|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 078I |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 78 I/01 |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2021/C 78 I/02 |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
8.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 78/1 |
It-tifqigħa tal-COVID-19
(Ir-Regolament (UE) 2021/267 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tal-persistenza tal-kriżi tal-COVID-19 rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet, il-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku f’ċerti oqsma tal-leġiżlazzjoni dwar it-trasport u l-estensjoni ta’ ċerti perjodi msemmija fir-Regolament (UE) 2020/698 (1))
(2021/C 78 I/01)
Il-Finlandja
Data tal-Informazzjoni lill-Kummissjoni: 1.3.2021
Il-Finlandja iddeċidiet, f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) 2021/267 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li ma għandhiex tapplika d-dispożizzjonijiet li ġejjin:
|
— |
L-Artikolu 3(1) rigward il-validità tal-liċenzji tas-sewqan skont id-Direttiva 2006/126/KE (2); |
|
— |
L-Artikolu 3(2) rigward il-validità tal-liċenzji tas-sewqan skont id-Direttiva 2006/126/KE li kienet diġà ġiet estiża bl-applikazzjoni tal-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) Nru 2020/698 (3); |
|
— |
L-Artikolu 4(1) rigward l-ispezzjonijiet regolari tat-takografi fit-trasport bit-triq skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 (4); |
|
— |
L-Artikolu 4(2) rigward it-tiġdid tal-kards tat-takografi skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014; |
|
— |
L-Artikolu 4(3) rigward is-sostituzzjoni tal-kards tat-takografi skont ir-Regolament (UE) Nru 165/2014; |
|
— |
L-Artikolu 5(1) rigward il-limiti ta’ żmien għat-testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom skont id-Direttiva 2014/45/UE (5); |
|
— |
L-Artikolu 5(2) rigward il-validità taċ-ċertifikati tal-affidabbiltà stradali skont id-Direttiva 2014/45/UE; |
|
— |
L-Artikolu 7(1) rigward il-validità tal-liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-merkanzija bit-triq skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 (6); |
|
— |
L-Artikolu 7(2) rigward il-validità tal-attestazzjoni tas-sewwieq skont ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009; |
|
— |
L-Artikolu 8(1) rigward il-validità tal-liċenzja Komunitarja għat-trasport tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 (7). |
(2) Id-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (ĠU L 403, 30.12.2006, p. 18).
(3) Ir-Regolament (UE) 2020/698 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Mejju 2020 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi u temporanji fid-dawl tat-tifqigħa tal-COVID-19 u rigward it-tiġdid jew l-estensjoni ta’ ċerti ċertifikati, liċenzji u awtorizzazzjonijiet u l-posponiment ta’ ċerti kontrolli perjodiċi u taħriġ perjodiku f’ċerti oqsma tal-leġislazzjoni dwar it-trasport (ĠU L 165, 27.5.2020, p. 10).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta’ reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(5) Id-Direttiva 2014/45/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom u li tħassar id-Direttiva 2009/40/KE (ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 1072/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 72).
(7) Ir-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 88).
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
8.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 78/3 |
Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
(2021/C 78 I/02)
F’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:
|
Data u ħin tal-għeluq |
24 ta’ Diċembru 2020 |
|
Tul ta’ żmien tal-għeluq |
Mill-24 ta’ Diċembru 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020 |
|
Stat Membru |
Il-Belġju |
|
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
HAD/07A. |
|
Speċi |
Merluzz tal-linja sewda (Melanogrammus aeglefinus) |
|
Żona |
7a |
|
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
--- |
|
Numru ta’ referenza |
37/TQ123 |