ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 98

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
22 ta' Marzu 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2021/C 98/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 98/02

Kawża C-600/20 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2020 minn Anne-Marie Klose mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-81/20 – Anne-Marie Klose vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

2

2021/C 98/03

Kawża C-640/20 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2020 minn PV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-30 ta’ Jannar 2020 fil-Kawżi Magħquda T-786/16 u T-224/18, PV vs Il-Kummissjoni

2

2021/C 98/04

Kawża C-643/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Veszprémi Törvényszék (l-Ungerija) fit-30 ta’ Novembru 2020 – ENERGOTT Fejlesztő és Vagyonkezelő Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

3

2021/C 98/05

Kawża C-670/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Ráckevei Járásbíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Diċembru 2020 – EP et vs ERSTE Bank Hungary Zrt.

4

2021/C 98/06

Kawża C-673/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal judiciaire d’Auch (Franza) fid-9 ta’ Diċembru 2020 – EP vs Préfet du Gers, Institut National de la Statistique et des Études Économiques

5

2021/C 98/07

Kawża C-675/20 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2020 minn Colin Brown mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fil-5 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-18/19, Brown vs Il-Kummissjoni

6

2021/C 98/08

Kawża C-701/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-22 ta’ Diċembru 2020 – Avis Autovermietung Gesellschaft mbH vs Verein für Konsumenteninformation

7

2021/C 98/09

Kawża C-718/20 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2020 minn Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-307/18, Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals vs Il-Kummissjoni

7

2021/C 98/10

Kawża C-14/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fit-8 ta’ Jannar 2021 – Sea Watch E.V. vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Capitaneria di Porto di Palermo

9

2021/C 98/11

Kawża C-15/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fit-8 ta’ Jannar 2021 – Sea Watch E.V. vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Capitaneria di Porto di Porto Empedocle

11

2021/C 98/12

Kawża C-20/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Jannar 2021 – JW, HD, XS vs LOT Polish Airlines

13

2021/C 98/13

Kawża C-31/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fid-19 ta’ Jannar 2021 – Eurocostruzioni Srl vs Regione Calabria

14

2021/C 98/14

Kawża C-34/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Jannar 2021 – Hauptpersonalrat der Lehrerinnen und Lehrer beim Hessischen Kultusministerium

15

2021/C 98/15

Kawża C-35/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Jannar 2021 – KONSERVINVEST OOD vs BULCONS PARVOMAY OOD

15

2021/C 98/16

Kawża C-42/21 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2021 minn Lietuvos geležinkeliai AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla Estiża) fit-18 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża T-814/17, Lietuvos geležinkeliai vs Il-Kummissjoni

16

2021/C 98/17

Kawża C-46/21 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2021 mill- Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-18 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża T-735/18, Aquind vs ACER

17

2021/C 98/18

Kawża C-60/21: Rikors ippreżentat fi 1 ta’ Frar 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

18

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 98/19

Kawża T-110/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Kazembe Musonda vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità)

19

2021/C 98/20

Kawża T-111/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Boshab vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari – Dritt għall-proprjetà – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità)

20

2021/C 98/21

Kawża T-113/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Kampete vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità)

20

2021/C 98/22

Kawża T-116/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Kande Mupompa vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari – Dritt għall-proprjetà – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità)

21

2021/C 98/23

Kawża T-118/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità)

22

2021/C 98/24

Kawża T-119/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Mutondo vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità)

23

2021/C 98/25

Kawża T-120/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Numbi vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità)

23

2021/C 98/26

Kawża T-121/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Ruhorimbere vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità)

24

2021/C 98/27

Kawża T-122/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Ramazani Shadary vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità)

25

2021/C 98/28

Kawża T-123/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Kanyama vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità)

26

2021/C 98/29

Kawża T-124/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Ilunga Luyoyo vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo – Iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati – Obbligu ta’ motivazzjoni – Dritt għal smigħ – Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi – Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Proporzjonalità – Eċċezzjoni ta’ illegalità)

26

2021/C 98/30

Kawża T-258/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Klymenko vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista – Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva)

27

2021/C 98/31

Kawża T-352/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2021 – Germann Avocats vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament u għad-danni – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċedura ta’ sejħa għal offerti – Studju li jimmonitorja l-prattiki sindakali fil-qasam ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ diversità – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Kriterji għall-għoti – Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt u parzjalment manifestament inammissibbli)

28

2021/C 98/32

Kawża T-35/21: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2021 – SFD vs EUIPO – Allmax Nutrition (ALLNUTRITION DESIGNED FOR MOTIVATION)

28

2021/C 98/33

Kawża T-38/21: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2021 – Inivos u Inivos vs Il-Kummissjoni

29

2021/C 98/34

Kawża T-40/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2021 – Is-Slovakkja vs Il-Kummissjoni

30

2021/C 98/35

Kawża T-50/21: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2021 – About You vs EUIPO – Safe-1 Immobilieninvest (Y/O/U YOUR ORIGINAL U)

31

2021/C 98/36

Kawża T-51/21: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2021 – About You vs EUIPO – Safe-1 Immobilieninvest (Y/O/U YOUR ORIGINAL U)

32

2021/C 98/37

Kawża T-69/21: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2021 – Rotondaro vs EUIPO – Pollini (COLLINI)

33

2021/C 98/38

Kawża T-72/21: Rikors ippreżentat fit-3 ta' Frar 2021 – Bowden u Young vs Europol

33

2021/C 98/39

Kawża T-74/21: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2021 – Teva Pharmaceutical Industries u Cephalon vs Il-Kummissjoni

34

2021/C 98/40

Kawża T-80/21: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2021 – Cargolux vs Il-Kummissjoni

35

2021/C 98/41

Kawża T-85/21: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2021 – QF vs Il-Kummissjoni

36

2021/C 98/42

Kawża T-602/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2021 – MS vs Il-Kummissjoni

36


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 98/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 88, 15.3.2021

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 79, 8.3.2021

ĠU C 72, 1.3.2021

ĠU C 62, 22.2.2021

ĠU C 53, 15.2.2021

ĠU C 44, 8.2.2021

ĠU C 35, 1.2.2021

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/2


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Novembru 2020 minn Anne-Marie Klose mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-81/20 – Anne-Marie Klose vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-600/20 P)

(2021/C 98/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Anne-Marie Klose (rappreżentant: I. Seher, Rechtsanwältin)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tal-11 ta’ Frar 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ċaħdet l-appell bħala inammissibbli u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż tagħha stess.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/2


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2020 minn PV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-30 ta’ Jannar 2020 fil-Kawżi Magħquda T-786/16 u T-224/18, PV vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-640/20 P)

(2021/C 98/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: PV (rappreżentant: D. Birkenmaier, Rechtsanwalt)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Tannulla s-sentenza tat-30 ta’ Jannar 2020 fil-kawżi magħquda T-786/16 u T-224/18;

Tiddeċiedi din it-tilwima kif ukoll il-kawżi magħquda T-786/16 u T-224/18, bħalma jipprevedi l-Artikolu 170 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja;

Tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-kawża C-111/20 P kif ukoll għall-ispejjeż tal-istanza l-oħra kollha tal-kawżi T-786/16, T-224/18, T-224/18 R1 u T-224/18 R2.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel aggravju huwa marbut mal-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 72 u 270 TFUE, tal-Artikolu 23 tar-Regolamenti tal-Persunal u mal-kunsiderazzjoni mill-Qorti Ġenerali li r-Regolamenti tal-Persunal huma s-sors esklużiv ta’ dritt sabiex jiġi deċiż it-tilwim bejn l-impjegati u l-istituzzjoni tagħhom;

2.

It-tieni aggravju huwa marbut ma’ ksur tal-Artikolu 4 TUE, tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-Artikolu 11a tar-Regolamenti tal-Persunal;

3.

It-tielet aggravju huwa marbut ma’ ksur tal-prinċipju ġenerali tad-dritt “fraus omnia corrompit” u tal-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja;

4.

Ir-raba’ aggravju huwa marbut mar-rifjut tal-Artikoli 1, 3, 4, 31 u 41 tal-Karta kif ukoll tal-Artikoli 1e u 12a tar-Regolamenti tal-Persunal;

5.

Il-ħames aggravju jikkonċerna l-użu ta’ “dikjarazzjonijiet intenzjonalment foloz”, ta’ interpretazzjoni mgħawġa tal-paragrafi 3 u 5 tal-punt 1 tal-Artikolu 59 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ksur tad-Deċiżjoni Interna tal-Kummissjoni 92-2004 tas-6 ta’ Lulju 2014;

6.

Is-sitt aggravju huwa marbut ma’ nuqqasijiet frawdolenti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-prinċipju tal-eċċezzjoni tal-ineżekuzzjoni f’relazzjonijiet sinallagmatiċi;

7.

Is-seba’ aggravju jallega ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta, l-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll nuqqasijiet qarrieqa marbuta ma’ użu ħażin frawdolenti ta’ EUR 21 593,64 ta’ arretrati ta’ pagi mill-PMO;

8.

It-tmien aggravju huwa marbut ma’ żnaturament b’ommissjoni tal-konsegwenzi marbuta mal-annullament tal-ewwel proċedura dixxiplinari CMS 13/087;

9.

Id-disa’ aggravju huwa marbut ma’ ksur tal-Artikolu 15 tal-Karta;

10.

L-għaxar aggravju, invokat b’mod sussidjarju, huwa marbut ma’ ksur li tingħata deċiżjoni “ultra petita”.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Veszprémi Törvényszék (l-Ungerija) fit-30 ta’ Novembru 2020 – ENERGOTT Fejlesztő és Vagyonkezelő Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-643/20)

(2021/C 98/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Veszprémi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ENERGOTT Fejlesztő és Vagyonkezelő Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 90(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem id-“Direttiva dwar il-VAT”) (1), b’mod partikolari b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sentenza [tat-23 ta’ Novembru 2017, Di Maura (C-246/16)] (2) u tad-digriet [tad-29 ta’ Jannar 2020, Porr Építési Kft. (C-292/19)] (3), u l-prinċipji fundamentali ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u ta’ ekwivalenza, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri ma jistgħux jistabbilixxu bħala l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni, għall-finijiet tar-rimbors tal-VAT relatata ma’ krediti li saru definittivament irrekuperabbli, data preċedenti għal dik li fiha l-kreditu li fuqu hija bbażata t-talba għar-rimbors tal-VAT isir irrekuperabbli?

2)

L-Artikolu 90(1) u (2) u l-Artikolu 273 tad-Direttiva dwar il-VAT, b’mod partikolari b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sentenza [tat-23 ta’ Novembru 2017, Di Maura (C-246/16)] u tad-digriet [tad-29 ta’ Jannar 2020, Porr Építési Kft. (C-292/19)], u l-prinċipji fundamentali ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni, ta’ ekwivalenza u ta’ newtralità fiskali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li tmur kontra dawn id-dispożizzjonijiet u dawn il-prinċipji l-prattika ġuridika ta’ Stat Membru li abbażi tagħha, fil-kuntest tar-rimbors tal-VAT relatata ma’ krediti li saru definittivament irrekuperabbli u bħala kundizzjoni għar-rimbors ta’ din it-taxxa, l-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tal-liġi teżiġi li l-persuna taxxabbli, minbarra li tinforza l-kreditu li għalih tirreferi din it-taxxa fi proċedura ta’ likwidazzjoni, twettaq azzjonijiet oħra bl-għan li tirkuprah?

3)

L-Artikolu 90(1) u (2) u l-Artikolu 273 tad-Direttiva dwar il-VAT, b’mod partikolari b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sentenza [tat-23 ta’ Novembru 2017, Di Maura (C-246/16)] u tad-digriet [tad-29 ta’ Jannar 2020, Porr Építési Kft. (C-292/19)], u l-prinċipji fundamentali ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni, ta’ ekwivalenza u ta’ newtralità fiskali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li tmur kontra dawn id-dispożizzjonijiet u dawn il-prinċipji l-prattika ġuridika ta’ Stat Membru li abbażi tagħha, fil-każ ta’ nuqqas ta’ ħlas, il-kumpannija li tipprovdi s-servizz għandha tieqaf immedjatament milli tipprovdih peress li, jekk ma taġixxix b’dan il-mod u tkompli tipprovdi s-servizz inkwistjoni, ma tkunx tista’ tirkupra l-VAT li tikkorrispondi għall-krediti li saru definittivament irrekuperabbli minkejja l-fatt li dawn il-krediti irrekuperabbli saru irrekuperabbli sussegwentement?

4)

L-Artikolu 90(1) u (2) u l-Artikolu 273 tad-Direttiva dwar il-VAT, l-Artikoli 15 sa 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, b’mod partikolari b’teħid inkunsiderazzjoni tas-sentenza [tat-23 ta’ Novembru 2017, Di Maura (C-246/16)] u tad-digriet [tad-29 ta’ Jannar 2020, Porr Építési Kft. (C-292/19)], u l-prinċipji fundamentali ta’ effettività tad-dritt tal-Unjoni, ta’ ekwivalenza u ta’ newtralità fiskali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità tal-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tal-liġi stabbilixxiet ir-rekwiżiti inklużi fit-tieni sar-raba’ domanda preliminari mingħajr ma għandha ebda tip ta’ bażi ġuridika sussegwentement għas-sentenza mogħtija fid-digriet Porr Építési Kft. (C-292/19), u li dawn il-kundizzjonijiet ma kinux evidenti għall-persuni taxxabbli qabel mal-krediti saru definittivament irrekuperabbli?


(1)  ĠU 2006, L 347. p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.

(2)  ECLI:EU:C:2017:887.

(3)  ECLI:EU:C:2019:901.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Ráckevei Járásbíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Diċembru 2020 – EP et vs ERSTE Bank Hungary Zrt.

(Kawża C-670/20)

(2021/C 98/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Ráckevei Járásbíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EP, TA, FV u TB

Konvenuta: ERSTE Bank Hungary Zrt.

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), mogħtija fil-Kawża C-186/16, Andriciuc et (2), għandu jiġi kkunsidrat li hija ċara u inekwivoka klawżola kuntrattwali relatata mar-riskju ta’ kambju li, mingħajr ma tistabbilixxi espressament li huwa d-debitur li jassumi esklużivament u kompletament l-imsemmi riskju, tinkludi biss dikjarazzjoni tad-debitur li tindika li dan “huwa kompletament kuxjenti tar-riskji potenzjali li jirriżultaw mit-tranżazzjoni, u b’mod partikolari tal-fatt li l-fluttwazzjoni tal-munita inkwistjoni fir-rigward tal-forint Ungeriż tista’ kemm iżżid kif ukoll tnaqqas l-ammont f’forint tas-self[”]?

2)

Il-klawżola kuntrattwali msemmija iktar ’il fuq tissodisfa r-rekwiżit stabbilit fis-sentenza mogħtija fil-Kawża C-186/16, Andriciuc et, skont liema l-konsumatur għandu jkun jista’ jevalwa, abbażi ta’ tali klawżola, il-konsegwenzi ekonomiċi, potenzjalment sinjifikattivi, tat-teħid tar-riskju tal-kambju fuq l-obbligi finanzjarji tiegħu, fid-dawl tal-fatt li d-dokument intitolat “Nota ta’ informazzjoni dwar ir-riskji ġenerali li jirriżultaw minn finanzjament f’munita barranija”, li l-konsumatur kellu jiffirma fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, jirreferi b’mod identiku għall-effetti favorevoli u sfavorevoli tal-fluttwazzjoni tar-rati ta’ kambju, fejn għalhekk huwa ssuġġerit li t-tendenza tipika ta’ stabbiltà tal-kambju – ippubblikata wkoll mill-Federazzjoni Bankarja Ungeriża – hija li, fuq żmien twil, l-effetti finanzjarji favorevoli u sfavorevoli jikkanċellaw lil xulxin?

3)

Il-klawżola kuntrattwali msemmija iktar ’il fuq tissodisfa r-rekwiżit stabbilit fis-sentenza mogħtija fil-Kawża C-186/16, Andriciuc et, skont liema l-konsumatur għandu jkun jista’ jevalwa, abbażi ta’ tali klawżola, il-konsegwenzi ekonomiċi, potenzjalment sinjifikattivi, tat-teħid tar-riskju tal-kambju fuq l-obbligi finanzjarji tiegħu, meta la fil-kuntratt u lanqas fin-nota ta’ informazzjoni dwar ir-riskji tal-kambju, iffirmata fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt, ma huwa indikat espressament jew impliċitament li ż-żieda fil-kwoti tal-ħlas tista’ ssir sinjifikattiva u tista’ anki, fil-fatt, tilħaq kwalunkwe livell?

4)

Fid-dawl tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, mogħtija fil-Kawża C-186/16, Andriciuc et, għandu jiġi kkunsidrat li hija ċara u inekwivoka klawżola kuntrattwali relatata mar-riskju ta’ kambju li fiha ma huwiex indikat espressament li l-konsumatur jassumi esklużivament u kompletament ir-riskju tal-kambju, meta mill-klawżoli tal-kuntratt ma jirriżultax espressament li ż-żieda fil-kwoti tal-ħlas tista’ ssir sinjifikattiva u tista’ anki, fil-fatt, tilħaq kwalunkwe livell?

5)

Id-dikjarazzjoni magħmula f’dan is-sens mill-konsumatur, ifformulata f’termini ġenerali fi klawżola kuntrattwali standard, hija suffiċjenti fiha nfisha sabiex jiġi stabbilit li l-informazzjoni dwar ir-riskju tal-kambju tissodisfa r-rekwiżit stabbilit fis-sentenza mogħtija fil-Kawża C-186/16, Andriciuc et, skont liema din l-informazzjoni għandha tippermetti lill-konsumatur medju jevalwa, abbażi tagħha, il-konsegwenzi ekonomiċi, potenzjalment sinjifikattivi, tat-trasferiment tar-riskju tal-kambju fuq l-obbligi finanzjarji tiegħu, meta l-ebda klawżola oħra tal-kuntratt u lanqas in-nota ta’ informazzjoni dwar ir-riskji ma jsostnu tali konklużjoni?

6)

Fid-dawl tal-kontenut tal-imsemmija sentenza mogħtija fil-Kawża C-186/16, Andriciuc et, hija konformi mal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, l-interpretazzjoni tal-Kúria (il-Qorti Suprema), skont liema “il-fatt li l-konvenuta ipprovdiet l-informazzjoni dwar ir-riskju tal-kambju jfisser minnu nnifsu li r-rikorrenti kellha tikkunsidra bħala realistiku dan ir-riskju?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288)

(2)  Sentenza tal-20 ta’ Settembru 2017, Andriciuc et, C-186/16, EU:C:2017:703.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-tribunal judiciaire d’Auch (Franza) fid-9 ta’ Diċembru 2020 – EP vs Préfet du Gers, Institut National de la Statistique et des Études Économiques

(Kawża C-673/20)

(2021/C 98/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal judiciaire d’Auch

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EP

Konvenuti: Préfet du Gers, Institut National de la Statistique et des Études Économiques

Parti oħra: Sindku ta’ Thoux

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 50 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Ftehim dwar il-Ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati bħala li jirrevokaw iċ-ċittadinanza Ewropea taċ-ċittadini Brittaniċi li, qabel tmiem il-perijodu ta’ tranżizzjoni, eżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu u ta’ stabbiliment liberu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, b’mod partikolari għal dawk li ilhom jirrisjedu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal iktar minn ħmistax-il sena u li huma suġġetti għal-liġi Brittanika msejħa “15 year rule”, li ċċaħħadhom b’dan il-mod mid-dritt għall-vot?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, l-Artikoli 2, 3, 10, 12 u 127 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ meħuda flimkien mal-punt 6 tal-Preambolu tiegħu u mal-Artikoli 18, 20 u 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandhom jitqiesu li ppermettew lil dawn iċ-ċittadini Brittaniċi li jżommu, mingħajr eċċezzjoni, id-drittijiet għaċ-ċittadinanza Ewropea li kienu jgawdu minnhom qabel il-ħruġ ta’ pajjiżhom mill-Unjoni Ewropea?

3)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda, il-Ftehim dwar il-Ħruġ ma huwiex parzjalment invalidu inkwantu jikser il-prinċipji li jifformaw l-identità tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 18, 20 u 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, iżda wkoll l-Artikoli 39 u [40] tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u ma jiksirx il-prinċipju ta’ proporzjonalità, inkwantu ma jinkludix stipulazzjoni li tippermettilhom iżommu dawn id-drittijiet mingħajr eċċezzjoni?

4)

Fi kwalunkwe każ, l-Artikolu 127(1)(b) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ ma huwiex parzjalment invalidu inkwantu jikser l-Artikoli 18, 20 u 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u kif ukoll l-Artikoli 39 u 40 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkwantu jċaħħad liċ-ċittadini tal-Unjoni li eżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu u ta’ stabbiliment liberu fir-Renju Unit mid-dritt għall-vot u mill-eliġibbiltà għall-elezzjonijiet muniċipali f’dan il-pajjiż u, jekk il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja jinterpretawh bl-istess mod bħalma jinterpretah il-Conseil d’Etat (il-Kunsill tal-Istat, Franza), dan il-ksur ma jestendix għaċ-ċittadini tar-Renju Unit li eżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu u ta’ stabbiliment liberu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal iktar minn ħmistax-il sena u li huma suġġetti għal-liġi Brittanika msejħa “15 year rule”, li ċċaħħadhom b’dan il-mod mid-dritt għall-vot?


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/6


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2020 minn Colin Brown mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla Estiża) fil-5 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-18/19, Brown vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-675/20 P)

(2021/C 98/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Colin Brown (rappreżentant: I. Van Damme, advocaat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-appellant jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata li ma annullatx id-deċiżjoni kkontestata (1);

tikkonkludi, fuq il-bażi tal-proċess quddiemha, li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata u tordna li d-dritt tal-appellant għall-allowance tal-espatrijazzjoni u għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar għandhom jitħallsu lura b’effett mill-1 ta’ Diċembru 2017 u li l-allowances li ma tħallsux bejn l-1 ta’ Diċembru 2017 u d-data li fiha jiġi stabbilit mill-ġdid id-dritt tal-appellant jitħallas lill-appellant bl-interessi; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mill-appellant quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u l-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq żball tal-Qorti Ġenerali fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal li jippermetti jew jitlob it-tneħħija tad-dritt ta’ uffiċjal għal allowance tal-espatrijazzjoni minħabba l-kisba tan-nazzjonalità tal-post tal-impjieg tiegħu, fin-nuqqas ta’ bidla fil-post tal-impjieg tal-uffiċjal.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-applikazzjoni mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tal-Artikolu4(1)(b) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal fir-rigward tal-appellant, u mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata, tagħti lok għal diskriminazzjoni mhux ġustifikata.


(1)  Deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali tad-19 ta’ Marzu 2018 li tirrevoka l-benefiċċju tal-allowance tal-espatrijazzjoni tal-appellant u r-rimbors tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu mill-1 ta’ Diċembru 2017.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-22 ta’ Diċembru 2020 – Avis Autovermietung Gesellschaft mbH vs Verein für Konsumenteninformation

(Kawża C-701/20)

(2021/C 98/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Avis Autovermietung Gesellschaft mbH

Konvenut: Verein für Konsumenteninformation

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu VIII, b’mod partikolari l-Artikolu 80(1) u (2) kif ukoll l-Artikolu 84(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(1) jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali li – b’mod parallel mas-setgħat ta’ intervent tal-awtoritajiet superviżorji responsabbli sabiex jissorveljaw u jinfurzaw ir-regolament u l-possibbiltajiet ta’ rikors tal-persuni kkonċernati – jagħtu lill-kompetituri, minn naħa, u lill-assoċjazzjonijiet, organi u kmamar awtorizzati skont id-dritt nazzjonali, min-naħa l-oħra, is-setgħa, f’każ ta’ ksur tar-Regolament 2016/679, li jaġixxu kontra l-awtur ta’ dan il-ksur billi jippreżentaw rikors quddiem il-qrati ċivili, indipendentement mill-ksur ta’ drittijiet konkreti ta’ persuni kkonċernati individwali u mingħajr mandat ta’ persuna kkonċernata, billi jinvokaw il-projbizzjoni ta’ prattiki kummerċjali żleali, il-ksur ta’ liġi fil-qasam ta’ protezzjoni tal-konsumaturi jew il-projbizzjoni tal-użu ta’ klawżoli standard ineffettivi?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/7


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Diċembru 2020 minn Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Ottubru 2020 fil-Kawża T-307/18, Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-718/20 P)

(2021/C 98/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals Co. Ltd (rappreżentanti: K. Adamantopoulos, avukat, P. Billiet, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha;

tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellanti fir-rikors tagħha quddiem il-Qorti Ġenerali u tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/330 (1), sa fejn dan tikkonċerna lill-appellanti, skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-appellant sostnuti f’dan l-appell u fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Każ T-307/18.

Alternattivament, l-appellanti titlob bir-rispett lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex:

tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq it-talbiet tal-appellanti, safejn huwa ġġustifikat mill-istat tal-proċedura; u

tirriżerva l-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz tal-ewwel aggravju huwa allegat li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkonkludiet li l-Kummissjoni offriet li tiżvela l-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali kollha b’mod tempestiv lill-appellanti fil-kawża odjerna. Kieku l-Kummissjoni osservat l-obbligi tagħha skont tal-Artikolu 20(2) u (4) tar-Regolament (EU) 2016/1036 (2) (“ir-Regolament bażiku”), l-appellanti kienet tissottometti kummenti sinifikattivi lill-Kummissjoni u d-determinazzjoni tad-dumping li rriżulta kienet tkun ta’ benefiċċju għall-appellanti. Il-Qorti Ġenerali wettqet distorzjoni tal-fatti meta qieset li l-valur normali tal-kategorija tal-kejsing u tħaffir SSSPT (pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx) ġiet stabbilita b’riferiment għan-numri tal-kontroll tal-prodott irrappurtat mill-produttur Indjan.

Skont it-tieni aggravju, is-sentenza appellata hija vvizzjata minn żball ta’ ligi safejn qieset li l-legalità tal-atti tal-UE adottati skont l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku ma tistax tiġi riveduta fid-dawl tal-Protokol dwar l-Adeżjoni tal-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina fil-WTO. Alternattivament, is-sentenza kkontestata hija vvizzjata minn żball ta’ liġi safejn naqset milli tirrikonoxxi li l-Artikolu 2(7) tar-Regolament bażiku huwa eċċezzjoni mill-Artikoli 2(1) sa (6) ta’ dak ir-regolament li jista’ jiġi applikat speċifikament għal importazzjonijiet miċ-Ċina fl-UE permezz tad-dispożizzjonijiet 15(1)(d) tal-Protokoll tal-Adeżjoni taċ-Ċina fil-WTO u sa meta dawk id-dispożizzjonijiet ikunu fis-seħħ. L-użu mill-Kummissjoni tal-Indja bħala pajjiż analogu fil-każ tal-appellanti kien żbaljat kemm taħt il-liġi tal-UE kif ukoll taħt il-liġi tal-WTO. Dan l-approċċ irriżulta fis-sejba mill-Kummissjoni ta’ marġni għoli ħafna ta’ dumping li kien ikun ineżistenti li kieku l-Kummissjoni minflok applikat id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2(1) sa (6) tar-Regolament bażiku għall-appellanti. Addizzjonalment, il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma indirizzat il-kwistjoni ta’ informazzjoni mhux akkurata pprovduta lill-Kummissjoni mill-produttur Indjan fil-paragrafu 154 tad-deċiżjoni kkontestata u, b’riżultat ta’ dan, f’partijiet sussegwenti tagħha, minkejja li kienet esponiet dan l-argument tal-appellanti b’mod korrett fil-paragrafu 150 tas-sentenza appellata.

Skont it-tielet aggravju, il-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali huma vvizzjati minn żbalji fl-applikazzjoni tal-Artikoli 2(10) u (11) kif ukoll 11(9) tar-Regolament bażiku, li jistabbilixxu l-obbligu tal-istituzzjonijiet tal-UE sabiex jiġi żgurat, fil-każ tal-appellanti, paragun ekwu bejn il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-appellanti.

Skont ir-raba’ aggravju, il-konklużjonijiet tal-Qorti Ġenerali huma vvizzjati minn żbalji ta’ liġi u joħolqu distorzjoni tal-fatti. Il-metodoloġija adottata mill-Kummissjoni għad-determinazzjoni tal-koeffiċjenti applikati għall-valur normali tas-SSSPT tat-tip “C” tal-appellanti; kif ukoll għad-determinazzjoni tal-valur normali tal-kejsing u tħaffir SSSPT kienet żbaljata u ma kinitx tiggarantixxi valur normali ekwu għall-appellanti skont l-Artikolu 2 tar-Regolament bażiku, u b’hekk irriżultat f’marġni ta’ dumping minfuħ ħafna għall-appellanti. Dawn il-konklużjoniijet tal-Qorti Ġenerali jinjoraw ukoll kompletament il-ġurisprudenza tal-Bord tal-Appell tal-WTO f’EC Fasteners.

Skont il-ħames aggravju, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta inkludiet fil-konklużjonijiet tagħha dwar l-impatt tat-twaqqigħ tal-prezzijiet tas-SSSPT tal-appellanti fl-UE, il-prezzijiet tas-SSSPT tal-appellanti użati fil-proċeduri tad-dwana għall-ipproċessar ta’ dħul ta’ oġġetti fil-pajjiż.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/330 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2018, L 63, p. 15).

(2)  Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, L 176, p. 21).


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fit-8 ta’ Jannar 2021 – Sea Watch E.V. vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Capitaneria di Porto di Palermo

(Kawża C-14/21)

(2021/C 98/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sea Watch E.V.

Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Capitaneria di Porto di Palermo

Domandi preliminari

A)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE (1) ikopri – u l-PSC [Port State Control, kontroll tal-bastimenti min-naħa tal-Istat tal-port] jista’ jitwettaq anki fir-rigward ta’ – bastiment ikklassifikat bħala bastiment għall-ġarr tal-merkanzija mill-korp ta’ klassifikazzjoni tal-Istat tal-bandiera iżda li effettivament iwettaq esklużivament u sistematikament attività mhux kummerċjali, jiġifieri l-attività imsejħa SAR [search and rescue, tiftix u salvataġġ] (kif imwettqa minn [Sea Watch E.V.] u SW4 [bastiment Sea Watch 4] abbażi tal-Istatut proprju tagħha)?

Fil-każ li (…) il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li (…) huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE anki l-bastimenti [li ma jwettqux effettivament attività kummerċjali], leġiżlazzjoni bħal dik nazzjonali inkluża fl-Artikolu 3 tad-[Digriet Leġiżlattiv] Nru 53/2011, li ttrasponiet l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/16/KE, iżda li, fil-paragrafu 1 [tal-Artikolu 3 tad-Digriet Leġiżlattiv iċċitat] espressament tispeċifika l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-PSC billi tillimitah biss għall-bastimenti użati għal finijiet kummerċjali, u teskludi mhux biss id-dgħajjes tar-rikreazzjoni iżda wkoll il-bastimenti għall-ġarr tal-merkanzija li effettivament ma jwettqux – u għalhekk ma jintużawx għal – attività kummerċjali, tipprekludi din id-direttiva, interpretata f’dan is-sens?

Finalment, jista’, għall-kuntrarju, jingħad b’mod fondat li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva, sa fejn dan ikopri wkoll il-bastimenti tal-passiġġieri, wara l-emendi li saru fl-2017, il-bastimenti għall-ġarr tal-merkanzija li sistematikament iwettqu attività imsejħa SAR ta’ persuni fil-periklu fil-baħar, b’tali mod li b’hekk it-trasport tal-persuni li ngħataw l-għajnuna fuq il-baħar wara li sabu ruħhom fil-periklu tal-mewt, jiġi meqjus ekwivalenti għat-trasport tal-passiġġieri?

B)

Iċ-ċirkustanza li l-bastiment ikun ittrasporta numru ta’ persuni ħafna ogħla minn dak stabbilit fiċ-ċertifikat tat-tagħmir tas-sigurtà, minkejja li għall-eżitu ta’ attività msejħa SAR jew, fi kwalunkwe każ, li l-bastiment ikollu ċertifikat tat-tagħmir ta’ sigurtà li jirreferi għal numru ta’ persuni li jkun ħafna inqas min-numru ta’ persuni effettivament ittrasportati – tista’ leġittimament taqa’ taħt fattur ta’ prijorità assoluta fis-sens tal-punt 2A tal-Parti II tal-Anness I jew taħt il-fattur mhux mistenni fis-sens tal-punt 2B tal-Parti II tal-Anness I, imsemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2009/16/KE.

Ċ)

Is-setgħa ta’ spezzjoni PSC tat-tip l-iktar iddettaljata prevista fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/16/KE fuq bastimenti li jtajjru l-bandiera ta’ Stati Membri tista’ u/jew għandha tinkludi wkoll is-setgħa li jiġi vverifikat liema hija b’mod konkret l-attività effettivament imwettqa mill-bastiment, indipendentement mill-attività li għaliha ġew maħruġa mill-Istat tal-bandiera u mill-korp ta’ klassifikazzjoni relattiv, iċ-ċertifikat tal-klassi u ċ-ċertifikati ta’ sigurtà konsegwenti, u, konsegwentement, is-setgħa li jiġi vverifikat li l-imsemmi bastiment għandu ċ-ċertifikati u, b’mod ġenerali, jissodisfa r-rekwiżiti u/jew speċifikazzjonijiet previsti mir-regoli adottati fil-livell internazzjonali fil-qasam tas-sigurtà, tal-prevenzjoni tat-tniġġiż u tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fuq il-bastiment u, f’każ ta’ risposta pożittiva, l-imsemmija setgħa tista’ tiġi eżerċitata anki fir-rigward ta’ bastiment li konkretament iwettaq b’mod sistematiku attività imsejħa SAR?

D)

Kif għandha tiġi interpretata r-regola 1 [rectius, Artikolu 1], itt[ra] b), tal-Konvenzjoni SOLAS – li hija riprodotta espressament fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/16/KE u li fir-rigward tagħha, għalhekk, għandha tiġi ggarantita interpretazzjoni Komunitarja omogenja għall-finijiet u fil-kuntest tal-PSC – fil-parti li fiha tipprovdi li “b. Il-Gvernijiet kontraenti għandhom jimpenjaw ruħhom li jadottaw il-liġijiet, id-digrieti, l-ordnijiet u r-regolamenti kollha u li jieħdu l-miżuri l-oħra kollha neċessarji sabiex jagħtu lill-Konvenzjoni l-applikazzjoni sħiħa tagħha, sabiex jiġi ggarantit li, mill-perspettiva tas-sigurtà umana, bastiment ikun idoneju għas-servizz li għalih huwa ddestinat”; b’mod partikolari, fir-rigward tal-evalwazzjoni dwar l-idonjetà tal-bastiment għas-servizz li għalih huwa ddestinat [,] li l-Istati tal-port huma obbligati li jwettqu permezz tal-ispezzjonijiet PSC, għandhom jiġu adottati bħala kriterju esklużiv ta’ paragun l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti skont il-klassifikazzjoni u ċ-ċertifikati korrispondenti ta’ sigurtà li jkollu l-bastiment, miksuba abbażi tal-attività ddikjarata b’mod astratt jew inkella, għall-kuntrarju, jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll is-servizz li għalih il-bastiment huwa effettivament iddestinat?

Għalhekk, anki b’riferiment għall-imsemmija regola internazzjonali, l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati tal-port għandhom is-setgħa li jivverifikaw mhux biss li t-tagħmir abbord il-bastiment jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikati maħruġ[a] min-naħa tal-Istat tal-bandiera u li jirriżultaw mill-klassifikazzjoni astratta tal-bastiment, iżda wkoll is-setgħa li jevalwaw il-konformità taċ-ċertifikat u tat-tagħmir relattiv abbord u fil-pussess tal-bastiment inkonnessjoni mal-attività effettivament imwettqa, estranja u differenti minn dik indikata fiċ-ċertifikat ta’ klassifikazzjoni?

Jgħoddu l-istess kunsiderazzjonijiet għall-punt 1.3.1 tar-rizoluzzjoni IMO A.1138(31) – Procedures of Port State Control, 2019, adottata fl-4 ta’ Diċembru 2019, fil-parti li fiha din tipprovdi li “Under the provisions of the relevant conventions set out in section 1.2 above, the Administration (i.e. the Government of the flag State) is responsible for promulgating laws and regulations and for taking all other steps which may be necessary to give the relevant conventions full and complete effect so as to ensure that, from the point of view of safety of life and pollution prevention, a ship is fit for the service for which it is intended and seafarers are qualified and fit for their duties.)”?

E)

Fl-aħħar, f’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma li l-Istat tal-port għandu s-setgħa li jivverifika l-pussess taċ-ċertifikat u tal-osservanza tar-rekwiżiti u/jew tal-ispeċifikazzjonijiet abbażi tal-attività li għaliha huwa ddestinat il-bastiment b’mod konkret:

1)

l-Istat tal-port li jwettaq l-ispezzjoni PSC jista’ jitlob il-pussess ta’ ċertifikat u l-osservanza tar-rekwiżiti u/jew ta’ speċifikazzjonijiet ta’ sigurtà u ta’ prevenzjoni tat-tniġġiż tal-baħar, addizzjonali għal dawk miżmuma u marbuta mal-attività imwettqa b’mod konkret, jiġifieri fil-każ odjern mal-attività msejħa SAR, sabiex jiġi evitat l-arrest tal-bastiment?

2)

f’każ li tingħata risposta pożittiva għall-punt Nru 1, it-talba tal-pussess ta’ ċertifikat u tal-osservanza tar-rekwiżiti u/jew speċifikazzjonijiet addizzjonali għal dawk miżmuma u marbuta mal-attività imwettqa b’mod konkret, jiġifieri, fil-każ odjern, mal-attività msejħa SAR, tista’ ssir, sabiex jiġi evitat l-arrest tal-bastiment, esklużivament fil-każ li jkun jeżisti qafas legali internazzjonali u/jew [tal-Unjoni] ċar u affidabbli fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-attività imsejħa SAR u taċ-ċertifikati relattivi u mar-rekwiżiti u/jew preskrizzjonijiet ta’ sigurtà u ta’ prevenzjoni tat-tniġġiż tal-baħar?

3)

f’każ li tingħata risposta negattiva għall-punt Nru 2, it-talba tal-pussess ta’ ċertifikat u tal-osservanza tar-rekwiżiti u/jew speċifikazzjonijiet addizzjonali għal dawk miżmuma u marbuta mal-attività imwettqa b’mod konkret, jiġifieri, fil-każ odjern, mal-attività msejħa SAR, għandha ssir abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat tal-bandiera u/jew abbażi ta’ dik tal-Istat tal-port u, għall-imsemmija finijiet, hija neċessarja leġiżlazzjoni ta’ natura primarja jew tkun idonja ukoll leġiżlazzjoni ta’ natura sekondarja jew anki sempliċiment regola amministrativa ta’ natura ġenerali?

4)

f’każ li tingħata risposta pożittiva għall-punt Nru 3, huwa kompitu tal-Istat tal-port li jindika waqt l-ispezzjoni PSC, b’mod preċiż u speċifiku, abbażi ta’ liema legiżlazzjoni nazzjonali (individwata fis-sens tal-punt Nru 3) ta’ natura leġiżlattiva, regolamentari jew ibbażata fuq att amministrativ ta’ natura ġenerali għandhom jiġu individwati r-rekwiżiti u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ sigurtà u ta’ prevenzjoni tat-tniġġiż tal-baħar li għandhom ikunu ssodisfatti mill-bastiment suġġett għal spezzjoni PSC sabiex iwettaq l-attività msejħa SAR u liema attività ta’ korrezzjoni/rettifika huma eżattament rikjesti sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-imsemmija leġiżlazzjoni?

5)

f’każ ta’ nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Istat tal-port u/jew tal-Istat tal-bandiera ta’ natura leġiżlattiva, regolamentari jew ibbażata fuq att amministrativ ta’ natura ġenerali, l-awtorità tal-Istat tal-port tista’ tindika, għall-każ konkret, ir-rekwiżiti u/jew il-preskrizzjonijiet tekniċi ta’ sigurtà, ta’ prevenzjoni tat-tniġgiż tal-baħar u ta’ protezzjoni tal-ħajja u tax-xogħol abbord li l-bastiment suġġett għal spezzjoni PSC għandu jissodisfa sabiex iwettaq l-attività imsejħa SAR?

6)

f’każ li tingħata risposta negattiva għall-punti Nru 4 u 5, l-attività imsejħa SAR, fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet speċifiċi tal-Istat tal-bandiera f’tali kuntest, tista’ titqies fil-frattemp awtorizzata u għalhekk mhux suxxettibbli għal inibizzjoni bl-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ arrest meta l-bastiment suġġett għal spezzjoni PSC jissodisfa r-rekwiżiti u/jew l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq ta’ kategorija oħra (jiġifieri ta’ bastiment għall-ġarr tal-merkanzija), li t-twettiq b’mod konkret tagħhom ikun ġie kkonfermat mill-Istat tal-bandiera.


(1)  Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (GU 2009, L 131, p. 57).


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fit-8 ta’ Jannar 2021 – Sea Watch E.V. vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Capitaneria di Porto di Porto Empedocle

(Kawża C-15/21)

(2021/C 98/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sea Watch E.V.

Konvenuti: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti, Capitaneria di Porto di Porto Empedocle

Domandi preliminari

A)

Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE (1) ikopri – u l-PSC [Port State Control, kontroll tal-bastimenti min-naħa tal-Istat tal-port] jista’ jitwettaq anki fir-rigward ta’ – bastiment ikklassifikat bħala bastiment għall-ġarr tal-merkanzija mill-korp ta’ klassifikazzjoni tal-Istat tal-bandiera iżda li effettivament iwettaq esklużivament u sistematikament attività mhux kummerċjali, jiġifieri l-attività imsejħa SAR [search and rescue, tiftix u salvataġġ] (kif imwettqa minn [Sea Watch E.V.] u SW4 [bastiment Sea Watch 4] abbażi tal-Istatut proprju tagħha)?

Fil-każ li (…) il-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li (…) huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2009/16/KE anki l-bastimenti [li ma jwettqux effettivament attività kummerċjali], leġiżlazzjoni bħal dik nazzjonali inkluża fl-Artikolu 3 tad-[Digriet Leġiżlattiv] Nru 53/2011, li ttrasponiet l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/16/KE, iżda li fil-paragrafu 1 [tal-Artikolu 3 tad-Digriet Leġiżlattiv iċċitat] espressament tispeċifika l-ambitu ta’ applikazzjoni tal-PSC billi tillimitah biss għall-bastimenti użati għal finijiet kummerċjali, u teskludi mhux biss id-dgħajjes tar-rikreazzjoni iżda wkoll il-bastimenti għall-ġarr tal-merkanzija li effettivament ma jwettqux – u għalhekk ma jintużawx għal – attività kummerċjali, tipprekludi din id-direttiva, interpretata f’dan is-sens?

Finalment, jista’, għall-kuntrarju, jingħad b’mod fondat li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva, safejn dan ikopri wkoll il-bastimenti tal-passiġġieri, wara l-emendi li saru fl-2017, il-bastimenti għall-ġarr tal-merkanzija li sistematikament iwettqu attività imsejħa SAR ta’ persuni fil-periklu fil-baħar, b’tali mod li b’hekk it-trasport tal-persuni li ngħataw l-għajnuna fuq il-baħar wara li sabu ruħhom fil-periklu tal-mewt, jiġi meqjus ekwivalenti għat-trasport tal-passiġġieri?

B)

Iċ-ċirkustanza li l-bastiment ikun ittrasporta numru ta’ persuni ħafna ogħla minn dak stabbilit fiċ-ċertifikat tat-tagħmir tas-sigurtà, minkejja li għall-eżitu ta’ attività msejħa SAR jew, fi kwalunkwe każ, li l-bastiment ikollu ċertifikat tat-tagħmir ta’ sigurtà li jirreferi għal numru ta’ persuni li jkun ħafna inqas min-numru ta’ persuni effettivament ittrasportati – tista’ leġittimament taqa’ taħt fattur ta’ prijorità assoluta fis-sens tal-punt 2A tal-Parti II tal-Anness I jew taħt il-fattur mhux mistenni fis-sens tal-punt 2B tal-Parti II tal-Anness I, imsemmija fl-Artikolu 11 tad-Direttiva 2009/16/KE.

Ċ)

Is-setgħa ta’ spezzjoni PSC tat-tip l-iktar iddettaljata prevista fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/16/KE fuq bastimenti li jtajjru l-bandiera ta’ Stati Membri tista’ u/jew għandha tinkludi wkoll is-setgħa li jiġi vverifikat liema hija b’mod konkret l-attività effettivament imwettqa mill-bastiment, indipendentement mill-attività li għaliha ġew maħruġa mill-Istat tal-bandiera u mill-korp ta’ klassifikazzjoni relattiv, iċ-ċertifikat tal-klassi u ċ-ċertifikati ta’ sigurtà konsegwenti, u, konsegwentement, is-setgħa li jiġi vverifikat li l-imsemmi bastiment għandu ċ-ċertifikati u, b’mod ġenerali, jissodisfa r-rekwiżiti u/jew speċifikazzjonijiet previsti mir-regoli adottati fil-livell internazzjonali fil-qasam tas-sigurtà, tal-prevenzjoni tat-tniġġiż u tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol fuq il-bastiment u, f’każ ta’ risposta pożittiva, l-imsemmija setgħa tista’ tiġi eżerċitata anki fir-rigward ta’ bastiment li konkretament iwettaq b’mod sistematiku attività imsejħa SAR?

D)

Kif għandha tiġi interpretata r-regola 1 [rectius, Artikolu 1], itt[ra] b), tal-Konvenzjoni SOLAS – li hija riprodotta espressament fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/16/KE u li fir-rigward tagħha, għalhekk, għandha tiġi ggarantita interpretazzjoni Komunitarja omogenja għall-finijiet u fil-kuntest tal-PSC – fil-parti li fiha tipprovdi li “b. Il-Gvernijiet kontraenti għandhom jimpenjaw ruħhom li jadottaw il-liġijiet, id-digrieti, l-ordnijiet u r-regolamenti kollha u li jieħdu l-miżuri l-oħra kollha neċessarji sabiex jagħtu lill-Konvenzjoni l-applikazzjoni sħiħa tagħha, sabiex jiġi ggarantit li, mill-perspettiva tas-sigurtà umana, bastiment ikun idoneju għas-servizz li għalih huwa ddestinat”; b’mod partikolari, fir-rigward tal-evalwazzjoni dwar l-idonjetà tal-bastiment għas-servizz li għalih huwa ddestinat [,] li l-Istati tal-port huma obbligati li jwettqu permezz tal-ispezzjonijiet PSC, għandhom jiġu adottati bħala kriterju esklużiv ta’ paragun l-ispeċifikazzjonijiet stabbiliti skont il-klassifikazzjoni u ċ-ċertifikati korrispondenti ta’ sigurtà li jkollu l-bastiment, miksuba abbażi tal-attività ddikjarata b’mod astrattjew inkella, għall-kuntrarju, jista’ jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll is-servizz li għalih il-bastiment huwa effettivament iddestinat?

Għalhekk, anki b’riferiment għall-imsemmija regola internazzjonali, l-awtoritajiet amministrattivi tal-Istati tal-port għandhom is-setgħa li jivverifikaw mhux biss li t-tagħmir abbord il-bastiment jikkonforma mal-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikati maħruġ[a] min-naħa tal-Istat tal-bandiera u li jirriżultaw mill-klassifikazzjoni astratta tal-bastiment, iżda wkoll is-setgħa li jevalwaw il-konformità taċ-ċertifikat u tat-tagħmir relattiv abbord u fil-pussess tal-bastiment inkonnessjoni mal-attività effettivament imwettqa, estranja u differenti minn dik indikata fiċ-ċertifikat ta’ klassifikazzjoni?

Jgħoddu l-istess kunsiderazzjonijiet għall-punt 1.3.1 tar-rizoluzzjoni IMO A.1138(31) – Procedures of Port State Control, 2019, adottata fl-4 ta’ Diċembru 2019, fil-parti li fiha din tipprovdi li “Under the provisions of the relevant conventions set out in section 1.2 above, the Administration (i.e. the Government of the flag State) is responsible for promulgating laws and regulations and for taking all other steps which may be necessary to give the relevant conventions full and complete effect so as to ensure that, from the point of view of safety of life and pollution prevention, a ship is fit for the service for which it is intended and seafarers are qualified and fit for their duties.)”?

E)

Fl-aħħar, f’każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma li l-Istat tal-port għandu s-setgħa li jivverifika l-pussess taċ-ċertifikat u tal-osservanza tar-rekwiżiti u/jew tal-ispeċifikazzjonijiet abbażi tal-attività li għaliha huwa ddestinat il-bastiment b’mod konkret:

1)

l-Istat tal-port li jwettaq l-ispezzjoni PSC jista’ jitlob il-pussess ta’ ċertifikat u l-osservanza tar-rekwiżiti u/jew ta’ speċifikazzjonijiet ta’ sigurtà u ta’ prevenzjoni tat-tniġġiż tal-baħar, addizzjonali għal dawk miżmuma u marbuta mal-attività imwettqa b’mod konkret, jiġifieri fil-każ odjern mal-attività msejħa SAR, sabiex jiġi evitat l-arrest tal-bastiment?

2)

f’każ li tingħata risposta pożittiva għall-punt Nru 1, it-talba tal-pussess ta’ ċertifikat u tal-osservanza tar-rekwiżiti u/jew speċifikazzjonijiet addizzjonali għal dawk miżmuma u marbuta mal-attività imwettqa b’mod konkret, jiġifieri, fil-każ odjern, mal-attività msejħa SAR, tista’ ssir, sabiex jiġi evitat l-arrest tal-bastiment, esklużivament fil-każ li jkun jeżisti qafas legali internazzjonali u/jew [tal-Unjoni] ċar u affidabbli fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-attività imsejħa SAR u taċ-ċertifikati relattivi u mar-rekwiżiti u/jew preskrizzjonijiet ta’ sigurtà u ta’ prevenzjoni tat-tniġġiż tal-baħar?

3)

f’każ li tingħata risposta negattiva għall-punt Nru 2, it-talba tal-pussess ta’ ċertifikat u tal-osservanza tar-rekwiżiti u/jew speċifikazzjonijiet addizzjonali għal dawk miżmuma u marbuta mal-attività imwettqa b’mod konkret, jiġifieri, fil-każ odjern, mal-attività msejħa SAR, għandha ssir abbażi tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat tal-bandiera u/jew abbażi ta’ dik tal-Istat tal-port u, għall-imsemmija finijiet, hija neċessarja leġiżlazzjoni ta’ natura primarja jew tkun idonja ukoll leġiżlazzjoni ta’ natura sekondarja jew anki sempliċiment regola amministrativa ta’ natura ġenerali?

4)

f’każ li tingħata risposta pożittiva għall-punt Nru 3, huwa kompitu tal-Istat tal-port li jindika waqt l-ispezzjoni PSC, b’mod preċiż u speċifiku, abbażi ta’ liema legiżlazzjoni nazzjonali (individwata fis-sens tal-punt Nru 3) ta’ natura leġiżlattiva, regolamentari jew ibbażata fuq att amministrativ ta’ natura ġenerali għandhom jiġu individwati r-rekwiżiti u/jew l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ sigurtà u ta’ prevenzjoni tat-tniġġiż tal-baħar li għandhom ikunu ssodisfatti mill-bastiment suġġett għal spezzjoni PSC sabiex iwettaq l-attività msejħa SAR u liema attività ta’ korrezzjoni/rettifika huma eżattament rikjesti sabiex tiġi żgurata l-osservanza tal-imsemmija leġiżlazzjoni?

5)

f’każ ta’ nuqqas ta’ leġiżlazzjoni tal-Istat tal-port u/jew tal-Istat tal-bandiera ta’ natura leġiżlattiva, regolamentari jew ibbażata fuq att amministrativ ta’ natura ġenerali, l-awtorità tal-Istat tal-port tista’ tindika, għall-każ konkret, ir-rekwiżiti u/jew il-preskrizzjonijiet tekniċi ta’ sigurtà, ta’ prevenzjoni tat-tniġgiż tal-baħar u ta’ protezzjoni tal-ħajja u tax-xogħol abbord li l-bastiment suġġett għal spezzjoni PSC għandu jissodisfa sabiex iwettaq l-attività imsejħa SAR?

6)

f’każ li tingħata risposta negattiva għall-punti Nru 4 u 5, l-attività imsejħa SAR, fin-nuqqas ta’ indikazzjonijiet speċifiċi tal-Istat tal-bandiera f’tali kuntest, tista’ titqies fil-frattemp awtorizzata u għalhekk mhux suxxettibbli għal inibizzjoni bl-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ arrest meta l-bastiment suġġett għal spezzjoni PSC jissodisfa r-rekwiżiti u/jew l-ispeċifikazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq ta’ kategorija oħra (jiġifieri ta’ bastiment għall-ġarr tal-merkanzija), li t-twettiq b’mod konkret tagħhom ikun ġie kkonfermat mill-Istat tal-bandiera.


(1)  Direttiva 2009/16/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-kontroll tal-Istat tal-Port (GU 2009, L 131, p. 57).


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Jannar 2021 – JW, HD, XS vs LOT Polish Airlines

(Kawża C-20/21)

(2021/C 98/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: JW, HD, XS

Konvenut: LOT Polish Airlines

Domanda preliminari

Il-punt 1(b) tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/12 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ ta’ titjira kkaratterizzata minn riżervazzjoni waħda kkonfermata għat-traġitt kollu u maqsuma f’żewġ partijiet tat-titjira jew iktar, il-post ta’ twettiq fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jista’ jkun ukoll il-post tal-wasla tal-ewwel parti tat-titjira meta t-trasport fuq dawn il-partijiet tat-titjira jsir minn żewġ trasportaturi tal-ajru differenti u meta r-rikors għal kumpens, ippreżentat abbażi tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (2), joriġina mid-dewmien tal-ewwel parti tat-titjira u huwa ppreżentat kontra t-trasportatur tal-ajru inkarigat minn din l-ewwel parti tat-titjira?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fid-19 ta’ Jannar 2021 – Eurocostruzioni Srl vs Regione Calabria

(Kawża C-31/21)

(2021/C 98/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eurocostruzioni Srl

Konvenut: Regione Calabria

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1685/2000 tat-28 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 (1) f’dak li għandu x’jaqsam ma’ l-eliġibbilità ta’ l-infiq ta’ operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi Strutturali, u b’mod partikolari tal-ewwel paragrafu tal-punt 2 tar-regola Nru 1, fir-rigward tal-“prova ta’ nfiq”, jimponi li l-prova tal-pagamenti mwettqa mill-benefiċċjarji finali għandha neċessarjament tiġi prodotta permezz ta’ fatturi mħallsa, anki fil-każ li fih il-finanzjament ikun ingħata lill-benefiċċjarju bil-għan li jibni bini b’materjali, strumenti u persunal tiegħu jew tista’ ssir deroga, differenti minn dik prevista espressament f’każ ta’ impossibbiltà, li tirrikjedi l-preżentazzjoni ta’ “dokumenti ta’ żamma ta’ kontijiet ta’ valur probattiv ekwivalenti”?

2)

Liema hija l-interpretazzjoni korretta tal-frażi ċċitata iktar ’il fuq “dokumenti ta’ żamma ta’ kontijiet ta’ valur probattiv ekwivalenti”?

3)

B’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet ċċitati iktar ’il fuq tar-Regolament jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali u reġjonali u atti amministrattivi konsegwenti li jattwaw fil-każ li fih il-finanzjament ikun ingħata lill-benefiċċjarju sabiex jibni bini b’materjali, strumenti u persunal tiegħu, jipprovdu għal sistema ta’ kontroll tal-ispiża suġġetta għall-finanzjament min-naħa tal-amministrazzjoni pubblika kkostitwita minn:

a)

kwantifikazzjoni preliminari tax-xogħolijiet abbażi ta’ lista ta’ prezzijiet reġjonali marbuta max-xogħolijiet pubbliċi u fir-rigward ta’ dawk l-elementi mhux previsti f’tali strument, abbażi tal-prezzijiet tas-suq attwali stabbiliti mill-persuna responsabbli mid-disinn tekniku,

b)

rendikont suċċessiv, bil-preżentata tal-kontijiet tax-xogħolijiet, komposti mill-pjan tax-xogħolijiet u mir-reġistru tal-kontabbiltà, regolarment iffirmati f’kull paġna mid-direttur tax-xogħolijiet u mill-impriża benefiċċjarja u l-verifika u l-validazzjoni ta’ dak li jkun ġie eżegwit, fuq il-bażi tal-prezzijiet unitarji msemmija fil-punt a) minn kummissjoni ta’ verifika maħtura mill-amministrazzjoni reġjonali kompetenti.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31).


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wiesbaden (il-Ġermanja) fl-20 ta’ Jannar 2021 – Hauptpersonalrat der Lehrerinnen und Lehrer beim Hessischen Kultusministerium

(Kawża C-34/21)

(2021/C 98/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wiesbaden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hauptpersonalrat der Lehrerinnen und Lehrer beim Hessischen Kultusministerium

Konvenut: Der Minister des Hessischen Kultusministeriums

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 88(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tkun regola iktar speċifika li tiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali ta’ impjegati fil-kuntest tal-impjiegi fis-sens tal-Artikolu 88(1) tal-imsemmi regolament, dispożizzjoni legali għandha tissodisfa r-rekwiżiti imposti fuq tali regoli mill-Artikolu 88(2) ta’ dan ir-regolament?

2)

Fil-każ li ma tkunx tidher li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 88(2) tar-Regolament 2016/679, regola nazzjonali tista’ xorta waħda tkun applikabbli?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fid-19 ta’ Jannar 2021 – “KONSERVINVEST” OOD vs “BULCONS PARVOMAY” OOD

(Kawża C-35/21)

(2021/C 98/15)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven kasatsionen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“KONSERVINVEST” OOD

Konvenut:“BULCONS PARVOMAY” OOD

Domanda preliminari

L-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (1) jippermetti l-eżistenza, lil hinn mill-każijiet ta’ protezzjoni tranżitorja irregolati mill-imsemmi artikolu, ta’ sistema nazzjonali għar-reġistrazzjoni u għall-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, koperti mir-Regolament, u jippermetti lill-Istati Membri jipprevedu dispożizzjonijiet nazzjonali oħra li japplikaw simultanjament (simili għas-sistema parallela tat-trade marks) dwar is-soluzzjoni ta’ tilwim dwar ksur tad-dritt għal tali indikazzjoni ġeografika bejn negozjanti lokali li jipproduċu u li jikkummerċjalizzaw prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, koperti mir-Regolament Nru 1151/2012, fit-territorju tal-Istat Membru fejn hija rreġistrata l-indikazzjoni ġeografika?


(1)  ĠU 2012, L 343, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 55, p. 27, fil-ĠU 2015, L 191, p. 10, u fil-ĠU 2019, L 216, p. 40.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/16


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2021 minn Lietuvos geležinkeliai AB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla Estiża) fit-18 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża T-814/17, Lietuvos geležinkeliai vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-42/21 P)

(2021/C 98/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Lietuvos geležinkeliai AB (rappreżentanti: W. Deselaers, K. Apel, P. Kirst, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Orlen Lietuva AB

Talbiet

tannulla s-sentenza taħt appell, fl-intier tagħha jew parzjalment, sa fejn is-sentenza ċaħdet l-azzjoni tal-appellanti għall-annullament kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2017) 6544 finali tat-2 ta’ Ottubru 2017 fil-Każ AT.39813 – Ferrovija Baltika (1)

tannulla id-Deċiżjoni, fl-intier tagħha jew parzjalment;

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas iktar il-multa imposta fuq Lietuvos geležinkeliai; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha relatati ma’ dawn il-proċedimenti u l-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq erba’ aggravji.

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat u bħala riżultat applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li permezz tagħha impriża dominanti għandha bżonn biss tagħti aċċess lill-infrastruttura jekk ir-rifjut x’aktarx jelimina kull kompetizzjoni fis-suq min-naħa tal-persuna li titlob l-aċċess, jekk tali rifjut ma jistax jiġi ġġustifikat oġġettivament, u jekk l-aċċess fih innifsu huwa indispensabbli biex iwettaq in-negozju ta’ dik il-persuna.

It-tieni nett, it-tneħħija ta’ binarju tal-ferrovija ta’ 19-il kilometru li jorbot lil Mažeikiai fil-majjistral tal-Litwanja mal-fruntiera tal-Latvja (il-“binarju”) “b’għaġla kbira u mingħajr ma l-ewwel ġew assigurati il-fondi meħtieġa” ma jikkostitwixxix abbuż ta’ pożizzjoni dominanti.

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball fil-liġi meta kkwalifikat it-tneħħija tal-binarju bħala li jista’ jnaqqas il-kompetizzjoni.

Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali kkontradixxiet lilha nfisha billi rriferiet għall-intenzjoni allegatament antikompetitiv tal-appellanti għall-iskop li tiddetermina jekk għandha tiġi imposta multa u għall-iskop li tevalwa l-livell tal-multa, minkejja li ġie kkonstatat li l-ksur allegat mhuwiex ibbażat fuq l-intenzjoni, l-istrateġija antikompetittiva jew il-mala fede tal-appellanti.


(1)  Sunt tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ottubru 2017 dwar proċediment taħt l-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Każ AT.39813 –Ferrovija Baltika) (innotifikata taħt id-dokument numru C(2017) 6544 (ĠU 2017, C 383, p. 7).


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/17


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2021 mill- Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-18 ta’ Novembru 2020 fil-Kawża T-735/18, Aquind vs ACER

(Kawża C-46/21 P)

(2021/C 98/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (ACER) (rappreżentanti: P. Martinet, E. Tremmel, aġenti, B. Creve, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Aquind Ltd

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza appellata fl-intier tagħha jew parzjalment;

jekk il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-istat tal-proċeduri jkun jippermetti, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza bħala infondat;

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiġi deċiża bi qbil mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lil Aquind Ltd għall-ispejjeż kemm dawk tal-appell kif ukoll għal dawk quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali laqgħet ir-raba’ u d-disa’ motiv tar-rikorrenti u, fuq dik il-bażi, annullat id-Deċiżjoni A-001-2018 tal-Bord tal-Appell tal-ACER, ċaħdet il-bqija tal-motivi, u kkundannat lill-ACER għall-ispejjeż. F’dan l-appell, l-ACER issostni li l-Qorti Ġenerali wettqet is-segwenti żbalji ta’ liġi:

1.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-intensità tal-istħarriġ imwettaq mill-Bord tal-Appell tal-ACER, b’mod ġenerali u għall-każ inkwistjoni fir-rigward ta’ żbalji f’evalwazzjonijiet tekniċi u ekonomiċi kumplessi.

2.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 17(1)(b) tar-Regolament 714/2009 (1).


(1)  Regolament (KE) 714/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar kondizzjonijiet għall-aċċess għan-networks għall-bdil bejn il-fruntieri fl-elettriku u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1228/2003 (ĠU 2009, L 211, p. 15).


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/18


Rikors ippreżentat fi 1 ta’ Frar 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Belġju

(Kawża C-60/21)

(2021/C 98/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Roels, V. Uher, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Belġju

Talbiet

Il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:

tikkonstata li, billi żammet dispożizzjonijiet li bihom:

billi irrifjutat il-pagamenti ta’ kull sena ta’ manteniment jew somom ta’ kapital minflok tali pagamenti ta’ kull sena u pagamenti komplementari ta’ kull sena tad-dħul taxxabbli lil detenturi ta’ obbligazzjonijiet li ma humiex residenti fil-Belġju u li jirċievu inqas minn 75 % tad-dħul professjonali tagħhom hemmhekk li ma jistgħux jibbenefikaw mill-istess tnaqqis fl-Istat Membru ta’ residenza tagħhom minħabba l-ammont baxx tad-dħul taxxabbli tagħhom f’dak l-Istat,

ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi li għandu taħt l-Artikolu 45 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u l-Artikolu 28 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), u

tikkundanna lir-Renju tal-Belġju għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq motiv wieħed li jallega li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni tista’ tiddiswadi lill-persuna taxxabbli mhux residenti milli jeżerċitaw il-libertajiet ta’ moviment iggarantiti mit-Trattati u b’mod iktar partikolari l-moviment liberu tal-ħaddiema previst fl-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 28 tal-Ftehim ŻEE.

Fil-fatt, persuna taxxabbli mhux residenti li ma jġibx mill-Belġju mill-inqas 75 tad-dħul professjonali taxxabbli tiegħu u li ma jistax effettivament jibbenefika mit-tnaqqis tal-manteniment fl-Istat ta’ residenza tiegħu minħabba nuqqas ta’ dħul taxxabbli suffiċjenti f’dak l-Istat huwa mċaħħad mil-leġiżlazzjoni Belġjana mill-benefiċċju ta’ kwalunkwe tnaqqis minn dawn il-pagamenti ta’ kull sena. Issa, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u b’mod partikolari mis-sentenza tagħha tal-10 ta’ Mejju 2012 fil-Kawża C-39/10, Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Estonja li, f’każ bħal dan, huwa l-Istat tal-impjieg li għandu jieħu kont tas-sitwazzjoni personali u familjari tal-persuna taxxabbli mhux residenti.


Il-Qorti Ġenerali

22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Kazembe Musonda vs Il-Kunsill

(Kawża T-110/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

(2021/C 98/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Claude Kazembe Musonda (Lubumbashi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, H. Marcos Fraile, S. Van Overmeire u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, min-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 47), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean-Claude Kazembe Musonda huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Boshab vs Il-Kunsill

(Kawża T-111/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari - Dritt għall-proprjetà - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

(2021/C 98/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Évariste Boshab (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, H. Marcos Fraile, S. Van Overmeire u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, min-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 47), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Évariste Boshab huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Kampete vs Il-Kunsill

(Kawża T-113/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

(2021/C 98/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ilunga Kampete (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, H. Marcos Fraile, S. Van Overmeire u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, min-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 47), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ilunga Kampete huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Kande Mupompa vs Il-Kunsill

(Kawża T-116/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari - Dritt għall-proprjetà - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

(2021/C 98/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kande Mupompa (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, H. Marcos Fraile, S. Van Overmeire u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, min-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 47), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alex Kande Mupompa huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Amisi Kumba vs Il-Kunsill

(Kawża T-118/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

(2021/C 98/23)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Gabriel Amisi Kumba (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, H. Marcos Fraile, S. Van Overmeire u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, min-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 47), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gabriel Amisi Kumba huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Mutondo vs Il-Kunsill

(Kawża T-119/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

(2021/C 98/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Kalev Mutondo (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, H. Marcos Fraile, S. Van Overmeire u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, min-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 47), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kalev Mutondo huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Numbi vs Il-Kunsill

(Kawża T-120/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

(2021/C 98/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: John Numbi (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, H. Marcos Fraile, S. Van Overmeire u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, min-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 47), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

John Numbi huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Ruhorimbere vs Il-Kunsill

(Kawża T-121/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

(2021/C 98/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Éric Ruhorimbere (Mbuji-Mayi, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, H. Marcos Fraile, S. Van Overmeire u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, min-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 47), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Éric Ruhorimbere huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Ramazani Shadary vs Il-Kunsill

(Kawża T-122/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

(2021/C 98/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Emmanuel Ramazani Shadary (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, H. Marcos Fraile, S. Van Overmeire u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, min-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 47), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Emmanuel Ramazani Shadary huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Kanyama vs Il-Kunsill

(Kawża T-123/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

(2021/C 98/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent:: Célestin Kanyama (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, H. Marcos Fraile, S. Van Overmeire u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, min-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 47), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Célestin Kanyama huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Ilunga Luyoyo vs Il-Kunsill

(Kawża T-124/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo - Iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-listi tal-persuni kkonċernati - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dritt għal smigħ - Prova tal-fondatezza tal-inklużjoni u taż-żamma fuq il-listi - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Kontinwazzjoni taċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi li wasslu għall-adozzjoni ta’ miżuri restrittivi - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u familjari - Preżunzjoni ta’ innoċenza - Proporzjonalità - Eċċezzjoni ta’ illegalità”)

(2021/C 98/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ferdinand Ilunga Luyoyo (Kinxasa, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo) (rappreżentanti: T. Bontinck, P. De Wolf, A. Guillerme u T. Payan, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, H. Marcos Fraile, S. Van Overmeire u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, min-naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1940 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 47), u min-naħa l-oħra, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1931 tal-10 ta’ Diċembru 2018 li jimplimenta l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU 2018, L 314, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ferdinand Ilunga Luyoyo huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Frar 2021 – Klymenko vs Il-Kunsill

(Kawża T-258/20) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina - Iffriżar ta’ fondi - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi - Żamma tal-isem tar-rikorrent fuq il-lista - Obbligu tal-Kunsill li jivverifika li d-deċiżjoni ta’ awtorità ta’ Stat terz ittieħdet b’rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”)

(2021/C 98/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Oleksandr Viktorovych Klymenko (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: M. Phelippeau, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u P. Mahnič, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/373 tal-5 ta’ Marzu 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 10), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2020, L 71, p. 1), sa fejn isem ir-rikorrent inżamm fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/333 tal-5 ta’ Marzu 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/370 tal-5 ta’ Marzu 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, huma annullati sa fejn l-isem ta’ Oleksandr Viktorovych Klymenko nżamm fil-lista tal-persuni, tal-entitajiet u tal-korpi li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.

2)

L-effetti tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2020/373 qed jinżammu fir-rigward ta’ O. Klymenko sakemm jiskadi t-terminu tal-appell imsemmi fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jew, jekk appell ikun ippreżentat f’dak il-perijodu, sakemm l-appell jiġi miċħud.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 222, 6.7.2020.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Frar 2021 – Germann Avocats vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-352/18) (1)

(“Rikors għal annullament u għad-danni - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Studju li jimmonitorja l-prattiki sindakali fil-qasam ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ diversità - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Kriterji għall-għoti - Rikors parzjalment manifestament infondat fid-dritt u parzjalment manifestament inammissibbli”)

(2021/C 98/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Germann Avocats LLC (Ġinevra, l-Isvizzera) (rappreżentanti: C. Giannakopoulos u N. Skandamis, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Estrada de Solà u A. Katsimerou, aġenti, assistiti minn R. van Melsen, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta tar-rikorrenti ppreżentata fil-kuntest tas-sejħa għal offerti JUST/2017/RDIS/FW/EQUA/0042 (“Studju li jimmonitorja l-prattiki sindakali fil-qasam ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ diversità” (2017/S 215-446067)) u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba l-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Germann Avocats LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 301, 27.8.2018.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/28


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Jannar 2021 – SFD vs EUIPO – Allmax Nutrition (ALLNUTRITION DESIGNED FOR MOTIVATION)

(Kawża T-35/21)

(2021/C 98/32)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SFD S.A. (Opole, il-Polonja) (rappreżentant: T. Grucelski, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allmax Nutrition Inc. (North York, Ontario, il-Kanada)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ALLNUTRITION DESIGNED FOR MOTIVATION – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 971 435

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Ottubru 2020 fil-Każ R 511/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

ticħad l-oppożizzjoni;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/29


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2021 – Inivos u Inivos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-38/21)

(2021/C 98/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Inivos Ltd (Londra, ir-Renju Unit) u Inivos BV (Rotterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: R. Martens u L. Hoet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni b’data mhux magħrufa sabiex tinfetaħ il-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt għax-xiri ta’ ammont sa 200 robot ta’ diżinfezzjoni;

tannulla d-deċiżjoni b’data mhux magħrufa sabiex jingħata l-Kuntratt Qafas għar-Robots ta’ Diżinfezzjoni għal Sptarijiet Ewropej (Covid-19) lil UVD Robots APS/Kompaï Robotics & Teamnet;

tannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Novembru 2020 sabiex jiġi konkluż il-Kuntratt Qafas għar-Robots ta’ Diżinfezzjoni għal Sptarijiet Ewropej (Covid-19) ma’ UVD Robots APS/Kompaï Robotics & Teamnet;

tiddikjara li l-Kuntratt Qafas għar-Robots ta’ Diżinfezzjoni għal Sptarijiet Ewropej (Covid-19), b’mod partikolari l-Kuntratti konklużi bir-referenza FW-00103506 u FW-00103507 huma nulli;

tiddikjara li l-konvenuta hija responsabbli għal kumpens abbażi tat-telf ta’ opportunità.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-konvenuta kisret l-Artikoli 160(1) u (2) tar-Regolament Finanzjarju u tal-punt 11 tat-Taqsima 2 tal-Kapitolu I tal-Anness 1 tar-Regolament Finanzjarju flimkien ma’ ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, peress li l-konvenuta b’mod żbaljat għamlet użu mill-proċedura nnegozjata mingħajr pubblikazzjoni minn qabel ta’ avviż ta’ kuntratt għax-xiri ta’ ammont sa 200 robot ta’ diżinfezzjoni, u għalhekk wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv fejn huwa allegat li l-konvenuta kisret, minn naħa, l-Artikoli 61, 160(1) u 167(1) tar-Regolament Finanzjarju flimkien mal-prinċipji ġenerali tal-Unjoni Ewropea ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni, u, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li l-konvenuta u l-offerent li rebaħ il-kuntratt (UVD Robots APS) huma suġġetti għal kunflitt ta’ interessi li jfisser irregolarità serja li tagħmel il-Kuntratt Qafas konkluż wieħed null.

3.

It-tielet motiv fejn huwa allegat li l-konvenuta kisret l-Artikolu 160(3) tar-Regolament Finanzjarju, peress li l-għoti tal-Kuntratt Qafas għar-Robots ta’ Diżinfezzjoni għal Sptarijiet Ewropej (Covid-19) lil UVD Robots APS joħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/30


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Jannar 2021 – Is-Slovakkja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-40/21)

(2021/C 98/34)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Partijiet

Rikorrent: Ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1734 tat-18 ta’ Novembru 2020 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċerta nefqa mġarrba mill-Istati Membri fil-qafas tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u tal-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (1) sa fejn ġiet applikata korrezzjoni finanzjarja għar-Repubblika Slovakka fir-rigward tal-miżura “Għajnuna Diretta Diżakkoppjata” għas-sena finanzjarja 2016 (u relatata mas-sin għas-sottomissjoni tat-talbiet 2013 u 2014) li tammonta għal EUR 19 656 905,11;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha r-rikorrenti tinvoka motiv uniku, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 52(4)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, flimkien mal-Artikolu 34(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 (3), sa fejn fil-konfront tar-Repubblika Slovakka ma ġewx osservati l-garanziji proċedurali ggarantiti minn dawn id-dispożizzjonijiet.

Permezz tal-motiv tagħha r-rikorrenti ssostni li fuq il-bażi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2020/1734 il-Kummissjoni teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 19 656 905,11 inkors mir-Repubblika Slovakka fil-kuntest tal-FAEG, fejn dan l-ammont jagħmel parti mill-korrezzjoni finanzjarja relatata mal-miżura “Għajnuna Diretta Diżakkoppjata” għas-sena finanzjarja 2016 (Skema ta’ Pagament Uniku skont l-Erja – Nuqqasijiet fil-kwalità tal-aġġornament tal-LPIS, verifika fuq il-posti u instigazzjoni tal-irkupri – sena għas-sottomissjoni tat-talbiet 2015). Skont ir-rikorrenti dan l-ammont ikopri s-snin ta’ għas-sottomissjoni tat-talbiet 2013 u 2014 li ma kinux suġġetti għal verifiki.


(1)  ĠU 2020, L 390, p. 10.

(2)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013, L 347, p. 549, rettifiki fil-ĠU 2016, L 130, p. 6, u fil-ĠU 2017, L 327, p. 83).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 908/2014 tas-6 ta’ Awwissu 2014 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-aġenziji tal-pagamenti u korpi oħra, il-ġestjoni finanzjarja, l-approvazzjoni ta’ kontijiet, ir-regoli dwar kontrolli, garanziji u trasparenza (ĠU 2014, L 255, p. 59, rettifika fil-ĠU 2015, L 114, p. 25).


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/31


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2021 – About You vs EUIPO – Safe-1 Immobilieninvest (Y/O/U YOUR ORIGINAL U)

(Kawża T-50/21)

(2021/C 98/35)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: About You GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Safe-1 Immobilieninvest GmbH (Mauer, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “Y/O/U YOUR ORIGINAL U” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 226 901

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2020 fil-Każ R 529/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

iżżomm seduta;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata bil-konsegwenza li l-EUIPO kompletament jirrevoka t-trade mark tal-Unjoni;

tikkundanna lill-EUIPO, u fil-każ li tintervjeni bil-miktub, lill-parti l-oħra quddiem l-EUIPO, għall-ispejjeż rispettivi tiegħu/tagħhom u għall-kumpens tal-ispejjeż imġarrba mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-proċedimenti ta’ appell quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tar-rekwiżiti formali tal-provi fir-rigward taċ-ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi;

Ksur tal-Artikolu 58, flimkien mal-Artikolu 18, u tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u rispettivament flimkien mal-Artikoli 10, 19 u 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/32


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2021 – About You vs EUIPO – Safe-1 Immobilieninvest (Y/O/U YOUR ORIGINAL U)

(Kawża T-51/21)

(2021/C 98/36)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: About You GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Safe-1 Immobilieninvest GmbH (Mauer, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni “Y/O/U YOUR ORIGINAL U” – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 226 918

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Novembru 2020 fil-Każ R 530/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

iżżomm seduta;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata bil-konsegwenza li l-EUIPO kompletament jirrevoka t-trade mark tal-Unjoni;

tikkundanna lill-EUIPO, u fil-każ li tintervjeni bil-miktub, lill-parti l-oħra quddiem l-EUIPO, għall-ispejjeż rispettivi tiegħu/tagħhom u għall-kumpens tal-ispejjeż imġarrba mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-proċedimenti ta’ appell quddiem l-EUIPO.

Motivi invokati

Ksur tar-rekwiżiti formali tal-provi fir-rigward taċ-ċertezza legali u tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi;

Ksur tal-Artikolu 58, flimkien mal-Artikolu 18, u tal-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u rispettivament flimkien mal-Artikoli 10, 19 u 27 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/625.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/33


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2021 – Rotondaro vs EUIPO – Pollini (COLLINI)

(Kawża T-69/21)

(2021/C 98/37)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Carmine Rotondaro (Monaco, Monaco) (rappreżentant: M. Locatelli, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pollini SpA (Gatteo, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea COLLINI – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 841 091

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Diċembru 2020 fil-Każ R 2518/2019-1

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkonferma d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell u tiddikjara li t-trade mark COLLINI tista’ tiġi rreġistrata bħala trade mark tal-Unjoni għall-prodotti kollha fil-klassijiet 18 u 25 kif indikati fl-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 841 091;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tad-direttivi adottati mid-Direttur Eżekuttiv tal-EUIPO fit-22 ta’ Settembru 2017 (deċiżjoni Nru EX-17-1);

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/33


Rikors ippreżentat fit-3 ta' Frar 2021 – Bowden u Young vs Europol

(Kawża T-72/21)

(2021/C 98/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ian James Bowden (Den Haag, Il-Pajjiżi Baxxi) u Janey Young (Den Haag) (rappreżentant: N. de Montigny, avukat)

Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu sabiex il-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet individwali tat-30 ta’ Marzu 2020 li ma tingħatalhomx deroga mill-kundizzjoni ta’ nazzjonalità prevista mill-Artikolu 12(2)(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg u, konsegwentement, li jintemmu l-kuntratti rispettivi tagħhom abbażi tal-Artikolu 47 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg permezz ta’ preavviż li jibda “mal-iskadenza tal-Perijodu ta’ Tranżizzjoni”, jiġifieri fil-31 ta’ Diċembru 2020 skont il-ftehim ta’ rtirar;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-illegalità tal-proċedura u tal-kriterji applikati, fuq l-iżball ta’ liġi u fuq l-iżball ta’ interpretazzjoni, fuq in-nuqqas ta’ trasparenza, ta’ kjarezza, ta’ ċertezza legali, ta’ prevedibbiltà u fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ amministrazzjoni tajba fil-kuntest tal-adozzjoni ta’ proċedura ta’ deroga.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-aspettattivi leġittimi, fuq in-nuqqas ta’ eżami individwali u ddettaljat tal-fajl, fuq it-teħid ta’ deċiżjonijiet arbitrarji, fuq l-abbuż proċedurali u fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ premura.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dritt għal smigħ effettiv.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/34


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2021 – Teva Pharmaceutical Industries u Cephalon vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-74/21)

(2021/C 98/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Petach Tikva, l-Iżrael), Cephalon Inc. (West Chester, Pennsylvania, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Tayar u S. Ortoli, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 8153 final tas-26 ta’ Novembru 2020 fl-intier tagħha;

tikkanċella l-multi imposti fuq Teva Pharmaceutical Industries Ltd u fuq Cephalon Inc. fl-Artikolu 2 tad-deċiżjoni kkontestata;

sussidjarjament, tnaqqas sostanzjalment il-multa imposta fuq Teva Pharmaceuticals Industries Ltd;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u ta’ fatt billi kkaratterizzat il-ftehim inkwistjoni bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi u ta’ fatt billi kkaratterizzat il-Ftehim ta’ Riżoluzzjoni bħala restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-effett.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball meta applikat l-Artikolu 101(3) TFUE.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-multi imposti fuq Teva u fuq Cephalon għandhom jiġu annullati, jew li, għall-inqas, il-multa imposta fuq Teva għandha titnaqqas b’mod sinjifikattiv.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/35


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Frar 2021 – Cargolux vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-80/21)

(2021/C 98/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Cargolux Airlines International SA (Cargolux) (Sandweiler, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: G. Goeteyn u E. Aliende Rodríguez, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tordna lill-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, sabiex tirrimedja d-dannu sostnut minn Cargolux minħabba n-nuqqas tal-Kummissjoni li tħallas l-ammont pagabbli tal-interessi moratorji u l-ammont pagabbli tal-interessi komposti skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, skont id-deċiżjoni tas-16 ta’ Diċembru 2015, Cargolux Airlines International SA vs Il-Kummissjoni (Kawża T-39/11), u għalhekk tħallas l-ammonti li ġejjin, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, l-Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE:

i.

ammont daqs l-ammont pagabbli tal-interessi moratorji jiġifieri interessi fuq is-somma ta’ EUR 39 900 000 bir-rata tal-interessi tal-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet ta’ ffinanzjar mill-ġdid fl-1 ta’ Novembru 2010 (jiġifieri, 1 %), miżjud b’3,5 %, għall-perijodu bejn il-15 ta’ Frar 2011 u l-5 ta’ Frar 2016, li tirriżulta fl-ammont ta’ EUR 8 075 972,03 jew, fin-nuqqas ta’ dan, bir-rata ta’ interessi li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xierqa;

ii.

ammont daqs l-ammont pagabbli tal-interessi komposti, jiġifieri interessi fuq is-somma tal-ammont pagabbli tal-interessi moratorji għall-perijodu bejn il-5 ta’ Frar 2016 u d-data tal-pagament attwali mill-Kummissjoni tal-ammont mitlub (jew, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja tiċħad it-talba ta’ Cargolux għall-ammont pagabbli tal-interessi komposti li jiddekorru mill-5 ta’ Frar 2016, mill-inqas għall-perijodu bejn id-data tal-applikazzjoni u d-data tal-pagament attwali mill-Kummissjoni tal-ammont mitlub), bir-rata ta’ interessi tal-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet ta’ ffinanzjar mill-ġdid fl-1 ta’ Novembru 2010 (jiġifieri, 1 %) miżjud bi 3,5 % (jew, fin-nuqqas ta’ dan, bir-rata tal-interessi li l-Qorti Ġenerali jidhrilha xierqa);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ Cargolux ta’ dawn il-proċedimenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, fejn tallega li l-Kummissjoni hija responsabbli b’mod mhux kuntrattwali biex tħallas kumpens daqs l-ammont pagabbli tal-interessi moratorji u l-ammont pagabbli tal-interessi komposti lil Cargolux, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 266 TFUE, Artikolu 268 TFUE u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/36


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Frar 2021 – QF vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-85/21)

(2021/C 98/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: QF (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni li ma tinkludix ismu fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni interna COM/03/AD/18;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ motivazzjoni rilevanti. Ir-rikorrent iqis fil-fatt li l-motivazzjoni hija kkostitwita minn evalwazzjonijiet letterali li ma humiex koerenti mal-marki mogħtija. Barra minn hekk, il-Bord tal-Għażla ma kkomunikax il-kriterji tal-għażla adottati qabel l-eżamijiet, b’tali mod li la r-rikorrent u lanqas l-Awtorità tal-Ħatra ma kienu f’pożizzjoni li jivverifikaw il-legalità ta’ dawn il-kriterji.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. Ir-rikorrent jinvoka b’mod partikolari f’dan ir-rigward il-fatt li l-Bord tal-Għażla biddel, wara l-eżamijiet, il-marki mogħtija mill-membri tiegħu fuq il-bażi ta’ tabella ta’ evalwazzjoni minkejja li din it-tabella ta’ evalwazzjoni kellha suppost tiżgura l-ugwaljaza fit-trattament tal-kandidati.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Bord tal-Għażla peress li dan tal-aħħar ma kienx f’pożizzjoni li jiġġustifika b’mod suffiċjenti fil-liġi n-nuqqasijiet ta’ koerenza manifesti bejn l-evalwazzjonijiet letterali u l-marki mogħtija, fid-dawl tal-paragun mal-evalwazzjonijiet paragunabbli ta’ kandidati oħrajn.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2021 – MS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-602/20) (1)

(2021/C 98/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 404, 30.11.2020.