ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 90

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
17 ta' Marzu 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 90/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9455 — Compass/Fazer Food Services) ( 1 )

1

2021/C 90/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10160 — Mitsubishi Corporation/Nippon Telegraph and Telephoe Corporation/Industry One JV) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 90/03

Rata tal-kambju tal-euro — Is-16 ta' Marzu 2021

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 90/04

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10167 — Continental/Light control units business of OSRAM Continental) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4

2021/C 90/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10199 — Goldman Sachs/Advania) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 90/06

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antisussidji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja

8

2021/C 90/07

Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping li japplikaw għall-importazzjonijiet ta’ tubi u ta’ pajpijiet tal-ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja

19

2021/C 90/08

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

30

2021/C 90/09

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

35

2021/C 90/10

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

42


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9455 — Compass/Fazer Food Services)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 90/01)

Fit 28 ta’ Jannar 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9455. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


17.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10160 — Mitsubishi Corporation/Nippon Telegraph and Telephoe Corporation/Industry One JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 90/02)

Fit 11 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10160. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta' Marzu 2021

(2021/C 90/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1926

JPY

Yen Ġappuniż

129,88

DKK

Krona Daniża

7,4360

GBP

Lira Sterlina

0,85945

SEK

Krona Żvediża

10,1388

CHF

Frank Żvizzeru

1,1033

ISK

Krona Iżlandiża

151,60

NOK

Krona Norveġiża

10,1028

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,197

HUF

Forint Ungeriż

367,30

PLN

Zloty Pollakk

4,5933

RON

Leu Rumen

4,8868

TRY

Lira Turka

8,9350

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5390

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4867

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2626

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6578

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6049

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 347,36

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

17,7067

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7519

HRK

Kuna Kroata

7,5765

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 206,59

MYR

Ringgit Malażjan

4,9064

PHP

Peso Filippin

57,994

RUB

Rouble Russu

86,6948

THB

Baht Tajlandiż

36,655

BRL

Real Brażiljan

6,6722

MXN

Peso Messikan

24,6021

INR

Rupi Indjan

86,4790


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10167 — Continental/Light control units business of OSRAM Continental)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 90/04)

1.   

Fl-10 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Continental AG (“Continental”, il-Ġermanja),

In-negozju tal-unitajiet ta’ kontroll tad-dawl ta’ OSRAM Continental GmbH (“OSRAM Continental”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn OSRAM GmbH (“OSRAM”, il-Ġermanja).

Continental takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tan-negozju tal-unitajiet ta’ kontroll tad-dawl ta’ OSRAM Continental. Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Continental: il-manifattura u l-provvista ta’ diversi komponenti u spare parts, b’mod partikolari għall-industrija tal-karozzi,

in-negozju tal-unitajiet ta’ kontroll tad-dawl ta’ OSRAM Continental: il-manifattura u l-provvista ta’ unitajiet ta’ kontroll tad-dawl użati għall-kontroll ta’ sistemi ta’ dwal tal-karozzi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10167 — Continental/Light control units business of OSRAM Continental

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


17.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10199 — Goldman Sachs/Advania)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 90/05)

1.   

Fid-9 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”, ir-Renju Unit),

Advanvia AB (“Advania”, l-Isvezja).

Goldman Sachs takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Advania kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Goldman Sachs: ditta globali ta’ investiment bankarju, garanziji u ġestjoni ta’ investimenti li tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi madwar id-dinja għal bażi ta’ klijenti diversifikata li tinkludi korporazzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji, gvernijiet u individwi b’valur nett għoli,

Advania: korporazzjoni tas-servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni li toffri soluzzjonijiet totali integrati għall-komunità tan-negozju li tinkludi software, hardware u servizzi ta’ manutenzjoni u tħaddim. Hija tipprovdi firxa ta’ servizzi relatati mal-IT, pjattaformi, servizzi cloud, u appoġġ lil intrapriżi multinazzjonali, gvernijiet, u negozji, kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f’dak privat.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10199 — Goldman Sachs/Advania

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

17.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/8


Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri antisussidji applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja

(2021/C 90/06)

Wara l-pubblikazzjoni tan-Notifika dwar l-iskadenza imminenti (1) tal-miżuri antisussidji fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet issussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (2)(“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba tressqet fil-21 ta’ Diċembru 2020 minn Saint-Gobain PAM, Saint-Gobain PAM Deutschland GmbH u Saint-Gobain PAM España S.A.,(“l-applikant”), li jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni tat-tubi u l-pajpijiet tal-ħadid fondut duttili fis-sens tal-Artikolu 10(6) tar-Regolament bażiku.

Il-verżjoni konsultabbli tat-talba u l-analiżi tal-grad ta’ sostenn għat-talba mill-produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl mill-partijiet interessati.

2.   Prodott taħt rieżami

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huma t-tubi u l-pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), (“pajpijiet duttili”), bl-esklużjoni ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili mingħajr kisjiet intern u estern (“pajpijiet mhux miksijin”), li joriġinaw mill-Indja, li bħalissa jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 7303 00 10 (il-kodiċi TARIC 7303001010) u ex 7303 00 90, (il-kodiċi TARIC 7303009010) (“il-prodott taħt rieżami”). Il-kodiċijiet NM u TARIC huma mogħtija għall-informazzjoni biss.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri li hemm fis-seħħ bħalissa huma dazju kumpensatorju definittiv impost bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387 (3). Fis-17 ta’ April 2020 il-Kummissjoni imponiet mill-ġdid dazju kumpensatorju definittiv mid-19 ta’ Marzu 2016, bir-rata ta’ 6 % (4), fir-rigward ta’ Jindal Saw Limited, wara l-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-kawża T-300/16 (5), li annullat parzjalment ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/387 fir-rigward ta’ Jindal Saw Limited.

4.   Raġunijiet għar-rieżami

It-talba hija msejsa fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tas-sussidjar u għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ sussidjar

L-applikant ipprovda biżżejjed evidenza li turi li l-produtturi tal-prodott taħt rieżami fl-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”) ibbenefikaw u aktarx se jkomplu jibbenefikaw minn għadd ta’ sussidji mogħtija mill-Gvern tal-Indja u minn gvernijiet reġjonali u lokali ta’ dan il-pajjiż.

L-allegati prattiki ta’ sussidju jikkonsistu, inter alia, minn (1) trasferiment dirett ta’ fondi u trasferiment dirett potenzjali ta’ fondi, pereżempju l-Iskema ta’ Rifużjoni tad-Dazju, it-trasferimenti diretti ta’ fondi mill-Gvern, il-finanzjament preferenzjali minn istituzzjonijiet finanzjarji pubbliċi, (2) id-dħul tal-gvern mitluf jew mhux miġbur, pereżempju l-Iskema ta’ Promozzjoni tal-Esportazzjoni ta’ Oġġetti Kapitali, l-Iskema ta’ Awtorizzazzjoni bil-Quddiem, l-Iskema ta’ Unitajiet Orjentati lejn l-Esportazzjoni, l-Iskema ta’ Esportazzjoni tal-Merkanzija mill-Indja (Merchandise Exports from India Scheme), l-eżenzjoni mill-VAT jew l-eżenzjoni parzjali mill-VAT (il-Gvern ta’ Gujarat), (3) il-forniment ta’ prodotti jew servizzi mill-gvern għal remunerazzjoni mhux adegwata, pereżempju l-provvediment ta’ mineral tal-ħadid għal rimunerazzjoni inqas minn dik adegwata u 4) il-pagamenti f’mekkaniżmu ta’ finanzjament jew l-għoti ta’ inkarigu jew ta’ direzzjoni lil xi korp privat biex iwettaq xi waħda mill-funzjonijiet ta’ hawn fuq jew aktar.

Xi wħud mill-allegati prattiki ta’ sussidjar diġà ġew ikkumpensati fl-investigazzjoni oriġinali filwaqt li oħrajn huma addizzjonali jew huma sussidji ġodda li ma kinux ġew eżaminati fl-investigazzjoni oriġinali.

L-applikant jallega li l-miżuri deskritti huma sussidji peress li jinvolvu kontribuzzjoni finanzjarja mill-Gvern tal-Indja u jikkonferixxu benefiċċju lill-produtturi tal-prodott taħt rieżami. Huwa allegat li dawn is-sussidji huma speċifiċi għal impriża jew industrija jew grupp ta’ impriżi jew industriji, jew kontinġenti fuq il-prestazzjoni tal-esportazzjoni u għaldaqstant huma kumpensabbli.

Fid-dawl tal-Artikolu 18(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni ħejjiet memorandum dwar is-suffiċjenza tal-evidenza, li jinkludi l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-evidenza kollha li għandha għad-dispożizzjoni tagħha u li fuq il-bażi tagħha l-Kummissjoni tibda din l-investigazzjoni. Dan il-memorandum jinsab fil-fajl li jistgħu jikkonsultawh il-partijiet interessati.

Il-Kummissjoni tirriżerva d-dritt li tinvestiga sussidji rilevanti oħrajn li jistgħu jiġu żvelati matul l-investigazzjoni.

4.2.    Allegazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu

L-applikant ipprovda wkoll biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni kollox ma’ kollox żdiedu f’termini assoluti u f’termini ta’ ishma mis-suq.

L-evidenza li pprovda l-applikant turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat li qed jiġi rieżaminat kellhom, fost konsegwenzi oħrajn, impatt negattiv fuq il-kwantitajiet mibjugħa u fuq is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni, li ħallew effetti negattivi sostanzjali fuq il-prestazzjoni ġenerali, il-qagħda finanzjarja u dik tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni.

L-applikant jallega wkoll li hemm ir-riskju ta’ aktar dannu. F’dan ir-rigward l-applikant ipprovda evidenza li turi li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali ta’ importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni probabbilment jiżdiedu minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata u tal-potenzjal li għandhom il-faċilitajiet ta’ manifattura tal-produtturi fl-Indja.

Barra minn hekk, l-applikant jallega li kwalunkwe żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet bi prezzijiet sussidjati mill-pajjiż ikkonċernat x’aktarx li twassal għal aktar dannu għall-industrija tal-Unjoni, jekk dawn il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   Proċedura

Wara li ġie kkonsultat il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 25(1) tar-Regolament bażiku, ġie determinat li teżisti biżżejjed evidenza ta’ probabbiltà ta’ sussidjar u ta’ dannu biex tiġi ġustifikata t-tnedija ta’ rieżami ta’ skadenza, u b’dan il-Kummissjoni tagħti bidu għal rieżami skont l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Ir-rieżami ta’ skadenza jiddetermina jekk l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li twassal għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ sussidjar tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat, kif ukoll għall-kontinwazzjoni jew għar-rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni.

Il-Gvern tal-Indja ġie mistieden għall-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 10(7) tar-Regolament bażiku.

Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI) (6), li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2018, daħħal għadd ta’ bidliet fl-iskeda ta’ żmien u fl-iskadenzi li qabel kienu japplikaw fil-proċedimenti antisussidji. Għalhekk, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati biex jirrispettaw il-passi proċedurali u l-iskadenzi stabbiliti f’din in-Notifika kif ukoll f’komunikazzjonijiet oħra mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet li wara t-tifqigħa tal-COVID-19 ġiet ippubblikata Notifika (7) dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji li jistgħu jkunu applikabbli għal dan il-proċediment.

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet rigward investigazzjoni anti-dumping separata li tinsab għaddejja u li tkopri l-istess prodott (8). Il-produtturi esportaturi, l-industrija tal-Unjoni, u l-partijiet interessati kollha f’tali investigazzjoni anti-dumping huma mistiedna jirreġistraw separatament għal din l-investigazzjoni u jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti skont il-modalitajiet u l-iskedi ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika mingħajr ma titqies l-informazzjoni possibbilment ippreżentata fil-kuntest tal-investigazzjoni anti-dumping. L-informazzjoni jew il-kummenti ppreżentati fil-kuntest tal-investigazzjoni anti-dumping mhux se jitqiesu awtomatikament f’din l-investigazzjoni, u l-partijiet se jkollhom, bħala prinċipju, jippreżentaw l-informazzjoni kollha dwar din l-investigazzjoni separatament fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

5.1.    Il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu kkunsidrat

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ sussidjar se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sa tmiem il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Kummenti dwar it-talba u l-bidu tal-investigazzjoni

Il-partijiet interessati kollha li jkunu jixtiequ jikkummentaw dwar it-talba (inklużi l-kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu ma’ dannu u ma’ kawżalità) jew dwar kull aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għat-talba) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.3.    Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ sussidjar

F’rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tqis jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u li jbigħu l-prodott taħt rieżami fil-pajjiż ikkonċernat hijiex tali li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet issussidjati lejn l-Unjoni x’aktarx li jitkomplew jew jirrikorru jekk il-miżuri jiskadu.

Għaldaqstant, il-produtturi kollha (9) tal-prodott taħt rieżami, irrispettivament minn jekk esportawx jew le l-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni tul il-perjodu tal-investigazzjoni ta’ rieżami, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ.

5.3.1.   Investigazzjoni tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat

Minħabba l-għadd potenzjalment kbir ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex il-Kummissjoni tlesti l-investigazzjoni sal-limiti ta’ żmien statutorji, hija tista’ tillimita l-produtturi li għandhom jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma jkunux ikkooperaw fl-investigazzjoni li tkun wasslet għall-miżuri abbażi ta’ dan ir-rieżami, huma b’dan mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/3d289fc2-d48c-5c0a-220f-53feaa804235 L-informazzjoni dwar l-aċċess għal TRON tinsab fit-Taqsimiet 5.5 u 5.8 ta’ hawn taħt.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi, il-Kummissjoni se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u tista’ tikkuntattja lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu fuq il-bażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk dawn humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se żżid nota fil-fajl għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati rigward l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Kopja ta’ dan il-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat hija disponibbli fil-fajl għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2521.

Il-kwestjonarju se jkun disponibbli wkoll għal kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi, u għall-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun li madankollu ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun, se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi li kkooperaw iżda li mhumiex inklużi fil-kampjun”).

5.3.2.   Investigazzjoni ta’ importaturi mhux relatati (10) (11)

Importaturi mhux relatati tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika billi jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-importaturi mhux relatati magħrufa kollha u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa ta’ importaturi kollha dwar il-kumpaniji li jkunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.

Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota fil-fajl għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati rigward l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Sabiex tikseb informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati hija disponibbli fil-fajl għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2521.

5.4.    Proċedura biex tiġi ddeterminata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dannu għall-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.4.1.   Investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fil-limitu tal-iskadenzi statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar jsir f’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet provviżorjament kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu f’isimhom, li jikkunsidraw li hemm raġunijiet għaliex għandhom jiġu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tinnotifika lill-produtturi tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni kollha magħrufin dwar il-kumpaniji li fl-aħħar mill-aħħar intgħażlu biex ikunu fil-kampjun.

Il-produtturi tal-Unjoni inklużi fil-kampjun se jkollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni marbuta mal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2521.

5.5.    Proċedura għall-evalwazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ sussidjar u ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu, il-Kummissjoni tiddetermina, skont l-Artikolu 31 tar-Regolament bażiku, jekk iż-żamma tal-miżuri antisussidji tmurx kontra l-interess tal-Unjoni.

Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni.

L-informazzjoni dwar l-evalwazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, dment li ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew f’format ħieles jew inkella billi jiġi komplut il-kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni.

Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott taħt rieżami, hija disponibbli fil-fajl għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2521. Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 31 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali li tissostanzja l-validità tagħha.

5.6.    Partijiet interessati

Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Il-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li rendew disponibbli informazzjoni b’konformità mal-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.2, 5,3 u 5.4 jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Partijiet oħra jkunu jistgħu jipparteċipaw biss fl-investigazzjoni bħala partijiet interessati mill-mument minn meta jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq din il-paġna sabiex ikollok aċċess.

5.7.    Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, din l-informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.8.    Possibbiltà ta’ seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti minn qabel mill-partijiet interessati bil-miktub.

Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu jimxu ’l quddiem bl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jiġu mitluba jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.

5.9.    Struzzjonijiet għat-tfassil ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlijin u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni b’informazzjoni u/jew b’data li huma soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet bil-miktub kollha, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati Sensitive (12)” (Informazzjoni Sensittiva). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni li tkun “Sensittiva” huma mitluba jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament bażiku, filwaqt li jimmarkawha For inspection by interested parties (Għall-konsultazzjoni mill-partijiet interessati). Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jagħmlu l-preżentazzjonijiet kollha u t-talba tagħhom permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi d-dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES” (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ) ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u jenħtieġ li jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz tal-posta elettronika tax-xogħol uffiċjali li jaħdem u li jiġi vverifikat ta’ kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, sakemm ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni ulterjuri dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet bi TRON.tdi u bil-posta elettronika, jenħtieġ li l-partijiet interessati jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate G

Uffiċċju: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi

Indirizzi tal-posta elettronika:

 

Għal kwistjonijiet ta’ sussidju: TRADE-R737-AS-DUCTILE@ec.europa.eu

 

Għal kwistjonijiet ta’ dannu u rigward l-interessi tal-Unjoni: TRADE-R736-R737-INJURY-DUCTILE@ec.europa.eu

6.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha normalment tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar, u f’kull każ mhux aktar tard minn 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 22(1) tar-Regolament bażiku.

7.   Preżentazzjoni tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsima 5 ta’ din in-Notifika.

Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhix se taċċetta preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.

8.   Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet ta’ partijiet interessati oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Jenħtieġ li l-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tal-konstatazzjonijiet definittivi, jiġu ppreżentati fi żmien ħamest (5) ijiem mill-iskadenza għal kummenti dwar il-konstatazzjonijiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, jenħtieġ li l-kummenti mressqa minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar ulterjuri jsiru fi żmien ġurnata (1) mill-iskadenza għall-kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-qafas ta’ żmien deskritt huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   Estensjoni għal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

Jenħtieġ li kull estensjoni għal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika jiġu rikjesti f’ċirkostanzi eċċezzjonali u jingħataw biss jekk ikunu debitament ġustifikati meta tingħata ġustifikazzjoni. Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tar-risposta għall-kwestjonarji se tkun limitata għal tlett (3) ijiem u bħala regola ma taqbiżx sebat (7) ijiem. Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu, l-estensjonijiet ikunu limitati għal tlett (3) ijiem sakemm ma jintwerewx xi ċirkostanzi eċċezzjonali.

10.   Nonkooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti konklużjonijiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, skont l-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u l-konklużjonijiet ikunu għalhekk ibbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 28 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala nuqqas ta’ kooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitluba tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Jenħtieġ li l-parti interessata tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.

11.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għal proċedimenti tal-kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jistgħu jfeġġu matul il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Jenħtieġ li t-talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta ssir bil-miktub u jenħtieġ li jkunu speċifikati r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Jenħtieġ li dawn is-seduti ta’ smigħ isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Kwalunkwe talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-partijiet interessati jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ il-każ li jiġġustifika tali intervent. L-Uffiċjal tas-Smigħ se jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet għal intervent, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawn il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis b’mod xieraq l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni.

Għal iktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

12.   Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku

Billi dan ir-rieżami ta’ skadenza qed jinbeda skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-konklużjonijiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawn il-miżuri jiġu revokati jew jinżammu f’konformità mal-Artikolu 22(3) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li jkun ġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti hawn fuq.

13.   Ipproċessar ta’ data personali

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni tiġi trattata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

Notifika dwar il-protezzjoni tad-data li tinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni tinsab fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/


(1)  Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antisussidji (ĠU C 210, 24.6.2020, p. 28).

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 55.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 73, 18.3.2016, p. 1).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/526 tal-15 ta’ April 2020 li jimponi mill-ġdid dazju kumpensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit tal-ħadid fondut sferojdali) li joriġinaw mill-Indja fir-rigward ta’ Jindal Saw Limited wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali f’T-300/16, (ĠU L 118, 16.4.2020, p. 1).

(5)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) tal-10 ta’ April 2019, Jindal Saw Ltd u Jindal Saw Italia SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, T-300/16, ECLI:EU:T:2019:234

(6)  Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea, (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).

(7)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=CELEX%3A52020XC0316%2802%29

Il-proċeduri relatati mal-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C86, 16.03.2020, p. 6).

(8)  Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 90, 17.3.2021, p. 19).

(9)  Produttur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż kkonċernat li tipproduċi l-prodott taħt rieżami, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.

(10)  Għall-kampjunar jistgħu jintgħażlu biss importaturi li mhumiex relatati ma’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(11)  Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, apparti milli biex jiġi stabbilit is-sussidju.

(12)  Dokument Sensitive (Sensittiv) huwa dokument li jitqies li hu kunfidenzjali skont l-Artikolu 29 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 12 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Sussidji u l-Miżuri Kompensatorji (il-Ftehim dwar l-SCM). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(13)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Il-verżjoni “Sensitive”

Il-verżjoni “For inspection by interested parties”

(immarka l-kaxxa rilevanti)

RIEŻAMI TA’ SKADENZA TAL-MIŻURI ANTISUSSIDJI APPLIKABBLI GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET TA’ TUBI U PAJPIJIET TA’ ĦADID FONDUT DUTTILI LI JORIĠINAW MILL-INDJA

INFORMAZZJONI DWAR L-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TA’ IMPORTATURI MHUX RELATATI

Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu t-talba għal informazzjoni marbuta mal-kampjunar li saret fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ bidu.

Kemm il-verżjoni “Sensitive” (sensittiva) kif ukoll il-verżjoni “For inspection by interested parties” (għall-konsultazzjoni mill-partijiet terzi interessati) jridu jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ Bidu.

1.   DETTALJI TA’ IDENTITÀ U TA’ KUNTATT

Agħti dawn id-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:

L-isem tal-kumpanija

 

L-indirizz

 

Il-persuna ta’ kuntatt

 

L-indirizz tal-posta elettronika

 

It-telefown

 

Il-fax

 

2.   FATTURAT U VOLUM TAL-BEJGĦ

Indika l-fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR), u l-fatturat u l-piż tal-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mill-Indja, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020), tat-tubi u l-pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili kif definiti fin-Notifika ta’ Bidu.

 

Tunnellati

Valur f’euro (EUR)

Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR)

 

 

Importazzjonijiet lejn l-Unjoni tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-Indja

 

 

Importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott taħt rieżami (minn kullimkien)

 

 

Il-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mill-Indja tal-prodott taħt rieżami

 

 

3.   ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (1)

Agħti dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija tiegħek u tal-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u ddikjara r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (f’esportazzjonijiet u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott taħt rieżami. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu iżda mhumiex limitati għax-xiri tal-prodott li qed jiġi rivedut jew għall-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew għall-ipproċessar jew għan-negozjar tal-prodott li qed jiġi rivedut.

L-isem u l-lokalità tal-kumpanija

L-attivitajiet

It-tip ta’ relazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.   INFORMAZZJONI OĦRA

Agħti kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra li tikkunsidra li tkun utli biex tgħin lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

5.   ĊERTIFIKAZZJONI

Meta tipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-kumpanija tiegħek tkun qed taqbel li possibbilment tiġi inkluża fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tiegħek tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssir żjara fuq il-post tal-kumpanija sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tiegħek tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jiġu bbażati fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat:

Isem u kariga tal-uffiċjal awtorizzat:

Data:


(1)  F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu li jkunu relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. Skont l-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


17.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/19


Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping li japplikaw għall-importazzjonijiet ta’ tubi u ta’ pajpijiet tal-ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja

(2021/C 90/07)

Wara l-pubblikazzjoni ta’ Notifika ta’ skadenza imminenti (1) tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u ta’ pajpijiet tal-ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) irċeviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (2) (“ir-Regolament bażiku”).

1.   Talba għal rieżami

It-talba tressqet fil-21 ta’ Diċembru 2020 minn Saint-Gobain PAM, Saint-Gobain PAM Deutschland GmbH u Saint-Gobain PAM España S.A., (“l-applikant”), li jirrappreżentaw l-industrija tal-Unjoni tat-tubi u l-pajpijiet tal-ħadid fondut duttili fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku.

Verżjoni miftuħa tat-talba u l-analiżi tal-grad ta’ sostenn għat-talba mill-produtturi tal-Unjoni huma disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. It-Taqsima 5.6 ta’ din in-Notifika tipprovdi informazzjoni dwar l-aċċess għall-fajl għall-partijiet interessati.

2.   Prodott taħt rieżami

Il-prodott soġġett għal dan ir-rieżami huwa tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala ħadid fondut bil-grafit sferojdali), (“pajpijiet duttili”), bl-esklużjoni ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili mingħajr kisi intern u estern (“pajpijiet mikxufin”) li joriġinaw mill-Indja, u li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċijiet NM ex 7303 00 10 (kodiċi TARIC 7303001010) u ex 7303 00 90, (kodiċi TARIC 7303009010) (“il-prodott taħt rieżami”). Il-kodiċijiet NM u TARIC jingħataw biss għall-informazzjoni.

3.   Miżuri eżistenti

Il-miżuri fis-seħħ bħalissa huma dazju anti-dumping definittiv impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/388 (3), kif emendat l-aħħar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/1369 (4). Fis-17 ta’ April 2020, il-Kummissjoni reġgħet imponiet dazju anti-dumping definittiv, mid-19 ta’ Marzu 2016, bir-rata ta’ 3% (5) fir-rigward ta’ Jindal Saw Limited, b’segwitu għall-implimentazzjoni tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali f’T-301/16 (6), li annullat parzjalment ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/388 sa fejn Jindal Saw Limited hija kkonċernata.

4.   Raġunijiet għar-rieżami

It-talba hija msejsa fuq ir-raġunijiet li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta fil-kontinwazzjoni jew fir-rikorrenza tad-dumping u fil-kontinwazzjoni jew ir-rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni.

4.1.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping

L-allegazzjoni dwar il- probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping għall-Indja (“il-pajjiż ikkonċernat”) hija bbażata fuq paragun tal-prezz domestiku mal-prezz tal-esportazzjoni (fil-livell ta’ kif joħroġ mill-fabbrika) tal-prodott taħt rieżami meta jinbiegħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Fuq din il-bażi, il-marġnijiet ta’ dumping ikkalkulati huma sinifikanti għall-pajjiż ikkonċernat.

4.2.    Allegazzjoni dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu

L-applikant ipprovda wkoll biżżejjed evidenza li l-importazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni żdiedu kumplessivament f’termini assoluti u f’termini ta’ ishma mis-suq.

L-evidenza pprovduta mill-applikant turi li l-volum u l-prezzijiet tal-prodott importat taħt rieżami kellhom, fost konsegwenzi oħra, impatt negattiv fuq il-kwalitajiet mibjugħa u s-sehem mis-suq okkupat mill-industrija tal-Unjoni, li wassal għal effetti avversi sostanzjali fuq il-prestazzjoni kumplessiva, u l-qagħda finanzjarja u tal-impjiegi tal-industrija tal-Unjoni.

L-applikant jallega wkoll il-probabbiltà ta’ dannu ulterjuri. F’dan ir-rigward, l-applikant ipprovda wkoll evidenza li turi li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, il-livell attwali tal-importazzjoni tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni x’aktarx jiżdied minħabba l-eżistenza ta’ kapaċità mhux użata u l-potenzjal tal-faċilitajiet ta’ manifattura tal-produtturi esportaturi fl-Indja.

Barra minn hekk, l-applikant jallega li kwalunkwe żieda sostanzjali ulterjuri fl-importazzjonijiet bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat x’aktarx li twassal għal dannu ulterjuri għall-industrija tal-Unjoni, jekk dawn il-miżuri jitħallew jiskadu.

5.   Proċedura

Wara li ddeterminat, b’segwitu għal konsultazzjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li teżisti biżżejjed evidenza ta’ probabbiltà ta’ dumping u dannu biex jiġi ġġustifikat il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni b’dan tagħti bidu għal rieżami f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

Ir-rieżami ta’ skadenza se jiddetermina jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping tal-prodott taħt rieżami li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u għal kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni.

Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (il-pakkett tal-Modernizzazzjoni tat-TDI), (7) li daħal fis-seħħ fit-8 ta’ Ġunju 2018, daħħal għadd ta’ bidliet fl-iskeda ta’ żmien u fl-iskadenzi li qabel kienu japplikaw fi proċedimenti anti-dumping. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet interessati jirrispettaw il-passi proċedurali u l-iskadenzi previsti f’din in-Notifika kif ukoll f’komunikazzjonijiet ulterjuri mill-Kummissjoni.

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet li wara t-tifqigħa tal-COVID-19 ġiet ippubblikata Notifika (8) dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq l-investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji li jistgħu jkunu applikabbli għal dan il-proċediment.

Il-Kummissjoni tiġbed ukoll l-attenzjoni tal-partijiet għall-investigazzjoni antisussidji separata li tinsab għaddejja u li tkopri l-istess prodott (9). Il-produtturi esportaturi, l-industrija tal-Unjoni, u l-partijiet interessati kollha f’tali investigazzjoni antisussidji huma mistiedna jirreġistraw separatament għal din l-investigazzjoni u jippreżentaw l-informazzjoni rilevanti skont il-modalitajiet u l-iskeda ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika mingħajr ma titqies l-informazzjoni possibbilment ippreżentata fil-kuntest tal-investigazzjoni antisussidji. L-informazzjoni jew kummenti ppreżentati fil-kuntest tal-informazzjoni antisussidji mhux se jitqiesu awtomatikament f’din l-investigazzjoni, u l-partijiet se jkollhom, bħala prinċipju, jippreżentaw l-informazzjoni kollha dwar din l-investigazzjoni separatament fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

5.1.    Perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u perjodu taħt kunsiderazzjoni

L-investigazzjoni ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping se tkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu jkopri l-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”).

5.2.    Kummenti dwar it-talba u l-bidu tal-investigazzjoni

Il-partijiet interessati kollha li jixtiequ jikkummentaw dwar it-talba (inklużi kwistjonijiet li għandhom x’jaqsmu mad-dannu u mal-kawżalità) jew dwar kwalunkwe aspett li jirrigwarda l-bidu tal-investigazzjoni (inkluż il-livell ta’ sostenn għat-talba) iridu jagħmlu dan fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ fir-rigward tal-bidu tal-investigazzjoni trid tiġi ppreżentata fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.3.    Proċedura għad-determinazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dumping

F’rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni teżamina l-esportazzjonijiet li saru lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u, irrispettivament mill-esportazzjonijiet lejn l-Unjoni, tqis jekk is-sitwazzjoni tal-kumpaniji li jipproduċu u li jbigħu l-prodott taħt rieżami fil-pajjiż ikkonċernat hijiex tali li l-esportazzjonijiet bi prezzijiet oġġett ta’ dumping lejn l-Unjoni x’aktarx li jitkomplew jew jerġgħu jirrepetu ruħhom jekk il-miżuri jiskadu.

Għaldaqstant, il-produtturi kollha (10) tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat, irrispettivament minn jekk esportawx il-prodott taħt rieżami lejn l-Unjoni tul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami jew le, u inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jieħdu sehem fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.3.1.   Investigazzjoni tal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat

Minħabba li jidher li hemm għadd kbir ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat li huma involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex tlesti l-investigazzjoni sal-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-produtturi li għandhom jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, il-produtturi kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, huma b’dan mitluba jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpaniji tagħhom fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Din l-informazzjoni trid tingħata permezz ta’ TRON.tdi fl-indirizz li ġej: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi/form/78f607ad-563b-c160-18b4-5fab9eb92a26 L-informazzjoni dwar l-aċċess għal Tron tinsab fit-Taqsimiet 5.6 u 5.9 ta’ hawn taħt.

Il-Kummissjoni, sabiex tikseb l-informazzjoni li tqis li hija meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, se tikkuntattja wkoll lill-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat, u tista’ tikkuntattja lil kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat.

Jekk ikun meħtieġ kampjun, il-produtturi jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ produzzjoni, bejgħ jew esportazzjonijiet li jista’ raġonevolment jiġi investigat fiż-żmien disponibbli. Il-produtturi kollha magħrufa fil-pajjiż ikkonċernat, l-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat u l-assoċjazzjonijiet ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat se jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni, permezz tal-awtoritajiet tal-pajjiż ikkonċernat jekk ikun xieraq, dwar il-kumpaniji magħżula biex ikunu fil-kampjun.

Ladarba l-Kummissjoni tkun irċeviet l-informazzjoni meħtieġa biex tagħżel kampjun ta’ produtturi, hija tinforma lill-partijiet ikkonċernati bid-deċiżjoni tagħha dwar jekk dawn humiex inklużi fil-kampjun. Il-produtturi fil-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni żżid nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2520.

Il-kwestjonarju se jitqiegħed ukoll għad-disponibbiltà ta’ kull assoċjazzjoni magħrufa ta’ produtturi, u tal-awtoritajiet ta’ dak il-pajjiż.

Mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni possibbli tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-kumpaniji li jkunu qablu mal-inklużjoni possibbli tagħhom fil-kampjun iżda li ma jintgħażlux biex ikunu fil-kampjun se jitqiesu li jkunu kkooperaw (“il-produtturi li kkooperaw iżda mhumiex inklużi fil-kampjun”).

5.3.2.   Investigazzjoni tal-importaturi mhux relatati (11) (12)

Importaturi mhux relatati tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat lejn l-Unjoni, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri fis-seħħ, huma mistiedna jipparteċipaw f’din l-investigazzjoni.

Minħabba l-għadd kbir potenzjali ta’ importaturi li mhumiex relatati involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex l-investigazzjoni titlesta fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni tista’ tillimita l-għadd ta’ importaturi li mhumiex relatati u li se jiġu investigati għal għadd raġonevoli billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ tiddeċiedi jekk huwiex meħtieġ il-kampjunar, u jekk dan ikun il-każ, biex tagħżel kampjun, l-importaturi mhux relatati kollha, jew ir-rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, inklużi dawk li ma kkooperawx fl-investigazzjoni li wasslet għall-miżuri soġġetti għal dan ir-rieżami, qegħdin b’dan jintalbu jippreżentaw lilhom infushom lill-Kummissjoni. Dawn il-partijiet iridu jagħmlu dan fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika billi jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar il-kumpanija/i tagħhom, kif mitlub fl-Anness ta’ din in-Notifika.

Sabiex tikseb l-informazzjoni li jidhrilha li tkun meħtieġa għall-għażla tal-kampjun ta’ importaturi mhux relatati, il-Kummissjoni tista’ tikkuntattja wkoll lil kwalunkwe assoċjazzjoni magħrufa ta’ importaturi.

Jekk ikun hemm bżonn ta’ kampjun, l-importaturi jistgħu jintgħażlu abbażi tal-akbar volum rappreżentattiv ta’ bejgħ tal-prodott taħt rieżami mill-pajjiż ikkonċernat fl-Unjoni li jista’ jiġi investigat b’mod raġonevoli fiż-żmien disponibbli. Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-importaturi mhux relatati magħrufa kollha u lill-assoċjazzjonijiet magħrufa ta’ importaturi kollha dwar il-kumpaniji li jkunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.

Il-Kummissjoni se żżid ukoll nota fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati li tirrifletti l-għażla tal-kampjun. Kwalunkwe kumment dwar l-għażla tal-kampjun irid jasal fi żmien tlett (3) ijiem mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni dwar il-kampjun.

Sabiex tikseb informazzjoni li tqis bħala meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha, il-Kummissjoni se tqiegħed kwestjonarji għad-dispożizzjoni tal-importaturi mhux relatati fil-kampjun. Dawn il-partijiet iridu jibagħtu l-kwestjonarju mimli fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tal-għażla tal-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-importaturi mhux relatati tinsab fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2520.

5.4.    Proċedura għad-determinazzjoni ta’ probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew rikorrenza tad-dannu

Sabiex jiġi stabbilit jekk hemmx probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni, il-produtturi tal-Unjoni tal-prodott taħt rieżami huma mistiedna jipparteċipaw fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni.

5.4.1.   Investigazzjoni tal-produtturi tal-Unjoni

Minħabba li hemm għadd kbir ta’ produtturi tal-Unjoni involuti f’dan ir-rieżami ta’ skadenza, u sabiex ittemm l-investigazzjoni fil-limiti ta’ żmien statutorji, il-Kummissjoni ddeċidiet li tillimita għal għadd raġonevoli l-produtturi tal-Unjoni li se jiġu investigati billi tagħżel kampjun (dan il-proċess jissejjaħ ukoll “kampjunar”). Il-kampjunar isir f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

Il-Kummissjoni għażlet b’mod proviżorju kampjun ta’ produtturi tal-Unjoni. Id-dettalji jinsabu fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-partijiet interessati huma b’dan mistiedna jikkummentaw dwar il-kampjun proviżorju. Barra minn hekk, produtturi oħra tal-Unjoni, jew rappreżentanti li jaġixxu għan-nom tagħhom, li jqisu li hemm raġunijiet għaliex għandhom jiġu inklużi fil-kampjun iridu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Il-kummenti kollha dwar il-kampjun proviżorju jridu jaslu fi żmien sebat (7) ijiem mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-Kummissjoni se tgħarraf lill-produtturi kollha magħrufa tal-Unjoni u/jew lill-assoċjazzjonijiet tal-produtturi tal-Unjoni kollha magħrufa dwar il-kumpaniji li finalment ikunu ntgħażlu bħala parti mill-kampjun.

Il-produtturi tal-Unjoni li jkunu parti mill-kampjun ikollhom jippreżentaw kwestjonarju komplut fi żmien 30 jum mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni tal-inklużjoni tagħhom fil-kampjun, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Kopja tal-kwestjonarju għall-produtturi tal-Unjoni hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2520

5.5.    Proċedura għall-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni

Jekk tiġi kkonfermata l-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dumping u ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza tad-dannu, il-Kummissjoni tiddetermina, skont l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, jekk iż-żamma tal-miżuri anti-dumping tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni.

Il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi huma mistiedna jipprovdu lill-Kummissjoni b’informazzjoni dwar l-interess tal-Unjoni.

L-informazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni trid tiġi pprovduta fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Din l-informazzjoni tista’ tiġi pprovduta jew f’format ħieles jew inkella billi jiġi komplut kwestjonarju mħejji mill-Kummissjoni.

Kopja tal-kwestjonarji, inkluż il-kwestjonarju għall-utenti tal-prodott taħt rieżami, hija disponibbli fil-fajl għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati u fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2520.

Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni ppreżentata skont l-Artikolu 21 titqies biss jekk, meta tiġi ppreżentata, tkun sostnuta b’evidenza fattwali li tissostanzja l-validità tagħha.

5.6.    Partijiet interessati

Sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati, bħall-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-utenti u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tal-konsumatur rappreżentattivi, l-ewwel iridu juru li hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Il-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat, il-produtturi tal-Unjoni, l-importaturi u l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi li rendew disponibbli informazzjoni skont il-proċeduri deskritti fit-Taqsimiet 5.2, 5.3 u 5.4 jiġu kkunsidrati bħala partijiet interessati jekk ikun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami.

Partijiet oħra jkunu jistgħu jipparteċipaw biss fl-investigazzjoni bħala parti interessata mill-mument meta jippreżentaw lilhom infushom, u dment li jkun hemm rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott taħt rieżami. Il-fatt li wieħed jiġi kkunsidrat bħala parti interessata huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq dik il-paġna sabiex ikollok aċċess.

5.7.    Preżentazzjonijiet oħrajn bil-miktub

Soġġett għad-dispożizzjonijiet ta’ din in-Notifika, il-partijiet interessati kollha huma b’dan mistiedna jesprimu l-opinjonijiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, tali informazzjoni u l-evidenza ta’ sostenn iridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika.

5.8.    Possibbiltà ta’ seduta ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet kollha interessati jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kwalunkwe talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-seduta ta’ smigħ. Is-seduta ta’ smigħ tkun limitata għall-kwistjonijiet stabbiliti bil-miktub minn qabel mill-partijiet interessati.

Fil-prinċipju, is-seduti ta’ smigħ ma jintużawx biex tiġi ppreżentata informazzjoni fattwali li tkun għadha mhijiex fil-fajl. Madankollu, fl-interess ta’ amministrazzjoni tajba u sabiex is-servizzi tal-Kummissjoni jkunu jistgħu javvanzaw fl-investigazzjoni, il-partijiet interessati jistgħu jintalbu jipprovdu informazzjoni fattwali ġdida wara seduta ta’ smigħ.

5.9.    Struzzjonijiet għat-tfassil ta’ preżentazzjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ investigazzjonijiet għad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetta għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni (a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u (b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet kollha bil-miktub, inkluża l-informazzjoni mitluba f’din in-Notifika, il-kwestjonarji kompluti u l-korrispondenza pprovduta mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati bħala “Sensitive (13)” (Sensittivi). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġunijiet għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Sensitive” (Sensittiva) huma mitluba jfasslu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 19(2) tar-Regolament bażiku, li jiġu mmarkati “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Dawn is-sommarji jridu jkunu ddettaljati biżżejjed biex jippermettu li s-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali tinftiehem b’mod raġonevoli. Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tfassalx sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u tal-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jressqu l-preżentazzjonijiet u t-talbiet kollha tagħhom permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi dokumenti skennjati ta’ prokuri u ta’ ċertifikazzjoni. Meta jużaw TRON.tdi jew il-posta elettronika, il-partijiet interessati jkunu qed jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għall-preżentazzjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ” ippubblikat fis-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: https://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/june/tradoc_152577.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz tal-posta elettronika validu u għandhom jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz tal-posta elettronika tax-xogħol uffiċjali, li jaħdem u li jiġi vverifikat kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew tal-posta elettronika biss, sakemm ma jitolbux espliċitament li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni ulterjuri dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet permezz ta’ TRON.tdi u bil-posta elettronika, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

European Commission

Directorate-General for Trade

Directorate G

Office: CHAR 04/039

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

TRON.tdi: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/tdi

Indirizzi tal-posta elettronika:

 

Għall-kwistjonijiet ta’ dumping: TRADE-R736-AD-DUCTILE@ec.europa.eu

 

Għall-kwistjonijiet ta’ dannu u interess tal-Unjoni: TRADE-R736-R737-INJURY-DUCTILE@ec.europa.eu

6.   Skeda tal-investigazzjoni

L-investigazzjoni għandha normalment tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika, skont l-Artikolu 11(5) tar-Regolament bażiku.

7.   Preżentazzjoni tal-informazzjoni

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati fit-Taqsima 5 ta’ din in-Notifika.

Sabiex l-investigazzjoni titlesta fl-iskadenzi mandatorji, il-Kummissjoni mhijiex se taċċetta iktar preżentazzjonijiet mingħand il-partijiet interessati wara l-iskadenza għal kummenti dwar l-iżvelar finali jew, jekk ikun applikabbli, wara l-iskadenza għall-kummenti dwar l-iżvelar finali addizzjonali.

8.   Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, il-partijiet interessati għandu jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu biss jindirizzaw kwistjonijiet imqajma fil-preżentazzjonijiet tal-partijiet interessati l-oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda.

Il-kummenti dwar l-informazzjoni pprovduta minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għall-iżvelar tas-sejbiet definittivi għandhom jiġu ppreżentati fi żmien ħamest (5) ijiem mill-iskadenza għall-kummenti dwar is-sejbiet definittivi, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor. Jekk ikun hemm żvelar finali addizzjonali, il-kummenti mressqa minn partijiet interessati oħra b’reazzjoni għal dan l-iżvelar ulterjuri għandhom isiru fi żmien ġurnata mill-iskadenza għall-kummenti dwar dan l-iżvelar ulterjuri, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Il-qafas ta’ żmien deskritt huwa mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

9.   Estensjoni tal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

Kull estensjoni għal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika għandha tintalab biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u għandha tingħata biss jekk tkun debitament ġustifikata abbażi ta’ raġuni valida. Fi kwalunkwe każ, kull estensjoni għall-iskadenza tar-risposta għall-kwestjonarji tkun limitata għal tlett (3) ijiem u bħala regola ma taqbiżx sebat (7) ijiem. Fir-rigward tal-limiti ta’ żmien għall-preżentazzjoni ta’ informazzjoni oħra speċifikata fin-Notifika ta’ Bidu, l-estensjonijiet ikunu limitati għal tlett (3) ijiem sakemm ma jintwerewx xi ċirkostanzi eċċezzjonali.

10.   Nonkooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni meħtieġa jew ma tipprovdihiex fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti sejbiet, sew jekk pożittivi kif ukoll jekk negattivi, abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.

Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

Jekk parti interessata ma tikkooperax jew tikkoopera parzjalment biss u għalhekk is-sejbiet ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli f’konformità mal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, ir-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-parti milli kieku tkun ikkooperat.

In-nuqqas ta’ tweġiba kompjuterizzata ma għandhiex tiġi kkunsidrata bħala nonkooperazzjoni, dment li l-parti interessata turi li l-preżentazzjoni tat-tweġiba kif mitlub tkun tirriżulta f’piż żejjed mhux raġonevoli jew f’kost addizzjonali mhux raġonevoli. Il-parti interessata għandha tikkuntattja immedjatament lill-Kummissjoni.

11.   Uffiċjal tas-Seduta

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għall-proċedimenti tal-kummerċ. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jaf tfeġġ matul il-proċediment.

L-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jorganizza seduti ta’ smigħ u jagħmilha ta’ medjatur bejn il-parti(jiet) interessata/i u s-servizzi tal-Kummissjoni sabiex jiżgura li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati jkunu qed jiġu eżerċitati bis-sħiħ. Talba għal seduta ta’ smigħ mal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet. Dawn is-seduti ta’ smigħ għandhom isiru biss jekk il-kwistjonijiet ma jkunux ġew solvuti mas-servizzi tal-Kummissjoni fi żmien debitu.

Kwalunkwe talba trid tiġi ppreżentata fi żmien raġonevoli u f’qasir żmien sabiex ma xxekkilx l-andament tajjeb tal-proċedimenti. Għal dak l-għan, il-partijiet interessati għandhom jitolbu l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta minn kmieni kemm jista’ jkun wara li jseħħ l-avveniment li jiġġustifika tali intervent. L-Uffiċjal tas-Seduta jeżamina r-raġunijiet għat-talbiet ta’ intervent, in-natura tal-kwistjonijiet imqajma u l-impatt ta’ dawk il-kwistjonijiet fuq id-drittijiet tad-difiża, filwaqt li jqis kif dovut l-interessi ta’ amministrazzjoni tajba u t-tlestija tal-investigazzjoni fil-ħin.

Għal iktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

12.   Possibbiltà li jintalab rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku

Billi dan ir-rieżami ta’ skadenza qed jinbeda f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, is-sejbiet tiegħu mhux se jwasslu biex il-miżuri eżistenti jiġu emendati iżda biex dawk il-miżuri jitħassru jew jinżammu f’konformità mal-Artikolu 11(6) tar-Regolament bażiku.

Jekk xi parti interessata tqis li jkun ġustifikat li jsir rieżami tal-miżuri, sabiex ikun possibbli li l-miżuri jiġu emendati, din il-parti tista’ titlob li jsir rieżami skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku.

Il-partijiet li jixtiequ jitolbu għal rieżami ta’ dan it-tip, li jsir indipendentement mir-rieżami ta’ skadenza msemmi f’din in-Notifika, jistgħu jikkuntattjaw lill-Kummissjoni fl-indirizz mogħti aktar ’il fuq.

13.   Ipproċessar ta’ data personali

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni se tiġi trattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14).

Notifika dwar il-protezzjoni tad-data li tinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni tinsab fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/policy/accessing-markets/trade-defence/.


(1)  Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri tal-anti-dumping (ĠU C 210, 24.6.2020, p. 29).

(2)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/388 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 73, 18.3.2016, p. 53). Id-dazji proviżorji ġew imposti bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1559 (ĠU L 244, 19.9.2015, p. 25).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/1369 tal-11 ta’ Awwissu 2016 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/388 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet ta’ ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja (ĠU L 217, 12.8.2016, p. 4).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/527 tal-15 ta’ April 2020 li jimponi mill-ġdid dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u ta’ pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit tal-ħadid fondut sferojdali) li joriġinaw mill-Indja fir-rigward ta’ Jindal Saw Limited wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali f’T-301/16 (ĠU L 118, 16.4.2020, p. 14).

(6)  Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla Estiża) tal-10 ta’ April 2019, Jindal Saw Ltd u Jindal Saw Italia SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea, T-301/16, ECLI:EU:T:2019:234.

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 li jemenda r-Regolament (UE) 2016/1036 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea u r-Regolament (UE) 2016/1037 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 143, 7.6.2018, p. 1).

(8)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=CELEX%3A52020XC0316%2802%29.

Proċeduri relatati mal-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa ta’ COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C86, 16.03.2020, p. 6).

(9)  Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping li japplikaw għall-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili li joriġinaw mill-Indja (ĠU C 90, 17.3.2021, p. 8).

(10)  Produttur huwa kwalunkwe kumpanija fil-pajjiż ikkonċernat li tipproduċi l-prodott taħt rieżami, inkluża kwalunkwe kumpanija relatata magħha involuta fil-produzzjoni, fil-bejgħ domestiku jew fl-esportazzjonijiet tal-prodott taħt rieżami.

(11)  Għall-kampjunar jistgħu jintgħażlu biss importaturi mhux relatati mal-produtturi fil-pajjiż ikkonċernat. L-importaturi li huma relatati mal-produtturi jridu jimlew l-Anness I tal-kwestjonarju għal dawn il-produtturi esportaturi. F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu bħala relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(12)  Id-data pprovduta minn importaturi mhux relatati tista’ tintuża wkoll b’rabta ma’ aspetti oħra ta’ din l-investigazzjoni, għajr biex jiġi stabbilit id-dumping.

(13)  Dokument “Sensitive” (Sensittiv) huwa dokument li jitqies li jkun kunfidenzjali skont l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6 tal-Ftehim tad-WTO dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-GATT 1994 (il-Ftehim dwar l-Anti-dumping). Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(14)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Verżjoni “sensittiva”

Verżjoni “Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati”

(immarka l-kaxxa rilevanti)

RIEŻAMI TA’ SKADENZA TAL-MIŻURI ANTI-DUMPING LI JAPPLIKAW GĦALL-IMPORTAZZJONIJIET TA’ TUBI U TA’ PAJPIJIET TAL-ĦADID FONDUT DUTTILI LI JORIĠINAW MILL-INDJA

INFORMAZZJONI GĦALL-GĦAŻLA TAL-KAMPJUN TA’ IMPORTATURI MHUX RELATATI

Din il-formola hija mfassla biex tgħin lill-importaturi mhux relatati jwieġbu għat-talba għal informazzjoni marbuta mal-kampjunar li saret fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ bidu.

Kemm il-verżjoni “Sensitive” (Sensittiva) kif ukoll il-verżjoni “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati) iridu jintbagħtu lura lill-Kummissjoni kif stipulat fin-Notifika ta’ bidu.

1.   DETTALJI TA’ KUNTATT U IDENTITÀ

Agħti d-dettalji li ġejjin dwar il-kumpanija tiegħek:

Isem il-kumpanija

 

Indirizz

 

Persuna ta’ kuntatt

 

Indirizz tal-posta elettronika

 

Numru tat-telefon

 

Faks

 

2.   FATTURAT U VOLUM TAL-BEJGĦ

Indika l-fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR), u l-fatturat u l-piż tal-importazzjonijiet fl-Unjoni u l-bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mill-Indja, matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020) ta’ tubi u ta’ pajpijiet tal-ħadid fondut duttili kif definiti fin-Notifika ta’ bidu.

 

Tunnellati

Valur f’euro (EUR)

Fatturat totali tal-kumpanija tiegħek f’euro (EUR)

 

 

Importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott taħt rieżami li joriġinaw fl-Indja

 

 

Importazzjonijiet fl-Unjoni tal-prodott taħt rieżami (minn kullimkien)

 

 

Bejgħ mill-ġdid fis-suq tal-Unjoni wara l-importazzjoni mill-Indja tal-prodott taħt rieżami

 

 

3.   ATTIVITAJIET TAL-KUMPANIJA TIEGĦEK U TAL-KUMPANIJI RELATATI (1)

Agħti d-dettalji tal-attivitajiet preċiżi tal-kumpanija tiegħek u l-kumpaniji relatati kollha (elenkahom u speċifika r-relazzjoni tagħhom mal-kumpanija tiegħek) involuti fil-produzzjoni u/jew fil-bejgħ (għall-esportazzjoni u/jew fis-suq domestiku) tal-prodott taħt rieżami. Attivitajiet bħal dawn jistgħu jinkludu x-xiri tal-prodott taħt rieżami jew il-produzzjoni tiegħu skont arranġamenti ta’ sottokuntrattar, jew l-ipproċessar jew il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott taħt rieżami, iżda mhumiex limitati għal dawn biss.

Isem u lokalità tal-kumpanija

Attivitajiet

Relazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4.   INFORMAZZJONI OĦRA

Agħti kull informazzjoni rilevanti oħra li tqis li tkun utli biex tassisti lill-Kummissjoni fl-għażla tal-kampjun.

5.   ĊERTIFIKAZZJONI

Billi tipprovdi l-informazzjoni ta’ hawn fuq, il-kumpanija tiegħek tkun qed taqbel li possibbilment tiġi inkluża fil-kampjun. Jekk il-kumpanija tiegħek tintgħażel biex tkun parti mill-kampjun, dan ifisser li trid timla kwestjonarju u taċċetta li ssirilha żjara fil-post tal-kumpanija sabiex jiġu vverifikati t-tweġibiet tagħha. Jekk il-kumpanija tiegħek tindika li ma taqbilx mal-possibbiltà li tiġi inkluża fil-kampjun, din titqies li ma kkooperatx fl-investigazzjoni. Is-sejbiet tal-Kummissjoni għall-importaturi li ma jikkooperawx jissejsu fuq il-fatti disponibbli u r-riżultat jista’ jkun inqas favorevoli għal dik il-kumpanija milli kieku tkun ikkooperat.

Firma tal-uffiċjal awtorizzat:

Isem u titlu tal-uffiċjal awtorizzat:

Data:


(1)  F’konformità mal-Artikolu 127 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, żewġ persuni għandhom jitqiesu bħala relatati jekk: (a) ikunu uffiċjali jew diretturi tan-negozju tal-persuna l-oħra; (b) ikunu msieħba rikonoxxuti legalment fin-negozju; (c) ikunu min iħaddem u l-impjegat; (d) parti terza tippossjedi jew tikkontrolla jew iżżomm direttament jew indirettament 5 % jew aktar tal-azzjoni bid-dritt tal-vot jew l-ishma pendenti tat-tnejn li huma; (e) waħda minnhom tikkontrolla direttament jew indirettament lill-persuna l-oħra; (f) it-tnejn li huma jkunu direttament jew indirettament ikkontrollati minn persuna terza; (g) flimkien jikkontrollaw persuna terza direttament jew indirettament; jew (h) ikunu membri tal-istess familja (ĠU L 343, 29.12.2015, p. 558). Il-persuni għandhom jitqiesu li jkunu membri tal-istess familja jekk ikollhom kwalunkwe waħda mir-relazzjonijiet segwenti ma’ xulxin biss: (i) konjuġi, (ii) ġenitur u wild, (iii) aħwa (sew jekk mill-istess ġenituri jew aħwa minn ġenitur wieħed), (iv) nannu jew nanna u neputi jew neputija, (v) ziju jew zija u neputi jew neputija, (vi) ġenitur tar-rispett u wild tar-rispett, (vii) aħwa tar-rispett. F’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, “persuna” tfisser persuna fiżika, persuna ġuridika u kwalunkwe assoċjazzjoni ta’ persuni li mhijiex persuna ġuridika iżda li hija rikonoxxuta taħt il-liġi tal-Unjoni jew nazzjonali bħala li jkollha l-kapaċità biex tagħmel atti legali (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).


17.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/30


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 90/08)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33 (1).

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TEMENDA D-DOKUMENT UNIKU

“LUBERON”

PDO-FR-A0920-AM03

Data tal-komunikazzjoni: 14.12.2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   It-tħarriġ tal-vinja

Ġew speċifikati l-kundizzjonijiet għall-projbizzjoni tal-kontroll tal-ħaxix ħażin bil-kimika kif ukoll tal-mulching bil-plastik waqt it-tħawwil. Dawn id-dispożizzjonijiet qed jiġu miżjuda sabiex jiġu mħarsa l-karatteristiċi tal-ambjent fiżiku u bijoloġiku li huwa element fundamentali tal-art.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

2.   Obbligi ta’ dikjarazzjonijiet — dikjarazzjoni dwar l-ippakkjar

Ġie speċifikat li d-dikjarazzjoni dwar l-ippakkjar għandha tintbagħat lill-korp ta’ kontroll awtorizzat sa mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol wara d-data tal-ippakkjar u mhux aktar qabel l-ippakkjar. Għall-inbejjed mibjugħin bl-ingrossa lill-konsumatur, għandha tintbagħat dikjarazzjoni ta’ bejgħ bl-ingrossa lill-konsumatur lill-korp ta’ kontroll awtorizzat sa mhux aktar tard minn tlett ijiem ta’ xogħol wara d-data tal-ħruġ mill-kantini.

Din l-emenda ma taffettwax id-Dokument Uniku.

3.   Referenzi għall-istruttura ta’ kontroll

Ir-referenzi għall-istruttura ta’ kontroll — ġew aġġornati bid-dettalji tal-korp ta’ kontroll CERTIPAQ, korp terz li joffri garanziji ta’ kompetenza, imparzjalità u indipendenza taħt l-awtorità tal-INAO abbażi ta’ pjan ta’ kontroll approvat.

Din l-emenda ġiet inkluża wkoll fid-Dokument Uniku, taħt “Dettalji ta’ kuntatt”.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Luberon

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP — Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

inbejjed rożè

L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali totali minima skont il-volum ta’ 11,5 %.

L-inbejjed fihom kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ mhux aktar minn 4 g/l).

Wara l-arrikkiment, l-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 %.

L-inbejjed isiru minn taħlita ta’ mill-inqas żewġ varjetajiet.

L-inbejjed rożè huma r-rabta bejn il-vinji tar-Rhône u l-influwenzi Mediterranji jew saħansitra ta’ Provence. Huma nbejjed friski, b’togħma ta’ frott u spiss b’aromi ta’ frott eżotiku enfasizzati minn bilanċ fl-aċidità tagħhom.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

f'milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

inbejjed ħomor

L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali totali minima skont il-volum ta’ 12 %.

Wara l-arrikkiment, l-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13,5 %.

L-inbejjed għandhom kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ mhux iktar minn 4g/l meta l-qawwa alkoħolika skont il-volum tkun ogħla minn 14 %, u mhux iktar minn 3g/l meta l-qawwa alkoħolika skont il-volum tkun inqas minn 14 %.

Il-kontenut ta’ aċidu maliku ma jaqbiżx iż-0,4 grammi għal kull litru fl-istadju tal-ippakkjar.

L-inbejjed isiru minn taħlita ta’ mill-inqas żewġ varjetajiet.

L-inbejjed ħomor huma bbilanċjati b’firxa aromatika ta’ frott iddominata l-iktar mill-frott aħmar frisk bħar-ribes.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

f'milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

inbejjed bojod

L-inbejjed għandhom qawwa alkoħolika naturali totali minima skont il-volum ta’ 11,5 %.

Wara l-arrikkiment, l-inbejjed ma jaqbżux il-qawwa alkoħolika totali skont il-volum ta’ 13 %.

L-inbejjed fihom kontenut ta’ zokkor fermentabbli ta’ mhux aktar minn 4 g/l).

L-inbejjed isiru minn taħlita ta’ mill-inqas żewġ varjetajiet.

L-inbejjed bojod huma fini u aromatiċi, b’noti li spiss ifakkruk fiċ-ċitru. Huma mogħnija b’bilanċ bejn il-freskezza u l-qawwa li jenfasizza l-mineralità tagħhom.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

 

Aċidità totali minima

f'milliekwivalenti għal kull litru

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattika enoloġika speċifika

Għall-produzzjoni tal-inbejjed rożè, il-produtturi tal-inbid huma awtorizzati li jużaw faħam għal skopijiet enoloġiċi, esklużivament fuq mosti wara l-għasir, u mingħajr ma tinqabeż il-proporzjon ta’ 20 % tal-volum totali magħmul inbid għand l-operatur ikkonċernat u għal dak il-ħsad partikolari.

Distanzi u żbir

Prattika tal-kultivazzjoni

L-erja disponibbli għal kull pjanta ma għandhiex taqbeż żewġ metri u nofs kwadri. Din l-erja tinkiseb billi jiġu mmultiplikati d-distanzi bejn ir-ringieli u l-ispazju bejn id-dwieli fl-istess ringiela;

L-ispazju bejn ir-ringieli ma jistax jaqbeż iż-żewġ metri u nofs;

Id-distanza bejn il-pjanti fl-istess ringiela għandha tkun bejn 80 ċentimetru u 120 ċentimetru.

Id-dwieli jinżabru:

jew b’żabra qasira (f’forma ta’ sġajra jew bis-sistema tal-cordon de Royat) b’massimu ta’ sitt fergħat għal kull dielja, fejn kull fergħa jkollha massimu ta’ żewġ għejun;

jew b’żabra Guyot sempliċi, b’massimu ta’ sitt għejun fuq iz-zokk it-twil u b’fergħa waħda ta’ sostituzzjoni b’massimu ta’ żewġ għejun.

It-tisqija

Prattika tal-kultivazzjoni

It-tisqija tista’ tiġi awtorizzata.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

66 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Il-ħsad tal-għeneb, il-vinifikazzjoni u l-produzzjoni tal-inbejjed isiru fit-territorju tal-muniċipalitajiet li ġejjin tad-département ta’ Vaucluse: Ansouis, Apt, La Bastide-des-Jourdans, La Bastidonne, Beaumont-de-Pertuis, Bonnieux, Cabrières-d'Aigues, Cadenet, Castellet, Cheval-Blanc, Cucuron, Goult, Grambois, Lacoste, Lauris, Lourmarin, Maubec, Ménerbes, Mérindol, Mirabeau, La Motte-d'Aigues, Oppède, Pertuis, Peypin-d'Aigues, Puget-sur-Durance, Puyvert, Robion, Saignon, Saint-Martin-de-Castillon, Saint-Martin-de-la-Brasque, Sannes, Les Taillades, La Tour-d'Aigues, Vaugines, Villelaure, Vitrolles-en-Luberon.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid/jinkisbu l-inbejjed

Bourboulenc B — Doucillon blanc

Carignan N

Cinsaut N — Cinsault

Clairette B

Grenache N

Grenache blanc B

Marsanne B

Marselan N

Mourvèdre N — Monastrell

Roussanne B

Syrah N — Shiraz

Ugni blanc B

Vermentino B — Rolle

Viognier B

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Iż-żona ġeografika tifforma unità notevoli madwar il-katina ta’ muntanji tal-franka tal-Luberon. Din iż-żona li tinsab qalb il-vinji kollha tal-Wied tar-Rhône, hija magħluqa fit-Tramuntana mill-wied ta’ Apt, li jmiss mad-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Ventoux, u fin-Nofsinhar, mill-wied ta’ Durance, fil-Lvant, mill-ewwel Alpi ta’ Haute Provence u fil-Punent mill-pjanura ta’ Vaucluse.

Fuq il-ġnub jew taħt il-muntanji imponenti tal-franka, id-dwieli jitħawlu fuq irqajja' art li l-ħamrija tagħhom tkun imħallta maż-żrar tal-franka, li jiffavorixxi t-tisħin u l-iskular tagħha u li ovvjament huwa ideali għall-produzzjoni ta’ nbid ta’ kwalità.

Il-klima Mediterranja tiffavorixxi l-maturità tal-għeneb bis-saħħa tat-temperatura u x-xemx tas-sajf, perjodu li fih jakkumulaw iz-zokkor u l-polifenoli fl-għeneb. Ir-riħ, billi jtajjar is-sħab, jipproteġi relattivament lid-dwieli mill-mard fungali. L-ammont ta’ dawl għandu wkoll rwol importanti billi jiffavorixxi l-iżvilupp tal-prekursuri aromatiċi. Dan it-territorju, li fil-Lvant huwa miftuħ għall-influwenzi Alpini, huwa kkaratterizzat ukoll mill-amplitudnijiet ta’ temperaturi sħan matul il-jum u matul il-lejl. Dawn l-amplitudnijiet, b’mod partikolari fil-fażi tal-maturità tal-għeneb, għandhom effett dirett fuq il-bilanċ tal-inbejjed, peress li jippermetti żvilupp bil-mod tal-polifenoli, u jipproduċi nbejjed qawwija, mimlijin, friski u eleganti.

Il-produtturi tal-Luberon kontinwament tejbu l-mezzi sabiex jipproduċu ħsad ta’ kwalità f’kundizzjonijiet tekniċi tajbin, kemm fil-livell tal-vinja, bis-saħħa ta’ programmi ta’ taħlit ta’ kwalità tal-varjetajiet, kif ukoll fil-livell tal-produzzjoni tal-inbid, permezz ta’ tagħmir modernizzat għall-inbid.

Il-Luberon jattira ħafna turisti minħabba l-widien, il-foresti, il-leġġendi u l-kastelli tiegħu. Il-vinja u l-irħula fuq l-għoljiet jiżvelaw ir-realtà ta’ din il-katina ta’ muntanji.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Unità ġeografika iżgħar

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

It-tikketta tal-inbejjed bid-denominazzjoni tal-oriġini kkontrollata tista’ tispeċifika l-isem ta’ unità ġeografika iżgħar, sakemm:

tkun post irreġistrat;

dak il-post ikun fuq id-dikjarazzjoni tal-ħsad.

Unità ġeografika ikbar

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

It-tikketti tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata jistgħu jispeċifikaw l-unità ġeografika ikbar Vignobles de la Vallée du Rhône, skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-ftehim iffirmat bejn id-diversi korpi ta’ protezzjoni u ta’ ġestjoni kkonċernati.

Żona fil-viċinanza immedjata

Qafas ġuridiku:

Leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Deroga dwar il-produzzjoni fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tar-rekwiżit:

Id-département ta’ Alpes-de-Haute-Provence: Aubenas-les-Alpes, Banon, Céreste, Corbières, L'Hospitalet, Montfuron, Montjustin, Montsalier, Oppédette, Pierrevert, Redortiers, Reillanne, Revest-des-Brousses, Revest-du-Bion, La Rochegiron, Sainte-Croix-à-Lauze, Sainte-Tulle, Saumane, Simiane-la-Rotonde, Vachères, Villemus;

Id-département ta’ Bouches-du-Rhône: Alleins, Aureille, Barbentane, Cabannes, Charleval, Chateaurenard, Eygalières, Eyguières, Eyragues, Graveson, Jouques, Lamanon, Lambesc, Mallemort, Meyrargues, Molléges, Mouries, Noves, Orgon, Peyrolles-en-Provence, Plan-d'Orgon, Le Puy-Sainte-Reparade, Rognes, Rognonas, La Roque-d'Anthéron, Saint-Andiol, Saint-Cannat, Saint-Estève-Janson, Saint-Paul-Lez-Durance, Saint-Rémy-de-Provence, Senas, Vernègues, Verquières;

Id-département ta’ Var: Artigues, Ginasservis, Rians, Saint-Julien, La Verdière, Vinon-sur-Verdon;

Id-département ta’ Vaucluse: Aurel, Auribeau, Avignon, Le Beaucet, Beaumettes, Bedoin, Blauvac, Buoux, Cabrières-d'Avignon, Caseneuve, Caumont-sur-Durance, Cavaillon, Châteauneuf-de-Gadagne, Crillon-le-Brave, Flassan, Fontaine-de-Vaucluse, Gargas, Gignac, Gordes, L'Isle-sur-la-Sorgue, Jonquerettes, Joucas, Lagarde-d'Apt, Lagnes, Lioux, Malemort-du-Comtat, Méthamis, Modène, Monieux, Morières-lès-Avignon, Mormoiron, Murs, Pernes-les-Fontaines, La Roque-sur-Pernes, Roussillon, Rustrel, Saint-Christol, Saint-Didier, Saint-Pantaléon, Saint-Pierre-de-Vassols, Saint-Saturnin-lès-Apt, Saint-Saturnin-lès-Avignon, Saint-Trinit, Sault, Saumane-de-Vaucluse, Sivergues, Le Thor, Velleron, Venasque, Viens, Villars, Villes-sur-Auzon.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-91fe7e08-c446-42f8-97c8-c0eaef478f6e


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


17.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/35


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni tal-approvazzjoni ta’ emenda standard għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 90/09)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata skont l-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

JUMILLA

PDO-ES-A0109-AM04

Data tal-komunikazzjoni: 16 ta’ Diċembru 2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

1.   Bidliet fil-kliem rigward il-karatteristiċi analitiċi (il-punt 2 a tal-ispeċifikazzjoni u l-punt 4 tad-dokument uniku)

a.   Tneħħija tal-valuri minimi għall-qawwa alkoħolika totali skont il-volum għall-inbejjed xotti.

Il-valuri għall-qawwa alkoħolika totali skont il-volum tneħħew fil-każ ta’ nbejjed xotti peress li dawn huma l-istess bħall-qawwa alkoħolika proprja minima f’volum, u b’hekk l-inklużjoni tagħhom hija żejda. Dan jissimplifika t-test mingħajr ma jibdel ir-rekwiżiti.

b.   Referenza għar-rekwiżiti analitiċi mhux inklużi fit-tabella.

Il-valuri għaz-zokkor totali u għad-diossidu tal-kubrit mhumiex definiti b’mod suffiċjenti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott attwali, u dan jista’ jikkawża konfużjoni għall-operaturi. Għalhekk, mar-referenza għal kull komponent żdiedu l-unitajiet tal-kejl speċifikati. Skont ir-regoli attwali, iz-zokkrijiet totali għandhom jiġu espressi bħala l-glukożju flimkien mal-fruttożju.

2.   Definizzjoni mtejba tal-karatteristiċi organolettiċi (il-punt 2 b tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 4 tad-dokument uniku)

Id-deskrizzjoni organolettika għal kull waħda mill-kategoriji ġiet emendata. It-test ġie aġġornat u kkoreġut f’konformità mal-ħidma tal-bord tad-dewqan tal-korp ta’ kontroll. Ċerti termini u referenzi ġew sostitwiti b’espressjonijiet li huma aktar xierqa għall-analiżi sensorjali. Kull kategorija ġiet definita b’mod aktar oġġettiv sabiex jiġu prodotti deskritturi speċifiċi u tiġi ffaċilitata l-analiżi. Tneħħew l-aġġettivi li ma kinux meħtieġa.

3.   Kjarifika ta’ ċerti prattiki enoloġiċi speċifiċi (il-punt 3 b tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 5 a tad-dokument uniku)

A.

Għall-qawwa alkoħolika meħtieġa tal-għeneb li għandu jintuża biex isir l-inbid kopert mid-DOP, il-parametru ġie sostitwit. Minflok “qawwa alkoħolika naturali minima f’% ta’ volum”, il-parametru issa huwa “gradi Baumé” peress li dawn jitkejlu meta l-għeneb jasal fil-fabbrika tal-inbid.

B.

Il-kalkolu tar-rendiment tal-inbid ġie ċċarat. Sabiex jiġu evitati interpretazzjonijiet li mhumiex korretti, huwa speċifikat li r-rendiment huwa kkalkolat bħala litri ta’ nbid lest għal kilogrammi ta’ għeneb użati.

4.   Użu finali tal-għeneb minn irqajja’ b’rendimenti eċċessivi (il-punt 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott)

L-għeneb minn irqajja’ b’rendimenti eċċessivi ma jistax jintuża biex isir inbid ta’ din id-denominazzjoni ta’ oriġini. Sabiex jiġi evitat dubju, ġew stipulati b’mod ċar il-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ konformità.

5.   Aġġornament tal-qafas legali rilevanti (il-punt 8 a tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott)

Ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni obsoleta tneħħew u saret referenza għal-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

6.   Inklużjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali (il-punt 8 b tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott)

L-operaturi regolarment jipproduċu “Regoli tal-Ħsad” b’rekwiżiti jew bi kjarifiki ulterjuri għal dawk stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott. Huwa importanti li jiġi nnotat li l-konformità hija obbligatorja.

7.   Rekwiżiti relatati mal-ippakkjar (il-punt 8 b tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott)

Ġie stipulat li l-kapaċità u l-materjal tal-ippakkjar iridu jkunu koperti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u ġew awtorizzati mill-Bord Regolatorju. Fil-każ tal-bag-in-box, il-volum massimu huwa ta’ għaxar litri għall-inbejjed bojod, rożè u ħomor. L-inbejjed bit-tikketta “Reserva” u “Gran Reserva” huma esklużi peress li dawn iridu, skont id-definizzjoni tagħhom, iqattgħu ħin fil-flixkun. L-għażla tad-daqs tal-kontenituri li fihom jiġi ppreżentat il-prodott lill-konsumaturi hija deċiżjoni kummerċjali. Hija r-responsabbiltà tal-operaturi li, f’dan il-każ, jaqblu dwar rekwiżiti komuni.

8.   Emenda għar-rekwiżiti għat-tikketti tal-inbejjed (il-punt 8 b tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 9 tad-dokument uniku)

Id-daqs tat-tipa meħtieġ ġie inkluż għall-isem protett u għat-terminu legali “denominación de origen protegido” jew, fejn applikabbli, “denominación de origen”. Hemm referenza wkoll għall-obbligu ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli fis-seħħ, kif ukoll għar-regoli tal-Bord Regolatorju dwar it-tikkettar. Il-marki ta’ kwalità fuq it-tikketti, kif ukoll is-siġilli u n-numri tas-serje jridu jkunu viżibbli fuq l-ippakkjar biex jiġi żgurat li l-informazzjoni tkun trasparenti. Ir-referenzi għal-leġiżlazzjoni ġew aġġornati wkoll f’din it-taqsima, flimkien mal-ismijiet tal-korpi amministrattivi kompetenti.

Ir-rekwiżiti komuni tat-tikkettar ġew stabbiliti b’kunsens.

9.   Tneħħija ta’ eżenzjonijiet għar-regoli fil-vinja (il-punt 8 b tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott)

Il-varjetà Meseguera mhijiex awtorizzata għad-DOP Jumilla. Madankollu, kien hemm eċċezzjonijiet għal dawk l-irqajja’ rreġistrati fir-reġistru tal-vinji tal-Bord Regolatorju qabel l-1995. Din l-eżenzjoni tneħħiet peress li ma għadx hemm vinji bħal dawn.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem għar-reġistrazzjoni

Jumilla

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodott tad-dwieli

1.

Inbid

3.

Inbid likur

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbejjed bojod (Jumilla u Jumilla Dulce)

Dehra viżiva: tvarja minn lewn l-azzar għal topaz. Ċar u jgħajjat.

Aroma: frott frisk. L-inbejjed ħelwin jista’ jkollhom noti ta’ frott imqadded.

Togħma: bilanċ ta’ aċidità u ħlewwa. Fl-inbejjed ħelwin, il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità.

*

Ir-rekwiżiti analitiċi mhux inklużi fit-tabella huma konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbejjed rożè (Jumilla u Jumilla Dulce)

Dehra viżiva: tvarja minn lewn il-lampun roża għal lewn is-salamun ċar. Ċar u jgħajjat.

Aroma: frott frisk, frott aħmar. L-inbejjed ħelwin jista’ jkollhom noti ta’ frott imqadded.

Togħma: aċidità bbilanċjata. Fl-inbejjed ħelwin, il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità.

*

Ir-rekwiżiti analitiċi mhux inklużi fit-tabella huma konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbejjed rożè (Jumilla Monastrell)

Dehra viżiva: tvarja minn lewn il-lampun roża għal lewn is-salamun ċar. Ċar u jgħajjat.

Aroma: frott frisk, frott aħmar. L-inbejjed ħelwin jista’ jkollhom noti ta’ frott imqadded.

Togħma: aċidità bbilanċjata. Fl-inbejjed ħelwin, il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità.

*

Ir-rekwiżiti analitiċi mhux inklużi fit-tabella huma konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbejjed ħomor (Jumilla Monastrell)

Dehra viżiva: tvarja minn vjola għal aħmar lewn il-briks, l-inbejjed ħelwin jistgħu jiżviluppaw sfumatura tal-okra. Ċar u jgħajjat.

Aroma: frott aħmar, frott iswed. L-inbejjed ħelwin għandhom noti ta’ frott imqadded.

Togħma: aċidità bbilanċjata. Tannika. Fl-inbejjed ħelwin, il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità.

*

Ir-rekwiżiti analitiċi mhux inklużi fit-tabella huma konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12,5

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbejjed ħomor (Jumilla u Jumilla Dulce)

Dehra viżiva: tvarja minn vjola għal aħmar lewn il-briks, l-inbejjed ħelwin jistgħu jiżviluppaw sfumatura tal-okra. Ċar u jgħajjat.

Aroma: frott aħmar, frott iswed. L-inbejjed ħelwin għandhom noti ta’ frott imqadded.

Togħma: aċidità bbilanċjata. Tannika. Fl-inbejjed ħelwin, il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità.

*

Ir-rekwiżiti analitiċi mhux inklużi fit-tabella huma konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

12

Aċidità totali minima

4 grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

13,3

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

Inbejjed likuri (Tinto Monastrell)

Dehra viżiva: tvarja minn aħmar lewn iċ-ċirasa għal okra. Ċar u jgħajjat.

Aroma: frott iswed, frott imqadded.

Togħma: il-ħlewwa tippredomina fuq l-aċidità. Tannika.

*

Ir-rekwiżiti analitiċi mhux inklużi fit-tabella huma konformi mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-inbid li tinsab fis-seħħ.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

15

Aċidità totali minima

(f’milliekwivalenti għal kull litru)

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

 

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

 

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Metodu ta’ kultivazzjoni

Il-vinji koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Jumilla jistgħu jkunu soġġetti għal metodi ta’ kultivazzjoni estensiva jew ta’ kultivazzjoni intensiva.

Kultivazzjoni estensiva: għall-vinji li fihom, għal raġunijiet ta’ terren, altitudni, xita u fatturi ambjentali oħra, id-densità tat-tħawwil tikkonforma mal-parametri agrikoli li ġejjin:

massimu ta’ 1 900 pjanta għal kull ettaru u minimu ta’ 1 100 pjanta għal kull ettaru.

Kultivazzjoni intensiva: għall-vinji li, għal darb’oħra skont il-kundizzjonijiet ambjentali, jikkonformaw mal-parametri agrikoli li ġejjin:

id-densità tat-tħawwil għandha tkun bejn 3 350 u 1 500 pjanta għal kull ettaru.

Prattika enoloġika speċifika

L-għeneb jinħasad b’tali mod li ma jagħmilx ħsara lill-kwalità tiegħu. Għall-inbejjed koperti mid-DOP, jintuża biss għeneb f’saħħtu li jkun misjur biżżejjed u f’minimu ta’ 10,7o Baumé għall-għeneb abjad, u 11o Baumé għall-għeneb aħmar.

L-għeneb Monastrell maħsub biex jintuża għall-inbid likur irid ikun f’minimu ta’ 13o Baumé meta jinħasad.

Waqt l-għasir, il-most u l-inbid jiġu soġġetti għal pressjonijiet li jagħtu rendiment massimu li, wara t-trasformazzjoni, ma jistax jaqbeż l-74 litru ta’ nbid lest għal kull 100 kilogramma ta’ għeneb.

Għall-fini tal-kalkolu tal-proċessi ta’ tqaddim, l-ewwel jum ta’ Ottubru ta’ kull sena jittieħed bħala l-bidu.

b.   Rendimenti massimi

Varjetajiet ħomor f’kultivazzjoni estensiva

5 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Varjetajiet ħomor f’kultivazzjoni estensiva

37 ettolitru għal kull ettaru

Varjetajiet bojod f’kultivazzjoni estensiva

5 625 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Varjetajiet bojod f’kultivazzjoni estensiva

41,62 ettolitru għal kull ettaru

F’kultivazzjoni intensiva

8 750 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

F’kultivazzjoni intensiva

64,75 ettolitru għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona ta’ produzzjoni għall-inbejjed koperti mid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta Jumilla tinkludi art li tinsab fil-muniċipalitajiet ta’ Jumilla, fil-provinċja ta’ Murcia, u Fuentealamo, Albatana, Ontur, Hellín, Tobarra u Montealegre del Castillo fil-provinċja ta’ Albacete.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

AIRÉN

CABERNET SAUVIGNON

CHARDONNAY

GARNACHA TINTA - LLADONER

GARNACHA TINTORERA

MACABEO - VIURA

MALVASIA AROMÁTICA - MALVASÍA SITGES

MERLOT

MONASTRELL

MOSCATEL DE GRANO MENUDO - MOSCATEL MORISCO

PEDRO XIMÉNEZ

PETIT VERDOT

SAUVIGNON BLANC

SYRAH

TEMPRANILLO - CENCIBEL

VERDEJO

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

Inbejjed

L-aktar għeneb importanti huwa l-Monastrell. Din hija varjetà robusta ħafna li hija adatta perfettament għall-kundizzjonijiet ħarxa taż-żona, bin-nixfa, is-sjuf sħan ħafna u l-ġlatiet tar-rebbiegħa tagħha. Tipproduċi nbejjed kbar, rikki, u b’kontenut għoli ta’ alkoħol u aċidità b’aromi karatteristiċi għoljin ta’ frott misjur u b’astrinġenza integrata sew.

Il-varjetajiet awtorizzati l-oħrajn jikkumplimentaw b’mod perfett lill-Monastrell, billi jistabbilizzaw il-kulur u jżidu l-aċidità u l-kapaċità tat-tqaddim, kif ukoll jarmonizzaw l-aromi perfettament.

Inbejjed likuri

Dawn l-inbejjed huma magħmula minn Monastrell, varjetà li tagħtihom intensità tal-kulur li tvarja minn medja għal għolja ħafna u, potenzjalment, kważi opaka. Dan huwa r-riżultat tat-temperaturi għoljin li huma karatteristiċi taż-żona.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Tikkettar tal-inbejjed

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-isem tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta jrid jidher b’mod prominenti fuq it-tikketti, f’tipa li trid tkun ta’ mill-inqas 3 millimetri u b’tul massimu ta’ 10 millimetri.

L-isem irid jidher ħdejn il-kliem “Denominación de Origen Protegida” jew “Denominación de Origen”, li jrid ikun f’tipa b’tul ta’ mill-inqas 2 millimetri, iżda li dejjem għandu jkun iżgħar mill-isem tad-DOP li jkun hemm miegħu.

Ir-referenzi l-oħrajn se jkunu dawk stabbiliti fil-leġiżlazzjoni ġenerali dwar it-tikkettar tal-inbid, u fir-regoli u r-regolamenti speċifiċi dwar it-tikkettar stabbiliti mill-Bord Regolatorju u li huma attwalment fis-seħħ.

L-ippakkjar irid jinkludi siġilli tal-kwalità, tikketti ta’ quddiem/ta’ wara jew tikketti nnumerati maħruġa mill-Bord Regolatorju. Dawn iridu jitwaħħlu mill-fabbrika tal-inbid u jkunu viżibbli fuq l-ippakkjar b’mod li jipprevjeni l-użu mill-ġdid tagħhom.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

https://www.mapa.gob.es/es/alimentacion/temas/calidad-diferenciada/20201029pcdopjumillacorreccion_tcm30-552789.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


17.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 90/42


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal isem fis-settur tal-inbid kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 90/10)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD

“VIILE TIMIŞULUI”

PGI-RO-A0108-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 16.12.2020

DESKRIZZJONI U RAĠUNIJIET TAL-EMENDA APPROVATA

1.   L-introduzzjoni ta’ varjetajiet ewlenin ġodda ta’ għeneb tal-inbid

L-ispeċifikazzjoni hija ssupplimentata bil-varjetajiet ewlenin ġodda ta’ nbid Tămâioasă românească, Traminer roz, Viognier, Cabernet Franc, Negru de Drăgășani u Alicante Bouschet. Iż-żoni taħt dawn il-varjetajiet ġew imħawla mill-ġdid permezz ta’ programmi appoġġati minn finanzjament Ewropew, xi wħud b’varjetajiet domestiċi li għandhom potenzjal aromatiku notevoli f’din l-indikazzjoni protetta b’mod partikolari minħabba tipi ta’ ħamrija, u b’varjetajiet internazzjonali li huma partikolarment adatti sew għat-topografija ta’ għoljiet li mhumiex wisq weqfin u b’ħafna xemx, u plateaux bi klima speċifika għax-xhur tal-maturazzjoni tal-ħsad.

Barra minn hekk, mill-2013, l-iskeda tal-inbid qed tintuża biex tiġi mmonitorjata t-traċċabbiltà tal-inbejjed prodotti mill-varjetajiet Cabernet Franc, Negru de Drăgășani, Tămâioasă românească u Traminer roz, li jippreżentaw palat aromatiku rikk, għalkemm għad-detriment tal-akkumulazzjoni ta’ zokkor, f’termini tal-qawwa alkoħolika, l-aċidità totali/volatili, il-kontenut ta’ zokkor u ta’ SO2 totali.

L-emenda taffettwa l-Kapitolu IV tal-ispeċifikazzjoni u t-Taqsima 7 tad-dokument uniku.

2.   Kjarifika dwar il-kisba ta’ nbid bla gass

Id-definizzjoni tal-inbid bla gass prodott taħt l-IĠP ġiet ifformulata mill-ġdid sabiex tiġi pprovduta kjarifika ulterjuri dwar kif jinkiseb dan l-inbid.

L-emenda taffettwa l-Kapitolu I tal-ispeċifikazzjoni, u ma taffettwax id-dokument uniku.

3.   Emenda taż-żona demarkata biex tirrifletti l-estensjoni tagħha

Ir-raħal ta’ Bencecu Mic, li ma għadux jeżisti b’dak l-isem bħala riżultat ta’ ridistribuzzjoni amministrattiva-territorjali, irid jitneħħa miż-żona ġeografika demarkata.

Barra minn hekk, iż-żona ġeografika demarkata hija estiża biex tinkludi r-raħal ta’ Jamu Mare fil-kontea ta’ Timiș, peress li din il-lokalità għandha kundizzjonijiet tal-ħamrija u tal-klima li huma simili għall-bqija taż-żona tal-IĠP u peress li tinsab f’distanza qasira mill-villaġġ ta’ Silagiu, li huwa parti miż-żona demarkata tal-IĠP.

Il-Kapitolu III tal-ispeċifikazzjoni u t-Taqsima 6 tad-dokument uniku ġew emendati.

4.   Emenda tar-rendiment tal-inbid biex jiġi rifless it-tkabbir

Ċerti kloni li jagħtu densità ogħla ta’ pjanti/ha ġew imħawla skont il-programmi ta’ konverżjoni/ristrutturar fiż-żona demarkata tal-indikazzjoni protetta. Intużaw kloni li għandhom kapaċità ogħla li jisfruttaw il-kumpless minerali u nutrizzjonali fil-ħamrija (ġebel siliċiku) kif ukoll l-indiċijiet enoklimatiċi taż-żona. Abbażi tat-tagħbija massima taż-żahar tal-frott/tal-pjanti, ta’ għenieqed fuq ir-rimja, b’piż minimu u massimu għall-għanqud u b’rabta mal-ispeċifiċità bijoloġika ta’ kull varjetà, il-produzzjoni tal-inbid trid tiżdied għal-livell massimu filwaqt li tibqa’ tiġi ppreservata l-kwalità tal-IĠP, għall-varjetajiet tal-inbid kollha awtorizzati.

Iż-żieda fil-produzzjoni jenħtieġ li tippreserva l-karattru tal-varjetà u toħroġ il-karattru speċjali taż-żona partikolari f’termini tal-mikroklima u t-tip ta’ ħamrija.

Il-Kapitoli IV u V tal-Ispeċifikazzjoni u t-Taqsima 5 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

5.   Introduzzjoni ta’ kundizzjoni li tikkonċerna l-qawwa alkoħolika totali

Meta l-inbejjed jiġu prodotti mingħajr ebda arrikkiment, trid tiżdied il-kundizzjoni li l-qawwa alkoħolika totali tista’ tkun ta’ massimu ta’ 20 % vol. għal dawn l-inbejjed tal-IĠP.

Il-Kapitolu X tal-Ispeċifikazzjoni u t-Taqsima 5 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

6.   Tlestija tar-rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta maż-żona ġeografika qed titlesta biex tiġi żgurata l-konformità mal-leġiżlazzjoni fil-każ ta’ IĠP. Għall-preżentazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa, qed isiru żidiet fir-rigward tad-dettalji li jikkonċernaw il-karatteristiċi tal-inbejjed u l-interazzjoni kawżali bejn iż-żona u l-prodott.

Il-Kapitolu II tal-Ispeċifikazzjoni u t-Taqsima 8 tad-Dokument Uniku ġew emendati.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem/ismijiet għar-reġistrazzjoni

Viile Timişului

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

IĠP - Indikazzjoni Ġeografika Protetta

3.   Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Karatteristiċi analitiċi u organolettiċi

Inbid bl-indikazzjoni ġeografika protetta Viile Timişului huwa nbid bla gass prodott esklussivament mill-fermentazzjoni alkoħolika totali jew parzjali ta’ għeneb frisk (magħsur jew le) jew minn most tal-għeneb, maħsud minn vinji li jinsabu fiż-żona demarkata għal dak il-għan.

Inbejjed bojod - kulur isfar lewn it-tiben, isfar fl-aħdar jew bi sfumaturi tal-lumi, jew isfar ċar bi sfumaturi ħodor:

riħa: aroma tipika tal-muscat, fjuri taċ-ċitru, fjuri tas-sebuqa jew fjuri selvaġġi, aromi ta’ ħawħ abjad, fjuri tad-dwieli, aromi tal-berquq, għeneb li qed isir, fjuri tal-akaċja, aromi fini, noti tal-għasel, aroma partikolari tat-tuffieħ aħdar,

togħma: togħma armonjuża, ta’ frott, vivaċi u kemxejn aċiduża ta’ sebuqa, togħma ta’ berquq u tuffieħ tas-sajf, noti ta’ għasel, berquq misjur, ċitru b’noti minerali, sensazzjoni żejtnija fil-palat, b’aromi primarji ta’ nwar tal-ward, ta’ kannella, ta’ lumiċell, kompluta b’aromi sekondarji distintivi tat-tqaddim.

Inbejjed ħomor - fid-dehra ħomor fil-vjola, jew ħomor lewn ir-rubin bi ħjiel ta’ terrakotta, ħomor lewn il-granata, ħomor skuri,

riħa: bukkett ta’ mirtilli misjura, noti sottili ta’ kannella, noti ta’ ħwawar, aromi ta’ bżar aħdar, weraq tar-ribes iswed, ċiras iswed, frott tal-foresta misjur,

togħma: aromi ta’ frott iswed, ta’ ħwawar, b’tannini integrati sew, b’noti ta’ njam meta mmaturati fi btieti tal-ballut, b’aċidità għolja u b’korpożità medja.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum):

15,0

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum):

10,0

Aċidità totali minima:

3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru):

1,2

Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

300

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

Restrizzjoni rilevanti fuq il-produzzjoni tal-inbejjed

Fil-produzzjoni tal-inbejjed bl-indikazzjoni ġeografika Viile Timişului mhija permessa l-ebda żieda ta’ sukrożju.

Il-qawwa alkoħolika totali tista’ tkun ta’ massimu ta’ 20 % vol., fejn l-inbejjed ikunu ġew prodotti mingħajr ebda arrikkiment.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

Chardonnay, Cabernet Franc, Cabernet Sauvignon, Fetească albă, Fetească neagră, Muscat Ottonel, Pinot gris, Pinot noir

200 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Portugais bleu, Riesling italian, Sangiovese, Tămâioasă românească, Traminer roz

200 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Cadarcă, Merlot, Negru de Drăgăşani, Riesling de Rhin, Sauvignon, Viognier

250 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Burgund mare, Fetească regală, Novac

300 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Mustoasă de Măderat, Syrah/ Shiraz, Alicante Bouschet

350 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Chardonnay, Fetească albă, Muscat Ottonel, Pinot gris, Riesling italian, Tămâioasă românească, Traminer roz

150 ettolitru għal kull ettaru

Riesling de Rhin, Sauvignon, Viognier

187,5 ettolitri għal kull ettaru

Feteasca regala

225,0 ettolitru għal kull ettaru

Mustoasă de Măderat

262,5 ettolitri għal kull ettaru

Cabernet Sauvignon, Cabernet Franc, Fetească neagră, Pinot noir, Portugais bleu, Sangiovese

144,0 ettolitri għal kull ettaru

Cadarcă, Merlot, Negru de Drăgăşani

180.0 ettolitru għal kull ettaru

Burgund mare, Novac

216,0 ettolitri għal kull ettaru

Alicante Bouschet, Syrah/ Shiraz

252,0 ettolitri għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

1.

Podgoria Silagiu, fil-kontea ta’ Timiş, bil-lokalitajiet li ġejjin:

il-belt ta’ Buziaş, u l-villaġġi ta’ Buziaş u ta' Silagiu

2.

Podgoria Silagiu, fil-kontea ta’ Timiş, bil-lokalitajiet li ġejjin:

il-belt ta’ Recaş (il-villaġġi ta’ Izvin, ta' Herneacova, ta' Petrovaselo, ta' Stanciova, ta' Recaş)

3.

Podgoria Lugoj, fil-kontea ta’ Timiş, bil-belt ta’ Lugoj

4.

Podgoria Giarnata, fil-kontea ta’ Timiş, bil-lokalitajiet li ġejjin:

Giarmata (il-villaġġ ta’ Pişchia)

5.

Podgoria Teremia, fil-kontea ta’ Timiş, bil-lokalitajiet:

Teremia Mare (il-villaġġ ta’ Teremia Mare).

6.

Podgoria Jamu Mare, fil-kontea ta’ Timiş, bil-villaġġ ta’ Jamu Mare.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

Alicante Bouschet N - Alicante Henri Bouschet

Burgund Mare R - Grosser burgunder, Grossburgunder, Blaufrankisch, Kekfrankos, Frankovka, Limberger

Cabernet Franc N

Cabernet Sauvignon N - Petit Vidure, Bourdeos tinto

Cadarcă R - Schwarzer Kadarka, Rubinroter Kadarka, Lugojană, Gâmză, Fekete budai

Chardonnay B - Gentil blanc, Pinot blanc Chardonnay

Fetească albă B - Păsărească albă, Poama fetei, Mädchentraube, Leanyka, Leanka

Fetească neagră N - Schwarze Mädchentraube, Poama fetei neagră, Păsărească neagră, Coada rândunicii

Fetească regală B - Königliche Mädchentraube, Königsast, Kiralyleanka, Dănășană, Galbenă de Ardeal

Merlot N - Bigney rouge

Muscat Ottonel B - Muscat Ottonel blanc

Mustoasă de Măderat B - Lampau, Lampor, Mustafer, Mustos Feher, Straftraube

Negru de Drăgăşani N

Novac N

Pinot Gris G - Affumé, Grauer Burgunder, Grauburgunder,Grauer Mönch, Pinot cendré, Pinot Grigio, Ruländer

Pinot Noir N - Blauer Spätburgunder, Burgund mic, Burgunder roter, Klävner Morillon Noir

Portugais Bleu N - Blauer Portugieser, Oporto, Portugieser,

Riesling de Rhin N - Weisser Riesling, White Riesling

Riesling italian B - Olasz Riesling, Olaszriesling, Welschriesling

Sangiovese N - Brunello di Montalcino, Morellino

Sauvignon B — Green sauvignon

Syrah N - Shiraz, Petit Syrah

Traminer Rose Rs - Rosetraminer, Savagnin Rose, Gewürztraminer

Tămâioasă românească B - Busuioacă de Moldova, Muscat blanc à petit grains

Tămâioasă românească B - Rumanische Weihrauchtraube, Tamianka

Viognier B - Bergeron, Barbin, Rebolot, Greffou, Picotin Blanc, Vionnier

Viognier B - Petit Vionnier, Viogne, Galopine, Vugava bijela

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

“Rabta maż-żona ġeografika”

Dettalji taż-żona ġeografika

Il-karatteristika naturali speċifika hija ż-żona bl-għoljiet tal-Pjanura Banat, b’altitudnijiet sa 150 m li jibbenefikaw minn xemx qawwija matul is-sena kollha. Iż-żona fiha ħamrija podzolika rikka fl-ossidi tal-ħadid u fil-mikroelementi. Il-vinji jibbenefikaw minn esponiment għan-Nofsinhar, għal-Lbiċ jew għax-Xlokk, bil-biċċa l-kbira tal-pjantaġġuni jinsabu fuq għoljiet li mhumiex wisq weqfin u plateaux.

Dettalji tal-prodott

L-inbejjed miksuba minn ħamrija lewn is-sadid għandhom kulur aħmar jgħajjat, huma sottili ħafna u għandhom karattru li jispikka.

Varjetajiet bħal Traminer roz, Cabernet Franc u Viognier jesprimu b’mod ċar il-potenzjal taż-żona, enfasizzat mill-karattru tipiku tagħhom.

Il-karatteristiċi tipiċi u aspetti ta’ togħma speċjali jistgħu jiġu nnutati f’varjetajiet bħal Cabernet Sauvignon, Cadarcă u Mustoasă de Măderat, li juru aċidità u palat medji sa għoljin, togħma tipikament ta’ ħaxix, ħjiel ta’ ħwawar pikkanti, frott tal-foresta, noti tal-injam meta jkunu mmaturati, aromi tal-frott, konsistenza rqiqa u aroma speċifika tal-blanzun tad-dwieli (Mustoasă de Măderat).

Interazzjoni kawżali

Iċ-ċpar persistenti filgħodijiet fil-ħarifa fuq l-għoljiet ta’ Silagiu, Buziaş, Recaş, Herneacova u Petrovaselo jikkontribwixxi għal spettru aromatiku sħiħ f’Sauvignon, Riesling de Rhin, Syrah/Shiraz u Cabernet Franc. Cabernet Franc tirreġistra b’mod kostanti valuri ta’ aċidità totali ta’ aktar minn 5 g/l, f’aċidu tartariku.

Il-mineralità tal-ħamrija ta’ Recaş u Petrovaselo hija riflessa fit-togħma tal-varjetajiet Riesling de Rhin u Cabernet Sauvignon.

Il-ħamrija lewn is-sadid ta’ Izvin u Silagiu tħalli l-marka tagħha fuq l-inbejjed ħomor tal-varjetajiet Novac, Pinot noir, Portugais bleu, Sangiovese, Cadarcă u Merlot. L-inbejjed miksuba minn ħamrija lewn is-sadid għandhom kulur aħmar jgħajjat, u huma nbejjed fini b’karattru li jispikka.

L-għoljiet li mhumiex wisq weqfin u b’ħafna xemx irawmu l-akkumulazzjoni taz-zokkor, u jrendu qawwa alkoħolika ta’ aktar minn 13 % vol. lill-varjetajiet Cabernet Franc u Traminer roz.

Il-filgħodijiet kesħin lejn l-aħħar ta’ Awwissu u fil-bidu ta’ Settembru flimkien ma’ temperaturi għoljin matul il-ġurnata fiż-żoni ta’ Silagiu u Jamu Mare jwasslu għall-akkumulazzjoni ta’ flavonojdi fil-ġilda tal-għeneb abjad u għall-akkumulazzjoni taz-zokkor, speċjalment fil-varjetajiet: Pinot gris, Fetească regală u Fetească albă, u terpeni fil-varjetajiet aromatiċi: Tămâioasă românească, Muscat Ottonel, Sauvignon u Viognier. Tămâioasa românească tipperfezzjona l-medda aromatika tagħha għad-detriment tal-akkumulazzjoni taz-zokkor (mass. ta’ 12 % vol.), u trendi nbejjed xotti li b’mod partikolari m’għandhomx wisq tannini, u li huma fini u eleganti.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Kundizzjonijiet tat-tqegħid fis-suq

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Leġiżlazzjoni nazzjonali

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika definita

Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar

L-inbejjed bl-indikazzjoni ġeografika “Viile Timişului” jistgħu jiġu kkummerċjalizzati esklussivament fi fliexken, f’ippakkjar iċċertifikat (fliexken tal-ħġieġ, borża f’kaxxa, PET eċċ., b’kapaċità massima ta’ 60 l).

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://onvpv.ro/sites/default/files/caiet_sarcini_ig_viile_timisului_modif_cf_cererii_2_nr._1350_16.06.2017_no_track_changes.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.