ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 66

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
26 ta' Frar 2021


Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

il–Kunsill

2021/C 66/01

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030)

1


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 66/02

Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta' gwida dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet għat-twettiq ta’ awditjar skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

22

2021/C 66/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10116 — ION/NN/bpfBOUW/IRP JV) ( 1 )

33

2021/C 66/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10128 — Stirling Square Capital Partners/TA Associates/Glenigan) ( 1 )

34

2021/C 66/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10064 — AnaCap/Carrefour/Market Pay) ( 1 )

35

2021/C 66/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10072 — Sojitz/Eneos/Edenvale Solar Park) ( 1 )

36

2021/C 66/07

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10004 — EQT/Zentricity/Cajelo/Recipharm) ( 1 )

37

2021/C 66/08

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10109 — Cinven/BCI/Compre) ( 1 )

38

2021/C 66/09

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10145 — American Industrial Partners/Personal Care Business of Domtar) ( 1 )

39


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

il–Kunsill

2021/C 66/10

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-lista riveduta tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa

40

2021/C 66/11

Avviż għall-attenzjoni ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

46

2021/C 66/12

Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

47

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 66/13

Rata tal-kambju tal-euro — Il-25 ta' Frar 2021

49


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 66/14

Notifika ta’ bidu dwar il-possibilità li tiġi estiża l-miżura ta’ salvagwardja applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar

50

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 66/15

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10148 — FCA/EEPS/JV) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

56

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 66/16

Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

58

2021/C 66/17

Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

66


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

il–Kunsill

26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/1


Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u lil hinn (2021-2030)

(2021/C 66/01)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

FILWAQT LI JFAKKAR

fl-approvazzjoni mill-Kunsill Ewropew ta' Barċellona ta' Marzu 2002 tal-programm ta' ħidma "Edukazzjoni u Taħriġ 2010" ("ET 2010"), l-istabbiliment ta' ċiklu ġdid permezz tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2009 dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ ("Edukazzjoni u Taħriġ 2020" – "ET 2020") u l-valutazzjoni li saret permezz tar-Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ ("ET 2020") – li flimkien jistabbilixxu u taw kontinwità għal qafas solidu fil-kooperazzjoni Ewropea fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, abbażi ta' objettivi komuni, bil-għan li primarjament jiġi appoġġat it-titjib ta' sistemi nazzjonali ta' edukazzjoni u taħriġ permezz tal-iżvilupp ta' għodod komplementari fil-livell tal-UE, tagħlim reċiproku u l-iskambju tal-aħjar prassi permezz tal-użu tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni,

l-isfond politiku ta' din il-kwistjoni kif jidher fl-Anness I,

u JIRRIKONOXXI

li fid-Dikjarazzjoni ta' Ruma ta' Marzu 2017, il-mexxejja tal-UE wegħdu li jaħdmu favur Unjoni li fiha ż-żgħażagħ jirċievu l-aqwa edukazzjoni u taħriġ u jistgħu jistudjaw u jsibu impjiegi mal-kontinent kollu,

li l-mexxejja tal-UE pproklamaw b'mod konġunt, fis-Summit Soċjali tal-2017 ta' Gothenburg, il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, li jistabbilixxi d-dritt għal edukazzjoni u taħriġ u tagħlim tul il-ħajja ta' kwalità u inklużivi għal kulħadd bħala l-ewwel prinċipju tiegħu, id-dritt għal assistenza f'waqtha u mfassla apposta biex jittejbu l-impjiegi jew il-prospetti ta' impjieg indipendenti, li jinkludi taħriġ u kwalifikazzjoni mill-ġdid, bħala r-raba' prinċipju tiegħu, kif ukoll id-dritt tat-tfal għal edukazzjoni bikrija tat-tfal kura affordabbli u ta' kwalità tajba, u d-dritt tat-tfal minn ambjenti żvantaġġati għal miżuri speċifiċi biex jissaħħu l-opportunitajiet indaqs bħala l-ħdax-il prinċipju tiegħu,

li l-edukazzjoni ġiet individwata fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2017 bħala element ewlieni għall-bini ta' soċjetajiet inklużivi u koeżivi u għas-sostenn tal-kompetittività Ewropea, filwaqt li l-edukazzjoni u t-taħriġ tqiegħdu fil-qalba tal-aġenda politika Ewropea għall-ewwel darba,

il-progress miksub taħt il-programm ta' ħidma ET 2010 u l-qafas ET 2020, speċjalment b'appoġġ għar-riformi nazzjonali, filwaqt li jirrikonoxxi li għad fadal sfidi sostanzjali jekk l-Ewropa trid tikseb l-ambizzjonijiet stabbiliti fil-proklamazzjonijiet imsemmija hawn fuq,

li l-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, bdiet azzjonijiet biex tikseb din il-viżjoni għall-futur tal-edukazzjoni u t-taħriġ permezz tal-istabbiliment ta' Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (1), mill-2018 'il quddiem, li għaliha l-Kunsill wieġeb permezz tal-adozzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-mixja lejn viżjoni ta' Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2019 dwar l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni biex jiġu appoġġati sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ orjentati lejn il-futur,

il-ħidma żviluppata taħt il-Proċess ta' Bolonja, imsaħħa permezz tal-Komunikat Ministerjali ta' Ruma ta' Novembru 2020, kif ukoll taħt il-Proċess ta' Copenhagen, li dan l-aħħar ukoll issaħħaħ bid-Dikjarazzjoni ta' Osnabrück ta' Novembru 2020,

li l-Istrateġija Annwali għat-Tkabbir Sostenibbli 2021 tenfasizza l-importanza li jiġu żgurati opportunitajiet indaqs u edukazzjoni inklużiva, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lil gruppi żvantaġġati u l-investiment fit-taħriġ mill-ġdid u fit-titjib tal-ħiliet,

JENFASIZZA li:

L-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom rwol vitali x'jaqdu fit-tiswir tal-futur tal-Ewropa, fi żmien meta huwa imperattiv li s-soċjetà u l-ekonomija tagħha jsiru aktar koeżivi, inklużivi, diġitali, sostenibbli, ekoloġiċi u reżiljenti, u għaċ-ċittadini biex isibu sodisfazzjon u benesseri personali, biex ikunu lesti jadattaw u jaħdmu f'suq tax-xogħol li qed jinbidel u biex jinvolvu ruħhom f'ċittadinanza attiva u responsabbli.

Il-pandemija tal-COVID-19 poġġiet pressjoni mingħajr preċedent fuq is-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ u wasslet għal bidla mifruxa lejn it-tagħlim u l-apprendiment mill-bogħod u dak imħallat. Din il-bidla ġabet magħha sfidi u opportunitajiet differenti għas-sistemi u l-komunitajiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ, għax kixfet l-impatt tad-distakk diġitali u d-differenzi fil-konnettività fl-Istati Membri, kif ukoll l-inugwaljanzi fost gruppi differenti ta' ġid u l-ambjenti urbani u rurali, filwaqt li enfasizzat ukoll il-potenzjal tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-bini tar-reżiljenza u t-trawwim ta' tkabbir sostenibbli u inklużiv.

Iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni ser tippermetti lill-istudenti jkomplu l-istudji tagħhom fi stadji differenti tal-ħajja u jfittxu impjieg madwar l-UE, u l-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati jikkooperaw, sabiex l-edukazzjoni u t-taħriġ ta' kwalità għolja, innovattivi u inklużivi, li jappoġġaw it-tkabbir ekonomiku u l-opportunitajiet ta' impjieg ta' kwalità għolja, kif ukoll l-iżvilupp personali, soċjali u kulturali, isiru realtà fl-Istati Membri u r-reġjuni kollha madwar l-UE.

Barra minn hekk, iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni ser tkun qasam fejn l-istudenti u l-persunal mill-qasam tal-edukazzjoni jistgħu jikkooperaw u jikkomunikaw faċilment bejn id-dixxiplini, il-kulturi u l-fruntieri, u fejn il-kwalifiki u l-eżiti tat-tagħlim minn perijodi ta' tagħlim barra mill-pajjiż jiġu rikonoxxuti awtomatikament (2).

JIRRIKONOXXI li:

Il-qafas strateġiku preċedenti għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET 2020) għen fil-promozzjoni tat-tagħlim reċiproku fl-edukazzjoni u t-taħriġ permezz ta' objettivi strateġiċi komuni, għodod u approċċi ta' referenza komuni, evidenza u data mill-aġenziji Ewropej u l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti kollha u l-iskambju ta' prattiki tajbin u tagħlim bejn il-pari bejn l-Istati Membri tal-UE u partijiet ikkonċernati oħra u appoġġa l-implimentazzjoni ta' riformi nazzjonali fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

Qafas strateġiku aġġornat ta' kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ – filwaqt li jirrispetta bis-sħiħ il-prinċipju tas-sussidjarjetà u d-diversità tas-sistemi edukattivi nazzjonali tal-Istati Membri, kif ukoll jibni fuq il-kisbiet ta' oqfsa preċedenti – ser itejjeb din il-kooperazzjoni f'oqsma bħall-koordinazzjoni msaħħa, inkluż fil-livell politiku, sinerġiji akbar bejn politiki differenti li jikkontribwixxu għat-tkabbir soċjali u ekonomiku u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u komunikazzjoni u disseminazzjoni msaħħa tar-riżultati, fi ħdan perspettiva aktar innovattiva u orjentata lejn il-futur ta' appoġġ għal riformi fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

Il-kriżi tal-COVID-19 uriet li s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ iridu jkunu flessibbli u reżistenti biżżejjed għal interruzzjonijiet fiċ-ċikli regolari tagħhom, u wriet li l-pajjiżi tal-UE għandhom il-kapaċità li jsibu soluzzjonijiet biex ikomplu bil-proċessi tat-tagħlim u tal-apprendiment b’modi u f’kuntesti differenti, u biex jiżguraw li l-istudenti kollha, irrispettivament mill-ambjent soċjoekonomiku jew mill-ħtiġijiet tat-tagħlim tagħhom, ikomplu jitgħallmu. L-istess japplika għall-qafas tal-kooperazzjoni Ewropea, li għandu jibqa' flessibbli biżżejjed biex jirreaġixxi għall-isfidi kemm attwali kif ukoll futuri, inkluż fil-kuntest taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni.

JILQA' u JIEĦU NOTA SEW TA'

l-elementi ewlenin u, b'mod partikolari, tal-viżjoni stabbilita fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni" tat-30 ta' Settembru 2020 (3), li tiddeskrivi kif il-kooperazzjoni Ewropea tista' tkompli tarrikkixxi l-kwalità, l-inklużività u d-dimensjoni diġitali u ekoloġika tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-UE. Din il-komunikazzjoni tipproponi qafas li jiffaċilita l-kooperazzjoni mal-Istati Membri u l-involviment mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, inkluż struttura ta' rappurtar u analiżi, bi proposti mmirati għall-edukazzjoni biex jinkoraġġixxu u jsegwu r-riformi fl-edukazzjoni u t-taħriġ, sabiex tinkiseb iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025.

u JILQA' WKOLL

l-elementi ewlenin tal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Aġenda għall-Ħiliet għall-Ewropa għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza" ta' Lulju 2020 (4).

l-elementi ewlenin tal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Pjan ta' Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027 - Tfassil mill-ġdid tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-era diġitali" ta' Settembru 2020 (5).

JAQBEL li:

1.

Sal-2030, il-kisba u l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni ser ikunu l-objettiv politiku ġenerali tal-qafas strateġiku l-ġdid għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ, li jinfirex fil-prijoritajiet strateġiċi u l-oqsma ta' prijorità kollha, kif stabbilit f'din ir-Riżoluzzjoni, b'kont meħud li l-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ ser ikun l-għodda ewlenija biex tiġi appoġġata u implimentata ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, li tikkontribwixxi għall-kisba b'suċċess tagħha u l-iżvilupp ulterjuri ambizzjuż tagħha (6), permezz tal-inizjattivi u viżjoni komuni tagħha, fi spirtu ta' kokreazzjoni.

2.

Filwaqt li jsir progress lejn il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025, l-għan ewlieni tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għandu jkun li jiġi appoġġat l-iżvilupp ulterjuri tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ fl-Istati Membri li għandhom l-għan li jiżguraw:

a)

is-sodisfazzjon personali, soċjali u professjonali taċ-ċittadini kollha, filwaqt li jiġu promossi l-valuri demokratiċi, l-ugwaljanza, il-koeżjoni soċjali, iċ-ċittadinanza attiva, u d-djalogu interkulturali;

b)

il-prosperità ekonomika sostenibbli, it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, u l-impjegabbiltà.

3.

Il-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għall-perijodu sal-2030 għandha tiġi stabbilita fil-kuntest ta' qafas strateġiku li jkopri s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ bħala ħaġa sħiħa, f'perspettiva ta' tagħlim inklużiva, olistika u tul il-ħajja. Dan għandu jiġi enfasizzat bħala l-prinċipju bażiku li jirfed il-qafas kollu, li għandu l-għan li jkopri t-tagħlim, it-taħriġ u l-apprendiment fil-kuntesti u l-livelli kollha — kemm jekk formali, mhux formali jew informali — mill-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal sat-tagħlim għall-adulti, inkluż l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) u l-edukazzjoni għolja, kif ukoll f'ambjenti diġitali. Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tikkontribwixxi wkoll għall-prijoritajiet rilevanti tas-Semestru Ewropew.

4.

Il-ħidma żviluppata taħt dan il-qafas il-ġdid jenħtieġ li tikkontribwixxi għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, f'konformità mal-objettivi stabbiliti fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew" ta' Diċembru 2019 (7), kif ukoll l-elementi ewlenin stabbiliti fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar "Insawru l-futur diġitali tal-Ewropa" ta' Frar 2020 (8).

5.

Dawn l-għanijiet għandhom jitqiesu wkoll f'perspettiva globali, meta wieħed iqis li l-kooperazzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ gradwalment saret strument importanti għall-implimentazzjoni tal-politiki esterni tal-UE, abbażi tal-valuri, il-fiduċja u l-awtonomija Ewropej. Dan ser jgħin biex l-UE ssir destinazzjoni u sieħeb saħansitra aktar attraenti, kemm fit-tellieqa globali għat-talent kif ukoll fil-promozzjoni ta' sħubiji strateġiċi ma' sħab internazzjonali li jipprovdu edukazzjoni inklużiva ta' kwalità għal kulħadd, fil-kuntesti u l-livelli kollha ta' edukazzjoni. Bħala tali, il-kooperazzjoni hija dimensjoni essenzjali għall-kisba tal-prijoritajiet ġeopolitiċi tal-Unjoni, kif ukoll l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU għall-2030, kemm globalment kif ukoll fi ħdan l-Istati Membri tal-UE. It-trawwim ta' koordinazzjoni akbar fost l-UE u l-Istati Membri ser isaħħaħ il-pożizzjoni tal-Ewropa bħala sieħeb ewlieni fl-edukazzjoni fil-livell globali u jgħin biex jissaħħu r-rabtiet bejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-bqija tad-dinja.

6.

Investiment effettiv u effiċjenti fl-edukazzjoni u t-taħriġ huwa prerekwiżit għat-tisħiħ tal-kwalità u l-inklużività tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ u għat-titjib tal-eżiti tal-edukazzjoni, kif ukoll biex jiġi xprunat it-tkabbir sostenibbli, jittejjeb il-benesseri u tinbena soċjetà aktar inklużiva. Waqt li tirrispetta l-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-ħidma intensifikata fuq l-investiment għandha l-potenzjal li tgħin l-irkupru mill-kriżi attwali u tikkontribwixxi għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali tas-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

7.

Il-monitoraġġ perjodiku tal-progress lejn l-objettivi stabbiliti permezz ta' ġbir sistematiku u ta' analiżi ta' data komparabbli internazzjonalment jipprovdi kontribut essenzjali lejn it-tfassil ta' politika mnebbaħ mill-evidenza. Il-prijoritajiet strateġiċi msemmija hawn taħt għandhom għalhekk jiġu akkumpanjati matul il-perijodu 2021-2030 minn indikaturi u minn miri fil-livell tal-UE, kif imniżżlin fl-Anness II għal din ir-Riżoluzzjoni. Filwaqt li jibnu fuq ir-riżultati miksuba matul l-aħħar ċiklu ta' kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ, dawn ser jgħinu biex jitkejjel il-progress ġenerali li sar fil-livell Ewropew, u biex jintwera dak li nkiseb, kif ukoll biex jitrawmu u jiġu appoġġati l-iżvilupp u r-riformi tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

8.

B'mod speċifiku, matul id-deċennju li jmiss, il-qafas strateġiku ser jindirizza l-ħames prijoritajiet strateġiċi li ġejjin:

–   Prijorità strateġika 1: It-titjib tal-kwalità, l-ekwità, l-inklużjoni u s-suċċess għal kulħadd fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Biex jirnexxu fid-dinja tal-lum, u biex ilaħħqu mat-trasformazzjonijiet futuri fis-soċjetà, l-ekonomija u s-suq tax-xogħol, l-individwi kollha għandhom ikunu mgħammra bl-għarfien, il-ħiliet, il-kompetenzi u l-attitudnijiet xierqa. L-edukazzjoni u t-taħriġ huma kruċjali għall-iżvilupp personali, ċiviku u professjonali taċ-ċittadini Ewropej.

Fil-livell tal-UE, il-viżjoni għall-kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ tagħmel il-ħakma tal-kompetenzi ewlenin, inkluż il-ħiliet bażiċi, bażijiet fundamentali għas-suċċess futur (9), bl-appoġġ ta' għalliema u ħarrieġa bi kwalifiki għolja u motivati, kif ukoll persunal ieħor mill-qasam tal-edukazzjoni.

It-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ, li jesponi liż-żgħażagħ u lill-adulti għal tnaqqis fl-opportunitajiet soċjoekonomiċi, għalkemm naqas f'dawn l-aħħar għaxar snin, jibqa' sfida, b'mod partikolari meta wieħed jaħseb dwar il-konsegwenzi mistennija tal-pandemija tal-COVID-19. L-isforzi għandhom ikomplu biex inaqqsu r-rata ta' tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ u bil-għan li aktar żgħażagħ jiksbu kwalifika ta' edukazzjoni sekondarja għolja.

Is-sistemi nazzjonali tal-edukazzjoni u t-taħriġ kienu kapaċi jtejbu l-prestazzjoni tagħhom f'dawn l-oqsma, iżda għad hemm il-ħtieġa li jiġu identifikati miżuri politiċi li jistgħu jagħtu spinta lis-suċċess edukattiv għall-istudenti kollha.

Billi jiżguraw edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużivi għal kulħadd, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jnaqqsu l-inugwaljanzi soċjali, ekonomiċi u kulturali. Madankollu, madwar l-Ewropa, studenti minn ambjenti żvantaġġati, inkluż minn żoni rurali u remoti, huma rrappreżentati żżejjed fost dawk li ma jiksbux biżżejjed riżultati u l-pandemija tal-COVID-19 enfasizzat b'mod aktar qawwi l-importanza tal-ekwità u l-inklużjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

Sabiex jiġu żgurati edukazzjoni verament inklużiva u opportunitajiet indaqs għall-istudenti kollha fil-livelli u t-tipi kollha ta' edukazzjoni u taħriġ, ir-riżultati u l-kisbiet akkademiċi jenħtieġ li jkunu mifruda mill-istatus soċjali, ekonomiku u kulturali, jew minn ċirkostanzi personali oħra.

Edukazzjoni u kura bikrija ta' kwalità għat-tfal għandhom rwol partikolarment importanti, u għandhom jissaħħu aktar bħala bażi għas-suċċess edukattiv fil-futur.

L-azzjonijiet l-oħra kollha lejn inklużjoni usa' għandhom jiġu mħeġġa, bħal pereżempju l-appoġġ għall-aċċess għal edukazzjoni ta' kwalità inklużiva għall-persuni b'diżabbiltà (10), persuni bi ħtiġijiet ta' tagħlim speċifiċi, studenti li ġejjin minn ambjenti ta' migrazzjoni u gruppi vulnerabbli oħra, l-appoġġ għad-dħul mill-ġdid fl-edukazzjoni f'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja u l-għoti ta' opportunitajiet għad-dħul fis-suq tax-xogħol permezz ta' perkorsi differenti ta' edukazzjoni u taħriġ.

L-edukazzjoni u t-taħriġ inklużivi jinvolvu wkoll l-iżvilupp ta' sensittività tal-ġeneru fil-proċessi tat-tagħlim u fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ u l-isfidar u l-eliminazzjoni tal-isterjotipi tal-ġeneru, speċjalment dawk li jillimitaw l-għażliet tas-subien u l-bniet għall-qasam ta' studju tagħhom. Il-professjonijiet li tradizzjonalment huma ddominati mill-irġiel jew min-nisa għandhom jiġu promossi iktar għal persuni tas-sess li mhuwiex irrappreżentat biżżejjed. Hemm bżonn ukoll ta' aktar ħidma lejn bilanċ xieraq bejn il-ġeneri f'pożizzjonijiet ta' tmexxija fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

It-teknoloġiji diġitali għandhom rwol importanti biex l-ambjenti tat-tagħlim, il-materjali tat-tagħlim u l-metodi tat-tagħlim isiru adattabbli u adattati għal studenti differenti. Huma jistgħu jippromwovu inklużjoni ġenwina – dment li l-kwistjonijiet ta' distakk diġitali, kemm f'termini ta' infrastruttura kif ukoll ta' ħiliet diġitali, jiġu indirizzati b'mod parallel.

–   Prijorità strateġika 2: Li t-tagħlim tul il-ħajja u l-mobbiltà jsiru realtà għal kulħadd

L-isfidi soċjetali, teknoloġiċi, diġitali, ambjentali u ekonomiċi qed jaffettwaw dejjem aktar il-mod kif ngħixu u naħdmu, inkluż id-distribuzzjoni tal-impjiegi u d-domanda għall-ħiliet u l-kompetenzi. L-għadd kbir ta' tranżizzjonijiet fil-karriera li ċ-ċittadin Ewropew medju huwa mistenni li jgħaddi minnu, flimkien maż-żieda fl-età tal-irtirar, jagħmlu t-tagħlim tul il-ħajja u l-gwida tal-karriera tul il-ħajja, inkluż b'attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, essenzjali għal tranżizzjoni ġusta, peress li l-livelli tal-edukazzjoni u tal-ħiliet, inkluż il-ħiliet diġitali, għadhom fattur fundamentali fis-suq tax-xogħol.

It-tagħlim tul il-ħajja huwa mifrux fil-viżjoni u l-objettivi ġenerali għall-edukazzjoni u t-taħriġ fl-UE u jinkludi l-livelli u t-tipi kollha ta' edukazzjoni u taħriġ, kif ukoll it-tagħlim mhux formali u informali, b'mod olistiku.

Għadu meħtieġ aktar progress fl-għoti ta' tagħlim ta' kwalità tul il-ħajja għall-istudenti kollha, inkluż permezz tal-iżgurar tal-permeabbiltà u l-flessibbiltà bejn mogħdijiet differenti ta' tagħlim f'diversi forom u livelli ta' edukazzjoni u taħriġ, kif ukoll il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali.

Is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom isiru aktar flessibbli, reżiljenti, validi għall-futur u attraenti, filwaqt li jilħqu korp ta' studenti aktar varjat u joffru rikonoxximent u validazzjoni ta' tagħlim preċedenti, opportunitajiet ta' taħriġ għat-titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid, inkluż f'livelli ta' kwalifiki ogħla u matul il-ħajja tax-xogħol (11), appoġġati minn inizjattivi bħall-Universitajiet Ewropej u ċ-Ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali, li tnedew permezz tal-programm Erasmus+.

Bħalissa qed naraw żieda fil-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol għal taħlita differenti ta' ħiliet u kwalifiki, kif ukoll bidliet strutturali fix-xenarju tal-VET. Iż-żewġ żviluppi jindikaw il-ħtieġa għal VET modernizzati, effettivi, inklużivi u eċċellenti li jkollhom impatt fuq l-indirizzar tal-isfidi fis-suq tax-xogħol u fis-soċjetà. Jeħtieġ li l-VET ikomplu jiġu żviluppati bħala perkors attraenti u ta' kwalità għall-impjiegi u għall-ħajja.

Il-parteċipazzjoni medja tal-adulti fit-tagħlim fl-UE għadha baxxa, u dan ipoġġi f'riskju tkabbir ekonomiku verament sostenibbli u ġust fl-Unjoni. L-innovazzjonijiet fil-perkorsi tat-tagħlim, approċċi edukattivi ġodda, inkluż approċċi individwali, u fl-ambjenti tat-tagħlim fl-istituzzjonijiet kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, kif ukoll f'ambjenti tax-xogħol u tal-komunità, huma prekondizzjoni biex jiġu akkomodati aħjar il-ħtiġijiet ta' firxa usa' ta' studenti, peress li għadd dejjem jikber ta' adulti ser jeħtieġu taħriġ mill-ġdid u titjib tal-ħiliet.

Barra minn hekk, għandhom jissaħħu l-miżuri biex l-adulti jkunu jistgħu jiksbu ħiliet bażiċi u jiġu motivati jagħmlu dan, sabiex ikunu jistgħu jiġu ggarantiti opportunitajiet indaqs u tkun tista' tiġi żgurata parteċipazzjoni soċjali akbar, biex b'hekk ikun possibbli approċċ olistiku għat-tagħlim għall-adulti.

Bħala element essenzjali tat-tagħlim tul il-ħajja u mezz importanti għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, l-impjegabbiltà u l-adattabbiltà, il-mobbiltà għall-istudenti, l-għalliema, u l-ħarrieġa tal-għalliema u l-persunal għandha tkompli tespandi bħala element ewlieni tal-kooperazzjoni tal-UE u għodda biex issaħħaħ il-kwalità u l-inklużjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ u tippromwovi l-multilingwiżmu fl-UE. Huwa importanti li jsir sforz għal bilanċ fil-flussi tal-mobbiltà sabiex tiġi stimulata l-aħjar ċirkolazzjoni tal-imħuħ u li din isir monitoraġġ tagħha, inkluż bl-istħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati.

Għandhom isiru aktar sforzi biex jitneħħew l-ostakli u l-barrieri eżistenti għat-tipi kollha ta' mobbiltà fir-rigward tat-tagħlim u l-apprendiment, inkluż kwistjonijiet relatati mal-aċċess, il-gwida, is-servizzi għall-istudenti u r-rikonoxximent, kif ukoll fid-dawl tal-impatt ta' kwalunkwe restrizzjoni attwali jew futura fuq l-ivvjaġġar.

Barra minn hekk, biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi u titrawwem il-mobbiltà, għad hemm xogħol xi jsir f'oqsma bħar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki u l-perijodi ta' studju barra mill-pajjiż u l-assigurazzjoni tal-kwalità. Jeħtieġ jitkomplew l-isforzi biex jintużaw l-inizjattivi Ewropej għall-faċilitazzjoni tal-mobbiltà, inkluż dawk iffinanzjati taħt Erasmus+.

–   Prijorità strateġika 3: Jittejbu l-kompetenzi u l-motivazzjoni fil-professjoni tal-edukazzjoni

L-għalliema, il-ħarrieġa, il-persunal edukattiv u pedagoġiku u l-mexxejja fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, fil-livelli kollha, huma fil-qalba tal-edukazzjoni u t-taħriġ. Biex jappoġġaw l-innovazzjoni, l-inklużjoni, il-kwalità u l-kisba fl-edukazzjoni u t-taħriġ, l-edukaturi għandhom ikunu kompetenti u motivati ħafna, u dan jeħtieġ firxa ta' opportunitajiet ta' tagħlim professjonali u appoġġ matul il-karrieri tagħhom.

Aktar minn qatt qabel, jeħtieġ li tingħata attenzjoni għall-benesseri tal-għalliema, ta' min iħarreġ u tal-persunal edukattiv fis-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, li huwa fattur importanti wkoll għall-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ, peress li jaffettwa mhux biss is-sodisfazzjon tal-għalliema iżda wkoll il-kwalità tat-tagħlim.

Hemm ukoll il-ħtieġa li tiżdied l-attrazzjoni tal-professjoni tat-tagħlim u li din tiġi rivalorizzata, li qed issir dejjem aktar importanti hekk kif il-pajjiżi tal-UE qed jiffaċċjaw nuqqasijiet ta' għalliema u t-tixjiħ tal-għalliema (12).

Barra minn hekk, ir-rwol ċentrali tat-tmexxija fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandu jitqies meta jiġu żviluppati ambjenti u kondizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp tal-kompetenzi u l-motivazzjoni tal-għalliema, il-ħarrieġa u l-persunal edukattiv, biex b'hekk jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ joperaw bħala organizzazzjonijiet tat-tagħlim. Inizjattivi bħall-Akkademji tal-Għalliema Ewropej, li ser jiġu mnedija permezz tal-programm Erasmus+, ser jiffaċilitaw in-networking, il-kondiviżjoni tal-għarfien u l-mobbiltà fost l-istituzzjonijiet li jipprovdu lill-għalliema u l-ħarrieġa opportunitajiet ta' tagħlim fil-fażijiet kollha tal-karrieri tal-għalliema u l-ħarrieġa, il-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u pedagoġiji innovattivi, u b'hekk jippermettu t-tagħlim reċiproku fuq skala Ewropea.

–   Prijorità strateġika 4: Tissaħħaħ l-edukazzjoni għolja Ewropea

Is-settur tal-edukazzjoni għolja u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja nfushom urew ir-reżiljenza u l-kapaċità tagħhom li jlaħħqu ma' bidliet mhux previsti, bħall-pandemija tal-COVID-19. Il-kriżi saħħet l-isfidi li għad fadal, iżda ħolqot ukoll opportunitajiet għal aktar żvilupp fi ħdan l-aġenda prevista għat-trasformazzjoni tal-edukazzjoni għolja.

Matul l-għaxar snin li ġejjin, l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja ser jiġu mħeġġa jsibu forom ġodda ta' kooperazzjoni aktar profonda, b'mod speċifiku billi joħolqu alleanzi tranżnazzjonali, jiġbru flimkien l-għarfien u r-riżorsi tagħhom u jiġġeneraw aktar opportunitajiet għall-mobbiltà u l-parteċipazzjoni tal-istudenti u l-persunal, kif ukoll jagħtu spinta lir-riċerka u l-innovazzjoni, inkluż permezz tal-introduzzjoni sħiħa tal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej.

Diġà saret ħidma b'suċċess biex tinħoloq Żona Ewropea ta' Edukazzjoni Għolja (EHEA), fi ħdan il-proċess ta' Bolonja. Fil-futur ser ikun importanti li titkompla l-ħidma fi ħdan il-proċess ta' Bolonja, filwaqt li jinħolqu aktar sinerġiji u li jkunu aktar b'saħħithom maż-Żona Ewropea tar-Riċerka (ŻER), u jiġu evitati strutturi jew strumenti paralleli jew doppji.

–   Prijorità strateġika 5: Jiġu appoġġati t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali fl-edukazzjoni u t-taħriġ kif ukoll permezz tagħhom

It-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali huma l-fokus ewlieni tal-aġenda tal-Unjoni għad-deċennju li jmiss. Kemm it-tranżizzjoni lejn ekonomija ambjentalment sostenibbli, ċirkolari u newtrali għall-klima kif ukoll dinja aktar diġitali, ser ikollhom impatti sinifikanti soċjali, ekonomiċi u fuq l-impjiegi. Mingħajr ma jiġi żgurat li ċ-ċittadini kollha jiksbu l-għarfien, il-kompetenzi, il-ħiliet u l-attitudnijiet meħtieġa biex ilaħħqu ma' dawn il-bidliet, trasformazzjoni soċjalment ġusta tal-UE ser tkun impossibbli.

Hemm il-ħtieġa li tiġi mħeġġa bidla profonda fl-imġiba u fil-ħiliet tal-individwi, li tibda bis-sistemi u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ bħala katalizzaturi. L-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ jeħtieġ li jinkludu d-dimensjonijiet ekoloġiċi u diġitali fl-iżvilupp organizzattiv tagħhom. Dan jirrikjedi investimenti, b'mod speċifiku fl-ekosistemi tal-edukazzjoni diġitali, mhux biss biex tiġi integrata perspettiva ta' sostenibbiltà ambjentali u ħiliet diġitali bażiċi u avvanzati fil-livelli u t-tipi kollha ta' edukazzjoni u taħriġ, iżda wkoll biex jiġi żgurat li l-infrastrutturi tal-edukazzjoni u t-taħriġ ikunu ppreparati kif xieraq biex jittrattaw u jedukaw għal dawn il-bidliet. L-orjentazzjoni mill-ġdid tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ lejn approċċ ta' skola sħiħa u l-ħolqien ta' ambjenti edukattivi inklużivi, sani u sostenibbli huma kruċjali biex jinkisbu l-bidliet meħtieġa għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali. Barra minn hekk, in-negozji, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali u l-partijiet ikkonċernati rilevanti jeħtieġ li jiżviluppaw strateġiji u sjieda kondiviża kif xieraq. F'dan il-kuntest, huwa importanti li jiġu modernizzati l-oqsma ta' studju tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, l-arti u l-matematika (STEAM).

JAQBEL UKOLL li:

1.

Fl-isforzi għal ħidma fi ħdan il-qafas strateġiku, abbażi tal-prijoritajiet strateġiċi deskritti hawn fuq u sabiex jinkisbu ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-appoġġ għall-iżvilupp ulterjuri tagħha, għandhom jiġu osservati l-prinċipji li ġejjin fil-perijodu sal-2030:

a)

Il-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tippermetti lill-UE u lill-komunità usa' tal-edukazzjoni u t-taħriġ iwettqu inizjattivi li jappoġġaw prinċipalment il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025, iżda wkoll il-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali, kif ukoll l-Aġenda Ewropea għall-Ħiliet. Skont il-gwida msaħħa mill-Kunsill u konformement mal-Metodu Miftuħ ta' Koordinazzjoni, dan jeħtieġ it-tisħiħ ta' metodi ta' kooperazzjoni flessibbli u t-tisħiħ ta' sinerġiji ma' inizjattivi oħra fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

b)

Il-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tiġi implimentata f'perspettiva inklużiva, olistika u ta' tagħlim tul il-ħajja, li ssostni u tapprofondixxi l-arranġamenti, l-għodod, l-istrumenti u l-appoġġ ta' politika għat-tagħlim reċiproku li huma diġà stabbiliti u disponibbli, b'mod speċifiku dawk mill-ET 2020 u taħt il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni, u tiżviluppa sinerġiji bejn is-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ u oqsma oħra ta' politika, fejn xieraq. Waqt li jirrispetta b'mod sħiħ il-kompetenzi tal-Istati Membri fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ u n-natura volontarja tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ tul id-deċennju li jmiss, il-qafas strateġiku għandu jkun ibbażat fuq:

i)

il-ħames prijoritajiet strateġiċi għall-kooperazzjoni Ewropea msemmija hawn fuq;

ii)

għodod u approċċi ta' referenza komuni;

iii)

it-tagħlim bejn il-pari, il-konsulenza bejn il-pari u l-iskambju ta' prattiki tajbin, b'enfasi partikolari fuq id-disseminazzjoni u l-viżibbiltà ċara tar-riżultati, kif ukoll l-impatt nazzjonali;

iv)

monitoraġġ u rappurtar perjodiku, inkluż permezz tal-miri fil-livell tal-UE, il-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ annwali, b'rabta wkoll mas-Semestru Ewropew, filwaqt li jintuża l-għarfien espert tal-Grupp Permanenti dwar l-Indikaturi u l-Punti ta' Riferiment u jiġu evitati piżijiet amministrattivi addizzjonali fuq l-Istati Membri;

v)

evidenza u data komparabbli mill-aġenziji Ewropej rilevanti kollha, in-netwerks Ewropej, u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħal, pereżempju, l-OECD, il-UNESCO, u l-IEA;

vi)

l-għarfien espert tal-Grupp Permanenti dwar l-Indikaturi u l-Punti ta' Riferiment, li għandu jkun l-ewwel forum ta' diskussjoni dwar il-miri u l-indikaturi kondiviżi fil-livell tal-UE u l-oqsma ta' attenzjoni futuri, kif ukoll il-kooperazzjoni ma' setturi rilevanti oħra (l-impjiegi, is-setturi soċjali u tar-riċerka) biex jiġu żgurati indikaturi xierqa u adatti għall-iskop tagħhom;

vii)

isir użu sħiħ mill-opportunitajiet disponibbli taħt il-programmi u l-fondi u l-istrumenti tal-UE, b'mod partikolari fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż għat-tagħlim tul il-ħajja.

c)

Il-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ għandha tkun pertinenti, konkreta u effikaċi. Għandhom isiru aktar sforzi biex jiġi żgurat li jiġu ppjanati minn qabel riżultati ċari u viżibbli u li mbagħad jiġu ppreżentati, riveduti u disseminati fuq bażi regolari u b'mod strutturat, permezz ta' fora Ewropej u nazzjonali, biex b'hekk jistabbilixxu bażi għal evalwazzjoni u żvilupp kontinwi.

d)

Sabiex jiġu appoġġati l-isforzi tal-Istati Membri biex tiġi ffaċilitata t-trasformazzjoni prevista tal-edukazzjoni għolja fl-Ewropa u biex tiġi promossa l-kooperazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, jenħtieġ li jiġu żgurati sinerġiji mill-qrib u strutturati mal-EHEA u l-proċess ta' Bolonja, b'mod partikolari fir-rigward tal-assigurazzjoni tal-kwalità, ir-rikonoxximent, il-mobbiltà u l-istrumenti tat-trasparenza, filwaqt li jiġu evitati strutturi u strumenti paralleli jew doppji diġà żviluppati fl-EHEA.

e)

Il-Proċess ta' Copenhagen huwa aspett importanti tal-kooperazzjoni Ewropea taħt il-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fil-qasam tal-VET, li ser jikkontribwixxi għall-kisba tal-prijoritajiet strateġiċi stabbiliti f'dan il-qafas.

f)

Il-kooperazzjoni transsettorjali għandha tiġi msaħħa bejn l-inizjattivi rilevanti tal-UE fl-edukazzjoni u t-taħriġ u dawk fl-oqsma u fis-setturi tal-politika relatati — b'mod partikolari l-impjiegi, il-politika soċjali, ir-riċerka, l-innovazzjoni, iż-żgħażagħ u l-kultura. Għandha tingħata attenzjoni partikolari għat-trawwim ta' djalogu aħjar bejn il-Kumitat tal-Edukazzjoni u l-Kumitat tal-Impjiegi, li jiżgura skambju f'waqtu ta' informazzjoni (13). Fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, b'mod partikolari l-ewwel, ir-raba' u l-ħdax-il prinċipju tiegħu, għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-monitoraġġ tiegħu, imwettaq mit-"tabella ta' valutazzjoni soċjali", li ser issegwi x-xejriet u l-progress fl-Istati Membri kollha u ser tikkontribwixxi għas-Semestru Ewropew.

g)

Fir-rigward speċifiku tal-"kwadru tal-għarfien" (edukazzjoni, riċerka, innovazzjoni u servizz għas-soċjetà), għandha tingħata attenzjoni speċjali lis-sinerġiji ta' politika u ta' finanzjament bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ, ir-riċerka u l-innovazzjoni, b'mod speċifiku fil-kuntest taż-ŻER u ż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, filwaqt li tiġi żgurata l-konsistenza mal-EHEA (14).

h)

Il-kooperazzjoni Ewropea, speċjalment bil-ħsieb li tinkiseb iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, teħtieġ djalogu u netwerking trasparenti u konsistenti, f'perspettiva ta' ħolqien konġunt, mhux biss bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, iżda wkoll mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha.

i)

Id-djalogu politiku ma' pajjiżi terzi u l-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Kunsill tal-Ewropa, l-OECD u l-UNESCO, għandu jissaħħaħ, biex b'hekk jiġu pprovduti evidenza u data, iżda wkoll ispirazzjoni u sors ta' ideat ġodda u metodi ta' ħidma differenti għat-tqabbil u t-titjib.

j)

Ir-riżorsi finanzjarji minn Erasmus+, il-Fondi Strutturali Ewropej, REACT-EU, il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza, u programmi u mekkaniżmi oħra ta' finanzjament tal-Unjoni għandhom jintużaw biex itejbu s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ f'konformità mal-objettiv ġenerali tal-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-prijoritajiet tal-Istati Membri, fi ħdan il-prijoritajiet strateġiċi tal-qafas il-ġdid.

k)

Il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, minħabba r-rwol fundamentali tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-irkupru u l-bini ta' reżiljenza soċjali u ekonomika, titlob enfasi akbar fuq l-investiment fl-edukazzjoni. Il-Kummissjoni, flimkien mal-Istati Membri, ser tintensifika l-ħidma fuq l-investiment, inkluż it-trawwim tad-dibattitu f'fora politiċi xierqa ta' livell għoli, fejn dan ikun rilevanti, pereżempju skambji konġunti bejn il-ministri tal-finanzi tal-UE u l-ministri għall-edukazzjoni tal-UE, kif ukoll ma' istituzzjonijiet oħra, pereżempju l-Bank Ewropew tal-Investiment u l-Parlament Ewropew (15).

2.

L-użu b'suċċess tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni fi ħdan il-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ jiddependi fuq l-impenn politiku tal-Istati Membri u fuq gwida msaħħa mill-Kunsill u metodi ta' ħidma effettivi fil-livell Ewropew, li għandhom ikunu bbażati fuq dan li ġej:

a)

Ċikli ta' ħidma – Il-perijodu sal-2030 ser jinqasam f'żewġ ċikli, bl-ewwel ċiklu jkopri l-5 snin mill-2021 sal-2025, wara l-iskeda ta' żmien proposta mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha dwar il-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, u t-tieni ċiklu sal-2030. L-ewwel ċiklu għandu jippermetti l-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025.

b)

Oqsma ta' prijorità – Għal kull ċiklu, għadd ta' oqsma ta' prijorità għall-kooperazzjoni Ewropea, ibbażati fuq il-prijoritajiet strateġiċi, ser jiġu maqbula mill-Kunsill, b'kont meħud tal-objettiv ġenerali li tinkiseb iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u l-iżvilupp ulterjuri tagħha. L-oqsma ta' prijorità Ewropej għandhom jippermettu lill-Istati Membri kollha jikkooperaw fuq kwistjonijiet usa', iżda ser jippermettu wkoll kooperazzjoni aktar speċifika u aktar mill-qrib bejn Stati Membri interessati biex jindirizzaw sfidi emerġenti u ħtiġijiet speċifiċi ta' politika. L-oqsma prijoritarji għall-ewwel ċiklu skont dan il-qafas ġdid huma mniżżlin fl-Anness III.

c)

Tagħlim reċiproku – Il-kooperazzjoni Ewropea fl-oqsma prijoritarji msemmijin hawn fuq jistgħu jitwettqu b'mezzi bħal attivitajiet ta' tagħlim bejn il-pari u konsulenza bejn il-pari, konferenzi u seminars, workshops, fora ta' livell għoli jew gruppi ta' esperti, panels, studji u analiżijiet, kooperazzjoni bbażata fuq il-web u, fejn adatt, bl-involviment tal-partijiet ikkonċernati rilevanti. Dawn l-inizjattivi kollha għandhom jiġu żviluppati abbażi ta' mandati ċari, skedi ta' żmien u l-miri ppjanati li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri.

d)

Għodod u approċċi ta' referenza komuni – It-tagħlim reċiproku jista' jkun ispirat jew iwassal għall-iżvilupp ta' għodod u approċċi ta' referenza, li huma mibnija fuq analiżi konġunta u jappoġġaw aktar żvilupp ta' politika f'livelli differenti ta' governanza (UE, nazzjonali, reġjonali, lokali, settorjali eċċ.).

e)

Mekkaniżmu ta' governanza – Il-qafas strateġiku, matul l-ewwel ċiklu, għandu jżomm l-arranġamenti kollha ta' tagħlim reċiproku stabbiliti tal-ET 2020, bħall-gruppi ta' ħidma, il-formazzjonijiet tad-Diretturi Ġenerali u l-istrumenti ta' tagħlim bejn il-pari, u jżomm l-involviment ta' korpi ta' governanza rilevanti oħra. L-Istati Membri u l-Kummissjoni ser jadattaw dawk l-arranġamenti għall-prijoritajiet strateġiċi l-ġodda u ser jaħdmu flimkien biex jistabbilixxu soluzzjonijiet ta' governanza biex jiffaċilitaw il-komunikazzjoni effiċjenti tal-informazzjoni mil-livell tekniku għal dak politiku, fejn meħtieġ, u jikkoordinaw il-ħidma li għandha ssir taħt il-qafas strateġiku, mingħajr ma jinħolqu strutturi mhux meħtieġa jew piżijiet addizzjonali għall-Istati Membri.

f)

Disseminazzjoni tar-riżultati – Biex titjieb il-viżibbiltà u l-impatt fuq livell nazzjonali u dak Ewropew, ir-riżultati tal-kooperazzjoni ser ikunu disseminati b'mod wiesa' fost il-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha u, fejn adatt, diskussi fil-livell politiku.

g)

Monitoraġġ tal-proċess – Bil-għan li jiġi promoss il-ksib ta' riżultati permezz tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni, kif ukoll is-sjieda tal-proċess kemm f'livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew, l-Istati Membri u l-Kummissjoni ser jaħdmu mill-qrib flimkien biex jittieħed bilanċ tal-ħidma li saret fil-livell tekniku, filwaqt li jevalwaw il-proċess u l-eżiti tiegħu. Il-monitoraġġ annwali ser isir ukoll permezz tal-Monitor tal-Edukazzjoni u t-Taħriġ tal-Kummissjoni, li jsegwi l-progress lejn il-kisba tal-miri u l-indikaturi kollha miftiehma fil-livell tal-UE, inkluż subindikaturi, fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, u jikkontribwixxi wkoll għall-Proċess tas-Semestru Ewropew.

h)

Rappurtar dwar il-progress – Fi tmiem l-ewwel ċiklu, sal-2025, ser ikun meħtieġ li jiġi rivedut is-sett ta' oqsma ta' prijorità sabiex jiġu aġġustati jew jiġu stabbiliti oħrajn ġodda għaċ-ċiklu li jmiss, abbażi tal-isfidi attwali u biex issir riflessjoni fuq il-progress li jkun sar, inkluż lejn l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ta' governanza li jkunu proporzjonati mal-ambizzjoni politika taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. Fl-2022 il-Kummissjoni ser tippubblika Rapport ta' Progress dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, li jqis u jevalwa l-kisbiet lejn iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni permezz tal-qafas ta' kooperazzjoni strateġika u jipproponi l-passi li jmiss, kif meħtieġ, u fl-2023, ser torganizza wkoll avveniment ta' rieżami ta' nofs it-terminu. Kemm ir-rapport ta' progress kif ukoll ir-rieżami ta' nofs it-terminu ser jitqiesu wkoll fil-ftehim tal-Kunsill dwar oqsma ta' prijorità ġodda possibbli wara l-2025.

3.

Fl-2025, il-Kummissjoni ser tippubblika rapport sħiħ dwar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni, il-Kunsill għandu jirrevedi l-qafas strateġiku — inkluż il-miri fil-livell tal-UE, l-istruttura ta' governanza, u l-metodi ta' ħidma — u jagħmel kwalunkwe aġġustament meħtieġ għat-tieni ċiklu, kif xieraq, biex jadatta għar-realtà u l-ħtiġijiet taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni jew kwalunkwe żvilupp maġġuri ieħor fl-Unjoni Ewropea.

JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI, F'KONFORMITA MAĊ-ĊIRKOSTANZI NAZZJONALI biex:

1.

Jaħdmu flimkien, bl-appoġġ tal-Kummissjoni u bl-użu tal-metodu miftuħ ta' koordinazzjoni kif imniżżel f'din ir-Riżoluzzjoni, biex tittejjeb il-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-perijodu sal-2030 abbażi tal-ħames prijoritajiet strateġiċi, il-prinċipji u l-metodi ta' ħidma deskritti hawn fuq, u tal-oqsma prijoritarji maqbula għal kull ċiklu (dawk għall-ewwel ċiklu 2021-2025 huma mniżżlin fl-Anness III).

2.

Jikkunsidraw, abbażi tal-prijoritajiet nazzjonali u b'rispett debitu għall-kompetenzi nazzjonali fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ, miżuri f'livell nazzjonali mmirati lejn il-ksib ta' progress fi ħdan il-prijoritajiet strateġiċi mniżżlin fil-qafas strateġiku u lejn kontribut għall-ksib kollettiv tal-miri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u dawk fil-livell tal-UE identifikati fl-Anness II. Jispiraw ruħhom mit-tagħlim reċiproku fil-livell Ewropew, meta jfasslu politiki nazzjonali dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ.

3.

Fejn xieraq, jikkunsidraw kif u sa liema punt jistgħu jikkontribwixxu għall-ksib kollettiv tal-miri fil-livell tal-UE permezz ta' miżuri u azzjonijiet nazzjonali, biex b'hekk jiġu stabbiliti miri nazzjonali f'konformità mal-ispeċifiċitajiet tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tagħhom u b'kont meħud taċ-ċirkostanzi nazzjonali, inkluż l-impatt tal-kriżi tal-COVID-19 fl-ekonomija u s-soċjetà, u fis-settur tal-edukazzjoni u t-taħriġ innifsu.

4.

Jappoġġaw l-istruttura ta' governanza ppreżentata hawn fuq u l-metodi ta' ħidma magħżula, filwaqt li jieħdu s-sjieda tal-proċess.

5.

Jagħmlu użu effettiv mill-politiki u l-istrumenti ta' finanzjament tal-UE biex jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' miżuri u azzjonijiet nazzjonali biex jinkiseb progress fil-prijoritajiet strateġiċi u l-miri relatati fil-livell tal-UE u dak nazzjonali, b'mod partikolari fil-kuntest tal-irkupru u t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.

JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI, F'KONFORMITÀ MAT-TRATTATI U B'RISPETT SĦIĦ GĦAS-SUSSIDJARJETÀ biex:

1.

Tappoġġa u taħdem mal-Istati Membri — matul il-perijodu sal-2030 — fil-kooperazzjoni f'dan il-qafas fuq il-bażi tal-ħames prijoritajiet strateġiċi, il-prinċipji u l-metodi ta' ħidma deskritti hawn fuq, u l-miri fil-livell tal-UE u l-oqsma prijoritarji maqbula mniżżlin rispettivament fl-Annessi II u III.

2.

Taħdem mal-Istati Membri sa tmiem l-2021, sabiex jintlaħaq qbil dwar struttura ta' governanza xierqa biex tiġi kkoordinata l-ħidma u jitmexxa l-iżvilupp tal-qafas strateġiku, fi ħdan l-objettiv ġenerali li tinkiseb u tiġi żviluppata aktar iż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, filwaqt li tirrifletti wkoll dwar il-kwistjonijiet li jeħtieġ li jitressqu f'livell ta' diskussjoni politika saħansitra ogħla, mingħajr ma toħloq piżijiet addizzjonali għall-Istati Membri, filwaqt li tiżgura s-sjieda tagħhom tal-proċess.

3.

Taħdem mal-Istati Membri u tipprovdi appoġġ speċifiku lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali biex jiġu ffaċilitati t-tagħlim reċiproku, l-analiżi u l-kondiviżjoni ta' prattiki tajbin dwar l-investiment fl-infrastruttura tal-edukazzjoni.

4.

Tanalizza, b'mod partikolari permezz tar-rappurtar ta' progress, il-grad sa fejn intlaħqu l-prijoritajiet strateġiċi ta' dan il-qafas fir-rigward tal-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni, iżda wkoll fil-qasam tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell nazzjonali.

5.

Twettaq ħidma fuq proposti, abbażi tal-Grupp Permanenti dwar l-Indikaturi u l-Punti ta' Riferiment u bl-opinjoni esperta tiegħu, għal indikaturi possibbli jew miri fil-livell tal-UE fl-oqsma tal-inklużjoni u l-ekwità, tal-professjoni tat-tagħlim kif ukoll tas-sostenibbiltà, inkluż l-ekoloġizzazzjoni tas-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

6.

Taħdem mal-Istati Membri biex tanalizza kif ittejjeb il-ġbir u l-analiżi tad-data għall-miri u l-indikaturi eżistenti fil-livell tal-UE, bil-ħsieb li trawwem tfassil ta' politika mnebbaħ mill-evidenza, inkluż bl-għarfien espert tal-Grupp Permanenti dwar l-Indikaturi u l-Punti ta' Riferiment, u tirrapporta lura lill-Kunsill dwar dawn id-diskussjonijiet.

7.

Taħdem mal-Istati Membri biex teżamina, wara l-2025, il-miri u l-indikaturi tal-UE li għalihom l-iskedi ta' żmien stabbiliti ma jikkoinċidux mal-perijodu ta' għaxar snin kopert minn dan il-qafas, u tirrapporta lura lill-Kunsill dwar valuri ġodda possibbli għal dawn il-miri u l-indikaturi.

8.

Tippreżenta u taġġorna regolarment ħarsa ġenerali sistematika u pjan direzzjonali tal-politiki, l-għodod ta' kooperazzjoni, l-istrumenti ta' finanzjament, l-inizjattivi u s-sejħiet immirati li għaddejjin bħalissa u dawk ippjanati fil-livell tal-Unjoni, li jikkontribwixxu għall-kisba taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni u għall-iżvilupp tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ.

9.

Tippreżenta l-Pjan ta' Azzjoni għall-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali, u b'mod partikolari l-ewwel, ir-raba' u l-ħdax-il prinċipju tiegħu.

10.

Tistabbilixxi Pjattaforma taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni bħala portal pubbliku interattiv biex tappoġġa l-aċċess tal-Istati Membri u l-partijiet ikkonċernati għall-informazzjoni, l-azzjonijiet, is-servizzi, l-istrumenti, ir-riżultati, kif ukoll biex tippromwovi l-kooperazzjoni u l-iskambji.

(1)  COM(2017) 673 final.

(2)  F'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Novembru 2018 dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta' kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perjodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż (ĠU C 444, 10.12.2018, p. 1).

(3)  COM(2020) 625 final.

(4)  COM(2020) 274 final.

(5)  COM(2020) 624 final.

(6)  Skont ir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tat-8 ta' Novembru 2019 dwar l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni biex jiġu appoġġati sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ orjentati lejn il-futur (ĠU C 389, 18.11.2019, p. 1).

(7)  COM(2019) 640 final.

(8)  COM(2020) 67 final.

(9)  Kif imsemmi fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja (ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1).

(10)  F'konformità mal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tat-13 ta' Diċembru 2006.

(11)  F'konformità mal-objettivi stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (ĠU C 417, 2.12.2020, p. 1) u fid-Dikjarazzjoni ta' Osnabrück tat-30 ta' Novembru 2020.

(12)  Kif enfasizzat fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta' Ġunju 2020 dwar l-għalliema u l-ħarrieġa Ewropej għall-futur (ĠU C 193, 9.6.2020, p. 11).

(13)  Wara l-adozzjoni u f'konformità mar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-27 ta' Frar 2020 dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ fis-Semestru Ewropew: niżguraw dibattiti infurmati dwar ir-riformi u l-investimenti (ĠU C 64, 27.2.2020, p. 1).

(14)  Din il-ħidma tista' tiġi appoġġata fil-livell tekniku.

(15)  Fil-livell tekniku, grupp ta' esperti dwar investiment ta' kwalità fl-edukazzjoni u t-taħriġ ser jappoġġa dan il-proċess, u jgħin biex tinżamm l-enfasi fuq l-investiment nazzjonali u reġjonali.


ANNESS I

KUNTEST POLITIKU

1.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020) (12 ta' Mejju 2009)

2.

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar aġenda Ewropea mġedda għat-tagħlim għall-adulti (20 ta' Diċembru 2011)

3.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (20 ta' Diċembru 2012)

4.

Dikjarazzjoni dwar il-promozzjoni taċ-ċittadinanza u l-valuri komuni tal-libertà, it-tolleranza u n-nondiskriminazzjoni permezz tal-edukazzjoni (Pariġi, 17 ta' Marzu 2015)

5.

Rapport Konġunt tal-2015 tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (ET2020) – Prijoritajiet ġodda għall-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ (23 u 24 ta' Novembru 2015)

6.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-tnaqqis tat-tluq bikri mill-iskejjel u l-promozzjoni tas-suċċess fl-iskola (23-24 ta' Novembru 2015)

7.

Riżoluzzjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp u l-inklużività soċjoekonomiċi fl-UE permezz tal-edukazzjoni: il-kontribut tal-edukazzjoni u t-taħriġ għas-Semestru Ewropew 2016 (24 ta' Frar 2016)

8.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Aġenda Ġdida għall-Ħiliet għall-Ewropa (10 ta' Ġunju 2016)

9.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Perkorsi ta' Titjib tal-Ħiliet: Opportunitajiet Ġodda għall-Adulti (19 ta' Diċembru 2016)

10.

Konklużjonijiet tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-inklużjoni fid-diversità biex tinkiseb edukazzjoni ta' kwalità għolja għal kulħadd (17 ta' Frar 2017)

11.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki għat-tagħlim tul il-ħajja (22 ta' Mejju 2017)

12.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar it-Tisħiħ tal-Identità Ewropea permezz tal-Edukazzjoni u l-Kultura: Il-Kontribuzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa tal-Mexxejja f'Gothenburg (17 ta' Novembru 2017)

13.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ tal-perkors fil-karriera tal-gradwati (20 ta' Novembru 2017)

14.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-iżvilupp tal-iskejjel u t-tagħlim eċċellenti (20 ta' Novembru 2017)

15.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar Aġenda mġedda Ewropea għall-edukazzjoni għolja (20 ta' Novembru 2017)

16.

Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (14 ta' Diċembru 2017)

17.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali (17 ta' Jannar 2018)

18.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi (15 ta' Marzu 2018)

19.

Deċiżjoni (UE) 2018/646 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar qafas komuni għall-għoti ta' servizzi aħjar għall-ħiliet u l-kwalifiki (Europass) (18 ta' April 2018)

20.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja (22 ta' Mejju 2018)

21.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva u d-dimensjoni Ewropea fit-tagħlim (22 ta' Mejju 2018)

22.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-mixja lejn viżjoni ta' Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (22 ta' Mejju 2018)

23.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta' kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perijodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż (26 ta' Novembru 2018)

24.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Pjan Ikkoordinat dwar l-Intelliġenza Artifiċjali (7 ta' Diċembru 2018)

25.

Konklużjonijiet tal-Kunsill Lejn Unjoni dejjem aktar sostenibbli sal-2030 (9 ta' April 2019)

26.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi (22 ta' Mejju 2019)

27.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar sistemi ta' Edukazzjoni u Kura Bikrija ta' Kwalità Għolja tat-Tfal (22 ta' Mejju 2019)

28.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-futur ta' Ewropa b'diġitalizzazzjoni għolja wara l-2020: "Tingħata spinta lill-kompetittività diġitali u ekonomika mal-Unjoni kollha u lill-koeżjoni diġitali" (7 ta' Ġunju 2019)

29.

Kunsill Ewropew: L-Aġenda Strateġika Ġdida 2019-2024 (20 ta' Ġunju 2019)

30.

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-iżvilupp ulterjuri taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni biex jiġu appoġġati sistemi ta' edukazzjoni u taħriġ orjentati lejn il-futur (8 ta' Novembru 2019)

31.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar ir-rwol ewlieni tal-politiki ta' tagħlim tul il-ħajja fl-għoti tas-setgħa lis-soċjetajiet biex jindirizzaw it-tranżizzjoni teknoloġika u ekoloġika favur tkabbir inklużiv u sostenibbli (8 ta' Novembru 2019)

32.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - "Il-Patt Ekoloġiku Ewropew" (11 ta' Diċembru 2019)

33.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - "Ewropa soċjali b'saħħitha għal tranżizzjonijiet ġusti" (14 ta' Jannar 2020)

34.

Riżoluzzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ fis-Semestru Ewropew: niżguraw dibattiti infurmati dwar ir-riformi u l-investimenti (20 ta' Frar 2020)

35.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-għalliema u l-ħarrieġa Ewropej għall-futur (25 ta' Mejju 2020)

36.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-kriżi tal-COVID-19 fl-edukazzjoni u t-taħriġ (16 ta' Ġunju 2020)

37.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar "Aġenda Ewropea tal-Ħiliet għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza" (1 ta' Lulju 2020)

38.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni "ŻER ġdida għar-Riċerka u l-Innovazzjoni" (30 ta' Settembru 2020)

39.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-kisba sal-2025 taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni (30 ta' Settembru 2020)

40.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar Pjan ta' Azzjoni dwar l-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027 – Tfassil mill-ġdid tal-edukazzjoni u t-taħriġ għall-era diġitali (30 ta' Settembru 2020)

41.

Komunikat Ministerjali ta' Ruma (19 ta' Novembru 2020)

42.

Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (VET) għall-kompetittività sostenibbli, il-ġustizzja soċjali u r-reżiljenza (24 ta' Novembru 2020)

43.

Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-edukazzjoni diġitali fis-soċjetajiet tal-għarfien tal-Ewropa (24 ta' Novembru 2020)

44.

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Pjan ta' Azzjoni dwar l-Integrazzjoni u l-Inklużjoni 2021-2027 (24 ta' Novembru 2020)

45.

Dikjarazzjoni ta' Osnabrück dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali bħala faċilitatur tal-irkupru u ta' tranżizzjonijiet ġusti lejn ekonomiji diġitali u ekoloġiċi (30 ta' Novembru 2020)

ANNESS II

MIRI FIL-LIVELL TAL-UE - Livelli ta' referenza tal-prestazzjoni medja Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Bħala mezz biex jiġi mmonitorjat il-progress u jiġu identifikati l-isfidi, kif ukoll bħala kontribut għat-tfassil ta' politika mnebbaħ mill-evidenza permezz tal-ġbir u l-analiżi sistematika ta' data komparabbli internazzjonalment, serje ta' livelli ta' referenza għall-prestazzjoni medja Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ ("miri fil-livell tal-UE") għandha tappoġġa l-prijoritajiet strateġiċi mniżżlin fir-Riżoluzzjoni għall-perijodu 2021-2030. Huma għandhom ikunu bbażati biss fuq data komparabbli u affidabbli u jieħdu kont tas-sitwazzjonijiet differenti fl-Istati Membri individwali (1). Huma m'għandhomx jiġu kkunsidrati bħala miri konkreti għal pajjiżi individwali li għandhom jintlaħqu sal-2025 jew l-2030. Kif deskritt f'din ir-Riżoluzzjoni, l-Istati Membri huma mistiedna jikkunsidraw l-istabbiliment ta' miri nazzjonali ekwivalenti.

Abbażi ta' dan, l-Istati Membri jaqblu dwar is-seba' miri fil-livell tal-UE li ġejjin u li għandhom jintlaħqu:

1.   Studenti ta' 15-il sena b'kisbiet baxxi fil-ħiliet bażiċi (2)

Il-porzjon ta' persuni ta' 15-il sena b'kisbiet baxxi fil-qari, il-matematika u x-xjenza għandu jkun anqas minn 15 %, sal-2030.

2.   Studenti tat-tmien grad b'kisbiet baxxi fil-ħiliet diġitali (3)

Il-porzjon ta' studenti tat-tmien grad b'kisbiet baxxi fil-litteriżmu tal-kompjuter u tal-informazzjoni għandu jkun anqas minn 15 %, sal-2030.

3.   Parteċipazzjoni fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal (4)

Mill-anqas 96 % tat-tfal bejn l-età ta' 3 snin u l-età meta t-tfal jibdew l-edukazzjoni primarja obbligatorja għandhom jipparteċipaw fl-edukazzjoni u l-kura bikrija tat-tfal, sal-2030.

4.   Persuni li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ (5)

Il-porzjon ta' persuni li jitilqu kmieni mill-edukazzjoni u t-taħriġ għandu jkun inqas minn 9 %, sal-2030.

5.   Kisba fil-livell terzjarju (6)

Il-porzjon ta' persuni ta' bejn il-25 u l-34 sena li kisbu edukazzjoni terzjarja għandu jkun mill-inqas 45 %, sal-2030.

6.   L-esponiment tal-gradwati tal-VET għat-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol (7)

Il-porzjon ta' gradwati reċenti mill-VET li jibbenefikaw minn esponiment għal tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol matul l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali tagħhom għandu jkun mill-inqas 60 %, sal-2025.

7.   Parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim (8)

Mill-inqas 47 % tal-adulti ta' bejn il-25 u l-64 sena għandhom ikunu pparteċipaw fit-tagħlim matul it-12-il xahar ta' qabel, sal-2025.


(1)  Dawn il-miri għandhom iqisu il-kuntesti differenti tal-Istati membri u l-fatt li, skont tbassir internazzjonali, jista' jkun hemm bidla fid-data tal-bidu għas-snin 2020 u 2021, minħabba l-impatt serju tal-pandemija tal-COVID-19 fuq is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ tal-UE.

(2)  Is-sors tad-data huwa l-Programm għall-Valutazzjoni Internazzjonali tal-Istudenti (PISA), kif miġbur u amministrat mill-OECD. Il-mira tkejjel il-porzjon ta' studenti ta' 15-il sena li ma jirnexxielhomx jilħqu l-livell 2 fuq l-iskala PISA għall-qari, il-matematika jew ix-xjenza.

(3)  Il-mira hija bbażata fuq l-istħarriġ tal-Litteriżmu fil-Kompjuter u l-Informazzjoni (CIL) mill-Istudju Internazzjonali dwar il-Litteriżmu fil-Kompjuter u l-Informazzjoni (ICILS) imwettaq mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Evalwazzjoni tal-Kisbiet Edukattivi (IEA). Il-popolazzjoni fil-mira tal-ICILS tinkludi studenti fit-tmien sena skolastika tagħhom.

(4)  Is-sors tad-data huwa l-Eurostat, il-kodiċi tad-data online: [educ_uoe_enra21].

(5)  Eurostat, Stħarriġ tal-UE dwar il-Forza tax-Xogħol. Kodiċi tad-data online: [edat_lfse_14] jiġifieri l-porzjon tal-popolazzjoni bejn it-18 u l-24 sena li jkollhom biss edukazzjoni sekondarja tal-ewwel livell jew inqas u li ma jkunux għadhom involuti fl-edukazzjoni jew it-taħriġ. Din il-mira fil-livell tal-UE ser tkun ikkomplementata minn indikatur ta' akkumpanjament dwar il-kisba tal-livell sekondarju għoli, li jkejjel is-sehem ta' persuni ta' bejn l-20 u l-24 sena b'tal-inqas kwalifika sekondarja għolja permezz ta' data disponibbli mill-Eurostat, Stħarriġ tal-UE dwar il-Forza tax-Xogħol. Kodiċi tad-data online: [edat_lfse_03].

(6)  Eurostat, Stħarriġ tal-UE dwar il-Forza tax-Xogħol. Kodiċi tad-data online: [edat_lfse_03].

(7)  Dan ser ikopri l-grupp ta' età bejn l-20 u l-34 li jkunu waqfu mill-edukazzjoni u t-taħriġ minn sena sa tliet snin qabel. L-indikatur ser jissejjes fuq data li ser tinġabar mill-2021 'il quddiem bħala parti mill-Istħarriġ tal-Unjoni Ewropea dwar il-Forza tax-Xogħol tal-Eurostat (EU LFS) kif definit fl-identifikatur varjabbli "HATWORK" fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2240. Dan jirreferi għal esperjenzi ta' xogħol f'post tax-xogħol f'suq jew f'unità mhux tas-suq (jiġifieri f'kumpannija, istituzzjoni tal-gvern jew organizzazzjoni mingħajr skop ta' qligħ) li kienu parti mill-kurrikulu tal-programm formali li wassal għall-ogħla livell ta' edukazzjoni li tlesta b'suċċess. Jekk rispondent kellu diversi esperjenzi ta' xogħol, jenħtieġ li jiġi kkunsidrat it-tul kumulattiv tal-esperjenzi kollha tax-xogħol. L-esperjenzi tax-xogħol jenħtieġ li jiġu espressi f'ekwivalenti full-time.

(8)  Eurostat, il-ġbir ta' data tal-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE mill-2022 'il quddiem. Minħabba li hemm il-pjan li s-sors tad-data jinbidel fl-2022 (mill-Istħarriġ dwar l-Edukazzjoni għall-Adulti għall-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol tal-UE), il-mira hija soġġetta għal konferma fl-2023 abbażi tal-esperjenza tas-sors il-ġdid tad-data. Il-Kummissjoni, f'kooperazzjoni mal-SGIB, ser tevalwa l-impatt ta' dawn il-bidliet billi tqabbel ir-riżultati tal-Istħarriġ dwar l-Edukazzjoni għall-Adulti u l-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol fl-2023 u tikkunsidra bidliet possibbli fil-metodoloġija tal-Istħarriġ dwar il-Forza tax-Xogħol, jew fil-livell tal-mira. Abbażi ta' din l-evalwazzjoni l-Kunsill ser jiddeċiedi dwar il-possibbiltà ta' adattazzjoni tal-livell tal-mira.


ANNESS III

OQSMA PRIJORITARJI GĦALL-KOOPERAZZJONI EWROPEA FL-EDUKAZZJONI U T-TAĦRIĠ MATUL L-EWWEL ĊIKLU: 2021-2025

Bil-ħsieb li jsir progress fil-ħames prijoritajiet strateġiċi taħt il-qafas strateġiku għall-kooperazzjoni Ewropea, l-identifikazzjoni ta' oqsma prijoritarji, kwistjonijiet u azzjonijiet konkreti (1)għal ċiklu ta' ħidma speċifiku għandha ttejjeb l-effiċjenza tal-kooperazzjoni Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ, kif ukoll tirrifletti l-ħtiġijiet individwali tal-Istati Membri, inkluż meta jiffaċċjaw ċirkostanzi u sfidi ġodda.

L-oqsma prijoritarji, kif imsemmija f'din ir-Riżoluzzjoni, flimkien mal-kwistjonijiet u l-azzjonijiet konkreti l-aktar rilevanti jirriflettu l-ħtieġa li: (i) tiġi segwita l-kooperazzjoni f'oqsma fejn għad fadal sfidi ewlenin u li huma marbuta ma' sfidi aktar reċenti; (ii) tiġi żviluppata kooperazzjoni f'oqsma meqjusin partikolarment importanti matul dan iċ-ċiklu ta' ħidma.

Jekk l-Istati Membri jqisuha meħtieġa, il-ħidma dwar oqsma prijoritarji speċifiċi tista' titkompla f'ċikli ta' ħidma sussegwenti, bil-kunsiderazzjoni dovuta għas-sussidjarjetà u ċ-ċirkostanzi nazzjonali.

Qasam prijoritarju 1 - Kwalità, ekwità, inklużjoni u suċċess fl-edukazzjoni u t-taħriġ

Kwistjonijiet u azzjonijiet konkreti

i)

Il-promozzjoni tal-ħakma ta' kompetenzi ewlenin (2), inkluż il-ħiliet bażiċi, li huma prerekwiżit biex il-persuni jirnexxu fil-ħajja, biex isibu jew joħolqu impjiegi sodisfaċenti u biex isiru ċittadini impenjati.

ii)

It-trawwim u l-appoġġ tat-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi u l-multilingwiżmu, li jippermetti lill-istudenti, l-għalliema u l-ħarrieġa jibbenefikaw minn spazju ta' tagħlim Ewropew ġenwin, billi tiġi implimentata aktar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-2019 dwar approċċ komprensiv lejn it-tagħlim u l-apprendiment tal-lingwi, inkluż fil-VET.

iii)

It-twassil ta' perspettiva Ewropea fl-edukazzjoni u t-taħriġ, li tipprovdi lill-istudenti b'għarfien dwar xi tfisser l-Ewropa inġenerali, u l-Unjoni b'mod partikolari, fil-ħajja tagħhom ta' kuljum, inkluż permezz tat-twessiegħ u t-tisħiħ tal-Azzjonijiet Jean Monnet.

iv)

Iż-żamma tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ bħala ambjenti sikuri, ħielsa mill-vjolenza, il-bullying, id-diskors dannuż, id-diżinformazzjoni u kull forma ta' diskriminazzjoni, inkluż permezz ta' implimentazzjoni ulterjuri tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-promozzjoni tal-valuri komuni, l-edukazzjoni inklużiva, u d-dimensjoni Ewropea tat-tagħlim.

v)

L-istimular ta' ambjent skolastiku sikur u ta' appoġġ bħala kundizzjoni meħtieġa għal kwistjonijiet konkreti, bħall-indirizzar tad-diskriminazzjoni, ir-razziżmu, is-sessiżmu, is-segregazzjoni, il-bullying (inkluż il-bullying ċibernetiku), il-vjolenza u l-isterjotipi, u għall-benesseri individwali tal-istudenti kollha.

vi)

L-għajnuna lill-istudenti kollha biex jilħqu livell bażi ta' profiċjenza fil-ħiliet bażiċi, b'attenzjoni speċjali fuq gruppi f'riskju ta' nuqqas ta' suċċess u ta' tluq bikri mill-iskola, inkluż l-identifikazzjoni ta' riformi ta' politika effettivi biex tiġi appoġġata kisba aħjar tal-ħiliet bażiċi, speċifikament b'rabta mal-kurrikulu u/jew il-valutazzjoni, kif ukoll il-kapaċità tal-istituzzjonijiet u tal-persunal li jkunu innovattivi u jiżviluppaw l-approċċi u l-ambjenti tat-tagħlim tagħhom.

vii)

Il-promozzjoni ta' strateġiji ta' suċċess edukattiv fil-livell nazzjonali sabiex titrawwem il-konklużjoni b'suċċess ta' perkorsi ta' edukazzjoni u taħriġ mill-istudenti kollha u sabiex jitnaqqsu t-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ u r-riżultati baxxi, bl-appoġġ ta' approċċ ta' skola sħiħa b'viżjoni ġenerali inklużiva tal-edukazzjoni ċċentrata fuq l-istudent.

viii)

L-indirizzar tad-diversità dejjem akbar ta' studenti u t-titjib tal-aċċess għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużivi għall-istudenti kollha, inkluż gruppi żvantaġġati u vulnerabbli, bħal studenti bi ħtiġijiet ta' tagħlim speċifiċi, minoranzi, persuni minn ambjent ta' migrazzjoni u Rom, u b'inqas opportunitajiet minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħhom u/jew is-sitwazzjoni soċjoekonomikament żvantaġġata tagħhom.

ix)

L-implimentazzjoni tal-qafas Ewropew ta' kwalità għal sistemi ta' edukazzjoni u kura bikrija tat-tfal ta' kwalità għolja.

x)

L-indirizzar tal-kwistjoni tad-disparitajiet bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni u t-taħriġ, u l-opportunitajiet mhux indaqs għall-bniet u s-subien u għan-nisa u l-irġiel, permezz tal-promozzjoni ta' għażliet edukattivi aktar bilanċjati bejn il-ġeneri, l-isfidar u l-eliminazzjoni tal-isterjotipi marbuta mal-ġeneru fl-edukazzjoni u l-karrieri edukattivi, speċjalment fl-oqsma ta' studju tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, l-arti u l-matematika (STEAM), l-indirizzar ta' kwistjonijiet bħall-insuffiċjenza fil-kisbiet tas-subien, il-bullying u l-fastidju sesswali, u l-iżvilupp ta' sensittività aħjar għal kwistjonijiet ta' ġeneru fil-proċessi u l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

xi)

L-appoġġ għall-ġbir tad-data u l-innovazzjoni għall-inklużjoni u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fl-edukazzjoni.

xii)

Il-promozzjoni tal-kompetenzi ċiviċi, interkulturali u soċjali, il-fehim u r-rispett reċiproku, u s-sjieda tal-valuri demokratiċi u d-drittijiet fundamentali fil-livelli u t-tipi kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ (3).

xiii)

It-trawwim, il-valorizzazzjoni u r-rikonoxximent tat-tagħlim mhux formali, inkluż il-volontarjat, u t-titjib tal-inklużività, il-kwalità u r-rikonoxximent ta' attivitajiet ta' solidarjetà transfruntiera.

xiv)

L-iżvilupp ta' mġiba etika u t-titjib tal-ħsieb kritiku, flimkien mal-litteriżmu diġitali u medjatiku.

xv)

It-trawwim ta' investiment sostenibbli f'edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużivi.

Qasam prijoritarju 2 - Tagħlim tul il-ħajja u mobbiltà

Kwistjonijiet u azzjonijiet konkreti

i)

It-tnedija mill-ġdid u l-kontinwazzjoni tal-istrateġiji ta' tagħlim tul il-ħajja u l-indirizzar tal-fażijiet ta' tranżizzjoni fl-edukazzjoni u t-taħriġ, filwaqt li, permezz ta' gwida vokazzjonali ta' kwalità għolja, jiġu promossi t-tranżizzjonijiet lejn u bejn l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għolja u t-tagħlim għall-adulti, inkluż it-tagħlim mhux formali u informali, u mill-edukazzjoni u t-taħriġ għax-xogħol.

ii)

L-istrateġiji għat-tagħlim tul il-ħajja jsiru aktar robusti u inklużivi sabiex dawk li telqu kmieni jkunu jistgħu jerġgħu jidħlu fl-edukazzjoni f'forom flessibbli tul il-ħajja, u dawk li jeħtiġuha biex ikunu jistgħu jaċċessaw l-edukazzjoni għolja u l-programmi tal-VET biex jaġġornaw jew jiksbu ħiliet (titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid) li l-impjiegi ta' għada jeħtieġu, fl-istadji kollha tal-ħajja.

iii)

L-iżgurar li s-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż is-sistemi tat-tagħlim għall-adulti, jappoġġaw lill-istudenti kollha biex jaċċessaw suq tax-xogħol li qed jinbidel u jikkontribwixxu għall-iżvilupp personali tagħhom, isiru aktar aġli, reżiljenti, validi għall-futur, attraenti u mfassla għat-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali, jipprovdu titjib tal-ħiliet u aġġornament tal-opportunitajiet ta' taħriġ tul il-ħajja tax-xogħol, u jsaħħu l-kooperazzjoni ma' partijiet ikkonċernati oħra, bħal kumpanniji jew postijiet tax-xogħol oħra.

iv)

L-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni ta' Osnabrück dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali bħala faċilitatur tal-irkupru u ta' tranżizzjonijiet ġusti lejn ekonomiji diġitali u ekoloġiċi.

v)

It-tisħiħ tar-rwol ewlieni tas-sistemi tal-edukazzjoni għolja u tal-VET fl-appoġġ tat-tagħlim tul il-ħajja u fl-ilħuq ta' korp tal-istudenti aktar divers. L-esplorazzjoni tal-kunċett u l-użu tal-mikrokredenzjali tista' tgħin biex jitwessgħu l-opportunitajiet ta' tagħlim u tista' ssaħħaħ ir-rwol tal-edukazzjoni għolja u l-VET fit-tagħlim tul il-ħajja billi tipprovdi opportunitajiet ta' tagħlim aktar flessibbli u modulari, u toffri mogħdijiet ta' tagħlim aktar inklużivi.

vi)

L-aġġornament tal-aġenda Ewropea mġedda għat-tagħlim għall-adulti.

vii)

Il-promozzjoni tal-libertà għall-istudenti, l-għalliema u l-ħarrieġa, u persunal ieħor tal-edukazzjoni u t-taħriġ, biex ikunu mobbli u għall-istituzzjonijiet biex jassoċjaw ruħhom liberament ma' xulxin fl-Ewropa u lil hinn minnha, permezz tal-mobbiltà għat-tagħlim u l-kooperazzjoni transfruntiera. Għandhom isiru aktar sforzi biex jitneħħew l-ostakli eżistenti u l-ostakli għal kull tip ta' mobbiltà għall-apprendiment u t-tagħlim, inkluż kwistjonijiet relatati mal-aċċess, il-gwida, is-servizzi għall-istudenti u r-rikonoxximent.

viii)

L-aġġornament tal-qafas ta' mobbiltà għat-tagħlim li jakkumpanja l-programm Erasmus+ imsaħħaħ biex ikunu possibbli opportunitajiet ta' mobbiltà għal varjetà ħafna usa' ta' parteċipanti, titrawwem il-mobbiltà ekoloġika u diġitali, inkluż billi jitħalltu flimkien l-iskambji online u dawk fiżiċi, u tiġi inkoraġġuta mobbiltà bbilanċjata.

ix)

Titkompla l-ħidma lejn l-implimentazzjoni sħiħa tar-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-promozzjoni tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku ta' kwalifiki tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livell sekondarju għoli u l-eżiti tal-perjodi ta' apprendiment barra mill-pajjiż (26 ta' Novembru 2018).

Qasam ta' prijorità 3 - Għalliema u Ħarrieġa

Kwistjonijiet u azzjonijiet konkreti

i)

It-tisħiħ tar-reklutaġġ u tal-għażla tal-aħjar kandidati u l-iżjed kandidati adattati għall-professjoni tal-tagħlim u dik pedagoġika fil-livelli kollha u f'kull tip ta' edukazzjoni u taħriġ.

ii)

Iż-żieda tal-attraenza u l-istatus tal-professjoni tat-tagħlim u dik pedagoġika, permezz tar-rivalorizzazzjoni tagħha f'termini soċjali kif ukoll f'termini finanzjarji, inkluż permezz tal-Premju Ewropew għat-Tagħlim Innovattiv.

iii)

L-esplorazzjoni tal-possibbiltà li tiġi żviluppata gwida Ewropea għall-iżvilupp ta' oqfsa nazzjonali tal-karrieri u gwida tul il-ħajja, biex b'hekk jiġi appoġġat il-progress fil-karriera tal-professjonisti tal-edukazzjoni fl-iskejjel.

iv)

L-esplorazzjoni tal-possibbiltà li jiġu żviluppati għodod ta' politika f'forma ta' oqfsa ta' kompetenza tal-għalliema biex tiżdied ir-rilevanza tal-programmi tal-edukazzjoni inizjali tal-għalliema kif ukoll l-iżvilupp ta' opportunitajiet ta' żvilupp professjonali kontinwu u biex tingħata gwida għall-għalliema biex javvanzaw fil-karriera tagħhom.

v)

L-appoġġ għall-edukazzjoni inizjali, l-induzzjoni u l-iżvilupp professjonali kontinwu fil-livelli kollha, speċjalment biex tiġi indirizzata ż-żieda fid-diversità tal-istudenti u l-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom, jiġi indirizzat it-tluq bikri mill-edukazzjoni u t-taħriġ u jiġi promoss it-tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol, l-appoġġ għall-iżvilupp ta' kompetenzi diġitali bażiċi u avvanzati u pedagoġiji innovattivi, inkluż l-iżgurar li l-edukazzjoni tal-għalliema tindirizza l-kompetenzi tal-għalliema sabiex dawn ikunu jistgħu jgħallmu f'ambjenti diġitali.

vi)

Il-ħolqien ta' networks ta' istituzzjonijiet tal-edukazzjoni tal-għalliema, permezz tal-Akkademji tal-Għalliema tal-Erasmus proposti, biex irawmu komunitajiet ta' prattika, jipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim lill-għalliema, jappoġġaw l-innovazzjoni u jnebbħu l-politiki nazzjonali u Ewropej tal-edukazzjoni tal-għalliema.

vii)

L-appoġġ għall-promozzjoni tal-eċċellenza fit-tagħlim fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluż permezz tal-organizzazzjoni effettiva tat-tagħlim u inċentivi strutturali, bil-promozzjoni ta' mekkaniżmi xierqa ta' appoġġ, infrastruttura, materjal tat-tagħlim u edukazzjoni tal-għalliema bbażata fuq ir-riċerka, kif ukoll l-esplorazzjoni ta' modi ġodda għall-valutazzjoni tal-kwalità tat-taħriġ tal-għalliema.

viii)

L-appoġġ lill-għalliema u l-ħarrieġa fil-ġestjoni tad-diversità lingwistika u kulturali fl-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni u t-taħriġ.

ix)

L-esplorazzjoni tal-possibbiltà li jiġi żviluppat qafas ta' politika biex jiżdiedu l-għadd u l-kwalità tal-mobbiltà għat-tagħlim tal-għalliema fl-Ewropa abbażi tal-ħtiġijiet attwali tal-mobbiltà tagħhom.

x)

L-iżvilupp ta' miżuri u l-istabbiliment ta' mekkaniżmi biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u jiġi indirizzat l-istress okkupazzjonali, sabiex jitrawwem il-benesseri tal-għalliema, il-ħarrieġa u l-persunal pedagoġiku u edukattiv.

xi)

L-istinkar biex jitnaqqsu l-iżbilanċi bejn il-ġeneri fil-livelli u t-tipi kollha ta' professjonijiet relatati mal-edukazzjoni u t-taħriġ.

xii)

L-iżgurar li l-programmi ta' edukazzjoni u taħriġ għall-għalliema u l-ħarrieġa jħejju wkoll lill-għalliema u lill-ħarrieġa fil-livelli u fit-tipi kollha ta' programmi tal-edukazzjoni u t-taħriġ għar-rwol ewlieni tagħhom biex jgħammru lill-istudenti bil-kompetenzi biex jgħixu, jaħdmu u jaġixxu favur l-iżvilupp sostenibbli u biex itejbu l-benesseri u s-saħħa mentali għall-istudenti kollha.

Qasam ta' prijorità 4 - Edukazzjoni għolja

Kwistjonijiet u azzjonijiet konkreti

i)

L-inkoraġġiment ta' kooperazzjoni aktar mill-qrib u aktar profonda bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, b'mod partikolari billi tiġi promossa u titrawwem kooperazzjoni tranżnazzjonali bla xkiel, li tippermetti li l-alleanzi tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja, bħal dawk fl-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej, jisfruttaw il-qawwiet tagħhom u jipprovdu b'mod konġunt edukazzjoni għolja trasformattiva.

ii)

L-involviment fit-tnedija tal-inizjattiva tal-Universitajiet Ewropej fil-qafas tal-programm Erasmus+, f'sinerġija ma' Orizzont Ewropa u strumenti oħra ta' finanzjament.

iii)

L-istabbiliment ta' aġenda għat-trasformazzjoni tal-edukazzjoni għolja, b'enfasi fuq l-inklużjoni, l-innovazzjoni, il-konnettività, it-tħejjija diġitali u ekoloġika u l-kompetittività internazzjonali, kif ukoll valuri akkademiċi fundamentali u prinċipji etiċi għoljin, u anki l-impjiegi u l-impjegabbiltà.

iv)

L-inkoraġġiment ta' flussi tal-mobbiltà bbilanċjati u l-aħjar ċirkolazzjoni tal-imħuħ.

v)

It-trawwim tar-rwol tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja bħala atturi ċentrali tal-"kwadru ta' għarfien" (l-edukazzjoni, ir-riċerka, l-innovazzjoni u s-servizz għas-soċjetà), it-tisħiħ tas-sinerġiji u l-faċilitazzjoni ta' aktar ħidma bejn l-edukazzjoni għolja u r-riċerka.

vi)

It-tisħiħ tar-rikonoxximent reċiproku awtomatiku tal-kwalifiki u l-perijodi ta' studju barra mill-pajjiż għall-fini tal-mobbiltà u t-tagħlim ulterjuri, filwaqt li jiġi żgurat li l-mekkaniżmi tal-assigurazzjoni tal-kwalità jipprovdu bażi soda għall-fiduċja tal-pubbliku għat-tagħlim ulterjuri u jissalvagwardjaw l-awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja. Fejn ikun adatt, għandhom jiġu żviluppati r-rikonoxximent awtomatiku ta' attivitajiet tranżnazzjonali konġunti u r-rikonoxximent u l-portabbiltà ta' korsijiet qosra.

vii)

L-inkoraġġiment ta' użu akbar tal-inizjattiva tal-Karta Ewropea tal-Istudenti bl-għan li l-istudenti mobbli kollha fl-Ewropa jibbenefikaw minnha.

viii)

It-trawwim tar-rilevanza tal-edukazzjoni għolja għas-suq tax-xogħol u s-soċjetà, eż. l-inkoraġġiment tal-iżvilupp ta' kurrikuli li jħeġġu aktar tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol u kooperazzjoni msaħħa bejn l-istituzzjonijiet u l-impjegaturi, b'rispett sħiħ tal-approċċ olistiku tal-edukazzjoni għolja u l-awtonomija tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni għolja u bl-esplorazzjoni tal-possibbiltà li jiġi stabbilit mekkaniżmu Ewropew ta' stħarriġ dwar is-sitwazzjoni tal-gradwati.

Qasam ta' prijorità 5 - Tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali

Kwistjonijiet u azzjonijiet konkreti

i)

It-tisħiħ tad-disponibbiltà, l-aċċess u l-kwalità tat-tagħmir u l-infrastruttura diġitali, il-konnettività, ir-riżorsi edukattivi miftuħa u diġitali u l-pedagoġiji fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ biex is-sistemi tal-edukazzjoni u t-taħriġ jiġu appoġġati fl-adattament għall-era diġitali.

ii)

L-indirizzar tal-iżvilupp ta' ħiliet u kompetenzi diġitali bażiċi u avvanzati fil-livelli u t-tipi kollha tal-edukazzjoni u t-taħriġ (it-tagħlim formali, mhux formali u informali) kif ukoll it-tagħlim u l-apprendiment tradizzjonali, imħallta u mill-bogħod, sabiex tiġi ffaċċata u mwieġba t-trasformazzjoni teknoloġika u diġitali tal-ekonomija u tas-soċjetà.

iii)

L-intensifikazzjoni tal-iskambju tal-aħjar prattiki u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet inklużi fil-Pjan ta' Azzjoni għall-Edukazzjoni Diġitali 2021-2027, filwaqt li jiġu esplorati modi biex jitrawwem approċċ aktar integrat għall-iżvilupp tal-politika tal-edukazzjoni diġitali permezz tal-possibbiltà tal-istabbiliment ta' Ċentru Ewropew tal-Edukazzjoni Diġitali.

iv)

Il-mobilizzazzjoni tal-għarfien espert u r-riżorsi għan-networking, u l-appoġġ ta' approċċi kreattivi fl-edukazzjoni ekoloġika, jiġifieri permezz tal-Koalizzjoni prevista "Edukazzjoni għall-Klima".

v)

Il-promozzjoni ta' perspettivi ta' sostenibbiltà ambjentali fil-kurrikuli tal-edukazzjoni u t-taħriġ fil-livelli kollha tal-edukazzjoni u fi ħdan approċċ interdixxiplinari, u l-promozzjoni ta' kunċetti edukattivi bħall-Edukazzjoni għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Edukazzjoni dwar iċ-Ċittadinanza Globali, sabiex iċ-ċittadini jingħataw is-setgħa biex jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli.

vi)

It-trawwim ta' infrastruttura ġdida sostenibbli għall-edukazzjoni u t-taħriġ u r-rinnovazzjoni ta' binjiet eżistenti ("l-ekoloġizzazzjoni tal-infrastruttura tal-edukazzjoni").

(1)  It-tismija ta' azzjonijiet jew inizjattivi futuri proposti fl-oqsma prijoritarji li ġejjin mhux bilfors twassal biex tittieħed deċiżjoni futura fil-livell xieraq.

(2)  Kif stabbilit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2018 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim tul il-Ħajja, ĠU C 189, 4.6.2018, p. 1.

(3)  Kif imsemmi fid-"Dikjarazzjoni dwar il-Promozzjoni taċ-Ċittadinanza u l-Valuri Komuni tal-Libertà, it-Tolleranza u n-Nondiskriminazzjoni permezz tal-Edukazzjoni".


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/22


Avviż tal-Kummissjoni dwar dokument ta' gwida dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet għat-twettiq ta’ awditjar skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

(2021/C 66/02)

Daħla

Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) jipprevedi fl-Artikolu 6(1) li l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu awditjar intern jew jiżguraw li jitwettaq awditjar fuqhom stess u għandhom jieħdu miżuri xierqa fid-dawl tar-riżultati ta’ dawk l-awditi.

Dan id-dokument ta’ gwida huwa maħsub biex jassisti lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti fl-applikazzjoni tar-rekwiżiti msemmija hawn fuq. Dan ġie elaborat mill-Kummissjoni f’kooperazzjoni mal-Istati Membri u mhuwiex legalment vinkolanti (2). Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea biss hija kompetenti sabiex tinterpreta b’awtorità d-dritt tal-Unjoni.

Werrej

1.

Għan u kamp ta’ applikazzjoni 24

2.

Sfond ġuridiku 24

3.

Definizzjonijiet 24

4.

Prinċipji fundamentali 25

5.

Implimentazzjoni tal-proċess tal-awditjar 25

5.1.

Approċċ sistematiku 25

5.2.

Trasparenza 26

5.3.

Indipendenza 27

5.4.

Skrutinju indipendenti 28

5.5.

Objettivi ewlenin 28

6.

It-twettiq tal-awditjar 29

6.1.

Ippjanar u tħejjija tal-awditjar 29

6.2.

It-twettiq tal-awditjar 29

6.3.

Rappurtar tal-awditjar 30

6.4.

Segwitu tal-output tal-awditjar 31

7.

Reviżjoni u tixrid tar-riżultati tal-awditjar 31

8.

Kwistjonijiet oħrajn 31

8.1.

Riżorsi 31

8.2.

Kompetenza tal-awditur 32

1.   Għan u kamp ta’ applikazzjoni

Id-dokument ta’ gwida jipprovdi gwida dwar in-natura u l-implimentazzjoni tas-sistemi tal-awditjar mill-awtoritajiet kompetenti, kif imsemmi fl-Artikolu 3(3)(a) u (b) tar-Regolament (UE) 2017/625. L-għan tas-sistemi tal-awditjar huwa li jiġi vverifikat jekk il-kontrolli uffiċjali, u attivitajiet uffiċjali oħra (3), regolati mir-Regolament (UE) 2017/625 humiex implimentati b’mod effettiv u jekk humiex adegwati biex jintlaħqu l-objettivi tal-leġiżlazzjoni rilevanti, inkluża l-konformità mal-pjanijiet ta’ kontroll nazzjonali.

Dan id-dokument ta’ gwida għandu l-għan li jiddeskrivi l-prinċipji li jirriżultaw mir-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-istabbiliment ta’ sistemi nazzjonali tal-awditjar u t-twettiq ta’ awditjar intern, aktar milli jistipula metodi dettaljati, bil-għan li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni tal-prinċipji msemmija qabel fid-diversità tas-sistemi ta’ kontroll u awditjar tal-Istati Membri. Il-metodi magħżula għall-applikazzjoni ta’ dawk il-prinċipji jistgħu jvarjaw skont id-daqs, in-natura, l-għadd u l-kumplessità tal-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali fl-Istati Membri kollha.

2.   Sfond ġuridiku

Dan id-dokument ta’ gwida huwa maħsub biex jassisti lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet għat-twettiq tal-awditjar previst fl-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/625, li jaqra kif ġej:

Artikolu 6

Awditjar tal-awtoritajiet kompetenti

1.   Sabiex jiżguraw il-konformità tagħhom ma’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu awditjar intern jew jiżguraw li jitwettaq awditjar fuqhom stess u għandhom jieħdu miżuri xierqa fid-dawl tar-riżultati ta’ dak l-awditjar.

2.   L-awditjar imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jkun soġġett għal skrutinju indipendenti u jsir b’mod trasparenti.

L-atti delegati u ta’ implimentazzjoni adottati skont ir-Regolament (UE) 2017/625, filwaqt li mhumiex imsemmija b’mod espliċitu fl-Artikolu 6, huma essenzjali wkoll biex tiġi żgurata l-konformità mar-Regolament (UE) 2017/625. Għalhekk, l-awditjar għandu jsir ukoll biex tiġi żgurata l-konformità ma’ dawn l-atti delegati u ta’ implimentazzjoni.

3.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan id-dokument ta’ gwida, issir referenza għad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2017/625, l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4).

 

“Awditjar”, kif definit fl-Artikolu 3(30) tar-Regolament (UE) 2017/625, tfisser eżami sistematiku u indipendenti biex jiġi ddeterminat jekk l-attivitajiet u r-riżultati relatati ta’ tali attivitajiet ikunux konformi mal-arranġamenti ppjanati u jekk dawn l-arranġamenti jkunux qed jiġu applikati b’mod effettiv u jkunux adatti biex jinkisbu l-objettivi.

Definizzjonijiet oħra li huma rilevanti għall-finijiet ta’ dan id-dokument ta’ gwida:

 

“Korp tal-awditjar” tfisser il-korp li jwettaq il-proċess tal-awditjar. Din tista’ tkun entità interna jew esterna.

 

“Univers tal-awditjar” tfisser inventarju tal-oqsma tal-awditjar li jiġi kkompilat u miżmum mill-korp tal-awditjar biex jidentifika oqsma għall-awditjar matul il-proċess tal-ippjanar tal-awditjar.

 

“Sistema tal-awditjar” tfisser il-kombinament ta’ korp ta’ verifika wieħed jew aktar li jwettqu proċess ta’ awditjar fi ħdan jew bejn awtoritajiet kompetenti.

 

“Proċess tal-awditjar” tfisser is-sett ta’ attivitajiet deskritti fit-Taqsima 5.1. (Approċċ Sistematiku) u fit-Taqsima 6. (It-twettiq ta’ Awditu).

 

“Programm tal-awditjar” tfisser sett ta’ awditjar wieħed jew aktar ippjanati għal perjodu ta’ żmien speċifiku u diretti lejn skop speċifiku.

 

“Pjan tal-awditjar” tfisser id-deskrizzjoni tal-attivitajiet u l-arranġamenti għal awditu.

 

“Approċċ tal-awditjar” tfisser il-grad ta’ enfasi li għandu jitqiegħed fuq l-attivitajiet li jkunu qed jiġu awditjati waqt l-awditjar (eż. l-awditjar dirett tal-konformità, b’enfasi inizjali fuq l-outputs u l-eżiti, meta mqabbel mal-awditjar tas-sistemi ta’ kontroll, b’enfasi inizjali fuq is-sistemi u l-kontrolli).

Għal terminoloġija speċifika tal-awditjar, jista’ jkun utli li ssir referenza għall-verżjonijiet attwali tal-istandards internazzjonali bħall-ISO 19011, l-ISO 9000 u l-Istitut tal-Awdituri Interni (IIA) (5).

4.   Prinċipji fundamentali

Is-sistemi tal-awditjar jenħtieġ li jkopru l-kontrolli uffiċjali kollha u attivitajiet uffiċjali oħra fl-istadji kollha tal-katina tal-produzzjoni agroalimentari tal-Unjoni, koperti mir-Regolament (UE) 2017/625, inkluż l-attivitajiet tal-awtoritajiet kompetenti kollha irrispettivament mill-mod ta’ organizzazzjoni jew livell amministrattiv tagħhom, u l-aġenziji jew il-korpi ta’ kontroll kollha involuti. Sabiex jinkiseb dan, l-awditjar jenħtieġ li, fejn meħtieġ, jestendi lil hinn mill-fruntieri amministrattivi u bejniethom. Fejn jeżistu diversi sistemi ta’ awditjar fi Stat Membru, għandhom jiġu stabbiliti mekkaniżmi biex jiġi żgurat li, meta jiġu kkombinati, l-attivitajiet kollha msemmija hawn fuq ikunu koperti.

Sabiex tinbena u tinżamm il-fiduċja fl-integrità tas-sistema tal-awditjar, il-ġestjoni u l-implimentazzjoni tal-proċess tal-awditjar għandhom ikunu trasparenti għall-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha. B’mod partikolari, jenħtieġ li jkun hemm trasparenza sħiħa bejn il-korp tal-awditjar u l-entità awditjata (ara t-tabella fit-taqsima 5.2 hawn taħt). Li jiġi żgurat li l-proċess tal-awditjar ikun trasparenti f’għajnejn partijiet ikkonċernati oħra huwa mod kif tiġi promossa l-fiduċja u tingħata assistenza fit-tixrid tal-informazzjoni, b’mod partikolari l-kondiviżjoni tal-aħjar prattika fi ħdan u bejn l-awtoritajiet kompetenti.

L-indipendenza jenħtieġ li tiġi indirizzata fil-livell organizzattiv, funzjonali, tal-proċess tal-awditjar u tal-awditur. Il-korp tal-awditjar u t-tim tal-awditjar jenħtieġ li jinħatru mill-maniġment superjuri tal-awtoritajiet kompetenti u jirrapportaw lilu. Jenħtieġ li jiġi pprovdut mandat ċar u ddokumentat li jagħti setgħa adegwata biex dawn iwettqu l-awditjar. Dan il-mandat jenħtieġ li jinkludi mill-inqas l-għan, ir-responsabbiltajiet, l-awtorità u l-akkontabbiltà tal-korp tal-awditjar, u kwalunkwe aspett ieħor li huwa meqjus neċessarju biex jintlaħaq livell sodisfaċenti ta’ indipendenza. Il-korp tal-awditjar u t-tim tal-awditjar ma għandhomx ikunu involuti fil-ġestjoni jew is-superviżjoni tas-sistemi ta’ kontroll li jkunu qed jiġu awditjati.

Meta jiġu ddelegati kompiti ta’ kontroll, u l-awtorità kompetenti tkun għażlet li tawditja aktar milli tispezzjona l-korp delegat, l-obbligi kuntrattwali ta’ dak il-korp delegat jenħtieġ li jinkludu l-aċċettazzjoni tar-rekwiżiti tal-awditjar u l-kundizzjonijiet tagħhom.

L-iskrutinju indipendenti jenħtieġ li jkun proċess regolari u ppjanat, estern għall-korp tal-awditjar, biex jiġi żgurat li s-sistema tal-awditjar tkun kapaċi tipproduċi riżultati oġġettivi u li l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (UE) 2017/625.

Minbarra l-gwida speċifika stabbilita f’dan id-dokument, l-ISO 19011 jista’ jservi bħala sors ta’ gwida ġenerali.

5.   Implimentazzjoni tal-proċess tal-awditjar

5.1.   Approċċ sistematiku

Il-proċess tal-awditjar jenħtieġ li jiġi ġestit b’mod sistematiku. Għal dak il-għan, il-proċess tal-awditjar jenħtieġ li:

Ikun ir-riżultat ta’ proċess ta’ ppjanar trasparenti li jidentifika prijoritajiet ibbażati fuq ir-riskju f’konformità mar-responsabbiltajiet tal-awtorità kompetenti skont ir-Regolament (UE) 2017/625.

Jinkludi ppjanar strateġiku pluriennali li jkun:

il-bażi għall-istabbiliment ta’ għanijiet u prijoritajiet;

punt tat-tluq biex jiġi deċiż liema suġġetti tal-awditjar se jintgħażlu għall-awditjar; u

bażi għal ippjanar annwali dettaljat.

Permezz ta’ ppjanar strateġiku jidentifika l-univers tal-awditjar: billi jirraggruppah f’entitajiet li jistgħu jiġu awditjati, jidentifika s-sorsi ta’ informazzjoni biex jiġi infurmat il-proċess tal-ippjanar u billi jistabbilixxi kriterji tal-għażla li għandhom jintużaw għall-għażla tas-suġġetti tal-awditjar.

Jistabbilixxi programm tal-awditjar li jiżgura kopertura adegwata tal-oqsma rilevanti kollha ta’ attività u tal-awtoritajiet kompetenti rilevanti kollha rregolati mir-Regolament (UE) 2017/625 bi frekwenza xierqa bbażata fuq ir-riskju fuq perjodu li ma jaqbiżx il-ħames snin. Il-programm tal-awditjar jista’ jinkludi informazzjoni dwar it-tipi ta’ awditi, ir-riżorsi, l-iskeda taż-żmien, il-frekwenza tar-reviżjoni(eż. darba fis-sena jew aktar ta’ spiss).

Ikun appoġġat minn proċeduri u rekords dokumentati biex tiġi żgurata l-konsistenza u jintwera li qed jiġi segwit approċċ sistematiku. Dawn il-proċeduri jenħtieġ li jkopru:

Ippjanar ibbażat fuq ir-riskju tal-programm tal-awditjar.

Il-ġenerazzjoni ta’ sejbiet tal-awditjar, inkluża l-identifikazzjoni ta’ evidenza ta’ konformità u nuqqas ta’ konformità, kif xieraq.

It-tħejjija, l-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tar-rapporti tal-awditjar.

Ir-rieżami tal-konklużjonijiet tal-awditjar, sabiex jiġu identifikati l-punti b’saħħithom u d-dgħufijiet fis-sistema kollha ta’ kontroll, jiġu disseminati l-aħjar prattiki u jiġi żgurat il-monitoraġġ ta’ azzjonijiet korrettivi u preventivi.

Jiġi mmonitorjat u rieżaminat biex jiġi żgurat li l-objettivi tal-programm tal-awditjar ikunu ntlaħqu u jiġu identifikati l-opportunitajiet għal titjib.

Meta jkunu previsti iktar minn programm tal-awditjar wieħed fi Stat Membru, jenħtieġ li jittieħdu passi biex ikun żgurat li dawn il-programmi jiġu kkoordinati b’mod effettiv, biex ikun żgurat proċess tal-awditjar uniformi fost l-awtoritajiet kompetenti rilevanti. Il-programm(i) tal-awditjar jenħtieġ li jkopru wkoll il-livelli rilevanti kollha tal-ġerarkija tal-awtorità kompetenti.

5.2.   Trasparenza

Sabiex jintwera li l-proċess tal-awditjar huwa trasparenti, jenħtieġ li jkun hemm proċeduri dokumentati li jappoġġaw il-proċess ta’ ppjanar tal-awditjar definit b’mod ċar, li jinkludi l-istabbiliment ta’ objettivi tal-awditjar, kriterji, għażla tal-approċċ tal-awditjar u approvazzjoni tar-rapport tal-awditjar u mekkaniżmi ta’ distribuzzjoni.

L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jadottaw il-miżuri xierqa biex jiżguraw it-trasparenza, filwaqt li jqisu r-rekwiżiti rilevanti tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u tal-Unjoni u kundizzjonijiet oħra kif xieraq. Għal dak il-għan, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jikkunsidraw li jinkoraġġixxu prattiki li jtejbu t-trasparenza tal-proċess. Xi eżempji ta’ prattiki bħal dawn huma elenkati fit-Tabella ta’ hawn taħt. Meta jiddeċiedu dwar liema miżuri għandhom japplikaw, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jwieżnu l-ħtieġa għat-trasparenza mar-riskju li tiġi mminata l-kapaċità tas-sistema tal-awditjar li tilħaq l-objettivi tagħha. Biex il-benefiċċji tat-trasparenza jkunu ottimizzati, din jenħtieġ li tkun ikkombinata ma’ rappurtar bilanċjat, jiġifieri taħlita xierqa ta’ konformità vverifikata (sejbiet pożittivi) u oqsma għat-titjib (sejbiet negattivi).

Tabella — Eżempji ta’ prattiki li jżommu t-trasparenza ta’ proċess tal-awditjar

 

Entità awditjata

Fi ħdan l-awtorità kompetenti

Fl-awtoritajiet kompetenti kollha (fi ħdan l-Istati Membri)

Partijiet ikkonċernati pubbliċi u oħrajn

Aċċess għall-proċeduri dokumentati tal-korp tal-awditjar

 

Konsulenza dwar l-ippjanar tal-programm tal-awditjar

 

Pubblikazzjoni tal-programm tal-awditjar

Preżentazzjoni tal-pjan tal-awditjar

 

 

Opportunità li jsiru kummenti fuq l-abbozz tar-rapport tal-awditjar

 

 

Tqassim tar-rapport finali tal-awditjar

 

Pubblikazzjoni tal-kummenti tal-entità awditjata dwar l-abbozz tar-rapport

Pubblikazzjoni tar-rapport finali tal-awditjar

Pubblikazzjoni tas-sommarji tar-rapporti finali tal-awditjar u tar-rapport annwali

Pubblikazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni tal-entità awditjata

Pubblikazzjoni tar-riżultati ta’ segwitu

Nota: L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jagħżlu l-prattiki (l-ewwel kolonna) u l-punt sa fejn dawn jiġu applikati (il-kolonni li jifdal) li huma xierqa għaċ-ċirkostanzi partikolari tagħhom.

5.3.   Indipendenza

Il-korpi tal-awditjar jenħtieġ li jkunu ħielsa minn kull pressjoni kummerċjali, finanzjarja, ġerarkika, politika jew minn pressjonijiet oħrajn li jistgħu jaffettwaw il-ġudizzju tagħhom jew l-eżitu tal-proċess tal-awditjar. Is-sistema tal-awditjar, il-korp tal-awditjar u l-awdituri jenħtieġ li jkunu indipendenti mill-attività li tkun qed tiġi awditjata u ħielsa minn preġudizzji jew kunflitti ta’ interessi.

L-indipendenza sħiħa ma tistax tinkiseb f’ħafna ċirkostanzi. Dak li huwa meħtieġ huwa livell ta’ indipendenza li osservatur estern raġonevoli jqis bħala suffiċjenti biex ikun żgurat li l-awditjar isir b’mod ġust, oġġettiv u imparzjali u li l-korp tal-awditjar u l-awdituri tiegħu ma jkunux soġġetti għal influwenza żejda jew ikollhom kunflitt ta’ interess li jippreġudika jew il-proċess tal-awditjar jew awditjar individwali.

Il-korp tal-awditjar jenħtieġ li jingħata biżżejjed persunal kwalifikat u kompetenti, finanzjament, infrastruttura, u riżorsi oħra meħtieġa biex iwettaq il-programm tal-awditjar. Il-korp tal-awditjar jenħtieġ li jingħata aċċess għal żvilupp professjonali kontinwu u għarfien espert tekniku rilevanti.

Il-korp tal-awditjar jenħtieġ li jkun ħieles minn influwenza mhux xierqa fil-livelli kollha tal-proċess tal-awditjar. B’mod partikolari, l-approvazzjoni tal-programm tal-awditjar u tar-rapporti ma għandhiex tkun influwenzata jew imfixkla mill-entità awditjata. Il-korp tal-awditjar jenħtieġ li jkun liberu li jiżviluppa l-ambitu u l-objettivi tal-awditjar u jkollu aċċess għall-bini kollu u għall-informazzjoni kollha li tkun meħtieġa biex jinkisbu l-objettivi tal-awditjar.

Jenħtieġ li jitwettaq kontroll biex jiġi żgurat li ma jkun jeżisti l-ebda kunflitt ta’ interess għall-korp tal-awditjar, għat-tim tal-awditjar jew għal kwalunkwe espert tekniku relatat. Il-membri tat-tim tal-awditjar jenħtieġ li jaġixxu b’mod oġġettiv, imparzjali, indipendenti, mingħajr preġudizzju, b’ġustizzja, b’onestà intellettwali, b’integrità, u jiddikjaraw kunflitt ta’ interess meta jkun xieraq. Għal dak il-għan, ir-rotazzjoni tal-awdituri u/jew tat-timijiet tal-awditjar tista’ tgħin biex dan jinkiseb.

Meta l-kompetenza teknika meħtieġa għall-awditjar tkun disponibbli biss fi ħdan l-awtorità kompetenti li tkun qed tiġi awditjata, għandhom jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li t-tim tal-awditjar jibqa’ indipendenti. Fejn l-attivitajiet ta’ kontroll ikunu organizzati fuq bażi reġjonali, l-esperti tekniċi jistgħu jiġu skambjati sabiex jiġi żgurat li jkunu indipendenti. Fejn ikun meħtieġ li l-esperti tekniċi jinstabu minn barra l-korp tal-awditjar, jenħtieġ li jittieħdu miżuri biex jiġi żgurat li dawn ikunu indipendenti u li ma jkollhom l-ebda kunflitt ta’ interess li jikkomprometti l-indipendenza tat-tim tal-awditjar.

5.4.   Skrutinju indipendenti

Il-proċess ta’ skrutinju indipendenti jenħtieġ li jitwettaq minn persuna jew persuni minn barra kemm il-korp tal-awditjar kif ukoll l-organizzazzjoni soġġetta għal awditjar intern b’livell suffiċjenti ta’ indipendenza u għarfien espert biex jiskrutinizzaw il-proċess tal-awditjar. Meta jkun ġie stabbilit korp jew kumitat bil-ħsieb li jwettaq skrutinju indipendenti fuq il-proċess tal-awditjar, persuna indipendenti jew aktar jenħtieġ li jkunu membri ta’ dan il-korp jew kumitat.

L-iskrutinju indipendenti jenħtieġ li jkopri l-proċess kollu tal-awditjar, inkluż l-ipprogrammar, l-ippjanar u l-eżekuzzjoni tal-awditjar, ir-rappurtar (inkluż l-approvazzjoni tar-rapporti), l-azzjoni korrettiva u s-segwitu. Jenħtieġ li jkopri wkoll it-theddid differenti għall-indipendenza u l-mekkaniżmi biex dan jiġi ġestit. Skrutinju indipendenti mhuwiex awditjar, madankollu, tali skrutinju jista’ jitwettaq ukoll bl-użu ta’ approċċ tal-awditjar. L-iskrutinju jista’ jvarja fl-ambitu, fil-livell ta’ dettall u fl-intensità u għandu jipprovdi:

Evalwazzjoni oġġettiva tal-effettività u l-indipendenza tal-proċess tal-awditjar u tal-korp tal-awditjar.

Feedback għal titjib kontinwu.

Fiduċja għall-korp tal-awditjar, għall-maniġment tal-awtoritajiet kompetenti u għal partijiet ikkonċernati oħra li l-proċess tal-awditjar ikun qed jilħaq l-objettivi tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2017/625.

Tali skrutinju jenħtieġ li jkun regolari iżda l-frekwenza tista’ tvarja skont ir-riżultati tal-iskrutinju preċedenti u l-kontrolli interni applikati mill-korp tal-awditjar.

L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jiżguraw (6) li l-proċess ta’ skrutinju indipendenti jkun dokumentat, inkluż: termini ta’ referenza, rwoli u responsabbiltajiet, kunfidenzjalità, kodiċi ta’ etika, drittijiet u obbligi, rekwiżiti ta’ rappurtar u komunikazzjoni.

Il-korp tal-awditjar jenħtieġ li jieħu azzjoni biex jirrimedja għal kwalunkwe nuqqas identifikat mill-iskrutinju indipendenti.

5.5.   Objettivi ewlenin

L-għan tas-sistemi tal-awditjar huwa li jivverifikaw il-konformità tal-awtoritajiet kompetenti mar-Regolament (UE) 2017/625, kif ukoll il-funzjonament tas-sistemi ta’ kontroll uffiċjali. Għal dan il-għan, u biex tikkonforma mar-rekwiżiti tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 2017/625, is-sistema tal-awditjar jenħtieġ li tkopri t-tliet punti li ġejjin stabbiliti fl-Artikolu 3(30) tar-Regolament (UE) Nru 2017/625:

a)

Verifika li l-kontrolli uffiċjali jkunu qegħdin jitwettqu f’konformità mal-arranġamenti ppjanati

Dan biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jissodisfaw l-obbligi ġenerali tagħhom (7) u li l-kontrolli uffiċjali jitwettqu kif maħsub u li kull struzzjoni jew linja gwida mogħtija lill-persunal li jwettaq dawn il-kontrolli tiġi segwita.

Il-verifika ta’ dan ir-rekwiżit tista’ tiġi indirizzata fil-biċċa l-kbira permezz ta’ analiżi tad-dokumenti, iżda jenħtieġ li tinkludi wkoll verifika fuq il-post. It-tim tal-awditjar jenħtieġ li jkollu għarfien u ħiliet ġeneriċi tal-awditjar tajbin biex jindirizza dan l-objettiv tal-awditjar.

b)

Verifika li l-arranġamenti ppjanati jkunu qegħdin jiġu applikati b’mod effettiv

L-effettività hija l-punt sa fejn il-kontrolli uffiċjali jipproduċu effett (intenzjonat)/jilħqu objettiv. Sistema ta’ kontroll uffiċjali li tiffunzjona b’mod adegwat hija mistennija, permezz tal-arranġamenti ppjanati tagħha, li tivverifika l-konformità mar-rekwiżiti legali rilevanti u, meta jinstabu nuqqasijiet ta’ konformità, li tieħu azzjonijiet biex ittaffi jew telimina dawn in-nuqqasijiet ta’ konformità f’intervall ta’ żmien xieraq. Barra minn hekk, jenħtieġ li teżerċita livell ta’ kontroll u infurzar li jista’ jservi ta’ deterrent għan-nuqqas ta’ konformità u jimmaniġġja r-riskji għal ikel sikur.

Il-verifika ta’ dan ir-rekwiżit jenħtieġ li tinkludi valutazzjoni tal-kwalità, tal-affidabbiltà u tal-konsistenza tal-kontrolli u jenħtieġ li tinvolvi attivitajiet ta’ awditjar fuq il-post. It-tim tal-awditjar jenħtieġ li jkollu l-għarfien espert tekniku rilevanti sabiex jindirizza dan l-objettiv tal-awditjar.

c)

Verifika li l-arranġamenti ppjanati jkunu idonei biex jintlaħqu l-objettivi tal-kontrolli uffiċjali.

L-idoneità tirrigwarda l-“idoneità għall-iskop” tat-tfassil u tal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ kontroll biex jinkisbu r-riżultati mixtieqa, jiġifieri, l-objettivi tar-Regolament (UE) 2017/625, tal-pjanijiet nazzjonali pluriennali ta’ kontroll (MANCPs) tal-Istati Membri jew l-objettivi ta’ politika nazzjonali. Dan l-aspett huwa partikolarment rilevanti meta jkun hemm indikazzjonijiet li l-kontrolli, imwettqa skont l-arranġamenti ppjanati, ma jkunux qed jilħqu r-riżultati jew l-objettivi ppjanati tagħhom.

Il-verifika ta’ dan ir-rekwiżit jenħtieġ li tinkludi l-valutazzjoni tal-kontrolli uffiċjali, pereżempju l-ippjanar tagħhom, il-frekwenza/l-intensità tagħhom u l-metodi applikati, filwaqt li jitqiesu l-istruttura u l-profil tar-riskju tal-katina/i tal-produzzjoni u l-prattiki u l-volum tal-produzzjoni. Jenħtieġ li tqis ukoll ir-restrizzjonijiet li setgħu influwenzaw l-ippjanar jew l-implimentazzjoni tal-arranġamenti (8).

It-tim tal-awditjar jenħtieġ li jkollu għarfien u fehim sostanzjali tal-awditjar tas-sistemi, flimkien ma’ kontribut tekniku rilevanti biex jindirizza dan l-objettiv tal-awditjar.

6.   It-twettiq tal-awditjar

6.1.   Ippjanar u tħejjija tal-awditjar

L-awditur (jew it-tim tal-awditjar) jenħtieġ li jippjana l-awditjar b’mod li jiżgura li l-awditjar isir b’mod effiċjenti u effettiv u fil-ħin.

Il-pjan tal-awditjar jenħtieġ li jipprovdi fehim tekniku u legali tas-suġġett tal-awditjar u l-entitajiet li probabbilment ikunu se jiġu awditjati, jiddetermina l-objettivi u l-ambitu tal-awditjar, jistabbilixxi l-kriterji tal-awditjar, jidentifika oqsma ewlenin/ta’ riskju, jagħżel l-approċċ tal-awditjar, u jagħmel stima tar-riżorsi u taż-żmien meħtieġ.

Il-kriterji tal-awditjar jenħtieġ li jinkludu objettivi li jirriżultaw mill-MANCPs, mir-Regolamenti (KE) Nru 178/2002 u (UE) 2017/625, kif ukoll rekwiżiti speċifiċi tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE u tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, jekk applikabbli.

Ladarba l-objettivi tal-awditjar, l-ambitu u l-kriterji tal-awditjar ikunu ġew definiti, jenħtieġ li jiġu ddeterminati l-approċċ, il-metodoloġija u t-tekniki tal-awditjar. L-għan li jiġi stabbilit l-approċċ tal-awditjar huwa li jiġi żgurat li l-objettivi tal-awditjar jintlaħqu u li tinġabar biżżejjed evidenza xierqa għall-awditjar biex jinsiltu konklużjonijiet tal-awditjar validi u affidabbli. L-awditur (jew it-tim tal-awditjar) jenħtieġ li jiżviluppa tali approċċ bl-użu tal-ġudizzju professjonali.

It-tim tal-awditjar jenħtieġ li, fl-istadju tal-ippjanar tal-awditjar, jikkunsidra liema evidenza tal-awditjar għandha tkun meħtieġa. L-ippjanar tal-evidenza meħtieġa u kif, meta u fejn għandha tinġabar huwa parti integrali mill-proċess tal-ippjanar tal-awditjar. Il-kwalità tal-evidenza miġbura għandha effett dirett u sinifikanti fuq is-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-awditjar.

6.2.   It-twettiq tal-awditjar

Qabel ma jibda l-attività tal-awditjar, it-tim tal-awditjar jenħtieġ li jiżgura li l-entità awditjata tkun infurmata b’mod sħiħ dwar l-għan, l-objettivi u l-ambitu tal-awditjar u dwar kwalunkwe rekwiżit għal kontribuzzjonijiet jew assistenza mill-entità awditjata, pereżempju aċċess għal bini, dokumenti jew data qabel jew matul l-awditjar.

L-organizzazzjoni ta’ laqgħa tal-ftuħ hija opportunità tajba biex jiġi żgurat li tiġi kkomunikata informazzjoni rilevanti bejn it-tim tal-awditjar u l-persunal ewlieni tal-entità awditjata. Din il-laqgħa tipprovdi forum biex jiġu ċċarati l-objettivi tal-awditjar, jiġi żgurat li l-pjan tal-awditjar jinftiehem, jiġu stabbiliti arranġamenti ta’ ħidma u tiġi indirizzata kwalunkwe kwistjoni pendenti.

Meta jwettaq awditjar, it-tim tal-awditjar jenħtieġ li jiġbor, jivverifika u janalizza/jevalwa l-evidenza għall-awditjar biex jiżgura li din tkun xierqa u suffiċjenti biex jinkisbu l-objettivi tal-awditjar, b’mod partikolari dawk tal-konformità mal-arranġamenti ppjanati, l-effettività tal-implimentazzjoni u l-idoneità tal-arranġamenti ppjanati biex jinkisbu l-objettivi ddikjarati. Dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jiġu rreġistrati.

L-evidenza għall-awditjar trid titqabbel mal-kriterji tal-awditjar u mal-objettivi tal-awditjar biex it-tim tal-awditjar ikun jista’ jipproduċi sejbiet tal-awditjar u jippreżenta konklużjonijiet persważivi tal-awditjar. Hija biss l-evidenza għall-awditjar li tkun xierqa u suffiċjenti li tappoġġa b’mod effettiv is-sejbiet, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar (fejn applikabbli) li jkunu kapaċi jifilħu għall-isfida u jissodisfaw reviżjoniintern u estern.

Fil-laqgħa tal-għeluq, it-tim tal-awditjar jippreżenta r-riżultati tal-awditjar u jenħtieġ li jkun hemm opportunità għal:

Diskussjoni tas-sejbiet u l-konklużjonijiet preliminari mal-maniġment tal-entità awditjata u l-kisba ta’ feedback tal-maniġment dwarhom.

L-entità awditjata biex tikkoreġi n-nuqqas ta’ fehim u biex tiddiskuti s-sejbiet u l-konklużjonijiet preliminari u biex tipprovdi aktar informazzjoni jew kjarifika b’appoġġ għall-pożizzjoni tagħha.

L-entità awditjata biex tipprovdi l-fehmiet tagħha dwar it-twettiq tal-awditjar.

It-tim tal-awditjar jista’ jirrevedi s-sejbiet u l-konklużjonijiet preliminari abbażi ta’ analiżi ulterjuri tal-evidenza miġbura jew ta’ aktar evidenza li tkun trid tiġi ppreżentata.

Kwalunkwe feedback rilevanti pprovdut mill-entità awditjata jenħtieġ li jiġi rreġistrat u kkunsidrat meta jsir ir-rappurtar dwar l-awditjar u fit-twettiq ta’ awditjar futur.

6.3.   Rappurtar tal-awditjar

Ir-rapport tal-awditjar huwa parti importanti ħafna tal-awditjar biex:

Jipprovdi assigurazzjonijiet rilevanti dwar il-funzjonament tal-proċessi soġġetti għall-awditjar.

Jidentifika u jxerred prattiki tajbin.

Jidentifika oqsma ta’ nuqqas ta’ konformità jew ta’ dgħufija u jressaqhom għall-attenzjoni tal-entità awditjata għal azzjoni korrettiva u, jew, preventiva.

Iħejji bażi għas-segwitu tal-azzjoni meħuda mill-entità awditjata b’reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet tal-awditjar.

Jipprovdi opportunità għal komunikazzjoni ma’ partijiet ikkonċernati usa’, fejn applikabbli.

Rapport tal-awditjar jenħtieġ li jkun oġġettiv, persważiv u f’waqtu.

Sabiex ikun oġġettiv, it-tim tal-awditjar jenħtieġ li, meta jirrapporta, jippreżenta evidenza rilevanti inkluż kwalunkwe evidenza li tista’ tkun kontra jew li ma tappoġġax l-opinjoni jew il-konklużjoni tiegħu. Il-preżentazzjoni selettiva tal-evidenza jenħtieġ li tiġi evitata u l-opinjonijiet tat-tim tal-awditjar li mhumiex appoġġati minn evidenza soda jenħtieġ li ma jiġux riflessi fir-rapport. Ir-rappurtar jenħtieġ li jkun ibbilanċjat u ma jiffokax esklużivament fuq elementi negattivi. Ir-rapport jenħtieġ li jkun fih dikjarazzjonijiet pożittivi fejn jinstab li l-attivitajiet tal-entità awditjata jkunu organizzati u mwettqa tajjeb.

Awditjar persważiv jistabbilixxi l-kredibbiltà tiegħu billi jippreżenta sejbiet validi u bbażati fuq l-evidenza, konklużjonijiet loġiċi u rakkomandazzjonijiet prattiċi, realistiċi u rilevanti. Ir-rapport jenħtieġ li jkun strutturat b’mod loġiku li jiggwida lill-qarrej tul il-proċess mill-iskop tal-awditjar, l-objettivi tal-awditjar u l-ambitu sas-sejbiet, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet. Jenħtieġ li jkun hemm koerenza ċara bejn l-evidenza, is-sejbiet, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet.

Il-konklużjonijiet jenħtieġ li jindirizzaw il-konformità mal-arranġamenti ppjanati, l-effettività tal-implimentazzjoni, u l-idoneità tal-arranġamenti ppjanati biex jinkisbu l-objettivi ddikjarati, kif xieraq (ara t-taqsima 5.5). Jenħtieġ li jkunu msejsa fuq evidenza oġġettiva. B’mod partikolari, meta jiġu stabbiliti l-konklużjonijiet dwar l-idoneità tal-arranġamenti ppjanati biex jiksbu l-objettivi dikjarati, tista’ tinkiseb evidenza mill-ġabra u mill-analiżi tar-riżultati minn awditjar differenti. F’dan il-każ, il-konklużjonijiet jenħtieġ li jestendu lil hinn mill-fruntieri ta’ stabbilimenti individwali, unitajiet ta’ awtoritajiet u awtoritajiet.

Ir-rakkomandazzjonijiet jenħtieġ li jkunu intiżi sabiex jeliminaw jew jikkoreġu r-raġunijiet għaliex l-entità awditjata naqset milli tissodisfa l-kriterji tal-awditjar. Ir-rakkomandazzjonijiet ma għandhomx jippreskrivu l-azzjoni li jenħtieġ li tittieħed mill-entità awditjata iżda minflok għandhom jispeċifikaw ir-riżultat li għandu jinkiseb bl-intervent ta’ azzjoni korrettiva u/jew preventiva mill-entitajiet awditjati.

Il-kontenut minimu tar-rapport jenħtieġ li jinkludi:

l-identifikazzjoni tal-awditjar, tad-dati, tal-postijiet, u tal-entità awditjata

l-objettivi, l-ambitu, il-metodoloġija u l-kriterji tal-awditjar

is-sejbiet tal-awditjar (u l-evidenza relatata), il-konklużjonijiet u, fejn applikabbli, ir-rakkomandazzjonijiet.

Skont il-politika tal-korp tal-awditjar, it-tim tal-awditjar jista’ jiġi identifikat fir-rapport jew le.

6.4.   Segwitu tal-output tal-awditjar

Fejn ikun xieraq, l-entità awditjata tenħtieġ li tfassal u tippreżenta pjan ta’ azzjoni. Dan jenħtieġ li jipproponi azzjonijiet korrettivi u preventivi marbuta biż-żmien (9) biex hija tindirizza kwalunkwe rakkomandazzjoni li tirriżulta mill-awditjar. It-tim tal-awditjar (10) jenħtieġ li jivvaluta l-idoneità tal-pjan ta’ azzjoni u jista’ jkun involut fil-verifika tal-implimentazzjoni sussegwenti tiegħu:

Il-pjan ta’ azzjoni jippermetti lit-tim tal-awditjar jevalwa jekk l-azzjoni korrettiva u preventiva proposta tkunx biżżejjed biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tar-rapport tal-awditjar. Il-pjanijiet ta’ azzjoni jenħtieġ li jinkludu l-prijoritizzazzjoni bbażata fuq ir-riskju, ir-responsabbiltà għall-implimentazzjoni u l-perjodi ta’ żmien għat-tlestija ta’ azzjoni korrettiva u preventiva. Diversi pjanijiet ta’ azzjoni jistgħu jitqiesu sodisfaċenti. Għandha tkun l-entità awditjata li tagħżel minn fost id-diversi opzjonijiet disponibbli.

Azzjoni korrettiva u preventiva ma tenħtiġx li tkun limitata għall-indirizzar ta’ rekwiżiti tekniċi speċifiċi iżda tenħtieġ li, fejn xieraq, tinkludi miżuri mifruxa mas-sistema kollha (pereżempju komunikazzjoni, kooperazzjoni, koordinazzjoni, reviżjoniu razzjonalizzazzjoni tal-proċessi ta’ kontroll). L-entità awditjata tenħtieġ li twettaq analiżi tal-kawżi ewlenin ta’ kull nuqqas ta’ konformità sabiex tiddetermina l-iktar azzjoni korrettiva u preventiva xierqa. Kull differenza bejn l-opinjonijiet tal-entità awditjata u tat-tim tal-awditjar tenħtieġ li tiġi solvuta.

Għeluq: Jenħtieġ li jiġu stabbiliti mekkaniżmi li jiżguraw li l-pjanijiet ta’ azzjoni jkunu xierqa u li l-azzjonijiet korrettivi u preventivi jitwettqu b’mod effettiv u fil-waqt. Jenħtieġ li jkun hemm qbil dwar il-proċeduri għall-għeluq tal-pjan ta’ azzjoni bejn l-entità awditjata u t-tim tal-awditjar.

7.   Reviżjoni u tixrid tar-riżultati tal-awditjar

Ir-riżultati tal-awditjar u, fejn applikabbli, il-feedback jenħtieġ li jiġu kkunsidrati fl-ippjanar ta’ programmi tal-awditjar futur u fil-kuntest tar-reviżjonital-proċess tal-awditjar.

L-implikazzjonijiet tas-sejbiet tal-awditjar jew tan-nuqqasijiet ta’ konformità għal setturi, reġjuni jew awtoritajiet kompetenti oħra jenħtieġ li jiġu kkunsidrati, b’mod partikolari fl-Istati Membri fejn il-kontrolli jitwettqu minn diversi awtoritajiet kompetenti jew ikunu deċentralizzati.

L-awditjar intern jipprovdi evalwazzjoni indipendenti tal-effettività u l-idoneità tal-kontrolli uffiċjali biex jinkisbu l-objettivi. Għalhekk, ir-riżultati tal-awditjar jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti tal-Istati Membri biex jgħinuhom jiżviluppaw u jtejbu s-sistemi ta’ kontroll tagħhom u jirrevedu l-MANCPs tagħhom.

Ir-riżultati tal-awditjar jistgħu jidentifikaw ukoll eżempji tal-aħjar prattika, li għandhom jiġu mxerrda. Dawn l-eżempji jistgħu jintużaw mill-entità awditjata f’oqsma oħra jew minn entitajiet oħra involuti f’attivitajiet simili biex itejbu l-proċessi tagħhom. Għal dan il-għan, ir-rapporti jenħtieġ li jkunu disponibbli għal setturi u reġjuni oħra fi ħdan l-Istat Membru u għall-Kummissjoni, meta dawn jintalbu.

8.   Kwistjonijiet oħrajn

8.1.   Riżorsi

L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom setgħat ta’ implimentazzjoni suffiċjenti (legali u amministrattivi), u riżorsi, bil-kompetenzi xierqa, biex jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu sistema tal-awditjar effettiva.

Ir-riżorsi umani u dawk relatati meħtieġa għall-ġestjoni, il-monitoraġġ u r-reviżjoni tal-proċess tal-awditjar jenħtieġ li jkunu disponibbli, filwaqt li wieħed iżomm f’moħħu li l-awtoritajiet kompetenti kollha u l-attivitajiet ta’ kontroll tagħhom fir-Regolament (UE) 2017/625 jenħtieġ li jiġu awditjati. It-tim tal-awditjar jista’ jinkludi kwalunkwe taħlita ta’ awdituri speċjalizzati fil-qasam ġenerali u f’dak tekniku ma’ esperti tekniċi, sabiex ikollu l-għarfien espert biex jissodisfa l-iskop u l-ambitu tal-awditjar u tal-programm(i) tal-awditjar.

Il-gwida ġenerali dwar ir-riżorsi meħtieġa għall-awditjar hija pprovduta mill-ISO 19011.

8.2.   Kompetenza tal-awditur

Il-kompetenza u l-kriterji għall-għażla tal-awdituri jenħtieġ li jkunu definiti taħt l-intestaturi li ġejjin:

Għarfien u ħiliet ġeneriċi,

Prinċipji, proċeduri u tekniki tal-awditjar; ħiliet ta’ ġestjoni/organizzattivi,

Għarfien u ħiliet tekniċi speċifiċi,

Attributi personali (11),

Edukazzjoni,

Esperjenza ta’ xogħol,

Taħriġ u esperjenza fl-awditjar.

Huwa essenzjali li jiġi stabbilit mekkaniżmu li jiżgura li l-awdituri jkunu konsistenti u jibqgħu kompetenti. Il-kompetenzi meħtieġa mit-timijiet tal-awditjar jistgħu jvarjaw skont il-qasam li jkunu qed jawditjaw fi ħdan is-sistemi ta’ kontroll jew superviżjoni. L-awdituri jenħtieġ li jkollhom l-għarfien u l-ħiliet tekniċi meħtieġa u jkunu familjari mas-suġġetti għat-taħriġ tal-persunal li jwettaq il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra, stabbiliti fil-Kapitolu I tal-Anness II tar-Regolament (UE) 2017/625.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali)(ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1).

(2)  It-terminu “jenħtieġ” f’dan id-dokument ta’ gwida jfisser prattika tajba, mhuwiex rekwiżit vinkolanti.

(3)  Skont l-Artikolu 1(5) tar-Regolament (UE) 2017/625, l-Artikolu 6 tal-istess regolament japplika wkoll għal attivitajiet uffiċjali oħra. Għall-fini ta’ dan id-dokument ta’ gwida, meta jissemmew “kontrolli uffiċjali”, magħhom huma inklużi wkoll “attivitajiet uffiċjali oħra”.

(4)  Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel, (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).

(5)  https://na.theiia.org/Pages/IIAHome.aspxhttps://na.theiia.org/Pages/IIAHome.aspx

(6)  Huwa mistenni ċertu grad ta’ flessibbiltà peress li r-responsabbiltà għall-iskrutinju indipendenti tvarja fi ħdan l-Istati Membri.

(7)  Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2017/625.

(8)  L-analiżi tal-kawżi ewlenin tista’ tkun għodda importanti fil-valutazzjoni tal-idoneità.

(9)  F’dan il-kuntest “azzjoni korrettiva” tfisser azzjoni biex tiġi eliminata l-kawża ta’ nuqqas ta’ konformità u biex tiġi evitata rikorrenza filwaqt li “azzjoni preventiva” tfisser azzjoni biex tiġi eliminata l-kawża ta’ nuqqas ta’ konformità potenzjali (biex tiġi evitata l-okkorrenza ta’ nuqqas ta’ konformità) jew sitwazzjoni potenzjali oħra mhux mixtieqa.

(10)  Huwa mistenni ċertu grad ta’ flessibbiltà peress li r-responsabbiltà għas-segwitu tvarja bejn l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

(11)  L-awdituri jenħtieġ li jkollhom ħsieb indipendenti, ikunu etiċi, b’moħħhom miftuħ, diplomatiċi, osservanti, perċettivi, versatili, tenaċi, deċiżivi, assertivi, awtonomi u miftuħa għal titjib.


26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/33


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10116 — ION/NN/bpfBOUW/IRP JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 66/03)

Fit 17 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10116. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/34


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10128 — Stirling Square Capital Partners/TA Associates/Glenigan)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 66/04)

Fit 19 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10128. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/35


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10064 — AnaCap/Carrefour/Market Pay)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 66/05)

Fit 19 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10064. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/36


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10072 — Sojitz/Eneos/Edenvale Solar Park)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 66/06)

Fit 15 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10072. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/37


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10004 — EQT/Zentricity/Cajelo/Recipharm)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 66/07)

Fit 10 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10004. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/38


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10109 — Cinven/BCI/Compre)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 66/08)

Fit 17 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10109. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/39


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10145 — American Industrial Partners/Personal Care Business of Domtar)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 66/09)

Fit 4 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10145. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

il–Kunsill

26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/40


Konklużjonijiet tal-Kunsill

dwar il-lista riveduta tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa

(2021/C 66/10)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

1.

JAPPREZZA l-kooperazzjoni produttiva kontinwa dwar kwistjonijiet ta' taxxa bejn il-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta tal-UE dwar it-Tassazzjoni tal-Intrapriżi (''Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta'') u l-biċċa l-kbira tal-ġuriżdizzjonijiet madwar id-dinja sabiex jiġu promossi globalment il-prinċipji ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa;

2.

JILQA' l-progress fil-ġuriżdizzjonijiet rilevanti permezz tal-passi attivi meħuda mill-iskadenzi miftiehma biex jissolvew in-nuqqasijiet identifikati mill-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta u JISSOTTOLINJA li tali passi jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-mekkaniżmi ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa, it-tassazzjoni ġusta, it-trasparenza fil-qasam tat-taxxa globali u l-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll globalment;

3.

JIRRIKONOXXI li l-pandemija tal-COVID-19 li għaddejja bħalissa għad għandha impatt fuq il-kapaċità ta' ħafna ġuriżdizzjonijiet li jieħdu impenji ġodda jew li jwettqu l-impenji preċedenti tagħhom, kif ukoll fuq il-metodi ta' ħidma ġenerali tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta;

4.

JISTIEDEN lill-Grupp biex ikompli jagħmel progress fuq il-kwistjonijiet pendenti kollha li ġew affettwati mill-pandemija tal-COVID-19 bil-ħsieb li dawn jitlestew malajr kemm jista' jkun, u biex jibda d-diskussjoni dwar talbiet possibbli għal impenji minn ġuriżdizzjonijiet fejn adatt;

5.

JIDDISPPJAĊIH li xi ġuriżdizzjonijiet ma ħadux passi suffiċjenti biex jimplimentaw l-impenji tagħhom sal-iskadenza miftiehma, jew ma daħlux fi djalogu sinifikattiv li jista' jwassal għal tali impenji u JISTIEDEN lil dawn il-ġuriżdizzjonijiet biex jaħdmu mal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta sabiex jissolvew il-kwistjonijiet li fadal;

6.

JIDDISPJACIH b'mod partikolari li t-Turkija ma għamlitx progress materjali fl-implimentazzjoni effettiva tal-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni mal-Istati Membri kollha tal-UE, u għalhekk għadha ma ssodisfatx l-impenji kollha li kienet ħadet biex timplimenta l-prinċipji ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa kif stabbilit fir-Rapport tal-Grupp dwar il-Kodiċi tal-Kondotta; JIEĦU NOTA li l-iskambju ta' informazzjoni ġie attivat ma' 21 Stat Membru tal-UE u huwa skedat li jibda mill-2022 b'5 Stati Membri tal-UE; JIDDISPJAĊIH li ma ġiet ipprovduta l-ebda evidenza mit-Turkija li sar skambju effettiv ta' data ma' xi wieħed mill-Istati Membri; JENFASIZZA li ma sar l-ebda progress fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni ma' Stat Membru wieħed; ITENNI li l-iskambju effettiv ta' informazzjoni mal-Istati Membri kollha huwa kondizzjoni biex it-Turkija tissodisfa l-kriterju 1.1 tal-lista tal-UE skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' Frar 2020; JISTIEDEN lit-Turkija biex sal-31 ta' Mejju 2021 tieħu impenn sħiħ f'livell politiku għoli li tattiva b'mod effettiv ir-relazzjoni tagħha ta' skambju awtomatiku ta' informazzjoni mas-6 Stati Membri li fadal sat-30 ta' Ġunju 2021; Għas-27 Stat Membru kollha l-informazzjoni għas-sena fiskali 2019 għandha tintbagħat sa mhux aktar tard mill-1 ta' Settembru 2021 u l-informazzjoni għas-snin fiskali 2020 u 2021 għandha tintbagħat skont il-kalendarju tal-OECD għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard mit-30 ta' Settembru 2021 u t-30 ta' Settembru 2022 rispettivament; JIDDIKKJARA li n-nuqqas ta' konformità ma' kwalunkwe waħda mill-ħames skadenzi indikati hawn fuq jissodisfa l-kondizzjonijiet biex it-Turkija tiġi elenkata fl-Anness I taħt il-kriterju 1.1; JISTIEDEN lill-Grupp biex jinnotifika din it-talba lit-Turkija, biex ikompli jissorvelja l-progress rigward l-iskambju effettiv ta' informazzjoni mal-Istati Membri kollha u jinforma lill-Kunsill dwar l-iżviluppi f'dan ir-rigward, filwaqt li jżomm id-djalogu tiegħu mat-Turkija dwar din il-kwistjoni u JIDDIKKJARA li l-Kunsill ser jieħu d-deċiżjoni meħtieġa dwar l-elenkar f'Ottubru 2021 abbażi tal-analiżi tal-Grupp dwar il-konformità tat-Turkija u ser jeżamina mill-ġdid din id-deċiżjoni wara l-iskadenza pendenti msemmija hawn fuq;

7.

JAPPROVA r-Rapport COCG li jinsab fid-dok. 6223/21;

8.

JAPPROVA għalhekk il-lista riveduta tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa ("Lista tal-UE") kif tinsab fl-Anness I;

9.

JAPPROVA s-sitwazzjoni attwali kif tinsab fl-Anness II fir-rigward tal-impenji meħuda minn ġuriżdizzjonijiet li jikkooperaw biex jimplimentaw prinċipji ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa;

10.

JISTIEDEN lill-istituzzjonijiet u l-Istati Membri tal-UE, kif xieraq, ikomplu jqisu l-lista riveduta tal-UE fl-Anness I fil-politika barranija, ir-relazzjonijiet ekonomiċi u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp mal-pajjiżi terzi rilevanti, mingħajr preġudizzju għall-isferi rispettivi ta' kompetenza tal-Istati Membri u tal-Unjoni kif jirriżultaw mit-Trattati.

ANNESS I

Il-lista tal-UE ta' ġuriżdizzjonijiet li ma jikkooperawx għal finijiet ta' taxxa

1.   Samoa Amerikana

Is-Samoa Amerikana ma tapplika l-ebda skambju awtomatiku ta' informazzjoni finanzjarja, ma ffirmatx u ma rratifikatx, inkluż permezz tal-ġuriżdizzjoni li huma dipendenti fuqha, il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, ma ħaditx l-impenn li tapplika l-istandards minimi tal-BEPS u ma ħaditx l-impenn li tindirizza dawn il-kwistjonijiet.

2.   Anguilla

L-Anguilla mhix ikklassifikata tal-inqas fil-livell ta' "Fil-Biċċa l-Kbira Konformi" mill-Forum Globali dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta' Informazzjoni għal Skopijiet ta' Taxxa għal Skambju ta' Informazzjoni fuq Talba u għadha ma solvietx din il-kwistjoni.

3.   Dominica

Id-Dominica mhix ikklassifikata tal-inqas fil-livell ta' "Fil-Biċċa l-Kbira Konformi" mill-Forum Globali dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta' Informazzjoni għal Skopijiet ta' Taxxa għal Skambju ta' Informazzjoni fuq Talba u għadha ma solvietx din il-kwistjoni.

4.   Fiġi

Fiġi mhijiex membru tal-Forum Globali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' informazzjoni għal skopijiet ta' taxxa ("Forum Globali"), ma ffirmatx u ma rratifikatx il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, għandha reġimi preferenzjali ta' taxxa dannużi, ma saritx membru tal-Qafas Inklużiv dwar il-BEPS u ma implimentatx l-istandard minimu tal-OECD kontra l-BEPS, u għadha ma solvietx dawn il-kwistjonijiet.

5.   Guam

Guam ma japplika ebda skambju awtomatiku ta' informazzjoni finanzjarja, ma ffirmax u ma rratifikax, inkluż permezz tal-ġuriżdizzjoni li hu dipendenti fuqha, il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, ma ħax l-impenn li japplika l-istandards minimi tal-BEPS u ma ħax l-impenn li jindirizza dawn il-kwistjonijiet.

6.   Palau

Palau ma tapplika ebda skambju awtomatiku ta' informazzjoni finanzjarja, ma ffirmatx u ma rratifikatx il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, u għadha ma solvietx dawn il-kwistjonijiet.

7.   Panama

Il-Panama mhix ikklassifikata tal-inqas fil-livell ta' "Fil-Biċċa l-Kbira Konformi" mill-Forum Globali dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta' Informazzjoni għal Skopijiet ta' Taxxa għal Skambju ta' Informazzjoni fuq Talba u għadha ma solvietx din il-kwistjoni.

8.   Samoa

Is-Samoa għandha reġim preferenzjali ta' taxxa dannużi u għadha ma solvietx din il-kwistjoni.

9.   Seychelles

Is-Seychelles għandhom reġimi preferenzjali ta' taxxa dannużi u għadhom ma solvewx dawn il-kwistjonijiet.

Barra minn hekk, is-Seychelles mhumiex tal-inqas fil-livell ta' "Fil-Biċċa l-Kbira Konformi" mill-Forum Globali dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta' Informazzjoni għal Skopijiet ta' Taxxa għal Skambju ta' Informazzjoni fuq Talba u għadhom ma solvewx din il-kwistjoni.

10.   Trinidad u Tobago

Trinidad u Tobago ma japplika l-ebda skambju awtomatiku ta' informazzjoni finanzjarja, ma għandux klassifikazzjoni ta' mill-inqas ''Fil-Biċċa l-Kbira Konformi'' mill-Forum Globali dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta' Informazzjoni għal Skopijiet ta' Taxxa għall-Iskambju ta' Informazzjoni fuq Talba, ma ffirmax u ma rratifikax il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, għandu reġimi preferenzjali tat-taxxa dannużi, u għadu ma solviex dawn il-kwistjonijiet.

11.   Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti

Il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti ma japplikaw ebda skambju awtomatiku ta' informazzjoni finanzjarja, ma ffirmawx u ma rratifikawx, inkluż permezz tal-ġuriżdizzjoni li huma dipendenti fuqha, il-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka kif emendata, għandhom reġimi preferenzjali ta' taxxa dannużi, ma ħadux l-impenn li japplikaw l-istandards minimi tal-BEPS u ma ħadux l-impenn li jindirizzaw dawn il-kwistjonijiet.

12.   Vanuatu

Vanuatu mhux ikklassifikat tal-inqas fil-livell "Fil-Biċċa l-Kbira Konformi" mill-Forum Globali dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta' Informazzjoni għal Skopijiet ta' Taxxa għal Skambju ta' Informazzjoni fuq Talba, jiffaċilita strutturi u arranġamenti offshore li għandhom l-għan li jattiraw qligħ mingħajr sustanza ekonomika reali u għadu ma solviex dawn il-kwistjonijiet.


ANNESS II

Is-sitwazzjoni attwali tal-kooperazzjoni mal-UE fir-rigward tal-impenji meħuda minn ġuriżdizzjonijiet li jikkooperaw biex jiġu implimentati l-prinċipji ta' governanza tajba fil-qasam tat-taxxa

1.   Trasparenza

1.1.   Impenn li jimplimentaw l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni, kemm bl-iffirmar tal-Ftehim Multilaterali bejn l-Awtoritajiet Kompetenti jew permezz ta' ftehimiet bilaterali

Il-ġuriżdizzjoni li ġejja mistennija tieħu impenn f'livell politiku għoli sal-31 ta' Mejju 2021 u tattiva b'mod effettiv ir-relazzjoni tagħha ta' skambju awtomatiku ta' informazzjoni mas-27 Stat Membru kollha sat-30 ta' Ġunju 2021 skont l-iskeda ta' żmien imsemmija fil-paragrafu 6 ta 'dawn il-konklużjonijiet tal-Kunsill.

Turkija

1.2.   Is-sħubija tal-Forum Globali dwar it-trasparenza u l-iskambju ta' Informazzjoni għal skopijiet ta' taxxa ("Forum Globali") u l-klassifikazzjoni sodisfaċenti b'rabta mal-iskambju ta' informazzjoni fuq talba

Il-ġuriżdizzjoni li ġejja, li ħadet l-impenn li jkollha klassifikazzjoni suffiċjenti sa tmiem l-2018, qiegħda tistenna eżami supplimentari mill-Forum Globali:

Turkija

Il-pajjiż fil-fażi tal-iżvilupp mingħajr ċentru finanzjarju msemmi hawn taħt, li ħa l-impenn li jkollu klassifikazzjoni suffiċjenti sa tmiem l-2019, qiegħed jistenna eżami supplimentari mill-Forum Globali:

Botswana

Il-ġuriżdizzjoni li ġejja qed tistenna reviżjoni supplimentari mill-Forum Globali:

Barbados

1.3.   Iffirmar u ratifika tal-Konvenzjoni Multilaterali tal-OECD dwar l-Assistenza Amministrattiva Reċiproka (MAC) jew in-network ta' ftehimiet li jkopru l-Istati Membri kollha tal-UE

Il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp mingħajr ċentru finanzjarju li ġejjin, li għamlu progress sinifikattiv fit-twettiq tal-impenji tagħhom, ingħataw sal-31 ta' Diċembru 2020 biex jiffirmaw il-MAC u sal-31 ta' Diċembru 2021 biex jirratifikaw il-MAC:

Botswana, Eswatini, Ġordan, Tajlandja

Il-pajjiż fil-fażi tal-iżvilupp mingħajr ċentru finanzjarju li ġej, li għamel progress fit-twettiq tal-impenji tiegħu, ingħata sat-30 ta' April 2021 biex jiffirma il-MAC u sal-31 ta' Diċembru 2021 biex jirratifika il-MAC:

Maldivi

2.   Tassazzjoni Ġusta

2.1.   L-eżistenza ta' reġimi ta' taxxa dannużi

Il-ġuriżdizzjoni li ġejja, li ħadet l-impenn li temenda jew tabolixxi r-reġimi ta' taxxa dannużi tagħha sa tmiem l-2019 iżda nżammet milli tagħmel dan minħabba dewmien fi proċess fil-Forum tal-OECD dwar Prattiki ta' Taxxa Dannużi, ingħatat sa tmiem l-2021 biex tadatta l-leġiżlazzjoni tagħha:

Awstralja

Il-ġuriżdizzjoni li ġejja, li għamlet progress sinifikattiv fit-twettiq tal-impenn tagħha li temenda jew tabolixxi r-reġim tat-taxxa dannuż tagħha, ingħatat sal-31 ta' Diċembru 2021 biex tagħmel dan:

Ġordan

Il-ġuriżdizzjoni li ġejja, li ħadet l-impenn li temenda jew tabolixxi r-reġim tat-taxxa dannuż tagħha, ingħatat sal-31 ta' Diċembru 2022 biex tadatta l-leġiżlazzjoni tagħha:

Ġamajka


26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/46


Avviż għall-attenzjoni ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

(2021/C 66/11)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (1)1, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/353 (2)2, u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/339 (4)4, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista tal-persuni u l-entitajiet deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u fir-Regolament (KE) Nru 765/2006 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni u entitajiet. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni u entitajiet huma mniżżla fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.

Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fuq is-siti web fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 765/2006, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).

Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill qabel it-30 ta' Novembru 2021, flimkien mad-dokumentazzjoni ta' sostenn, li d-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista msemmija hawn fuq għandha tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK u l-Artikolu 8a(4) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006, tal-lista tal-persuni u l-entitajiet deżinjati.


(1)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L68, 26.2.2021, p. 189

(3)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(4)  ĠU L68, 26.2.2021, p. 29


26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/47


Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja

(2021/C 66/12)

Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/353 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 765/2006 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/339 (5).

Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - RELEX fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Council of the European Union

General Secretariat

RELEX.1.C

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu

L-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Data tas-SĠK jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data

data.protection@consilium.europa.eu

L-għan tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/353, u r-Regolament (KE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/339.

Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar fil-lista kif stabbilit fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u r-Regolament (KE) Nru 765/2006.

Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni tajba tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kull data oħra marbuta ma' dan.

Id-data personali miġbura tista' tkun kondiviża skont kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.

Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt ta' aċċess, kif ukoll id-drittijiet ta' rettifika jew ta' oġġezzjoni ser jiġi indirizzat skont ir-Regolament (UE) 2018/1725.

Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.

Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE)2018/1725 (edps@edps.europa.eu).


(1)  ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39.

(2)  ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.

(3)  ĠU L68, 26.2.2021, p. 189.

(4)  ĠU L 134, 20.5.2006, p. 1.

(5)  ĠU L68, 26.2.2021, p. 29..


Il-Kummissjoni Ewropea

26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/49


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta' Frar 2021

(2021/C 66/13)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2225

JPY

Yen Ġappuniż

129,73

DKK

Krona Daniża

7,4363

GBP

Lira Sterlina

0,86408

SEK

Krona Żvediża

10,0668

CHF

Frank Żvizzeru

1,1076

ISK

Krona Iżlandiża

153,30

NOK

Krona Norveġiża

10,2275

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,110

HUF

Forint Ungeriż

360,18

PLN

Zloty Pollakk

4,5122

RON

Leu Rumen

4,8748

TRY

Lira Turka

8,8344

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5317

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5257

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,4793

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6409

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6120

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 359,14

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

18,1101

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8898

HRK

Kuna Kroata

7,5895

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 352,10

MYR

Ringgit Malażjan

4,9383

PHP

Peso Filippin

59,492

RUB

Rouble Russu

90,3519

THB

Baht Tajlandiż

36,858

BRL

Real Brażiljan

6,6663

MXN

Peso Messikan

25,3424

INR

Rupi Indjan

88,7940


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/50


Notifika ta’ bidu dwar il-possibilità li tiġi estiża l-miżura ta’ salvagwardja applikabbli għall-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar

(2021/C 66/14)

Fl-1 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni Ewropea (‘il-Kummissjoni’) imponiet miżuri ta’ salvagwardja definittivi fuq ċerti prodotti tal-azzar permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159 (1). Il-miżura attwalment fis-seħħ tikkonsisti fi kwota tar-rata tariffarja (“TRQ”), ibbażata fuq importazzjonijiet storiċi, li hija applikabbli għall-importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ kull waħda mis-26 kategorija ta’ prodotti li jinkludu l-prodott ikkonċernat. Meta l-kwota tariffarja rilevanti tiġi eżawrita, jiġi impost dazju addizzjonali ta’ 25 % fuq il-prezz nett, ħieles fil-konfini tal-Unjoni.

Il-miżura ta’ salvagwardja ġiet imposta għal perjodu inizjali ta’ tliet snin, jiġifieri sat-30 ta’ Ġunju 2021.

1.   Talba għal estensjoni tal-miżura

Il-Kummissjoni rċeviet talba sostanzjata minn 12-il Stat Membru fil-15 ta’ Jannar 2021 biex skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) teżamina jekk il-miżura ta’ salvagwardja għandhiex tiġi estiża fil-ħin.

It-talba tinkludi evidenza li tissuġġerixxi li l-miżura ta’ salvagwardja għadha meħtieġa biex tipprevjeni jew tirrimedja dannu serju, u li l-produtturi tal-Unjoni qed jaġġustaw. B’mod partikolari, it-talba fiha informazzjoni dwar il-prestazzjoni negattiva ta’ ċerti indikaturi ewlenin tad-dannu u l-eżistenza ta’ pressjoni sinifikanti kontinwa fuq l-importazzjoni minn pajjiżi terzi. It-talba tipprovdi wkoll elementi li jindikaw il-fatt li l-kapaċità żejda globali għadha f’livell għoli ħafna, li għadd rilevanti ta’ miżuri restrittivi għall-kummerċ u miżuri ta’ difiża kummerċjali minn pajjiżi terzi għadhom qed jiġu adottati, u li ma hemm l-ebda element li jissuġġerixxi li l-Istati Uniti se jkunu qed ineħħu l-miżuri tat-Taqsima 232 dwar l-azzar. Għalhekk it-talba targumenta li r-riskju ta’ devjazzjoni tal-kummerċ ikompli u li jekk titneħħa l-miżura, l-industrija tal-Unjoni tiffaċċja fluss ta’ importazzjonijiet li jkollu impatt negattiv ħafna fuq il-prestazzjoni ekonomika tagħha. Barra minn hekk, it-talba tinkludi eżempji relatati mal-aġġustamenti mwettqa mill-produtturi tal-Unjoni. Il-Kummissjoni qieset li l-informazzjoni pprovduta, inklużi s-sorsi u l-evidenza ta’ sostenn, jikkostitwixxu bażi suffiċjenti biex tinbeda investigazzjoni.

2.   Kamp ta’ applikazzjoni u objettiv tal-investigazzjoni

Skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2015/755, il-perjodu inizjali ta’ kemm iddum miżura ta’ salvagwardja jista’ jiġi estiż. Sabiex jiġi stabbilit jekk tali estensjoni hijiex ġustifikata, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq investigazzjoni skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/755 rispettivament.

Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni se tiffoka l-valutazzjoni tagħha, b’mod partikolari, fuq jekk il-miżura ta’ salvagwardja għadhiex meħtieġa biex tipprevjeni jew tirrimedja dannu serju, jekk hemmx evidenza li l-produtturi tal-Unjoni qed jaġġustaw, u jekk estensjoni tkunx fl-interess tal-Unjoni. L-investigazzjoni se tiddetermina wkoll it-tul ta’ żmien xieraq tal-estensjoni (jekk ikun hemm).

3.   Prodott li qed jiġi investigat

Il-prodott taħt investigazzjoni jikkonsisti minn ċerti prodotti tal-azzar elenkati fl-Anness I ta’ din in-Notifika.

4.   Proċedura

Wara li ddeterminat li hemm biżżejjed evidenza għad-dispożizzjoni tagħha, il-Kummissjoni b’dan qed tagħti bidu għal investigazzjoni biex tiddetermina jekk għandhiex testendi t-tul ta’ żmien tal-miżuri ta’ salvagwardja attwali fuq ċerti prodotti tal-azzar.

4.1.   Tweġibiet għall-kwestjonarju (produtturi tal-Unjoni biss)

Biex twettaq valutazzjoni xierqa rigward il-ħtieġa li jiġi estiż it-tul ta’ żmien tal-miżura ta’ salvagwardja attwali biex jiġi evitat jew rimedjat dannu serju, il-Kummissjoni tqis li huwa meħtieġ li tinġabar data speċifika mill-industrija tal-Unjoni. Din id-data tinkludi, fost l-oħrajn, il-prestazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi u finanzjarji ewlenin għall-perjodu kkunsidrat (2018–2020).

Il-produtturi tal-Unjoni huma għalhekk mitluba jimlew u jippreżentaw, permezz tal-assoċjazzjonijiet tal-Unjoni rispettivi tagħhom, il-kwestjonarji fi żmien 21 jum mill-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika. Mudell tal-kwestjonarju rilevanti huwa disponibbli fuq: https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2519

4.2.   Preżentazzjonijiet bil-miktub

Sabiex jiksbu l-informazzjoni rilevanti kollha meqjusa meħtieġa għall-investigazzjoni, il-partijiet interessati, jiġifieri l-partijiet li għandhom rabta oġġettiva bejn l-attivitajiet tagħhom u l-prodott li qed jiġi investigat, huma b’dan mistiedna jippreżentaw il-fehmiet tagħhom, jippreżentaw l-informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 15-il jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ din in-Notifika f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Is-sottomissjonijiet bil-miktub kollha għandhom isiru permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI). Ara t-Taqsima 4.6 għal aktar dettalji.

Il-partijiet li jagħmlu sottomissjoni huma mitluba jiddikjaraw b’mod ċar fil-korrispondenza tagħhom liema mill-kwistjoni(jiet) ta’ hawn taħt hija(huma) kkonċernata(i) mis-sottomissjoni tagħhom, u jressqu l-argumenti tagħhom taħt l-intestaturi li ġejjin:

a)

Jekk il-miżura għadhiex bżonnjuża, u għaliex;

b)

Kunsiderazzjonijiet ta' interess tal-Unjoni;

c)

Oħrajn

Għal raġunijiet ta’ effiċjenza, u kif għamlet f’investigazzjonijiet ta’ rieżami preċedenti, il-Kummissjoni awtomatikament se testendi l-istatus ta’ parti interessata lill-partijiet ikkonċernati kollha li għandhom dan l-istatus taħt il-miżura ta’ salvagwardja attwali. Madankollu, din id-dispożizzjoni ma tapplikax għal Prokura (‘PoA’).

Għal dawk il-kumpaniji, assoċjazzjonijiet jew gvernijiet ta’ pajjiżi terzi li jixtiequ jipparteċipaw fil-proċediment mibdi mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż permezz ta’ rappreżentanti legali esterni, hija meħtieġa preżentazzjoni ta’ PoA speċifika għal dan il-proċediment.

Il-partijiet li jixtiequ jipparteċipaw fil-proċediment u li bħalissa mhumiex irreġistrati bħala partijiet interessati għall-każ huma mistiedna jispjegaw l-interess u r-rabtiet tagħhom mal-każ meta jagħmlu sottomissjoni permezz tat-TRON.

4.3.   Possibbiltà għal kummenti dwar il-preżentazzjonijiet ta’ partijiet oħra

Sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tad-difiża, jenħtieġ li l-partijiet interessati jkollhom il-possibbiltà li jikkummentaw dwar l-informazzjoni ppreżentata minn partijiet interessati oħra. Meta jagħmlu dan, il-partijiet interessati jistgħu jindirizzaw biss il-kwistjonijiet imqajma fis-sottomissjonijiet tal-partijiet interessati l-oħra u ma jistgħux iqajmu kwistjonijiet ġodda. F’konfutazzjoni, il-partijiet interessati jenħtieġ li jindikaw b’mod speċifiku liema parti (jiet) qed jirribattu, u jsegwu l-istess struttura tal-intestaturi msemmija hawn fuq.

Tali kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni fi żmien għaxart ijiem minn meta s-sottomissjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4.2 kif ukoll it-tweġibiet tal-kwestjonarju mill-produtturi tal-Unjoni jsiru disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati. Il-Kummissjoni se tinforma kif xieraq lill-partijiet interessati, permezz tat-TRON, meta jiskatta dan it-tieni stadju tal-proċediment bil-miktub.

L-aċċess għall-fajl disponibbli għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati jsir permezz ta’ Tron.tdi f’dan l-indirizz: https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI. Jekk jogħġbok segwi l-istruzzjonijiet fuq din il-paġna sabiex ikollok aċċess.

L-iskeda ta’ żmien indikata hija mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Kummissjoni li titlob għal informazzjoni addizzjonali mingħand il-partijiet interessati f’każijiet debitament ġustifikati.

4.4.   Possibbiltà ta’ smigħ mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni

Il-partijiet interessati kollha jistgħu jitolbu li jinstemgħu mis-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. Kull talba għal seduta ta’ smigħ trid issir bil-miktub fi żmien ħmistax-il jum mill-pubblikazzjoni ta’ dan l-Avviż fil-Ġurnal Uffiċjali, u trid tispeċifika r-raġunijiet għat-talba kif ukoll sommarju ta’ dak li l-parti interessata tixtieq tiddiskuti matul is-smigħ.

Il-partijiet interessati huma infurmati, madankollu, li minħabba l-ħtieġa li titlesta l-investigazzjoni u tittieħed deċiżjoni sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2021 (ara t-Taqsima 5. hawn taħt) in-numru probabbli għoli ta’ partijiet interessati u l-fatt li dawn il-partijiet interessati se jingħataw il-possibbiltà li jikkummentaw dwar is-sottomissjonijiet ta’ partijiet oħra, li se jiżguraw biżżejjed opportunitajiet biex jiddefendu u jesprimu l-fehmiet tagħhom, il-Kummissjoni biħsiebha twettaq l-investigazzjoni bil-miktub, mingħajr ma torganizza seduti orali sakemm il-partijiet interessati ma jkunux jistgħu juru li hemm bżonn speċjali li jinstemgħu f’forma orali.

4.5.   Il-preżentazzjoni tal-informazzjoni u estensjoni għal-limiti ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika

Bħala regola, il-partijiet interessati jistgħu jippreżentaw biss l-informazzjoni fil-perjodi ta’ żmien speċifikati f’din in-Notifika. Kwalunkwe estensjoni tal-limiti ta’ żmien previsti f’din in-Notifika tista’ tintalab biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali u tingħata biss jekk tkun debitament ġustifikata. L-estensjonijiet eċċezzjonali debitament ġustifikati għad-data tal-iskadenza għas-sottomissjoni normalment ikunu limitati għal massimu ta’ tlett ijiem addizzjonali.

4.6.   Struzzjonijiet għas-sottomissjonijiet bil-miktub u biex jintbagħtu l-kwestjonarji mimlija u l-korrispondenza

L-informazzjoni ppreżentata lill-Kummissjoni għall-fini ta’ proċediment tad-difiża tal-kummerċ għandha tkun ħielsa mid-drittijiet tal-awtur. Il-partijiet interessati, qabel ma jippreżentaw lill-Kummissjoni informazzjoni u/jew data soġġetti għad-drittijiet tal-awtur ta’ parti terza, iridu jitolbu permess speċifiku lid-detentur tad-drittijiet tal-awtur li jippermetti b’mod espliċitu li l-Kummissjoni a) tuża l-informazzjoni u d-data għall-fini ta’ dan il-proċediment tad-difiża tal-kummerċ u b) tipprovdi l-informazzjoni u/jew id-data lill-partijiet interessati f’din l-investigazzjoni f’għamla li tippermettilhom jeżerċitaw id-drittijiet tad-difiża tagħhom.

Il-preżentazzjonijiet bil-miktub kollha mill-partijiet interessati li għalihom jintalab trattament kunfidenzjali għandhom jiġu mmarkati “Limited” (Ristrett) (4). Il-partijiet li jippreżentaw informazzjoni matul din l-investigazzjoni huma mistiedna jagħtu raġuni għat-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali.

Il-partijiet li jipprovdu informazzjoni “Limited” għandhom l-obbligu li jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali tagħha skont l-Artikolu 8 tar-Regolament UE 2015/478 (5) u l-Artikolu 5 tar-Regolament UE 2015/755 (6), filwaqt li jimmarkawha “For inspection by interested parties” (Għall-ispezzjoni mill-partijiet interessati). Dawn is-sommarji għandhom ikunu dettaljati biżżejjed biex jippermettu komprensjoni raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni mressqa b’mod kunfidenzjali u jridu jaslu għand il-Kummissjoni fl-istess waqt tal-verżjoni “Limited”.

Jekk parti li tipprovdi informazzjoni kunfidenzjali tonqos milli tagħti raġunijiet ġusti għal talba ta’ trattament kunfidenzjali jew ma tipprovdix sommarju mhux kunfidenzjali tagħha fil-format u bil-kwalità mitluba, il-Kummissjoni tista’ tinjora tali informazzjoni sakemm ma jkunx jista’ jintwera b’mod sodisfaċenti minn sorsi xierqa li l-informazzjoni hija korretta.

Il-partijiet interessati huma mistiedna jagħmlu l-preżentazzjonijiet kollha u t-talba tagħhom permezz ta’ TRON.tdi (https://tron.trade.ec.europa.eu/tron/TDI) inklużi prokuri skennjati. Meta jużaw il-posta elettronika jew TRON.tdi, il-partijiet interessati jesprimu l-qbil tagħhom mar-regoli applikabbli għas-sottomissjonijiet elettroniċi li jinsabu fid-dokument “CORRESPONDENCE WITH THE EUROPEAN COMMISSION IN TRADE DEFENCE CASES (KORRISPONDENZA MAL-KUMMISSJONI EWROPEA F’KAŻIJIET TA’ DIFIŻA TAL-KUMMERĊ)” ippubblikat fuq il-website tad-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/june/tradoc_148003.pdf. Il-partijiet interessati jridu jindikaw isimhom, l-indirizz, in-numru tat-telefon u indirizz validu tal-posta elettronika tagħhom u għandhom jiżguraw li l-indirizz tal-posta elettronika pprovdut ikun indirizz tal-posta elettronika uffiċjali tax-xogħol, li jaħdem u li jikkonsultawh kuljum. Ladarba jiġu pprovduti d-dettalji ta’ kuntatt, il-Kummissjoni tikkomunika mal-partijiet interessati permezz ta’ TRON.tdi jew il-posta elettronika biss, sakemm ma jitolbux li jirċievu d-dokumenti kollha mingħand il-Kummissjoni b’mezz ieħor ta’ komunikazzjoni jew sakemm in-natura tad-dokument li jrid jintbagħat ma tkunx teħtieġ l-użu tal-posta rreġistrata. Għal regoli u għal informazzjoni ulterjuri dwar il-korrispondenza mal-Kummissjoni, inklużi l-prinċipji li japplikaw għall-preżentazzjonijiet bi TRON.tdi, il-partijiet interessati għandhom jikkonsultaw l-istruzzjonijiet ta’ komunikazzjoni mal-partijiet interessati msemmija hawn fuq.

L-indirizz tal-Kummissjoni għall-korrispondenza:

Il-Kummissjoni Ewropea

Directorate General for Trade

Directorate H, unit G5

Uffiċċju: CHAR 03/66

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

TRON.tdi: https://webgate.ec.europa.eu/tron/tdi

Indirizz tal-posta elettronika: TRADE-SAFE009-REVIEW@ec.europa.eu

5.   Skeda tal-investigazzjoni

Il-miżuri fis-seħħ se jiskadu fit-30 ta’ Ġunju 2021, sakemm ma jkunx hemm deċiżjoni biex dawn jiġu estiżi. Għalhekk, kwalunkwe deċiżjoni li tirriżulta minn dan il-proċediment għandha ssir qabel dik id-data.

6.   Nuqqas ta’ Kooperazzjoni

F’każijiet fejn xi parti interessata ma tipprovdix l-informazzjoni meħtieġa fil-limiti ta’ żmien, jew tfixkel b’mod sinifikanti l-investigazzjoni, jistgħu jiġu stabbiliti sejbiet abbażi tal-fatti disponibbli, f’konformità mal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/478 u l-Artikolu 3 tar-Regolament (UE) 2015/755. Fejn jinstab li xi parti interessata tkun ipprovdiet informazzjoni falza jew qarrieqa, l-informazzjoni tista’ tiġi injorata u jistgħu jintużaw il-fatti disponibbli.

7.   Uffiċjal tas-Seduta

L-Uffiċjal tas-Seduta jagħmilha ta’ medjatur bejn il-partijiet interessati u s-servizzi ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni. L-Uffiċjal tas-Seduta jirrieżamina t-talbiet għall-aċċess għall-fajl, it-tilwim fir-rigward tal-kunfidenzjalità tad-dokumenti, it-talbiet għal estensjoni tal-limiti ta’ żmien u kwalunkwe talba oħra dwar id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet interessati u tal-partijiet terzi li jaf tfeġġ matul il-proċediment.

Il-partijiet interessati jistgħu jitolbu intervent mill-Uffiċjal tas-Seduta. Fil-prinċipju, dawn l-interventi għandhom ikunu limitati għall-kwistjonijiet li jkunu nqalgħu matul il-proċediment ta’ rieżami attwali.

Talba għal intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika r-raġunijiet għat-talba. Il-partijiet interessati qed jiġu mistiedna biex isegwu l-iskedi ta’ żmien stabbiliti fit-Taqsima 4.1 sat-Taqsima 4.3 ta’ din in-Notifika għas-sottomissjonijiet lill-Kummissjoni meta jintalab l-intervent tal-Uffiċjal tas-Seduta. Fejn talbiet bħal dawn jiġu ppreżentati barra l-iskedi ta’ żmien rilevanti, l-Uffiċjal tas-Seduta jista’ jeżamina wkoll ir-raġunijiet għaliex dawn kienu tard, b’kunsiderazzjoni xierqa tal-interessi tal-amministrazzjoni tajba u t-tlestija fil-ħin tal-investigazzjoni.

Għal iktar informazzjoni u għad-dettalji ta’ kuntatt, il-partijiet interessati jistgħu jikkonsultaw il-paġni web tal-Uffiċjal tas-Seduta ta’ Smigħ fuq is-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://ec.europa.eu/trade/trade-policy-and-you/contacts/hearing-officer/.

8.   Ipproċessar ta’ data personali

Kwalunkwe data personali li tinġabar f’din l-investigazzjoni tiġi ttrattata f’konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7).

Notifika dwar il-protezzjoni tad-data li tinforma lill-individwi kollha dwar l-ipproċessar tad-data personali fil-qafas tal-attivitajiet tad-difiża tal-kummerċ tal-Kummissjoni tinsab fis-sit web tad-DĠ Kummerċ: http://trade.ec.europa.eu/doclib/html/157639.htm


(1)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/159, tal-31 ta’ Jannar 2019 li jimponi miżuri definittivi ta’ salvagwardja kontra l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-azzar (ĠU L 31, 1.2.2019, p. 27).

(2)  Ir-Regolament (UE) 2015/478 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet għall-importazzjonijiet (ĠU L 83, 27.3.2015, p. 16).

(3)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-L-Erbgħa, 29 ta’ April 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

(4)  Dokument “Limited” huwa dokument li jitqies kunfidenzjali skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/478, l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2015/755 u l-Artikolu 3.2 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji. Huwa wkoll dokument protett skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(5)  ĠU L 83, 27.3.2015, p.16.

(6)  ĠU L123, 19.5.2015, p.33.

(7)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).


ANNESS

Numru tal-Kategorija tal-prodott

Kategorija tal-Prodott

1

Folji u Strixxi Mhux Illigati u Oħrajn Illigati Llaminati bis-Sħana

2

Folji Mhux Illigati u Oħrajn Illigati Llaminati bis-Sħana

3.A

Folji Elettriċi (għajr GOES)

3.B

4.A

Folji Miksija Metalliċi

4.B

5

Folji b’kisja organika

6

Prodotti Stanjati

7

Pjanċi Kwarto Mhux Illigati u Oħrajn Illigati

8

Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Rrumblati bis-Sħana

9

Folji u Strixxi tal-Azzar Inossidabbli Rrumblati bil-Kesħa

10

Pjanċi Kwarto Inossidabbli Llaminati bis-Sħana

12

Forom tal-Metall u Forom Ħfief Mhux Illigati u Oħrajn Illigati

13

Żbarri tar-rinforz

14

Żbarri Stainless u Forom Ħfief

15

Vireg tal-Wajer Stainless

16

Vireg tal-Wajer Mhux Illigati u Oħrajn Illigati

17

Angoli, Forom u Qatgħat tal-Ħadid jew tal-Azzar Mhux Illigat

18

Gzuz ta’ pjanċi (sheet piling)

19

Materjal għall-ferrovija

20

Pajpijiet tal-gass

21

Pajpijiet vojta minn ġewwa

22

Tubi u Pajpijiet Inossidabbli Mingħajr Saldatura

24

Tubi Oħra Mingħajr Saldatura

25 A

Tubi iwweldjati kbar

25 B

26

Pajpijiet iwweldjati oħra

27

Żbarri mhux Illigati u oħrajn illigati b'finatura bil-kesħa

28

Wajer Mhux Illigat


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/56


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10148 — FCA/EEPS/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 66/15)

1.   

Fit-18 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

FCA Italy S.p.A. (“FCA”, l-Italja), sussidjarja tal-Fiat Chrysler Automobiles N.V. Group (“FCA NV”, in-Netherlands), li se tinkorpora lil Peugeot S.A. u tbiddel isimha għal Stellantis N.V. (in-Netherlands),

EPS E-mobility S.r.l. (“EPS E-mobility”), li bħalissa hija proprjetà ta’ ENGIE EPS Italia S.r.l. (“EEPS”, l-Italja), sussidjarja tal-Grupp ENGIE (Franza).

FCA u EEPS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-EPS E-mobolity.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

FCA NV: grupp globali tal-karozzi li l-attivitajiet tiegħu jipprevedu d-disinn, il-manifattura u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief (taħt il-marki Abarth, Alfa Romeo, Chrysler, Dodge, Fiat, Fiat Professional, Jeep, Lancia, Maserati u Ram) kif ukoll ta’ komponenti u sistemi ta’ produzzjoni madwar id-dinja,

EEPS: huwa l-attur industrijali tal-grupp ENGIE attiv fil-forniment ta’ soluzzjonijiet ta’ mikrogrilja, sistemi ta’ ħżin tal-enerġija għall-produtturi tal-enerġija rinnovabbli u servizzi ta’ mobbiltà elettronika,

EPS E-mobility: tiżviluppa soluzzjonijiet u teknoloġiji innovattivi għall-vetturi elettriċi u ibridi li jipprovdu soluzzjonijiet innovattivi ta’ ċċarġjar.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10148 — FCA/EEPS/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/58


Pubblikazzjoni ta’ komunikazzjoni ta’ approvazzjoni ta’ emenda standard għall-ispeċifikazzjoni ta’ prodott għal isem fis-settur tal-inbid, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2) u (3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33

(2021/C 66/16)

Din il-komunikazzjoni hija ppubblikata f’konformità mal-Artikolu 17(5) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/33 (1)

KOMUNIKAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD LI TIMMODIFIKA D-DOKUMENT UNIKU

LA JARABA

PDO-ES-01895-AM01

Data tal-komunikazzjoni: 16.11.2020

DESKRIZZJONI TAL-EMENDA APPROVATA U R-RAĠUNIJIET GĦALIHA

Titolu

ŻIEDA TA’ INBID ABJAD

Taqsima 2.1 “Parametri li għandhom jiġu kkunsidrati, limiti analitiċi u tolleranzi” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; l-emenda tikkonċerna wkoll it-taqsima “Deskrizzjoni tal-inbejjed” fid-Dokument Uniku.

Deskrizzjoni u raġunijiet

Iż-żieda tal-inbid abjad monovarjetali magħmul minn għeneb Sauvignon Blanc tfisser li l-parametri analitiċi tal-inbejjed bojod iridu jiġu ddefiniti.

FORMULAZZJONI ĠDIDA TAL-KLIEM

2.1.2.

Inbid abjad

Parametru

Limitu

Limitu ta’ tolleranza

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

≥11,5

±0,2

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

≥12,5

±0,2

Zokkor riduċenti (g/l espress bħala glukożju)

≤4

±0,5

Aċidità totali (g/l espressa bħala aċidu tartariku)

4<F’<7

±0,3

Aċidità volatili (meq/l)

≤16,7

±0,3

Diossidu tal-kubrit totali (mg/l)

≤130

±15

Kontenut ta’ stronzju (mg/l)

>2,2

±0,2

RAĠUNI

Minħabba li ż-żona demarkata għad-DOP La Jaraba tinkludi roqgħa art ta’ għeneb Sauvignon Blanc li jipproduċu nbejjed li fihom ukoll livelli għoljin ta’ stronzju, nitolbu li ssir emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott sabiex tiġi inkluża l-varjetà tal-għeneb abjad Sauvignon Blanc u l-inbejjed bojod prodotti minnha.

Titolu

ŻIEDA TA’ NBID ABJAD

Taqsima 2.2 “Karatteristiċi li għandhom jiġu ddeterminati permezz ta’ analiżijiet organolettiċi” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; l-emenda tikkonċerna wkoll it-taqsima “Deskrizzjoni tal-inbejjed” fid-Dokument Uniku.

Deskrizzjoni u raġunijiet

Iż-żieda tal-inbid abjad monovarjetali magħmul minn għeneb Sauvignon Blanc tfisser li l-karatteristiċi organolettiċi tal-inbid abjad prodott iridu jiġu ddefiniti.

FORMULAZZJONI ĠDIDA TAL-KLIEM

2.2.4.

- Inbid abjad monovarjetali Sauvignon Blanc

Dehra: nadifa, qawwija u ċara b’kulur isfar lewn it-tiben.

Aroma: intensa u sħiħa b’noti li huma tipiċi tal-varjetà, b’mod partikolari frott tal-għadma abjad, u noti tal-fjuri.

Togħma: friska, sensazzjoni tal-ħarir fil-palat u bbilanċjata.

RAĠUNI

Minħabba li ż-żona demarkata għad-DOP La Jaraba tinkludi roqgħa art ta’ għeneb Sauvignon Blanc li jipproduċu nbejjed li fihom ukoll livelli għoljin ta’ stronzju, nitolbu li ssir emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott sabiex tiġi inkluża l-varjetà tal-għeneb abjad Sauvignon Blanc u l-inbejjed bojod prodotti minnha.

Titolu

METODI TA’ PRODUZZJONI U TA’ VINIFIKAZZJONI GĦALL-INBID ABJAD

Taqsima 3 “Prattiki enoloġiċi speċifiċi” fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; l-emenda tikkonċerna wkoll it-taqsima “Prattiki enoloġiċi speċifiċi” fid-Dokument Uniku.

Deskrizzjoni u raġunijiet

Il-prattiki enoloġiċi speċifiċi għall-produzzjoni tal-inbid abjad jiżdiedu skont iż-żieda tal-varjetà Sauvignon Blanc mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott.

FORMULAZZJONI ĠDIDA TAL-KLIEM

Il-most miksub mill-għeneb abjad permezz tat-tgħaffiġ u l-għasir tal-ħsad bla zokk jitħalla joqgħod f’temperatura ta’ bejn 15 u 20 oC għal perjodu ta’ mhux inqas minn 12-il siegħa. Fermentazzjoni alkoħolika tal-most f’temperatura ta’ bejn 10 u 21 oC f’tankijiet tal-azzar inossidabbli. F’kundizzjonijiet normali, il-fermentazzjoni alkoħolika tiġi skattata mill-flora mikrobika tal-għeneb stess. Wara dan, issir kjarifikazzjoni u eżatt qabel ma jiġi bbottiljat l-inbid jiġi ffiltrat bl-użu ta’ filtru b’dijametru kbir tal-pori sabiex il-prodott jibqa’ kemm jista’ jkun mhux adulterat.

RAĠUNI

Peress li l-inbid abjad ġie miżjud mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-metodi tal-għemil u tal-produzzjoni tal-inbid iridu jagħmlu distinzjoni bejn il-produzzjoni tal-inbid aħmar u tal-inbid abjad.

Titolu

- EMENDA GĦALL-PERJODI TA' TQADDIM

Taqsima 3 “Prattiki enoloġiċi speċifiċi” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; l-emenda tikkonċerna wkoll it-taqsima “Prattiki enoloġiċi speċifiċi” fid-Dokument Uniku.

Deskrizzjoni u raġunijiet

L-emenda tikkonċerna l-formulazzjoni tal-kliem tal-metodi tal-għemil u tal-produzzjoni tal-inbid peress li l-inbid iqatta’ inqas ħin fil-bettija u fil-flixkun.

FORMULAZZJONI ĠDIDA TAL-KLIEM

3.1

- Taħlita ta’ nbejjed ħomor bi proporzjonijiet differenti tal-varjetajiet Tempranillo, Cabernet Sauvignon, Merlot u Graciano.

Tqaddim fi btieti tal-ballut b’kapaċità ta’ 225 litru għal mill-inqas tliet xhur. Tqaddim fil-fliexken għal mill-inqas xahar.

3.2

- Taħlita ta’ nbejjed ħomor bi proporzjonijiet differenti tal-varjetajiet Tempranillo, Cabernet Sauvignon u Merlot.

Tqaddim fi btieti tal-ballut b’kapaċità ta’ 225 litru għal mill-inqas tliet xhur. Tqaddim fil-fliexken għal mill-inqas xahar.

RAĠUNI

Żieda fid-domanda tas-suq għall-inbejjed b’perjodi iqsar ta’ tqaddim.

Titolu

ŻIEDA TAR-RENDIMENT MASSIMU

Taqsima 5 “Rendimenti massimi” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; l-emenda tikkonċerna wkoll it-taqsima “Rendimenti massimi” fid-Dokument Uniku.

Deskrizzjoni tar-raġunijiet

Iż-żieda tar-rendimenti massimi għall-varjetà Sauvignon Blanc.

FORMULAZZJONI ĠDIDA TAL-KLIEM

5.

Rendimenti massimi għal kull ettaru

Tempranillo: 10 500 kg/ha, ekwivalenti għal 73,5 hl/ha.

Cabernet Sauvignon: 11 000 kg/ha, ekwivalenti għal 77 hl/ha.

Merlot: 10 000 kg/ha, ekwivalenti għal 70 hl/ha.

Graciano: 10 000 kg/ha, ekwivalenti għal 70 hl/ha.

Sauvignon Blanc: 11 000 kg/ha, ekwivalenti għal 77 hl/ha.

RAĠUNI

Peress li l-varjetà Sauvignon Blanc ġiet miżjuda mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, ir-rendiment massimu ġie stabbilit għal din il-varjetà.

Titolu

IŻ-ŻIEDA TAL-VARJETÀ TAL-GĦENEB TAL-INBID UŻATA

Taqsima 6 “Varjetajiet tal-produzzjoni tal-inbid” tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott; l-emenda ma tikkonċernax id-Dokument Uniku.

Deskrizzjoni tar-raġunijiet

Iż-żieda tal-varjetà Sauvignon Blanc.

FORMULAZZJONI ĠDIDA TAL-KLIEM

6.

Varjetajiet li minnhom jinkiseb l-inbid

Aħmar: Tempranillo, Cabernet Sauvignon, Merlot, Graciano.

Abjad: Sauvignon Blanc

RAĠUNI

Peress li l-varjetà Sauvignon Blanc ġiet miżjuda mal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott, il-varjetà ġiet inkluża f’din it-taqsima.

DOKUMENT UNIKU

1.   Isem għar-reġistrazzjoni

La Jaraba

2.   Tip ta’ indikazzjoni ġeografika

DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta

3.   Kategoriji tal-prodott tad-dwieli

1.

Inbid

4.   Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed

Inbid aħmar

L-inbid huwa kulur aħmar skur lewn iċ-ċirasa u ta’ intensità medja sa qawwija, b’noti ta’ frott aħmar u iswed li jagħtu sensazzjoni ġeneruża u mlaħħma fil-ħalq. Dan fih konċentrazzjonijiet ogħla ta’ stronzju minn inbejjed oħra bħala riżultat tal-livelli għoljin ta’ dan l-element fil-ħamrija, li jgħinu fil-produzzjoni ta’ nbejjed intensi, aromatiċi u b’palat qawwi b’noti minerali u balsamiċi qawwija.

*

Il-qawwa alkoħolika totali massima għandha tkun fi ħdan il-limiti legali skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11

Aċidità totali minima

4 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

15

Kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

130

Inbid abjad

Nadif, jgħajjat u ċar b’kulur isfar lewn it-tiben. Aroma intensa u sħiħa b’noti li huma tipiċi tal-varjetà, b’mod partikolari frott tal-għadam abjad u noti tal-fjuri. It-togħma hija friska, sensazzjoni tal-ħarir u bbilanċjata.

*

Il-qawwa alkoħolika totali massima għandha tkun fi ħdan il-limiti legali skont il-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE.

Karatteristiċi analitiċi

Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum)

 

Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum)

11,5

Aċidità totali minima

4 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku

Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru)

10

Kontenut massimu totali ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru)

130

5.   Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid

a.   Prattiki enoloġiċi speċifiċi

Prattika enoloġika speċifika

Fermentazzjoni alkoħolika tal-għeneb aħmar f’temperatura ta’ bejn 15 u 30 °C f’tankijiet tal-azzar inossidabbli jew fi btieti tal-ballut Franċiżi. It-tqegħid f’tankijiet u l-maċerazzjoni għal minimu ta’ għaxart ijiem.

Il-most miksub mill-għeneb abjad permezz tat-tgħaffiġ u l-għasir tal-ħsad bla zokk jitħalla joqgħod f’temperatura ta’ bejn 15 u 20 oC għal perjodu ta’ mhux inqas minn 12-il siegħa. Fermentazzjoni alkoħolika tal-most f’temperatura ta’ bejn 10 u 21 oC f’tankijiet tal-azzar inossidabbli.

Ir-rendiment massimu mill-għasir tal-għeneb huwa ta’ 70 litru għal kull 100 kg ta’ għeneb.

L-inbid jitħalla jitqaddem l-ewwel fi btieti tal-ballut b’kapaċità ta’ 225 litru u mbagħad fil-flixkun għall-perjodi ta’ żmien li ġejjin:

Taħlita ta’ nbejjed ħomor bi proporzjonijiet differenti tal-varjetajiet Tempranillo, Cabernet Sauvignon, Merlot u Graciano: tqaddim fil-btieti tal-ballut b’kapaċità ta’ 225 litru għal mill-inqas tliet xhur u tqaddim fil-fliexken għal mill-inqas xahar.

Taħlita ta’ nbejjed ħomor bi proporzjonijiet differenti tal-varjetajiet Tempranillo, Cabernet Sauvignon u Merlot: tqaddim fi btieti tal-ballut b’kapaċità ta’ 225 litru għal mill-inqas tliet xhur u tqaddim fil-fliexken għal mill-inqas xahar.

Inbid aħmar tal-monovarjetà Merlot: tqaddim fil-btieti tal-ballut b’kapaċità ta’ 225 litru għal mill-inqas 6 xhur u tqaddim fil-fliexken għal mill-inqas 6 xhur.

Il-prattiki tal-kultivazzjoni

L-għeneb jinħasad ladarba jkun kiseb maturità fenolika; jintgħażlu l-għenieqed bl-aħjar struttura u bl-ogħla konċentrazzjoni ta’ komposti fenoliċi. L-uniku materjal organiku użat fil-vinji huwa d-demel tan-nagħaġ mir-razzett tal-bhejjem tar-razzett stess.

b.   Rendimenti massimi għal kull ettaru

Tempranillo

73,5 ettolitri għal kull ettaru

Tempranillo

10 500 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Cabernet Sauvignon

77 ettolitri għal kull ettaru

Cabernet Sauvignon

11 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

Merlot u Graciano

70 ettolitri għal kull ettaru

Merlot u Graciano

10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru

6.   Definizzjoni taż-żona demarkata

Iż-żona demarkata tinsab fil-muniċipalità ta’ El Provencio (Cuenca). Skont ir-Reġistru tal-Vinji, it-tqassim tal-irqajja’ tal-art huwa kif ġej: Żona 9, irqajja' tal-art 14b, 14d, 14f, 14h, 26d, 26e, 26h, 26i, 26j, 26k, 26m, 26n, 26v.

L-għeneb maħsud fil-vinji demarkati jsir inbid u l-inbejjed jiġu bbottiljati fil-fabbrika tal-inbid li tinsab fiż-żona tal-produzzjoni.

7.   Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed

MERLOT

TEMPRANILLO - CENCIBEL

8.   Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet

L-AMBJENT (FATTURI NATURALI U UMANI)

La Jaraba huwa l-isem ġeografiku użat biex jindika l-post li fih tinsab iż-żona demarkata, kif jidher f’mappa katastali rurali attwali ta’ Spanja. Jinsab f’wied mimli bin-naqal. L-eks kanal tal-ilma magħruf bħala l-Cañada de Valdelobos, issa intermittenti, jaqsam is-sit biex jingħaqad max-Xmara Záncara, li tifforma l-konfini bejn il-provinċji ta’ Cuenca u Albacete. La Jaraba ma għandu kważi l-ebda għoljiet u jista’ jitqies kompletament ċatt. L-elevazzjoni tiegħu hija ta’ 700 m ’il fuq mil-livell tal-baħar.

Il-post tal-vinji, fil-biċċa l-kbira protett minn 92 ettaru ta’ foresta tal-ballut u tal-arżnu, jipprovdi mikroklima li hija partikolarment favorevoli għall-iżvilupp tad-dwieli. Dan fil-biċċa l-kbira jiffrankalhom l-istress tal-ilma li jista’ jkun mistenni mir-riħ tal-Lvant sħun u xott, li jippermetti proċess ta’ maturazzjoni itwal għall-għeneb. Konsegwentement, il-frott huwa aktar rikk f’aġenti koloranti, tannin u aromi ta’ kwalità tajba mill-għeneb prodott fuq dwieli li jinsabu barra miż-żona demarkata.

L-art tappartjeni għall-perjodu Kwaternarju, li jifforma unità morfo-stratigrafika tas-sistema tax-xmara Guadiana. Il-kompożizzjoni tagħha hija varjata, u tinkludi kwarziti, kwaz, u ġebel tal-ġir Mesożojku u Mioċene. Din il-kompożizzjoni tippermetti lill-art iżżomm l-umdità għal żmien itwal u tiddistingwiha miż-żoni tal-madwar, li għandhom kontenut ta’ ġebla tal-ġir ferm ogħla.

Il-ħamrija tappartjeni għall-ordni ta’ Alfisols, b’ħamrija ħamra tal-Mediterran fuq il-ġebla tal-ġir. Dawn għandhom profil żviluppat, pH bejn is-7 u t-8,5, kapaċità baxxa ta’ skambju, drenaġġ intern tajjeb, penetrazzjoni tajba li tasal sas-saffi orizzontali tal-ġebla tal-ġir, li jinsabu f’madwar 60 sa 90 ċentrimetru, u sawriet li jvarjaw minn ramel iffrumat merħi għal tafal. L-elementi alluvjali huma abbundanti, u jagħmlu l-ħamrija rikka fin-nutrijenti. Barra minn hekk, il-morfoloġija tal-ħamrija fertili, rikka f’sediment alluvjali oħxon, flimkien mal-prattika tal-applikazzjoni tad-demel kull sena, tirriżulta fi profil ħafif u frisk. Tali ħamrija hija adatta ħafna għat-tkabbir tad-dwieli u, konsegwentement, fattur fil-kwalità għolja tal-frott.

Il-klima tista’ tiġi deskritta bħala Mediterranja moderata b’karatteristiċi kontinentali. F’termini ta’ ċifri għall-klima, l-aktar valuri medji annwali sinifikanti huma: temperatura ta' bejn l-14 u s-16 °C, u 450 mm ta’ xita.

Fil-ħamrija ġie identifikat livell ogħla mill-medja ta’ stronzju: aktar minn 100 mg/kg f’irqajja' tal-art separati. B’mod speċifiku, l-ammonti huma bejn 111,67 u 158,41 mg/kg. Dawn l-ammonti huma ferm ogħla minn dawk fil-ħamrija madwar iż-żona partikolari, inkluż is-sit magħruf bħala “Los Canforrales” fejn iċ-ċifra hija ta’ 76,59 mg/kg, u s-sit “Manteleros” fejn hija ta’ 20,19 mg/kg. F’dan l-aħħar każ, iċ-ċifra hija kważi tmien darbiet inqas minn dik ta' La Jaraba.

Dan għandu konsegwenzi diretti għall-inbejjed li nstabu li għandhom livelli ta’ stronzju ta’ aktar minn 2,2 mg/l, b’sa 3,3 m/g f’ċerti nbejjed. Dawn iċ-ċifri huma b’mod partikolari ogħla milli fl-inbejjed minn żoni ġirien, li ntwera li għandhom livelli ta’ bejn 0,95 u 1,6 mg/l. Għalhekk, il-livell ta’ stronzju fl-inbejjed jista’ jitqies bħala indikatur affidabbli fir-rigward tal-produzzjoni tal-inbid ta’ La Jaraba.

F’dak li għandu x’jaqsam mal-metodi ta’ produzzjoni, l-uniku materjal organiku użat huwa d-demel tan-nagħaġ mir-razzett tal-bhejjem tal-proprjetà stess.

Fir-rigward tal-metodi ta’ pproċessar, il-fermentazzjoni alkoħolika hija skattata mill-flora mikrobika proprja tal-għeneb u mhux aktar minn 70 litru ta’ nbid jinkiseb minn kull 100 kg ta’ għeneb fl-istadju tal-għasir.

DESKRIZZJONI TAL-INBID

L-inbejjed ta’ La Jaraba huma kkundizzjonati mill-ħamrija u mill-klima lokali. Dawn jagħtu l-intensità tal-kontenut fenoliku, l-istabbiltà u l-eleganza. L-inbejjed juru struttura , kontenut minerali u korporatura impressjonanti. Il-fatt li dawn l-inbejjed kollha jitqaddmu fil-btieti u fil-fliexken jaffettwa l-karatteristiċi organolettiċi, jipproduċi nbejjed ta’ kulur aħmar skur lewn iċ-ċirasa u ta’ intensità medja sa qawwija, b’noti ta’ frott aħmar u iswed li jagħtu sensazzjoni ġeneruża u mlaħħma fil-ħalq. Dawn fihom konċentrazzjonijiet ogħla ta’ stronzju minn inbejjed oħra prodotti barra miż-żona demarkata bħala riżultat tal-livelli għoljin ta’ dan l-element fil-ħamrija ta’ La Jaraba, li jgħin biex jiġu prodotti dawn l-inbejjed b’palat qawwi b’noti minerali u balsamiċi qawwija. .

LINK

Il-proprjetà tinsab f’wied tax-xmara mimli bin-naqal b’ammonti li jvarjaw ta’ kwarżit, kwarz u ġebla tal-ġir u livell ogħla mill-medja ta’ stronzju fil-ħamrija, li lkoll jgħinu biex jipproduċu nbejjed intensi, aromatiċi u b’palat qawwi b’noti minerali qawwija u togħmiet balsamiċi. Il-livell ta’ stronzju jagħti dawn l-inbejjed il-kwalitajiet distintivi tagħhom.

Għalkemm iż-żona tinsab fi ħdan id-DOP ta’ La Mancha, il-fatturi li ġejjin jiddistingwuha minn La Mancha.

FATTURI NATURALI

Id-demarkazzjoni taż-żona hija bbażata fuq livell ta’ stronzju tal-ħamrija li huwa ferm ogħla mill-ħamrija fil-viċinanza tal-madwar. Dan jagħti lill-inbejjed prodotti fiż-żona karattru aktar minerali.

Fi stħarriġ dwar l-ambjent ipprovdut mill-applikant, jista’ jitqies li barra miż-żona, il-livelli ta’ stronzju huma bejn 20 u 80 mg/kg, filwaqt li ġewwa ż-żona demarkata, dawn jilħqu livelli bejn 110 u 160 mg/kg. Dan jirriżulta f’inbejjed miż-żona b’kontenut ta’ stronzju ta’ bejn 2,5 u 3,3 mg/l, filwaqt li l-inbejjed mill-vinji tal-madwar jiksbu biss kontenut ta’ stronzju ta’ madwar 1 mg/l.

Minbarra l-kontenut ta’ stronzju bħala fattur li jiddetermina l-uniċità taż-żona, hemm il-fatt li madwar iż-żona hemm espansjoni kbira ta’ siġar tal-ballut u tal-arżnu, li tipproteġiha mill-irjieħ sħan u xotti tal-Lvant. Dan ifisser li hija aktar umda minn żoni ġirien, u b’hekk testendi l-proċess tal-maturazzjoni għall-għeneb. B’riżultat ta’ dan, dan iġib aktar kulur, tannini u aromi għall-frotta u għalhekk għall-inbid.

FATTURI UMANI

L-aktar differenzi ovvji bejn il-metodi ta’ produzzjoni tal-inbejjed La Jaraba u dawk fid-DOP ġar ta’ La Mancha (għal dan, aħna se nqisu l-inbejjed ħomor ta’ La Mancha, minħabba li dan huwa l-uniku tip prodott minn La Jaraba) huma kif ġej:

LA MANCHA DOP

LA JARABA

DIFFERENZI

>11,5% vol.

>12,5% vol

Kontenut ogħla ta’ alkoħol

<10 meq/l

<16,7 meq/l

Aċidità volatili ogħla

<13 000  kg/Ha

<11 000  kg/Ha

Inqas produzzjoni għal kull ettaru

≤ 1,6 mg/l

≥ 2,2 mg/l

Kontenut ogħla ta’ stronzju

Wara li ż-żona ġiet iddemarkata abbażi tal-kontenut ta’ stronzju fil-ħamrija, jirriżulta li bħalissa hemm biss fabbrika tal-inbid waħda li tipproduċi l-inbid fiż-żona u din tappartjeni għall-applikant.

Jenħtieġ li jiġi enfasizzat li huma s-sid ta’ żona li hija akbar minn dik inkluża fiż-żona demarkata. Għalhekk, id-demarkazzjoni ma saritx fuq il-bażi tas-sjieda tagħhom, iżda fuq il-bażi tal-kundizzjonijiet ambjentali deskritti hawn fuq.

Barra minn hekk, produtturi oħrajn jistgħu jużaw l-isem reġistrat jekk jistabbilixxu ruħhom fiż-żona ġeografika demarkata fil-futur, diment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni. Fil-fatt, din iż-żona tokkupa madwar 75 ettaru għalhekk huwa perfettament possibbli li jiftħu aktar fabbriki tal-inbid hemmhekk.

9.   Rekwiżiti oħra applikabbli (ippakkjar, tikkettar, rekwiżiti addizzjonali)

Qafas legali:

Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali

Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:

L-ippakkjar fiż-żona ġeografika demarkata

Deskrizzjoni tal-kundizzjoni:

L-għeneb maħsud fil-vinji demarkati jsir inbid u l-inbejjed jiġu bbottiljati fil-fabbrika tal-inbid li tinsab fiż-żona tal-produzzjoni. Dan minħabba li l-produzzjoni tal-inbejjed ħomor tinvolvi t-tieni stadju ta’ tqaddim fil-fliexken għal mill-inqas xahar, fejn iseħħ proċess ta’ tnaqqis. Dan itejjeb il-kwalità tal-inbejjed, billi jarrotonda t-togħma tagħhom. Huma lesti għall-konsum meta jilħqu l-karatteristiċi organolettiċi stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għal kull tip ta’ nbid. L-għan huwa li tiġi żgurata l-kwalità u li tiġi pprovduta garanzija dwar l-oriġini u l-kontroll sabiex jinkisbu l-karatteristiċi stabbiliti fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott għall-inbejjed ħomor u bojod tad-DOP La Jaraba.

Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott

http://pagina.jccm.es/agricul/paginas/comercial-industrial/consejos_new/pliegos/MOD_PLIEGO_LA-JARABA_20200529-II.pdf


(1)  ĠU L 9, 11.1.2019, p. 2.


26.2.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 66/66


Pubblikazzjoni tad-Dokument Uniku emendat wara l-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2021/C 66/17)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 (1).

L-applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ din l-emenda minuri tista’ tiġi kkonsultata fil-bażi tad-data eAmbrosia tal-Kummissjoni.

DOKUMENT UNIKU

“SALCHICHÓN DE VIC”/“LLONGANISSA DE VIC”

Nru tal-UE: PGI-ES-0119-AM02 – 9.9.2020

DOP ( ) IĠP (X)

1.   Isem/Ismijiet

“Salchichón de Vic”/“Llonganissa de Vic”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.2. Prodotti tal-laħam (imsajra, immellħa, affumikati, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Is-“Salchichón de Vic”/“Llonganissa de Vic” huwa zalzett tradizzjonali mill-Katalonja maħdum minn laħam dgħif tal-majjal, xaħam, zokkrijiet, melħ u bżar bħala l-uniku taħwir. Dan jiġi kkapuljat, immaċerat, ippakkjat f’budellati u staġjonat.

Huwa zalzett b’budellat naturali, b’dehra karatteristika esterna mkemmxa u bil-budellat issikkat mal-mili, b’forma ċilindrika pjuttost regolari, kulur bajdani fuq barra, riżultat tal-flora fungali, li maż-żmien tieħu sfumaturi vjola fil-kannella. Fuq ġewwa jidhru sew il-biċċiet tax-xaħam u l-bżar sħiħ.

Riħa u togħma karatteristika u pjaċevoli li tiġi mill-proċess tal-istaġjonar u mill-ħwawar.

Il-budellat li jintuża jiddetermina d-dijametru u d-daqs tas-“Salchichón de Vic”/“Llonganissa de Vic”. Dawn huma d-daqsijiet fil-waqt tad-dispaċċ u ż-żmien tal-istaġjonar:

Piż (g)

Dijametru taz-zalzett staġjonat

(imnixxef) (mm)

Perjodu minimu ta’ staġjonar (jiem)

200-300

≥ 35

≤ 75

30 jum

≥ 300

> 40

≤ 90

45 jum

Parametri fiżikokimiċi:

Kontenut massimu ta’ xaħam: 48 % (*)

Kontenut minimu ta’ proteini: 38 % (*)

Proporzjon ta’ kollaġen/proteini x 100: massimu 12

Total ta’ zokkrijiet li jinħallu, espressi fi glukożju: massimu 3 % (*)

Proteini miżjuda: l-ebda

Attività tal-ilma f’20oC: Aw < 0,92

5,3 ≤ pH ≤ 6,2

(*)

valur espress abbażi tal-estratt niexef

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall- prodotti pproċessati biss)

Il-prodott huwa magħmul minn laħam dgħif tal-majjal (spalla, koxxa, u laħam ieħor dgħif) xaħam tal-majjal, melħ, bżar, u budellati (warranin u nofsanin, meħjutin jew sħaħ).

Ingredjenti oħra: jistgħu jintużaw biss zokkrijiet (monosakkaridi u disakkaridi), tinsiliet tal-produttur stess, nitrit tal-potassju u tas-sodju, nitrat tal-potassju u tas-sodju, aċidu askorbiku u l-melħ sodiku tiegħu.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni tal-prodott (it-tħejjija tal-laħam frisk, it-tindif u l-ikkapuljar, it-taħlit, l-għaġna, l-immaċerar, l-ippakkjar, l-istaġjonar u l-immaturar) iridu jsiru fiż-żona ġeografika deskritta fil-punt 4.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Is-Salchichón de Vic jista’ jinbiegħ isslajsjat u ppakkjat, u dan jista’ jsir kemm fiż-żona ġeografika definita fil-punt 4 jew barra minnha.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Fuq l-imballaġġ jidher, b’mod ċar u obbligatorju, l-isem tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Salchichón de Vic” (bl-Ispanjol) / “Llonganissa de Vic” (bil-Katalan), il-logo tal-IĠP stess u s-simbolu tal-UE għall-IĠP, it-tikketta awtorizzata u nnumerata tal-Kunsill Regolatorju, flimkien ma’ informazzjoni oħra ġenerali kif stabbilit mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ.

Ir-riproduzzjoni tal-logo speċifiku tal-IĠP:

Image 1

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona koperta mill-IĠP tinkludi l-muniċipalitajiet kollha tal-Plana de Vic, li jinsabu fid-distrett ta’ Osona, fil-provinċja ta’ Barċellona, kif ġej:

Aiguafreda, Sant Martí de Centelles, El Brull, Seva, Tona, Muntanyola, Malla, Taradell, Sant Julià de Vilatorta, Santa Eugènia de Berga, Calldetenes, Folgueroles. Vic. Santa Eulàlia de Riuprimer, Gurb, Tavèrnolas, Roda de Ter, Manlleu, Santa Cecila de Voltregà, Sant Hipòlit de Voltregà, Les Masies de Voltregà, Oris, Torelló, Centelles, Balenyà, Les Masies de Roda, San Vicenç de Torelló u Sant Pere de Torelló

5.   Rabta maż-żona ġeografika

L-ispeċifiċità taz-zalzett ta’ Vic hija bbażata fuq ir-reputazzjoni u l-fama li dan il-prodott kiseb kemm fil-Katalonja kif ukoll fil-kumplament ta’ Spanja matul is-sekli, speċjalment mis-seklu 19 ’il quddiem, u fuq il-kundizzjonijiet ambjentali u klimatiċi taż-żona ġeografika li jippermettu l-produzzjoni tiegħu.

Iż-żona ġeografika tal-IĠP, il-Plana de Vic, hija pjanura b’kundizzjonijiet agrikoli tajbin ħafna u b’għadd ta’ rziezet u rħula żgħar. Tinsab bejn 400 u 600 metru ’il fuq mil-livell tal-baħar, u hija mdawra mill-muntanji Guilleries, le Montseny Collsacabra, u le Lluçanés li jagħtuha ċertu grad ta’ iżolament. Għandha klima Mediterranja kontinentali iżda minħabba l-pożizzjoni ġeografika tagħha, f’ċirkostanzi antiċikloniċi huwa normali li l-massa tal-arja tistaġna f’din iż-żona. Għaldaqstant, tipproduċi inverżjoni termika, b’temperaturi tal-pjanura li jinżlu sa 20 °C inqas minn dawn taż-żoni tal-madwar. Barra minn hekk, fuq iż-żona jaqa’ ċ-ċpar ta’ spiss (b’medja ta’ 225 jum ta’ ċpar fis-sena). Għal dawn ir-raġunijiet kollha, il-Plana de Vic għandha kundizzjonijiet ambjentali speċifiċi ħafna li huma diffiċli li jiġu riprodotti. Dawn jiffavorixxu l-iżvilupp tal-flora mikrobika tipika, li hija responsabbli għall-proċessi enzimatiċi u ta’ fermentazzjoni li jagħtu l-aromi u t-togħmiet karatteristiċi tas-Salchichón de Vic.

Jeżistu referenzi miktuba li jmorru lura għas-sena 1456 dwar is-Salchichón de Vic, għalkemm wieħed jista’ anke jsib ħjiel tal-oriġini tiegħu li tmur lura sar-raba’ seklu. Fil-qedem, dan iz-zalzett kien jiġi prodott fid-djar tal-bdiewa fqar taż-żona bħala mezz kif jippreservaw l-iprem qatgħat tal-laħam. Minn nofs is-seklu 19 ’il quddiem, insibu ħafna kitbiet li jfaħħru l-kwalità tas-Salchichón de Vic u jikkonfermaw ir-reputazzjoni tajba tiegħu. Bħala eżempju, artiklu mill-ġurnal “El Porvenir” (il-Ġejjieni) ippubblikat fid-29 ta’ Mejju 1867 isemmi: “[…] los ya famosos salchichones de Vic” (il-famużi zliezet ta’ Vic). Huwa magħruf ukoll li wieħed mill-ammiraturi tas-Salchichón de Vic kien ir-re Alfonso XIII innifsu. Huwa għalhekk li Vic u “salchichón” ilhom snin jissemmew flimkien. Iz-zalzett ta’ Vic maż-żmien sar teżor żgħir.

Minkejja t-tradizzjoni tal-kelma “salchichón” li tirreferi għal zalzett oħxon u staġjonat, ta’ min jinnota li bil-Katalan dan jissejjaħ “llonganissa”, li huwa l-isem reġjunali oriġinali tiegħu, li nbidel għal “salchichón” meta ġie tradott għall-Kastellan; din hija r-raġuni għala l-ismijiet “Salchichón de Vic” u “Llonganissa de Vic” jintużaw b’mod interkambjabbli.

Fil-qosor, is-Salchichón de Vic huwa prodott b’reputazzjoni eċċellenti, frott l-esperjenza li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra ta’ produtturi u l-kundizzjonijiet ambjentali partikolari taż-żona ġeografika fejn isir.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

L-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott aġġornata hija aċċessibbli permezz tal-link li ġejja matul l-ipproċessar tat-talba għal emenda http://agricultura.gencat.cat/web/.content/al_alimentacio/al02_qualitat_alimentaria/normativa-dop-igp/plecs-tramit/pliego-condiciones-igp-llonganissa-vic-cambio-logo.pdf imbagħad, ladarba tiġi approvata, permezz tal-link http://agricultura.gencat.cat/ca/ambits/alimentacio/segells-qualitat-diferenciada/distintius-origen/dop-igp/normativa-dop-igp/plecs-condicions/ .


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.