ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
Werrej |
Paġna |
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2021/C 99/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10099 — Arch/Kelso/Warburg/Watford) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
il–Kunsill |
|
2021/C 99/02 |
||
2021/C 99/03 |
||
2021/C 99/04 |
||
2021/C 99/05 |
||
2021/C 99/06 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2021/C 99/07 |
||
|
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
2021/C 99/08 |
||
2021/C 99/09 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2021/C 99/10 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10185 — Pierer Industrie/Palfinger/FSS/Jetfly) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2021/C 99/11 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10133 - Astorg/Nordic Capital/Novo/Bioclinica) ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
23.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.10099 — Arch/Kelso/Warburg/Watford)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 99/01)
Fit 17 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10099. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
23.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/2 |
Avviż għall-attenzjoni ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/481 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/478 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
(2021/C 99/02)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/481 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (3) kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/478 (4), dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998. Ir-raġunijiet tal-indikazzjoni ta’ dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2020/1998, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel il-31 ta’ Ottubru 2021, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999, tal-lista ta’ persuni u entitajiet deżinjati.
(1) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.
(2) ĠU L 99 I, 22.3.2021, p. 25.
(3) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 1.
(4) ĠU L 99 I, 22.3.2021, p. 1.
23.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/3 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
(2021/C 99/03)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażijiet legali għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar huma d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK)/2021/481 (3), u r-Regolament (UE) 2020/1998 (4), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/478 (5).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/481, u r-Regolament (UE) 2020/1998 kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/478, dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 u r-Regolament (UE) 2020/1998.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma’ dan.
Id-data personali miġbura tista’ titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f’każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.
(3) ĠU L 99 I, 22.3.2021, p.25
23.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/5 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/483, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 401/2013, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/480 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma
(2021/C 99/04)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/483 (2), u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/480 (4) dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni deżinjati, ddeċieda li l-persuni li jidhru fl-Annessi msemmija hawn fuq għandhom jibqgħu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2013/184/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni tal-persuni kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi rigward tal-Myanmar/Burma, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4b tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li tinkludihom fil-listi msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel l-1 ta’ Novembru 2021:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK u l-Artikolu 4i(4) tar-Regolament (UE) Nru 401/2013.
L-attenzjoni tal-persuni kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tiġi ikkontestata d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 275, u r-raba' u s-sitt paragrafi tal-Artikolu 263, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75.
23.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/6 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma
(2021/C 99/05)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/483 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/480 (5).
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
L-iskop tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/184/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/483, u r-Regolament (UE) Nru 401/2013, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/480.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati fid-Deċiżjoni 2013/184/PESK u r-Regolament (UE) Nru 401/2013.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.
Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwieġeb f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75.
23.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/7 |
Avviż għall-attenzjoni ta’ persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 401/2013 dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma
(2021/C 99/06)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Aung Aung, u s-Sur Khin Hlaing, persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK (1) u fl-Anness IV għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 (2)dwar miżuri restrittivi kontra l-Myanmar/Burma.
Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-persuni msemmija hawn fuq b’dikjarazzjoni ġdida tar-raġunijiet. Dawn il-persuni huma b’dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħha, sat-30 ta’ Marzu 2021, fl-indirizz li ġej:
Council of the European Union |
General Secretariat |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
Il-Kummissjoni Ewropea
23.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/8 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-22 ta' Marzu 2021
(2021/C 99/07)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,1926 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
129,77 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4360 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,86233 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,1580 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1023 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
151,20 |
NOK |
Krona Norveġiża |
10,1393 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
26,075 |
HUF |
Forint Ungeriż |
366,90 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,6017 |
RON |
Leu Rumen |
4,8862 |
TRY |
Lira Turka |
9,4097 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5400 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4903 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,2614 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6617 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5992 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 344,78 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
17,5657 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7582 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5740 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 176,42 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9064 |
PHP |
Peso Filippin |
57,843 |
RUB |
Rouble Russu |
88,9011 |
THB |
Baht Tajlandiż |
36,816 |
BRL |
Real Brażiljan |
6,5917 |
MXN |
Peso Messikan |
24,6337 |
INR |
Rupi Indjan |
86,2895 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
23.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/9 |
Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)
(2021/C 99/08)
Fit-23 ta’ Settembru 2020, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil li jiġbor fih ħames proposti leġiżlattivi: i) Proposta emendata għal Regolament Eurodac; ii) Proposta emendata għall-Proċedura tal-Ażil; iii) Proposta għal Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni; iv) Proposta għal Regolament dwar l-Iskrinjar; v) Proposta għal Regolament dwar Kriżi u Force Majeure. Dan jinkludi wkoll numru ta’ inizjattivi mhux leġiżlattivi.
L-EDPS jirrikonoxxi l-ħtieġa għal ġestjoni aktar effettiva tal-migrazzjoni u l-ażil. Fl-istess waqt, kif iddikjarat fl-Istrateġija tal-EDPS 2020-2024, il-protezzjoni tad-data hija waħda mill-aħħar linji ta’ difiża għall-individwi vulnerabbli, bħall-migranti u dawk li jfittxu l-ażil li javviċinaw il-fruntieri esterni tal-UE. Għaldaqstant, l-EDPS jikkunsidra li l-approċċ komprensiv propost irid ikun ibbażat fuq ir-rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali tal-persuni li jfittxu l-protezzjoni internazzjonali u migranti oħra, inkluż id-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data u l-privatezza.
B’mod ġenerali, l-EDPS jikkunsidra li għandha titwettaq valutazzjoni tal-impatt fil-fond fir-rigward tad-drittijiet fundamentali u l-protezzjoni tad-data. Huwa tal-fehma wkoll li l-proposti leġiżlattivi għandhom jallokaw b’mod ċar ir-responsabbiltajiet rispettivi tal-atturi differenti involuti għall-ipproċessar tad-data personali. Barra minn hekk, meta jikkunsidra l-fatt li ħafna mill-proposti fil-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil jibnu fuq il-proposti għar-riforma tas-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil mill-2016, l-EDPS jikkunsidra li r-rakkomandazzjonijiet fl-Opinjoni 07/2016 tiegħu dwar l-ewwel pakkett ta’ riforma dwar is-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil, b’mod partikolari dawk dwar l-Eurodac, jibqgħu validi għal kollox.
B’mod aktar speċifiku, fir-rigward tal-Proposta emendata għal Regolament Eurodac, l-EDPS jirrakkomanda li l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jibqgħu jaraw biss id-data li hija rilevanti għat-twettiq tal-kompiti speċifiċi tagħhom, anke jekk is-settijiet ta’ data huma marbuta f’sekwenza. L-EDPS jirrakkomanda wkoll li l-proposta emendata tintroduċi b’mod espliċitu l-mudell uniku ta’ superviżjoni koordinata f’konformità mal-Artikolu 62 tal-EUDPR. L-EDPS jirrakkomanda wkoll li qabel il-bidu tal-użu operattiv tas-sistema modifikata, il-qafas tas-sigurtà għall-ambjent tan-negozju u tekniku tal-Eurodac jiġi aġġornat kif xieraq u li l-proposta tikkjarifika liema data tinħażen fir-Repożitorju Komuni ta’ informazzjoni dwar l-Identità u fis-Sistema Ċentrali tal-Eurodac, rispettivament.
Fir-rigward tal-Proposta għal Regolament dwar l-Iskrinjar, l-EDPS jenfasizza li l-eżattezza tal-informazzjoni pproċessata hija ta’ importanza ewlenija u li jiġi żgurat fil-każijiet kollha d-dritt li tiġi rettifikata u/jew supplimentata d-data personali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, l-EDPS jikkunsidra li l-proposta tibqa’ ferm ġenerali fir-rigward tal-metodi li jistgħu jintużaw biex tinġabar id-data pprovduta minn jew miksuba miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għall-identifikazzjoni jew il-verifika tagħhom, b’mod speċjali meta tiġi kkunsidrata l-firxa wiesgħa ta’ prattiki użati fuq livell nazzjonali, bi gradi differenti ta’ intrużjoni u effikaċja. L-EDPS jirrakkomanda wkoll li jiġu kkjarifikati l-iskop u l-modalitajiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali għall-verifika jekk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jikkostitwixxux riskju għas-sigurtà.
L-Opinjoni tipprovdi għal xi rakkomandazzjonijiet addizzjonali relatati mal-protezzjoni tad-data li għandhom jiġu kkunsidrati wkoll fil-proċess leġiżlattiv.
1. INTRODUZZJONI U SFOND
1. |
Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil fit-23 ta’ Settembru 2020. (1) Dan huwa wieħed mill-inizjattivi politiċi ewlenin tal-Kummissjoni u ġie previst fil-Programm ta’ Ħidma tagħha, ippubblikat fid-29 ta’ Jannar 2020, taħt il-ħames prijorità - “Il-Promozzjoni tal-Istil ta’ Ħajja Ewropew Tagħna”. (2) |
2. |
Il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil jikkonsisti minn diversi proposti leġiżlattivi kif ukoll strumenti mhux leġiżlattivi. Dan jibni fuq il-proposti tal-Kummissjoni biex tirriforma s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil (SEKA) ippreżentata mill-Kummissjoni fl-2016 u l-2018, li dwarha l-Parlament u l-Kunsill diġà sabu qbil politiku tentattiv iżda għadhom ma kkonkludewx in-negozjati. |
3. |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni ppreżentat żewġ proposti leġiżlattivi emendati u tlieta ġodda:
Barra minn hekk, il-Patt ġdid jinkludi l-inizjattivi mhux leġiżlattivi li ġejjin:
|
4. |
L-EDPS ġie kkonsultat mill-Kummissjoni b’mod informali fis-27 ta’ Lulju 2020 dwar il-Proposta emendata għal Regolament Eurodac u kkomunika l-kummenti informali tiegħu lill-Kummissjoni f’Awwissu. L-EDPS jilqa’ l-fatt li l-fehmiet tiegħu ġew imfittxija fi stadju bikri tal-proċedura u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tkompli b’din il-prattika tajba. |
5. |
L-EDPS sussegwentement ġie kkonsultat formalment mill-Kummissjoni fil-5 ta’ Ottubru 2020 dwar il-Proposta emendata għal Regolament Eurodac. Madankollu, il-konsultazzjoni ma tkoprix l-elementi l-oħra tal-pakkett dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, adottat fit-23 ta’ Settembru 2020, li jista’ jkollhom impatt ukoll fuq id-dritt għall-protezzjoni tad-data u b’hekk jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 (minn hawn ’il quddiem il-“EUDPR”). |
6. |
Fl-istess ħin, il-Proposta emendata għal Regolament Eurodac tirreferi għal numru ta’ proposti leġiżlattivi oħra, parti mill-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, bħar-Regolament dwar il-Ġestjoni tal-Ażil u tal-Migrazzjoni, ir-Regolament dwar il-Proċedura tal-Ażil, ir-Regolament dwar l-Iskrinjar, eċċ. Għaldaqstant, filwaqt li l-attenzjoni primarja ta’ din l-opinjoni hija l-Proposta emendata għal Regolament Eurodac, fiha wkoll ċerti kummenti u rakkomandazzjonijiet dwar il-proposti leġiżlattivi l-oħra. |
5. KONKLUŻJONIJIET
L-EDPS jifhem il-ħtieġa għal ġestjoni aktar koerenti u effettiva tal-migrazzjoni u l-ażil. Fl-istess ħin, kif diġà ddikjarat fl-Istrateġija tal-EDPS tal-2020-2024, “il-protezzjoni tad-data hija waħda mill-aħħar linji ta’ difiża għall-individwi vulnerabbli, bħall-migranti u dawk li jfittxu l-ażil li javviċinaw il-fruntieri esterni tal-UE.” Għaldaqstant, l-approċċ komprensiv propost irid ikun ibbażat fuq ir-rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali tal-persuni li jfittxu l-protezzjoni internazzjonali u migranti oħra, inkluż id-dritt tagħhom għall-protezzjoni tad-data u l-privatezza.
36. |
Għal dan il-għan, l-EDPS, fir-rwol konsultattiv tiegħu, jipprovdi f’din l-Opinjoni xi rakkomandazzjonijiet speċifiċi fit-termini ta’ protezzjoni tad-data u privatezza. Filwaqt li l-attenzjoni primarja ta’ din l-Opinjoni hija l-Proposta emendata għal Regolament Eurodac, fiha wkoll numru ta’ kummenti u rakkomandazzjonijiet dwar il-proposti leġiżlattivi l-oħra. L-approċċ komprensiv previst mill-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil, flimkien mal-impatt potenzjali ta’ tali qafas fuq id-drittijiet fundamentali, inkluż fuq il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, jitolbu għal valutazzjoni tal-impatt fil-fond tad-drittijiet fundamentali u tal-protezzjoni tad-data. |
37. |
Barra minn hekk, l-approċċ integrat tal-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil jassenja kompiti speċifiċi lil varjetà ta’ atturi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, inklużi l-aġenziji tal-UE, bħall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta (Frontex) u l-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Ażil (EASO). Abbażi tal-esperjenza tiegħu fir-rigward tas-superviżjoni tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira tal-UE, l-EDPS jikkunsidra li l-proposti leġiżlattivi għandhom jallokaw b’mod ċar ir-responsabbiltajiet rispettivi għall-ipproċessar tad-data personali, li hija essenzjali għall-attribuzzjoni tal-kontroll skont l-EUDPR u l-GDPR.
Fir-rigward tal-Proposta emendata għal Regolament Eurodac, l-EDPS jikkunsidra li r-rakkomandazzjonijiet magħmula fl-Opinjoni 07/2016 tiegħu dwar l-ewwel pakkett ta’ riforma fir-rigward tas-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil (12), b’mod partikolari dawk dwar il-Eurodac, jibqgħu validi għal kollox. Barra minn hekk, fir-rigward tan-novitajiet introdotti mill-Proposta emendata għal Regolament Eurodac, l-EDPS jikkunsidra importanti li jiġi żgurat li l-awtoritajiet tal-Istati Membri u l-korpi tal-Unjoni jistgħu jibqgħu jaraw biss id-data li hija rilevanti għall-prestazzjoni tal-kompiti speċifiċi tagħhom, anke jekk is-settijiet tad-data huma marbuta f’sekwenza. Barra minn hekk, l-EDPS jirrakkomanda li jiġi introdott b’mod espliċitu l-mudell uniku ta’ superviżjoni koordinata f’konformità mal-Artikolu 62 tal-EUDPR. L-EDPS jirrakkomanda wkoll li qabel il-bidu tal-użu operattiv tas-sistema modifikata, il-qafas tas-sigurtà għall-ambjent tan-negozju u tekniku tal-Eurodac jiġi aġġornat kif xieraq u li l-proposta tikkjarifika liema data tkun maħżuna fir-Repożitorju Komuni ta’ informazzjoni dwar l-Identità (CIR) u s-Sistema Ċentrali tal-Eurodac, rispettivament. |
38. |
Fir-rigward tal-proposti l-oħra, u b’mod partikolari l-Proposta għal Regolament dwar l-Iskrinjar, l-EDPS jenfasizza li l-eżattezza tal-informazzjoni pproċessata hija essenzjali u li fil-każijiet kollha għandu jiġi żgurat id-dritt li tiġi rettifikata u/jew supplimentata d-data personali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi. Barra minn hekk, l-EDPS jikkunsidra li l-proposta tibqa’ ferm ġenerali meta tiġi għall-metodi li jistgħu jintużaw biex tinġabar id-data miċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-identifikazzjoni tagħhom, b’mod speċjali meta tiġi kkunsidrata l-firxa wiesgħa ta’ prattiki użati fuq livell nazzjonali, bi gradi differenti ta’ intrużjoni u ta’ effikaċja. L-EDPS jirrakkomanda wkoll li jiġu kkjarifikati l-iskop u l-modalitajiet relatati mal-ipproċessar tad-data personali għall-verifika jekk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi jikkostitwixxux riskju għas-sigurtà. |
39. |
Fl-aħħar nett, l-EDPS jinnota li l-proposti leġiżlattivi l-ġodda jew ma għandhom l-ebda dispożizzjoni legali sostantiva dwar il-protezzjoni tad-data personali, jew it-testi proposti mhumiex konformi bis-sħiħ mal-liġi rilevanti tal-Unjoni. Għaldaqstant, l-EDPS jirrakkomanda li l-proposti leġiżlattivi bħala minimu jirreferu b’mod espliċitu għall-qafas legali rilevanti tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, jiġifieri l-GDPR, il-EUDPR u, jekk rilevanti, id-Direttiva (UE) 2018/680. |
Brussell, it-30 ta’ Novembru 2020.
Wojciech Rafał WIEWIÓROWSK
(1) COM(2020) 609 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?qid=1601287338054&uri=COM:2020:609:FIN
(2) COM(2020) 37 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52020DC0037
(3) COM(2020)614 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM:2020:614:FIN
(4) COM(2020)611 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM:2020:611:FIN
(5) COM(2020) 610 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM:2020:610:FIN
(6) COM (2020)612 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM:2020:612:FIN
(7) COM (2020)613 final, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=COM:2020:613:FIN
(8) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1366 tat-23 ta’ Settembru 2020 dwar mekkaniżmu tal-UE għat-tħejjija u għall-ġestjoni tal-kriżijiet b’rabta mal-migrazzjoni (Blueprint dwar it-Tħejjija għall-Migrazzjoni u l-Ġestjoni tal-Kriżijiet tal-Migrazzjoni), https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32020H1366
(9) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1364 tat-23 ta’Settembru 2020 dwar mezzi legali għall-protezzjoni fl-UE: il-promozzjoni tar-risistemazzjoni, l-ammissjoni umanitarja u mezzi komplementari oħra, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A32020H1364
(10) Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1365 tat-23 ta’ Settembru 2020 dwar il-kooperazzjoni fost l-Istati Membri fir-rigward ta’ operazzjonijiet imwettqa minn bastimenti li huma proprjetà ta’ entitajiet privati jew imħaddma minnhom għall-fini ta’ attivitajiet ta’ tiftix u salvataġġ, https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX:32020H1365
(11) Gwida tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tar-regoli tal-UE dwar id-definizzjoni u l-prevenzjoni tal-faċilitazzjoni ta’ dħul, tranżitu u residenza mhux awtorizzati, C(2020) 6470 final.
(12) Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, Opinjoni 07/2016 L-Opinjoni dwar l-Ewwel pakkett ta’ riforma dwar is-Sistema Komuni Ewropea tal-Ażil (ir-regolamenti tal-Eurodac, tal-EASO u ta’ Dublin).
23.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/13 |
Sommarju tal-Opinjoni Preliminari tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu)
(2021/C 99/09)
Test tas-sommarju eżekuttiv
Fid-19 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-Komunikazzjoni tagħha dwar “Strateġija Ewropea għad-data”. Din il-komunikazzjoni tipprevedi l-ħolqien ta’ spazju komuni fil-qasam tas-saħħa, jiġifieri l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa (“EHDS”), ippreżentat bħala għodda essenzjali għall-preservazzjoni, detezzjoni u kura ta’ mard kif ukoll għat-teħid ta’ deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza u sabiex jiġu mtejba l-effettività, l-aċċessibbiltà u s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-kura tas-saħħa.
Minħabba li l-EDPS jappoġġja b’mod qawwi l-għanijiet tal-promozzjoni tal-iskambju tad-data tas-saħħa u l-inċentivazzjoni ta’ riċerka medika, huwa jenfasizza l-bżonn li jiġu ddefiniti salvagwardji tal-protezzjoni tad-data fil-bidu tal-ħolqien tal-EHDS. Għalhekk, permezz ta’ din l-opinjoni preliminari l-EDPS jenfasizza l-elementi essenzjali li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-iżvilupp tal-EHDS, mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data.
L-EDPS jitlob li tiġi stabbilita bażi legali maħsuba għall-operazzjonijiet tal-ipproċessar taħt l-EHDS f’konformità mal-Artikolu 6(1) tal-GDPR u jfakkar ukoll li dan l-ipproċessar għandu jikkonforma mal-Artikolu 9 tal-GDPR għall-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali ta’ data.
Aktar minn hekk, l-EDPS jenfasizza li minħabba s-sensittività tad-data li għandha tiġi pproċessata fi ħdan l-EHDS, il-konfini ta’ dak li jikkostitwixxi pproċessar legali u pproċessar ulterjuri kompatibbli tad-data għandhom ikunu ċari daqs il-kristall għall-partijiet ikkonċernati kollha. Għaldaqstant, it-trasparenza u d-disponibbiltà pubblika tal-informazzjoni relatata mal-ipproċessar fuq l-EHDS sejrin ikunu essenzjali sabiex itejbu l-fiduċja pubblika fl-EHDS.
L-EDPS jitlob ukoll lill-Kummissjoni sabiex tiċċara r-rwoli u r-responsabbiltajiet tal-partijiet involuti u sabiex tidentifika b’mod ċar il-kategoriji preċiżi ta’ data li għandha tiġi magħmula disponibbli lill-EHDS. Iktar minn hekk, huwa jitlob lill-Istati Membri sabiex jistabbilixxu mekkaniżmi għall-valutazzjoni tal-validità u l-kwalità tas-sorsi tad-data.
L-EDPS jenfasizza l-importanza li l-EHDS jiġi vestit b’infrastruttura tas-sigurtà komprensiva, inkluż kemm miżuri organizzazzjonali kif ukoll dawk ta’ sigurtà tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-protezzjoni tad-data mdaħħla fl-EHDS. F’dan il-kuntest, huwa jfakkar li l-Valutazzjonijiet tal-Impatt fuq il-Protezzjoni tad-Data jistgħu jkunu għodda utli ħafna fid-determinazzjoni tar-riskji tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar u l-miżuri ta’ mitigazzjoni li għandhom jiġu adottati.
L-EDPS jirrakkomanda li tingħata attenzjoni speċjali għall-użu etiku tad-data fi ħdan il-qafas tal-EHDS, u f’dan ir-rigward jissuġġerixxi t-teħid inkunsiderazzjoni tal-kumitati tal-etika eżistenti u r-rwol tagħhom fil-kuntest tal-leġiżlazzjoni nazzjonali.
L-EDPS huwa konvint li s-suċċess tal-EHDS ser jiddependi fuq l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu b’saħħtu tal-governanza tad-data li jipprovdi assigurazzjonijiet suffiċjenti għal ġestjoni legali, responsabbli u etika bbażata fuq il-valuri tal-UE, inkluż ir-rispett għad-drittijiet fundamentali. Il-mekkaniżmu tal-governanza għandu jirregola, tal-inqas, l-entitajiet li sejrin ikunu permessi jagħmlu d-data disponibbli għall-EHDS, l-utenti tal-EHDS, il-punti ta’ kuntatt nazzjonali/ awtoritajiet tal-permess tal-Istati Membri, u r-rwol tal-awtoritajiet għall-protezzjoni tad-data f’dan il-kuntest.
L-EDPS huwa interessat f’inizjattivi ta’ politika għall-kisba ta’ ‘sovranità diġitali’ u għandu preferenza għall-ipproċessar tad-data minn entitajiet li jikkondividu valuri Ewropej, inkluż il-privatezza u l-protezzjoni tad-data. Iktar minn hekk, l-EDPS jitlob lill-Kummissjoni tassigura li l-partijiet ikkonċernati kollha li jieħdu sehem fl-EHDS, u b’mod partikolari, il-kontrolluri, ma jittrasferixxux data personali sakemm is-suġġetti tad-data li d-data personali tagħhom tiġi ttrasferita lil pajjiż terz ma jingħatawx livell ta’ protezzjoni essenzjalment ekwivalenti għal dak iggarantit fl-Unjoni Ewropea.
L-EDPS jitlob lill-Istati Membri sabiex jiggarantixxu l-implimentazzjoni effettiva tad-dritt għall-portabbiltà tad-data speċifikament fl-EHDS, flimkien mal-iżvilupp tar-rekwiżiti tekniċi neċessarji. F’dan ir-rigward, huwa jikkunsidra li tista’ tkun meħtieġa analiżi tal-lakuni dwar il-ħtieġa li jiġu integrati s-salvagwardji tal-GDPR ma’ salvagwardji regolatorji oħra, previsti eż. mid-dritt tal-kompetizzjoni jew linji gwida etiċi.
I. Introduzzjoni u kamp ta’ applikazzjoni tal-Opinjoni
1. |
Fid-19 ta’ Frar 2020, il-Kummissjoni Ewropea (“Kummissjoni”) ppreżentat il-Komunikazzjoni tagħha dwar “Strateġija Ewropea għad-data” (1). Din kienet parti minn pakkett ta’ dokumenti, li jinkludu Komunikazzjoni dwar it-Tfassil tal-futur diġitali tal-Ewropa (2) u White Paper dwar l-Intelliġenza Artifiċjali - Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u l-fiduċja (3). |
2. |
Waħda mill-inizjattivi prinċipali tal-istrateġija Ewropea għad-data (“Strateġija għad-Data”) hija l-ħolqien ta’ Spazji tad-data Ewropej komuni f’setturi strateġiċi u f’dominji ta’ interess pubbliku, li għandhom isaħħu l-possibbiltajiet għall-awtoritajiet pubbliċi u n-negozji sabiex jaċċessaw data ta’ kwalità għolja, jintensifikaw it-tkabbir u joħolqu valur. Iktar ġeneralment, l-inizjattivi varji tal-Istrateġija għad-Data jmorru id f’id mal-ambizzjoni tal-Kummissjoni li “[...] l-UE tibqa’ fuq quddiem nett fl-ekonomija aġli mil-lat ta’ data, filwaqt li tirrispetta u tippromwovi l-valuri fundamentali li huma l-pedament tas-soċjetajiet Ewropej” (4). |
3. |
L-EDPS ħareġ l-Opinjoni 3/2020 dwar l-istrateġija Ewropea għad-data (“Opinjoni 3/2020”) tiegħu f’Ġunju 2020 (5), wara konsultazzjoni informali fuq verżjoni abbozzata mill-Kumissjoni f’Jannar 2019. L-Opinjoni 3/2020 tippreżenta l-fehmiet tal-EDPS dwar l-Istrateġija għad-Data, u tindirizza partikolarment ċerti kunċetti rilevanti minn perspettiva tal-protezzjoni tad-data, inkluż il-kunċett ta’ “ben pubbliku”, Data Miftuħa, l-użu tad-data għal riċerka xjentifika, intermedjarji tad-data, altruwiżmu fir-rigward tad-data u kondiviżjoni internazzjonali tad-data. |
4. |
L-EDPS jinnota li l-eSaħħa hija qasam prinċipali tal-interess pubbliku fejn l-Istrateġija għad-Data tal-Kummissjoni tipprevedi l-ħolqien ta’ spazju komuni, jiġifieri l-Ispazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa (“EHDS”). Skont l-Istrateġija għad-Data, l-EHDS ser ikun essenzjali għall-prevenzjoni, detezzjoni u kura tal-mard, kif ukoll għal deċiżjonijiet ibbażati fuq l-evidenza sabiex jiġu mtejba l-effettività, l-aċċessibbiltà u s-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa. (6) |
5. |
Fil-laqgħa reċenti tiegħu ta’ Ottubru 2020, anki l-Kunsill Ewropew laqa’ “(...) l-istrateġija Ewropea għad-data, li tappoġġa l-ambizzjonijiet diġitali globali tal-UE li tibni ekonomija tad-data kompetittiva Ewropea reali, filwaqt li tiżgura l-valuri Ewropej u livell għoli ta’ sigurtà tad-data, protezzjoni tad-data, u privatezza. Huwa jenfasizza l-ħtieġa li d-data ta’ kwalità għolja ssir disponibbli aktar faċilment u li jiġu promossi u permessi l-kondiviżjoni u l-ġbir flimkien aħjar tad-data, kif ukoll l-interoperabbiltà. Il-Kunsill Ewropew jilqa’ l-ħolqien ta’ spazji komuni Ewropej tad-data f’setturi strateġiċi, u b’mod partikolari jistieden lill-Kummissjoni biex tagħti prijorità lill-ispazju tad-data dwar is-saħħa, li għandu jiġi stabbilit sa tmiem l-2021” (7). |
6. |
Minħabba illi l-EDPS jappoġġja b’mod qawwi l-għanijiet tal-promozzjoni tal-iskambju tad-data dwar is-saħħa u l-inċentivazzjoni tar-riċerka fuq strateġiji preventivi ġodda, kuri, mediċini, apparat mediku, huwa jenfasizza wkoll il-bżonn li jiġu ddefiniti salvagwardji tal-protezzjoni tad-data fil-bidu. Fil-kuntest tal-pandemija tal-Covid19, l-Unjoni Ewropea rat iktar minn qatt qabel il-bżonn għall-applikazzjoni sħiħa tal-prinċipji tal-ipproċessar tad-data tal-GDPR. Skont il-Konklużjonijiet reċenti tal-Kunsill Ewropew, l-EDPS ifakkar fid-drittijiet fundamentali għall-protezzjoni u l-privatezza tad-data , u jsejjaħ sabiex il-prinċipji tal-protezzjoni tad-data jiġu integrati fis-soluzzjonijiet futuri tal-eSaħħa li dalwaqt ikunu fil-qalba tas-sistemi Ewropej kollha tal-eSaħħa. F’dan il-kuntest, nenfasizzaw li s-salvagwardji tal-protezzjoni tad-data għandhom ikunu inklużi fil-qalba tal-EHDS li ġej, bl-għan li jiggarantixxu r-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-individwi, inkluż id-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (“il-Karta”). |
7. |
L-għan ta’ din l-opinjoni preliminari huwa li tikkontribwixxi għall-ħidma tal-Kummissjoni fuq l-EHDS futur, b’mod partikolari permezz tal-identifikazzjoni tal-elementi essenzjali li għandhom jiġu kkunsidrati fl-iżvilupp tal-EHDS mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-data. Din l-opinjoni preliminari għandha tinqara flimkien mal-Opinjonijiet l-oħra rilevanti tal-EDPS, inklużi l-Opinjoni dwar l-Istrateġija Ewropea għad-Data (8), l-Opinjoni preliminari dwar ir-riċerka xjentifika (9), l-Opinjoni dwar id-Data Miftuħa (10), l-Opinjoni dwar il-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (11) u l-Opinjoni tal-EDPS dwar il-proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-użu mill-ġdid ta’ Informazzjoni tas-Settur Pubbliku (PSI) (12). Tajjeb li jiġi enfasizzat li din l-opinjoni preliminari hija mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe opinjoni futura tal-EDPS li tista’ tinħareġ skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725 dwar il-proposti leġiżlattivi relatati u futuri li ġejjin tal-Kummissjoni. |
IV. Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet
Fid-dawl ta’ dan imsemmi hawn fuq, l-EDPS jagħmel ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:
46. |
Jappoġġja l-inizjattiva għall-ħolqien ta’ Spazju Ewropew tad-Data dwar is-Saħħa u jirrikonoxxi r-rwol prinċipali tiegħu fit-titjib tal-aċċess għal u l-kwalità tal-kura tas-saħħa, billi jgħin lill-awtoritajiet kompetenti fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ politika bbażati fuq l-evidenza u billi jappoġġja r-riċerka xjentifika. Madankollu, l-EDPS jitlob li ssir l-adozzjoni tas-salvagwardji neċessarji tal-protezzjoni tad-data b’mod parallel mal-ħidmiet favur il-ħolqien tal-EHDS. |
47. |
Ifakkar li l-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar li jirriżultaw mill-istabbiliment tal-EHDS sejrin jeħtieġu bażi legali robusta skont id-dritt tal-protezzjoni tad-data tal-UE, partikolarment l-Artikolu 6(1) tal-GDPR u l-Artikolu 9 tal-GDPR għall-ipproċessar ta’ kategoriji speċjali tad-data. |
48. |
Jikkunsidra li l-inizjattiva leġiżlattiva futura dwar l-EHDS għandha timmira wkoll li tikkontribwixxi għal mitigazzjoni tal-frammentazzjoni kurrenti ta’ regoli applikabbli għall-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa u għar-riċerka xjentifika, u għalhekk timmira wkoll sabiex tiggarantixxi użu legali u etiku u l-użu mill-ġdid tad-data fi ħdan l-EHDS. |
49. |
Jippromwovi ċarezza addizzjonali dwar il-konfini ta’ dak li jikkostitwixxi pproċessar legali u pproċessar ulterjuri tad-data kompatibbli għall-partijiet ikkonċernati kollha involuti fil-proċess tal-EHDS, filwaqt li jsaħħaħ ukoll it-trasparenza tad-data pproċessata billi l-kundizzjonijiet għall-użu mill-ġdid ikunu magħmula disponibbli pubblikament. |
50. |
Jikkunsidra bħala essenzjali l-istabbiliment ta’ regoli ċari għall-Istati Membri għall-identifikazzjoni ta’ kontrolluri fil-kuntest tal-EHDS, li quddiemhom l-individwi jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-protezzjoni tad-data, skont il-leġiżlazzjoni kurrenti (il-GDPR u r-Regolament 2018/1725). |
51. |
Jitlob li l-atturi prinċipali involuti u l-kategoriji ta’ data pproċessata fi ħdan l-EHDS ikunu identifikati b’mod ċar u jikkunsidra bħala fundamentali li l-Awtoritajiet Ewropej għall-Protezzjoni tad-Data (“DPAs”) ikunu involuti b’mod ċar fis-sorveljanza u l-osservanza tal-protezzjoni tad-data. |
52. |
Isejjaħ għall-adozzjoni ta’ infrastruttura tas-sigurtà komprensiva, inkluż kemm miżuri organizzazzjonali kif ukoll dawk ta’ sigurtà tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku għall-protezzjoni tad-data sensittiva mdaħħla fl-EHDS. |
53. |
Ifakkar ir-rwol essenzjali tal-Valutazzjoni tal-Impatt fuq il-Protezzjoni tad-Data (“DPIAs”), u jirrakkomanda, fejn possibbli, li r-riżultati ta’ dawn il-valutazzjonijiet ikunu magħmula pubbliċi, bħala miżura li ttejjeb il-fiduċja u t-trasparenza. |
54. |
Jitlob li jiġi stabbilit mekkaniżmu b’saħħtu ta’ governanza tad-data li jipprovdi assigurazzjonijiet suffiċjenti ta’ ġestjoni legali, responsabbli u etika tad-data pproċessata fi ħdan l-EHDS. |
55. |
Għandu preferenza għall-ipproċessar tad-data minn entitajiet li jaqsmu valuri Ewropej, inkluż il-privatezza u l-protezzjoni tad-data. |
56. |
Jappoġġja b’mod qawwi l-kisba tas-sovranità tad-data fejn id-data ġġenerata fl-Ewropa tiġi kkonvertita f’valur għal kumpaniji u individwi Ewropej, u tiġi pproċessata skont ir-regoli u r-regolamenti tal-UE. |
57. |
Jitlob lill-Kummissjoni sabiex tassigura li l-partijiet ikkonċernati li jieħdu sehem fl-EHDS, u b’mod partikolari, il-kontrolluri, ma jittrasferixxux data personali sakemm is-suġġetti tad-data li d-data personali tagħhom tiġi ttrasferita lil pajjiż terz ma jingħatawx livell ta’ protezzjoni essenzjalment ekwivalenti għal dak iggarantit fl-Unjoni Ewropea. |
58. |
Jistieden lill-Kummissjoni sabiex tassigura fil-proposta leġiżlattiva tagħha li l-Istati Membri jiggarantixxu l-applikazzjoni tad-dritt għall-portabbiltà tad-data flimkien mal-iżvilupp tar-rekwiżiti tekniċi neċessarji fl-EHDS li jippermettu l-eżerċizzju effettiv ta’ dan id-dritt mis-suġġetti tad-data. |
59. |
Jirrakkomanda t-twettiq ta’ analiżi tal-lakuni dwar il-ħtieġa li jiġu integrati s-salvagwardji tal-GDPR ma’ salvagwardji regolatorji oħra, previsti eż. mid-dritt tal-kompetizzjoni jew linji gwida etiċi. |
Brussell, is-17 ta’ Novembru 2020.
Wojciech Rafał WIEWIÓROWSKI
(1) COM 2020 66 final https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52020DC0066&from=MT
(2) COM(2020) 67 final, https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/europe-fit-digital-age/shaping-europe-digital-future_mt
(3) COM(2020) 65 final, https://ec.europa.eu/info/strategy/priorities-2019-2024/europe-fit-digital-age/excellence-trust-artificial-intelligence_mt
(4) COM (2020) 66 final https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/PDF/?uri=CELEX:52020DC0066&from=MT, p.2.
(5) L-Opinjoni tal-EDPS 3/2020 dwar l-Istrateġija Ewropea għad-Data https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/20-06-16_opinion_data_strategy_en.pdf
(6) COMM 2020 66 final https://ec.europa.eu/info/sites/info/files/communication-european-strategy-data-19feb2020_en.pdf, p. 22.
(7) Ara https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-13-2020-INIT/mt/pdf
(8) L-Opinjoni tal-EDPS 3/2020 dwar l-Istrateġija Ewropea għad-Data https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/20-06-16_opinion_data_strategy_en.pdf
(9) L-Opinjoni Preliminari tal-EDPS dwar il-protezzjoni tad-data u r-riċerka xjentifika https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/20-01-06_opinion_research_en.pdf
(10) L-Opinjoni tal-EDPS dwar il-‘Pakkett tad-Data Miftuħa’ tal-Kummissjoni Ewropea inkluż Proposta għal Direttiva li temenda d-Direttiva 2003/98/KE dwar l-użu mill-ġdid ta’ informazzjoni tas-settur pubbliku (PSI), Komunikazzjoni dwar Data Miftuħa u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/833/UE dwar l-użu mill-ġdid tad-dokumenti tal-Kummissjoni, https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/12-04-18_open_data_en.pdf
(11) L-Opinjoni tal-EDPS 4/2020 dwar il-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-Intelliġenza Artifiċjali – Approċċ Ewropew għall-eċċellenza u l-fiduċja https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/20-06-19_opinion_ai_white_paper_en.pdf
(12) L-Opinjoni tal-EDPS 5/2018 dwar il-proposta għal riformulazzjoni tad-Direttiva dwar l-użu mill-ġdid ta’ Informazzjoni tas-Settur Pubbliku (PSI) https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/18-07-11_psi_directive_opinion_en.pdf
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
23.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/17 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10185 — Pierer Industrie/Palfinger/FSS/Jetfly)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 99/10)
1.
Fil-15 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Pierer Industrie AG (“PIAG”, l-Awstrija), |
— |
Palfinger AG (“Palfinger”, l-Awstrija), |
— |
FSS Vermögensverwaltung GmbH (“FSS”, l-Awstrija), |
— |
Jetfly Airline GmbH (“Jetfly”, l-Awstrija). |
PIAG, Palfinger u FSS jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab Jetfly.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
PIAG: grupp industrijali globali attiv fil-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta’ muturi, roti elettriċi u komponenti għal vetturi motorizzati b’żewġ roti; l-iżvilupp, il-produzzjoni, il-manutenzjoni u d-distribuzzjoni ta’ sistemi mekkaniċi ta’ teknoloġija avvanzata għal komponenti dinamiċi għat-tlielaq, karozzi lussużi u aeronawtika; u l-produzzjoni ta’ brejkijiet, pompi u komponenti tal-magni effiċjenti fis-CO2; |
— |
Palfinger: manifatturi globali ta’ tagħmir idrawliku għall-irfigħ u t-tagħbija użat fuq vetturi kummerċjali, bastimenti u tagħmir stazzjonarju; |
— |
FSS: kumpanija globali tal-ġestjoni tal-assi attiva fil-produzzjoni ta’ għodod u parts tekniċi; ir-riċerka u l-iżvilupp ta’ sistemi awdjo, ta’ navigazzjoni u telematiċi għall-industrija tal-karozzi; ir-riċerka, l-iżvilupp u l-operat tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni; u fil-qasam tas-Sinjalazzjoni Diġitali; |
— |
Jetfly: operatur globali ta’ linja tal-ajru li tipprovdi servizzi charter fuq bażi kummerċjali lil klijenti charter. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
Sache M.10185 — Pierer Industrie/Palfinger/FSS/Jetfly
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta, fejn għandhom jintużaw id-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
Europäische Kommission |
Generaldirektion Wettbewerb |
Registratur Fusionskontrolle |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24 tad-29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
23.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 99/19 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10133 - Astorg/Nordic Capital/Novo/Bioclinica)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 99/11)
1.
Fis-16 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Astorg Asset Management S.à r.l. (“Astorg”, il-Lussemburgu) |
— |
Nordic Capital IX Limited (“Nordic Capital”, Jersey) |
— |
Novo Holdings A/S (“Novo”, id-Danimarka) |
— |
Bioclinica Holding I LP (“Bioclinica”, l-Istati Uniti tal-Amerka) |
Astorg, Nordic Capital u Novo jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Bioclinica kollha kemm hi permezz ta’ eResearch Technology, Inc. (“ERT”, l-Istati Uniti tal-Amerka).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
Astorg: ditta ta’ ekwità privata globali, |
— |
Nordic Capital: ditta ta’ ekwità privata ffokata fuq il-kura tas-saħħa, it-teknoloġija u l-pagamenti, is-servizzi finanzjarji, u s-servizzi kummerċjali u industrijali, |
— |
Novo: kumpanija azzjonista responsabbli għall-ġestjoni tal-assi tal-Fondazzjoni Novo Nordisk permezz ta’ investimenti fix-xjenzi tal-ħajja u oqsma relatati u permezz ta’ investimenti minoritarji ta’ natura finanzjarja u ta’ kapital ta’ riskju, |
— |
Astorg, Nordic Capital u Novo jikkontrollaw bi sħab lil ERT, li tipprovdi soluzzjonijiet ta’ riċerka klinika mħaddma bis-software, |
— |
Bioclinica: tipprovdi soluzzjonijiet ta’ riċerka klinika permezz tas-software, inklużi servizzi ta’ teħid ta’ immaġni medika u servizzi ta’ sikurezza kardijaka, aġġudikazzjoni klinika, randomizzazzjoni u ġestjoni tal-provvista tal-provi u soluzzjonijiet ta’ ottimizzazzjoni, ġbir elettroniku u ta’ data minn sorsi, softwaer għall-ġestjoni tal-provi kliniċi, u soluzzjonijiet ta’ sikurezza tal-mediċini. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10133 - Astorg/Nordic Capital/Novo/Bioclinica
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).