-sentenza tagħha fil-Kawża 27/80 Fietje (140), il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-estensjoni minn Stat Membru ta’ dispożizzjoni li tipprojbixxi l-bejgħ ta’ ċertu xorb alkoħoliku b’deskrizzjoni differenti minn dik preskritta mid-dritt nazzjonali għal xarbiet importati minn Stati Membri oħra, u li b’hekk ikun meħtieġ li tinbidel it-tikketta li taħtha x-xarba importata tkun ikkummerċjalizzata legalment fl-Istat Membru tal-esportazzjoni, trid titqies bħala miżura b’effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva, li hija pprojbita mill-Artikolu 34 tat-TFUE.

Minħabba li r-rekwiżiti rigward il-preżentazzjoni tal-merkanzija huma marbutin direttament mal-prodott innifsu, mhumiex meqjusa bħala arranġamenti ta’ bejgħ. Minflok, dawn jitqiesu bħala miżuri b’effett ekwivalenti skont l-Artikolu 34 tat-TFUE (141).

Il-miżuri li ġejjin, pereżempju, tqiesu li jmorru kontra l-Artikolu 34 tat-TFUE:

Rekwiżit rigoruż għal prodotti tal-kostruzzjoni mhux armonizzati li titwaħħlilhom markatura CE (142);

Rekwiżit għall-marġerina li tinbiegħ f’imballaġġ kubiku biex wieħed ikun jista’ jiddistingwiha mill-butir (143);

Projbizzjoni minn Stat Membru fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta’ oġġetti magħmula minn metalli prezzjużi mingħajr il-karatteristiċi distintivi (nazzjonali uffiċjali) meħtieġa (144);

Projbizzjoni fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta’ vidjos u ta’ DVDs permezz tal-bejgħ bil-korrispondenza u l-bejgħ online li ma jkollhomx tikketta tal-limitu tal-età li tikkorrispondi għal deċiżjoni ta’ klassifikazzjoni minn awtorità reġjonali ogħla jew minn korp nazzjonali ta’ awtoregolamentazzjoni (145).

4.8.   Indikazzjonijiet tal-oriġini, marki tal-kwalità, inċitament għax-xiri ta’ prodotti nazzjonali

Ir-regoli nazzjonali li jeħtieġu l-indikazzjoni tal-oriġini tal-prodott fuq il-prodott jew it-tikkettar tiegħu jikkostitwixxu miżura b’effett ekwivalenti li tmur kontra l-Artikolu 34 TFUE.

Il-Qorti ddeċidiet li r-regoli nazzjonali dwar l-indikazzjoni obbligatorja tal-oriġini jistgħu jinkoraġġixxu lill-konsumaturi jixtru prodotti nazzjonali għad-detriment ta’ prodotti ekwivalenti li joriġinaw fi Stati Membri oħra (146). Skont il-Qorti, tali regoli għandhom l-effett li jagħmlu l-kummerċjalizzazzjoni fi Stat Membru ta’ merkanzija simili prodotta fi Stati Membri oħra iktar diffiċli, u jnaqqsu r-ritmu tal-interpenetrazzjoni ekonomika fl-Unjoni Ewropea billi jpoġġu fi żvantaġġ il-bejgħ ta’ merkanzija prodotta b’riżultat ta’ diviżjoni tax-xogħol bejn l-Istati Membri (147). Il-Qorti enfasizzat ukoll li jista’ jkun fl-interess tal-operatur ekonomiku li jindika huwa stess l-oriġini tal-prodotti tiegħu, mingħajr ma jkun imġiegħel jagħmel dan. F’dan il-każ, il-konsumaturi jistgħu jiġu protetti minn indikazzjonijiet ta’ oriġini foloz jew qarrieqa li jistgħu jirriżultaw mill-applikazzjoni tar-regoli eżistenti li jipprojbixxu tali mġiba (148).

Bl-istess mod il-Qorti ddeċidiet li l-iskemi tal-kwalità stabbiliti fid-dritt nazzjonali u relatati mal-oriġini tal-prodott jista’ jkollhom effett simili. Anke jekk tali skema tal-kwalità partikolari tkun volontarja, ma jfissirx li din ma tibqax miżura b’effett ekwivalenti, jekk l-użu ta’ dik id-deżinjazzjoni jippromwovi jew x’aktarx li jippromwovi l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott ikkonċernat meta mqabbel ma’ prodotti li ma jibbenefikawx mill-użu tiegħu (149).

Il-Qorti sostniet ukoll li l-Istati Membri għandhom is-setgħa li jistabbilixxu skemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli kkummerċjalizzati fit-territorju tagħhom u li jużaw deżinjazzjonijiet tal-kwalità soġġetti għall-konformità ma’ tali skemi. Madankollu, tali skemi u deżinjazzjonijiet jistgħu ma jkunux marbuta ma’ rekwiżit li l-proċess ta’ produzzjoni għall-prodotti inkwistjoni jitwettaq fil-pajjiż iżda għandhom ikunu jiddependu biss mill-eżistenza ta’ karatteristiċi oġġettivi intrinsiċi li jagħtu lill-prodotti l-kwalità meħtieġa skont il-liġi (150). Għalhekk, tali skema trid tkun aċċessibbli għal kwalunkwe produttur fl-Unjoni jew għal kwalunkwe operatur potenzjali ieħor tal-Unjoni li l-prodotti tiegħu jissodisfaw ir-rekwiżiti. Kwalunkwe rekwiżit li jimpedixxi l-aċċessibbiltà għal din l-iskema għal prodotti minn Stati Membri oħra għandu jiġi evitat minħabba li jista’ jiffaċilita l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti ta’ oriġini domestika għad-detriment ta’ prodotti importati (151).

Il-Qorti aċċettat skemi tal-kwalità stipulati fid-dritt nazzjonali meta dawn jippermettu l-importazzjoni ta’ prodotti minn Stati Membri oħra taħt id-deżinjazzjonijiet li jkollhom, anke jekk ikunu simili, komparabbli jew identiċi għad-deżinjazzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali (152).

Kampanja promozzjonali mmexxija mill-awtoritajiet tal-Istati Membri u li tinvolvi t-tikkettar tal-kwalità u/jew tal-oriġini bl-istess mod tikkostitwixxi miżura b’effett ekwivalenti skont l-Artikolu 34 tat-TFUE. L-iktar kawża magħrufa ta’ tali inċitament biex jinxtraw prodotti nazzjonali kienet il-kawża Buy Irish (153) , li kienet tinvolvi kampanja fuq skala kbira li tħeġġeġ ix-xiri ta’ merkanzija nazzjonali. Il-Qorti sostniet ukoll li skema stabbilita mill-awtoritajiet sabiex tippromwovi d-distribuzzjoni ta’ xi prodotti magħmula f’ċertu pajjiż jew reġjun, tista’ bl-istess mod tħeġġeġ lill-konsumaturi jixtru dawn il-prodotti bl-esklużjoni ta’ prodotti importati (154).

4.9.   Restrizzjonijiet fuq il-bejgħ mill-bogħod (bejgħ fuq l-internet, bejgħ bil-korrispondenza, eċċ.)

Bl-avvanz tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni, il-merkanzija kulma jmur qed tiġi kkummerċjalizzata fis-suq intern permezz tal-internet. Għalhekk, l-għadd ta’ kawżi marbuta ma’ tranżazzjonijiet fuq l-internet li jinvolvu t-trasferiment ta’ merkanzija minn Stat Membru għal ieħor imressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja żdied.

Id-domandi li tressqu quddiem il-Qorti fil-Kawża DocMorris (155) kienu tqajmu fi proċedimenti nazzjonali li jikkonċernaw il-bejgħ fuq l-internet ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem fi Stat Membru differenti minn dak li fih ġiet stabbilita l-KawżaDocMorris. Id-dritt Ġermaniż dak iż-żmien kien jipprojbixxi l-bejgħ bil-korrispondenza ta’ prodotti mediċinali li setgħu jinbiegħu biss fl-ispiżeriji.

L-ewwel domanda li tressqet mill-qorti nazzjonali kienet dwar jekk kienx hemm ksur tal-Artikolu 34 tat-TFUE fil-każ li prodotti mediċinali awtorizzati, li l-bejgħ tagħhom kien ristrett għall-ispiżeriji fl-Istat Membru kkonċernat, ma jistgħux jiġu importati kummerċjalment bil-korrispondenza permezz ta’ spiżeriji approvati fi Stati Membri oħra b’rispons għal ordni individwali li ssir fuq l-internet.

Il-Qorti bdiet billi ttrattat din ir-restrizzjoni nazzjonali bħala arranġament ta’ bejgħ, li seta’ kien qed jikser l-Artikolu 34 jekk kien diskriminatorju. L-ewwel, bl-istess mod bħall-Kawża De Agostini (rigward: l-importanza tar-reklamar għall-bejgħ tal-prodott inkwistjoni) (156), il-Qorti enfasizzat l-importanza tal-internet għall-bejgħ ta’ prodott. Imbagħad spjegat kif tali projbizzjoni diretta hija iktar ta’ ostakolu għall-ispiżeriji barra mill-Ġermanja milli għal dawk lokali. Għalhekk, il-miżura kienet qed tikser l-Artikolu 34 tat-TFUE.

B’mod iktar speċifiku, il-Qorti sostniet li għall-ispiżeriji li mhumiex stabbiliti fil-Ġermanja, l-internet jipprovdi mod iktar sinifikanti biex jiksbu “aċċess dirett” għas-suq Ġermaniż (157). Il-Qorti spjegat li projbizzjoni li jkollha impatt akbar fuq spiżeriji stabbiliti barra mill-Ġermanja tista’ timpedixxi l-aċċess għas-suq għal prodotti minn Stati Membri oħra iktar milli timpedixxi l-aċċess għall-prodotti domestiċi.

Fil-Kawża Ker-Optika (158), li kienet tikkonċerna leġiżlazzjoni nazzjonali li tawtorizza l-bejgħ ta’ lentijiet tal-kuntatt biss fi ħwienet tal-provvisti mediċi, il-Qorti kkonfermat li billi pprojbixxiet il-bejgħ tagħhom online, il-miżura nazzjonali kisret id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (159) u l-Artikoli 34-36 tat-TFUE għall-projbizzjoni tal-konsenja sussegwenti tal-lentijiet tal-kuntatt lill-klijenti.

Is-sentenza Visnapuu iktar reċenti kienet tirrigwarda l-Att tal-Finlandja dwar l-Alkoħol, li skontu bejjiegħ stabbilit fi Stat Membru ieħor irid ikollu liċenzja tal-bejgħ bl-imnut sabiex jimporta xorb alkoħoliku bil-ħsieb li jbigħu bl-imnut dan ix-xorb lill-konsumaturi li jirresjedu fil-Finlandja. Il-Qorti sostniet li r-rekwiżit li wieħed ikollu liċenzja tal-bejgħ bl-imnut sabiex jimporta xorb alkoħoliku jipprevjeni lill-kummerċjanti stabbiliti fi Stati Membri oħra milli jimportaw liberament ix-xorb alkoħoliku fil-Finlandja, u għalhekk jikkostitwixxi miżura b’effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjonijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 34 tat-TFUE. Madankollu, sostniet ukoll li l-Artikoli 34 tat-TFUE u 36 tat-TFUE ma jipprekludux tali leġiżlazzjoni, diment li tkun xierqa sabiex tiggarantixxi li jintlaħaq l-objettiv ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ordni pubbliku (160).

4.10.   Obbligi ta’ depożitu

Fid-deċennji li għaddew, is-sistemi ta’ depożitu u ta’ ritorn, speċjalment fis-settur tax-xorb, taw lok għal diskussjonijiet fid-dawl tal-leġiżlazzjoni ambjentali u tar-regoli tas-suq intern. Għall-operaturi involuti f’diversi Stati Membri, tali sistemi spiss jagħmluha diffiċli biex jinbiegħ l-istess prodott fl-istess imballaġġ fi Stati Membri differenti. Minflok, il-produtturi u l-importaturi huma meħtieġa jadattaw l-imballaġġ skont il-ħtiġijiet ta’ kull Stat Membru individwali, li normalment iwassal għal kostijiet addizzjonali. L-effett ta’ tali sistemi, jiġifieri d-diviżjoni tas-swieq, ħafna drabi jmur kontra l-idea ta’ suq tassew intern. Għalhekk, ir-rekwiżiti nazzjonali f’dan is-sens jistgħu jitqiesu bħala ostakolu għall-kummerċ skont l-Artikolu 34 tat-TFUE. Irrispettivament minn dan, l-iskemi ta’ depożitu jistgħu jiġu ġustifikati minħabba raġunijiet relatati mal-protezzjoni tal-ambjent.

F’żewġ sentenzi tal-bidu tas-snin 2000 li jikkonċernaw is-sistema Ġermaniża ta’ depożitu obbligatorju għall-imballaġġ tax-xorb li ma jistax jerġa’ jintuża, il-Qorti kkonfermat li fl-istat attwali tad-dritt tal-Unjoni, l-Istati Membri huma intitolati li jagħżlu bejn sistema ta’ depożitu u ta’ ritorn, sistema globali ta’ ġbir tal-imballaġġ jew kombinazzjoni taż-żewġ sistemi (161).

Illum, l-iskemi ta’ depożitu huma parzjalment koperti mil-leġiżlazzjoni dwar l-armonizzazzjoni, jiġifieri d-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (162). Madankollu, mill-2020, ma hemm fis-seħħ l-ebda skema ta’ depożitu li tkopri l-Unjoni kollha. Meta dispożizzjoni nazzjonali ma tkunx taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttivi rilevanti, għandha tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tagħha mal-Artikoli 34-36 tat-TFUE.

4.11.   Rimborż u importazzjonijiet paralleli

Rimborż: Id-dritt tal-UE ma jnaqqasx mis-setgħa tal-Istati Membri li jorganizzaw is-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħhom (163); Fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fil-livell tal-UE, il-liġijiet ta’ kull Stat Membru jiddeterminaw iċ-ċirkostanzi li fihom jingħataw il-benefiċċji tas-sigurtà soċjali. Madankollu, dawk il-liġijiet jistgħu jaffettwaw il-possibbiltajiet ta’ kummerċjalizzazzjoni u mbagħad jistgħu jinfluwenzaw l-ambitu għall-importazzjoni. Konsegwentement, deċiżjoni nazzjonali dwar ir-rimborż għal prodotti farmaċewtiċi jista’ jkollha impatt negattiv fuq l-importazzjoni tagħhom.

Barra minn hekk, jirriżulta mis-sentenza Duphar li d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li jirregolaw ir-rimborż ta’ apparati mediċi fil-qafas tal-iskema nazzjonali tal-kura tas-saħħa jistgħu jkunu kompatibbli mal-Artikolu 34 tat-TFUE, diment li jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet. Id-determinazzjoni tal-prodotti soġġetti għar-rimborż u dawk li huma esklużi ma tistax tinvolvi diskriminazzjoni rigward l-oriġini tal-prodotti u trid issir abbażi ta’ kriterji oġġettivi u verifikabbli. Barra minn hekk, għandu jkun possibbli li l-lista ta’ prodotti rimborżati tiġi emendata kull meta l-konformità mal-kriterji speċifikati tkun teħtieġ hekk. Il-“kriterji oġġettivi u verifikabbli” msemmija mill-Qorti jistgħu jikkonċernaw l-eżistenza fis-suq ta’ prodotti oħrajn li jiswew inqas u li jkollhom l-istess effett terapewtiku, il-fatt li l-oġġetti inkwistjoni jkunu kkummerċjalizzati liberament mingħajr il-ħtieġa ta’ xi riċetta medika, jew il-fatt li l-prodotti jkunu esklużi mir-rimborż minħabba raġunijiet ta’ natura farmakoterapewtika ġustifikati fid-dawl tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika.

Ir-regoli proċedurali għall-istabbiliment tad-deċiżjonijiet nazzjonali dwar ir-rimborż ġew speċifikati bid-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-inklużjoni tagħhom fl-ambitu tas-sistemi nazzjonali tal-assigurazzjoni tas-saħħa (164).

Fil-Kawża Decker (165), il-Qorti kkonstatat li r-regoli nazzjonali li skonthom ir-rimborż tal-kost ta’ prodotti mediċi huwa soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-istituzzjoni kompetenti ta’ Stat Membru meta jinxtraw prodotti fi Stat Membru ieħor, jikkostitwixxu restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-merkanzija skont it-tifsira tal-Artikolu 34 tat-TFUE. F’dan il-każ, peress li dawn iħeġġu lill-persuni assigurati jixtru dawn il-prodotti fl-Istat Membru ta’ oriġini tagħhom u mhux fi Stat Membru ieħor, u għalhekk jistgħu jrażżnu l-importazzjoni ta’ prodotti fi Stati Membri oħra.

Importazzjonijiet Paralleli: Il-kummerċ parallel tal-prodotti huwa forma legali ta’ kummerċ fis-suq intern. Huwa “parallel” fis-sens li jinvolvi prodotti li jkollhom l-istess deskrizzjoni iżda jkunu ġejjin minn lott differenti minn prodotti kkummerċjalizzati permezz tan-networks tad-distribuzzjoni tal-manifatturi jew tal-fornituri oriġinali, iżda jseħħ ’il barra minn dawk in-networks (spiss flimkien magħhom). Il-kummerċ parallel iseħħ bħala riżultat tad-diverġenza fil-prezzijiet tal-prodotti farmaċewtiċi (166) jew tal-pestiċidi (167), eż. meta l-Istati Membri jistabbilixxu jew b’mezzi oħra jikkontrollaw il-prezz tal-prodotti li jinbiegħu fis-swieq rispettivi tagħhom. Il-kummerċ parallel joħloq fil-prinċipju kompetizzjoni sana u tnaqqis fil-prezzijiet għall-konsumaturi u huwa konsegwenza diretta tal-iżvilupp tas-suq intern, li jiggarantixxi l-moviment liberu tal-merkanzija u jipprevjeni l-kompartimentalizzazzjoni tas-swieq nazzjonali (168).

Għalkemm is-sikurezza u l-kummerċjalizzazzjoni inizjali tal-prodotti mediċinali huma rregolati permezz tal-leġiżlazzjoni tal-UE, il-prinċipji rigward il-legalità tal-kummerċ parallel ta’ dawn il-prodotti ħarġu minn sentenzi tal-Qorti bbażati fuq id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-moviment liberu tal-merkanzija (169).

L-importaturi paralleli ma jistgħux ikunu meħtieġa jissodisfaw l-istess rekwiżiti bħal dawk applikabbli għall-operaturi ekonomiċi li japplikaw għall-ewwel darba għal awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, diment li ma tiddgħajjifx il-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem (170). Meta l-informazzjoni meħtieġa għall-iskopijiet tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika tkun diġà disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru tad-destinazzjoni bħala riżultat tal-ewwel kummerċjalizzazzjoni ta’ prodott f’dan l-Istat Membru, prodott importat b’mod parallel ikun soġġett għal liċenzja mogħtija abbażi ta’ proċedura “ssimplifikata” b’mod proporzjonali (meta mqabbla ma’ proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni), diment li:

Il-prodott importat ikun ingħata awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni fl-Istat Membru ta’ oriġini, u irrispettivament mill-iskadenza ta’ dik l-awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, b’mod partikolari meta l-awtorizzazzjoni ta’ referenza tiskadi minħabba raġunijiet oħra li ma jkollhomx x’jaqsmu mal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, jiġifieri abbażi biss tax-xewqa tad-detentur tal-awtorizzazzjoni ta’ referenza (171), u;

Il-prodott importat ikun essenzjalment simili għal prodott li diġà jkun irċieva awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni fl-Istat Membru tad-destinazzjoni, li jfisser li ż-żewġ prodotti ma jkollhomx għalfejn ikunu identiċi f’kull rigward iżda għandhom minn tal-inqas ikunu ġew manifatturati skont l-istess formulazzjoni, bl-użu tal-istess ingredjent attiv, u jkollhom ukoll l-istess effetti terapewtiċi (172). Għalhekk, ir-rifjut li tinħareġ awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ma jistax jiġi ġustifikat abbażi tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika jekk dan ir-rifjut ikun ibbażat biss fuq il-fatt li ż-żewġ prodotti mediċinali ma jkollhomx l-istess oriġini (173).

Barra minn hekk, l-awtoritajiet nazzjonali ma jistgħux jirrifjutaw li jagħtu liċenzja tal-importazzjoni parallela unikament minħabba raġunijiet marbuta mal-assenza ta’ dokumentazzjoni relatata mal-prodott mediċinali soġġett għal importazzjoni parallela, jekk ikollhom mezzi leġiżlattivi u amministrattivi disponibbli biex jiksbu d-dokumentazzjoni inkwistjoni (174). Lanqas ma jistgħu jirrifjutaw, fil-każ ta’ prodotti mediċinali veterinarji, liċenzja tal-importazzjoni parallela għal dawk li jixtiequ jimpurtaw għall-użu fil-farm tal-istokk tagħhom stess (175).

Barra minn hekk, jeħtieġ li l-kummerċ parallel ikun distint mill-importazzjoni mill-ġdid. Fil-każ ta’ prodotti farmaċewtiċi, pereżempju, dan ifisser tranżazzjonijiet li permezz tagħhom il-prodotti mediċinali jiġu importati fi Stat Membru li fih ikunu awtorizzati, wara li jkunu nkisbu minn spiżerija fi Stat Membru ieħor minn bejjiegħ bl-ingrossa fl-Istat Membru tal-importazzjoni. F’dan ir-rigward, il-Qorti sostniet li prodott manifatturat fi Stat Membru li jiġi esportat u li wara jiġi importat mill-ġdid f’dan l-Istat Membru jikkostitwixxi prodott importat bl-istess mod bħal prodott manifatturat fi Stat Membru ieħor (176). Madankollu, il-Qorti indikat li dawn il-konstatazzjonijiet ma japplikawx jekk jiġi stabbilit li l-prodotti kkonċernati ġew esportati bl-iskop uniku ta’ importazzjoni mill-ġdid sabiex tiġi evitata leġiżlazzjoni bħal dik li qed tiġi kkunsidrata (177).

4.12.   Obbligu li tintuża l-lingwa nazzjonali

Ir-rekwiżiti lingwistiċi imposti f’oqsma mhux armonizzati jistgħu wkoll jikkostitwixxu ostakolu għall-kummerċ intra-UE f’każ li dawn jirriżultaw f’piż addizzjonali fuq prodotti li joriġinaw minn Stati Membri oħra. Għalhekk, dawn jistgħu jiġu pprojbiti skont l-Artikolu 34 tat-TFUE meta l-prodotti li jkunu ġejjin minn Stati Membri oħra jkollhom jingħataw tikkettar differenti, li jirriżulta f’kostijiet addizzjonali tal-imballaġġ (178). Madankollu, f’xi każijiet jista’ jkun meħtieġ li tintuża lingwa nazzjonali sabiex jiġi żgurat li l-konsumaturi jifhmu faċilment l-informazzjoni dwar il-prodott inkwistjoni (179).

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża Yannick Geffroy (180), il-Qorti ddeċidiet li l-Artikolu 34 tat-TFUE “jrid jiġi interpretat li jipprekludi regola nazzjonali [...] milli teżiġi l-użu ta’ lingwa speċifika għat-tikkettar ta’ oġġetti tal-ikel, mingħajr ma tippermetti l-possibbiltà li tintuża lingwa oħra li tinftiehem faċilment mix-xerrejja jew li tiggarantixxi li x-xerrej jiġi informat b’mezzi oħra”.

Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-lingwa li faċilment tinftiehem mill-konsumaturi, il-Qorti ddikjarat fil-Kawża Piageme (181) li jistgħu jitqiesu diversi fatturi bħax-“xebh possibbli ta’ kliem b’lingwi differenti, l-għarfien mifrux fost il-popolazzjoni kkonċernata ta’ iktar minn lingwa waħda, jew l-eżistenza ta’ ċirkostanzi speċjali bħal kampanja ta’ reklamar fuq firxa wiesgħa jew distribuzzjoni mifruxa tal-prodott, diment li jkun jista’ jiġi stabbilit li l-konsumatur ikun qed jingħata biżżejjed informazzjoni”.

Konsegwentement, mill-prinċipju ġenerali tal-proporzjonalità jirriżulta li l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri nazzjonali li jirrikjedu li ċertu informazzjoni fir-rigward ta’ prodotti domestiċi jew importati trid tingħata b’lingwa li tinftiehem faċilment mill-konsumatur. Madankollu, il-miżura nazzjonali inkwistjoni ma tridx teskludi l-possibbiltà li jintużaw mezzi oħra biex il-konsumaturi jiġu infurmati, bħal disinji, simboli u pittogrammi (182). Fl-aħħar nett, miżura trid tkun ristretta għall-informazzjoni li l-Istat Membru kkonċernat jagħmilha obbligatorja u li għaliha l-użu ta’ mezzi oħra minbarra t-traduzzjoni ma jkunx adattat biex jipprovdi lill-konsumaturi bl-informazzjoni xierqa.

4.13.   Restrizzjonijiet fuq l-importazzjoni ta’ merkanzija għall-użu personali

L-Artikolu 34 tat-TFUE mhux biss jagħti lill-kumpaniji d-dritt li jimportaw merkanzija għal skopijiet kummerċjali, iżda jagħti wkoll id-dritt lill-individwi li jimportaw merkanzija għall-użu personali kif muri fil-Kawża Schumacher (183). Ir-restrizzjonijiet fir-rigward tal-importazzjoni ta’ merkanzija għall-użu personali huma relatati l-iktar ma’ prodotti marbuta ma’ riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem, bħall-alkoħol, it-tabakk u l-mediċini. Fil-Kawża Schumacher, individwu privat ordna preparat mediċinali minn Franza għall-użu personali tiegħu. Madankollu, l-awtoritajiet doganali fil-Ġermanja, fejn l-individwu kien qed jirresjedi, irrifjutaw li jagħtu l-approvazzjoni għall-prodott inkwistjoni.

Il-qorti nazzjonali staqsiet jekk leġiżlazzjoni li tipprojbixxi lil individwu privat milli jimporta għall-użu personali tiegħu preparat mediċinali li kien awtorizzat fl-Istat Membru tal-importazzjoni, kien disponibbli hemmhekk mingħajr riċetta, u li kien inxtara minn spiżerija fi Stat Membru ieħor, kinitx tmur kontra l-Artikoli 34 u 36 tat-TFUE. Il-Qorti sostniet li tali leġiżlazzjoni kienet tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 34 tat-TFUE, li ma setax ikun ġustifikat minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa pubblika. Spjegat li x-xiri ta’ preparati mediċinali minn spiżerija ta’ Stat Membru ieħor kien jipprovdi garanzija ta’ sikurezza ekwivalenti għal dik ta’ spiżerija domestika.

Madankollu, kif intwera fil-Kawża Escalier Bonnarel (184) , individwi privati li jimportaw merkanzija għall-użu fil-proprjetà tagħhom stess jistgħu wkoll ikunu soġġetti għal ċerti obbligi applikabbli għall-importaturi għal skopijiet kummerċjali. F’dan il-każ, inbdew proċedimenti kriminali kontra żewġ individwi li ġew akkużati li kellhom fil-pussess tagħhom, u li kien biħsiebhom jużaw, prodotti ta’ pestiċidi ddisinjati għall-użu agrikolu u li ma kellhomx awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni. L-akkużati sostnew li r-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni nazzjonali ma setgħux jiġu applikati għall-bdiewa li kienu qed jimportaw prodotti għall-iskopijiet tagħhom stess. Il-Qorti sostniet li l-Istati Membri huma obbligati jissottomettu l-importazzjonijiet tal-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fit-territorju tagħhom għal proċedura ta’ eżami, li tista’ tieħu l-forma ta’ proċedura “ssimplifikata”, li l-iskop tagħha huwa li tivverifika jekk prodott jirrikjedix awtorizzazzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni jew jekk għandhomx jiġu ttrattati daqslikieku diġà ġew awtorizzat fl-Istat Membru tal-importazzjoni (185). Il-Qorti indikat li l-prinċipji ta’ hawn fuq japplikaw irrispettivament mill-iskop tal-importazzjoni.

5.   IL-PRODOTTI AGRIKOLI

Ta’ min jinnota li l-prodotti agrikoli huma fil-qalba tad-deċiżjonijiet tal-Qorti rigward is-suq intern. Dan il-punt jindirizza xi kwistjonijiet speċifiċi relatati ma’ dawn il-prodotti. Il-punt tat-tluq tagħna jista’ jinstab fl-Artikolu 38(2) tat-TFUE li jiddikjara li, ħlief meta jkun previst mod ieħor fl-Artikoli 39 sa 44 tat-TFUE, ir-regoli stipulati għall-istabbiliment tas-suq intern għandhom japplikaw għall-prodotti agrikoli (dawn il-prodotti huma ddefiniti fl-ewwel paragrafu ta’ din id-dispożizzjoni u huma elenkati fl-Anness I tat-TFUE).

Kwistjoni li kienet is-suġġett ta’ sentenzi reċenti tal-Qorti tikkonċerna l-punt sa fejn l-Istati Membri jistgħu jilleġiżlaw f’oqsma koperti minn organizzazzjoni komuni tas-suq. Il-Qorti sostniet li skont il-politika agrikola komuni, kompetenza kondiviża bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri, l-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 4(2)(d) tat-TFUE, l-Istati Membri għandhom setgħat leġiżlattivi li jippermettulhom jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom sal-punt li l-Unjoni Ewropea ma tkunx eżerċitat il-kompetenza tagħha (186).

Barra minn hekk, skont il-ġurisprudenza stabbilita, meta jkun hemm regolament dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq f’settur partikolari, l-Istati Membri huma obbligati li ma jieħdu l-ebda miżura li tista’ ddgħajfu jew toħloq eċċezzjonijiet għalih. Ir-regoli li jinterferixxu mal-funzjonament tajjeb ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq huma wkoll inkompatibbli ma’ tali organizzazzjoni komuni, anke jekk is-suġġett inkwistjoni ma kienx irregolat b’mod eżawrjenti minnha (187).

Fir-rigward tal-iffissar ta’ prezz minimu għal kull unità ta’ alkoħol għall-bejgħ bl-imnut tal-inbejjed, fin-nuqqas ta’ mekkaniżmu tal-ipprezzar, il-formazzjoni libera tal-prezzijiet tal-bejgħ abbażi ta’ kompetizzjoni ġusta hija komponent tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli (188) u tikkostitwixxi l-espressjoni tal-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija f’kundizzjonijiet ta’ kompetizzjoni effettiva (189).

Minkejja dan, l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni komuni tas-suq ma tipprevjenix lill-Istati Membri milli japplikaw regoli nazzjonali bil-ħsieb li jilħqu objettiv li jirrigwarda l-interess ġenerali għajr dawk koperti minn dik l-organizzazzjoni komuni tas-suq, anke jekk dawk ir-regoli jista’ jkollhom effett fuq il-funzjonament tas-suq komuni fis-settur ikkonċernat (190).

Fis-sentenza tagħha fil-Kawża Scotch Whiskey, il-Qorti waslet għall-konklużjoni li r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli jrid jiġi interpretat li ma jipprekludix miżura nazzjonali li timponi prezz minimu għal kull unità ta’ alkoħol għall-bejgħ bl-imnut tal-inbejjed, diment li dik il-miżura tkun fil-fatt mezz xieraq sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem u li, fid-dawl tal-objettivi tal-politika agrikola komuni u tal-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli, ma tmurx lil hinn minn dak li jkun neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-objettiv tal-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem.

Fil-Kawża C-2/18, il-Qorti sostniet li bl-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, b’mod partikolari l-Artikolu 148 tiegħu, l-Unjoni Ewropea ma eżerċitatx b’mod eżawrjenti l-kompetenza tagħha fil-qasam tar-relazzjonijiet kuntrattwali bejn il-partijiet għal kuntratt għall-konsenja tal-ħalib mhux ipproċessat. Għaldaqstant, dak ir-Regolament ma jistax jiġi interpretat li jipprojbixxi lill-Istati Membri, fil-prinċipju, milli jadottaw miżuri f’dak il-qasam (191).

Il-Qorti kkunsidrat ukoll li ma jistax jiġi stabbilit mir-referenzi għal ċerti prattiki żleali li l-objettiv tal-ġlieda kontra l-prattiki żleali li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni trid tilħaq huwa kopert bir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, speċjalment peress li tali prattiki mhumiex imsemmija fl-intier tagħhom, u lanqas ma huma rregolati jew saħansitra identifikati f’dak ir-Regolament (192). Il-Qorti sostniet li dan ir-rieżami tal-proporzjonalità jrid isir billi jiġu kkunsidrati, b’mod partikolari, l-objettivi tal-politika agrikola komuni u l-funzjonament tajjeb tal-organizzazzjoni komuni tas-suq, li jeħtieġ li dawk l-objettivi jiġu bbilanċjati mal-objettiv li trid tilħaq il-leġiżlazzjoni nazzjonali, jiġifieri li tiġġieled kontra prattiki kummerċjali żleali (193).

F’dan il-każ, il-Qorti kkonkludiet li r-regoli inkwistjoni ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħqu l-objettivi li jridu jilħqu. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju, li hija l-unika qorti b’għarfien dirett tal-kwistjoni mressqa quddiemha, li trid tiddetermina jekk il-miżuri adottati għall-ġlieda kontra prattiki kummerċjali żleali bit-tisħiħ tas-setgħa ta’ negozjar tal-produtturi tal-ħalib li ma jappartjenux għal organizzazzjoni tal-produtturi tal-ħalib rikonoxxuta u, b’hekk, li jikkontribwixxu għall-iżvilupp vijabbli tal-produzzjoni u li jiggarantixxu kundizzjonijiet ugwali għall-produtturi tal-ħalib bil-limitazzjoni tal-prinċipju ta’ libertà ta’ negozjar tal-prezzijiet, ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju (194).

6.   IR-RESTRIZZJONIJIET FUQ L-ESPORTAZZJONI (L-ARTIKOLU 35 TAT-TFUE)

L-Artikolu 35 tat-TFUE jiddikjara “Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-esportazzjoni u kull miżura b’effett ekwivalenti għandhom ikunu projbiti bejn l-Istati Membri”.

6.1.   Definizzjoni ta’ “Esportazzjonijiet”

Fil-kuntest tal-Artikolu 35 tat-TFUE, it-terminu “esportazzjonijiet” jirreferi għall-kummerċ bejn l-Istati Membri, jiġifieri l-esportazzjonijiet minn Stat Membru għal ieħor. Ma japplikax għall-esportazzjonijiet lejn pajjiż ’il barra mill-UE.

6.2.   Restrizzjonijiet kwantitattivi u miżuri b’effett ekwivalenti

Għalkemm l-Artikoli 34 u 35 tat-TFUE jużaw kliem simili ħafna, il-Qorti tal-Ġustizzja ttrattat dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet b’mod distint. Essenzjalment, l-Artikolu 35 tat-TFUE japplika biss għal miżuri li jiddiskriminaw kontra l-merkanzija. Dan il-prinċipju ġie stabbilit fil-Kawża Groenveld (195), li fiha l-Qorti ddikjarat li l-Artikolu 35 tat-TFUE “jikkonċerna miżuri nazzjonali li jkollhom bħala l-objettiv jew l-effett speċifiku tagħhom ir-restrizzjoni ta’ mudelli ta’ esportazzjonijiet u b’hekk l-istabbiliment ta’ differenza fit-trattament bejn il-kummerċ domestiku ta’ Stat Membru u l-kummerċ ta’ esportazzjoni tiegħu”. Jekk dan jipprovdi “vantaġġ partikolari għall-produzzjoni nazzjonali jew għas-suq domestiku tal-Istat inkwistjoni għad-detriment tal-produzzjoni jew tal-kummerċ ta’ Stati Membri oħra”, allura jopera l-Artikolu 35 tat-TFUE (196).

Hemm diversi raġunijiet għall-interpretazzjoni stretta mill-Qorti tal-Artikolu 35 tat-TFUE meta mqabbla mal-ġurisprudenza tagħha dwar l-Artikolu 34 tat-TFUE. Fil-każ ta’ importazzjonijiet, il-miżuri nondiskriminatorji jistgħu jixħtu piż doppju fuq l-importaturi jekk iridu jikkonformaw mar-regoli f’pajjiżhom stess u fil-pajjiż tal-importazzjoni. Għalhekk, tali miżuri jitqiesu bħala li jaqgħu b’mod ġust taħt id-dritt tal-UE li jipproteġi s-suq intern. B’kuntrast, dan mhuwiex il-każ għall-esportaturi, li sempliċement isegwu r-regoli stabbiliti għas-suq domestiku. It-tieni, jekk il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 35 tat-TFUE jkun wiesa’ wisq, dan jista’ jinkorpora restrizzjonijiet li ma jkollhom l-ebda effett fuq il-kummerċ intra-UE.

Fil-Kawża Rioja, id-differenza fit-trattament irriżultat minn kundizzjonijiet aħjar ta’ manifattura jew ta’ kummerċ għall-kumpaniji domestiċi (197). Fil-Kawża Parma, dan seħħ billi nkiseb vantaġġ speċjali għall-impriżi li jinsabu fir-reġjun ta’ produzzjoni. L-użu tad-denominazzjoni protetta “Prosciutto di Parma” għall-perżut ikkummerċjalizzat imqatta’ f’fetet kien soġġett għall-kundizzjoni li l-operazzjonijiet ta’ tfettit u ta’ imballaġġ isiru fir-reġjun ta’ produzzjoni (198). Dawn il-benefiċċji għas-suq domestiku jwasslu għal żvantaġġi kompetittivi għan-negozji stabbiliti fi Stati Membri oħra minħabba kostijiet addizzjonali li jistgħu jseħħu jew minħabba d-diffikultà li jinkisbu ċerti prodotti meħtieġa biex jidħlu f’kompetizzjoni mas-suq domestiku.

F’uħud mill-iktar deċiżjonijiet reċenti tagħha rigward l-Artikolu 35 tat-TFUE, il-Qorti introduċiet approċċ alternattiv għall-aħħar rekwiżit tat-test tal-Kawża Groenveld (“a skapitu tal-produzzjoni jew tal-kummerċ ta’ Stati Membri oħra”) (199). Fil-Kawża Gysbrechts (200), il-Qorti ttrattat il-leġiżlazzjoni Belġjana li tipprojbixxi lill-bejjiegħ milli jitlob kwalunkwe pagament bil-quddiem jew fil-perjodu ta’ “rtirar” ta’ sebat ijiem li matulu l-konsumatur ikun jista’ jirtira minn kuntratt mill-bogħod. F’din is-sentenza, il-Qorti kkonfermat id-definizzjoni stabbilita fil-Kawża Groenveld. Minkejja dan, irraġunat li, għalkemm il-projbizzjoni fuq li wieħed jirċievi pagamenti bil-quddiem hija applikabbli għall-kummerċjanti kollha attivi fit-territorju nazzjonali, l-effett reali tagħha ġeneralment ikun akbar fuq il-bejgħ transfruntier li jsir direttament lill-konsumaturi, u għalhekk fuq merkanzija li titlaq mis-suq tal-Istat Membru tal-esportazzjoni milli fuq il-kummerċjalizzazzjoni ta’ merkanzija fis-suq domestiku ta’ dak l-Istat Membru. Huwa interessanti li f’dan il-każ, l-effetti tal-ostakolu primarjament xekklu l-attivitajiet ta’ kummerċ ta’ kumpaniji stabbiliti fl-Istat Membru tal-esportazzjoni u mhux fl-Istat Membru tad-destinazzjoni (201).

L-approċċ fil-Kawża Gysbrechts ġie approvat fil-Kawża New Valmar, fejn kien meħtieġ li l-impriżi li kellhom sede fit-territorju ta’ Stat Membru kienu meħtieġa jfasslu l-fatturi kollha li jirrigwardaw it-tranżazzjonijiet transfruntiera esklużivament bil-lingwa uffiċjali ta’ dak l-Istat. Jekk le, il-fatturi kkonċernati jiġu ddikjarati nulli u bla effett mill-qrati nazzjonali fuq inizjattiva proprja tagħhom. Hawnhekk, il-kriterju primarju għall-Qorti deher li kien jekk l-effett reali ta’ miżura kienx akbar fuq merkanzija li titlaq mis-suq tal-Istat Membru tal-esportazzjoni (202). Il-Qorti sostniet li tali restrizzjoni tabilħaqq kienet taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 35 tat-TFUE. Għalkemm l-objettiv tal-miżura li tippromwovi u li tinkoraġġixxi l-użu ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ Stat Membru huwa objettiv leġittimu, minkejja dan il-miżura ma tqisitx proporzjonata (203).

Il-Qorti segwiet l-istess approċċ fis-sentenza Hidroelectrica, fejn il-miżuri nazzjonali li jipprijoritizzaw il-provvista tal-elettriku fis-suq nazzjonali tqiesu bħala miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 35 TFUE, minħabba effett akbar fuq l-esportazzjonijiet tal-elettriku (204).

Fis-sentenza VIPA reċenti, li kienet tikkonċerna l-leġiżlazzjoni Ungeriża li tipprekludi l-għoti ta’ prodotti mediċinali esklużivament bir-riċetta fl-Ungerija abbażi ta’ ordnijiet minn professjonisti tal-kura tas-saħħa fi Stati Membri oħra, il-Qorti ddikjarat saħansitra li għal effetti restrittivi minuri, diment li la jkunu indiretti u lanqas inċerti wisq, biżżejjed li juru l-eżistenza ta’ miżura b’effett ekwivalenti skont l-Artikolu 35 tat-TFUE (205).

7.   IL-GUSTIFIKAZZJONIJIET GHAR-RESTRIZZJONIJIET FUQ IL-KUMMERC

Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkostitwixxi miżura b’effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi tista’ tiġi ġustifikata abbażi ta’ waħda mir-raġunijiet ta’ interess pubbliku stabbiliti fl-Artikolu 36 tat-TFUE (ara t-Taqsima 7.1) jew b’rekwiżiti obbligatorji (ara t-Taqsima 7.2).

Fi kwalunkwe każ, id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali trid tkun xierqa sabiex tiżgura li jintlaħaq l-objettiv li jrid jintlaħaq u ma tistax tmur lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex dan jintlaħaq (ara t-Taqsima 7.3).

7.1.   L-Artikolu 36 tat-TFUE

L-Artikolu 36 tat-TFUE jelenka d-difiżi li jistgħu jintużaw mill-Istati Membri biex jiġġustifikaw miżuri nazzjonali li jimpedixxu l-kummerċ transfruntier: “Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 34 u 35 inklużi ma għandhomx jeskludu projbizzjonijiet jew restrizzjonijiet dwar l-importazzjoni, esportazzjoni jew tranżitu meta dawn ikunu ġustifikati abbażi ta’ moralità pubblika, ordni pubbliku, sigurtà pubblika; il-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja ta’ bnedmin, annimali jew pjanti; il-protezzjoni tal-patrimonju nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku; jew il-protezzjoni ta’ proprjetà industrijali u kummerċjali.”

Barra minn hekk, il-ġurisprudenza tal-Qorti tipprevedi l-hekk imsejħa “rekwiżiti obbligatorji” (eż. il-protezzjoni ambjentali) li Stat Membru jista’ juża wkoll biex jiddefendi l-miżuri nazzjonali.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta din il-lista ta’ derogi fl-Artikolu 36 tat-TFUE b’mod ristrett, u kollha jikkonċernaw interessi mhux ekonomiċi (206). Barra minn hekk, kwalunkwe miżura trid tirrispetta l-prinċipju tal-proporzjonalità. L-oneru tal-provi sabiex jiġu ġustifikati l-miżuri adottati skont l-Artikolu 36 tat-TFUE jaqa’ fuq l-Istat Membru (207). Madankollu, meta Stat Membru jipprovdi ġustifikazzjonijiet konvinċenti, imbagħad ikun f’idejn il-Kummissjoni li turi li l-miżuri meħuda mhumiex xierqa f’dak il-każ partikolari (208).

L-Artikolu 36 tat-TFUE ma jistax jiġi invokat biex jiġġustifika devjazzjonijiet mil-leġiżlazzjoni armonizzata tal-UE (209). Madankollu, fejn ma hemmx armonizzazzjoni tal-UE, huwa f’idejn l-Istati Membri li jiddefinixxu l-livelli ta’ protezzjoni tagħhom stess. Fil-każ ta’ armonizzazzjoni parzjali, il-leġiżlazzjoni ta’ armonizzazzjoni stess ħafna drabi tawtorizza espliċitament lill-Istati Membri biex iżommu jew jadottaw miżuri iktar stretti diment li dawn ikunu kompatibbli mat-Trattat. F’każijiet bħal dawn, il-Qorti jkollha tevalwa d-dispożizzjonijiet inkwistjoni skont l-Artikolu 36 tat-TFUE.

Anke jekk miżura tkun ġustifikabbli skont l-Artikolu 36 tat-TFUE, din ma tridx “tikkostitwixxi la mezz ta’ diskriminazzjoni arbitrarja u lanqas restrizzjoni moħbija tal-kummerċ bejn l-Istati Membri”. It-tieni parti tal-Artikolu 36 tat-TFUE hija maħsuba biex tevita abbuż min-naħa tal-Istati Membri. Kif iddikjarat il-Qorti, “il-funzjoni tat-tieni sentenza tal-Artikolu [36] hija li tipprevjeni li r-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ abbażi tar-raġunijiet imsemmija fl-ewwel sentenza jitbiegħdu mill-iskop proprju tagħhom u li jintużaw b’tali mod li tinħoloq diskriminazzjoni fir-rigward ta’ merkanzija li toriġina minn Stati Membri oħra jew li jiġu protetti indirettament ċerti prodotti nazzjonali” (210) , jiġifieri li jiġu adottati miżuri protezzjonisti.

Oriġinarjament, ġie kkunsidrat li miżuri applikabbli b’mod distint jistgħu jiġu ġustifikati biss abbażi tal-Artikolu 36 tat-TFUE, filwaqt li miżuri applikabbli mingħajr distinzjoni jistgħu jiġu ġustifikati wkoll abbażi ta’ kwalunkwe wieħed mir-rekwiżiti obbligatorji. Madankollu, il-klassifikazzjoni bejn miżuri applikabbli b’mod distint u mingħajr distinzjoni mhijiex rilevanti daqs qabel.

7.1.1.   Moralità, ordni u sigurtà pubbliċi

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jipprojbixxu prodott minħabba raġunijiet ta’ moralità. Filwaqt li huwa f’idejn kull Stat Membru li jistabbilixxi l-istandards li jippermettu li l-merkanzija tikkonforma mad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar il-moralità, trid tiġi eżerċitata diskrezzjoni f’konformità mal-obbligi li jirriżultaw mid-dritt tal-UE. Pereżempju, kwalunkwe projbizzjoni fuq l-importazzjoni ta’ prodotti li l-kummerċjalizzazzjoni tagħhom tkun ristretta iżda mhux ipprojbita tkun diskriminatorja u tikser id-dispożizzjonijiet dwar il-“moviment liberu tal-merkanzija”. Il-biċċa l-kbira tal-każijiet li fihom il-Qorti aċċettat il-ġustifikazzjoni għall-moralità pubblika kienu jikkonċernaw oġġetti oxxeni u indeċenti (211). F’Kawżi l-oħra fejn kienet invokata l-moralità pubblika, instabu ġustifikazzjonijiet relatati oħra, bħall-interess pubbliku fil-każijiet tal-logħob tal-azzard (212) jew il-protezzjoni tal-minorenni fil-każ tal-immarkar ta’ vidjows u ta’ DVDs (213).

L-ordni pubbliku huwa interpretat b’mod rigoruż ħafna mill-Qorti tal-Ġustizzja u rarament irnexxielu jitqies bħala raġuni għal deroga skont l-Artikolu 36 tat-TFUE. Pereżempju, dan ma jirnexxilux jitqies jekk ikun maħsub bħala klawżola ta’ salvagwardja ġenerali jew biex iservi biss għal għanijiet ekonomiċi protezzjonisti. Fejn tkun tapplika deroga alternattiva skont l-Artikolu 36 tat-TFUE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha t-tendenza li tuża l-alternattiva jew li tikkombina ġustifikazzjoni tal-ordni pubbliku ma’ ġustifikazzjonijiet oħra possibbli (214). Il-ġustifikazzjoni tal-ordni pubbliku waħedha ġiet aċċettata f’każ eċċezzjonali wieħed, fejn Stat Membru rrestrinġa l-importazzjoni u l-esportazzjoni ta’ muniti tad-deheb tal-kollezzjonisti. Il-Qorti sostniet li dik il-miżura kienet ġustifikata minħabba raġunijiet ta’ ordni pubbliku peress li kienet tirriżulta mill-ħtieġa li jiġi protett id-dritt tal-izzekkar tal-muniti, li tradizzjonalment jitqies li jinvolvi l-interessi fundamentali tal-Istat (215).

Il-ġustifikazzjoni tas-sigurtà pubblika ġiet avvanzata f’qasam speċifiku, jiġifieri s-suq tal-enerġija tal-UE, għalkemm deċiżjoni għandha tkun limitata għall-fatti preċiżi tal-każijiet individwali u ma jkollhiex applikabbiltà wiesgħa. Fil-Kawża Campus Oil, Stat Membru ordna lill-importaturi tal-petrol jixtru sa 35 % tar-rekwiżiti tal-petrol tagħhom minn kumpanija tal-petrol nazzjonali bi prezzijiet iffissati mill-gvern. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li kien ċar li l-miżura kienet protezzjonista u li kienet tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 34 tat-TFUE. Madankollu, din tqieset bħala ġustifikata minħabba raġunijiet ta’ sigurtà pubblika, jiġifieri biex tinżamm raffinerija taż-żejt vijabbli biex tiġi ssodisfata l-provvista fi żminijiet ta’ kriżi (216). Il-Qorti aċċettat ukoll l-iżgurar tal-provvista tal-enerġija bħala raġuni ta’ sigurtà pubblika skont it-tifsira tal-Artikolu 36 TFUE fil-Kawża Hidroelectrica (217).

Il-Qorti aċċettat ukoll il-ġustifikazzjoni minħabba raġunijiet ta’ sigurtà pubblika f’każijiet li jinvolvu l-kummerċ ta’ merkanzija strateġikament sensittiva (218), peress li “…ir-riskju ta’ tfixkil serju fir-relazzjonijiet barranin jew għall-koeżistenza paċifika ta’ nazzjonijiet jista’ jaffettwa s-sigurtà ta’ Stat Membru”. F’dawn il-każijiet, il-Qorti ddikjarat li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 36 tat-TFUE jkopri kemm is-sigurtà interna (eż. id-detezzjoni tal-kriminalità u l-prevenzjoni u l-irregolar tat-traffiku) kif ukoll is-sigurtà esterna (219).

7.1.2.   Protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti (il-prinċipju ta’ prekawzjoni)

Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li “s-saħħa u l-ħajja tal-bniedem jikklassifikaw fl-ewwel post fost il-beni jew l-interessi protetti mill-Artikolu [36] u huwa f’idejn l-Istati Membri, fil-limiti imposti mit-Trattat, li jiddeċiedu liema grad ta’ protezzjoni biħsiebhom jiżguraw, u b’mod partikolari kemm għandhom ikunu stretti l-kontrolli li jridu jitwettqu” (220). Fl-istess deċiżjoni, il-Qorti ddikjarat li r-regoli jew il-prattiki nazzjonali ma jaqgħux taħt l-eċċezzjoni speċifikata fl-Artikolu 36 tat-TFUE jekk is-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin ikunu jistgħu jiġu protetti b’mod effettiv b’miżuri li jkunu inqas restrittivi għall-kummerċ intra-UE (221).

Il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti hija l-iktar ġustifikazzjoni popolari li l-Istati Membri jużaw biex jiġġustifikaw l-ostakoli għall-moviment liberu tal-merkanzija. Filwaqt li l-Istati Membri jitħallielhom ċertu grad ta’ diskrezzjoni (222), iridu jiġu osservati xi regoli prinċipali. Irid jintwera li l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti toħloq riskju serju u reali għas-saħħa pubblika (223). Dan irid ikollu bażi tajba, u l-Istati Membri jridu jipprovdu kull evidenza, data (teknika, xjentifika, statistika, nutrizzjonali) u informazzjoni rilevanti oħra (224). Il-protezzjoni tas-saħħa ma tistax tiġi invokata jekk l-iskop reali tal-miżura jkun li tipproteġi s-suq domestiku, anke jekk fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni jkun f’idejn Stat Membru li jiddeċiedi dwar il-livell ta’ protezzjoni. Il-miżuri adottati jridu jkunu proporzjonati wkoll, jiġifieri jiġu ristretti għal dak li jkun meħtieġ biex jintlaħaq l-għan leġittimu tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika (225).

Applikazzjoni tal-“prinċipju ta’ prekawzjoni”: Għalkemm kien inkluż forsi impliċitament f’ġurisprudenza preċedenti, il-prinċipju ta’ prekawzjoni ġie rikonoxxut b’mod espliċitu mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-ewwel darba fil-Kawża National Farmers Union (226). Il-Qorti ddikjarat, “fejn ikun hemm inċertezza dwar l-eżistenza jew il-firxa ta’ drittijiet għas-saħħa tal-bniedem, l-istituzzjoni tista’ tieħu miżuri protettivi mingħajr ma jkollha għalfejn tistenna sakemm ir-realtà u s-serjetà ta’ dawk ir-riskji jsiru kompletament evidenti”. Il-prinċipju jiddefinixxi ċ-ċirkostanzi li fihom leġiżlatur, nazzjonali, tal-UE jew internazzjonali, jista’ jadotta miżuri biex jipproteġi lill-konsumaturi mir-riskji għas-saħħa li, minħabba l-inċertezzi tal-istat preżenti tar-riċerka xjentifika, possibbilment huma assoċjati ma’ prodott jew ma’ servizz.

B’mod ġenerali, meta l-Istati Membri jkunu jixtiequ jżommu jew jintroduċu miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa skont l-Artikolu 36 tat-TFUE, l-oneru tal-provi tal-ħtieġa ta’ tali miżuri jaqa’ fuqhom (227). Dan huwa wkoll il-każ f’sitwazzjonijiet fejn ikun ikkonċernat il-prinċipju ta’ prekawzjoni (228). Fid-deċiżjonijiet tagħha, il-Qorti enfasizzat li r-riskji reali jeħtieġ li jintwerew fid-dawl tal-iktar riżultati reċenti tar-riċerka xjentifika internazzjonali. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat b’mod konsistenti li l-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tar-riskju dettaljata qabel jieħdu miżuri ta’ prekawzjoni skont l-Artikoli 34 u 36 tat-TFUE (229). Madankollu, l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn juru rabta definita bejn l-evidenza u r-riskju (230). Jekk l-inċertezza xjentifika dwar ir-riskji tippersisti u tkun ġiet stabbilita, il-Qorti tħalli lill-Istati Membri jew lill-istituzzjonijiet rilevanti marġni wiesa’ ta’ flessibbiltà sabiex jiddeċiedu dwar liema miżuri ta’ protezzjoni għandhom jieħdu (231). Fil-Kawża C-446/08 Solgar Vitamin’s, li tikkonċerna l-iffissar ta’ ammonti massimi ta’ vitamini jew ta’ minerali li jintużaw fil-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel, il-Qorti kkonfermat li l-Istati Membri ma għandhomx għalfejn jistennew sakemm il-gravità u r-realtà ta’ dawk ir-riskji jintwerew b’mod sħiħ (232). Madankollu, il-miżuri ma jistgħux ikunu bbażati fuq “kunsiderazzjonijiet purament ipotetiċi” (233), kif ikkonfermat fil-Kawża C-672/15 Noria Distribution, li kkunsidrat ukoll il-limiti massimi sikuri ta’ vitamini u ta’ minerali fil-manifattura ta’ supplimenti tal-ikel (234).

7.1.3.   Protezzjoni tal-patrimonju nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku

Id-dmir ta’ Stat Membru li jipproteġi l-patrimonju u l-wirt nazzjonali tiegħu jista’ jiġġustifika miżuri li joħolqu ostakoli għall-importazzjonijiet jew għall-esportazzjonijiet.

L-Istati Membri jimponu restrizzjonijiet differenti fuq l-esportazzjoni ta’ antikitajiet u ta’ artefatti kulturali oħra u dawn jistgħu jitqiesu bħala ġustifikati skont l-Artikolu 36 tat-TFUE.

Fil-Kawża LIBRO, il-Qorti tal-Ġustizzja kkunsidrat li l-protezzjoni tad-diversità kulturali “inġenerali ma tistax tiġi kkunsidrata bħala li taqa’ taħt il-protezzjoni tal-patrimonju nazzjonali ta’ valur artistiku, storiku jew arkeoloġiku skont it-tifsira tal-Artikolu 36 tat-TFUE” (235).

7.1.4.   Protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali

L-Artikolu 36 tat-TFUE jirreferi għall-“protezzjoni tal-proprjetà industrijali u kummerċjali” bħala raġuni ta’ ġustifikazzjoni għar-restrizzjoni fuq l-importazzjonijiet, l-esportazzjonijiet jew il-merkanzija fi tranżitu. “Proprjetà industrijali u kummerċjali” ġeneralment tirreferi għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (PI) bħal privattivi, trade marks, disinji, drittijiet tal-awtur u indikazzjonijiet ġeografiċi (236).

Fil-ġurisprudenza oriġinali tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE żviluppat għadd ta’ prinċipji li kienu importanti għad-definizzjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga fil-livell nazzjonali, iżda wkoll biex twitti t-triq lejn l-armonizzazzjoni u l-unifikazzjoni tad-drittijiet tal-PI fil-livell tal-UE (id-diskussjoni dwar dan tmur lil hinn mill-ambitu ta’ dan il-kapitolu).

L-ewwel prinċipju huwa li t-Trattat ma jaffettwax l-eżistenza tad-drittijiet tal-PI mogħtija skont il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri. Għaldaqstant, il-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar l-akkwiżizzjoni, it-trasferiment u l-estinzjoni ta’ drittijiet bħal dawn hija legali. Madankollu, dan il-prinċipju ma japplikax meta jkun hemm element ta’ diskriminazzjoni fir-regoli nazzjonali (237).

It-tieni prinċipju huwa dak tal-eżawriment tad-drittijiet. Id-detentur tal-PI jista’ jirrestrinġi l-użu, il-manifattura u l-bejgħ tal-prodott protett mill-PI fl-Istat Membru li fih jingħata dan id-dritt. Madankollu, ladarba sid il-PI, hu/hi stess jew bil-kunsens tiegħu/tagħha, ikun/tkun legalment biegħ/biegħet u ddistribwixxa/ddistribwiet il-prodott fl-Istat Membru, id-dritt tal-PI jiġi eżawrit fil-fruntiera. Imbagħad, sid id-dritt ma jistax jopponi iktar l-importazzjoni tal-prodott fi kwalunkwe Stat Membru fejn kien ikkummerċjalizzat għall-ewwel darba, biex b’hekk ikunu jistgħu jsiru importazzjonijiet paralleli minn kwalunkwe post fl-UE.

L-eżawriment tad-drittijiet huwa maħsub biex jibbilanċja l-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà industrijali mal-moviment liberu tal-merkanzija. Id-derogi huma permessi biss jekk ikunu ġustifikati għall-iskop ta’ salvagwardja tas-suġġett speċifiku ta’ dik il-proprjetà. Dak il-prinċipju jagħmilha possibbli li jiġu ddeterminati, b’rabta ma’ kull kategorija ta’ PI, il-kundizzjonijiet li fihom l-eżerċitar tad-dritt ikun permessibbli skont id-dritt tal-Unjoni, anke jekk f’sitwazzjoni transfruntiera dan l-eżerċitar jostakola, mid-definizzjoni tiegħu stess, il-moviment liberu. Il-ġurisprudenza tal-Qorti dwar l-eżawriment tapplika b’mod partikolari għall-privattivi, għat-trade marks, għad-disinji (238) u għad-drittijiet tal-awtur (239).

Għall-privattivi, pereżempju, il-Qorti aċċettat bħala s-suġġett b’mod partikolari “li tippremja l-isforzi kreattivi tal-inventur, li tiggarantixxi li l-proprjetarju tal-privattiva għandu d-dritt esklużiv li juża invenzjoni bil-ħsieb li jimmanifattura prodotti industrijali u jpoġġihom fiċ-ċirkolazzjoni għall-ewwel darba, jew direttament jew bl-għoti ta’ liċenzji lil partijiet terzi, kif ukoll id-dritt li jopponi ksur” (240). Imbagħad huwa d-detentur tal-privattiva li għandu jiddeċiedi taħt liema ċirkostanzi jixtieq jikkummerċjalizza l-prodott tiegħu, inkluż l-għażla ta’ kummerċjalizzazzjoni fi Stat Membru li fih il-prodott ma jibbenefikax mill-protezzjoni tal-privattiva. Jekk id-detentur tal-privattiva jagħmel dan, għandu jaċċetta l-konsegwenzi tal-għażla tiegħu fir-rigward tal-moviment liberu tal-prodott fis-suq uniku. Il-fatt li l-inventur jitħalla jinvoka privattiva li għandu fi Stat Membru sabiex jipprevjeni l-importazzjoni ta’ dak il-prodott liberament ikkummerċjalizzat mill-inventur fi Stat Membru ieħor li fih dak il-prodott ma setax jingħata privattiva, jikkawża kompartimentalizzazzjoni tas-swieq nazzjonali li jmur kontra l-għan tat-Trattat (241).

Għat-trade marks, il-Qorti ddeċidiet f’ġurisprudenza konsistenti li s-suġġett speċifiku tagħha huwa b’mod partikolari li tiggarantixxi lill-proprjetarju tat-trade mark li għandu d-dritt li juża dik it-trade mark sabiex iqiegħed prodott fiċ-ċirkolazzjoni għall-ewwel darba. Dan għandu jipproteġi lill-proprjetarju tat-trade mark minn kompetituri li jixtiequ jieħdu vantaġġ mill-istatus u mir-reputazzjoni tat-trade mark billi jbigħu prodotti li jkollhom dik it-trade mark illegalment. Sabiex tiddetermina l-portata eżatta ta’ dan id-dritt, il-Qorti qieset li trid tittieħed inkunsiderazzjoni l-funzjoni essenzjali tat-trade mark, jiġifieri li tiggarantixxi l-identità tal-oriġini tal-prodott bit-trade mark għall-konsumatur jew għall-utent finali billi tippermettilhom jiddistingwu mingħajr ebda possibbiltà ta’ konfużjoni dak il-prodott mill-prodotti li għandhom oriġini oħra (242).

Din il-ġurisprudenza ġiet żviluppata u rfinata b’mod partikolari fil-qasam tal-ippakkjar mill-ġdid ta’ prodotti farmaċewtiċi (243).

Għandu jitfakkar li l-Qorti tat din il-ġurisprudenza fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni sekondarja korrispondenti tal-UE. Kif sostniet, “fil-preżenza tal-istat tad-dritt Komunitarju u fin-nuqqas ta’ standardizzazzjoni Komunitarja jew armonizzazzjoni tal-liġijiet, id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet u l-proċeduri li taħthom tingħata tali protezzjoni hija kwistjoni għar-regoli nazzjonali” (244). Sadanittant, madankollu, il-leġiżlatur tal-UE adotta sett importanti ta’ direttivi u ta’ regolamenti dwar il-PI. Il-qafas legali għat-trade marks, pereżempju, ġie armonizzat permezz tad-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (245) dwar it-trade mark u ġie unifikat skont ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (246). Teżisti leġiżlazzjoni simili għad-disinji, filwaqt li l-armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar il-privattivi għadha pjuttost frammentata (247).

Fil-qasam tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati, il-leġiżlatur tal-UE armonizza b’mod wiesa’ l-liġijiet tal-Istati Membri billi ta livell għoli ta’ protezzjoni lill-awturi u lil detenturi oħra tad-drittijiet. Dan jinkludi, fost affarijiet oħra, drittijiet esklużivi li jawtorizzaw jew li jipprojbixxu ċerti atti ta’ sfruttament tal-kontenut tagħhom, b’terminu armonizzat ta’ protezzjoni, qafas ta’ eċċezzjonijiet u ta’ limitazzjonijiet, protezzjoni legali ta’ miżuri ta’ protezzjoni teknoloġika u informazzjoni dwar il-ġestjoni tad-drittijiet, il-ġestjoni kollettiva tad-drittijiet u l-infurzar tad-drittijiet. Fil-qasam tal-moviment liberu tal-merkanzija, id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (248) tipprovdi lill-awturi d-dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni tax-xogħlijiet tagħhom. Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (249) tipprovdi lill-artisti, lill-produtturi ta’ fonogrammi, lill-produtturi tal-films u lill-organizzazzjonijiet tax-xandir, id-dritt esklużiv ta’ distribuzzjoni tal-materjal protett tagħhom. Id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (250) tipprevedi wkoll dritt esklużiv għad-distribuzzjoni ta’ programmi tal-kompjuter.

It-tliet direttivi dwar id-drittijiet tal-awtur imsemmija hawn fuq jipprevedu wkoll li l-ewwel bejgħ jew trasferiment ieħor tas-sjieda fl-Unjoni ta’ kopja tax-xogħol jew ta’ materjal protett ieħor mid-detentur tad-dritt jew bil-kunsens tiegħu jeżawrixxu d-dritt ta’ distribuzzjoni ta’ dik il-kopja fl-Unjoni. Din ir-regola tiżgura l-moviment liberu ta’ merkanzija protetta bid-drittijiet tal-awtur fl-Unjoni ladarba tkun tqiegħdet fis-suq mid-detentur tad-dritt jew bil-kunsens tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja ċċarat li dan il-prinċipju japplika fir-rigward ta’ kopji tanġibbli ta’ xogħlijiet u ta’ materjal protett ieħor. Madankollu, fil-każ tal-programmi tal-kompjuter, il-Qorti ċċarat li d-dritt ta’ distribuzzjoni ta’ kopja ta’ programm tal-kompjuter jiġi eżawrit ukoll wara t-tniżżil ta’ dik il-kopja mill-internet bil-kunsens tad-detentur tad-dritt, taħt ċerti kundizzjonijiet li jwasslu biex dak it-tniżżil ikun ekwivalenti għal bejgħ tal-kopja tal-programm tal-kompjuter (251). Il-Qorti reċentement iddeċidiet li din l-estensjoni tar-regola tal-eżawriment wara t-trażmissjoni online ta’ kopji diġitali ma tapplikax fil-każ ta’ xogħlijiet għajr programmi tal-kompjuter (eż. kotba elettroniċi) (252).

Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja pprovdiet regoli speċifiċi għall-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-iskopijiet tal-Artikolu 36 tat-TFUE (253).

7.2.   Rekwiżiti obbligatorji

Fis-sentenza Cassis de Dijon tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet il-kunċett ta’ rekwiżiti obbligatorji bħala lista mhux eżawrjenti ta’ interessi protetti fil-qafas tal-Artikolu 34 tat-TFUE. F’din is-sentenza, il-Qorti ddikjarat li dawn ir-rekwiżiti obbligatorji jirrigwardaw b’mod partikolari l-effettività tas-superviżjoni fiskali, il-protezzjoni tas-saħħa pubblika, il-ġustizzja tat-tranżazzjonijiet kummerċjali u d-difiża tal-konsumatur (254). It-terminoloġija tal-Qorti sussegwentement inbidlet – illum il-ġurnata, il-Qorti spiss tirreferi għal rekwiżiti prevalenti fl-interess pubbliku jew fl-interess ġenerali minflok rekwiżiti obbligatorji.

Ir-rekwiżiti obbligatorji jistgħu jiġu invokati biex jiġġustifikaw miżuri nazzjonali li jistgħu jxekklu l-kummerċ fis-suq intern u li ma jaqgħux taħt l-eċċezzjonijiet stipulati fl-Artikolu 36 tat-TFUE. Il-valutazzjoni tal-ġustifikazzjoni hija l-istess bħal fl-Artikolu 36 – sabiex ikunu permissibbli, il-miżuri nazzjonali jridu jkunu proporzjonati għall-objettiv li jrid jintlaħaq. Fil-prinċipju, ir-rekwiżiti obbligatorji jistgħu biss jiġġustifikaw miżuri nazzjonali li jkunu applikabbli mingħajr distinzjoni għal merkanzija domestika u għal merkanzija li toriġina minn Stati Membri oħra (255). Għalhekk, raġunijiet oħra għajr dawk koperti bl-Artikolu 36 tat-TFUE teorikament ma jistgħux jintużaw biex jiġġustifikaw miżuri diskriminatorji. Filwaqt li l-Qorti sabet modi kif tegħleb din is-separazzjoni mingħajr ma tirrinunzja għall-prattika preċedenti tagħha (256), ġie argumentat li tali separazzjoni hija artifiċjali u l-Qorti qed tmur lejn is-simplifikazzjoni billi tittratta r-rekwiżiti obbligatorji bl-istess mod bħall-ġustifikazzjonijiet fl-Artikolu 36 tat-TFUE.

7.2.1.   Protezzjoni tal-ambjent

Għalkemm il-protezzjoni tal-ambjent ma tissemmiex espressament fl-Artikolu 36 tat-TFUE, din ġiet rikonoxxuta mill-Qorti bħala rekwiżit obbligatorju. Il-Qorti hija tal-fehma li “…il-protezzjoni tal-ambjent hija wieħed mill-objettivi essenzjali [tal-Unjoni], li jista’, bħala tali, jiġġustifika ċerti limitazzjonijiet fil-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija” (257). Fil-fatt, il-livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali diġà kien rikonoxxut bħala objettiv fl-interess ġenerali fis-snin 80 u 90 (258).

Il-Qorti rrikonoxxiet varjetà ta’ miżuri u għanijiet li jaqgħu taħt il-protezzjoni tal-ambjent, inkluż:

L-iskemi nazzjonali ta’ appoġġ għall-elettriku ekoloġiku minħabba li jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, li huma fost il-kawżi ewlenin tat-tibdil fil-klima li l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha wiegħdu li se jiġġieldu (259);

L-impożizzjoni ta’ sistema nazzjonali ta’ verifika tas-sostenibbiltà għall-bijolikwidi li skontha l-operaturi ekonomiċi kollha involuti fil-katina tal-provvista jkunu marbuta b’ċerti rekwiżiti (260);

Il-protezzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali;

Il-protezzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali ġie diskuss f’żewġ Kawżi (C-28/09 u C-320/03) rigward miżuri nazzjonali li kellhom l-għan li jnaqqsu l-emissjonijiet speċifiċi ta’ vetturi bil-mutur u d-densità tat-traffiku fit-toroq għall-iskopijiet ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet tad-diossidu tan-nitroġenu fil-provinċja ta’ Tyrol. Miżuri bħal dawn kienu jinkludu projbizzjonijiet settorjali fuq is-sewqan, li kienu jipprojbixxu lit-trakkijiet ta’ iktar minn 7,5 tunnellati li jġorru ċertu merkanzija milli jużaw sezzjoni tal-awtostrada A12 fl-Awstrija. Filwaqt li tali miżuri jistgħu, fil-prinċipju, ikunu ġustifikati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tal-kwalità tal-arja ambjentali bħala parti mill-protezzjoni tal-ambjent u tas-saħħa tal-bniedem, dawn ma kinux proporzjonati biex jintlaħqu l-objettivi mixtieqa.

L-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli għall-produzzjoni tal-bijogass;

il-Kawża E.ON Biofor Sverige kienet tirrigwarda sistema ta’ verifika għas-sostenibbiltà tal-bijogass. Is-sistema fis-seħħ fl-Iżvezja kellha l-effett fattwali li l-bijogass sostenibbli prodott fil-Ġermanja u maħsub għat-trasport lejn l-Iżvezja permezz tan-networks tal-gass Ġermaniżi u Daniżi ma setax jiġi inkluż fis-sistema ta’ verifika relatata mas-sostenibbiltà tal-bijogass u lanqas ma seta’ jiġi kklassifikat bħala “sostenibbli” (261).

Il-Qorti nnutat li l-użu ta’ sorsi tal-enerġija rinnovabbli għall-produzzjoni tal-bijogass huwa, fil-prinċipju, utli għall-protezzjoni tal-ambjent, peress li tali leġiżlazzjoni hija maħsuba biex tiżgura li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra. Iddikjarat ukoll li ż-żieda fl-użu tas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli tikkostitwixxi wieħed mill-komponenti importanti tal-pakkett ta’ miżuri meħtieġa biex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u biex tinżamm konformità mal-impenji tal-UE u dawk internazzjonali għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra u li tali żieda hija wkoll maħsuba biex tipproteġi s-saħħa u l-ħajja tal-bnedmin, tal-annimali u tal-pjanti (262).

Sistema ta’ depożitu u ta’ ritorn għall-kontenituri (263);

Il-protezzjoni tal-ambjent qed tiġi invokata mill-Istati Membri b’iktar frekwenza minħabba, inter alia, l-impenji dwar it-tibdil fil-klima, il-progress xjentifiku u iktar għarfien fost il-pubbliku. Madankollu, il-Qorti kkonfermat li ġustifikazzjonijiet ambjentali u tas-saħħa pubblika mhumiex dejjem suffiċjenti biex ifixklu l-moviment liberu tal-merkanzija. F’diversi każijiet, il-Qorti kkonfermat l-argumenti tal-Kummissjoni li l-miżuri nazzjonali kienu sproporzjonati għall-għan li kellu jintlaħaq jew li kien hemm nuqqas ta’ evidenza biex jiġi ppruvat ir-riskju allegat (264).

Il-protezzjoni tal-ambjent isservi bħala eżempju tajjeb tal-approċċ iktar flessibbli adottat mill-Qorti f’termini ta’ kategorizzazzjoni tal-ġustifikazzjonijiet. Il-Qorti rrikonoxxiet f’diversi Kawżi li l-protezzjoni tal-ambjent hija relatata mal-objettivi tal-protezzjoni tal-ħajja jew tas-saħħa tal-bniedem, tal-annimali jew tal-pjanti wkoll (265). Fil-Kawża Il-Kummissjoni vs L-Awstrija, il-Qorti ddikjarat li mill-Artikolu 174(1) KE (issa l-Artikolu 191 tat-TFUE) kien jidher li l-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem hija wieħed mill-objettivi tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent. Barra minn hekk, iddikjarat li dawk l-objettivi huma marbuta mill-qrib, b’mod partikolari fil-kuntest tal-ġlieda kontra t-tniġġis tal-arja, li l-iskop tagħha huwa li jiġu limitati l-perikli għas-saħħa marbuta mad-deterjorament tal-ambjent. Għalhekk, l-objettiv tal-protezzjoni tas-saħħa diġà huwa inkorporat, fil-prinċipju, fl-objettiv tal-protezzjoni tal-ambjent (266).

7.2.2.   Protezzjoni tal-konsumatur

Il-protezzjoni tal-konsumatur hija fost l-iktar ġustifikazzjonijiet invokati b’mod frekwenti. L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta għall-konsumaturi tiġi evalwata abbażi tal-“istennija preżunta ta’ konsumatur medju normalment informat u raġonevolment attent u għaqli” (267). Dan ġie ddikjarat fil-Kawża C-481/12 Juvelta, pereżempju, li kienet tikkonċerna l-karatteristiċi distintivi tal-metalli prezzjużi. Il-Qorti nnutat li rekwiżit li jwassal biex importatur iwaħħal timbru bil-karatteristiċi distintivi fuq oġġetti b’metalli prezzjużi li jindikaw li huma fini, fil-prinċipju, huwa ta’ natura tali li jiżgura l-protezzjoni effettiva għall-konsumaturi u jippromwovi kummerċ ġust. Madankollu, il-Qorti ddikjarat li Stat Membru ma jistax jeħtieġ li jitwaħħal timbru ġdid bil-karatteristiċi distintivi ma’ prodotti importati minn Stat Membru ieħor li fih ikunu ġew ikkummerċjalizzati u ttimbrati legalment bil-karatteristiċi distintivi, fejn l-informazzjoni pprovduta mit-timbru tkun ekwivalenti għal dik preskritta mill-Istat Membru tal-importazzjoni u li tinftiehem mill-konsumaturi ta’ dak l-Istat (268).

Il-prinċipju sottostanti hu li l-konsumaturi, li jingħataw informazzjoni xierqa b’mod ċar, ikunu jistgħu jagħmlu għażliet għalihom infushom. Il-Qorti ħadet pożizzjoni li tiddikjara li għażla usa’ b’differenzi fil-kwalità tkun ta’ benefiċċju għall-konsumaturi iktar minn għażla ristretta bi kwalità ogħla bbażata fuq standards nazzjonali (269). F’każ ta’ riskju serju li l-konsumatur jitqarraq, prodott jista’ jiġi pprojbit.

Madankollu, il-linja gwida fil-ġurisprudenza tal-Qorti hi li meta prodotti importati jkunu simili għal dawk domestiċi, it-tikkettar adegwat, li jista’ jkun meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, ikun biżżejjed biex jipprovdi lill-konsumatur bl-informazzjoni meħtieġa dwar in-natura tal-prodott. L-ebda ġustifikazzjoni minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur mhi ammissibbli għal miżuri restrittivi bla bżonn (270).

7.2.3.   Rekwiżiti obbligatorji oħra

Maż-żmien, il-Qorti rrikonoxxiet rekwiżiti obbligatorji oħra li kapaċi jiġġustifikaw l-ostakoli għall-moviment liberu tal-merkanzija, bħal:

Drittijiet fundamentali: Fil-Kawża Schmidberger, il-Qorti rrikonoxxiet li f’xi każijiet, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali (f’dan il-każ il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-għaqda) trid tiġi rrikonċiljata mal-libertajiet fundamentali stabbiliti fit-Trattat, fejn jiġi bbażat fuq dawk imsemmija l-ewwel bħala ġustifikazzjoni għal restrizzjoni ta’ dawn tal-aħħar (271).

Titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol: Filwaqt li s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol jaqgħu taħt l-intestatura tas-saħħa pubblika fl-Artikolu 36 tat-TFUE, it-titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol jikkostitwixxi rekwiżit obbligatorju anke fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kunsiderazzjoni tas-saħħa (272).

Għanijiet kulturali (273): F’Kawża relatata mal-leġiżlazzjoni Franċiża li kellha l-għan li tħeġġeġ il-ħolqien ta’ xogħlijiet ċinematografiċi, il-Qorti dehret li kienet qed tirrikonoxxi li l-protezzjoni tal-kultura tista’, taħt kundizzjonijiet speċifiċi, tikkostitwixxi rekwiżit obbligatorju li jista’ jiġġustifika restrizzjonijiet fuq l-importazzjonijiet jew l-esportazzjonijiet. Barra minn hekk, il-protezzjoni ta’ kotba bħala beni kulturali ġiet irrikonoxxuta bħala rekwiżit prevalenti fl-interess pubbliku (274).

Żamma tad-diversità tal-istampa (275): Wara referenza preliminari rigward il-projbizzjoni tal-Awstrija fuq pubblikazzjonijiet li joffru lill-qarrejja l-opportunità li jieħdu sehem f’logħob għal premjijiet, il-Qorti sostniet li ż-żamma tad-diversità tal-istampa tista’ tikkostitwixxi rekwiżit prevalenti fl-interess pubbliku. Innutat li tali diversità tgħin biex tiġi ssalvagwardjata l-libertà tal-espressjoni, kif protetta bl-Artikolu 10 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.

Bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali: L-għanijiet purament ekonomiċi ma jistgħux jiġġustifikaw ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija. Madankollu, fil-Kawża C-120/95 Decker, il-Qorti rrikonoxxiet li r-riskju li jiġi mminat serjament il-bilanċ finanzjarju tas-sistema tas-sigurtà soċjali jista’ jikkostitwixxi raġuni prevalenti fl-interess ġenerali li tista’ tiġġustifika ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija (276).

Sikurezza fit-toroq: F’diversi Kawżi, il-Qorti rrikonoxxiet ukoll li s-sikurezza fit-toroq tikkostitwixxi raġuni prevalenti fl-interess pubbliku li tista’ tiġġustifika ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija (277).

Ġlieda kontra l-kriminalità: F’Kawża li tikkonċerna projbizzjoni tal-Portugall fuq it-twaħħil ta’ film tal-iskurar tal-ħġieġ tal-karozzi (278), il-Qorti kkonstatat li l-ġlieda kontra l-kriminalità tista’ tikkostitwixxi raġuni prevalenti fl-interess pubbliku li tista’ tiġġustifika ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija.

Protezzjoni tat-trattament xieraq tal-annimali: Fil-Kawża C-219/07, il-Qorti nnutat li l-protezzjoni tat-trattament xieraq tal-annimali hija objettiv leġittimu fl-interess pubbliku. Iddikjarat ukoll li l-importanza ta’ dan l-objettiv hija riflessa fl-adozzjoni mill-Istati Membri tal-Protokoll dwar il-protezzjoni u t-trattament xieraq tal-annimali, anness mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (279).

Promozzjoni u tħeġġiġ tal-użu ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ Stat Membru: Il-Qorti sostniet ukoll li l-promozzjoni u t-tħeġġiġ tal-użu ta’ lingwa uffiċjali ta’ Stat Membru jistgħu jikkostitwixxu objettiv leġittimu li, fil-prinċipju, jista’ jiġġustifika restrizzjoni fuq l-obbligi imposti mid-dritt tal-UE (280).

Kif imsemmi hawn fuq, il-lista ta’ rekwiżiti obbligatorji mhijiex eżawrjenti iżda minflok qed tevolvi kontinwament fil-ġurisprudenza tal-Qorti.

7.3.   Test tal-proporzjonalità

Sabiex tkun ġustifikata abbażi tal-Artikolu 36 tat-TFUE jew tar-rekwiżiti obbligatorji stabbiliti fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, miżura tal-Istat trid tkun konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità (281). Il-prinċipju tal-proporzjonalità jirrikjedi li l-mezzi magħżula mill-Istati Membri jkunu limitati għal dawk li effettivament ikunu xierqa u neċessarji għas-salvagwardja tal-objettiv leġittimu li jrid jintlaħaq (282). Fi kliem sempliċi, l-adegwatezza teħtieġ li l-miżura inkwistjoni tkun xierqa sabiex jintlaħaq l-objettiv mixtieq, filwaqt li n-neċessità teħtieġ li l-mezzi magħżula ma jirrestrinġux il-moviment liberu tal-merkanzija iktar minn dak li huwa meħtieġ. F’dan il-kuntest, irid jiġi vvalutat jekk hemmx xi mezz li jkollu effett inqas restrittiv fuq il-kummerċ intra-UE, iżda li xorta waħda jwassal għall-istess riżultat. Għalhekk, element importanti fl-analiżi tal-ġustifikazzjoni pprovduta minn Stat Membru huwa l-eżistenza ta’ miżuri alternattivi. F’diversi okkażjonijiet, il-Qorti kkonstatat li l-miżuri tal-Istat ma kinux proporzjonati minħabba l-fatt li kienu disponibbli miżuri alternattivi (283).

Pereżempju, fil-Kawżi C-28/09 u C-320/03, il-Qorti ddikjarat li qabel l-adozzjoni ta’ miżura tant radikali bħall-projbizzjoni totali tat-traffiku fuq sezzjoni ta’ awtostrada li tikkostitwixxi rotta vitali ta’ komunikazzjoni bejn ċerti Stati Membri, l-awtoritajiet għandhom id-dmir li jeżaminaw bir-reqqa l-possibbiltà li jużaw miżuri inqas restrittivi għal-libertà tal-moviment, u li jnaqqsuhom biss jekk l-inadegwatezza tagħhom biex jintlaħaq l-objettiv kienet stabbilita b’mod ċar (284). Fil-Kawża C-549/15 li tikkonċerna sistema ta’ verifika għas-sostenibbiltà tal-bijogass, il-Qorti kkunsidrat li ma ntweriex li l-eċċezzjoni għall-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija kienet meħtieġa sabiex jintlaħqu l-objettivi kkonċernati. Dan kien dovut għall-fatt li l-awtoritajiet kienu naqsu milli juru b’mod speċifiku l-eżistenza ta’ raġuni relatata mal-interess pubbliku u l-proporzjonalità ta’ dik il-miżura fir-rigward tal-objettiv li jrid jintlaħaq. Għalhekk, il-miżura inkwistjoni ġiet ikkunsidrata li ma kinitx ġustifikata (285).

Fil-Kawża Scotch Whisky Association, il-Qorti kkunsidrat li ż-żieda fil-prezz tal-konsum tal-alkoħol sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-protezzjoni tal-ħajja u tas-saħħa tal-bniedem permezz tal-impożizzjoni ta’ prezz unitarju minimu għall-bejgħ bl-imnut ta’ xorb alkoħoliku jaf ma kinitx proporzjonata. Dan għaliex kienu disponibbli mezzi inqas restrittivi, bħaż-żieda fid-dazji tas-sisa. Madankollu, il-Qorti ssoktat billi ddikjarat li hija l-qorti tar-rinviju li trid tiddetermina jekk dan tabilħaqq ikunx il-każ, fid-dawl ta’ analiżi ddettaljata tal-fatturi rilevanti kollha tal-Kawża li titressaq quddiemha. F’dak ir-rigward, ir-raġunijiet invokati mill-Istat Membru bħala ġustifikazzjoni jridu jkunu akkumpanjati minn provi xierqa jew minn analiżi tal-adegwatezza u tal-proporzjonalità tal-miżura restrittiva adottata, kif ukoll minn evidenza speċifika li ssostni l-argumenti tiegħu (286). Il-valutazzjoni tal-proporzjonalità mhijiex limitata għall-valutazzjoni tal-evidenza jew tal-informazzjoni disponibbli fiż-żmien tal-miżura adottata biss, iżda ta’ dik li tkun disponibbli meta l-qorti nazzjonali tieħu d-deċiżjoni tagħha (287).

L-Istat Membru obbligat ukoll li jilħaq l-objettivi ddikjarati b’mod konsistenti u sistematiku (288). Jekk Stat Membru jista’ juri li l-adozzjoni tal-miżura alternattiva jkollha effett ta’ detriment fuq interessi leġittimi oħra, dan jiġi kkunsidrat fil-valutazzjoni tal-proporzjonalità (289). B’hekk, il-valutazzjoni tal-proporzjonalità hija kkaratterizzata minn ibbilanċjar ta’ interessi li jikkompetu ma’ xulxin fil-kuntest kumplessiv tal-Kawża.

Għandu jiġi nnutat li, fin-nuqqas ta’ regoli ta’ armonizzazzjoni fil-livell Ewropew, l-Istati Membri huma liberi li jiddeċiedu dwar il-livell ta’ protezzjoni li biħsiebhom jipprovdu għall-interess leġittimu kkonċernat. F’ċerti oqsma, il-Qorti tat lill-Istati Membri ċertu “marġni ta’ diskrezzjoni” rigward il-miżuri adottati u l-livell ta’ protezzjoni li riedu jiksbu, li jistgħu jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor f’konformità maċ-ċirkostanzi nazzjonali tagħhom. Naturalment, il-marġni ta’ diskrezzjoni huwa pjuttost usa’ f’oqsma li huma kkunsidrati bħala iktar sensittivi (290).

Minkejja din il-libertà relattiva li jiġi ffissat il-livell ta’ protezzjoni li jrid jinkiseb, is-sempliċi fatt li Stat Membru jkun għażel sistema ta’ protezzjoni differenti minn dik adottata minn Stat Membru ieħor ma jistax jaffettwa l-valutazzjoni tal-ħtieġa għad-dispożizzjonijiet, u l-proporzjonalità tal-istess dispożizzjonijiet adottati għal dak l-għan (291). Dawk id-dispożizzjonijiet iridu jiġu vvalutati biss b’referenza għall-objettivi li jridu jintlaħqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat u l-livell ta’ protezzjoni li huma maħsuba li jipprovdu (292).

Fid-dawl tan-numru dejjem jiżdied ta’ ġustifikazzjonijiet possibbli, il-valutazzjoni tal-proporzjonalità saret fattur essenzjali u spiss determinanti fir-raġunament tal-Qorti (293).

7.4.   Oneru tal-provi

Huwa l-Istat Membru li jsostni li għandu raġuni li tiġġustifika restrizzjoni fuq il-moviment liberu tal-merkanzija sabiex juri speċifikament l-eżistenza ta’ raġuni relatata mal-interess pubbliku, il-ħtieġa tar-restrizzjoni u l-proporzjonalità tar-restrizzjoni fir-rigward tal-objettiv li jrid jilħaq (294). Kif spjegat iktar ’il fuq, il-ġustifikazzjoni pprovduta mill-Istat Membru trid tkun akkumpanjata minn evidenza xierqa jew minn analiżi tal-adegwatezza u tal-proporzjonalità tal-miżura restrittiva adottata, kif ukoll minn evidenza preċiża li ssostni l-argumenti tiegħu (295). F’dan ir-rigward, sempliċi dikjarazzjoni li l-miżura hija ġustifikata minħabba waħda mir-raġunijiet aċċettati jew minħabba n-nuqqas ta’ analiżi ta’ alternattivi possibbli mhix se titqies sodisfaċenti (296). Madankollu, il-Qorti nnutat li l-oneru tal-provi ma jistax ikun tant estensiv li l-Istat Membru jkun meħtieġ juri, b’mod pożittiv, li l-ebda miżura immaġinabbli oħra ma tista’ tippermetti li dak l-objettiv jintlaħaq bl-istess kundizzjonijiet (297).

8.   IR-RELAZZJONI MA’ LIBERTAJIET U ARTIKOLI OHRAJN TAT-TRATTAT RIGWARD IL-MOVIMENT LIBERU TAL-MERKANZIJA

8.1.   Libertajiet fundamentali

8.1.1.   L-Artikolu 45 tat-TFUE – Il-moviment liberu tal-ħaddiema

L-Artikolu 45 tat-TFUE (ex Artikolu 39 KE) jipprevedi l-moviment liberu tal-ħaddiema fl-UE. Din il-libertà tinvolvi l-abolizzjoni ta’ kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità bejn il-ħaddiema migranti tal-UE u l-ħaddiema nazzjonali fir-rigward tal-aċċess għax-xogħol u l-kundizzjonijiet tax-xogħol, kif ukoll għal benefiċċji fuq it-taxxa u vantaġġi soċjali. L-Artikolu 45 tat-TFUE jipprojbixxi mhux biss id-diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, iżda wkoll ir-regoli nazzjonali, li jkunu applikabbli indipendentement min-nazzjonalità tal-ħaddiem ikkonċernat iżda jimpedixxu l-moviment liberu tiegħu.

Il-problemi relatati mal-moviment tal-oġġetti personali tal-ħaddiema jistgħu teorikament jiġu vvalutati skont l-Artikolu 34 tat-TFUE jew l-Artikolu 45 tat-TFUE. Il-Qorti ttrattat din il-kwistjoni fil-Kawża Weigel (298), li kienet tikkonċerna t-trasferiment tal-vetturi bil-mutur ta’ koppja miżżewġa mill-pajjiż tagħhom stess (il-Ġermanja) lejn l-Istat Membru fejn ir-raġel kien beda jaħdem (l-Awstrija). Meta ġiet biex tirreġistra l-vetturi bil-mutur tagħha fl-Awstrija, il-koppja kellha tħallas ammont eċċessiv ta’ taxxa. Il-koppja argumentat li t-taxxa twaqqafhom milli jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikolu 45 tat-TFUE.

Fil-prinċipju, il-Qorti qablet meta sostniet li “[t-taxxa] x’aktarx li jkollha effett negattiv fuq id-deċiżjoni tal-ħaddiema migranti biex jeżerċitaw id-dritt tagħhom tal-libertà tal-moviment” (299). Madankollu, minħabba raġunijiet oħra, il-Qorti rrifjutat l-argument tal-koppja li t-taxxa kienet tikser l-Artikolu 45 tat-TFUE. Ta’ min jinnota li l-Qorti ma weġbitx b’mod espliċitu rigward il-kwistjoni jekk ir-restrizzjonijiet ta’ tali tip għandhomx jiġu ttrattati esklużivament skont l-Artikolu 34 tat-TFUE. Barra minn hekk, għad hemm inċertezza dwar is-sitwazzjonijiet li fihom ikun iktar vantaġġuż li jiġi applikat l-Artikolu 45 tat-TFUE minflok l-Artikolu 34 tat-TFUE, meta wieħed iżomm f’moħħu li l-ewwel dispożizzjoni tapplika biss għaċ-ċittadini ta’ Stat Membru, billi l-Artikolu 34 tat-TFUE japplika għall-prodotti li ġejjin minn pajjiżi terzi li jkunu tqiegħdu fis-suq tal-UE.

Għandu jiġi nnutat li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti, ir-regoli nazzjonali li jeħtieġu r-reġistrazzjoni u/jew it-tassazzjoni ta’ vettura tal-kumpanija fl-Istat Membru fejn ikun domiċiljat il-ħaddiem li juża l-vettura, anke jekk l-impjegatur li jkun għamel il-vettura disponibbli għall-ħaddiem ikun stabbilit fi Stat Membru ieħor u anke jekk il-vettura tintuża essenzjalment fl-Istat Membru ta’ stabbiliment tal-impjegatur, jikkostitwixxu ksur tal-Artikolu 45 tat-TFUE (300). Dan għaliex tali dispożizzjonijiet jista’ jkollhom l-effett li jipprevjenu lil ħaddiem milli jibbenefika minn ċerti vantaġġi, bħall-provvista ta’ vettura u, fl-aħħar mill-aħħar, jistgħu jiskoraġġuh għalkollox milli jaħdem fi Stat Membru ieħor.

Dan l-aħħar dan ġie kkonfermat fil-Kawża C-420/15, li kienet tikkonċerna proċedimenti kriminali li tressqu kontra ċittadin Taljan mill-awtoritajiet Belġjani talli saq il-vettura bil-mutur tiegħu rreġistrata fl-Italja, abbażi li l-post ta’ residenza prinċipali tiegħu kien fil-Belġju. Essenzjalment, il-vettura kienet maħsuba għall-użu fl-Italja u kienet tintuża biss okkażjonalment fil-Belġju sabiex isuq lejn l-Italja u lura. Il-Qorti kkonfermat li l-Artikolu 45 tat-TFUE jrid jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tobbliga lil ħaddiem li jirrisjedi hemmhekk milli jirreġistra vettura rreġistrata fi Stat Membru ieħor, sabiex ikun jista’ jsuqha, anke jekk okkażjonalment biss (301).

8.1.2.   L-Artikoli 49 u 56 tat-TFUE – Il-libertà tal-istabbiliment u li jiġu pprovduti servizzi

Il-libertà tal-istabbiliment stipulata fl-Artikolu 49 tat-TFUE (ex Artikolu 43 KE) u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi (transfruntiera) stabbilita fl-Artikolu 56 tat-TFUE (ex Artikolu 49 KE) huma libertajiet fundamentali oħra mnaqqxa fit-Trattat li huma relatati mill-qrib mal-moviment liberu tal-merkanzija. Kemm il-libertà tal-istabbiliment kif ukoll il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jirreferu għal attivitajiet ekonomiċi ta’ ħaddiema għal rashom (302). Fil-każ tal-istabbiliment, l-attività inkwistjoni titwettaq jew il-kumpanija tkun tissejjes fuq bażi stabbli u kontinwa u jkollha natura indefinita (303) b’dimensjoni transfruntiera reali jew sempliċement potenzjali (304). B’kuntrast ma’ dan, fil-każ ta’ servizzi transfruntiera, l-attività titwettaq fuq bażi temporanja jew okkażjonali (305) u dejjem b’dimensjoni transfruntiera ċara (306).

It-twettiq ta’ attività ekonomika ta’ ħaddiem għal rasu huwa komuni kemm għal-libertà tal-istabbiliment kif ukoll għal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi. Minħabba li din l-attività ekonomika li tikkonsisti fil-provvista ta’ servizz (b’kunsiderazzjoni ekonomika (307)) tista’ tinvolvi merkanzija, miżura nazzjonali li taffettwa tali servizz normalment taffettwa wkoll iċ-ċirkolazzjoni tal-merkanzija inkwistjoni. Dan huwa b’mod ċar il-każ fid-distribuzzjoni tal-merkanzija, definita b’mod wiesa’ bħala li tkopri t-trasport (308) tal-merkanzija, il-bejgħ bl-ingrossa u bl-imnut (309), iżda wkoll f’każ li l-merkanzija tintuża fit-twettiq tal-attività, jew bħala tagħmir jew inkella bħala materjal li jkun parti integrali mis-servizz ipprovdut. Min-naħa l-oħra, huwa ċar li l-moviment liberu tal-merkanzija skont l-Artikolu 34 tat-TFUE jinkludi mhux biss restrizzjonijiet fuq il-karatteristiċi tal-merkanzija, iżda anke restrizzjonijiet fuq il-kummerċjalizzazzjoni tagħha u fuq l-użu tagħha. Għalhekk, il-kwistjoni jekk tiġix ivvalutata miżura nazzjonali li jkollha impatt fuq attivitajiet ekonomiċi bħal dawn taħt il-libertà tal-istabbiliment/il-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi jew il-moviment liberu tal-merkanzija hija rikorrenti, u jeħtieġ li tiġi vvalutata abbażi ta’ każ b’każ. Pereżempju, ir-restrizzjonijiet fuq ir-reklamar (eż. reklami tal-alkoħol (310)) jistgħu, minn naħa, jaffettwaw is-settur tal-promozzjoni bħala fornituri tas-servizzi, u min-naħa l-oħra, l-effett ta’ dawn ir-restrizzjonijiet jista’ jkun relatat ma’ merkanzija speċifika u mal-possibbiltajiet ta’ penetrazzjoni tas-suq, u b’hekk jistgħu joħolqu ostakoli għall-kummerċ fil-prodotti.

Il-Qorti tikkunsidra li t-Trattati ma jistabbilixxu l-ebda ordni ta’ prijorità bejn il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertajiet fundamentali l-oħra (311), lanqas fir-rigward tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikolu 57 tat-TFUE li jirreferi għal-libertà li jiġu pprovduti s-servizzi bħala li għandha kontenut sussidjarju fid-dawl tal-kontenut ta’ libertajiet oħra (312). Probabbilment minħabba raġunijiet ta’ ekonomija proċedurali, meta miżura nazzjonali tista’ taffettwa iktar minn libertà fundamentali waħda, il-Qorti spiss eżaminat dik il-miżura fid-dawl ta’ libertà fundamentali waħda biss. Għal dan l-iskop, normalment tiddeċiedi liema mil-libertajiet fundamentali tipprevali (313). Fi ftit Kawżi eżaminat il-miżura mill-perspettiva taż-żewġ libertajiet fundamentali.

Dan jidher, pereżempju, fil-Kawża C-591/17, L-Awstrija vs Il-Ġermanja, li kienet tikkonċerna imposta għall-użu tal-infrastruttura u eżenzjoni mit-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur għal vetturi rreġistrati fil-Ġermanja. Il-Qorti kkonkludiet li l-Ġermanja, bl-introduzzjoni tal-imposta għall-użu tal-infrastruttura għall-vetturi tal-passiġġieri u billi pprovdiet, simultanjament, eżenzjoni mit-taxxa fuq il-vetturi bil-mutur f’ammont minn tal-inqas ekwivalenti għall-ammont tal-imposta imħallsa, għall-benefiċċju tas-sidien tal-vetturi rreġistrati fil-Ġermanja, naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 18, 34, 56 u 92 tat-TFUE (314).

Miżuri li jkollhom impatt fuq id-distribuzzjoni tal-merkanzija: Rigward miżuri oħra li jkollhom impatt fuq it-trasport, il-bejgħ bl-ingrossa u l-bejgħ bl-imnut tal-merkanzija, jistgħu b’mod simultanju jirrestrinġu kemm il-moviment liberu tal-merkanzija kif ukoll il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ta’ distribuzzjoni. Minn naħa, xi miżuri li jkollhom impatt fuq id-distribuzzjoni għadhom jappartjenu b’mod ċar għad-dominju tal-moviment liberu tal-merkanzija bħal miżuri li jiffokaw fuq l-att ta’ importazzjoni/esportazzjoni per se (ara t-Taqsima 4.1. iktar ’il fuq).

Miżuri oħra li jkollhom impatt fuq servizzi kummerċjali ta’ distribuzzjoni jistgħu, prima facie, ikunu preżunti li jiffokaw fuq is-servizz innifsu ta’ distribuzzjoni iktar milli fuq il-merkanzija li tkun qed tiġi distribwita. Madankollu, wara valutazzjoni ta’ każ b’każ tal-għan u b’mod iktar partikolari tal-impatt tal-miżura, il-miżura tista’ titqies li tkun iktar relatata mal-merkanzija, meta tikkonċerna:

L-iskemi ta’ awtorizzazzjoni għall-kummerċjanti (mhux indirizzati speċifikament għall-importaturi/esportaturi) – ara t-Taqsima 4.5. iktar ’il fuq;

L-obbligi għall-kummerċjanti li jaħtru rappreżentanti jew li jipprovdu faċilitajiet ta’ ħżin – ara t-Taqsima 4.2. iktar ’il fuq;

Il-kontrolli fuq il-prezzijiet u l-obbligi ta’ rimborż – ara t-Taqsimiet 4.4. u 4.11. iktar ’il fuq;

Ir-restrizzjonijiet fuq ir-reklamar – ara t-Taqsima 4.6. iktar ’il fuq.

Hemm ukoll każijiet li fihom ir-rilevanza primarja tal-miżura, f’termini tal-għan u tal-impatt, ma tistax tiġi assenjata faċilment la lill-merkanzija stess u lanqas lis-servizz inkwistjoni. Id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprojbixxu l-irkant tal-merkanzija f’ċerti ċirkostanzi jistgħu, pereżempju, minn naħa jitqiesu bħala li qed ixekklu l-attività tas-servizz tal-irkantatur (stabbilit jew li jipprovdi servizzi transfruntiera), filwaqt li min-naħa l-oħra jistgħu joħolqu ostakoli għall-bejgħ tal-merkanzija (315).

Kriterju utli jidher li huwa l-iskoperta ta’ impatt sinifikanti fuq il-fatt li l-prodott ikun disponibbli fis-suq. Rigward is-servizzi ta’ distribuzzjoni, il-ġurisprudenza tal-Qorti saret iktar ċara maż-żmien f’dan ir-rigward, peress li ħafna mill-miżuri, jekk mhux kollha, li huma mmirati jew li jħallu impatt fuq id-distribuzzjoni tal-merkanzija għandhom il-potenzjal li jikkwalifikaw bħala “arranġamenti ta’ bejgħ” skont il-ġurisprudenza Keck (ara t-Taqsima 3.4.2.2. iktar ’il fuq).

Miżuri li jkollhom impatt fuq l-użu tal-merkanzija: Fl-aħħar nett, miżuri mmirati u/jew li jkollhom impatt fuq merkanzija speċifikament fir-rigward tal-użu tagħha ħafna drabi jkunu relatati mill-qrib mat-twettiq ta’ attività ta’ servizz. Għalhekk, il-libertajiet tal-istabbiliment u li jiġu pprovduti servizzi b’mod ġenerali għandhom rwol prominenti fil-valutazzjoni tal-ammissibbiltà tal-miżura.

L-ewwel aspett li jrid jiġi kkunsidrat huwa jekk l-attività li timplika l-użu tal-merkanzija hijiex attività ekonomika ta’ ħaddiema għal rashom, jiġifieri jekk tikkonsistix fil-provvista ta’ servizzi u fit-tqegħid ta’ merkanzija fis-suq b’kunsiderazzjoni ekonomika. Jekk le, il-miżura tista’ titqies li tirreferi għall-moviment liberu tal-merkanzija inkwistjoni jew li jkollha impatt partikolari fuqu, iżda dik il-miżura ma tkunx tappartjeni għal-libertajiet tal-istabbiliment u li jiġu pprovduti s-servizzi.

Madankollu, jekk l-attività ta’ servizz li timplika l-użu tal-merkanzija (f’sens wiesa’, inkluż ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid jew ir-rimi tal-merkanzija) tkun attività ekonomika ta’ ħaddiema għal rashom, allura l-miżura li jkollha impatt fuq l-użu tal-merkanzija tkun rilevanti għal-libertajiet tal-istabbiliment u li jiġu pprovduti s-servizzi.

F’xi każijiet, l-impatt fuq iċ-ċirkolazzjoni libera tal-merkanzija inkwistjoni ma jkunx ta’ importanza sekondarja. Mill-ġdid, hawnhekk kriterju utli jidher li huwa l-iskoperta ta’ impatt sinifikanti (minkejja li indirett) fuq li l-prodott ikun disponibbli fis-suq (316).

8.1.3.   L-Artikoli 63 tat-TFUE et seq. – Il-moviment liberu tal-kapital u tal-pagamenti

L-Artikoli 63 tat-TFUE et seq. (ex Artikoli 56 KE et seq.) jirregolaw il-moviment liberu tal-kapital u tal-pagamenti. B’mod partikolari, l-Artikolu 63 tat-TFUE jipprojbixxi l-moviment tal-kapital u tal-pagamenti bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.

Il-libertà li jiġu mċaqilqa ċerti tipi ta’ kapital hija, fil-prattika, prekundizzjoni għall-eżerċizzju effettiv ta’ libertajiet oħra ggarantiti bit-TFUE (317).

Minkejja l-fatt li l-punti ta’ kuntatt mal-moviment liberu tal-merkanzija huma limitati, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE ilha żmien twil li għamlitha ċara li l-mezzi ta’ pagament ma għandhomx jitqiesu bħala merkanzija (318). Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE aċċertat li trasferiment ta’ assi materjali jrid jitqies bħala moviment tal-kapital skont it-tifsira tal-Artikolu 63(1) tat-TFUE, jew – fejn trasferiment bħal dan jikkostitwixxi pagament konness ma’ kummerċ ta’ prodotti jew ta’ servizzi – pagament skont it-tifsira tal-Artikolu 63(2) tat-TFUE (319).

Filwaqt li movimenti transfruntiera tal-kapital jistgħu jinvolvu b’mod regolari l-investiment ta’ fondi (320), ma jistax jiġi eskluż li f’ċirkostanzi speċifiċi jistgħu jikkonċernaw ukoll trasferimenti in natura. Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE sostniet li, meta kontribwent ta’ Stat Membru jitlob it-tnaqqis għal skopijiet ta’ taxxa ta’ somma li tirrifletti l-valur ta’ donazzjonijiet lil persuni terzi residenti fi Stat Membru ieħor, ma jimpurtax jekk id-donazzjonijiet sottostanti jkunux saru fi flus jew in natura. Dawn id-donazzjonijiet jaqgħu taħt l-Artikolu 63 tat-TFUE, anke jekk dawn isiru in natura fil-forma ta’ oġġetti tal-konsum ta’ kuljum (321).

Barra minn hekk, il-Qorti ttrattat ukoll kwistjonijiet ta’ reġistrazzjoni tal-karozzi mill-perspettiva tal-Artikolu 63 tat-TFUE wkoll (322). Għalkemm tipikament ittrattata bħala ostakolu għall-moviment liberu tal-merkanzija jekk din il-proċedura tirrestrinġi ċ-ċirkolazzjoni ta’ ċerti vetturi minn Stat Membru għal ieħor, il-Qorti għamlet valutazzjoni f’termini tal-moviment liberu tal-kapital fejn vettura tkun ġiet mislufa bla ħlas fi tranżazzjoni transfruntiera bejn ċittadini fi Stati Membri differenti (323).

8.2.   Artikoli rilevanti oħra tat-Trattat

8.2.1.   L-Artikolu 18 tat-TFUE – In-nondiskriminazzjoni abbażi taċ-ċittadinanza

L-Artikolu 18 tat-TFUE (ex Artikolu 12 KE) jipprojbixxi diskriminazzjoni abbażi taċ-ċittadinanza. Hija ġurisprudenza stabbilita li d-dispożizzjoni hija maħsuba biex tapplika b’mod indipendenti għal sitwazzjonijiet regolati bid-dritt tal-UE fejn ma tkun stabbilita l-ebda regola speċifika dwar in-nondiskriminazzjoni (324).

Il-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni abbażi taċ-ċittadinanza kif imnaqqax fl-Artikolu 18 tat-TFUE jissemma b’mod speċifiku fid-dispożizzjonijiet tat-Trattat fuq il-moviment liberu tal-persuni, fosthom il-moviment liberu tal-ħaddiema previst skont l-Artikolu 45 tat-TFUE u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi skont l-Artikolu 56 tat-TFUE. Madankollu, fil-Kawża L-Awstrija vs Il-Ġermanja, il-Qorti kkunsidrat skema ta’ finanzjament tal-awtostradi fid-dawl tal-Artikolu 18 kif ukoll fid-dawl tal-Artikoli 34, 56 u 92 tat-TFUE. Fl-aħħar mill-aħħar ġie kkonstatat li l-miżura fiskali nazzjonali Ġermaniża kienet qed tikser dawn l-obbligi kollha tat-Trattat, minħabba li l-piż finanzjarju ta’ imposta ġdida skont l-iskema kien jaqa’ unikament fuq is-sidien ta’ vetturi barranin (325).

8.2.2.   L-Artikoli 28 u 30 tat-TFUE – L-unjoni doganali

Filwaqt li l-Artikolu 34 tat-TFUE jkopri l-ostakoli għall-kummerċ mhux tariffarju, id-dazji u l-ħlasijiet doganali kollha b’effett ekwivalenti huma pprojbiti skont l-Artikoli 28 u 30 tat-TFUE (ex Artikolu 25 KE). Din il-projbizzjoni hija ta’ natura ġenerali u assoluta. Tapplika għad-dazji jew għall-ħlasijiet doganali kollha b’effett ekwivalenti fost l-Istati Membri, irrispettivament mill-ammont, mid-deżinjazzjoni, mill-modalità ta’ applikazzjoni tagħhom jew mill-iskop u mid-destinazzjoni tad-dħul iġġenerat (326).

Għall-kuntrarju tal-Artikolu 34 tat-TFUE, l-Artikoli 28 u 30 tat-TFUE ma jippermettux derogi (327). Madankollu, l-imposti għall-ispezzjonijiet imwettqa għall-konformità mal-obbligi imposti mid-dritt tal-UE u l-imposti li jirrappreżentaw pagament proporzjonat għal servizz li jkun ġie pprovdut effettivament ikunu jevitaw l-applikazzjoni tal-Artikolu 30 tat-TFUE (328).

L-Artikoli 28 u 30 tat-TFUE għandhom jiġu distinti mill-projbizzjoni ta’ tassazzjoni interna diskriminatorja li tinsab fl-Artikolu 110 tat-TFUE, li tista’ tkun soġġetta għal ġustifikazzjonijiet. Għandu jiġi kkunsidrat dejjem li l-Artikoli 30 u 110 tat-TFUE jeskludu lil xulxin (329).

L-imposti b’effett ekwivalenti għal dazji doganali skont l-Artikolu 30 tat-TFUE jiġu imposti b’mod unilaterali fuq merkanzija minħabba l-fatt li taqsam fruntiera (330). Madankollu, il-miżuri nazzjonali li jintroduċu l-istess imposta fuq merkanzija domestika u merkanzija esportata identika fl-istess stadju ta’ kummerċjalizzazzjoni fejn l-avveniment taxxabbli li jwassal għall-imposta jkun identiku, ikunu koperti mill-Artikolu 110 tat-TFUE (331). B’mod eċċezzjonali, meta l-piż imġarrab minn prodott nazzjonali jkun kompletament ikkumpensat bil-vantaġġi minn dik l-imposta, tali imposta taqa’ taħt l-Artikoli 28 u 30 tat-TFUE (332).

Fl-aħħar nett, il-Qorti ċċarat li l-kontribwent għandu jkun jista’ jikseb ir-rimborż ta’ imposta li tmur kontra l-Artikolu 30 tat-TFUE anke f’sitwazzjoni fejn il-mekkaniżmu ta’ pagament għall-imposta kien imfassal fil-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex l-imposta tingħadda lill-konsumatur (333).

8.2.3.   L-Artikolu 37 tat-TFUE – Il-monopolji tal-Istat

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 37 tat-TFUE (ex Artikolu 31 KE), “L-Istati Membri għandhom jaġġustaw kwalunkwe monopolju tal-Istat ta’ natura kummerċjali sabiex jiżguraw li ma tkun teżisti l-ebda diskriminazzjoni rigward il-kundizzjonijiet ta’ provvista jew kummerċjalizzazzjoni tal-merkanzija bejn iċ-ċittadini tal-Istati Membri”.

Dan ma jfissirx li l-monopolji jridu jitneħħew, iżda jfisser li jridu jiġu aġġustati b’tali mod li jiġi eliminat l-effett diskriminatorju possibbli tagħhom. B’mod ġenerali, l-Artikolu 37 tat-TFUE japplika f’ċirkostanzi li fihom l-Istat: (1) jagħti drittijiet esklużivi ta’ xiri jew ta’ bejgħ u b’hekk jippermetti l-kontroll tal-importazzjonijiet jew tal-esportazzjonijiet, u (2) jagħti drittijiet lil impriża tal-Istat, lil istituzzjoni tal-Istat jew, permezz ta’ delega, lil organizzazzjoni privata.

L-Artikolu 37 tat-TFUE għandu effett dirett u japplika biss għall-merkanzija (għalhekk, ma jkoprix il-moviment liberu tas-servizzi jew tal-kapital (334)). Barra minn hekk, id-dispożizzjoni tat-Trattat tikkonċerna attivitajiet intrinsikament konnessi man-negozju speċifiku tal-monopolju u, għalhekk, hija irrilevanti għad-dispożizzjonijiet nazzjonali li ma għandhomx din il-konnessjoni. Dan l-approċċ jissuġġerixxi li l-Artikolu 37 tat-TFUE jikkostitwixxi lex specialis fil-konfront tad-dispożizzjoni ġenerali tal-Artikolu 34 tat-TFUE. Fil-Kawża Franzén li tikkonċerna l-monopolju fl-Iżvezja tal-bejgħ bl-imnut tal-alkoħol, il-Qorti sostniet li “regoli relatati mal-eżistenza u mal-operat tal-monopolju” (335) jaqgħu taħt l-Artikolu 37 tat-TFUE, filwaqt li “dispożizzjonijiet oħra tal-leġiżlazzjoni domestika li huma separabbli mill-operat tal-monopolju, għalkemm għandhom effett fuqu, iridu jiġu eżaminati b’referenza għall-[Artikolu 34 tat-TFUE]” (336).

Fil-Kawża Hanner relatata mal-monopolju fl-Iżvezja tal-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti farmaċewtiċi, il-Qorti argumentat li l-Artikolu 37 tat-TFUE “huwa intiż għall-eliminazzjoni tal-ostakoli għall-moviment liberu tal-merkanzija, bl-eċċezzjoni madankollu tal-effetti restrittivi fuq il-kummerċ li huma inerenti fl-eżistenza tal-monopolji kkonċernati” (337). Sussegwentement, il-Qorti spjegat fil-Kawża Rosengren li “Filwaqt li […] l-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali taffettwa l-moviment liberu tal-merkanzija fil-Komunità Ewropea, din ma tirregolax, bħala tali, l-eżerċitar, minn dan il-monopolju [il-bejgħ bl-imnut tal-alkoħol fl-Iżvezja], ta’ dan id-dritt ta’ esklużività għall-bejgħ bl-imnut tax-xarbiet alkoħoliċi fit-territorju Żvediż. Dik il-miżura, li għaldaqstant ma tirrigwardax l-eżerċitar minn dan il-monopolju tal-funzjoni speċifika tiegħu, ma tistax, għaldaqstant, titqies li hija relattiva għall-eżistenza stess ta’ dak il-monopolju” (338).

Din il-linja ta’ raġunament ġiet ripetuta f’ġurisprudenza iktar reċenti, bħal fil-Kawża ANETT, li tikkonċerna l-leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi projbizzjonijiet fuq il-bejjiegħa bl-imnut tat-tabakk milli jimportaw prodotti tat-tabakk minn Stati Membri oħra. L-ewwel nett, il-Qorti ddikjarat li l-Artikolu 37 tat-TFUE huwa applikabbli jekk il-leġiżlazzjoni inkwistjoni tirrigwarda l-operat ta’ monopolju ta’ natura kummerċjali u ġġib magħha restrizzjonijiet fuq il-kummerċ li jkunu inerenti għall-eżistenza ta’ tali monopolju. It-tieni, iddikjarat li r-regoli dwar l-eżistenza u l-operat ta’ monopolju jridu jiġu eżaminati fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 37 tat-TFUE, li huma applikabbli speċifikament għall-eżerċitar tad-drittijiet esklużivi tal-monopolju. Min-naħa tagħhom, id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni domestika, li huma separabbli mill-operat tal-monopolju għalkemm għandhom effett fuqu, iridu jiġu eżaminati fid-dawl tal-Artikolu 34 tat-TFUE (339).

Fil-Kawża ANETT, il-Qorti sostniet li minħabba li l-iskop speċifiku tal-monopolju inkwistjoni kien li jirriżerva d-dritt esklużiv tal-bejgħ tal-prodotti tat-tabakk fil-livell tal-bejgħ bl-imnut lil bejjiegħa bl-imnut awtorizzati, il-projbizzjoni affettwat il-moviment liberu tal-merkanzija u ma kinitx tirregola l-eżerċitar tad-dritt esklużiv relatat mal-monopolju. Tali projbizzjoni ġiet ikkunsidrata separabbli mill-operat tal-monopolju, minħabba li kienet relatata mhux mal-arranġamenti ta’ bejgħ għall-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti tat-tabakk, iżda mas-suq upstream ta’ tali prodotti. Bl-istess mod, il-projbizzjoni la kellha fil-mira n-network ta’ bejgħ tal-monopolju u lanqas il-kummerċjalizzazzjoni jew ir-reklamar tal-prodotti distribwiti minnu. Il-Qorti kkonkludiet li peress li l-miżura nazzjonali ma setgħetx titqies bħala regola b’rabta mal-eżistenza jew mal-operat tal-monopolju, l-Artikolu 37 tat-TFUE ma kienx rilevanti għall-iskopijiet li jiġi ddeterminat jekk tali projbizzjoni kinitx kompatibbli mad-dritt tal-UE (340).

Fil-Kawża Visnapuu, il-Qorti vvalutat jekk il-liċenzja tal-bejgħ bl-imnut meħtieġa għall-importazzjoni ta’ xorb alkoħoliku bl-għan tal-bejgħ bl-imnut tiegħu lil konsumaturi residenti fil-Finlandja tridx tiġi evalwata fid-dawl tal-Artikolu 34 tat-TFUE jew fid-dawl tal-Artikolu 37 tat-TFUE. Skont il-Gvern Finlandiż, is-sistema ta’ monopolju għandha tiġi vvalutata fid-dawl tal-Artikolu 37 tat-TFUE u l-iskema tal-għoti ta’ liċenzji fid-dawl tal-Artikolu 34 tat-TFUE. Il-Qorti qablet u ddikjarat li l-iskemi tal-għoti ta’ liċenzji ma jirregolawx l-operat tal-monopolju jew l-eżerċitar tad-drittijiet esklużivi tiegħu, peress li dawn jipprevedu li persuni debitament awtorizzati jistgħu jinvolvu ruħhom fil-bejgħ bl-imnut ta’ ċerti kategoriji ta’ xorb alkoħoliku. Għaldaqstant, dawk l-iskemi tal-għoti ta’ liċenzji huma separabbli mill-operat tal-monopolju u jridu jiġu eżaminati fid-dawl tal-Artikolu 34 tat-TFUE (341). F’konformità mal-Kawża Franzén, il-Qorti fakkret li l-Artikolu 37 tat-TFUE jirrikjedi li l-monopolju jkun organizzat b’tali mod li jeskludi kwalunkwe diskriminazzjoni bejn l-Istati Membri fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom tiġi akkwistata u kkummerċjalizzata l-merkanzija, sabiex il-kummerċ ta’ merkanzija minn Stati Membri oħra ma jitpoġġiex fi żvantaġġ u sabiex ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni bejn l-ekonomiji tal-Istati Membri (342).

Fid-dawl tal-ġurisprudenza, il-Qorti jidher li għażlet li tikkunsidra li l-Artikoli 34 u 37 tat-TFUE jeskludu lil xulxin. Fil-każ li l-miżura nazzjonali inkwistjoni ma tikkonċernax l-eżerċitar tal-iskop speċifiku tal-monopolju, din ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 37 tat-TFUE u trid tiġi vvalutata skont l-Artikoli 34 u 36 tat-TFUE.

Min-naħa l-oħra, jista’ jiġi argumentat ukoll li hemm xi sovrapożizzjoni bejn l-Artikolu 37 tat-TFUE u artikoli oħra tat-Trattat. Il-Qorti sostniet f’każijiet ta’ ksur rigward monopolji nazzjonali differenti tal-elettriku u tal-gass (343) li applikazzjoni konġunta tal-Artikoli 37 u 34 tat-TFUE tabilħaqq hija possibbli. Tali approċċ ikun ifisser li miżura relatata ma’ monopolju tal-Istat l-ewwel ikollha tiġi eżaminata skont l-Artikolu 37 tat-TFUE. Jekk il-miżura titqies diskriminatorja, l-eżami skont l-Artikoli 34 u 35 tat-TFUE ma jibqax meħtieġ iktar. Għall-kuntrarju, jekk jiġi konkluż li l-miżura mhijiex diskriminatorja skont l-Artikolu 37 tat-TFUE, ikun meħtieġ li tiġi eżaminata skont id-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-moviment liberu tal-merkanzija.

8.2.4.   L-Artikolu 107 tat-TFUE – L-għajnuniet mill-Istat

L-Artikolu 107 tat-TFUE (ex Artikolu 87 KE) jipprevedi li kwalunkwe għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat fi kwalunkwe forma li tfixkel jew li thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti prodotti, hija inkompatibbli mas-suq intern, jekk din taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri.

F’dan ir-rigward ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-Artikoli 34-36 tat-TFUE għandhom skop komuni, jiġifieri li jiżguraw il-moviment liberu tal-merkanzija bejn l-Istati Membri f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni (344). Madankollu, peress li l-punt fokali tagħhom huwa differenti, il-kwalifika ta’ miżura tal-Istat bħala għajnuna mill-Istat ma tipprekludix b’mod awtomatiku l-iskrutinju ta’ skema ta’ għajnuna fir-rigward ta’ regoli oħra tal-UE, bħall-Artikoli 34-36 tat-TFUE (345). Fil-kawża storika Il-Kummissjoni vs Franza (346), pereżempju, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE eżaminat il-legalità ta’ miżura li tat eżenzjonijiet mit-taxxa lill-pubblikaturi tal-gazzetti bil-kundizzjoni li d-dokumenti jkunu stampati fi Franza. Filwaqt li l-Kummissjoni argumentat li din kienet tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 34 tat-TFUE, il-Gvern Franċiż argumenta li l-miżura kellha tiġi kkunsidrata skont l-Artikolu 107 tat-TFUE, peress li d-dispożizzjonijiet tat-taxxa ma setgħux jiġu sseparati mill-iskema ta’ għajnuna ġenerali għall-industrija tal-gazzetti. Il-Qorti, filwaqt li nnutat li Franza ma kinitx innotifikat l-għajnuna f’konformità mal-Artikolu 108(3) tat-TFUE, ħarġet id-dikjarazzjoni ta’ prinċipju li ġejja “is-sempliċi fatt li miżura nazzjonali tista’ possibbilment tiġi ddefinita bħala għajnuna [...] mhuwiex raġuni adegwata għall-eżenzjoni tagħha” skont id-dispożizzjonijiet dwar il-moviment liberu tal-merkanzija (347). Barra minn hekk, fid-deċiżjoni preliminari ta’ PreussenElektra (348), il-Qorti kkonstatat li l-miżura nazzjonali relatata mal-provvista tal-elettriku reġjonali setgħet tkun kapaċi – minn tal-inqas potenzjalment – li xxekkel il-kummerċ intrakomunitarju. Madankollu, peress li l-miżura kellha l-għan li tipproteġi l-ambjent billi tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra, ma ġietx ikkunsidrata li tmur kontra l-moviment liberu tal-merkanzija.

Fl-istess ħin, is-sempliċi fatt li miżura ta’ għajnuna mill-Istat bħala tali taffettwa l-kummerċ intra-UE fih innifsu mhuwiex biżżejjed biex il-miżura tikkwalifika simultanjament bħala miżura b’effett ekwivalenti skont l-Artikolu 34 tat-TFUE. Minflok, il-Qorti tiddistingwi bejn aspetti li huma minsuġin mal-objettiv tal-għajnuna u aspetti li jistgħu jiġu sseparati minn kundizzjonijiet u minn azzjonijiet li, għalkemm jifformaw parti mill-iskema ta’ għajnuna, jistgħu jitqiesu li ma jkunux meħtieġa għall-ksib tal-iskop tal-għajnuna jew għall-funzjonament tajjeb tagħha (349). Dawn l-aspetti tal-aħħar biss huma koperti bl-Artikoli 34-36 tat-TFUE. Kif iddikjarat il-Qorti Ġenerali fil-Kawża Castelnou Energía, SL (350)“il-fatt li sistema ta’ għajnuniet ipprovduta mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat tista’, sempliċiment minħabba li hija ta’ benefiċċju għal ċerti impriżi jew prodotti nazzjonali, tfixkel, tal-inqas b’mod indirett, l-importazzjoni ta’ prodotti simili jew kompetituri li ġejjin minn Stati Membri oħra, mhuwiex fih innifsu biżżejjed biex iqiegħed għajnuna fl-istess livell bħal miżura b’effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva skont it-tifsira tal-Artikolu 34 tat-TFUE”.

Mill-ġurisprudenza huwa ċar ukoll li qorti nazzjonali għandha l-kompetenza li tivvaluta jekk skema ta’ għajnuna tikkonformax mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li għandhom effett dirett għajr dawk relatati mal-għajnuniet mill-Istat (eż. l-Artikoli 34 sa 36 tat-TFUE; l-Artikolu 63 tat-TFUE (351)), jekk id-dispożizzjonijiet ikunu jistgħu jiġu evalwati separatament u ma jkunux neċessarji għall-ksib tal-objettiv jew għall-funzjonament tal-iskema ta’ għajnuna biss. (352) Konsegwentement, l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE jipprekludu lil qorti nazzjonali milli twettaq evalwazzjoni ta’ miżura tal-Istat skont dispożizzjonijiet oħra b’effett dirett, sa fejn din tal-aħħar tkun marbuta mal-funzjonament u mal-għan tal-miżura inkwistjoni.

8.2.5.   L-Artikolu 110 tat-TFUE – Id-dispożizzjonijiet dwar it-taxxa

L-Artikolu 110 tat-TFUE (ex Artikolu 90 KE) jissupplimenta d-dispożizzjonijiet dwar it-tneħħija tad-dazji doganali u l-imposti b’effett ekwivalenti. L-għan tiegħu huwa li jiżgura l-moviment liberu tal-merkanzija bejn l-Istati Membri f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni billi jelimina kull forma ta’ protezzjoni li tista’ tirriżulta mill-applikazzjoni ta’ tassazzjoni interna li tiddiskrimina kontra prodotti minn Stati Membri oħra (353). Fir-rigward tal-Artikolu 34 tat-TFUE, l-Artikolu 110 huwa kkunsidrat bħala lex specialis, li jfisser li każijiet koperti bl-Artikolu 110 jeskludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 34 tat-TFUE. Dan kien il-każ fis-sentenza Kawala (354), fejn il-Qorti ddeċidiet li ħlas għar-reġistrazzjoni għal vetturi użati importati, li huwa ta’ natura fiskali, jaqa’ taħt l-Artikolu 110 tat-TFUE u li, għalhekk, l-Artikolu 34 tat-TFUE mhuwiex applikabbli. Madankollu, ta’ min ifakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita, l-Istati Membri jridu jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom fil-qasam tat-tassazzjoni diretta b’mod li jkun kompatibbli mad-dritt tal-UE u, b’mod partikolari, mal-libertajiet fundamentali ggarantiti bit-Trattat (355).

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 110 tat-TFUE jipprojbixxi lill-Istati Membri kollha milli jimponu fuq il-prodotti tal-Istati Membri l-oħra tassazzjoni interna ogħla minn dik imposta fuq prodotti domestiċi simili. Din id-dispożizzjoni tinkiser meta t-taxxa imposta fuq prodott importat u dik imposta fuq prodott domestiku simili jiġu kkalkolati b’mod differenti abbażi ta’ kriterji differenti li jwasslu, anke jekk f’ċerti każijiet biss, għal tassazzjoni ogħla imposta fuq il-prodott importat.

Il-Qorti ddefiniet prodotti simili bħala dawk li jkollhom karatteristiċi simili u li jissodisfaw l-istess ħtiġijiet mill-perspettiva tal-konsumaturi, filwaqt li t-test mhuwiex jekk humiex strettament identiċi iżda jekk l-użu tagħhom huwiex simili u komparabbli. Fil-Kawża Il-Kummissjoni vs Franza (356), il-Qorti kkunsidrat li s-sigaretti tat-tabakk skur u ċar jistgħu jitqiesu bħala prodotti simili.

Diffikultajiet prattiċi ma jistgħux jintużaw biex jiġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ tassazzjoni interna li tiddiskrimina kontra prodotti minn Stati Membri oħra (357).

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 110 tat-TFUE huwa intiż li jipprevjeni kwalunkwe forma ta’ protezzjoniżmu fiskali indirett li taffettwa prodotti minn Stati Membri oħra li, għalkemm mhux simili għall-merkanzija domestika, xorta waħda jikkompetu magħha f’ċertu każijiet. It-tassazzjoni ogħla ta’ prodotti minn Stati Membri oħra meta mqabbla ma’ merkanzija domestika kompetitriċi hija pprojbita meta tkun tali li jkollha l-effett, fuq is-suq inkwistjoni, li tnaqqas il-konsum potenzjali ta’ prodotti importati għall-vantaġġ ta’ prodotti domestiċi kompetituri. Fil-Kawża Il-Kummissjoni vs L-Iżvezja (358), il-Qorti kkunsidrat li l-inbejjed fil-kategorija intermedja (prinċipalment importati) kellhom numru suffiċjenti ta’ karatteristiċi komuni ma’ birer qawwijin (prinċipalment domestiċi) biex jitqiesu bħala li jinsabu f’kompetizzjoni ma’ birer qawwijin. Madankollu, il-Qorti kkunsidrat f’din il-Kawża li ma kien hemm l-ebda prova li d-differenza fit-trattament tat-taxxa ta’ dawk iż-żewġ prodotti setgħet tinfluwenza l-imġiba tal-konsumatur fis-settur ikkonċernat (l-ebda effett protettiv).

F’każijiet fejn imposta tiġi imposta fuq prodotti domestiċi u importati u d-dħul ikun maħsub biex jiffinanzja attivitajiet li jkunu ta’ benefiċċju biss għall-prodotti domestiċi, u b’hekk jikkumpensa parzjalment (359) il-piż tat-taxxa mġarrab minn din il-merkanzija tal-aħħar, tali imposta tikkostitwixxi tassazzjoni diskriminatorja pprojbita skont l-Artikolu 110 tat-TFUE (360).

8.2.6.   L-Artikolu 351 tat-TFUE

L-Artikolu 351 tat-TFUE (ex Artikolu 307 KE) jirreferi għad-drittijiet u għall-obbligi skont id-dritt internazzjonali li l-Istati Membri daħlu għalihom qabel l-1958, jew qabel id-data tal-adeżjoni tagħhom, ma’ pajjiż terz wieħed jew iktar. Ir-regola hija li dawn id-drittijiet u l-obbligi ma għandhomx jiġu affettwati mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:

Il-ftehim internazzjonali jrid jirrikjedi u mhux sempliċement jippermetti lill-Istat Membru jadotta miżura li hija inkompatibbli ma’ obbligu ta’ dak l-Istat Membru skont id-dritt tal-Unjoni. Fir-rigward tal-Artikolu 34 tat-TFUE, il-Qorti, fil-Kawża C-324/93 (361), immappjat il-limiti tal-possibbiltajiet tal-Istati Membri għall-adozzjoni ta’ miżuri li jmorru kontra l-obbligi tagħhom skont dak l-Artikolu. Il-problema kienet tikkonċerna r-rifjut tal-għoti ta’ liċenzja għall-importazzjoni ta’ diamorfina (droga narkotika soġġetta għall-Konvenzjoni Unika tal-1961 dwar id-Drogi Narkotiċi) fir-Renju Unit. Il-Qorti ddeċidiet li l-fatt li miżura “setgħet ġiet adottata skont ftehim internazzjonali li kien jeżisti qabel it-Trattat jew l-adeżjoni minn Stat Membru u li l-Istat Membru jżomm il-miżura skont l-Artikolu [351], minkejja l-fatt li tikkostitwixxi ostakolu, ma joħroġhiex mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu [34], billi l-Artikolu [351] japplika biss jekk il-ftehim ikun jimponi fuq Stat Membru obbligu li jkun inkompatibbli mat-Trattat”.

Il-konklużjoni hija li l-Istati Membri jridu jżommu lura milli jadottaw miżuri li jmorru kontra d-dritt tal-UE, b’mod partikolari r-regoli dwar il-moviment liberu tal-merkanzija, meta l-ftehimiet internazzjonali li jkunu firmatarji għalihom ma jkunux jeħtieġu li jadottaw tali miżuri.

Il-ftehim ma jikkontestax il-prinċipji li jiffurmaw parti mill-pedamenti stess tal-ordni legali tal-Unjoni.

9.   L-INFURZAR TAL-ARTIKOLI 34 U 35 TAT-TFUE

9.1.   Effett dirett – infurzar privat

Il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 34 tat-TFUE hija “obbligatorja u espliċita u l-implimentazzjoni tagħha ma teħtieġ l-ebda intervent sussegwenti mill-Istati Membri jew mill-istituzzjonijiet [tal-Unjoni]”. Għalhekk, l-Artikolu 34 tat-TFUE għandu “effett dirett u joħloq drittijiet individwali li l-qrati nazzjonali jridu jipproteġu” (362).

Iktar tard il-Qorti ddeċidiet li l-Artikolu 35 tat-TFUE għandu wkoll effett dirett u li d-dispożizzjonijiet tiegħu huma wkoll “direttament applikabbli” u “jikkonferixxu fuq l-individwi drittijiet li l-qrati tal-Istati Membri jridu jipproteġu” (363).

L-individwi jistgħu jinvokaw il-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija u d-dritt għalih billi jressqu kawża quddiem qorti nazzjonali. Din tal-aħħar tista’ tirrifjuta li tapplika kwalunkwe regola nazzjonali li hi tikkunsidra li tmur kontra l-Artikoli 34 u 35 tat-TFUE. Il-qrati nazzjonali jista’ jkollhom ukoll jevalwaw sa liema punt ostakolu għall-importazzjonijiet jew għall-esportazzjonijiet jista’ jkun ġustifikat f’termini ta’ rekwiżiti obbligatorji jew objettivi ta’ interess pubbliku elenkati fl-Artikolu 36 tat-TFUE.

9.2.   SOLVIT

SOLVIT huwa network (www.europa.eu/solvit) li għandu l-għan li jsolvi l-problemi kkawżati mill-applikazzjoni ħażina tad-dritt tas-suq intern mill-awtoritajiet pubbliċi (364). Għal dan l-iskop, l-Istati Membri kollha taż-ŻEE stabbilew iċ-ċentri SOLVIT tagħhom stess, li jikkomunikaw direttament permezz ta’ bażi tad-data online. Iċ-ċentri SOLVIT huma parti mill-amministrazzjoni nazzjonali u huma ddedikati biex jipprovdu soluzzjonijiet għall-problemi kemm għaċ-ċittadini kif ukoll għan-negozji fi żmien perjodu ta’ għaxar ġimgħat. Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-2001 (365) approvata mill-Kunsill tistabbilixxi r-regoli ta’ proċedura fil-qafas ta’ SOLVIT. Il-Kummissjoni Ewropea tissorvelja n-network u, jekk ikun meħtieġ, tgħin biex titħaffef ir-riżoluzzjoni tal-ilmenti. Fl-2018, SOLVIT ittratta iktar minn 2 000 każ b’rata ta’ riżoluzzjoni f’dik is-sena ta’ 90 %.

Barra minn hekk, iddaħħlet proċedura ġdida għas-soluzzjoni ta’ problemi b’rabta ma’ SOLVIT permezz tar-Regolament (UE) 2019/515 dwar ir-rikonoxximent reċiproku. L-Artikolu 8 tar-Regolament jistabbilixxi proċedura li tapplika għal każijiet fejn l-awtoritajiet nazzjonali jkunu ħarġu deċiżjoni amministrattiva. Huwa possibbli li ċ-ċentru SOLVIT involut f’din il-proċedura jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ deċiżjoni amministrattiva u li toħroġ opinjoni. Din il-proċedura tinvolvi skadenzi itwal mill-proċedura SOLVIT tas-soltu.

9.3.   Proċeduri ta’ ksur skont l-Artikoli 258 u 260 tat-TFUE

9.3.1.   Proċedura ta’ ksur

Fir-rwol tagħha ta’ “gwardjan tat-Trattat”, il-Kummissjoni tista’, filwaqt li taġixxi fuq ilment jew fuq inizjattiva tagħha stess, tibda proċeduri ta’ ksur kontra Stat Membru li jitqies li naqas milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu fir-rigward tad-dritt tal-UE.

L-Artikolu 258 tat-TFUE (ex Artikolu 226 KE) jipprevedi stadji formali tal-proċedura ta’ ksur. L-ewwel stadju huwa li tintbagħat Ittra ta’ Intimazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat, fejn jintalab jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu sa data speċifikata, normalment fi żmien xahrejn.

Fid-dawl tat-tweġiba jew tal-assenza tagħha, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tindirizza Opinjoni Motivata lill-Istat Membru. L-Opinjoni Motivata tistabbilixxi għaliex il-Kummissjoni tikkunsidra li seħħ ksur tad-dritt tal-UE, u tappella biex l-Istat Membru jikkonforma mad-dritt tal-UE sa data speċifikata, normalment fi żmien xahrejn. Jekk l-Istat Membru jonqos milli jikkonforma mad-dritt tal-UE, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tressaq il-każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE sabiex tikseb dikjarazzjoni li jkun inkiser id-dritt tal-UE.

L-Ittra ta’ Intimazzjoni u l-Opinjoni Motivata maħruġa mill-Kummissjoni jiddelimitaw is-suġġett tal-kawża, sabiex wara dan ma jkunx jista’ jiġi estiż. Konsegwentement, l-Opinjoni Motivata u l-proċeduri mressqa mill-Kummissjoni jridu jkunu bbażati fuq l-istess raġunijiet bħal dawk imsemmija fl-ittra ta’ intimazzjoni li tibda l-proċedura prekontenzjuża (366).

Fejn il-Qorti tikkonstata fid-deċiżjoni finali tagħha dwar il-kwistjoni li jkun inkiser id-dritt tal-UE, l-Istat Membru kkonċernat ikun meħtieġ jieħu l-miżuri neċessarji biex jikkonforma mas-sentenza. Jekk il-ksur jippersisti, il-Kummissjoni tista’ terġa’ tressaq il-każ quddiem il-Qorti u titlob l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet finanzjarji (ħlas ta’ somma f’daqqa u pagamenti ta’ penali ta’ kuljum). Il-proċedura għat-tieni tressiq quddiem il-Qorti hija stabbilita fl-Artikolu 260(2) tat-TFUE. Skont din il-proċedura u diment li l-Istat Membru ma jkunx ikkonforma mas-sentenza tal-Qorti, il-Kummissjoni (1) tibgħat ittra lill-Istat Membru dwar l-obbligu tiegħu li jikkonforma; (2) imbagħad tibgħat Ittra ta’ Intimazzjoni u finalment (3) tista’ tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti (it-tieni tressiq quddiem il-Qorti). Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkonstata li l-Istat Membru kkonċernat ma jkunx ikkonforma mal-ewwel sentenza tagħha, tista’ timponi sanzjonijiet finanzjarji. Dawn is-sanzjonijiet finanzjarji huma maħsuba biex ikollhom effett ta’ deterrent u biex iħeġġu lill-Istati Membri jikkonformaw mad-dritt tal-UE malajr kemm jista’ jkun (367).

9.3.2.   Ilmenti

Kull min iqis li miżura minn Stat Membru tmur kontra l-Artikoli 34-36 tat-TFUE jista’ jressaq ilment quddiem il-Kummissjoni Ewropea. Fil-fatt, proporzjon kbir mill-proċeduri ta’ ksur relatati mal-moviment liberu tal-merkanzija jinbdew mill-Kummissjoni wara li jkun sarilha lment. Komunikazzjonijiet suċċessivi tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet mal-ilmentatur rigward ksur tad-dritt tal-UE (368) jistabbilixxu r-regoli dwar l-immaniġġar tal-ilmenti.

L-ilmenti jitressqu bl-użu tal-formola standard għall-ilmenti. Il-formola għall-ilmenti hija disponibbli mill-Kummissjoni fuq talba jew online mis-sit web Europa (369). L-ilmenti jridu jitressqu online, jew bil-miktub b’ittra lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni fl-indirizz “1049 Brussell, Il-Belġju” jew għandhom jsiru f’wieħed mill-uffiċċji tal-Kummissjoni fl-Istati Membri. Il-formola standard għall-ilmenti tista’ titressaq online jew tintbagħat bil-posta bi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE.

Il-Kummissjoni tibgħat konferma inizjali lill-ilmentatur li rċeviet l-ilment fi żmien 15-il jum tax-xogħol. Fi żmien xahar minn din il-konferma, il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk l-ilment li tressaq għandux jiġi rreġistrat.

Filwaqt li l-ilmentatur mhuwiex parti formali għal kwalunkwe proċedura mibdija kontra Stat Membru, ta’ min jinnota li jgawdi minn xi drittijiet amministrattivi importanti:

Il-Kummissjoni ma tiżvelax l-identità tiegħu sakemm ma jkunx qabel b’mod espliċitu mal-iżvelar.

Il-Kummissjoni se taħdem biex tieħu deċiżjoni dwar is-sustanza (jew biex tiftaħ il-proċeduri ta’ ksur jew biex tagħlaq il-każ) fi żmien tnax-il xahar mir-reġistrazzjoni tal-ilment.

Il-Kummissjoni żżomm lill-ilmentatur informat dwar il-passi ewlenin fil-proċess. Dan jiġi nnotifikat bil-quddiem mis-servizz rilevanti tal-Kummissjoni jekk tkun qed tippjana li tagħlaq il-każ, u b’hekk ikun jista’ jirreaġixxi billi jipprovdi fatti jew elementi ġodda.

Jekk, wara investigazzjoni, il-Kummissjoni tqis li tabilħaqq jista’ jkun hemm ksur tad-dritt tal-UE, tista’ tiddeċiedi li tiftaħ proċeduri ta’ ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE.

Bħala gwardjan tat-Trattat, il-Kummissjoni hija viġilanti ħafna biex tiżgura l-konformità ġenerali mad-dritt tal-UE u biex timmonitorja l-osservanza tal-Istati Membri mar-regoli u mal-obbligi stabbiliti fit-Trattat jew fil-leġiżlazzjoni sekondarja. Madankollu, minħabba raġunijiet differenti, proċeduri legali bħal proċeduri ta’ ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE mhux dejjem jistgħu jipprovdu l-aħjar mezzi disponibbli biex tiġi indirizzata kwistjoni partikolari. Għalhekk huwa importanti li jiġi enfasizzat li l-Kummissjoni, anke jekk hija impenjata għalkollox fir-rwol tagħha ta’ superviżjoni tal-osservanza tad-dritt tal-UE mill-Istati Membri, tgawdi minn marġni wiesa’ ta’ diskrezzjoni dwar jekk tiftaħx proċeduri ta’ ksur jew le (370).

10.   L-ISTRUMENTI RELATATI TAD-DRITT SEKONDARJU

10.1.   Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Settembru 2015 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u tar-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (371)

Id-Direttiva (UE) 2015/1535 tobbliga lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-kontropartijiet tagħhom dwar kwalunkwe abbozz ta’ regolamenti tekniċi relatati mal-merkanzija jew mas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni qabel ma jiġu adottati. Il-pajjiżi taż-ŻEE, l-Iżvizzera u t-Turkija jinnotifikaw ukoll ir-regolamenti tekniċi tagħhom skont is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar ir-Regolamentazzjoni Teknika (TRIS).

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri joperaw permezz ta’ sistema ta’ kontroll preventiv. Matul il-perjodi ta’ sospensjoni, l-Istati Membri jridu jżommu lura milli jadottaw l-abbozzi ta’ regolamenti nnotifikati tagħhom għal minn tal-inqas tliet xhur waqt li jkunu qed jiġu eżaminati. Matul dan il-perjodu, tista’ ssir diskussjoni bilaterali mal-awtoritajiet tal-Istati Membri. Jekk jinstab li l-abbozz ta’ regolament jikser id-dritt tas-suq intern tal-UE, il-perjodu ta’ sospensjoni jista’ jiġi estiż sa sitt xhur. Estensjoni sa 18-il xahar tista’ tiġi imposta wkoll permezz ta’ deċiżjoni ta’ mblukkar jekk il-Kunsill jadotta pożizzjoni dwar l-istess kwistjoni koperta mill-abbozz ta’ regolament innotifikat (372).

Għalhekk, il-proċedura telimina kwalunkwe ostakolu għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern saħansitra qabel ma jfeġġ, u b’hekk tiġi evitata azzjoni retroattiva, li dejjem hija iktar ta’ piż.

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara s-sentenzi CIA Security u Unilever (373)), kwalunkwe regolament tekniku li ma kienx ġie nnotifikat fl-istadju tal-abbozz jew li kien ġie adottat matul il-perjodu ta’ sospensjoni obbligatorju ma jistax jiġi applikat u għalhekk infurzat mit-tribunali nazzjonali kontra individwi. Dan ġie sussegwentement ikkonfermat mill-Qorti (374).

10.2.   Ir-Regolament (UE) 2019/515 – Ir-Regolament dwar ir-“Rikonoxximent Reċiproku”

Fl-2008, il-leġiżlatur tal-UE adotta r-Regolament (KE) Nru 764/2008 li jistabbilixxi l-proċeduri relatati mal-applikazzjoni ta’ ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor. L-objettiv ewlieni ta’ dan ir-Regolament kien li jiddefinixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-awtoritajiet nazzjonali u tan-negozji meta dawn tal-ewwel ikollhom l-intenzjoni li jirrifjutaw l-aċċess għas-suq ta’ prodott ikkummerċjalizzat legalment fi Stat Membru ieħor. Ir-Regolament poġġa l-oneru tal-provi fuq l-awtoritajiet nazzjonali li jkollhom l-intenzjoni li jiċħdu l-aċċess għas-suq, u jeħtieġ li jindikaw ir-raġuni teknika jew xjentifika għall-intenzjoni tagħhom li jiċħdu l-aċċess tal-prodott għas-suq nazzjonali. L-operatur ekonomiku ngħata l-opportunità li jiddefendi l-każ tiegħu u jippreżenta argumenti sodi lill-awtoritajiet kompetenti.

Ir-Regolament stabbilixxa wkoll “Punti ta’ Kuntatt tal-Prodott” f’kull Stat Membru, li jipprovdu informazzjoni dwar ir-regoli tekniċi dwar il-prodotti u l-implimentazzjoni tal-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku għall-intrapriżi u għall-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra.

Mid-19 ta’ April 2020, ir-Regolament (UE) 2019/515 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta’ merkanzija kkummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor ħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008.

Ir-Regolament (UE) 2019/515 għandu l-għan li jtejjeb iċ-ċertezza tad-dritt għan-negozji u għall-awtoritajiet nazzjonali. Jintroduċi d-dikjarazzjoni tar-rikonoxximent reċiproku (awtodikjarazzjoni) biex l-operaturi ekonomiċi juru li l-merkanzija kienet ikkummerċjalizzata legalment fi Stat Membru ieħor, jistabbilixxi proċedura ġdida għas-soluzzjoni ta’ problemi li tibni fuq SOLVIT, jipprevedi kooperazzjoni amministrattiva iktar mill-qrib u għodda tal-IT komuni biex jittejbu l-komunikazzjoni, il-kooperazzjoni u l-fiduċja fost l-awtoritajiet nazzjonali.

Dokument ta’ gwida separat jispjega f’iktar dettall ir-Regolament (UE) 2019/515.

10.3.   Ir-Regolament (KE) Nru 2679/98 – Ir-Regolament “dwar il-frawli”

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 dwar il-ħidma tas-suq intern b’relazzjoni mal-moviment liberu tal-oġġetti fost l-Istati Membri (375) jipprevedi proċeduri speċjali biex jiġu indirizzati l-ostakoli serji għall-moviment liberu tal-merkanzija fost l-Istati Membri li jikkawżaw telf kbir għall-individwi affettwati u li jeħtieġu azzjoni immedjata. Dawk l-ostakoli jistgħu, pereżempju, ikunu r-riżultat ta’ passività tal-awtoritajiet nazzjonali quddiem azzjoni vjolenti minn individwi jew imblokkar mhux vjolenti tal-fruntieri, jew azzjoni minn Stat Membru, bħal bojkott istituzzjonalizzat ta’ prodotti importati.

Ir-Regolament jipprevedi proċedura ta’ allert u skambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni. Ifakkar ukoll lill-Istati Membri fl-obbligu tagħhom li jadottaw miżuri neċessarji u proporzjonati biex jiżguraw il-moviment liberu tal-merkanzija u biex jinformaw lill-Kummissjoni dwar dan, u jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex tibgħat notifika lill-Istat Membru kkonċernat li fiha titlob li dawk il-miżuri jiġu adottati fi skadenza stretta ħafna (376).


(1)  COM(2020) 94, 10.3.2020.

(2)  Gwida dwar l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jirregolaw il-moviment liberu tal-merkanzija (2010).

(3)  http://eur-lex.europa.eu/mt/index.htm.

(4)  http://curia.europa.eu/juris/recherche.jsf?language=mt. Ta’ min jinnota li l-gwida tuża n-numerazzjoni tat-TFUE anke meta tirreferi għal sentenzi tal-Qorti mogħtija skont it-Trattat tal-KE.

(5)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Is-Suq Uniku f’dinja li qiegħda tinbidel – Assi uniku li jeħtieġ impenn politiku mġedded (COM(2018) 772 final).

(6)  Ara, pereżempju, il-Kawża C-573/12 Ålands Vindkraft [2014] EU:C:2014:2037, il-punt 57 u l-Kawża C-242/17 L.E.G.O [2018] ECLI:EU:C:2018:804, il-punt 52.

(7)  Il-Kawża C-445/06 Danske Slagterier vs Bundesrepublik Deutschland [2009] ECLI:EU:C:2009:178, il-punt 26.

(8)  Il-Kawża C-309/02 Radlberger Spitz [2004] ECLI:EU:C:2004:799, il-punt 53.

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2006 dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1).

(10)  Il-Kawża C-292/12 Ragn-Sells [2013] ECLI:EU:C:2013:820, il-punti 49-50.

(11)  Il-Kawża 7/68 Il-Kummissjoni vs L-Italja [1968] ECLI:EU:C:1968:51.

(12)  Il-Kawża 7/68 Il-Kummissjoni vs L-Italja [1968] ECLI:EU:C:1968:51; il-Kawża 7/78 R. vs Thompson, Johnson u Woodiwiss [1978] ECLI:EU:C:1978:209.

(13)  Il-Kawża C-358/93 Bordessa [1995] ECLI:EU:C:1995:54.

(14)  Il-Kawża C-318/07 Persche, [2009] ECLI:EU:C:2009:33, il-punt 29.

(15)  Il-Kawża C-2/90, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju [1982] ECLI:EU:C:1992:310, il-punti 23-28.

(16)  Il-Kawża C-393/92 Il-Muniċipalità ta’ Almelo u oħrajn vs NV Energiebedrijf Ijsselmij [1994] ECLI:EU:C:1994:171.

(17)  Il-Kawża C-159/94 Il-Kummissjoni vs Franza [1997] ECLI:EU:C:1997:501.

(18)  Il-Kawża C-421/09 Humanplasma GmbH vs Ir-Repubblika tal-Awstrija [2010] ECLI:EU:C:2010:760, il-punti 27-30, kif ikkonfermat fil-Kawża C-296/15 Medisanus [2017] ECLI:EU:C:2017:431, il-punt 53.

(19)  Ara t-Taqsima 7.1.2 għal informazzjoni addizzjonali dwar ir-rabta bejn l-Artikoli 34-36 u 56 tat-TFUE.

(20)  Il-Kawża C-97/98 Peter Jägerskiöld vs Torolf Gustafsson [1999] ECLI:EU:C:1999:515.

(21)  Il-Kawża C-591/17 L-Awstrija vs Il-Ġermanja [2019] ECLI:EU:C:2019:504, il-punti 39-40.

(22)  Il-Kawża C-1/90 Aragonesa de Publicidad vs Departamento de sanidad [1991] ECLI:EU:C:1991:327.

(23)  Il-Kawża 434/85 Allen & Hanburys [1988] ECLI:EU:C:1988:109, il-punt 25; il-Kawża C-227/06 Il-Kummissjoni vs Il-Belġju ECLI:EU:C:2008:160, il-punt 37.

(24)  Ara l-Kawżi Magħquda 266/87 u 267/87 R vs Royal Pharmaceutical Society of Great Britain [1989] ECLI:EU:C:1989:205; il-Kawża C-292/92 Hünermund [1993] ECLI:EU:C:1993:932.

(25)  Ara l-Kawża 249/81 Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (Buy Irish) [1982] ECLI:EU:C:1982:402; il-Kawża 222/82 Apple and Pear Development Council [1983] ECLI:EU:C:1983:370; il-Kawża C-325/00 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [2002] ECLI:EU:C:2002:633; il-Kawża C-227/06 Il-Kummissjoni vs Il-Belġju [2008] ECLI:EU:C:2008:160.

(26)  Il-Kawża C-171/11 Fra.bo Spa vs Deutsche Vereinigung des Gas und Wasserfaches eV (DVGW) — Technisch Wissenschaftlicher Verein [2012] ECLI:EU:C:2012:453, il-punti 31-32.

(27)  Il-Kawża C-470/03 AGM-Cosmet SRl [2007] ECLI:EU:C:2007:213.

(28)  Il-Kawża C-265/95 Il-Kummissjoni vs Franza [1997] ECLI:EU:C:1997:595.

(29)  Il-Kawżi Magħquda C-154/04 u C-155/04 Alliance for Natural Health [2004] ECLI:EU:C:2004:848, il-punti 47 u 52.

(30)  Il-Kawża 249/81 Il-Kummissjoni vs L-Irlanda (Buy Irish) [1982] ECLI:EU:C:1982:402; il-Kawża C-227/06 Il-Kummissjoni vs Il-Belġju [2008] ECLI:EU:C:2008:160.

(31)  Il-Kawża 21/84 Il-Kummissjoni vs Franza [1985] ECLI:EU:C:1985:184; il-Kawża C-387/99 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [2004] ECLI:EU:C:2004:235, il-punt 42; il-Kawża C-88/07 Il-Kummissjoni vs Spanja [2009] ECLI:EU:C:2009:123; il-Kawża C-192/01 Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka [2003] ECLI:EU:C:2003:492, il-punt 40.

(32)  Il-Kawża 21/84 Il-Kummissjoni vs Franza [1985] ECLI:EU:C:1985:184, il-punti 11-15.

(33)  Il-Kawża C-88/07 Il-Kummissjoni vs Spanja [2009] ECLI:EU:C:2009:123, il-punti 54-66, 116.

(34)  Il-Kawża C-387/99 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [2004] ECLI:EU:C:2004:235, il-punt 83.

(35)  Il-Kawża C-192/01 Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka [2003] ECLI:EU:C:2003:492, il-punt 40.

(36)  Il-Kawża C-265/95 Il-Kummissjoni vs Franza [1997] ECLI:EU:C:1997:595, il-punt 31; ara wkoll il-Kawża C-112/00 Schmidberger [2003] ECLI:EU:C:2003:333, il-punt 60, speċjalment dwar il-ġustifikazzjonijiet possibbli (il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-għaqda).

(37)  Il-Kawża C-309/02 Radlberger Spitz [2004] ECLI:EU:C:2004:799, il-punt 80.

(38)  Ara l-Artikolu 355 tat-TFUE.

(39)  ĠU L 35, 13.2.1996, p. 1.

(40)  Il-Kawża 8/74 Dassonville [1974] ECLI:EU:C:1974:82, il-punt 5.

(41)  Il-Kawża 78/70 Deutsche Grammophon vs Metro [1971] ECLI:EU:C:1971:59.

(42)  Il-Kawża 229/83 Leclerc vs Au Ble Vert [1985] ECLI:EU:C:1985:1.

(43)  Il-Kawża C-30/01 Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit [2003] ECLI:EU:C:2003:489, il-punti 49-54.

(44)  Il-Kawża 177/82 Van de Haar [1984] ECLI:EU:C:1984:144; il-Kawża 269/83 Il-Kummissjoni vs Franza [1985] ECLI:EU:C:1985:115; il-Kawża 103/84 Il-Kummissjoni vs L-Italja [1986] ECLI:EU:C:1986:229.

(45)  Il-Kawża C-67/97 Ditlev Blühme [1998] ECLI:EU:C:1998:584.

(46)  Il-Kawża C-379/92 Peralta [1994] ECLI:EU:C:1994:296; il-Kawża C-44/98 BASF [1999] ECLI:EU:C:1999:440. Ara wkoll C-20/03 Burmanjer [2005] ECLI:EU:C:2005:307.

(47)  Il-Kawża C-297/05 Il-Kummissjoni vs In-Netherlands [2007] ECLI:EU:C:2007:531, il-punt 63.

(48)  Il-Kawża 2/73 Riseria Luigi Geddo vs Ente Nationale Risi [1973] ECLI:EU:C:1973:89.

(49)  Il-Kawża 13/68 Salgoil SpA vs Il-Ministeru Taljan tal-Kummerċ Barrani [1968] ECLI:EU:C:1968:54.

(50)  il-Kawża 8/74 Dassonville [1974] ECLI:EU:C:1974:82. Bħala sfond storiku, ara wkoll id-Direttiva tal-Kummissjoni 70/50/KEE tat-22 ta’ Diċembru 1969 ibbażata fuq id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 33(7), dwar it-tneħħija ta’ miżuri b’effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni u li mhumiex koperti minn dispożizzjonijiet oħra adottati skont it-Trattat tal-KEE (ĠU L 13, 19.1.1970, p. 29).

(51)  Il-Kawża 8/74 Dassonville [1974] ECLI:EU:C:1974:82, il-punt 5.

(52)  Il-Kawża 120/78 Rewe Zentrale vs Bundesmonopolverwaltung für Branntwein [1979] ECLI:EU:C:1979:42.

(53)  Eżempji ta’ miżuri b’effett ekwivalenti jinkludu rekwiżiti ta’ kompożizzjoni jew kwalunkwe rekwiżit ieħor tal-prodott, li jillimitaw il-mezzi ta’ distribuzzjoni u li jagħtu preferenza lill-merkanzija domestika.

(54)  Ara, inter alia, il-Kawża C-110/05 Il-Kummissjoni vs L-Italja [2009], ECLI:EU:C:2009:66, il-punt 37, il-Kawża C-456/10 ANETT [2012], ECLI:EU:C:2012:241 u l-Kawża C-148/15 Deutsche Parkinson Vereinigung, [2016], ECLI:EU:C:2016:776.

(55)  Il-Kawża C-428/12 Il-Kummissjoni vs Spanja [2014], ECLI:EU:C:2014:218, il-punt 29.

(56)  Il-Kawża C-110/05 Il-Kummissjoni vs L-Italja [2009], ECLI:EU:C:2009:66, il-punt 56.

(57)  Il-Kawża C-591/17 L-Awstrija vs Il-Ġermanja [2019] ECLI:EU:C:2019:504, il-punti 125-134.

(58)  Il-Kawża C-573/12 Ålands Vindkraft [2014] ECLI:EU:C:2014:2037, il-punti 67-75, 82 u 119. Madankollu, il-Qorti kkunsidrat li l-miżura inkwistjoni kienet ġustifikata abbażi tal-objettiv tal-promozzjoni tal-użu ta’ sorsi ta’ enerġija rinnovabbli għall-produzzjoni tal-elettriku

(59)  Il-Kawża C-265/06 Il-Kummissjoni vs Il-Portugall [2008] ECLI:EU:C:2008:210.

(60)  Ibid, il-punt 15.

(61)  Ibid, il-punt 33.

(62)  Il-Kawża C-110/05 Il-Kummissjoni vs L-Italja [2009] ECLI:EU:C:2009:66.

(63)  Il-Kawża C-110/05 Il-Kummissjoni vs L-Italja [2009] ECLI:EU:C:2009:66, il-punt 57.

(64)  Il-Kawża C-142/05 Mickelsson u Roos [2009] ECLI:EU:C:2009:336.

(65)  Il-Kawża C-142/05 Mickelsson u Roos [2009] ECLI:EU:C:2009:336, il-punt 28.

(66)  Il-Kawża C-142/05 Mickelsson u Roos [2009] ECLI:EU:C:2009:336, il-punti 39-40. F’dan ir-rigward, ara wkoll il-Kawża C-433/05 Sandström [2010] ECLI:EU:C:2010:184.

(67)  Il-Kawża C-433/05 Sandström [2010] ECLI:EU:C:2010:184, il-punt 40. Din il-Kawża hija wkoll eżempju ta’ approċċ orjentat lejn il-proċess rigward il-proporzjonalità, mibni fuq il-valutazzjoni tal-Qorti fil-Kawża Mickelsson.

(68)  Il-Kawżi Magħquda C-267/91 u C-268/91 Keck u Mithouard [1993] ECLI:EU:C:1993:905.

(69)  Il-Kawżi Magħquda C-267/91 u C-268/91 Keck u Mithouard [1993] ECLI:EU:C:1993:905, il-punt 16.

(70)  Il-Kawża C-591/17, Ir-Repubblika tal-Awstrija [2019] ECLI:EU:C:2019:504, il-punt 129.

(71)  Ara l-Kawża C-412/93 Leclerc-Siplec [1995] ECLI:EU:C:1995:26, il-punt 22 u l-Kawża C-6/98 ARD [1999] ECLI:EU:C:1999:532, il-punt 46.

(72)  Ara, pereżempju, il-Kawżi C-401/92 u C-402/92 Tankstation ’t Heukske u Boermans [1994] ECLI:EU:C:1994:220, il-punt 14 u l-Kawżi Magħquda C-69/93 u C-258/93 Punto Casa [1994] ECLI:EU:C:1994:226.

(73)  Ara l-Kawża C-391/92 Il-Kummissjoni vs Il-Greċja [1995] ECLI:EU:C:1995:199, il-punt 15.

(74)  Ara l-Kawża C-63/94 Belgapom [1995] ECLI:EU:C:1995:270 u l-Kawża C-221/15 Etablissements Fr. Colruyt NV [2016] ECLI:EU:C:2016:704, il-punt 37.

(75)  Il-Kawżi Magħquda C-158/04 u C-159/04 Alfa Vita [2006] ECLI:EU:C:2006:562.

(76)  Ibid, il-punti 18-19.

(77)  Il-Kawża C-159/00 Sapod Audic u Eco-Emballages [2002] ECLI:EU:C:2002:343.

(78)  Ibid, il-punt 71. Kieku kellha tiġi interpretata bħala li timponi obbligu li tiġi applikata marka jew tikketta, allura l-miżura tkun tikkostitwixxi regolament tekniku skont it-tifsira tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ġunju 1998 li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU L 204, 21.7.1998, p. 37). F’każ bħal dan, l-individwu jista’ jinvoka n-nuqqas ta’ notifika ta’ dik id-dispożizzjoni nazzjonali. Imbagħad tkun il-qorti nazzjonali li trid tirrifjuta milli tapplika dik id-dispożizzjoni.

(79)  Il-Kawża C-159/00 Sapod Audic u Eco-Emballages [2002] ECLI:EU:C:2002:343, il-punt 72.

(80)  Ara l-Kawża C-71/02 Karner [2004] ECLI:EU:C:2004:181 (projbizzjoni ta’ referenza li tindika li l-merkanzija ġejja minn patrimonju insolventi); il-Kawża C-441/04 A-Punkt [2006] ECLI:EU:C:2006:141 (sitwazzjoni fl-għatba tal-bieb) u wkoll raġunament simili fil-Kawża C-20/03 Burmanjer [2005] ECLI:EU:C:2005:307.

(81)  Il-Kawża 120/78 Rewe Zentrale vs Bundesmonopolverwaltung für Branntwein [1979] ECLI:EU:C:1979:42. Filwaqt li fil-bidu, il-prinċipju ma ssemmiex espressament fil-ġurisprudenza tal-Qorti, issa huwa rikonoxxut kompletament (ara pereżempju l-Kawża C-110/05 Il-Kummissjoni vs L-Italja [2009] ECLI:EU:C:2009:66, il-punt 34, u l-Kawża C-385/10 Elenca [2012] ECLI:EU:C:2012:634, il-punt 23).

(82)  Il-Kawża C-111/89 Staat der Nederlanden vs P. Bakker Hillegom BV [1990] ECLI:EU:C:1990:177, il-punt 8.

(83)  Il-Kawża C-525/14 Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka [2016] ECLI:EU:C:2016:714, il-punt 35.

(84)  Il-Kawża C-525/14 Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka [2016] ECLI:EU:C:2016:714, il-punt 39.

(85)  Ir-Regolament (UE) 2019/515 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Marzu 2019 dwar ir-rikonoxximent reċiproku ta' merkanzija kummerċjalizzati legalment fi Stat Membru ieħor u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 (ĠU L 91, 29.3.2019, p. 1).

(86)  Ir-Regolament (KE) Nru 764/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi l-proċeduri relatati ma’ l-applikazzjoni ta' ċerti regoli tekniċi nazzjonali għal prodotti legalment kummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 3052/95/KE (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 21). Għad-dettalji ara l-punt 8.3 ta’ din il-gwida.

(87)  Il-Kawżi Magħquda 51-54/71 International Fruit Company vs Produktschap voor Groenten en Fruit [1971] ECLI:EU:C:1971:128; il-Kawża C-54/05 Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja [2007] ECLI:EU:C:2007:168, il-punt 31.

(88)  Il-Kawża 4/75 Rewe Zentralfinanz vs Landwirtschaftskammer [1975] ECLI:EU:C:1975:98.

(89)  Il-Kawża C-272/95 Dt. Milchkontor II [1997] ECLI:EU:C:1997:191.

(90)  Il-Kawża C-28/09 Il-Kummissjoni vs L-Awstrija [2011] ECLI:EU:C:2011:854, il-punt 119.

(91)  Il-Kawża 155/82 Il-Kummissjoni vs Il-Belġju [1983] ECLI:EU:C:1983:53, il-punt 7.

(92)  Ibid, il-punt 12. Ara wkoll il-Kawża C-12/02 Grilli [2003] ECLI:EU:C:2003:538, il-punti 48 u 49; il-Kawża C-193/94 Skanavi u Chryssanthakopoulos [1996] ECLI:EU:C:1996:70, il-punti 36 sa 38.

(93)  Il-Kawża 155/82 Il-Kummissjoni vs Il-Belġju [1983] ECLI:EU:C:1983:53, il-punt 15.

(94)  Il-Kawża 13/78 Eggers vs Freie Hansestadt Bremen [1978] ECLI:EU:C:1978:182.

(95)  Il-Kawża 174/82 Officier van Justitie vs Sandoz [1983] ECLI:EU:C:1983:213; il-Kawża C-24/00 Il-Kummissjoni vs Franza [2004] ECLI:EU:C:2004:70; il-Kawża C-420/01 Il-Kummissjoni vs L-Italja [2003] ECLI:EU:C:2003:363; il-Kawża C-192/01 Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka [2003] ECLI:EU:C:2003:492; il-Kawża C-41/02 Il-Kummissjoni vs In-Netherlands [2004] ECLI:EU:C:2004:762; il-Kawża C-319/05 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [2007] ECLI:EU:C:2007:678.

(96)  Il-Kawża C-473/98 Kemikalieinspektionen vs Toolex-Alpha AB [2000] ECLI:EU:C:2000:379.

(97)  Il-Kawża C-421/09 Humanplasma GmbH vs Ir-Repubblika tal-Awstrija [2010] ECLI:EU:C:2010:760, il-punt 45.

(98)  Il-Kawża C-270/02 Il-Kummissjoni vs L-Italja [2004] ECLI:EU:C:2004:78.

(99)  Il-Kawża C-421/09 Humanplasma GmbH vs Ir-Repubblika tal-Awstrija [2010] ECLI:EU:C:2010:760, il-punt 45.

(100)  Il-Kawża 104/75 De Peijper [1976] ECLI:EU:C:1976:67.

(101)  Il-Kawża C-24/00 Il-Kummissjoni vs Franza [2004] ECLI:EU:C:2004:70, il-punt 75.

(102)  Il-Kawża C-192/01 Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka [2003] ECLI:EU:C:2003:492.

(103)  Il-Kawża C-192/01 Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka [2003] ECLI:EU:C:2003:492, il-punt 46.

(104)  Ibid, il-punt 56.

(105)  Il-Kawża C-473/98 Kemikalieinspektionen vs Toolex-Alpha AB [2000] ECLI:EU:C:2000:379; il-Kawża C-24/00 Il-Kummissjoni vs Franza [2004] ECLI:EU:C:2004:70.

(106)  Ara wkoll il-punt 7.1.2.

(107)  Il-Kawża C-344/90 Il-Kummissjoni vs Franza [1992] ECLI:EU:C:1992:328.

(108)  Il-Kawża 231/83 Cullet [1985] ECLI:EU:C:1985:29; il-Kawża 82/77 Van Tiggele [1978] ECLI:EU:C:1978:10.

(109)  ĠU L 176, 5.7.2011, p. 24.

(110)  Il-Kawża C-221/15 Colruyt [2016] ECLI:EU:C:2016:704, il-punt 41.

(111)  Il-Kawża C-333/14 Scottish Whiskey Association u Oħrajn vs The Lord Advocate u The Advocate General of Scotland [2015] ECLI:EU:C:2015:845, il-punt 50.

(112)  Il-Kawża 65/75 Tasca [1976] ECLI:EU:C:1976:30; il-Kawża 88-90/75 SADAM [1976] ECLI:EU:C:1976:32; il-Kawża 181/82 Roussel [1983] ECLI:EU:C:1983:352; il-Kawża 13/77 GB-INNO vs ATAB [1977] ECLI:EU:C:1977:185.

(113)  Il-Kawża 16-20/79 Danis [1979] ECLI:EU:C:1979:248.

(114)  Il-Kawża 116/84 Roelstrate [1985] ECLI:EU:C:1985:237; il-Kawża 188/86 Lefevre [1987] ECLI:EU:C:1987:327.

(115)  Għal iktar informazzjoni dwar l-arranġamenti ta’ bejgħ ara t-Taqsima 3.4.2.2.

(116)  Il-Kawża C-63/94 Belgapom vs ITM u Vocarex [1995] ECLI:EU:C:1995:270.

(117)  Il-Kawża C-531/07 Fachverband der Buch- und Medienwirtschaft vs LIBRO [2009] ECLI:EU:C:2009:276.

(118)  Il-Kawża C-148/15 Deutsche Parkinson Vereinigung [2016] ECLI:EU:C:2016:394, il-punti 23-27.

(119)  Il-Kawża C-322/01 DocMorris [2003] ECLI:EU:C:2003:664, il-punt 6

(120)  Il-Kawża C-333/14 Scottish Whiskey Association [2015] ECLI:EU:C:2015:845, il-punt 32. (enfasi miżjuda)

(121)  Ara pereżempju l-Kawża C-254/05 Il-Kummissjoni vs Il-Belġju [2007] ECLI:EU:C:2007:319; il-Kawża C-432/03 Il-Kummissjoni vs Il-Portugall [2005] ECLI:EU:C:2005:669, il-punt 41; il-Kawża C-249/07 Il-Kummissjoni vs In-Netherlands [2008] ECLI:EU:C:2008:683, il-punt 26.

(122)  Il-Kawża C-390/99 Canal Satélite Digital [2002] ECLI:EU:C:2002:34; il-Kawża C-333/08 Il-Kummissjoni vs Franza [2010] ECLI:EU:C:2010:44; il-Kawża C-423/13 Vilniaus Energija [2014] ECLI:EU:C:2014:2186.

(123)  Il-Kawża C-423/13 Vilniaus Energija [2014] ECLI:EU:C:2014:2186, il-punt 55.

(124)  Il-Kawża 21/84 Il-Kummissjoni vs Franza [1985] ECLI:EU:C:1985:184.

(125)  Il-Kawża C-455/01 Il-Kummissjoni vs L-Italja [2003] ECLI:EU:C:2003:551.

(126)  Il-Kawża C-432/03 Il-Kummissjoni vs Il-Portugall [2005] ECLI:EU:C:2005:514.

(127)  Il-Kawża C-61/12 Il-Kummissjoni vs Il-Litwanja [2014], ECLI:EU:C:2014:172, il-punti 57 u 69. Ara wkoll il-Kawża C-639/11 Il-Kummissjoni vs Il-Polonja [2014] ECLI:EU:C:2014:173.

(128)  Ara pereżempju l-Avukat Ġenerali Jacobs fil-Kawża C-412/93 Leclerc-Siplec [1995] ECLI:EU:C:1995:26 u l-Avukat Ġenerali Geelhoed fil-Kawża C-239/02 Douwe Egberts [2004] ECLI:EU:C:2004:445.

(129)  Ara pereżempju l-Kawżi Magħquda C-34/95 u C-36/95 De Agostini [1997] ECLI:EU:C:1997:344.

(130)  Il-Kawża 286/81 Oosthoek [1982] ECLI:EU:C:1982:438, il-punt 15. Ara wkoll il-Kawżi ta’ qabel Keck: il-Kawża 362/88 GB-INNO [1990] ECLI:EU:C:1990:102 u l-Kawża C-1/90 Aragonesa [1991] ECLI:EU:C:1991:327.

(131)  Il-Kawża C-470/93 Mars [1995] ECLI:EU:C:1995:224, il-punt 13 (il-miżura tirrikjedi kostijiet addizzjonali għall-imballaġġ u għar-reklamar). Ara wkoll il-Kawża C-368/95 Familiapress [1997] ECLI:EU:C:1997:325, il-punt 11.

(132)  Ara l-Kawża C-292/92 Hünermund [1993] ECLI:EU:C:1993:932 (projbizzjoni fuq ir-reklamar ta’ prodotti “parafarmaċewtiċi” barra mill-ispiżeriji) u l-Kawża C-412/93 Leclerc-Siplec [1995] ECLI:EU:C:1995:26 (restrizzjoni tar-reklamar fuq it-televiżjoni); Ara l-Kawżi Magħquda C-34/95 u C-36/95 De Agostini [1997] ECLI:EU:C:1997:344; il-Kawża C-405/98 Gourmet [2001] ECLI:EU:C:2001:135.

(133)  Il-Kawża C-239/02 Douwe Egberts [2004] ECLI:EU:C:2004:445, il-punt 53.

(134)  Fir-rigward tad-diskriminazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi domestiċi u l-operaturi ekonomiċi ta’ Stati Membri oħra, ara l-Kawża C-322/01 DocMorris [2003] ECLI:EU:C:2003:664, il-punt 74, u l-Kawża C-254/98 Heimdienst [2000] ECLI:EU:C:2000:12, il-punt 26. Ara wkoll il-Kawżi 87/85 u 88/85 Legia u Gyselinx [1986] ECLI:EU:C:1986:215, il-punt 15, u l-Kawża C-189/95 Franzén [1997] ECLI:EU:C:1997:504, il-punt 71.

(135)  F’dan il-kuntest, ara l-Kawża C-405/98 Gourmet [2001] ECLI:EU:C:2001:135; il-Kawżi C-34/95 u C-36/95 De Agostini [1997] ECLI:EU:C:1997:344 u l-Kawża C-239/02 Douwe Egberts [2004] ECLI:EU:C:2004:445 (li jipprojbixxu referenzi għal “traqqiq” u “rakkomandazzjonijiet, attestazzjonijiet, dikjarazzjonijiet jew dikjarazzjonijiet ta’ approvazzjoni mediċi”).

(136)  F’dan il-kuntest, ara l-Kawża C-292/92 Hünermund [1993] ECLI:EU:C:1993:932 u l-Kawża C-71/02 Karner [2004] ECLI:EU:C:2004:181 (li jipprojbixxu referenzi għall-fatt li l-merkanzija tkun ġejja minn patrimonju insolventi).

(137)  Il-Kawża C-337/95 Dior [1997] ECLI:EU:C:1997:517.

(138)  Il-Kawża C-405/98 Gourmet [2001] ECLI:EU:C:2001:135.

(139)  Il-Kawża C-33/97 Colim [1999] ECLI:EU:C:1999:274, il-punt 37 u l-Kawża C-416/00 Morellato [2003] ECLI:EU:C:2003:475, il-punti 29 u 30; il-Kawża C-217/99 Il-Kummissjoni vs Il-Belġju [2000] ECLI:EU:C:2000:638, il-punt 17.

(140)  Il-Kawża 27/80 Fietje ECLI:EU:C:1980:293, il-punt 15.

(141)  Il-Kawża C-385/10 Elenca Srl vs Ministero dell’Interno [2012] ECLI:EU:C:2012:634.

(142)  Ibid.

(143)  Il-Kawża 261/81 Rau vs De Smedt [1982] ECLI:EU:C:1982:382.

(144)  Il-Kawża C-30/99 Il-Kummissjoni vs L-Irlanda [2001] ECLI:EU:C:2001:346; il-Kawża C-525/14 Il-Kummissjoni vs Ir-Repubblika Ċeka [2016] ECLI:EU:C:2016:714; Ara wkoll il-Kawża C-481/12 UAB Juvelta vs VĮ Lietuvos prabavimo rūmai [2014] ECLI:EU:C:2014:11.

(145)  Il-Kawża C-244/06 Dynamic Medien Vertriebs GmbH vs Avides Media AG [2008] ECLI:EU:C:2008:85; madankollu, f’din is-sentenza l-ostakolu għall-kummerċ kien ikkunsidrat bħala ġustifikat minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ minorenni.

(146)  Ara, pereżempju, il-Kawża 207/83 Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit [1985] ECLI:EU:C:1985:161, il-punt 17.

(147)  Ara l-Kawża C-95/14 UNIC u Uni.co.pel [2015] ECLI:EU:C:2015:492, il-punt 44.

(148)  Ara l-Kawża 207/83 Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit [1985] ECLI:EU:C:1985:161, il-punt 21

(149)  Ara l-Kawża C-325/00 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [2002] ECLI:EU:C:2002:633, il-punt 24, u l-Kawża C-255/03 Il-Kummissjoni vs Il-Belġju ECLI:EU:C:2004:378

(150)  Ara l-Kawża 13/78 Eggers ECLI:EU:C:1978:182, il-punti 24-25.

(151)  Ara s-sentenza tal-Qorti fil-Kawżi Magħquda C-321/94 sa C-324/94 Pistre u oħrajn, ECLI:EU:C:1997:229, il-punt 45.

(152)  Il-Kawża C-169/17 Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino [2018] ECLI:EU:C:2018:440, il-punti 24-28 u l-ġurisprudenza kkwotata.

(153)  Il-Kawża 249/81 Il-Kummissjoni vs L-Irlanda [1982] ECLI:EU:C:1982:402.

(154)  Ara, pereżempju, il-Kawża C-325/00 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [2002] ECLI:EU:C:2002:633, il-Kawża C-6/02 Il-Kummissjoni vs Franza [2003] ECLI:EU:C:2003:136. Il-Kawżi Magħquda C-204/12 sa C-208/12 Essent Belgium [2014] ECLI:EU:C:2014:2192, il-punti 88, 90-95 u 116. Ara wkoll C-573/12 Ålands Vindkraft [2014] ECLI:EU:C:2014:2037.

(155)  Il-Kawża C-322/01 DocMorris [2003] ECLI:EU:C:2003:664.

(156)  Il-Kawżi Magħquda C-34/95 u C-36/95 De Agostini [1997] ECLI:EU:C:1997:344, il-punti 43-44. L-Avukat Ġenerali Geelhoed (il-Kawża C-239/02 Douwe Egberts [2004] ECLI:EU:C:2004:445, il-punt 68) jikkontesta dan ir-raġunament bir-raġunament tal-Qorti fil-Kawża C-292/92 Hünermund ([1993] ECLI:EU:C:1993:932) u fil-Kawża C-412/93 Leclerc-Siplec ([1995] ECLI:EU:C:1995:26). Huwa argumenta li l-projbizzjonijiet fuq ir-reklamar fl-aħħar żewġ Kawżi kienu limitati fl-iskala. Indika li l-Qorti fl-aħħar żewġ Kawżi tat importanza lill-fatt li r-restrizzjonijiet inkwistjoni ma affettwawx l-opportunitajiet għal kummerċjanti oħra biex jirreklamaw il-prodotti kkonċernati b’mezzi oħra. Fi kliem ieħor, “il-funzjoni li r-reklamar kien iwettaq fir-rigward tal-ksib tal-aċċess għas-suq għall-prodotti kkonċernati baqgħet intatta.”

(157)  Il-Kawża C-322/01 DocMorris [2003] ECLI:EU:C:2003:664, il-punt 74.

(158)  Il-Kawża C-108/09 Ker-Optika [2010] ECLI:EU:C:2010:725, il-punti 43-44.

(159)  Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta' l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(160)  Il-Kawża C-198/14 Visnapuu [2015] ECLI:EU:C:2015:751, il-punti 99, 102, 208 u 129.

(161)  Il-Kawża C-463/01 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [2004] ECLI:EU:C:2004:797; il-Kawża C-309/02 Radlberger Spitz [2004] ECLI:EU:C:2004:799.

(162)  ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10.

(163)  Ara l-Kawża 238/82 Duphar [1984] ECLI:EU:C:1984:45 u l-Kawża C-70/95 Sodemare u Oħrajn [1997] ECLI:EU:C:1997:301.

(164)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/105/KEE tal-21 ta' Diċembru 1988 dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu tal-persuna u li jkunu parti mill-pjan ta' sistemi nazzjonali ta’ assigurazzjoni tas-saħħa (ĠU L 40, 11.2.1989, p. 8).

(165)  Il-Kawża C-120/95 Decker [1998] ECLI:EU:C:1998:167.

(166)  Il-Kawża C-201/94 Smith&Nephew [1996] ECLI:EU:C:1996:432.

(167)  Il-Kawża C-100/96 British Agrochemicals [1999] ECLI:EU:C:1999:129; il-Kawża C-201/06 Il-Kummissjoni vs Franza [2008] ECLI:EU:C:2008:104, il-punt 33.

(168)  Il-Kawża C-44/01 Pippig Augenoptik v Hartlauer [2003] ECLI:EU:C:2003:205, il-punt 63.

(169)  Il-Kawża 104/75 De Peijper [1976] ECLI:EU:C:1976:67.

(170)  Il-Kawża C-94/98 Rhône-Poulenc Rorer u May & Baker, [1999] ECLI:EU:C:1999:614, il-punt 40.

(171)  Il-Kawża C-172/00 Ferring [2002] ECLI:EU:C:2002:474.

(172)  Il-Kawża C-201/94 Smith&Nephew, [1996] ECLI:EU:C:1996:432, il-Kawża C-94/98 Rhone Poulenc [1999] ECLI:EU:C:1999:614.

(173)  Il-Kawża C-112/02, Kolpharma [2004] ECLI:EU:C:2004:208, il-punti 15-18.

(174)  Il-Kawża 104/75 De Peijper [1976] ECLI:EU:C:1976:67, il-Kawża C-201/94 Smith&Nephew [1996] ECLI:EU:C:1996:432, il-Kawża C-387/18 Delfarma [2019] ECLI:EU:C:2019:556.

(175)  Il-Kawża C-114/15 Audace [2016] ECLI:EU:C:2016:813.

(176)  Il-Kawża C-322/01 DocMorris [2003] ECLI:EU:C:2003:664, il-punt 127. Ara f’dan is-sens il-Kawża C-229/83 Leclerc u oħrajn [1985] ECLI:EU:C:1985:1, il-punt 26, u l-Kawża C-240/95 Schmit [1996] ECLI:EU:C:1996:259, il-punt 10.

(177)  Il-Kawża C-322/01 DocMorris [2003] ECLI:EU:C:2003:664, il-punt 129.

(178)  Il-Kawża C-33/97 Colim vs Bigg’s Continent Noord [1999] ECLI:EU:C:1999:274.

(179)  F’dan ir-rigward, ara wkoll:

id-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 64),

id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU L 95, 21.4.1993, p. 29),

id-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU L 171, 7.7.1999, p. 12),

kif ukoll ir-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (ĠU L 304, 22.11.2011, p. 18).

(180)  Il-Kawża C-366/98 Yannick Geffroy [2000] ECLI:EU:C:2000:430, il-punt 28.

(181)  Il-Kawża C-85/94 Piageme vs Peeters [1995] ECLI:EU:C:1995:312.

(182)  Il-Kawża C-33/97 Colim vs Bigg’s Continent Noord [1999] ECLI:EU:C:1999:274, il-punti 41-43.

(183)  Il-Kawża 215/87 Schumacher [1989] ECLI:EU:C:1989:111.

(184)  Il-Kawżi C-260/06 u C-261/06 Escalier Bonnarel [2007] ECLI:EU:C:2007:659.

(185)  Ibid, il-punt 32.

(186)  Il-Kawża C-373/11 Panellinios Sindesmos Viomikhanion Metapoiisis Kapnou [2013] ECLI:EU:C:2013:567, il-punt 26.

(187)  Il-Kawża C-283/03 Kuipers, [2005] ECLI:EU:C:2005:314, il-punt 37 u l-ġurisprudenza kkwotata.

(188)  Ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671).

(189)  Il-Kawża C-333/14 Scotch Whisky Association u Oħrajn [2015] ECLI:EU:C:2015:845, il-punt 20.

(190)  Ibid, il-punt 26 u l-ġurisprudenza kkwotata.

(191)  Il-Kawża C-2/18, Lietuvos Respublikos Seimo narių grupė [2019] ECLI:EU:2019:962, il-punt 45.

(192)  Ibid, il-punt 49.

(193)  Ibid, il-punt 57.

(194)  Ibid, il-punt 69.

(195)  Il-Kawża 15/79 P. B. Groenveld BV vs Produktschap voor Vee en Vlees [1979] ECLI:EU:C:1979:253.

(196)  Il-Kawża 15/79 P. B. Groenveld BV vs Produktschap voor Vee en Vlees [1979] ECLI:EU:C:1979:253, il-punt 7. Ara wkoll il-Kawża C-12/02 Marco Grilli [2003] ECLI:EU:C:2003:538, il-punt 41.

(197)  Il-Kawżi C-47/90 Delhaize vs Promalvin [1992] ECLI:EU:C:1992:250 (f’dan il-każ, il-Qorti ħalliet barra r-rekwiżit li jiġi pprovdut vantaġġ partikolari għall-produzzjoni nazzjonali fir-raġunament tagħha, anke jekk din kienet manifestament preżenti fil-fatti). Madankollu, fis-sentenza sussegwenti tal-Qorti fil-Kawża C-388/95 Ir-Renju tal-Belġju vs Ir-Renju ta’ Spanja [2000] ECLI:EU:C:2000:244, il-Qorti sostniet li r-rekwiżit inkwistjoni (fil-fatt rekwiżit ta’ bbottiljar fir-reġjun għall-inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta) irid jitqies li huwa kompatibbli mad-dritt Komunitarju minkejja l-effetti restrittivi tiegħu fuq il-kummerċ jekk jintwera li huwa neċessarju u proporzjonat u li jkun jista’ jżomm ir-reputazzjoni konsiderevoli li għandha b’mod inkontestabbli d-“denominación de origen calificada” ta’ Rioja. Il-Qorti sostniet li dan kien tabilħaqq il-każ essenzjalment minħabba li l-operaturi fir-reġjun għandhom l-għarfien espert essenzjali sabiex ikunu jistgħu jwettqu operazzjonijiet kumplessi ta’ bbottiljar. L-istess raġunament ġie applikat għall-kontrolli mwettqa fir-reġjun. Barra minn hekk, it-trasport tal-inbid bil-kwantità barra mir-reġjun jinvolvi riskji ta’ deterjorament fil-kwalità minħabba l-ossidazzjoni.

(198)  Il-Kawża C-108/01 Consorzio del Prosciutto di Parma [2003] ECLI:EU:C:2003:296. Madankollu, il-Qorti sostniet f’dak il-każ li kundizzjoni bħal dik inkwistjoni fil-proċedimenti ewlenin (it-tfettit u l-imballaġġ iridu jitwettqu fir-reġjun) trid titqies li hija kompatibbli mad-dritt tal-UE, minkejja l-effetti restrittivi tagħha fuq il-kummerċ, jekk jintwera li hija meħtieġa u proporzjonata u kapaċi tissalvagwardja l-kwalità tal-prodott inkwistjoni, filwaqt li tiggarantixxi l-oriġini tiegħu jew tiżgura l-kontroll tal-ispeċifikazzjoni ta’ dik l-IĠP (ara l-punt 66 tas-sentenza). Il-Qorti kienet tal-fehma li dan ikun il-każ b’mod partikolari meta l-proċedura stabbilita fl-ispeċifikazzjoni tattribwixxi t-twettiq ta’ kontrolli sistematiċi u bir-reqqa lil esperti li jkollhom għarfien speċjalista dwar il-karatteristiċi tal-prodotti inkwistjoni u, għaldaqstant, ma tantx huwa konċepibbli li tali kontrolli jistgħu jiġu introdotti b’mod effettiv fi Stati Membri oħra (ara l-punt 75). Ara wkoll f’dak is-sens il-Kawża C-469/00 Ravil vs Bellon [2003] ECLI:EU:C:2003:295. Dan l-approċċ kien ġie kkonfermat fil-Kawża C-367/17 EA u Oħrajn [2018] ECLI:EU:C:2018:1025 kif ukoll fil-Kawża C-569/18 Caseificio Cirigliana [2019] ECLI:EU:C:2019:873 (ara l-punt 39).

(199)  Il-Kawża 155/80 Oebel [1981] ECLI:EU:C:1981:177; il-Kawża C-388/95 Ir-Renju tal-Belġju vs Ir-Renju ta’ Spanja [2000] ECLI:EU:C:2000:244, il-punt 41.

(200)  Il-Kawża C-205/07 Gysbrechts and Santurel Inter [2008] ECLI:EU:C:2008:730.

(201)  Ibid, il-punti 40-43; il-Kawża C-169/17 Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino [2018] ECLI:EU:C:2018:440, il-punt 29.

(202)  Il-Kawża C-15/15 New Valmar [2016] ECLI: EU:C:2016:464, il-punt 36. Ara wkoll il-Kawża C-169/17 Asociación Nacional de Productores de Ganado Porcino [2018] ECLI:EU:C:2018:440, il-punt 29.

(203)  Il-Kawża C-15/15 New Valmar [2016] ECLI:EU:C:2016:464, il-punti 47, 50-56.

(204)  Il-Kawża C-648/18 Hidroelectrica [2020] ECLI:EU:C:2020:723, il-punt 33

(205)  Il-Kawża C-222/18 VIPA [2019] ECLI:EU:C:2019:751, il-punt 62.

(206)  Il-Kawża 120/95 Decker [1998] ECLI:EU:C:1998:167; il-Kawża C-72/83 Campus Oil [1984] ECLI:EU:C:1984:256.

(207)  Il-Kawża 251/78 Denkavit Futtermittel vs Il-Ministru tal-Agrikoltura [1979] ECLI:EU:C:1979:252.

(208)  Il-Kawża C-55/99 Il-Kummissjoni vs Franza [2000] ECLI:EU:C:2000:693.

(209)  Il-Kawża C-473/98 Kemikalieinspektionen vs Toolex Alpha [2000] ECLI:EU:C:2000:379; il-Kawża 5/77 Tadeschi vs Denkavit [1977] ECLI:EU:C:1977:144.

(210)  Il-Kawża 34/79 Henn u Darby [1979] ECLI:EU:C:1979:295, il-punt 21, kif ukoll il-Kawżi Magħquda C-1/90 u C-176/90 Aragonesa de Publicidad Exterior u Publivía [1991] ECLI:EU:C:1991:327, il-punt 20.

(211)  Il-Kawża 121/85 Conegate vs Customs and Excise Commissioners [1986] ECLI:EU:C:1986:114; il-Kawża 34/79 R v Henn u Darby [1979] ECLI:EU:C:1979:295.

(212)  Il-Kawża C-275/92 Schindler [1994] ECLI:EU:C:1994:119, il-punt 58; il-Kawża C-124/97 Läärä u Oħrajn [1999] ECLI:EU:C:1999:435, il-punt 33; il-Kawża C-98/14 Berlington Hungary [2015] ECLI:EU:C:2015:386, il-punt 58.

(213)  Il-Kawża C-244/06 Dynamic Medien Vertriebs vs Avides Media [2008] ECLI:EU:C:2008:85.

(214)  Il-Qorti ammettiet li leġiżlazzjoni “li jkollha bħala objettiv li tikkontrolla l-konsum tal-alkoħol sabiex tevita l-effetti dannużi kkawżati lis-saħħa tal-persuni u lis-soċjetà mis-sustanzi alkoħoliċi u għalhekk tfittex li tiġġieled kontra l-abbuż tal-alkoħol, twieġeb għall-preokkupazzjonijiet ta’ saħħa pubblika u ta’ ordni pubbliku rikonoxxuti mill-Artikolu [36 tat-TFUE]” – il-Kawża C-434/04 Ahokainen u Leppik [2006] ECLI:EU:C:2006:609, il-punt 28; Ara wkoll il-Kawża C-170/04 Rosengren u Oħrajn [2007] ECLI:EU:C:2007:313, il-punt 40; il-Kawża C-198/14 Visnapuu [2015] ECLI:EU:C:2015:751, il-punt 116.

(215)  Il-Kawża 7/78 R vs Thompson [1978] ECLI:EU:C:1978:209.

(216)  Il-Kawża 72/83 Campus Oil [1984] ECLI:EU:C:1984:256.

(217)  Il-Kawża C-648/18 Hidroelectrica [2020] ECLI:EU:C:2020:723, il-punt 36

(218)  Il-Kawża C-367/89 Proċedimenti kriminali kontra Aimé Richardt u Les Accessoires Scientifiques SNC [1991] ECLI:EU:C:1991:376.

(219)  Ibid.

(220)  Il-Kawża 104/75 De Peijper [1976] ECLI:EU:C:1976:67.

(221)  Ara wkoll il-Kawża C-333/14 Scottish Whiskey Association [2015] ECLI:EU:C:2015:845, il-punt 59.

(222)  Il-Kawża C-198/14 Visnapuu [2015] ECLI:EU:C:2015:751, il-punt 118; il-Kawża C-108/09 Ker-Optika [2010] ECLI:EU:C:2010:725, il-punt 58.

(223)  Il-Kawża C-270/02 Il-Kummissjoni vs L-Italja [2004] ECLI:EU:C:2004:78, il-punt 22; il-Kawża C-319/05 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [2007] ECLI:EU:C:2007:678, il-punt 88; il-Kawża C-421/09 Humanplasma GmbH vs L-Awstrija [2010] ECLI:EU:C:2010:760, il-punt 34.

(224)  Il-Kawża C-270/02 Il-Kummissjoni vs L-Italja [2004] ECLI:EU:C:2004:78; il-Kawża C-319/05 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [2007] ECLI:EU:C:2007:678; il-Kawża C-148/15 Deutsche Parkinson Vereinigung [2016] ECLI:EU:C:2016:776, il-punti 36, 40;

(225)  il-Kawża C-108/09 Ker-Optika [2010] ECLI:EU:C:2010:725, il-punt 35.

(226)  Il-Kawża C-157/96 National Farmers Union [1998] ECLI:EU:C:1998:191, il-punt 63.

(227)  Ara pereżempju l-Kawża 227/82 Van Bennekom [1983] ECLI:EU:C:1983:354, il-punt 40, u l-Kawża 178/84 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (Reinheitsgebot) [1987] ECLI:EU:C:1987:126, il-punt 46.

(228)  Il-Kawża C-41/02 Il-Kummissjoni vs In-Netherlands [2004] ECLI:EU:C:2004:762, il-punt 47; il-Kawża C-192/01 Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka [2003] ECLI:EU:C:2003:492, il-punt 46; il-Kawża C-24/00 Il-Kummissjoni vs Franza [2004] ECLI:EU:C:2004:70, il-punt 53.

(229)  Il-Kawża C-249/07 Il-Kummissjoni vs In-Netherlands [2008] ECLI:EU:C:2008:683, il-punti 50-51; il-Kawża C-41/02 Il-Kummissjoni vs In-Netherlands [2004] ECLI:EU:C:2004:762; il-Kawża C-192/01 Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka [2003] ECLI:EU:C:2003:492; il-Kawża C-24/00 Il-Kummissjoni vs Franza [2004] ECLI:EU:C:2004:70.

(230)  Il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar il-prinċipju ta’ prekawzjoni, COM (2000) 1 final.

(231)  Ara l-Kawża C-132/03 Codacons u Federconsumatori [2005] ECLI:EU:C:2005:310, il-punt 61, u l-Kawża C-236/01 Monsanto Agricoltura [2003] ECLI:EU:C:2003:431, il-punt 111.

(232)  Il-Kawża C-446/08 Solgar Vitamin’s France [2010] ECLI:EU:C:2010:233, il-punt 67.

(233)  Il-Kawża C-236/01 Monsanto Agricoltura [2003] ECLI:EU:C:2003:431, il-punt 106; il-Kawża C-41/02 Il-Kummissjoni vs In-Netherlands [2004] ECLI:EU:C:2004:762, il-punt 52; il-Kawża C-192/01 Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka [2003] ECLI:EU:C:2003:492, il-punt 49; il-Kawża C-24/00 Il-Kummissjoni vs Franza [2004] ECLI:EU:C:2004:70, il-punt 56; il-Kawża C-446/08 Solgar Vitamin’s France [2010] ECLI:EU:C:2010:233, il-punt 67.

(234)  Il-Kawża C-672/15 Noria Distribution SARL [2017] ECLI:EU:C:2017:310, il-punt 33.

(235)  Il-Kawża C-531/07 Fachverband der Buch- und Medienwirtschaft vs LIBRO [2009] ECLI:EU:C:2009:276, il-punt 32.

(236)  Għal lista ta’ IPs speċifiċi ara d-Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (2005/295/KE) (ĠU L 94, 13.4.2005, p. 37).

(237)  Il-Kawża C-235/89 Il-Kummissjoni vs L-Italja [1992] I-777.

(238)  Ara, pereżempju, il-Kawża 53/87, Circa u oħrajn vs Renault, ECLI:EU:1988:472.

(239)  Ara, pereżempju, il-Kawża C-5/11, Donner, ECLI:EU:C:2012:370, il-punti 31-37, b’referenzi għall-ġurisprudenza preċedenti.

(240)  Ara, pereżempju, il-Kawżi Magħquda C-267/95 u C-268/95, Merck & Co e.a. vs Primecrown Ltd e.a. ECLI:EU:C:1996:468, il-punt 30, b’referenzi għall-ġurisprudenza preċedenti.

(241)  Ara l-Kawżi Magħquda C-267/95 u C-268/95, Merck & Co e.a. vs Primecrown Ltd e.a. ECLI:EU:C:1996:468, il-punt 32, b’referenzi għall-ġurisprudenza preċedenti.

(242)  Ara l-Kawża C-10/89, SA CNL-SUCAL NV vs HAG GF AG, ECLI: EU: 1990: 359, il-punt 14, b’referenzi għall-ġurisprudenza preċedenti.

(243)  Għal ħarsa ġenerali tajba tal-ġurisprudenza tal-Qorti ara l-Kawża C-143/00, Boehringer Ingelheim, ECLI:EU:C:2002:246.

(244)  Il-Kawża 53/87, Circa u oħrajn vs Renault, ECLI:EU:1988:472, il-punt 10.

(245)  Id-Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 336, 23.12.2015, p. 1). L-Artikolu 15(1).

(246)  Ir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trade mark tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 154, 16.6.2017, p. 1).

(247)  Għal ħarsa ġenerali lejn din il-leġiżlazzjoni dwar il-PI ara https://ec.europa.eu/growth/industry/policy/intellectual-property_mt

(248)  Id-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU L 167, 22.6.2001, p. 10).

(249)  Id-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 28).

(250)  Id-Direttiva 2009/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-protezzjoni legali ta’ programmi tal-kompjuter (ĠU L 111, 5.5.2009, p. 16).

(251)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-Kawża C-128/11 Usedsoft.

(252)  Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-Kawża C-263/18 Tom Kabinet.

(253)  Il-Kawża C-3/91 Exportur vs LOR [1992] Ġabra I-5529, il-punt 37; il-Kawża C-216/01 Budějovický Budvar [2003] ECLI:EU:C:2003:618, il-punt 99.

(254)  Il-Kawża 120/78 Rewe vs Bundesmonopolverwaltung für Branntwein [1979] ECLI:EU:C:1979:42, il-punt 8.

(255)  Ara, pereżempju, il-Kawżi Magħquda C-1/90 u C-176/90 Aragonesa de Publicidad Exterior u Publivia vs Departamento de Sanidad y Seguridad Social de Cataluña [1991] ECLI:EU:C:1991:327, il-punt 13.

(256)  Ara pereżempju l-Kawża C-2/90 Il-Kummissjoni vs Il-Belġju [1992] ECLI:EU:C:1992:310, li fiha l-Qorti ddeċidiet li l-miżura li setgħet titqies bħala diskriminatorja ma kinitx diskriminatorja minħabba n-natura speċjali tas-suġġett tal-każ u, imbagħad, ippermettiet il-ġustifikazzjoni ambjentali. Fil-Kawża C-320/03 Il-Kummissjoni vs L-Awstrija [2005] ECLI:EU:C:2005:684, il-Qorti għażlet li tqis miżura bħala applikabbli mingħajr distinzjoni minflok indirettament diskriminatorja.

(257)  Il-Kawża 302/86 Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka [1988] ECLI:EU:C:1988:421, il-punt 8.

(258)  Il-Kawża 240/83 Procureur de la République vs ADBHU [1985] ECLI:EU:C:1985:59, il-punti 12-13, 15; il-Kawża 302/86 Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka [1988] ECLI:EU:C:1988:421, il-punti 8-9; il-Kawża C-487/06 British Aggregates vs Il-Kummissjoni [2008] ECLI:EU:C:2008:757, il-punt 91.

(259)  Il-Kawża C-573/12 Ålands Vindkraft [2014] ECLI:EU:C:2014:2037, il-punt 78.

(260)  Il-Kawża C-242/17 L.E.G.O. [2018] ECLI:EU:C:2018:804, il-punt 72.

(261)  Il-Kawża C-549/15 E.ON Biofor Sverige [2017] ECLI:EU:C:2017:490, il-punti 74, 80 u 84.

(262)  Ibid, il-punti 88-89.

(263)  il-Kawża 302/86 Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka [1988] ECLI:EU:C:1988:421. Madankollu, kif imsemmi hawn fuq, l-iskemi ta’ depożitu huma koperti parzjalment bid-Direttiva 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ u bid-Direttiva (UE) 2018/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 150, 14.6.2018, P. 141).

(264)  Ara pereżempju: il-Kawża C-319/05 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja [2007] ECLI:EU:C:2007:678; il-Kawża C-186/05 Il-Kummissjoni vs L-Iżvezja [2007] ECLI:EU:C:2007:571; il-Kawża C-297/05 Il-Kummissjoni vs In-Netherlands [2007] ECLI:EU:C:2007:531; il-Kawża C-254/05 Il-Kummissjoni vs Il-Belġju [2007] ECLI:EU:C:2007:319; il-Kawża C-432/03 Il-Kummissjoni vs Il-Portugall [2005] ECLI:EU:C:2005:669.

(265)  Il-Kawża C-242/17 L.E.G.O. [2018] ECLI:EU:C:2018:804, il-punt 65; il-Kawża C-573/12 Ålands Vindkraft [2014] ECLI:EU:C:2014:2037, il-punti 79 u 93.

(266)  Il-Kawża C-28/09 Il-Kummissjoni vs L-Awstrija [2011], ECLI:EU:C:2011:854, il-punti 121-122; il-Kawża C-67/97 Bluhme [1998] ECLI:EU:C:1998:584.

(267)  Il-Kawża C-481/12 Juvelta [2014] ECLI:EU:C:2014:11, il-punti 23.

(268)  Il-Kawża C-481/12 Juvelta [2014] ECLI:EU:C:2014:11, il-punti 21-22; il-Kawża 220/81 Robertson u Oħrajn [1982] ECLI:EU:C:1982:239, il-punti 11-12.

(269)  Il-Kawża C-456/10 ANETT [2012] ECLI:EU:C:2012:241, il-punt 54.

(270)  Il-Kawża C-448/98 Guimont [2000] ECLI:EU:C:2000:663 rigward il-leġiżlazzjoni Franċiża li tirriżerva d-denominazzjoni Emmenthal għal ċertu kategorija ta’ ġobon bil-qoxra, il-Kawża 261/81 Rau vs De Schmedt [1982] ECLI:EU:C:1982:382 rigward ir-rekwiżit tal-Belġju li l-marġerina tinbiegħ f’għamla ta’ kubi.

(271)  Il-Kawża C-112/00 Schmidberger [2003] ECLI:EU:C:2003:333, il-punt 77.

(272)  Fil-Kawża 155/80 Oebel [1981] ECLI:EU:C:1981:177, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li l-projbizzjoni fuq il-ħami billejl kienet deċiżjoni ta’ politika ekonomika u soċjali leġittima f’settur manifestament sensittiv.

(273)  Il-Kawżi Magħquda 60/84 u 61/84 Cinéthèque SA vs Fédération nationale des cinémas français [1985] ECLI:EU:C:1985:329.

(274)  Il-Kawża C-531/07 Fachverband der Buch- und Medienwirtschaft [2009] ECLI:EU:C:2009:276, il-punt 34.

(275)  Il-Kawża C-368/95 Familiapress [1997] ECLI:EU:C:1997:325.

(276)  Il-Kawża C-120/95 Decker [1998] ECLI:EU:C:1998:167, il-punti 39-40, u l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali Szpunar fil-Kawża C-148/15 Deutsche Parkinson Vereinigung [2016] ECLI:EU:C:2016:394, il-punt 42.

(277)  Ara, pereżempju, il-Kawża C-54/05 Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja [2007] ECLI:EU:C:2007:168, il-punt 40, kif ukoll il-ġurisprudenza kkwotata, u l-Kawża C-61/12 Il-Kummissjoni vs Il-Litwanja [2014] ECLI:EU:C:2014:172, il-punt 59.

(278)  Il-Kawża C-265/06 Il-Kummissjoni vs Il-Portugall [2008] ECLI:EU:C:2008:210, il-punt 38.

(279)  Il-Kawża C-219/07 Nationale Raad van Dierenkwekers en Liefhebbers u Andibel [2008] ECLI:EU:C:2008:353, il-punt 27.

(280)  Il-Kawża C-15/15 New Valmar [2016] ECLI: EU:C:2016:464, il-punt 50. Ara, f’dan is-sens, il-Kawża 379/87 Groener vs il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Kumitat għall-Edukazzjoni Vokazzjonali tal-Belt ta’ Dublin [1989] ECLI:EU:C:1989:599, il-punt 19; il-Kawża C-391/09 Runevič-Vardyn u Wardyn [2011] ECLI:EU:C:2011:291, il-punt 85, u l-Kawża C-202/11 Las [2013] ECLI:EU:C:2013:239, il-punti 25-27.

(281)  Il-Kawża C-390/99 Canal Satélite Digital [2002] ECLI:EU:C:2002:34; il-punt 33; il-Kawża C-254/05 Il-Kummissjoni vs Il-Belġju [2007] ECLI:EU:C:2007:319, il-punt 33 u l-ġurisprudenza kkwotata; il-Kawża C-286/07 Il-Kummissjoni vs Il-Lussemburgu [2008] ECLI:EU:C:2008:251, il-punt 36.

(282)  Ara, pereżempju, il-Kawża C-320/03 Il-Kummissjoni vs L-Awstrija [2005] ECLI:EU:C:2005:684, il-punt 85, u l-Kawża C-319/05 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (Tewm) [2007] ECLI:EU:C:2007:678, il-punt 87 u l-ġurisprudenza kkwotata.

(283)  Ara l-Kawża 104/75 De Peijper [1976] ECLI:EU:C:1976:67; Il-Kawża C-54/05 Il-Kummissjoni vs Il-Finlandja [2007] ECLI:EU:C:2007:168, il-punt 46 u C-297/05 Il-Kummissjoni vs In-Netherlands [2007] ECLI:EU:C:2007:53, il-punt 79, fejn il-Qorti tagħti dettalji dwar alternattivi disponibbli għall-miżuri kkontestati.

(284)  Il-Kawża C-28/09 Il-Kummissjoni vs L-Awstrija [2011] ECLI:EU:C:2011:854, il-punti 116-117, 140, 150-151, u l-Kawża C-320/03 Il-Kummissjoni vs L-Awstrija [2005] ECLI:EU:C:2005:684, il-punti 87, 91.

(285)  Il-Kawża C-549/15 E.ON Biofor Sverige [2017] ECLI:EU:C:2017:490, il-punti 85, 88-99.

(286)  Il-Kawża C-333/14 The Scotch Whisky Association [2015] ECLI:EU:C:2015:845, il-punti 50 u 54.

(287)  Il-Kawża C-333/14 Scottish Whiskey Association [2015] ECLI:EU:C:2015:845, il-punt 65.

(288)  Ara, pereżempju, il-Kawża C-169/07 Hartlauer [2009] ECLI:EU:C:2009:141, il-punt 55, u l-Kawża C-333/14 The Scotch Whisky Association [2015] ECLI:EU:C:2015:845, il-punt 37.

(289)  Ara l-Opinjoni tal-AĠ Maduro fil-Kawża C-434/04 Ahokainen u Leppik [2006] ECLI:EU:C:2006:609, il-punt 25.

(290)  Dan huwa b’mod partikolari l-każ għall-objettiv ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-bniedem li huwa l-iktar importanti fost l-assi jew l-interessi protetti bl-Artikolu 36 tat-TFUE. Dan il-“marġni ta’ diskrezzjoni” ġie rikonoxxut ukoll għal miżuri mmotivati mill-ħtieġa li jiġu żgurati l-ordni pubbliku, il-moralità pubblika u s-sigurtà pubblika. Għal eżempji relatati mal-ġustifikazzjoni tas-saħħa pubblika, ara l-Kawża C-322/01 DocMorris [2003] ECLI:EU:C:2003:664, il-punt 103 u l-ġurisprudenza kkwotata. Rigward il-ġustifikazzjoni tal-moralità pubblika ara l-Kawżi 34/79 Henn u Darby [1979] ECLI:EU:C:1979:295 u C-244/06 Dynamic Medien [2008] ECLI:EU:C:2008:85. Rigward il-miżuri b’rabta mal-alkoħol u l-ġustifikazzjoni minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika u ta’ ordni pubbliku ara, pereżempju, il-Kawża C-434/04 Ahokainen u Leppik [2006] ECLI:EU:C:2006:609. Rigward miżuri kontra l-logħob tal-azzard u ġustifikazzjoni minħabba raġunijiet ta’ moralità, ta’ ordni u ta’ sigurtà pubbliċi, ara l-Kawża C-65/05 Il-Kummissjoni vs Il-Greċja [2006] ECLI:EU:C:2006:673; rigward miżuri relatati mal-protezzjoni tal-annimali, ara l-Kawża C-219/07 Nationale Raad van Dierenkwekers en Liefhebbers u Andibel [2008] ECLI:EU:C:2008:353.

(291)  Ara, pereżempju, il-Kawża C-219/07 Nationale Raad van Dierenkwekers en Liefhebbers u Andibel [2008] ECLI:EU:C:2008:353, il-punt 31.

(292)  Il-Kawża C-124/97 Läärä u oħrajn [1999] ECLI:EU:C:1999:435, il-punt 36.

(293)  Ara, pereżempju, il-Kawża C-204/12 Essent Belgium [2014] ECLI:EU:C:2014:2192, il-punti 96-116.

(294)  Il-Kawża C-14/02 ATRAL [2003] ECLI:EU:C:2003:265, il-punt 69,

(295)  Ibid, il-punt 69, il-Kawża C-254/05 Il-Kummissjoni vs Il-Belġju [2007] ECLI:EU:C:2007:319, il-punt 36.

(296)  Il-Kawża C-265/06 Il-Kummissjoni vs Il-Portugall [2008] ECLI:EU:C:2008:210, il-punti 40 sa 47.

(297)  Il-Kawża C-110/05 Il-Kummissjoni vs L-Italja [2009] ECLI:EU:C:2009:66, il-punt 66; il-Kawża C-333/14 Scotch Whiskey Association [2015] ECLI:EU:C:2015:845, il-punt 55.

(298)  Il-Kawża C-387/01 Weigel [2004] ECLI:EU:C:2004:256.

(299)  Ibid, il-punt 54.

(300)  Il-Kawża C-232/01 Van Lent [2003] ECLI:EU:C:2003:535 u l-Kawża C-464/02 Il-Kummissjoni vs Id-Danimarka [2005] ECLI:EU:C:2005:546.

(301)  Il-Kawża C-420/15 U [2017] ECLI:EU:C:2017:408, il-punti 21-22.

(302)  Għall-kuntrarju tal-attività ta’ ħaddiem, b’kuntratt ta’ impjieg, regolat mill-moviment liberu tal-ħaddiema – ara l-parti 7.1 iktar ’il fuq – ara l-Kawża C-337/97 Meeusen [1999] ECLI:EU:C:1999:284, il-punt 17 u l-Kawża C-413/13 FNV [2014] ECLI:EU:C:2014:241, il-punt 37.

(303)  Il-Kawża C-221/89 Factortame [1991] ECLI:EU:C:1991:320, il-punt 20.

(304)  Il-Kawża C-384/08 Attanasio Group [2010] ECLI:EU:C:2010:133, il-punt 39.

(305)  Ara t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57 tat-TFUE kif ukoll il-Kawża C-55/94 Gebhard [1995] ECLI:EU:C:1995:411, il-punt 39.

(306)  Ara l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 56 tat-TFUE kif ukoll il-Kawża C-97/98 Jägerskiöld [1999] ECLI:EU:C:1999:515, il-punti 43 u 44.

(307)  Normalment b’referenza għar-remunerazzjoni li tkopri sostanzjalment parti mill-kostijiet tal-attività – ara l-Kawża 263/86 Humbel [1988] ECLI:EU:C:1988:451, il-punt 17.

(308)  Is-servizzi tat-trasport mhumiex koperti bl-Artikolu 56 tat-TFUE skont l-Artikolu 58(1) tat-TFUE

(309)  Fil-Kawżi Magħquda C-360/15 u C-31/16 Visser [2018] ECLI:EU:C:2018:44, il-Qorti ddikjarat b’mod ċar li l-attivitajiet ta’ bejgħ bl-imnut huma servizz.

(310)  Il-Kawża C-405/98 Gourmet International Products [2001] ECLI:EU:C:2001:135.

(311)  Il-Kawża C-452/04 Fidium Finanz [2006] ECLI:EU:C:2006:631, il-punt 32.

(312)  Ibid.

(313)  Il-Kawża C-20/03 Burmanjer [2005] ECLI:EU:C:2005:307, il-punt 34.

(314)  Il-Kawża C-591/17, L-Awstrija vs Il-Ġermanja [2019] ECLI:EU:C:2019:504, il-punt 164. Fid-dawl tas-sentenza Visser (il-Kawża C-31/16), il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, 27.12.2006, p. 36) mhuwiex affettwat mis-separazzjoni fina tal-libertajiet skont it-TFUE. Meta kkonkludiet li l-bejgħ bl-imnut għandu jitqies bħala servizz skont l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva dwar is-Servizzi u li l-kapitolu tad-Direttiva dwar l-istabbiliment għall-fornituri (il-Kapitolu III) japplika għal sitwazzjonijiet interni, il-Qorti ma aċċettatx li d-dritt primarju jirrestrinġi interpretazzjoni tad-Direttiva dwar is-Servizzi skont it-termini tagħha stess (ara l-punti 92-94 u 107 tas-sentenza).

(315)  Il-Kawża C-239/90 SCP Boscher [1991] ECLI:EU:C:1991:180.

(316)  L-impatt (dirett) tal-miżura fuq l-użu jista’ jkun tali li jiddetermina li l-merkanzija li ma tkunx kapaċi tikkonforma ma’ tali użu partikolari, għalkemm mibjugħa legalment fis-suq, għandu jkollha d-domanda tagħha ristretta ħafna jew saħansitra eliminata.

(317)  Il-Kawża 203/80 Casati [1981] ECLI:EU:C:1981:261, il-punt 8.

(318)  Il-Kawża 7/78 Thompson [1978] ECLI:EU:C:1978:209, il-punt 25.

(319)  Il-Kawża C-358/93 Bordessa u Oħrajn [1995] ECLI:EU:C:1995:54, il-punti 13-14.

(320)  Għalkemm it-Trattat ma jiddefinixxix it-termini “movimenti tal-kapital” u “pagamenti”, hija ġurisprudenza stabbilita li d-Direttiva 88/361/KEE ta' l-24 ta' Ġunju 1988 għall-implimentazzjoni ta' l-Artikolu 67 tat-Trattat (ĠU L 178, 8.7.1988, p. 5), flimkien man-nomenklatura annessa magħha, jistgħu jintużaw sabiex jiddefinixxu x’jikkostitwixxi moviment tal-kapital (il-Kawża C-222/97 Trummer u Mayer [1999] ECLI:EU:C:1999:143, il-punti 20 u 21).

(321)  Il-Kawża C-318/07 Persche, [2009] ECLI:EU:C:2009:33, il-punti 25 u 30.

(322)  Ara t-Taqsima 4.2.

(323)  Il-Kawża C-583/14 Nagy [2015] ECLI:EU:C:2015:737, il-punt 23.

(324)  Il-Kawża C-591/17, L-Awstrija vs Il-Ġermanja [2019] ECLI:EU:C:2019:504, il-punt 39; il-Kawża C-296/15 Medisanus [2017] EU:C:2017:431.

(325)  Il-Kawża C-591/17 L-Awstrija vs Il-Ġermanja [2019] ECLI:EU:C:2019:504, il-punti 162-164.

(326)  Il-Kawża 24/68 Il-Kummissjoni vs L-Italja [1969] ECLI:EU:C:1969:29, il-punt 7; il-Kawża C-441/98 Michailidis [2000] ECLI:EU:C:2000:479, il-punt 15; il-Kawża C-313/05 Brzeziński [2007] ECLI:EU:C:2007:33, il-punt 22, il-Kawża C-254/13 Orgacom [2014] ECLI:EU:C:2014:2251, il-punt 23; il-Kawża C-65/16 Istanbul Logistik [2017] ECLI:EU:C:2017:770, il-punt 39.

(327)  Il-Kawża C-173/05 Il-Kummissjoni vs L-Italja, [2007], ECLI:EU:C:2007:362, il-punt 42, il-Kawża C-65/16 Istanbul Logistik, [2017] ECLI:EU:C:2017:770, il-punt 40, il-Kawża C-305/17, FENS [2018] ECLI:EU:C:2018:986, il-punt 53.

(328)  Il-Kawżi Magħquda C-149/91 u C-150/91, Sanders Adour u Guyomarc’h Orthez Nutrition animale, [1992] ECLI:EU:C:1992:261, il-punt 17, il-Kawża C-72/03 Carbonati Apuani [2004] ECLI:EU:C:2004:506, il-punt 31, u l-Kawża C-39/17 Lubrizol [2018] ECLI:EU:C:2018:438, il-punt 26.

(329)  Il-Kawża C-39/17 Lubrizol [2018] ECLI:EU:C:2018:438, il-punt 25.

(330)  Il-Kawża 24/68 Il-Kummissjoni vs L-Italja [1969] ECLI:EU:C:1969:29, il-punt 14; il-Kawża C-441/98 Michailidis [2000] ECLI:EU:C:2000:479, il-punt 15, il-Kawża C-313/05 Brzeziński [2007] ECLI:EU:C:2007:33, il-punt 22, il-Kawża C-254/13 Orgacom, ECLI:EU:C:2014:2251, il-punt 23, il-Kawża C-65/16 Istanbul Logistik ECLI:EU:C:2017:770, il-punt 39.

(331)  Il-Kawża C-254/13 Orgacom [2014] ECLI:C:2014:2251, il-punt 29.

(332)  Il-Kawża C-28/96 Fricarnes [1997] ECLI:EU:C:1997:412, il-punti 24 u 25. Il-Kawża C-76/17 Petrotel-Lukoil u Georgescu [2018] ECLI:EU:C:2018:139, il-punt 24.

(333)  Il-Kawża C-76/17 Petrotel-Lukoil u Georgescu [2018] ECLI:EU:C:2018:139, il-punt 39.

(334)  Il-Kawża 155/73 Sacchi [1974] ECLI:EU:C:1974:40.

(335)  Il-Kawża C-189/95 Franzén [1997] ECLI:EU:C:1997:504, il-punt 35.

(336)  Il-Kawża C-189/95 Franzén [1997] ECLI:EU:C:1997:504, il-punt 36.

(337)  Il-Kawża C-438/02 Hanner [2005] ECLI:EU:C:2005:332, il-punt 35.

(338)  Il-Kawża C-170/04 Rosengren [2007] ECLI:EU:C:2007:313, il-punti 21-22; ara wkoll il-Kawża C-186/05 Il-Kummissjoni vs L-Iżvezja [2007] ECLI:EU:C:2007:571.

(339)  Il-Kawża C-456/10 ANETT [2012] ECLI:EU:C:2012:241, il-punti 21-23.

(340)  Il-Kawża C-456/10 ANETT [2012] ECLI:EU:C:2012:241, il-punti 25-31.

(341)  Il-Kawża C-198/14 Visnapuu [2015] ECLI:EU:C:2015:751, il-punti 90-91.

(342)  Il-Kawża C-198/14 Visnapuu [2015] ECLI:EU:C:2015:751, il-punt 95.

(343)  Il-Kawża C-159/94 Il-Kummissjoni vs Franza [1997] ECLI:EU:C:1997:501, il-punt 41; il-Kawża C-158/94 Il-Kummissjoni vs L-Italja [1997] ECLI:EU:C:1997:500, il-punt 33; il-Kawża C-157/94 Il-Kummissjoni vs In-Netherlands [1997] ECLI:EU:C:1997:499, il-punt 24.

(344)  Il-Kawża 103/84 Il-Kummissjoni vs L-Italja [1986] ECLI:EU:C:1986:229, il-punt 19.

(345)  Il-Kawża C-234/99 Nygård [2002] ECLI:EU:C:2002:244, il-punt 56; il-Kawża 351/88 Laboratori Bruneau [1991] ECLI:EU:C:1991:304, il-punt 7.

(346)  Il-Kawża 18/84 Il-Kummissjoni vs Franza [1985] ECLI:EU:C:1985:175.

(347)  Il-Kawża 21/88 Du Pont de Nemours Italiana Spa [1990] ECLI:EU:C:1990:121; il-Kawża 351/88 Laboratori Bruneau Srl [1991] ECLI:EU:C:1991:304; il-Kawża C-156/98 Il-Ġermanja [2000] ECLI:EU:C:2000:467, il-punt 78, u l-Kawża C-114/00 Spanja vs Il-Kummissjoni [2002] ECLI:EU:C:2002:508, il-punt 104.

(348)  Il-Kawża C-379/98 PreussenElektra [2001] ECLI:EU:C:2001:160.

(349)  Il-Kawża 74/76 Ianelli [1977] ECLI:EU:C:1977:51, il-punt 17.

(350)  Il-Kawża T-57/11 Castelnou Energía vs il-Kummissjoni [2014] ECLI:UE: T:2014:1021, il-punt 196.

(351)  Il-Kawża C-598/17 A-Fonds [2019] ECLI:EU:C:2019:352.

(352)  Ibid, il-punt 47. F’dak is-sens, ara wkoll il-Kawża C-234/99 Nygård [2002] ECLI:C:2002:244, il-punt 57.

(353)  Il-Kawża C-91/18 Il-Kummissjoni vs Il-Greċja [2019] ECLI:EU:C:2019:600, il-punt 52.

(354)  Il-Kawża C-134/07 Piotr Kawala vs Gmina Miasta Jaworzna [2007] ECLI:EU:C:2007:770.

(355)  Ara, pereżempju, il-Kawża C-591/17 L-Awstrija vs Il-Ġermanja [2019] ECLI:EU:C:2019:504, il-punt 56 u l-ġurisprudenza kkwotata.

(356)  Il-Kawża C-302/00 Il-Kummissjoni vs Franza [2002] ECLI:EU:C:2002:123.

(357)  Il-Kawża C-221/06 Stadtgemeinde Frohnleiten [2007] ECLI:EU:C2007:185, il-punt 70.

(358)  Il-Kawża C-167/05, Il-Kummissjoni vs L-Iżvezja [2008] ECLI:EU:C:2008:202.

(359)  F’każ ta’ kkumpensar sħiħ, dik l-imposta tikkostitwixxi imposta b’effett ekwivalenti għal dazju doganali, li tmur kontra l-Artikoli 28 u 30 tat-TFUE.

(360)  Il-Kawża C-76/17 Petrotel-Lukoil [2018] ECLI:EU:C:2018:139, il-punti 22-25.

(361)  Il-Kawża C-324/93 Ir-Reġina vs Is-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Interni, ex parte Evans Medical u Macfarlan Smith [1995] ECLI:EU:C:1995:84.

(362)  Il-Kawża 74/76 Iannelli vs Meroni [1977] ECLI:EU:C:1977:51.

(363)  Il-Kawża 83/78 Pigs Marketing Board vs Redmond [1978] ECLI:EU:C:1978:214.

(364)  Informazzjoni addizzjonali fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni: Pjan ta’ Azzjoni dwar ir-rinfurzar ta’ SOLVIT (COM (2017) 255) u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-prinċipji li jirregolaw SOLVIT (C(2013) 5869).

(365)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Diċembru 2001 fuq prinċipji għall-użu ta’ “SOLVIT” – in-Network għas-Soluzzjoni ta’ Problemi fis-Suq Intern (C(2001) 3901) (ĠU L 331, 15.12.2001, p. 79).

(366)  Il-Kawża C-457/07 Il-Kummissjoni vs Il-Portugall [2009] ECLI:EU:C:2009:531, il-punt 55.

(367)  Għal iktar informazzjoni dwar il-proċedura ta’ ksur u l-metodu għall-kalkolu tas-sanzjonijiet finanzjarji, ara: https://ec.europa.eu/info/law/law-making-process/applying-eu-law/infringement-procedure_mt.

(368)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Ombudsman Ewropew dwar ir-relazzjonijiet mal-ilmentatur rigward ksur tad-dritt Komunitarju (COM(2002) 141 final). Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew — L-aġġornament tal-immaniġġar tar-relazzjonijiet mal-ilmentatur rigward l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (COM(2012) 154 final). Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni — Id-dritt tal-UE: Riżultati aħjar permezz ta’ applikazzjoni aħjar (C(2016)8600), (ĠU C 18, 19.1.2017, p. 10).

(369)  https://ec.europa.eu/assets/sg/report-a-breach/complaints_mt/; https://ec.europa.eu/info/about-european-commission/contact/problems-and-complaints/complaints-about-breaches-eu-law/how-make-complaint-eu-level_mt#submitting-a-complaint-online

(370)  Il-Kawża 200/88 Il-Kummissjoni vs Il-Greċja [1990] ECLI:EU:C:1990:346; Ordni fil-Kawża T-47/96 [1996] ECLI:EU:C:1996:164, il-punt 42; ara wkoll l-Ordni fil-Kawża T-177/05 Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni tad-9 ta’ Jannar 2006, il-punti 37-40.

(371)  ĠU L 241, 17.9.2015, p. 1.

(372)  Ara l-Artikoli 5-6 tad-Direttiva.

(373)  Il-Kawża C-194/94 CIA Security [1996] ECLI:EU:C:1996:172; il-Kawża C-443/98 Unilever [2000] ECLI:EU:C:2000:496.

(374)  Il-Kawża C-20/05 Schwibbert [2007] ECLI:EU:C:2007:652; il-Kawża C-390/18 Airbnb Ireland [2019] ECLI:EU:C:2019:1112.

(375)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2679/98 tas-7 ta’ Diċembru 1998 dwar il-ħidma tas-suq intern b’relazzjoni mal-moviment liberu tal-oġġetti fost l-Istati Membri, ĠU L 337, 12.12.1998, p. 8-9.

(376)  Għal iktar informazzjoni, ara https://ec.europa.eu/growth/single-market/barriers-to-trade/physical_mt u d-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni SWD(2019) 371 final.


ANNESS

APPLIKAZZJONI TERRITORJALI

Territorji msemmija fl-Artikolu 52(1) tat-TUE li għalihom japplika l-Artikolu 34 tat-TFUE, f’konformità mal-Artikolu 355 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea:

It-territorju tas-27 Stati Membri tal-UE fosthom:

Il-Gżejjer Åland (provinċja awtonoma tal-Finlandja).

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 355(4) tat-TFUE (ex Artikolu 299(5) KE).

Il-Gżejjer Azores (reġjun awtonomu tal-Portugall). Magħmula minn São Miguel, Pico, Terceira, São Jorge, Faial, Flores, Santa Maria, Graciosa, Corvo.

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 355(1) tat-TFUE (ex Artikolu 299(2) KE).

Il-Gżejjer Kanarji (komunità awtonoma ta’ Spanja). Magħmula minn Tenerife, Fuerteventura, Gran Canaria, Lanzarote, La Palma, La Gomera, El Hierro.

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 355(1) tat-TFUE (ex Artikolu 299(2) KE).

Il-Guyana Franċiża (reġjun extra-Ewropew ta’ Franza).

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 355(1) tat-TFUE (ex Artikolu 299(2) KE).

Guadeloupe (reġjun extra-Ewropew ta’ Franza).

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 355(1) tat-TFUE (ex Artikolu 299(2) KE).

Madeira (reġjun awtonomu tal-Portugall). Magħmula minn Madeira, Porto Santo, il-Gżejjer Desertas, il-Gżejjer Savage.

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 355(1) tat-TFUE (ex Artikolu 299(2) KE).

Martinique (reġjun extra-Ewropew ta’ Franza).

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 355(1) tat-TFUE (ex Artikolu 299(2) KE).

Mayotte (reġjun extra-Ewropew ta’ Franza).

Bażi Ġuridika: Artikolu 355(1) TFUE.

Réunion (reġjun extra-Ewropew ta’ Franza).

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 355(1) tat-TFUE (ex Artikolu 299(2) KE).

Saint-Martin (Kollettività extra-Ewropea ta’ Franza)

Bażi Ġuridika: Artikolu 355(1) TFUE.

Territorji b’rabtiet ma’ Stati Membri tal-UE li għalihom ma japplikax l-Artikolu 34 tat-TFUE:

Aruba (Pajjiż Kostitwenti tan-Netherlands).

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 355(2) tat-TFUE (ex Artikolu 299(3) KE).

Ceuta u Melilla (Bliet Awtonomi taħt is-Sovranità Spanjola).

Bażi Ġuridika: Minħabba l-formulazzjoni tal-Artikoli 24 u 25 tal-Att ta’ Adeżjoni ta’ Spanja għall-UE (1), għalkemm l-Artikolu 34 tat-TFUE probabbilment japplika għal merkanzija li tidħol f’dawn it-territorji mill-bqija tal-UE, ma jidhirx li japplikaw għal merkanzija li toriġina minn Ceuta u Melilla li tidħol fil-bqija tal-UE. Għalhekk ma jidhirx li l-Artikolu 34 tat-TFUE jestendi għal merkanzija li toriġina minn Ceuta u Melilla.

Il-Gżejjer Faeroe (provinċja awtonoma tad-Danimarka).

Għalkemm id-Danimarka hija responsabbli għar-relazzjonijiet esterni tat-18-il gżira li jifformaw dan it-territorju, hija żżomm grad għoli ta’ awtogovernanza u t-TFUE jiddikjara espressament li dawn il-gżejjer jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-applikazzjoni territorjali tiegħu.

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 355(5)(a) tat-TFUE (ex Artikolu 299(6)(a) KE).

Il-Polineżja Franċiża (Kollettività Extra-Ewropea ta’ Franza).

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 355(2) tat-TFUE (ex Artikolu 299(3) KE).

It-territorji Franċiżi tan-Nofsinhar u tal-Antartika (Territorju Extra-Ewropew ta’ Franza).

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 355(2) tat-TFUE (ex Artikolu 299(3) KE).

L-Antilli Olandiżi (Pajjiż Kostitwenti tan-Netherlands). Magħmula minn Bonaire, Curaçao, Saba, Sint Eustatius u Sint Maarten.

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 355(2) tat-TFUE (ex Artikolu 299(3) KE).

New Caledonia u d-Dipendenzi tagħha (Kollettività sui generis ta’ Franza). Inkluża gżira ewlenija (Grande Terre), il-Gżejjer Loyalty u diversi gżejjer iżgħar.

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 355(2) tat-TFUE (ex Artikolu 299(3) KE).

Saint Pierre u Miquelon (Kollettività Extra-Ewropea ta’ Franza).

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 355(2) tat-TFUE (ex Artikolu 299(3) KE).

Saint Barthélemy (Kollettività Extra-Ewropea ta’ Franza)

Bażi Ġuridika: Artikolu 355(2) TFUE.

Il-Gżejjer Wallis u Futuna (Kollettività Extra-Ewropea Franċiża).

Bażi Ġuridika: L-Artikolu 355(2) tat-TFUE (ex Artikolu 299(3) KE).

Finalment, il-pajjiżi membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja, jibbenefikaw mill-moviment liberu tal-merkanzija fl-UE skont il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE).


(1)  ĠU L 302, 15.11.1985, p. 23.