|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74 |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2021/C 74/01 |
||
|
2021/C 74/02 |
||
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 74/03 |
||
|
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
|
2021/C 74/04 |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 74/05 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10179 — Tengelmann Warenhandelsgesellschaft/KiK Textilien und Non-Food) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
2021/C 74/06 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M. 10061 — Coca Cola Hellenic Bottling Company/Heineken/Stockday) ( 1 ) |
|
|
2021/C 74/07 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10192 — Linde/Hyosung/JVs) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
|
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
|
3.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74/1 |
Avviż għall-attenzjoni ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni emendatorja tal-Kunsill (PESK) 2021/372 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/371 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
(2021/C 74/01)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/372 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill(UE) 2020/1998 (3) kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/371 (4), dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 u r-Regolament (UE) 2020/1998. Ir-raġunijiet tal-indikazzjoni ta' dawk il-persuni jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru(i) rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) 2020/1998, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel il-31 ta' Ottubru 2021, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
Ser jittieħed kont ta’ kwalunkwe osservazzjoni riċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f’konformità mal-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999, tal-lista ta’ persuni u entitajiet deżinjati.
(1) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.
(2) ĠU L 71 I, 2.3.2021, p. 6.
|
3.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74/2 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem
(2021/C 74/02)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1999 (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/372 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2020/1998 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/371 (5).
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea
|
General Secretariat |
|
RELEX.1.C |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data
data.protection@consilium.europa.eu
L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/372, u r-Regolament (UE) 2020/1998 kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/371, dwar miżuri restrittivi kontra ksur u abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stabbilit fid-Deċiżjoni (PESK) 2020/1999 r-Regolament (UE) 2020/1998.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.
Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jingħata f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali ser tinżamm għal 5 snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 (edps@edps.europa.eu).
(1) ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L 410 I, 7.12.2020, p. 13.
(3) ĠU L 71 I, 2.3.2021, p. 6.
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74/4 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
It-2 ta' Marzu 2021
(2021/C 74/03)
1 euro =
|
|
Munita |
Rata tal-kambju |
|
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2028 |
|
JPY |
Yen Ġappuniż |
128,58 |
|
DKK |
Krona Daniża |
7,4361 |
|
GBP |
Lira Sterlina |
0,86433 |
|
SEK |
Krona Żvediża |
10,1400 |
|
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,1050 |
|
ISK |
Krona Iżlandiża |
152,10 |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
10,2555 |
|
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
|
CZK |
Krona Ċeka |
26,142 |
|
HUF |
Forint Ungeriż |
363,70 |
|
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5322 |
|
RON |
Leu Rumen |
4,8762 |
|
TRY |
Lira Turka |
8,8151 |
|
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5422 |
|
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5225 |
|
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,3297 |
|
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6565 |
|
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6016 |
|
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 354,37 |
|
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
18,1353 |
|
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7840 |
|
HRK |
Kuna Kroata |
7,5825 |
|
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 230,11 |
|
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,8804 |
|
PHP |
Peso Filippin |
58,338 |
|
RUB |
Rouble Russu |
88,6885 |
|
THB |
Baht Tajlandiż |
36,401 |
|
BRL |
Real Brażiljan |
6,8387 |
|
MXN |
Peso Messikan |
24,8772 |
|
INR |
Rupi Indjan |
88,2590 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
|
3.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74/5 |
Aġġornament tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli mill-kontrolli fuq il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(2021/C 74/04)
Il-pubblikazzjoni tal-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli mill-kontrolli fuq il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni li jagħtu l-Istati Membri lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali isir aġġornament perjodiku fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.
FRANZA
Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 247, 13.10. 2006, p. 17.
Il-lista tas-servizzi nazzjonali responsabbli mill-kontroll fuq il-fruntieri: Direction centrale de la police aux frontières, Direction générale des douanes et droits indirects, Gendarmerie de l’air, (l-Amministrazzjoni Ċentrali tal-pulizija tal-fruntieri, l-Amministrazzjoni Ġenerali tad-Dwana u tad-Drittijiet Indiretti, il-Ġendarmerija tal-ajru);
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
|
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
|
3.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10179 — Tengelmann Warenhandelsgesellschaft/KiK Textilien und Non-Food)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 74/05)
1.
Fit-23 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Tengelmann International GmbH (“Tengelmann International”, il-Ġermanja), ikkontrollata minn Tengelmann Warenhandelsgesellschaft KG (“Tengelmann”, il-Ġermanja), |
|
— |
KiK Textilien und Non-Food GmbH (il-Ġermanja, “KiK” jew il-“Kumpanija fil-Mira”), bħalissa kkontrollata bi sħab minn Tengelmann u H.H. Holding, b’din tal-aħħar finalment ikkontrollata minn Jost-Stefan Heinig. |
Tengelmann takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ KiK kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Tengelmann hija attiva mad-dinja kollha bħala bejjiegħ bl-imnut, tissupplixxi t-tessuti, prodotti tal-ikel, proprjetà immobbli u servizzi kummerċjali elettroniċi, fost oħrajn, |
|
— |
KiK hija attiva fil-bejgħ bl-imnut, tissupplixxi t-tessuti b’mod partikolari, f’aktar minn 3,400 ħanut fil-Ġermanja, il-Kroazja, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, is-Slovakkja, is-Slovenja, iċ-Ċekja u l-Ungerija. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10179 — Tengelmann Warenhandelsgesellschaft/KiK Textilien und Non-Food
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
3.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74/8 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M. 10061 — Coca Cola Hellenic Bottling Company/Heineken/Stockday)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 74/06)
1.
Fl-24 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Coca-Cola HBC Romania (“CCH Romania”, ir-Rumanija), ikkontrollata minn Coca-Cola Hellenic Bottling Company AG (l-Isvizzera), |
|
— |
Heineken Romania S.A. (“Heineken Romania”, ir-Rumanija), ikkontrollata minn Heineken N.V. (in-Netherlands), |
|
— |
Stockday S.R.L. (“Stockday”, ir-Rumanija), ikkontrollata minn Heineken Romania. |
CCH Romania u Heineken Romania jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Stockday. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CCH Romania: l-ibbottiljatur awtorizzat tal-Coca-Cola Company, attiva fl-ibbottiljar u d-distribuzzjoni ta’ varjetà wiesgħa ta’ xorb mhux alkoħoliku u spirti fir-Rumanija; |
|
— |
Heineken Romania: attiva fil-provvista ta’ firxa ta’ ditti lokali u internazzjonali ta’ birra u sidru tal-grupp Heineken fir-Rumanija; |
|
— |
Stockday: pjattaforma online minn negozju għal negozju li bħalissa tqassam il-prodotti tal-birra u tas-sidru Heineken Romania lill-ħwienet frammentati u lill-kanal Horeca fir-Rumanija u l-prodotti tas-CCH Romania fuq bażi bi prova fi tliet kontej Rumeni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10061 — Coca Cola Hellenic Bottling Company/Heineken/Stockday
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
|
3.3.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 74/9 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10192 — Linde/Hyosung/JVs)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 74/07)
1.
Fl-24 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Linde Korea Co., Ltd (“Linde Korea”, il-Korea t’Isfel), |
|
— |
Hyosung Heavy Industries Corporation (“Hyosung”, il-Korea t’Isfel), |
|
— |
Production JV (“Production JV”, il-Korea t’Isfel), |
|
— |
Sales JV (“Sales JV”, il-Korea t’Isfel) |
Linde Korea u Hyosung jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Production JV u ta’ Sales JV.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpaniji maħluqa ġodda li jikkostitwixxi f’impriżi bi sħab (joint ventures, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Linde Korea: sussidjarja proprjetà kollha kemm hi ta’ Linde plc, li hija kumpanija tal-gass u tal-inġinerija b’attivitajiet f’aktar minn 100 pajjiż madwar id-dinja; |
|
— |
Hyosung: timmanifattura u tbigħ tagħmir elettriku tqil madwar id-dinja. Hija involuta wkoll f’diversi oqsma tal-kostruzzjoni, inklużi d-djar, l-iżvilupp mill-ġdid u r-rikostruzzjoni, il-faċilitajiet kummerċjali u kummerċjali, l-inġinerija ċivili u l-ambjent. |
|
— |
Production JV: se tiżviluppa, tibni u tħaddem impjant wieħed jew aktar għall-produzzjoni tal-idroġenu likwidu fil-Korea t’Isfel għall-bejgħ lill-Sales JV; |
|
— |
Sales JV: se tbigħ u tqassam dan l-idroġenu likwidu lill-klijenti għall-użu fis-suq tal-mobilità fil-Korea t’Isfel. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
Il-Każ M.10192 — Linde/Hyosung/JVs
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).