|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 058I |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 64 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
|
DIKJARAZZJONIJIET KONĠUNTI |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2021/C 58 I/01 |
||
|
2021/C 58 I/02 |
||
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
il–Kunsill |
|
|
2021/C 58 I/03 |
Dikjarazzjoni addizzjonali tal-Kummissjoni dwar il-ġbir ta’ data għal kontrolli u awditi effettivi |
|
|
2021/C 58 I/04 |
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodoloġija għat-trekkjar klimatiku |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
|
2021/C 58 I/05 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea |
|
|
2021/C 58 I/06 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea |
|
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
DIKJARAZZJONIJIET KONĠUNTI
il–Kunsill
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 58/1 |
Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar l-istabbiliment ta' rekwiżiti ta' rappurtar li jippermettu l-ħruġ ta' bonds li jikkontribwixxu għall-objettivi ambjentali għal NextGenerationEU
(2021/C 58 I/01)
Il-Kummissjoni tfakkar fl-ambizzjoni politika kondiviża tal-Patt Ekoloġiku Ewropew. F'dan il-qafas, tissottolinja l-ambizzjoni tagħha li tiġbor mill-inqas 30 % tal-fondi li għandhom jiġu mislufa fis-swieq kapitali għall-ħtiġijiet ta' NextGenerationEU permezz tal-ħruġ ta' bonds li jikkontribwixxu għall-objettivi ambjentali.
It-tliet Istituzzjonijiet jaqblu li jesploraw serjament il-possibbiltà li jintroduċu regoli li jistabbilixxu obbligi ta' rappurtar għall-Istati Membri, sabiex tiġi żgurata d-disponibbiltà ta' informazzjoni għall-fini ta' evalwazzjoni tal-kontribut għall-objettivi ambjentali tal-fondi mislufa fis-swieq kapitali. Għal dak il-għan, il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tfassal proposta leġiżlattiva f'dan ir-rigward matul l-ewwel trimestru tal-2021.
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 58/2 |
Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni dwar il-ġbir ta’ data għal kontrolli u awditi effettivi
(2021/C 58 I/02)
Il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni jfakkru fil-ħtieġa li jiġu żgurati kontrolli u awditi effettivi bl-għan li jiġi evitat il-finanzjament doppju u jiġu evitati, identifikati u rettifikati l-frodi, il-korruzzjoni u l-kunflitti ta’ interess fir-rigward tal-miżuri appoġġati mill-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza. Iż-żewġ istituzzjonijiet iqisu li huwa essenzjali li l-Istati Membri jiġbru u jirreġistraw data dwar ir-riċevituri u l-benefiċjarji finali tal-finanzjament tal-Unjoni f’format elettroniku standardizzat u interoperabbli u jużaw l-għodda unika ta’ estrazzjoni ta’ data li għandha tiġi pprovduta mill-Kummissjoni.
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
il–Kunsill
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 58/3 |
Dikjarazzjoni addizzjonali tal-Kummissjoni dwar il-ġbir ta’ data għal kontrolli u awditi effettivi
(2021/C 58 I/03)
Il-Kummissjoni Ewropea tfakkar fid-dikjarazzjoni unilaterali tagħha dwar din il-kwistjoni fl-ambitu tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, li tapplika mutatis mutandis għall-Artikolu 22 tar-Regolament dwar il-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza.
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 58/4 |
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodoloġija għat-trekkjar klimatiku
(2021/C 58 I/04)
Il-Kummissjoni tqis li, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-metodoloġija tal-Anness VI tar-Regolament li jistabbilixxi l-Faċilità għall-Irkupru u r-Reżiljenza għandha tiġi inkorporata fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 58/5 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2021/C 58 I/05)
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:
F’paġna 386, jiżdiedu t-test u r-ritratti li ġejjin:
“Nota addizzjonali 2
Ara wkoll in-Nota 6 tal-Kapitolu 90 u s-sentenza fil-Kawżi Magħquda minn C-260/00 sa C-263/00, Lohmann GmbH & Co. KG u Medi Bayreuth Weihermüller & Voigtmann GmbH & Co. KG vs Oberfinanzdirektion Koblenz, il-paragrafi 36, 37, 39, 40, 43 u 45, (ECLI:EU:C:2002:637).
Eżempji ta’ prodotti li jaqgħu fis-subintestatura 9021 10 10:
Eżempji ta’ prodotti li jaqgħu fit-Taqsima XI:
”
F'paġna 389, in-nota ta’ spjegazzjoni eżistenti tas-subintestatura 9021 10 10 tinbidel bit-test li ġej:
|
“9021 10 10 |
Apparat ortopediku Ara n-nota ta’ spjegazzjoni tan-Nota addizzjonali 2 tal-Kapitolu 90.” |
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).
|
18.2.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CI 58/7 |
Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea
(2021/C 58 I/06)
Skont l-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta’ Spjegazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) huma emendati kif ġej:
F’paġna 413 tiddaħħal in-nota ta’ spjegazzjoni li ġejja:
“9504 40 00 Karti tal-logħob
Din is-subintestatura tinkludi karti tal-logħob tipiċi li jeħtieġu interazzjoni bejn il-karti nfushom, bħall-akkoppjament, l-iskambju jew l-użu u l-kombinazzjoni tal-karti biex jiffurmaw kliem, gruppi ta’ simboli jew ringieli ta’ numri (pereżempju, karti tal-pontijiet, karti tal-logħob tal-poker, karti tal-lessiku, karti tat-tarot u karti tal-logħob tal-fantasija). Din is-subintestatura tinkludi wkoll karti tal-logħob tal-memorja u karti tal-logħob simili oħrajn, li normalment jintlagħbu sabiex jiġu akkoppjati l-istess kuluri, valuri, simboli jew immaġnijiet.
Tipi oħra ta’ logħob tal-karti fejn il-karti fihom mistoqsijiet ta’ għarfien, kompiti, kwiżżijiet, stampi jew tweġibiet għal dawn il-mistoqsijiet (kemm jekk f’sett bi strumenti oħra tal-logħob, pereżempju, dada jew arloġġ tar-ramel) madankollu mhumiex meqjusa bħala karti tal-logħob ta’ din is-subintestatura. Min jilgħab irid biss jwieġeb għal mistoqsija, jissodisfaw kompitu jew, pereżempju, jimmaġinaw li jidhru fl-istampa fuq kard u l-mod kif jilagħbu ma jeħtieġx interazzjoni bejn il-karti. Dawn il-karti għandhom il-karatteristiċi oġġettivi ta’ logħob ieħor tas-salott u għalhekk għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi NM 9504 90 80 bħala logħob ieħor.”
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).