ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 82

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
11 ta' Marzu 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 82/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9857 — Volvo/Daimler/JV) ( 1 )

1

2021/C 82/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10152 — Temasek/Gategrup) ( 1 )

2

2021/C 82/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10082 — CPPIB/TPG/The Torstein Hagen Interest in Possession Settlement/Viking) ( 1 )

3

2021/C 82/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.8920 — Mitsubishi Corporation/Arjun Infrastructure Partners/South Staffordshire) ( 1 )

4

2021/C 82/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9187 — Autolaunch/Beijing Electric Vehicle Co/JVs) ( 1 )

5


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 82/06

Rata tal-kambju tal-euro — L-10 ta' Marzu 2021

6

2021/C 82/07

Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) (Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 )  ( 1 )

7

 

INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

 

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

2021/C 82/08

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma jsirux oġġezzjonijiet

8

2021/C 82/09

Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

10


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

2021/C 82/10

AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

11

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 82/11

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.9938 — Kingspan Group/Trimo) ( 1 )

12

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 82/12

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, mhux minuri, fi Speċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

14

2021/C 82/13

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

28


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9857 — Volvo/Daimler/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 82/01)

Fit 5 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M9857. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


11.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10152 — Temasek/Gategrup)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 82/02)

Fit 2 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10152. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


11.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10082 — CPPIB/TPG/The Torstein Hagen Interest in Possession Settlement/Viking)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 82/03)

Fit 5 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10082. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


11.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.8920 — Mitsubishi Corporation/Arjun Infrastructure Partners/South Staffordshire)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 82/04)

Fit 19 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M8920. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


11.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9187 — Autolaunch/Beijing Electric Vehicle Co/JVs)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 82/05)

Fit 21 ta’ Diċembru 2018, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32018M9187. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

11.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-10 ta' Marzu 2021

(2021/C 82/06)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1892

JPY

Yen Ġappuniż

129,12

DKK

Krona Daniża

7,4366

GBP

Lira Sterlina

0,85655

SEK

Krona Żvediża

10,1305

CHF

Frank Żvizzeru

1,1069

ISK

Krona Iżlandiża

152,10

NOK

Krona Norveġiża

10,0813

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,226

HUF

Forint Ungeriż

367,48

PLN

Zloty Pollakk

4,5752

RON

Leu Rumen

4,8865

TRY

Lira Turka

9,0269

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5430

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5041

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,2307

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6590

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6019

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 357,05

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

18,1740

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,7433

HRK

Kuna Kroata

7,5865

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 130,43

MYR

Ringgit Malażjan

4,9072

PHP

Peso Filippin

57,780

RUB

Rouble Russu

87,9744

THB

Baht Tajlandiż

36,592

BRL

Real Brażiljan

6,8807

MXN

Peso Messikan

25,2221

INR

Rupi Indjan

86,8100


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


11.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/7


Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)

(Ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) )

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 82/07)

Deċiżjonijiet li jagħtu awtorizzazzjoni

Referenza tad-Deċiżjoni (2)

Data tad-Deċiżjoni

Isem tas-sustanza

Detentur tal-awtorizzazzjoni

Numru tal-awtorizzazzjoni

Użu awtorizzat

Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami

Raġunijiet għad-deċiżjoni

C(2021) 1385

L-4 ta’ Marzu 2021

trikloroetilen (TCE)

Nru tal-KE 201-167-4; Nru tal-CAS 79-01-6

SPOLANA s.r.o., ul. Práce 657, 277 11 Neratovice, iċ-Ċekja

REACH/21/2/0/R1

Solvent ta’ estrazzjoni fil-produzzjoni tal-kaprolattam

21 ta’ April 2032

F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-użu tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata.


(1)  ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1

(2)  Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: http://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt


INFORMAZZJONI DWAR IŻ-ŻONA EKONOMIKA EWROPEA

L-Awtorità ta' Sorveljanza tal-EFTA

11.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/8


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma jsirux oġġezzjonijiet

(2021/C 82/08)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma ssib l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-istat li ġejja:

Id-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

It-3 ta’ Diċembru 2020

Il-Każ Nru

85815

Id-Deċiżjoni Nru

143/20/COL

L-Istat tal-EFTA

In-Norveġja

It-titlu (u / jew isem il-benefiċjarju)

Il-COVID-19 Emendi u estensjoni tal-iskema ta’ għotjiet għall-appoġġ ta’ likwidità għal impriżi fis-settur tat-turiżmu

Il-bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika nazzjonali hija Deċiżjoni Parlamentari, li tawtorizza l-emendi u l-estensjoni, u ittra ta’ assenjazzjoni addizzjonali lil Innovation Norway mill-Ministeru tal-Kummerċ, l-Industrija u s-Sajd, li jistabbilixxu l-linji gwida għall-għotjiet u l-amministrazzjoni tal-iskema

It-tip ta’ miżura

Skema

L-objettiv

L-għoti ta’ aċċess għal-likwidità lill-impriżi tas-settur tat-turiżmu li qed iħabbat wiċċu ma’ nuqqas ta’ likwidità f’daqqa minħabba l-impatt tal-imxija tal-COVID-19 fuq l-ekonomija. L-ispejjeż relatati mal-attivitajiet ippjanati se jiffurmaw il-bażi għall-għotja

L-għamla tal-għajnuna

Għotjiet

Il-baġit

NOK 550 miljun

L-intensità

Sa 80 % tal-ispejjeż eliġibbli jistgħu jiġu koperti għal negozji żgħar u ta’ daqs medju. Sa 70 % tal-ispejjeż eliġibbli jistgħu jiġu koperti għal intrapriżi kbar. L-ispejjeż għall-assi tanġibbli u intanġibbli meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proġett jistgħu jiġu koperti biss sa massimu ta’ 20 %

Għal kemm żmien

3.12.2020 – 30.6. 2021

Is-setturi ekonomiċi

NACE 51, 55, 56, 74.903, 77, 79, 82.3, 90, 91 u 93)

L-isem u l-indirizz tal-awtorità awtorizzanti

Innovation Norway

Akersgata 13

N-0104 Oslo

NORWAY

Pb. 448 Sentrum

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


11.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/10


Għajnuna mill-Istat – Deċiżjoni li ma ssir ebda oġġezzjoni

(2021/C 82/09)

L-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-miżura ta’ għajnuna mill-istat li ġejja:

Data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni

It-3 ta’ Diċembru 2020

Il-Każ Nru

85929

Id-Deċiżjoni Nru

142/20/COL

Stat EFTA

In-Norveġja

It-Titlu (u / jew isem il-benefiċjarju)

Emenda tal-COVID-19 għall-iskema ta’ għotjiet għall-ivvjaġġar kollox inkluż

Il-bażi ġuridika

Il-bażi ġuridika tal-miżura hija d-Deċiżjoni Parlamentari li tawtorizza l-miżura, f’konformità mal-proposta tal-Ministeru tal-Kummerċ, l-Industrija u s-Sajd

It-tip ta’ miżura

Skemi ta’ għotjiet

Objettiv

L-objettiv tal-miżura huwa li: (i) jiġi żgurat li jibqa’ biżżejjed likwidità għall-kummerċjanti fis-suq tal-ivvjaġġar kollox inkluż, biex jiġi miġġieled id-dannu impost fuq l-impriżi milquta; (ii) tiġi żgurata l-aktar soluzzjoni rapida possibbli ta’ rifużjonijiet jew rimborżi lil vjaġġaturi b’kollox inkluż; kif ukoll (iii) tiġi ppreservata l-kontinwità tal-attività ekonomika matul u wara l-imxija tal-COVID-19

Il-baġit

NOK 195 miljun

Għal kemm żmien

mis-26.6.2020 sal-31.12.2020

Setturi ekonomiċi

Vjaġġar kollox inkluż

L-isem u l-indirizz tal-awtorità li ħarġet l-għajnuna

Innovation Norway

Akersgata 13

N-0104 Oslo

NORWAY

It-test awtentiku tad-deċiżjoni, li minnu tneħħiet l-informazzjoni kunfidenzjali kollha, jinsab fis-sit web tal-Awtorità ta’ Sorveljanza tal-EFTA: http://www.eftasurv.int/state-aid/state-aid-register/decisions/


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal

11.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/11


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

(2021/C 82/10)

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza l-kompetizzjoni ġenerali li ġejja:

EPSO/AD/390/21 - AMMINISTRATURI (AD 6) FIL-QASAM TAL-POLITIKA DWAR IS-SUSTANZI KIMIĊI

L-avviż tal-kompetizzjoni huwa ppubblikat f’24 lingwa f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 82 A tal-11 ta’ Marzu 2021.

Tista’ ssib aktar informazzjoni fuq is-sit web tal-EPSO: https://epso.europa.eu/home_mt


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

11.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9938 — Kingspan Group/Trimo)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 82/11)

1.   

Fit-3 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Kingspan Holding Netherlands B.V. (in-Netherlands), ikkontrollata minn Kingspan Group plc,

Trimo, arhitekturne rešitve, d.o.o. (Slovenia), ikkontrollata minn European Architectural Systems S.à r.l.

Kingspan Holding Netherlands B.V. takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Trimo, arhiteturne rešitve, d.o.o. kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Kingspan Holding Netherlands B.V.: manifattura ta’ pannelli sandwich, iżolazzjoni, dawl u soluzzjonijiet tal-arja, l-ilma u l-enerġija u teknoloġija tad-data u teknoloġija tal-art,

Trimo, arhitekturne rešitve, d.o.o.: prinċipalment manifattura ta’ pannelli sandwich ta’ fibra minerali.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9938 — Kingspan Group/Trimo

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz l-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

11.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/14


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda, mhux minuri, fi Speċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2021/C 82/12)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI GĦALL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ DENOMINAZZJONIJIET TA’ ORIĠINI PROTETTI JEW TA’ INDIKAZZJONIJIET ĠEOGRAFIĊI PROTETTI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“Garbanzo de Fuentesaúco”

Nru tal-UE: PGI-ES-0264-AM02 – 07.02.2020

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem il-grupp: Consejo Regulador de la Indicación Geográfica Protegida Garbanzo de Fuentesaúco [Bord Regolatorju tal-IĠP “Garbanzo de Fuentesaúco”]

Indirizz: Plaza Mayor 29, 49400 Fuentesaúco (Zamora, Spanja)

Telefon: +34 923228345

Posta elettronika:gf@legumbresdecalidad.com

Il-grupp applikant jirrappreżenta l-interessi kollettivi tal-produtturi u tal-ippakkjaturi tal-“Garbanzo de Fuentesaúco” u għandu interess leġittimu f’din l-applikazzjoni biex isiru emendi fl-Ispeċifikazzjoni tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Garbanzo de Fuentesaúco”. Huwa wkoll il-grupp li oriġinarjament kien applika għall-istatus protett għal dan il-prodott.

2.   Stat membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda(i)

Isem il-prodott

Deskrizzjoni tal-prodott

Żona ġeografika

Prova tal-oriġini

Metodu ta’ produzzjoni

Rabta

Tikkettar

Oħrajn [korp ta’ spezzjoni]

4.   Tip ta’ emenda/i

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott ta’ DOP jew IĠP irreġistrata li għaliha ma jkun ġie ppubblikat l-ebda Dokument Uniku (jew ekwivalenti) li ma għandhiex tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

Emenda 1:

Intestatura “Deskrizzjoni tal-prodott” – karatteristiċi fiżikokimiċi

Raġunijiet għall-emenda:

Il-medda tal-piż ta’ 100 ċiċra mnixxfa ġiet kemxejn estiża fil-limitu l-aktar baxx, minn 40 g għal 35 g. Din il-bidla hija dovuta għall-fatt li issa t-temp huwa imprevedibbli. Hemm snin fejn ma tantx tagħmel xita u fejn it-temperaturi jkunu għoljin li jpoġġu lill-pjanti taċ-ċiċri taħt stress. Dan jirriżulta f’ċiċri iżgħar fid-daqs, li jfisser li 100 ċiċra jiżnu inqas minn 35 g.

Madankollu, intwera li d-daqs ma għandu l-ebda effett fuq il-kwalità organolettika li tiddefinixxi l-“Garbanzo de Fuentesaúco”. Tabilħaqq, id-daqs iżgħar bħala riżultat tal-kundizzjonijiet estremi tat-temp tfisser kapaċità akbar ta’ reidratazzjoni li, fil-fatt, itejjeb il-kwalitajiet organolettiċi.

Din l-emenda taffettwa l-punt 4.2 tad-Dokument Uniku oriġinali jew ekwivalenti.

Il-formulazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni attwali:

Il-piż ta’ 100 ċiċra mnixxfa wara l-ipproċessar irid ikun ta’ bejn 40 g u 50 g.

Ġiet emendata biex taqra:

Il-piż ta’ 100 ċiċra mnixxfa wara l-ipproċessar irid ikun ta’ bejn 35 g u 50 g.

Emenda 2:

Intestatura “Deskrizzjoni tal-prodott”

Ir-referenza għall-Ordni tas-16 ta’ Novembru 1983 li approva l-istandard ta’ kwalità għal ċerti ħemes ippakkjati, imnixxfa (u dekortati) destinati għas-suq domestiku tħassret, peress li d-Dokument Uniku ma jistax jinkludi referenzi għal dokumenti oħra. Issa ġiet inkluża deskrizzjoni tal-klassijiet ikkonċernati:

Din l-emenda taffettwa l-punt 4.2 tad-Dokument Uniku oriġinali jew ekwivalenti.

Il-formulazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni attwali:

“Fl-aspetti l-oħrajn kollha, iċ-ċiċri jridu jaqgħu fil-klassijiet kummerċjali “Extra” jew “I” kif stabbilit fl-Ordni tas-16 ta’ Novembru 1983 li approva l-istandard ta’ kwalità għal ċerti ħemes ippakkjati, imnixxfa (u dekortati) destinati għas-suq domestiku, jew kwalunkwe standard li jissostitwixxih.”

Ġiet emendata biex taqra:

“Fl-aspetti l-oħrajn kollha, iċ-ċiċri jridu jaqgħu fil-klassijiet kummerċjali “Extra” jew “I”.

Iċ-ċiċri mnixxfa fil-klassi “Extra” jridu jkunu ta’ kwalità superjuri u mingħajr ebda difett, bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali żgħar ħafna, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra, il-kwalità jew il-preżentazzjoni ġenerali tal-prodott fil-pakkett.

Iċ-ċiċri mnixxfa fil-klassi “I” jridu jkunu ta’ kwalità tajba. Difetti żgħar ħafna jistgħu jiġu permessi sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra, il-kwalità jew iż-żamma tal-kwalità ġenerali tal-prodott.”

Emenda 3:

Intestatura “Prova tal-oriġini”

Raġunijiet għall-emenda:

Ir-referenzi kollha għal awtorizzazzjoni jew għal spezzjoni mill-Bord Regolatorju tħassru, peress li l-awtorizzazzjonijiet ġew sostitwiti minn awtodikjarazzjonijiet u issa l-ispezzjonijiet uffiċjali jsiru mill-awtorità kompetenti.

Ġew inklużi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014.

Din il-bidla taffettwa l-punt 4.4 tad-Dokument Uniku oriġinali jew ekwivalenti tiegħu.

Il-formulazzjoni attwali tal-Ispeċifikazzjoni:

Il-proċeduri ta’ verifika u ta’ ċertifikazzjoni jiggarantixxu li l-prodott joriġina miż-żona demarkata.

Il-kompiti ta’ monitoraġġ u ta’ verifika li l-produzzjoni, il-ħżin, l-ippakkjar u l-kwalità taċ-ċiċri jikkonformaw ma’ din l-ispeċifikazzjoni jridu jsiru mill-Bord Regolatorju, permezz tal-Kumitat ta’ Ċertifikazzjoni, li skont l-aħħar verżjoni tal-istandard UNE-EN-45011 huwa l-korp responsabbli.

Irid jiġi kkunsidrat dan li ġej:

Iċ-ċiċri jridu jkunu ġejjin biss minn irqajja’ rreġistrati fiż-żona ta’ produzzjoni agrikola fejn jintużaw il-metodi ta’ kultivazzjoni deskritti fl-intestatura E).

Iċ-ċiċri jridu jinħażnu u jiġu ppakkjati fil-faċilitajiet diġà elenkati fir-reġistri tal-Bord Regolatorju.

Iċ-ċiċri li jiġu trasportati bejn id-diversi operaturi jridu jkunu akkumpanjati minn dokument ta’ tranżitu li jkun inħareġ minn qabel mill-Bord Regolatorju.

Il-Bord Regolatorju jrid iwettaq kontrolli u evalwazzjonijiet regolari, li jinvolvu l-ispezzjoni tal-irqajja’, tal-imħażen u tal-impjanti tal-ippakkjar sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-metodu ta’ produzzjoni, kampjunar, ittestjar u verifika tad-dokumentazzjoni.

Iċ-ċiċri biss li jkunu ġew mill-impjanti tal-ippakkjar li jkunu għaddew mill-kontrolli kollha relatati mal-proċess jistgħu jiġu kkummerċjalizzati b’garanzija tal-oriġini approvata bit-tikketta tal-Bord Regolatorju.

In-numru ta’ tikketti jew ta’ tikketti sekondarji li jinħarġu mill-Bord Regolatorju lill-impjanti tal-ippakkjarar jiddependi fuq il-kwantitajiet tal-prodott li l-bdiewa jew l-imħażen ikunu bagħtulhom, u minn kemm jesa’ l-ippakkjar li fih jiġi kkummerċjalizzat il-prodott.

Ġiet emendata biex taqra:

Il-proċeduri ta’ verifika u ta’ ċertifikazzjoni jiggarantixxu li l-prodott joriġina miż-żona demarkata.

Irid jiġi kkunsidrat dan li ġej:

Iċ-ċiċri jridu jkunu ġejjin biss minn irqajja’ reġistrati fiż-żona ta’ produzzjoni agrikola fejn jintużaw il-metodi ta’ kultivazzjoni deskritti fl-intestatura E).

Iċ-ċiċri jridu jinħażnu u jiġu ppakkjati f’imħażen u f’impjanti tal-ippakkjar awtorizzati minn qabel.

Iċ-ċiċri li jiġu ttrasportati bejn id-diversi operaturi jridu jkunu akkumpanjati minn dokument ta’ tranżitu.

Iridu jsiru kontrolli u evalwazzjonijiet regolari, li jinvolvu l-ispezzjoni tal-irqajja’ tal-art, tal-imħażen u tal-impjanti tal-ippakkjar sabiex tiġi vverifikata l-konformità mal-metodu ta’ produzzjoni, kampjunar, ittestjar u verifika tad-dokumentazzjoni.

Iċ-ċiċri biss li jkunu ġew mill-impjanti tal-ippakkjar li jkunu għaddew mill-kontrolli kollha relatati mal-proċess jistgħu jiġu kkummerċjalizzati b’garanzija tal-oriġini approvata bit-tikketta ta’ identifikazzjoni ta’ IĠP.

In-numru ta’ tikketti jew ta’ tikketti sekondarji li jinħarġu lill-impjanti tal-ippakkjar jiddependi fuq il-kwantitajiet tal-prodott li l-bdiewa jew l-imħażen ikunu bagħtulhom, u minn kemm jesa’ l-ippakkjar li fih jiġi kkummerċjalizzat il-prodott.

L-operaturi kollha jridu jkunu jistgħu jidentifikaw:

a)

Il-fornitur, il-kwantità u l-oriġini tal-lottijiet kollha taċ-ċiċri li jirċievu.

b)

Id-destinatarju, il-kwantità u d-destinazzjoni taċ-ċiċri ttikkettati kollha.

c)

Il-korrelazzjoni bejn kull lott ta’ ċiċri li jirċievu, kif imsemmi f’(a), u kull lott ta’ ċiċri ttikkettat, kif imsemmi f’(b).

Emenda 4:

Intestatura “Metodu ta’ produzzjoni” – Fl-irqajja’ tal-art

Raġunijiet għall-emenda:

Il-ħamrija issa tinkludi ħamrija b’sawra “ramlija”, li kienet inkluża fl-istudju ta’ appoġġ inizjali u li mbagħad tħalliet barra bi żball, iżda kif iddikjarat fl-intestatura dwar ir-rabta naturali, iż-żoni ta’ tkabbir taċ-ċiċri huma stabbiliti fuq depożiti Kwaternarji, li t-tipi ta’ ħamrija karatteristiċi tagħhom jinkludu trab ramli.

Min-naħa l-oħra, tneħħa l-proporzjon baxx ta’ karbonju-nitroġenu, peress li mhuwiex meqjus rilevanti għal dan it-tip ta’ ħamrija u ma jaffettwax il-kwalità tal-għalla.

Id-densità tat-tħawwil tnaqqset għal 70 kg/ettaru minħabba li l-makkinarju attwalment disponibbli fis-suq jippermetti densità tat-tħawwil aktar baxxa mingħajr ebda impatt negattiv fuq il-produzzjoni taċ-ċiċri.

Ir-referenza għal rendimenti normali ta’ bejn 600 u 800 kg/ettaru tneħħiet. Il-kwantitajiet jistgħu jkunu ogħla jew aktar baxxi skont it-temp matul l-istaġun tat-tkabbir, peress li r-rendimenti jvarjaw b’mod konsiderevoli minn sena għall-oħra.

Din l-emenda taffettwa l-punt 4.5 tad-Dokument Uniku oriġinali jew ekwivalenti.

Il-formulazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni attwali:

Fl-irqajja’ tal-art

Iċ-ċiċri jridu jitkabbru f’irqajja’ tal-art fiż-żona ta’ produzzjoni agrikola ddefinita.

Dawn l-irqajja’ huma kkaratterizzati minn ħamrija fonda, bi skular tajjeb, b’sawra ġulġliena jew ġulġliena/ramlija, pH aċiduż, newtrali jew kemxejn alkalin, livelli baxxi sa medji ta’ kalċju assimilabbli, proporzjon baxx ta’ karbonju/nitroġenu u ftit li xejn jew ebda salinità.

Iż-żrieragħ li jintużaw għaż-żrigħ iridu jkunu ċiċri tal-ekotip “Fuentesaúco”, jew varjetajiet kummerċjali li fil-futur iridu jinkisbu minn dak l-ekotip, miżrugħa permezz ta’ żrigħ b’tifrix b’bejn 100 kg u 150 kg kull ettaru, skont id-daqs taż-żerriegħa, it-tip ta’ ħamrija u l-kundizzjonijiet tal-irħas.

Iċ-ċiċri jridu jitkabbru f’rotazzjoni ma’ għelejjel oħra u qatt fl-istess roqgħa tal-art għal sentejn f’fila.

Meta jintużaw fertilizzanti organiċi fuq l-art, dawn iridu jiġu applikati fuq l-għelejjel ta’ qabel sabiex jiġu mineralizzati sew qabel jitħawlu ċ-ċiċri.

Meta jintużaw fertilizzanti minerali, dawn iridu jiġu applikati lir-raba’ qabel iż-żrigħ. Peress li ċ-ċiċri huma legumi li kapaċi jużaw in-nitroġenu atmosferiku b’mod effiċjenti, ġeneralment ma jiġux applikati fertilizzanti nitroġenużi. Applikazzjonijiet tal-fosfru u tal-potassju jridu jkunu limitati peress li r-rati ta’ eliminazzjoni mill-għalla huma baxxi.

Peress li l-metodi ta’ kultivazzjoni huma mmirati biex jipprevjenu l-proliferazzjoni ta’ kwalunkwe pest jew mard li jista’ jaffettwa l-għelejjel taċ-ċiċri, trattamenti fitosanitarji jistgħu jintużaw biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

Il-ħsad tal-għelejjel irid isir meta l-pjanti u l-ħaxix ħażin fuq ir-roqgħa tal-art ikunu kompletament xotti sabiex tiġi evitata pigmentazzjoni taċ-ċiċri. Ir-rendimenti normali jvarjaw bejn 600 kg u 800 kg għal kull ettaru.

Ġiet emendata biex taqra:

Fl-irqajja’ tal-art

Iċ-ċiċri jridu jitkabbru f’irqajja’ tal-art fiż-żona ta’ produzzjoni agrikola ddefinita.

Dawn l-irqajja’ huma kkaratterizzati minn ħamrija fonda, bi skular tajjeb, b’sawra ramlija, ġulġliena jew ġulġliena/ramlija, pH aċiduż, newtrali jew kemxejn bażiku, livelli baxxi sa medji ta’ kalċju assimilabbli u ftit li xejn jew ebda salinità.

Iż-żrieragħ li jintużaw għaż-żrigħ iridu jkunu ċiċri tal-ekotip “Fuentesaúco”, jew varjetajiet kummerċjali li fil-futur iridu jinkisbu minn dak l-ekotip, miżrugħa permezz ta’ żrigħ b’tifrix ta’ bejn 70 kg u 150 kg kull ettaru, skont id-daqs taż-żerriegħa, it-tip ta’ ħamrija u l-kundizzjonijiet tal-irħas.

Iċ-ċiċri jridu jitkabbru f’rotazzjoni ma’ għelejjel oħrajn u qatt ma għandhom jitkabbru fuq l-istess roqgħa tal-art sentejn infila.

Meta jintużaw fertilizzanti organiċi fuq l-art, dawn iridu jiġu applikati fuq l-għelejjel ta’ qabel sabiex jiġu mineralizzati sew qabel jitħawlu ċ-ċiċri.

Meta jintużaw fertilizzanti minerali, dawn iridu jiġu applikati lir-raba’ qabel iż-żrigħ. Peress li ċ-ċiċri huma legumi li kapaċi jużaw in-nitroġenu atmosferiku b’mod effiċjenti, ġeneralment ma jiġux applikati fertilizzanti nitroġenużi. Applikazzjonijiet tal-fosfru u tal-potassju jridu jkunu limitati peress li r-rati ta’ eliminazzjoni mill-għalla huma baxxi.

Peress li l-metodi ta’ kultivazzjoni huma mmirati biex jipprevjenu l-proliferazzjoni ta’ kwalunkwe pest jew mard li jista’ jaffettwa l-għelejjel taċ-ċiċri, trattamenti fitosanitarji jistgħu jintużaw biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali.

Il-ħsad tal-għelejjel irid isir meta l-pjanti u l-ħaxix ħażin fuq ir-roqgħa tal-art ikunu kompletament xotti sabiex tiġi evitata pigmentazzjoni taċ-ċiċri.

Emenda 5:

Intestatura “Metodu ta’ produzzjoni” – Fl-impjanti tal-ippakkjar

Ġiet inkluża l-għażla tal-ippakkjar bl-idejn. L-Ispeċifikazzjoni tgħid illi ċ-ċiċri jiġu ppakkjati permezz ta’ apparat tal-kejl mekkanizzat, jew semi-mekkanizzat, li jipprekludi l-għażla ta’ ippakkjar bl-idejn. Sabiex ma jiġux imposti restrizzjonijiet fuq negozji żgħar li jippreferu, jew li huma kostretti, jippakkjaw bl-idejn, issa ġie inkluż ukoll dan it-tip ta’ ippakkjar.

Ir-referenzi għal awtorizzazzjoni jew għal spezzjoni mill-Bord Regolatorju tħassru, peress li l-awtorizzazzjonijiet ġew sostitwiti minn awtodikjarazzjonijiet u issa l-ispezzjonijiet uffiċjali jsiru mill-awtorità kompetenti.

Din l-emenda taffettwa l-punt 4.5 tad-Dokument Uniku oriġinali jew ekwivalenti.

Il-formulazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni attwali:

Fl-impjanti tal-ippakkjar

Iċ-ċiċri jridu jgħaddu mill-proċessi li ġejjin, fl-ordni li ġejja, fl-impjanti tal-ippakkjar reġistrati:

Kontroll tal-kwalità tal-materja prima sabiex jiġu żgurati l-karatteristiċi deskritti fl-intestatura B) “Deskrizzjoni tal-prodott” u biex jiġu standardizzati l-lottijiet differenti.

It-tindif u t-tneħħija ta’ materja barranija miċ-ċiċri permezz ta’ tgħarbil u bblastjar bl-arja.

L-għażla taċ-ċiċri u t-tneħħija ta’ dawk b’difetti, bi tbajja’ jew li huma żgħar wisq.

It-tqassim u l-klassifikazzjoni skont id-daqs.

L-ippakkjar. L-ippakkjar taċ-ċiċri mnixxfa permezz ta’ apparat tal-kejl mekkanizzat, jew semi-mekkanizzat.

Il-kontroll finali tal-kwalità sabiex jiġi żgurat li l-oġġetti ppakkjati ma għandhom l-ebda difett u li l-prodott jikkonforma mat-tolleranzi applikabbli.

It-tikkettar. Tikketti ta’ identifikazzjoni jew tikketti sekondarji maħruġa mill-Bord Regolatorju.

Iċ-ċiċri mnixxfa jridu jiġu kkummerċjalizzati sa Settembru tat-tieni sena wara d-data tal-ħsad.

Ġiet emendata biex taqra:

Fl-impjanti tal-ippakkjar

Iċ-ċiċri jridu jgħaddu mill-proċessi li ġejjin, fl-ordni li ġejja, fl-impjanti tal-ippakkjar reġistrati:

Kontroll tal-kwalità tal-materja prima sabiex jiġu żgurati l-karatteristiċi deskritti fl-intestatura B) “Deskrizzjoni tal-prodott” u biex jiġu standardizzati l-lottijiet differenti.

It-tindif u t-tneħħija ta’ materja barranija miċ-ċiċri permezz ta’ tgħarbil u bblastjar bl-arja.

L-għażla taċ-ċiċri u t-tneħħija ta’ dawk b’difetti, bi tbajja’ jew li huma żgħar wisq.

It-tqassim u l-klassifikazzjoni skont id-daqs.

L-ippakkjar. L-ippakkjar taċ-ċiċri mnixxfa permezz ta’ apparat tal-kejl mekkanizzat, semi-mekkanizzat jew bl-idejn.

Il-kontroll finali tal-kwalità sabiex jiġi żgurat li l-oġġetti ppakkjati ma għandhom l-ebda difett u li l-prodott jikkonforma mat-tolleranzi applikabbli.

It-tikkettar. Iż-żieda ta’ tikketti ta’ identifikazzjoni jew ta’ tikketti sekondarji.

Iċ-ċiċri mnixxfa jridu jiġu kkummerċjalizzati sa Settembru tat-tieni sena wara d-data tal-ħsad.

Emenda 6:

Intestatura “Korp ta’ spezzjoni”

Raġuni għall-emenda:

Il-korp ta’ kontroll huwa l-Instituto Tecnológico Agrario de Castilla y León [l-Istitut tat-Teknoloġija Agrikola ta’ Castilla u León], bħala l-awtorità kompetenti.

Din l-emenda taffettwa l-punt 4.7 tad-Dokument Uniku oriġinali jew ekwivalenti.

Il-formulazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni attwali:

Isem: Consejo Regulador de la Indicación Geográfica Protegida Garbanzo de Fuentesaúco (Bord Regolatorju tal-IĠP “Garbanzo de Fuentesaúco”)

Indirizz: Paseo del Cementerio s/n. Convento Monjas E-49400 Fuentesaúco (Zamora)

Telefon: + 34 923228345

Faks + 34 923228345

Posta elettronika:info@legumbresdecalidad.com

Il-Bord Regolatorju għall-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Garbanzo de Fuentesaúco” jikkonforma mal-istandard EN 45011 tal-1998.

Ġiet emendata biex taqra:

Instituto Tecnológico Agrario de Castilla y León [l-Istitut tat-Teknoloġija Agrikola ta’ Castilla u León]

Ctra. de Burgos km 119. Finca Zamadueñas

47071 Valladolid (Spanja)

Telefon: +34 983412034

Faks: +34983412040

Posta elettronika:controloficial@itacyl.es

Il-verifika tal-osservanza tal-kundizzjonijiet elenkati fl-Ispeċifikazzjoni tal-prodott għall-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Garbanzo de Fuentesaúco” hija r-responsabbiltà tal-Instituto Tecnológico Agrario de Castilla y León, permezz tas-Subdirettorat għall-Kwalità u l-Promozzjoni tal-Prodotti tal-Ikel, skont l-Artikolu 139 tal-Liġi Nru 1/2014 tad-19 ta’ Marzu 2014, l-Att dwar l-Agrikoltura ta’ Castile u León.

Emenda 7:

Intestatura “Tikkettar”

Il-kontenut obbligatorju tat-tikketta ġie speċifikat u ġie inkluż il-logo tal-indikazzjoni ġeografika protetta, li mhuwiex preżenti fuq l-Ispeċifikazzjoni attwali.

Ir-referenzi kollha għal awtorizzazzjoni jew għal spezzjoni mill-Bord Regolatorju tħassru peress li l-awtorizzazzjonijiet ġew sostitwiti minn awtodikjarazzjonijiet u issa l-ispezzjonijiet uffiċjali jsiru mill-awtorità kompetenti.

Ir-referenzi kollha għat-tikkettar ta’ prodotti li jużaw il-prodotti IĠP bħala ingredjenti tneħħew, peress li mhuwiex meħtieġ li dan jiġi inkluż fit-taqsima dwar it-tikkettar tal-Ispeċifikazzjoni minħabba li hemm linji gwida tal-Kummissjoni dwar il-kwistjoni (ĠU C 341, 16.12.2010, p.3).

It-test ġie riformulat sabiex ikun aktar faċli biex jinqara.

Din l-emenda taffettwa l-punt 4.8 tad-Dokument Uniku oriġinali jew ekwivalenti.

Il-formulazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni attwali:

It-tikkettar fuq il-pakketti tal-“Garbanzo de Fuentesaúco” irid jinkludi l-kliem “Indicación Geográfica Protegida Garbanzo de Fuentesaúco”, flimkien mal-logo tal-Bord Regolatorju.

Dan it-tikkettar mill-impjant tal-ippakkjar irid ikun akkumpanjat minn tikketta sekondarja ta’ identifikazzjoni maħruġa mill-Bord Regolatorju.

It-tikketti sekondarji jridu jinkludu kodiċi alfanumeriku li jiggarantixxi t-traċċabbiltà. Dawn iridu jitqiegħdu fuq l-ippakkjar kif avżat fil-Manwal dwar il-Kwalità tal-Bord Regolatorju u b’tali mod li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw.

Fil-Manwal dwar il-Kwalità tiegħu, il-Bord Regolatorju jrid jistabbilixxi regoli addizzjonali li jridu jiġu osservati fir-rigward tad-daqs tal-logo tal-IĠP u l-pożizzjoni tiegħu fuq l-ippakkjar.

Prodotti li jiġu ppreparati bl-użu tal-IĠP “Garbanzo de Fuentesaúco” bħala materja prima, inklużi dawk li jkunu ġew ipproċessati, jistgħu jiġu rilaxxati għall-konsum f’ippakkjar li jsemmi l-IĠP u li jkollu l-logo tal-IĠP, iżda mhux il-logo tal-Komunità, sakemm:

l-IĠP “Garbanzo de Fuentesaúco”, iċċertifikata bħala tali, hija l-uniku komponent tal-kategorija tal-prodott inkwistjoni.

Il-proċessuri kkonċernati huma awtorizzati mill-Bord Regolatorju, li jridu jdaħħalhom fir-reġistru xieraq għall-finijiet ta’ spezzjoni u jiżgura li d-denominazzjoni protetta tintuża b’mod korrett.

Meta l-IĠP “Garbanzo de Fuentesaúco” ma tkunx l-uniku komponent, id-denominazzjoni protetta tista’ tissemma biss fil-lista ta’ ingredjenti tal-prodott li fih tkun tinsab jew li jinkisbu bl-ipproċessar tagħha.

Ġiet emendata biex taqra:

“Kull ippakkjar li fih iċ-ċiċri jintbagħtu għall-konsum irid ikollu tikketta sekondarja nnumerata li trid tinkludi s-simbolu tal-IĠP tal-UE u l-isem “Garbanzo de Fuentesaúco” flimkien mal-logo proprju tal-IĠP.

It-tikketti jridu jitwaħħlu mill-impjant tal-ippakkjar b’tali mod li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw.

Il-logo tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta huwa:

Image 1

Emenda 8:

Intestatura intitolata “Rabta maż-żona”

Ir-“Rabta maż-żona ġeografika” ġiet abbozzata mill-ġdid biex tagħti spjegazzjoni aktar ċara u aktar dettaljata tar-rabta kawżali, iżda r-rabta ma ġietx emendata b’mod sostanzjali. It-test il-ġdid jagħti deskrizzjoni preċiża tal-fatturi naturali, tal-kundizzjonijiet tal-ħamrija u dawk klimatiċi, tal-fatturi umani u tal-għarfien espert lokali li jikkaratterizzaw iż-żona ġeografika u li jagħtu lill-prodott il-karatteristiċi speċifiċi tiegħu.

Tħassru żewġ paragrafi li ma kinux jipprovdu informazzjoni dwar ir-rabta (il-paragrafu 1 u l-aħħar sentenza tal-paragrafu dwar l-ekotip Fuentesaúco).

Żdied paragrafu ġdid fil-bidu tal-intestatura, li jiddikjara l-bażi għar-rabta.

Żdiedu tliet paragrafi oħra biex jaġġornaw u jtejbu t-test, inkluża informazzjoni dwar premijiet li jaffermaw il-kwalità tal-“Garbanzo de Fuentesaúco”, u referenzi fil-midja, f’kotba, f’riċetti, eċċ.

Din l-emenda taffettwa l-punt 4.6 tad-Dokument Uniku oriġinali jew ekwivalenti.

Test li tħassar mill-Ispeċifikazzjoni.

L-ewwel paragrafu tar-rabta:

“Iċ-ċiċri kienu ilhom jitkabbru minn żmien il-qedem f’artijiet li jagħtu fuq il-Mediterran tal-Lvant u fil-Mesopotamja. Jidher li waslu Spanja, u b’mod partikolari f’Castile-Leon, permezz tal-kolonizzaturi Rumani. Komplew jitkabbru matul il-perjodu Viżigotiku u l-kultivazzjoni espandiet taħt il-Mori.”

U l-aħħar sentenza taħt l-intestatura “L-ekotip Fuentesaúco”:

“L-Instituto Tecnológico Agrario de Castilla y León [l-Istitut tat-Teknoloġija Agrikola ta’ Castile u León] diġà għażel żewġ razez ta’ dan l-ekotip, li dalwaqt se jiġu rreġistrati u jinbiegħu lill-bdiewa.”

L-intestatura dwar ir-rabta issa taqra hekk:

Ir-rabta bejn iċ-ċiċri u ż-żona ġeografika hija msejsa fuq ir-reputazzjoni u l-fama tal-prodott, dovuti għall-kwalità għolja tal-ekotip lokali u mit-tradizzjoni twila ta’ tkabbir ta’ ċiċri fiż-żona, u minħabba li l-bdiewa lokali jafu dak kollu li hemm bżonn ikunu jafu dwar l-aħjar tekniki u l-għażla tal-aktar art xierqa.

L-ewwel referenzi bil-miktub għat-tkabbir taċ-ċiċri fiż-żona ta’ Fuentesaúco jmorru lura għall-aħħar tas-seklu sittax. Digrieti muniċipali maħruġa fi Fuentesaúco fl-1569 iddikjaraw li ċ-ċiċri ma setgħu jiddaħħlu minn imkien ieħor ħlief minn Fuentesaúco: “peress li ċ-ċiċri huma l-assi u n-negozju ta’ din il-belt, niddekretaw li l-ebda persuna, la mill-belt u lanqas minn xi mkien ieħor ma tista’ tieħu ċ-ċiċri minn din il-belt, kemm jekk f’isimha jew f’isem ħaddieħor. Il-piena għal min jagħmel dan hija l-konfiska taċ-ċiċri sakemm dawn ma jkunux meħtieġa għaż-żrigħ u l-kunsill ikun ta l-permess tiegħu”. Din il-miżura protezzjonista ġiet ratifikata mir-Re Filippu II fit-22 ta’ Novembru 1571.

Fit-18 ta’ Novembru 1612, ir-Re Filippu III stabbilixxa t-titolu tal-Konti ta’ la Fuente de Saúco, li huwa għadda lil Pedro de Deza li, konxju mill-kwalità unika taċ-ċiċri ta’ Fuentesaúco, bagħathom bħala rigal lil Francisco de Quevedo y Villegas. Il-kittieb famuż semma’ dak ir-rigal f’ittra mibgħuta lil Sancho Sandoval fis-16 ta’ Jannar 1639: “Il-Konti ta’ Fuente del Saúco għadu kif bagħatli rigal ta’ ċiċri mid-dominju tiegħu, billi jaf li huma l-ispeċjalità favorita tiegħi. Qed nibgħatilkom ftit minnhom. Dawn huma famużi madwar id-dinja minħabba li meta jissajru jintefħu u huma tarjin ħafna, u minħabba li ma ssib imkien ieħor bħalhom. Kieku kien għall-istonku tiegħi, lanqas mal-istess ammont ta’ perli tal-istess daqs ma nibdilhom […]”.

Iċ-ċiċri saru aktar magħrufa meta l-bdiewa bdew jeħduhom, flimkien ma’ prodotti oħra, fil-Feria de los Santos u fis-suq regolari tat-Tlieta li twaqqaf mir-Re Karlu III (1716-1788). Kien ukoll f’dak iż-żmien li feġġet l-espressjoni: “el buen garbanzo y el buen ladrón de Fuentesaúco son” [Fuentesaúco għandha ċiċri tajbin u ħallelin tajbin]. M’hemmx dubju li ċ-ċiċri tant maħbuba li jinbiegħu fil-belt jiġu anke minn irħula oħrajn fil-qrib.

Ir-reġistru tal-artijiet tal-Marquis de la Ensenada, li ġie kkompilat fl-1752, isemmi l-produzzjoni taċ-ċiċri fi Fuentesaúco, fejn jikkwota l-kwantitajiet ta’ żrieragħ użati, il-produzzjoni u l-prezz tal-bejgħ.

Iċ-ċiċri ta’ Fuentesaúco kisbu ċerta reputazzjoni fil-parti tal-Amerka fejn jiġi mitkellem l-Ispanjol. Speċifikament, f’Caracas, fil-Venezwela, f’xi ħwienet tal-merċa, wieħed seta’ jsib boroż b’sinjal li jgħid ‘‘Garbanzos de Fuentesaúco’. Minħabba l-ammont ta’ persuni li emigraw minn din iż-żona lejn il-Venezwela, mhuwiex sorprendenti li kienu magħrufa hemmhekk.

Madoz, fid-dizzjunarju statistiku tiegħu tal-1845, jgħid hekk dwar Fuentesaúco: “jipproduċi ċ-ċiċri li huma tant famużi kullimkien, għalkemm f’xi wħud mill-irħula l-oħra huma daqstant tajbin”, b’referenza għall-fatt li ċ-ċiċri kollha taż-żona kienu saru magħrufa bħala ċ-ċiċri ta’ Fuentesaúco.

Anke Benito Pérez Galdós, f’“Episodios Nacionales”, isemmi dawn iċ-ċiċri.

Il-“Garbanzo de Fuentesaúco” rebaħ premijiet f’għadd ta’ okkażjonijiet għall-eċċellenza u għall-kwalità għolja tiegħu. Bħala eżempji, nistgħu nsemmu l-medalja li ngħatat f’Madrid waqt il-Wirja Agrikola tal-1857, u ċ-ċertifikat ta’ unur li ngħata waqt il-Wirja Ġenerali li saret f’Sivilja fil-bidu tas-seklu għoxrin.

Premjijiet oħra aktar reċenti jkomplu jikkonfermaw dawn il-kwalitajiet, pereżempju “L-aħjar prodott artiġjanali tal-landa minn Castile u Leon” għaċ-ċiċri ta’ Fuentesaúco bil-bakkaljaw fl-2014; “Il-Premju għall-biedja ambjentali ta’ Castile u Leon” għaċ-ċiċri organiċi ta’ Fuentesaúco fl-2015; “Il-Premju Dinja Rurali” għall-IĠP “Garbanzo de Fuentesaúco” mill-Caja Rural de Zamora fl-2016; u, bħala ħemes prodott f’Castile u Leon, il-“Premju għall-aqwa ikel: ħemes ta’ Castile u Leon” mill-gazzetta El Norte de Castilla fl-2017.

Fil-letteratura tas-seklu għoxrin hemm ftit referenzi mhux ħażin għall-“Garbanzo de Fuentesaúco”. Fir-rumanz tiegħu Judíos, Moros y Cristoanos [Il-Lhud, il-Mori u l-Insara], ir-rebbieħ tal-premju Nobel għal-letteratura Camilo José Cela, kiteb:

Il-“Fuentesaúco de Fuentidueña, f’Segovia, mhuwiex il-Fuentesaúco famuż għaċ-ċiċri tiegħu, għalkemm hemmhekk jikbru wkoll. Il-Fuentesaúco magħruf għaċ-ċiċri tiegħu huwa dak f’Zamora.”

Il-“Garbanzo de Fuentesaúco” huwa magħruf mal-pajjiż kollu. Spiss issemma’ fil-midja, anki meta t-tema tad-diskussjoni ma tkunx l-ikel. Pereżempju, ir-rivista La Hoja del Mar tal-ewwel kwart tal-1979, ippubblikata mill-Instituto Social de la Marina, tgħid:

“Qrib Cartagena kien hemm villaġġ li, sal-aħħar seklu, kien jissejjaħ Garbanzal [...]. Ħaġa interessanti hija li l-aqwa ċiċri mhumiex dawk minn Murcia iżda minn Castile, u l-aktar ċiċri famużi huma dawk ta’ Fuentesaúco.”

Hemm ħafna referenzi fil-midja: gazzetti lokali u reġjonali, l-istampa speċjalizzata (pubblikazzjonijiet bħal Origen, Viaar, España Gastonomica, Verema, eċċ.); programmi tal-aħbarijiet fuq it-televiżjoni u fuq ir-radju lokali u nazzjonali; u fuq diversi siti web (robinfoodtv, canal cocina, planeta en conserva, te ayudo a cocinar u oħrajn). Iċ-ċiċri jissemmew ukoll f’kotba tat-tisjir u f’rivisti tal-ikel bħal “Las legumbres de Castilla y León en la gastronomía del siglo XXI” u “Legumbres españolas con garantía de calidad y origen reconocida por la UE”, ippubblikat mill-gvern Spanjol.

Fiċ-ċrieki kulinari, l-isem “Garbanzo de Fuentesaúco” huwa dejjem assoċjat ma’ kwalità superjuri għal dik ta’ kwalunkwe ċiċra oħra. Fis-suppliment tal-gazzetta El País tal-ewwel ġimgħa ta’ Frar 1989, kien hemm artiklu mill-ġurnalist Carlos Delgado intitolat “Al amor de la Lumbre” li ħares lejn l-istorja tal-cocido [stuffat Spanjol tradizzjonali] li kien jinkludi sett ta’ riċetti, fejn jikteb: “u jekk iċ-ċiċri jkunu minn Fuentesaúco tant l-aħjar […]”.

L-użu tradizzjonali taċ-ċiċri f’firxa wiesgħa ta’ ikel huwa rifless fir-riċetti ta’ koki rinomati bħal Antonio González at El Rincón de Antonio u Pedro u Oscar f’El Ermitaño, u anke l-“maître patissier” Justo Almendrote, li huwa magħruf li approfitta mill-versatilità tal-prodott u użahom fil-kreazzjonijiet pastiċċiera tiegħu.

Rabta naturali:

il-karatteristiċi tal-“Garbanzo de Fuentesaúco” huma marbuta mal-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima taż-żona ta’ produzzjoni, u mal-ekotip imkabbar.

Klima:

Ix-xtiewi huma twal u kesħin u ta’ sikwit bil-ġlata. Dan jaġixxi bħala kontroll naturali kontra l-pesti u l-mard li jaffettwaw liċ-ċiċri.

F’Mejju u f’Ġunju, iż-żmien meta l-għalla l-aktar li tkun qed tiżviluppa, it-temperatura massima medja hija ta’ madwar 26 °C u l-medja minima hija ta’ madwar 11 °C.

F’dawn it-temperaturi, il-pjanti jipproduċu l-karboidrati u l-proteini u jittrasportawhom bil-mod lejn iż-żrieragħ. Barra minn hekk, bil-lejl, minħabba li t-temperatura tinżel, l-attività respiratorja tal-pjanti tonqos. Dawn il-fatturi jinfluwenzaw direttament il-karatteristiċi organolettiċi tal-endosperma.

Fix-xitwa tagħmel ħafna xita, u dan jippermetti l-akkumulazzjoni ta’ riżervi tal-ilma fil-ħamrija. F’April, f’Mejju u f’Ġunju, meta l-għalla tkun qed tiżviluppa, il-medja tax-xita hija baxxa, ta’ madwar 45 l/m2 fix-xahar.

F’Lulju, meta ż-żrieragħ ikunu qed jimmaturaw, ix-xita medja hija ta’ madwar 17 l/m2. L-għalla tiżviluppa u ċ-ċiċri jimmaturaw f’dawn il-kundizzjonijiet ta’ volum baxx ta’ xita, billi jużaw ir-riżervi tal-ilma fil-ħamrija, li kollha jaffettwaw direttament il-karatteristiċi organolettiċi taċ-ċiċri.

Ġeoloġija:

Iż-żoni ta’ kultivazzjoni huma stabbiliti fuq depożiti Kwaternarji. Dawn id-depożiti huma magħmula minn materjali ramlija bi skular tajjeb u huma fondi, b’kontenut baxx ta’ materja organika. Dawn huma l-karatteristiċi ewlenin li jiddistingwu ż-żona studjata.

Bidla litoloġika sinifikanti ħafna hija evidenti meta wieħed jimxi lejn il-Lvant taż-żona studjata, lejn żona b’materjali taflija. Lejn il-Grigal, wieħed jista’ jsib trab ġulġlieni, tafal u ħama, filwaqt li lejn il-Punent, jibdew jitfaċċaw materjali tal-granit.

Għalhekk mill-istudju ġeomorfoloġija li sar huwa ċar li ż-żona għandha karatteristiċi ġeoloġiċi distintivi li, flimkien mal-kundizzjonijiet klimatiċi, jiddistingwuha miż-żoni tal-madwar.

Il-ħamrija:

Fiż-żona demarkata hemm żoni estensivi ta’ art b’ħamrija fonda u bi skular tajjeb, li tikkonsisti minn trab ramli ġulġlieni jew trab ġulġlieni ramli, b’pH aċiduż jew bażiku baxx, livell baxx sa medju ta’ kalċju assimilabbli u bi ftit li xejn jew l-ebda salinità. Dawn il-kundizzjonijiet tal-ħamrija jagħtu karatteristiċi speċifiċi liċ-ċiċri, speċjalment dawk relatati mar-rita fina, mal-kapaċità idrofilika għolja u mal-konsistenza kremuża tagħhom.

L-ekotip Fuentesaúco:

It-tħawwil tal-varjetà tal-makrokarpum ta’ Cicer arietinum L. fiż-żona demarkata għal ġenerazzjonijiet sħaħ wassal għall-ekotip lokali “Fuentesaúco”, li mhuwiex esiġenti iżda bi produttività baxxa, li jirrappreżenta l-ogħla grad ta’ adattament għaż-żona ta’ produzzjoni. Din iż-żerriegħa hija patrimonju ġenetiku ta’ importanza kbira, minħabba l-ġeni ta’ reżistenza tagħha kontra l-pesti u l-mard ewlenin taż-żona.

Fatturi umani:

Il-bdiewa jikkonċentraw il-prattiki ta’ kultivazzjoni tagħhom fuq il-produzzjoni ta’ ċiċri ta’ kwalità, u jqisu l-produttività bħala objettiv sekondarju, u abbażi tal-esperjenza miksuba fuq diversi ġenerazzjonijiet huma kapaċi jidentifikaw l-aktar irqajja’ tal-art adattati għal hekk. Barra minn hekk, jevitaw milli jħalltu lottijiet differenti, u b’hekk jiżguraw prodott uniformi li huwa apprezzat mill-biċċa l-kbira tal-konsumaturi.

DOKUMENT UNIKU

“Garbanzo de Fuentesaúco”

Nru tal-UE: PGI-ES-0264-AM02 – 7.2.2020

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet [tad-DOP JEW tal-IĠP]

“Garbanzo de Fuentesaúco”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-prodott kopert mill-indikazzjoni ġeografika protetta huwa ż-żerriegħa tal-ispeċi Cicer arietinum L, il-varjetà makrokarpum, l-ekotip “Fuentesaúco”, maħsuba għall-konsum mill-bniedem. Jinbiegħ ippakkjat bħala legum imnixxef.

L-ekotip “Fuentesaúco” jinkludi grupp ta’ individwi li l-karatteristiċi ġenetiċi tagħhom huma identiċi għal dawk tal-varjetà li għaliha jappartjenu, iżda li adattaw għall-kundizzjonijiet tal-post fejn jikbru, u żviluppaw differenzi morfoloġiċi u fiżjoloġiċi minħabba l-inħawi tagħhom. Din hija r-raġuni għaliex ħadu l-isem taż-żona ġeografika fejn jitkabbru.

Jirrappreżentaw l-ogħla livell ta’ adattament għaż-żona li fiha jitkabbru u mhumiex esiġenti iżda mhumiex produttivi ħafna.

Sabiex ikunu koperti mill-indikazzjoni ġeografika, iċ-ċiċri jrid ikollhom il-karatteristiċi li ġejjin:

Morfoloġiċi:

Rita interna mkemmxa, mingħajr tbajja’, bi projezzjoni prominenti mgħawġa.

Fiżikokimiċi:

Il-piż ta’ 100 ċiċra wara l-ipproċessar irid ikun ta’ bejn 35 g u 50 g.

Assorbiment ta’ ilma distillat, f’temperatura ta’ 25 °C għal 10 sigħat: aktar minn 100 %.

Karatteristiċi organolettiċi:

Wara li jissajru sew, sal-punt li fih ikunu fl-aqwa tagħhom għall-konsum, l-endosperma tagħhom jenħtieġ li tkun lixxa u kremuża, ir-rita trid tkun ratba u mill-inqas 85 % taċ-ċiċri jrid ikunu għadhom sħaħ u bir-rita mwaħħla. It-togħma hija dejjem pjaċevoli. Il-kulur huwa taħlita ta’ isfar, abjad u kannella, bi sfumaturi kulur il-krema jew matti.

Fl-aspetti l-oħra kollha, iċ-ċiċri jridu jaqgħu fil-klassijiet kummerċjali “Extra” jew “I”.

Iċ-ċiċri mnixxfa fil-klassi “Extra” jridu jkunu ta’ kwalità superjuri u mingħajr difetti, bl-eċċezzjoni ta’ difetti superfiċjali żgħar ħafna, sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra, il-kwalità jew il-preżentazzjoni ġenerali tal-prodott fil-pakkett.

Iċ-ċiċri mnixxfa fil-klassi “I” jridu jkunu ta’ kwalità tajba. Difetti żgħar ħafna jistgħu jiġu permessi sakemm dawn ma jaffettwawx id-dehra, il-kwalità jew il-preżentazzjoni fil-pakkett.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Iċ-ċiċri jitkabbru fiż-żona ġeografika demarkata.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Iċ-ċiċri koperti mill-indikazzjoni ġeografika protetta ma jistgħux jiġu kkummerċjalizzati bl-ingrossa.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Kwalunkwe ippakkjar li fih iċ-ċiċri jintbagħtu għall-konsum irid ikollu tikketta sekondarja nnumerata li trid tinkludi s-simbolu tal-IĠP tal-UE u l-isem “Garbanzo de Fuentesaúco”, flimkien mal-logo proprju tal-IĠP.

It-tikketti jridu jitwaħħlu mill-impjant tal-ippakkjar b’tali mod li ma jkunux jistgħu jerġgħu jintużaw.

Il-logo tal-indikazzjoni ġeografika protetta “Garbanzo de Fuentesaúco” huwa:

Image 2

4.   Definizzjoni fil-qosor taz-zona geografika

Iż-żona ġeografika fejn jitkabbru ċ-ċiċri tkopri aktar minn 687 kilometru kwadru u tkopri l-comarca ta’ La Guareña, li tinsab fil-parti tax-Xlokk tal-provinċja ta’ Zamora. It-Tramuntana tagħha tmiss maż-żona ta’ Duero Bajo u l-Punent tagħha jmiss mal-comarca ta’ Tierra del Vino, it-tnejn fil-provinċja ta’ Zamora. In-Nofsinhar tagħha jmiss mal-comarca ta’ La Armuña fil-provinċja ta’ Salamanca.

Tinkludi l-muniċipalitajiet li ġejjin fil-provinċja ta’ Zamora:

Argujillo, La Bóveda de Toro, Cañizal, Castrillo de la Guareña, El Cubo de Tierra del Vino, Cuelgamures, Fuentelapeña, Fuentesaúco, Fuentespreadas, Gema, Guarrate, El Maderal, El Pego, El Piñero, San Miguel de la Ribera, Santa Clara de Avedillo, Sanzoles, Vadillo de la Guareña, Vallesa, Villabuena del Puente, Villaescusa u Villamor de los Escuderos.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Ir-rabta bejn iċ-ċiċri u ż-żona ġeografika hija msejsa fuq ir-reputazzjoni u l-fama tal-prodott, dovuti għall-kwalità għolja tal-ekotip lokali u mit-tradizzjoni twila ta’ tkabbir taċ-ċiċri fiż-żona, u minħabba li l-bdiewa lokali jafu dak kollu li hemm bżonn ikunu jafu dwar l-aħjar tekniki u l-għażla tal-aktar art xierqa.

L-ewwel referenzi bil-miktub għat-tkabbir taċ-ċiċri fiż-żona ta’ Fuentesaúco jmorru lura għall-aħħar tas-seklu sittax. Id-digrieti muniċipali maħruġa fi Fuentesaúco fl-1569 iddikjaraw li ċ-ċiċri ma setgħu jiddaħħlu minn imkien ieħor ħlief minn Fuentesaúco: “peress li ċ-ċiċri huma l-assi u n-negozju ta’ din il-belt, niddekretaw li l-ebda persuna, la mill-belt u lanqas minn xi mkien ieħor ma tista’ tieħu ċ-ċiċri minn din il-belt, kemm jekk f’isimha jew f’isem ħaddieħor. Il-piena għal min jagħmel dan hija l-konfiska taċ-ċiċri sakemm dawn ma jkunux meħtieġa għaż-żrigħ u l-kunsill ikun ta l-permess tiegħu”. Din il-miżura protezzjonista ġiet ratifikata mir-Re Filippu II fit-22 ta’ Novembru 1571.

Fit-18 ta’ Novembru 1612, ir-Re Filippu III stabbilixxa t-titolu tal-Konti ta’ la Fuente de Saúco, li huwa għadda lil Pedro de Deza li, konxju mill-kwalità unika taċ-ċiċri ta’ Fuentesaúco, bagħathom bħala rigal lil Francisco de Quevedo y Villegas. Il-kittieb famuż semma’ dak ir-rigal f’ittra mibgħuta lil Sancho Sandoval fis-16 ta’ Jannar 1639: “Il-Konti ta’ Fuente del Saúco għadu kif bagħatli rigal ta’ ċiċri mid-dominju tiegħu, billi jaf li huma l-ispeċjalità favorita tiegħi. Qed nibgħatilkom ftit minnhom. Dawn huma famużi madwar id-dinja minħabba li meta jissajru jintefħu u huma tarjin ħafna, u minħabba li ma ssib imkien ieħor bħalhom. Kieku kien għall-istonku tiegħi, lanqas mal-istess ammont ta’ perli tal-istess daqs ma nibdilhom”.

Iċ-ċiċri saru aktar magħrufa meta l-bdiewa bdew jeħduhom, flimkien ma’ prodotti oħra, fil-Feria de los Santo u fis-suq regolari tat-Tlieta li twaqqaf mir-Re Karlu III (1716-1788). Kien ukoll f’dak iż-żmien li feġġet l-espressjoni: “el buen garbanzo y el buen ladrón de Fuentesaúco son” [Fuentesaúco għandha ċiċri tajbin u ħallelin tajbin]. M’hemmx dubju li ċ-ċiċri tant maħbuba li jinbiegħu fil-belt jiġu anke minn villaġġi oħrajn fil-qrib.

Ir-reġistru tal-artijiet tal-Markiż de la Ensenada, li ġie kkompilat fl-1752, isemmi l-produzzjoni taċ-ċiċri fi Fuentesaúco, fejn jikkwota l-kwantitajiet ta’ żrieragħ użati, il-produzzjoni u l-prezz tal-bejgħ.

Iċ-ċiċri ta’ Fuentesaúco kisbu ċerta reputazzjoni fil-parti tal-Amerika fejn jiġi mitkellem l-Ispanjol. Speċifikament, f’Caracas, fil-Venezwela, f’xi ħwienet tal-merċa, wieħed seta’ jsib boroż b’sinjal li jgħid ‘‘Garbanzos de Fuentesaúco’. Minħabba l-għadd ta’ persuni li emigraw minn din iż-żona lejn il-Venezwela, mhuwiex sorprendenti li kienu magħrufa hemmhekk.

Madoz, fid-dizzjunarju statistiku tiegħu tal-1845, jgħid hekk dwar Fuentesaúco: “jipproduċi ċ-ċiċri li huma tant famużi kullimkien, għalkemm f’xi wħud mill-irħula l-oħra huma daqstant tajbin”, b’referenza għall-fatt li ċ-ċiċri kollha taż-żona kienu saru magħrufa bħala ċ-ċiċri ta’ Fuentesaúco.

Anke Benito Pérez Galdós, f’Episodios Nacionales, isemmi dawn iċ-ċiċri.

Il-“Garbanzo de Fuentesaúco” rebaħ premijiet f’għadd ta’ okkażjonijiet għall-eċċellenza u għall-kwalità għolja tiegħu. Bħala eżempji, nistgħu nsemmu l-medalja li ngħatat f’Madrid waqt il-Wirja Agrikola tal-1857, u ċ-ċertifikat ta’ unur li ngħata waqt il-Wirja Ġenerali li saret f’Sivilja fil-bidu tas-seklu għoxrin.

Premjijiet oħra aktar reċenti jkomplu jikkonfermaw dawn il-kwalitajiet, pereżempju “L-aħjar prodott artiġjanali tal-landa minn Castile u Leon” għaċ-ċiċri ta’ Fuentesaúco bil-bakkaljaw fl-2014; “Il-Premju għall-biedja ambjentali ta’ Castile u Leon” għaċ-ċiċri organiċi ta’ Fuentesaúco fl-2015; “Il-Premju Dinja Rurali” għall-IĠP “Garbanzo de Fuentesaúco” mill-Caja Rural de Zamora fl-2016; u, bħala ħemes prodott f’Castile u Leon, il-“Premju għall-aqwa ikel: ħemes ta’ Castile u Leon” mill-gazzetta El Norte de Castilla fl-2017.

Fil-letteratura tas-seklu għoxrin hemm ftit referenzi mhux ħażin għall-“Garbanzo de Fuentesaúco”. Fir-rumanz tiegħu Judíos, Moros y Cristoanos [Il-Lhud, il-Mori u l-Insara], ir-rebbieħ tal-premju Nobel għal-letteratura Camilo José Cela, kiteb:

“Fuentesaúco de Fuentidueña, f’Segovia, mhuwiex il-Fuentesaúco famuż għaċ-ċiċri tiegħu, għalkemm hemmhekk jikbru wkoll. Il-Fuentesaúco magħruf għaċ-ċiċri tiegħu huwa dak f’Zamora”.

Il-“Garbanzo de Fuentesaúco” huwa magħruf mal-pajjiż kollu. Spiss issemma’ fil-midja, anki meta t-tema tad-diskussjoni ma tkunx l-ikel. Pereżempju, ir-rivista La Hoja del Mar tal-ewwel kwart tal-1979, ippubblikata mill-Instituto Social de la Marina, tgħid:

“Qrib Cartagena kien hemm villaġġ li, sal-aħħar seklu, kien jissejjaħ Garbanzal […]. Ħaġa interessanti hija li l-aqwa ċiċri mhumiex dawk minn Murcia iżda minn Castile, u l-aktar ċiċri famużi huma dawk ta’ Fuentesaúco”.

Hemm ħafna referenzi fil-midja: gazzetti lokali u reġjonali, l-istampa speċjalizzata (pubblikazzjonijiet bħal Origen, Viaar, España Gastonomica, Verema); programmi tal-aħbarijiet fuq it-televiżjoni u fuq ir-radju lokali u nazzjonali; u fuq diversi siti web (robinfoodtv, canal cocina, planeta en conserva, te ayudo a cocinar u oħrajn). Iċ-ċiċri jissemmew ukoll f’kotba tat-tisjir u f’rivisti tal-ikel bħal Las legumbres de Castilla y León en la gastronomía del siglo XXI u Legumbres españolas con garantía de calidad y origen reconocida por la UE, ippubblikat mill-gvern Spanjol.

Fiċ-ċrieki kulinari, l-isem “Garbanzo de Fuentesaúco” huwa dejjem assoċjat ma’ kwalità superjuri għal dik ta’ kwalunkwe ċiċra oħra. Fis-suppliment tal-gazzetta El País tal-ewwel ġimgħa ta’ Frar 1989, kien hemm artiklu mill-ġurnalist Carlos Delgado intitolat Al amor de la Lumbre li ħares lejn l-istorja tal-cocido [stuffat Spanjol tradizzjonali] li kien jinkludi sett ta’ riċetti, fejn jikteb: “u jekk iċ-ċiċri jkunu minn Fuentesaúco tant l-aħjar”.

L-użu tradizzjonali taċ-ċiċri f’firxa wiesgħa ta’ ikel huwa rifless fir-riċetti ta’ koki rinomati bħal Antonio González at El Rincón de Antonio u Pedro u Oscar f’El Ermitaño, u anke l-“maître patissier” Justo Almendrote, li huwa magħruf li approfitta mill-versatilità tal-prodott u użahom fil-kreazzjonijiet pastiċċiera tiegħu.

Rabta naturali:

il-karatteristiċi tal-“Garbanzo de Fuentesaúco” huma marbuta mal-karatteristiċi tal-ħamrija u tal-klima taż-żona ta’ produzzjoni, u mal-ekotip imkabbar.

Klima:

Ix-xtiewi huma twal u kesħin u ta’ sikwit bil-ġlata. Dan jaġixxi bħala kontroll naturali kontra l-pesti u l-mard li jaffettwaw liċ-ċiċri.

F’Mejju u f’Ġunju, iż-żmien meta l-għalla l-aktar li tkun qed tiżviluppa, it-temperatura massima medja hija ta’ madwar 26 °C u l-medja minima hija ta’ madwar 11 °C.

F’dawn it-temperaturi, il-pjanti jipproduċu l-karboidrati u l-proteini u jittrasportawhom bil-mod lejn iż-żrieragħ. Barra minn hekk, bil-lejl, minħabba li t-temperatura tinżel, l-attività respiratorja tal-pjanti tonqos. Dawn il-fatturi jinfluwenzaw direttament il-karatteristiċi organolettiċi tal-endosperma.

Fix-xitwa tagħmel ħafna xita, u dan jippermetti l-akkumulazzjoni ta’ riżervi tal-ilma fil-ħamrija. F’April, f’Mejju u f’Ġunju, meta l-għalla tkun qed tiżviluppa, il-medja tax-xita hija baxxa, ta’ madwar 45 l/m2 fix-xahar.

F’Lulju, meta ż-żrieragħ ikunu qed jimmaturaw, ix-xita medja hija ta’ madwar 17 l/m2. L-għalla tiżviluppa u ċ-ċiċri jimmaturaw f’dawn il-kundizzjonijiet ta’ volum baxx ta’ xita billi jużaw ir-riżervi tal-ilma fil-ħamrija, li kollha jaffettwaw direttament il-karatteristiċi organolettiċi taċ-ċiċri.

Ġeoloġija:

Iż-żoni ta’ kultivazzjoni huma stabbiliti fuq depożiti Kwaternarji. Dawn id-depożiti huma magħmula minn materjali ramlija bi skular tajjeb u huma fondi, b’kontenut baxx ta’ materja organika. Dawn huma l-karatteristiċi ewlenin li jiddistingwu ż-żona studjata.

Bidla litoloġika sinifikanti ħafna hija evidenti meta wieħed jimxi lejn il-Lvant taż-żona studjata, lejn żona b’materjali taflija. Lejn il-Grigal, wieħed jista’ jsib trab ġulġlieni, tafal u ħama, filwaqt li lejn il-Punent, jibdew jitfaċċaw materjali tal-granit.

Għalhekk mill-istudju ġeomorfoloġija li sar huwa ċar li ż-żona għandha karatteristiċi ġeoloġiċi distintivi li, flimkien mal-kundizzjonijiet klimatiċi, jiddistingwuha miż-żoni tal-madwar.

Il-ħamrija:

Fiż-żona demarkata hemm żoni estensivi ta’ art b’ħamrija fonda u bi skular tajjeb, li tikkonsisti minn trab ramli ġulġlieni jew trab ġulġlieni ramli, b’pH aċiduż jew bażiku baxx, livell baxx sa medju ta’ kalċju assimilabbli u bi ftit li xejn jew l-ebda salinità. Dawn il-kundizzjonijiet tal-ħamrija jagħtu karatteristiċi speċifiċi liċ-ċiċri, speċjalment dawk relatati mar-rita fina, mal-kapaċità idrofilika għolja u mal-konsistenza kremuża tagħhom.

L-ekotip Fuentesaúco:

It-tħawwil tal-varjetà tal-makrokarpum ta’ Cicer arietinum L. fiż-żona demarkata għal ġenerazzjonijiet sħaħ wassal għall-ekotip lokali “Fuentesaúco”, li mhuwiex esiġenti iżda bi produttività baxxa, li jirrappreżenta l-ogħla grad ta’ adattament għaż-żona ta’ produzzjoni. Din iż-żerriegħa hija patrimonju ġenetiku ta’ importanza kbira, minħabba l-ġeni ta’ reżistenza tagħha kontra l-pesti u l-mard ewlenin taż-żona.

Fatturi umani:

Il-bdiewa jikkonċentraw il-prattiki ta’ kultivazzjoni tagħhom fuq il-produzzjoni ta’ ċiċri ta’ kwalità, u jqisu l-produttività bħala objettiv sekondarju, u abbażi tal-esperjenza miksuba fuq diversi ġenerazzjonijiet huma kapaċi jidentifikaw l-aktar irqajja’ tal-art adattati għal hekk. Barra minn hekk, jevitaw milli jħalltu lottijiet differenti, u b’hekk jiżguraw prodott uniformi li huwa apprezzat mill-biċċa l-kbira tal-konsumaturi.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

http://www.itacyl.es/documents/20143/342640/2020_06_08+Pliego+IGP+Garbanzo+F+-Modificado-MM+.pdf/8b5167c3-16cb-959f-ae10-86c3a9c57466?t=1596450364056


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


11.3.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 82/28


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2021/C 82/13)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri f’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1)

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data eAmbrosia tal-Kummissjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Queso Tetilla” / “Queixo Tetilla”

Nru tal-UE: PDO-ES-0088-AM02 – 16.9.2020

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem

“Queso Tetilla” / “Queixo Tetilla”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Ġobon magħmul mill-ħalib tal-baqar tar-razez “Rubia Gallega”, “ta’ Friesland”, jew ir-razez “Kannella tal-Alpi, jew ir-razez inkroċjati tagħhom permezz ta’ proċess li jinkludi l-koagulazzjoni, il-qtugħ, it-tisfija u (b’mod fakultattiv) il-ħasil tal-baqta, l-iffurmar, it-tagħsir, it-tmelliħ u l-maturazzjoni, u li għandu l-karatteristiċi li ġejjin:

Karatteristiċi fiżiċi:

Għamla: konika, konkava-konvessa.

Piż: Minn 0,5 kg sa 1,5 kg.

Dimensjonijiet: l-għoli hu ikbar mir-raġġ tal-bażi u iżgħar mid-dijametru. Massimu: 150 mm (l-għoli u d-dijametru tal-bażi). Minimu: 90 mm (l-għoli u d-dijametru tal-bażi). Huwa permess marġini ta’ tolleranza ta’ 10 % għad-dimensjonijiet massimi tal-bażi tal-ġobnijiet li jiżnu aktar minn 1 kg.

Karatteristiċi organolettiċi:

Qoxra: notevoli, fina u elastika, ħoxna inqas minn 3 mm, ta’ kulur isfar lewn it-tiben, naturali u mingħajr moffa. Il-ġobon jista’ jinbiegħ b’kisja kontra l-moffa, trasparenti u mingħajr kulur.

Pejst: artab, kremuż, uniformi u mingħajr toqob, inkella bi ftit toqob żgħar, sparsi b’mod regolari; kulur l-avorju jagħti fl-isfar.

Riħa: ħafifa, kemxejn aċiduża u tfakkrek fil-ħalib li minnu jsir il-ġobon.

Togħma u aroma: ta’ ħalib, u ta’ butir, ftit aċiduża u ftit mielħa.

Karatteristiċi fiżikokimiċi:

Perċentwal ta’ xaħam fil-materja niexfa: mill-inqas 45 %.

Perċentwal ta’ materja niexfa: mill-inqas 45 %.

pH: minn 5,0 sa 5,5.

Perċentwal ta’ ilma fil-materjal mhux xaħmi (ikkalkulat bejn tmienja u 15-il ġurnata wara l-produzzjoni): minn 66 % sa 72 %.

Il-“Queso Tetilla” hija denominazzjoni tradizzjonali u mhux ġeografika, li tirreferi għall-għamla partikolari tal-ġobon, dik ta’ sider femminili, bil-karatteristiċi fiżiċi deskritti f’dan il-punt.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

a)

Għalf: il-bur u l-għelejjel tal-foraġġ fiż-żona ta’ produzzjoni huma kostitwent importanti fid-dieta tal-baqra. Rwol importanti ieħor huwa dak tal-bwar estensivi (mergħat u bwar tal-arbuxelli), fejn l-annimali jistgħu jirgħu fil-libertà, meta l-kundizzjonijiet jippermettu.

Jintuża l-għalf ikkonċentrat ta’ oriġini veġetali bħala suppliment biex ikopri l-bżonnijiet enerġetiċi tal-baqar. Kemm jista’ jkun, il-materja prima li minnha jiġi prodott l-għalf toriġina fiż-żona ġeografika ddefinita.

b)

Il-materja prima: Il-“Queso Tetilla” jsir mill-ħalib tal-baqra; mit-tames tal-annimali jew enzimi koagulanti oħrajn, li jkunu speċifikament awtorizzati għall-produzzjoni ta’ dan il-ġobon; l-aġenti ta’ fermenti lattiċi: Il-Lactococcus lactis subsp. lactis, Lactococcus lactis subsp. cremoris u kwalunkwe aġent ieħor li ma jbiddilx il-karatteristiċi tal-ġobon protett, u li huwa awtorizzat speċifikament għall-produzzjoni tal-ġobon kopert minn din id-denominazzjoni ta’ oriġini protetta; melħ u, b’mod fakultattiv, il-klorur tal-kalċju. L-awtorizzazzjonijiet jingħataw mill-awtorità kompetenti malli jintalbu mill-grupp applikant. L-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza l-użu ta’ enzimi koagulanti ġodda u ta’ aġenti ta’ fermenti lattiċi ġodda wara li tivverifika li l-ġobon prodott fih il-karatteristiċi speċifiċi tal-“Queso Tetilla”.

Il-ġobon huwa magħmul minn ħalib naturali sħiħ li ġej mill-baqar tar-razez “Rubia Gallega”, “ta’ Friesland”, jew “Kannella tal-Alpi”, jew razez inkroċjati tagħhom f’azjendi agrikoli fiż-żona ġeografika ddefinita.

Il-ħalib ma jrid ikollu la kolostru u lanqas preservattivi. Mhumiex permessi proċeduri biex jiġi standardizzat il-ħalib jew proċessi li jbiddlu l-kompożizzjoni inizjali tal-ħalib.

Ma jistax jitħallat ma’ ħalib ieħor li ma jkunx ġej minn azjendi rreġistrati jew ma’ ħalib li jkun ġej minn razez li ma jkunux imniżżlin fl-ispeċifikazzjoni.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jitwettqu fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-ħalib, l-operazzjonijiet preliminari li din hija suġġetta għalihom, u l-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-ġobon, iridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita fil-punt 4. Għaldaqstant, il-passi kollha tal-produzzjoni jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-imballaġġ, eċċ. tal-prodott li għalih jirreferi l-isem irreġistrat

Il-“Queso Tetilla” jista’ jkun ikkumerċjalizzat biss jekk in-naħa ta’ barra tal-qoxra tiegħu turi l-karatteristiċi naturali miksuba matul il-maturazzjoni.

Il-qoxra tipprovdi l-ġobon b’kisja protettiva naturali. Għaldaqstant, il-ġobon jinbiegħ mingħajr imballaġġ artifiċjali. Madanakollu, il-“Queso Tetilla” jista’ jiġi mballat diment li l-imballaġġ ma jaffettwax il-karatteristiċi fiżiċi, organolettiċi jew fiżikokimiċi deskritti fil-punt 3.2 — dan jivverifikah il-korp ta’ kontroll li mbagħad allura jawtorizza l-imballaġġ.

Barra minn hekk, il-ġobon jista’ jkollu kisja kontra l-moffa, trasparenti u mingħajr kulur.

Il-“Queso Tetilla” jintbagħat sħiħ mill-produtturi tal-ġobon. Ġobniet li jiżnu aktar minn 0.7 kg jistgħu jinbiegħu wkoll maqsumin min-nofs fi ħwienet self-service — f’dan il-każ, il-ġobniet irid ikollhom żewġ tikketti sekondarji, waħda mwaħħla ma’ kull naħa tal-prodott, u żewġ settijiet tal-bqija tal-elementi kollha li jiggarantixxu l-awtentiċità tal-prodott, biex, wara l-qsim, iż-żewġ nofsijiet iżommu l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni tagħhom.

Fejn il-ġobniet ikunu se jinbiegħu f’żewġ nofsijiet, peress li waħda mill-uċuħ tan-nofsijiet tal-ġobon titlef il-protezzjoni naturali tal-qoxra, il-ġobniet iridu jinqasmu fil-punt tal-bejgħ għall-konsumatur finali u n-nofsijiet jistgħu jitgħattew b’film trasparenti tal-ikel.

Il-qtugħ tal-ġobon fil-punt tal-bejgħ jiżgura li l-prodott ikun espost għall-bejgħ fil-ħanut, bl-imballaġġ artifiċjali tiegħu (il-film trasparenti tal-ikel), għall-inqas ħin possibbli u għalhekk il-kwalità tal-prodott ma tiġix affettwata.

Il-ġobna tista’ tinqasam biss f’żewġ nofsijiet peress li dan jippreserva l-għamla unika tal-ġobon, dik ta’ sider ta’ mara, li tingħaraf mill-konsumatur.

Madankollu, il-“Queso Tetilla”, irrelevanti mill-piż tiegħu, jista’ jitqatta’ f’porzjonijiet ta’ kwalunkwe daqs fil-ħwienet fejn jinbiegħ, diment li dan isir quddiem il-konsumatur fil-ħin tal-bejgħ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar tal-prodott li għalih japplika l-isem

Il-ġobon bid-denominazzjoni ta’ oriġini protetta “Queso Tetilla” irid ikollu t-tikketta speċifika tad-denominazzjoni (tikketta sekondarja) li tiggarantixxi l-awtentiċità tal-prodott. It-tikketta sekondarja ta’ kull ġobna jrid ikollha numru tas-serje alfanumeriku uniku u l-logo tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Queso Tetilla”, li jidhru hawn taħt:

Image 3

Barra minn hekk, it-tikketti kummerċjali ta’ kull produttur iridu juru b’mod prominenti l-kitba ‘Denominación de Origen Protegida’, [Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta], u “Queso Tetilla” jew “Queixo Tetilla”, u l-logo Ewropew tad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta.

Sabiex l-awtentiċità tal-prodott tkun garantita u biex tiġi żgurata t-traċċabbiltà, it-tikketti sekondarji tal-garanzija u t-tikketti kummerċjali li juru r-referenza għad-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Queso Tetilla” iridu jitwaħħlu mal-prodott fil-post tal-produttur u b’tali mod li jipprevjenu li dawn jerġgħu jintużaw.

Kif stabbilit fil-punt 3.5, il-ġobon maħsub għall-bejgħ f’żewġ nofsijiet irid ikollu żewġ tikketti sekondarji, waħda mwaħħla ma’ kull naħa tal-prodott, u żewġ settijiet tal-bqija tal-elementi kollha li jiggarantixxu l-awtentiċità tal-prodott biex, wara li l-ġobna tinqasam fi tnejn, iż-żewġ nofsijiet iżommu l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni tagħhom.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-ħalib u l-ġobnijiet koperti mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Queso Tetilla” jiġu prodotti fil-Komunità Awtonoma ta’ Galicia.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Speċifiċità taż-żona ġeografika

Galicia hija kkaratterizzata minn terren ta’ muntanji baxxi u sistema estensiva ta’ xmajjar. Dan it-terren ta’ muntanji u l-klima prevalenti tal-Atlantiku (ikkaratterizzata minn ħafna xita) jiffavorixxu l-iżvilupp tal-bur (kemm dawk naturali kif ukoll dawk ikkultivati) u rendimenti għoljin ta’ foraġġ u għelejjel oħra. Il-produttività għolja miksuba mill-art tippermetti li jittrabbew ħafna bhejjem u, bħala konsegwenza, tippermetti wkoll settur kbir tal-prodotti tal-ħalib.

Il-fattur uman ukoll għandu jiġi ssottolinjat, kemm fil-produzzjoni tal-ħalib, ibbażata fuq l-irziezet tal-familja u li għadhom jużaw metodi tradizzjonali, kif ukoll fil-produzzjoni tal-ġobon, fejn jintużaw il-prattiki antiki, għalkemm adattati għal progress teknoloġiku, għall-iġene statutorja u għar-rekwiżiti ta’ sikurezza tal-ikel.

Speċifiċità tal-prodott

Mill-firxa wiesgħa ta’ prodotti li jirrappreżentaw il-gastronomija ta’ Galicia, il-“Queso Tetilla” huwa wieħed mill-prodotti li l-aktar jidentifika ma’ dan ir-reġjun.

Huwa ġobon artab li l-aktar karatteristiċi organolettiċi tiegħu huma l-kremożità, ir-riħa ħafifa tiegħu ta’ ħalib, it-togħma kemxejn aċiduża u mielħa tiegħu, l-aroma ta’ butir tiegħu, karatteristiċi li flimkien ifakkru lil dak li jkun fil-ħalib li minnu ġej il-ġobon. Huwa ġobon solubbli ħafna u faċli biex tiddiġerieh.

Fl-aħħar, l-għamla unika tiegħu, dik ta’ sider femminili, hija l-akbar karatteristika tal-ġobon, li minnha ħa l-isem tiegħu u tippermetti li l-konsumaturi jagħmlu distinzjoni bejn il-“Queso Tetilla” tal-post u ġobnijiet oħra.

Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-karatteristiċi tal-prodott

L-ambjent ġeografiku huwa ideali għat-tkabbir ta’ bur estensiv, tal-aqwa kwalità, li l-użu tiegħu ġie intensifikat f’dawn l-aħħar żewġ deċennji. Il-kwantità sinifikanti ta’ dan il-foraġġ fid-dieta tal-merħliet tal-ħalib ta’ Galicia u l-ispeċi tal-pjanti li jagħmlu parti minn din id-dieta (b’perċentwal sinifikanti ta’ pjanti leguminużi) jaffettwaw il-kompożizzjoni tal-ħalib, u l-karatteristiċi organolettiċi u nutrittivi tal-ġobon immaturat, b’mod partikolari l-kremożità u l-kulur tal-pejst, kif ukoll il-qoxra tiegħu.

Barra minn hekk, il-ħalib jiġi prodott fl-irziezet tal-familja li jużaw metodi razzjonali ta’ stockfarming. Il-karatteristiċi ta’ dawn l-irziezet jagħmlu l-ħalib li jkun prodott fihom ideali biex isir dan il-ġobon.

Il-metodu ta’ produzzjoni tradizzjonali li, matulu, ikollu rwol deċiżiv l-għarfien tal-produtturi tar-reġjun bl-esperjenza twila tagħhom jagħmlu dan il-ġobon, u li jinkludi perjodu qasir ta’ maturazzjoni, jagħti lill-ġobon il-karatteristiċi tal-kremożità u tat-togħma ħafifa tiegħu.

Fl-aħħar, l-għamla unika tal-ġobon, dik ta’ sider femminili li l-prodott jikseb wara l-iffurmar u l-ippressar, tingħaraf mill-ewwel mill-konsumaturi, li jassoċjawha direttament mal-oriġini Gallega tiegħu, fejn dan il-ġobon partikolari ilu jsir esklussivament sa minn qabel l-ewwel referenzi għalih bil-miktub fis-seklu 18. Imbagħad, mis-seklu 19, saru komuni referenzi bil-miktub għal dan il-ġobon, kemm f’kitbiet ġenerali u f’kitbiet aktar speċifiċi xjentifiċi u tekniċi, kif ukoll f’kitbiet dwar il-gastronomija. Ta’ min jinnota l-importanza, fid-dawl tan-natura internazzjonali tagħha, ir-referenza fl-O’Shea’s Guide to Spain and Portugal, ippublikat f’Londra fl-1889, li jirrakkomanda ħafna lill-vjaġġaturi biex jippruvaw il-“ġobon uniku ta’ Galicia, ‘queso de teta’, prodott tipiku tal-gastronomija ta’ Galicia”.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament)

https://mediorural.xunta.gal/sites/default/files/produtos/en-tramitacion/QuesoTetillaPliego-condiciones-febrero_2020_final.pdf


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.