ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 96

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
22 ta' Marzu 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 96/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10151 — Linde/Sipchem/JV) ( 1 )

1

2021/C 96/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10088 — PAI Partners/Euro Ethnic Foods) ( 1 )

2

2021/C 96/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10166 — Latour Capital/Watling Street Capital Partners/Funecap Groupe) ( 1 )

3

2021/C 96/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10183 — AustralianSuper/CPPIB/Transurban/Transurban Chesapeake) ( 1 )

4

2021/C 96/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10161 — The Goldman Sachs Group/Warburg Pincus/Good Host Spaces) ( 1 )

5


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 96/06

Rata tal-kambju tal-euro — Id-19 ta' Marzu 2021

6

2021/C 96/07

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

7

2021/C 96/08

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

8

 

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2021/C 96/09

Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar proposta għal emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE relatata mal-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni — It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu

9

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2021/C 96/10

Modifika ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)

11


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10151 — Linde/Sipchem/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 96/01)

Fit 15 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10151. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10088 — PAI Partners/Euro Ethnic Foods)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 96/02)

Fi 5 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10088. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10166 — Latour Capital/Watling Street Capital Partners/Funecap Groupe)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 96/03)

Fi 11 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10166. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10183 — AustralianSuper/CPPIB/Transurban/Transurban Chesapeake)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 96/04)

Fit 16 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10183. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10161 — The Goldman Sachs Group/Warburg Pincus/Good Host Spaces)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 96/05)

Fit 16 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10161. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta' Marzu 2021

(2021/C 96/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1891

JPY

Yen Ġappuniż

129,54

DKK

Krona Daniża

7,4364

GBP

Lira Sterlina

0,85763

SEK

Krona Żvediża

10,1743

CHF

Frank Żvizzeru

1,1066

ISK

Krona Iżlandiża

151,40

NOK

Krona Norveġiża

10,2018

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,127

HUF

Forint Ungeriż

367,94

PLN

Zloty Pollakk

4,6200

RON

Leu Rumen

4,8853

TRY

Lira Turka

8,6354

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5365

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4877

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2352

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6598

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5970

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 344,69

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,5051

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7413

HRK

Kuna Kroata

7,5758

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 128,99

MYR

Ringgit Malażjan

4,8842

PHP

Peso Filippin

57,795

RUB

Rouble Russu

88,0750

THB

Baht Tajlandiż

36,672

BRL

Real Brażiljan

6,5710

MXN

Peso Messikan

24,1600

INR

Rupi Indjan

86,2155


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/7


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2021/C 96/07)

Image 1

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ żewġ euro, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Greċja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ: Il-Greċja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: 200 sena mir-Rivoluzzjoni Griega

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri l-bandiera Griega fiċ-ċentru, imdawra minn fergħat tar-rand. Imnaqqxa tul ix-xifer ta’ ġewwa hemm il-kliem “1821 - 2021 200 SENA GĦAR-REVOLUZZJONI GRIEGA” u “IR-REPUBBLIKA ELLENIKA”. Viżibbli, fil-qiegħ, bejn żewġ fergħat tar-rand, hemm palmetta (il-marka taz-Zekka Griega) u l-firma tal-artist (George Stamatopoulos).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 1 500 000

Id-data tal-ħruġ: April 2021


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/8


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2021/C 96/08)

Image 2

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita l-ġdida kommemorattiva ta’ żewġ euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa minn Spanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-Żona tal-Euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ żewġ euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ żewġ euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ: Spanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: UNESCO - Toledo

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri dehra tal-Puerta de Sol u dettall tal-“La Sinagoga del Tránsito”, iż-żewġ binjiet mibnija fis-Seklu Erbatax fl-istil Mudejar. Fuq in-naħa tax-xellug u b’ittri kbar il-kelma “ESPAÑA” u s-sena taz-zekka “2021”. Fuq in-naħa tal-lemin il-marka taz-zekka.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 4 000 000

Id-data tal-ħruġ: Frar 2021


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1, għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/9


Sommarju tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar proposta għal emenda tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/16/UE relatata mal-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni

It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq is-sit web tal-EDPS www.edps.europa.eu

(2021/C 96/09)

B’din l-Opinjoni, maħruġa skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-EDPS iressaq rakkomandazzjonijiet li għandhom l-għan li jimminimizzaw l-impatt ta’ proposta leġiżlattiva tal-Kummissjoni li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni fir-rigward tad-dritt fundamentali għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali ta’ individwi. Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma maħsuba biex jiżguraw il-konformità mal-qafas legali applikabbli għall-protezzjoni tad-data, filwaqt li jevitaw li jipperikolaw l-effikaċja u l-effiċjenza tal-azzjoni amministrattiva fil-ġlieda kontra l-evażjoni tat-taxxa.

Filwaqt li l-EDPS jirrikonoxxi li l-konformità fiskali hija objettiv importanti ta’ interess pubbliku, huwa jinsisti li għandu jintlaħaq il-bilanċ it-tajjeb bejn il-kisba ta’ tali għan u d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali. F’dan ir-rigward, huwa jappella għal attenzjoni partikolari għall-implimentazzjoni tal-prinċipji tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku, il-minimizzazzjoni tad-data u l-eżattezza tad-data fil-kuntest ta’ skambji awtomatiċi ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet tat-taxxa nazzjonali.

Fir-rigward tal-ġestjoni tal-interfaċċa ċentrali sikura dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni, l-EDPS jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni tiżgura l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-ipproċessar skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, b’mod partikolari b’segwitu tal-“Linji Gwida dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-governanza tal-IT u l-ġestjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE” tal-EDPS. Barra minn hekk, l-EDPS jikkunsidra li r-rwol tal-Kummissjoni fir-rigward tal-ġestjoni tal-interfaċċa ċentrali sikura skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, jeħtieġ li jiġi aktar aċċertat b’mod partikolari fid-dawl ta’ kwalunkwe arranġament ulterjuri mal-Istati Membri u ċ-ċirkostanzi fattwali tal-appoġġ tekniku u loġistiku pprovdut fis-sistema.

L-EDPS jenfasizza wkoll li, skont l-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725, jistenna li jiġi kkonsultat qabel l-adozzjoni tiegħu mill-Kummissjoni, dwar l-atti ta’ implimentazzjoni li għandhom jiddefinixxu l-arranġamenti amministrattivi biex jiġi pprovdut appoġġ tekniku u loġistiku għall-interfaċċa ċentrali sikura fejn l-Istati Membri jikkomunikaw bl-użu ta’ formoli standard skont id-Direttiva 2011/16/UE.

Fl-aħħar nett, huwa jfakkar li fil-kapaċità tiegħu bħala awtorità superviżorja kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2018/1725, l-EDPS jista’ jsegwi l-aġġornamenti possibbli dwar l-interfaċċa ċentrali sikura u, b’mod aktar wiesa’, l-implikazzjonijiet li jirriżultaw mir-rwol tal-Kummissjoni fi ħdan l-operazzjonijiet tal-ipproċessar fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva dwar it-tassazzjoni.

1.   INTRODUZZJONI U SFOND

1.

Fit-2 ta’ Settembru l-EDPS ġie kkonsultat mill-Kummissjoni Ewropea dwar Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2011/16/UE dwar il-kooperazzjoni amministrattiva fil-qasam tat-tassazzjoni li ġiet adottata fil-15 ta’ Lulju 2020 (minn hawn ’il quddiem, il-“Proposta”). Din il-konsultazzjoni ssir skont l-Artikolu 42 tar-Regolament (UE) 2018/1725.

2.

Preċedentement, fid-29 ta’ April 2020 u fil-5 ta’ Mejju 2020 ġew sottomessi lill-EDPS abbozzi ta’ verżjonijiet tal-Proposta. L-EDPS jilqa’ u jħeġġeġ il-possibbiltà li jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni fi stadju bikri fil-proċess tat-tfassil tal-politika bil-ħsieb li jiġi minimizzat l-impatt tal-proposti fuq id-drittijiet fundamentali għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali (1).

3.

L-EDPS jinnota li l-Proposta għandha l-għan li ttejjeb il-qafas eżistenti għall-iskambji ta’ informazzjoni u l-kooperazzjoni amministrattiva għall-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali, waqt li tikkunsidra t-tassazzjoni diretta u l-importanza dejjem tikber tal-pjattaformi diġitali użati mill-“bejjiegħa”. Minbarra t-tisħiħ tar-regoli eżistenti, il-Proposta tenfasizza li “l-espansjoni tal-kooperazzjoni amministrattiva għal oqsma ġodda hija meħtieġa fl-UE, sabiex jiġu indirizzati l-isfidi tad-diġitalizzazzjoni tal-ekonomija kif ukoll sabiex l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jiġu megħjuna jiġbru t-taxxi tagħhom b’mod aħjar u jlaħħqu ma’ żviluppi ġodda” (2).

4.

L-EDPS jirrikonoxxi l-objettivi tal-Proposta u, b’mod partikolari, il-ħtieġa li tiġi indirizzata d-dimensjoni transkonfinali tas-servizzi offruti permezz tal-użu tal-operaturi tal-pjattaformi diġitali. Kif imfakkar mill-Premessa 6 tal-Proposta, “il-konformità mar-regoli tat-taxxa hija subottimali u l-valur tal-introjtu mhux irrappurtat huwa sinifikanti. L-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri ma għandhomx biżżejjed informazzjoni biex jivvalutaw b’mod korrett u biex jikkontrollaw l-introjtu gross iggwadanjat fil-pajjiż tagħhom minn attivitajiet kummerċjali mwettqa bl-intermedjazzjoni tal-pjattaformi diġitali. Dan huwa partikolarment problematiku meta l-fluss tal-introjtu jew tal-ammont taxxabbli jgħaddi minn pjattaformi stabbiliti f’ġurisdizzjoni oħra” (3).

5.

L-Opinjoni attwali tiffoka fuq l-aspetti rilevanti tal-Proposta fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali ta’ individwi u tfittex li tipprovdi parir pragmatiku dwar kif jiġi minimizzat l-impatt tal-ipproċessar tad-data personali meħtieġ mill-Proposta għal skopijiet ta’ tassazzjoni, filwaqt li żżomm l-effettività tal-miżuri previsti.

3.   KONKLUŻJONIJIET

20.

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, l-EDPS jirrakkomanda dan li ġej:

Li jiġi segwit approċċ li jirrispetta d-drittijiet tal-protezzjoni tad-data, b’mod partikolari l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data mid-disinn u b’mod awtomatiku, il-minimizzazzjoni tad-data u l-eżattezza tad-data fis-sistemi maħluqa u użati għall-iskambju ta’ informazzjoni;

Biex tiġi emendata t-Taqsima III.B.2.c) tal-Anness V tal-Proposta għall-ispeċifikar aħjar tal-“informazzjoni ta’ identifikazzjoni” li għandha tiġi rrappurtata u li tirrestrinġiha għal informazzjoni ta’ identifikazzjoni finanzjarja;

biex tiġi żgurata l-konformità tal-interfaċċa ċentrali sikura mad-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-ipproċessar skont ir-Regolament (UE) Nru 2018/1725, partikolarment skont il-“Linji Gwida dwar il-protezzjoni tad-data personali fil-governanza tal-IT u l-ġestjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE” tal-EDPS;

fir-rigward tal-interfaċċa ċentrali sikura, biex tiġi kkunsidrata mill-ġdid ir-referenza għar-rwol tal-Kummissjoni bħala “proċessur” fil-Proposta (skont l-Artikolu l-ġdid 25(2) u (5) tad-Direttiva 2011/16/UE kif imdaħħal bl-Artikolu 1(19) tal-Proposta u fil-Premessa 25 tal-Proposta).

Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2020.

Wojciech WIEWIÓROWSKI


(1)  Ara l-Premessa 60 tar-Regolament (UE) 2018/1725: “Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data madwar l-Unjoni, waqt li tkun qed tħejji proposti jew rakkomandazzjonijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Jenħtieġ li tkun obbligatorja konsultazzjoni mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni ta’ atti leġiżlattivi jew matul it-tħejjija ta’ atti delegati u ta’ atti ta’ implimentazzjoni kif iddefiniti fl-Artikoli 289, 290 u 291 tat-TFUE u wara l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet u tal-proposti relatati mal-ftehimiet ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali kif stipulat fl-Artikolu 218 tat-TFUE li għandhom impatt fuq id-dritt għall-protezzjoni ta’ data personali. F’dawn il-każijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun obbligata tikkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, ħlief fejn ir-Regolament (UE) 2016/679 jipprovdi għall-konsultazzjoni obbligatorja tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, pereżempju dwar deċiżjonijiet ta’ adegwatezza jew atti delegati dwar ikoni u rekwiżiti standardizzati għal mekkaniżmi ta’ ċertifikazzjoni.”

(2)  Ara l-Memorandum ta’ Spjegazzjoni tal-Proposta

(3)  L-EDPS jixtieq ifakkar li kwistjonijiet ta’ evażjoni tat-taxxa fir-rigward ta’ pjattaformi diġitali, wara li kkunsidraw it-tassazzjoni indiretta, iffurmaw l-oġġett tal-Opinjoni tal-EDPS 1/2019 dwar żewġ proposti leġiżlattivi relatati mal-ġlieda kontra l-frodi tal-VAT, disponibbli fuq: https://edps.europa.eu/sites/edp/files/publication/19-03-15_edps_opinion_on_two_legislative_proposals_relating_to_combating_vat_fraud_en.pdf fejn l-EDPS jinnota, fost oħrajn, “B’mod partikolari, aħna nindikaw li, fil-kuntest ta’ dawn il-proposti, id-data li qed tiġi pproċessata m’għandhiex tkun relatata mal-konsumaturi (dawk li jħallsu) imma biss man-negozji online (dawk li jitħallsu). Dan jillimita r-riskju li l-informazzjoni tintuża għal skopijiet oħra, bħall-kontroll tad-drawwiet tax-xiri tal-konsumaturi. Napprezzaw il-fatt li l-Kummissjoni segwiet dan l-approċċ u aħna nirrakkomandaw bil-qawwa li dan l-approċċ jinżamm fin-negozjati mal-koleġiżlaturi li jwasslu għall-approvazzjoni finali tal-proposti.”


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

22.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/11


Modifika ta’ Raggruppament Ewropew ta’ Kooperazzjoni Territorjali (REKT)

(2021/C 96/10)

I.   Isem ir-REKT, indirizz u punt ta’ kuntatt

Isem uffiċjali: Agrupación Europea de Cooperación Territorial Ciudades de la Cerámica, AECT Limitada (AEuCC)

Uffiċċju reġistrat: Ayuntamiento de Totana, Plaza de la Constitución, 1, E-30850 Totana (Murcia), Spanja

Uffiċjali responsabbli:

President u Direttur: Xavier Morant Verdejo

Segretarju Ġenerali u Direttur tal-Proġetti: Giuseppe Olmeti

Direttur Amministrattiv: Oriol Calvo Vergés

Indirizz elettroniku: giuseppe.olmeti@romagnafaentina.it

Indirizz tal-internet tar-Raggruppament: www.aeucc.eu

II.   Membri ġodda

Isem uffiċjali: Asociace českých keramickýck měst, z.s. (AczCC)

Indirizz postali: Nám Krále Jířiko 106, 67972 Kunštat, ir-Repubblika Ċeka

Indirizz tal-internet: www.aczcc.cz

Tip ta’ membru: Assoċjazzjoni

Pajjiż: CZ

Isem uffiċjali: Associação Portuguesa de Cidades e Vilas de Ceramica (AptCVC)

Indirizz postali: Centro das Artes Rua Elídio Amado, 2500-110 Caldas da Rainha, il-Portugall

Indirizz elettroniku: aptcvc@cm-mafra.pt

Tip ta’ membru: Assoċjazzjoni

Pajjiż: PT

Isem uffiċjali: Verband der deuschen Keramikstädte e.V. (AgCC)

Indirizz postali: Rathausstr. 48, 56203 Höhr-Grenzhausen, il-Ġermanja

Indirizz elettroniku: michael.thiesen@hoehr-grenzhausen.de

Tip ta’ membru: Assoċjazzjoni

Pajjiż: DE