ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 28

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
25ta' Jannar 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2021/C 28/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 28/02

Kawża C-663/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel d’Aix-En-Provence – Franza) – proċeduri kriminali kontra BS, CA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Moviment liberu tal-merkanzija – Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-kittien u tal-qanneb – Derogi – Protezzjoni tas-saħħa pubblika – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-industrijalizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-qanneb għall-fibri u ż-żrieragħ biss – Kannabidjol (CBD))

2

2021/C 28/03

Kawża C-77/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Kaplan International colleges UK Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 132(1)(f) – Eżenzjoni ta’ provvista ta’ servizzi pprovduti minn gruppi awtonomi ta’ persuni lill-membri tagħhom – Applikabbiltà għall-gruppi VAT – Artikolu 11 – Grupp VAT)

3

2021/C 28/04

Kawża C-93/19 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2020 – Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna vs Chantal Hebberecht (Appell – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) – Politika ta’ rotazzjoni tal-uffiċjali – Post ta’ kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Etjopja – Deċiżjoni li tirrifjuta li testendi l-assenjazzjoni għal din il-pożizzjoni – Interess tas-servizz – Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Diskriminazzjoni pożittiva favur is-sess inqas irrappreżentat – Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea)

3

2021/C 28/05

Kawża C-147/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Atresmedia Corporación de Medios de Comunicación S.A. vs Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI), Artistas e Intérpretes o Ejecutantes, Sociedad de Gestión de España (AIE) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Proprjetà intellettwali – Drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur – Direttiva 92/100/KEE – Artikolu 8(2) – Direttiva 2006/115/KE – Artikolu 8(2) – Komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħol awdjoviżiv li jinkorpora fonogramma jew riproduzzjoni ta’ fonogramma – Ħlas ekwu u uniku)

4

2021/C 28/06

Kawża C-238/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Hannover – Il-Ġermanja) – EZ vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja – Politika tal-ażil – Direttiva 2011/95/UE – Kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat – Rifjut li jitwettaq is-servizz militari – Artikolu 9(2)(e) – Dritt tal-pajjiż ta’ oriġini li ma jipprevedix id-dritt għall-oġġezzjoni ta’ kuxjenza – Protezzjoni tal-persuni li ħarbu l-pajjiż ta’ oriġini tagħhom wara li skada t-terminu ta’ sospensjoni tas-servizz militari – Artikolu 9(3) – Rabta bejn ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva u l-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)(e) tal-imsemmija direttiva – Prova)

5

2021/C 28/07

Kawża C-299/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Torino – l-Italja) – Techbau SpA vs Azienda Sanitaria Locale AL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali – Direttiva 2000/35/KE – Kunċett ta’ tranżazzjonijiet kummerċjali – Kunċetti ta’ provvista ta’ merkanzija u ta’ provvista ta’ servizzi – Artikolu 1 u l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 2 – Kuntratt pubbliku għal xogħlijiet)

6

2021/C 28/08

Kawża C-371/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Novembru 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Tassazzjoni – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 170 u Artikolu 171(1) – Rimbors tal-VAT favur persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fl-Istat Membru li fih huma jixtru oġġetti u servizzi jew jimportaw oġġetti suġġetti għat-taxxa, iżda huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor – Direttiva 2008/9/KE – Modalitajiet tar-rimbors tal-VAT – Artikoli 9 u 10 – Artikolu 15(1) – Artikolu 20 – Assenza tal-kopja ta’ fattura jew ta’ dokument ta’ importazzjoni – Ċaħda sistematika tal-applikazzjonijiet għar-rimbors inkompleti – Rifjut li l-persuna taxxabbli tintalab tikkompleta l-applikazzjoni tagħha wara l-iskadenza tat-terminu previst sabiex titressaq applikazzjoni – Prinċipju ta’ newtralità fiskali – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Ammissibbiltà)

6

2021/C 28/09

Kawża C-454/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Heilbronn – il-Ġermanja) – Proċeduri kriminali kontra ZW (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ċittadinanza tal-Unjoni – Artikolu 21 TFUE – Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Reat kriminali li jirrigwarda speċifikament il-ħtif internazzjonali ta’ minuri – Restrizzjoni – Ġustifikazzjoni – Protezzjoni tal-minuri – Proporzjonalità)

7

2021/C 28/10

Kawża C-463/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil de prud’hommes de Metz – Franza) – Syndicat CFTC du personnel de la Caisse primaire d’assurance maladie de la Moselle vs Caisse primaire d’assurance maladie de Moselle (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Politika soċjali – Direttiva 2006/54/KE – Ugwaljanza tal-opportunitajiet u ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol – Artikoli 14 u 28 – Ftehim kollettiv nazzjonali li jagħti d-dritt għal leave wara l-leave legali tal-maternità għall-ħaddiema nisa li jrabbu huma stess lill-wild tagħhom – Esklużjoni tad-dritt għal dan il-leave għall-ħaddiema rġiel – Protezzjoni tal-ħaddiema mara kemm fir-rigward tal-konsegwenzi tat-tqala kif ukoll tal-kundizzjoni tal-maternità tagħha – Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni)

8

2021/C 28/11

Kawża C-519/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – Ryanair DAC vs DelayFix, li kienet Passenger Rights (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Kuntratt ta’ trasport bl-ajru – Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni kkuntrattata mill-passiġġier li għandu l-kwalità ta’ konsumatur – Kreditu ta’ dan il-passiġġier fir-rigward tal-kumpannija tal-ajru – Ċessjoni ta’ dan il-kreditu lil kumpannija ta’ rkupru ta’ krediti – Opponibbiltà tal-klawżola ta’ ġurisdizzjoni mill-kumpannija tal-ajru kontra l-kumpannija ċessjonarja tal-kreditu tal-imsemmi passiġġier – Direttiva 93/13/KEE)

8

2021/C 28/12

Kawża C-775/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – 5th AVENUE Products Trading GmbH vs Hauptzollamt Singen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Unjoni doganali – Regolament (KEE) Nru 2913/92 – Kodiċi Doganali tal-Komunità – Artikolu 29(1) u (3)(a) – Artikolu 32(1)(ċ) u (5)(b) – Regolament (KEE) Nru 2454/93 – Artikolu 157(2) – Determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali – Valur ta’ tranżazzjoni tal-merkanzija importata – Kunċett ta’ kundizzjoni tal-bejgħ – Ħlas inkambju għall-għoti ta’ dritt ta’ distribuzzjoni esklużiva)

9

2021/C 28/13

Kawża C-191/20 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ April 2020 minn Tiziano Vizzone mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-4 ta’ Marzu 2020, fil-Kawża T-658/19, Vizzone vs Il-Kummissjoni

10

2021/C 28/14

Kawża C-327/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Opolu (il-Polonja) fit-22 ta’ Lulju 2020 – Skarb Państwa – Starosta Nyski vs New Media Development & Hotel Services Sp. z o.o.

10

2021/C 28/15

Kawża C-418/20 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2020 minn Scorify UAB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-8 ta’ Lulju 2020 fil-Kawża T-328/19 – Scorify vs EUIPO – Scor (SCORIFY)

11

2021/C 28/16

Kawża C-475/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Admiral Gaming Network Srl vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell'Economia e delle Finanze, Presidente del Consiglio dei Ministri

11

2021/C 28/17

Kawża C-476/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Cirsa Italia SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

12

2021/C 28/18

Kawża C-477/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Codere Network SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell'Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri

13

2021/C 28/19

Kawża C-478/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Gamenet SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

13

2021/C 28/20

Kawża C-479/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – NTS Network SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

14

2021/C 28/21

Kawża C-480/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Sisal Entertainment SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

14

2021/C 28/22

Kawża C-481/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Snaitech SpA già Cogetech SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Se. Ma. di Francesco Senese

15

2021/C 28/23

Kawża C-482/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Snaitech SpA già Snai SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

15

2021/C 28/24

Kawża C-507/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pécsi Törvényszék (l-Ungerija) fit-8 ta’ Ottubru 2020 – FGSZ Földgázszállító Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

16

2021/C 28/25

Kawża C-515/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Ottubru 2020 – B AG vs Finanzamt A

17

2021/C 28/26

Kawża C-516/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Ottubru 2020 – JT, NQ vs Ryanair DCA

17

2021/C 28/27

Kawża C-523/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Győri Törvényszék (l-Ungerija) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – Koppány 2007 Zrt. vs Vas Megyei Kormányhivatal

18

2021/C 28/28

Kawża C-526/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – IO et vs Deutsche Lufthansa AG

19

2021/C 28/29

Kawża C-527/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – PJ vs Deutsche Lufthansa AG

19

2021/C 28/30

Kawża C-528/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – CT vs Deutsche Lufthansa AG

20

2021/C 28/31

Kawża C-529/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – AP vs Deutsche Lufthansa AG

20

2021/C 28/32

Kawża C-531/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – NovaText GmbH vs Ruprecht-Karls-Universität Heidelberg

21

2021/C 28/33

Kawża C-533/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Upfield Hungary Kft. vs Somogy Megyei Kormányhivatal

21

2021/C 28/34

Kawża C-534/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Leistritz AG vs LH

22

2021/C 28/35

Kawża C-558/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ottubru 2020 – PR et vs Germanwings GmbH

22

2021/C 28/36

Kawża C-566/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ottubru 2020 – DG vs Deutsche Lufthansa AG

23

2021/C 28/37

Kawża C-568/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-2 ta’ Novembru 2020 – J vs H Limited

23

2021/C 28/38

Kawża C-569/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-30 ta’ Ottubru 2020 – Proċeduri kriminali kontra IR

24

2021/C 28/39

Kawża C-570/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-28 ta’ Ottubru 2020 – BV vs Direction départementale des finances publiques de la Haute-Savoie

25

2021/C 28/40

Kawża C-571/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Potenza (l-Italja) fil-31 ta’ Ottubru 2020 – OM vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR et

25

2021/C 28/41

Kawża C-575/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-3 ta’ Novembru 2020 – Apollo Tyres (Hungary) Kft. vs Innovációért és Technológiáért Felelős Miniszter

26

2021/C 28/42

Kawża C-578/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca dos Açores (il-Portugall) fl-4 ta’ Novembru 2020 – NM, NR, BA, XN, FA vs Sata Air Açores – Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos, SA

26

2021/C 28/43

Kawża C-581/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fil-5 ta’ Novembru 2020 – Skarb Państwa Rzeczypospolitej Polskiej reprezentowany przez Generalnego Dyrektora Dróg Krajowych i Autostrad vs TOTO SpA – Costruzioni Generali u Vianini Lavori SpA

27

2021/C 28/44

Kawża C-583/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fis-6 ta’ Novembru 2020 – EuroChem Agro Hungary Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

28

2021/C 28/45

Kawża C-593/20 SA: Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid imressqa fil-11 ta Novembru 2020 – Silvana Moro et vs Il-Kummissjoni Ewropea

28

2021/C 28/46

Kawża C-597/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-12 ta’ Novembru 2020 – Polskie Linie Lotnicze LOT SA vs Budapest Főváros Kormányhivatala

29

2021/C 28/47

Kawża C-602/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Novembru 2020 – AKZ – Burgas EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika – Burgas

29

2021/C 28/48

Kawża C-603/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England and Wales), Family Division fis-16 ta’ Novembru 2020 – SS vs MCP

30

2021/C 28/49

Kawża C-607/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fis-17 ta’ Novembru 2020 – GE Aircraft Engine Services Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

30

2021/C 28/50

Kawża C-619/20 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2020 minn International Management Group (IMG) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-645/19, IMG vs Il-Kummissjoni

31

2021/C 28/51

Kawża C-620/20 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2020 minn International Management Group (IMG) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-381/15 RENV, IMG vs Il-Kummissjoni

31

2021/C 28/52

Kawża C-623/20 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2020 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-437/16, L-Italja vs Il-Kummissjoni

32

2021/C 28/53

Kawża C-635/20 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2020 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-401/16, Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

33

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 28/54

Kawża T-271/10 RENV II: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2020 – H vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Membru tal-persunal nazzjonali kkollokat mal-EUPM fil-Bosnja-Ħerzegovina – Deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid – Użu ħażin ta’ poter – Interess tas-servizz – Fastidju psikoloġiku – Natura punittiva tal-assenjazzjoni mill-ġdid – Responsabbiltà – Dannu morali)

35

2021/C 28/55

Kawża T-71/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – BMC vs Entreprise commune Clean Sky 2 (Riċerka, żvilupp teknoloġiku u spazju – Programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni Horizon 2020 (2014-2020) – Proċedura ta’ sejħa għal proposti H2020-CS 2-CFP08-FRC-2018-01 – Ċaħda tal-proposta ssottomessa mir-rikorrenti – Attribuzzjoni ta’ marki li jikkorrispondux għal numru sħiħ – Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Nuqqas ta’ eżami suffiċjenti tal-proposta – Żnaturament tal-fatti)

36

2021/C 28/56

Kawża T-107/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – ACRE vs Il-Parlament (Dritt Istituzzjonali – Parlament Ewropew – Deċiżjoni li tiddikjara mhux ammissibbli ċerti spejjeż ta’ partit politiku għall-finijiet ta’ sussidju għall-2017 – Regolament (KE) Nru 2004/200 – Projbizzjoni ta’ finanzjament ta’ partit politiku nazzjonali – Kontribuzzjoni jew donazzjoni minn partit politiku nazzjonali – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Ċertezza legali – Ugwaljanza fit-trattament – Deċiżjoni li tagħti kontribuzzjoni lil partit politiku għall-2019 u tissuġġetta finanzjament minn qabel bir-rata ta’ 100 % tal-ammont massimu ta’ kontribuzzjoni għal ċerti rimborsi minn qabel – Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 – Drittijiet tad-difiża)

36

2021/C 28/57

Kawża T-166/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Bronckers vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti Messikani dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni ta’ appellazzjonijiet ta’ spirti alkoħoliċi – Dokumenti ppreżentati fil-kuntest tal-Kumitat Konġunt – Rifjut ta’ aċċess – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali – Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi)

37

2021/C 28/58

Kawża T-178/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Dicembru 2020 – Kalai vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja – Iffriżar ta’ fondi – Drittijiet tad-difiża – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Dritt għall-proprjetà)

38

2021/C 28/59

Kawża T-309/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – BRF Singapore Foods vs EUIPO – Tipiak (Sadia) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Sadia – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SAIDA – Raġuni relattiva għal rifjut – Riskju ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni)

39

2021/C 28/60

Kawża T-310/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – BRF Singapore Foods vs EUIPO – Tipiak (SADIA) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SADIA – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SAIDA – Raġuni relattiva għal rifjut – Riskju ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni)

39

2021/C 28/61

Kawża T-362/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – UI vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Allowance tal-espatrijazzjoni – Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regoli tal-Persunal – Rifjut li tingħata l-allowance ta’ espatrijazzjoni – Residenza abitwali – Post fejn titwettaq l-attività professjonali prinċipali – Perijodu ta’ referenza ta’ ħames snin)

40

2021/C 28/62

Kawża T-574/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2020 – Tinnus Enterprises vs EUIPO – Mystic Products u Koopman International (Tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi – Raġuni għal invalidità – Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet għal protezzjoni – Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott iddettati biss mill-funzjoni teknika tiegħu – Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 6/2002)

41

2021/C 28/63

Kawża T-639/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 2 ta’ Dicembru 2020 – Sánchez Romero Carvajal Jabugo vs EUIPO – Embutidos Monells (5MS MMMMM) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva 5MS MMMMM – Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti 5J – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Assenza ta’ xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Assenza ta’ dannu għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001))

41

2021/C 28/64

Kawża T-687/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 2 ta’ Diċembru 2020 – inMusic Brands vs EUIPO – Equipson (Marq) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Marq – Trade marks figurattivi nazzjonali u internazzjonali preċedenti MARK – Raġuni assoluta għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali]

42

2021/C 28/65

Kawża T-802/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Kisscolor Living vs EUIPO – Teoxane (KISS COLOR) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea KISS COLOR – Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea KISS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Applikazzjoni tal-liġi ratione temporis)

43

2021/C 28/66

Kawża T-862/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Brasserie St Avold vs EUIPO (Forma ta’ flixkun skur) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea – Sinjal tridimensjonali – Forma ta’ flixkun skur – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

43

2021/C 28/67

Kawża T-874/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Impera vs EUIPO – Euro Games Technology (Flaming Forties) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Flaming Forties – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti 40 FLAMING FRUITS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

44

2021/C 28/68

Kawża T-875/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Impera vs EUIPO – Euro Games Technology (Flaming Forties) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Flaming Forties – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti 40 FLAMING FRUITS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

44

2021/C 28/69

Kawża T-882/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Kerangus vs EUIPO (ΑΠΛΑ!) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ΑΠΛΑ! – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] – Ugwaljanza fit-trattament)

45

2021/C 28/70

Kawża T-26/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Dicembru 2020 – Forex Bank vs EUIPO – Coino UK (FOREX) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea FOREX – Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

46

2021/C 28/71

Kawża T-35/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2020 – Monster Energy vs EUIPO – Nanjing aisiyou Clothing (Rappreżentazzjoni ta’ girfa) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta girfa – Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea u tar-Renju Unit li jirrappreżentaw grif – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b), (4) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

46

2021/C 28/72

Kawża T-57/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Group vs EUIPO – Iliev (GROUP Company TOURISM & TRAVEL) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GROUP Company TOURISM & TRAVEL – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti mhux irreġistrati GROUP Company TOURISM & TRAVEL – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – It-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001)

47

2021/C 28/73

Kawża T-152/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Dicembru 2020 – BSH Hausgeräte vs EUIPO (Home Connect) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea Home Connect – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Relazzjoni suffiċjentement diretta u konkreta mal-prodotti msemmija mill-applikazzjoni għat-trade mark – Assenza ta’ karattru distintiv – Artkolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001)

48

2021/C 28/74

Kawża T-486/18: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2020 – Danske Slagtermestre vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Għajnuna mill-Istat – Skema ta’ kontribuzzjonijiet għall-ġbir ta’ ilma mormi – Fażi preliminari tal-investigazzjoni – Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat – Assoċjazzjoni professjonali – Locus standi – Kwalità ta’ parti interessata – Għan ta’ salvagwardja tad-drittijiet proċedurali ggarantiti mill-Artikolu 108(2) TFUE – Nuqqas ta’ inċidenza individwali – Nuqqas ta’ inċidenza sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva – Att regolatorju – Nuqqas ta’ inċidenza diretta – Inammissibbiltà)

48

2021/C 28/75

Kawża T-367/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2020 – Camerin vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Uffiċjal – Tnaqqis magħmul fuq il-pensjoni tal-irtirar – Eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni – Responsabbiltà – Inammissibbiltà)

49

2021/C 28/76

Kawża T-728/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2020 – PL vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Dokumenti marbuta ma’ deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid fi ħdan il-Kummissjoni fl-interess tas-servizz – Rifjut parzjali ta’ aċċess – Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura – Ksur tar-rekwiżiti formali – Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

50

2021/C 28/77

Kawża T-805/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2020 – Ultrasun vs EUIPO (ultrasun) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ultrasun – Raġuni assoluta għal rifjut – Karattru deskrittiv – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

50

2021/C 28/78

Kawża T-833/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2020 – Grammer vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ figura ġeometrika) (Rikors għal annullament – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta figura ġeometrika – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu (7)(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

51

2021/C 28/79

Kawża T-849/19 R II: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2020 – Leonardo vs Frontex (Proċeduri għal miżuri proviżorji – Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Talba għal miżuri provviżorji – Talba ġdida – Fatti ġodda – Nuqqas ta’ urġenza)

51

2021/C 28/80

Kawża T-174/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2020 – Comune di Stintino vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-istrument finanzjarju għall-ambjent (LIFE+) – Nota ta’ debitu – Att li jaqa’ f’kuntest purament kuntrattwali li huwa inseparabbli minnu – Att preparatorju – Inammissibbiltà)

52

2021/C 28/81

Kawża T-308/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – PL vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Assenjazzjoni mill-ġdid – Deċiżjoni b’effett retroattiv adottata sabiex tiġi eżegwita sentenza tal-Qorti Ġenerali – Artikolu 266 TFUE – Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal – Awtorità kompetenti – Irtirar tal-att ikkontestat – Tmiem tal-iskop tat-tilwima – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

52

2021/C 28/82

Kawża T-475/20 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2020 – LE vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri proviżorji – Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm-Qafas għal azzjonijiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) – Irkupru tas-sommom imħallsa – Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Nuqqas ta’ urġenza)

53

2021/C 28/83

Kawża T-659/20: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2020 – SJ vs Il-Kummissjoni

53

2021/C 28/84

Kawża T-666/20: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2020 –Thunus et vs BEI

54

2021/C 28/85

Kawża T-668/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2020 – NZ vs Il-Kummissjoni

56

2021/C 28/86

Kawża T-669/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2020 – Pluscard Service vs EUIPO (PLUSCARD)

57

2021/C 28/87

Kawża T-691/20: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2020 – Kühne vs Il-Parlament

57

2021/C 28/88

Kawża T-694/20: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2020 – Canisius vs EUIPO – Beiersdorf (CCLABELLE VIENNA)

59

2021/C 28/89

Kawża T-697/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2020 – Bimbo Donuts Iberia vs EUIPO – Hijos de Antonio Juan (DONAS DULCESOL)

60

2021/C 28/90

Kawża T-699/20: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2020 – Fashion Energy vs EUIPO – Retail Royalty (1st AMERICAN)

61

2021/C 28/91

Kawża T-700/20: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2020 – Schmid vs EUIPO – Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl g.g.A GESCHÜTZTE GEOGRAFISCHE ANGABE)

61

2021/C 28/92

Kawża T-702/2020: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2020 – Beelow vs EUIPO (made of wood)

62

2021/C 28/93

Kawża T-705/20: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2020 – OI vs Il-Kummissjoni

63

2021/C 28/94

Kawża T-707/20: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2020 – Skyworks Solutions vs EUIPO – Sky (Sky5)

63

2021/C 28/95

Kawża T-708/20: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2020 – TrekStor vs EUIPO (e.Gear)

64

2021/C 28/96

Kawża T-709/20: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2020 – OJ vs Il-Kummissjoni

65


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 28/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 19, 18.1.2021

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 9, 11.1.2021

ĠU C 443, 21.12.2020

ĠU C 433, 14.12.2020

ĠU C 423, 7.12.2020

ĠU C 414, 30.11.2020

ĠU C 399, 23.11.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour d’appel d’Aix-En-Provence – Franza) – proċeduri kriminali kontra BS, CA

(Kawża C-663/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-merkanzija - Organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur tal-kittien u tal-qanneb - Derogi - Protezzjoni tas-saħħa pubblika - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tillimita l-industrijalizzazzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-qanneb għall-fibri u ż-żrieragħ biss - Kannabidjol (CBD))

(2021/C 28/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel d’Aix-En-Provence

Partijiet fil-kawża prinċipali

B S, C A

fil-preżenza ta’: Ministère public, Conseil national de l’ordre des pharmaciens

Dispożittiv

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikoli 34 u 36 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi l-kummerċjalizzazzjoni tal-kannabidjol (CBD) legalment prodott fi Stat Membru ieħor, meta jiġi estratt mill-pjanta tal-cannabis sativa kollha kemm hi u mhux mill-fibri u ż-żrieragħ tagħha biss, sakemm din il-leġiżlazzjoni ma tkunx xierqa sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq. Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma japplikawx għal tali leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 4, 7.1.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Tax Chamber) – ir-Renju Unit) – Kaplan International colleges UK Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-77/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 132(1)(f) - Eżenzjoni ta’ provvista ta’ servizzi pprovduti minn gruppi awtonomi ta’ persuni lill-membri tagħhom - Applikabbiltà għall-gruppi VAT - Artikolu 11 - Grupp VAT)

(2021/C 28/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Kaplan International colleges UK Ltd

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Dispożittiv

L-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli għall-provvisti ta’ servizzi pprovduti minn grupp awtonomu ta’ persuni lil grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuna taxxabbli waħda, fis-sens tal-Artikolu 11 ta’ din id-direttiva, peress li l-membri kollha ta’ dan l-aħħar grupp ma humiex membri tal-imsemmi grupp awtonomu ta’ persuni. L-eżistenza ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jipprevedu li l-membru rappreżentattiv ta’ tali grupp ta’ persuni li jistgħu jiġu kkunsidrati bħala persuna taxxabbli waħda għandu l-karatteristiċi u l-istatus tal-membri tal-grupp awtonomu ta’ persuni kkonċernat, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista favur gruppi indipendenti ta’ persuni, ma għandha l-ebda effett f’dan ir-rigward.


(1)  ĠU C 131, 8.4.2019


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2020 – Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna vs Chantal Hebberecht

(Kawża C-93/19 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) - Politika ta’ rotazzjoni tal-uffiċjali - Post ta’ kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fl-Etjopja - Deċiżjoni li tirrifjuta li testendi l-assenjazzjoni għal din il-pożizzjoni - Interess tas-servizz - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament - Diskriminazzjoni pożittiva favur is-sess inqas irrappreżentat - Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea)

(2021/C 28/04)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u R. Spáč, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Chantal Hebberecht

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Is-SEAE għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 155, 06.05.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Supremo – Spanja) – Atresmedia Corporación de Medios de Comunicación S.A. vs Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI), Artistas e Intérpretes o Ejecutantes, Sociedad de Gestión de España (AIE)

(Kawża C-147/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Drittijiet relatati mad-drittijiet tal-awtur - Direttiva 92/100/KEE - Artikolu 8(2) - Direttiva 2006/115/KE - Artikolu 8(2) - Komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħol awdjoviżiv li jinkorpora fonogramma jew riproduzzjoni ta’ fonogramma - Ħlas ekwu u uniku)

(2021/C 28/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Atresmedia Corporación de Medios de Comunicación S.A.

Konvenuti: Asociación de Gestión de Derechos Intelectuales (AGEDI), Artistas e Intérpretes o Ejecutantes, Sociedad de Gestión de España (AIE)

Dispożittiv

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/100/KEE tad-19 ta’ Novembru 1992 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, u l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2006/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar dritt ta’ kiri u dritt ta’ self u dwar ċerti drittijiet relatati mad-drittijiet ta’ l-awtur fil-qasam tal-proprjetà intellettwali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-ħlas ekwu u uniku, imsemmi f’dawn id-dispożizzjonijiet, ma għandux jitħallas mill-utent meta jwettaq komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ reġistrazzjoni awdjoviżiva li tinkludi l-fissazzjoni ta’ xogħol awdjoviżiv li fiha tkun ġiet inkorporata fonogramma jew riproduzzjoni ta’ din il-fonogramma.


(1)  ĠU C 182, 27.5.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Hannover – Il-Ġermanja) – EZ vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-238/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Politika tal-ażil - Direttiva 2011/95/UE - Kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat - Rifjut li jitwettaq is-servizz militari - Artikolu 9(2)(e) - Dritt tal-pajjiż ta’ oriġini li ma jipprevedix id-dritt għall-oġġezzjoni ta’ kuxjenza - Protezzjoni tal-persuni li ħarbu l-pajjiż ta’ oriġini tagħhom wara li skada t-terminu ta’ sospensjoni tas-servizz militari - Artikolu 9(3) - Rabta bejn ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva u l-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)(e) tal-imsemmija direttiva - Prova)

(2021/C 28/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EZ

Konvenut: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, meta d-dritt tal-Istat ta’ oriġini ma jipprevedix il-possibbiltà li jiġi rrifjutat it-twettiq tas-servizz militari, li dan ir-rifjut jiġi kkonstatat fil-każ li l-persuna kkonċernata ma tkunx ifformalizzat ir-rifjut tagħha skont proċedura partikolari u ħarbet mill-pajjiż ta’ oriġini tagħha mingħajr ma ppreżentat ruħha quddiem l-awtoritajiet militari.

2)

L-Artikolu 9(2)(e) tad-Direttiva 2011/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għal persuna li tissejjaħ li tirrifjuta li twettaq is-servizz militari tagħha f’każ ta’ kunflitt iżda li tinjora s-settur futur ta’ intervent militari tagħha, f’kuntest ta’ gwerra ċivili ġġeneralizzata kkaratterizzat mill-kummissjoni ripetuta u sistematika ta’ delitti jew ta’ atti msemmija fl-Artikolu 12(2) tal-istess direttiva mill-armata billi tħalli jintervjenu dawk imsejħa, it-twettiq tas-servizz militari jippreżupponi li jipparteċipa, direttament jew indirettament, fit-twettiq ta’ tali delitti jew atti, irrispettivament minn dak li huwa s-settur ta’ intervent.

3)

L-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/95 għandu jiġi interpretat fis-sens li jimponi l-eżistenza ta’ rabta bejn ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva u l-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)(e) tal-imsemmija direttiva.

4)

Id-dispożizzjonijiet flimkien tal-Artikolu 9(2)(e) u tal-Artikolu 9(3) tad-Direttiva 2011/95 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżistenza ta’ rabta bejn ir-raġunijiet imsemmija fl-Artikolu 2(d) kif ukoll fl-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva u l-prosekuzzjonijiet u s-sanzjonijiet għal rifjut li jitwettaq is-servizz militari msemmija fl-Artikolu 9(2)(e) tal-imsemmija direttiva ma tistax titqies bħala stabbilita minħabba s-sempliċi fatt li dawn il-prosekuzzjonijiet u sanzjonijiet huma marbuta ma’ dan ir-rifjut. Madankollu, teżisti preżunzjoni qawwija li r-rifjut li jitwettaq is-servizz militari fil-kundizzjonijiet ippreċiżati fl-Artikolu 9(2)(e) tal-istess direttiva jkun marbut ma’ waħda mill-ħames raġunijiet imfakkra fl-Artikolu 10 tagħha. Huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li għandhom jivverifikaw, fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha inkwistjoni, in-natura plawżibbli ta’ din ir-rabta.


(1)  ĠU C 206, 17.6.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-18 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Torino – l-Italja) – Techbau SpA vs Azienda Sanitaria Locale AL

(Kawża C-299/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Direttiva 2000/35/KE - Kunċett ta’ “tranżazzjonijiet kummerċjali” - Kunċetti ta’ “provvista ta’ merkanzija” u ta’ “provvista ta’ servizzi” - Artikolu 1 u l-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 2 - Kuntratt pubbliku għal xogħlijiet)

(2021/C 28/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Techbau SpA

Konvenuta: Azienda Sanitaria Locale AL

Dispożittiv

L-ewwel subparagrafu tal-punt 1 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt pubbliku għal xogħlijiet jikkostitwixxi tranżazzjoni kummerċjali li twassal għall-provvista ta’ merkanzija jew għall-provvista ta’ servizzi, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u għalhekk jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae ta’ din id-direttiva.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Novembru 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-371/19) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 170 u Artikolu 171(1) - Rimbors tal-VAT favur persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fl-Istat Membru li fih huma jixtru oġġetti u servizzi jew jimportaw oġġetti suġġetti għat-taxxa, iżda huma stabbiliti fi Stat Membru ieħor - Direttiva 2008/9/KE - Modalitajiet tar-rimbors tal-VAT - Artikoli 9 u 10 - Artikolu 15(1) - Artikolu 20 - Assenza tal-kopja ta’ fattura jew ta’ dokument ta’ importazzjoni - Ċaħda sistematika tal-applikazzjonijiet għar-rimbors inkompleti - Rifjut li l-persuna taxxabbli tintalab tikkompleta l-applikazzjoni tagħha wara l-iskadenza tat-terminu previst sabiex titressaq applikazzjoni - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Ammissibbiltà)

(2021/C 28/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Jokubauskaitė u R. Pethke, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: S. Eisenberg u J. Möller, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ċaħdet l-applikazzjonijiet għar-rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) imressqa qabel it-30 ta’ Settembru tas-sena kalendarja li ssegwi l-perijodu ta’ rifużjoni iżda li magħhom ma ġewx annessi l-kopji tal-fatturi jew tad-dokumenti ta’ importazzjoni meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ rifużjoni skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/9/KE tat-12 ta’ Frar 2008 li tistabbilixxi regoli dettaljati għar-rifużjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, prevista mid-Direttiva 2006/112/KE, favur persuni taxxabbli li ma humiex stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, iżda fi Stat Membru ieħor, mingħajr ma qabel stiednet lill-applikanti jikkompletaw l-applikazzjonijiet tagħhom bit-tressiq, jekk meħtieġ lil hinn minn dik id-data, ta’ dawn il-kopji jew billi jipprovdu informazzjoni xierqa li trendi possibbli l-ipproċessar tal-imsemmija applikazzjonijiet, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, filwaqt li kisret il-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT kif ukoll l-effett utli tad-dritt għar-rimbors tal-VAT mill-persuni taxxabbli mhux stabbiliti fl-Istat Membru ta’ rifużjoni, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 170 u 171 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2008/8/KE tat-12 ta’ Frar 2008, u l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2008/9.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 213, 24.6.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-19 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Heilbronn – il-Ġermanja) – Proċeduri kriminali kontra ZW

(Kawża C-454/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikolu 21 TFUE - Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri - Reat kriminali li jirrigwarda speċifikament il-ħtif internazzjonali ta’ minuri - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni - Protezzjoni tal-minuri - Proporzjonalità)

(2021/C 28/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Heilbronn

Partijiet fil-kawża kriminali prinċipali

ZW

fil-preżenza ta’: Staatsanwaltschaft Heilbronn,

Dispożittiv

L-Artikolu 21 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha l-fatt, għal ġenitur, li ma jikkonsenjax lill-kuratur maħtur il-wild tiegħu li jinsab fi Stat Membru ieħor huwa suġġett għal sanzjonijiet kriminali anki fl-assenza ta’ użu ta’ vjolenza, ta’ theddida ta’ ħsara sostanzjali jew ta’ qerq, filwaqt li, meta l-wild ikun jinsab fit-territorju tal-ewwel Stat Membru, dan l-istess fatt ikun punibbli biss f’każ ta’ użu ta’ vjolenza, ta’ theddida ta’ ħsara sostanzjali jew ta’ qerq.


(1)  ĠU C 280, 19.08.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil de prud’hommes de Metz – Franza) – Syndicat CFTC du personnel de la Caisse primaire d’assurance maladie de la Moselle vs Caisse primaire d’assurance maladie de Moselle

(Kawża C-463/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 2006/54/KE - Ugwaljanza tal-opportunitajiet u ugwaljanza fit-trattament bejn l-irġiel u n-nisa fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Artikoli 14 u 28 - Ftehim kollettiv nazzjonali li jagħti d-dritt għal leave wara l-leave legali tal-maternità għall-ħaddiema nisa li jrabbu huma stess lill-wild tagħhom - Esklużjoni tad-dritt għal dan il-leave għall-ħaddiema rġiel - Protezzjoni tal-ħaddiema mara kemm fir-rigward tal-konsegwenzi tat-tqala kif ukoll tal-kundizzjoni tal-maternità tagħha - Kundizzjonijiet għall-applikazzjoni)

(2021/C 28/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil de prud’hommes de Metz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Syndicat CFTC du personnel de la Caisse primaire d’assurance maladie de la Moselle

Konvenut: Caisse primaire d’assurance maladie de Moselle

fil-preżenza ta’: Mission nationale de contrôle et d’audit des organismes de sécurité sociale

Dispożittiv

L-Artikoli 14 u 28 tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali ta’ l-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol, moqrija fid-dawl tad-Direttiva tal-Kunsill 92/85/KEE tad-19 ta’ Ottubru 1992 dwar l-introduzzjoni ta’ mizuri biex jinkoraġġixxu t-titjib fis-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għall-ħaddiema nisa tqal u ħaddiema li welldu reċentement, jew li qed ireddgħu (l-għaxar Direttiva partikolari fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux id-dispożizzjoni ta’ ftehim kollettiv nazzjonali li jirriżerva għall-ħaddiema nisa li jrabbu huma stess lill-wild tagħhom id-dritt għal leave wara l-iskadenza tal-leave legali tal-maternità, bil-kundizzjoni li dan il-leave supplimentari jkun intiż għall-protezzjoni tal-ħaddiema nisa fir-rigward kemm tal-konsegwenzi tat-tqala kif ukoll tal-kundizzjoni tal-maternità tagħhom, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, billi tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-imsemmi leave, il-modalitajiet u t-tul tiegħu kif ukoll il-livell ta’ protezzjoni ġuridika relatat miegħu.


(1)  ĠU C 280, 19.8.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Okręgowy w Warszawie – il-Polonja) – Ryanair DAC vs DelayFix, li kienet Passenger Rights

(Kawża C-519/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Kuntratt ta’ trasport bl-ajru - Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni kkuntrattata mill-passiġġier li għandu l-kwalità ta’ konsumatur - Kreditu ta’ dan il-passiġġier fir-rigward tal-kumpannija tal-ajru - Ċessjoni ta’ dan il-kreditu lil kumpannija ta’ rkupru ta’ krediti - Opponibbiltà tal-klawżola ta’ ġurisdizzjoni mill-kumpannija tal-ajru kontra l-kumpannija ċessjonarja tal-kreditu tal-imsemmi passiġġier - Direttiva 93/13/KEE)

(2021/C 28/11)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ryanair DAC

Konvenuta: DelayFix, li kienet Passenger Rights

Dispożittiv

L-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi kkontestata l-ġurisdizzjoni ta’ qorti sabiex tieħu konjizzjoni ta’ rikors għad-danni ppreżentat skont ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, u intiż kontra kumpannija tal-ajru, klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni inserita f’kuntratt ta’ trasport konkluż bejn passiġġier u din il-kumpannija tal-ajru ma tistax tiġi invokata minn din tal-aħħar kontra kumpannija ta’ rkupru li lilha l-passiġġier ittrasferixxa l-kreditu tiegħu, sakemm, skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat li l-qrati tiegħu huma indikati f’din il-klawżola, din il-kumpannija ta’ rkupru ma tkunx issuċċediet lill-kontraent inizjali fid-drittijiet u l-obbligi kollha tiegħu, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. Jekk ikun il-każ, tali klawżola, li tiddaħħal mingħajr ma kienet is-suġġett ta’ negozjati individwali f’kuntratt konkluż bejn konsumatur, jiġifieri l-passiġġier tal-ajru, u bejjiegħ jew fornitur, jiġifieri l-imsemmija kumpannija tal-ajru, u li tagħti ġurisdizzjoni esklużiva lill-qorti li fil-ġurisdizzjoni territorjali tagħha tkun tinsab is-sede tagħha, għandha titqies bħala inġusta, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur.


(1)  ĠU C 337, 7.10.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tad-19 ta’ Novembru 2020 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – 5th AVENUE Products Trading GmbH vs Hauptzollamt Singen

(Kawża C-775/19) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikolu 29(1) u (3)(a) - Artikolu 32(1)(ċ) u (5)(b) - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 157(2) - Determinazzjoni tal-valur għal skopijiet doganali - Valur ta’ tranżazzjoni tal-merkanzija importata - Kunċett ta’ “kundizzjoni tal-bejgħ” - Ħlas inkambju għall-għoti ta’ dritt ta’ distribuzzjoni esklużiva)

(2021/C 28/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: 5th AVENUE Products Trading GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Singen

Dispożittiv

L-Artikolu 29(1) u (3)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta’ Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità għandu jiġi interpretat fis-sens li ħlas imwettaq matul perijodu limitat mix-xerrej ta’ merkanzija importata lill-bejjiegħ tagħha bħala korrispettiv għall-għoti, minn dan tal-aħħar, ta’ dritt ta’ distribuzzjoni esklużiva ta’ din il-merkanzija f’territorju partikolari, u kkalkolat fuq id-dħul mill-bejgħ iġġenerat f’dan it-territorju, għandu jiġi integrat fil-valur għal skopijiet doganali tal-imsemmija merkanzija.


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/10


Appell ippreżentat fit-30 ta’ April 2020 minn Tiziano Vizzone mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fl-4 ta’ Marzu 2020, fil-Kawża T-658/19, Vizzone vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-191/20 P)

(2021/C 28/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Tiziano Vizzone (rappreżentanti: M. Bettani, S. Brovelli)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tal-25 ta’ Novembru 2020 il-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell bħala manifestament inammissibbli u kkundannat lil Tiziano Vizzone għall-ispejjeż rispettivi tiegħu.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Opolu (il-Polonja) fit-22 ta’ Lulju 2020 – Skarb Państwa – Starosta Nyski vs New Media Development & Hotel Services Sp. z o.o.

(Kawża C-327/20)

(2021/C 28/14)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Opolu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skarb Państwa – Starosta Nyski

Konvenuta: New Media Development & Hotel Services Sp. z o.o.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/7/UE tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 2 u 4(1) tal-ustawa z dnia 8 marca 2013 r. o przeciwdziałaniu nadmiernym opóźnieniom w transakcjach handlowych (il-Liġi tat-8 ta’ Marzu 2013 dwar il-ġlieda kontra dewmien eċċessiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali) jinftiehmu b’mod li taħt il-kunċett ta’ oġġett ma taqax proprjetà immobbli u taħt il-kunċett ta’ kunsinna ta’ oġġetti ma jaqax it-tqegħid ta’ proprjetà immobbli taħt użufrutt perpetwu fis-sens tal-Artikolu 232 et seq tal-Kodiċi Ċivili, jew, jekk ikun il-każ, li tali aġir ma jistax jitqies bħala provvista ta’ servizzi?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda 1,

l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2011/7/UE tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-Artikolu 71 et seq tal-ustawa z dnia 21 sierpnia 1997 r. o gospodarce nieruchomościami (il-Liġi tal-21 ta’ Awwissu 1997 dwar l-immaniġġjar tal-proprjetà immobbli) u l-Artikolu 238 tal-Kodiċi Ċivili jinftiehmu b’mod li l-ġbir annwali, mis-Skarb Państwa (it-Teżor tal-Istat, il-Polonja), ta’ tariffi għal użufrutt perpetwu mingħand entitajiet li jeżerċitaw attività kummerċjali iżda li ma kinux l-entitajiet oriġinali li favur tagħhom it-Teżor tal-Istat stabbilixxa d-dritt ta’ użufrutt perpetwu, u li kisbu dan id-dritt mingħand użufruttwarji perpetwi oħra, ma jaqax fl-ambitu tal-kunċett ta’ tranżazzjoni kummerċjali u ta’ awtorità pubblika fis-sens tal-Artikolu 2(1) u (2) tad-direttiva msemmija iktar ’il fuq u tal-Artikoli 2 u 4(1) tal-Liġi tat-8 ta’ Marzu 2013 dwar il-ġlieda kontra dewmien eċċessiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali jew, jekk ikun il-każ, li tali aġir ma huwiex kopert mill-ambitu tad-direttiva u tal-liġi msemmija iktar ’il fuq?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domandi 1 u 2:

l-Artikolu 12(4) tad-Direttiva 2011/7/UE tas-16 ta’ Frar 2011 dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard fi transazzjonijiet kummerċjali u tal-Artikolu 6(3)(b) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2000/35/KE tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi transazzjonijiet kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-Artikolu 15 tal-Liġi tat-8 ta’ Marzu 2013 dwar il-ġlieda kontra dewmien eċċessiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali u l-Artikolu 12 tal-ustawa z dnia 12 czerwca 2003 r. o terminie zapłaty w transakcjach handlowych (il-Liġi tat-12 ta’ Ġunju 2003 dwar it-terminu ta’ ħlas fi tranżazzjonijiet kummerċjali) jinftiehmu b’mod li jeskludu l-possibbiltà li d-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva u tal-liġijiet li jimplimentawha jiġu applikati fir-rigward ta’ kuntratti ta’ bejgħ tad-dritt ta’ użufrutt perpetwu lill-użufruttwarju perpetwu attwali, li huwa obbligat li jħallas tariffa annwali, li ġew konklużi wara t-28 ta’ April 2013 u l-1 ta’ Jannar 2004, fil-każ fejn l-għoti oriġinali tal-art b’użufrutt perpetwu mit-Teżor tal-Istat lil entità oħra seħħ qabel it-28 ta’ April 2013 u l-1 ta’ Jannar 2004?


(1)  ĠU 2011, L 48, p. 1.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/11


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2020 minn Scorify UAB mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-8 ta’ Lulju 2020 fil-Kawża T-328/19 – Scorify vs EUIPO – Scor (SCORIFY)

(Kawża C-418/20 P)

(2021/C 28/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Scorify UAB (rappreżentant: V. Viešūnaitė, avukata)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Scor SE

Permezz ta’ digriet tas-26 ta’ Novembru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma għandux jiġi ammess u kkundannat lill-appellanti għall-ispejjeż.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Admiral Gaming Network Srl vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell'Economia e delle Finanze, Presidente del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-475/20)

(2021/C 28/16)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Admiral Gaming Network Srl

Konvenuti: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell'Economia e delle Finanze, Presidente del Consiglio dei Ministri

Domandi preliminari

1)

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Liġi Nru 190/14, li tnaqqas ir-remunerazzjoni u l-kummissjonijiet unikament fir-rigward ta’ kategorija limitata u speċifika ta’ operaturi, jiġifieri unikament l-operaturi tal-logħob ipprattikat b’magni tal-logħob, u mhux fir-rigward tal-operaturi kollha tas-settur tal-logħob, hija kompatibbli mal-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment iggarantita mill-Artikolu 49 TFUE u mal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi iggarantita mill-Artikolu 56 TFUE?

2)

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik iċċitata iktar ’il fuq, inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Ligi Nru 190/14, li, għal raġunijiet esklużivament ekonomiċi, tnaqqas, matul il-perijodu viġenti ta’ ftehim ta’ konċessjoni konkluż bejn kumpannija u awtorità tal-Istat Taljan, il-kummissjoni stabbilita fl-istess ftehim, hija kompatibbli mal-prinċipju tad-dritt Ewropew ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi?


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Cirsa Italia SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

(Kawża C-476/20)

(2021/C 28/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cirsa Italia SpA

Konvenuta: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Domandi preliminari

1)

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Liġi Nru 190/14, li tnaqqas ir-remunerazzjoni u l-kummissjonijiet unikament fir-rigward ta’ kategorija limitata u speċifika ta’ operaturi, jiġifieri unikament l-operaturi tal-logħob ipprattikat b’magni tal-logħob, u mhux fir-rigward tal-operaturi kollha tas-settur tal-logħob, hija kompatibbli mal-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment iggarantita mill-Artikolu 49 TFUE u mal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi iggarantita mill-Artikolu 56 TFUE?

2)

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik iċċitata iktar ’il fuq, inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Ligi Nru 190/14, li, għal raġunijiet esklużivament ekonomiċi, tnaqqas, matul il-perijodu viġenti ta’ ftehim ta’ konċessjoni konkluż bejn kumpannija u awtorità tal-Istat Taljan, il-kummissjoni stabbilita fl-istess ftehim, hija kompatibbli mal-prinċipju tad-dritt Ewropew ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi?


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Codere Network SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell'Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-477/20)

(2021/C 28/18)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Codere Network SpA

Konvenuti: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Ministero dell'Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri

Domandi preliminari

1)

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Liġi Nru 190/14, li tnaqqas ir-remunerazzjoni u l-kummissjonijiet unikament fir-rigward ta’ kategorija limitata u speċifika ta’ operaturi, jiġifieri unikament l-operaturi tal-logħob ipprattikat b’magni tal-logħob, u mhux fir-rigward tal-operaturi kollha tas-settur tal-logħob, hija kompatibbli mal-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment iggarantita mill-Artikolu 49 TFUE u mal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi iggarantita mill-Artikolu 56 TFUE?

2)

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik iċċitata iktar ’il fuq, inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Ligi Nru 190/14, li, għal raġunijiet esklużivament ekonomiċi, tnaqqas, matul il-perijodu viġenti ta’ ftehim ta’ konċessjoni konkluż bejn kumpannija u awtorità tal-Istat Taljan, il-kummissjoni stabbilita fl-istess ftehim, hija kompatibbli mal-prinċipju tad-dritt Ewropew ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi?


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Gamenet SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

(Kawża C-478/20)

(2021/C 28/19)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Gamenet SpA

Konvenuta: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Domandi preliminari

1)

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Liġi Nru 190/14, li tnaqqas ir-remunerazzjoni u l-kummissjonijiet unikament fir-rigward ta’ kategorija limitata u speċifika ta’ operaturi, jiġifieri unikament l-operaturi tal-logħob ipprattikat b’magni tal-logħob, u mhux fir-rigward tal-operaturi kollha tas-settur tal-logħob, hija kompatibbli mal-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment iggarantita mill-Artikolu 49 TFUE u mal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi iggarantita mill-Artikolu 56 TFUE?

2)

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik iċċitata iktar ’il fuq, inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Ligi Nru 190/14, li, għal raġunijiet esklużivament ekonomiċi, tnaqqas, matul il-perijodu viġenti ta’ ftehim ta’ konċessjoni konkluż bejn kumpannija u awtorità tal-Istat Taljan, il-kummissjoni stabbilita fl-istess ftehim, hija kompatibbli mal-prinċipju tad-dritt Ewropew ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi?


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – NTS Network SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

(Kawża C-479/20)

(2021/C 28/20)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NTS Network SpA

Konvenuta: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Domandi preliminari

1)

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Liġi Nru 190/14, li tnaqqas ir-remunerazzjoni u l-kummissjonijiet unikament fir-rigward ta’ kategorija limitata u speċifika ta’ operaturi, jiġifieri unikament l-operaturi tal-logħob ipprattikat b’magni tal-logħob, u mhux fir-rigward tal-operaturi kollha tas-settur tal-logħob, hija kompatibbli mal-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment iggarantita mill-Artikolu 49 TFUE u mal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi iggarantita mill-Artikolu 56 TFUE?

2)

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik iċċitata iktar ’il fuq, inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Ligi Nru 190/14, li, għal raġunijiet esklużivament ekonomiċi, tnaqqas, matul il-perijodu viġenti ta’ ftehim ta’ konċessjoni konkluż bejn kumpannija u awtorità tal-Istat Taljan, il-kummissjoni stabbilita fl-istess ftehim, hija kompatibbli mal-prinċipju tad-dritt Ewropew ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi?


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Sisal Entertainment SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

(Kawża C-480/20)

(2021/C 28/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sisal Entertainment SpA

Konvenuta: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Domandi preliminari

1)

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Liġi Nru 190/14, li tnaqqas ir-remunerazzjoni u l-kummissjonijiet unikament fir-rigward ta’ kategorija limitata u speċifika ta’ operaturi, jiġifieri unikament l-operaturi tal-logħob ipprattikat b’magni tal-logħob, u mhux fir-rigward tal-operaturi kollha tas-settur tal-logħob, hija kompatibbli mal-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment iggarantita mill-Artikolu 49 TFUE u mal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi iggarantita mill-Artikolu 56 TFUE?

2)

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik iċċitata iktar ’il fuq, inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Ligi Nru 190/14, li, għal raġunijiet esklużivament ekonomiċi, tnaqqas, matul il-perijodu viġenti ta’ ftehim ta’ konċessjoni konkluż bejn kumpannija u awtorità tal-Istat Taljan, il-kummissjoni stabbilita fl-istess ftehim, hija kompatibbli mal-prinċipju tad-dritt Ewropew ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi?


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Snaitech SpA già Cogetech SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Se. Ma. di Francesco Senese

(Kawża C-481/20)

(2021/C 28/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Snaitech SpA già Cogetech SpA

Konvenuti: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Se. Ma. di Francesco Senese

Domandi preliminari

1)

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Liġi Nru 190/14, li tnaqqas ir-remunerazzjoni u l-kummissjonijiet unikament fir-rigward ta’ kategorija limitata u speċifika ta’ operaturi, jiġifieri unikament l-operaturi tal-logħob ipprattikat b’magni tal-logħob, u mhux fir-rigward tal-operaturi kollha tas-settur tal-logħob, hija kompatibbli mal-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment iggarantita mill-Artikolu 49 TFUE u mal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi iggarantita mill-Artikolu 56 TFUE?

2)

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik iċċitata iktar ’il fuq, inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Ligi Nru 190/14, li, għal raġunijiet esklużivament ekonomiċi, tnaqqas, matul il-perijodu viġenti ta’ ftehim ta’ konċessjoni konkluż bejn kumpannija u awtorità tal-Istat Taljan, il-kummissjoni stabbilita fl-istess ftehim, hija kompatibbli mal-prinċipju tad-dritt Ewropew ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi?


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Snaitech SpA già Snai SpA vs Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

(Kawża C-482/20)

(2021/C 28/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Snaitech SpA già Snai SpA

Konvenuta: Agenzia delle Dogane e dei Monopoli

Domandi preliminari

1)

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Liġi Nru 190/14, li tnaqqas ir-remunerazzjoni u l-kummissjonijiet unikament fir-rigward ta’ kategorija limitata u speċifika ta’ operaturi, jiġifieri unikament l-operaturi tal-logħob ipprattikat b’magni tal-logħob, u mhux fir-rigward tal-operaturi kollha tas-settur tal-logħob, hija kompatibbli mal-eżerċizzju tal-libertà ta’ stabbiliment iggarantita mill-Artikolu 49 TFUE u mal-eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi iggarantita mill-Artikolu 56 TFUE?

2)

L-introduzzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik iċċitata iktar ’il fuq, inkluża fl-Artikolu 1(649) tal-Ligi Nru 190/14, li, għal raġunijiet esklużivament ekonomiċi, tnaqqas, matul il-perijodu viġenti ta’ ftehim ta’ konċessjoni konkluż bejn kumpannija u awtorità tal-Istat Taljan, il-kummissjoni stabbilita fl-istess ftehim, hija kompatibbli mal-prinċipju tad-dritt Ewropew ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi?


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pécsi Törvényszék (l-Ungerija) fit-8 ta’ Ottubru 2020 – FGSZ Földgázszállító Zrt. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-507/20)

(2021/C 28/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pécsi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: FGSZ Földgázszállító Zrt

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domanda preliminari

Prattika ta’ Stat Membru li abbażi tagħha, dan tal-aħħar, billi jinvoka l-effett ex tunc tat-tnaqqis tal-bażi taxxabbli applikabbli f’każ ta’ nuqqas ta’ ħlas definittiv irregolat mill-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-VAT (1), jikkalkula t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin li fih it-tnaqqis tal-bażi huwa possibbli, previst mil-leġiżlazzjoni ġenerali ta’ dan l-Istat Membru, mid-data meta l-kunsinna tal-oġġetti kienet inizjalment saret u mhux mill-mument meta dejn isir irrekuperabbli, u, billi jinvoka l-iskadenza ta’ dan it-terminu ta’ preskrizzjoni, iċaħħad lill-persuna taxxabbli b’bona fide mid-dritt tagħha, marbut mal-fatt li d-dejn sar definittivament irrekuperabbli, li tnaqqas il-bażi taxxabbli, f’ċirkustanzi fejn jistgħu jkunu għaddew diversi snin bejn id-data meta saret il-kunsinna tal-oġġetti u l-mument meta d-dejn sar definittivament irrekuperabbli, u li fihom il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru, fil-mument meta d-dejn sar definittivament irrekuperabbli, ma kinitx tippermetti, b’kontradizzjoni mad-dritt Komunitarju, it-tnaqqis tal-bażi taxxabbli marbuta man-natura definittivament irrekuperabbli ta’ dejn, hija kompatibbli mal-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività, fid-dawl b’mod partikolari tal-punt 63 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Kokott fil-Kawża Biosafe – Indústria de Reciclagens (C-8/17, EU:C:2017:927), tal-punt 27 tas-sentenza tat-23 ta’ Novembru 2017, Di Maura (C-246/16, EU:C:2017:887), u tal-punt 36 tas-sentenza tat-22 ta’ Frar 2018, T-2 (C-396/16, EU:C:2018:109), kif ukoll tal-fatt li Stat Membru ma jistax jiġbor abbażi tal-VAT ammont superjuri minn dak effettivament miġbur mill-fornitur ta’ kunsinna jew servizz għall-kunsinna jew servizz inkwistjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006 L 347, p. 1).


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Ottubru 2020 – B AG vs Finanzamt A

(Kawża C-515/20)

(2021/C 28/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: B AG

Konvenut: Finanzamt A

Domandi preliminari

1)

Il-kunċett ta’ injam użat bħala ħatab, li jinsab fl-Artikolu 122 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri l-injam kollu li, fid-dawl tal-karatteristiċi oġġettivi tiegħu, ikun intiż esklużivament li jintuża bħala ħatab?

2)

Stat Membru li jistabbilixxi, fuq il-bażi tal-Artikolu 122 tad-Direttiva 2006/112, rata mnaqqsa ta’ taxxa fir-rigward tal-kunsinni ta’ njam użat bħala ħatab, jista’ jiddefinixxi bi preċiżjoni l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din ir-rata, fis-sens tal-Artikolu 98(3) tad-Direttiva 2006/112, b’riferiment għan-Nomenklatura Magħquda?

3)

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda: Stat Membru jista’ jeżerċita s-setgħa, mogħtija lilu mill-Artikolu 122 tad-Direttiva 2006/112 u mill-Artikolu 98(3) tad-Direttiva 2006/112, li jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni tar-rata mnaqqsa ta’ taxxa fir-rigward tal-kunsinni ta’ njam użat bħala ħatab b’riferiment għan-Nomenklatura Magħquda, b’osservanza tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, b’tali mod li jiġu suġġetti għal rati differenti ta’ taxxa l-kunsinni ta’ diversi tipi ta’ njam użat bħala ħatab f’sitwazzjoni fejn dawn it-tipi, għalkemm jistgħu jiġu distinti fuq il-bażi tal-karatteristiċi u tal-proprjetajiet oġġettivi tagħhom, f’għajnejn il-konsumatur medju għandhom, skont il-kriterju tal-kumparabbiltà fl-użu, l-istess utilità (f’dan il-każ, li jsaħħnu) u għalhekk jinsabu f’kompetizzjoni ma’ xulxin?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Ottubru 2020 – JT, NQ vs Ryanair DCA

(Kawża C-516/20)

(2021/C 28/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: JT, NQ

Konvenuta: Ryanair DCA

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati tal-kumpannija tal-ajru stess ikkawżat minn sejħa mis-sindakat huwa ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 (1)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Győri Törvényszék (l-Ungerija) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – Koppány 2007 Zrt. vs Vas Megyei Kormányhivatal

(Kawża C-523/20)

(2021/C 28/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Győri Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Koppány 2007 Zrt.

Konvenut: Vas Megyei Kormányhivatal

Domandi preliminari

1)

L-espressjoni “li huma jkunu residenti legalment” li tinsab fl-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 (1) li jestendi r-Regolament (KE) Nru 883/2004 (2) u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 (3) għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawn ir-Regolamenti unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom, għandha tiġi interpretata fis-sens li din tapplika wkoll għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu bis-saħħa ta’ permess ta’ residenza fl-Istat Membru inkwistjoni u li għandhom dokument ta’ dikjarazzjoni tal-post ta’ akkomodazzjoni maħruġ mill-awtorità kompetenti fil-qasam tal-barranin?

2)

L-espressjoni “li huma jkunu residenti legalment” tapplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom post ta’ akkomodazzjoni pprovat fis-sede tal-persuna li timpjega?

3)

Fl-interpretazzjoni tal-espressjoni “li huma jkunu residenti legalment” għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-kunċett ta’ “residenza” li jinsab fl-Artikolu 1(j) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali, jew il-kunċett ta’ “residenza” iddefinit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru inkwistjoni?

4)

X’tifsira għandha tingħata lill-espressjoni “li huma jkunu residenti legalment” bħala kunċett uniformi tad-dritt tal-Unjoni?


(1)  Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jestendi r-Regolament (KE) Nru 883/2004 u r-Regolament (KE) Nru 987/2009 għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li mhumiex diġà koperti b’dawn ir-Regolamenti unikament minħabba n-nazzjonalità tagħhom (ĠU 2010, L 344, p. 1).

(2)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 5, p. 72).

(3)  Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU 2009, L 284, p. 1).


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – IO et vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-526/20)

(2021/C 28/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: IO, SP, DR

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati tal-kumpannija tal-ajru stess ikkawżat minn sejħa mis-sindakat huwa ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 (1)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – PJ vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-527/20)

(2021/C 28/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PJ

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati tal-kumpannija tal-ajru stess ikkawżat minn sejħa mis-sindakat huwa ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 (1)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – CT vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-528/20)

(2021/C 28/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CT

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati tal-kumpannija tal-ajru stess ikkawżat minn sejħa mis-sindakat huwa ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 (1)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – AP vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-529/20)

(2021/C 28/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: AP

Konvenuta: Deutsche Lufthansa AG

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati tal-kumpannija tal-ajru stess ikkawżat minn sejħa mis-sindakat huwa ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 (1)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Ottubru 2020 – NovaText GmbH vs Ruprecht-Karls-Universität Heidelberg

(Kawża C-531/20)

(2021/C 28/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NovaText GmbH

Konvenuta: Ruprecht-Karls-Universität Heidelberg

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48/KE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi l-obbligu għall-parti li tkun tilfet li tirrimborsa l-ispejjeż sostnuti mill-parti rebbieħa għall-parteċipazzjoni ta’ aġent tal-privattivi fi proċedura ġudizzjarja fil-qasam tad-dritt tat-trade marks, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk il-parteċipazzjoni tal-aġent tal-privattivi kinitx neċessarja għal azzjoni legali utli?


(1)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Upfield Hungary Kft. vs Somogy Megyei Kormányhivatal

(Kawża C-533/20)

(2021/C 28/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Upfield Hungary Kft.

Konvenut: Somogy Megyei Kormányhivatal

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar l-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ikel lill-konsumaturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1924/2006 u (KE) Nru 1925/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttiva tal-Kummissjoni 87/250/KEE, id-Direttiva tal-Kunsill 90/496/KEE, id-Direttiva tal-Kummissjoni 1999/10/KE, id-Direttiva 2000/13/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 2002/67/KE u 2008/5/KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 608/2004 (1), u speċifikament l-Artikolu 18(2) tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-każ ta’ żieda ta’ vitamini ma’ prodotti tal-ikel, il-lista tal-ingredjenti tal-prodotti tal-ikel għandha tinkludi, minbarra l-isem tal-vitamini, ukoll id-deskrizzjoni tagħhom skont il-formulazzjonijiet tal-vitamini li jistgħu jiżdiedu mal-prodotti tal-ikel?


(1)  ĠU 2011, L 304, p. 18, u rettifiki fil-ĠU 2014, L 331, p. 40, u fil-ĠU 2016, L 266, p. 7.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Leistritz AG vs LH

(Kawża C-534/20)

(2021/C 28/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Leistritz AG

Konvenut: LH

Domandi preliminari

1)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data(1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħalma huwa f’dan il-każ l-Artikolu 38(1) u (2) ikkunsidrat flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 6(4) tal-Bundesdatenschutzgesetz (il-Liġi Federali dwar il-Protezzjoni tad-Data), li tipprovdi li huwa inammissibbli x-xoljiment ordinarju tar-relazzjoni ta’ xogħol tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data mill-kontrollur, li jkun il-persuna li timpjega lil dan l-uffiċjal, u dan irrispettivament minn jekk dan ix-xoljiment ikunx dovut jew le għat-twettiq tal-kompiti tiegħu?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

2)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament 2016/679 tipprekludi wkoll tali dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali meta l-ħatra tal-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data ma tkunx obbligatorja taħt l-Artikolu 37(1) ta’ dan ir-regolament iżda tkun meħtieġa biss bis-saħħa tad-dritt tal-Istat Membru?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:

3)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 38(3) tar-Regolament 2016/679 hija bbażata fuq bażi legali suffiċjenti, b’mod partikolari sa fejn tkopri l-uffiċjali tal-protezzjoni tad-data li jkollhom relazzjoni ta’ xogħol mal-kontrollur?


(1)  ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Ottubru 2020 – PR et vs Germanwings GmbH

(Kawża C-558/20)

(2021/C 28/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PR, BV

Konvenuta: Germanwings GmbH

Domanda preliminari

Strajk mill-impjegati tal-kumpannija tal-ajru stess ikkawżat minn sejħa mis-sindakat huwa ċirkustanza eċċezzjonali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament Nru 261/2004 (1)?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Ottubru 2020 – DG vs Deutsche Lufthansa AG

(Kawża C-566/20)

(2021/C 28/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: DG

Konvenut: Deutsche Lufthansa AG

Domanda preliminari

Strajk mill-persunal tat-trasportatur tal-ajru stess li jissejjaħ minn sindikat jikkostitwixxi ċirkustanza straordinarja fis-sens tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fit-2 ta’ Novembru 2020 – J vs H Limited

(Kawża C-568/20)

(2021/C 28/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J

Konvenut: H Limited

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1), b’mod partikolari l-Artikolu 2(a) u l-Artikolu 39 tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jkun hemm deċiżjoni eżegwibbli anki meta, wara eżami sommarju fil-kuntest ta’ proċedura kontradittorja li madankollu jikkonċerna biss in-natura ta’ res judicata ta’ sentenza mogħtija kontra l-parti indikata bħala debitur skont titolu eżekuttiv, din tal-aħħar tkun obbligata tħallas lill-parti li tirbaħ il-kawża mressqa fl-Istat terz id-dejn irrikonoxxut f’dan l-Istat terz permezz ta’ sentenza li tkun saret definittiva, f’sitwazzjoni fejn l-iskop tal-proċedura fl-Istat Membru jkun limitat għal eżami tal-eżistenza ta’ dritt mislut minn sentenza li tkun saret definittiva fil-konfront tal-parti li tkun qiegħda toġġezzjona għall-eżekuzzjoni?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda:

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1215/2012, b’mod partikolari l-Artikolu 1, l-Artikolu 2(a), l-Artikolu 39, l-Artikolu 45, l-Artikolu 46 u l-Artikolu 52, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-eżekuzzjoni għandha tiġi miċħuda, irrispettivament mill-eżistenza ta’ waħda mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 45 tar-Regolament Nru 1215/2012, meta d-deċiżjoni li jkollha tiġi eżaminata ma tkunx deċiżjoni fis-sens tal-Artikolu 2(a), jew tal-Artikolu 39 tar-Regolament Nru 1215/2012, jew meta l-pretensjoni li fuqha tkun ibbażata d-deċiżjoni fl-Istat Membru ta’ oriġini ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 1215/2012?

3)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda u ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda:

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1215/2012, b’mod partikolari l-Artikolu 1, l-Artikolu 2(a), l-Artikolu 39, l-Artikolu 42(1)(b), l-Artikolu 46 u l-Artikolu 53, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest tal-proċedura dwar it-talba sabiex tiġi miċħuda l-eżekuzzjoni, il-qorti tal-Istat Membru indirizzat għandha, anki fuq il-bażi tad-data kkomunikata mill-qorti tal-oriġini fiċ-ċertifikat previst fl-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1215/2012, tikkunsidra neċessarjament li hemm deċiżjoni li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament u li għandha tiġi eżegwita?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-30 ta’ Ottubru 2020 – Proċeduri kriminali kontra IR

(Kawża C-569/20)

(2021/C 28/38)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Specializiran nakazatelen sad

Parti fil-proċeduri kriminali nazzjonali

IR

Domandi preliminari

L-Artikolu 8(2)(b) moqri flimkien mal-premessi 36 sa 39 tad-Direttiva (UE) 2016/343 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar it-tisħiħ ta’ ċerti aspetti tal-preżunzjoni tal-innoċenza u tad-dritt li wieħed ikun preżenti waqt il-proċess fil-proċedimenti kriminali (1), u l-Artikolu 4a(1)(b) moqri flimkien mal-premessi 7 sa 10 tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/299/ĠAI tas-26 ta’ Frar 2009 li temenda d-Deċiżjonijiet Kwadru 2002/584/ĠAI, 2005/214/ĠAI, 2006/783/ĠAI, 2008/909/ĠAI u 2008/947/ĠAI, u b’hekk issaħħaħ id-drittijiet proċedurali ta’ persuni, li trawwem l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku fir-rigward ta’ deċiżjonijiet mogħtija fl-assenza tal-persuna konċernata fil-kawża (ĠU 2009, L 81, p. 24) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jkopru l-każ li fih il-persuna akkużata tkun ġiet informata bl-akkużi mressqa kontra tagħha, fil-verżjoni oriġinali tagħhom, u li fih, wara li din il-persuna tkun ħarbet, hija ma tkunx tista’ tiġi informata dwar il-proċess u tkun irrappreżentata minn avukat imqabbad ex officio, li miegħu ma jkollha l-ebda kuntatt?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: Dispożizzjoni legali nazzjonali (f’dan il-każ l-Artikolu 423(1) u (5) tan-Nakazatelno-protsesualen kodeks (il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali)) li ma tipprevedix rimedju ġudizzjarju kontra l-atti ta’ investigazzjoni mwettqa in absentia u kontra kundanna in absentia f’sitwazzjoni fejn il-persuna akkużata, wara li tkun ġiet informata bil-verżjoni inizjali tal-akkużi mressqa kontra tagħha, tkun ħarbet u, għalhekk, ma setgħetx tiġi informata bid-data u bil-post tal-proċess u bil-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ dehra tagħha, hija kompatibbli mal-Artikolu 9, moqri flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 8(4) tad-Direttiva 2016/343, u mal-Artikolu 4a(3), moqri flimkien mal-Artikolu 4a(1)(d) tad-Deċiżjoni Qafas 2009/299?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: L-Artikolu 9 tad-Direttiva 2016/343, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu effett dirett?


(1)  ĠU 2016, L 65, p. 1.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fit-28 ta’ Ottubru 2020 – BV vs Direction départementale des finances publiques de la Haute-Savoie

(Kawża C-570/20)

(2021/C 28/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: BV

Konvenut: Direction départementale des finances publiques de la Haute-Savoie

Domandi preliminari

1)

Ir-rekwiżit ta’ ċarezza u ta’ prevedibbiltà taċ-ċirkustanzi li fihom il-ħabi ta’ dikjarazzjonijiet fil-qasam tal-VAT dovuta jista’ jkun is-suġġett ta’ kumulu ta’ proċeduri u ta’ sanzjonijiet kriminali huwa ssodisfatt permezz ta’ regoli nazzjonali bħal dawk […] deskritti [fit-talba għal deċiżjoni preliminari]?

2)

Ir-rekwiżit ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità tal-kumulu ta’ tali sanzjonijiet huwa ssodisfatt permezz ta’ regoli nazzjonali bħal dawk […] deskritti [fit-talba għal deċiżjoni preliminari]?


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Potenza (l-Italja) fil-31 ta’ Ottubru 2020 – OM vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR et

(Kawża C-571/20)

(2021/C 28/40)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Potenza

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: OM

Konvenuti: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca – MIUR, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Conservatorio di Musica “E.R. Duni” di Matera

Domandi preliminari

1)

Il-[paragrafu] 4 tal-Artikolu 45 TFUE huwa konformi jew jikser b’mod manifest ir-regoli u l-prinċipji tat-Trattati tal-Unjoni Ewropea (Artikolu 45 tat-Trattat TFUE [paragrafi] 1, 2 u 3) li jipprovdu għall-moviment liberu tal-persuni fi ħdan l-Istati Membri tal-Unjoni u b’mod partikolari d-Direttiva 2006/123/KE tat-12 ta’ Diċembru 2006 (imsejħa d-“direttiva Bolkestein”) (1) trasposta fl-Italja permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 59 tas-26 ta’ Marzu 2010 (GURI Nru 94 tat-23 ta’ April 2010)?

2)

Jista’ jiġi identifkat kuntrast ieħor bejn il-[paragrafu] 4 tal-Artikolu 45 TFUE mar-regoli tat-Trattat UE inkonnessjoni mad-differenza li ssir bejn l-impjegat tal-amministrazzjoni pubblika u ħaddiem ta’ impriża privata fir-rigward tar-regoli li jipprevedu projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni tal-persuni fit-Trattat UE (ara f’dan ir-rigward id-deċiżjoni tal-QEDB tal-25 ta’ Marzu 2014, Biasucci et vs L-Italja), minbarra dawk diġà msemmija iktar ’il fuq?

3)

Jista’ jiġi identifkat kuntrast ieħor tal-Liġi Taljana Nru 508/99 mar-regoli tal-Unjoni Ewropea li jipprojbixxu l-miżuri li għandhom effett ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikoli 28 u 29 tat-Trattat KE li sussegwentement ġew inseriti fl-Artikoli 34 u 35 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea wara r-riforma miġjuba bit-Trattat ta’ Lisbona – regoli pprojbiti mit-Trattat UE peress li jistgħu jippenalizzaw ċittadini ta’ ċerti Stati Membri meta mqabbla ma’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra inkonnessjoni mal-moviment liberu tal-persuni u mat-trattament marbuta mar-remunerazzjoni u mas-sigurtà soċjali kif ukoll mal-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ dawn tal-aħħar?


(1)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2006 dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU 2006, L 376, p. 36).


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-3 ta’ Novembru 2020 – Apollo Tyres (Hungary) Kft. vs Innovációért és Technológiáért Felelős Miniszter

(Kawża C-575/20)

(2021/C 28/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Apollo Tyres (Hungary) Kft.

Konvenut: Innovációért és Technológiáért Felelős Miniszter

Domanda preliminari

Id-Direttiva 2003/87/KE (1), b’mod partikolari l-punt 3 tal-Anness I tagħha, tista’ tiġi interpretata fis-sens li, sabiex jiġi deċiż dwar l-inklużjoni fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Unjoni (SSKE tal-UE) tal-kombustjoni ta’ kombustibbli li sseħħ fl-installazzjoni inkwistjoni, il-kalkolu tal-input termiku nominali totali tal-installazzjoni huwa affettwat mill-fatt li tagħmir li jifforma parti mill-imsemmija installazzjoni jaħdem b’limitazzjoni (fatt li ġie vverifikat)?


(1)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Judicial da Comarca dos Açores (il-Portugall) fl-4 ta’ Novembru 2020 – NM, NR, BA, XN, FA vs Sata Air Açores – Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos, SA

(Kawża C-578/20)

(2021/C 28/42)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Judicial da Comarca dos Açores

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NM, NR, BA, XN, FA

Konvenut: Sociedade Açoriana de Transportes Aéreos, SA

Domanda preliminari

Strajk ta’ ħaddiema ta’ manutenzjoni ta’ ajruplani ta’ kumpannija tal-ajru għandu jiġi kklassifikat bħala ċirkustanza straordinarja skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1), meta l-kumpannija tal-ajru tkun ipproċediet b’laqgħat u negozjati bil-għan tas-sospensjoni rispettiva tiegħu, liema ħaġa ma rnexxietx?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/27


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven kasatsionen sad (il-Bulgarija) fil-5 ta’ Novembru 2020 – Skarb Państwa Rzeczypospolitej Polskiej reprezentowany przez Generalnego Dyrektora Dróg Krajowych i Autostrad vs TOTO SpA – Costruzioni Generali u Vianini Lavori SpA

(Kawża C-581/20)

(2021/C 28/43)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven kasatsionen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Skarb Państwa Rzeczypospolitej Polskiej reprezentowany przez Generalnego Dyrektora Dróg Krajowych i Autostrad

Konvenuti: TOTO SpA – Costruzioni Generali u Vianini Lavori SpA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li kwistjoni bħal dik indikata fid-digriet tar-rinviju għandha titqies li hija kompletament jew parzjalment kwistjoni ċivili jew kummerċjali fis-sens tal-Artikolu 1(1) ta’ dan ir-regolament?

2)

F’sitwazzjoni fejn ikun ġie eżerċitat id-dritt li jintalbu miżuri provviżorji/kawtelatorji u f’sitwazzjoni fejn il-qorti li jkollha ġurisdizzjoni fir-rigward tal-mertu tkun eżaminat it-talba, il-qorti li quddiemha titressaq talba għal miżuri fuq l-istess bażi u taħt l-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandha titqies li ma jkunx għad għandha ġurisdizzjoni mill-mument li fih ikunu ġew prodotti provi li juru li l-qorti li għandha ġurisdizzjoni fir-rigward tal-mertu ħadet deċiżjoni?

3)

Fil-każ li għall-ewwel żewġ domandi għandha tingħata r-risposta li l-qorti li quddiemha titressaq it-talba skont l-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandha ġurisdizzjoni, il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni ta’ talba għal miżuri provviżorji taħt l-Artikolu 35 tar-Regolament Nru 1215/2012 għandhom jiġu interpretati b’mod awtonomu? F’każ bħal dak ineżami, għandha titħalla mhux applikata regola li tipprevedi li t-talba għal miżuri provviżorji kontra awtorità pubblika hija inammissibbli?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fis-6 ta’ Novembru 2020 – EuroChem Agro Hungary Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

(Kawża C-583/20)

(2021/C 28/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: EuroChem Agro Hungary Kft.

Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jeċċedi l-limiti tal-possibbiltà li l-imsemmija dispożizzjoni tagħti lill-Istati Membri reġim ta’ sanzjonijiet li, fil-każ tal-persuni taxxabbli kklassifikati bħala persuni taxxabbli ta’ riskju, ma jippermettix, fil-każ ta’ ksur minuri relatat mal-Elektronikus Közúti Áruforgalom Ellenőrző Rendszer (EKAER) (is-sistema ta’ kontroll elettroniku tat-traffiku tal-merkanzija bit-triq), l-impożizzjoni ta’ multa għal ammont inqas minn 30 % fuq l-40 % tal-valur tal-merkanzija ttrasportata u lanqas il-maħfra tal-multa?

2)

L-Artikolu 273 tad-Direttiva 2006/112, għandu jiġi interpretat fis-sens li sanzjoni ta’ tali ammont tmur (sproporzjonatament) lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq l-għan, irrikonoxxut fl-imsemmi artikolu, ta’ ġbir tat-taxxa u tal-ġlieda kontra l-frodi fiskali?

3)

L-Artikolu 26(2) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li r-reġim ta’ sanzjonijiet applikabbli għall-persuni taxxabbli ta’ riskju jostakola t-twettiq tal-prinċipju ta’ moviment liberu tal-merkanzija, persuni, servizzi u kapital?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1, u rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/28


Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid imressqa fil-11 ta Novembru 2020 – Silvana Moro et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-593/20 SA)

(2021/C 28/45)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Silvana Moro, Isabella Venturini, Stefania Venturini, Mario Matta, Marzio Francesco Matta, Massimo Matta, Paola Cotozzoni (rappreżentant: S. Colledan, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talba

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fis-sens u għall-effetti tal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 7, dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2016, C 202, p. 266), li jiġu awtorizzati jipproċedu b’mandat ta’ qbid fir-rigward tal-fondi allokati u li ser jiġu allokati mill-Kummissjoni Ewropea favur ir-Repubblika tas-Serbja, sakemm jiġi ssodisfatt b’mod sħiħ id-dritt ta’ kreditu tagħhom.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fit-12 ta’ Novembru 2020 – Polskie Linie Lotnicze “LOT” SA vs Budapest Főváros Kormányhivatala

(Kawża C-597/20)

(2021/C 28/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Polskie Linie Lotnicze “LOT” SA

Konvenut: Budapest Főváros Kormányhivatala

Domanda preliminari

L-Artikolu 16(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li organu nazzjonali responsabbli għall-applikazzjoni tar-Regolament, li quddiemu jkunu tressqu lmenti individwali min-naħa ta’ passiġġieri, ma jistax jobbliga lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat jagħti l-kumpens dovut lill-passiġġieri skont ir-Regolament?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fit-12 ta’ Novembru 2020 – “AKZ – Burgas” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Burgas

(Kawża C-602/20)

(2021/C 28/47)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent:“AKZ – Burgas” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” – Burgas

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jippermetti skema nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tillimita l-interessi legali dovuti fir-rigward tal-irkupru tal-kontribuzzjonijiet tal-assigurazzjoni soċjali miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għall-interessi akkumulati mill-jum ta’ wara d-data li fiha tkun tressqet it-talba għall-irkupru tas-somma prinċipali?

2)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, jippermetti skema nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tillimita l-interessi legali dovuti fir-rigward tal-irkupru tal-kontribuzzjonijiet obbligatorji tas-sigurtà soċjali miġbura bi ksur tad-dritt tal-Unjoni għall-interessi akkumulati mill-jum ta’ wara d-data li fih tkun tressqet it-talba għall-irkupru ta’ dawn l-ammonti mħallsa/miġbura indebitament sal-irkupru tagħhom?


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (England and Wales), Family Division fis-16 ta’ Novembru 2020 – SS vs MCP

(Kawża C-603/20)

(2021/C 28/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice (England and Wales), Family Division

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SS

Konvenut: MCP

Domanda preliminari

Il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru tinżamm taħt l-Artikolu 10 tar-Regolament Brussell 2 (1), mingħajr limitu ratione temporis, fil-każ fejn minuri abitwalment residenti f’dak l-Istat Membru titneħħa b’mod inġust lejn (jew tinżamm fi) Stat terz li fih din il-minuri, wara din it-tneħħija (jew żamma), matul iż-żmien saret abitwalment residenti?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243, u r-rettifika fil-ĠU 2013, L 82, p. 63).


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fis-17 ta’ Novembru 2020 – GE Aircraft Engine Services Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-607/20)

(2021/C 28/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: GE Aircraft Engine Services Ltd

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Domandi preliminari

1)

Il-ħruġ ta’ vawċers għal bejjiegħa terzi bl-imnut lill-impjegati minn persuna taxxabbli bħala parti minn programm ta’ rikonoxximent għall-impjegati bi prestazzjoni għolja jikkostitwixxi provvista “għall-użu privat tagħha jew għall-persunal tagħha, jew b’mod iktar ġenerali, għal skopijiet barra dawk tan-negozju tagħha” fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 26(1)(b) tad-Direttiva Prinċipali dwar il-VAT (1)?

2)

Il-fatt li l-persuna taxxabbli għandha skop ta’ negozju għall-ħruġ tal-vawċers ta’ bejgħ bl-imnut lill-persunal għandu xi rilevanza fir-rigward tar-risposta għall-ewwel domanda?

3)

Il-fatt li l-vawċers ta’ bejgħ bl-imnut maħruġa lill-membri tal-persunal huma għall-użu tagħhom stess u jistgħu jintużaw għall-iskopijiet privati tal-membri tal-persunal għandu xi rilevanza fir-rigward tar-risposta għall-ewwel domanda?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60).


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/31


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2020 minn International Management Group (IMG) mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-645/19, IMG vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-619/20 P)

(2021/C 28/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: International Management Group (IMG) (rappreżentanti: L. Levi, J.-Y. de Cara, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-645/19;

konsegwentement, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq it-talba għal annullament u t-talba għad-danni;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti ssostni li, fid-digriet appellat, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi qieset li l-ittra tat-18 ta’ Lulju 2019 ma hijiex att li jista’ jiġi kkontestat.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/31


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2020 minn International Management Group (IMG) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-381/15 RENV, IMG vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-620/20 P)

(2021/C 28/51)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: International Management Group (IMG) (rappreżentanti: L. Levi, J.-Y. de Cara, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-381/15 RENV;

konsegwentement, tilqa’ t-talbiet tal-appellanti mressqa fl-ewwel istanza kif irriveduti u, għalhekk:

tikkundanna lill-appellata għall-kumpens tad-dannu materjali u morali kif adattat fl-osservazzjonijiet tagħha wara r-rinviju T-381/15 RENV;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka l-aggravji li ġejjin:

a.

Dwar l-illegalità tal-aġir tal-Kummissjoni

1)

Ksur tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Jannar 2019, International Management Group vs Il-Kummissjoni (C-183/17 P u C-184/17 P);

2)

Is-sentenza appellata tisker il-kunċett ta’ organizzazzjoni internazzjonali previst mil-leġiżlazzjoni finanzjarja: ksur tar-rikonoxximent internazzjonali; ksur tal-ġerarkija tar-regoli; ksur tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Jannar 2019, iċċitata iktar ’il fuq, u tal-leġiżlazzjoni finanzjarja;

3)

Ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba;

4)

Is-sentenza appellata kisret il-kunċett ta’ ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi.

b.

Dwar id-dannu

1)

Fir-rigward tat-talbiet li jinsabu fl-ewwel sat-tielet inċiż tal-punt 40 tas-sentenza appellata: ksur tal-prinċipju ta’ kumpens in natura; ksur tad-dmir ta’ motivazzjoni tal-qorti; ksur tal-kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà; ksur tal-Artikoli 76(e) u 84(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

2)

Fir-rigward tat-talbiet li jinsabu fir-raba’ inċiż tal-punt 40 tas-sentenza appellata: ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-qorti; ksur tal-Artikoli 76(e) u 84(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

3)

Fir-rigward tad-dannu morali: ksur tal-prinċipju ta’ kumpens in natura; ksur tad-dmir ta’ motivazzjoni tal-qorti; ksur tal-Artikoli 76(e) u 84(1) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali; ksur tal-ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/32


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2020 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-437/16, L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-623/20 P)

(2021/C 28/52)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, D. Milanowska, T. Lilamand, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Taljana, ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

ġaladarba l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-istat tal-kawża jippermetti dan, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza bħala infondat;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż tal-kawża odjerna u għall-dawk tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, il-Kummissjoni tinvoka tliet aggravji. L- ewwel aggravju huwa marbut ma’ żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 1d(6) tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-interpretazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll ma’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali. Dan huwa diviż fi tliet partijiet;

L-ewwel parti hija marbuta ma’ żball ta’ liġi u ma’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni inkonnessjoni mal-finijiet tal-operabbiltà immedjata tal-kandidati u tirrigwarda l-punt 137 tas-sentenza appellata.

It-tieni parti hija marbuta mad-definizzjoni ta’ oneru tal-prova sproporzjonat fil-konfront tal-Kummissjoni u ma’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni; dan huwa relattiv għall-punti 113, l-aħħar sentenza, 138, 144, 147, l-aħħar sentenza, 157-161, 193 u 197 tas-sentenza appellata.

It-tielet parti hija marbuta ma’ żball ta’ liġi fit-tfittxija ta’ att legalment vinkolanti fir-regoli interni prodotti fil-kawża mill-Kummissjoni; dan jirrigwarda l-punti 132-135 tas-sentenza appellata.

It- tieni aggravju huwa marbut ma’ żnaturamenti differenti mwettqa mill-Qorti Ġenerali fl-evalwazzjoni tal-provi kif ukoll ma’ żball ta’ liġi.

L-ewwel żnaturament huwa marbut mal-evalwazzjoni tal-komunikazzjoni tal-President tal-Kummissjoni u tal-approvazzjoni tiegħu għan-nom tal-kulleġġ; dan jinsab fil-punti 112 sa 117, 138, tas-sentenza appellata.

It-tieni żnaturament huwa marbut mal-evalwazzjoni tar-regolament intern tal-Kummissjoni u tal-modalitajiet ta’ applikazzjoni tiegħu; dan jinsab fil-punti 119-120 tas-sentenza appellata.

It-tielet żnaturament huwa marbut mal-evalwazzjoni tat-taqsima dwar l-eżiġenzi lingwistiċi skont il-proċedura ta’ adozzjoni inklużi fil-Manwal tal-proċedura operattiva u jirreferi għall-punti 145-149 tas-sentenza appellata.

Ir-raba’ żnaturament huwa marbut man-nuqqas ta’ evalwazzjoni globali tad-dokumenti imsemmija fil-punti i) sa iii), iktar ’il fuq u jirreferi għall-punti 132-137, 139, tas-sentenza appellata.

Il-ħames żnaturament huwa marbut mal-evalwazzjoni tal-komunikazzjoni SEC(2006)1489 final u jikkonċerna l-punti 140-143 tas-sentenza appellata.

Is-sitt żnaturament huwa marbut mal-evalwazzjoni tal-elementi dwar il-lingwi użati mill-membri tal-persunal tal-Kummissjoni inkarigati mill-funzjonijiet tal-verifika; inkonnessjoni mal-istess punti tas-sentenza, il-Kummissjoni tinvoka wkoll żball ta’ liġi; dawn iż-żewġ difetti jirrigwardaw il-punti 152-163 tas-sentenza appellata.

Is-seba’ żnaturament huwa marbut mal-prassi interna tal-Qorti tal-Awdituri fil-qasam lingwistiku u mal-lingwi użati mill-membri tal-persunal tal-Qorti tal-Awdituri; dan jirrigwarda l-punti 172-188 tas-sentenza appellata.

It- tielet aggravju huwa marbut mal-illeġittimità tal-analiżi tal-Qorti Ġenerali dwar il-lingwi ta’ komunikazzjoni tal-kandidati; dan jagħmel riferiment għall-punti 219 sa 224 tas-sentenza appellata.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/33


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2020 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-401/16, Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-635/20 P)

(2021/C 28/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol u t-Taljan

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara, D. Milanowska, T. Lilamand, N. Ruiz García, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Taljana, ir-Renju ta’ Spanja

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

ġaladarba l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi li l-istat tal-kawża jippermetti dan, tiċħad ir-rikors fl-ewwel istanza bħala infondat;

tikkundanna lir-Repubblika Taljana u lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż tal-kawża odjerna u għall-dawk tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell, il-Kummissjoni tinvoka tliet aggravji.

L- ewwel aggravju huwa marbut ma’ żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 1d(6) tar-Regolamenti tal-Persunal u fl-interpretazzjoni tal-obbligu ta’ motivazzjoni kif ukoll ma’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali.

Dan huwa diviż fi tliet partijiet. Permezz tal-ewwel parti qiegħed jiġi invokat żball ta’ liġi u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali inkonnessjoni mal-finijiet tal-operabbiltà immedjata tal-kandidati. Din l-ewwel parti tirrigwarda l-punti 157 u 181-183 tas-sentenza appellata.

It-tieni parti hija marbuta mad-definizzjoni ta’ oneru tal-prova sproporzjonat fil-konfront tal-Kummissjoni u ma’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-avviż tal-kompetizzjoni. Din it-tieni parti hija marbuta mal-punti 113, l-aħħar sentenza, 158, 164, 167, l-aħħar sentenza, 180-183, u 205 tas-sentenza appellata.

It-tielet parti hija marbuta ma’ żball ta’ liġi fit-tfittxija ta’ att legalment vinkolanti fir-regoli interni prodotti fil-kawża mill-Kummissjoni; din il-parti tirrigwarda l-punti 152-155 tas-sentenza appellata.

Permezz tat- tieni aggravju qegħdin jiġu invokati żnaturamenti differenti mwettqa mill-Qorti Ġenerali fl-evalwazzjoni tal-provi kif ukoll ma’ żball ta’ liġi.

L-ewwel żnaturament huwa marbut mal-evalwazzjoni tal-komunikazzjoni tal-President tal-Kummissjoni u mal-evalwazzjoni tal-approvazzjoni tiegħu għan-nom tal-kulleġġ, imwettqa fil-punti 132 sa 137, 158 tas-sentenza appellata.

It-tieni żnaturament huwa marbut mal-evalwazzjoni tar-regolament intern tal-Kummissjoni u tal-modalitajiet ta’ applikazzjoni tiegħu li tinsab fil-punti 139-140 tas-sentenza appellata.

It-tielet żnaturament huwa marbut mal-evalwazzjoni tat-taqsima dwar l-eżiġenzi lingwistiċi skont il-proċedura ta’ adozzjoni inklużi fil-Manwal tal-proċedura operattiva; din hija inkluża fil-punti 165-169 tas-sentenza appellata.

Ir-raba’ żnaturament huwa marbut man-nuqqas ta’ evalwazzjoni globali tad-dokumenti imsemmija fil-punti i) sa iii), iktar ’il fuq u jirrigwarda l-punti 152-157, 159, tas-sentenza appellata.

Il-ħames żnaturament huwa marbut mal-evalwazzjoni tal-komunikazzjoni SEC(2006)1489 final u tinsab fil-punti 160-163 tas-sentenza appellata.

Is-sitt żnaturament huwa marbut mal-evalwazzjoni tad-dokumenti dwar il-lingwi użati mid-dipartimenti ta’ destinazzjoni tal-kandidati kif ukoll ma’ żball ta’ liġi; dawn huma inklużi fil-punti 180-185 u 188-196 tas-sentenza appellata.

Fl-aħħar, it- tielet aggravju huwa marbut mal-illeġittimità tal-analiżi tal-Qorti Ġenerali dwar il-lingwi ta’ komunikazzjoni tal-kandidati; dan jirrigwarda l-punti 231 sa 236 tas-sentenza appellata.


Il-Qorti Ġenerali

25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2020 – H vs Il-Kunsill

(Kawża T-271/10 RENV II) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Membru tal-persunal nazzjonali kkollokat mal-EUPM fil-Bosnja-Ħerzegovina - Deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid - Użu ħażin ta’ poter - Interess tas-servizz - Fastidju psikoloġiku - Natura punittiva tal-assenjazzjoni mill-ġdid - Responsabbiltà - Dannu morali”)

(2021/C 28/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: H (rappreżentant: L. Levi, avukata)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unioni Ewropea (rappreżentanti: A. Vitro u A. de Elera-San Miguel Hurtado, aġenti)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-Persunal tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina, li permezz tagħha r-rikorrenti ġiet assenjata mill-ġdid fil-pożizzjoni ta’ Criminal Justice Adviser – Prosecutor mal-uffiċċju reġjonali ta’ Banja Luka (il-Bosnja-Ħerzegovina), u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tat-30 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-EUPM imsemmi fl-Artikolu 6 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2009, dwar il-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH) (ĠU 2009, L 322, p. 22), li tispjega r-raġuni operattiva tal-assenjazzjoni mill-ġdid tagħha, u, fit-tieni lok, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2010 iffirmata mill-Kap tal-Persunal tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja-Ħerzegovina, li permezz tagħha H ġiet assenjata mill-ġdid fil-pożizzjoni ta’ Criminal Justice Adviser – Prosecutor mal-Uffiċċju Reġjonali ta’ Banja Luka (il-Bosnja-Ħerzegovina), u d-deċiżjoni tat-30 ta’ April 2010, iffirmata mill-Kap tal-EUPM imsemmija fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/906/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2009 dwar l-EUPM fil-Bosnja u Ħerzegovina, li tispeċifika r-raġuni operattiva għall-assenjazzjoni mill-ġdid tagħha, huma annullati.

2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat iħallas lil H is-somma ta’ EUR 30 000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kunsill għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn H f’din il-kawża kif ukoll fil-Kawżi T-271/10, T-271/10 R, T-271/10 RENV, C-455/14 P u C-413/18 P.


(1)  ĠU C 221, 14.8.2010.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – BMC vs Entreprise commune Clean Sky 2

(Kawża T-71/19) (1)

(“Riċerka, żvilupp teknoloġiku u spazju - Programm qafas għar-riċerka u l-innovazzjoni ‘Horizon 2020’ (2014-2020) - Proċedura ta’ sejħa għal proposti H2020-CS 2-CFP08-FRC-2018-01 - Ċaħda tal-proposta ssottomessa mir-rikorrenti - Attribuzzjoni ta’ marki li jikkorrispondux għal numru sħiħ - Artikolu 15(4) tar-Regolament (UE) Nru 1290/2013 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Nuqqas ta’ eżami suffiċjenti tal-proposta - Żnaturament tal-fatti”)

(2021/C 28/55)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: BMC Srl (Medicina, l-Italja) (rappreżentanti: S. Dindo u L. Picotti, avukati)

Konvenut: Entreprise commune Clean Sky 2 (rappreżentanti: B. Mastantuono, aġent, assistit minn M. Velardo, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-impriża konġunta Clean Sky 2 tal-10 ta’ Ottubru 2018 li tiċħad il-proposta Nru 831874 “smart De-icing bARrier Filter (DwARF)” ippreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal proposti H2020-CS 2-CFP08-FRC-2018-01 u tad-deċiżjoni tagħha tas-6 ta’ Diċembru 2018 li tiċħad it-talba tar-rikorrenti dwar ir-reviżjoni tal-evalwazzjoni tal-imsemmija proposta u li tikkonferma d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-proposta tal-10 ta’ Ottubru 2018.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BMC Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 122, 1.4.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – ACRE vs Il-Parlament

(Kawża T-107/19) (1)

(“Dritt Istituzzjonali - Parlament Ewropew - Deċiżjoni li tiddikjara mhux ammissibbli ċerti spejjeż ta’ partit politiku għall-finijiet ta’ sussidju għall-2017 - Regolament (KE) Nru 2004/200 - Projbizzjoni ta’ finanzjament ta’ partit politiku nazzjonali - Kontribuzzjoni jew donazzjoni minn partit politiku nazzjonali - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Ċertezza legali - Ugwaljanza fit-trattament - Deċiżjoni li tagħti kontribuzzjoni lil partit politiku għall-2019 u tissuġġetta finanzjament minn qabel bir-rata ta’ 100 % tal-ammont massimu ta’ kontribuzzjoni għal ċerti rimborsi minn qabel - Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 - Drittijiet tad-difiża”)

(2021/C 28/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alliance of Conservatives and Reformists in Europe (ACRE) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Plasschaert u E. Montens, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: C. Burgos u S. Alves, aġenti)

Intervenjenti, insostenn tal-konvenut: Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (représentanti: M. Adam u A. Cilea, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Parlament tal-10 ta’ Diċembru 2018 li tiddikjara ċerti spejjeż inammissibbli għall-finijiet ta’ sussidju għall-2017 u tordna l-ħlas lura ta’ donazzjoni u, min-naħa l-oħra, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament FINS 2019-5, innotifikata lir-rikorrenti fl-14 ta’ Jannar 2019, dwar l-għoti ta’ kontribuzzjoni lir-rikorrenti għall-2019, sa fejn din id-deċiżjoni tissuġġetta l-finanzjament minn qabel ekwivalenti għal 100 % tal-ammont massimu tal-kontribuzzjoni għal ċerti rimborsi minn qabel.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Parlament tal-10 ta’ Diċembru 2018 li tiddikjara ċerti spejjeż mhux ammissibbli għall-finijiet ta' sussidju għall-2017 u li tordna l-ħlas lura ta’ donazzjoni hija annullata sa fejn tikklassifika mill-ġdid l-ispejjeż relatati mal-konferenza. li saret f’Kampala (l-Uganda) mit-13 sal-15 ta’ Lulju 2017, jiġifieri EUR 91 546,58, bħala spejjeż mhux ammissibbli għall-finanzjament.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Parlament FINS-2019-5 tal-14 ta’ Jannar 2019 dwar l-għoti ta’ kontribuzzjoni lill-Alliance of Conservatives and Reformists in Europe (ACER) għall-2019 hija annullata sa fejn l-Artikolu I.5.1 jissuġġetta l-pagament ta’ finanzjament minn qabel ekwivalenti għal 100 % tal-ammont massimu tal-kontribuzzjoni għal ċerti rimborsi minn qabel.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Parlament Ewropew għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, terz ta’ dawk sostnuti minn ACRE. ACRE għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha.

5)

L-Awtorità għall-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 139, 15.4.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Bronckers vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-166/19) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Uniti Messikani dwar ir-rikonoxximent reċiproku u l-protezzjoni ta’ appellazzjonijiet ta’ spirti alkoħoliċi - Dokumenti ppreżentati fil-kuntest tal-Kumitat Konġunt - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interess pubbliku fil-qasam tar-relazzjonijiet internazzjonali - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terzi”)

(2021/C 28/57)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Marco Bronckers (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Kreijger, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Ehrbar u A. Spina, agenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2019) 150 final tal-10 ta’ Jannar 2019 li tiċħad it-talba konfermattiva għal aċċess għad-dokumenti: “Tequila cases found by the Tequila Regulatory Council to be informed to the European Commission (Ares(2018) 4023479)” u “Verification Reports in the European Market (Reportes de Verificación en el Mercado Europeo) (Ares(2018) 4023509)”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Marco Bronckers huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 164, 13.5.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Dicembru 2020 – Kalai vs Il-Kunsill

(Kawża T-178/19) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Żball ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà”)

(2021/C 28/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nader Kalai (Halifax, Nova Scotia, il-Kanada) (rappreżentant: G. Karouni, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u P. Plaza García, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/87 tal-21 ta’ Jannar 2019 li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 13), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/85 tal-21 ta’ Jannar 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 18 I, p. 4), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/806 tas-17 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 36, rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2019/798 tas-17 ta’ Mejju 2019 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2019, L 132, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 234, p. 31), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/719 tat-28 ta’ Mejju 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 66), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/716 tat-28 ta’ Mejju 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU 2020, L 168, p. 1), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba dawn l-atti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nader Kalai għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 182, 27.5.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – BRF Singapore Foods vs EUIPO – Tipiak (Sadia)

(Kawża T-309/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva Sadia - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SAIDA - Raġuni relattiva għal rifjut - Riskju ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2021/C 28/59)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BRF Singapore Foods Pte Ltd (Singapor, is-Singapor) (rappreżentant: C. Mateu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite, J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tipiak (Saint-Aignan de Grand-Lieu, Franza) (rappreżentanti: M. Antoine-Lalance u M. Aïtelli, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Marzu 2019 (Każ R 1834/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tipiak u BRF Singapore Foods.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BRF Singapore Foods Pte Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Tipiak.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – BRF Singapore Foods vs EUIPO – Tipiak (SADIA)

(Kawża T-310/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali SADIA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti SAIDA - Raġuni relattiva għal rifjut - Riskju ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Ugwaljanza fit-trattament - Obbligu ta’ motivazzjoni”)

(2021/C 28/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: BRF Singapore Foods Pte Ltd (Singapor, is-Singapor) (rappreżentant: C. Mateu, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lapinskaite, J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tipiak (Saint-Aignan de Grand-Lieu, avukati) (rappreżentanti: M. Antoine-Lalance u M. Aïtelli, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Marzu 2019 (Każ R 1857/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tipiak u BRF Singapore Foods.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BRF Singapore Foods Pte Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Tipiak.

3)

L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – UI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-362/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Allowance tal-espatrijazzjoni - Artikolu 4(1)(a) tal-Anness VII tar-Regoli tal-Persunal - Rifjut li tingħata l-allowance ta’ espatrijazzjoni - Residenza abitwali - Post fejn titwettaq l-attività professjonali prinċipali - Perijodu ta’ referenza ta’ ħames snin”)

(2021/C 28/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: UI (rappreżentant: J. Diaz Cordova, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u A.-C. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” tal-Kummissjoni, tas-27 ta’ Awwissu 2018, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent l-allowance tal-espatrijazzjoni u, minn naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament ġarrab minħabba f’hekk.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

UI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 305, 9.9.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2020 – Tinnus Enterprises vs EUIPO – Mystic Products u Koopman International (Tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi)

(Kawża T-574/19) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tagħmir għad-distribuzzjoni ta’ fluwidi - Raġuni għal invalidità - Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet għal protezzjoni - Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Karatteristiċi tad-dehra ta’ prodott iddettati biss mill-funzjoni teknika tiegħu - Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 6/2002”)

(2021/C 28/62)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Tinnus Enterprises LLC (Plano, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Odle, R. Palijama, avukati u J. St Ville, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Koopman International BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: G. van den Bergh u B. Brouwer, avukati)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Mystic Products Import & Export, SL (Badalona, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Ġunju 2019 (Każ R 1002/2018–3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn, minn naħa, Mystic Products Import & Export u Koopman International u, min-naħa l-oħra, Tinnus Enterprises.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tinnus Enterprises LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) u minn Koopman International BV.


(1)  ĠU C 337,7.10.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 2 ta’ Dicembru 2020 – Sánchez Romero Carvajal Jabugo vs EUIPO – Embutidos Monells (5MS MMMMM)

(Kawża T-639/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva 5MS MMMMM - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti 5J - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Assenza ta’ dannu għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001)”)

(2021/C 28/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Sánchez Romero Carvajal Jabugo, SAU (El Puerto de Santa María, Spanja) (rappreżentant: J. Iglesias Monravá, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Embutidos Monells, SA (San Miguel de Balenya, Spanja) (rappreżentanti: L. Broschat García u L. Polo Flores, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Lulju 2019 (Każ R 1728/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sánchez Romero Carvajal Jabugo u Embutidos Monells.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-24 ta’ Lulju 2019 (Każ R 1728/2018-4) hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO u Embutidos Monells, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll, kull wieħed u waħda minnhom, in-nofs tal-ispejjeż sostnuti minn Sánchez Romero Carvajal Jabugo, SAU.


(1)  ĠU C 383, 11.11.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 2 ta’ Diċembru 2020 – inMusic Brands vs EUIPO – Equipson (Marq)

(Kawża T-687/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Marq - Trade marks figurattivi nazzjonali u internazzjonali preċedenti MARK - Raġuni assoluta għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali”)

(2021/C 28/64)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: inMusic Brands, Inc. (Cumberland, Rhode Island, l-Istati Uniti) (rappreżentant: D. Rose, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Sakalaitė-Orlovskienė u J. Crespo Carrillo, agenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Equipson, SA (Silla, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Lulju 2019 (Każ R 1759/2018-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Equipson u inMusic Brands.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

inMusic Brands, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Kisscolor Living vs EUIPO – Teoxane (KISS COLOR)

(Kawża T-802/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea KISS COLOR - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea KISS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Applikazzjoni tal-liġi ratione temporis”)

(2021/C 28/65)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kisscolor Living GmbH (Bad Homburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Büttner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Teoxane SA (Genève, l-Isvizzera)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Settembru 2019 (Każ R 2167/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Teoxane u Kisscolor Living.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kisscolor Living GmbH hija ikkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Brasserie St Avold vs EUIPO (Forma ta’ flixkun skur)

(Kawża T-862/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea - Sinjal tridimensjonali - Forma ta’ flixkun skur - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 28/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Brasserie St Avold (Saint-Avold, Franza) (rappreżentanti: P. Greffe, D. Brun u F. Donaud, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u V. Ruzek, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 466/2019-4), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Unjoni Ewropea ta’ sinjal tridimensjonali li jikkonsisti mill-forma ta’ flixkun skur.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

La Brasserie St Avold hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 61, 24.2.2020.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Impera vs EUIPO – Euro Games Technology (Flaming Forties)

(Kawża T-874/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Flaming Forties - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti 40 FLAMING FRUITS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2021/C 28/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Impera GmbH (Steinhaus, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Straberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Lecheva, J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Euro Games Technology Ltd (Vranya-Lozen-Triugulnika, il-Bulgarija) (rappreżentant: K. Manev, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 2304/2018-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Euro Games Technology u Impera.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Impera GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 20.4.2020.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Impera vs EUIPO – Euro Games Technology (Flaming Forties)

(Kawża T-875/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea Flaming Forties - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti 40 FLAMING FRUITS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2021/C 28/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Impera GmbH (Steinhaus, l-Awstrija) (rappreżentant: C. Straberger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Lecheva, J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Euro Games Technology Ltd (Vranya-Lozen-Triugulnika, il-Bulgarija) (rappreżentant: K. Manev, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 2321/2018-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Euro Games Technology u Impera.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Impera GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 20.4.2020.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Kerangus vs EUIPO (ΑΠΛΑ!)

(Kawża T-882/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ΑΠΛΑ! - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001] - Ugwaljanza fit-trattament”)

(2021/C 28/69)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Kerangus Holdings Ltd (Nikosija, Ċipru) (rappreżentant: A.-E. Malami, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Giannopoulos u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-25 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 1035/2017-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ΑΠΛΑ! bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kerangus Holdings Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Dicembru 2020 – Forex Bank vs EUIPO – Coino UK (FOREX)

(Kawża T-26/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea FOREX - Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 28/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Forex Bank AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentant: A. Jute, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u V. Ruzek, agenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Coino UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 2460/2018-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Coino UK u Forex Bank.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Forex Bank AB hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2020 – Monster Energy vs EUIPO – Nanjing aisiyou Clothing (Rappreżentazzjoni ta’ girfa)

(Kawża T-35/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta girfa - Trade marks figurattivi preċedenti tal-Unjoni Ewropea u tar-Renju Unit li jirrappreżentaw grif - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b), (4) u (5) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 28/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Monster Energy Company (Corona, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Kusturovic, J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Nanjing aisiyou Clothing Co. Ltd (Nankin, iċ-Ċina)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Novembru 2019 (Każ R 1104/2019-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Monster Energy Company u Nanjing aisiyou Clothing.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-13 ta’ Novembru 2019 (Każ R 1104/2019-5), hija annullata sa fejn din tirrigwarda ċ-ċaħda tal-oppożizzjoni bbażata fuq l-Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament 2017/1001.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – Group vs EUIPO – Iliev (GROUP Company TOURISM & TRAVEL)

(Kawża T-57/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea GROUP Company TOURISM & TRAVEL - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti mhux irreġistrati GROUP Company TOURISM & TRAVEL - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - It-tieni sentenza tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament 2017/1001”)

(2021/C 28/72)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrent: Group EOOD (Sofia, il-Bulgarija) (rappreżentanti: D. Dragiev u A. Andreev, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u P. Angelova Georgieva, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Kosta Iliev (Sofia)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Novembru 2019 (Każ R 2059/2018-5) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Group u K. Iliev.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-8 ta’ Novembru 2019 (Każ R 2059/2018-5) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 87, 16.3.2020.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta' Dicembru 2020 – BSH Hausgeräte vs EUIPO (Home Connect)

(Kawża T-152/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea Home Connect - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Relazzjoni suffiċjentement diretta u konkreta mal-prodotti msemmija mill-applikazzjoni għat-trade mark - Assenza ta’ karattru distintiv - Artkolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001”)

(2021/C 28/73)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: BSH Hausgeräte GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Jannar 2020 (Każ R 1751/2019-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Home Connect bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BSH Hausgeräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 191, 8.6.2020.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/48


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Diċembru 2020 – Danske Slagtermestre vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-486/18) (1)

(“Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ kontribuzzjonijiet għall-ġbir ta’ ilma mormi - Fażi preliminari tal-investigazzjoni - Deċiżjoni li tikkonstata l-assenza ta’ għajnuna mill-Istat - Assoċjazzjoni professjonali - Locus standi - Kwalità ta’ parti interessata - Għan ta’ salvagwardja tad-drittijiet proċedurali ggarantiti mill-Artikolu 108(2) TFUE - Nuqqas ta’ inċidenza individwali - Nuqqas ta’ inċidenza sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Att regolatorju - Nuqqas ta’ inċidenza diretta - Inammissibbiltà”)

(2021/C 28/74)

Lingwa tal-kawża: il-Daniż

Partijiet

Rikorrent: Danske Slagtermestre (Odense, id-Danimarka) (rappreżentant: H. Sønderby Christensen, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: P. Němečková, aġent)

Intervenjent, insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: J. Nymann-Lindegren u M. Wolff, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 2259 final tad-19 ta’ April 2018 dwar l-għajnuna mill-Istat SA.37433 (2017/FC) – Id-Danimarka, li tiddikjara, fi tmiem il-fażi preliminari tal-investigazzjoni, li l-kontribuzzjoni stabbilita mil-lov nr. 902/2013 om ændring af lov om betalingsregler for spildevandsforsyningsselskaber m.v. (Betalingsstruktur for vandafledningsbidrag, bemyndigelse til opgørelse af særbidrag for behandling af særlig forurenet spildevand m.v.) (il-Liġi Nru 902/2013, li Temenda l-Liġi li Tistabbilixxi r-Regoli dwar il-Kontribuzzjonijiet Dovuti lill-Operaturi tat-Trattament ta’ Ilma Mormi (Struttura ta’ Kontribuzzjonijiet għall-Evakwazzjoni ta’ Ilma Mormi, li Tawtorizza l-Istabbiliment ta’ Kontribuzzjonijiet Speċjali għat-Trattament ta’ Ilma Mormi Partikolarment Imniġġes, eċċ.)) ma tagħti l-ebda vantaġġ lil impriżi speċifiċi u li għalhekk hija ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Danske Slagtermestre għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawn sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 381, 22.10.2018.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/49


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Novembru 2020 – Camerin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-367/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Uffiċjal - Tnaqqis magħmul fuq il-pensjoni tal-irtirar - Eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ qorti nazzjonali - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Responsabbiltà - Inammissibbiltà”)

(2021/C 28/75)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Laure Camerin (Bastia, Franza) (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Bohr u D. Milanowska, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali” (PMO) tas-17 ta’ April 2019 relatata mal-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ sekwestru adottat minn qorti Belġjana, billi din tal-aħħar tirriżerva d-dritt li żżomm ammonti supplimentari mill-pensjonijiet dovuti tar-rikorrenti fil-limiti stabbiliti fid-dritt Belġjan, u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens tad-dannu morali li allegatament sofriet ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Uffiċċju “Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali Ġestjoni u likwidazzjoni ta’ drittijiet individwali”(PMO) tal-Kummissjoni Ewropea tas-17 ta’ April 2019 dwar l-eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ sekwestru.

2)

It-talba għall-kumpens hija miċħuda bħala inammissibbli.

3)

Laure Camerin hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mat-talba għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 270, 12.8.2019.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2020 – PL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-728/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti marbuta ma’ deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid fi ħdan il-Kummissjoni fl-interess tas-servizz - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Artikolu 76(d) tar-Regoli tal-Proċedura - Ksur tar-rekwiżiti formali - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”)

(2021/C 28/76)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PL (rappreżentanti: J.-N. Louis u J. Van Rossum, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Vernier, I. Melo Sampaio u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Awwissu u tas-26 ta’ Settembru 2019 li jirrifjutaw parzjalment l-iżvelar tad-dokumenti mitluba mir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

PL huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 19, 20.1.2020.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/50


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Ottubru 2020 – Ultrasun vs EUIPO (ultrasun)

(Kawża T-805/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ultrasun - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2021/C 28/77)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ultrasun AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: E. Markakis, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Settembru 2019 (Każ R 531/2019-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv ultrasun bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ultrasun AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ottubru 2020 – Grammer vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ figura ġeometrika)

(Kawża T-833/19) (1)

(“Rikors għal annullament - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tirrappreżenta figura ġeometrika - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu (7)(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2021/C 28/78)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Grammer AG (Ursensollen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Bühling u D. Graetsch, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Settembru 2019 (Każ R 1478/2019-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta figura ġeometrika bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Grammer AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/51


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2020 – Leonardo vs Frontex

(Kawża T-849/19 R II)

(“Proċeduri għal miżuri proviżorji - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Talba għal miżuri provviżorji - Talba ġdida - Fatti ġodda - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 28/79)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Leonardo SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: M. Esposito, F. Caccioppoli u G. Calamo, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (rappreżentanti: H. Caniard, C. Georgiadis, A. Gras u S. Drew, aġenti, assistiti minn M. Vanderstraeten, F. Biebuyck u V. Ost, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża għall-għoti ta’ miżuri proviżorji fir-rigward tas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Avviż ta’ Kuntratt FRONTEX/OP/888/2019/JL/CG, ippubblikat fit-18 ta’ Ottubru 2019 minn Frontex, intitolat “Sistemi ta’ Inġenji tal-Ajru Ppilotati mill-Bogħod (RPAS) għas-Sorveljanza Marittima mill-Ajru b’Reżistenza Twila f’Altitudni Medja”, u tal-atti annessi magħha, tal-avviżi ta’ informazzjoni addizzjonali jew avviżi rettifikattivi, tal-mistoqsijiet/tweġibiet ippubblikati minn Frontex fir-rigward tal-lex specialis, tal-minuti tal-laqgħa ta’ informazzjoni organizzata fil-bini tal-Frontex fit-28 ta’ Ottubru 2019, tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ dan il-kuntratt kif ukoll ta’ kull att preċedenti, konness jew sussegwenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri proviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Novembru 2020 – Comune di Stintino vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-174/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tal-istrument finanzjarju għall-ambjent (LIFE+) - Nota ta’ debitu - Att li jaqa’ f’kuntest purament kuntrattwali li huwa inseparabbli minnu - Att preparatorju - Inammissibbiltà”)

(2021/C 28/80)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Comune di Stintino (l-Italja) (rappreżentant: G. Machiavelli, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: N. De Dominicis, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-allegata deċiżjoni li tinsab fl-ittra Ares(2020) 734033 tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Frar 2020 dwar it-tnaqqis tas-sussidju mogħti lir-rikorrent bħala parti mill-proġett LIFE10 NAT/IT/244 kif ukoll dwar l-irkupru tal-ammont diġà mħallas b’eċċess, tan-nota ta’ debitu Nru 3242002652 tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Frar 2020, li permezz tagħha din tal-aħħar talbet lir-rikorrent iħallasha l-ammont ta’ EUR 447 078,63, tal-allegata deċiżjoni li tinsab fl-ittra Ares(2019) 6551262 tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Ottubru 2019 dwar il-parti tal-ispejjeż li ma humiex eliġibbli u ta’ kwalunkwe att ieħor jew ta’ kwalunkwe miżura oħra minn qabel, konsekuttivi jew, fi kwalunkwe każ, marbuta.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Il-Comune di Stintino huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 175, 25.5.2020.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Novembru 2020 – PL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-308/20) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Assenjazzjoni mill-ġdid - Deċiżjoni b’effett retroattiv adottata sabiex tiġi eżegwita sentenza tal-Qorti Ġenerali - Artikolu 266 TFUE - Artikolu 22a tar-Regolamenti tal-Persunal - Awtorità kompetenti - Irtirar tal-att ikkontestat - Tmiem tal-iskop tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

(2021/C 28/81)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: PL (rappreżentanti: J.-N. Louis u J. Van Rossum, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Brauhoff, I. Melo Sampaio u L. Radu Bouyon, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Ġunju 2019 li tassenja mill-ġdid lir-rikorrent, b’effett retroattiv għall-1 ta’ Jannar 2013, għad-Direttorat Ġenerali “Mobbiltà u Trasport”.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll għal dawk sostnuti minn PL.


(1)  ĠU C 262, 10.8.2020.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/53


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2020 – LE vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-475/20 R)

(“Proċeduri għal miżuri proviżorji - Ftehim ta’ sussidju konkluż fil-kuntest tas-Seba’ Programm-Qafas għal azzjonijiet ta’ Riċerka, ta’ Żvilupp Teknoloġiku u ta’ Dimostrazzjoni (2007-2013) - Irkupru tas-sommom imħallsa - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 28/82)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: LE (rappreżentant: M. Straus, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Estrada de Solà, aġent)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 299 TFUE u intiża għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 3988 finali tad-9 ta’ Ġunju 2020 li tistabbilixxi obbligu pekunjarju li jagħti titolu eżekuttiv fil-konfront tar-rikorrent.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri proviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/53


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2020 – SJ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-659/20)

(2021/C 28/83)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: SJ AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentanti: J. Karlsson u M. Johansson, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1193 tat-2 ta’ Lulju 2020 dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 34 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Iżvezja (1) sa fejn tiddikjara li d-Direttiva dwar l-Utilitajiet għandha tkompli tapplika għall-kuntratti ta’ akkwist pubbliku maħsuba li jippermettu li jitwettqu attivitajiet relatati mal-provvista ta’ servizzi kummerċjali tal-passiġġieri bil-ferrovija fl-Isvezja;

alternattivament, sa fejn l-annullament parzjali mhuwiex, skont il-Qorti Ġenerali, ammissibbli jew possibbli biex jannulla d-Deċiżjoni fl-intier tagħha; u,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball fil-liġi billi ma ddikjaratx d-Direttiva dwar l-Utilitajiet bħala mhux applikabbli għall-kuntratti ta’ akkwist pubbliku maħsuba li jippermettu li titwettaq l-provvista ta’ servizzi kummerċjali tal-passiġġieri bil-ferrovija fir-rotta minn Göteborg għal Malmö.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni interpretat u applikat b’mod żbaljat il-kriterji għal nuqqas ta’ applikabbiltà tad-Direttiva dwar l-Utilitajiet.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni żbaljat fid-delineazzjoni tas-suq jew swieq rilevanti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-provvista ta’ servizzi tal-passiġġieri bil-ferrovija fir-rotta minn Stokkolma għal Göteborg ma hijiex direttament esposta għall-kompetizzjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta naqqset milli tikkonkludi li s-suq Svediż kollu huwa espost għall-kompetizzjoni skont it-tifsira tal-Artikolu 34 tad-Direttiva dwar l-Utilitajiet.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li kien hemm ksur tar-rekwiżiti proċedurali essenzjali.


(1)  ĠU 2020, L 262, p. 18.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/54


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2020 –Thunus et vs BEI

(Kawża T-666/20)

(2021/C 28/84)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vincent Thunus (Contern, il-Lussemburgu) u ħames rikorrenti oħra (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew għall-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat, inkluż f’dak li jirrigwarda l-eċċezzjoni ta’ illegalità li huwa jinkludi;

u konsegwentement:

tannulla d-deċiżjoni li tinstab fid-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti għax-xahar ta’ Marzu 2020, deċiżjoni li tistabbilixxi l-aġġustament annwali tas-salarju bażiku limitat għal 0,7 % għas-sena 2020 b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020, u, għaldaqstant, l-annullament tad-deċiżjonijiet simili li jinstabu fid-dikjarazzjonijiet tas-salarju sussegwenti;

għaldaqstant tikkundanna lill-konvenut

għall-ħlas, bħala kumpens tad-dannu materjali (i) tal-bilanċ tas-salarju li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għall-2020, jiġifieri żieda ta’ 1 %, għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2020 sal-31 ta’ Diċembru 2020, (ii) tal-bilanċ tas-salarju li jikkorrispondi għall-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-aġġustament annwali ta’ 0,7 % għall-2020 fuq l-ammont tas-salarji li għandhom jitħallsu b’effett minn Jannar 2020, (iii) tal-interessi moratorji fuq il-bilanċi tas-salarji dovuti sal-ħlas sħiħ tas-somom dovuti, fejn ir-rata tal-interessi moratorji li għandha tiġi applikata għandha tiġi kkalkolata fuq il-bażi tar-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda bi tliet punti;

jekk ikun il-każ, jekk huwa ma jipproduċihomx minn jeddu, tistieden lill-konvenut, abbażi ta’ miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, jipproduċi d-dokumenti segwenti:

ir-rapport tas-Sotto Kumitat għar-Remunerazzjonijiet tal-Bord tad-Diretturi ta’ Diċembru 2019;

in-nota tad-Direttorat tal-Persunal lill-Kumitat tad-Diretturi tad-19 ta’ Novembru 2019 li tikkomunika verżjoni emendata tar-Rapport Annwali dwar ir-remunerazzjonijiet (CS-PERS/HRPLC/RRP/2019-030/BAHVBA) u l-verżjoni tar-Rapport Annwali dwar ir-remunerazzjonijiet kif ikkomunikat lill-Bord tad-Diretturi;

in-nota tas-Segretarju Ġenerali tal-Bord tad-Diretturi tat-28 ta’ Novembru 2019 li tikkomunika l-pjan operattiv tal-BEI għall-2020 (SG/IS/PBA/2019-1506) u l-verżjoni tal-pjan operattiv tal-BEI għall-2020 hekk kif ippreżentat lill-Bord tad-Diretturi ta’ Diċembru 2019;

id-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tat-12 ta’ Diċembru 2019 (Annessi 2 u 2 (ii) għal PV/20/01);

in-nota tad-Direttorat tal-Persunal tal-31 ta’ Jannar 2020 (CS-PERS/HRPLC/RRP/2020-002/SGBA);

id-deċiżjoni tal-Kumitat tad-Diretturi tas-6 ta’ Frar 2020 (MC-040-ADM-20200206);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom ir-rikorrenti jinvokaw, rispettivament, tnejn u erba’ motivi, fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tat-18 ta’ Lulju 2017, minn naħa, u, fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi tat-12 ta’ Diċembru 2019 u tal-Kumitat tad-Diretturi tas-6 ta’ Frar 2020, min-naħa l-oħra.

Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Bord tad-Diretturi tat-18 ta’ Lulju 2017:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 20 u tal-Anness I tal-Kundizzjonijiet ta’ Impjieg (iktar ’il-quddiem “Staff Regulation I”) u fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi u tad-drittijiet kweżiti.

Fir-rigward tad-deċiżjonijiet tal-Bord tad-Diretturi tat-12 ta’ Diċembru 2019 u tal-Kumitat tad-Diretturi tas-6 ta’ Frar 2020:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal aġġustament annwali tas-salarju (AGS) li minn tal-inqas ikopri l-ispiża tal-inflazzjoni fil-Lussemburgu u fuq ksur tal-Artikolu 20 u tal-Anness I tal-iStaff Regulation I.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-garanziji proċedurali u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ konsultazzjoni u ta’ negozjazzjoni tal-Kulleġġ.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

F’dak li jirrigwarda t-talba tagħhom għal kumpens, ir-rikorrenti jitolbu l-ħlas tad-differenza tar-remunerazzjoni dovuta, jiġifieri 1 % b’effett mill-1 ta’ Jannar 2020 (inkluż l-effett ta’ din iż-żieda fuq il-benefiċċji pekunjarji) miżjuda b’interessi moratorji.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/56


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2020 – NZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-668/20)

(2021/C 28/85)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: NZ (rappreżentant: H. Tagaras, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tapplika l-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura mitluba fil-punt 35 tar-[rikors] (kif ukoll f’dawk imsemmija fil-punti 21 u 30), u, fi tmiem il-proċedura;

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha intiż għall-annullament, prinċipalment, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad it-talba tagħha għal eżami mill-ġdid tad-deċiżjoni tal-bord tal-kompetizzjoni COM/1/AD10/18 li isimha ma jiġix inkluż fuq il-lista ta’ riżerva tal-imsemmija kompetizzjoni kif ukoll tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tagħha u, sussidjarjament, tad-deċiżjoni msemmija iktar ’il fuq tal-bord tal-kompetizzjoni, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, mhux biss minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni iżda wkoll minħabba kontradizzjoni manifesta fil-motivazzjoni mogħtija, minħabba l-fatt b’mod partikolari li minkejja li l-marka litterali tar-rikorrenti kienet suffiċjenti għall-inklużjoni tagħha fuq il-lista ta’ riżerva, fil-kriterji kollha użati, (“very strong”), il-bord taha bħala medja marka inferjuri (“strong to very strong”) li wassal għall-esklużjoni tagħha mil-lista.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament, minħabba l-fatt, b’mod partikolari, tal-bdil kontinwu fil-kompożizzjoni tal-bord, kif ukoll minħabba l-fatt li xi kandidati, bl-istess identiċi evalwazzjonijiet letterali bħar-rikorrenti, ġew inklużi fil-lista ta’ riżerva.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli li jirregolaw il-funzjonament tal-bord u tal-kumitati ta’ għażla.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, minħabba l-ksur allegat mir-rikorrenti abbażi tat-tieni motiv.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/57


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2020 – Pluscard Service vs EUIPO (PLUSCARD)

(Kawża T-669/20)

(2021/C 28/86)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pluscard Service-Gesellschaft für Kreditkarten-Processing mbH (Saarbrücken, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Dury, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark figurattiva PLUSCARD – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 494 424

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 638/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

teżamina mill-ġdid il-motivi mogħtija mill-EUIPO u t-talbiet tal-EUIPO;

ir-reġistrazzjoni tas-sinjal PLUSCARD għandha għalhekk tingħata kif sar applikazzjoni għaliha, għall-klassijiet kollha, inklużi l-klassijiet li għalihom saret l-applikazzjoni;

minbarra dan, minħabba l-ostakoli tal-lingwa distintivi li jikkomplikaw ir-riżoluzzjoni ta’ din it-tilwima, huwa mitlub u inkoraġġut li jsiru proċeduri orali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/57


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2020 – Kühne vs Il-Parlament

(Kawża T-691/20)

(2021/C 28/87)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Verena Kühne (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Schmechel, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tas-17 ta’ April 2020, kif ikkompletata fil-21 ta’ April 2020, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti tad-19 ta’ Diċembru 2019 għal dikjarazzjoni dwar il-mobbiltà;

tikkundanna lill-konvenut jaġixxi b’mod li jieħu inkunsiderazzjoni l-konsegwenzi legali kollha fir-rigward tal-applikabbiltà tal-mobbiltà tar-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż;

tgħaqqad din il-kawża mal-Kawża T-468/20, skont l-Artikolu 68(1) tar-Regoli tal-Proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti:

1.

L-ewwel motiv: id-deċiżjoni li tiċħad it-talba tikkawża preġudizzju

Id-deċiżjoni li tiċħad it-talba tikkawża preġudizzju lir-rikorrenti fis-sens tal-ġurisprudenza li toħroġ mis-sentenza tal-1 ta’ Frar 1979, Deshormes vs Il-Kummissjoni (1), sa fejn fiha dikjarazzjoni li r-rikorrenti hija suġġetta għall-mobbiltà minkejja li din id-dikjarazzjoni jkollha effett biss permezz ta’ deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li, fid-dawl tad-data li fiha ngħatat id-deċiżjoni li tiċħad it-talba, hija deċiżjoni li ser tingħata fil-futur, u għalhekk dan l-effett huwa wkoll fil-futur.

2.

It-tieni motiv: interess fid-dikjarazzjoni

Ir-rikorrenti għad għandha interess f’dikjarazzjoni li t-trasferiment tagħha ma jistax jiġi ordnat fuq il-bażi tal-iskema ta’ mobbiltà.

3.

It-tielet motiv: ksur tad-dmir ta’ premura fil-konfront tal-uffiċjali

Ser ikun hemm ksur tad-dritt għall-ħajja privata u tal-familja u tad-dritt ta’ bint ir-rikorrenti, li hija minuri, li żżomm relazzjoni personali u kuntatt dirett fuq bażi regolari maż-żewġ ġenituri tagħha, sa fejn il-familja tar-rikorrenti ser ikollha tgħix b’mod separat, fejn il-bint ser tibqa’ Berlin ma’ missierha u r-rikorrenti ser ikollha tmur tgħix il-Lussemburgu waħedha.

Ser ikun hemm ksur tad-dritt għall-ugwaljanza quddiem il-liġi u tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni. Ir-rikorrenti, bħala uffiċjal tal-EPLO (l-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew) miżżewġa u bħala omm bint minuri, li tagħha għandha l-kustodja konġunta ma’ żewġha, hija suġġetta għall-mobbiltà, li minħabba fiha ser tiġi ttrasferita lejn il-Lussemburgu. Uffiċjali tal-EPLO sseparati u ddivorzjati li jkollhom kustodja konġunta ta’ wild minuri jibqgħu eżentati mill-mobbiltà sakemm il-wild isir maġġorenni, u dan mingħajr ma hemm raġuni oġġettiva għal din l-inugwaljanza fit-trattament.

4.

Ir-raba’ motiv: natura sproporzjonata tat-trasferiment lejn post ta’ impjieg ieħor

L-interessi tar-rikorrenti ma ġewx ibbilanċjati ma’ dawk tal-konvenut, u dan minkejja li dan tal-aħħar kien obbligat jagħmel dan l-ibbilanċjar fil-kuntest tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba tiegħu (Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea).

L-interessi protetti tar-rikorrenti għandhom, b’mod ċar, jieħdu prijorità fuq l-interess tal-konvenut fit-trasferiment.

It-trasferiment mill-EPLO f’Berlin lejn l-EPLO fil-Lussemburgu ma huwiex fl-interessi tas-servizz.

5.

Il-ħames motiv: użu ħażin ta’ diskrezzjoni

Il-konvenut ma jirrikonoxxix id-diskrezzjoni tiegħu u għalhekk ma eżerċitahiex.

6.

Is-sitt motiv: prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

Mill-ħatra tar-rikorrenti fl-2001 sal-adozzjoni, fl-2018, tad-deċiżjoni dwar il-mobbiltà mill-Bureau tal-Parlament Ewropew, kien japplika l-prinċipju li uffiċjali fil-grad AST, bħalma hija r-rikorrenti, ma kinux suġġetti għall-mobbiltà. Dan il-prinċipju kien daħal fis-seħħ fl-1998 permezz ta’ deċiżjoni dwar il-mobbiltà u kien ġie kkonfermat fid-deċiżjonijiet dwar il-mobbiltà tal-2002 u tal-2004 meħuda mill-Bureau tal-Parlament Ewropew.

L-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti li ser tibqa’ eżentata mill-mobbiltà huma protetti. Għaldaqstant, bidla fir-regola teħtieġ arranġamenti tranżitorji adegwati u eċċezzjonijiet adegwati. Il-perijodu tranżitorju ta’ tliet snin previst ma huwiex adegwat peress li ma jirrimedjax il-fatt li l-familja tar-rikorrenti ser tinfired. Ma hijiex prevista eċċezzjoni fir-rigward tar-rikorrenti.

7.

Is-seba’ motiv: rinunzja

Il-konvenut irrinunzja għall-possibbiltà li jordna l-mobbiltà tar-rikorrenti li twassal għal bidla fil-post ta’ impjieg peress li, billi eżenta b’mod repetut lill-uffiċjali fil-grad AST mill-mobbiltà, huwa ħoloq l-impressjoni li r-rikorrenti ma kellhiex tistenna bidla fil-post ta’ impjieg tagħha.


(1)  17/78, EU:C:1979:24


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/59


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2020 – Canisius vs EUIPO – Beiersdorf (CCLABELLE VIENNA)

(Kawża T-694/20)

(2021/C 28/88)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Alexandra Canisius (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentant: H. Asenbauer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Beiersdorf AG (Hamburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għal trade mark figurattivi tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali CCLABELLE VIENNA – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 592 461

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 2233/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-oppożizzjoni ntlaqgħet fir-rigward ta’ oġġetti fil-Klassijiet 3 u 16;

tikkundanna lill-konvenut u lil Beiersdorf, fil-każ li Beiersdorf tintervjeni fil-proċedimenti, għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għall-ispejjeż u għad-drittijiet tar-rikorrenti;

tiċħad l-oppożizzjoni ta’ Beiersdorf kontra r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni Nru 17 592 461 u tordna lill-EUIPO sabiex iwettaq ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni (kkontestata) Nru 17 592 461 fir-rigward tal-oġġetti u s-servizzi kollha fil-Klassijiet 3, 16, u 25 li għalihom ġiet ippreżentata l-applikazzjoni kif ukoll tikkundanna lil Beiersdorf għall-ispejjeż rispettivi tagħha u għad-drittijiet u l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/60


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Novembru 2020 – Bimbo Donuts Iberia vs EUIPO – Hijos de Antonio Juan (DONAS DULCESOL)

(Kawża T-697/20)

(2021/C 28/89)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Bimbo Donuts Iberia, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: M. Ceballos Rodríguez u M.I. Robledo McClymont, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hijos de Antonio Juan, SL (Villalonga, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “DONAS DULCESOL” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nruo 17 917 477

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 514/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

tikkundanna għall-ispejjeż lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, jekk tintervjeni.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/61


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2020 – Fashion Energy vs EUIPO – Retail Royalty (1st AMERICAN)

(Kawża T-699/20)

(2021/C 28/90)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fashion Energy Srl (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: T. Müller, F. Togo, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Retail Royalty Co. (Las Vegas, Nevada, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “1st AMERICAN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 622 078

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 426/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni u tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Nru 8 622 078;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jħallsu l-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti fil-proċeduri.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 72(6) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni;

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/61


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2020 – Schmid vs EUIPO – Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl g.g.A GESCHÜTZTE GEOGRAFISCHE ANGABE)

(Kawża T-700/20)

(2021/C 28/91)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gabriele Schmid (Halbenrain, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Ginzburg, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Graz, l-Awstrija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Steirisches Kürbiskernöl g.g.A GESCHÜTZTE GEOGRAFISCHE ANGABE bil-kuluri blu, isfar, aħdar, abjad (krema) – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 108 454

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 2186/2019-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 59(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(i) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/62


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2020 – Beelow vs EUIPO (made of wood)

(Kawża T-702/2020)

(2021/C 28/92)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Timo Beelow (Wuppertal, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Vogtmeier, avukata)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: l-applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni “made of wood” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 061 410

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 108/2020-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-kawża kif ukoll għall-ispejjeż marbuta mal-proċedimenti ta’ appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/63


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2020 – OI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-705/20)

(2021/C 28/93)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OI (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni li ma tinkludix ismu fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni interna COM/03/AD/1;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat, prinċipalment, fuq l-assenza ta’ motivazzjoni rilevanti. Ir-rikorrent iqis fil-fatt li l-motivazzjoni hija kkostitwita minn evalwazzjonijiet letterali li ma humiex koerenti mal-marki mogħtija. Barra minn hekk, il-Bord tal-Għażla ma kkomunikax il-kriterji tal-għażla adottati qabel l-eżamijiet, b’tali mod li la r-rikorrent u lanqas l-Awtorità tal-Ħatra ma kienu f’pożizzjoni li jivverifikaw il-legalità ta’ dawn il-kriterji.

2.

It-tieni motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni mwettaq mill-Bord tal-Għażla peress li dan tal-aħħar ma kienx f’pożizzjoni li jiġġustifika b’mod suffiċjenti fil-liġi n-nuqqasijiet ta’ koerenza manifesti bejn l-evalwazzjonijiet letterali u l-marki mogħtija, fid-dawl tal-paragun mal-evalwazzjonijiet paragunabbli ta’ kandidati oħrajn.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/63


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2020 – Skyworks Solutions vs EUIPO – Sky (Sky5)

(Kawża T-707/20)

(2021/C 28/94)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Skyworks Solutions, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: A. Muir Wood, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sky Ltd (Isleworth, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni “SKY5” –Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 837 221

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-30 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 229/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oġġezzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trade mark ikkontestata kollha kemm huma;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrent relatati ma’ dan l-appell.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell ma eżaminax jew ma eżaminax b’mod korrett l-appell;

Il-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li hemm probabbiltà ta’ konfużjoni fir-rigward tas-servizzi tal-klassi 40;

Il-Bord tal-Appell kiser ir-regoli ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja billi bbaża d-deċiżjoni tiegħu fuq elementi oħra differenti minn dawk invokati quddiemu;

Il-Bord tal-Appell ikkonkluda b’mod żbaljat li l-liċenzja kienet turi li l-opponenti kellha d-dritt topponi billi tinvoka t-trade mark tal-Unjoni Ewropea;

Fi tmiem il-perijodu tranżitorju, jiġifieri mill-1 ta’ Jannar 2021, meta r-riferimenti magħmula għall-Istati Membri fir-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ma jkoprux iktar lir-Renju Unit, l-oppożizzjoni tkun mingħajr skop inkwantu hija bbażata fuq it-trade mark tar-Renju Unit.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/64


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2020 – TrekStor vs EUIPO (e.Gear)

(Kawża T-708/20)

(2021/C 28/95)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: TrekStor Ltd (Hong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: O. Spieker, A. Schönfleisch u N. Willich, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni e.Gear – Applikazzjoni Nru 18 065 340

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Settembru 2020 fil-Każ R 561/2020-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


25.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 28/65


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Novembru 2020 – OJ vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-709/20)

(2021/C 28/96)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: RJ (rappreżentant: H. von Harpe, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) tal-1 ta’ Settembru 2020, bir-referenza Ares(2020)s. 5088474, u l-atti kollha relatati magħha;

tiftaħ mill-ġdid il-kompetizzjoni EPSO/AD/380/19 intiża li tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għall-Kummissjoni Ewropea għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD7/AD9) fil-kooperazzjoni internazzjonali u fl-immaniġġjar tal-għajnuna lil pajjiżi mhux tal-UE, konformement mar-regoli u, b’mod partikolari, b’perijodu raġonevoli li jippermetti lill-applikant jirreġistra;

sussidjarjament, terġa’ torganizza l-kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/380/19 intiża li tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għall-Kummissjoni għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD7/AD9) fil-kooperazzjoni internazzjonali u fl-immaniġġjar tal-għajnuna lil pajjiżi mhux tal-UE, konformement mar-regoli u, b’mod partikolari, b’terminu raġonevoli għat-tressiq ta’ applikazzjonijiet; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa intiż għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) li tirrifjuta li tippermetti lir-rikorrent jipparteċipa fit-testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażla ta’ tweġibiet bil-kompjuter wara l-perijodu tal-ittestjar stabbilit fil-kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/380/19.

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: inugwaljanza fit-trattament

Il-konvenut aġixxa b’mod li jikkostitwixxi inugwaljanza fit-trattament. Huwa ma qabbilx sitwazzjonijiet paragunabbli. Minħabba l-ħidma tiegħu bħal delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea, ir-rikorrent kien suġġett għal restrizzjonijiet ta’ sigurtà u ta’ mobbiltà li ma ppermettewlux jivvjaġġa barra mill-pajjiż fi żmien qasir. Barra minn hekk, fl-assenza tiegħu, ma kien hemm ħadd min jieħu ħsieb uliedu.

Kien meħtieġ perijodu twil ta’ ppjanar minn qabel sabiex jivvjaġġa barra mill-pajjiż tal-impjieg tiegħu. L-EPSO kien imissu evalwa u qies debitament dan. Minflok, l-EPSO jqabbel is-sitwazzjoni tar-rikorrent fil-post ta’ impjieg tiegħu ma’ applikanti oħra li, iżda, jgħixu f’pajjiżi b’sitwazzjoni ta’ sigurtà ħafna aħjar. Ir-riżultat huwa li kandidati bħar-rikorrent ikunu żvantaġġati b’mod kostanti minħabba sitwazzjoni ta’ sigurtà li ma humiex responsabbli għaliha.

2.

It-tieni motiv: ksur tad-dmir ta’ premura

Barra minn hekk, il-konvenut kiser id-dmir ta’ premura tiegħu fil-konfront tar-rikorrent. Fi kwalunkwe każ, ir-rikorrent kien espost għal riskju ta’ sigurtà ikbar fil-post ta’ impjieg tiegħu. Minflok ma evalwa dan u minflok ma għamilha kemm jista’ jkun faċli għar-rikorrent li jipparteċipa fil-proċedura ta’ selezzjoni, l-EPSO insista fuq il-perijodi fissi u stretti għall-ittestjar.

B’hekk, ir-rikorrent kien obbligat jieħu riskji ta’ sigurtà kunsiderevoli u possibbilment jikser regoli lokali. Dan imur kontra d-dmir ta’ premura fil-konfront tar-rikorrent li, bħala impjegat, kien jaqa’ wkoll fil-portata tal-protezzjoni tad-dmir ta’ premura.