ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 29

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
26ta' Jannar 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 29/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10066 — Carlyle/Flender) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 29/02

Rata tal-kambju tal-euro — Il-25 ta' Jannar 2021

2

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2021/C 29/03

Proċedimenti ta’ stralċ — Proċedimenti ta’ stralċ fir-rigward ta’ Nederlandsche Algemene Maatschappij van Levensverzekering Conservatrix N.V. (il-Kumpanija) (Pubblikazzjoni li saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assikurazzjoni u tar-riassikurazzjoni (Solvibbiltà II))

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 29/04

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10004 - EQT/Zentricity/Cajelo/Recipharm) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4

2021/C 29/05

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10049 — Partners Group/Atlantia/Telepass) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

6


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 29/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10066 — Carlyle/Flender)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 29/01)

Fit 19 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10066. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 29/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta' Jannar 2021

(2021/C 29/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2152

JPY

Yen Ġappuniż

126,06

DKK

Krona Daniża

7,4406

GBP

Lira Sterlina

0,88800

SEK

Krona Żvediża

10,0625

CHF

Frank Żvizzeru

1,0772

ISK

Krona Iżlandiża

157,00

NOK

Krona Norveġiża

10,3478

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,080

HUF

Forint Ungeriż

357,33

PLN

Zloty Pollakk

4,5409

RON

Leu Rumen

4,8744

TRY

Lira Turka

8,9865

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5728

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5459

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,4199

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6854

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6124

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 340,18

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

18,4930

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8712

HRK

Kuna Kroata

7,5665

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 108,31

MYR

Ringgit Malażjan

4,9149

PHP

Peso Filippin

58,427

RUB

Rouble Russu

91,6732

THB

Baht Tajlandiż

36,438

BRL

Real Brażiljan

6,6434

MXN

Peso Messikan

24,2927

INR

Rupi Indjan

88,6300


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

26.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 29/3


Proċedimenti ta’ stralċ

Proċedimenti ta’ stralċ fir-rigward ta’ Nederlandsche Algemene Maatschappij van Levensverzekering “Conservatrix” N.V. (il-“Kumpanija”)

(Pubblikazzjoni li saret skont l-Artikolu 280 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assikurazzjoni u tar-riassikurazzjoni (Solvibbiltà II))

(2021/C 29/03)

Impriża tal-assikurazzjoni

Nederlandsche Algemene Maatschappij van Levensverzekering “Conservatrix” N.V.

Id-data, id-dħul fis-seħħ u n-natura tad-deċiżjoni

it-8 ta’ Diċembru 2020

Awtoritajiet kompetenti

Il-Qorti ta’ Amsterdam, l-imħallfin delegati mr. M. de Vries u mr. A.E. de Vos

L-awtorità superviżorja

Il-Qorti ta’ Amsterdam, l-imħallfin delegati mr. M. de Vries u mr. A.E. de Vos

Fiduċjarji maħtura

mr. drs. W.J.M. van Andel u mr. E.L. Zetteler

Liġi applikabbli

Il-Liġi Netherlandiża


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

26.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 29/4


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10004 - EQT/Zentricity/Cajelo/Recipharm)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 29/04)

1.   

Fit-18 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

EQT IX Collect EUR SCSp u EQT IX Collect USD SCSp (flimkien “EQT IX”), parti mill-grupp EQT ta’ fondi ta’ ekwità privata (“EQT”, il-Lussemburgu);

Zentricity Holding AB (“Zentricity”, l-Isvezja);

Cajelo Invest Ltd (“Cajelo”, Ċipru); kif ukoll

Recipharm AB (“Recipharm”, l-Isvezja).

EQT, u CPF jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Recipharm kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fl-14 ta’ Diċembru 2020.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal EQT: fondi ta’ ekwità privata li jinvestu f’kumpaniji madwar id-dinja, li fost l-oħrajn jikkontrollaw l-EQT IX, fond ta’ investiment li primarjament jinvesti fl-Ewropa, b’enfasi fuq l-Ewropa ta’ Fuq;

Zentricity: kumpanija ta’ investiment li tiffoka fuq l-investiment f’kumpaniji farmaċewtiċi primarjament fl-Iżvezja, li hija kkontrollata minn individwu privat Thomas Eldered, li jikkontrolla wkoll il-kumpaniji farmaċewtiċi EMPROS Pharma AB, Flerie Creations Ltd. u Flerie Invest AB;

Cajelo: kumpanija ta’ investiment li hija kkontrollata minn individwi privati Lars Backsell, li tikkontrolla wkoll lil Glims Marketing Ltd u Rohirrim AB, kumpanija tat-tnissil taż-żwiemel.

Recipharm: l-iżvilupp tal-kuntratti u l-organizzazzjoni tal-manifattura, li jipprovdu servizzi ta’ żvilupp u manifattura tal-mediċini globalment lill-industrija farmaċewtika (pereż. għal prodotti farmaċewtiċi b’doża mitmuma, ingredjenti farmaċewtiċi attivi u materjali ta’ prova klinika għall-klijenti fl-industrija farmaċewtika), kif ukoll servizzi ta’ ppakkjar u servizzi ta’ loġistika.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10004 – EQT/Zentricity/Cajelo/Recipharm

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


26.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 29/6


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10049 — Partners Group/Atlantia/Telepass)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 29/05)

1.   

Fit-18 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Partners Group AG (flimkien mal-affiljati tiegħu, “Partners Group”, l-Isvizzera),

Atlantia SpA (“Atlantia”, Italy),

Telepass SpA (“Telepass”, l-Italja), bħalissa kkontrollata esklużivament minn Atlantia (Italy)

Partners Group u Atlantia jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Telepass.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Partners Group: kumpanija globali tal-ġestjoni tal-investiment privat attiva fl-oqsma tal-ekwità privata, il-proprjetà privata, l-infrastruttura privata u d-dejn privat;

Atlantia: kumpanija azzjonarja attiva prinċipalment fis-setturi tal-awtostrada bi ħlas u tal-infrastruttura tal-ajruport fl-Italja, fi Spanja, fi Franza u, sa ċertu punt, fil-Polonja;

Telepass: attiva prinċipalment fil-forniment ta’ servizzi elettroniċi ta’ pedaġġi fl-Ewropa u, b’mod partikolari, fl-Italja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10049 — Partners Group/Atlantia/Telepass

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.