ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 23

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
21ta' Jannar 2021


Werrej

Paġna

 

 

IL-PARLAMENT EWROPEW
SESSJONI 2018–2019
Data tas-seduta: 11 ta’ Marzu 2019
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 420, 4.12.2020 .
SESSJONI 2019–2020
Dati tas-seduti: 12-14 ta’ Marzu 2019
Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil- ĠU C 420, 4.12.2020 .
TESTI ADOTTATI

1


 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 12 ta’ Marzu 2019

2021/C 23/01

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar it-theddid għas-sigurtà marbut mal-preżenza teknoloġika Ċiniża li qed tiżdied fl-UE u azzjoni possibbli fil-livell tal-UE biex jitnaqqas (2019/2575(RSP))

2

2021/C 23/02

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-istat tar-relazzjonijiet politiċi UE-Russja (2018/2158(INI))

7

2021/C 23/03

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE rigward il-prevenzjoni u l-medjazzjoni tal-kunflitti (2018/2159(INI))

16

 

L-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2019

2021/C 23/04

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar Ewropa li tipproteġi: Arja nadifa għal kulħadd (2018/2792(RSP))

23

2021/C 23/05

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-livelli massimi tar-residwi tal-klotijanidin, taċ-ċiklossidim, tal-epossikonażol, tal-flonikamid, tal-alossifop, tal-mandestrobin, tal-mepikwat, tar-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola u tal-proeżadjon f'ċerti prodotti jew fuqhom (D059754/02 – 2019/2520(RPS))

33

2021/C 23/06

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 4114 (DP-ØØ4114-3), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060242/03 – 2019/2551(RSP))

36

2021/C 23/07

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87411 (MON-87411-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060243/03 – 2019/2552(RSP))

42

2021/C 23/08

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × 1507 × GA21 u s-sottokombinazzjonijiet Bt11 × MIR162 × 1507, MIR162 × 1507 × GA21 u MIR162 × 1507 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060244/03 – 2019/2553(RSP))

48

2021/C 23/09

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina Bacillus subtilis (Cohn 1872) Razza QST 713, Bacillus thuringiensis subspeċi Aizawai, Bacillus thuringiensis subspeċi israeliensis, Bacillus thuringiensis subspeċi kurstaki, Beauveria bassiana, benfluralin, klodinafop, klopiralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop-P, epossikonażol, fenpirossimat, fluważinam, flutolanil, fosetil, Lecanicillium muscarium, mepanipirim, mepikwat, Metarhizium anisopliae var. Anisopliae, metkonażol, metrafenon, Phlebiopsis gigantea, pirimikarb, Pseudomonas chlororaphis razza: MA 342, pirimetanil, Pythium oligandrum, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61, tijakloprid, tolklofos-metil, Trichoderma asperellum, Trichoderma atroviride, Trichoderma gamsii, Trichoderma harzianum, triklopir, trinessapak, tritikonażol, Verticillium albo-atrum u żiram (D060042/02 – 2019/2541(RSP))

54

2021/C 23/10

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar it-Turkija (2018/2150(INI))

58

2021/C 23/11

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019 (2018/2119(INI))

67

2021/C 23/12

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019 (2018/2120(INI))

73

 

Il-Ħamis 14 ta’ Marzu 2019

2021/C 23/13

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Każakistan (2019/2610(RSP))

83

2021/C 23/14

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar l-Iran, partikolarment is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (2019/2611(RSP))

88

2021/C 23/15

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Gwatemala (2019/2618(RSP))

92

2021/C 23/16

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 dwar is-SĠP (2018/2107(INI))

98

2021/C 23/17

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE (2019/2614(RSP))

105

2021/C 23/18

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar reġim Ewropew ta' sanzjonijiet għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem (2019/2580(RSP))

108

2021/C 23/19

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar l-urġenza għal lista sewda tal-UE tal-pajjiżi terzi konformi mad-Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus (2019/2612(RSP))

113

2021/C 23/20

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar it-tibdil fil-klima – viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi (2019/2582(RSP))

116

2021/C 23/21

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (2019/2615(RSP))

126

2021/C 23/22

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar Rapport strateġiku annwali dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) (2018/2279(INI))

130

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Parlament Ewropew

 

L-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2019

2021/C 23/23

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-kompetenzi u l-mandat tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (2018/2116(INI))

146

2021/C 23/24

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Kunsill dwar l-analiżi tas-segwitu mogħti mis-SEAE sentejn wara r-Rapport tal-PE dwar komunikazzjoni strateġika tal-UE biex tikkontrobatti l-propaganda kontriha minn partijiet terzi (2018/2115(INI))

152

2021/C 23/25

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-ftehim ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u Monaco, Andorra u San Marino (2018/2246(INI))

159


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 12 ta’ Marzu 2019

2021/C 23/26

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Monika Hohlmeier (2019/2002(IMM))

164

2021/C 23/27

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen (2018/2247(IMM))

166

2021/C 23/28

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Dominique Bilde (2018/2267(IMM))

168

 

L-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2019

2021/C 23/29

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar proposta għal att legalment vinkolanti li ma jkollhiex maġġoranza fil-kumitat (interpretazzjoni tal-Artikolu 171 (1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regoli ta' Proċedura) (2019/2011(REG))

170


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Parlament Ewropew

 

It-Tlieta 12 ta’ Marzu 2019

2021/C 23/30

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 li testendi l-Artikolu 159 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sal-aħħar tad-disa' leġiżlatura (2019/2545(RSO))

171

2021/C 23/31

P8_TA(2019)0139
Informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (COM(2018)0279 – C8-0191/2018 – 2018/0140(COD))
P8_TC1-COD(2018)0140
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adotta fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

173

2021/C 23/32

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10861/2018 – C8-0445/2018 – 2018/0272(NLE))

200

2021/C 23/33

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10861/2018 – C8-0445/2018 – 2018/0272M(NLE))

201

2021/C 23/34

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali (10923/2018 – C8-0440/2018 – 2018/0238(NLE))

207

2021/C 23/35

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru Parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta' Sikurezza, Sigurtà u Servizz f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS Nru. 218) (12527/2018 – C8-0436/2018 – 2018/0116(NLE))

208

2021/C 23/36

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (05083/2015 – C8-0022/2019 – 2014/0327(NLE))

209

2021/C 23/37

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (10219/2016 – C8-0135/2017 – 2016/0121(NLE))

210

2021/C 23/38

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra (12183/1/2011 – C8-0059/2015 – 1998/0031R(NLE))

211

2021/C 23/39

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar il-varar fir-Renju Unit tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA (13123/2018 – C8-0474/2018 – 2018/0812(CNS))

215

2021/C 23/40

P8_TA(2019)0148
Skambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI (COM(2016)0007 – C8-0012/2016 – 2016/0002(COD))
P8_TC1-COD(2016)0002
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI

216

2021/C 23/41

P8_TA(2019)0149
Sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (ECRIS-TCN) ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u tkun ta' sostenn għaliha u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (COM(2017)0344 – C8-0217/2017 – 2017/0144(COD))
P8_TC1-COD(2017)0144
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2018/1726

217

2021/C 23/42

P8_TA(2019)0150
Il-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jħassar [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014 (COM(2018)0440 – C8-0264/2018 – 2018/0230(COD))
P8_TC1-COD(2018)0230
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jħassar [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

218

2021/C 23/43

P8_TA(2019)0151
Att tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ENISA, l-Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013, u li jikkonċerna ċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (COM(2017)0477 – C8-0310/2017 – 2017/0225(COD))
P8_TC1-COD(2017)0225
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà)

252

2021/C 23/44

P8_TA(2019)0152
Prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel (COM(2018)0173 – C8-0139/2018 – 2018/0082(COD))
P8_TC1-COD(2018)0082
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari

254

2021/C 23/45

P8_TA(2019)0153
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (COM(2017)0482 – C8-0308/2017 – 2017/0220(COD))
P8_TC1-COD(2017)0220
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej

257

2021/C 23/46

P8_TA(2019)0154
L-importazzjoni ta' beni kulturali ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali (COM(2017)0375 – C8-0227/2017 – 2017/0158(COD))
P8_TC1-COD(2017)0158
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta' beni kulturali

258

2021/C 23/47

P8_TA(2019)0155
Il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward proċedura ta' verifika relatata mal-ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (COM(2018)0636 – C8-0413/2018 – 2018/0336(COD))
P8_TC1-COD(2018)0336
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward proċedura ta' verifika relatata mal-ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

259

 

L-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2019

2021/C 23/48

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/1799 fir-rigward tal-eżenzjoni tal-Bank of England mir-rekwiżiti ta' trasparenza ta' qabel u wara n-negozjar tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (C(2019)00793 – 2019/2546(DEA))

260

2021/C 23/49

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' entitajiet eżentati (C(2019)00794 – 2019/2547(DEA))

261

2021/C 23/50

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista tal-entitajiet eżenti (C(2019)00791 – 2019/2549(DEA))

262

2021/C 23/51

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward l-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u tal-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 (C(2019)00792 – 2019/2550(DEA))

263

2021/C 23/52

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/588 fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi aġġustat l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal sehem meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta' dak is-sehem ikun jinsab barra mill-Unjoni (C(2019)00904 – 2019/2579(DEA))

264

2021/C 23/53

P8_TA(2019)0165
Awtorizzazzjoni Ġenerali ta' Esportazzjoni tal-Unjoni għall-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni ta' Esportazzjoni fir-rigward ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (COM(2018)0891 – C8-0513/2018 – 2018/0435(COD))
P8_TC1-COD(2018)0435
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni fir-rigward ta’ ċerti oġġetti b’użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit

266

2021/C 23/54

P8_TA(2019)0166
Tkomplija tal-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda – ir-Renju Unit) u r-Renju Unit – l-Irlanda (l-Irlanda – l-Irlanda ta' Fuq – l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda – ir-Renju Unit) u għar-Renju Unit – l-Irlanda (l-Irlanda – l-Irlanda ta' Fuq – l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (COM(2018)0892 – C8-0512/2018 – 2018/0432(COD))
P8_TC1-COD(2018)0432
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda – ir-Renju Unit) u għar-Renju Unit – l-Irlanda (l-Irlanda – l-Irlanda ta’ Fuq – l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

267

2021/C 23/55

P8_TA(2019)0167
It-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (ir-Renju Unit) mill-Unjoni Ewropea ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (ir-Renju Unit) mill-Unjoni Ewropea. (COM(2019)0065 – C8-0040/2019 – 2019/0030(COD))
P8_TC1-COD(2019)0030
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-kontinwazzjoni ta' attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

268

2021/C 23/56

P8_TA(2019)0168
Sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0894 – C8-0514/2018 – 2018/0434(COD))
P8_TC1-COD(2018)0434
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni

269

2021/C 23/57

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra (15093/2016 – C8-0107/2018 – 2015/0302(NLE))

270

2021/C 23/58

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra (15093/2016 – C8-0107/2018 – 2015/0302M(NLE))

271

2021/C 23/59

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (15832/2018 – C8-0035/2019 – 2018/0316(NLE))

284

2021/C 23/60

P8_TA(2019)0173
Rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD))
P8_TC1-COD(2015)0278
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

285

2021/C 23/61

P8_TA(2019)0174
Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE)2016/399, ir-Regolament XX/2018 [ir-Regolament tal-Interoperabilità], u d-Deċiżjoni 2004/512/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI (COM(2018)0302 – C8-0185/2018 – 2018/0152(COD))
P8_TC1-COD(2018)0152
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirriforma s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża billi jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE) 2016/399, ir-Regolament XX/2018 [ir-Regolament tal-Interoperabilità], u li jħassar id-Deċiżjoni 2004/512/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI [Em. 1]

286

2021/C 23/62

P8_TA(2019)0175
L-istabbiliment tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (COM(2018)0471 – C8-0271/2018 – 2018/0248(COD))
P8_TC1-COD(2018)0248
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019 / … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni l-Ażil u l-Integrazzjoni [Em. 1]

356

2021/C 23/63

P8_TA(2019)0176
L-istabbiliment, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u tal-viżi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri (COM(2018)0473 – C8-0272/2018 – 2018/0249(COD))
P8_TC1-COD(2018)0249
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri

406

2021/C 23/64

P8_TA(2019)0177
L-istabbiliment tal-Fond għas-Sigurtà Interna ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (COM(2018)0472 – C8-0267/2018 – 2018/0250(COD))
P8_TC1-COD(2018)0250
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna

451

2021/C 23/65

P8_TA(2019)0178
Id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (COM(2016)0750 – C8-0496/2016 – 2016/0392(COD))
P8_TC1-COD(2016)0392
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, l-użu ta' alkoħol etiliku u distillati ta' oriġini agrikola f'xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008

492

2021/C 23/66

P8_TA(2019)0179
Emendi proposti għall-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (02360/2018 – C8-0132/2018 – 2018/0900(COD))
P8_TC1-COD(2018)0900
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

494

2021/C 23/67

P8_TA(2019)0180
L-istabbiliment ta' miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea (COM(2019)0053 – C8-0039/2019 – 2019/0019(COD))
P8_TC1-COD(2019)0019
Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

495

2021/C 23/68

P8_TA(2019)0181
Regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0895 – C8-0511/2018 – 2018/0436(COD))
P8_TC1-COD(2018)0436
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tal-passiġġieri bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

497

2021/C 23/69

P8_TA(2019)0182
Regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0893 – C8-0510/2018 – 2018/0433(COD))
P8_TC1-COD(2018)0433
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fit-trasport bl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

498

2021/C 23/70

P8_TA(2019)0183
Regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ ċerti regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2019)0048 – C8-0037/2019 – 2019/0009(COD))
P8_TC1-COD(2019)0009
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ ċerti regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

499

2021/C 23/71

P8_TA(2019)0184
Awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni (COM(2019)0049 – C8-0036/2019 – 2019/0010(COD))
P8_TC1-COD(2019)0010
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni

500

2021/C 23/72

P8_TA(2019)0185
Ċerti aspetti tas-sikurezza u tal-konnettività ferrovjarja fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza ferrovjarja u l-konnettività fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2019)0088 – C8-0046/2019 – 2019/0040(COD))
P8_TC1-COD(2019)0040
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti ta' sikurezza u konnettività ferrovjarja fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

501

2021/C 23/73

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni (COM(2018)0630 – C8-0404/2018 – 2018/0328(COD))

502

2021/C 23/74

P8_TA(2019)0190
Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0567 – C8-0384/2018 – 2018/0298(COD))
P8_TC1-COD(2018)0298
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

570

2021/C 23/75

P8_TA(2019)0191
Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0568 – C8-0385/2018 – 2018/0299(COD))
P8_TC1-COD(2018)0299
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

571

2021/C 23/76

P8_TA(2019)0192
Faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta' skart minn bastimenti ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u d-Direttiva 2010/65/UE (COM(2018)0033 – C8-0014/2018 – 2018/0012(COD))
P8_TC1-COD(2018)0012
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE

572

2021/C 23/77

P8_TA(2019)0193
Estensjoni tal-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jittawwal il-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (COM(2018)0085 – C8-0097/2018 – 2018/0040(COD))
P8_TC1-COD(2018)0040
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019 / … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jittawwal il-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

573

2021/C 23/78

P8_TA(2019)0194
Il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/JHA (COM(2017)0489 – C8-0311/2017 – 2017/0226(COD))
P8_TC1-COD(2017)0226
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI

575

 

Il-Ħamis 14 ta’ Marzu 2019

2021/C 23/79

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri u dwar sekwestru internazzjonali ta' minuri (riformulazzjoni) (15401/2018 – C8-0023/2019 – 2016/0190(CNS))

576

2021/C 23/80

P8_TA(2019)0208
Kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emendar tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (COM(2018)0134 – C8-0117/2018 – 2018/0060(COD))
P8_TC1-COD(2018)0060
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi

577

2021/C 23/81

P8_TA(2019)0209
Is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru ***I
Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 (COM(2017)0289 – C8-0183/2017 – 2017/0116(COD))
P8_TC1-COD(2017)0116
Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004

578

2021/C 23/82

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2020, Taqsima III – Kummissjoni (2019/2001(BUD))

579

2021/C 23/83

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0021/2019 – C8-0042/2019 – 2019/0901(NLE))

585

2021/C 23/84

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (05940/2019 – C8-0050/2019 – 2019/0801(NLE))

587

2021/C 23/85

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-ħatra tal-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea (N8-0028/2019 – C8-0052/2019 – 2019/0902(NLE))

588

2021/C 23/86

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Fond Monetarju Ewropew (COM(2017)0827 – 2017/0333R(APP))

590


Tifsira tas-simboli użati

*

Proċedura ta' konsultazzjoni

***

Proċedura ta' approvazzjoni

***I

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari

***II

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari

***III

Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tielet qari

(It-tip ta' proċedura jiddependi mill-bażi legali proposta mill-abbozz ta' att)

Emendi tal-Parlament:

Il-partijiet tat-testi l-ġodda huma indikati permezz tat-tipa korsiva u grassa . Il-partijiet tat-test imħassra huma indikati permezz tas-simbolu ▌ jew huma ingassati. Is-sostituzzjoni hija indikata billi t-test il-ġdid jiġi indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa u billi jitħassar jew jiġi ingassat it-test sostitwit.

MT

 


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/1


IL-PARLAMENT EWROPEW

SESSJONI 2018–2019

Data tas-seduta: 11 ta’ Marzu 2019

Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 420, 4.12.2020.

SESSJONI 2019–2020

Dati tas-seduti: 12-14 ta’ Marzu 2019

Il-Minuti ta’ din is-sessjoni ġew ippubblikati fil-ĠU C 420, 4.12.2020.

TESTI ADOTTATI

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 12 ta’ Marzu 2019

21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/2


P8_TA(2019)0156

Theddidiet għas-sigurtà b'rabta mal-preżenza teknoloġika Ċiniża li qed tiżdied fl-UE u azzjoni possibbli fil-livell tal-UE biex dawn jitnaqqsu

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar it-theddid għas-sigurtà marbut mal-preżenza teknoloġika Ċiniża li qed tiżdied fl-UE u azzjoni possibbli fil-livell tal-UE biex jitnaqqas (2019/2575(RSP))

(2021/C 23/01)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Awwissu 2013 dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2005/222/ĠAI (3),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-13 ta' Settembru 2017 għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ENISA, l-“Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà”, li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013, u li jikkonċerna ċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (“l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà”) (COM(2017)0477),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-12 ta' Settembru 2018 għal regolament li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni (COM(2018)0630),

wara li kkunsidra l-adozzjoni tal-Liġi dwar l-Intelligence Nazzjonali l-ġdida mill-Kungress Nazzjonali tal-Poplu Ċiniż fit-28 ta' Ġunju 2017,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet mill-Kunsill u mill-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2019 dwar it-theddid għas-sigurtà marbut mal-preżenza teknoloġika Ċiniża li qed tiżdied fl-UE u azzjoni possibbli fil-livell tal-UE biex jitnaqqas,

wara li kkunsidra l-adozzjoni mill-Gvern Awstraljan tar-Riformi tas-Sigurtà tas-Settur tat-Telekomunikazzjonijiet, li daħlu fis-seħħ fit-18 ta' Settembru 2018,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Frar 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar tal-investimenti diretti barranin fl-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u ċ-Ċina, b'mod partikolari dik tat-12 ta' Settembru 2018 (5),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Settembru 2016 intitolata “5G għall-Ewropa: Pjan ta' Azzjoni” (COM(2016)0588),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Ġunju 2017 dwar il-konnettività tal-internet għat-tkabbir, il-kompetittività u l-koeżjoni: is-soċjetà Ewropea tal-gigabits u l-5G (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (7),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 913/2010 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 680/2007 u (KE) Nru 67/2010 (8),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta' Ġunju 2018 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 (COM(2018)0434),

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-UE jeħtieġ li tmexxi 'l quddiem l-aġenda taċ-ċibersigurtà tagħha sabiex tilħaq il-potenzjal tagħha li ssir attur ewlieni fiċ-ċibersigurtà u tuża dan il-vantaġġ għall-industrija tagħha;

B.

billi l-vulnerabbiltajiet fin-netwerks 5G jistgħu jiġu sfruttati sabiex jiġu kompromessi s-sistemi tal-IT, u dan potenzjalment jikkawża ħsara serja ħafna lill-ekonomiji fil-livelli Ewropej u nazzjonali; billi huwa meħtieġ approċċ ibbażat fuq l-analiżi tar-riskju tul il-katina tal-valur sabiex jitnaqqsu kemm jista' jkun ir-riskji;

C.

billi n-netwerk 5G se jkun is-sinsla tal-infrastruttura diġitali tagħna, filwaqt li jestendi l-possibbiltà li jiġu konnessi diversi apparati ma' netwerks (l-internet tal-oġġetti, eċċ.), u se jġib miegħu benefiċċji u opportunitajiet ġodda għas-soċjetà u għan-negozji f'ħafna oqsma, anki f'setturi kritiċi tal-ekonomija, bħas-setturi tat-trasport, tal-enerġija, tas-saħħa, tal-finanzi, tat-telekomunikazzjoni, tad-difiża, tal-ispazju u tas-sigurtà;

D.

billi l-istabbiliment ta' mekkaniżmu xieraq biex jirrispondi għall-isfidi tas-sigurtà jagħti lill-UE l-opportunità biex b'mod attiv tieħu passi fil-ħolqien ta' standards għall-5G;

E.

billi tqajjem tħassib dwar bejjiegħa ta' tagħmir ta' pajjiż terz li jistgħu jippreżentaw riskju għas-sigurtà tal-UE minħabba l-liġijiet tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom, speċjalment wara l-adozzjoni tal-Liġi dwar is-Sigurtà tal-Istat Ċiniż, li timponi obbligi fuq iċ-ċittadini, l-intrapriżi u entitajiet oħra kollha biex jikkooperaw mal-Istat għas-salvagwardja tas-sigurtà tal-Istat, b'rabta ma' definizzjoni wiesgħa ħafna tas-sigurtà nazzjonali; billi ma hemm l-ebda garanzija li dawn l-obbligi ma jkunux applikati b'mod extraterritorjali, u billi r-reazzjonijiet għar-regolamenti Ċiniżi varjaw f'pajjiżi differenti, minn valutazzjonijiet tas-sigurtà sa projbizzjonijiet assoluti;

F.

billi f'Diċembru 2018, l-awtorità nazzjonali Ċeka għaċ-ċibersigurtà ħarġet twissija kontra t-theddid għas-sigurtà kkawżat mit-teknoloġiji pprovduti mill-kumpaniji Ċiniżi Huawei u ZTE; billi sussegwentement, f'Jannar 2019, l-awtoritajiet tat-taxxa Ċeki eskludew lil Huawei minn offerta biex jinbena portal tat-taxxa;

G.

billi hija meħtieġa investigazzjoni bir-reqqa biex jiġi ċċarat jekk l-apparati involuti, jew kwalunkwe apparat jew fornitur ieħor, joħolqux riskji ta' sigurtà minħabba karatteristiċi bħall-aċċess mhux awtorizzat (backdoors) għas-sistemi;

H.

billi jenħtieġ li s-soluzzjonijiet jiġu kkoordinati u indirizzati fil-livell tal-UE sabiex jiġi evitat li jinħolqu livelli differenti ta' sigurtà u lakuni potenzjali fiċ-ċibersigurtà, filwaqt li l-koordinazzjoni f'livell globali hija meħtieġa sabiex tipprovdi rispons b'saħħtu;

I.

billi l-benefiċċji tas-suq uniku jiġu bl-obbligu ta' konformità mal-istandards tal-UE u l-qafas legali tal-Unjoni u billi l-fornituri m'għandhomx jiġu ttrattati b'mod differenti abbażi tal-pajjiż ta' oriġini tagħhom;

J.

billi r-regolament dwar l-iskrinjar tal-investiment dirett barrani, li għandu jidħol fis-seħħ sa tmiem l-2020, isaħħaħ il-kapaċità tal-Istati Membri li jiskrinjaw l-investiment barrani abbażi ta' kriterji tas-sigurtà u l-ordni pubbliku, u jistabbilixxi mekkaniżmu ta' kooperazzjoni li jippermetti lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkooperaw fil-valutazzjoni tagħhom tar-riskji għas-sigurtà, inklużi r-riskji taċ-ċibersigurtà, maħluqa minn investimenti barranin sensittivi, u jkopri wkoll proġetti u programmi li huma ta' interess għall-UE, bħan-Netwerks tat-Telekomunikazzjoni Trans-Ewropej u Orizzont 2020;

1.

Jemmen li l-Unjoni trid tkun minn ta' quddiem nett fiċ-ċibersigurtà, bl-użu ta' approċċ komuni bbażat fuq l-użu effettiv u effiċjenti tal-għarfien espert tal-UE, tal-Istati Membri u tal-industrija, peress li frammentazzjoni ta' deċiżjonijiet nazzjonali diverġenti tkun ta' ħsara għas-suq uniku diġitali;

2.

Jesprimi tħassib kbir dwar l-allegazzjonijiet riċenti li tagħmir 5G żviluppat minn kumpaniji Ċiniżi jista' jkollu aċċessi mhux awtorizzati inkorporati li jippermettu lill-manifatturi u lill-awtoritajiet ikollhom aċċess mhux awtorizzat għad-data privata u personali u telekomunikazzjonijiet mill-UE;

3.

Jinsab imħasseb ukoll dwar il-preżenza potenzjali ta' vulnerabbiltajiet kbar fit-tagħmir 5G żviluppati minn dawn il-manifatturi li kieku dawn kellhom jiġu installati meta jkunu se jitnedew netwerks 5G fis-snin li ġejjin;

4.

Jissottolinja l-fatt li l-implikazzjonijiet għas-sigurtà tan-netwerks u tat-tagħmir huma simili madwar id-dinja u jitlob lill-UE tislet tagħlimiet mill-esperjenza disponibbli biex tkun tista' tiżgura l-ogħla standards taċ-ċibersigurtà; jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija li tpoġġi lill-Ewropa fuq quddiem fit-teknoloġija taċ-ċibersigurtà u li jkollha l-għan li tnaqqas id-dipendenza tal-Ewropa fuq it-teknoloġija barranija fil-qasam taċ-ċibersigurtà; huwa tal-fehma li, kull meta l-konformità mar-rekwiżiti tas-sigurtà ma tkunx tista' tiġi garantita, iridu jiġu applikati miżuri adegwati;

5.

Jistieden lill-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar kwalunkwe miżura nazzjonali li beħsiebhom jadottaw sabiex jikkoordinaw ir-rispons tal-Unjoni bil-għan li jiżguraw l-ogħla standards taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni kollha u jtenni l-importanza li joqogħdu lura milli jintroduċu miżuri unilaterali sproporzjonati li jifframmentaw is-suq uniku;

6.

Itenni li kwalunkwe entità li tipprovdi tagħmir jew servizzi fl-UE, irrispettivament mill-pajjiż ta' oriġini tagħhom, trid tikkonforma mal-obbligi tad-drittijiet fundamentali u mad-dritt tal-UE u tal-Istati Membri, inkluż il-qafas legali fir-rigward tal-privatezza, il-protezzjoni tad-data u ċ-ċibersigurtà;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta r-robustezza tal-qafas legali tal-Unjoni sabiex tindirizza t-tħassib dwar il-preżenza ta' tagħmir vulnerabbli f'setturi strateġiċi u fl-infrastruttura ewlenija; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta inizjattivi, inklużi proposti leġiżlattivi fejn xieraq, biex tindirizza fi żmien debitu kwalunkwe nuqqas osservat, peress li l-Unjoni tinsab fi proċess kostanti li bih tidentifika u tindirizza l-isfidi taċ-ċibersigurtà u t-tisħiħ tar-reżiljenza taċ-ċibersigurtà fl-UE;

8.

Iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma ttrasponewx b'mod sħiħ id-Direttiva NIS biex jagħmlu dan mingħajr dewmien u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja din it-traspożizzjoni mill-qrib sabiex tiżgura li d-dispożizzjonijiet tagħha jiġu applikati u infurzati b'mod xieraq u li ċ-ċittadini Ewropej ikunu protetti aħjar mit-theddid estern u intern għas-sigurtà;

9.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-mekkaniżmi ta' rapportar introdotti mid-Direttiva NIS jiġu applikati b'mod xieraq; jinnota li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom isegwu bir-reqqa kwalunkwe inċident ta' sigurtà jew reazzjonijiet mhux xierqa tal-fornituri sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa li jitwessa' l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva NIS għal setturi u servizzi kritiċi oħrajn li mhumiex koperti minn leġiżlazzjoni speċifika għas-settur;

11.

Jilqa' u jappoġġa l-ftehim milħuq dwar l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà u t-tisħiħ tal-mandat tal-Aġenzija tal-UE dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), sabiex jingħata appoġġ aħjar lill-Istati Membri meta jindirizzaw it-theddid u l-attakki taċ-ċibersigurtà;

12.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti mandat lill-ENISA biex bħala prijorità taħdem fuq skema ta' ċertifikazzjoni għat-tagħmir tal-5G sabiex tiżgura li t-tnedija tal-5G fl-Unjoni tilħaq l-ogħla standards ta' sigurtà u tkun reżiljenti għall-aċċess mhux awtorizzat jew vulnerabbiltajiet kbar li jipperikolaw is-sigurtà tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni u tas-servizzi dipendenti tal-Unjoni; jirrakkomanda li tingħata attenzjoni speċjali lill-proċessi, il-prodotti u s-software użati b'mod komuni li minħabba l-iskala kbira tagħhom ikollhom impatt sinjifikanti fuq il-ħajja ta' kuljum taċ-ċittadini u l-ekonomija;

13.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposti dwar iċ-ċentri ta' kompetenza fil-qasam taċ-ċibersigurtà u dwar netwerk ta' ċentri nazzjonali ta' koordinazzjoni, imfassla biex jgħinu lill-UE żżomm u tiżviluppa l-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali fil-qasam taċ-ċibersigurtà li huma meħtieġa biex jiġi żgurat is-suq uniku diġitali tagħha; ifakkar, madankollu, li ċ-ċertifikazzjoni ma għandhiex teskludi l-awtoritajiet kompetenti u l-operaturi milli jiskrutinizzaw il-katina tal-provvista sabiex jiżguraw l-integrità u s-sigurtà tat-tagħmir tagħhom li jopera f'ambjenti kritiċi u f'netwerks tat-telekomunikazzjoni;

14.

Ifakkar li ċ-ċibersigurtà tirrikjedi standards għolja ta' sigurtà; jitlob netwerk li jkun sigur b'mod awtomatiku u prestabbilit; iħeġġeġ lill-Istati Membri, flimkien mal-Kummissjoni, jesploraw il-mezzi kollha disponibbli biex jiżguraw livell għoli ta' sigurtà;

15.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, f'kooperazzjoni mal-ENISA, jipprovdu gwida dwar kif għandhom jiġu indirizzati t-theddid u l-vulnerabbiltajiet ċibernetiċi meta jixtru tagħmir 5G, pereżempju billi jiddiversifikaw tagħmir minn bejjiegħa differenti jew bl-introduzzjoni ta' proċessi ta' akkwist multifażi;

16.

Jafferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu dwar il-programm Ewropa Diġitali, li jimponi rekwiżiti ta' sigurtà u sorveljanza mill-Kummissjoni fuq entitajiet stabbiliti fl-UE iżda kkontrollati minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari għal azzjonijiet relatati maċ-ċibersigurtà;

17.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li l-istituzzjonijiet pubbliċi u l-kumpaniji privati involuti fl-iżgurar tal-funzjonament tajjeb ta' netwerks ta' infrastruttura kritika bħat-telekomunikazzjoni, l-enerġija, is-saħħa u s-sistemi soċjali, iwettqu valutazzjonijiet rilevanti tar-riskju li jqisu t-theddid għas-sigurtà marbut b'mod speċifiku mal-karatteristiċi tekniċi tas-sistema rispettiva jew tad-dipendenza fuq fornituri esterni tat-teknoloġiji tal-hardware u tas-software;

18.

Ifakkar li l-qafas legali attwali dwar it-telekomunikazzjoni jagħti mandat lill-Istati Membri biex jiżguraw li l-operaturi tat-telekomunikazzjoni jikkonformaw mal-integrità u d-disponibbiltà ta' netwerks pubbliċi ta' komunikazzjoni elettronika, inkluż kriptaġġ minn tarf sa tarf, fejn xieraq; jenfasizza li skont il-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, l-Istati Membri għandhom setgħat estensivi biex jinvestigaw il-prodotti fis-suq tal-UE u japplikaw varjetà wiesgħa ta' rimedji f'każ li dawn ma jkunux konformi;

19.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu s-sigurtà aspett obbligatorju fil-proċeduri kollha tal-akkwist pubbliku għall-infrastruttura rilevanti kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali;

20.

Ifakkar lill-Istati Membri dwar l-obbligu tagħhom skont il-qafas legali tal-UE, b'mod partikolari d-Direttiva 2013/40/UE dwar attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni, li jimponu sanzjonijiet fuq persuni ġuridiċi li wettqu reati kriminali bħal attakki kontra sistemi bħal dawn; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom ukoll jagħmlu użu mill-abbiltà tagħhom li jimponu sanzjonijiet oħra fuq dawn l-entitajiet legali, bħall-iskwalifika temporanja jew permanenti mill-eżerċizzju tal-attivitajiet kummerċjali;

21.

Jistieden lill-Istati Membri, lill-aġenziji taċ-ċibersigurtà, l-operaturi tat-telekomunikazzjoni, il-manifatturi u l-fornituri ta' servizzi tal-infrastruttura kritiċi jirrapportaw lill-Kummissjoni u lill-ENISA kwalunkwe evidenza ta' aċċess mhux awtorizzat jew ta' vulnerabbiltajiet kbar oħra li jistgħu jikkompromettu l-integrità u s-sigurtà tan-netwerks tat-telekomunikazzjoni jew jiksru l-liġi tal-Unjoni u d-drittijiet fundamentali; jistenna li l-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data kif ukoll il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jinvestigaw bir-reqqa indikazzjonijiet ta' ksur ta' data personali minn bejjiegħa esterni u jimponu penali u sanzjonijiet xierqa skont il-liġi Ewropea dwar il-protezzjoni tad-data;

22.

Jilqa' d-dħul fis-seħħ imminenti ta' regolament li jistabbilixxi qafas għall-iskrinjar ta' investimenti diretti barranin (FDI) għal raġunijiet ta' sigurtà u ordni pubbliku, u jissottolinja li dan ir-regolament jistabbilixxi għall-ewwel darba lista ta' oqsma u fatturi, inklużi l-komunikazzjonijiet u ċ-ċibersigurtà, li huma rilevanti għas-sigurtà u l-ordni pubbliku fil-livell tal-UE;

23.

Jistieden lill-Kunsill iħaffef il-ħidma tiegħu fuq ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika propost;

24.

Itenni li l-UE għandha bżonn tappoġġa ċ-ċibersigurtà fil-katina tal-valur kollha kemm hi, mir-riċerka sat-tnedija u l-użu ta' teknoloġiji ewlenin, ixxerred l-informazzjoni rilevanti, u tippromwovi l-iġjene ċibernetika u kurrikuli edukattivi inkluża ċ-ċibersigurtà, u jemmen li, fost miżuri oħra, il-programm Ewropa Diġitali se jkun għodda effiċjenti għal dan il-għan;

25.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-passi meħtieġa, inklużi skemi ta' investiment b'saħħithom, biex joħolqu ambjent favur l-innovazzjoni fl-UE, li għandu jkun aċċessibbli għan-negozji kollha fl-ekonomija diġitali tal-UE, inklużi l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs); iħeġġeġ, barra minn hekk, li ambjent bħal dan għandu jippermetti lill-bejjiegħa Ewropej jiżviluppaw prodotti, servizzi u teknoloġiji ġodda, li jippermettulhom ikunu kompetittivi;

26.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu t-talbiet imsemmija hawn fuq fil-qafas tad-diskussjonijiet li ġejjin dwar l-istrateġija futura bejn l-UE u ċ-Ċina, bħala prekundizzjonijiet biex l-UE tibqa' kompetittiva u biex tiżgura s-sigurtà tal-infrastruttura diġitali tagħha;

27.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 321, 17.12.2018, p. 36.

(2)  ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1.

(3)  ĠU L 218, 14.8.2013, p. 8.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2019)0121.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2018)0343.

(6)  ĠU C 307, 30.8.2018, p. 144.

(7)  ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1.

(8)  ĠU L 348, 20.12.2013, p. 129.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/7


P8_TA(2019)0157

L-istat tar-relazzjonijiet politiċi UE-Russja

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-istat tar-relazzjonijiet politiċi UE-Russja (2018/2158(INI))

(2021/C 23/02)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar l-istat tar-relazzjonijiet UE-Russja (1),

wara li kkunsidra l-ftehimiet milħuqa f'Minsk fil-5 u fid-19 ta' Settembru 2014 u fit-12 ta' Frar 2015 (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dik tal-14 ta' Ġunju 2018 dwar it-territorji okkupati Georgjani 10 snin wara l-invażjoni Russa (3), kif ukoll tal-4 ta’ Frar 2016 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Krimea, b'mod partikolari tat-Tartari tal-Krimea (4),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni lill-Kunsill tat-2 ta' April 2014 dwar l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet komuni rigward il-viża għal uffiċjali Russi involuti fil-każ ta' Sergei Magnitsky (5),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar ir-Russja tal-14 ta' Marzu 2016,

wara li kkunsidra l-Premju Sakharov tal-2018 għal-Libertà tal-Ħsieb lill-produttur tal-films u l-kittieb Ukren Oleg Sentsov.

war li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Ġunju 2018 dwar ir-Russja, b'mod partikolari l-każ tal-priġunier politiku Ukren Oleg Sentsov (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar is-sitwazzjoni fil-Baħar ta' Azov (7),

wara li kkunsidra r-Rapport Finali tal-OSKE/Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) dwar l-Elezzjonijiet Presidenzjali tat-18 ta' Marzu 2018 fil-Federazzjoni Russa,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0073/2019),

A.

billi l-UE hija komunità bbażata fuq ġabra fundamentali ta' valuri komuni, fosthom il-paċi, il-libertà, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet fundamentali u tal-bniedem;

B.

billi jirrikonoxxi li l-prinċipji minquxa fil-Karta tan-NU, l-Att Finali ta' Helsinki tal-1975 u l-Karta ta' Pariġi tal-OSKE tal-1990 jirrappreżentaw il-pedamenti għal kontinent Ewropew paċifiku;

C.

billi tali valuri jiffurmaw il-bażi tar-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi terzi;

D.

billi r-relazzjonijiet tal-UE mar-Russja għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipji tad-dritt internazzjonali, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u r-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti, u, bħala riżultat tan-nuqqas ta' osservanza min-naħa tar-Russja ta' dawn il-prinċipji, ir-relazzjonijiet tal-UE mar-Russja huma attwalment ibbażati fuq kooperazzjoni f'oqsma magħżula ta' interess komuni kif definit fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-14 ta' Marzu 2016 u dwar deterrenza kredibbli;

E.

billi l-UE tibqa' miftuħa għal relazzjoni aktar b'saħħtiha u għal djalogu li jwassal għaliha, u tixtieq li jissuktaw ir-relazzjonijiet ta' kooperazzjoni mar-Russja, kemm-il darba l-awtoritajiet Russi jissodisfaw l-obbligi ġuridiċi u internazzjonali tagħhom u jippruvaw l-impenn ġenwin għat-treġġigħ lura tal-fiduċja mitlufa; billi relazzjoni kostruttiva u prevedibbli tkun ta' benefiċċju reċiproku u idealment fl-interess taż-żewġ partijiet;

F.

billi l-Federazzjoni Russa, bħala membru sħiħ tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-OSKE, impenjat ruħha għall-prinċipji tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; billi t-tkomplija ta' ksur serju tal-istat tad-dritt u l-adozzjoni ta' liġijiet restrittivi fis-snin riċenti qegħdin jiddubitaw dejjem aktar il-konformità tar-Russja mal-obbligi internazzjonali u nazzjonali tagħha; billi r-Russja naqset milli timplimenta aktar minn elf sentenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB);

G.

billi għadd ta' rapporti governattivi jindikaw żieda qawwija fl-attività ta' spjunaġġ mir-Russja f'dawn l-aħħar snin, li laħqet livelli ogħla mill-Gwerra Bierda;

H.

billi l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Minsk u r-rispett aktar usa' għad-dritt internazzjonali jibqgħu prekundizzjonijiet ewlenin għal kooperazzjoni aktar mill-qrib mar-Russja; billi b'reazzjoni għall-annessjoni illegali tal-Krimea u għall-gwerra ibrida kontra l-Ukrajna mir-Russja, l-UE adottat serje ta' miżuri restrittivi li għandhom jibqgħu fis-seħħ sakemm il-Ftehimiet ta' Minsk ikunu ġew issodisfati;

I.

billi mill-2015 nibtu oqsma ġodda ta' tensjoni bejn l-UE u r-Russja, fosthom: l-intervent Russu fis-Sirja u l-indħil f'pajjiżi bħal-Libja u r-Repubblika Ċentru-Afrikana; l-eżerċizzji militari fuq skala kbira (Zapad 2017); l-indħil Russa kellu l-għan li jinfluwenza l-elezzjonijiet u r-referenda u biex jitrażżnu t-tensjonijiet fis-soċjetajiet Ewropej; l-appoġġ mill-Kremlin għal partiti kontra l-UE u movimenti tal-lemin estrem; ir-restrizzjonijiet fuq il-libertajiet fundamentali u ksur estensiv tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, u t-tixrid tas-sentiment kontra l-LGBTBI; ir-ripressjoni kontra l-oppożizzjoni politika; l-immirar sistemiku tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, tal-ġurnalisti u tas-soċjetà ċivili fir-Russja, inkluża d-detenzjoni arbitrarja ta' Oyub Titiev, il-Kap tal-uffiċċju taċ-Ċentru għad-Drittijiet tal-Bniedem Memorial fiċ-Ċeċenja jew il-każ ta' Yury Dmitriev mill-fergħa ta' Memorial tal-Karelian; l-istigmatizzazzjoni ta' attivisti tas-soċjetà ċivili permezz tat-tikkettar tagħhom bħala “Aġenti Barranin”; il-ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem fil-Kawkasu tat-Tramuntana, b'mod partikolari fir-Repubblika taċ-Ċeċenja (ħtif, tortura, eżekuzzjonijiet extraġudizzjarji, manifattura ta' kawżi kriminali, eċċ.); id-diskriminazzjoni kontra l-minoranza Tartara fil-Krimea okkupata, u l-persekuzzjoni politikament motivata ta' Alexei Navalny u ħafna oħrajn, kif ukoll qtil, l-aktar każijiet notevoli jkunu dawk ta' Boris Nemtsov u Sergei Magnitsky; l-attakki ċibernetiċi u ibridi u qtil fuq territorju Ewropew imwettaq minn aġenti tal-intelligence Russi bl-użu ta' armi kimiċi; l-intimidazzjoni, l-arrest u l-priġunerija ta' ċittadini barranin fir-Russja bi ksur tad-dritt internazzjonali, inkluż ir-rebbieħ tal-Premju Sakharov 2018 Oleg Sentsov u ħafna oħrajn; l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet illegali u illeġittimi fid-Donbas; l-organizzazzjoni ta' elezzjonijiet presidenzjali mhux demokratiċi li huma nieqsa minn kwalunkwe għażla reali u b'restrizzjonijiet fuq il-libertajiet fundamentali; il-kampanji ta' diżinformazzjoni, il-bini illegali tal-Pont Kerch; il-militarizzazzjoni fuq skala kbira tal-Krimea okkupata u annessa illegalment, kif ukoll ta' partijiet tal-Baħar l-Iswed u tal-Baħar ta' Azov; ir-restrizzjonijiet fuq it-tbaħħir internazzjonali fil-Baħar ta' Azov u fil-Kanal ta' Kerch, inklużi l-bastimenti li jbaħħru taħt il-bnadar tal-Istati Membri tal-UE; l-attakk illegali fuq il-bastimenti navali tal-Ukrajna u l-qbid tagħhom u l-arrest ta' membri tas-servizzi Ukrajni fl-Istrett ta' Kerch; il-ksur ta' ftehimiet ta' kontroll tal-armi; il-klima oppressiva għall-ġurnalisti u l-mezzi ta' komunikazzjoni indipendenti b'detenzjonijiet kontinwi ta' ġurnalisti u bloggers; u l-klassifikazzjoni tal-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tar-Russja fil-post 148 minn 180 rigward il-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni fl-2018;

J.

billi sal-1 ta' Marzu 2018, il-Memorial tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem kien irreġistra 143 każ ta' priġunieri politiċi, inklużi 97 persuna li kienu qed jiġu ppersegwitati minħabba raġunijiet reliġjużi; billi analiżi tal-lista ta' priġunieri politiċi tal-Memorial tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem turi li fl-2017, kien hemm 23 każ ta' prosekuzzjoni għal reati relatati ma' avvenimenti pubbliċi (rewwixti tal-massa, azzjonijiet vjolenti kontra awtorità pubblika), u kien hemm 21 każ, l-aktar marbuta mal-pubblikazzjoni ta' kummenti fuq l-Internet, ta' prosekuzzjonijiet li nbdew skont l-artikoli “kontra l-estremisti” tal-kodiċi kriminali;

K.

billi r-Russja hija direttament jew indirettament parti għal għadd ta' kunflitti mtawla fil-viċinat komuni – fit-Transnistrija, l-Ossezja tan-Nofsinhar, l-Abkażja, id-Donbas u Nagorno Karabakh – li jikkostitwixxu impediment serju għall-iżvilupp u l-istabbiltà tal-pajjiżi ġirien ikkonċernati, jimminaw l-indipendenza tagħhom u jillimitaw l-għażliet sovrani ħielsa tagħhom;

L.

billi l-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna tawwal aktar minn erba' snin u kkawża l-mewt ta' aktar minn 10 000 persuna, bi kważi terz minnhom ikunu ċivili, u eluf ta' korrimenti ċivili relatati mal-kunflitt;

M.

billi t-tensjonijiet u l-konfrontazzjonijiet persistenti kurrenti bejn l-UE u r-Russja mhumiex fl-interess ta' l-ebda waħda mill-partijiet; billi l-kanali ta' komunikazzjoni għandhom jibqgħu miftuħa minkejja r-riżultati diżappuntanti; billi d-diviżjoni l-ġdida tal-kontinent tipperikola s-sigurtà kemm tal-UE kif ukoll tar-Russja;

N.

billi bħalissa r-Russja hija l-fornitur estern l-aktar importanti tal-UE tal-gass naturali; billi l-enerġija għad għandha rwol ċentrali u strateġiku fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja; billi r-Russja tuża l-enerġija bħala mezz biex tipproteġi u tippromwovi l-interessi tal-politika barranija tagħha; billi d-dipendenza tal-UE mill-fornimenti ta' gass Russu żdiedet mill-2015; billi r-reżiljenza tal-UE għal pressjonijiet esterni tista' tinbena permezz ta' diversifikazzjoni tal-provvista tal-enerġija u ta' tnaqqis fid-dipendenza mir-Russja; billi l-UE għandha titkellem b'vuċi waħda u turi solidarjetà interna b'saħħitha fir-rigward tas-sigurtà tal-enerġija tagħha; billi d-dipendenza qawwija tal-UE fuq il-fjuwils fossili ddgħajjef l-iżvilupp ta' approċċ Ewropew ibbilanċjat, koerenti u bbażat fuq il-valuri fir-rigward tar-Russja; billi hemm bżonn ta' infrastruttura tal-enerġija aktar affidabbli u strateġika fl-UE, fl-Istati Membri u fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza għall-attività ibrida Russa;

O.

billi azzjonijiet irresponsabbli ta' ġettijiet tal-gwerra Russi qrib l-ispazju tal-ajru tal-UE u l-Istati Membri tan-NATO jikkompromettu s-sikurezza ta' titjiriet ċivili u jistgħu jkunu ta' theddida għas-sigurtà tal-ispazju tal-ajru Ewropew; billi manuvri provokattivi militari fuq skala kbira twettqu mir-Russja fil-viċinanza immedjata tal-UE;

P.

billi r-Russja qed tkompli tinjora s-sentenzi tal-QEDB, kif ukoll l-għotjiet vinkolanti mill-Qorti Permanenti ta' Arbitraġġ bħal fil-każ ta' Naftogaz, li jdgħajjef il-mekkaniżmi internazzjonali għas-soluzzjoni tat-tilwim fil-qasam tal-kummerċ;

Q.

billi l-viżjoni poliċentrika tar-Russja tal-kunċert tal-potenzi tmur kontra dik tal-UE ta' ordni multilaterali u ta' ordni bbażat fuq ir-regoli; billi l-adeżjoni tar-Russja ma' u l-appoġġ għal ordni multilaterali bbażat fuq ir-regoli toħloq il-kundizzjonijiet għal relazzjonijiet aktar mill-qrib mal-UE;

R.

billi l-awtoritajiet Russi jkomplu jittrattaw ir-reġjuni okkupati illegalment daqslikieku kienu parti interna tat-territorju Russu billi ppermettew il-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti ta' dawn it-territorji fil-korpi leġiżlattivi u eżekuttivi tal-Federazzjoni Russa, li jikser id-dritt internazzjonali;

S.

billi fil-21 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill, wara li vvaluta l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk, tawwal is-sanzjonijiet ekonomiċi mmirati lejn setturi speċifiċi tal-ekonomija Russa sal-31 ta' Lulju 2019;

T.

billi l-azzjonijiet tar-Russja jiksru d-dritt internazzjonali u l-impenji u r-relazzjonijiet ta' bon viċinat;

U.

billi fid-dokumenti strateġiċi tal-Federazzjoni Russa, l-UE u n-NATO huma ppreżentati bħala avversarji primarji tar-Russja;

Sfidi u interessi komuni

1.

Jissottolinja li l-okkupazzjoni u l-annessjoni illegali tal-Krimea, reġjun tal-Ukrajna, l-involviment dirett u indirett tar-Russja fil-kunflitti armati fil-parti tal-Lvant tal-Ukrajna u l-ksur kontinwu tal-integrità territorjali tal-Georgia u tal-Moldova jikkostitwixxu ksur intenzjonali tad-dritt internazzjonali, tal-prinċipji demokratiċi u tal-valuri fundamentali; jikkundanna bil-qawwa l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq minn rappreżentanti Russi fit-territorji okkupati;

2.

Jenfasizza li l-UE ma tistax tipprevedi ritorn gradwali għal “negozju bħas-soltu” sakemm ir-Russja timplimenta bis-sħiħ il-Ftehim ta' Minsk u treġġa' lura l-integrità territorjali tal-Ukraina; jitlob, f'dan ir-rigward, għal rivalutazzjoni kritika u komprensiva mill-UE tar-relazzjonijiet tagħha mal-Federazzjoni Russa;

3.

Jenfasizza li fiċ-ċirkostanzi preżenti, ir-Russja ma tistax tibqa' titqies bħala “sieħba strateġika”; huwa tal-fehma li l-prinċipji tal-Artikolu 2 tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) m'għadhomx jiġu ssodisfati, u li l-FSK għandu għalhekk jerġa' jiġi kkunsidrat mill-ġdid; jemmen li kwalunkwe qafas għar-relazzjoni UE-Russja għandu jkun ibbażat fuq ir-rispett sħiħ tad-dritt internazzjonali, il-prinċipji ta' Ħelsinki tal-OSKE, il-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u jippermetti djalogu dwar il-ġestjoni tal-isfidi globali, it-tisħiħ tal-governanza globali u l-iżgurar tal-infurzar tar-regoli internazzjonali, b'mod partikolari bil-għan li jiġu ggarantiti l-ordni tal-paċi Ewropea, u s-sigurtà fil-viċinat tal-UE u fil-Balkani tal-Punent;

4.

Jemmen li l-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk tkun qed turi r-rieda tajba tar-Russja li tikkontribwixxi għas-soluzzjoni tal-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna u l-kapaċità tagħha li tiggarantixxi s-sigurtà Ewropea; jenfasizza l-ħtieġa li jitmexxew 'il quddiem il-konsultazzjonijiet fi ħdan il-proċess tal-format tan-Normandija, inkluż rwol aktar b'saħħtu tal-UE; ittenni l-appoġġ tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna;

5.

Jemmen fl-importanza li jitnaqqsu t-tensjonijiet kurrenti u li jsiru konsultazzjonijiet mar-Russja bil-għan li jiġu identifikati miżuri mmirati lejn it-tnaqqis tar-riskju ta' nuqqas ta' fehim u ta' żbalji ta' kalkolu; jirrikonoxxi, madankollu, li l-UE għandha żżomm sod fir-rigward tal-aspettattivi tagħha dwar ir-Russja; jissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-UE u r-Russja fl-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u ta' impenn pożittiv fl-organizzazzjonijiet internazzjonali u multilaterali li r-Russja hija membru ta', b'mod partikolari fil-qafas tal-OSKE fir-rigward tal-kwistjonijiet u l-kriżijiet kontroversjali;

6.

Jikkundanna bil-qawwa l-involviment tar-Russja fil-kawża Skripal, u fil-kampanji ta' diżinformazzjoni u fl-attakki ċibernetiċi mwettqa mis-servizzi tal-intelligence Russi mmirati biex jiddestabbilizzaw l-infrastruttura tal-komunikazzjonijiet pubbliċi u privati u biex iżidu t-tensjonijiet fl-UE u fl-Istati Membri tagħha;

7.

Huwa mħasseb ħafna dwar ir-rabtiet bejn il-Gvern Russu u l-partiti u l-gvernijiet populisti nazzjonalisti tal-lemin estrem fl-UE, li huma ta' theddida għall-valuri fundamentali tal-Unjoni, li huma minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u li huma riflessi fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż ir-rispett għad-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

8.

Jiddispjaċih, barra minn hekk, għall-isforzi tar-Russja biex tiddestabilizza l-pajjiżi kandidati tal-UE fir-rigward, b'mod partikolari u pereżempju, tal-appoġġ mogħti minn Moska lill-organizzazzjonijiet u l-forzi politiċi li jopponu l-Ftehim ta' Prespa li għandu jtemm it-tilwima li ilha għaddejja dwar l-isem bejn dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u l-Greċja;

9.

Jemmen li atturi statali Russi indaħlu fil-kampanja tar-referendum dwar il-Brexit permezz ta' mezzi aperti u moħbija, inklużi mezzi tax-xandir soċjali u appoġġ finanzjarju potenzjalment illegali, li bħalissa qed jiġi investigat mill-awtoritajiet tar-Renju Unit;

10.

Jenfasizza li, biex ikunu evitati tensjonijiet ulterjuri, huwa importanti li tiżdied it-trasparenza reċiproka fl-attivitajiet militari u tal-gwardji tal-fruntiera; jiddenunzja bil-qawwa l-ksur min-naħa tar-Russja tal-ispazju tal-ajru tal-Istati Membri tal-UE; jitlob kodiċi ta' kondotta ċar fir-rigward tal-ispazju tal-ajru użat mill-inġenji tal-ajru militari u ċivili; jikkundanna bil-qawwa, f'dan il-kuntest, il-ksur ripetut tar-Russja tal-ilmijiet territorjali u tal-ispazju tal-ajru tal-pajjiżi fir-reġjun tal-Baħar Baltiku; jikkundanna lill-Federazzjoni Russa għar-responsabbiltà tagħha fit-twaqqigħ tat-titjira MH17 fuq il-Lvant tal-Ukrajna fl-2014, kif muri minn tim internazzjonali ta' investigaturi, u jitlob li dawk responsabbli jitressqu quddiem il-ġustizzja;

11.

Jiddispjaċih għad-deterjorament sinifikanti tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, għar-restrizzjonijiet mifruxa u mhux xierqa tad-drittijiet għal-libertà ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika fir-Russja, u jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar it-trażżin li għaddej bħalissa, u l-fastidju u l-persekuzzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ta' attivisti ta' protesta u ta' kritiċi oħra;

12.

Huwa mħasseb ħafna li r-Russja tant turi biċ-ċar is-setgħat militari tagħha, tispjega t-theddid lejn pajjiżi oħra u timmanifesta r-rieda u r-rieda li tuża forza militari kontra nazzjonijiet oħra f'azzjonijiet reali, inklużi armi nukleari avvanzati, kif imtenni mill-President Putin f'diversi okkażjonijiet fl-2018;

13.

Jikkundanna t-trażżin persistenti tal-gvern kontra d-dissens u l-libertà tal-mezzi ta' komunikazzjoni, kif ukoll ir-repressjoni tal-attivisti, tal-avversarji politiċi u ta' dawk li jesprimu apertament in-nuqqas ta' qbil mal-gvern;

14.

Jesprimi t-tħassib tiegħu għal rapporti ta' detenzjoni arbitrarja u tortura ta' rġiel meqjusa bħala gay fiċ-Ċeċenja, u jikkundanna d-dikjarazzjonijiet tal-Gvern taċ-Ċeċenja li jċaħħdu l-eżistenza tal-omosesswali f'pajjiżhom u li jinċitaw il-vjolenza kontra persuni LGBTI;

15.

Jenfasizza li l-isfidi globali tat-tibdil fil-klima, l-ambjent, is-sigurtà tal-enerġija, id-diġitalizzazzjoni flimkien mat-teħid ta' deċiżjonijiet algoritmiċi u l-intelliġenza artifiċjali, kwistjonijiet barranin u ta' sigurtà, in-nonproliferazzjoni tal-armi ta' qerda massiva u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata, u l-iżviluppi fl-ambjent Artiku sensittiv, jitolbu impenn selettiv mar-Russja;

16.

Jesprimi tħassib dwar il-potenzjal ta' mijiet ta' biljuni ta' euro maħsula fl-UE kull sena minn kumpaniji u individwi Russi li qed ifittxu li jilleġittimizzaw ir-rikavat tal-korruzzjoni, u jitlob li jsiru investigazzjonijiet dwar dawn ir-reati;

17.

Jissottolinja li l-ħasil tal-flus u l-attivitajiet finanzjarji tal-kriminalità organizzata mir-Russja qed jintużaw għal skopijiet politiċi sovversivi u huma ta' theddida għas-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea; iqis li l-iskala ta' dan il-ħasil tal-flus huwa tali li jagħmel parti mill-attivitajiet ostili maħsuba biex idgħajfu, jgħarrfu ħażin u jiddestabbilizzaw, filwaqt li fl-istess ħin isostnu l-attivitajiet kriminali u l-korruzzjoni; jinnota li l-attivitajiet ta' ħasil tal-flus Russi fi ħdan l-UE jikkostitwixxu theddida għas-sovranità u għall-istat tad-dritt fl-Istati Membri kollha fejn ir-Russja topera attivitajiet bħal dawn; jiddikjara li dan il-fatt hu ta' theddida għas-sigurtà u l-istabbiltà Ewropea, u ta' sfida ewlenija għall-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni tal-Unjoni Ewropea;

18.

Jikkundanna l-attivitajiet ta' ħasil tal-flus, attivitajiet finanzjarji illegali u mezzi oħra ta' gwerra ekonomika mir-Russja; jitlob li l-awtoritajiet finanzjarji kompetenti fl-UE jżidu l-kooperazzjoni kemm ma' xulxin kif ukoll mas-servizzi tal-intelligence u tas-sigurtà rilevanti, sabiex jiġu indirizzati l-attivitajiet ta' ħasil tal-flus Russi;

19.

Itenni l-fatt li filwaqt li pożizzjoni tal-UE hija soda, koerenti u miftiehma fir-rigward tas-sanzjonijiet tal-UE fil-konfront tar-Russja, li se jibqgħu għaddejjin sakemm ir-Russja tibqa' għaddejja bil-ksur tad-dritt internazzjonali, jeħtieġ li jkun hemm aktar koordinament u koerenza fl-approċċ tal-politika estera u ta' sigurtà tagħha fir-rigward tar-Russja; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Istati Membri jtemmu programmi ta' “viża/passport tad-deheb” li jibbenefikaw l-oligarki Russi li ta' spiss huma sostenituri tal-Kremlin, u li jistgħu jdgħajfu l-effettività tas-sanzjonijiet internazzjonali; itenni t-talbiet preċedenti tiegħu għal Att Magnitsky Ewropew (ir-Reġim Globali tal-UE dwar is-Sanzjonijiet fuq id-Drittijiet tal-Bniedem), u jistieden lill-Kunsill ikompli bil-ħidma tiegħu dwar din il-kwistjoni mingħajr dewmien żejjed; jistieden lill-Istati Membri jikkooperaw bis-sħiħ fil-livell Ewropew fir-rigward tal-politika tagħhom fir-rigward tar-Russja;

20.

Jenfasizza li l-miżuri restrittivi mmirati relatati mal-Ukrajna tal-Lvant u l-Krimea okkupata mhumiex diretti kontra l-poplu Russu iżda kontra ċerti individwi u intrapriżi konnessi mat-tmexxija Russa;

21.

Jissottolinja, f'dan ir-rigward, li l-koerenza bejn il-politiki interni u esterni tagħha u l-koordinament aħjar ta' dawn tal-aħħar huwa essenzjali għal politika esterna u ta' sigurtà tal-UE aktar koerenti, effettiva u ta' suċċess, anki fil-konfront tar-Russja; jenfasizza li dan japplika b'mod partikolari għal oqsma politiċi bħall-Unjoni Ewropea tad-Difiża, l-Unjoni Ewropea għall-Enerġija, id-difiża ċibernetika u l-għodod ta' komunikazzjoni strateġika;

22.

Jikkundanna l-ksur min-naħa tar-Russja tal-integrità territorjali tal-pajjiżi ġirien permezz tal-ħtif illegali taċ-ċittadini ta' dawk il-pajjiżi sabiex ikunu jistgħu jitressqu quddiem qorti Russa; jikkundanna wkoll l-abbuż tar-Russja tal-Interpol billi toħroġ “twissijiet ta' persuni mfittxija” – l-hekk imsejħa “avviżi ħomor” – għall-persekuzzjoni tal-avversarji politiċi;

23.

Jikkundanna l-azzjonijiet tar-Russja fil-Baħar ta' Azov sa fejn dawn jikkostitwixxu ksur tal-liġi marittima internazzjonali u l-impenji internazzjonali tar-Russja, kif ukoll il-bini tal-Pont Kerch u t-tqegħid ta' kejbils taħt l-ilma lejn il-peniżola tal-Krimea annessa illegalment mingħajr il-kunsens tal-Ukrajna; jibqa' mħasseb ħafna dwar il-militarizzazzjoni Russa tal-Baħar ta' Azov, ir-reġjun tal-Baħar l-Iswed u d-Distrett ta' Kaliningrad, kif ukoll ix-xejra rikorrenti ta' ksur tal-ilmijiet territorjali tal-pajjiżi Ewropej fil-Baħar Baltiku;

24.

Jafferma mill-ġdid l-appoġġ tiegħu, bla riżervi, għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Georgia; jitlob li l-Federazzjoni Russa ttemm l-okkupazzjoni tagħha tat-territorji Ġeorġjani ta' Abkażja u Tskhinvali/l-Ossezja tan-Nofsinhar u tirrispetta bis-sħiħ is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Georgia; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-Federazzjoni Russa tissodisfa bla kundizzjonijiet id-dispożizzjonijiet kollha tal-ftehim ta' waqfien mill-ġlied tat-12 ta' Awwissu 2008, b'mod partikolari l-impenn li tirtira l-forzi militari kollha tagħha mit-territorju tal-Georgia;

25.

Jenfasizza li l-ksur min-naħa tar-Russja tar-regoli internazzjonali – f'dan il-każ il-libertà tal-ibħra, il-ftehimiet bilaterali u l-annessjoni illegali tal-Krimea – huwa ta' theddida għall-ġirien tar-Russja fil-partijiet kollha tal-Ewropa, mhux biss fir-reġjun tal-Baħar l-Iswed, iżda wkoll fir-reġjun tal-Baħar Baltiku u l-Mediterran; jenfasizza l-importanza li tiġi żviluppata politika soda fir-rigward tar-Russja f'dawn l-aspetti kollha;

26.

Jinnota li l-elezzjonijiet Presidenzjali tat-18 ta' Marzu 2018 kienu osservati mill-Missjoni Internazzjonali ta' Osservazzjoni Elettorali (MOE) tal-ODIHR MOE u tal-Assemblea Parlamentari tal-OSKE (AP OSKE); jinnota li r-Rapport Finali tal-Missjoni ta' Osservazzjoni tal-Elezzjoni tal-ODIHR jiddikjara li l-elezzjonijiet saru f'ambjent legali u politiku kkontrollat b'mod eċċessiv u kkaratterizzat minn pressjoni kontinwa fuq ilħna kritiċi u restrizzjonijiet li tpoġġew fuq il-libertajiet fundamentali ta' għaqda, assoċjazzjoni u espressjoni, kif ukoll fuq ir-reġistrazzjoni ta' kandidati, u għalhekk ma kienx hemm kompetizzjoni ġenwina;

27.

Jinsab imħasseb dwar l-appoġġ kontinwu tar-Russja għal reġimi u pajjiżi awtoritarji bħall-Korea ta' Fuq, l-Iran, il-Venezwela, is-Sirja, Kuba, in-Nikaragwa u oħrajn, u l-prattika kontinwa tagħha li timblokka kwalunkwe azzjoni internazzjonali billi tuża s-setgħat tagħha ta' veto fil-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (KSNU);

Oqsma ta' interess komuni

28.

Itenni s-sostenn tiegħu favur il-ħames prinċipji li jiggwidaw il-politika tal-UE fir-rigward tar-Russja, u jitlob definizzjoni ulterjuri tal-prinċipju tal-impenn selettiv; jirrakkomanda li l-enfasi titqiegħed fuq kwistjonijiet relatati mal-MENA u r-reġjun tat-Tramuntana u Artiku, it-terroriżmu, l-estremiżmu vjolenti, in-nonproliferazzjoni, il-kontroll tal-armi, l-istabbiltà strateġika fil-qasam ċibernetiku, il-kriminalità organizzata, il-migrazzjoni u t-tibdil fil-klima, inklużi l-isforzi konġunti biex jiġi salvagwardjat il-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt (PAKK) tal-KSNU, u li tintemm il-gwerra fis-Sirja; itenni l-fatt li filwaqt li l-konsultazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja dwar iċ-ċiberterroriżmu u l-kriminalità organizzata jeħtieġ li jkomplu, it-theddid ibridu sistematiku tar-Russja jeħtieġ dissważjoni b'saħħitha; jappella, f'dan il-kuntest, għal djalogu dwar il-konnettività mal-Asja bejn l-UE u r-Russja;

29.

Jissottolinja li attwalment l-UE hija l-akbar sieħba kummerċjali tar-Russja u se żżomm il-pożizzjoni tagħha bħala sieħba ekonomika ewlenija għall-futur immedjat, iżda l-proġett Nord Stream 2 jsaħħaħ id-dipendenza tal-UE fuq il-fornimenti ta' gass Russu, jhedded is-suq intern tal-UE u mhuwiex konformi mal-politika enerġetika tal-UE jew mal-interessi strateġiċi tagħha, u għaldaqstant jeħtieġ li ma jitkompliex; jenfasizza li l-UE tibqa mpenjata li tikkompleta l-Unjoni Ewropea tal-Enerġija u li tiddiversifika r-riżorsi tal-enerġija tagħha; jissottolinja li l-ebda proġett ġdid m'għandu jiġi implimentat mingħajr valutazzjoni legali minn qabel tal-konformità legali tiegħu mad-dritt tal-UE u mal-prijoritajiet politiċi miftiehma; jiddeplora l-politika tar-Russja li tuża r-riżorsi tal-enerġija tagħha bħala għodda politika biex teżerċita, iżżomm u żżid l-influwenza politika tagħha fuq l-isfera perċepita tagħha ta' influwenza u fuq il-konsumaturi aħħarin;

30.

Josserva li l-programmi ta' kooperazzjoni transfruntiera UE-Russja jġibu magħhom benefiċċji konkreti għaċ-ċittadini taż-żoni transfruntieri u jsostnu l-iżvilupp sostenibbli ta' dawn iż-żoni; jirrakkomanda, f'dan il-kuntest, li jkomplu jitrawmu dawn l-oqsma pożittivi ta' kooperazzjoni kostruttiva;

31.

jinnota l-importanza tal-kuntatti bejn il-persuni, pereżempju permezz tal-edukazzjoni u l-kultura;

32.

jistieden lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Istati Membri jsaħħu l-isforzi tagħhom lejn riżoluzzjoni tal-hekk imsejħa “kunflitti ffriżati” fil-viċinat tal-Lvant, sabiex jiġu żgurati aktar sigurtà u stabbiltà għas-sħab tal-Lvant tal-UE;

Rakkomandazzjonijiet

33.

Jisħaq fuq l-importanza ta' appoġġ politiku u finanzjarju kontinwu favur il-kuntatti bejn il-persuni b'mod ġenerali, u b'mod partikolari għall-attivisti tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-bloggers, il-mezzi ta' komunikazzjoni indipendenti, il-ġurnalisti investigattivi, l-akkademiċi apertament kritiċi u l-personalitajiet pubbliċi u l-NGOs; jistieden lill-Kummissjoni tipprogramma għajnuna finanzjarja, istituzzjonali u għall-bini tal-kapaċità aktar ambizzjuża u fit-tul għas-soċjetà ċivili Russa mill-istrumenti finanzjarji esterni eżistenti, u jistieden lill-Istati Membri jikkontribwixxu aktar għal din l-assistenza; iħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw b'mod attiv il-linji gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem billi jipprovdu appoġġ u protezzjoni effikaċi u f'waqthom lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti u l-attivisti l-oħra; iħeġġeġ b'mod partikolari lill-Istati Membri biex joħorġu viżi fit-tul għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju u lill-membri tal-familja tagħhom; jappoġġja żieda fil-finanzjament għat-taħriġ tal-ġurnalisti u għal skambji ma' ġurnalisti Ewropej u favur strumenti li javvanzaw id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, bħall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) u l-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED);

34.

Jitlob li jkun hemm aktar kuntatti bejn il-persuni b'enfasi fuq iż-żgħażagħ, dwar it-tisħiħ tad-djalogu u l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-esperti, ir-riċerkaturi, is-soċjetajiet ċivili u l-awtoritajiet lokali tal-UE u r-Russja u għall-intensifikar tal-iskambji tal-istudenti, tat-taħriġ vokazzjonali u taż-żgħażagħ, b'mod partikolari fil-qafas ta' Erasmus+; jappoġġja, f'dan il-kuntest, żieda fil-finanzjament għall-programmi ġodda Erasmus+ 2021-2027; josserva li l-UE toffri l-akbar numru ta' opportunitajiet ta' mobbiltà akkademika lir-Russja meta mqabbla ma' pajjiżi sħab internazzjonali oħrajn;

35.

Jitlob il-ħelsien inkondizzjonat tad-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem u ta' persuni oħra detenuti talli eżerċitaw b'mod paċifiku d-drittijiet tagħhom tal-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni, inkluż id-Direttur ta' Memorial HRC fir-Repubblika taċ-Ċeċenja, Oyub Titiev, li qed isir proċess fuqu abbażi ta' akkużi vvintati ta' pussess ta' droga; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jiżguraw ir-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet ġuridiċi tagħhom, inkluż l-aċċess għal avukat u għall-kura medika, għall-integrità fiżika u d-dinjità u l-protezzjoni mill-intimidazzjoni ġudizzjarja, mill-kriminalizzazzjoni, u mill-arrest arbitrarju;

36.

Jinnota li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili ta' spiss huma dgħajfa wisq biex ikollhom impatt sostanzjali fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni fir-Russja, filwaqt li l-NGOs huma sistematikament skoraġġuti milli jinvolvu ruħhom b'mod attiv fi kwalunkwe sforz kontra l-korruzzjoni jew milli jippromwovu l-integrità pubblika; jissottolinja li jeħtieġ li s-soċjetà ċivili tiġi involuta fil-monitoraġġ indipendenti tal-effikaċja tal-politiki kontra l-korruzzjoni; jistieden lir-Russja timplimenta b'mod korrett l-istandards internazzjonali kontra l-korruzzjoni li ġew ifformulati, pereżempju, fil-Konvenzjoni tan-NU kontra l-Korruzzjoni u l-Konvenzjoni tal-OECD dwar il-Ġlieda kontra t-Tixħim ta' Uffiċjali Pubbliċi Barranin fit-Tranżazzjonijiet Kummerċjali Internazzjonali (il-Konvenzjoni Kontra t-Tixħim);

37.

Jissottolinja li l-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt iridu jkomplu jinżammu fil-qalba tal-involviment tal-UE mar-Russja. jistieden, għalhekk, li l-UE u lill-Istati Membri jkomplu jsemmu kwistjonijiet ta' drittijiet tal-bniedem fil-kuntatti kollha ma' uffiċjali Russi; jinkoraġġixxi lill-UE biex kontinwament titlob lir-Russja tirrevoka jew temenda l-liġijiet u r-regolamenti kollha inkompatibbli mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dispożizzjonijiet li jillimitaw id-dritt għal-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni;

38.

Jesprimi ċ-ċertezza tiegħu li s-sħubija tar-Russja fil-Kunsill tal-Ewropa hija element importanti fil-kuntest preżenti tar-relazzjonijiet istituzzjonali fl-Ewropa; jittama li jinstabu modi biex jikkonvinċu lir-Russja ma’ tabbandunax is-sħubija tagħha fil-Kunsill tal-Ewropa;

39.

Jikkundanna l-attentati mill-Gvern Russu biex iwaqqaf servizzi ta' messaġġi bl-internet u siti web; iħeġġeġ lill-Gvern Russu jirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-libertà tal-espressjoni u tal-privatezza online kif ukoll offline;

40.

Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jwettqu sforzi akbar biex jibnu r-reżiljenza, partikolarment fis-settur ċibernetiku u medjatiku, inklużi mekkaniżmi ta' detezzjoni u l-ġlieda kontra l-indħil fl-elezzjonijiet; jitlob li tiżdied ir-reżiljenza kontra l-attakki ċibernetiċi; jesprimi tħassib serju dwar il-fatt li r-reazzjoni tal-UE u r-rispons għall-kampanja ta' propaganda Russa u għall-attakki diretti ta' diżinformazzjoni massiva ma kinux suffiċjenti u għandhom jissaħħu aktar, b'mod partikolari qabel l-elezzjonijiet Ewropej li ġejjin f'Mejju 2019; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-finanzjament tal-UE u r-riżorsi umani għat-Task Force East StratCom iridu jiżdiedu b'mod sostanzjali; jappella għal appoġġ fuq skala tal-UE favur l-industrija Ewropea taċ-ċibersigurtà, suq diġitali intern li jiffunzjona u għal involviment aktar b'saħħtu fir-riċerka; jinkoraġġixxi, f'dan il-kuntest, il-promozzjoni tal-valuri Ewropej bir-Russu permezz tal-East StratCom; jilqa' bi pjaċir l-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni tal-UE kontra d-Disinformazzjoni, u jistieden lill-Istati Membri u lill-atturi rilevanti kollha tal-UE jimplimentaw l-azzjonijiet u l-miżuri tiegħu, b'mod partikolari fil-perjodu li jwassal għall-elezzjonijiet Ewropej li jmiss f'Mejju 2019;

41.

Jistieden lill-UE tikkunsidra l-iżvilupp ta' qafas legali vinkolanti, kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell internazzjonali, li jitratta l-gwerra ibrida li jkun jippermetti reazzjoni qawwija mill-Unjoni għal kampanji ta' theddid tad-demokrazija jew tal-istat tad-dritt, inkluż bl-użu ta' sanzjonijiet immirati kontra dawk responsabbli għall-orkestrar u l-implimentar ta' dawn il-kampanji;

42.

Jemmen li djalogu sinifikanti jeħtieġ unità aktar soda fost l-Istati Membri u komunikazzjoni aktar ċara tal-linji ħomor fuq in-naħa tal-UE; jenfasizza, għalhekk, li l-UE għandha tkun lesta tadotta aktar sanzjonijiet, inklużi sanzjonijiet personali mmirati, u tillimita l-aċċess għall-finanzi u t-teknoloġija, jekk ir-Russja tkompli tikser id-dritt internazzjonali; jenfasizza, madankollu, li tali miżuri mhumiex kontra l-poplu Russu iżda huma mmirati lejn individwi; jistieden lill-Kunsill iwettaq analiżi fil-fond tal-effiċjenza u r-riġidità tas-sistema ta' sanzjonijiet li tinsab fis-seħħ; jilqa' bi pjaċir id-deċiżjoni tal-Kunsill li jimponi miżuri restrittivi fuq kumpaniji Ewropej li huma involuti fil-bini illegali tal-Pont ta' Kerch; itenni t-tħassib tiegħu dwar l-involviment ta' dawn il-kumpaniji li, permezz ta' din il-parteċipazzjoni, kemm konxjament u anke jekk le, dgħajfu r-reġim ta' sanzjonijiet tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tivvaluta u tivverifika l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi tal-UE fis-seħħ, u fuq l-Istati Membri rigward l-iskambjar ta' informazzjoni dwar kwalunkwe investigazzjoni doganali jew kriminali nazzjonali dwar każijiet fejn hemm possibbiltà ta' ksur;

43.

Jitlob għal mekkaniżmu mifrux mal-UE li jippermetti l-iskrinjar tal-finanzjament tal-partiti politiċi, u li jittieħdu miżuri sussegwenti biex jiġi evitat li xi partiti u movimenti jintużaw biex jiddistabbilizzaw il-proġett Ewropew minn ġewwa;

44.

Jikkundanna l-iskop u l-għadd ta' taħriġ militari Russu, li matulu l-forzi Russi jipprattikaw xenarji ta' attakk bl-użu ta' armi nukleari;

45.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jħejju, mingħajr dewmien, proposta leġiżlattiva għal Att Magnitsky fl-UE kollha li jippermetti l-impożizzjoni ta' projbizzjonijiet ta' viża u sanzjonijiet immirati, bħall-imblukkar ta' proprjetà u ta' interessi fi proprjetà fi ħdan il-ġurisdizzjoni tal-UE fuq uffiċjali pubbliċi jew persuni individwali li jaġixxu f'kapaċità uffiċjali, li jkunu responsabbli għal atti ta' korruzzjoni jew ta' ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-importanza ta' lista immedjata ta' sanzjonijiet bil-għan li tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva ta' Att Magnitsky Ewropew;

46.

Jistieden lill-UE tivverifika l-applikazzjoni tal-miżuri restrittivi tal-UE fis-seħħ, kif ukoll il-kondiviżjoni tal-informazzjoni bejn l-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat li r-reġim ta' sanzjonijiet tal-UE kontra l-azzjonijiet tar-Russja ma jiddgħajjifx, iżda jiġi applikat b'mod proporzjonali mat-theddid imressaq mir-Russja; jissottolinja l-periklu li jiġu mdgħajfa s-sanzjonijiet mingħajr ma r-Russja turi permezz ta' azzjonijiet ċari, mhux biss fi kliem, li tirrispetta l-fruntieri tal-Ewropa u s-sovranità tal-ġirien tagħha u ta' nazzjonijiet oħra, kif ukoll ir-regoli u l-ftehimiet internazzjonali; itenni li n-negozju bħas-soltu biss jista' jkun possibbli ladarba r-Russja tirrispetta bis-sħiħ ir-regoli u tillimita ruħha li taġixxi b'mod paċifiku;

47.

itenni li r-Russja m'għandha l-ebda dritt ta' veto fuq l-aspirazzjonijiet Ewro-Atlantiċi tan-nazzjonijiet Ewropej;

48.

Jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib il-konsegwenzi tal-kontrosanzjonijiet Russi fuq l-atturi ekonomiċi u, jekk meħtieġ, tikkunsidra miżuri ta' kumpens;

49.

Jissottolinja li jista' jkun hemm biss soluzzjonijiet politiċi għall-kunflitt fil-Lvant tal-Ukrajna; jinkoraġġixxi t-teħid ta' miżuri ta' bini tal-fiduċja fir-reġjun ta' Donbas; jappoġġja mandat għall-iskjerament ta' forza tan-NU għaż-żamma tal-paċi f'dan ir-reġjun tal-Lvant tal-Ukrajna; itenni t-talba tiegħu biex jinħatar Mibgħut Speċjali tal-UE għall-Krimea u r-reġjun ta' Donbas;

50.

Jikkundanna l-miżura arbitrarja ta' projbizzjoni ta' politiċi tal-UE, fosthom Membri tal-Parlament Ewropew u ex Membri, u ta' uffiċjali tal-UE milli jaċċedu għat-territorju Russu; jitlob it-tneħħija immedjata u inkundizzjonata tal-projbizzjoni ta' aċċess;

51.

Jappella lir-Russja teħles immedjatament lill-priġunieri politiċi, inklużi ċittadini barranin, u ġurnalisti;

52.

Jappella għall-kooperazzjoni sħiħa tar-Russja fir-rigward tal-investigazzjoni internazzjonali tat-twaqqigħ tat-titjira MH17, li jista' possibbilment jikkostitwixxi delitt tal-gwerra; jikkundanna kwalunkwe tentattiv jew deċiżjoni li tkun konċessa l-amnestija lil dawk identifikati bħala responsabbli, jew li tiddewwem il-prosekuzzjoni ta' dawn tal-aħħar, peress li l-awturi għandhom jagħtu kont ta' għemilhom;

53.

Jappella lill-Gvern Russu jżomm lura milli jimblokka riżoluzzjonijiet tal-KSNU dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja li jfittxu li jindirizzaw il-vjolenza kontinwa kontra persuni ċivili, inkluż l-użu ta' armi kimiċi, il-ksur gravi tal-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra u l-ksur tad-drittijiet universali tal-bniedem;

54.

Isostni t-tlestija malajr ta' Unjoni Ewropea tal-Enerġija integrata li fil-ġejjien tkun tinkludi lis-Sħab tal-Lvant; jenfasizza r-rwol li tista' twettaq f'dan ir-rigward politika ambizzjuża dwar l-effiċjenza enerġetika u s-sorsi ta' enerġija rinnovabbli; jikkundanna bil-qawwa l-pressjoni Russa fuq il-Belarussja biex essenzjalment din tirrinunzja għall-indipendenza tagħha; jissottolinja li indipendentement mill-avvanz ta' strateġija bejn l-UE u r-Russja, l-UE trid issaħħaħ l-impenn u l-appoġġ tagħha għall-Imsieħba tal-Lvant tagħha u tappoġġja riformi li jsaħħu s-sigurtà u l-istabbiltà, il-governanza demokratika u l-istat tad-dritt;

55.

Jappoġġja ż-żieda fil-finanzjamenti tal-EED, tar-Russian Language News Exchange (RLNE) u ta' strumenti oħra għall-avvanz tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u wkoll f'postijiet oħra;

56.

Jappella lill-awtoritajiet Russi jikkundannaw il-Komuniżmu u r-reġim Sovjetiku, u jikkastigaw lill-awturi ta' delitti u reati mwettqa taħt dak ir-reġim;

o

o o

57.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà.

(1)  ĠU C 407, 4.11.2016, p. 35.

(2)  “Protokoll dwar ir-riżultati tal-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta' Kuntatt Trilaterali”, iffirmat fil-5 ta' Settembru 2014, u “Pakkett ta' miżuri għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk”, adottat fit-12 ta' Frar 2015.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2018)0266.

(4)  ĠU C 35, 31.1.2018, p. 38.

(5)  ĠU C 408, 30.11.2017, p. 43.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2018)0259.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2018)0435.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/16


P8_TA(2019)0158

Tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE rigward il-prevenzjoni u l-medjazzjoni tal-kunflitti

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-UE rigward il-prevenzjoni u l-medjazzjoni tal-kunflitti (2018/2159(INI))

(2021/C 23/03)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u trattati u strumenti oħra tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-prinċipji u l-għanijiet tal-Karta tan-NU,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra l-Att Finali ta' Ħelsinki tal-1975 tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-prinċipji kollha tiegħu, bħala dokument fundamentali għall-ordni ta' sigurtà reġjonali Ewropea u lil hinn minnha,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-prevenzjoni u l-medjazzjoni tal-kunflitti, kif ukoll dawk dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, u dwar iż-żgħażagħ, il-paċi u s-sigurtà,

wara li kkunsidra l-Kunċett tal-Kunsill dwar it-Tisħiħ tal-Kapaċitajiet ta' Medjazzjoni u ta' Djalogu tal-UE, adottat fl-10 ta' Novembru 2009 (15779/09),

wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ppreżentata mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini fit-28 ta' Ġunju 2016, kif ukoll l-ewwel rapport dwar l-implimentazzjoni tagħha intitolat “Minn Viżjoni Kondiviża għal Azzjoni Komuni: L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali”, ippubblikat fit-18 ta' Ġunju 2017,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017 (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tas-5 ta' Lulju 2018 lill-Kunsill dwar it-73 Sessjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/2306 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2017 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 230/2014 li jistabbilixxi strument li jikkontribwixxi għall-istabbiltà u l-paċi (3),

wara li kkunsidra l-Proposta tat-13 ta' Ġunju 2018 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, lill-Kunsill għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi (HR(2018)94),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0075/2019),

A.

billi l-promozzjoni tal-paċi u s-sigurtà internazzjonali hija parti mir-raison d'être tal-UE, kif rikonoxxut mill-Premju Nobel għall-Paċi fl-2012, u hija fundamentali għat-Trattat ta' Lisbona;

B.

billi l-UE hija impenjata li timplimenta l-Aġenda dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà skont ir-Riżoluzzjoni 1325 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-aġġornamenti sussegwenti, u l-Aġenda għaż-Żgħażagħ, il-Paċi u s-Sigurtà f'konformità mar-Riżoluzzjoni 2250 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU u l-aġġornamenti sussegwenti;

C.

billi l-UE hija waħda mill-akbar donaturi fl-appoġġ għall-prevenzjoni tal-kunflitti u għall-bini tal-paċi permezz tal-istrumenti ta' assistenza esterna tagħha;

D.

billi l-UE, bħala kontributur ewlieni għall-organizzazzjonijiet internazzjonali, donatur ewlieni tal-għajnuna u l-akbar sieħeb kummerċjali fid-dinja, għandha tieħu rwol ewlieni fil-bini tal-paċi fid-dinja, fil-prevenzjoni tal-kunflitti u fit-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali; billi l-prevenzjoni tal-kunflitti u l-medjazzjoni għandhom jiġu artikolati bħala parti minn approċċ komprensiv li jikkombina s-sigurtà, id-diplomazija u l-iżvilupp;

E.

billi l-kooperazzjoni hija meħtieġa ma' organizzazzjonijiet reġjonali bħall-OSCE, li, fl-Att Finali ta' Ħelsinki tagħha tal-1975, jistipula, fost l-oħrajn, il-prinċipji li ma tintużax il-forza, l-integrità territorjali tal-istati, l-ugwaljanza tad-drittijiet tal-popli u d-dritt tagħhom għall-awtodeterminazzjoni, u billi dawn l-organizzazzjonijiet għandhom rwol ewlieni fil-prevenzjoni tal-kunflitti u l-medjazzjoni;

F.

billi l-prevenzjoni tal-kunflitti vjolenti hija fundamentali biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-sigurtà li qed tiffaċċja l-Ewropa u l-viċinat tagħha u biex isir avvanz politiku u soċjali; billi huwa wkoll element essenzjali ta' multilateraliżmu effikaċi u huwa strumentali biex jintlaħqu l-SDGs, speċifikament l-Għan 16 dwar soċjetajiet paċifiċi u inklużivi, l-aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd u istituzzjonijiet effikaċi, responsabbli u inklużivi fil-livelli kollha;

G.

billi l-appoġġ kontinwu tal-UE għal atturi ċivili u militari f'pajjiżi terzi huwa fattur importanti fil-prevenzjoni ta' kunflitti vjolenti rikorrenti; billi l-paċi u s-sigurtà sostenibbli u dejjiema huma inseparabbli mill-iżvilupp sostenibbli;

H.

billi l-prevenzjoni tal-kunflitti u l-medjazzjoni għandhom jiżguraw iż-żamma tal-istabbiltà u l-iżvilupp f'dawk l-istati u ż-żoni ġeografiċi li s-sitwazzjoni tagħhom tirrappreżenta kwistjoni ta' sigurtà diretta għall-Unjoni;

I.

billi l-prevenzjoni hija funzjoni strateġika li għandha l-għan li tiżgura azzjoni effikaċi qabel il-kriżijiet; billi l-medjazzjoni hija għodda oħra ta' diplomazija li tista' tintuża biex tipprevjeni, trażżan jew issolvi kunflitt;

J.

billi s-sigurtà interna u esterna huma dejjem aktar marbuta b'mod inseparabbli u n-natura kumplessa tal-isfidi globali teħtieġ approċċ tal-UE komprensiv u integrat għal kunflitti u kriżijiet esterni;

K.

billi huwa meħtieġ approċċ interistituzzjonali aktar b'saħħtu sabiex jiġi żgurat li l-UE tkun kapaċi tiżviluppa u timplimenta bis-sħiħ il-kapaċitajiet tagħha;

L.

billi l-Istrateġija Globali tal-UE, id-dikjarazzjonijiet politiċi u l-iżviluppi istituzzjonali huma sinjali pożittivi tal-impenn tal-VP/RGħ li tingħata prijorità lill-prevenzjoni ta' kunflitti u lill-medjazzjoni;

M.

billi l-istrumenti ta' finanzjament estern jipprovdu kontribut sinifikanti fl-appoġġ għall-prevenzjoni tal-kunflitti u għall-bini tal-paċi;

N.

billi l-ġustizzja tranżitorja hija sett importanti ta' mekkaniżmi ġudizzjarji u mhux ġudizzjarji li jiffokaw fuq ir-responsabbiltà għal abbużi tal-passat kif ukoll it-twaqqif ta' futur sostenibbli, ġust u paċifiku;

O.

billi l-Parlament ħa rwol prominenti fid-diplomazija parlamentari, inklużi l-proċessi ta' medjazzjoni u ta' djalogu, abbażi tal-kultura profonda tagħha ta' djalogu u ta' bini ta' kunsens;

P.

billi l-kunflitt u l-gwerra vjolenti għandhom impatt sproporzjonat fuq iċ-ċivili, b'mod partikolari fuq in-nisa u t-tfal, u jpoġġu lin-nisa f'riskju akbar mill-irġiel ta' sfruttament ekonomiku u sesswali, xogħol furzat, spostament, detenzjoni u vjolenza sesswali bħall-istupru, li jintużaw bħala tattika tal-gwerra; billi l-parteċipazzjoni attiva tan-nisa u ż-żgħażagħ hija importanti għall-prevenzjoni tal-kunflitti u għall-bini tal-paċi kif ukoll fil-prevenzjoni ta' kull forma ta' vjolenza, inkluża l-vjolenza sesswali u sessista;

Q.

billi huwa essenzjali li tiġi inkluża u appoġġjata l-parteċipazzjoni attiva u sinifikattiva tas-soċjetà ċivili u tal-atturi lokali, kemm ċivili kif ukoll militari, inklużi n-nisa, il-minoranzi, il-popli indiġeni u ż-żgħażagħ, meta jiġu promossi u ffaċilitati l-bini tal-kapaċità u tal-fiduċja fil-medjazzjoni, id-djalogu u r-rikonċiljazzjoni;

R.

billi l-prevenzjoni tal-kunflitti, il-bini tal-paċi u l-isforzi għaż-żamma tal-paċi huma ta' spiss nieqsa mill-fondi, minkejja l-impenji tal-politika fil-livell tal-UE, li għandhom effetti indiretti fuq il-kapaċità biex tiġi promossa u ffaċilitata l-azzjoni f'dawn l-oqsma;

1.

Iħeġġeġ lill-Unjoni tkompli tagħti prijorità lill-prevenzjoni tal-kunflitti u lill-medjazzjoni fil-qafas jew bħala appoġġ tal-formati u l-prinċipji ta' negozjar eżistenti maqbula; jissottolinja li tali approċċ qed jagħti livell għoli ta' valur miżjud tal-UE f'termini politiċi, soċjali, ekonomiċi u ta' sigurtà tal-bniedem fil-livell globali; ifakkar li l-prevenzjoni tal-kunflitti u l-azzjonijiet ta' medjazzjoni jikkontribwixxu biex tiġi ddikjarata l-preżenza u l-kredibilità tal-Unjoni fix-xena internazzjonali;

2.

Jirrikonoxxi r-rwol li jwettqu l-missjonijiet ċivili u militari permezz tal-politika ta' sigurtà u ta' difiża komuni (PSDK) fiż-żamma tal-paċi, l-evitar ta' kunflitti u t-tisħiħ tas-sigurtà internazzjonali;

3.

Jistieden lill-VP/RGħ, lill-President tal-Kummissjoni u lill-President tal-Parlament Ewropew jistabbilixxu prijoritajiet konġunti fit-tul fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti u l-medjazzjoni, li għandhom isiru parti minn eżerċizzju regolari ta' programmazzjoni strateġika;

4.

Jitlob il-bini tal-paċi fuq terminu twil biex jiġu indirizzati l-kawżi primarji tal-kunflitt;

5.

Jitlob li tissaħħaħ l-arkitettura kurrenti biex tappoġġja l-prijoritajiet tal-UE kif deskritti hawn taħt;

6.

Jitlob approċċi li huma sensittivi għall-kunflitti u li jiffokaw fuq in-nies li jpoġġu s-sigurtà tal-bniedem fil-qalba tal-impenn tal-UE sabiex jinkisbu riżultati pożittivi u sostenibbli fuq il-post;

7.

Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u lis-servizzi tal-Kummissjoni li jittrattaw l-azzjoni esterna jippreżentaw rapport annwali lill-Parlament dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni tal-impenji tal-politika tal-UE dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-medjazzjoni;

Dwar it-tisħiħ tal-kapaċitajiet istituzzjonali tal-UE għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-medjazzjoni

8.

Jappoġġja l-involviment aktar koerenti u olistiku tal-UE fil-kunflitti u l-kriżijiet esterni, iqis li l-approċċ integrat għall-kunflitti u l-kriżijiet esterni jikkostitwixxi l-valur miżjud tal-azzjoni esterna tal-Unjoni u li kull mezz irid jiġi implimentat malajr kemm jista' jkun sabiex jiġu ċċarati r-reazzjonijiet tal-UE f'kull stadju tal-kunflitt u sabiex dan l-approċċ integrat isir aktar operazzjonali u aktar effikaċi; ifakkar, f'dan il-kuntest, fin-normi u l-prinċipji tad-dritt internazzjonali u tal-Karta tan-NU, u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-oqfsa, l-approċċi u l-prinċipji ta' negozjar eżistenti; itenni li kull kunflitt għandu jitqies b'mod separat;

9.

Jenfasizza li dan il-bini ta' kapaċità għandu jippermetti lill-Istati Membri jidentifikaw żoni ġeografiċi ta' prijorità għal azzjonijiet ta' prevenzjoni u ta' medjazzjoni ta' kunflitti, u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni bilaterali bejn il-pajjiżi Ewropej;

10.

Jitlob l-istabbiliment, taħt l-awtorità tal-VP/RGħ, ta' bord konsultattiv ta' livell għoli tal-UE dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-medjazzjoni bil-għan li jitwaqqaf grupp komprensiv ta' medjaturi politiċi għolja b'esperjenza u esperti fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti biex jagħmlu disponibbli għarfien espert politiku u tekniku fi żmien qasir; jemmen li huwa meħtieġ ukoll grupp ta' esperti li jkopri r-rikonċiljazzjoni u l-ġustizzja tranżizzjonali; jitlob li jinħolqu mekkaniżmi ta' rikonċiljazzjoni u obbligu ta' rendikont li għandhom jiġu mħeġġa b'mod sistematiku fiż-żoni kollha li jkunu għadhom kemm għaddew minn kunflitt sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà għad-delitti tal-passat, kif ukoll għall-prevenzjoni u d-deterrenza ta' delitti fil-futur;

11.

Jitlob li jinħatar Mibgħut Speċjali tal-UE għall-paċi biex jippresjedi l-bord konsultattiv ta' livell għoli tal-UE, sabiex jippromwovi l-koerenza u l-koordinazzjoni fl-istituzzjonijiet kollha, inkluż fl-impenn tagħhom mas-soċjetà ċivili, itejjeb l-iskambju ta' informazzjoni u jwassal għal aktar azzjoni u għal azzjoni aktar bikrija;

12.

Jitlob l-istabbiliment ta' mekkaniżmi interistituzzjonali oħra bħal task forces għal sitwazzjonijiet speċifiċi ta' prevenzjoni ta' kunflitti;

13.

Jitlob li jitwaqqaf grupp ta' ħidma tal-Kunsill iddedikat għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-medjazzjoni, li jenfasizza l-impenn qawwi tal-UE għall-paċi u l-istabbiltà fir-reġjuni ġirien tagħha;

Dwar is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

14.

Jilqa' l-istabbiliment ta' “Diviżjoni tal-Istrumenti għall-prevenzjoni tal-kunflitti, il-bini tal-paċi u l-medjazzjoni” tas-SEAE u l-iżvilupp ta' għodod bħalma huma s-Sistema ta' Twissija Bikrija u l-analiżi prospettiva; jitlob li jsiru investimenti biex dawn l-għodod jiġu żviluppati aktar;

15.

Jitlob li jkun hemm ġbir, ġestjoni u tixrid b'mod aktar sistematiku ta' għarfien rilevanti f'formati li jkunu aċċessibbli, prattiċi u operazzjonalment rilevanti għall-persunal fl-istituzzjonijiet kollha tal-UE;

16.

Jappella għal aktar bini ta' kapaċità dwar l-analiżi ta' kunflitti sensittivi għall-ġeneru, it-twissija bikrija, ir-rikonċiljazzjoni u l-prevenzjoni tal-kunflitti għall-persunal intern, il-medjaturi u esperti oħra, kif ukoll għall-partijiet terzi, li jinvolvu ruħhom mas-SEAE u inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

Dwar il-Kummissjoni Ewropea

17.

Ifakkar fil-ħtieġa dejjem tikber għall-prevenzjoni tal-kunflitti fl-indirizzar tal-kawżi ewlenin tal-kunflitti u fl-ilħuq tal-SDGs, b'enfasi partikolari fuq id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, ir-riforma ġudizzjarja u l-appoġġ għas-soċjetà ċivili;

18.

Jisħaq fuq il-fatt li l-interventi kollha tal-UE f'żoni vjolenti u affettwati minn kunflitti jeħtieġ li jkunu sensittivi għall-kunflitti u għall-ġeneru; jitlob li jkun hemm azzjoni immedjata biex dawn l-aspetti jiddaħħlu fil-politiki, l-istrateġiji, l-azzjonijiet u l-operazzjonijiet kollha rilevanti, b'enfasi akbar fuq l-evitar li jsir dannu, filwaqt li jiġi mmassimizzat il-kontribut tal-UE biex jintlaħqu l-objettivi fuq terminu twil ta' prevenzjoni tal-kunflitti u ta' bini tal-paċi;

Dwar il-Parlament Ewropew

19.

Jissottolinja r-rwol tal-Grupp għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet u tal-Membri tal-PE ewlenin tiegħu bħala l-korp operattiv għall-koordinazzjoni ta' inizjattivi ta' medjazzjoni u djalogu, u jilqa' l-inizjattivi ġodda bħad-Djalogu Jean Monnet għall-paċi u d-demokrazija (bl-użu tad-Dar storika Jean Monnet f'Bazoches, Franza), l-attivitajiet dwar il-vjolenza relatata mal-elezzjonijiet, u d-djalogu u l-bini ta' kunsens bejn il-partiti, kif ukoll il-programm għal Mexxejja Politiċi Żgħażagħ, u jirrakkomanda li dawn għandhom jiġu żviluppati aktar bħala strumenti ewlenin tal-Parlament Ewropew fil-qasam tal-medjazzjoni, il-faċilitazzjoni u d-djalogu; jilqa' d-deċiżjoni tal-Grupp għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet li jibni fuq is-suċċess tal-proċess tad-Djalogu Jean Monnet ma' Sobranie tal-Maċedonja bl-estensjoni tal-metodoloġija tad-Djalogu Jean Monnet fil-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent;

20.

Jilqa' b'sodisfazzjon is-sħubija mal-Verkhovna Rada tal-Ukrajna fil-qafas tad-Djalogi Jean Monnet, li għandha l-għan li tibni kunsens fost il-fazzjonijiet u l-partiti politiċi fil-Verkhovna Rada u, l-aktar importanti, li tittrasforma l-kultura politika lejn approċċ parlamentari Ewropew modern ibbażat fuq id-djalogu demokratiku u l-bini ta' kunsens;

21.

Jilqa' l-konklużjonijiet tal-ħames Djalogu Jean Monnet, li sar bejn il-11 u t-13 ta' Ottubru 2018 u fejn ittieħdu passi rigward l-appoġġ għall-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; jirrikonoxxi t-talba li l-Parlament Ewropew jaħdem mal-Kummissjoni biex jiffaċilitaw djalogu mal-partijiet interessati ewlenin mill-Verkhovna Rada u l-Gvern tal-Ukrajna dwar it-titjib tal-effikaċja tal-Verkhovna Rada fir-rwol tiegħu fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni;

22.

Jilqa' l-inizjattiva l-ġdida tripartitika tal-Ispeakers tal-Parlamenti tal-Ukrajna, il-Moldova u l-Georgia biex jistabbilixxu assemblea parlamentari reġjonali bħala pjattaforma importanti għad-djalogu reġjonali dwar kwistjonijiet strateġiċi inkluża l-implimentazzjoni ta' Ftehimiet ta' Assoċjazzjoni u biex jirrispondu għal sfidi għas-sigurtà ewlenin, inklużi gwerra ibrida u diżinformazzjoni; iqis li l-appoġġ tal-Parlament għal dan id-djalogu parlamentari reġjonali huwa sinjal importanti tal-impenn tiegħu fir-reġjun quddiem l-isfidi għas-sigurtà reġjonali komuni;

23.

Jirrikonoxxi r-rwol dejjem akbar tiegħu fil-proċessi ta' medjazzjoni politika; jenfasizza, f'dan ir-rigward, l-inizjattiva konġunta tal-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir u tliet medjaturi tal-Parlament Ewropew, is-Sur Kukan, is-Sur Vajgl u s-Sur Fleckenstein, fl-appoġġ tal-mexxejja tal-partiti fl-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja sabiex tingħeleb il-kriżi politika permezz tal-adozzjoni tal-Ftehim ta' Przino tal-2015; jikkonferma r-rieda tiegħu li jibni fuq dan l-eżempju ta' kooperazzjoni interistituzzjonali mill-qrib mal-Kummissjoni u s-SEAE billi jżid l-impenn tiegħu biex jissaħħu d-djalogi politiċi u r-rikonċiljazzjoni fil-Balkani tal-Punent u fil-viċinat usa';

24.

Jappella għal aktar żvilupp tal-programm tal-Mexxejja Politiċi Żgħażagħ fil-kuntest tal-Aġenda għaż-Żgħażagħ, il-Paċi u s-Sigurtà, ibbażat fuq ir-Riżoluzzjoni 2250 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, kif ukoll għat-tkomplija tal-kooperazzjoni eċċellenti mal-inizjattiva reġjonali tal-VP/RGħ għall-Mediterran fl-ambitu tal-programm “Young Med Voices”;

25.

Iqis li d-Djalogu ta' Livell Għoli taż-Żgħażagħ “Tnaqqis tad-diskrepanzi” jipprovdi spazju għal djalogu fost ir-rappreżentanti taż-żgħażagħ u l-membri żgħażagħ tal-parlamenti tal-Balkani tal-Punent, li huwa importanti fl-appoġġ ta' kultura ta' djalogu bejn il-partiti u rikonċiljazzjoni kif ukoll fit-trawwim tal-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi fir-reġjun;

26.

Jirrakkomanda li jiġu żviluppati aktar il-programmi eżistenti ta' taħriġ u kkowċjar fl-ambitu parlamentari disponibbli għall-Membri tal-Parlament Ewropew, b'mod partikolari dawk maħtura bħala medjaturi jew Osservaturi Prinċipali, kif ukoll il-programmi ta' taħriġ għall-membri parlamentari, il-partiti politiċi u l-persunal tal-pajjiżi terzi, inklużi dawk dwar l-aspetti tal-ġeneru u taż-żgħażagħ, kif ukoll f'koordinazzjoni mal-istrutturi fl-Istati Membri li żviluppaw għarfien espert f'dan il-qasam;

27.

Iqis li l-kapaċitajiet tal-Parlament jistgħu jiġu żviluppati aktar permezz tal-ħatra ta' Viċi President responsabbli għall-koordinazzjoni tal-medjazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-attivitajiet ta' djalogu, li jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp għas-Sostenn għad-Demokrazija u Koordinazzjoni tal-Elezzjonijiet; jitlob li jinħoloq grupp ta' Membri attwali u ex Membri tal-Parlament Ewropew;

28.

Jissottolinja r-rwol tal-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew fis-sensibilizzazzjoni dwar il-kunflitti madwar id-dinja; jitlob żieda fil-flus tal-premju fil-leġiżlatura li jmiss;

29.

Jirrikonoxxi l-ħtieġa li l-Parlament, b'appoġġ għall-isforzi ġenerali tal-UE, jistituzzjonalizza l-proċeduri tiegħu dwar il-medjazzjoni; jitlob li jissaħħu d-diplomazija parlamentari u l-attivitajiet ta' skambju, fosthom permezz tal-ħidma tad-delegazzjonijiet parlamentari;

30.

Jissottolinja l-kooperazzjoni mill-qrib li ilha għaddejja bejn il-Parlament u l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-OSKE fil-qasam tal-elezzjonijiet u l-appoġġ għad-demokrazija; jitlob l-estensjoni ta' din il-kooperazzjoni fil-qasam tal-medjazzjoni u d-djalogu;

Dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà – it-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-ġeneru fil-prevenzjoni tal-kunflitti u fil-medjazzjoni tal-UE

31.

Jistieden lill-UE tieħu rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-nisa, il-paċi u s-sigurtà, u l-inkorporazzjoni tal-prinċipji li jinsabu fihom fl-istadji kollha tal-attivitajiet tal-UE f'dak li jikkonċerna l-prevenzjoni tal-kunflitti u l-medjazzjoni;

32.

Jappella għall-implimentazzjoni ta' ugwaljanza sħiħa bejn il-ġeneri u għal sforzi partikolari biex jiġu żgurati l-parteċipazzjoni tan-nisa, tal-bniet u taż-żgħażagħ u l-protezzjoni tad-drittijiet tagħhom tul iċ-ċiklu ta' kunflitt, mill-prevenzjoni tal-kunflitti sar-rikostruzzjoni wara l-kunflitt, fil-kuntest tal-attivitajiet tal-UE dwar il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-medjazzjoni;

33.

Jitlob li l-eżerċizzji kollha ta' kooperazzjoni, taħriġ u intervent ikunu sensittivi għall-ġeneru; jilqa' l-inizjattivi tal-UE f'dan ir-rigward, kif ukoll il-kontribut attiv tagħha għall-Pjan ta' Azzjoni dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi li jmiss, u l-Approċċ Strateġiku l-ġdid tal-UE għan-nisa, il-paċi u s-sigurtà;

34.

Jitlob l-inklużjoni ta' għarfien espert dwar il-ġeneru, inklużi l-vjolenza abbażi ta' ġeneru u l-vjolenza sesswali b'rabta mal-kunflitt, fl-istadji kollha tal-prevenzjoni tal-kunflitti, il-proċess ta' medjazzjoni u l-bini tal-paċi;

35.

Jistieden lill-UE tieħu rwol ewlieni fl-implimentazzjoni tar-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar iż-żgħażagħ, il-paċi u s-sigurtà, u l-integrazzjoni tal-prinċipji minquxa fihom fl-attivitajiet tal-UE tal-prevenzjoni tal-kunflitti u tal-medjazzjoni;

36.

Jitlob li l-kooperazzjoni, it-taħriġ u l-interventi kollha jkunu sensittivi għall-bżonnijiet u għall-aspirazzjonijiet tan-nisa u l-irġiel żgħażagħ u infurmati minnhom, filwaqt li jitqiesu l-modi differenzjati li bihom il-kunflitti vjolenti jħallu impatt fuq il-ħajja u l-futur tagħhom u l-kontributi siewja li jistgħu jagħtu għall-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti vjolenti;

Dwar it-tisħiħ tar-rwol u tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-approċċ tal-UE għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-medjazzjoni

37.

Iqis li r-rwol tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandu jitqies fl-approċċ ġenerali tal-UE u fil-prijoritajiet tagħha għall-bini ta' kapaċità;

38.

Jissottolinja l-importanza ta' miżuri ta' bini ta' fiduċja u ta' kuntatti bejn il-persuni fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti;

39.

Jitlob li jsiru konsultazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, speċjalment dawk li huma speċjalizzati fid-drittijiet tan-nisa u fid-drittijiet tal-bniedem tal-minoranzi, meta jiġu stabbiliti u implimentati programmi u politiki tal-UE dwar il-paċi, is-sigurtà u l-medjazzjoni;

Dwar ir-riżorsi finanzjarji u baġitarji disponibbli għall-prevenzjoni tal-kunflitti u l-medjazzjoni tal-UE

40.

Huwa tal-fehma li l-isfidi li qed jikbru jitolbu approprjazzjonijiet ogħla għall-prevenzjoni tal-kunflitti u għall-provvista ta' persunal iddedikat għall-kapaċità;

41.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni riżorsi finanzjarji suffiċjenti u allokati għall-azzjonijiet tal-UE fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kunflitti u l-medjazzjoni fl-ambitu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss (2021-2027);

42.

Jistieden lill-VP/RGħ tipprovdi lill-Parlament aġġornament dwar il-linja baġitarja tas-SEAE ddedikata għall-analiżi tal-kunflitti u għas-sensittività għall-kunflitti, għat-twissija bikrija, għall-appoġġ tal-medjazzjoni u għall-prijoritajiet futuri f'dan il-qasam;

o

o o

43.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Presidenti tal-Kummissjoni u tal-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lis-SEAE, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Kummissjoni, lill-OSKE, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU C 356, 4.10.2018, p. 130.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2018)0312.

(3)  ĠU L 335, 15.12.2017, p. 6.


L-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2019

21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/23


P8_TA(2019)0186

Ewropa li tipproteġi: Arja nadifa għal kulħadd

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar Ewropa li tipproteġi: Arja nadifa għal kulħadd (2018/2792(RSP))

(2021/C 23/04)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2016/2284 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Diċembru 2016 dwar it-tnaqqis tal-emissjonijiet nazzjonali ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi, li temenda d-Direttiva 2003/35/KE u li tħassar id-Direttiva 2001/81/KE (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (2),

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (3) u l-obbligi tagħha favur ambjent ta' ġewwa tajjeb għas-saħħa,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2017 lill-Kunsill u lill-Kummissjoni wara l-inkjesta dwar il-kejl tal-emissjonijiet fis-settur awtomobilistiku (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2017 dwar azzjoni tal-UE għas-sostenibbiltà (5),

wara li kkunsidra r-rapport tiegħu tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar Strateġija Ewropea għal Mobilità b'Livell Baxx ta' Emissjonijiet (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Diċembru 2015 dwar mobilità urbana sostenibbli (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' April 2018 dwar l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm ta' Azzjoni Ambjentali (8),

wara li kkunsidra r-rapport tal-2017 tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent dwar il-kwalità tal-arja fl-Ewropa,

wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “It-tniġġis tal-arja: Saħħitna għadha mhix qed tiġi protetta biżżejjed” (9), ippubblikat fil-11 ta' Settembru 2018,

wara li kkunsidra l-aġġornament tal-2018 tad-database tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent,

wara li kkunsidra l-linji gwida tad-WHO dwar il-kwalità tal-arja ta' ġewwa,

wara li kkunsidra l-istudju tiegħu ta' Settembru 2018 bit-titlu “Air Quality and urban traffic in the EU: best practices and possible solutions” (10),

wara li kkunsidra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-13 ta' Diċembru 2018 fil-Kawżi T-339/16 (Ville de Paris vs il-Kummissjoni), T-352/16 (Ville de Bruxelles vs il-Kummissjoni) u T-391/16 (Ville de Madrid vs il-Kummissjoni);

wara li kkunsidra d-dokument ta' informazzjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tas-7 ta' Frar 2019 dwar ir-rispons tal-UE għall-iskandlu “dieselgate” (11);

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-mistoqsija lill-Kummissjoni dwar Ewropa li tipproteġi: Arja nadifa għal kulħadd (O-000138/2018 – B8-0009/2019),

wara li kkunsidra l-Artikoli 128(5) u 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-limiti tal-emissjonijiet legali tal-UE għadhom 'il fuq minn dawk irrikkmandati mid-WHO, u billi l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent (EEA) tikkalkula li, fl-UE, aktar minn 400 000 persuna fis-sena jmutu qabel iż-żmien minħabba t-tniġġis tal-arja; billi 98 % tal-popolazzjoni urbana tal-UE hija esposta għal livelli ta' ożonu li jaqbżu l-linji gwida tad-WHO;

B.

billi l-kwalità tal-arja fl-Ewropa esperjenzat titjib gradwali iżda kostanti f'dawn l-aħħar deċennji u l-leġiżlazzjoni Ewropea kienet l-ixprun ewlieni għal dan l-iżvilupp ta' benefiċċju;

C.

billi l-aktar stimi riċenti tal-EEA dwar l-effetti fuq is-saħħa attribwibbli għat-tniġġis tal-arja jindikaw li l-konċentrazzjonijiet ta' materja partikolata (PM2,5) fl-2014 kienu responsabbli għall-mewt prematura – ikkawżata minn esponiment fit-tul – ta' madwar 399 000 persuna fl-UE-28; billi hu stmat li, fl-UE, l-esponiment għall-konċentrazzjonijiet ta' NO2 u O3 fl-2014 wassal għall-mewt prematura ta' 75 000 u 13 600 persuna rispettivament f'sena waħda;

D.

billi l-kwalità ħażina tal-arja tħalli impatt enormi fuq is-saħħa, u billi l-aktar f'riskju huma n-nisa tqal, it-tfal u l-anzjani;

E.

billi l-livelli ta' tniġġis tal-arja li huma esposti għalihom madwar 90 % tal-Ewropej li jgħixu fl-ibliet huma meqjusa dannużi għas-saħħa tal-bniedem;

F.

billi t-traffiku fit-toroq jipproduċi madwar 40 % tal-emissjonijiet tal-ossidi tan-nitroġenu (NOx) fl-UE u billi madwar 80 % tal-NOx totali mit-traffiku fit-toroq huma ġġenerati minn vetturi li jaħdmu bid-diżil; billi l-emissjonijiet iġġenerati mill-karozzi tal-passiġġieri li jaħdmu bid-diżil u li qabżu l-limiti tat-tniġġis tal-UE kienu responsabbli għall-mewt prematura ta' 6 800 Ewropew fl-2015;

G.

billi hu kkalkulat li l-konsegwenzi ekonomiċi tal-effetti tal-kwalità ħażina tal-arja fuq is-saħħa jfissru telf ta' bejn 3 u 9 % tal-PDG tal-UE;

H.

billi n-negliġenza fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja fiż-żoni urbani u fl-isforzi biex jiġi indirizzat it-tniġġis tal-arja ta' ġewwa hija partikolarment inkwetanti u tagħmilha diffiċli li jintlaħaq l-Objettiv Prijoritarju 3 tas-Seba' Pjan ta' Azzjoni Ambjentali, li jgħid li ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom ikunu mħarsa minn pressjonijiet relatati mal-ambjent u mir-riskji għas-saħħa u l-benessri;

I.

billi s-sistemi agroalimentari attwali huma responsabbli għal emissjonijiet eċċessivi ta' ammonijaka, ossidu nitruż u metan; billi 94 % tal-emissjonijiet tal-ammonijaka u 40 % tal-emissjonijiet tal-metan joriġinaw minn attivitajiet agrikoli; billi, fuq skala globali, it-trobbija intensiva tal-bhejjem tipproduċi aktar emissjonijiet ta' gassijiet serra minn kemm jiġġenera t-trasport;

J.

billi l-kwalità ħażina tal-arja tirrappreżenta sfida dejjem akbar fil-kuntest tal-iżvilupp sostenibbli, u billi huwa ta' importanza kruċjali li jiġi indirizzat it-tniġġis tal-arja biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2030 fl-Ewropa u lil hinn minnha;

K.

billi, fis-sena 2000, id-WHO adottat sett ta' prinċipji li jistabbilixxu d-dritt għal arja ta' ġewwa tajba għas-saħħa, li fih innutat li “skont il-prinċipji tad-dritt tal-bniedem għas-saħħa, kulħadd għandu d-dritt għal arja ta' ġewwa tajba għas-saħħa”;

L.

billi l-Unjoni għandha tagħmel ħilitha biex tippromwovi azzjoni fil-livell globali sabiex jitrażżan it-tniġġis tal-arja;

M.

billi l-karbonju iswed (BC), prodott minn kombustjoni mhux kompleta tal-karbonju organiku li joħroġ mit-traffiku, mill-karburanti fossili, mill-ħruq tal-bijomassa u mill-industrija, huwa wieħed mill-kostitwenti tal-materja partikolata fina u jikkontribwixxi għat-tisħin globali;

Rimarki ġenerali

1.

Jinnota li, fl-2018, sitt Stati Membri tressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea talli naqsu milli jirrispettaw l-istandards tal-UE dwar il-kwalità tal-arja; ifakkar, barra minn hekk, li bħalissa għaddejjin 29 każ ta' ksur għal nuqqas ta' konformità mal-limiti tal-UE dwar it-tniġġis tal-arja f'20 Stat Membru u li, fil-preżent, madwar żewġ terzi tal-Istati Membri mhumiex konformi mal-valuri ta' limitu għall-PM10 u l-NO2 u wieħed minn kull ħamsa jaqbżu l-valur fil-mira għall-PM2,5;

2.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu azzjoni mingħajr dewmien fuq il-PM2,5 billi tipproponi l-introduzzjoni ta' valuri ta' konformità aktar stretti għal dawn il-partikuli fil-leġiżlazzjoni dwar il-kwalità tal-arja tal-UE, kif irrikkmandat mid-WHO;

3.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jivvalutaw u jirrieżaminaw il-politiki abbażi biss ta' evidenza xjentifika soda, aġġornata, indipendenti u rieżaminata bejn il-pari;

4.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-implimentazzjoni ta' azzjonijiet u politiki koordinati fil-livelli u s-setturi kollha biex titjieb il-kwalità tal-arja fl-ibliet u fiż-żoni urbani, b'tali mod li jintlaħqu l-għanijiet tal-kwalità tal-arja, u dan filwaqt li jitqiesu l-effetti tas-sustanzi niġġiesa fuq il-klima u l-ekosistemi; ifakkar li t-tniġġis tal-arja u l-mard u l-imwiet assoċjati miegħu jikkawżaw spejjeż konsiderevoli mil-lat soċjali u tas-saħħa u jqiegħdu piż sinifikanti fuq il-baġits pubbliċi fl-Unjoni kollha; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw li kwalunkwe miżura biex tittejjeb il-kwalità tal-arja fiż-żoni urbani ma jkollhiex impatt negattiv fuq il-kwalità tal-arja fiż-żoni tal-madwar, bħal żoni suburbani u agglomerazzjonijiet akbar;

5.

Jissottolinja, għal darb'oħra, li t-tniġġis tal-arja għandu dimensjoni lokali, reġjonali, nazzjonali u transfruntiera u jirrikjedi azzjoni f'kull livell ta' governanza; jitlob, għaldaqstant, li jissaħħaħ l-approċċ ta' governanza f'diversi livelli b'tali mod li l-atturi kollha jassumu r-responsabbiltà għall-miżuri li jistgħu u għandhom jittieħdu fil-livell tagħhom; iqis, bl-istess mod, li t-tfassil tal-politika fil-Kummissjoni għandu jkun aktar integrat u koerenti, bl-involviment tad-Direttorati Ġenerali kollha kkonċernati; jiddispjaċih li l-politiki u l-interessi ta' dipartimenti oħra sikwit jimminaw l-objettivi tad-DĠ Ambjent, minkejja li t-tniġġis tal-arja hija kompetenza tiegħu;

6.

Jistieden lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jieħdu approċċ komprensiv u inklużiv għat-tniġġis tal-arja, inkluż it-tniġġis tal-arja ta' ġewwa, filwaqt li jqisu d-diversi oqsma involuti u affettwati, bħas-sistemi agrikoli u tal-produzzjoni tal-ikel, il-konservazzjoni tan-natura, it-tibdil fil-klima, l-effiċjenza fl-enerġija, il-mobilità u l-ippjanar urban, u jagħtu prijorità lil approċċi ta' mitigazzjoni tat-tniġġis li jġibu magħhom benefiċċji f'oqsma oħra wkoll; iħeġġeġ lill-awtoritajiet kompetenti jiżviluppaw pjanijiet ta' azzjoni dwar l-arja nadifa li jinkludu miżuri kredibbli li jindirizzaw kull sors ta' tniġġis tal-arja u s-setturi kollha tal-ekonomija; jinkoraġġixxi l-ibliet u l-awtoritajiet kompetenti jibdew jaħdmu fil-livelli kollha fuq patt ta' arja nadifa għal kulħadd;

7.

Jappoġġja l-kontinwazzjoni tal-hekk imsejħa “Djalogi dwar Arja Nadifa” bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, li għandhom jindirizzaw id-diskrepanzi kollha fl-implimentazzjoni abbażi ta' approċċ olistiku;

8.

Jenfasizza li l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja għaż-żoni u l-agglomerazzjonijiet fejn il-kwalità tal-arja tkun ħażina minħabba livelli persistenti ta' sustanzi niġġiesa li jaqbżu l-valuri ta' limitu stabbiliti fil-livell tal-UE għandhom jeliminaw l-eċċedenzi kemm jista' jkun malajr, kif mitlub legalment mid-Direttiva 2008/50/KE u kif ikkonfermat b'mod ċar mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (12)(13);

9.

Jirrimarka l-ħtieġa ta' approċċ olistiku għat-tniġġis tal-arja fl-ibliet Ewropej li jqis is-sorsi differenti ta' dan it-tniġġis; jistieden lill-Kummissjoni twettaq aġġornament ambizzjuż tad-Direttiva dwar il-Kwalità tal-Arja fl-Ambjent biex jintlaħqu l-aktar valuri ta' limitu u fil-mira riċenti tad-WHO għall-PM, l-SO2 u l-O3) u tistabbilixxi valur fuq żmien qasir għall-PM2,5, tressaq miżuri effikaċi li jippermettu lill-Istati Membri jkunu konformi mad-Direttiva 2008/50/KE, tagħti prijorità lill-valutazzjoni tal-miżuri adottati mill-Istati Membri bil-ħsieb li titjieb il-kwalità tal-arja fil-kuntest tal-proċeduri ta' ksur, u żżid l-isforzi tagħha biex tiġi vverifikata l-konformità fil-livell tal-Istati Membri, inkluż bl-istandards tal-proċedura ta' ttestjar tal-emissjonijiet f'sewqan reali (RDE) fil-qafas tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 dwar l-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi (14);

10.

Jiddeplora l-mekkaniżmu ta' flessibbiltà introdott fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2016/2284; jirrimarka li, fl-2018, ħdax-il Stat Membru talbu aġġustamenti għal-limiti nazzjonali tal-emissjonijiet tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tillimita kemm jista' jkun l-użu tal-aġġustament tal-inventarju tal-emissjonijiet u tara jekk l-Istati Membri jkunux ħadu azzjoni biex jikkumpensaw għal emissjonijiet mhux mistennija minn ċerti setturi qabel ma jkunu applikaw għal kwalunkwe aġġustament;

11.

Jiddispjaċih li l-kriterji għal-lokalizzazzjoni tal-punti għat-teħid ta' kampjuni ta' sustanzi niġġiesa skont id-Direttiva 2008/50/KE jħallu ċertu ammont ta' libertà lill-Istati Membri, bir-riskju li l-mira tar-rappreżentattività ma tintlaħaqx; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza l-impatt ta' din il-libertà fuq il-komparabbiltà tal-kampjuni u l-konsegwenzi diretti tagħha;

12.

Jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-politiki u l-programmi ta' kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi fil-fruntieri esterni tagħha, tqis it-tniġġis tal-arja transfruntier li joriġina f'dawk il-pajjiżi u l-fatt li l-politiki u l-programmi ta' kooperazzjoni tal-UE ma' dawk il-pajjiżi jistgħu jħallu impatt fuq it-titjib tal-kwalità tal-arja u, bħala prijorità, tiffoka l-programmi ta' għajnuna tagħha b'tali mod li jiġu indirizzati l-kawżi ta' dan it-tniġġis;

13.

Jissottolinja l-fatt li, skont id-WHO, il-kwalità ħażina tal-arja taffettwa d-determinanti soċjali u ambjentali tas-saħħa, bħall-ilma tax-xorb u l-provvista tal-ikel;

14.

Ifakkar fir-rabta bejn it-tniġġis tal-arja u l-inugwaljanza, billi l-aktar gruppi vulnerabbli tas-soċjetà jkunu ġeneralment esposti aktar; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu sforzi biex jimpedixxu l-akkumulazzjoni ta' żvantaġġi ambjentali, soċjodemografiċi u ekonomiċi, anke billi jieħdu miżuri biex jillimitaw it-tniġġis fl-aktar postijiet vulnerabbli, bħall-faċilitajiet soċjali, edukattivi u tal-kura tas-saħħa, kif ukoll l-ibliet u ċ-ċentri urbani;

15.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-ammont dejjem akbar ta' evidenza xjentifika li turi l-impatt tat-tniġġis tal-arja relatat mat-traffiku fuq ir-rendiment u l-iżvilupp konjittiv fit-tfal u f'sezzjonijiet oħra tal-popolazzjoni;

16.

Ifakkar li l-applikazzjoni uniformi u l-aġġornament tal-aqwa tekniki disponibbli (BAT) biex jiġi kkontrollat ir-rilaxx ta' sustanzi niġġiesa fl-arja huma ta' importanza kruċjali biex tiġi żgurata ż-żamma ta' livell adegwat ta' protezzjoni ambjentali fl-UE kollha;

17.

Jisħaq fuq l-importanza li jiġi żgurat livell għoli u uniformi ta' protezzjoni tal-konsumatur fis-suq uniku fir-rigward ta' kwalunkwe skandlu futur dwar l-emissjonijiet, u jappella lill-koleġiżlaturi jiżviluppaw proċeduri ta' rimedju kollettiv abbażi tal-“Patt Ġdid għall-Konsumaturi” propost mill-Kummissjoni f'April 2018;

It-trasport

18.

Ifakkar li t-trażżin tat-tniġġis tal-arja u t-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' CO2 mis-settur tat-trasport huma sfidi relatati mill-qrib ma' xulxin fiż-żoni urbani, li l-karozzi, il-vannijiet u x-xarabanks b'emissjonijiet żero u baxxi huma essenzjali għal mobilità nadifa, għall-but ta' kulħadd u effiċjenti fl-użu tal-enerġija għaċ-ċittadini kollha, u li huwa kruċjali li jitħaffef l-iżvilupp ta' suq tal-massa għal dawn il-vetturi billi tiżdied id-disponibbiltà tagħhom fl-Unjoni biex il-prezzijiet jonqsu għall-benefiċċju tal-konsumaturi, l-operaturi tal-flotot, l-awtoritajiet tal-akkwist pubbliku u s-soċjetà Ewropea kollha kemm hi;

19.

Jissottolinja li huwa kruċjali li s-suq tal-vetturi elettriċi jingħata inċentivi u li l-Istati Membri jingħataw rakkomandazzjonijiet li jiggwidawhom u jħeġġuhom jimplimentaw inċentivi fiskali għall-vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi; jenfasizza li d-disponibbiltà u l-aċċessibbiltà tal-infrastruttura tal-iċċarġjar, inkluż fil-bini privat u pubbliku f'konformità mad-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (EPBD) (15), kif ukoll il-kompetittività tal-vetturi elettriċi, huma essenzjali biex il-konsumaturi jaċċettawhom aktar; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-elettriku ġġenerat għall-vetturi elettriċi jiġi minn sorsi ta' enerġija sostenibbli; jappella, f'dan ir-rigward, għal inizjattiva Ewropea fit-tul dwar il-batteriji tal-ġenerazzjoni li jmiss;

20.

Ifakkar fir-riżultati pożittivi li ġew irrappurtati b'rabta ma' diversi miżuri implimentati fl-Istati Membri sabiex jitnaqqas l-aċċess tal-karozzi privati għaċ-ċentri urbani, isir investiment fit-trasport pubbliku u jiġi ffaċilitat l-aċċess għal mezzi oħra ta' trasport, bħar-roti;

21.

Jissottolinja li l-promozzjoni ta' modi ta' trasport attivi, bħaċ-ċikliżmu u l-mixi, hija ta' importanza kruċjali biex titjieb il-kwalità tal-arja billi titnaqqas id-dipendenza qawwija fuq il-vetturi bil-mutur privati fil-bliet u fiż-żoni urbani; jikkunsidra li għaldaqstant modi ta' trasport attivi jenħtieġ li jiġu appoġġjati permezz ta' infrastruttura estensiva u ta' kwalità għolja, ikkomplementati permezz ta' trasport pubbliku affidabbli fil-livell tal-bliet u reġjonali u mħeġġa permezz tal-ġestjoni tat-territorju;

22.

Josserva, barra minn hekk, li peress li l-vjaġġi ta' kuljum ġeneralment isiru fuq distanzi qosra ħafna, huwa essenzjali li tinħoloq infrastruttura għall-mobilità mingħajr karozzi (il-mixi, iċ-ċikliżmu, eċċ.) sabiex il-persuni jingħataw alternattiva għat-trasport bit-triq;

23.

Ifakkar li, jekk it-tniġġis tal-arja ser biex jitnaqqas, huwa kruċjali li jingħataw inċentivi lil trakkijiet b'livell baxx ta' emissjonijiet u b'emissjonijiet żero filwaqt li jiġi stimulat is-suq u l-użu tagħhom;

24.

Jissottolinja mill-ġdid l-importanza ta' Pjanijiet ta' Mobilità Urbana Sostenibbli (SUMPs) fit-tul u jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jfasslu SUMPs li jagħtu prijorità lil modi ta' trasport b'emissjonijiet żero u b'livell baxx ta' emissjonijiet sabiex jitnaqqsu t-tniġġis tal-arja, l-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-konsum tal-enerġija; jappoġġja l-istabbiliment ta' żoni ta' traffiku u pjattaformi intermodali fejn tingħata prijorità lill-użu tat-trasport pubbliku; jisħaq fuq li hija meħtieġa informazzjoni ċara u faċilment aċċessibbli dwar l-iskemi ta' regolamentazzjoni għall-aċċess tal-vetturi urbani u reġjonali u jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-iżvilupp ta' għodda ta' informazzjoni diġitali Ewropea;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kooperazzjoni fuq diversi livelli li tinsab għaddejja mal-Istati Membri u mal-bliet Ewropej fil-kuntest tal-Aġenda Urbana tal-UE, tiffinalizza l-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobilità Urbana tal-2018 tagħha (16), li jenħtieġ li jidentifika b'mod ċar soluzzjonijiet biex it-tniġġis tal-arja jiġi indirizzat fil-livell muniċipali, u tkompli tappoġġja l-Osservatorju tal-Mobilità Urbana (ELTIS) (17), li jxerred informazzjoni utli dwar l-opportunitajiet ta' finanzjament, studji tal-każijiet u l-aħjar prattiki dwar kif titjieb il-kwalità tal-arja permezz tal-adozzjoni ta' soluzzjonijiet aħjar għall-mobilità urbana;

26.

Jappoġġja ż-żieda fl-użu tat-teknoloġiji diġitali fl-implimentazzjoni tal-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas”, bħalma huma pedaġġ-e u biljetti-e bbażati fuq il-prestazzjoni ambjentali tal-vetturi; jisħaq li qafas armonizzat għas-sistemi tal-pedaġġi jenħtieġ li jikkunsidra kemm l-emissjonijiet tal-gassijiet serra kif ukoll dawk tas-sustanzi li jniġġsu l-arja fir-rigward tal-prestazzjoni ambjentali sabiex jingħataw sinjali ċari u bbilanċjati għall-iżvilupp ta' vetturi ġodda; jenfasizza, madankollu, li dawn ir-regoli jridu jkunu ċari u trasparenti għall-utenti tat-triq; jissottolinja li l-effetti ambjentali u ta' sikurezza ta' benefiċċju tas-soluzzjonijiet ta' mobilità konnessa u ta' trasport awtomatizzat f'żoni urbani, bħal flussi tat-traffiku ottimizzati u t-tnaqqis tat-traffiku li jirriżulta mill-karozzi li jfittxu parkeġġ; jappella għaldaqstant lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw il-bliet biex jadottaw it-teknoloġija meħtieġa;

27.

Jisħaq fuq li l-akkwist pubbliku ekoloġiku permezz tax-xiri ta' vetturi b'livell baxx ta' emissjonijiet u b'emissjonijiet żero mill-awtoritajiet pubbliċi għall-flotot tagħhom stess jew għal programmi (semi) pubbliċi ta' car-sharing huwa element ewlieni għad-dekarbonizzazzjoni tat-trasport bit-triq kif ukoll għat-titjib tal-kwalità tal-arja fl-Ewropa kollha;

28.

Jilqa' l-wegħdiet li saru minn diversi bliet madwar l-Ewropa dwar it-tindif tal-flotot tat-trasport pubbliċi tagħhom billi jistabbilixxu rekwiżiti għall-akkwist ta' karozzi tal-linja elettriċi u jistieden aktar bliet biex isegwu l-eżempju ta' xi membri Ewropej (18) tan-netwerk C40 Cities li ffirmaw id-Dikjarazzjoni Favur it-Toroq Mingħajr Karburanti Fossili (19) fejn qablu li mill-2025 jakkwistaw biss karozzi tal-linja elettroniċi u li sal-2030 jiżguraw il-ħolqien ta' żoni urbani prinċipali b'emissjonijiet żero;

29.

Jenfasizza li d-diskrepanzi bejn iċ-ċifri uffiċjali tal-emissjonijiet tal-approvazzjoni tat-tip u l-livell fid-dinja reali ta' emissjonijiet ta' NOx minn karozzi Euro 3-6 huma l-kawża ewlenija tad-dewmien fit-titjib tal-kwalità tal-arja fil-bliet u fiż-żoni urbani, li jimminaw serjament l-iskemi lokali u l-miżuri mfassla biex jirrestrinġu l-vetturi li jniġġsu l-aktar;

30.

Jinnota li bħalissa teżisti teknoloġija biex jintlaħqu l-istandards Euro 6 tal-NOx għall-vetturi li jaħdmu bid-diżil, inkluż fir-rigward ta' kundizzjonijiet reali tas-sewqan u mingħajr ma jkun hemm impatt negattiv fuq l-emissjonijiet tas-CO2;

31.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-manifatturi tal-karozzi jikkoordinaw modifiki retroattivi obbligatorji għall-vetturi diżil li ma jkunux konformi – inkluż permezz tar-riduzzjoni katalitika selettiva (SCR) – biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tan-nitroġenu (NO2), titnaddaf il-flotta eżistenti u b'hekk jiġu evitati l-projbizzjonijiet fuq il-karozzi diżil; iqis li l-ispejjeż ta' dawn il-modifiki għandhom jitħallsu mill-manifatturi tal-karozzi responsabbli;

32.

Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tnaqqas l-emissjonijiet tal-NOx mill-flotta tal-karozzi fl-UE billi tirrieżamina l-fattur ta' konformità, kif previst mit-tieni pakkett tal-RDE, kull sena u skont l-iżviluppi teknoloġiċi, sabiex dan jitnaqqas għal 1 mill-aktar fis possibbli, u sa mhux aktar tard mill-2021;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni tuża s-setgħat delegati tagħha skont id-Direttiva 2014/45/UE dwar testijiet perjodiċi tal-affidabbiltà stradali għal vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom (20) biex taġġorna l-proċedura tat-test sabiex l-Istati Membri kollha jkollhom jittestjaw il-konformità tal-karozzi fl-użu mal-istandards tal-emissjonijiet tal-NOx waqt l-ispezzjonijiet tekniċi perjodiċi;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni tipproponi standard wara l-Euro 6 għall-karozzi li jkun newtrali fir-rigward tal-fjuwil, tat-teknoloġija u tal-applikazzjoni u li jallinja, tal-anqas, mal-istandards tal-NOx tal-California/tal-Istati Uniti (Grad 3 u LEV III) u mar-rekwiżiti tal-konformità u tad-durabbiltà fl-użu;

35.

Jappella lill-Kummissjoni tkompli l-ħidma tagħha biex ittejjeb il-prestazzjoni tas-Sistemi Portabbli għall-Kejl tal-Emissjonijiet (PEMS) sabiex titjieb il-preċiżjoni tagħhom u jitnaqqas il-marġni tal-iżball tagħhom; jikkunsidra li fil-każ tal-materja partikolata, it-teknoloġija tal-PEMS jenħtieġ li tkun tista' tqis il-partiċelli li d-daqs tagħhom ikun iżgħar minn 23 nanometru u li jkunu l-aktar perikolużi għas-saħħa tal-pubbliku;

36.

Jikkundanna bil-qawwi l-esperimenti li ġew ikkummissjonati mill-Grupp Ewropew tar-Riċerka dwar l-Ambjent u s-Saħħa fis-Settur tat-Trasport (EUGT) u li twettqu bejn l-2014 u l-2015 fuq il-bnedmin u fuq ix-xadini bħala tentattiv biex jintwera li d-dħaħen tal-egżost mill-magni tad-diżil ta' vetturi ġodda ma jippreżentawx theddida għas-saħħa;

37.

Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li esperimenti ta' dan it-tip, li etikament huma ta' stmerrija u mhux ġustifikabbli minn kull aspett, qatt ma jiġu ripetuti fit-territorju tal-Unjoni;

38.

Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra tintroduċi standards biex tindirizza l-emissjonijiet mhux tal-egżost tal-vetturi;

39.

Jistieden lill-Kummissjoni tindirizza l-emissjonijiet mill-makkinarju tas-siti tal-kostruzzjoni lil hinn mir-Regolament NRMM (21) billi twettaq valutazzjoni tal-impatt dwar il-potenzjal tal-makkinarju tal-kostruzzjoni b'emissjonijiet żero biex jitnaqqsu l-livelli tat-tniġġis tal-arja u t-tniġġis akustiku, u, barra minn hekk, l-inklużjoni possibbli tiegħu f'reviżjonijiet futuri tal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE;

40.

Jemmen li ż-żoni ta' kontroll tal-emissjonijiet (ECAs) jistgħu jgħinu biex titjieb il-kwalità tal-arja fil-bliet kostali u l-irħula milquta minn livelli għolja ta' tniġġis tal-kubrit u tal-ossidi tan-nitroġenu mit-tbaħħir; għaldaqstant iħeġġeġ lill-Istati Membri rilevanti jimpenjaw ruħhom fil-kuntest tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (IMO) bil-għan li tiġi promossa l-implimentazzjoni tal-ECAs fl-ilmijiet tal-UE u jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja kull sforz f'dan ir-rigward;

L-agrikoltura

41.

Jirrikonoxxi li s-sistemi attwali tal-ikel u tal-biedja huma responsabbli għal emissjonijiet żejda tal-ammonijaka (NH3), tal-ossidu nitruż (N2O) u tal-metan (CH4), filwaqt li 94 % tal-emissjonijiet tal-ammonijaka u 40 % tal-emissjonijiet tal-metan jirriżultaw minn attivitajiet agrikoli;

42.

Jaċċentwa li l-agrikoltura hija t-tielet l-akbar sors ta' emissjonijiet primarji tal-PM10 fl-UE, kif saħqet l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;

43.

Ifakkar fis-sejbiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent li fl-2017 iddikjarat li l-emissjonijiet tal-NH3 mill-agrikoltura jikkontribwixxu għal episodji ta' konċentrazzjonijiet għoljin ta' PM preżenti fl-Ewropa kollha kull rebbiegħa, u jikkonkludi li l-emissjonijiet tal-NH3 jikkontribwixxu għal impatti negattivi fuq is-saħħa fuq perjodu kemm qasir kif ukoll twil;

44.

Jaċċentwa li fiż-żoni urbani l-emissjonijiet tal-ammonijaka jammontaw għal madwar 50 % tal-impatti fuq is-saħħa mit-tniġġis tal-arja, peress li l-ammonijaka hija prekursur ewlieni tal-materja partikolata; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw ir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) tal-UE bħala opportunità biex jiġġieldu kontra t-tniġġis tal-arja mis-settur agrikolu;

45.

Jissottolinja l-fatt li jeżistu miżuri tekniċi biex jiġu limitati l-emissjonijiet tal-ammonijaka, iżda s'issa dawn jintużaw minn ftit Stati Membri biss; ifakkar li dawn jinkludu: il-ġestjoni tan-nitroġenu, billi jitqies iċ-ċiklu kollu tan-nitroġenu; strateġiji għall-għalf tal-annimali biex titnaqqas l-eskrezzjoni ta' nitroġenu mill-bhejjem tal-ifrat, il-ħnieżer u t-tjur; l-applikazzjoni tad-demel u l-fertilizzant fuq l-art b'livell baxx ta' emissjonijiet; sistemi ta' ħżin tad-demel b'livell baxx ta' emissjonijiet; sistemi ta' pproċessar u kkompostjar tad-demel b'livell baxx ta' emissjonijiet; sistemi ta' alloġġ tal-annimali b'livell baxx ta' emissjonijiet u approċċi b'livell baxx ta' emissjonijiet għall-applikazzjoni ta' fertilizzanti minerali;

46.

Jappella lill-koleġiżlaturi biex fil-PAK tal-futur jinkludu miżuri biex jippermettu lill-bdiewa jnaqqsu l-emissjonijiet ġenerali tas-sustanzi li jniġġsu l-arja tas-settur agrikolu, għall-benefiċċju taċ-ċittadini kollha fl-Unjoni;

47.

Jissottolinja li qiegħda tiżdied evidenza xjentifika dwar l-impatti negattivi fuq is-saħħa u fuq l-ambjent ikkawżati mit-trobbija intensiva tal-bhejjem, kemm fl-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja;

48.

Ifakkar li l-emissjonijiet tal-metan mill-agrikoltura huma prekursur importanti tal-ożonu fil-livell tal-art, li għandu effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem u li 98 % tal-popolazzjoni urbana tal-UE huma esposti għal livelli ta' ożonu li jaqbżu l-linji gwida tad-WHO;

49.

Jaċċentwa li l-emissjonijiet tal-metan mhumiex irregolati mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar it-tniġġis tal-arja u mhumiex irregolati speċifikament mill-politika tal-UE dwar il-klima;

50.

Jenfasizza d-diversi modi kosteffikaċi ta' kif jistgħu jiġu indirizzati l-emissjonijiet tal-metan mingħajr ma jiġi affettwat il-konsum tal-laħam u l-ħalib; iqis li l-ġestjoni tad-demel toffri l-potenzjal li jitnaqqsu l-emissjonijiet, permezz tal-adozzjoni ta' miżuri sempliċi u kosteffiċjenti li jvarjaw mill-ħżin għat-tekniki tat-tifrix; iqis ukoll li jekk jinbidlu l-istrateġiji tal-għalf (pereżempju jiżdiedu elementi leguminużi bħall-alfalfa u l-kittien), jonqsu b'mod sinifikanti l-emissjonijiet tal-metan enteriċi; ifakkar li l-materjal li jifdal wara d-diġestjoni anaerobika, li permezz tagħha l-materjal tal-iskart organiku jinqasam mill-mikroorganiżmi u jinbidel f'bijogass, fih ħafna nutrijenti u jista' jintuża bħala fertilizzant naturali;

51.

Jaċċentwa li l-ispejjeż tal-kontroll tat-tniġġis tal-arja fl-Ewropa huma ferm anqas fis-settur agrikolu milli f'setturi oħra li fihom diġà ġew implementati kontrolli tal-emissjonijiet aktar stretti;

52.

Jikkunsidra li l-finanzjament tal-PAK tal-futur jenħtieġ li jkun marbut ma' miżuri obbligatorji biex jitnaqqas it-tniġġis tal-arja;

Enerġija

53.

Ifakkar li s-settur tal-produzzjoni u tad-distribuzzjoni tal-enerġija huwa responsabbli għal aktar minn nofs l-emissjonijiet tal-ossidu tal-kubrit (SOx) u għoxrin fil-mija tal-emissjonijiet tal-ossidu tan-nitroġenu (NOx) fit-33 pajjiż membru tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent;

54.

Jaċċentwa l-kontribuzzjoni sinifikanti mill-impjanti tal-faħam u tal-linjite għall-emissjonijiet tal-merkurju fl-UE u li 62 % tal-emissjonijiet tal-merkurju mill-industrija tal-UE huma ġejjin minn impjanti ta' produzzjoni tal-enerġija bil-faħam;

55.

Ifakkar li l-merkurju huwa newrotossina perikoluża li tagħmel ħsara lis-sistema nervuża anke f'livelli ta' esponiment relattivament baxxi;

56.

Jilqa' l-impenji li saru minn tal-anqas għaxar Stat Membri tal-UE biex jeliminaw b'mod gradwali l-faħam; jappella lill-Istati Membri l-oħra jeliminaw b'mod gradwali l-faħam bħala sors tal-enerġija sa mhux aktar tard mill-2030;

57.

Jirrikonoxxi r-rwol importanti tat-tisħin distrettwali fit-tnaqqis tal-emissjonijiet u jenfasizza li installazzjonijiet tat-tisħin distrettwali żviluppati sew huma wieħed mill-fatturi ewlenin li jistgħu jillimitaw it-tniġġis tal-arja; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri li ma għandhomx tisħin distrettwali jikkunsidraw il-benefiċċji li jintroduċu sistema bħal din;

58.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkoraġġixxu l-adozzjoni ta' soluzzjonijiet ta' tisħin domestiku bbażati fuq l-enerġija rinnovabbli sabiex jikkontribwixxu biex jitnaqqsu s-sustanzi li jniġġsu l-arja mill-unitajiet domestiċi fl-Unjoni kollha;

It-tniġġis tal-arja ta' ġewwa

59.

Jissottolinja l-fatt li n-nies iqattgħu kważi 90 % tal-ħin tagħhom ġewwa, fejn l-arja tista' tkun ferm aktar imniġġsa mill-arja ta' barra;

60.

Ifakkar li kwalità ħażina tal-arja ta' ġewwa hija responsabbli għal 10 % tal-mard li ma jitteħidx globalment u li kwalità ħażina tal-arja ta' ġewwa fl-uffiċċji hija marbuta wkoll ma' tnaqqis tal-produttività; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiddefinixxi standards armonizzati ta' ttestjar biex jitkejjel it-tniġġis tal-arja ta' ambjenti ta' ġewwa;

61.

Iqis li l-għoti obbligatorju ta' ċertifikat tal-kwalità tal-arja ta' ġewwa għandu japplika għall-bini ġdid u rinnovat kollu fl-Unjoni u għandu jqis l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-metodi ta' ttestjar eżistenti bbażati fuq l-istandard EN 16798-1 kif ukoll il-linji gwida tad-WHO dwar il-kwalità tal-arja ta' ġewwa;

62.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jadottaw u jimplimentaw miżuri biex jiġġieldu kontra t-tniġġis tal-arja fis-sors, filwaqt li jqisu d-differenza bejn is-sorsi tat-tniġġis tal-arja ta' ġewwa u ta' barra;

Ix-xjenza, il-monitoraġġ u r-riċerka tat-tniġġis tal-arja

63.

Jirrikonoxxi l-kumplessità u l-inċertezzi inerenti għax-xjenza tat-tniġġis tal-arja, u għalhekk jippromwovi l-użu ta' forom differenti ta' għarfien inkluża x-xjenza taċ-ċittadini (22), fil-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja u fl-evalwazzjoni tal-politika; jenfasizza l-importanza li jittejbu s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u l-informazzjoni billi ċ-ċittadini jiġu involuti fi kwistjonijiet dwar il-kwalità tal-arja;

64.

Jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw ir-riċerka, l-iżvilupp u ċ-ċertifikazzjoni fil-livell tal-UE għal sistemi intelliġenti innovattivi b'aktar minn sensur wieħed għall-monitoraġġ tal-kwalità tal-arja fuq ġewwa kif ukoll fuq barra; jisħaq fuq li sistemi intelliġenti ta' monitoraġġ tal-kwalità tal-arja jistgħu jkunu għodda vijabbli għax-xjenza taċ-ċittadini u wkoll ta' benefiċċju partikolari għall-persuni li jbatu mill-ażma u minn mard kardjovaskulari;

65.

Jappella lill-Istati Membri jiżguraw kejl u monitoraġġ adegwati, rappreżentattivi, eżatti u kontinwi tal-kwalità tal-arja; ifakkar fl-importanza ta' fejn jitqiegħdu l-istazzjonijiet użati fl-agglomerazzjonijiet urbani ewlenin bi problemi ta' kwalità tal-arja, meta jitqies il-fatt li postijiet mhux adatti ma jippermettux segwitu xieraq tar-riskji għas-saħħa pubblika;

66.

Jistieden lill-Istati Membri jwaqqfu bordijiet indipendenti għall-kwalità tal-arja inkarigati mit-twettiq ta' analiżijiet dwar il-prestazzjoni tal-kwalità tal-arja u l-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-miżuri adottati; iqis li dawn l-analiżijiet għandhom jiġu prodotti f'livell lokali kull xahar u għandhom jiġu ppubblikati;

67.

Iqis li hemm bżonn ta' aktar riċerka dwar l-effetti fuq is-saħħa ta' partiċelli iżgħar, fosthom il-PM1 u l-partiċelli ultrafini;

Kunsiderazzjonijiet finanzjarji

68.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jneħħu kwalunkwe inċentiv fiskali, preferenza fiskali jew trasferiment baġitarju li, direttament jew indirettament, jiffavorixxu mezzi tat-trasport b'livell għoli ta' emissjonijiet skont il-prinċipju ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni;

69.

Ifakkar fil-prinċipju tal-“użu tad-dħul” f'dak li għandu x'jaqsam mal-pedaġġi tat-triq u, meta jkun xieraq, jitlob li proporzjon mid-dħul mill-użu tal-infrastruttura stradali jiġi allokat għal miżuri li jappoġġjaw it-titjib tal-kwalità tal-arja fil-bliet;

70.

Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa li jiġu appoġġjati r-reġjuni affettwati mit-trasformazzjoni tal-enerġija, speċjalment iż-żoni ta' estrazzjoni, peress li t-tendenza hija li dawn huma reġjuni foqra li spiss ikunu kkaratterizzati minn livelli għoljin ta' sustanzi perikolużi fl-arja;

71.

Jistieden l-eliminazzjoni gradwali tas-sussidji tal-karburanti fossili;

72.

Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-finanzjament għar-riċerka dwar l-impatt tal-kwalità tal-arja fuq is-saħħa pubblika, is-soċjetà u l-ekonomija, inkluża stima tal-esternalitajiet relatati, u għar-riċerka dwar strateġiji ta' kejl aktar komprensivi li jistgħu jaqbdu l-esponiment għat-tniġġis tal-arja filwaqt li jqisu t-trajettorji fil-ħin u fl-ispazju tal-individwi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu lill-bliet u lill-muniċipalitajiet mezzi suffiċjenti biex jiġġieldu kontra t-tniġġis tal-arja;

o

o o

73.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 344, 17.12.2016, p. 1.

(2)  ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1

(3)  ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75

(4)  ĠU C 298, 23.8.2018, p. 140.

(5)  ĠU C 334, 19.9.2018, p. 151.

(6)  ĠU C 369, 11.10.2018, p. 114.

(7)  ĠU C 399, 24.11.2017, p. 10.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2018)0100.

(9)  Ir-Rapport Speċjali Nru 23/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR18_23/SR_AIR_QUALITY_MT.pdf

(10)  https://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2018/604988/IPOL_STU(2018)604988_EN.pdf

(11)  https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/BRP_Vehicle_emissions/BRP_Vehicle_ emissions_MT.pdf

(12)  Sentenza tal-5 ta' April 2017, Il-Kummissjoni vs. Il-Bulgarija, C-488/15, ECLI:EU:C:2017:267.

(13)  Sentenza tat-22 ta' Frar 2018, Il-Kummissjoni v. Il-Polonja, C-336/16, ECLI:EU:C:2018:94.

(14)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1).

(15)  Id-Direttiva 2010/31/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija (ĠU L 153, 18.6.2010, p. 13).

(16)  https://ec.europa.eu/futurium/en/system/files/ged/pum_draft_action_plan.pdf

(17)  http://www.eltis.org

(18)  Pariġi, Londra, Barċellona, Heidelberg, Milan, Ruma, Rotterdam, Varsavja, Birmingham, Oxford u Manchester (mit-8 ta' Ottubru 2018).

(19)  https://c40-production-images.s3.amazonaws.com/other_uploads/images/1579_3_FFFS_declaration_FINAL.original.pdf?1535129747

(20)  ĠU L 127, 29.4.2014, p. 51.

(21)  Regolament (UE) 2016/1628 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet ta' inkwinanti gassużi u partikolati u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni b'kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux tat-triq ĠU L 252, 16.9.2016, p. 53.

(22)  http://ec.europa.eu/environment/integration/research/newsalert/multimedia/ citizen_science_en.htm


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/33


P8_TA(2019)0195

Oġġezzjoni għal att ta' implimentazzjoni: Livelli massimi ta' residwi għal ħafna sustanzi inkluż il-klotijanidin

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-livelli massimi tar-residwi tal-klotijanidin, taċ-ċiklossidim, tal-epossikonażol, tal-flonikamid, tal-alossifop, tal-mandestrobin, tal-mepikwat, tar-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola u tal-proeżadjon f'ċerti prodotti jew fuqhom (D059754/02 – 2019/2520(RPS))

(2021/C 23/05)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (1),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni li jemenda l-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-livelli massimi tar-residwi tal-klotijanidin, taċ-ċiklossidim, tal-epossikonażol, tal-flonikamid, tal-alossifop, tal-mandestrobin, tal-mepikwat, tar-razza NRRL Y-27328 tal-Metschnikowia fructicola u tal-proeżadjon f'ċerti prodotti jew fuqhom (D059754/02,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) u l-Artikolu 14(1)(a) tiegħu (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata tal-25 ta' Novembru 2014 tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar ir-reviżjoni tal-livelli massimi ta' residwu eżistenti (MRLs) għall-klotijanidin u għat-tijametoksam skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, ippubblikata fl-4 ta' Diċembru 2014 (3),

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata tal-EFSA tat-30 ta' Awwissu 2018 dwar il-modifika tal-livell massimu ta' residwu eżistenti għall-klotijanidin fil-patata, ippubblikata fl-20 ta' Settembru 2018 (4),

wara li kkunsidra l-opinjoni mogħtija fis-27 ta' Novembru 2018 mill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

wara li kkunsidra l-Artikolu 5a(3)(b) u l-Artikolu 5a(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE tat-28 ta' Ġunju 1999 li tistabbilixxi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (5),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3), u (4)(c) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-klotijanidin huwa insettiċida neonikotinojd u metabolit ewlieni ta' neonikotinojd ieħor, it-tijametoksam, li jolqot firxa ta' insetti, fosthom pollinaturi;

B.

billi, fil-21 ta' Settembru 2017, l-EFSA adottat opinjoni dwar it-tossiċità tan-neonikotinojdi;

C.

billi, fit-28 ta' Frar 2018, l-EFSA ppubblikat valutazzjonijiet tar-riskju aġġornati għal tliet neonikotinojdi – il-klotijanidin, l-imidakloprid u t-tijametoksam – u b'hekk ikkonfermat li l-biċċa l-kbira tal-użi tal-pestiċidi neonikotinojdi jirrappreżentaw riskju għan-naħal selvaġġi u għan-naħal tal-għasel (6);

D.

billi l-klotijanidin huwa wieħed mit-tliet neonikotinojdi li huma pprojbiti fl-Unjoni;

E.

billi diversi studji jissuġġerixxu li l-klotijanidin għandu impatt fuq il-metaboliżmu epatiku u renali, u għandu effetti immunotossiċi fuq il-mammiferi (7);

F.

billi l-Artikolu 191(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxi l-prinċipju ta' prekawzjoni bħala wieħed mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni;

G.

billi l-Artikolu 168(1) tat-TFUE jiddisponi li “livell għoli ta' ħarsien tas-saħħa fiżika u mentali għandu jkun assigurat fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni”;

H.

billi d-Direttiva 2009/128/KE għandha l-għan li jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi fl-Unjoni billi jitnaqqsu r-riskji u l-impatti tal-użu tal-pestiċidi fuq is-saħħa tal-bniedem u l-ambjent u billi jiġi promoss l-użu ta' ġestjoni integrata tal-organiżmi ta' ħsara (IPM) u ta' approċċi jew tekniki alternattivi, bħall-alternattivi mhux kimiċi għall-pestiċidi;

I.

billi l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet għal tolleranzi ta' importazzjoni ppreżentati dwar il-klotijanidin użat fuq il-patata fl-Istati Uniti, iqis li livell ogħla ta' MRLs huwa neċessarju sabiex jiġu evitati ostakoli għall-kummmerċ ta' tali għelejjel;

J.

billi l-proposta tal-Kummissjoni li żżid l-MRLs għall-klotijanidin qajmet dubji, fuq il-bażi tal-prinċipju ta' prekawzjoni, fid-dawl tal-lakuni fid-data u inċertezza persistenti dwar l-effetti tal-klotijanidin fuq is-saħħa pubblika, il-mammiferi żgħar u l-ambjent;

K.

billi l-EFSA tiddikjara, fir-rigward tat-talba sabiex jiżdied il-livell ta' MRLs, li l-Istati Membri għandhom jemendaw jew jirtiraw l-awtorizzazzjonijiet eżistenti għall-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li fihom il-klotijanidin bħala sustanza attiva skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/784 (8) sa mhux aktar tard mid-19 ta' Settembru 2018; billi tali restrizzjonijiet tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tal-klotijanidin mhumiex relevanti peress li l-applikazzjoni għal MRL tikkonċerna prodott importat;

L.

billi fl-opinjoni tagħha tat-30 ta' Awwissu 2018, l-EFSA innotat li: “Skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, Bayer CropScience AG ippreżentat applikazzjoni lill-awtorità kompetenti fil-Ġermanja (l-Istat Membru li jevalwa (EMS)) sabiex tiġi stabbilita tolleranza għall-importazzjoni għas-sustanza attiva tal-klotijanidin fil-patata importata mill-Kanada. L-EMS abbozza rapport ta' evalwazzjoni skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 396/2005, li ġie ppreżentat lil-Kummissjoni Ewropea u mgħoddi lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fis-26 ta' April 2018. L-EMS ippropona li tiġi stabbilita tolleranza fuq il-patata importata mill-Kanada fil-livell ta' 0.3 mg/kg”;

M.

billi l-konklużjonijiet li waslet għalihom l-EFSA fl-opinjoni tagħha tat-30 ta' Awwissu 2018 jiġġustifikaw iż-żieda tal-MRL tal-klotijanidin biss fuq il-bażi tal-bżonn ta' konformità mal-valuri normattivi Kanadiżi, u jibqgħu għalkollox lura milli janalizzaw l-impatt kumulattiv ambjentali tan-neonikotinojdi u tal-użu tagħhom;

N.

billi l-konklużjonijiet tal-EFSA kienu fformulati fuq il-bażi ta' konsiderazzjonijiet teoretiċi, b'mod partikolari fir-rigward tal-istima tal-konsum massimu ta' kuljum f'relazzjoni mar-riskju fi żmien qasir; billi n-natura teoretika ta' xi aspetti tal-analiżi tal-EFSA tqajjem dubji dwar il-kapaċità tagħha li sserraħ fuq fatti empiriċi u, b'konsegwenza, li tirrappreżenta r-realtà fir-riżultati tagħha;

O.

billi l-EFSA kkonkludiet li żieda fl-MRLs tal-klotijanidin “aktarx li ma kenitx” toħloq riskju għas-saħħa tal-konsumatur; billi, madankollu, dan il-verdett jinvolvi grad ta' probabbiltà, u għalhekk iħalli xi dubji rigward is-sikurezza effettiva tal-valuri l-ġodda tal-MRLs;

1.

Jopponi l-adozzjoni tal-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni;

2.

Iqis li l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 396/2005;

3.

Iqis li l-abbozz ta' regolament tal-Kummissjoni mhuwiex kompatibbli mal-għan u mal-kontenut tar-Regolament (KE) Nru 396/2005;

4.

Jinnota li, skont l-abbozz ta' regolament, l-MRL eżistenti tal-klotijanidin jiżdied minn 0,03 għal 0,3 mg/kg;

5.

Jissuġġerixxi li l-MRL tal-klotijanidin għandu jibqa' 0,03 mg/kg;

6.

Iqis li d-deċiżjoni li l-klotijanidin jiġi rreġistrat ma tistax tiġi ġġustifikata, peress li m'hemmx biżżejjed evidenza li turi li se jiġu evitati riskji inaċċettabbli għall-annimali, għas-sikurezza tal-ikel u għall-pollinaturi;

7.

Jinnota li, anke li kieku l-proċedura kienet issegwi d-Direttiva 2009/128/KE eżistenti dwar il-pestiċidi, il-fatt li l-kumpanija rikorrenti Ġermaniża għażlet bħala Stat Membru evalwattiv lill-awtorità nazzjonali kompetenti Ġermaniża jirrifletti t-tħassib dwar il-proċess ta' evalwazzjonji dwar il-pestiċidi li tqajjem minn diversi partijiet interessati, kif imsemmi fil-premessi AJ u AK tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-16 ta' Jannar 2019 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-pestiċidi (9);

8.

Ifakkar li l-użu tal-klotijanidin bħala pestiċida jaffettwa lill-pollinaturi fuq skala globali (10);

9.

Iqis li l-opinjoni tal-EFSA ma kkunsidratx ir-riskju kumulattiv għas-saħħa tal-bniedem u għan-naħal; jemmen li l-effetti fuq il-pollinaturi u l-ambjent għandhom jitqiesu meta ssir evalwazzjoni tal-MRLs; jitlob li l-Istati Membri u l-EFSA jeżerċitaw viġilanza akbar fir-rigward tas-saħħa tan-nies u tal-pollinaturi meta jevalwaw l-applikazzjonijiet għall-MRLs;

10.

Jitlob li l-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' regolament tagħha;

11.

Jitlob li l-Kummissjoni tippreżenta att ġdid, abbażi tat-TFUE, li jirrispetta l-prinċipju ta' prekawzjoni;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.

(2)  ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1.

(3)  DOI: 10.2903/j.efsa.2014.3918, EFSA Journal 2014; 12(12):3918.

(4)  DOI: 10.2903/j.efsa.2018.5413, EFSA Journal 2018; 16(9):5413.

(5)  ĠU L 184, 17.7.1999, p. 23.

(6)  DOI: 10.2903/sp.efsa.2018.EN-1378.

(7)  Bal R. Et al., “Effects of clothianidin exposure on sperm quality, testicular apoptosis and fatty acid composition in developing male rats” (L-effetti tal-esponiment għall-klotijanidin fuq il-kwalità tal-isperma, l-apoptożi testikolari u l-kompożizzjoni tal-aċidu xaħmi fuq il-firien maskili li jkunu qed jiżviluppaw), Cell Biol Toxicol, Vol. 28, Nru 3, 2012, pp. 187-200; Tokumoto J. et al., “Effects of exposure to clothianidin on the reproductive system of male quails” (L-effetti tal-esponiment tal-klotijanidin fuq is-sistema riproduttiva tas-summien maskili), J. Vet. Med. Sci., Vol. 75, Nru 6, 2013, pp. 755–760; Wang Y. et al., “Metabolism distribution and effect of thiamethoxam after oral exposure in Mongolian racerunner (Eremias argus)” (Id-distribuzzjoni tal-metaboliżmu u l-effett tat-tijametoksam wara esponiment orali fir-racerunner Mongoljan (Eremias argus)), J. Agric. Food Chem., Vol. 66, Nru 28, 2018, pp. 7376-7383; Wang X. et al., “Mechanism of neonicotinoid toxicity: Impact on oxidative stress and metabolism” (Il-mekkaniżmu tat-tossiċità tan-neonikotinojd: L-impatt fuq l-istress ossidattiv u l-metaboliżmu), Annu. Rev. Pharmacol. Toxicol., Vol. 58, Nru 1, 2018, pp. 471-507.

(8)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/784 tad-29 ta' Mejju 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni tas-sustanza attiva klotijanidin (ĠU L 132, 30.5.2018, p. 35).

(9)  Testi adottati, P8_TA(2019)0023

(10)  El Hassani, A. K., Dacher, M., Gary, V., Lambin, M., Gauthier, M. u Armengaud, C., “Effets sublétaux de l'Acétamipride et du Thiamethoxam sur le comportement de l'abeille (Apis mellifera)” (Effetti subletali tal-Aċetamiprid u tat-Tiajametoksam fuq l-imġiba tan-naħal tal-għasel", 23 ta' Mejju 2014, https://www.researchgate.net/publication/255636607_Effets_subletaux_de_l%27Acetamipride_et_du_Thiamethoxam_sur_le_comportement_de_l%27abeille_Apis_mellifera


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/36


P8_TA(2019)0196

Qamħirrum ġenetikament modifikat 4114 (DP-ØØ4114-3)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 4114 (DP-ØØ4114-3), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060242/03 – 2019/2551(RSP))

(2021/C 23/06)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat 4114 (DP-ØØ4114-3), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060242/03,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tal-14 ta' Jannar 2019, li matulha ma ngħatat l-ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fid-19 ta' April 2018, li ġiet ippubblikata fl-24 ta' Mejju 2018 u emendata fil-5 ta' Lulju 2018 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw l-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (4),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, fis-27 ta' Novembru 2014, il-Pioneer Overseas Corporation, f'isem il-Pioneer Hi-Bred International Inc., stabbilita fl-Istati Uniti tal-Amerka, issottomettiet applikazzjoni lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands, skont l-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (“l-applikazzjoni”), għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, li jikkonsistu minn jew huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (ĠM) 4114, u l-applikazzjoni kopriet ukoll it-tqegħid fis-suq fis-suq ta' prodotti li fihom jew li jikkonsistu minn qamħirrum ĠM 4114 għal użu ieħor għajr l-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.

billi, fid-19 ta' April 2018, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli b'rabta ma' din l-applikazzjoni;

C.

billi l-qamħirrum ĠM 4114 ġie żviluppat biex jesprimi tliet proteini tal-insettiċidi (Cry1F, Cry34Ab1 u Cry35Ab1) għall-protezzjoni kontra pesti lepidopteri u koleopterani speċifiċi, u l-proteina PAT li tikkonferixxi tolleranza lill-ingredjent erbiċidali attiv glufosinat-ammonju;

Residwi u komponenti tal-erbiċidi komplementari

D.

billi l-applikazzjoni ta' erbiċidi komplementari, f'dan il-każ il-glifosat u l-glufosinat, hija parti minn prattika agrikola regolari fil-kultivazzjoni ta' pjanti reżistenti għall-erbiċidi, u għalhekk jista' jkun mistenni li dawn se jkunu esposti għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti, li mhux biss iwasslu għal ammont akbar ta' residwi fil-ħsad, u għaldaqstant fil-prodott importat, iżda jistgħu wkoll jinfluwenzaw il-kompożizzjoni tal-pjanta ġenetikament modifikata u l-karatteristiċi agronomiċi tagħha;

E.

billi l-użu tal-glufosinat m'għadux permess aktar fl-Unjoni mill-1 ta' Awwissu 2018 peress li ġie kklassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni u għalhekk jaqa' taħt il-kriterji ta' limitu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5);

F.

billi informazzjoni dwar il-livelli ta' residwi ta' erbiċidi u l-metaboliti tagħhom hija essenzjali għal valutazzjoni tar-riskju bir-reqqa ta' pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi; billi r-residwi mill-bexx bl-erbiċidi huma kkunsidrati barra mill-mandat tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati (Il-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM); billi l-impatt mill-bexx tal-qamħirrum ĠM bl-erbiċidi ma ġiex evalwat;

G.

billi, bħala parti mill-programm ta' kontroll pluriennali kkoordinat tal-Unjoni għall-2019, l-2020 u l-2021, l-Istati Membri mhumiex obbligati jkejlu r-residwi tal-glufosinat fuq kwalunkwe importazzjoni tal-qamħirrum sabiex jiżguraw il-konformità mal-livelli massimi ta' residwi (MRLs) (6); billi ma jistax jiġi garantit li r-residwi tal-glufosinat fuq il-qamħirrum ĠM 4114 se jkunu konformi mal-MRLs tal-Unjoni;

Tossini Bt

H.

billi l-qamħirrum ĠM 4114 jesprimi tliet tossini Bt (il-proteini Cry1F, Cry34Ab1 u Cry35Ab1) li jagħtu protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri u pesti koleopterani;

I.

billi, minkejja l-fatt li l-proteini Cry1 ġew rikonoxxuti bħala proteini li għandhom proprjetajiet aġġuvanti, li jfisser li jistgħu jsaħħu l-proprjetajiet allerġeniċi ta' oġġetti oħra tal-ikel, dan ma ġiex analizzat min-naħa tal-EFSA; billi dan huwa problematiku peress li t-tossini Bt jistgħu jitħalltu ma' allerġeni fl-ikel u fl-għalf bħall-fażola tas-sojja;

J.

billi studju xjentifiku fl-2017 dwar l-impatti possibbli fuq is-saħħa tat-tossini Bt u r-residwi minn bexx b'erbiċidi komplementari jikkonkludi li għandha tingħata attenzjoni speċifika lir-residwi tal-erbiċidi u l-interazzjoni tagħhom mat-tossini Bt (7); billi l-EFSA ma eżaminatx tali kwistjonijiet;

Nuqqas ta' leġittimità demokratika

K.

billi l-votazzjoni fl-14 ta' Jannar 2019 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

L.

billi, kemm fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha għall-proposta leġiżlattiva ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf modifikat ġenetikament fit-territorju tagħhom kif ukoll fil-memorandum ta' spjegazzjoni dwar il-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjoni tal-Kumitat tal-Istati Membri u li l-prattika tar-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali, li hi verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha, saret in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat; billi l-President Juncker diversi drabi ddeplora din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika (8);

M.

billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari (9) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

1.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni, għal użu ta' ikel jew għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li saret tolleranti għal erbiċida mhux awtorizzata għall-użu fl-Unjoni, f'dan il-każ il-glufosinat;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza l-ebda pjanta ĠM tolleranti għall-erbiċida mingħajr valutazzjoni sħiħa tar-residwi minn bexx b'erbiċidi, metaboliti komplementari u formulazzjonijiet kummerċjali kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ġenetikament modifikata tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni fl-Unjoni għal użu ta' ikel u għalf;

7.

Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) sakemm il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li jirriżulta li mhijiex adegwata;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għal użu ta' ikel u għalf;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  Opinjoni Xjentifika dwar l-evalwazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat 4114 għal użu ta' ikel u għalf, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-NL-2014-123), EFSA Journal 2018; 16(5):5280, p. 25 https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5280

(4)  

Ir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).

Ir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).

Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).

Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).

Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).

Ir-Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta minn dawk l-events (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).

Ir-Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).

Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).

Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80).

Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).

Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73).

Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83).

Ir-Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).

Ir-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).

Ir-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).

Ir-Riżoluzzjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).

Ir-Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).

Ir-Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).

Ir-Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 122).

Ir-Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).

Ir-Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 × Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 × Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).

Ir-Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).

Ir-Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).

Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' ikel u għalf li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).

Ir-Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat, (Testi adottati, P8_TA(2018)0221).

Ir-Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 9122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).

Ir-Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2018)0416).

Ir-Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u tħassir tad-Deċiżjoni 2011/366/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0417).

Ir-Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/327/UE fir-rigward tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0057).

Ir-Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2019)0058).

Ir-Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87403 (MON-874Ø3-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0059).

Ir-Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0060).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/555 tad-9 ta' April 2018 (ĠU L 92, 10.4.2018, p. 6).

(7)  https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC5236067/

(8)  Ara, pereżempju, id-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).

(9)  ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.

(10)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/42


P8_TA(2019)0197

Qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87411 (MON-87411-9)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87411 (MON-87411-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060243/03 – 2019/2552(RSP))

(2021/C 23/07)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87411 (MON-87411-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060243/03,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tal-14 ta' Jannar 2019, li matulha ma ngħatat ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-31 ta' Mejju 2018, u ppubblikata fit-28 ta' Ġunju 2018 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw għall-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (4),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, fil-5 ta' Frar 2015, il-Monsanto Europe N.V. ippreżentat applikazzjoni, f'isem il-Kumpanija Monsanto, l-Istati Uniti, bi qbil mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87411 (“l-applikazzjoni”) lill-awtorità nazzjonali kompetenti tan-Netherlands, u billi l-applikazzjoni kienet tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jikkonsistu minn qamħirrum ġenetikament modifikat (ĠM) MON 87411 għal użi oħra għajr għall-ikel u l-għalf, bħal kull qamħirrum ieħor, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.

billi, fil-31 ta' Mejju 2018, l-EFSA adottat opinjoni favorevoli b'rabta ma' din l-applikazzjoni;

C.

billi l-qamħirrum ĠM MON 87411 ġie żviluppat biex joffri reżistenza għad-dudu tal-għeruq tal-qamħirrum permezz ta' verżjoni modifikata tal-ġene Bt Cry3Bb1 u “expression cassette” ta' DvSnf7 dsRNA, u tolleranza għal erbiċidi li fihom il-glifosat;

D.

billi, minħabba r-reżistenza tad-dudu tal-għeruq tal-qamħirrum għall-proteini Bt inkluża Cry3Bb1 f'xi reġjuni fejn jitkabbar fl-Istati Uniti, il-qamħirrum ĠM MON 87411 ġie ddisinjat biex jipproduċi wkoll RNA b'katina doppja ta' insettiċidi, dsRNA;

E.

billi l-effett intenzjonat tad-dsRNA huwa li jiġi assorbit fl-imsaren tal-organiżmu fil-mira, f'dan il-każ il-larva tad-dudu tal-għeruq tal-qamħirrum, billi jinterferixxi mar-regolazzjoni tal-ġeni ta' proċessi bijoloġiċi essenzjali, u b'hekk joqtol id-dudu tal-għeruq;

F.

billi r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 (5) jistipula li meta jintużaw approċċi ta' silenzjar b'RNAi fi pjanti li huma ġenetikament disinjati, hija meħtieġa analiżi bijoinformatika sabiex jiġu identifikati l-ġeni li potenzjalment mhumiex fil-mira; billi, f'dan il-kuntest, analiżi bir-reqqa tirrikjedi li l-istruttura tad-dsRNA tiġi mqabbla ma' reġjuni ġenomiċi f'organiżmi li jistgħu jiġu f'kuntatt mal-molekuli, inklużi organiżmi mhux fil-mira;

G.

billi, madankollu, l-EFSA llimitat il-kunsiderazzjonijiet u l-valutazzjoni tar-riskju tagħha għal effetti mhux fil-mira potenzjali fil-pjanti, mingħajr ma analizzat l-effetti fuq il-bnedmin u l-bhejjem u l-mikrobijomi tal-imsaren tagħhom li huma esposti għall-qamħirrum permezz tal-katina alimentari u tal-għalf; billi valutazzjoni tal-opinjoni tal-EFSA minn istitut indipendenti tiddeskrivi dan bħala eżempju perfett ta' strateġija “tħarisx u ma ssibx”, inkompatibbli mar-regolament eżistenti (6);

H.

billi l-valutazzjoni tikkonkludi li għar-raġuni msemmija hawn fuq, fost raġunijiet oħra, il-valutazzjoni tar-riskju tal-EFSA dwar il-karatteristiċi molekulari mhijiex konklużiva u mhijiex biżżejjed biex turi s-sikurezza tal-ikel u tal-għalf;

I.

billi l-istudju ta' tossiċità ta' 90 jum sottomess mill-applikant wera tnaqqis fil-piż li huwa statistikament sinifikanti fl-għalf tal-firien li ngħataw il-qamħirrum ĠM MON 87411; billi, filwaqt li din is-sejba ġiet miċħuda mill-EFSA minħabba li ma kinitx akkumpanjata minn sinjali kliniċi ta' testijiet relatati mad-dieta u bidliet istopatoloġiċi fil-passaġġ diġestiv, huwa plawsibbli li d-dsRNA prodott fil-qamħirrum ĠM MON 87411 jista' jinteraġixxi mal-mikrobijoma tal-imsaren direttament mingħajr assorbiment dirett mill-imsaren, u li dan jista' jispjega s-sejbiet minn studji dwar l-għalf tal-annimali li juru differenzi fil-piż mingħajr effetti patoloġiċi; billi dan missu ġie investigat aktar mill-EFSA;

Nuqqas ta' valutazzjoni u kontrolli ta' erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom

J.

billi l-applikazzjoni ta' erbiċidi komplementari, f'dan il-każ il-glifosat, hija parti minn prattika agrikola regolari fil-kultivazzjoni ta' pjanti reżistenti għall-erbiċidi u għalhekk jista' jkun mistenni li dawn se jkunu esposti għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti, li mhux biss iwasslu għal ammont akbar ta' residwi fil-ħsad, u għaldaqstant fil-prodott importat, iżda jistgħu wkoll jinfluwenzaw il-kompożizzjoni tal-pjanta ġenetikament modifikata u l-karatteristiċi agronomiċi tagħha;

K.

billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi, f'Novembru 2015, l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġeniku, filwaqt li, f'Marzu 2017, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ikkonkludiet li ebda klassifikazzjoni ma kienet ġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015 l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa kklassifikat il-glifosat bħala probabbilment karċinoġeniku għall-bnedmin;

L.

billi, b'mod ġenerali, skont il-Bord tal-EFSA dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti u r-Residwi tagħhom, ma jistgħux jinġibdu konklużjonijiet dwar is-sikurezza ta' residwi mill-bexx ta' għelejjel ġenetikament modifikati b'formazzjonijiet ta' glifosat (7); billi l-addittivi u t-taħlitiet tagħhom użati f'formulazzjonijiet kummerċjali tal-glifosat għall-bexx jistgħu juru tossiċità ogħla minn ingredjenti attivi waħedhom (8);

M.

billi l-Unjoni diġà neħħiet mis-suq addittiv tal-glifosat magħruf bħala “POE-tallowamine” minħabba tħassib dwar it-tossiċità tiegħu; billi addittivi u taħlitiet problematiċi jistgħu, madankollu, xorta jkunu permessi fil-pajjiżi fejn dan il-qamħirrum ĠM huwa kkultivat (bħalissa fl-Arġentina, fil-Brażil, fil-Kanada u fl-Istati Uniti);

N.

billi informazzjoni dwar il-livelli ta' residwi ta' erbiċidi u l-metaboliti tagħhom hija essenzjali għal valutazzjoni tar-riskju bir-reqqa ta' pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi; billi r-residwi mill-bexx bl-erbiċidi huma kkunsidrati barra mill-mandat tal-Bord tal-EFSA dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati; billi l-impatt tal-bexx tal-qamħirrum ĠM MON 87411 bl-erbiċidi ma ġiex ivvalutat;

O.

billi, bħala parti mill-programm ta' kontroll pluriennali kkoordinat tal-Unjoni għall-2019, l-2020 u l-2021, l-Istati Membri mhumiex obbligati jkejlu r-residwi tal-glifosat fuq kwalunkwe importazzjoni ta' qamħirrum sabiex jiċċekkjaw il-konformità mal-livelli massimi ta' residwi (MRLs) (9); billi ma jistax jiġi ggarantit li r-residwi tal-glifosat fuq il-qamħirrum ĠM MON 87411 se jikkonformaw mal-MRLs tal-Unjoni;

Nuqqas ta' leġittimità demokratika

P.

billi l-votazzjoni fl-14 ta' Jannar 2019 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, u dan ifisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

Q.

billi, kemm fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha għall-proposta leġiżlattiva ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf modifikat ġenetikament fit-territorju tagħhom kif ukoll fil-memorandum ta' spjegazzjoni dwar il-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjoni tal-kumitat tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali, li suppost jikkostitwixxi l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha, sar in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat; billi l-President Juncker ddeplora diversi drabi din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika (10);

R.

billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari (11) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

1.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhuwiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza ebda pjanta ĠM tolleranti għall-erbiċidi mingħajr valutazzjoni sħiħa tar-residwi minn bexx b'erbiċidi, metaboliti komplementari u formulazzjonijiet kummerċjali kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ġenetikament modifikata tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni fl-Unjoni għall-użu fl-ikel u l-għalf;

6.

Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

7.

Jitlob lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) sakemm il-proċedura ta' awtorizzazzjoni tkun ġiet riveduta b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li jirriżulta li mhijiex adegwata;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għall-użu fl-ikel u l-għalf;

9.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  Opinjoni xjentifika dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87411 għall-użu fl-ikel u l-għalf, l-importazzjoni u l-ipproċessar, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (applikazzjoni EFSA-GMO-NL-2015-124), Ġurnal tal-EFSA 2018; 16(6):5310, p. 29, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5310

(4)  

Riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).

Riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).

Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).

Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80)

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73)

Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83).

Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).

Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).

Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).

Riżoluzzjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).

Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).

Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 122).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 x Ms8 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 x Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 x Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).

Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).

Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).

Riżoluzzjoni tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' ikel u għalf li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).

Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat, (Testi adottati, P8_TA(2018)0221).

Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2018)0416).

Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u tħassir tad-Deċiżjoni 2011/366/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0417).

Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/327/UE fir-rigward tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0057).

Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati P8_TA(2019)0058).

Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikata MON 87403 (MON-874Ø3-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati P8_TA(2019)0059).

Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × MON 15985 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati P8_TA(2019)0060).

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta' April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1).

(6)  https://www.testbiotech.org/sites/default/files/Testbiotech_Comment_Maize%20Mon87411.pdf

(7)  EFSA conclusion on the peer review of the pesticide risk assessment of the active substance glyphosate (Konklużjoni tal-EFSA dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva glifosat), Ġurnal tal-EFSA 2015; 13 (11):4302, http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2015.4302/epdf

(8)  https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC3955666

(9)  ĠU L 92, 10.4.2018, p. 6.

(10)  Ara, pereżempju, id-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni 2016 (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).

(11)  ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.

(12)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/48


P8_TA(2019)0198

Qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × 1507 × GA21 u s-sottokombinazzjonijiet Bt11 × MIR162 × 1507, MIR162 × 1507 × GA21 u MIR162 × 1507

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × 1507 × GA21 u s-sottokombinazzjonijiet Bt11 × MIR162 × 1507, MIR162 × 1507 × GA21 u MIR162 × 1507 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060244/03 – 2019/2553(RSP))

(2021/C 23/08)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × 1507 × GA21 u s-sottokombinazzjonijiet Bt11 × MIR162 × 1507, MIR162 × 1507 × GA21 u MIR162 × 1507 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (D060244/03,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 7(3) u 19(3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-votazzjoni fil-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, tal-14 ta' Jannar 2019, li matulha ma ngħatat l-ebda opinjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni adottata mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) fil-31 ta' Mejju 2018, u li ġiet ippubblikata fil-11 ta' Lulju 2018 (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li joġġezzjonaw l-awtorizzazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (4),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, fl-10 ta' Awwissu 2010, Syngenta Crop Protection AG ippreżentat, permezz tal-kumpanija affiljata tagħha Syngenta Crop Protection NV/SA, applikazzjoni, bi qbil mal-Artikoli 5 u 17 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, għat-tqegħid fis-suq ta' ikel, ingredjenti tal-ikel u għalf li fihom, jikkonsistu minn jew li huma prodotti minn qamħirrum ġenetikament modifikat (ĠM) Bt11× MIR162 × 1507 × GA21 (“l-applikazzjoni”) lill-awtorità nazzjonali kompetenti tal-Ġermanja, u l-applikazzjoni kienet tkopri wkoll it-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jinkludu jew li jikkonsistu minn qamħirrum ĠM Bt11× MIR162 × 1507 × GA21 għal użi oħra għajr għall-ikel u l-għalf, bl-eċċezzjoni tal-kultivazzjoni;

B.

billi l-kamp ta' applikazzjoni, li inkluda s-sottokombinazzjonijiet kollha tal-qamħirrum ĠM Bt11 × MIR162 × 1507 × GA21 fil-mument tal-preżentazzjoni, sussegwentement ġie limitat biex jinkludi t-tliet sottokombinazzjonijiet Bt11 x MIR162 x 1507, MIR162 x 1507 x GA21 u MIR162 x 1507, indipendentement mill-oriġini tagħhom, għall-użi ta' ikel u għalf, importazzjoni u pproċessar;

C.

billi l-qamħirrum b'erba' eventi kombinati Bt11 x MIR162 x 1507 x GA21 ġie prodott minn inkroċjar konvenzjonali biex jiġu modifikati erba' avvenimenti uniċi tal-qamħirrum li jwassal għall-espressjoni ta', fost oħrajn, żewġ proteini differenti Cry (magħrufa wkoll bħala proteini Bt) għall-protezzjoni kontra ċerti pesti lepidopteri, u l-espressjoni ta' proteini għat-tolleranza kontra l-glifosat u l-glufosinat;

D.

billi l-EFSA adottat opinjoni favorevoli b'rabta ma' din l-applikazzjoni; billi, madankollu, ġiet espressa opinjoni tal-minoranza minn membru tal-Bord dwar Organiżmi Ġenetikament Modifikati tal-EFSA (Bord tal-EFSA dwar l-OĠM)

Nuqqas ta' data dwar it-tliet sottokombinazzjonijiet

E.

billi l-applikant ma pprovdiex data għal kwalunkwe waħda mit-tliet sottokombinazzjonijiet, u lanqas ma ġġustifika għaliex ma jqisx li din hija meħtieġa għall-valutazzjoni tar-riskju; billi l-EFSA ma talbitx data dwar it-tliet sottokombinazzjonijiet; billi mhuwiex magħruf jekk dawk is-sottokombinazzjonijiet ġewx prodotti s'issa;

Opinjoni tal-minoranza EFSA

F.

billi l-opinjoni tal-minoranza li ġiet adottata mill-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM tiddikjara li mhuwiex aċċettabbli li “valutazzjonijiet” ta' għelejjel ĠM (jiġifieri t-tliet sottokombinazzjonijiet) li għalihom ma tkun ġiet ipprovduta l-ebda data jingħataw l-istess piż u affidabbiltà bħal valutazzjonijiet ta' għelejjel ĠM li għalihom tkun ġiet ipprovduta u vvalutata d-data;

G.

billi, kif ġie ddikjarat fl-opinjoni tal-minoranza, l-istudji juru li ġew osservati effetti sekondarji li jistgħu jaffettwaw is-sistema immunitarja wara ċerti kundizzjonijiet ta' esponiment għal proteini Bt u li xi proteini Bt jista' jkollhom karatteristiċi aġġuvanti, li jfisser li dawn jistgħu jżidu l-allerġeniċità ta' proteini oħra li dawn jidħlu f'kuntatt magħhom;

H.

billi l-opinjoni tal-minoranza tosserva li filwaqt li qatt ma ġew identifikati effetti mhux maħsuba fi kwalunkwe applikazzjoni li fiha jiġu espressi proteini Bt, dawn “ma setgħux jiġu osservati mill-istudji tossikoloġiċi […] li bħalissa jiġu rakkomandati u mwettqa għall-valutazzjoni tas-sigurtà tal-pjanti ĠM fl-EFSA għaliex ma jinkludux it-testijiet xierqa għal dan il-għan” (5);

I.

billi l-opinjoni tal-minoranza tiddikjara wkoll li, minħabba nuqqas ta' data dwar it-tliet sottokombinazzjonijiet, “ir-riskju ta' espressjoni miżjuda tal-proteini Bt li ġew espressi reċentement u tal-possibbiltà ta' effett kumulattiv tal-kombinazzjoni tagħhom fuq is-sistema immunitarja (eż. li jirriżulta f'attività aġġuvanti) ma jistgħux jiġu esklużi”, u li mhuwiex possibbli li jiġi ċċarat ir-rwol tal-organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fiż-żieda tar-riskju allerġeniku, u għalhekk lanqas li jiġu protetti b'mod sħiħ il-konsumaturi li jistgħu jkunu f'riskju;

Nuqqas ta' valutazzjoni u kontrolli ta' erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom

J.

billi l-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari, f'dan il-każ il-glufosinat u l-glifosat, hija parti minn prattika agrikola regolari fil-kultivazzjoni ta' pjanti reżistenti għall-erbiċidi, u għalhekk jista' jkun mistenni li dawn se jkunu esposti għal dożi kemm ogħla kif ukoll ripetuti, li mhux biss iwasslu għal ammont akbar ta' residwi fil-ħsad, u għaldaqstant fil-prodott importat, iżda jistgħu wkoll jinfluwenzaw il-kompożizzjoni tal-pjanta ġenetikament modifikata u l-karatteristiċi agronomiċi tagħha;

K.

billi l-użu tal-glufosinat mhuwiex permess fl-Unjoni, peress li ġie kklassifikat bħala tossiku għar-riproduzzjoni u għalhekk jaqa' taħt il-kriterji ta' limitu stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

L.

billi għad hemm dubji dwar il-karċinoġeniċità tal-glifosat; billi, f'Novembru 2015, l-EFSA kkonkludiet li l-glifosat x'aktarx mhuwiex karċinoġeniku, filwaqt li, f'Marzu 2017, l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) ikkonkludiet li l-ebda klassifikazzjoni ma kienet iġġustifikata; billi, għall-kuntrarju, fl-2015 l-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwar il-Kanċer tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa kklassifikat il-glifosat bħala probabbilment karċinoġeniku għall-bnedmin;

M.

billi, b'mod ġenerali, skont il-Bord tal-EFSA dwar il-Prodotti għall-Protezzjoni tal-Pjanti u r-Residwi tagħhom, ma jistgħux isiru konklużjonijiet dwar is-sikurezza ta' residwi mill-bexx ta' għelejjel ġenetikament modifikati b'formazzjonijiet ta' glifosat (7); billi l-addittivi u t-taħlitiet tagħhom użati f'formulazzjonijiet kummerċjali tal-glifosat għall-bexx jistgħu juru tossiċità ogħla minn ingredjenti attivi waħedhom (8);

N.

billi l-Unjoni diġà neħħiet mis-suq addittiv tal-glifosat magħruf bħala “POE tallowamine” minħabba tħassib dwar it-tossiċità tiegħu; billi addittivi u taħlitiet problematiċi, madankollu, xorta waħda jistgħu jiġu permessi f'pajjiżi fejn jiġi kkultivat il-qamħirrum ĠM (bħalissa l-Arġentina, il-Kanada u l-Ġappun);

O.

billi informazzjoni dwar il-livelli ta' residwi ta' erbiċidi u l-metaboliti tagħhom hija essenzjali għal valutazzjoni tar-riskju bir-reqqa ta' pjanti ĠM tolleranti għall-erbiċidi; billi r-residwi mill-bexx bl-erbiċidi huma meqjusa barra mill-mandat tal-Bord tal-EFSA dwar l-OĠM; billi r-residwi mill-bexx tal-qamħirrun ĠM Bt11 × MIR162 × 1507 × GA21 jew it-tliet sottokombinazzjonijiet bl-erbiċidi ma ġewx ivvalutati;

P.

billi, barra minn hekk, il-metaboliti tal-erbiċidi komplementari li jkun hemm fil-pjanti derivati minn trasformazzjoni multipla jistgħu jvarjaw minn dawk fuq il-pjanta ġenitur, li l-EFSA ma qisitx fil-valutazzjoni tagħha;

Q.

billi, skont studju indipendenti (9), l-EFSA kellha titlob lill-applikant jippreżenta data minn provi fuq il-post bl-ogħla dożaġġ ta' erbiċidi li jistgħu jiġu tollerati mill-pjanti; billi l-materjal minn dawk il-pjanti kellu jiġi vvalutat fir-rigward tat-tossiċità għall-organi, ir-reazzjonijiet fis-sistema immunitarja u t-tossiċità riproduttiva, filwaqt li jitqiesu wkoll effetti kombinati ma' komposti tal-pjanti u tossini Bt oħra;

R.

billi, bħala parti mill-programm pluriennali tal-Unjoni kkoordinat u ta' kontroll għall-2019, l-2020 u l-2021, l-Istati Membri mhumiex obbligati li jkejlu r-residwi tal-glufosinat u l-glifosat fuq kwalunkwe importazzjoni tal-qamħirrum sabiex jivverifikaw il-konformità mal-livelli massimi ta' residwi (MRLs) (10); billi ma jistax jiġi żgurat li r-residwi tal-glifosat u l-glufosinat fuq il-qamħirrum ĠM Bt11 × MIR162 × 1507 × GA21 jew it-tliet sottokombinazzjonijiet se jikkonformaw mal-MRLs tal-Unjoni;

Nuqqas ta' leġittimità demokratika

S.

billi l-votazzjoni fl-14 ta' Jannar 2019 tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali msemmi fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ma tat l-ebda opinjoni, li jfisser li l-awtorizzazzjoni ma kinitx appoġġjata minn maġġoranza kwalifikata tal-Istati Membri;

T.

billi, kemm fil-memorandum ta' spjegazzjoni tagħha għall-proposta leġiżlattiva ppreżentata fit-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-użu ta' ikel u għalf modifikat ġenetikament fit-territorju tagħhom kif ukoll fil-memorandum ta' spjegazzjoni dwar il-proposta leġiżlattiva ppreżentata fl-14 ta' Frar 2017 li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011, il-Kummissjoni ddeplorat il-fatt li, sa mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, id-deċiżjonijiet ta' awtorizzazzjoni ġew adottati mill-Kummissjoni mingħajr l-appoġġ tal-opinjoni tal-Kumitat tal-Istati Membri u li r-ritorn tad-dossier lill-Kummissjoni għad-deċiżjoni finali, li hi verament l-eċċezzjoni għall-proċedura kollha, saret in-norma għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-awtorizzazzjoni ta' ikel u għalf ġenetikament modifikat; billi l-President Juncker iddeplora diversi drabi din il-prattika bħala waħda li mhijiex demokratika (11);

U.

billi, fit-28 ta' Ottubru 2015, il-Parlament ċaħad fl-ewwel qari (12) l-proposta leġiżlattiva tat-22 ta' April 2015 li temenda r-Regolament (KE) Nru 1829/2003 u talab lill-Kummissjoni tirtiraha u tressaq proposta ġdida;

1.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jisboq is-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1829/2003;

2.

Iqis li l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhijiex konsistenti mad-dritt tal-Unjoni billi mhijiex kompatibbli mal-għan tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 li, skont il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), huwa li jipprovdi l-bażi biex, fir-rigward ta' ikel u għalf ġenetikament modifikati, jiżgura livell għoli ta' protezzjoni għall-ħajja u s-saħħa tal-bniedem, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali, u l-interessi tal-ambjent u tal-konsumaturi, filwaqt li jiżgura l-funzjonament effettiv tas-suq intern;

3.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tagħha;

4.

Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizzax l-importazzjoni, għall-użi ta' ikel jew għalf, ta' kwalunkwe pjanta ĠM li saret tolleranti għal erbiċida mhux awtorizzata għall-użu fl-Unjoni, f'dan il-każ il-glufosinat;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza l-ebda pjanta ĠM tolleranti għall-erbiċida mingħajr valutazzjoni sħiħa tar-residwi minn bexx b'erbiċidi, metaboliti komplementari u formulazzjonijiet kummerċjali kif applikati fil-pajjiżi ta' kultivazzjoni;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tintegra bis-sħiħ il-valutazzjoni tar-riskju tal-applikazzjoni tal-erbiċidi komplementari u r-residwi tagħhom fil-valutazzjoni tar-riskju tal-pjanti ġenetikament modifikati tolleranti għall-erbiċidi, irrispettivament minn jekk il-pjanta ġenetikament modifikata tkunx maħsuba għall-kultivazzjoni fl-Unjoni jew għall-importazzjoni fl-Unjoni għall-użi ta' ikel u għalf;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni ma tawtorizza l-ebda sottokombinazzjoni ta' avvenimenti kombinati sakemm dawn ma jkunux ġew evalwati bir-reqqa mill-EFSA abbażi tad-data sħiħa li tiġi ppreżentata mill-applikant;

8.

Jistieden lill-EFSA tkompli tiżviluppa u tuża b'mod sistematiku metodi li jippermettu l-identifikazzjoni tal-effetti mhux maħsuba tal-avveniment kombinati ĠM li huma magħrufa u mistennija, bħal fir-rigward tal-karatteristiċi aġġuvanti tat-tossini Bt;

9.

Itenni l-impenn tiegħu li javvanza l-ħidma fuq il-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (UE) Nru 182/2011; jistieden lill-Kunsill imexxi 'l quddiem il-ħidma tiegħu fir-rigward ta' dik il-proposta tal-Kummissjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

10.

Jistieden lill-Kummissjoni tissospendi kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni rigward l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta' OĠM sa ma tiġi riveduta l-proċedura ta' awtorizzazzjoni b'tali mod li tindirizza n-nuqqasijiet tal-proċedura attwali, li wriet li mhix adegwata;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira proposti għall-awtorizzazzjonijiet tal-OĠM jekk ma tingħata l-ebda opinjoni mill-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, kemm għall-kultivazzjoni kif ukoll għall-użi ta' ikel u għalf;

12.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1.

(2)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(3)  Opinjoni Xjentifika dwar il-valutazzjoni tal-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 x MIR162 x 1507 x GA21 u t-tliet sottokombinazzjonijiet indipendentement mill-oriġini tagħhom, għall-użi ta' ikel u għalf skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 (l-applikazzjoni EFSA-GMO-DE-2010-86), il-Ġurnal tal-EFSA 2018; 16(7):5309, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2018.5309

(4)  Ir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Jannar 2014 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq għall-kultivazzjoni, skont id-Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ta' prodott tal-qamħirrum (Zea mays L., il-linja 1507) ġenetikament modifikat għar-reżistenza għal ċerti organiżmi ta' ħsara lepidopterani (ĠU C 482, 23.12.2016, p. 110).

Ir-Riżoluzzjoni tas-16 ta' Diċembru 2015 dwar id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2279 tal-4 ta' Diċembru 2015 li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom il-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × T25 jew li jikkonsistu jew li jkunu prodotti minnu (ĠU C 399, 24.11.2017, p. 71).

Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja ġenetikament modifikata MON 87705 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 19).

Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti minn, fażola tas-sojja modifikata ġenetikament MON 87708 × MON 89788 (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 17).

Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Frar 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mis-sojja ġenetikament modifikata FG72 (MST-FGØ72-2) (ĠU C 35, 31.1.2018, p. 15).

Ir-Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti milll-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × MIR162 × MIR604 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn jew tlieta mill-events (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 108).

Ir-Riżoluzzjoni tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tqegħid fis-suq ta' qronfla mmodifikata ġenetikament (Dianthus caryophyllus L., linja SHD-27531-4) (ĠU C 86, 6.3.2018, p. 111).

Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 76).

Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti ta' qamħirrum ġenetikament modifikat MON 810 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 80).

Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 70).

Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-introduzzjoni fis-suq għall-kultivazzjoni ta' żerriegħa ta' qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 73).

Ir-Riżoluzzjoni tas-6 ta' Ottubru 2016 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza l-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat 281-24-236 × 3006-210-23 × MON 88913 (ĠU C 215, 19.6.2018, p. 83).

Ir-Riżoluzzjoni tal-5 ta' April 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat Bt11 × 59122 × MIR604 × 1507 × GA21, u qamħirrun ġenetikament modifikat li jgħaqqad tnejn, tlieta jew erbgħa mill-events Bt11, 59122, MIR604, 1507 u GA21, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 298, 23.8.2018, p. 34).

Ir-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat DAS-40278-9, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 71).

Ir-Riżoluzzjoni tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB119 (BCS-GHØØ5-8) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU C 307, 30.8.2018, p. 67).

Ir-Riżoluzzjoni tat-13 ta' Settembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-68416-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 337, 20.9.2018, p. 54).

Ir-Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata FG72 × A5547-127, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 55).

Ir-Riżoluzzjoni tal-4 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-fażola tas-sojja ġenetikament modifikata DAS-44406-6, skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 60).

Ir-Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 (DAS-Ø15Ø7-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 122).

Ir-Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 305423 × 40-3-2 (DP-3Ø5423-1 × MON-Ø4Ø32-6), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 127).

Ir-Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-kolza ġenetikament modifikata MON 88302 × Ms8 × Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8 × ACS-BNØØ3-6), MON 88302 × Ms8 (MON-883Ø2-9 × ACSBNØØ5-8) u MON 88302 × Rf3 (MON-883Ø2-9 × ACS-BNØØ3-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (ĠU C 346, 27.9.2018, p. 133).

Ir-Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 59122 (DAS-59122-7) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0051).

Ir-Riżoluzzjoni tal-1 ta' Marzu 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × NK603 (MON-87427-7 × MON-89Ø34-3 × MON-ØØ6Ø3-6) u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn mill-eventi MON 87427, MON 89034 u NK603 u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/420/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0052).

Ir-Riżoluzzjoni tat-3 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' ikel u għalf li huma prodotti mill-pitrava zokkrija ġenetikament modifikata H7-1 (KM-ØØØH71-4) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2018)0197).

Ir-Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat GA21 (MON-ØØØ21-9) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat, (Testi adottati, P8_TA(2018)0221).

Ir-Riżoluzzjoni tat-30 ta' Mejju 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew li jkunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 1507 × 59122 × MON 810 × NK603, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn jew tlieta mill-eventi uniċi 1507, 59122, MON 810 u NK603, u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2009/815/KE, 2010/428/UE u 2010/432/UE skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament u tal-Kunsill dwar ikel u għalf ġenetikament modifikat (Testi adottati, P8_TA(2018)0222).

Ir-Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat NK603 × MON 810 (MON-ØØ6Ø3-6 × MON-ØØ81Ø-6) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2018)0416).

Ir-Riżoluzzjoni tal-24 ta' Ottubru 2018 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87427 × MON 89034 × 1507 × MON 88017 × 59122, u qamħirrum ġenetikament modifikat li jikkombina tnejn, tlieta jew erbgħa mill-eventi uniċi MON 87427, MON 89034, 1507, MON 88017 u 59122, u tħassir tad-Deċiżjoni 2011/366/UE (Testi adottati, P8_TA(2018)0417).

Ir-Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/327/UE fir-rigward tat-tiġdid tal-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fis-suq tal-għalf li fih jew li jikkonsisti minn żrieragħ tal-lift modifikati ġenetikament Ms8, Rf3 u Ms8 × Rf3 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0057).

Ir-Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li fihom, jikkonsistu minn, jew li huma prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat 5307 (SYN-Ø53Ø7-1), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (Testi adottati, P8_TA(2019)0058).

Ir-Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti mill-qamħirrum ġenetikament modifikat MON 87403 (MON-874Ø3-1) skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0059).

Ir-Riżoluzzjoni tal-31 ta' Jannar 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni li tawtorizza t-tqegħid fis-suq ta' prodotti li jkun fihom, ikunu jikkonsistu, jew ikunu prodotti minn qoton ġenetikament modifikat GHB614 × LLCotton25 × Mon 15985 skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Testi adottati, P8_TA(2019)0060).

(5)  https://efsa.onlinelibrary.wiley.com/doi/epdf/10.2903/j.efsa.2018.5309, p. 34.

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1).

(7)  Konklużjoni tal-EFSA dwar l-evalwazzjoni bejn il-pari tal-valutazzjoni tar-riskju tal-pestiċidi tas-sustanza attiva glifosat. Il-Ġurnal tal-EFSA 2015, 13(11):4302, http://onlinelibrary.wiley.com/doi/10.2903/j.efsa.2015.4302/epdf

(8)  https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC3955666

(9)  https://www.testbiotech.org/sites/default/files/Testbiotech_Comment_Maize%20Bt11xMIR162x1507xGA21_fin.pdf, p. 6.

(10)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/555 tad-9 ta' April 2018 (ĠU L 92, 10.4.2018, p. 6).

(11)  Ara, pereżempju, id-Dikjarazzjoni Inawgurali fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew inkluża fil-linji gwida politiċi għall-Kummissjoni Ewropea li jmiss (Strasburgu, il-15 ta' Lulju 2014), jew id-diskors tal-2016 dwar l-Istat tal-Unjoni (Strasburgu, l-14 ta' Settembru 2016).

(12)  ĠU C 355, 20.10.2017, p. 165.

(13)  ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/54


P8_TA(2019)0199

Oġġezzjoni skont l-Artikolu 106: Sustanzi attivi, inkluż it-tijakloprid

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina Bacillus subtilis (Cohn 1872) Razza QST 713, Bacillus thuringiensis subspeċi Aizawai, Bacillus thuringiensis subspeċi israeliensis, Bacillus thuringiensis subspeċi kurstaki, Beauveria bassiana, benfluralin, klodinafop, klopiralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop-P, epossikonażol, fenpirossimat, fluważinam, flutolanil, fosetil, Lecanicillium muscarium, mepanipirim, mepikwat, Metarhizium anisopliae var. Anisopliae, metkonażol, metrafenon, Phlebiopsis gigantea, pirimikarb, Pseudomonas chlororaphis razza: MA 342, pirimetanil, Pythium oligandrum, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61, tijakloprid, tolklofos-metil, Trichoderma asperellum, Trichoderma atroviride, Trichoderma gamsii, Trichoderma harzianum, triklopir, trinessapak, tritikonażol, Verticillium albo-atrum u żiram (D060042/02 – 2019/2541(RSP))

(2021/C 23/09)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/128/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja biex jinkiseb użu sostenibbli tal-pestiċidi (1),

wara li kkunsidra l-abbozz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi abamektina Bacillus subtilis (Cohn 1872) Razza QST 713, Bacillus thuringiensis subspeċi Aizawai, Bacillus thuringiensis subspeċi israeliensis, Bacillus thuringiensis subspeċi kurstaki, Beauveria bassiana, benfluralin, klodinafop, klopiralid, Cydia pomonella Granulovirus (CpGV), ċiprodinil, diklorprop-P, epossikonażol, fenpirossimat, fluważinam, flutolanil, fosetil, Lecanicillium muscarium, mepanipirim, mepikwat, Metarhizium anisopliae var. Anisopliae, metkonażol, metrafenon, Phlebiopsis gigantea, pirimikarb, Pseudomonas chlororaphis razza: MA 342, pirimetanil, Pythium oligandrum, rimsulfuron, spinosad, Streptomyces K61, tijakloprid, tolklofos-metil, Trichoderma asperellum, Trichoderma atroviride, Trichoderma gamsii, Trichoderma harzianum, triklopir, trinessapak, tritikonażol, Verticillium albo-atrum u żiram (D060042/02,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (2), u b'mod partikolari l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 17 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Rapport ta' Valutazzjoni tat-Tiġdid ta' Ottubru 2017 li tħejja skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/2009 dwar it-tijakloprid (3),

wara li kkunsidra l-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (4),

wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106(2) u (3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Introduzzjoni tal-kuntest

A.

billi t-tijakloprid ilu li ġie approvat għall-użu bħala insettiċida mill-1 ta' Jannar 2005;

B.

billi mill-2015 għaddejja proċedura għat-tiġdid tal-approvazzjoni tat-tijakloprid skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5) u din tinkludi l-avviż meħtieġ ta' tliet snin; billi l-perjodu ta' approvazzjoni attwali jiskadi fit-30 ta' April 2019;

C.

billi l-perjodu ta' approvazzjoni tas-sustanza attiva tijakloprid diġà ġie estiż mir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/524 (6);

D.

billi l-Kummissjoni ma tispjegax ir-raġunijiet għat-tieni estensjoni apparti li ssostni li: “Il-valutazzjoni tas-sustanzi [inkluż it-tijakloprid] [i]ddewmet minħabba raġunijiet li ma kinux fil-kontroll tal-applikanti, u għalhekk x'aktarx li l-approvazzjonijiet ta' dawk is-sustanzi attivi jiskadu qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħhom”;

E.

billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 għandu l-għan li jiżgura livell għoli ta' protezzjoni kemm tas-saħħa tal-bniedem u tal-annimali kif ukoll tal-ambjent u fl-istess ħin li jissalvagwardja l-kompetittività tal-agrikoltura tal-Unjoni; billi għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-protezzjoni ta' gruppi vulnerabbli tal-popolazzjoni, inklużi n-nisa tqal, it-trabi u t-tfal;

F.

billi għandu japplika l-prinċipju ta' prekawzjoni, u billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jispeċifika li s-sustanzi għandhom jiġu inklużi biss fi prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti fejn ikun intwera li dawn jippreżentaw benefiċċju ċar għall-produzzjoni tal-pjanti u li mhumiex mistennija jkollhom xi effett ta' ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem jew tal-annimali jew xi effett inaċċettabbli fuq l-ambjent;

G.

billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jiddikjara li sabiex titħaffef l-approvazzjoni ta' sustanzi attivi, għandhom jiġu stabbiliti skadenzi stretti għall-passi proċedurali differenti, li dan ma sarx b'mod evidenti;

H.

billi r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 jindika li fl-interess tas-sikurezza, il-perjodu ta' approvazzjoni għal sustanzi attivi għandu jkun limitat fiż-żmien; billi l-perjodu ta' approvazzjoni għandu jkun proporzjonat għar-riskji possibbli inerenti fl-użu ta' tali sustanzi, iżda tali proporzjonalità hija nieqsa b'mod evidenti;

I.

billi s-sustanza attiva tat-tijakloprid hija neonikotinojd issostitwit bi ċjano li jintuża b'mod wiesa' biex jissostitwixxi l-klotijanidin, l-imidakloprid u t-tijametossam, li huma pprojbiti fl-Unjoni ħlief għall-użu fis-serer;

J.

billi l-formulazzjonijiet ibbażati fuq it-tijakloprid jintużaw bħala bexx fl-għelieqi b'rata ferm ogħla mis-sustanzi klotijanidin, imidakloprid u tijametossam li kienu jintużaw qabel;

K.

billi l-formulazzjonijiet tat-tijakloprid huma permessi li jintużaw fil-perjodu li matulu l-fjuri jkunu qed jiffjorixxu minħabba li huwa mistenni li ssir inqas ħsara lid-dakkara;

Karatteristiċi li jfixklu s-sistema endokrinali

L.

billi diversi studji reċenti jissuġġerixxu li t-tijakloprid għandu effetti li jfixklu s-sistema endokrinali (7), effetti ġenotossiċi u ċitotossiċi (8)(9) u impatt fuq l-iżvilupp newroloġiku, u huwa newrotossiku (10) u immunotossiku (11);

M.

billi s-sustanza attiva tat-tijakloprid hija meqjusa li tippreżenta “karatteristiċi li jfixklu s-sistema endokrinali” fil-bażi tad-data tal-UE dwar il-Pestiċidi (12) u hija kandidata għal sostituzzjoni;

N.

billi l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi stabbiliet il-klassifikazzjoni u t-tikkettar li ġejjin għas-sustanza attiva tat-tijakloprid: “suspected human carcinogen and presumed human reproductive toxicant” (karċinoġenu uman issuspettat u tossiku preżunt għar-riproduttività tal-bniedem);

O.

billi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel ippubblikat konklużjonijiet allarmanti u irrevokabbli fir-rigward tal-periklu li jippreżenta t-tijakloprid għas-saħħa tal-bniedem fir-Rapport ta' Valutazzjoni tat-Tiġdid ta' Ottubru 2017 dwar it-tijakloprid, li nħareġ għal konsultazzjoni pubblika (13);

P.

billi f'laqgħa tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel li saret fis-16 ta' Ġunju 2016, il-Kummissarju Andriukaitis spjega li l-prinċipju ta' prekawzjoni jipprevali f'każ li jkun hemm dubji fir-rigward tal-kriterji għas-sustanzi li jfixklu s-sistema endokrinali;

Q.

billi l-aġenzija ambjentali Franċiża ANSES tat opinjoni mhux favorevoli fir-rigward tas-sustanza attiva tat-tijakloprid fir-rapport tagħha dwar in-neonikotinojdi ta' Mejju 2018 (14)(15)(16);

R.

billi Franza ilha minn Settembru 2018 li pprojbiet l-użu tat-tijakloprid minħabba l-karċinoġeniċità ssuspettata tiegħu;

Theddida għall-bijodiversità

S.

billi t-tijakloprid jista' jkun tossiku għan-naħal tal-għasel daqs l-imidakloprid u t-tijametossam (17);

T.

billi t-tijakloprid jista' jaffettwa l-prestazzjoni tat-tagħlim u tal-memorja tan-naħal tal-għasel u b'hekk il-vitalità tal-kolonji tagħhom (18); billi data xjentifika reċenti (19) turi li l-esponiment kroniku tan-naħal tal-għasel fl-għelieqi, f'konċentrazzjoni baxxa, għas-sustanza attiva tat-tijakloprid jwassal għal effetti subletali importanti, bħal imġiba ta' foraġġ, komunikazzjoni u navigazzjoni indeboliti ta' dawk l-annimali, li jfisser li jista' jitqajjem dubju dwar jekk l-użu tas-sustanza attiva tat-tijakloprid huwiex fil-fatt konformi mar-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20);

U.

billi, minbarra l-effetti sekondarji magħrufa diġà tan-neonikotinojdi fuq id-dakkara, pubblikazzjonijiet xjentifiċi reċenti (21) wrew li s-sustanza attiva tat-tijakloprid taffettwa l-immunokompetenza tan-naħal tal-għasel, li diġà ġiet imdgħajfa b'mod konsiderevoli;

V.

billi ż-żieda fit-tossiċità għad-dakkara hija riżultat ta' effett “cocktail” (22) mill-użu ta' diversi pestiċidi u insettiċidi, inkluż it-tijakloprid;

1.

Iqis li l-abbozz ta' Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni jeċċedi s-setgħat ta' implimentazzjoni previsti fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009;

2.

Iqis li d-deċiżjoni biex it-tijakloprid jiġi rreġistrat ma tistax tiġi ġġustifikata, peress li m'hemmx biżżejjed evidenza li turi li se jiġu evitati riskji inaċċettabbli għall-annimali, għas-sikurezza tal-ikel u għad-dakkara;

3.

Iqis li l-abbozz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni mhuwiex ibbażat fuq ħtieġa urġenti għas-sustanza attiva tat-tijakloprid għall-finijiet tal-agrikoltura fl-Unjoni;

4.

Iqis li l-abbozz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni ma jirrispettax il-prinċipju ta' prekawzjoni;

5.

Iqis li huwa xieraq li l-Kummissjoni minflok għandha tipproponi status speċjali għan-naħal tal-għasel, li jqis il-fatt li d-dakkara huma indispensabbli għal agrikoltura sostenibbli, għall-produzzjoni tal-pjanti u simultanjament għal annimali oħra selvaġġi u li jipproduċu l-ikel, u li tipproponi li l-koerenza tar-regolamenti rilevanti tiġi modifikata, armonizzata u tiżdied fid-dawl ta' dan, bil-għan li jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni għan-naħal tal-għasel u dakkara oħra;

6.

Jistieden lill-Kummissjoni tirtira l-abbozz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tagħha u tippreżenta abbozz ġdid lill-kumitat li jqis l-effett kroniku tas-sustanza attiva tat-tijakloprid fuq in-naħal tal-għasel, is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali, u l-ambjent;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tipprojbixxi, minħajr dewmien, sustanzi attivi fil-klassi tan-neonikotinojd jew sustanzi li jaġixxu bl-istess mod, inkluż it-tijakloprid;

8.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 71.

(2)  ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(3)  Ir-Rapport ta' Valutazzjoni tat-Tiġdid li tħejja skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/2009, it-Tijakloprid, Volum 1, Ottubru 2017, https://www.efsa.europa.eu/en/consultations/call/180123

(4)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(5)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta' Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta' tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta' prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).

(6)  Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/524 tat-28 ta' Marzu 2018 li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-estensjoni tal-perjodi ta' approvazzjoni tas-sustanzi attivi Bacillus subtilis (Cohn 1872) ir-razza tal-mikrobu QST 713, identiku għar-razza tal-mikrobu AQ 713, klodinafop, klopiralid, ċiprodinil, diklorprop-P, fosetil, mepanipirim, metkonażol, metrafenon, pirimikarb, u r-razza tal-mikrobu Pseudomonas chlororaphis: MA 342, pirimetanil, kinoksifen, rimsulfuron, spinosad, tijakloprid, tijametossam, tiram, tolklofos-metil, triklopir, trineksapak, tritikonażol, u żiram (ĠU L 88, 4.4.2018, p. 4).

(7)  Effects of commercial formulations of deltamethrin and/or thiacloprid on thyroid hormone levels in rat serum. Sekeroglu, V., 2014, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/22677783

(8)  In vitro investigation of the genotoxic and cytotoxic effects of thiacloprid in cultured human peripheral blood lymphocytes. Kocaman, A.Y., 2014, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/22730181

(9)  Investigation of the genotoxic and cytotoxic effects of widely used neonicotinoid insecticides in HepG2 and SH-SY5Y cells. Şenyildiz, M., 2018, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/29591886

(10)  A critical review of neonicotinoid insecticides for developmental neurotoxicity. Sheets, L.P., 2015, https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pmc/articles/PMC4732412/

(11)  Effects of thiacloprid, deltamethrin and their combination on oxidative stress in lymphoid organs, polymorphonuclear leukocytes and plasma of rats. Birsen Aydin, 2011, https://www.sciencedirect.com/science/article/abs/pii/S0048357511000617

(12)  https://ec.europa.eu/food/plant/pesticides/eu-pesticides-database/active-substances/?event=as.details&as_id=841

(13)  https://www.efsa.europa.eu/en/consultations/call/180123

(14)  Risques et bénéfices relatifs des alternatives aux produits phytopharmaceutiques comportant des néonicotinoïdes, Tome 1 – Rapport du groupe de travail Identification des alternatives aux usages autorisés des néonicotinoïdes. Rapport d’expertise collective, Mai 2018, https://www.anses.fr/fr/system/files/PHYTO2016SA0057Ra-Tome1.pdf

(15)  Risques et bénéfices relatifs des alternatives aux produits phytopharmaceutiques comportant des néonicotinoïdes, Tome 2 – Rapport sur les indicateurs de risque. Rapport d’expertise collective, Mai 2018, https://www.anses.fr/fr/system/files/PHYTO2016SA0057Ra-Tome2.pdf

(16)  Risques et bénéfices relatifs des alternatives aux produits phytopharmaceutiques comportant des néonicotinoïdes, Tome 3 – Rapport d’appui scientifique et technique sur l’impact agricole. Rapport d’expertise collective, Mai 2018, https://www.anses.fr/fr/system/files/PHYTO2016SA0057Ra-Tome3.pdf

(17)  https://www.farmlandbirds.net/en/content/acetamiprid-and-thiacloprid-can-be-toxic-honey-bees-imidacloprid-and-thiamethoxam?page=1

(18)  https://www.ncbi.nlm.nih.gov/pubmed/28819056

(19)  https://pubs.acs.org/doi/abs/10.1021/acs.est.6b02658?journalCode=esthag

(20)  Ir-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-23 ta' Frar 2005 dwar il-livelli massimi ta' residwu ta' pestiċidi fi jew fuq ikel u għalf li joriġina minn pjanti u annimali u jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 70, 16.3.2005, p. 1).

(21)  https://www.sciencedirect.com/science/article/pii/S0022191016300014

(22)  Traynor, K.S., Pettis, J.S., Tarpy, D.R., Mullin, C.A., Frazier, J.L., Frazier, M., van Engeldsorp, D., “In-hive Pesticide Exposome: Assessing risks to migratory honey bees from in-hive pesticide contamination in the Eastern United States”, Scientific Reports 6, 15 ta' Settembru 2016, http://www.nature.com/articles/srep33207


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/58


P8_TA(2019)0200

Rapport tal-2018 dwar it-Turkija

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2018 dwar it-Turkija (2018/2150(INI))

(2021/C 23/10)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar it-Turkija, b'mod partikolari dawk tal-24 ta' Novembru 2016 dwar ir-relazzjonijiet UE-Turkija (1), tas-27 ta' Ottubru 2016 dwar is-sitwazzjoni tal-ġurnalisti fit-Turkija (2), u tat-8 ta' Frar 2018 dwar is-sitwazzjoni attwali tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija (3),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' April 2018 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE (COM(2018)0450), ir-Rapport tal-2018 dwar it-Turkija (SWD(2018)0153), u d-dokument ta' strateġija indikattiv rivedut għat-Turkija (2014-2020) adottat f'Awwissu 2018,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Presidenza tat-13 ta' Diċembru 2016 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2018, u l-konklużjonijiet preċedenti rilevanti tal-Kunsill u tal-Kunsill Ewropew,

wara li kkunsidra l-Qafas ta' Negozjar għat-Turkija tat-3 ta' Ottubru 2005 u l-fatt li, kif inhu l-każ għall-pajjiżi kollha ta' adeżjoni, l-adeżjoni tat-Turkija mal-UE tiddependi fuq konformità sħiħa mal-kriterji ta' Copenhagen,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/157/KE tat-18 ta' Frar 2008 dwar il-prinċipji, il-prijoritajiet u l-kondizzjonijiet li jinsabu fis-Sħubija għall-Adeżjoni mar-Repubblika tat-Turkija (“is-Sħubija għall-Adeżjoni”) (4), kif ukoll id-deċiżjonijiet preċedenti tal-Kunsill tal-2001, l-2003 u l-2006 dwar is-Sħubija għall-Adeżjoni,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta wara s-summit UE-Turkija tad-29 ta' Novembru 2015, u l-Pjan ta' Azzjoni UE-Turkija,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha tal-21 ta' Settembru 2005, li tinkludi d-dispożizzjoni skont liema r-rikonoxximent tal-Istati Membri kollha huwa komponent meħtieġ tan-negozjati, u l-ħtieġa li t-Turkija timplimenta b'mod sħiħ il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim ta' Ankara fir-rigward tal-Istati Membri kollha, billi tneħħi l-ostakli kollha għall-moviment liberu tal-merkanzija, mingħajr restrizzjonijiet jew diskriminazzjoni,

wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) li jistabbilixxi li l-partijiet kontraenti jimpenjaw ruħhom li jirrispettaw is-sentenzi finali tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) fi kwalunkwe każ li jkunu parti minnu, u, għaldaqstant, l-obbligu li t-Turkija timplimenta s-sentenzi kollha tal-QEDB;

wara li kkunsidra l-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2018 ippubblikat mir-Reporters mingħajr fruntieri, li jikklassifika lit-Turkija fil-157 post minn fost 180 pajjiż;

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 1625(2008) tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-drittijiet tal-proprjetà u tal-wirt tal-popolazzjoni Griega Ortodossa u l-fondazzjonijiet tagħha fuq il-gżejjer ta' Gökçeada (Imbros) u Bozcaada (Tenedos),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Novembru 2014 dwar azzjonijiet Torok li joħolqu tensjonijiet fiż-żona ekonomika esklussiva ta' Ċipru (5), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' April 2015 dwar għeluq il-mitt sena mill-Ġenoċidju Armen (6),

wara li kkunsidra l-opinjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, b'mod partikolari dawk tal-10-11 ta' Marzu 2017 dwar l-emendi għall-kostituzzjoni li għandhom jiġu sottoposti għal referendum nazzjonali, dwar il-miżuri previsti fid-Digrieti-Liġi ta' Emerġenza reċenti fir-rigward tal-libertà tal-midja u d-dmirijiet, il-kompetenzi u l-funzjonament tal-ġudikaturi tal-paċi fid-dritt kriminali, tas-6-7 ta' Ottubru 2017 dwar id-dispożizzjonijiet tad-Digriet-Liġi Nru 674 dwar l-eżerċizzju tad-demokrazija lokali, tad-9-10 ta' Diċembru 2016 dwar id-Digrieti-Liġi ta' Emerġenza Nri 667-676 adottati wara l-kolp ta' stat li ma rnexxiex fil-15 ta' Lulju 2016, u tal-14-15 ta' Ottubru 2016 dwar is-sospensjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 83 tal-Kostituzzjoni, b'enfasi fuq l-invjolabbiltà parlamentari,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-26 ta' Lulju 2016 mill-Kummissarju tal-Kunsill tal-Ewropa għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar miżuri meħuda fl-istat ta' emerġenza fit-Turkija,

wara li kkunsidra s-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-Missjoni ta' Valutazzjoni tal-Ħtiġijiet tal-OSKE/ODIHR dwar l-elezzjonijiet presidenzjali u parlamentari bikrin tal-24 ta' Ġunju 2018,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 2156 tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (APKE) tal-25 ta' April 2017, intitolata “Il-funzjonament tal-istituzzjonijiet demokratiċi fit-Turkija” u li wasslet għall-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura ta' monitoraġġ,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta' Marzu 2017 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-Ewwel Rapport Annwali dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija (COM(2017)0130), il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-14 ta' Marzu 2018 dwar it-Tieni Rapport Annwali dwar il-Faċilità għar-Refuġjati fit-Turkija (COM(2018)0091), u l-Ħames Rapport tal-Kummissjoni tat-2 ta' Marzu 2017 lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija (COM(2017)0204),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2016 għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta' negozjati mat-Turkija dwar ftehim dwar l-estensjoni tal-ambitu tar-relazzjoni bilaterali tal-kummerċ preferenzjali u dwar l-immodernizzar tal-Unjoni Doganali, u l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2018 dwar il-fatt li mhuwa previst l-ebda xogħol ieħor favur l-immodernizzar tal-Unjoni Doganali UE-Turkija,

wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-14 ta' Marzu 2018 bl-isem “Assistenza ta' qabel l-adeżjoni mogħtija mill-UE lit-Turkija: Ir-riżultati li nkisbu sa issa għadhom limitati”,

wara li kkunsidra l-baġit 2019 li taħtu l-fondi tal-IPA II għat-Turkija se jitnaqqsu b'EUR 146,7 miljun minħabba s-sitwazzjoni fit-Turkija fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem ta' Marzu 2018 dwar l-impatt tal-istat ta' emerġenza fuq id-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija b'referenza partikolari għax-Xlokk tal-pajjiż,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Riammissjoni UE-Turkija,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0091/2019),

A.

billi l-Kumitat Parlamentari Konġunt bejn l-UE u t-Turkija kellu s-77 laqgħa tiegħu tant mistennija fi Brussell fit-28 ta' April 2018, wara tliet snin ta' stall fir-relazzjonijiet interparlamentari;

B.

billi skont l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (UNHCR), it-Turkija tospita l-akbar popolazzjoni ta' rifuġjati fid-dinja, b'aktar minn tliet miljun rifuġjat irreġistrati mis-Sirja, l-Iraq u l-Afganistan;

C.

billi r-rispett għall-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, inklużi s-separazzjoni tal-poteri, id-demokrazija, il-libertà tal-espressjoni u tal-midja, id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tal-minoranzi u l-libertà reliġjuża, il-libertà ta' assoċjazzjoni u d-dritt għal protesta paċifika, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-ġlieda kontra r-razziżmu u d-diskriminazzjoni kontra l-gruppi vulnerabbli huma fil-qalba tal-proċess ta' negozjati;

D.

billi, f'Novembru 2016, il-Parlament stieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jibdew l-iffriżar temporanju tan-negozjati tal-adeżjoni li kienu għaddejjin mat-Turkija u impenja ruħu li jirrieżamina l-pożizzjoni tiegħu ladarba jitneħħew il-miżuri sproporzjonati fil-qafas tal-istat ta' emerġenza fit-Turkija;

E.

billi f'Lulju 2017 il-Parlament stieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, skont il-Qafas ta' Negozjar, biex b'mod formali jissospendu n-negozjati ta' adeżjoni mat-Turkija mingħajr dewmien jekk il-pakkett ta' riforma kostituzzjonali jiġi implimentat mingħajr tibdil;

1.

Jinnota li l-istat ta' emerġenza li ġie introdott wara t-tentattiv ta' kolp ta' stat tal-2016 ġie estiż seba' darbiet; jilqa' d-deċiżjoni tad-19 ta' Lulju 2018 biex jitneħħa l-istat ta' emerġenza; jiddispjaċih, madankollu, li l-leġiżlazzjoni l-ġdida introdotta f'Lulju 2018, b'mod partikolari l-Liġi Nru 7145, tippreserva ħafna mis-setgħat mogħtija lill-President u lill-Eżekuttiv fl-ambitu tal-istat ta' emerġenza u bażikament tippermetti li jkompli, bil-limitazzjonijiet kollha li dan jinvolvi fuq il-libertajiet u d-drittijiet bażiċi tal-bniedem; jisħaq li dan jagħmel ħsara lil kwalunkwe effett pożittiv li l-waqfien tiegħu jkollu; jinnota li l-istat ta' emerġenza fit-tul wassal għal erożjoni tal-istat tad-dritt u għal deterjorament tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija, li jista' jkollu implikazzjonijiet dejjiema għan-nisġa istituzzjonali u soċjoekonomika tal-pajjiż; jinsab imħasseb li ħafna mill-proċeduri fis-seħħ waqt l-istat ta' emerġenza għadhom qed jiġu applikati mill-forzi tal-pulizija u l-amministrazzjonijiet lokali; jinsab imħasseb ukoll dwar ir-rigress serju fl-oqsma tal-libertà tal-espressjoni, il-libertà ta' għaqda, il-libertà ta' assoċjazzjoni u d-drittijiet proċedurali u tal-proprjetà;

2.

Jinsab ferm imħasseb dwar il-fatt li aktar minn 150 000 ruħ ġew arrestati fir-repressjoni wara l-kolp ta' stat u 78 000 ġew arrestati abbażi ta' akkużi ta' terroriżmu, filwaqt li aktar minn 50 000 ruħ għadhom il-ħabs, u fil-maġġoranza tal-każijiet mingħajr evidenza konklużiva; jesprimi tħassib dwar iż-żamma taħt arrest qabel il-kawża u l-proċedimenti ġudizzjarji eċċessivament twal, il-fatt li f'bosta każijiet ma nħareġ l-ebda att ta' akkuża, u dwar il-ħruxija tal-kundizzjonijiet ta' detenzjoni; jesprimi wkoll tħassib dwar il-prattika mifruxa ta' kanċellazzjoni tal-passaporti tal-qraba ta' detenuti u suspettati, u jisħaq fuq il-ħtieġa għal proċess ġust u rimedju amministrattiv fejn il-kanċellazzjoni ma tkunx ġustifikata sew; jinsab partikolarment imħasseb dwar il-fatt li dawn l-arresti jidhru li jimmiraw ukoll ilħna leġittimi ta' dissens, li jinkludu dawk ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti jew membri tal-oppożizzjoni; jinsab ferm inkwetat dwar l-allegazzjonijiet ta' trattament ħażin u tortura ta' detenuti, kif irrappurtat minn diversi organizzazzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem; jinsab imħasseb ħafna dwar rapporti li jindikaw li r-reklużjoni fit-tul qed tiġi applikata b'mod wiesa', u li qed issir piena oħra għad-detenuti; iwissi kontra l-abbuż ta' miżuri kontra t-terroriżmu għal-leġittimizzazzjoni tar-repressjoni tad-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lit-Turkija tosserva l-prinċipju tal-proporzjonalità fil-miżuri tagħha għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, u trendi l-leġiżlazzjoni tagħha kontra t-terroriżmu konformi mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem;

3.

Jiddispjaċih dwar l-azzjonijiet li l-gvern Tork ħa kontra ċittadini Torok f'pajjiżi terzi, inklużi fastidju u ħtif u sorveljanza bil-moħbi, kif ukoll il-prattika ta' hotlines li permezz tagħhom in-nies huma mħeġġa jirrappurtaw ċittadini oħra lill-gvern; jinsab imħasseb ħafna dwar il-ħtif u l-estradizzjoni illegali ta' 101 ċittadin Tork li seħħew fi 18-il pajjiż, kif ikkonfermat id-dikjarazzjoni tal-awtoritajiet Torok tas-16 ta' Lulju 2018; iħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jipproċessaw kwalunkwe talba għall-estradizzjoni mit-Turkija b'mod trasparenti, filwaqt li jsegwu l-proċeduri ġudizzjarji b'mod sħiħ u konformi mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem; itenni li l-mandati ta' arrest tal-Interpol ma jistgħux jintużaw ħażin biex jiġu indirizzati dissidenti Torok, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġurnalisti u dawk li jikkritikaw il-gvern, bħall-ex finalist tal-Premju Sakharov, is-Sur Can Dündar;

4.

Jinnota li mill-introduzzjoni tal-istat ta' emerġenza aktar minn 152 000 ħaddiem taċ-ċivil – inklużi għalliema, tobba, akkademiċi (tal-paċi), avukati, imħallfin u prosekuturi – tkeċċew; jinnota li 125 000 persuna applikaw mal-Kummissjoni ta' Inkjesta dwar il-Miżuri tal-Istat ta' Emerġenza (COSEM), li għandha l-kompitu li tirrieżamina u tiddeċiedi, fi żmien sentejn, dwar ilmenti kontra miżuri meħuda taħt l-istat ta' emerġenza u d-digrieti relatati, u li 81 000 minn dawn l-ilmenti għadhom qed jistennew deċiżjoni; jinnota r-rata baxxa ħafna (7 %) ta' riżultati favorevoli li wasslu biex l-applikanti ngħataw lura l-postijiet tax-xogħol tagħhom; jinsab imħasseb dwar il-kamp ta' applikazzjoni ristrett tal-mandat ta' din il-kummissjoni, in-nuqqas ta' indipendenza tagħha u l-fatt li l-eżamijiet isiru fuq il-bażi unika ta' dokumenti fil-fajl tal-każ, mingħajr il-parteċipazzjoni tal-persuna kkonċernata; jinnota li dawn it-tkeċċijiet kellhom impatt aħrax ħafna fuq l-individwi kkonċernati u fuq il-familji tagħhom, inkluż f'termini ekonomiċi, u li ġabu magħhom stigma soċjali u professjonali dejjiema; jistieden lill-gvern Tork jiżgura li l-individwi kollha jkollhom id-dritt għall-proċess ġust u li l-każijiet tagħhom jiġu rieżaminati minn qorti ġudizzjarja indipendenti f'konformità ma' standards internazzjonali li tkun tista' tiżgura kumpens għad-danni materjali u morali kkawżati mit-tkeċċija arbitrarja tagħhom; jistieden lit-Turkija tiżgura l-indipendenza operattiva, strutturali u finanzjarja tal-Istituzzjoni Nazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Ugwaljanza u tal-Istituzzjoni tal-Ombudsman sabiex tiggarantixxi l-kapaċità tagħhom li jipprovdu opportunitajiet ta' rieżami u rimedju ġenwini;

5.

Jinsab imħasseb ħafna bir-rapporti li d-Direttorat tal-Affarijiet Reliġjużi (Diyanet) qed jiġi sfruttat mill-aġenzija tal-intelligence Torka biex jippersegwita lil mexxejja tal-oppożizzjoni mill-moviment Gülen jew minn kwalunkwe avversarju ieħor, u jħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tas-sigurtà fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri jinvestigaw dan il-ksur serju tas-sovranità u l-ordni pubbliku;

6.

Jikkundanna ż-żieda fis-sorveljanza eżekuttiva u l-pressjoni politika li jaffettwaw ix-xogħol tal-imħallfin u l-prosekuturi; jisħaq li riforma serja tal-fergħat leġiżlattivi u ġudizzjarji tas-setgħa hija meħtieġa għat-Turkija sabiex ittejjeb l-aċċess għas-sistema ġudizzjarja, iżżid l-effettività tagħha u tipprovdi protezzjoni aħjar għad-dritt għal proċess fi żmien raġonevoli; jisħaq li dawn ir-riformi huma meħtieġa wkoll jekk it-Turkija trid tikkonforma mal-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; jinsab imħasseb li t-tkeċċija ta' aktar minn 4 000 imħallef u prosekutur hija theddida għall-indipendenza u l-imparzjalità tal-ġudikatura; iqis ukoll li l-arrest ta' aktar minn 570 avukat huwa ostaklu għad-dritt tad-difiża u jikkostitwixxi ksur tad-dritt għal proċess ġust; jikkundanna wkoll id-detenzjoni u l-fastidju ġudizzjarju għall-avukati tad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Grupp ta' Azzjoni għar-Riforma jagħmel rieżami tal-istrateġija tar-riforma ġudizzjarja u jagħmilha konformi mal-istandards meħtieġa tal-UE u tal-Kunsill tal-Ewropa; jistieden lit-Turkija, matul il-proċess ta' riforma, tiżgura l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti kollha u b'mod partikolari tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja l-użu xieraq tal-finanzjament tal-UE għat-taħriġ tal-ġudikatura u tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi, li m'għandhomx jintużaw biex jilleġittimizzaw l-imġiba ripressiva;

7.

Jinnota bi tħassib li minn mindu ġie introdott l-istat ta' emerġenza, l-għadd ta' applikazzjonijiet għall-asil minn ċittadini Torok żdied b'mod drammatiku, bir-riżultat li, skont l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil, it-Turkija issa tokkupa l-ħames post f'termini ta' għadd ta' applikazzjonijiet għall-asil ippreżentati fl-Istati Membri tal-UE; jissottolinja li f'Settembru 2018 aktar minn 16 000 applikazzjoni kienu għadhom qed jistennew deċiżjoni tal-ewwel istanza;

8.

Itenni l-importanza tal-libertà u l-indipendenza tal-midja bħala wieħed mill-valuri fundamentali tal-UE u l-pedament ta' kull demokrazija; jesprimi tħassib serju dwar il-miżuri sproporzjonati u arbitrarji li jillimitaw il-libertà tal-espressjoni, il-libertà tal-midja u l-aċċess għall-informazzjoni; jikkundanna l-għeluq ta' aktar minn 160 stabbiliment tal-midja, l-għadd kbir ta' arresti ta' ġurnalisti u ta' ħaddiema tal-midja wara l-attentat ta' kolp ta' stat, is-sentenzi mhux sostanzjati u sproporzjonati mogħtija, u l-imblukkar ta' aktar minn 114 000 sit web fit-Turkija sas-sena li għaddiet, inkluż dak ta' Wikipedia; jiġbed l-attenzjoni għar-restrizzjonijiet stabbiliti fuq id-drittijiet tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li qed jaħdmu fuq il-kwistjoni Kurda; iħeġġeġ lit-Turkija tiggarantixxi l-libertà tal-midja bħala kwistjoni ta' prijorità u tirrilaxxa u tillibera immedjatament lill-ġurnalisti kollha detenuti illegalment; jistieden lill-awtoritajiet Torok juru tolleranza żero lejn l-inċidenti kollha ta' abbuż fiżiku u verbali jew theddid kontra l-ġurnalisti, u jippermettu lill-mezzi tax-xandir li ġew magħluqa b'mod arbitrarju biex jerġgħu jiftħu;

9.

Jesprimi tħassib kbir dwar l-ispazju dejjem aktar ristrett għas-soċjetà ċivili u l-promozzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; jisħaq li numru kbir ta' attivisti, inklużi difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, ġew arrestati u d-dimostrazzjonijiet ġew ipprojbiti b'mod rikorrenti matul l-istat ta' emerġenza; jistieden lit-Turkija teħles lid-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu l-ħabs, lill-ġurnalisti u lil oħrajn li ġew detenuti fuq akkużi mhux sostanzjati, kif ukoll tneħħi dawk l-akkużi u tippermettilhom iwettqu l-ħidma tagħhom mingħajr theddid jew impediment fiċ-ċirkostanzi kollha; jistieden lit-Turkija tħares id-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha, inklużi l-minoranzi etniċi, reliġjużi u sesswali; ifakkar li l-leġiżlazzjoni fit-Turkija dwar id-diskors ta' mibegħda mhijiex konformi mal-ġurisprudenza tal-QEDB; iħeġġeġ lill-Gvern u lill-Parlament tat-Turkija jadottaw liġi dwar ir-reati ta' mibegħda li tkun tista' tħares lill-membri kollha tal-minoranzi minn attakki fiżiċi u verbali u tissodisfa l-kriterji ta' Copenhagen għall-pajjiżi tal-adeżjoni fir-rigward tar-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-protezzjoni u l-appoġġ tagħhom għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju fit-Turkija, inkluż permezz ta' għotjiet ta' emerġenza;

10.

Jikkundanna d-detenzjoni arbitrarja ta' Osman Kavala, esponent prominenti u rispettat tas-soċjetà ċivili fit-Turkija, li ilu detenut għal aktar minn sena u nofs; jinsab imwaħħax bil-fatt reċenti li Osman Kavala u 15 oħra ntbagħtu biex jitqiegħdu taħt att ta' akkuża, u qegħdin iħabbtu wiċċhom ma' kundanna għal għomorhom il-ħabs talli “ppruvaw iwaqqgħu l-gvern” għall-allegati rwoli tagħhom waqt il-protesti ta' Gezi tal-2013;; jitlob li jinħelsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet u jitlob lid-delegazzjoni tal-UE fit-Turkija ssegwi l-każ tagħhom mill-qrib ħafna; jitlob, barra minn hekk, li delegazzjoni tal-Parlament Ewropew tkun preżenti fl-iżvolġiment tal-proċess; ma japprovax id-detenzjoni ta' 13-il akkademiku u attivist fis-16 ta' Novembru 2018, b'rabta mal-każ ta' Osman Kavala; jinnota li 12 minnhom ġew rilaxxati wara li taw id-depożizzjoni tagħhom u li persuna waħda għadha detenuta; jitlob li din il-persuna tiġi rilaxxata sakemm ikunu għaddejjin il-proċedimenti u li titneħħa l-projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar imposta fuq l-oħrajn;

11.

Huwa serjament imħasseb dwar in-nuqqas ta' rispett għal-libertà tar-reliġjon, id-diskriminazzjoni kontra l-minoranzi reliġjużi, inklużi l-Kristjani u l-Alevi, u l-vjolenza mwettqa għal raġunijiet reliġjużi; jisħaq li l-knejjes għadhom jiffaċċjaw problemi dwar l-istabbiliment jew il-kontinwazzjoni tal-użu tal-bini bħala postijiet ta' qima; jistieden lill-awtoritajiet Torok jippromwovu riformi pożittivi u effettivi fil-qasam tal-libertà tal-ħsieb, il-kuxjenza u r-reliġjon, billi jagħtu lok lill-komunitajiet reliġjużi jiksbu personalità legali, jippermettu lill-fondazzjonijiet tal-karità jagħżlu l-korpi ta' tmexxija tagħhom, jeliminaw ir-restrizzjonijiet kollha fuq it-taħriġ, il-ħatra u s-suċċessjoni tal-kleru, jikkonformaw mas-sentenzi rilevanti tal-QEDB u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni ta' Venezja, u billi jeliminaw il-forom kollha ta' diskriminazzjoni jew ostakli bbażati fuq ir-reliġjon; jistieden lit-Turkija tirrispetta n-natura distinta u l-importanza tal-Patrijarkat Ekumeniku, u tirrikonoxxi l-personalità legali tiegħu; itenni l-bżonn li jingħata l-permess għal ftuħ mill-ġdid tas-Seminarju ta' Halki, u li jitneħħew l-ostakli kollha għall-funzjonament xieraq tiegħu; jappella għall-pubblikazzjoni tar-regolamenti elettorali għall-fondazzjonijiet mhux Musulmani; jilqa' l-fatt li l-gvern Tork irritorna 50 knisja, monasteri u ċimiterji Aramej f'Mardin, u jistieden lill-awtoritajiet Torok iroddu lura wkoll l-art rispettiva lis-sidien leġittimi tagħhom; jiġbed l-attenzjoni għall-impatt tal-miżuri ta' sigurtà fuq il-popolazzjoni f'Tur Abdin u jistieden lit-Turkija tiżgura li jiġi ppreservat l-aċċess tal-abitanti għall-edukazzjoni, l-attivitajiet ekonomiċi u s-siti reliġjużi; iħeġġeġ lit-Turkija tagħmel l-almu tagħha biex tevita li jinqered il-wirt kulturali Aramej mix-xogħol preparatorju li għaddej bħalissa fuq il-proġett tad-diga Ilisiu; jistieden lill-awtoritajiet tat-Turkija jieħdu azzjoni serja biex jiġġieldu serjament kontra kull manifestazzjoni ta' anti-Semitiżmu fis-soċjetà;

12.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni LGBTI, b'mod partikolari l-projbizzjonijiet ripetuti fuq Pride marches u avvenimenti relatati mal-LGBTI fil-pajjiż kollu li għadhom qed jiġu imposti minkejja t-tneħħija tal-istat ta' emerġenza, u jitlob li dawn il-projbizzjonijiet diskriminatorji jitneħħew immedjatament; jistieden lit-Turkija tieħu miżuri adegwati biex timpedixxi u tikkastiga d-diskors ta' mibegħda jew reati mmirati lejn gruppi żvantaġġati bħar-rifuġjati u l-persuni li jfittxu asil Rom u Sirjani, u jitlob għal sforzi sostnuti biex itejbu s-sitwazzjoni tagħhom; jistieden lit-Turkija timplimenta bis-sħiħ il-Pjan Strateġiku għall-Integrazzjoni tar-Rom għall-2016-2021, filwaqt li tagħti attenzjoni partikolari lill-ġlieda kontra l-anti-Żingariżmu, tiggarantixxi l-aċċess tar-Rom għal akkomodazzjoni ta' kwalità għall-but ta' kulħadd, tissalvagwardja l-aċċess tagħhom għall-edukazzjoni u tieħu miżuri biex timpedixxi t-tluq bikri mill-iskola, tiġġieled kontra s-segregazzjoni, u żżid ir-rata tal-impjiegi fost ir-Rom; jinnota bi tħassib iż-żieda fl-hekk imsejjaħ “qtil tal-unur”; jitlob lit-Turkija tarmonizza l-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħha mal-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa; jistieden lit-Turkija tiżgura ugwaljanza sħiħa għaċ-ċittadini kollha u tindirizza l-problemi li jħabbtu wiċċhom magħhom il-membri tal-minoranzi, b'mod partikolari rigward id-drittijiet għall-edukazzjoni u l-proprjetà; ifakkar fl-importanza tal-implimentazzjoni sħiħa tar-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-gżejjer ta' Imbros u Tenedos, u jistieden lit-Turkija tgħin ir-ripatrijazzjoni tal-familji ta' minoranzi li jixtiequ jmorru lura lejn dawn il-gżejjer; jilqa' l-ftuħ ta' skola għal minoranza Griega f'Imbros, li jikkostitwixxi pass pożittiv;

13.

Jinsab imħasseb bil-prevalenza u bil-gravità tal-vjolenza fuq in-nisa fis-soċjetà Torka, inklużi qtil tal-unur, żwieġ ta' minuri mhux legali u l-abbuż sesswali, u bil-fatt li l-awtoritajiet Torok isibuha bi tqila jikkastigaw lill-awturi tal-vjolenza sessista; jisħaq fuq il-fatt li l-vjolenza domestika wasslet għall-mewt ta' 440 mara fl-2018, żieda mis-snin preċedenti, u li l-proċedimenti kriminali spiss huma twal u suġġetti għal ittardjar; jistieden lill-Gvern Tork jadotta u jimplimenta politika ta' tolleranza żero dwar dan is-suġġett;

14.

Jistieden lill-Gvern Tork jirrispetta u jimplimenta għalkollox l-obbligi legali li impenja ruħu għalihom fir-rigward tal-protezzjoni tal-wirt kulturali u, b'mod partikolari, ifassal, in buona fede, inventarju integrat tal-wirt kulturali Grieg, Armen, Assir u wirt kulturali oħra li safa meqrud jew irrovinat tul is-seklu li għadda; jopponi, f'dan il-kuntest, kwalunkwe pożizzjoni estrema li tippromwovi l-modifika tad-dehra tal-monument storiku-reliġjuż ta' Hagia Sophia u l-konverżjoni tiegħu f'moskea; jistieden lit-Turkija tirratifika l-Konvenzjoni tal-UNESCO tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali; jistieden lit-Turkija tikkoopera mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, b'mod partikolari l-Kunsill tal-Ewropa, fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar illeċitu u l-qerda intenzjonata tal-wirt kulturali;

15.

Jinsab ferm imħasseb dwar is-sitwazzjoni fix-Xlokk tat-Turkija u l-allegazzjonijiet serji ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem, l-użu eċċessiv tal-forza, it-tortura u t-tnaqqis serju tad-dritt għal-libertà ta' opinjoni u ta' espressjoni kif ukoll il-parteċipazzjoni politika fix-Xlokk, speċjalment minn mindu kkollassa l-proċess ta' riżoluzzjoni Kurd fl-2015, kif iddokumentaw l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fit-Turkija; itenni l-kundanna qawwija tiegħu fir-rigward tal-użu mill-ġdid tal-vjolenza min-naħa tal-Partit tal-Ħaddiema tal-Kurdistan (PKK), li ilu fuq il-lista tal-organizzazzjonijiet terroristiċi tal-UE mill-2002; jisħaq fuq l-urġenza li jerġa' jinbeda proċess politiku kredibbli li jwassal għal soluzzjoni paċifika tal-kwistjoni Kurda; jistieden lit-Turkija tinvestiga minnufih l-allegazzjonijiet serji kollha ta' abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u qtil, u tippermetti lill-osservaturi internazzjonali jwettqu attivitajiet ta' monitoraġġ indipendenti; jinsab imħasseb dwar il-qerda ta' siti ta' wirt storiku fix-Xlokk, inkluż dak tas-sit antik Sur f'Diyarbakir, li kien inkluż fil-Lista ta' Patrimonju Dinji tal-UNESCO, att li jipperikola l-preservazzjoni tal-identità Kurda u l-kultura Torka fit-Turkija;

16.

Jinnota bi tħassib li matul l-istat ta' emerġenza numru kbir ħafna ta' sindki u viċi sindki fix-Xlokk tkeċċew u/jew ġew arrestati u li l-Gvern ħatar lil persuni ta' fiduċja biex jissostitwuhom; jisħaq li, riżultat ta' dan, parti kbira tal-popolazzjoni tat-Turkija ma kinitx rappreżentata b'mod demokratiku fil-livell lokali; huwa tal-fehma li l-elezzjonijiet muniċipali li għandhom isiru f'Marzu 2019 iridu jiġu kkunsidrati bħala okkażjoni li tagħti opportunità importanti biex jerġa' jiddaħħal għalkollox il-prinċipju ta' mandat demokratiku dirett;

17.

Jinnota bi tħassib li l-istat ta' emerġenza u ċerti dispożizzjonijiet skont il-pakkett ta' riforma kostituzzjonali komplew jillimitaw il-Gran Assemblea Nazzjonali fil-kapaċità tagħha li twettaq ir-rwol fundamentali tagħha li tiżgura skrutinju u responsabbiltà demokratiċi; jinnota bi tħassib kbir l-arrest ta' żewġ membri mill-Partit Popolari Repubblikan, u l-mod kif il-Partit Demokratiku Popolari ġie partikolarment emarġinat, fejn ħafna leġiżlaturi tiegħu qed jiġu arrestati abbażi ta' allegat appoġġ għal attivitajiet terroristiċi; jappella li jinħelsu l-membri kollha tal-Gran Assemblea Nazzjonali detenuti minħabba d-diskorsi li għamlu u l-azzjonijiet li ħadu waqt il-ħidma parlamentari tagħhom; jissottolinja li l-Gran Assemblea Nazzjonali għandha tkun l-istituzzjoni ċentrali tad-demokrazija Torka, u għandha tirrappreżenta liċ-ċittadini kollha fuq termini ugwali; jiddispjaċih dwar il-livell limitu elettorali għoli, li jillimita r-rappreżentanza politika reali u ma jirriflettix is-soċjetà pluralistika tat-Turkija;

18.

Jikkundanna l-arrest kontinwu ta' Selahattin Demirtaș, mexxej tal-oppożizzjoni u kandidat presidenzjali; jilqa' s-sentenza tal-QEDB dwar il-każ tiegħu, li tistieden lill-awtoritajiet Torok jeħilsuh minnufih; jisħaq li l-QEDB iddeċidiet ukoll li d-detenzjoni tas-Sur Demirtaş segwiet l-għan ulterjuri predominanti li toħnoq il-pluraliżmu u tillimita l-libertà tad-dibattitu politiku; jikkundanna l-pożizzjoni tal-awtoritajiet Torok kontra din is-sentenza; jistenna li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jsegwu dan il-każ mill-qrib ħafna, u jitlob li s-Sur Demirtaş jinħeles immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet;

19.

Jisħaq fuq l-importanza tal-ġlieda kontra l-korruzzjoni, u jiġbed l-attenzjoni għas-sejbiet tar-Rapport 2018 dwar it-Turkija li l-korruzzjoni għadha prevalenti f'ħafna oqsma u għadha problema serja; jinsab imħasseb li r-riżultati tal-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u l-kundanna f'każijiet ta' korruzzjoni għadhom dgħajfin, b'mod partikolari f'każijiet ta' livell għoli;

20.

Ifakkar li l-Kummissjoni ta' Venezja vvalutat l-emendi kostituzzjonali relatati mal-introduzzjoni ta' sistema presidenzjali li m'għandhomx sistema ta' kontrokontrolli suffiċjenti kif ukoll jipperikolaw is-separazzjoni tal-poteri bejn l-eżekuttiv u l-ġudikatura; ifakkar ukoll li l-Parlament Ewropew kien stieden lill-Gvern tat-Turkija jimplimenta bidliet u riformi kostituzzjonali u ġudizzjarji f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni ta' Venezja, u s-sena li għaddiet talab ukoll is-sospensjoni formali tan-negozjati tal-adeżjoni jekk ir-riforma kostituzzjonali tiġi implimentata mingħajr tibdil, peress li din tkun inkompatibbli mal-kriterji ta' Copenhagen;

21.

Meta jitqies dan kollu ta' hawn fuq, jirrakkomanda li l-Kummissjoni u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, skont il-Qafas ta' Negozjar, formalment jissospendu n-negozjati ta' adeżjoni mat-Turkija; jibqa', madankollu, impenjat favur djalogu demokratiku u politiku mat-Turkija; jitlob lill-Kummissjoni tuża l-fondi attwalment allokati taħt l-Istrument għall-Assistenza ta' Qabel l-Adeżjoni (IPA II u l-IPA III tal-futur) biex tappoġġja, permezz ta' pakkett apposta ġestit direttament mill-UE, lis-soċjetà ċivili, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lill-ġurnalisti tat-Turkija, u żżid l-opportunitajiet għal kuntatti interpersonali, djalogu akkademiku, aċċess għall-istudenti Torok għall-universitajiet Ewropej u pjattaformi tal-midja għall-ġurnalisti bl-għan li tipproteġi u tippromwovi l-valuri u l-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt; mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jistenna li r-relazzjoni bejn it-Turkija u l-UE tkun definita mill-ġdid f'termini ta' sħubija effettiva; jissottolinja li kwalunkwe impenn politiku bejn l-UE u t-Turkija għandu jkun mibni fuq dispożizzjonijiet ta' kundizzjonalità fir-rigward tar-rispett għad-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali;

22.

Jinnota li filwaqt li l-proċess ta' adeżjoni mal-UE fil-bidu kien motivazzjoni qawwija għal riformi fit-Turkija, kien hemm regressjoni qawwija fl-oqsma tal-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem f'dawn l-aħħar ftit snin;

23.

Jisħaq li l-modernizzazzjoni tal-Unjoni Doganali tkompli ssaħħaħ ir-rabtiet li huma diġà b'saħħithom bejn it-Turkija u l-UE u żżomm lit-Turkija ekonomikament ankrata mal-UE; jemmen għaldaqstant li bieb għandu jitħalla miftuħ għall-modernizzazzjoni u l-aġġornament tal-Unjoni Doganali tal-1995 bejn l-UE u t-Turkija, biex jiġu inklużi oqsma rilevanti bħall-agrikoltura, is-servizzi u l-akkwist pubbliku, li bħalissa mhumiex koperti; ifakkar li t-Turkija hija l-ħames l-akbar sieħeb kummerċjali tal-UE, filwaqt li l-UE hija l-akbar sieħeb tat-Turkija, li żewġ terzi tal-Investiment Dirett Barrani (IDB) fit-Turkija jiġu minn Stati Membri tal-UE u li t-Turkija hija suq ta' tkabbir importanti għall-UE; jemmen li l-aġġornament jipprovdi opportunità siewja għal kundizzjonalità demokratika, ingranaġġ pożittiv u l-possibbiltà ta' pjan direzzjonali fejn l-aġġornament tal-Unjoni Doganali jmur id f'id ma' titjib konkret mit-Turkija fir-riformi demokratiċi fl-oqsma tad-demokrazija, il-libertajiet fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif ukoll l-istat tad-dritt u lejn spazju veru u miftuħ għas-soċjetà ċivili u l-pluraliżmu; jemmen ukoll li l-aġġornament tal-Unjoni Doganali jipprovdi opportunità importanti għal djalogu politiku dwar l-iżvilupp ekonomiku soċjalment u ambjentalment sostenibbli u t-tibdil fil-klima kif ukoll dwar id-drittijiet tax-xogħol fit-Turkija; jistieden lill-Kummissjoni tibda ħidma preparatorja għall-aġġornament tal-Unjoni Doganali hekk kif il-Gvern Tork jaċċerta d-disponibbiltà tiegħu għal riformi serji; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali fl-Unjoni Doganali aġġornata li tagħmel id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kundizzjonalità ewlenija; ifakkar li l-Unjoni Doganali attwali ma tistax tilħaq il-potenzjal kollu tagħha sakemm it-Turkija timplimenta għalkollox il-Protokoll Addizzjonali fir-rigward tal-Istati Membri kollha;

24.

Jirrimarka li l-libertà tat-trade unions u d-djalogu soċjali huma essenzjali għall-iżvilupp ta' soċjetà pluralistika; jiddispjaċih għan-nuqqasijiet leġiżlattivi dwar id-drittijiet tax-xogħol u tat-trade unions u jisħaq li d-dritt għall-organizzazzjoni, id-dritt għal negozjar kollettiv u d-dritt tal-istrajk huma drittijiet fundamentali tal-ħaddiema; jiddispjaċih ferm li s-sħubija ta' trade union spiss ġiet ikkunsidrata bħala evidenza kriminali fil-kawżi ġudizzjarji; jemmen li din il-pożizzjoni tista' tipperikola aktar l-istatus tat-trade unions fil-pajjiż; jinsab serjament imħasseb dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema fil-bini tal-ajruport il-ġdid ta' Istanbul, minħabba li, skont ir-rapporti, 38 ħaddiem mietu f'inċidenti relatati max-xogħol mill-bidu tal-bini f'Mejju 2015 filwaqt li 31 persuna, inkluż mexxej ta' trade union, attwalment jinsabu l-ħabs talli pprotestaw kontra l-kundizzjonijiet ħżiena tax-xogħol u s-salarji baxxi u mħallsa b'mod irregolari; jistieden lill-awtoritajiet Torok jikkonsultaw mill-qrib mat-trade unions rilevanti dwar il-kwistjoni tas-salvagwardji meħtieġa għall-ħaddiema fuq il-post, iwettqu investigazzjoni bir-reqqa dwar l-imwiet u l-korrimenti, u jippermettu lill-unions aċċess sħiħ għall-ħaddiema kkonċernati; jesprimi tħassib dwar il-kwistjoni tat-tħaddim tat-tfal, speċjalment f'setturi bħall-agrikoltura u x-xogħol staġjonali; jinnota l-isforzi tal-gvern Tork bil-għan li jagħti lir-rifuġjati li jibbenefikaw minn protezzjoni temporanja fit-Turkija d-dritt li jaħdmu, soġġett għal awtorizzazzjoni xierqa; jinnota li aktar minn 20 000 permess tax-xogħol ingħataw lil Sirjani u li dawn jinkludu ċerti kundizzjonijiet rigward il-livelli tal-paga minima u s-sigurtà soċjali; jirrimarka li minkejja dawn l-isforzi, ħafna Sirjani għadhom jaħdmu mingħajr awtorizzazzjoni f'għadd ta' setturi u ħafna mill-provinċji tat-Turkija; jisħaq li l-lingwa għadha waħda mill-aktar ostakli importanti għall-ħaddiema Sirjani;

25.

Jistieden lill-Gvern Tork iwaqqaf il-pjanijiet tiegħu għall-bini tal-impjant tal-enerġija nukleari ta' Akkuyu; jistieden lit-Turkija taderixxi mal-Konvenzjoni Espoo; jitlob lill-Gvern Tork jinvolvi lill-gvernijiet tal-pajjiżi ġirien tiegħu, bħall-Greċja u Ċipru, jew għall-anqas jikkonsulta magħhom rigward kwalunkwe żvilupp ulterjuri fl-inizjattiva ta' Akkuyu;

26.

Jinnota li l-liberalizzazzjoni tal-viża hija ta' importanza kbira għaċ-ċittadini Torok, b'mod partikolari għal studenti, akkademiċi, rappreżentanti tan-negozju u persuni b'rabtiet familjari fl-Istati Membri tal-UE; iħeġġeġ lill-Gvern Tork jikkonforma bis-sħiħ mat-72 kriterju identifikati fil-pjan direzzjonali għal-liberalizzazzjoni tal-viża; jisħaq li r-reviżjoni tal-leġiżlazzjoni kontra t-terroriżmu tat-Turkija hija kundizzjoni ewlenija biex jiġu żgurati d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali; iħeġġeġ lit-Turkija tagħmel l-isforzi meħtieġa biex tissodisfa l-parametri referenzjarji li għad fadal; jisħaq li l-liberalizzazzjoni tal-viża se tkun possibbli ladarba l-kriterji kollha jkunu ġew issodisfati b'mod sħiħ, effettiv u mhux diskriminatorju;

27.

Ifakkar fir-rwol importanti li għandha t-Turkija bħala reazzjoni għall-kriżi tal-migrazzjoni li rriżultat mill-gwerra fis-Sirja; huwa tal-fehma li t-Turkija u l-popolazzjoni tagħha wrew ospitalità kbira billi offrew kenn lil aktar minn 3,5 miljun rifuġjat Sirjan; jissottolinja li hemm madwar miljun tifel u tifla Sirjani tal-età tal-iskola fit-Turkija, li minnhom 60 % huma rreġistrati fi skejjel Torok; jieħu nota tad-Dikjarazzjoni UE-Turkija tat-18 ta' Marzu 2016, iħeġġeġ lit-Turkija tirrispetta l-prinċipju ta' non-refoulement; jiddeplora l-fatt li taħt il-programm IPA 2011/2012, l-UE ffinanzjat l-akkwist ta' vetturi ta' sorveljanza blindati Cobra II, u jistieden lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-użu ta' tagħmir (ko)finanzjat taħt il-programmi tal-UE u l-implimentazzjoni effettiva tal-prinċipju ta' non-refoulement, b'mod partikolari fil-fruntiera Sirjana; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jżommu l-wegħdiet tagħhom fir-rigward ta' risistemazzjoni fuq skala kbira, u jiżguraw riżorsi finanzjarji adegwati għall-appoġġ fit-tul tar-rifuġjati Sirjani fit-Turkija; jirrikonoxxi r-Rapport Speċjali tal-2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li jitlob li jkun hemm effiċjenzi akbar u aktar trasparenza fl-allokazzjoni u d-distribuzzjoni tal-finanzjament; jindika l-inċertezza dejjem akbar għar-rifuġjati Sirjani dwar il-prospetti għall-protezzjoni temporanja tagħhom fit-Turkija, u jitlob lit-Turkija tikkunsidra strateġiji għal aktar koeżjoni soċjali f'żoni b'komunitajiet kbar ta' rifuġjati Sirjani, kif ukoll għal inklużjoni soċjoekonomika u kulturali aktar fit-tul u aċċess adegwat u effettiv għall-edukazzjoni u t-taħriġ għall-impjieg; jistieden lill-Kummissjoni tibqa' viġilanti u tiżgura li fejn jintużaw il-fondi tal-UE id-drittijiet tar-rifuġjati jiġu rispettati kif suppost u li tittieħed azzjoni biex jiġi evitat it-tħaddim tat-tfal, l-isfruttament sesswali tat-tfal u abbużi oħra tad-drittijiet tal-bniedem;

28.

Jinnota l-importanza kemm għall-UE kif ukoll għall-Istati Membri tagħha u għat-Turkija li jżommu djalogu u kooperazzjoni mill-qrib dwar kwistjonijiet ta' politika barranija u ta' sigurtà; iħeġġeġ il-kooperazzjoni u aktar allinjament dwar kwistjonijiet ta' politika barranija, ta' difiża u ta' sigurtà, inkluża l-kooperazzjoni kontra t-terroriżmu; ifakkar li t-Turkija hija wkoll membru storiku tal-alleanza tan-NATO u tinsab f'post ġeostrateġiku ewlieni għaż-żamma tas-sigurtà reġjonali u Ewropea; jinnota li l-UE u t-Turkija għadhom jikkooperaw fi kwistjonijiet ta' importanza strateġika (militari) fi ħdan il-qafas tan-NATO; jistieden, għalhekk, lit-Turkija tkompli l-kooperazzjoni tagħha mal-membri tan-NATO fl-UE skont il-programm kontinwu tan-NATO ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi li mhumiex fl-UE;

29.

Ifaħħar lit-Turkija għan-negozjati tal-Memorandum dwar Idlib; jiddispjaċih dwar il-fatt li gruppi armati appoġġjati mit-Turkija fl-“Armata Sirjana Ħielsa” allegatament ħatfu, serqu u qerdu l-proprjetà taċ-ċivili Kurdi fid-distrett ta' Afrin fit-Tramuntana tas-Sirja; jinsisti li t-Turkija u l-gruppi tal-Armata Sirjana Ħielsa f'Afrin għandhom jikkumpensaw lir-residenti spostati li l-proprjetà tagħhom inħatfet, inqerdet jew ġiet misruqa u m'għandhomx iċaħħdu b'mod permanenti lir-residenti mill-proprjetà tagħhom; jinsab imħasseb dwar rapporti ta' firxa wiesgħa ta' ksur li qed iseħħ f'Afrin l-aktar f'idejn il-gruppi armati Sirjani, mgħammra u armati mit-Turkija, kif ukoll mill-forzi armati Torok, li allegatament ħadu f'idejhom għadd ta' skejjel, u b'hekk fixklu l-edukazzjoni tat-tfal; huwa mħasseb li t-Turkija tfittex ukoll li tbiddel il-bilanċ demografiku fil-Kanton ta' Afrin billi tirrisistema rifuġjati mis-Sunniti Għarab Sirjani mit-Turkija għar-reġjun b'popolazzjoni Kurda; jitlob lill-Gvern Tork jirtira l-akkużi kontra dawk iċ-ċittadini kollha li kkritikaw l-azzjonijiet militari tat-Turkija fis-Sirja u b'hekk jirrispetta d-dritt tal-libertà tal-kelma;

30.

Itenni l-importanza ta' relazzjonijiet tajba mal-viċinat; jistieden lit-Turkija, f'dan ir-rigward, tintensifika l-isforzi tagħha sabiex issolvi l-kwistjonijiet bilaterali pendenti, inklużi l-obbligi ġuridiċi pendenti u t-tilwimiet mhux riżolti mal-ġirien immedjati tagħha dwar fruntieri tal-art u tal-baħar u dwar l-ispazju tal-ajru, skont id-dispożizzjonijiet tal-Karta tan-NU u d-dritt internazzjonali; itenni t-talba tiegħu lill-Gvern Tork sabiex jiffirma u jirratifika l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Dritt tal-Baħar (UNCLOS); iħeġġeġ lill-Gvern Tork biex itemm il-vjolazzjonijiet ripetuti tal-ispazju tal-ajru u tal-ilmijiet territorjali Griegi, u biex jirrispetta l-integrità territorjali u s-sovranità ta' kull pajjiż ġar tat-Turkija; jesprimi d-dispjaċir tiegħu li t-theddida ta' casus belli ddikjarata mill-Gran Assemblea Nazzjonali tat-Turkija kontra l-Greċja għadha ma ġietx irtirata;

31.

Jilqa' l-isforzi taħt l-awspiċji tas-Segretarju Ġenerali tan-NU biex jerġgħu jinbdew in-negozjati dwar ir-riunifikazzjoni ta' Ċipru; itenni l-appoġġ tiegħu għal soluzzjoni ġusta, komprensiva u vijabbli bbażata fuq federazzjoni bikomunali u biżonali, b'personalità legali internazzjonali waħda, sovranità waħda u ċittadinanza waħda b'ugwaljanza politika bejn iż-żewġ komunitajiet, kif definit mir-riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, skont id-dritt internazzjonali u l-acquis tal-UE, u abbażi tar-rispett għall-prinċipji li fuqhom hija msejsa l-Unjoni; jiġbed l-attenzjoni għall-Qafas imressaq mis-Segretarju Ġenerali tan-NU u l-appell tiegħu biex jitkomplew in-negozjati, abbażi tal-ftehimiet li diġà ntlaħqu fil-proċess ta' Crans-Montana tal-2017; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżvolġu rwol aktar attiv biex iwasslu n-negozjati għal konklużjoni b'suċċess; itenni l-appell tiegħu lill-partijiet kollha kkonċernati, b'mod partikolari lit-Turkija, biex jimpenjaw ruħhom u jikkontribwixxu għal soluzzjoni komprensiva; jistieden lit-Turkija tibda tirtira t-truppi tagħha minn Ċipru, tittrasferixxi ż-żona magħluqa ta' Famagusta lin-NU skont ir-Riżoluzzjoni 550 tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU, u ma tiħux azzjonijiet li jibdlu l-bilanċ demografiku fuq il-gżira permezz tal-politika tagħha ta' insedjamenti illegali; jisħaq fuq il-ħtieġa għall-implimentazzjoni tal-acquis tal-UE fuq il-gżira kollha; jirrikonoxxi, f'dan ir-rigward, il-kontinwazzjoni tal-ħidma tal-kumitat bikomunali ad hoc dwar it-tħejjija tal-UE; jimpenja ruħu li jżid l-isforzi tiegħu ta' involviment mal-komunità Ċiprijotta Torka fit-tħejjija tagħha għal integrazzjoni sħiħa fl-UE, wara li tinstab soluzzjoni għall-problema ta' Ċipru, u jistieden lill-Kummissjoni tagħmel l-istess; ifaħħar il-ħidma importanti tal-Kumitat bikomunali għal Persuni Nieqsa, li jittratta każijiet ta' persuni nieqsa Ċiprijotti Torok kif ukoll Ċiprijotti Griegi, u jfaħħar il-fatt li ngħata aċċess aħjar għas-siti rilevanti, inklużi ż-żoni militari; jistieden lit-Turkija tgħin lill-Kumitat għal Persuni Nieqsa billi tipprovdi informazzjoni mill-arkivji militari tagħha; jirrikonoxxi d-dritt tar-Repubblika ta' Ċipru li tikkonkludi ftehimiet bilaterali li jikkonċernaw iż-żona ekonomika esklużiva tagħha; itenni t-talba tiegħu lit-Turkija biex tirrispetta għalkollox id-drittijiet sovrani tal-Istati Membri kollha, inklużi dawk id-drittijiet relatati mat-tiftix tar-riżorsi naturali u mal-isfruttament tagħhom f'konformità mal-acquis tal-UE u mad-dritt internazzjonali; iħeġġeġ lit-Turkija timpenja ruħha fis-soluzzjoni paċifika tat-tilwim, u żżomm lura minn kwalunkwe theddida jew azzjoni li jista' jkollhom effetti negattivi fuq ir-relazzjonijiet tajbin mal-viċinat;

32.

Jitlob lit-Turkija u lill-Armenja jaħdmu favur in-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet tagħhom; jisħaq li l-ftuħ tal-fruntiera bejn it-Turkija u l-Armenja jista' jwassal għal titjib fir-relazzjonijiet, b'referenza partikolari għall-kooperazzjoni transkonfinali u l-integrazzjoni ekonomika;

33.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Istati Membri, lill-Gvern tat-Turkija u lill-Gran Assemblea Nazzjonali tat-Turkija, u jitlob li dan ir-rapport jiġi tradott għat-Tork.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2016)0450.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2016)0423.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2018)0040.

(4)  ĠU L 51, 26.2.2008, p. 4.

(5)  Testi adottati, P8_TA(2014)0052.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2015)0094.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/67


P8_TA(2019)0201

Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019 (2018/2119(INI))

(2021/C 23/11)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b'mod partikolari l-Artikoli 121(2), 126 u 136 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità,

wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza fl-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1175/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1466/97 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ta' pożizzjonijiet tal-budget u s-sorveljanza u l-koordinazzjoni ta' politika ekonomika (1),

wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat-8 ta' Novembru 2011 dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (2),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1174/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar miżuri ta' infurzar biex jikkoreġu żbilanċi makroekonomiċi eċċessivi fiż-żona tal-euro (3),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1177/2011 tat-8 ta' Novembru 2011 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1467/97 dwar li titħaffef u li tiġi ċċarata l-implimentazzjoni tal-proċedura ta' defiċit eċċessiv (4),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (5),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1173/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar l-infurzar effettiv tas-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro (6),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 473/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar dispożizzjonijiet komuni għall-monitoraġġ u l-valutazzjoni tal-abbozzi tal-pjanijiet baġitarji u l-iżgurar tal-korrezzjoni tad-defiċit eċċessiv tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro (7),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 472/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar it-tisħiħ tas-sorveljanza ekonomika u baġitarja tal-Istati Membri fiż-żona tal-euro li jesperjenzaw jew ikunu mhedda b'diffikultajiet gravi fir-rigward tal-istabbiltà finanzjarja tagħhom (8),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-21 ta' Novembru 2018 bit-titolu “L-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019: Għal Ewropa aktar b'saħħitha quddiem l-inċertezza globali” (COM(2018)0770), u għar-Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2019 (COM(2018)0758),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Bord Fiskali Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2018,

wara li kkunsidra t-Tbassiriet Ekonomiċi Ewropej tal-Kummissjoni (Ħarifa 2018 u Xitwa 2019),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2017/825 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2017 dwar l-istabbiliment ta' Programm ta' Appoġġ għal Riformi Strutturali għall-perijodu mill-2017 sal-2020 u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1303/2013 u (UE) Nru 1305/2013 (9),

wara li kkunsidra r-Rapport dwar it-Tixjiħ tal-2018, ippubblikat mill-Kummissjoni fil-25 ta' Mejju 2018,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2018 dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (COM(2018)0759),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona (10),

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta' Ġunju 2015 dwar l-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa, il-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 dwar il-futur tal-Ewropa, u d-dokument ta' riflessjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2017 dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp tal-Euro lill-Mexxejja tal-4 ta' Diċembru 2018 dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika Monetarja (UEM),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Summit tal-Euro tal-14 ta' Diċembru 2018,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta' Ottubru 2018 dwar il-politiki ekonomiċi għaż-żona tal-euro u b'kunsiderazzjoni tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019 (11),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0159/2019),

A.

billi l-ekonomija Ewropea issa qed tidħol fis-seba' sena tagħha ta' tkabbir mingħajr waqfien; billi r-rati tat-tkabbir tal-PDG taż-żona tal-euro u tal-UE ġew aġġustati 'l isfel, bi tkabbir rispettiv ta' 1.3 % u 1.5 % fl-2019 u 1.6 % u 1.8 % (UE27) fl-2020; billi r-rata tat-tkabbir hija mistennija li tkompli timmodera, parzjalment minħabba t-tħassib dejjem jikber fir-rigward tal-prospettiva tat-tkabbir globali; billi għadhom jippersistu diverġenzi bejn l-Istati Membri fil-prestazzjonijiet ekonomiċi u tal-impjieg;

B.

billi l-qgħad fiż-żona tal-euro u fl-UE kien 7.9 % u 6.6 % rispettivament f'Diċembru 2018; billi r-rata tal-qgħad f'diversi Stati Membri għadha ogħla mil-livelli ta' qabel il-kriżi, b'mod partikolari fil-każ tal-qgħad fit-tul, filwaqt li l-qgħad fost iż-żgħażagħ għadu għoli f'għadd ta' Stati Membri;

C.

billi r-rata tal-impjieg fl-UE qiegħda tikber, minkejja li mhux b'mod uniformi bejn l-Istati Membri; billi l-għadd ta' persuni li għandhom impjieg laħaq l-ogħla livell li qatt ġie rreġistrat fiż-żona tal-euro, li kien 146 miljun fit-tielet trimestru tal-2018; billi l-biċċa l-kbira tal-impjiegi ġodda li nħolqu huma part-time;

D.

billi t-tkabbir ekonomiku għadu vulnerabbli u jvarja bejn l-Istati Membri fost it-tensjonijiet ġeopolitiċi kontinwi, li għandhom impatt fuq il-kummerċ globali, u l-inċertezzi persistenti b'rabta mar-relazzjonijiet futuri tal-Unjoni mar-Renju Unit;

E.

billi l-Ewropa għadha qed tiffaċċja diskrepanza fl-investiment, għalkemm ilha bosta snin tibbenefika minn rati ta' interess eċċezzjonalment baxxi u mill-fatt li l-kundizzjonijiet ta' finanzjament għadhom favorevoli;

F.

billi, skont il-Eurostat, il-proporzjon ta' dipendenza tal-età avvanzata fl-UE huwa previst li jiżdied, fin-nuqqas ta' bidliet ta' politika, minn 29,3 % fl-2016 għal 52,3 % sal-2080, li jammonta għal inqas minn żewġ persuni fl-età tax-xogħol għal kull persuna anzjana; billi hemm differenzi vasti fost l-Istati Membri f'dan ir-rigward;

G.

billi matul l-aħħar żewġ deċennji, il-produttività tal-fattur totali fiż-żona tal-euro waqgħet lura minn dik tal-ekonomiji globali ewlenin;

H.

billi l-proporzjon tad-dejn għall-PDG taż-żona tal-euro huwa mistenni li jkompli x-xejra ta' tnaqqis tas-snin reċenti u jonqos minn madwar 87 % fl-2018 għal madwar 85 % fl-2019; billi, madankollu, skont it-tbassir tal-Kummissjoni, għaxar Stati Membri huma mistennija li jkollhom proporzjonijiet ta' dejn mal-PDG ta' aktar minn 60 % fl-2019 u f'seba' Stati Membri l-proporzjon se jibqa' aktar minn 90 %; billi l-miżuri għat-tnaqqis tad-dejn kienu kajmani f'xi Stati Membri; billi ħames Stati Membri fiż-żona tal-euro bi proporzjonijiet ta' dejn mal-PDG għoljin huma mbassra li se jkollhom defiċit strutturali mdaqqas fl-2019;

I.

billi l-ebda Stat Membru fiż-żona tal-euro mhuwa mbassar li se jkollu defiċit ta' aktar mil-limitu ta' 3 % tal-PDG u d-defiċit nominali aggregat taż-żona tal-euro huwa mistenni li naqas għal 0,6 % tal-PDG fl-2018, li se jitla' ftit għal 0,8 % tal-PDG fl-2019;

J.

billi s-sostenibbiltà fit-tul tal-finanzi pubbliċi tal-Istati Membri tal-UE hija kwistjoni ta' tħassib għall-ġustizzja interġenerazzjonali;

K.

billi s-surplus tal-kont kurrenti laħaq l-ogħla livell fl-2017 u huwa mistenni li se jonqos biex bejn wieħed u ieħor jistabbilizza għal madwar 3,6 % tal-PDG fiż-żona tal-euro u 2,3 % tal-PDG fl-UE fl-2019 u fl-2020, u għaldaqstant huwa fost l-ogħla fid-dinja;

1.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019 tal-Kummissjoni, li jafferma mill-ġdid l-importanza ta':

(a)

żieda fl-investimenti ta' kwalità għolja;

(b)

riformi li jżidu t-tkabbir tal-produttività, l-inklużività u l-kwalità istituzzjonali; u

(c)

stabbiltà makrofinanzjarja u finanzi pubbliċi sodi;

2.

Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jieħdu azzjoni deċiżiva u kkoordinata biex jilħqu l-għan tat-tkabbir inklużiv u sostenibbli, biex jerfgħu r-responsabbiltà għall-ġenerazzjonijiet futuri, u biex jiżguraw ġustizzja interġenerazzjonali permezz tas-sostenibbiltà u l-adegwatezza tal-finanzi pubbliċi u s-sistemi tas-sigurtà soċjali tagħna u, bl-istess mod, jiżguraw il-futur tal-istati tagħna ta' għajnuna soċjali;

3.

Jinnota li r-Rapport dwar it-Tixjiħ tal-2018 tal-Kummissjoni juri li mingħajr tibdil fil-politika, il-kostijiet fiskali marbuta mal-pensjonijiet, mal-kura tas-saħħa u mal-perjodu fit-tul huma mistennija li jiżdiedu matul id-deċennji li ġejjin, hekk kif il-popolazzjoni tal-Ewropa tkompli tixjieħ b'mod sinifikanti;

4.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jippreparaw għal dawn l-iżviluppi demografiċi billi:

(a)

jimplimentaw riformi strutturali soċjalment ibbilanċjati biex jitnaqqsu tali spejjeż;

(b)

itejbu t-tkabbir tal-produttività, li huwa essenzjali biex jiġi żgurat tkabbir ekonomiku sostenibbli fil-futur, u

(c)

jibnu l-buffers fiskali xierqa biex jegħlbu l-ispejjeż fiskali li qed jiżdiedu;

5.

Jilqa' l-fatt li r-rata tal-impjieg fl-UE qiegħda tikber, minkejja li mhux b'mod uniformi bejn l-Istati Membri; jinnota li l-qgħad fit-tul u l-qgħad fost iż-żgħażagħ għadhom għoljin f'xi Stati Membri, li jeħtieġu riformi u investimenti kontinwi biex jiġi ffaċilitat id-dħul taż-żgħażagħ u tal-qiegħda fit-tul fis-suq tax-xogħol;

6.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tippromwovi l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja (UEM), f'konformità mal-pjan direzzjonali miftiehem;

7.

Jistieden lill-Kummissjoni tpoġġi t-tlestija tas-suq uniku fil-quċċata tal-aġenda tagħha;

It-twassil ta' investiment ta' kwalità għolja

8.

Jenfasizza li, sabiex tiġi żgurata l-ġustizzja interġenerazzjonali fit-tul, l-Istati Membri jeħtiġilhom iżidu l-produttività permezz ta' investimenti produttivi, bħal fi proġetti ta' infrastruttura sostenibbli li jtejbu t-tkabbir, b'mod konsistenti mal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU, sabiex jgħinu jistimolaw it-tkabbir ekonomiku potenzjali tant meħtieġ;

9.

Jilqa' l-kontribut pożittiv tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien tal-impjiegi; jissottolinja l-fatt li l-Parlament diġà adotta l-pożizzjoni ta' negozjar tiegħu dwar il-programm InvestEU u jħeġġeġ biex jintlaħaq ftehim politiku interistituzzjonali mill-aktar fis possibbli; jinnota s-suġġeriment tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar it-titjib fil-firxa ġeografika ta' investimenti appoġġjati mill-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS);

10.

Jinnota li għad hemm diskrepanza fl-investiment fiż-żona tal-euro, minkejja r-riżultati pożittivi tal-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa; jirrimarka li fil-kuntest attwali tas-sinjali ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u ż-żieda tar-riskji u l-isfidi esterni, l-investiment pubbliku u privat għandhom rwol importanti fil-faċilitazzjoni tat-tkabbir u tal-konverġenza fil-livell Ewropew;

11.

Ifakkar fil-ħtieġa li l-Istati Membri jiddistingwu bejn l-investiment pubbliku produttiv fit-tul u n-nefqa kurrenti meta jkunu qed jużaw l-ispazju baġitarju;

12.

Jenfasizza li ż-żieda fit-tkabbir tal-produttività tirrikjedi investiment fil-ħiliet, l-innovazzjoni, l-awtomatizzazzjoni, id-diġitalizzazzjoni ir-riċerka u l-iżvilupp, il-mobbiltà sostenibbli u l-infrastruttura, f'konformità mal-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020; jenfasizza l-ħtieġa li jsir investiment kemm fil-kapital fiżiku kif ukoll dak tal-bniedem, u b'hekk jistieden lill-Istati Membri jiżguraw aċċess ugwali għall-edukazzjoni tul il-ħajja, it-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ mill-ġdid;

13.

Iqis li r-riformi li jneħħu burokrazija sproporzjonata għall-investimenti kemm jiffaċilitaw l-attività ekonomika kif ukoll joħolqu kundizzjonijiet li jwasslu għat-tkabbir fit-tul;

14.

Jenfasizza li l-investiment dirett barrani intra-Ewropew jista' jwassal għal żidiet fil-produttività kemm għall-intrapriża li qed tinvesti kif ukoll għall-intrapriżi lokali fir-reġjuni ospitanti, u jgħin biex tiġi ġġenerata konverġenza ekonomika fl-Ewropa; iqis li regoli ċari u infurzabbli, kundizzjonijiet ekwi u tnaqqis fl-ispejjeż ta' konformità huma fatturi kruċjali biex jiġi attirat l-investiment;

15.

Jenfasizza l-ħtieġa urġenti ta' unjoni sħiħa tas-swieq kapitali, peress li swieq finanzjarji integrati aħjar jistgħu jipprovdu mekkaniżmi privati ta' kondiviżjoni tar-riskju u ta' tnaqqis tar-riskju ulterjuri, jiffaċilitaw l-investimenti transkonfinali u l-aċċess għal finanzjament għall-ekonomija reali, u jippromwovu l-investimenti privati sostenibbli;

L-iffokar tal-isforzi tar-riformi fuq it-tkabbir tal-produttività, l-inklużività u l-kwalità istituzzjonali

16.

Ifakkar li forza tax-xogħol li qed tixjieħ tista' tkun ta' xkiel għat-tkabbir tal-produttività Ewropea matul il-ftit deċennji li ġejjin, jekk kollox jibqa' l-istess; jibqa' mħasseb dwar il-livell baxx ta' kompetittività u ta' tkabbir tal-produttività tal-UE, u jħeġġeġ lill-Istati Membri, għalhekk, jimplimentaw riformi strutturali li jtejbu l-produttività u li jkunu soċjalment ibbilanċjati;

17.

Jenfasizza l-ħtieġa urġenti li jiġu riveduti kemm l-adegwatezza kif ukoll is-sostenibbiltà finanzjarja fit-tul tal-iskemi tal-pensjonijiet pubbliċi nazzjonali; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu riformati s-sistemi tal-pensjonijiet fl-Istati Membri kkonċernati biex tiġi żgurata sostenibbiltà fit-tul;

18.

Jikkondividi l-opinjoni tal-Kummissjoni li tkabbir akbar fil-produttività u l-inklużività għandhom ikunu għan importanti tar-riformi nazzjonali;

19.

Jenfasizza l-importanza li tiżdied ir-rata ta' parteċipazzjoni tal-forza tax-xogħol sabiex, fost l-oħrajn, is-sistemi tas-sigurtà soċjali jinżammu sostenibbli, b'mod partikolari fil-kuntest ta' proporzjon ta' dipendenza dejjem jiżdied; jistieden lill-Istati Membri, għalhekk, jadottaw miżuri li jħeġġu l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol taż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) u r-rifuġjati;

20.

Jinnota li livelli eċċessivi ta' tassazzjoni jistgħu jkunu ta' xkiel għall-investimenti u għall-impjiegi; jitlob li jkun hemm bidla fit-taxxa mill-piż tat-taxxa għoli fuq ix-xogħol fl-Ewropa; barra minn hekk, iqis li t-tnaqqis tal-piż tat-taxxa għad-dħul baxx u medju x'aktarx se jżid id-domanda u jagħti spinta lit-tkabbir; jenfasizza l-ħtieġa li jittejjeb il-ġbir tat-taxxa u jiġu kkoordinati aħjar il-prattiki amministrattivi fil-qasam tat-tassazzjoni, u jilqa' l-isforzi ta' dawk l-Istati Membri li jimplimentaw tali riformi;

21.

Jenfasizza li d-diġitalizzazzjoni, il-globalizzazzjoni, l-intelliġenza artifiċjali, l-awtomatizzazzjoni u l-bidla teknoloġika joffru potenzjal kbir ta' tkabbir, qed jittrasformaw b'mod radikali s-swieq tax-xogħol tagħna, u qed jaffettwaw id-dinamika tat-tkabbir tal-ekonomiji Ewropej;

22.

Jenfasizza l-fatt li l-mobilizzazzjoni ta' popolazzjoni fl-età tax-xogħol li qed tiċkien se tirrikjedi impjegati aktar versatili u mħarrġa, swieq tax-xogħol aktar dinamiċi, politiki attivi tas-suq tax-xogħol, tagħlim u taħriġ tul il-ħajja, titjib tal-ħiliet u taħriġ mill-ġdid tal-forza tax-xogħol, u rabtiet aktar b'saħħithom bejn is-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ u n-negozji, flimkien ma' sistemi ta' sigurtà soċjali aċċessibbli; jinsisti li dawn il-prinċipji għandhom jitqiesu b'mod xieraq bl-għan li jiġu appoġġjati swieq tax-xogħol inklużivi u li jiffunzjonaw tajjeb u tiġi promossa l-kwalità tal-impjiegi, kif deskritt fil-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

23.

Jenfasizza l-fatt li l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), li huma mutur importanti tal-impjiegi, ma jistgħux jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tas-suq uniku Ewropew minħabba l-ostakoli leġiżlattivi u amministrattivi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tnaqqas dawn l-ostakoli; iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni biex tindirizza l-kompetizzjoni u t-tassazzjoni inġusti bejn l-SMEs u l-korporazzjonijiet multinazzjonali; jenfasizza l-importanza li titkompla l-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa;

24.

Ifakkar fl-importanza ta' ambjent amministrattiv u regolatorju li jiffavorixxi n-negozju filwaqt li titqies protezzjoni tal-konsumatur suffiċjenti, biex ikun aktar faċli għall-kumpaniji jaċċessaw il-finanzi u jiġbru fondi bejn il-fruntieri; jilqa' l-enfasi tal-Istħarriġ Annwali tat-Tkabbir fuq il-ħtieġa li tittejjeb l-effettività tal-amministrazzjoni pubblika, li għandha tinvolvi l-livelli kollha tal-gvern; iħeġġeġ lill-Istati Membri jneħħu l-ostakoli mhux meħtieġa għall-investiment privat u pubbliku fil-livell lokali u reġjonali;

25.

Jenfasizza li l-indirizzar ta' xokkijiet futuri potenzjali jirrikjedi progress fl-approfondiment tal-UEM; ifakkar li l-approfondiment tal-UEM se jirrikjedi impenn politiku b'saħħtu, governanza effiċjenti u obbligu ta' rendikont demokratiku; ifakkar fl-importanza ta' settur bankarju reżiljenti u r-regolamentazzjoni effiċjenti u xierqa tiegħu biex tiġi salvagwardjata l-istabbiltà finanzjarja; jitlob li jkun hemm it-tlestija pass pass tal-unjoni bankarja, bi skema Ewropea kredibbli ta' assigurazzjoni tad-depożiti u sforzi kontinwi biex jitnaqqas is-self mhux produttiv; jinnota l-mandat mogħti mis-Summit taż-Żona tal-Euro biex il-Grupp tal-Euro jaħdem fuq strument baġitarju għall-konverġenza u għall-kompetittività;

L-iżgurar ta' stabbiltà makroekonomika u finanzi pubbliċi sodi

26.

Jirrimarka li l-istabbiltà makrofinanzjarja u l-finanzi pubbliċi sodi jibqgħu prekondizzjoni tat-tkabbir sostenibbli;

27.

Jinnota li proporzjon ogħla ta' anzjani jinvolvi aktar infiq fuq il-kura tas-saħħa, il-kura ta' età avvanzata u l-pensjoni; jinnota wkoll li f'soċjetà li qed tixjieħ, jekk kollox jibqa' l-istess, il-proporzjon ta' nies fl-età tax-xogħol qed jonqos meta mqabbel mal-proporzjon ta' anzjani, li jfisser li hemm anqas kontributuri fl-età tax-xogħol għal kull persuna anzjana; jenfasizza li dan iqiegħed piż enormi fuq il-finanzi pubbliċi ta' dawk l-Istati Membri li ma implimentawx ir-riformi meħtieġa, li joħloq sfida għas-sostenibbiltà tagħhom;

28.

Jistieden lil dawk l-Istati Membri li għandhom livelli għolja ta' defiċits u dejn pubbliku jagħmlu sforzi kontinwi biex inaqqsuhom; jirrikonoxxi l-isforzi li saru minn għadd ta' Stati Membri biex jikkonsolidaw il-finanzi pubbliċi tagħhom, iżda jiddispjaċih mill-fatt li xi ftit minnhom tilfu l-opportunità li jwettqu r-riformi meħtieġa; jirrimarka li xi Stati Membri bi spazju fiskali tajjeb komplew jikkonsolidaw, biex b'hekk ikkontribwew għas-surplus tal-kont kurrenti taż-żona tal-euro;

29.

Jilqa' b'sodisfazzjon l-isforzi tal-Kummissjoni biex tħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri b'defiċits ta' kont kurrenti jew dejn estern għoli biex itejbu l-kompetittività tagħhom, u lil dawk b'surpluses kbar fil-kont kurrenti biex jippromwovu d-domanda billi jżidu t-tkabbir tal-pagi f'konformità mat-tkabbir tal-produttività u biex irawmu t-tkabbir tal-produttività billi jippromwovu l-investiment;

30.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri biex jibnu l-buffers fiskali xierqa għall-ġenerazzjonijiet attwali u futuri; jitlob li jkun hemm implimentazzjoni konsistenti u konformità mal-Pjan ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST), inklużi l-klawżoli ta' flessibbiltà tiegħu, sabiex jiġu salvagwardjati l-finanzi pubbliċi responsabbli; ifakkar fl-importanza ta' implimentazzjoni konsistenti ta' regoli fiskali biex tiġi żgurata l-fiduċja tas-swieq finanzjarji, li hija fundamentali biex jiġi attirat l-investiment;

31.

Jilqa' l-proposta tal-Bord Fiskali Ewropew għal simplifikazzjoni radikali tar-regoli baġitarji biex ikompli jitjieb il-qafas fiskali attwali tal-UE; jenfasizza li l-flessibbiltà, kif inkorporata fir-regoli tal-PST, tippermetti lill-Istati Membri jsibu bilanċ tajjeb bejn l-għan li tiġi żgurata politika fiskali prudenti u li jiġu ffaċilitati investimenti produttivi; jistieden lill-Kummissjoni tqis il-fatturi kollha speċifiċi għall-pajjiż għall-finijiet tal-analiżijiet tas-sostenibbiltà tad-dejn tagħha;

Sjieda nazzjonali

32.

Ifakkar li l-grad ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż huwa baxx wisq; jemmen li l-fokus tas-Semestru Ewropew għandu jkun fuq is-sjieda nazzjonali; iħeġġeġ lill-parlamenti nazzjonali u reġjonali biex jiddibattu r-rapporti tal-pajjiżi u r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u jaħdmu mal-atturi rilevanti; jirrimarka li Semestru Ewropew aktar simplifikat u aktar iffukat jista' jżid is-sjieda;

o

o o

33.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u

(1)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 12.

(2)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 41.

(3)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 8.

(4)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 33.

(5)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.

(6)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 1.

(7)  ĠU L 140, 27.5.2013, p. 11.

(8)  ĠU L 140, 27.5.2013, p. 1.

(9)  ĠU L 129, 19.5.2017, p. 1.

(10)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.

(11)  ĠU C 461, 21.12.2018, p. 1.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/73


P8_TA(2019)0202

Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Aspetti Soċjali u tal-Impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019 (2018/2120(INI))

(2021/C 23/12)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Novembru 2018 bit-titolu “Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019: Għal Ewropa aktar b'saħħitha quddiem l-inċertezza globali” (COM(2018)0770),

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli adottati mill-mexxejja dinjija f'Settembru 2015 u approvati mill-Kunsill, li esprima l-impenn tiegħu għall-implimentazzjoni tagħhom,

wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali pproklamat mill-Kunsill Ewropew, mill-Parlament Ewropew u mill-Kummissjoni Ewropea f'Novembru 2017,

wara li kkunsidra l-abbozz tar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi mill-Kummissjoni u mill-Kunsill tal-21 ta' Novembru 2018 li jakkumpanja l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2019 (COM(2018)0761),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Novembru 2018 għal rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-politika ekonomika taż-żona tal-euro (COM(2018)0759),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tal-21 ta' Novembru 2018 bit-titolu “Rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2019” (COM(2018)0758),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Novembru 2018 bit-titolu “Abbozz tal-Pjanijiet Baġitarji tal-2019: Valutazzjoni Ġenerali” (COM(2018)0807),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' Novembru 2018 dwar is-sitwazzjoni tan-nisa b'diżabilità (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2018 dwar is-servizzi tal-kura fl-UE għal ugwaljanza aħjar bejn is-sessi (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-politiki tal-impjieg u soċjali taż-żona tal-euro (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: aspetti soċjali u tal-impjieg fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018 (4),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew bit-titolu “Id-disparità diġitali bejn is-sessi”;

wara li kkunsidra d-dibattitu mar-rappreżentanti tal-parlamenti nazzjonali dwar il-prijoritajiet tas-Semestru Ewropew 2018,

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0162/2019),

A.

billi fl-2017 ir-rata ta' impjieg għal dawk ta' bejn l-20 u l-64 sena kienet ta' 73,2 %, li tindika li l-UE qiegħda fit-triq it-tajba biex tilħaq l-objettiv tar-rata ta' impjieg ta' 75 % speċifikata fl-istrateġija Ewropa 2020;

B.

billi x-xogħlijiet deċenti li jiżguraw sigurtà tal-impjieg huma fattur importanti fil-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali u għandhom jiġu promossi biex jgħinu ħalli jiġi indirizzat il-qgħad fl-UE kollha, kif ukoll biex tiżdied id-domanda interna u jiġi stimolat it-tkabbir; billi, meta mqabbel man-numru totali ta' ħaddiema, il-perċentwal ta' ħaddiema part-time żdied minn 16,8 % fl-2008 għal 18,7 % fl-2017, b'livelli ogħla u b'żieda akbar fil-każ taż-żgħażagħ iż-żgħar;

C.

billi jeżistu disparitajiet sostanzjali fir-rati ta' impjieg fl-UE kollha bejn l-Istati Membri iżda wkoll fi ħdanhom kif ukoll disparitajiet fil-kwalità tal-impjiegi;

D.

billi, filwaqt li r-rati ta' qgħad fit-tul u ta' qgħad fost iż-żgħażagħ qegħdin jonqsu fil-livell tal-UE, dawn għadhom għoljin f'għadd ta' Stati Membri;

E.

billi r-rata ta' qgħad fost iż-żgħażagħ fil-livell tal-UE hija ta' 18,6 % u li għadha ogħla meta mqabbla mal-2008; billi, skont il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), huwa stmat li ż-żgħażagħ barra mill-edukazzjoni, impjieg jew taħriġ (NEETs) lill-UE jiswewlha EUR 153 biljun fis-sena, filwaqt li l-kostijiet totali stmati għall-istabbiliment tal-garanzija għaż-żgħażagħ jammontaw għal EUR 21 biljun fis-sena; billi għall-perjodu 2017-2020 hemm allokata bħalissa somma ta' EUR 2 biljun għall-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

F.

billi peress li qegħdin jinbtu u jiġu żviluppati forom ġodda ta' xogħol, inkluż ix-xogħol fuq pjattaforma diġitali u x-xogħol indipendenti, se jkun neċessarju li tiġi modernizzata u adattata l-protezzjoni soċjali tradizzjonalment orjentata biex tħares lill-ħaddiema full-time b'kuntratti indefiniti;

G.

billi ż-żieda fir-rata ta' impjieg fl-Istati Membri kienet akkumpanjata miż-żieda fil-forom ta' impjieg atipiċi, prekarji u mhux formali, inklużi l-kuntratti ta' żero sigħat, mid-dgħajfien tad-djalogu soċjali, u, f'ċerti Stati Membri, mid-deċentralizzazzjoni tal-konsultazzjoni kollettiva, b'riperkussjonijiet negattivi fuq id-drittijiet tal-ħaddiema;

H.

billi l-aktar xogħol prekarju huwa dak li fih l-individwi ma jkunux jistgħu jinfurzaw drittijiethom, li fih il-protezzjoni tas-sigurtà soċjali tkun assenti, li fih is-saħħa u s-sikurezza jkunu jinsabu f'riskju u li fih ix-xogħol ma jipprovdix biżżejjed introjtu biex tgħix ħajja dinjituża; billi l-insigurtà hija element fundamentali ieħor tal-prekarjetà u tħaddan fiha l-inċertezza tax-xogħol, l-insuffiċjenza tal-introjtu, in-nuqqas ta' protezzjoni kontra s-sensja kif ukoll l-inċertezza fir-rigward tat-tul ta' żmien tal-impjieg u tal-prospettivi ta' xogħol fil-ġejjieni;

I.

billi, minkejja l-inugwaljanza fl-introjtu fl-UE naqset kemxejn fl-2017, il-faqar fost dawk li jaħdmu għadu f'livelli inaċċettabbilment għoljin, li jlaħħqu d-9,6 % tal-popolazzjoni attiva u tolqot l-aktar lin-nisa;

J.

billi l-għadd totali ta' persuni li jinsabu f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali (AROPE) huwa ta' 22,5 % u li, avolja dan il-perċentwal huwa aktar baxx mil-livelli ta' qabel il-kriżi, l-objettiv ewlieni tal-istrateġija Ewropa 2020 li jnaqqas b'20 miljun l-għadd ta' dawn il-persuni għadu ferm 'il bogħod milli jintlaħaq; billi r-rata AROPE għat-tfal kompliet tonqos iżda għadha għolja b'mod inaċċettabbli; billi r-rata AROPE għat-tfal li jgħixu f'unitajiet familjari b'ġenitur wieħed hija d-doppju tal-medja għat-tfal b'mod ġenerali; billi livelli għoljin ta' inugwaljanza jnaqqsu l-produzzjoni ekonomika u l-potenzjal ta' tkabbir sostenibbli;

K.

billi l-globalizzazzjoni għenet biex tixpruna t-tkabbir ekonomiku iżda l-benefiċċji tagħha mhumiex imqassma b'mod ugwali kemm bejn kif ukoll fl-Istati Membri; billi l-inklużività tal-mudell ta' tkabbir Ewropew għandha terġa' tiġi eżaminata u jeħtieġ li tissaħħaħ, b'mod partikolari f'termini ta' sostenibbiltà soċjali u ambjentali;

L.

billi r-rapport tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) jenfasizza l-urġenza tal-azzjonijiet maħsuba biex jiġġieldu t-tibdil fil-klima, li jista' jsir irreversibbli fi żmien tliet snin; billi għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjonijiet allokazzjonijiet baġitarji fil-livelli kollha tal-governanza (tal-investiment kemm pubbliku kif ukoll privat) għall-modernizzazzjoni u għad-dekarbonizzazzjoni tas-settur industrijali, enerġetiku u tat-trasport;

M.

billi l-ekonomija tal-UE dieħla fis-sitt sena ta' tkabbir kontinwu, irkupru tal-investimenti, żieda fid-domanda tal-konsumaturi, żieda fil-ħolqien tal-impjiegi, filwaqt li d-dispersjoni tar-rati ta' tkabbir fiż-żona tal-euro tinsab fil-livell l-aktar baxx fl-istorja tal-UEM; billi madankollu huwa spjaċevoli li l-benefiċċji tat-tkabbir mhumiex maqsumin b'mod indaqs;

N.

billi l-introjtu tal-familji żdied aktar bil-mod mill-PDG u dan iqajjem dubji dwar l-inklużività tat-tkabbir reċenti;

O.

billi l-bidla demografika u ż-żieda fl-istennija tal-għomor jippreżentaw lis-sistemi tal-pensjoni, tal-kura tas-saħħa u tal-indukrar fit-tul sfidi sinifikanti ħafna relatati mas-sostenibbiltà u mal-adegwatezza;

P.

billi djalogu soċjali li jiffunzjona tajjeb huwa element fundamentali tal-ekonomija soċjali tas-suq Ewropew li jsaħħaħ il-koeżjoni soċjali u jnaqqas il-kunflitti fis-soċjetà, għall-ġid reċiproku tal-ħaddiema, ta' min iħaddem u tal-gvernijiet;

Q.

billi l-inklużjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali fis-Semestru Ewropew mill-2018 għenet biex jitrawmu t-tkabbir inklużiv u l-impjiegi u biex jonqsu l-iżbilanċi makroekonomiċi;

R.

billi s-Semestru Ewropew għandu jikkontribwixxi għat-tlestija tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali biex jiġi żgurat trattament ugwali u opportunitajiet indaqs għan-nisa u l-irġiel, kif ukoll biex jiġi appoġġat id-dritt għal paga ugwali għal xogħol ugwali għan-nisa u l-irġiel u d-dritt ta' aċċess għal kura tas-saħħa ekonomikament aċċessibbli u ta' kwalità tajba;

S.

billi t-80 miljun Ewropew b'diżabbiltà, kif ukoll għadd ta' gruppi speċifiċi fosthom iż-żgħażagħ u l-komunitajiet emarġinati, il-persuni li jbatu minn mard kroniku u l-membri tal-komunitajiet minoritarji jiltaqgħu ma' ostakli speċifiċi fl-aċċess għall-impjiegi u huma aktar esposti għar-riskju ta' faqar u esklużjoni soċjali; billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jagħtu kontribut essenzjali billi jfornu servizzi favur l-inklużjoni u jiżguraw ir-rappreżentazzjoni fit-tfassil tal-politiki;

T.

billi l-inugwaljanzi fis-saħħa u l-piż dejjem akbar tal-mard kroniku qegħdin iwasslu għal livelli għoljin ta' mortalità prematura fl-UE kollha u fl-istess ħin jaffettwaw il-forza tax-xogħol, il-produttività u s-sistemi ta' protezzjoni soċjali;

U.

billi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri huwa valur fundamentali tal-UE u huwa minqux fl-Artikoli 8 u 19 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jistabbilixxu l-obbligu tal-eliminazzjoni tal-inugwaljanzi, tal-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tal-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess, kif ukoll tal-iżgurar tal-integrazzjoni tal-kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki u fl-attivitajiet kollha tal-UE;

V.

billi fl-2017 ir-rata ta' impjieg fost in-nisa kienet ta' 66,5 %, iżda li d-differenza bejn r-rati ta' impjieg bejn in-nisa u l-irġiel, li hija ta' 12 %, għadha konsiderevoli, bħad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u, b'konsegwenza ta' hekk, id-diskrepanza fil-pensjonijiet bejn in-nisa u l-irġiel; billi huma aktar in-nisa milli l-irġiel li jbatu l-faqar u huma n-nisa dawk l-aktar esposti għar-riskju ta' esklużjoni soċjali fix-xjuħija, b'introjtu mill-pensjoni anqas minn kważi 40 % minħabba l-akkumulu ta' inugwaljanzi bejn is-sessi matul ħajjithom, u dan jirrappreżenta sfida għal ħafna nisa u għas-soċjetà; billi l-parteċipazzjoni ugwali fis-suq tax-xogħol kemm għall-irġiel kif ukoll għan-nisa tista' tkun iffaċilitata permezz tal-aċċess għal servizzi ta' indukrar bi prezzijiet raġonevoli u ta' kwalità tajba;

W.

billi l-preżenza ta' aktar nisa f'pożizzjonijiet deċiżjonali ssaħħaħ l-ugwaljanza bejn is-sessi;

X.

billi dawk il-persuni li jindukraw b'mod informali jew li jduru bi qrabathom jinsabu f'riskju akbar li jesperjenzaw il-faqar, kemm matul il-perjodu tal-indukrar kif ukoll meta jaċċedu għad-drittijiet tal-pensjoni; billi huma prevalentement in-nisa dawk li jduru bi qrabathom; billi 80 % tal-indukrar fl-UE jingħata minn persuni li jindukraw b'mod informali u mingħajr ħlas, u li 75 % minnhom huma nisa;

Y.

billi l-kwalità tas-servizzi ta' indukrar tvarja ħafna fl-Istati Membri u minn Stat Membru għal ieħor, u bejn il-faċilitajiet privati u pubbliċi, iż-żoni rurali u urbani, u bejn faxex differenti tal-età; billi n-nisa huma milquta minn tnaqqis fis-servizzi pubbliċi, inklużi s-saħħa, l-edukazzjoni u s-settur tal-alloġġi, kemm direttament bħala utenti u impjegati, kif ukoll indirettament permezz tas-sostenn tagħhom lill-membri tal-familja li jiddependu minn servizzi pubbliċi ċentrali;

Z.

billi n-nisa għandhom aktar ċans li jieqfu mill-karriera minħabba r-rwol tagħhom fil-familja, u billi spiss huma n-nisa li jieqfu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb it-tfal jew iduru bil-qraba morda; billi dan ir-rwol li għandhom in-nisa jista' jxekkel il-karrieri tagħhom; billi għaddejjin diskussjonijiet dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

AA.

billi sar progress sinifikanti biex jintlaħaq l-objettiv ewlieni għall-2020 ta' rata ta' tluq bikri mill-iskola ta' 10 % u biex jintlaħaq l-objettiv ta' 40 % għall-ksib ta' edukazzjoni terzjarja, iżda għadhom jippersistu disparitajiet kbar bejn l-Istati Membri; billi l-Istati Membri għandhom ikunu inkoraġġiti jżidu l-aċċessibbiltà u l-aċċettazzjoni pubblika tat-taħriġ vokazzjonali filwaqt li jiżguraw li l-kwalità tal-edukazzjoni terzjarja tibqa' prijorità huma u jiksbu l-objettivi ewlenin għall-2020;

AB.

billi, fl-era diġitali, minkejja li l-ħiliet diġitali huma essenzjali għall-kompiti personali jew professjonali kollha, aktar minn 40 % tal-adulti fl-UE ma għandux ħiliet diġitali bażiċi; billi 60 miljun adult ma għandhomx il-ħiliet ta' litteriżmu u numeriżmu; billi d-disparità bejn is-sessi fil-kejl tal-ħiliet diġitali 'l fuq mil-livell bażiku hija ta' 12,9 %;

AC.

billi l-ħaddiema b'livell baxx ta' ħiliet u dawk aktar anzjani huma ferm inqas probabbli li jipparteċipaw fi programmi ta' taħriġ mill-ġdid u ta' taħriġ; billi l-impriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju (MSMEs) spiss ma għandhomx riżorsi biex jorganizzaw taħriġ u taħriġ mill-ġdid għall-impjegati tagħhom;

AD.

billi l-esklużjoni mill-alloġġi, il-kundizzjoni li persuna tkun mingħajr dar u l-aċċessibbiltà ekonomika tal-alloġġi jirrappreżentaw sfida importanti f'ħafna Stati Membri u li f'mill-anqas għaxra minn fosthom ġew irreġistrati rati ta' affollament eċċessiv ogħla mill-medja Ewropea; billi għall-Ewropej id-dar tikkostitwixxi n-nefqa l-aktar qawwija u li l-prezzijiet tad-djar qegħdin jiżdiedu b'ritmu aktar mgħaġġel mill-introjti fil-maġġor parti tal-Istati Membri; billi l-inugwaljanza u l-esklużjoni mill-alloġġi jsaħħu lil xulxin u n-nisa, it-tfal u l-persuni li ġejjin minn kuntest ta' migrazzjoni huma partikolarment vulnerabbli għall-esklużjoni mill-alloġġi u għall-kundizzjoni li jkunu mingħajr dar;

AE.

billi għadhom pressanti l-isfidi fit-tul bħat-tixjiħ tal-popolazzjoni, id-diġitalizzazzjoni u l-impatt tagħha fuq ix-xogħol, it-tibdil fil-klima u l-użu insostenibbli tar-riżorsi naturali;

1.

Jirrikonoxxi l-progress li sar fir-rigward tat-Tabella ta' Valutazzjoni Soċjali, iżda jinnota li l-maġġoranza tal-Istati Membri jħabbtu wiċċhom ma' sfidi f'mill-anqas indikatur ewlieni wieħed u li 10 % tal-valutazzjonijiet kollha huma identifikati bħala “sitwazzjonijiet kritiċi”;

2.

Jenfasizza li l-għanijiet u l-impenji soċjali tal-UE huma importanti daqs l-għanijiet ekonomiċi tagħha; jenfasizza li l-ħtieġa ta' investiment fl-iżvilupp soċjali mhijiex biss mezz biex jiġi garantit li t-tkabbir u l-konverġenza ekonomiċi jkunu jistgħu jinkisbu, iżda għandha tkun ukoll objettiv speċifiku fih innifsu; jilqa' pożittivament ir-rikonoxximent tal-importanza tal-pilastru soċjali u l-bżonn li tissaħħaħ id-dimensjoni soċjali tal-UE kif ukoll li tingħata tweġiba lill-inugwaljanzi fi ħdan ir-reġjuni u bejniethom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu d-drittijiet soċjali billi jimplimentaw il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali (EPSR) b'tali mod li tinbena dimensjoni soċjali reali għall-UE, anki billi jieħdu nota tal-istudji reċenti (5) u jtejbu l-viżibbiltà u l-impatt politiċi tat-tabella ta' valutazzjoni tal-indikaturi soċjali u tal-impjiegi ewlenin, filwaqt li jfornu għall-indikaturi kollha rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, inklużi dawk immirati li jippromwovu azzjonijiet trasformattivi lejn Unjoni aktar sostenibbli mil-lat soċjali, ekonomiku u ambjentali; jistieden lill-Kummissjoni tuża l-20 prinċipju tal-EPSR bħala markaturi għall-valutazzjoni tas-suċċess tal-pajjiżi fl-integrazzjoni tal-impenn tagħhom fir-rigward tal-EPSR fil-politiki ekonomiċi tagħhom, kif ukoll issaħħaħ il-kapaċità ta' monitoraġġ tagħha tas-sitwazzjoni soċjali;;

3.

Jitlob li s-Semestru Ewropew jintrabat b'mod sħiħ mal-EPSR, billi jiġu enfasizzati t-trattament ugwali u l-opportunitajiet indaqs bejn in-nisa u l-irġiel, id-dritt għall-paga ugwali għal xogħol ta' valur ugwali u d-dritt għal servizzi ta' indukrar ta' kwalità għolja u ekonomikament aċċessibbli;

4.

Jirrimarka li l-Istati Membri jiffaċċjaw sfidi strutturali fis-suq tax-xogħol bħal parteċipazzjoni skarsa, is-segmentazzjoni tiegħu kif ukoll l-asimmetrija bejn il-ħiliet u l-kwalifiki; jinnota l-ħtieġa dejjem akbar ta' miżuri effikaċi għall-integrazzjoni jew għar-reintegrazzjoni tal-forza tax-xogħol inattiva, inklużi l-migranti, fis-suq tax-xogħol;

5.

Jitlob aktar konsistenza fis-Semestru Ewropew, inkluż billi jiġi żgurat li l-kwistjonijiet enfasizzati fir-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi jitqiesu b'mod adegwat fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż u li l-prijoritajiet jiġu sostnuti minn sena għall-oħra, sakemm ma jitqisux solvuti;

6.

Jinnota li hemm imbassar li l-ekonomiji tal-Istati Membri kollha se jkomplu jikbru iżda b'ritmu aktar bil-mod; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi eliminata d-diskrepanza fl-investiment fis-settur tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-infrastruttura, inklużi s-servizzi soċjali, tas-saħħa u tal-indukrar kif ukoll il-promozzjoni tas-saħħa, il-prevenzjoni tal-mard u d-djar deċenti u effiċjenti fl-enerġija, kif ukoll fil-kapital uman; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmassimizzaw l-isforzi tagħhom biex jinvestu f'edukazzjoni u f'taħriġ ekonomikament raġonevoli, aċċessibbli, immirati u ta' kwalità għolja, billi jsaħħu l-miżuri maħsuba għat-titijb tal-ħiliet u għat-taħriġ mill-ġdid, inklużi l-ħiliet diġitali u trasferibbli, u biex jippromwovu t-tagħlim tul il-ħajja u l-iżvilupp tal-ħiliet; jenfasizza l-importanza li jiġu indirizzati miżuri partikolari għan-nisa u l-bniet, li għad mhumiex rappreżentati biżżejjed fis-setturi diġitali, xjentifiku, teknoloġiku, tal-inġinerija u matematiku (STEM), u li jissaħħu t-taħriġ inizjali u l-iżvilupp professjonali kontinwu tal-għalliema u ta' dawk li jħarrġu; jistieden lill-Istati Membri jsaħħu s-sistemi ta' edukazzjoni, apprendistat u taħriġ vokazzjonali tagħhom, kif ukoll it-tagħlim ibbażat fuq sitwazzjonijiet reali, billi jallinjawhom aktar mal-bżonnijiet attwali u previsti tas-suq tax-xogħol; jinnota, barra minn hekk, l-importanza tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba f'kuntesti ta' tagħlim informali u jistieden lill-Istati Membri joħolqu sistemi ta' konvalidazzjoni tal-ħiliet informali, b'mod partikolari ta' dawk li jinkisbu bis-saħħa tal-attivitajiet tal-volontarjat;

7.

Jaqbel mal-opinjoni tal-Kummissjoni skont liema t-tkabbir ekonomiku attwali għandu jissarraf fil-konċentrazzjoni mill-bidu ta' investimenti favur id-dekarbonizzazzjoni tas-sistemi industrijali, enerġetiċi u tat-trasport tal-Ewropa; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi biex ifornu taħriġ adegwat u aċċessibbli ħalli jiġi żviluppat is-sett ta' ħiliet it-tajjeb, inkluż l-appoġġ lill-impriżi f'dak li għandu x'jaqsam mat-taħriġ, mat-taħriġ mill-ġdid u mat-titjib tal-ħiliet tal-forza tax-xogħol kif ukoll l-adattament mill-ġdid tas-sistemi tal-edukazzjoni u tat-taħriġ;

8.

Jinnota li f'ċerti Stati Membri l-qgħad għadu għoli minħabba n-nuqqas ta' tkabbir u ta' dgħufija strutturali li ġejjin fil-biċċa l-kbira minn oqfsa regolatorji għas-suq tax-xogħol ineffikaċi u f'ħafna każijiet riġidi;

9.

Jinnota li minkejja t-titjib, għad hemm differenzi sostanzjali bejn l-Istati Membri u bejn ir-reġjuni f'termini ta' progress u rpiljar ekonomiċi minħabba dgħufija strutturali preeżistenti fid-diversi Stati Membri, b'mod partikolari fis-settur tal-impjiegi u tal-produttività; jemmen f'dan ir-rigward li l-konverġenza gradwali fl-UE kollha teħtieġ ukoll tindirizza d-diverġenza fl-Istati Membri, minħabba li d-disparitajiet f'livell reġjonali għandhom impatt fuq il-potenzjal tat-tkabbir Ewropew, peress li ħafna politiki u servizzi huma attwati fuq livell reġjonali;

10.

Iqis li, minbarra li tintuża bħala gwida għar-rakkomandazzjonijiet politiċi, it-tabella ta' valutazzjoni mehmuża mal-pilastru soċjali għandha tintuża bħala eżempju għal analiżijiet simili tal-prestazzjoni ta' pajjiżi individwali fil-konfront ta' politiki ambjentali u tat-tibdil fil-klima, sabiex ikunu jistgħu jiġu vvalutati f'livell simili ta' rigorożità;

11.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jeżaminaw bir-reqqa l-kwistjoni tal-faqar fost dawk li jaħdmu u jipproponu soluzzjonijiet kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali biex jindirizzaw din il-kwistjoni mill-aktar insidjuża; jemmen li trid tittieħed azzjoni immedjata u kkoordinata biex titreġġa' lura din ix-xejra, li thedded li tifframmenta l-koeżjoni soċjali u s-solidarjetà interġenerazzjonali; itenni t-tħassib tiegħu dwar l-għadd għoli ta' persuni li jinsabu f'riskju ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali minkejja x-xejra ta' tnaqqis; huwa partikolarment imħasseb dwar ir-rati għolja ta' faqar fost it-tfal, il-faqar fiż-żoni rurali kif ukoll il-faqar fix-xjuħija li huma ddominati b'mod qawwi min-nisa; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jadottaw il-miżuri kollha meħtieġa biex inaqqsu b'mod sinifikanti l-faqar, b'mod partikolari l-faqar fost it-tfal; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrikonoxxu aħjar il-ħidma u l-għarfien espert tal-NGOs, tal-organizzazzjonijiet li jaħdmu kontra l-faqar u favur l-inklużjoni soċjali u tal-persuni li huma stess qed jesperjenzaw il-faqar fl-iskambju ta' prattiki tajba; jirrimarka li l-livelli għolja ta' inugwaljanza jnaqqsu l-produzzjoni ekonomika u l-potenzjal għal tkabbir sostenibbli u inklużiv;

12.

Ifakkar li pagi deċenti huma importanti mhux biss għall-koeżjoni soċjali, iżda wkoll għaż-żamma ta' ekonomija b'saħħitha u ta' forza tax-xogħol produttiva; jistieden lill-Istati Membri jimplimentaw miżuri biex itejbu l-kwalità tal-impjiegi u jnaqqsu d-dispersjoni tal-pagi, inkluż billi jgħollu l-pagi minimi anke, meta applikabbli, fil-forma ta' pagi minimi stabbiliti f'livelli deċenti; F'dan il-kuntest, jappella għal politiki li jirrispettaw, jippromwovu u jsaħħu n-negozjar kollettiv u l-pożizzjoni tal-ħaddiema f'sistemi tal-iffissar tal-pagi peress li jiżvolġu rwol kritiku fil-ksib ta' kundizzjonijiet ta' xogħol ta' standard għoli; jemmen li dan kollu għandu jsir bil-ħsieb li tiġi appoġġata d-domanda aggregata u l-irkupru ekonomiku, billi jitnaqqsu l-inugwaljanzi fil-pagi u jiġi miġġieled il-faqar fost dawk li jaħdmu; jenfasizza, f'dan il-kuntest, li l-leġiżlazzjoni u l-politiki Ewropej iridu jirrispettaw id-drittijiet u l-libertajiet tat-trade unions, jikkonformaw mal-ftehimiet kollettivi u jiddefendu t-trattament ugwali tal-ħaddiema;

13.

Jenfasizza li filwaqt li r-rati tal-qgħad fl-UE jinsabu fl-aktar livell baxx tagħhom, ir-rata tal-postijiet tax-xogħol battala fl-Unjoni kienet ta' 2,2 % fl-2018, żieda minn 1,9 % fl-2017; jinnota bi tħassib li n-nuqqas ta' tlaqqigħ tal-ħiliet huwa konsiderevoli; ifakkar li r-rwol tal-Istati Membri huwa li jiggarantixxu l-aċċess għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità; jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lill-investiment pubbliku sabiex jiżguraw li kulħadd ikun jista' jgawdi d-dritt tiegħu għal edukazzjoni u taħriġ ta' kwalità u inklużivi; jemmen li l-gwida għall-karriera u t-taħriġ jistgħu jaġixxu bħala xprunatur ta' tkabbir sostenibbli u inklużiv; jenfasizza li l-konverġenza bejn il-kwalifiki u l-ħiliet mal-opportunitajiet ta' xogħol hija prekundizzjoni għall-ħolqien ta' suq tax-xogħol tal-UE kompetittiv u għandha tiġi indirizzata billi tiġi faċilitata kooperazzjoni aktar mill-qrib bejn is-sistemi tal-edukazzjoni u n-negozji u t-trade unions, pereżempju billi jiġu promossi l-edukazzjoni doppja, l-apprendistati, it-tagħlim imsejjes fuq ix-xogħol u t-tagħlim imsejjes fuq ir-realtà fil-forom kollha u fil-livelli kollha tal-edukazzjoni, inkluża l-edukazzjoni għolja;

14.

Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa aktar il-portal tal-EURES dwar il-mobbiltà fix-xogħol u programmi oħra li jiffaċilitaw il-mobbiltà tat-tagħlim u tat-taħriġ; jinnota li r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki jtejjeb l-opportunitajiet ta' impjieg, speċjalment f'pajjiżi b'rata għolja ta' postijiet tax-xogħol battala;

15.

Jissottolinja li l-integrazzjoni tal-individwi qiegħda fit-tul permezz ta' miżuri mfasslin individwalment hija fattur ewlieni għall-ġlieda kontra l-inugwaljanzi, il-faqar u l-esklużjoni soċjali u li fl-aħħar mill-aħħar se tikkontribwixxi għas-sostenibbiltà tas-sistemi tas-sigurtà soċjali nazzjonali; jitlob, b'rabta ma' dan, li jsir sforz akbar biex jiġu kkultivati ħiliet rilevanti għas-suq tax-xogħol, kif ukoll li jiżdied b'mod sinifikanti s-sehem tat-taħriġ orjentat lejn il-prattika, sabiex jintlaħaq l-objettiv tal-impjegabbiltà; iqis li huwa meħtieġ li titqies is-sitwazzjoni soċjali ta' dawn iċ-ċittadini u l-ħtiġijiet tagħhom, partikolarment f'termini ta' dħul suffiċjenti, djar adegwati, trasport pubbliku, saħħa u indukrar tat-tfal, kif ukoll jiġi żgurat monitoraġġ aħjar fuq livell Ewropew tal-politiki implimentati fil-livell nazzjonali;

16.

Jistieden lill-Istati Membri jiżguraw li n-NEETs, inklużi żgħażagħ b'diżabbiltà u dawk bi bżonnijiet kumplessi, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ikunu jistgħu jisfruttaw u jibbenefikaw mill-Garanzija għaż-Żgħażagħ b'mod reali u sinifikanti; jirrileva l-importanza tal-indirizzar tan-nuqqasijiet attwali li qed jaffettwaw il-kwalità tal-offerti u s-sensibilizzazzjoni tal-iskema; jemmen li għandhom isiru aktar sforzi biex jiġu stabbiliti standards ta' kwalità, jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju kontinwu u miżjud kemm permezz ta' strumenti ta' finanzjament tal-UE kif ukoll ta' baġits nazzjonali, u jiġi żgurat l-involviment sinifikanti taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ fit-tfassil, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ ta' miżuri taħt il-Garanzija għaż-Żgħażagħ; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi rikonoxxut li minħabba l-kriterji tal-età għadd tal-persuni qiegħda, jew li xogħolhom ma kienx jisfrutta l-kapaċitajiet tagħhom meta kienu żgħażagħ, ma ġewx inklużi f'miżuri speċifikament immirati lejn ħaddiema żgħażagħ u għalhekk jeħtieġu l-opportunità li jaġġornaw il-ħiliet tagħhom; jenfasizza li l-edukazzjoni hija l-ilqugħ ewlieni kontra l-faqar; iqis li żieda fit-taħriġ ta' ħiliet diġitali bażiċi, bħall-użu tal-midja diġitali u għarfien bażiku tal-ipprogrammar, hija essenzjali fl-istituzzjonijiet edukattivi; jenfasizza, b'rabta ma' dan, il-ħtieġa għal tagħmir tekniku adegwat fi stabbilimenti edukattivi b'infrastruttura diġitali xierqa; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimplimentaw is-sistema ta' taħriġ doppju li hija stabbilita fl-UE bħala mudell ta' gwida mingħajr aktar dewmien filwaqt li jirrikonoxxu l-ħtieġa li jadattawha għas-sistemi proprji tal-Istati Membri;

17.

Jenfasizza li huwa importanti li jiġi mmonitorjat il-perċentwali tal-popolazzjoni totali bejn l-etajiet ta' 15 u 24 sena meqjus NEET, kif ukoll indikaturi awżiljarji oħra, u li ssir enfasi b'mod partikolari fuq it-tfajliet u l-bniet peress li hemm differenza kbira bejn is-sessi f'dak li jikkonċerna l-proporzjon ta' żgħażagħ li mhumiex f'impjieg, edukazzjoni jew taħriġ;

18.

Jinnota li l-UE għadha ġġarrab problemi strutturali li jeħtieġ jiġu indirizzati; jissottolinja l-ħtieġa kruċjali li tingħata spinta lid-domanda domestika billi jiġi promoss l-investiment pubbliku u privat kif ukoll riformi strutturali soċjalment u ekonomikament bilanċjati li jnaqqsu l-inugwaljanzi u jippromwovu impjiegi ta' kwalità u inklużivi, it-tkabbir sostenibbli u l-investiment soċjali u konsolidament fiskali responsabbli, biex b'hekk tissaħħaħ mogħdija favorevoli lejn aktar koeżjoni u ambjent ta' konverġenza soċjali 'l fuq għan-negozji u għas-servizzi pubbliċi bil-għan li jinħolqu aktar impjiegi ta' kwalità filwaqt li jiġu bilanċjati d-dimensjonijiet soċjali u ekonomiċi; jenfasizza li dawk il-prijoritajiet se jinkisbu biss jekk l-investiment fil-kapital uman jiġi prijoritizzat bħala strateġija komuni;

19.

Jirrileva li riformi soċjalment responsabbli jridu jkunu bbażati fuq is-solidarjetà, l-integrazzjoni, il-ġustizzja soċjali u d-distribuzzjoni ġusta tal-ġid biex b'hekk jinħoloq mudell li jiżgura l-ugwaljanza u l-protezzjoni soċjali, jipproteġi lill-gruppi vulnerabbli u jtejjeb l-istandards tal-għajxien għaċ-ċittadini kollha; barra minn hekk, jenfasizza l-ħtieġa li jiġu orjentati mill-ġdid il-politiki ekonomiċi tal-Unjoni lejn ekonomija soċjali tas-suq;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt tar-riformi strutturali fir-rigward tas-sessi;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha jniedu u/jew isaħħu r-regolamentazzjoni ta' forom ġodda ta' xogħol; jesprimi tħassib, f'dan il-kuntest, dwar il-kopertura tal-ħaddiema atipiċi u tal-ħaddiema li jaħdmu għal rashom, li ta' spiss ma jkollhomx aċċess sħiħ għas-sistema tal-protezzjoni soċjali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżviluppaw u jippromwovu miżuri li jkunu taw prova li huma effikaċi biex inaqqsu x-xogħol mhux iddikjarat, li jippermettu r-rikonoxximent tad-drittijiet tax-xogħol tal-ħaddiema domestiċi u tal-indukrar kif ukoll itejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jipprojbixxu kuntratti ta’ żero sigħat;

22.

Jistieden lill-Istati Membri jżidu l-kopertura u l-effikaċja tal-politiki tas-suq tax-xogħol attivi, inkluż billi jagħmluhom aktar orjentati lejn ir-riżultati u billi jaħdmu f'kooperazzjoni mill-qrib mas-servizzi pubbliċi tal-impjieg, mas-sħab soċjali u ma' partijiet ikkonċernati rilevanti oħra, inkluża s-soċjetà ċivili meta jkun xieraq;

23.

Jirrileva l-importanza tad-dimensjoni tal-istabbilizzazzjoni awtomatika tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali biex jiġi assorbit ix-xokk soċjali kkawżat minn fatturi esterni bħal reċessjonijiet; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jintroduċu politiki biex terġa' tiġi stabbilita s-sigurtà fl-impjiegi permezz tal-provvista ta' protezzjoni proattiva, inkluż f'każijiet ta' sensji; jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, fil-qafas tar-Rakkomandazzjoni Nru 202 tal-ILO li tiddefinixxi l-protezzjoni soċjali bażika, biex jiżguraw u jżidu l-investiment fis-sistemi tal-protezzjoni soċjali sabiex tiġi garantita l-prestazzjoni tagħhom fl-indirizzar u fil-prevenzjoni tal-faqar u tal-inugwaljanzi filwaqt li tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom;

24.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom sabiex il-persuni b'diżabbiltà jiġu inklużi aktar fis-suq tax-xogħol billi jitneħħew l-ostakoli leġiżlattivi biex jinħolqu inċentivi għall-impjieg tagħhom u tiġi żgurata l-aċċessibbiltà tal-postijiet tax-xogħol b'użu akbar ta' teknoloġiji ta' assistenza ġodda biex jiġu abilitati, pereżempju, il-komunikazzjoni u l-mobbiltà ta' persuni b'diżabbiltà; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, barra minn hekk, iżidu l-isforzi tagħhom biex jiżguraw aktar inklużjoni fis-suq tax-xogħol ta' dawk li huma l-aktar 'il bogħod minnu, bħal ġenituri waħedhom, persuni li jindukraw b'mod informali, persuni b'mard fit-tul, diżabbiltà, problemi tas-saħħa jew mard kroniku kumpless, migranti u rifuġjati u nies minn minoranzi etniċi u reliġjużi; jistieden lill-Istati Membri jżidu l-isforzi biex itejbu l-ħiliet tal-ħaddiema u jippromwovu impjiegi deċenti li jwasslu għal impjiegi ta' kwalità;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-azzjonijiet kollha dwar l-inklużjoni tar-Rom ikunu konformi mal-prinċipji ġenerali tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom miftiehma;

26.

Jinnota li l-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (MSMEs) huma estremament importanti għall-iżvilupp sostenibbli u inklużiv u għall-ħolqien tal-impjiegi fl-Ewropa; jitlob aktar appoġġ biex l-MSMEs ikunu jistgħu jorganizzaw taħriġ rilevanti għall-impjegati tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu kunsiderazzjoni akbar u aħjar lill-interessi tal-MSMEs fil-proċess tat-tfassil ta' politika billi joħolqu l-qafas regolatorju t-tajjeb għan-negozji, inklużi l-intrapriżi ż-żgħar u l-mikrointrapriżi, biex joħolqu l-impjiegi, pereżempju billi jimplimentaw regolamentazzjoni intelliġenti;

27.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jżidu l-isforzi tagħhom sabiex jiżguraw tassazzjoni aktar ġusta, inkluż fl-ekonomija diġitali, peress li hija prerekwiżit għall-promozzjoni ta' inklużjoni aktar favorevoli;

28.

Huwa mħasseb bil-fatt li ftit li xejn ingħatat attenzjoni lill-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir: jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu l-miżuri meħtieġa kollha biex itejbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata u jsaħħu l-ugwaljanza bejn is-sessi; jitlob li jiġu żviluppati servizzi ta' indukrar ta' kwalità għolja aċċessibbli u bi prezzijiet raġonevoli matul iċ-ċiklu tal-ħajja, kif ukoll servizzi ta' indukrar tat-tfal u edukazzjoni bikrija, filwaqt li jitkompla t-twettiq tal-objettivi ta' Barċellona tal-2002 għall-indukrar tat-tfal u tiġi żgurata leġiżlazzjoni li tippromwovi arranġamenti tax-xogħol flessibbli; jitlob ir-rikonoxximent ta' persuni li jindukraw b'mod informali, kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol imtejba, u forom adegwati ta' appoġġ u rikonoxximent tal-ħidma importanti ta' dawk li jindukraw il-familja, li jagħtu l-akbar sehem ta' indukrar fl-UE, billi, pereżempju, joffru kopertura tal-pensjoni u tas-sigurtà soċjali kif ukoll rikonoxximent ta' taħriġ u ħiliet informali; jitlob li jiġu promossi arranġamenti flessibbli tax-xogħol u l-użu ta' liv vantaġġjuż tal-maternità, tal-paternità, tal-ġenituri u tal-persuni li jindukraw; jirrikonoxxi l-fatt li din il-kwistjoni tirrikjedi rispons multidimensjonali u jistieden lill-Istati Membri jindirizzawha bħala kwistjoni urġenti; jinsab ferm konvint li l-adozzjoni rapida tad-direttiva dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata għall-ġenituri u l-persuni li jindukraw hija pass neċessarju lejn titjib tal-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

29.

Jistieden lill-Istati Membri jtejbu l-ugwaljanza bejn is-sessi f'setturi rilevanti u fin-negozji filwaqt li jagħmlu enfasi speċjali fuq in-nisa b'diżabbiltà, peress li huma partikolarment vulnerabbli fis-suq tax-xogħol;

30.

Jinsab imħasseb li s-suq tax-xogħol huwa segregat b'mod vertikali u orizzontali fl-UE, li jeżistu differenzi fil-pagi u fil-pensjonijiet bejn in-nisa u l-irġiel, u li ftit nisa huma involuti fit-teħid tad-deċiżjonijiet; jenfasizza li r-rata tal-impjieg tan-nisa għadha aktar baxxa minn dik tal-irġiel; jenfasizza, barra minn hekk, li din id-diverġenza fir-rata ta' impjieg hija partikolarment evidenti fost l-ommijiet u n-nisa b'responsabbiltajiet ta' indukrar;

31.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li l-kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi jiġu inklużi aktar fl-iżvilupp ta' rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, fil-programmi ta' stabbiltà u konverġenza u fil-programmi nazzjonali ta' riforma, billi jintroduċu objettivi kwalitattivi u miżuri li jindirizzaw diskrepanzi persistenti bejn is-sessi, u jitlobhom japplikaw b'mod sistematiku l-prinċipju tal-ibbaġitjar skont is-sess;

32.

Jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu objettivi kwantitattivi speċifiċi fil-programmi nazzjonali ta' riforma (PNR) tagħhom rigward l-impjieg tan-nisa b'mod ġenerali;

33.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jintroduċu pilastru ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-Istrateġija 2020, kif ukoll objettiv globali dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi;

34.

Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi bħala waħda mill-għodod tas-Semestru Ewropew għall-monitoraġġ tal-progress fil-qasam tal-impjiegi u tal-objettivi soċjali;

35.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jimmonitorjaw il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-forza tax-xogħol; jistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri jiżblokkaw id-Direttiva dwar in-Nisa fuq il-Bordijiet;

36.

Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jneħħu r-restrizzjonijiet kollha fuq in-nisa li jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol u jeliminaw il-preġudizzji kollha relatati mas-sessi b'rabta mat-taxxa u ma' inċentivi oħra li jipperpetwaw ir-rwoli mhux ugwali tal-irġiel u n-nisa;

37.

Jitlob li jiġu stabbiliti politiki li jappoġġaw l-intraprenditorija fost in-nisa, li jagħtuhom aċċess għal finanzjament u opportunitajiet ta' negozju billi jipprovdulhom taħriġ personalizzat u billi jintroduċu miżuri li jiżguraw bilanċ ġust bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

38.

Jirrileva l-fatt li d-diskriminazzjoni bejn is-sessi għadha problema persistenti, kif jidher mid-differenza fil-pagi bejn is-sessi (bil-medja tal-qligħ gross fis-siegħa tal-impjegati rġiel madwar 16 % ogħla minn dik tal-impjegati nisa) u d-differenza fil-pensjonijiet ta' 37 %; jenfasizza li d-differenza fil-pensjonijiet, li hija l-aktar indikatur importanti tal-inugwaljanza bejn is-sessi, hija dovuta għas-sottorappreżentanza tan-nisa f'setturi mħallsa tajjeb, id-diskriminazzjoni fis-suq tax-xogħol u r-rata għolja ta' nisa f'xogħol part-time, kif ukoll nuqqas ta' mekkaniżmi adegwati għar-rikonċiljazzjoni tal-obbligi tal-familja u dawk relatati max-xogħol bejn l-irġiel u n-nisa;

39.

Ifakkar li l-bidla fil-kompożizzjoni tal-età u ż-żieda fl-istennija tal-għomor tal-popolazzjoni tirrikjedi l-adattament tas-sistemi tal-pensjonijiet u, f'xi Stati Membri, l-implimentazzjoni ta' riformi xierqa f'ċerti Stati Membri, sabiex jiġu żgurati pensjonijiet sostenibbli u xierqa; itenni l-appell tiegħu għal “care credits” (krediti għall-indukrar) fis-sistemi tal-pensjonijiet li jikkumpensaw għall-kontribuzzjonijiet li bosta nisa u rġiel ikunu tilfu minħabba responsabbiltajiet tal-indukrar tat-tfal u l-indukrar fit-tul bħala għodda biex titnaqqas id-diskrepanza fil-pagi u fil-pensjonijiet bejn is-sessi u biex tiġi salvagwardata l-ekwità intergenerazzjonali; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri, f'kooperazzjoni mas-sħab soċjali u mal-organizzazzjonijiet tal-ugwaljanza bejn is-sessi, jistabbilixxu u jimplimentaw politiki li jeliminaw id-differenza bejn il-pagi u l-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa; jistieden lill-Istati Membri jwettqu ppjanar dwar il-pagi fuq bażi regolari biex jikkomplementaw dawn l-isforzi; ifakkar lill-Kunsill Ewropew jikkunsidra l-użu tar-rapport annwali dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-kuntest tas-Semestru Ewropew sabiex tissaħħaħ l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi;

40.

Jirrileva li l-aċċess universali għal pensjonijiet tal-irtirar u tax-xjuħija pubbliċi, adegwati u bbażati fuq is-solidarjetà jridu jingħataw lil kulħadd; jirrikonoxxi l-isfidi li jiffaċċjaw l-Istati Membri biex isaħħu s-sostenibbiltà tas-sistemi tal-pensjoni, iżda jenfasizza l-importanza li tiġi salvagwardata s-solidarjetà f'dawk is-sistemi; jemmen li l-aħjar mod biex jiġu żgurati pensjonijiet sostenibbli, sikuri u adegwati għan-nisa u l-irġiel huwa li tiżdied ir-rata ġenerali tal-impjiegi u jinħolqu aktar impjiegi ta' kwalità għall-etajiet kollha, jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol u tal-impjieg u li jiġi allokat l-infiq pubbliku supplimentari meħtieġ; jemmen li r-riformi tas-sistemi tal-pensjoni għandhom jiffokaw, fost affarijiet oħrajn, fuq l-età effettiva tal-irtirar u għandhom jirriflettu x-xejriet tas-suq tax-xogħol, ir-rati tat-twelid, is-sitwazzjoni tas-saħħa u tal-ġid, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-proporzjon ta' dipendenza fuq l-ekonomija; iqis li dawn ir-riformi jridu jqisu wkoll is-sitwazzjoni ta' miljuni ta' ħaddiema fl-Ewropa, b'mod partikolari n-nisa, iż-żgħażagħ u dawk li jaħdmu għal rashom, li jsofru minn impjiegi mhux sikuri u atipiċi, perjodi ta' qgħad involontarju u ħin tax-xogħol imnaqqas;

41.

Jinnota li s-servizzi soċjali u tal-kura tas-saħħa huma essenzjali biex jappoġġaw il-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jipprovdu investiment u spazju fiskali biex jiżviluppaw dawk is-servizzi biex jiżguraw li jkunu bi prezzijiet raġonevoli, aċċessibbli, u ta' kwalità għolja;

42.

Jiddeplora l-fatt li l-kriżi tad-djar ma ġietx inkluża fost il-prijoritajiet ta' politika ewlenin għall-2019, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu aħjar mis-Semestru biex jimmonitorjaw u jappoġġaw il-progress fl-aċċessibbiltà ekonomika tad-djar u l-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar bħala kwistjonijiet fundamentali ta' tħassib; jistieden lill-Kummissjoni biex, bħala l-ewwel pass, tinkludi l-indikatur tal-piż eċċessiv tal-kost tal-abitazzjoni tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea dwar l-Introjtu u l-Kondizzjonijiet tal-Għajxien (EU-SILC) fit-tabella ta' valutazzjoni soċjali f'konformità mal-prinċipju 19 tal-EPSR; jenfasizza li r-rati għoljin ta' affollament eċċessiv fost iż-żgħażagħ (dawk bejn il-15 u d-29 sena) għandhom effett ħażin fuq l-edukazzjoni, l-iżvilupp personali u professjonali u fuq il-kwalità tal-ħajja; jemmen li għandha tingħata prijorità lill-allokazzjoni ta' finanzjament pubbliku liż-żgħażagħ li mhumiex jgħixu f'kundizzjonijiet diċenti;

43.

Huwa tal-fehma li l-politika ta' koeżjoni, bħala waħda mill-politiki ta' investiment ewlenin tal-Unjoni Ewropea, uriet l-effikaċja tagħha fiż-żieda tal-koeżjoni soċjali u fit-tnaqqis tal-inugwaljanzi; iħeġġeġ lill-Istati Membri jużaw bis-sħiħ il-finanzjament disponibbli għall-implimentazzjoni tal-EPSR;

44.

Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex hija tappoġġa lill-Istati Membri biex jagħmlu aktar użu mill-fondi strutturali għall-investiment fi strutturi tal-kura pubblika u f'servizzi għat-tfal, għall-anzjani u għal persuni dipendenti oħra, sabiex jiffaċilitaw ir-ritorn tan-nisa fis-suq tax-xogħol u jiżguraw bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

45.

Ifakkar li l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir jiffavorixxi għadd ta' oqsma ta' investiment soċjali, inklużi s-saħħa, is-sistemi ta' kura fit-tul u d-djar tal-gvern; jenfasizza li l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew argumenta favur il-ħafna effetti pożittivi ta' investiment soċjali orjentat lejn il-futur li jkun ippjanat sew, effettiv u effiċjenti;

46.

Jistieden lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew jirrikonoxxu aktar l-għarfien espert tal-NGOs fil-qasam soċjali billi jaħdmu lejn djalogu ċivili, f'konformità mal-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, fil-qafas tal-proċess tas-Semestru;

47.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2018)0484.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2018)0464.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2018)0432.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2018)0078.

(5)  Ara r-rapporti tal-OECD (“In it together: why less inequality benefits all” (Kulħadd involut: għaliex anqas inugwaljanzi huma aħjar għal kulħadd), 2015 u tal-FMI (“Causes and consequences of income inequality” (Kawżi u konsegwenzi tal-inugwaljanza fl-introjtu), Ġunju 2015.


Il-Ħamis 14 ta’ Marzu 2019

21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/83


P8_TA(2019)0203

Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Każakistan

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Każakistan (2019/2610(RSP))

(2021/C 23/13)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, ta' Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (1), kif ukoll ir-riżoluzzjoni tal-10 ta' Marzu 2016 dwar il-libertà tal-espressjoni fil-Każakistan (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2017 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, ta' Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Każakistan, fosthom dawk tat-18 ta' April 2013 (4) u tal-15 ta' Marzu 2012 (5), u dik tas-17 ta' Settembru 2009 dwar il-każ ta' Yevgeny Zhovtis fil-Każakistan (6),

wara li kkunsidra l-Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni (EPCA) iffirmat f'Astana fil-21 ta' Diċembru 2015,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali (7), u tat-13 ta' April 2016 dwar implimentazzjoni u rieżami tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali (8),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2015 u tad-19 ta' Ġunju 2017 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali,

wara li kkunsidra d-Djalogi annwali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Każakistan,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, fil-21 ta' Diċembru 2015, l-Unjoni Ewropea u l-Każakistan iffirmaw Ftehim Imsaħħaħ ta' Sħubija u Kooperazzjoni (EPCA) maħsub biex jipprovdi qafas wiesa' għal djalogu politiku u kooperazzjoni msaħħa fl-oqsma tal-ġustizzja u tal-affarijiet interni, kif ukoll f'bosta oqsma oħra; billi dan il-ftehim jagħmel enfasi qawwija fuq id-demokrazija u l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, il-prinċipji tal-ekonomija tas-suq u l-iżvilupp sostenibbli, kif ukoll il-kooperazzjoni tas-soċjetà ċivili, inkluż l-involviment tas-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-politika pubblika;

B.

billi l-Każakistan issieħeb fil-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tal-Liġi (Il-Kummissjoni ta' Venezja), f'Marzu 2012;

C.

billi jidher li l-gvern tal-Każakistan ma ħa ebda pass biex jirrevedi d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 174 tal-Kodiċi Kriminali, li huma fformulati b'mod wiesa'u li jipprojbixxi “l-inċitament” ta' diżgwid soċjali, nazzjonali jew ta' xorta oħra, u tal-Artikolu 274, li jipprojbixxi “t-tixrid ta' informazzjoni li hija magħrufa li hija falza”, iżda għadu juża dawk id-dispożizzjonijiet bħala bażi biex jixli lil attivisti tas-soċjetà ċivili u ġurnalisti u jibgħathom il-ħabs;

D.

billi l-għadd ta' priġunieri politiċi li qed jinżammu fil-Każakistan kiber; billi fl-2016 f'reġjuni differenti tal-Każakistan saru dimostrazzjonijiet paċifiċi kontra bidliet fil-Kodiċi tal-Art, li wasslu għad-detenzjoni ta' aktar minn 1 000 parteċipant (fosthom 55 ġurnalist), li minnhom aktar minn 30 persuna sussegwentement ġew arrestati; billi l-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja rrikonoxxa n-natura arbitrarja tad-detenzjoni, in-nuqqas ta' proċess ġust u vjolazzjonijiet goffi tad-drittijiet f'xi każijiet; billi l-attivist tas-soċjetà ċivili Maks Bokayev qed jiskonta sentenza ta' ħabs għall-parteċipazzjoni leġittima tiegħu f'din id-dimostrazzjoni paċifika tal-massa;

E.

billi l-gvern tal-Każakistan ikkoopera mal-missjoni ta' livell għoli tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u kkommetta ruħu li jimplimenta l-pjan direzzjonali biex jindirizza l-preokkupazzjonijiet tal-ILO, iżda ma ħa ebda pass sinifikanti biex jimplimenta d-dispożizzjonijiet tal-pjan direzzjonali, bħal emendar tal-Liġi dwar it-Trade Unions; billi, bl-istess mod, ma implimentax ir-rakkomandazzjonijiet preċedenti tal-Kumitat tal-ILO dwar l-Applikazzjoni ta' Standards, jiġifieri li jirrevedi l-Liġi dwar it-Trade Unions u l-Kodiċi tax-Xogħol u li jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-Konfederazzjoni tat-Trade Unions Indipendenti tal-Każakistan (CITUK) u l-affiljati tagħha jkunu jistgħu jeżerċitaw bis-sħiħ drittijiethom bħala trade unions;

F.

billi l-attivisti tat-trade unions Nurbek Kushakbaev u Amin Eleusinov inħelsu fuq libertà kondizzjonali f'Mejju 2018, iżda għad għandhom projbizzjoni li jieħdu sehem f'attivitajiet tat-trade unions; billi l-attivista Larisa Kharkova qed tiffaċċja restrizzjonijiet simili, kif ukoll fastidju ġudizzjarju kontinwu, u Erlan Baltabay, attivist ta' trade union oħra minn Shymkent, jinsab taħt investigazzjoni kriminali fuq akkużi dubjużi;

G.

billi leġiżlazzjoni ġdida dwar l-NGOs issikkat ir-regoli tal-kontabilità għas-soċjetà ċivili; billi l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem huma soġġetti għal pressjoni fiskali b'rabta ma' għotjiet li jirċievu minn donaturi internazzjonali;

H.

billi l-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin ġiet imminata b'mod gravi; billi t-twemmin reliġjuż jintuża mill-awtoritajiet bħala skuża għal detenzjoni arbitrarja; billi Saken Tulbayev intbagħat il-ħabs wara li ġie akkużat li kien wettaq “inċitament għall-mibegħda reliġjuża”;

I.

billi, fit-13 ta' Marzu 2018, l-awtoritajiet ipprojbew il-moviment ta' oppożizzjoni paċifika Għażla Demokratika tal-Każakistan (DCK) u aktar minn 500 persuna li wrew forom differenti ta' appoġġ għad-DCK; billi l-attivisti ċivili Almat Zhumagulov u l-poeta Kenzhebek Abishev saru vittmi tal-ġlieda tal-awtoritajiet tal-Każakistan kontra d-DCK u ġew ikkundannati għal 8 snin u 7 snin ħabs rispettivament; billi Ablovas Dzhumayev ġie kkundannat għal tliet snin ħabs u Aset Abishev għal erba' snin ħabs talli kkritikaw lill-awtoritajiet online u talli appoġġjaw lid-DRK;

J.

billi d-dritt għal-libertà ta' assoċjazzjoni, minkejja li huwa protett fil-kostituzzjoni tal-Każakistan, fil-parti l-kbira għadu ristrett fil-pajjiż, u billi l-Liġi dwar l-Assoċjazzjoni Pubblika għadha tirrikjedi li l-assoċjazzjonijiet pubbliċi jirreġistraw mal-Ministeru tal-Ġustizzja; billi, f'Diċembru 2015, emendi ġodda għal dik il-liġi imponew obbligi ta' rappurtar onerużi u regolazzjoni statali tal-finanzjament permezz ta' korp maħtur mill-gvern; billi min jieħu sehem f'attivitajiet f'organizzazzjonijiet mhux reġistrati jista' jiffaċċja sanzjonijiet amministrattivi u kriminali;

K.

billi l-attivisti tas-soċjetà ċivili u tad-drittijiet tal-bniedem għadhom jiffaċċjaw rappreżalji u restrizzjonijiet fl-attivitajiet tagħhom, fost l-oħrajn Elena Semenova, li tinsab taħt projbizzjoni tal-ivvjaġġar talli “xerrdet informazzjoni li kienet taf li ma kenitx minnha”, u Ardak Ashim, attivista ibbażata fi Shykment, li ġiet mixlija li “inċitat id-diżgwid” għall-kontribuzzjonijiet kritiċi tagħha fil-media u ntbagħtet f'detenzjoni psikjatrika furzata; billi, fl-10 ta' Mejju 2018, matul iż-żjara ta' delegazzjoni tal-Parlament Ewropew fil-Każakistan, il-pulizija rrikorriet għall-użu ta' forza eċċessiva kontra dimostranti paċifiċi li kienu qed jippruvaw jiltaqgħu ma' Membri tal-Parlament Ewropew; billi aktar minn 150 ruħ inżammu mill-pulizija, u aktar minn 30 dimostrant tqiegħdu taħt arrest amministrattiv; billi, fis-17 u t-18 ta' Settembru 2018, il-pulizija tal-Każakistan żammew diversi attivisti li riedu jiltaqgħu ma' membri tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew;

L.

billi emendi restrittivi ġodda għal-Liġi dwar il-Media u l-Informazzjoni daħlu fis-seħħ f'April 2018, filwaqt li l-aċċess għall-informazzjoni fil-media soċjali għadu bblukkat u Forbes Kazakhstan u Ratel.kz qed jiffaċċjaw investigazzjoni kriminali li nfetħet kontrihom fuq akkużi li “xerrdu informazzjoni li kienu jafu li ma kenitx minnha”; billi l-użu ta' networks soċjali huwa kkontrollat u ristrett mill-awtoritajiet; billi bloggers u utenti ta' networks soċjali, fosthom Ruslan Ginatullin, Igor Chupina u Igor Sychev, ingħataw sentenzi ta' priġunerija; Billi l-blogger Muratbek Tungishbayev ġie estradit mill-Kirgiżistan għal-Każakistan bi ksur flagranti tal-liġi, u ġie soġġett għal maltrattament fil-Każakistan;

M.

billi l-impunità għat-tortura u għall-maltrattament ta' priġunieri u ta' persuni suspettati għadha n-norma, minkejja li l-gvern ikkommetta ruħu favur tolleranza żero għat-tortura; billi l-awtoritajiet naqsu milli jwettqu investigazzjoni kredibbli dwar l-allegazzjonijiet ta' tortura matul l-istrajk estiż fis-settur taż-żejt f'Zhanaozen fl-2011;

N.

billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur f'Almaty ma sab ebda evidenza kredibbli li tirfed l-allegazzjonijiet ta' tortura fir-rigward tan-negozjant Iskander Yerimbetov, li ġie kkundannat għal seba' snin ħabs fuq akkużi li wettaq frodi fuq skala kbira f'Ottubru 2018; billi l-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja fl-2018 ikkonkluda li l-arrest u d-detenzjoni tiegħu kienu arbitrarji, talab li jinħeles, u esprima tħassib dwar l-allegazzjonijiet ta' tortura matul id-detenzjoni tiegħu qabel il-proċess;

O.

billi livelli għoljin ta' vjolenza kontra n-nisa u normi u sterjotipi patrijarkali tradizzjonali jirrappreżentaw ostakli maġġuri għall-ugwaljanza bejn is-sessi fil-Każakistan; billi NGOs jistqarru li l-vjolenza kontra n-nisa hija sottorappurtata, u li hemm rata baxxa ta' prosekuzzjonijiet f'każijiet ta' vjolenza kontra n-nisa kif ukoll f'każijiet ta' fastidju sesswali;

P.

billi l-persuni LGBTI fil-Każakistan jiffaċċjaw sfidi legali u diskriminazzjoni; billi l-attività sesswali bejn persuni tal-istess sess, kemm bejn in-nisa kif ukoll bejn l-irġiel, hija legali fil-Każakistan, iżda koppji tal-istess sess u unitajiet domestiċi mmexxija minn koppji tal-istess sess mhumiex eliġibbli għall-istess protezzjonijiet legali li huma disponibbli għal koppji miżżewġa ta' sessi opposti;

Q.

billi l-Każakistan huwa kklassifikat fil-143 post minn 167 pajjiż fl-Indiċi Dinji tad-Demokrazija, hekk li l-pajjiż huwa ddefinit bħala reġim awtoritarju;

1.

Iħeġġeġ lill-Każakistan biex iżomm mal-obbligi internazzjonali tiegħu u jirrispetta d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; jitlob l l-awtoritajiet tal-Każakistan itemmu l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem u kull forma ta' repressjoni politika, fi qbil mal-prinċipji tal-Artikoli 1, 4, 5 u 235 tal-EPCA;

2.

Jenfasizza li t-tisħiħ tar-relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kulturali bejn l-UE u l-Każakistan irid ikun ibbażat fuq impenji komuni favur valuri universali, b'mod partikolari d-demokrazija, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, jistenna li l-EPCA jippromwovi tisħiħ tal-istat tad-dritt u tal-parteċipazzjoni demokratika miċ-ċittadini kollha, pajsaġġ politiku aktar varjat, ġudikatura indipendenti u imparzjali li taħdem aħjar, aktar trasparenza u responsabbiltà tal-gvern, u titjib tal-liġijiet tax-xogħol;

3.

Jilqa' r-rilaxx ta' għadd ta' priġunieri politiċi, jiġifieri: Vladimir Kozlov, Gyuzyal Baydalinova, Seytkazy Matayev, Edige Batyrov, Yerzhan Orazalinov, Sayat Ibrayev, Aset Matayev, Zinaida Mukhortova, Talgat Ayan u l-ħaddiema taż-żejt ta' Zhanaozen, kif ukoll l-uffiċjali tat-trade unions Amin Eleusinov u Nurbek Kushakbayev, li l-libertà tagħhom, madankollu, għadha soġġetta għal restrizzjonijiet; jilqa' d-deċiżjoni li Ardak Ashim tinħeles mill-klinika psikjatrika; jikkundanna miżura hekk brutali bħall-psikjatrija punittiva, u jitlob li Ashim ma tibqax soġġetta għal kura psikjatrika ambulatorja obbligatorja, u l-irtirar tal-miżuri mediċi obbligatorji kollha kontra l-attivista Natalia Ulasik;

4.

Jitlob li l-attivisti u l-priġunieri politiċi li jinsabu l-ħabs bħalissa, b'mod partikolari Mukhtar Dzhakishev, Maks Bokayev, Iskander Yerimbetov, Aron Atabek, Sanat Bukenov, Makhambet Abzhan u Saken Tulbayev, jiġu riabilitati bis-sħiħ u jinħelsu minnufih, u wkoll li jitneħħew ir-restrizzjonijiet kollha fuq il-movimenti ta' persuni oħra;

5.

Iħeġġeġ lill-gvern tal-Każakistan biex jemenda l-Artikolu 174 tal-Kodiċi Kriminali dwar “l-inċitament tad-diżgwid soċjali, nazzjonali, razzjali, reliġjuż, bejn il-clans jew bejn il-klassijiet” billi jirrestrinġih aktar ħalli jipprevjeni prosekuzzjonijiet arbitrarji li jiksru n-normi tad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll l-Artikolu 274 tal-Kodiċi Kriminali, li jipprojbixxi b'mod wiesa' “t-tixrid ta' informazzjoni li tkun magħrufa li mhijiex minnha”, u biex jeħles lill-attivisti, il-ġurnalisti u l-individwi kritiċi oħra li bħalissa qed jinżammu fuq akkużi taħt dawk l-artikoli;

6.

Iħeġġeġ lill-gvern tal-Każakistan biex itemm ir-repressjoni tat-trade unions indipendenti u jneħħi r-restrizzjonijiet fuq l-attivitajiet tagħhom, itemm il-prosekuzzjonijiet kriminali ta' mexxejja ta' trade unions għal raġunijiet politiċi, u jħassar il-kundanni ta' Larissa Kharkova, Nurbek Kushakbaev u Amin Eleusinov u jħalli lil dawn il-persuni jerġgħu jqbdu l-attivitajiet tagħhom fil-unions mingħajr indħil jew fastidju; iħeġġeġ ukoll lill-gvern biex jindirizza l-preokkupazzjonijiet tal-Parlament Ewropew rigward l-investigazzjoni kriminali kontra Erlan Baltabay, u jirrevedi l-Liġi dwar it-Trade Unions tal-2014 u l-Kodiċi tax-Xogħol tal-2015 biex jagħmilhom konformi mal-istandards tal-ILO;

7.

Iħeġġeġ lill-gvern tal-Każakistan biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-libertà ta' għaqda paċifika u l-libertà ta' assoċjazzjoni, u biex jirrevedi l-Liġi dwar l-Assoċjazzjoni Pubblika u l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-finanzjament;

8.

Iħeġġeġ lill-gvern tal-Każakistan biex itemm kull forma ta' detenzjoni arbitrarja, ta' rappreżalji u ta' fastidju kontra attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u movimenti tal-oppożizzjoni politika, inkluż kontra partitarji reali jew perċepiti tad-DVK;

9.

Iħeġġeġ lill-gvern tal-Każakistan biex jirrevedi l-emendi għal-Liġi dwar il-Media u l-Informazzjoni li daħlet fis-seħħ din is-sena, jimponi moratorju fuq il-libell kriminali, jieħu l-passi kollha meħtieġa biex jirrevoka l-artikoli rilevanti fil-Kodiċi Kriminali l-ġdid li huma relatati mal-libell kriminali, jistabbilixxi limitu massimu fuq danni f'każijiet ta' malafama ċivili, itemm il-fastidju u r-rappreżalji kontra l-ġurnalisti li jikkritikaw il-gvern, u jtemm l-imblukkar tal-aċċess għal informazzjoni kemm online u kemm offline;

10.

Jitlob li tittieħed azzjoni dwar il-komunikazzjonijiet mill-Kumitat tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, mill-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja u mir-Rapporteur Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tortura; jitlob li l-vittmi ta' tortura jiġu protetti, li jingħataw kura medika tajba u li l-inċidenti ta' tortura jiġu investigati sewwa; jitlob li jintemm l-abbuż mill-proċeduri ta' estradizzjoni tal-Interpol u li l-fastidju tal-oppożizzjoni politika jieqaf; iħeġġeġ lill-gvern tal-Każakistan biex iwettaq il-wegħdiet tiegħu ta' tolleranza żero għat-tortura u biex jiżgura li l-allegazzjonijiet ta' tortura, inklużi dawk li saru fil-kuntest tal-ġrajjiet ta' Zhanaozen, jiġu investigati bis-sħiħ; iħeġġeġ lill-gvern biex jirrevedi l-każ ta' Iskander Yerimbetov fid-dawl tal-konklużjonijiet tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja, u jiżgura li l-allegazzjonijiet ta' tortura jiġu investigati debitament;

11.

Josserva n-natura multietnika u multireliġjuża tal-Każakistan, u jisħaq fuq il-ħtieġa tal-protezzjoni tal-minoranzi u ta' drittijiethom, partikolarment fir-rigward tal-użu tal-lingwi, tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, tan-nondiskriminazzjoni u tal-ugwaljanza tal-opportunitajiet; jilqa' l-koeżistenza paċifika ta' komunitajiet differenti fil-Każakistan; iħeġġeġ lill-Każakistan biex ma jibqax jippersegwita lin-nies talli jeżerċitaw b'mod leġittimu l-libertà tagħhom ta' kuxjenza u ta' reliġjon; jesiġi li l-persuni kkundannati għax iħaddnu twemmin jinħelsu minnufih;

12.

Jitlob li l-awtoritajiet jikkumbattu kull forma ta' vjolenza kontra n-nisa; jitlob, barra minn hekk, li tittieħed azzjoni li tiżgura li jkun hemm kanali effikaċi u aċċessibbli ta' rapportar kif ukoll miżuri ta' protezzjoni li jkunu sensittivi għall-ħtiġijiet u għall-kunfidenzjalità tal-vittmi; iħeġġeġ li tintemm l-impunità u li tittieħed azzjoni li tiżgura sanzjonijiet kriminali adatti kontra l-awturi tar-reati;

13.

Jinsisti li d-drittijiet tal-komunità LGBTI jiġu rispettati bis-sħiħ; jitlob li l-gvern tal-Każakistan jiggarantixxi li l-komunità LGBTI ma tħabbat wiċċha ma' ebda diskriminazzjoni;

14.

Jitlob li l-Każakistan jimplimenta bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet tal-missjoni ta' osservazzjoni elettorali OSKE/ODIHR għall-elezzjonijiet tal-20 ta' Marzu 2016, skont liema l-pajjiż għad fadallu ħafna biex jissodisfa l-impenji mal-OSKE rigward elezzjonijiet demokratiċi; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Każakistan biex jevitaw li jirrestrinġu l-attività ta' kandidati indipendenti; iħeġġeġ, barra minn hekk, li d-drittijiet elettorali taċ-ċittadini jiġu rispettati;

15.

Itenni li l-kooperazzjoni bejn l-UE u l-OSKE fit-titjib tal-prattiki tajba ta' governanza demokratika fil-pajjiż huma importanti, b'mod partikolari fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Każakistan, għalhekk, biex jespandu l-mandat tal-OSKE fil-pajjiż, u b'mod partikolari biex iroddu liċ-Ċentru tal-OSKE f'Astana l-mandat tiegħu, bħala kundizzjoni importanti għal aktar kooperazzjoni bejn l-UE u l-Każakistan;

16.

Jitlob li l-UE u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) b'mod partikolari jwettqu monitoraġġ mill-qrib tal-iżviluppi fil-Każakistan, iqajmu kwistjonijiet ta' tħassib mal-awtoritajiet tal-Każakistan fejn ikun meħtieġ, joffru assistenza, u jirrapportaw regolarment lill-Parlament; jitlob li d-Delegazzjoni tal-UE f'Astana tkompli taqdi rwol attiv fil-monitoraġġ tas-sitwazzjoni u li tqajjem il-kwistjoni tal-libertà ta' espressjoni fil-laqgħat bilaterali kollha rilevanti mal-Każakistan; iħeġġeġ lis-SEAE biex jinvolvi ruħu b'mod proattiv f'missjonijiet ta' osservazzjoni tal-proċessi, bil-għan li jissorvelja proċessi politikament sensittivi u prosekuzzjonijiet politikament motivati u jivverifika li d-dritt għal proċess ġust japplika għal kulħadd;

17.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Asja Ċentrali, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-gvern u lill-parlament tal-Każakistan.

(1)  ĠU C 369, 11.10.2018, p. 2.

(2)  ĠU C 50, 9.2.2018, p. 38.

(3)  ĠU C 369, 11.10.2018, p. 179.

(4)  ĠU C 45, 5.2.2016, p. 85.

(5)  ĠU C 251 E, 31.8.2013, p. 93.

(6)  ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 30.

(7)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 91.

(8)  ĠU C 58, 15.2.2018, p. 119.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/88


P8_TA(2019)0204

L-Iran, b'mod partikolari l-każ tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar l-Iran, partikolarment is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (2019/2611(RSP))

(2021/C 23/14)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Iran, b'mod partikolari dawk tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar l-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh (1), u tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar l-istrateġija tal-UE rigward l-Iran wara l-ftehim nukleari (2),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Iran tal-4 ta' Frar 2019,

wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran tat-30 ta' Jannar 2019, u d-dikjarazzjoni tiegħu dwar l-Iran tad-29 ta' Novembru 2018,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tas-17 ta' Diċembru 2018 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, li l-Iran huwa firmatarju tiegħu,

wara li kkunsidra l-Karta tal-President Iranjan dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-29 ta' Novembru 2018 minn esperti tad-drittijiet tal-bniedem tan-NU, bit-titolu “l-Iran irid iħares lid-difensuri tad-drittijiet tan-nisa”,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt, il-Linji Gwida tal-UE dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, u l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-libertà tal-espressjoni online u offline,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta' April 2018 li jestendi l-miżuri restrittivi tiegħu għal 12-il xahar ulterjuri b'reazzjoni għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kelliem għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-kundanna tal-avukatessa Iranjana tad-drittijiet tal-bniedem Nasrin Sotoudeh,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135 (5) u 123 (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti, l-avukati u l-attivisti online fl-Iran għadhom qed jiffaċċjaw fastidju, arrest arbitrarju, detenzjoni u prosekuzzjoni għal xogħolhom; billi, f'dawn l-aħħar xhur, il-Ministeru tal-Intelligence Iranjan u forzi oħra wettqu ripressjoni severa fuq is-soċjetà ċivili;

B.

billi r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar l-istrateġija tal-UE rigward l-Iran wara l-ftehim nukleari tenfasizza l-importanza li jiġu rispettati l-linji gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem, inkluż dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, fil-kuntest tar-relazzjonijiet UE-Iran;

C.

billi l-avukatessa magħrufa tad-drittijiet tal-bniedem Nasrin Sotoudeh reċentement ġiet ikkundannata għal mill-inqas seba' snin ħabs; billi matul iż-żewġ proċessi ġie rrappurtat li s-sentenza kkombinata tagħha tista' tkun itwal b'mod sinifikanti, għalkemm it-tul eżatt ta' kemm se tqatta' l-ħabs għadu mhux ċar; billi r-raġuni vera għall-priġunerija tagħha tidher li kienet id-difiża paċifika tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran; billi l-proċessi tagħha ma sarux skont standards internazzjonali bażiċi ta' proċess ġust;

D.

billi Reza Khandan, ir-raġel ta' Nasrin Sotoudeh, kien miżmum f'detenzjoni b'konnessjoni mas-sostenn tiegħu ta' nisa li għamlu kampanja paċifika kontra l-fatt li kienu mġiegħla jilbsu l-hijab u favur ir-rilaxx ta' martu mill-ħabs; billi f'Jannar 2019, il-Qorti Rivoluzzjonarja f'Tehran ikkundannatu għal sitt snin ħabs;

E.

billi l-attivisti ambjentali Taher Ghadirian, Niloufar Bayani, Amirhossein Khaleghi, Houman Jokar, Sam Rajabi, Sepideh Kashani, Abdolreza Kouhpayeh u Morad Tahbaz, li kienu qed jirrappreżentaw lill-Persian Wildlife Heritage Foundation, ġew arrestati matul il-perjodu ta' Jannar u Frar 2018, ġew miżmuma mingħajr aċċess għal avukat, u ffaċċjaw proċess matul dawn l-aħħar ġimgħat fi proċedimenti li ma laħqux l-istandards ta' proċess ġust; billi membru ieħor tal-grupp, il-professur universitarju tal-università Iranjan-Kanadiż Kavous Seyed-Emami, miet f'kustodja s-sena li għaddiet f'ċirkostanzi misterjużi;

F.

billi l-attivisti tat-trade unions Esmaeil Bakhshi, Sepideh Gholian u Mohammad Habibi ġew arrestati fl-2018 u fl-2019 wara li mexxew protesti favur id-drittijiet tal-ħaddiema u tal-għalliema; billi d-difensur tad-drittijiet tal-bniedem, Maryam Akbari Monfared, ġiet ikkundannata għal 15-il sena ħabs fl-2010 għall-hekk imsejħa 'mibegħda kontra Alla' u ġiet miċħuda kura medika waqt li kien qed tbati minn mard varju;

G.

billi l-attivisti Arash Sadeghi, Narges Mohammadi u Farhad Meysami kollha rċevew sentenzi twal ta' priġunerija għall-kampanji tagħhom dwar id-drittijiet tan-nisa, l-abolizzjoni tal-piena tal-mewt u d-drittijiet tal-bniedem;

H.

billi l-qrati Iranjani jonqsu regolarment milli jipprovdu proċessi ġusti, u jużaw konfessjonijiet miksuba permezz tat-tortura bħala evidenza fil-qorti; billi l-awtoritajiet qed ikomplu jikkriminalizzaw l-attiviżmu tad-drittijiet tal-bniedem u jużaw l-Artikolu 48 tal-Liġi dwar il-Proċedura Kriminali Iranjana biex jirrestrinġu l-aċċess tad-detenuti għal avukat; billi m'hemm l-ebda mekkaniżmu indipendenti biex tiġi żgurata r-responsabbiltà fi ħdan il-ġudikatura;

I.

billi l-prattika kontinwa ta' arresti ta' ċittadini doppji tal-UE u Iranjani, inkluż il-Britannika Iranjana Nazanin Zaghari-Ratcliffe, hija segwita minn iżolament fit-tul u interrogazzjonijiet, nuqqas ta' proċess ġust, u sentenzi twal ta' ħabs ibbażati fuq akkużi vagi jew mhux speċifikati ta' “sigurtà nazzjonali” u “spjunaġġ”, kif ukoll kampanji ta' malafama sponsorjati mill-Istat kontra l-individwi li jinsabu l-ħabs;

J.

billi ġew irrappurtati diversi każijiet ta' kundizzjonijiet inumani u degradanti fil-ħabsijiet u nuqqas ta' aċċess adegwat għall-kura medika matul id-detenzjoni fl-Iran, bi ksur tar-Regoli Minimi Standard tan-NU għat-Trattament tal-Priġunieri;

K.

billi hu stmat li l-Iran wettaq eżekuzzjonijiet ta' 273 persuna fl-2018, it-tieni l-akbar numru fid-dinja għal dik is-sena, skont rapport mill-NGO Iran Human Rights;

L.

billi fl-2018 eluf ta' persuni organizzaw dimostrazzjonijiet paċifiċi u strikes bi protesta kontra pagi mhux imħallsa, kundizzjonijiet tax-xogħol ħżiena, korruzzjoni, ripressjoni politika u ilmenti oħra; billi l-awtoritajiet arrestaw mijiet minnhom, u ħafna minnhom irċevew sentenzi ta' ħabs twil u swat;

M.

billi l-ġudikatura Iranjana tkompli trażżan l-atti ta' reżistenza paċifika min-naħa tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa li kienu qed jipprotestaw kontra l-użu obbligatorju tal-hijab; billi fl-2018 mill-inqas 39 mara kienu arrestati b'konnessjoni mal-protesti u 55 oħra ġew detenuti għax-xogħol tagħhom b'rabta mad-drittijiet tan-nisa;

N.

billi l-libertà tal-istampa, kemm online kif ukoll offline, il-libertà ta' assoċjazzjoni u l-libertà tal-ħsieb huma mrażżna fl-Iran;

O.

billi l-awtoritajiet Iranjani sistematikament immiraw lill-ġurnalisti, inklużi dawk li jaħdmu għas-servizz Persjan tal-BBC, u lill-familji tagħhom, permezz tal-użu ta' investigazzjonijiet kriminali, l-iffriżar tal-assi, l-arrest arbitrarju, id-detenzjoni, is-sorveljanza, il-fastidju, u billi jxerrdu informazzjoni falza, malizzjuża u diffamatorja; billi tal-anqas tmien ġurnalisti bħalissa jinsabu f'detenzjoni fl-Iran;

P.

billi l-President Iranjan Hassan Rouhani nieda Karta dwar id-Drittijiet taċ-Ċittadini f'Diċembru 2016; billi din il-karta mhijiex legalment vinkolanti;

Q.

billi membri ta' minoranzi reliġjużi u etniċi, inklużi membri ta' twemmin Baha' i u l-komunitajiet tal-Ażerbajġani, Kurdi, Għarab u Baluch, Musulmani Sunniti, Kristjani u dawk li m'għandhomx twemmin, jiffaċċjaw diskriminazzjoni fl-impjieg, l-edukazzjoni, il-libertà tal-qima' u l-attivitajiet politiċi fl-Iran;

1.

Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jeħilsu minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lid-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem, il-priġunieri ta' kuxjenza u l-ġurnalisti detenuti u kkundannati sempliċiment għaliex eżerċitaw id-dritt tagħhom għal-libertà ta' espressjoni u tal-assemblea paċifika; jenfasizza li l-awtoritajiet Iranjani għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw li d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-avukati u l-ġurnalisti jkunu jistgħu jwettqu xogħolhom ħielsa minn theddid, intimidazzjoni u impediment;

2.

Itenni t-talba tiegħu lill-Gvern tal-Iran biex jeħles minnufih u mingħajr kundizzjonijiet lir-rebbieħa tal-Premju Sakharov Nasrin Sotoudeh, u jfaħħar il-kuraġġ u l-impenn tagħha favur id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tan-nisa fl-Iran; iqis il-proċess u s-sentenza inġusti għall-aħħar ta' Nasrin Sotoudeh bħala nuqqas gravi ta' ġustizzja u jilqa' d-dikjarazzjoni tal-Kelliem tas-SEAE tat-12 ta' Marzu 2019 dwar din il-kwistjoni;

3.

Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jemendaw l-Artikolu 48 tal-Liġi dwar il-Proċedura Kriminali tal-pajjiż biex jiżguraw li l-konvenuti kollha jkollhom id-dritt li jkunu rappreżentati minn avukat tal-għażla tagħhom u għal proċess ġust skont l-impenji tal-Iran taħt il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi;

4.

Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Iranjani jiżguraw is-sikurezza u l-benessri tad-detenuti kollha, inkluż l-aċċess għal kura medika adegwata; jitlob ukoll li ssir investigazzjoni indipendenti dwar il-mewt ta' Kavous Seyed-Emami, u dwar allegazzjonijiet ta' tortura ta' attivisti oħra f'detenzjoni, u jikkundanna l-prattika tar-rifjut deliberat ta' kura medika lill-priġunieri politiċi;

5.

Jistieden lill-awtoritajiet Iranjani biex, bħala kwistjoni ta' urġenza, iwaqqfu s-sorveljanza, l-arrest, il-fastidju u l-prosekuzzjoni ta' ġurnalisti, attivisti online u l-familji tagħhom, u biex itemmu ċ-ċensura online, u jitlob li jinħolqu kundizzjonijiet li jittolleraw il-libertà ta' espressjoni u l-libertà tal-midja, kemm online kif ukoll offline;

6.

Jistieden lill-Gvern tal-Iran jikkoopera mar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran, inkluż billi jippermettilu jidħol fil-pajjiż;

7.

Jistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-istituzzjonijiet tal-UE jkomplu jqajmu l-każijiet ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem arrestati mal-kontropartijiet Iranjani tagħhom, u matul il-laqgħa li jmiss tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU f'Ġinevra;

8.

Jistieden lis-SEAE jkompli jinkludi d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, fil-kuntest tad-Djalogu ta' Livell Għoli bejn l-UE u l-Iran; jistieden ukoll lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tafferma mill-ġdid pubblikament li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huwa komponent ewlieni għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Iran;

9.

Iħeġġeġ lill-VP/RGħ u lill-Kunsill jesploraw il-possibbiltà li jiġi stabbilit djalogu formali dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Iran f'konformità mal-Linji Gwida tal-UE dwar id-djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem ma' pajjiżi terzi;

10.

Iħeġġeġ lill-uffiċjali tal-UE jitolbu lill-awtoritajiet Iranjani biex jiggarantixxu s-sikurezza u l-benessri tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem f'detenzjoni u jwettqu investigazzjonijiet sħaħ dwar rapporti ta' tortura;

11.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri kollha bi preżenza diplomatika f'Tehran jużaw il-mekkaniżmi previsti fil-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem biex jappoġġaw u jipproteġu lil dawn l-individwi, inklużi dikjarazzjonijiet pubbliċi, proċeduri diplomatiċi, monitoraġġ tal-proċessi u żjarat fil-ħabs;

12.

Iħeġġeġ lill-Iran ma jibqax jikkriminalizza l-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa, inklużi dawk li jipprotestaw b'mod paċifiku kontra l-ilbies obbligatorju tal-hijab, u jitlob li din il-prattika diskriminatorja u umiljanti tiġi abolita;

13.

Jistieden lill-Gvern tal-Iran jipproteġi d-drittijiet tal-persuni kollha li jappartjenu għal minoranzi reliġjużi u etniċi, u jindirizza l-forom kollha ta' diskriminazzjoni kontrihom;

14.

Jilqa' l-emendi għal-liġi dwar it-traffikar tad-drogi, li naqqsu l-impożizzjoni tal-piena kapitali, u jitlob li ssir reviżjoni tas-sentenzi kollha għall-mewt sabiex jiġi żgurat li l-proċessi rilevanti twettqu skont l-istandards internazzjonali; jistieden lill-awtoritajiet Iranjani jintroduċu moratorju immedjat fuq l-użu tal-piena tal-mewt, bħala pass lejn l-abolizzjoni tagħha;

15.

Jirrakkomanda li tintbagħat fl-Iran delegazzjoni ad hoc mis-Sottokumitat għad-Drittijiet tal-Bniedem qabel tmiem il-mandat attwali sabiex iżżur lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu l-ħabs u torganizza l-laqgħat meħtieġa mal-awtoritajiet Iranjani;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Mexxej Suprem tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, lill-President tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran u lill-Membri tal-Majlis Iranjan.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2018)0525.

(2)  ĠU C 215, 19.6.2018, p. 86.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/92


P8_TA(2019)0205

Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Gwatemala

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Gwatemala (2019/2618(RSP))

(2021/C 23/15)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Marzu 2007 dwar il-Gwatemala (1), tal-11 ta' Diċembru 2012 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Amerka Ċentrali, min-naħa l-oħra (2), u tas-16 ta' Frar 2017 dwar il-Gwatemala, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (3),

wara li kkunsidra ż-żjara tas-sottokumitat tiegħu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-Messiku u fil-Gwatemala ta' Frar 2016 u r-rapport finali tiegħu relattiv,

wara li kkunsidra r-rapport tad-delegazzjoni tiegħu għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali dwar iż-żjara tagħha fil-Gwatemala u fil-Honduras mis-16 sal-20 ta' Frar 2015,

wara li kkunsidra ż-żjara fil-Gwatemala tad-delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali bejn it-28 ta' Ottubru u l-1 ta' Novembru 2018,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2016 dwar ir-responsabbiltà tal-kumpaniji għal abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (4),

wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv Pluriennali 2014-2020 għall-Gwatemala, u l-impenn tiegħu li jikkontribwixxi għar-riżoluzzjoni tal-kunflitti u għall-paċi u għas-sigurtà,

wara li kkunsidra l-programmi ta' appoġġ tal-Unjoni Ewropea għas-settur tal-ġustizzja fil-Gwatemala, b'mod partikolari s-SEJUST,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, u l-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li jagħtu impenn li jkun attiv fil-qasam tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-Programm ta' Azzjoni Annwali 2018 tal-UE favur il-Gwatemala għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv fiż-żona mal-fruntiera tal-Gwatemala u tal-Belize (Guatemalan adjacency zone) u l-viċinanza tagħha u għall-appoġġ għall-mandat estiż tal-Kummissjoni Internazzjonali kontra l-Impunità fil-Gwatemala (CICIG),

wara li kkunsidra l-iffirmar ta' ftehim ta' konsultazzjoni bejn is-CICIG u l-Qorti Suprema tal-Gwatemala f'Awwissu 2017,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tat-2 ta' Settembru 2018 dwar id-deċiżjoni tal-Gvern tal-Gwatemala li ma jġeddidx il-mandat CIGIC,

wara li kkunsidra l-ittra konġunta mill-President tal-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar l-Għajbien Furzat jew Involontarju u tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni tal-verità, il-ġustizzja, il-kumpens u l-garanziji tan-nonrikorrenza, lill-President tal-Gwatemala, tas-6 ta' April 2018,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Settembru 2018 tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, dwar id-deċiżjoni tal-Gvern tal-Gwatemala li ma jestendix il-mandat tas-CICIG,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-6 ta' Marzu 2019 tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, dwar il-Liġi tal-Gwatemala dwar l-Organizzazzjonijiet Mhux Governattivi għall-Iżvilupp,

wara li kkunsidra l-aktar rapport riċenti tal-Human Rights Watch dwar il-Gwatemala,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Gwatemala,

wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, minħabba l-kollaborazzjoni fil-parti l-kbira bejn l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tal-Gwatemala u l-Kummissjoni Internazzjonali kontra l-Impunità fil-Gwatemala (CICIG), appoġġata min-NU, li ġiet stabbilita fl-2007 biex tinvestiga l-kriminalità organizzata u ssaħħaħ l-isforzi lokali biex jissaħħaħ l-istat tad-dritt, il-Gwatemala kienet kompliet tagħmel xi progress fil-prosekuzzjoni tal-każijiet tad-drittijiet tal-bniedem u tal-korruzzjoni;

B.

billi n-numru ta' qtil u ta' attakki kontra d-difensuri, l-organizzazzjonijiet u l-komunitajiet li jaħdmu fuq id-drittijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali u ambjentali żdied fil-Gwatemala matul dawn l-aħħar ftit snin; billi fl-2018 l-għadd globali ta' attakki kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-popli indiġeni, b'mod partikolari l-attakki kontra dawk li jaħdmu fuq id-drittijiet tal-art u territorjali, kien ta' 391, skont rapport mill-Unità għall-Protezzjoni tad-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Gwatemala (UDEFGUA), inklużi 147 każ ta' kriminalizzazzjoni u 26 każ ta' omiċidju, żieda ta' 136 % fuq l-2017;

C.

billi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jiffaċċjaw ukoll theddid, intimidazzjoni, stigmatizzazzjoni, kampanji ta' malafama minn atturi privati u mill-awtoritajiet tal-Gwatemala, u persekuzzjoni ġudizzjarja; billi l-użu ħażin ta' proċeduri kriminali kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem sabiex jipprevjenu jew jissanzjonaw ix-xogħol tagħhom jibqa' kwistjoni ta' tħassib;

D.

billi l-għadd ta' attakki kontra l-ġurnalisti huwa wkoll inkwetanti ħafna, b'93 attakk, inklużi erba' każijiet ta' qtil, irreġistrati fl-2017; billi minħabba l-konċentrazzjoni kontinwa tas-sjieda tal-midja f'idejn ftit kumpaniji, l-istabbilimenti tal-midja indipendenti u l-ġurnalisti għadhom qed ikunu soġġetti għal attakki u theddid;

E.

billi l-vjolenza kontra n-nisa għadha problema gravi fil-Gwatemala, kif jidher mill-fatt li l-imwiet vjolenti tan-nisa żdiedu bi 8 % għal 662 każ; billi fil-Jum Internazzjonali tan-Nisa 2017, 41 tifla mietu, meta ġew maqfula wara protesta kontra abbużi min-naħa tal-gwardjani, meta kien hemm xi nirien f'dar għall-minorenni mmexxija mill-istat; billi r-rata ta' impunità għad-delitti fil-Gwatemala hija ta' 97 %;

F.

billi, mill-2007, is-CICIG kienet qed tiġġieled kontra l-korruzzjoni u l-impunità fuq stedina tal-Gvern tal-Gwatemala u f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-istituzzjonijiet nazzjonali fil-pajjiż, sabiex tidentifika u tgħin biex jiżżarmaw l-istituzzjonijiet parastatali, u kkontribwixxiet għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji u tas-sigurtà tal-pajjiż;

G.

billi wara erba' estensjonijiet ta' mandati suċċessivi ta' sentejn tas-CICIG, il-Gvern tal-Gwatemala talab lis-Segretarju Ġenerali tan-NU li l-mandat tagħha jerġa' jiġġedded għal darb'oħra sa Settembru 2019, biex b'hekk tissaħħaħ aktar il-governanza permezz tal-investigazzjonijiet u l-appoġġ b'impatt għoli tas-CICIG favur l-istat tad-dritt fil-Gwatemala, u jiġu kkonsolidati l-kisbiet tagħha fit-tnaqqis sinifikanti tal-korruzzjoni u tiġi sfidata l-impunità ta' attivitajiet mhux statali b'rabtiet mal-Istat (CIACS);

H.

billi f'April 2018, is-CICIG u l-Ministeru Pubbliku ppreżentaw ir-riżultati ta' investigazzjonijiet ġodda dwar il-finanzjament illegali tal-partit fil-gvern, l-FCN, matul il-kampanja elettorali tiegħu; billi f'Lulju 2018, il-Qorti Suprema tal-Ġustizzja ppjanat investigazzjoni fl-attivitajiet tal-President Jimmy Morales fir-rigward tal-finanzjament illegali tal-kampanja elettorali tiegħu;

I.

billi fl-aħħar ta' Awwissu 2018, il-Gvern tal-Gwatemala ħabbar il-kanċellazzjoni tal-mandat tas-CICIG sa minn Settembru 2019; billi ftit wara, il-gvern ipprojbixxa wkoll ir-ritorn lejn il-pajjiż tad-direttur tas-CICIG Iván Velásquez u sussegwentement ikkanċella l-viżi għal 11-il impjegat tas-CICIG li kienu qed jinvestigaw każijiet ta' korruzzjoni ta' livell għoli; billi f'Jannar 2019, il-gvern unilateralment ħassar il-ftehim man-NU dwar is-CICIG b'effett immedjat u talab li s-CICIG titlaq mill-pajjiż; billi Iván Velásquez qed jiffaċċja wkoll akkużi u huwa s-suġġett ta' kampanji kontinwi ta' tfigħ ta' tajn;

J.

billi dawn il-miżuri ġew ikkontestati u annullati mill-Qorti Kostituzzjonali tal-Gwatemala; billi l-Qorti Kostituzzjonali ordnat, b'vot unanimu, li l-gvern kellu jippermetti lil Iván Velásquez jidħol fil-pajjiż; billi dawn id-deċiżjonijiet ġew injorati mill-gvern; billi l-Kungress ħejja azzjoni kontra l-Qorti Kostituzzjonali u l-membri tagħha, u dan ta lok għal kunflitt sfaċċat mal-istat tad-dritt;

K.

billi l-Abbozz ta' Riforma 5377 li jemenda l-Liġi dwar ir-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali, li għadda mill-Kungress fit-tieni qari minn tlieta, fil-bidu ta' Marzu 2019, jestendi amnestija għad-delitti kollha mwettqa mill-forzi tas-sigurtà domestika u individwi li jaġixxu f'isem il-gvern, inklużi delitti kontra l-umanità, bħalma huma t-tortura, l-għajbien furzat u l-ġenoċidju; billi l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR) esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-abbozz ta' liġi u appellaw biex il-liġi eżistenti ma tiġix emendata;

L.

billi skont l-IACHR, l-Abbozz ta' Riforma 5377 jonqos milli jikkonforma mal-impenji internazzjonali tal-Gwatemala, allegatament jikser id-dritt internazzjonali, u jikser l-Artikolu 171(g) tal-Kostituzzjoni tal-Gwatemala, billi l-persuni kollha fil-ħabs li kienu nstabu ħatja ta' delitti politiċi u ta' delitti kontra l-umanità li twettqu matul il-kunflitt armat, u li ġew ikkundannati għalihom, jinħelsu fi ftit sigħat;

M.

billi l-persuni fil-Gwatemala qed ikollhom iħabbtu wiċċhom ma' livell estremament għoli ta' nuqqas ta' sigurtà, u billi l-Pulizija Ċivili Nazzjonali (PNC) f'dawn l-aħħar snin iddgħajfet serjament; billi kien hemm allegazzjonijiet ta' intimidazzjoni u theddid kontra maġistrati, imħallfin, prosekuturi u atturi ġudizzjarji li kkooperaw mas-CICIG;

N.

billi l-aċċess għall-ġustizzja, il-kundizzjonijiet tal-ħabs, il-kondotta tal-pulizija u l-allegazzjonijiet ta' tortura, kwistjonijiet aggravati minn korruzzjoni mifruxa, kollużjoni u impunità, jibqgħu kwistjonijiet ta' tħassib serju;

O.

billi tal-Ombudsman tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Gwatemala, li l-baġit tiegħu tnaqqas, il-Ministeru Pubbliku, u l-Ġudikatura ħadu passi importanti kontra l-impunità u favur ir-rikonoxximent tad-drittijiet tal-bniedem; billi hemm tentattivi ċari mill-awtoritajiet tal-Gwatemala biex jagħmlu ħsara lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni, l-impunità u l-istat tad-dritt;

P.

billi skont l-UDEFEGUA, il-vittmi tal-attakki “kienu fil-parti l-kbira tagħhom mexxejja indiġeni li jiddefendu d-dritt għall-art u għat-territorju”; billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU esprima tħassib dwar id-drittijiet indiġeni wara lmenti dwar proġetti tal-enerġija idroelettrika, tal-estrazzjoni mill-minjieri u agroindustrijali, li l-liċenzji u l-operazzjonijiet tagħhom ikkawżaw il-ksur tad-drittijiet tal-popli indiġeni; billi r-Rapporteur Speċjali tan-NU ddikjara wkoll li huwa inkwetanti li l-protesti paċifiċi mill-komunitajiet qed jiġu trattati mill-istat u mill-partijiet terzi involuti bħala sitwazzjonijiet ta' kunflitt kriminali li jaffettwaw is-sikurezza pubblika; billi Aura Lolita Chávez, id-difensur ambjentali indiġenu mill-Gwatemala u l-finalista tal-Premju Sakharov tal-Parlament Ewropew tal-2017, telqet minn pajjiżha wara attakki serji, theddid ta' qtil u malafama, u qed taffaċċja diversi proċessi ġudizzjarji li kieku kellha tirritorna;

Q.

billi fid-9 ta' Ottubru 2018, membri tar-Reżistenza Paċifika tal-Mikroreġjun ta' Ixquisis, fost manifestanti oħra, ġew attakkati minn aġenti kontra l-irvellijiet tal-PNC, u dan ħalla sitt dimostranti midruba;

R.

billi l-Ambaxxatur Żvediż għall-Gwatemala ġie ddikjarat persona non grata (dikjarazzjoni sussegwentement annullata mill-Qorti Kostituzzjonali) talli allegatament għen lis-CICIG fil-ħidma tagħha fil-pajjiż;

S.

billi l-elezzjonijiet presidenzjali u ġenerali fil-Gwatemala huma ppjanati għas-16 ta' Ġunju u l-11 ta' Awwissu 2019;

T.

billi l-iżvilupp u l-konsolidazzjoni tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jridu jkunu parti integrali mill-politiki esterni tal-UE, inkluż il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ffirmat bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali fl-2012; billi dan il-ftehim jinkludi klawsola demokratika, li hija element essenzjali minnu; billi l-Gwatemala hija t-tielet l-akbar riċevitur ta' assistenza bilaterali għall-iżvilupp mill-UE fl-Amerka Ċentrali, u billi din l-għajnuna, fl-ammont ta' EUR 167 miljun fil-perjodu 2014-2020, tiffoka fuq is-sigurtà tal-ikel, ir-riżoluzzjoni tal-kunflitti, il-paċi, is-sigurtà u l-kompetittività;

1.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar iż-żieda fil-qtil u l-atti vjolenti u n-nuqqas ta' sigurtà għaċ-ċittadini kollha u, b'mod aktar speċifiku, għan-nisa u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; ifakkar fl-importanza ta' sistema ġudizzjarja indipendenti u effettiva u l-bżonn li tintemm l-impunità; jiddeplora l-fatt li l-Gvern tal-Gwatemala qed ikompli jinjora l-istat tad-dritt u s-separazzjoni tas-setgħat; ifakkar li fost il-prinċipji essenzjali tad-demokraziji liberali hemm is-separazzjoni tas-setgħat u r-rispett tal-istat tad-dritt;

2.

Jistieden lill-awtoritajiet tal-Gwatemala jwaqqfu kull att ta' intimidazzjoni kontra s-soċjetà ċivili fil-Gwatemala – b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem – filwaqt li jirrispettaw l-ordni kostituzzjonali u jiggarantixxu d-drittijiet fundamentali taċ-ċittadini kollha tal-Gwatemala; jenfasizza l-fatt li soċjetà ċivili vibranti hija essenzjali biex l-istat isir aktar responsabbli, reattiv, inklużiv u effettiv fil-livelli kollha, u allura aktar leġittimu; jinsisti li l-istituzzjonijiet kollha li jiddefendu d-demokrazija kostituzzjonali u d-drittijiet tal-bniedem fil-Gwatemala jeħtieġ ikunu appoġġjati u msaħħa; ifakkar li ġudikatura indipendenti u r-rispett tal-indipendenza tagħha, flimkien ma' ordinament ġuridiku imparzjali, jikkostitwixxu garanzija essenzjali; jenfasizza li dawn huma kruċjali għall-konsolidazzjoni tal-isforzi biex jiġu miġġielda l-korruzzjoni u l-impunità; iqis li l-allegazzjonijiet ta' intimidazzjoni u theddid kontra l-maġistrati, l-imħallfin u l-prosekuturi għandhom iwasslu għal azzjoni immedjata biex jiġu mħarsa l-istituzzjonijiet ġudizzjarji tal-pajjiż u r-rappreżentanti tagħhom; iħeġġeġ lill-Eżekuttiv tal-Gwatemala jiżgura l-indipendenza tal-ġudikatura minnufih u jiggarantixxi l-libertà tal-istampa u tal-midja;

3.

Huwa konvint li s-CICIG kellha rwol fundamentali fil-Gwatemala u li l-ħidma tagħha fil-ġlieda kontra l-impunità u l-korruzzjoni u t-tħejjija ta' investigazzjonijiet għall-proċessi mwettqa mill-istituzzjonijiet tal-Gwatemala hija kruċjali biex jiġi rispettat l-istat tad-dritt; jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni attwali li s-CICIG qed tiffaċċja fil-Gwatemala u jitlob lill-Gvern Gwatemalan iwaqqaf l-attakki illegali kollha kontriha u kontra l-membri tal-persunal nazzjonali u internazzjonali tagħha;

4.

Jilqa', f'dan il-kuntest, id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni ta' Settembru 2018 biex l-estensjoni tal-mandat tas-CICIG tingħata appoġġ permezz ta' EUR 5 miljun oħra mill-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp (DCI) għall-Programm ta' Azzjoni Annwali tal-Gwatemala tal-2018; jistieden lill-Kummissjoni tiżborża b'urġenza l-EUR 5 miljun miftiehma u tkompli l-programmi kollha approvati mas-CICIG; jitlob lill-Kummissjoni tlesti ruħha biex, wara Settembru 2019, tkompli tikkoopera mas-CICIG u tkompli tiffinanzjaha, u jappoġġja attivament tali estensjoni;

5.

Huwa konvint li l-emenda proposta għal-Liġi dwar ir-Rikonċiljazzjoni Nazzjonali tikkostitwixxi theddida sinifikanti għall-istat tad-dritt fil-Gwatemala u timmina drastikament il-progress importanti magħmul bil-ħidma tal-qrati nazzjonali fil-ġlieda kontra l-impunità; jaqbel mal-fehma tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti li l-amnestija prevista fl-abbozz ta' liġi għal min jikser id-drittijiet tal-bniedem, għall-awturi ta' delitti kontra l-umanità u għall-kriminali tal-gwerra tista' tkompli żżid il-vjolenza fil-pajjiż; jinnota li l-priġunieri rilaxxati jistgħu jirritaljaw, azzjoni li tista' twassal għad-destabbilizzazzjoni tas-soċjetà; iħeġġeġ lill-Kungress tal-Gwatemala, għalhekk, biex ma jadottax l-abbozz ta' liġi;

6.

Jitlob li jsir studju indipendenti, taħt l-awspiċji tan-Nazzjonijiet Uniti, li jirrifletti l-impatt aħħari tal-ħidma tas-CICIG fuq is-sistema ġudizzjarja fil-Gwatemala u l-kontribut tagħha għall-istabbiltà politika tal-pajjiż, kif ukoll ir-riżultat tal-ftehim iffirmat bejn is-CICIG u l-Qorti Elettorali Suprema;

7.

Jesprimi tħassib dwar il-proposta ta' liġi dwar l-organizzazzjonijiet mhux governattivi fil-qasam tal-iżvilupp; jitlob lill-Kungress tal-Gwatemala biex, bi qbil mal-parir tekniku pprovdut mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, ma jadottax dan l-abbozz li, jekk jgħaddi, jista' jxekkel il-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-għaqda tal-NGOs, jillimitalhom l-aċċess għall-finanzjament u jċekknilhom id-definizzjoni tagħhom, u b'hekk jillimita l-kamp ta' applikazzjoni ta' dawn l-organizzazzjonijiet u jfixkel l-attivitajiet tagħhom, minbarra li jwitti t-triq għall-interdizzjoni arbitrarja tagħhom; ifakkar lill-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet tal-Gwatemala fil-ħtieġa li jinħoloq u jinżamm ambjent sikur u favorevoli biex l-NGOs jesprimu liberament l-opinjonijiet tagħhom u jwettqu l-ħidma tagħhom għall-benefiċċju tas-soċjetà kollha kemm hi;

8.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-ilmenti li saru dwar in-nuqqas ta' konsultazzjonijiet liberi u infurmati minn qabel (il-Konvenzjoni 169 tal-ILO); ifakkar fir-rakkomandazzjoni tar-Rapporteur Speċjali tan-NU li d-drittijiet tal-popli indiġeni għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ skont l-istandards internazzjonali, li jinkludu d-dritt għal konsultazzjoni libera u infurmata minn qabel; ifakkar li l-korporazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali huma marbutin direttament bi trattati u regoli nazzjonali u internazzjonali oħrajn dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet ambjentali tul il-katina tal-valur tagħhom, u li, jekk jinstab li jkunu kkawżaw jew ikkontribwew għall-ħsara, il-kumpaniji għandhom joffru jew jipparteċipaw fi proċessi ta' rimedju effettiv għall-individwi u l-komunitajiet affettwati; jinnota li dan jinkludi r-restituzzjoni, il-kumpens, ir-riabilitazzjoni u garanziji ta' nonripetizzjoni; ifakkar li l-gvernijiet għandhom ir-responsabbiltà li jipproteġu d-drittijiet tal-bniedem u li jressqu lil min jiksirhom quddiem il-ġustizzja;

9.

Itenni t-talba tiegħu għall-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari n-nisa; jilqa' u jappoġġja l-azzjoni meħuda s'issa mill-ambaxxati Ewropej u d-Delegazzjoni tal-UE għall-Gwatemala; jitlob li l-Unjoni Ewropea żżomm u, jekk ikun meħtieġ, tintensifika l-proġetti ta' appoġġ għall-ħidma tal-organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali fil-Gwatemala;

10.

Jinsisti li l-awtoritajiet tal-Gwatemala għandhom jiddikjaraw u jiżguraw is-sikurezza fiżika u legali ta' Lolita Chávez, finalista tal-Premju Sakharov, jekk tiddeċiedi li tmur lura f'pajjiżha;

11.

Jitlob li l-elezzjonijiet fil-Gwatemala jsiru b'mod paċifiku u trasparenti, u li tiġi żgurata s-sigurtà tal-kandidati kollha; jenfasizza li l-Qorti Suprema Elettorali għandha taġixxi b'mod indipendenti u mingħajr ebda ndħil mill-istituzzjonijiet jew l-aġenti tal-istat; joffri li jibgħat Missjoni ta' Esperti Elettorali mill-UE;

12.

Jiddeplora l-fatt li, aktar minn 20 sena wara, il-Ftehimiet ta' Paċi tal-Gwatemala għadhom ma ġewx implimentati, u anzi qegħdin f'riskju li jiżżarmaw; iħeġġeġ bis-sħiħ lill-parteċipanti nazzjonali u internazzjonali kollha jagħmlu kulma jistgħu biex jaċċeleraw l-implimentazzjoni sħiħa tagħhom; jistieden lill-Gvern tal-Gwatemala, għal dan il-għan, jiżgura l-kontroll demokratiku u politiku u l-professjonalizzazzjoni tal-PNC u ta' istituzzjonijiet oħra bħall-CONRED, il-koordinatur nazzjonali għat-tnaqqis tad-diżastri, sabiex jimpedixxi l-militarizzazzjoni tagħhom u tiġi evitata r-ridirezzjoni ta' fondi umanitarji permezz tal-armata, billi dan mhuwiex konsistenti mal-għanijiet tal-Ftehimiet ta' Paċi;

13.

Ifakkar lill-Gvern tal-Gwatemala li l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerka Ċentrali fih klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem li hija element essenzjali u li, jekk tiġi injorata, tista' twassal għas-sospensjoni tas-sħubija; jitlob lill-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha jagħmlu użu mill-mekkaniżmi stabbiliti fil-Ftehim ta' Assoċjazzjoni u fil-Ftehim ta' Djalogu Politiku u ta' Kooperazzjoni biex iħeġġu bis-sħiħ lill-Gwatemala twettaq aġenda ambizzjuża dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-ġlieda kontra l-impunità;

14.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri, lill-President, il-Gvern u l-Parlament tar-Repubblika tal-Gwatemala, lill-Kummissjoni Internazzjonali Kontra l-Impunità fil-Gwatemala (CICIG), lis-Segretarjat għall-Integrazzjoni Ekonomika tal-Amerka Ċentrali (SIECA), lill-Parlament tal-Amerka Ċentrali u lill-kopresidenti tal-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana.

(1)  ĠU C 301 E, 13.12.2007, p. 257.

(2)  ĠU C 434, 23.12.2015, p. 181.

(3)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 196.

(4)  ĠU C 215, 19.6.2018, p. 125.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/98


P8_TA(2019)0207

Implimentazzjoni tar-Regolament dwar l-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 dwar is-SĠP (2018/2107(INI))

(2021/C 23/16)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (1),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 607/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Ġunju 2013 li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 552/97 li jirtira temporanjament l-aċċess għal preferenzi tariffarji ġeneralizzati mill-Myanmar/Burma (2), u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Mejju 2013 dwar ir-ristabbiliment tal-aċċess tal-Myanmar/Burma għas-sistema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati (3),

wara li kkunsidra l-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu tar-regolament SĠP attwali ta' Lulju 2018 (4) u r-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 (5) akkumpanjat mid-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-4 ta' Ottubru 2018 (6),

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni tat-28 ta' Jannar 2016 u tad-19 ta' Jannar 2018 dwar l-Iskema Ġeneralizzata ta' Preferenzi li jkopru l-perjodi 2014-2015 (7) u 2016-2017 (8) rispettivament, li jivvalutaw l-effetti tas-SĠP b'fokus fuq il-prestazzjoni tal-benefiċjarji tas-SĠP+,

wara li kkunsidra s-Smigħ Pubbliku dwar is-SĠP organizzat mill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (INTA) fis-16 ta' Frar 2016, l-iskambju ta' fehmiet dwar l-għoti tas-SĠP+ lis-Sri Lanka fil-21 ta' Marzu 2017; u l-iskambju ta' fehmiet dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament SĠP fid-19 ta' Frar 2018,

wara li kkunsidra l-Artikoli 5 u 21 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Ombudsman Ewropew fil-każ 1409/2014/MHZ dwar in-nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea li twettaq minn qabel valutazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem tal-ftehim ta' kummerċ ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam (9),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2016 dwar l-implementazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-2010 tal-Parlament dwar l-istandards soċjali u ambjentali, id-drittijiet tal-bniedem u r-responsabbiltà korporattiva (10),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar ir-rapport annwali tal-2017 dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (11),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' April 2017 dwar inizjattiva ewlenija tal-UE għas-settur tal-ħwejjeġ (12),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar is-sitwazzjoni attwali tal-implimentazzjoni tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà fil-Bangladesh (13),

wara li kkunsidra sħubijiet volontarji speċifiċi għall-pajjiżi, bħall-inizjattiva tal-Patt dwar is-Sostenibbiltà fil-Bangladesh u l-inizjattiva tad-Drittijiet tax-Xogħol fil-Myanmar,

wara li kkunsidra l-istrateġija konġunta tal-2007 tal-UE u tal-Istati Membri tagħha bit-titolu “Għajnuna għall-Kummerċ: It-tisħiħ tal-appoġġ tal-UE għall-ħtiġijiet relatati mal-kummerċ f'pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp”,

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-NU għall-2030,

wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol dwar it-tħaddim tat-tfal, ix-xogħol furzat, id-diskriminazzjoni, il-libertà ta' assoċjazzjoni u n-negozjar kollettiv,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta' Mejju 2016 dwar l-UE u dwar il-katini ta' valur mondjali responsabbli,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-12 ta' Settembru 2017 dwar l-impatt tal-kummerċ internazzjonali u tal-politiki kummerċjali tal-UE fuq il-ktajjen ta' valur mondjali (14),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, kif ukoll l-Artikolu 1(1)(e) ta', u l-Anness 3 għad-deċiżjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tat-12 ta' Diċembru 2002 dwar il-proċedura ta' awtorizzazzjoni għat-tħejjija ta' rapporti fuq inizjattiva proprja (15),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat dwar il-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat dwar l-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0090/2019),

A.

billi l-UE kienet l-ewwel li implimentat skema SĠP fl-1971 wara r-rakkomandazzjoni tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) li skontha l-pajjiżi industrijalizzati jagħtu preferenzi kummerċjali ġeneralizzati, mhux reċiproċi u mhux diskriminatorji lil pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, b'hekk jgħinuhom biex jiġġeneraw dħul addizzjonali permezz ta' kummerċ internazzjonali bi sforz biex jitnaqqas il-faqar, tiġi promossa l-governanza tajba, u jitrawwem l-iżvilupp sostenibbli;

B.

billi l-Artikolu 207 tat-TFUE jistipula li l-politika kummerċjali tal-UE jeħtiġilha tkun imsejsa fuq il-prinċipji u l-objettivi tal-politika esterna tal-UE u tippromwovi l-valuri li l-Unjoni tiddefendi, kif stabbilit fl-Artikolu 2 tat-TUE u għall-kisba tal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 21, bħat-tisħiħ tad-demokrazija u l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, kif ukoll għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-ugwaljanza, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem u l-ħarsien tal-ambjent u tad-drittijiet soċjali;

C.

billi fil-konklużjonijiet tiegħu, l-Ombudsman tal-UE stqarr li: amministrazzjoni tajba tfisser li jiġu osservati u rrispettati d-drittijiet fundamentali; meta d-drittijiet fundamentali ma jiġux irrispettati m'hemmx lok għal amministrazzjoni tajba; l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE jeħtiġilhom dejjem jikkunsidraw li l-azzjonijiet tagħhom ikunu konformi mad-drittijiet fundamentali u għandhom ifittxu wkoll li jtejbu l-argument tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiżi sħab.

D.

billi l-iskema SĠP attwali ġiet stabbilita taħt ir-Regolament (UE) Nru 978/2012, li ġiet adottata abbażi tal-Artikolu 2017 tat-TFUE skont il-proċess leġiżlattiv ordinarju mal-Parlament Ewropew li għall-ewwel darba aġixxa bħala koleġiżlatur għal regolament SĠP;

E.

billi skont l-Artikolu 40 tar-Regolament SĠP, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni tar-Regolament SĠP lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ħames snin wara l-adozzjoni, li għandu r-Regolament SĠP li jmiss u li ser jiġi adottat sal-2022; billi dan ir-Regolament ilu fis-seħħ mill-1 ta' Jannar 2014; billi saret evalwazzjoni indipendenti bir-reqqa tal-funzjonament tar-Regolament attwali bħala sforz sabiex tiġi pprovduta informazzjoni fl-ambitu tal-eżerċizzju ta' rieżami mill-Kummissjoni u billi tfasslet lista ta' rakkomandazzjonijiet konkreti;

F.

billi l-iskema fiha tliet arranġamenti: l-iskema SĠP ġenerali, l-iskema ta' inċentivi SĠP+; u l-iskema Kollox ħlief Armi (EBA); billi l-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP standard – attwalment 18-il pajjiż – jibbenefikaw minn tnaqqis fid-dazji doganali f'66 % tal-kategoriji tal-prodotti kollha tal-UE; billi t-tmien benefiċjarji tas-SĠP+ jesportaw madwar 66 % tal-kategoriji tal-prodotti kollha mingħajr dazju għall-impenn tagħhom biex jimplimentaw effettivament 27 konvenzjoni ewlenija internazzjonali li jkopru d-drittijiet tal-ħaddiema, id-drittijiet tal-bniedem, il-governanza tajba u t-tħassib ambjentali; billi d-49 pajjiż l-anqas żviluppati (LDCs) fl-ambitu tal-arranġament tal-EBA tas-SĠP jingħataw aċċess mingħajr dazju għall-UE għall-prodotti kollha, ħlief għall-armi u l-munizzjon; billi l-pajjiżi benefiċjarji kollha huma marbuta minn konvenzjonijiet internazzjonali fl-oqsma tad-drittijiet tal-bniedem u tad-drittijiet tax-xogħol skont ir-Regolament SĠP, filwaqt li l-pajjiżi SĠP+ huma marbuta wkoll minn konvenzjonijiet internazzjonali dwar l-ambjent u governanza tajba; billi hija biss l-iskema SPĠ+ li toffri djalogu strutturat fejn tiġi vvalutata l-implimentazzjoni effikaċi ta' dawn il-konvenzjonijiet mill-pajjiżi benefiċjarji; billi l-pajjiżi benefiċjarji tas-SPĠ għandhom ikunu jistgħu jimplimentaw ukoll standards u normi internazzjonali, inklużi t-tfassil, l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' leġiżlazzjoni xierqa, b'mod partikolari fil-qasam tal-istabbiliment tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

G.

billi l-objettivi ewlenin tar-riforma tas-SĠP tal-2012 kienu li jkun hemm aktar enfasi fuq il-pajjiżi fil-bżonn – LDCs u pajjiżi oħra bi fejn id-dħul huwa aktar baxx – fejn jiġu promossi aktar il-prinċipji ewlenin tal-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba, jissaħħu l-istabbiltà u l-prevedibbiltà filwaqt li tittejjeb iċ-ċertezza għall-operaturi kummerċjali;

H.

billi bosta konvenzjonijiet internazzjonali, linji gwida u regoli għandhom l-għan li jipprevjenu l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem; billi, b'mod partikolari, il-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP għandhom l-obbligu li jimplimentaw dawn il-linji gwida u joħolqu l-kundizzjonijiet ġuridiċi u ekonomiċi xierqa li fihom in-negozji jistgħu joperaw u jsibu posthom fil-katini ta' provvista mondjali;

I.

billi l-UE jenħtieġ li twieġeb b'mod saħansitra aktar effettiv għad-dumping soċjali u ambjentali u għal prattiki kummerċjali u ta' kompetizzjoni inġusti fl-istess waqt li tassigura kundizzjonijiet ekwi;

J.

billi f'diversi pajjiżi, iż-żoni ta' pproċessar tal-esportazzjonijiet (EPZs) huma eżentati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar ix-xogħol u b'hekk dan ma jippermettix id-dritt komplut ta' parteċipazzjoni fl-attività ta' trade union jew ta' tiftix ta' rimedju legali; billi l-ewwel istanza tikkostitwixxi ksur tal-istandards ewlenin tal-ILO u tista' twassal għal aktar impatti negattivi fuq id-drittijiet tal-bniedem;

K.

billi l-ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-politiki kollha tal-UE hija stabbilita sew fl-Artikolu 8 tat-TFUE; billi l-ftehimiet ta' kummerċ u ta' investiment għandhom ħabta jaffettwaw lin-nisa u lill-irġiel b'mod differenti minħabba l-inugwaljanzi strutturali bejn il-ġeneri; billi skont l-ILO, fl-2012 21 miljun persuna madwar id-dinja, li minnhom 55 % kienu nisa u bniet, sfaw vittmi ta' xogħol furzat u 90 % minnhom kienu fis-settur tal-ekonomija privata;

L.

billi l-Artikolu 19(6) tar-Regolament SĠP jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis “l-informazzjoni rilevanti kollha” meta tiddetermina jekk il-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP humiex debitament konformi mal-obbligi tagħhom fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-informazzjoni pprovduta mis-soċjetà ċivili; billi l-involviment tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali fl-implimentazzjoni tal-iskema SĠP jista' jsaħħaħ il-leġittimità u l-effikaċja tal-politika kummerċjali komuni tal-UE;

M.

billi r-Regolament SĠP jippermetti lill-UE tissospendi l-preferenzi fl-aktar każijiet serji ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem, abbażi tal-Kapitolu V, Artikolu 19(1)(a) tar-Regolament SĠP, li jipprevedi l-irtirar temporanju ta' trattament preferenzjali għal għadd ta' raġunijiet, inkluż il-ksur sistematiku tal-prinċipji stabbiliti fil-konvenzjonijiet elenkati fil-Parti A tal-Anness VIII;

N.

billi l-Kummissjoni nediet il-proċess fil-każ tal-Kambodja u tinsab fil-proċess li tniedi investigazzjonijiet fil-każ tal-Myanmar rigward abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fi ħdan il-qafas ta' irtirar possibbli mill-arranġamenti Kollox ħlief Armi;

Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet ewlenin

1.

Jilqa' r-Rapport ta' Nofs it-Terminu li dwar l-applikazzjoni tar-Regolament SĠP attwali li jivvaluta jekk l-objettivi li stabbilixxa għandhomx probabbiltà li jinkisbu; jilqa' l-fatt li r-Regolament il-ġdid ra żieda fl-esportazzjonijiet mill-benefiċjarji tal-arranġamenti Kollox ħlief Armi (EBA) u SĠP+, li huwa fattur importanti li jikkontribwixxi għall-qerda tal-faqar;

2.

Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2016 EUR 62,6 biljun f'importazzjonijiet daħlu fl-UE skont il-preferenzi tas-SĠP (tendenza li qiegħda tiżdied), imqassma kif ġej: EUR 31,6 biljun minn benefiċjarji tas-SĠP standard, madwar EUR 7,5 biljun mill-benefiċjarji tas-SĠP+ u EUR 23,5 biljun mill-benefiċjarji tal-EBA (data tal-Eurostat minn Settembru 2017);

3.

Ifakkar li s-SĠP tgħin lill-industriji fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp jegħlbu d-diffikultajiet li dawn il-pajjiżi jiffaċċjaw fis-swieq tal-esportazzjoni bħala riżultat ta' spejjeż inizjali għoljin; ifakkar li, f'konformità mal-objettivi tal-UNCTAD, l-għanijiet tas-SĠP huma li jiżdied id-dħul mill-esportazzjoni u li tiġi promossa l-industrijalizzazzjoni ta' pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u konsegwentement tal-LDCs u li jiġi aċċellerat it-tkabbir tagħhom bil-għan li jinqered il-faqar;

4.

Jenfasizza li s-SĠP+ hija strument importanti tal-politika kummerċjali tal-UE li tipprovdi aċċess aħjar għas-suq u hija akkumpanjata minn mekkaniżmu ta' monitoraġġ strett għall-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tax-xogħol, il-ħarsien tal-ambjent u l-governanza t-tajba fil-pajjiżi vulnerabbli fil-fażi tal-iżvilupp;

5.

Jinnota li r-Regolament SĠP attwali ilu fis-seħħ għal tliet snin, mill-bidu tal-proċess ta' evalwazzjoni ta' nofs it-terminu, li diġà identifika elementi li fir-Regolament SĠP ser jitqies li jkun hemm riforma tagħhom; jilqa' r-rakkomandazzjonijiet previsti fir-rapport finali tal-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu;

6.

Jenfasizza li s-SĠP, bħala parti mill-politika kummerċjali tal-UE għandha tinbena fuq il-prinċipji tal-politika esterna tal-UE (effikaċja, trasparenza u valuri) kif minquxa fl-Artikolu 21 tat-TUE; jisħaq li l-Artikolu 208 tat-TFUE jistabbilixxi l-prinċipju ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u jistabbilixxi l-qerda tal-faqar bħala l-objettiv ewlieni; jisħaq li l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Kummerċ għal Kulħadd” tirriafferma dawn il-prinċipji;

7.

Jirrikonoxxi l-fatt li s-SĠP+ għandha rwol importanti fil-promozzjoni tad-drittijiet internazzjonali tax-xogħol, tad-drittijiet tal-bniedem, tal-governanza tajba u tal-istandards għall-ħarsien tal-ambjent fil-pajjiżi benefiċjarji tagħha, mhux biss billi toffri inċentivi biex jikkonformaw ma' dawn l-istandards iżda wkoll billi tistabbilixxi pjattaforma għal djalogu regolari fl-oqsma koperti mill-konvenzjonijiet u billi tippromwovi l-involviment f'riformi sostantivi;

8.

Jirrikonoxxi li l-iskema SĠP ġabet gwadanji ekonomiċi għall-pajjiżi benefiċjarji u għall-UE, b'żieda fl-esportazzjonijiet lejn l-UE u b'rati ta' utilizzazzjoni ta' preferenza mtejba mill-benefiċjarji tal-EBA u tas-SĠP+; iħeġġeġ lill-UE taħdem biex iżżid l-għarfien dwar ir-regoli tas-SĠP fil-pajjiżi benefiċjarji sabiex tippromwovi implimentazzjoni saħansitra aħjar tal-iskema; jitlob lill-Kummissjoni biex, fejn possibbli, tivvaluta d-distribuzzjoni tal-qligħ fir-rigward tal-iskema SĠP abbażi tad-disponibbiltà tad-data; jieħu nota li, f'xi każijiet, iż-żieda fl-esportazzjonijiet u fl-opportunitajiet ekonomiċi kellha impatti indiretti negattivi mhux intenzjonati fuq id-drittijiet fundamentali u l-iżvilupp soċjali, pereżempju f'każijiet fejn wasslu għall-ħtif tal-art jew għal nonkonformità mad-drittijiet tax-xogħol; jisħaq, għaldaqstant, li jeħtieġ li l-preferenzi kummerċjali jiġu segwiti mill-implimentazzjoni ta' konvenzjonijiet internazzjonali u riformi sabiex jiġi evitat li l-programmi SĠP potenzjalment iwasslu għal livelli ogħla ta' dumping ambjentali u soċjali;

9.

Jilqa' l-mekkaniżmu ta' dħul tas-SĠP+ issimplifikat biex jagħmlu aktar attraenti għall-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP standard; jaċċentwa l-fatt li ħafna mill-pajjiżi kandidati għas-SĠP+ irratifikaw bosta mill-konvenzjonijiet internazzjonali meħtieġa għal dħul fis-SĠP+; jisħaq li l-monitoraġġ imtejjeb, kostanti u sistematiku tal-proċess ta' implimentazzjoni huwa ta' importanza kbira u jista' jinkiseb billi tiżdied il-kooperazzjoni bejn l-atturi kollha sabiex il-ġbir ta' informazzjoni u l-analiżi fil-fond isiru aħjar bl-użu tal-informazzjoni u r-riżorsi kollha disponibbli, bħar-rapporti tal-korpi ta' monitoraġġ internazzjonali, inkluż in-NU, l-ILO, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) u inkluż l-involviment dirett tas-soċjetà ċivili u tas-sħab soċjali fil-proċess; jisħaq li dan huwa meħtieġ sabiex jiġi żgurat il-potenzjal sħiħ li l-iskema SĠP+ ittejjeb is-sitwazzjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-ħaddiema, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-qerda tax-xogħol tat-tfal u x-xogħol furzat permezz tal-implimentazzjoni effettiva tas-27 konvenzjoni;

10.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tindirizza l-kwistjonijiet tal-ispazju li qiegħed jiċkien għas-soċjetà ċivili u l-protezzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu f'riskju meta taħdem ma' pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+ u permezz ta' involviment aħjar permezz tal-EBA hekk kif dawn il-kwistjonijiet huma relatati direttament mal-obbligi fl-ambitu tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u d-dispożizzjonijiet rilevanti tal-konvenzjonijiet fundamentali tal-ILO, skont il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Kummerċ għal Kulħadd”; jitlob lill-Kummissjoni, barra minn hekk, tesplora possibilitajiet oħra għal parteċipazzjoni strutturata, formali u indipendenti tas-soċjetà ċivili, tar-rappreżentanti tat-trade unions u tas-settur privat fejn kollha jistgħu jservu bħala mezzi potenzjali biex jissaħħaħ il-proċess ta' monitoraġġ;

11.

Jenfasizza li, b'mod globali, l-iskema SĠP tidher li ħolqot inċentivi għar-ratifika tal-konvenzjonijiet internazzjonali u għalhekk ħolqot qafas aħjar għal progress; jisħaq fuq l-importanza li jiġu implimentati aktar miżuri preċiżi biex jiżguraw li s-SĠP irawwem żvilupp ambjentali pożittiv; jirrakkomanda li l-Ftehim ta' Pariġi jiżdied mal-lista ta' 27 konvenzjoni internazzjonali fundamentali li l-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP+ jeħtiġilhom ikunu konformi magħhom; jisħaq li għad irid isir ħafna aktar progress fil-pajjiżi benefiċjarji sabiex jinkiseb mudell ta' żvilupp sostenibbli;

12.

Jirrikonoxxi l-progress li sar dwar l-implimentazzjoni effettiva, miksub permezz ta' żieda fil-monitoraġġ u djalogu bejn l-UE u l-pajjiżi benefiċjarji, b'mod partikolari fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tas-27 konvenzjoni fundamentali; jisħaq fuq il-ħtieġa għal aktar koordinazzjoni bejn is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), id-delegazzjonijiet tal-Unjoni, il-missjonijiet diplomatiċi tal-Istati Membri, il-gvernijiet tal-pajjiżi benefiċjarji, l-organizzazzjonijiet internazzjonali, in-negozji, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili sabiex jittejjeb il-ġbir tal-informazzjoni u tiġi pprovduta analiżi aktar fil-fond tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ; jirrakkomanda li, kemm jista' jkun, jkun hemm aktar trasparenza u komunikazzjoni bejn il-koleġiżlaturi u l-partijiet ikkonċernati fil-proċessi tal-irtirar tas-SĠP, b'mod partikolari matul il-proċedura ta' investigazzjoni tal-Kummissjoni;

13.

Jirrikonoxxi li r-ratifika u l-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni effettiva ta' konvenzjonijiet rilevanti huma punti ta' riferiment importanti sabiex jinkiseb il-progress meħtieġ fi ħdan l-iskema; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li l-azzjonijiet meħuda rigward il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet, mill-pajjiżi benefiċjarji, ikunu kompletament konformi mad-dokumenti ta' strateġija għall-pajjiż, bil-għan li tiġi żgurata l-koerenza tal-politiki, il-konsistenza u l-integrazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-politiki kummerċjali;

14.

Jisħaq fuq il-bżonn ta' involviment kontinwu u aktar titjib tat-trasparenza fil-monitoraġġ tas-SĠP+ filwaqt li jiġi żgurat li l-UE tkun tista' żżomm l-ingranaġġ kollu tagħha mal-pajjiżi benefiċjarji f'dan id-djalogu, b'mod partikolari fl-eżerċizzju ta' valutazzjoni; jappella lill-Kummissjoni tikkunsidra passi ulterjuri f'dan il-qasam u fil-qasam tad-djalogu mal-pajjiżi benefiċjarji sabiex tiżdied it-trasparenza, is-sorveljanza u l-effikaċja tal-iskema;

15.

Iqis li kwalunkwe deċiżjoni li jiġu sospiżi l-preferenzi trid tkun konsistenti fl-intier tagħha mal-objettiv sovrastanti li jittaffa l-faqar u jenfasizza li atti tad-dritt sekondarju tal-UE jridu jitfasslu u jiġu interpretati skont id-dritt primarju tal-UE u l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE f'dan ir-rigward; jisħaq, għaldaqstant, fuq il-ħtieġa li jinżamm l-approċċ speċjalizzat użat attwalment għall-irtirar tal-preferenzi u jiġi żgurat li dan l-irtirar ikun limitat għal setturi speċifiċi u mfassal b'tali mod li jillimita għall-inqas possibbli l-effetti negattivi għall-popolazzjoni lokali; jappella lill-Kummissjoni biex, fejn xieraq, tagħmel użu minn irtirar gradwali fir-rigward tal-preferenzi kummerċjali jew miżuri oħra ta' rtirar li huma marbuta b'perjodu ta' żmien; jisħaq, fl-aħħar nett, li l-irtirar ta' preferenzi kummerċjali għandu jitqies bħala miżura tal-aħħar rikors li tiġi applikata biss f'każijiet ta' nuqqasijiet serji fl-implimentazzjoni effettiva tal-konvenzjonijiet internazzjonali u nuqqas ċar ta' rieda u involviment min-naħa tal-pajjiż benefiċjarju sabiex jindirizzahom; jisħaq, fl-istess waqt, fuq in-natura kundizzjonali tal-iskemi u li din il-kundizzjonalità għandha tintuża biex tiġi ppreservata l-kredibilità ta' kull skema u biex tiġi żgurata azzjoni f'każijiet ta' ksur serju u sistematiku tal-konvenzjonijiet;

16.

Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjonijiet reċenti tal-Kummissjoni li tniedi l-proċess għall-irtirar tal-preferenzi fi ħdan l-EBA għall-Kambodja u li tibgħat missjoni tal-UE ta' emerġenza u ta' livell għoli fil-Myanmar b'reazzjoni għas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fiż-żewġ pajjiżi; jistenna li l-Kummissjoni żżomm lill-Parlament informat mill-qrib u involut fil-passi sussegwenti, inkluż fir-rigward tas-sospensjoni tal-preferenzi;

17.

Jinnota li n-numru ta' pajjiżi benefiċjarji naqas konsiderevolment minħabba r-riforma fil-kriterji ta' eliġibilità li, flimkien mal-kwalifika tal-prodott, irriżultat fi tnaqqis globali fil-volum tal-importazzjonijiet tal-UE minn pajjiżi SĠP; jirrikonoxxi li dawn ir-riformi jippermettu li l-preferenzi jiġu ffukati fuq il-pajjiżi li huma l-aktar fil-bżonn; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura koerenza u konsistenza bejn is-sistemi SĠP u FTA fil-valutazzjoni tal-impatt għar-Regolament li jmiss sabiex jiġi żgurat ir-rwol ċentrali tas-SĠP għall-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp fi ħdan il-politika kummerċjali tal-UE; jinnota f'dan ir-rigward li l-pajjiżi benefiċjarji tal-EBA qegħdin jiffaċċjaw pressjoni kompetittiva dejjem akbar minn pajjiżi li stabbilew FTAs mal-UE; jinnota, barra minn hekk, li xi pajjiżi li qabel kienu soġġetti għall-monitoraġġ tas-SĠP+ issa huma koperti minn FTAs li jinkludu kapitli dwar il-kummerċ u l-iżvilupp sostenibbli, li għandhom ikunu effettivi u infurzabbli;

18.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-iskema SĠP, b'mod partikolari fil-każ tad-29 pajjiż fl-EBA, ma wasslet għal ebda bidla u, f'xi każijiet, kien hemm deterjorament fil-profili tagħhom tad-diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet fil-livell tal-prodott; jiddispjaċih ukoll mill-fatt li din ma kkontribwietx biżżejjed għad-diversifikazzjoni ekonomika; jappella biex jittieħdu aktar miżuri sabiex tittejjeb id-diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet mill-pajjiżi SĠP; jiddispjaċih mill-fatt li d-diversifikazzjoni fost il-benefiċjarji tidher li xxekklet mit-tneħħija tal-possibbiltà ta' kumulazzjoni ma' pajjiżi li ggradwaw mis-SĠP, peress li ma jistgħux jibqgħu jibbenefikaw mir-regoli tal-oriġini għall-benefiċjarji tas-SĠP; jappella bis-sħiħ li din il-possibbiltà tiġi riintrodotta, b'mod partikolari għall-pajjiżi l-aktar vulnerabbli; jinnota t-tnaqqis sinifikanti fid-diversifikazzjoni tal-esportazzjonijiet fil-livelli settorjali kollha għall-benefiċjarji tas-SĠP standard; jappella wkoll lill-Kummissjoni tqis riforma u espansjoni tal-lista ta' prodotti li għandhom jiġu koperti mir-Regolament fir-rigward, b'mod partikolari, ta' prodotti nofshom lesti u prodotti lesti u, fejn meħtieġ, tiffaċilita r-regoli tal-oriġini għall-pajjiżi l-aktar vulnerabbli; jinkoraġġixxi aktar lill-pajjiżi benefiċjarji tas-SĠP sabiex jintroduċu miżuri effettivi maħsuba għad-diversifikazzjoni tal-prodotti; f'dan ir-rigward, jissottolinja l-ħtieġa li jinħoloq aċċess għall-għarfien u għat-teknoloġija sabiex b'hekk il-prodotti jiġu diversifikati b'tali mod li l-esportazzjonijiet ikunu awtosuffiċjenti fil-kompetizzjoni globali u b'mod partikolari fl-Ewropa;

19.

Jappella lill-pajjiżi benefiċjarji tas-SPĠ biex jadottaw u jimplimentaw b'mod effettiv miżuri legali biex jipproteġu l-proprjetà intellettwali;

20.

Jilqa' l-fatt li r-rata tal-utilizzazzjoni tal-preferenzi għall-benefiċjarji tal-EBA hija għolja; jisħaq fuq l-importanza tal-bini ta' kapaċità fil-pajjiżi benefiċjarji biex jiġu megħjuna jibbenefikaw l-aktar possibbli mill-iskema; jappella biex il-miżuri fl-ambitu tal-inizjattiva Għajnuna għall-Kummerċ jintużaw b'mod aktar effettiv f'dan ir-rigward; jemmen li għandha tingħata kunsiderazzjoni biex jiġu inklużi servizzi fir-regolament SĠP li jmiss sabiex tiġi promossa ulterjorment diversifikazzjoni akbar; jisħaq, barra minn hekk, f'dan il-kuntest dwar l-importanza ta' approċċ minn negozju għal negozju; jappella għall-istabbiliment ta' pjattaformi u faċilitajiet online għas-setturi u għad-diversi partijiet ikkonċernati, li jlaqqgħu flimkien kumpaniji tal-esportazzjoni minn pajjiżi benefiċjarji tas-SPĠ, kumpaniji tal-importazzjonijiet fl-UE u parteċipanti ġodda potenzjali fiż-żewġ naħat – dawk li attwalment mhumiex qegħdin jesportaw jew jimportaw – sabiex isir skambju tal-aħjar prattiki u jkun hemm sensibilizzazzjoni dwar ir-regoli, il-kundizzjonijiet u l-perspettivi ekonomiċi li s-SĠP toffri;

21.

Jilqa' l-konklużjoni tal-ewwel investigazzjoni ta' salvagwardja taħt ir-Regolament u huwa tal-fehma li din il-klawżola għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji, ekonomiċi, soċjali u ambjentali tal-UE jiġu protetti; jisħaq fuq li meta jiġu offruti preferenzi għal prodotti sensittivi, hemm bżonn li jkun possibbli li dawn jingħataw trattament speċjali sabiex jiġi evitat li ċerti setturi jitqiegħdu f'riskju;

22.

Jenfasizza li l-partijiet kollha tat-territorju tal-pajjiżi benefiċjarji, inkluż l-EPZs, ikunu koperti mill-iskema u l-obbligi li jirriżultaw mir-ratifika tal-konvenzjonijiet rilevanti; iħeġġeġ lill-pajjiżi benefiċjarji jimplimentaw b'mod effettiv l-istandards tax-xogħol u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindirizza l-ksur tal-istandards tal-ILO, inkluż in-negozjar kollettiv u l-libertà ta' assoċjazzjoni fl-EPZs li jinsabu f'pajjiżi benefiċjarji attwali jew potenzjali u biex tiżgura li titneħħa kwalunkwe konċessjoni; jappella lill-Kummissjoni tesplora mezzi biex tiżgura li l-prodotti mill-EPZs ma jaqgħux fl-ambitu tal-iskema ta' preferenzi billi dawn huma eżentati mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u huma bi ksur tal-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti;

23.

Jaċċentwa li s-SĠP għamlet is-settur korporattiv aktar dinamiku, ikkontribwiet, sa ċertu punt, għall-emanċipazzjoni ekonomika tan-nisa u kienet ta' vantaġġ għall-parteċipazzjoni tagħhom fil-forza tax-xogħol, b'mod partikolari fl-industriji tal-pajjiżi ta' esportazzjoni li għandhom kummerċ mal-UE; jisħaq, f'dan ir-rigward, li huwa importanti li jinħolqu ambjenti tan-negozju adegwati għan-nisa sabiex dawn jagħmlu użu tajjeb minn dawn il-ħiliet u esperjenzi ġodda u jkunu jistgħu javvanzaw fl-istrutturi tal-kumpaniji jew ikunu jistgħu jistabbilixxu intrapriżi proprji ġodda; madankollu jinnota li n-nisa għadhom qegħdin jiġu diskriminati u jinsab imħasseb dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tan-nisa speċjalment fis-settur tat-tessuti u tal-ilbies; itenni r-riżoluzzjoni tas-27 ta' April 2017 , u jappella lill-Kummissjoni tipprovdi segwitu rigward din;

24.

Jilqa' l-effett li s-SĠP kellha fuq l-adozzjoni ta' teknoloġiji aktar nodfa u sikuri u fuq inizjattivi volontarji tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji, li ħalla impatt pożittiv dirett fuq il-ħaddiema u fuq l-ambjent; huwa tal-fehma li għandhom jiġu ppjanati miżuri biex ikomplu jħeġġu u jivvalutaw b'mod affidabbli dan l-iżvilupp; jirrikonoxxi l-ħtieġa li jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn l-azzjoni regolatorja u dik volontarja dwar id-diliġenza dovuta tal-kumpaniji f'dan ir-rigward, u jappella lill-Kummissjoni tfittex modi kif tistabbilixxi obbligi ta' diliġenza dovuta;

25.

Iqis li l-UE għandha tiżgura koerenza politika billi tinkoraġġixxi atturi internazzjonali oħra, bħall-intrapriżi multinazzjonali, biex jipparteċipaw bis-sħiħ fit-titjib tad-drittijiet tal-bniedem, tad-drittijiet soċjali u tal-istandards ambjentali fid-dinja kollha, kif ukoll billi tobbliga operaturi ekonomiċi jdaħħlu fis-seħħ prattiki ta' diliġenza dovuta f'konformità mal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem; jappella lill-Kummissjoni turi sens ta' tmexxija sabiex tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem u d-drittijiet tax-xogħol jiġu rispettati fil-ktajjen tal-valur globali, u tirrapporta dwar l-implimentazzjoni tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-2016 dwar l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu dwar l-istandards soċjali u ambjentali, id-drittijiet tal-bniedem u r-responsabbiltà soċjali korporattiva (CSR), inkluż l-appell tiegħu biex ir-responsabbiltà soċjali korporattiva tiġi inkluża fir-Regolament u biex jiġu riformati r-regoli tad-WTO sabiex jiġu stabbiliti rekwiżiti ta' diliġenza dovuta u trasparenza, abbażi tal-Prinċipji Gwida tan-NU dwar in-Negozju u d-Drittijiet tal-Bniedem;

26.

Ifakkar li l-UE għandha tinkoraġġixxi, fl-interessi tal-koerenza mal-politiki ta' atturi internazzjonali oħra, bħal kumpaniji multinazzjonali, parteċipazzjoni sħiħa fit-titjib tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet tat-tfal, id-drittijiet soċjali, id-drittijiet ambjentali u s-saħħa pubblika fid-dinja; jappella lill-UE tiżgura li d-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati fir-rigward tad-dritt għax-xogħol f'katini ta' valur mondjali, jiġifieri tul il-katina ta' provvista;

27.

Jappella lill-Kummissjoni, fir-rigward tar-Regolament SĠP li jmiss, biex tesplora l-possibbiltà li tintroduċi preferenzi tariffarji addizzjonali għal prodotti li ġew prodotti b'mod sostenibbli u li hemm evidenza ta' dan; iqis li l-oġġetti għandhom jiġu ppreżentati fuq bażi volontarja għaċ-ċertifikazzjoni ta' tip ta' produzzjoni sostenibbli tagħhom u li l-prova tagħhom għandha tiġi prodotta fuq l-importazzjoni fl-UE;

o

o o

28.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 181, 29.6.2013, p. 13.

(3)  ĠU C 55, 12.2.2016, p. 112.

(4)  http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2018/october/tradoc_157434.pdf

(5)  COM(2018)0665.

(6)  SWD(2018)0430.

(7)  COM(2016)0029.

(8)  COM(2018)0036.

(9)  https://www.ombudsman.europa.eu/mt/decision/en/64308

(10)  ĠU C 101, 16.3.2018, p. 19.

(11)  Testi adottati, P8_TA(2018)0515.

(12)  ĠU C 298, 23.8.2018, p. 100.

(13)  ĠU C 331, 18.9.2018, p. 100.

(14)  ĠU C 337, 20.9.2018, p. 33.

(15)  http://www.europarl.europa.eu/RegData/organes/conf_pres_groupes/proces_verbal/2002/12-12/CPG_PV(2002)12-12(ANN01)_EN.doc


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/105


P8_TA(2019)0211

Bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-bilanċ bejn is-sessi fin-nomini fis-settur tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji tal-UE (2019/2614(RSP))

(2021/C 23/17)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3(3), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Impenn Strateġiku għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (Strategic Engagement for Gender Equality) 2016-2019, tal-Kummissjoni,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2019 dwar il-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 283(2), it-tieni subparagrafu, tat-TFUE, skont liema artikolu l-Kunsill Ewropew ikkonsulta l-Parlament,

wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.2 tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0144/2019),

wara li kkunsidra l-għażla mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea tad-19 ta' Frar 2019, ta' José Manuel Campa bħala President tal-Awtorità Bankarja Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (1),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0146/2019),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 għall-ħatra ta' Sebastiano Laviola bħala membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0148/2019),

wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta lill-President tal-Kummissjoni u lill-President fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE mill-President tal-Parlament Ewropew fil-5 ta' Marzu 2019,

wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta lill-President tal-Kummissjoni mill-President tal-Parlament Ewropew fil-5 ta' Marzu 2019 u t-tweġiba mill-President tal-Kummissjoni tal-11 ta' Marzu 2019,

wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta lill-President tal-Kunsill mill-President tal-Parlament Ewropew fit-23 ta' Marzu 2018,

wara li kkunsidra l-ittra mibgħuta lill-President tal-Grupp tal-Euro mill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament Ewropew fit-8 ta' Marzu 2018,

wara li kkunsidra l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2017 tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) u l-Artikolu 228a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Artikolu 8 tat-TFUE jistabbilixxi l-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi bħala prinċipju orizzontali, u l-Artikolu 2 tat-TUE jistabbilixxi l-prinċipju tal-ugwaljanza bejn is-sessi bħala valur tal-Unjoni;

B.

billi l-aċċess ugwali għall-opportunitajiet u n-nondiskriminazzjoni huma valuri integrali tal-Unjoni Ewropea;

C.

billi, fis-7 ta' Marzu 2011, il-Kunsill adotta l-Patt Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-perjodu mill-2011 sal-2020;

D.

billi l-Parlament jiddispjaċih għall-fatt li n-nisa għadhom sottorappreżentati f'karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;

E.

billi l-Presidenti tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tiegħu, f'isem il-gruppi politiċi, f'diversi okkażjonijiet matul is-snin infurmaw lill-Presidenti tal-Kunsill, tal-Grupp tal-Euro u tal-Kummissjoni u lill-Presidenti fil-Kariga tal-Kunsill tal-UE dwar in-nuqqas ta' diversità tal-ġeneru fil-BĊE iżda anke fl-istituzzjonijiet ekonomiċi, finanzjarji u monetarji l-oħra tal-UE;

F.

billi l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi 2017 maħruġ mill-EIGE osserva li t-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi għadu l-qasam fejn l-UE għandha l-aktar rata baxxa f'termini ta' ugwaljanza bejn is-sessi u rappreżentanza tan-nisa;

G.

billi Membru wieħed biss minn sitt Membri tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE hija mara; billi żewġ Membri biss mill-25 Membru tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE huma nisa;

H.

billi l-Presidenti tal-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA), tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) u tal-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) huma rġiel;

I.

billi l-President tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku għadu kif ġie sostitwit minn raġel, fatt li ħalla lill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni bħala l-uniku korp tal-UE fl-isfera usa' tal-istituzzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi tal-UE ppresedut minn mara;

J.

billi minkejja d-diversi talbiet li għamel il-Parlament lill-Kunsill biex jirrimedja n-nuqqas ta' bilanċ bejn is-sessi fil-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, il-Kunsill ma ħax din it-talba bis-serjetà;

K.

billi minkejja d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament fir-rigward tan-nomini preċedenti li għandu jiġi rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi preżentata lista ta' kandidati, il-kandidati kollha għall-kariga ta' President tal-EBA kienu rġiel;

L.

billi, filwaqt li l-proċeduri tal-għażla għall-President, il-Viċi President u l-Membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni s'issa qiesu l-prinċipju ta' bilanċ ġenerali bejn is-sessi, f'dan il-każ il-lista mqassra ppreżentata lill-Parlament kienet magħmula biss minn irġiel, minkejja l-obbligi stipulati fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

M.

billi, filwaqt li ma jistax jiġi eskluż li fi proċedura tal-għażla unika bbażata fuq applikazzjonijiet individwali ma jkunx hemm kandidati kwalifikati taż-żewġ sessi, il-kriterju ġenerali tal-bilanċ bejn is-sessi għandu jiġi rispettat għall-kompożizzjoni tal-bordijiet tal-BĊE u tal-awtoritajiet superviżorji;

N.

billi l-kandidati attwali għall-pożizzjonijiet tal-ekonomista ewlieni tal-BĊE, il-President tal-EBA u l-membru tal-SRB kollha tqiesu li kellhom esperjenza u kwalifiki mill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament, u ġew approvati b'maġġoranzi sinifikanti f'votazzjonijiet sigrieti;

O.

billi l-kisba tal-ugwaljanza bejn is-sessi mhijiex kwistjoni tan-nisa, iżda waħda li għandha tinvolvi lis-soċjetà kollha kemm hi;

1.

Jisħaq li l-bilanċ bejn is-sessi fil-bordijiet u fil-gvernijiet jiżgura kompetenza usa' u perspettivi aktar miftuħa, u li n-nuqqas ta' bilanċ bejn is-sessi jfisser li l-istituzzjonijiet għandhom ir-riskju li jitilfu kandidati potenzjalment eċċellenti;

2.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni u l-maġġoranza l-kbira tal-gvernijiet tal-UE s'issa naqsu milli jippromwovu bilanċ akbar bejn is-sessi fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward ta' ħatriet ta' livell għoli f'affarijiet ekonomiċi, finanzjarji u monetarji; jistenna li l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jtejbu malajr il-bilanċ bejn is-sessi fl-ogħla pożizzjonijiet;

3.

Jistieden lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Grupp tal-Euro u lill-Kummissjoni jaħdmu b'mod attiv favur il-bilanċ bejn is-sessi fil-proposti futuri tagħhom għal listi mqassra u għal ħatriet, u jagħmlu sforz biex jinkludu tal-anqas kandidat mara waħda u kandidat raġel wieħed għal kull proċedura ta' nomina;

4.

Jissottolinja li fil-ġejjieni, il-Parlament jimpenja ruħu li ma jikkunsidrax il-listi tal-kandidati fejn il-prinċipju tal-bilanċ bejn is-sessi ma jkunx ġie rispettat flimkien mar-rekwiżiti li jikkonċernaw il-kwalifiki u l-esperjenza fil-proċess tal-għażla;

5.

Jissuġġerixxi l-introduzzjoni ta' rekwiżit fil-Pjan ta' Azzjoni futur dwar l-Ugwaljanza bejn is-Sessi tal-Parlament, li huwa previst skont l-Artikolu 228a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, biex ma jiġux approvati ħatriet għal bordijiet u korpi oħra tal-aġenziji tal-UE jekk il-lista mqassra ta' kandidati proposti mill-istituzzjoni jew mill-korp inkwistjoni ma tirrispettax il-bilanċ bejn is-sessi;

6.

Jirrikonoxxi li l-Parlament innifsu ma kienx issodisfa dawn l-istandards u jwiegħed li jtejjeb ir-rekord tiegħu stess ta' promozzjoni tal-bilanċ bejn is-sessi fil-qasam tal-affarijiet ekonomiċi u monetarji;

7.

Jirrikonoxxi li l-bilanċ bejn is-sessi fil-livell eżekuttiv fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni jirrikjedi kandidati kwalifikati mill-Istati Membri; jistieden għalhekk lill-Istati Membri jieħdu passi konkreti biex itejbu l-bilanċ bejn is-sessi fl-istituzzjonijiet nazzjonali u b'hekk iwittu t-triq għal kandidati ta' kwalità għolja kemm irġiel kif ukoll nisa għal pożizzjonijiet għolja tal-UE fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iżidu t-trasparenza tal-proċeduri ta' reklutaġġ u ta' ħatra għal diretturi eżekuttivi ta' aġenziji tal-UE billi jippubblikaw il-lista ta' applikanti u l-kandidati fil-lista mqassra, u r-raġunijiet għaliex dawn il-kandidati jkunu tqiegħdu fuqha, biex jippermettu skrutinju pubbliku tal-ftuħ, il-kompetittività u s-sensittività għall-ugwaljanza bejn is-sessi ta' dawn il-proċessi;

9.

Jappella għal kooperazzjoni aktar mill-qrib fost l-istituzzjonijiet tal-UE biex jiġi żgurat li dawn il-miżuri jkunu effettivi;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lill-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku, lill-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, lill-Awtorità Bankarja Ewropea, lill-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol, lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq u lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.

(2)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/108


P8_TA(2019)0215

Reġim Ewropew ta' sanzjonijiet għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar reġim Ewropew ta' sanzjonijiet għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem (2019/2580(RSP))

(2021/C 23/18)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li talbu għal mekkaniżmu fil-livell tal-UE għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet immirati fil-konfront ta' individwi involuti fi ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali 2009 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni (1) u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-qerda tat-tortura fid-dinja (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu fl-ambitu tal-Artikolu 135 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu li talbu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet immirati fil-konfront ta' individwi involuti fi ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk tad-19 ta' Jannar 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi (3), tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-Burundi (4), tat-18 ta' Mejju 2017 dwar is-Sudan t'Isfel (5), tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (6), tat-18 ta' Jannar 2018 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (7), tal-14 ta' Settembru 2017 dwar il-Gabon: trażżin tal-oppożizzjoni (8), tal-5 ta' Ottubru 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Maldivi (9), tal-5 ta' Ottubru 2017 dwar il-każijiet tal-mexxejja tat-Tatari tal-Krimea, Akhtem Chiygoz u Ilmi Umerov, u tal-ġurnalista Mykola Semena (10), tat-30 ta' Novembru 2017 (11) u tal-4 ta' Ottubru 2018 (12) dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen, tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar il-Kambodja: b'mod partikolari x-xoljiment tal-Partit tas-Salvataġġ Nazzjonali tal-Kambodja (CNRP) (13), tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar is-sitwazzjoni tar-Rohingya (14), tal-15 ta' Marzu 2018 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja (15), tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela (16), tat-13 ta' Settembru 2018 dwar il-Myanmar, b'mod partikolari l-każ tal-ġurnalisti Wa Lone u Kyaw Soe Oo (17), tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar is-sitwazzjoni fil-Baħar ta' Azov (18), tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi fil-konsulat Sawdi f'Istanbul (19) u tal-14 ta' Frar 2019 dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja u l-każ ta' Oyub Titiev (20),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill, tat-2 ta' April 2014, dwar l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet komuni rigward il-viża għal uffiċjali Russi involuti fil-każ ta' Sergei Magnitsky (21);

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar ir-rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja 2017 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (22),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2017 dwar il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi (23),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-istat tar-relazzjonijiet politiċi UE-Russja (24),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-hekk imsejħa 'ISIS/Da'esh' (25),

wara li kkunsidra t-Titolu V, Kapitolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), rigward l-adozzjoni ta' sanzjonijiet fl-ambitu tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK),

wara li kkunsidra l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-adozzjoni ta' sanzjonijiet kemm fil-konfront ta' pajjiżi terzi kif ukoll fil-konfront ta' individwi, gruppi u entitajiet mhux statali,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni 25 tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-ħtieġa li jiġu żgurati d-drittijiet ta' proċess ġust ta' individwi jew entitajiet ikkonċernati minn miżuri restrittivi tal-UE jew minn miżuri tal-UE fil-ġlieda kontra t-terroriżmu,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha,

wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2015-2019),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni fl-okkażjoni tad-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni mill-President Jean-Claude Juncker fit-12 ta' Settembru 2018 li fiha jipproponi li l-Istati Membri jagħmlu użu mir-regoli eżistenti tal-UE biex jimxu minn unanimità għal votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata f'ċerti oqsma tal-PESK tal-UE, bħar-rispons kollettiv għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet effikaċi,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Diċembru 2018 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) wara l-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE ta' Diċembru 2018,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tat-22 ta' Jannar 2019 intitolata “Sergei Magnitsky and beyond – fighting impunity by targeted sanctions” (Sergei Magnitsky u każijiet simili – il-ġlieda kontra l-impunità permezz ta' sanzjonijiet immirati),

wara li kkunsidra l-istudju tiegħu ta' April 2018 intitolat “Targeted sanctions against individuals on grounds of grave human rights violations – impact, trends and prospects at EU level” (Sanzjonijiet immirati fil-konfront ta' individwi responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem – l-impatt, ix-xejriet u l-prospetti fil-livell tal-UE),

wara li kkunsidra l-proposta tal-14 ta' Novembru 2018 għal Kummissjoni Ewropea għall-Projbizzjoni fuq id-Dħul minħabba Ksur tad-Drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-laqgħa tal-20 ta' Novembru 2018 fin-Netherlands dwar ir-reġim globali ta' sanzjonijiet tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Artikolu 21 tat-TUE jistipula li l-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu ggwidati mid-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u tas-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali;

B.

billi l-UE hija impenjata għall-implimentazzjoni sistematika ta' sanzjonijiet deċiżi mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU skont il-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU, u fl-istess waqt timponi sanzjonijiet awtonomi fl-assenza ta' mandat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU f'każijiet fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ma jkollux is-setgħa li jieħu azzjoni jew ikun imċaħħad milli jagħmel dan minħabba nuqqas ta' ftehim fost il-membri tiegħu;

C.

billi matul dawn l-aħħar għoxrin sena s-sanzjonijiet tal-UE (magħrufa wkoll bħala miżuri restrittivi) saru parti integrali mis-sett ta' għodod tal-UE fil-qasam tar-relazzjonijiet barranin, b'aktar minn 40 miżura restrittiva differenti attwalment fis-seħħ fil-konfront ta' 34 pajjiż; billi huwa stmat li żewġ terzi tas-sanzjonijiet tal-UE speċifiċi għall-pajjiż ġew imposti b'appoġġ għal għanijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija;

D.

billi s-sanzjonijiet immirati b'mod personali huma mfassla biex jimminimizzaw il-konsegwenzi negattivi għal dawk li mhumiex responsabbli għall-politiki jew l-azzjonijiet li wasslu għall-adozzjoni tagħhom, b'mod partikolari fuq il-popolazzjonijiet ċivili lokali u fuq attivitajiet leġittimi fil-pajjiż ikkonċernat jew mal-pajjiż ikkonċernat; billi dawn jolqtu b'mod dirett lill-persuni responsabbli għall-ksur, u jservu ta' deterrent;

E.

billi s-sanzjonijiet kollha adottati mill-UE huma konformi għalkollox mal-obbligi skont id-dritt internazzjonali, inklużi dawk relatati mad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi s-sanzjonijiet għandhom jiġu rieżaminati b'mod regolari bl-għan li jiġi żgurat li qed jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ddikjarati tagħhom;

F.

billi, minbarra s-sanzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li għandhom l-għan li jwasslu għal bidliet fl-imġiba tal-Istati, l-UE reċentement introduċiet miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi u l-attakki ċibernetiċi, kif ukoll miżuri speċifiċi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu;

G.

billi s-sanzjonijiet eżistenti tal-UE jolqtu kemm l-atturi statali kif ukoll dawk mhux statali, bħalma huma t-terroristi u l-gruppi terroristiċi;

H.

billi f'dawn l-aħħar xhur kien hemm bosta każijiet ta' ksur tas-sanzjonijiet tal-Unjoni min-naħa ta' kumpaniji tal-UE jew saħansitra ta' Stati Membri tal-UE; billi dawn l-eżempji jispjegaw l-bżonn li jiġu ċċarati ulterjorment il-kamp ta' applikazzjoni u l-portata tas-sanzjonijiet attwalment fis-seħħ, kif ukoll jiġi ċċarat sa liema punt il-pajjiżi u l-kumpaniji huma responsabbli milli jiżguraw li l-użu finali jew id-destinazzjoni tal-prodotti u tas-servizz tagħhom ma jkunux sottoposti għal sanzjonijiet;

I.

billi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE huma responsabbli mill-infurzar tas-sanzjonijiet, filwaqt li tali miżuri huma deċiżi f'livell Ewropew;

J.

billi fl-2016 il-Kungress tal-Istati Uniti adotta il-Global Magnitsky Act, b'segwitu għas-Sergei Magnitsky Rule of Law Accountability Act tal-2012, li kien maħsub biex jissanzjona lill-persuni responsabbli mill-mewt ta' Sergej Magnitsky meta kien taħt arrest preventiv f'ħabs Russu qabel is-smigħ tal-kawża, wara li bata kundizzjonijiet diżumani, negliġenza deliberata u tortura;

K.

billi l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Renju Unit, il-Kanada u l-Istati Uniti adottaw liġijiet fil-materja ta' sanzjonijiet għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri l-liġijiet tat-tip Magnitsky; billi l-Parlament f'diversi okkażjonijiet talab li jitwaqqaf reġim globali simili ta' sanzjonijiet tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem li jkun jiżgura l-konsistenza u l-effikaċja tal-iffriżar tal-assi, tal-projbizzjonijiet ta' viża u ta' sanzjonijiet oħrajn imposti fuq il-persuni u l-entitajiet tal-Istati Membri u f'livell tal-UE;

L.

billi l-Gvern Netherlandiż ta bidu għal diskussjoni fost l-Istati Membri tal-UE f'Novembru 2018 dwar l-opportunità politika ta' reġim ta' sanzjonijiet immirati fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell tal-UE; billi għadhom għaddejjin diskussjonijiet preliminari fil-livell tal-grupp ta' ħidma tal-Kunsill;

1.

Jikkundanna bil-qawwa kull ksur tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha; jistieden lill-Kunsill jistabbilixxi malajr reġim ta' sanzjonijiet awtonomu, flessibbli u reattiv fil-livell tal-UE, li jkun jippermetti li jiġu mmirati dawk il-persuni, l-atturi statali u mhux statali u entitajiet oħrajn responsabbli minn ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew involuti fih;

2.

Jenfasizza li reġim ta' sanzjonijiet tal-UE għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem għandu jiżviluppa ulterjorment il-proposti għal riżoluzzjonijiet preċedenti, li fihom intalab mekkaniżmu fil-livell tal-UE għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet immirati; huwa tal-fehma li reġim ta' sanzjonijiet tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem dirett lejn il-persuni involuti fil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fi kwalunkwe parti tad-dinja għandu simbolikament iġib l-isem ta' Sergei Magnitsky; jilqa' pożittivament il-fatt li f'diversi pajjiżi ġiet attwata leġiżlazzjoni simili kontra dawk responsabbli minn ksur tad-drittijiet tal-bnidem fid-dinja kollha; jisħaq fuq il-bżonn ta' kooperazzjoni trans-Atlantika biex dawk responsabbli mill-ksur tad-drittijiet tal-bniedem jagħtu kont ta' għemilhom; iħeġġeġ lill-Istati l-oħra jiżviluppaw strumenti simili;

3.

Jemmen bis-sħiħ li reġim bħal dan huwa parti essenzjali mis-sett ta' għodod eżistenti tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-politika barranija, u jkun isaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala attur globali tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari fil-ġlieda tagħha kontra l-impunità u fl-appoġġ tagħha lill-vittmi ta' abbużi u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha;

4.

Jisħaq fuq il-punt li dan ir-reġim għandu jippermetti l-impożizzjoni ta' miżuri restrittivi, b'mod partikolari l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq id-dħul fl-UE, fil-konfront ta' kwalunkwe persuna jew entità responsabbli mill-ippjanar, mit-tmexxija jew mit-twettiq ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew abbużi u atti ta' korruzzjoni sistemika marbuta ma' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew li kienet involuta f'dawn l-atti, tat assistenza, iffinanzjathom jew tat kontribut fihom; jenfasizza l-bżonn li tiġi definita b'mod ċar il-portata tal-ksur kif ukoll li jiġu stabbiliti mezzi legali xierqa li permezz tagħhom ikun jista' jiġi kkontestat it-tniżżil f'lista;

5.

Huwa konvint mill-effett pożittiv li dan ir-reġim il-ġdid se jkollu fuq l-imġiba tal-persuni u tal-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll mill-effett ta' deterrent tiegħu; jenfasizza, għal dan l-għan, il-ħtieġa li l-Istati Membri kollha tal-UE jinterpretaw, jispjegaw u jinfurzaw l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet bl-istess mod konsistenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u jiżviluppaw mekkaniżmu Ewropew ta' sorveljanza u infurzar;

6.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-President tal-Kummissjoni biex imorru lil hinn mill-unanimità fil-proċess deċiżjonali tal-Kunsill fl-oqsma tal-PESK, u jħeġġeġ lill-Kunsill jadotta dan l-istrument ta' sanzjonijiet il-ġdid b'tali mod li l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem tkun x'aktarx tista' tiġi adottata b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill;

7.

Jappoġġa d-diskussjonijiet preliminari fil-livell tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' tali strument ta' sanzjonijiet; iħeġġeġ lir-RGħ u lis-servizzi tagħha jadottaw approċċ kostruttiv u proattiv biex dawn id-diskussjonijiet jaslu għal konklużjoni pożittiva qabel it-tmiem ta' din il-leġiżlatura u jistenna li tirrapporta lura lill-Parlament; jenfasizza l-importanza tar-rwol ta' skrutinju tal-Parlament fuq dan ir-reġim futur, b'mod partikolari fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u d-definizzjoni tal-kriterji għat-tniżżil fil-listi, kif ukoll il-possibbiltajiet għal rimedju ġudizzjarju;

8.

Jistieden lill-Istati Membri kollha jiżguraw li l-awtoritajiet tagħhom, il-kumpaniji u l-atturi reġistrati fit-territorji tagħhom jikkonformaw b'mod sħiħ mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi fil-konfront ta' persuni u entitajiet, u, b'mod partikolari, l-iffriżar tal-assi tal-persuni mniżżlin fil-listi u r-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni fit-territorji rispettivi tagħhom bħala konsegwenza ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jesprimi tħassib dwar rapporti reċenti ta' ksur ta' dawn id-deċiżjonijiet u jfakkar lill-Istati Membri fl-obbligu tagħhom, skont id-dritt internazzjonali, li jiżguraw l-arrest u l-prosekuzzjoni ta' dawk preżenti fit-territorju tagħhom li jkunu suspettati li wettqu reati li jinvolvu atroċitajiet;

9.

Jissottolinja li kooperazzjoni akbar u kondiviżjoni akbar tal-informazzjoni bejn dawn l-awtoritajiet, kif ukoll mekkaniżmu Ewropew ta' infurzar, huma essenzjali biex jiġi żgurat li l-miżuri restrittivi tal-UE fis-seħħ jiġu infurzati u interpretati b'mod uniformi u li l-kumpaniji Ewropej ikunu jistgħu joperaw f'kundizzjonijiet ekwi;

10.

Jinsisti fuq l-importanza tal-konsistenza u l-komplementarjetà tar-reġim ta' sanzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem mal-politiki eżistenti tal-UE u mal-miżuri restrittivi orizzontali u speċifiċi għall-pajjiż fis-seħħ; jinsisti, f'dan ir-rigward, li r-reġim il-ġdid ma għandux jissostitwixxi l-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-miżuri attwali speċifiċi għall-pajjiż; iqis, barra minn hekk, li kwalunkwe reġim futur jeħtieġ li jkun totalment komplementari u konsistenti mal-qafas internazzjonali eżistenti fil-qasam tas-sanzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;

11.

Jissottolinja li l-kredibbiltà u l-leġittimità ta' dan ir-reġim jiddependu mill-konformità sħiħa tiegħu mal-ogħla standards possibbli f'termini ta' protezzjoni u rispett tad-drittijiet għal proċess ġust tal-persuni u tal-entitajiet ikkonċernati; jinsisti, f'dan ir-rigward, li d-deċiżjonijiet li persuni jew entitajiet jitniżżlu fil-listi, jew li jitħassru minnhom, ikunu bbażati fuq kriterji ċari, trasparenti u distinti u jkunu marbuta direttament mar-reat kommess, bil-għan li jiġu garantiti stħarriġ ġudizzjarju bir-reqqa u d-drittijiet għal rimedju; jitlob l-inklużjoni sistematika ta' parametri referenzjarji ċari u speċifiċi u ta' metodoloġija għat-tneħħija tas-sanzjonijiet u għat-tneħħija mil-lista;

12.

Jisħaq fuq il-punt li l-prosekuzzjoni kriminali tal-awturi ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u atroċitajiet minn ġurisdizzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali għandha tibqa' l-objettiv ewlieni tal-isforzi mwettqa mill-UE u mill-Istati Membri tagħha fil-ġlieda kontra l-impunità; itenni l-prinċipju tal-ġurisdizzjoni universali f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kunsill jinkludi l-ksur transfruntier fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-reġim; jisħaq fuq il-bżonn ta' kooperazzjoni multilaterali koordinata biex tiġi evitata l-evażjoni tas-sanzjonijiet;

13.

Jistieden lill-Kummissjoni tiddedika riżorsi u għarfien espert adegwati għall-infurzar u għall-monitoraġġ ta' dan ir-reġim ladarba dan ikun fis-seħħ, kif ukoll tagħti attenzjoni partikolari lill-komunikazzjoni pubblika dwar il-listi, kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi kkonċernati;

14.

Jagħti ġieħ lill-isforzi bla heda tal-attivisti tas-soċjetà ċivili favur tali reġim; jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' kumitat konsultattiv fil-livell tal-UE;

15.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa.

(1)  ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 81.

(2)  ĠU C 378, 9.11.2017, p. 52.

(3)  ĠU C 242, 10.7.2018, p. 10.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2018)0305.

(5)  ĠU C 307, 30.8.2018, p. 92.

(6)  ĠU C 331, 18.9.2018, p. 97.

(7)  ĠU C 458, 19.12.2018, p. 52.

(8)  ĠU C 337, 20.9.2018, p. 102.

(9)  ĠU C 346, 27.9.2018, p. 90.

(10)  ĠU C 346, 27.9.2018, p. 86.

(11)  ĠU C 356, 4.10.2018, p. 104.

(12)  Testi adottati, P8_TA(2018)0383.

(13)  ĠU C 369, 11.10.2018, p. 76.

(14)  ĠU C 369, 11.10.2018, p. 91.

(15)  Testi adottati, P8_TA(2018)0090.

(16)  Testi adottati, P8_TA(2018)0436.

(17)  Testi adottati, P8_TA(2018)0345.

(18)  Testi adottati, P8_TA(2018)0435.

(19)  Testi adottati, P8_TA(2018)0434.

(20)  Testi adottati, P8_TA(2019)0115.

(21)  ĠU C 408, 30.11.2017, p. 43.

(22)  Testi adottati, P8_TA(2018)0515.

(23)  ĠU C 337, 20.9.2018, p. 82.

(24)  Testi adottati, P8_TA(2019)0157.

(25)  ĠU C 35, 31.1.2018, p. 77.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/113


P8_TA(2019)0216

Urġenza għal lista sewda tal-UE tal-pajjiżi terzi konformi mad-Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar l-urġenza għal lista sewda tal-UE tal-pajjiżi terzi konformi mad-Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus (2019/2612(RSP))

(2021/C 23/19)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (UE) …/… tat-13 ta' Frar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ir-raba' Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus), u b'mod partikolari l-Artikoli (2) u 64(5) tagħha (1), u kif emendata mid-Direttiva (UE) 2018/843 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, u li temenda d-Direttivi 2009/138/KE u 2013/36/UE (il-ħames Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus), b'mod partikolari l-Artikolu 1(5) (2),

wara li kkunsidra l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni “Lejn metodoloġija ġdida għall-valutazzjoni min-naħa tal-UE ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir skont id-Direttiva (UE) 2015/849 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu” (3),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tat-22 ta' Ġunju 2018, “Metodoloġija għall-identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir skont id-Direttiva (UE) 2015/849” (SWD(2018)0362), li inter alia jiddefinixxi l-pajjiżi terzi ta' Prijorità 1 u ta' Prijorità 2,

wara li kkunsidra l-ittra tal-25 ta' Frar 2019 mill-President tal-Kumitat Speċjali dwar il-Kriminalità Finanzjarja, l-Evażjoni tat-Taxxa u l-Evitar tat-Taxxa (TAX3) lill-Kummissarju Jourova dwar l-att delegat dwar pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi fil-ġlieda tagħhom kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra s-sistemi ta' finanzjament,

wara li kkunsidra l-ittra tal-5 ta' Marzu 2019 mill-President tat-TAX3 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar il-lista tal-Kummissjoni ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir li jippreżentaw nuqqasijiet fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu,

wara li kkunsidra l-iskambju ta' fehmiet li sar fis-6 ta' Marzu 2019 bejn il-Kummissarju Jourova u l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji tal-Parlament (ECON) u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (LIBE),

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Kunsill 6964/1/19 dwar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) tat-13 ta' Frar 2019 li jissupplimenta d-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jidentifika pajjiżi terzi b'riskju kbir b'nuqqasijiet strateġiċi (C(2019)1326),

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi r-regolament delegat, l-anness tiegħu u r-regolamenti delegati emendatorji huma maħsuba biex jidentifikaw pajjiżi terzi b'riskju kbir u b'nuqqasijiet strateġiċi f'dak li jirrigwarda l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, li jirrappreżentaw theddida għas-sistema finanzjarja tal-UE u li għalihom l-entitajiet tal-UE li għandhom obbligi skont ir-raba' Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus jeħtiġilhom jieħdu miżuri msaħħa ta' diliġenza dovuta fir-rigward tal-klijenti;

B.

billi att iddelegat adottat skont l-Artikolu 9 tar-raba' Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahar min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perijodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex ser joġġezzjonaw;

C.

billi l-Parlament ċaħad tnejn minn ħames regolamenti delegati li jemendaw (C(2016)07495 u C(2017)01951) fuq il-bażi li l-proċess tal-Kummissjoni għall-identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir ma kienx awtonomu biżżejjed;

D.

billi l-Parlament jappoġġa l-istabbiliment mill-Kummissjoni ta' metodoloġija ġdida li ma tiddependix biss fuq sorsi ta' informazzjoni esterni biex tidentifika ġurisdizzjonijiet li għandhom nuqqasijiet strateġiċi fl-indirizzar tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

E.

billi l-għan tal-lista huwa li tipproteġi l-integrità tas-sistema finanzjarja u tas-suq intern tal-Unjoni; billi l-inklużjoni ta' pajjiż fil-lista ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir ma twassalx għall-impożizzjoni ta' kwalunkwe sanzjoni ekonomika jew diplomatika, iżda, minflok, tirrikjedi li entitajiet marbutin b'obbligu bħall-banek, il-każinòs u l-aġenziji immobiljari japplikaw miżuri msaħħa ta' diliġenza dovuta fuq tranżazzjonijiet li jinvolvu lil dawn il-pajjiżi, u li jiżguraw li s-sistema finanzjarja tal-UE tkun mgħammra biex tipprevjeni riskji ta' ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu minn pajjiżi terzi;

F.

billi l-pajjiżi jistgħu jitneħħew mil-lista jekk huma jirrimedjaw in-nuqqasijiet tagħhom fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu;

G.

billi fit-13 ta' Frar 2019 il-Kummissjoni adottat l-att delegat tagħha, inkluża lista ta' 23 pajjiż u territorju: l-Afganistan, is-Samoa Amerikana, il-Bahamas, il-Botswana, ir-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea, l-Etjopja, il-Ghana, il-Guam, l-Iran, l-Iraq, il-Libja, in-Niġerja, il-Panama, il-Pakistan, Puerto Rico, is-Samoa, l-Arabja Sawdija, is-Sri Lanka, is-Sirja, Trinidad u Tobago, it-Tuneżija, il-Gżejjer Verġni tal-Istati Uniti u l-Jemen;

H.

billi l-Kunsill, fid-Dikjarazzjoni tiegħu tas-7 ta' Marzu 2019, iddikjara li oġġezzjona għall-att delegat peress li l-proposta ma ġietx stabbilita bi proċess trasparenti u reżiljenti li attivament jagħti l-inċentiv lill-pajjiżi milquta biex jieħdu azzjoni deċiżiva waqt li wkoll jirrispetta d-dritt li dawn jesprimu fehmiethom;

I.

billi l-metodoloġija l-ġdida ġiet stabbilita f'Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni ppubblikat fit-22 ta' Ġunju 2018, li japplika l-kriterji riveduti għall-identifikazzjoni ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir;

J.

billi l-Kummissjoni bdiet tikkonsulta lill-pajjiżi terzi elenkati fl-att delegat sa mit-23 ta' Jannar 2019, u ltaqgħet ma' dawk il-pajjiżi kollha li talbu aktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom;

K.

billi fis-7 ta' Marzu 2019 il-Kunsill irrifjuta l-att delegat fil-Kunsill Ġustizzja u Affarijiet Interni;

1.

Jilqa' l-fatt li fit-13 ta' Frar 2019, il-Kummissjoni adottat lista ġdida ta' 23 pajjiż terz b'nuqqasijiet strateġiċi fl-oqfsa tagħhom tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu;

2.

Jiddispjaċih li l-Kunsill oġġezzjona għall-att delegat propost mill-Kummissjoni;

3.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tqis it-tħassib kollu espress u tfassal att delegat ġdid malajr kemm jista' jkun;

4.

Ifaħħar il-ħidma mwettqa mill-Kummissjoni biex tadotta lista awtonoma bbażata fuq kriterji stretti maqbula mill-koleġiżlaturi; jenfasizza l-importanza għall-Unjoni li jkun hemm lista awtonoma ta' pajjiżi terzi b'riskju kbir li jippreżentaw nuqqasijiet fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, u jilqa' l-metodoloġija l-ġdida tal-Kummissjoni għall-identifikazzjoni ta' pajjiżi b'riskju kbir skont ir-raba' Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus u l-ħames Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus;

5.

Ifakkar li l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva (UE) 2015/849 kif emendat bil-ħames Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus jobbliga lill-Kummissjoni biex b'mod indipendenti tivvaluta n-nuqqasijiet strateġiċi f'diversi oqsma;

6.

Iqis li sabiex tiġi salvagwardjata l-integrità tal-lista ta' pajjiżi b'riskju kbir, il-proċess ta' skrinjar u ta' teħid ta' deċiżjonijiet għandu jitwettaq abbażi tal-metodoloġija waħedha, u ma għandux jiġi affettwat minn kunsiderazzjonijiet li jmorru lil hinn mill-qasam tan-nuqqasijiet tagħhom fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew tal-finanzjament tat-terroriżmu;

7.

Jinnota li l-lobbying u l-pressjoni diplomatika mill-pajjiżi inklużi fil-lista kienu u se jkunu parti mill-proċess ta' identifikazzjoni ta' pajjiżi b'riskju kbir; jissottolinja li tali pressjoni m'għandhiex iddgħajjef il-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-UE li jindirizzaw il-ħasil tal-flus u li jiġġieldu l-finanzjament tat-terroriżmu marbut mal-UE b'mod effikaċi u awtonomu;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni tippubblika l-valutazzjonijiet tagħha tal-pajjiżi inklużi fil-lista sabiex tiżgura l-iskrutinju pubbliku b'tali mod li dawn ma jkunux jistgħu jiġu abbużati;

9.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura proċess trasparenti b'punti ta' riferiment ċari u konkreti għal pajjiżi li jimpenjaw ruħhom li jwettqu riformi sabiex jevitaw li jiġu inklużi fil-lista;

10.

Jinnota li l-valutazzjoni tal-Federazzjoni Russa għadha għaddejja; jistenna li l-Kummissjoni tinkludi l-aħħar rivelazzjonijiet “Troika Laundromat” fil-valutazzjoni tagħha; ifakkar li l-ħidma tal-kumitati ECON, LIBE u TAX3 matul din il-leġiżlatura qajmet tħassib dwar l-oqfsa kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu tal-Federazzjoni Russa;

11.

Jitlob lill-Kummissjoni timpenja ruħha mal-Istati Membri biex iżżid is-sjieda tal-Kunsill fuq il-metodoloġija proposta tal-Kummissjoni;

12.

Jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jittrasponu r-raba' Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus u l-ħames Direttiva kontra l-Ħasil tal-Flus fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom;

13.

Jitlob li jiġu ddedikati aktar riżorsi umani u finanzjarji lill-unità rilevanti fid-Direttorat Ġenerali kompetenti tal-Kummissjoni, jiġifieri d-DĠ għall-Ġustizzja u l-Konsumaturi (DĠ JUST);

14.

Jistieden lill-Kummissjoni tavvanza b'mod sostanzjali fil-fażi ta' valutazzjoni għall-pajjiżi terzi ta' Prijorità 2;

15.

Ifakkar li l-att delegat tal-UE huwa proċess separat mil-lista tal-FATF u għandu jibqa' esklussivament kwistjoni tal-UE;

16.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73.

(2)  ĠU L 156, 19.6.2018, p. 43.

(3)  Ara: https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-11189-2017-INIT/en/pdf


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/116


P8_TA(2019)0217

It-tibdil fil-klima

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar it-tibdil fil-klima – viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi (2019/2582(RSP))

(2021/C 23/20)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2018 intitolata “Pjaneta Nadifa għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima” (COM(2018)0773),

wara li kkunsidra l-analiżi fil-fond b'appoġġ għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni (1),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta' Kjoto anness magħha,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi u d-Deċiżjoni 1/CP.21, kif ukoll il-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) għall-UNFCCC u l-11-il Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP11), li saru f'Pariġi, Franza, bejn it-30 ta' Novembru u l-11 ta' Diċembru 2015,

wara li kkunsidra l-24 Konferenza tal-Partijiet (COP24) għall-UNFCCC, l-14-il sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta' Kjoto (CMP14), u t-tielet parti tal-ewwel sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet li serviet bħala l-Laqgħa tal-Partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi (CMA1.3), li saru f'Katowice, il-Polonja, bejn it-2 u l-14 ta' Diċembru 2018,

wara li kkunsidra l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2018 f'Katowice, il-Polonja (COP24) (2),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Marzu 2018,

wara li kkunsidra r-rapport speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) intitolat “Global Warming of 1.5 oC” (It-Tisħin Globali b'1,5 oC), il-ħames rapport ta' valutazzjoni tiegħu (AR5) u r-rapport ta' sinteżi tiegħu,

wara li kkunsidra d-disa' edizzjoni tar-Rapport tan-NU dwar id-Diskrepanza fl-Emissjonijiet Ambjentali, adottat fis-27 ta' Novembru 2018,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jilqa' l-pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata “Pjaneta Nadifa għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima”, li tissottolinja l-opportunitajiet u l-isfidi li t-trasformazzjoni lejn ekonomija b'newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra ġġib liċ-ċittadini Ewropej u lill-ekonomija Ewropea, u tistabbilixxi l-bażi għal dibattitu wiesa' li jinvolvi lill-istituzzjonijiet tal-UE, lill-parlamenti nazzjonali, lis-settur tan-negozji, lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi, lill-ibliet u lill-komunitajiet, kif ukoll liċ-ċittadini; japprova l-objettiv ta' newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra sal-2050 u jħeġġeġ lill-Istati Membri jagħmlu l-istess bħala parti mid-dibattitu dwar il-Futur tal-Ewropa waqt is-summit speċjali tal-UE f'Sibiu f'Mejju 2019; jistieden lill-Istati Membri jimpenjaw ruħhom favur l-ambizzjoni meħtieġa sabiex jinkiseb dan il-għan;

2.

Jirrikonoxxi li r-riskji serji tat-tibdil fil-klima jinsabu fil-qalba tat-tħassib taċ-ċittadini tagħna; jilqa' l-fatt li n-nies madwar l-Ewropa, b'mod partikolari l-ġenerazzjonijiet żgħażagħ, qed isiru dejjem aktar attivi biex jiddimostraw favur il-ġustizzja klimatika; jilqa' l-appelli ta' dawn l-attivisti għal ambizzjoni akbar u għal azzjoni rapida sabiex ma jinqabiżx il-limitu klimatiku ta' 1,5 oC; jemmen li l-gvernijiet nazzjonali, reġjonali u lokali, kif ukoll l-UE, għandhom jagħtu widen għal dawn l-appelli;

3.

Jenfasizza li ċ-ċittadini Ewropej diġà qed iħabbtu wiċċhom mal-impatti diretti tat-tibdil fil-klima; jissottolinja li, skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, it-telf annwali medju kkawżat mill-estremitajiet b'rabta mat-temp u mal-klima fl-Unjoni kien jammonta għal madwar EUR 12,8-il biljun bejn l-2010 u l-2016, u li, jekk ma tittieħed l-ebda azzjoni ulterjuri, id-danni kkawżati mill-klima fl-UE jistgħu mill-anqas jilħqu l-ammont ta' EUR 190 biljun sal-2080, li huwa ekwivalenti għal telf nett ta' 1,8 % tal-PDG attwali tagħha; jenfasizza li, f'xenarju ta' livelli għolja ta' emissjonijiet, sal-2100 l-ispejjeż annwali kkawżati mill-għargħar fl-UE jistgħu jiżdiedu għal EUR 1 triljun u li sal-2100 d-diżastri relatati mat-temp jistgħu jaffettwaw madwar żewġ terzi taċ-ċittadini Ewropej, meta mqabbla ma' 5 % llum il-ġurnata; ikompli jenfasizza li, skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, sal-2030, 50 % taż-żoni popolati fl-UE se jsofru minn skarsezza severa tal-ilma;

4.

Jissottolinja li r-rapport speċjali tal-IPCC dwar it-tisħin globali b'1,5 oC jirrappreżenta l-aktar valutazzjoni komprensiva u aġġornata tal-perkorsi ta' mitigazzjoni f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi;

5.

Jenfasizza li, skont ir-rapport speċjali tal-IPCC dwar it-tisħin globali b'1,5 oC, il-limitazzjoni tat-tisħin globali għal 1,5 oC mingħajr ebda eċċess jew b'eċċess limitat timplika li n-newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fil-livell globali se tintlaħaq sa mhux aktar tard mill-2067 u li sal-2030 l-emissjonijiet globali tal-gassijiet b'effett ta' serra annwali se jitnaqqsu għal massimu ta' 27,4 GtCO2eq kull sena; jenfasizza li, fid-dawl ta' dawn is-sejbiet, bħala mexxejja globali u sabiex ikollha opportunità tajba li żżomm it-temperatura globali ferm anqas minn 1,5 oC sal-2100, jeħtieġ li l-Unjoni tagħmel ħilitha biex tikseb newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra malajr kemm jista' jkun u sa mhux aktar tard mill-2050;

6.

Jesprimi tħassib dwar ir-Rapport tan-NU tal-2018 dwar id-Diskrepanza fl-Emissjonijiet Ambjentali, li jsib li l-kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali (NDCs) bla kundizzjonijiet fil-preżent jaqbżu bil-bosta l-limitu għat-tisħin stabbilit fil-Ftehim ta' Pariġi ta' ferm anqas minn 2 oC u li, minflok, dan iwassal għal stima ta' tisħin ta' 3,2 o(3) sal-2100; jisħaq fuq il-bżonn urġenti li l-Partijiet kollha għall-UNFCC jaġġornaw l-ambizzjoni klimatika tagħhom sal-2020;

Perkorsi għall-istrateġija Ewropea għal newtralità f'termini ta' emissjonijiet sa nofs is-seklu

7.

Jemmen li l-Ewropa tista' tindika t-triq lejn in-newtralità klimatika billi tinvesti f'soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi, billi tagħti s-setgħa liċ-ċittadini u billi tikkoordina l-azzjoni f'oqsma ewlenin bħall-enerġija, il-politika industrijali u r-riċerka, filwaqt li tiżgura l-ekwità soċjali għal tranżizzjoni ġusta;

8.

Jinnota li l-istrateġija tippreżenta tmien perkorsi għat-trasformazzjoni ekonomika, teknoloġika u soċjali meħtieġa biex l-Unjoni tikkonforma mal-għan fit-tul b'rabta mat-temperatura stabbilit fil-Ftehim ta' Pariġi; jinnota li tnejn biss minn dawn il-perkorsi jippermettu lill-Unjoni tikseb newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra sa mhux aktar tard mill-2050; jenfasizza li dan jirrikjedi azzjoni rapida u sforzi konsiderevoli fil-livell lokali, reġjonali u nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE, anki bl-involviment tal-atturi mhux pubbliċi kollha; ifakkar fl-obbligu tal-Istati Membri li jadottaw strateġiji nazzjonali fit-tul kif stabbilit fir-Regolament dwar il-Governanza; jistieden, għalhekk, lill-Istati Membri jistabbilixxu miri u politiki ċari fuq terminu qasir u fit-tul li jkunu konsistenti mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi u jistedinhom jipprovdu appoġġ ta' investiment għall-perkorsi ta' newtralità f'termini ta' emissjonijiet;

9.

Jenfasizza li l-ewwel kategorija ta' perkorsi ppreżentata fl-istrateġija għandha l-għan li tnaqqas l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra sal-2050 b'madwar 80 % biss, meta mqabbel mal-livelli tad-disgħinijiet; jinnota bi tħassib li din l-ambizzjoni hija pjuttost baxxa u timmira lejn iż-żamma tat-tisħin globali taħt 2 oC u għalhekk mhijiex konformi mal-objettiv ta' Pariġi li t-tisħin globali jinżamm sew taħt 2 oC, u lanqas ma hija konformi mal-għan ulterjuri li jinżamm taħt 1,5 oC;

10.

Jirrimarka li, skont l-istimi tal-Kummissjoni, il-PDG tal-UE huwa mistenni jiżdied aktar f'xenarji newtrali f'termini ta' emissjonijiet milli f'xenarji bi tnaqqis iżgħar ta' emissjonijiet u, fiż-żewġ każijiet, l-effetti ma jkunux uniformi fl-UE kollha minħabba d-differenzi li jeżistu fost l-Istati Membri, fosthom f'termini ta' PDG per capita u ta' intensità tal-karbonju fit-taħlita tal-enerġija; iqis li n-nuqqas ta' azzjoni jkun bil-bosta x-xenarju li l-aktar iqum flus u mhux biss iwassal għal telf sinifikanti ta' PDG fl-Ewropa, iżda jkompli jżid ukoll l-inugwaljanzi ekonomiċi bejn l-Istati Membri u r-reġjuni u fi ħdanhom, peress li xi wħud huma mistennija jintlaqtu aktar minn oħrajn mill-konsegwenzi tan-nuqqas ta' azzjoni;

11.

Jinnota bi tħassib li bħalissa d-dipendenza tal-UE fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija hija ta' madwar 55 %; jenfasizza li, f'xenarju ta' newtralità f'termini ta' emissjonijiet, din id-dipendenza tonqos għal 20 % sal-2050 u dan ikollu impatt pożittiv fuq il-bilanċ kummerċjali u l-pożizzjoni ġeopolitika tal-UE; jinnota li l-iffrankar kumulattiv fl-ispejjeż tal-importazzjonijiet tal-karburanti fossili bejn l-2031 u l-2050 ikun ta' madwar EUR 2-3 triljun, li jistgħu jintefqu fuq prijoritajiet oħra għaċ-ċittadini Ewropej;

12.

Jilqa' l-inklużjoni ta' żewġ perkorsi mmirati lejn in-newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra sal-2050, kif ukoll l-appoġġ espress mill-Kummissjoni għal dawn iż-żewġ perkorsi, u jqis li l-objettiv ta' nofs is-seklu huwa l-uniku wieħed kompatibbli mal-impenji tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi; jiddeplora l-fatt li fl-istrateġija ma tqies l-ebda perkors ta' newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra qabel l-2050;

13.

Jinnota li l-perkorsi proposti fl-istrateġija jinvolvu l-użu ta' għadd ta' teknoloġiji ta' tneħħija tal-karbonju, inkluż permezz tal-ġbir u l-ħżin tal-karbonju (CCS) jew il-ġbir u l-użu tal-karbonju (CCU) u l-ġbir dirett mill-arja, li għad iridu jintużaw fuq skala kbira; iqis, madankollu, li l-istrateġija tal-UE għal newtralità f'termini ta' emissjonijiet għandha tipprijoritizza t-tnaqqis dirett tal-emissjonijiet u l-azzjonijiet maħsuba biex jikkonservaw u jsaħħu l-bjar u r-riżervi naturali tal-UE, u għandha timmira li t-teknoloġiji tal-assorbiment tal-karbonju tużahom biss meta ma tkun disponibbli l-ebda għażla ta' tnaqqis dirett fl-emissjonijiet; jemmen li hija meħtieġa azzjoni ulterjuri sal-2030 sabiex l-Unjoni tevita li sserraħ fuq teknoloġiji ta' tneħħija tal-karbonju li jkunu jinvolvu riskji sinifikanti għall-ekosistemi, il-bijodiversità u s-sigurtà tal-ikel, kif ikkonfermat ukoll mir-rapport speċjali tal-IPCC dwar it-tisħin globali b'1,5 oC;

L-aspetti soċjali tat-tibdil fil-klima u ta' tranżizzjoni ġusta

14.

Jilqa' l-valutazzjoni tal-Kummissjoni li n-newtralità f'termini ta' emissjonijiet hija possibbli mingħajr telf nett ta' impjiegi u jieħu nota pożittiva tal-valutazzjoni dettaljata tat-tranżizzjoni fl-industriji intensivi fl-enerġija; jenfasizza s-sejba li, jekk tiġi ġestita tajjeb b'appoġġ xieraq għar-reġjuni, is-setturi u ċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli, tranżizzjoni ġusta lejn newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra għandha l-potenzjal li toħloq żieda netta fl-impjiegi fl-Unjoni – l-impjiegi fl-ekonomija kollha se jiżdiedu b'2,1 miljun impjieg addizzjonali sal-2050 f'xenarju ta' newtralità f'termini ta' emissjonijiet meta mqabbla maż-żieda fl-impjiegi ta' 1,3 miljun impjieg addizzjonali fix-xenarju ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ta' 80 %; iqis, għalhekk, li l-Kummissjoni għandha tiżviluppa awditu mġedded tal-ħiliet fil-qafas tal-Panorama ta' Ħiliet tal-UE, b'data reġjonali dwar il-ħiliet meħtieġa għal Ewropa newtrali għall-klima biex ir-reġjuni, is-setturi u ċ-ċittadini l-aktar vulnerabbli jiġu appoġġjati fit-taħriġ mill-ġdid għal impjiegi ta' kwalità għolja li jibqgħu validi fil-futur f'dawn l-istess reġjuni;

15.

Jisħaq fuq id-diversi kobenefiċċji li se jkollha soċjetà newtrali għall-klima fuq is-saħħa pubblika, inkluż f'termini ta' ffrankar fuq l-ispiża tal-kura u piż eħfef fuq is-sistemi ta' assigurazzjoni u tas-saħħa pubblika, iżda wkoll f'termini ta' benessri ġenerali taċ-ċittadini Ewropej bis-saħħa ta' titjib fil-bijodiversità, tnaqqis tat-tniġġis tal-arja u esponiment imtaffi għal sustanzi niġġiesa; jinnota li, f'tali xenarju, id-danni fuq is-saħħa jitnaqqsu b'madwar EUR 200 biljun fis-sena;

16.

Jisħaq fuq l-importanza li jinħoloq fond għal tranżizzjoni ġusta, speċjalment għar-reġjuni l-aktar milquta mid-dekarbonizzazzjoni, bħar-reġjuni tal-minjieri tal-faħam, flimkien ma' kunsiderazzjoni ġenerali tal-impatti soċjali fil-finanzjament eżistenti b'rabta mal-klima; jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa li l-istrateġija fit-tul tiġi aċċettata mill-pubbliku b'mod mifrux, meta wieħed iqis it-trasformazzjonijiet li huma meħtieġa f'xi setturi;

17.

Jenfasizza li se jkunu meħtieġa azzjonijiet ulterjuri u sforzi akbar favur it-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa f'ċerti reġjuni tal-UE, bħalma huma r-reġjuni tal-faħam; itenni, f'dan il-kuntest, l-appell tiegħu biex tiġi introdotta allokazzjoni speċifika ta' EUR 4,8 biljun għal Fond ġdid għal Tranżizzjoni Enerġetika Ġusta fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 sabiex jappoġġa lill-ħaddiema u lill-komunitajiet f'tali reġjuni li jintlaqtu b'mod negattiv minn din it-tranżizzjoni;

18.

Jissottolinja l-ħtieġa ta' approċċ antiċipatorju biex tiġi żgurata tranżizzjoni ġusta għaċ-ċittadini tal-UE u biex jiġu appoġġjati r-reġjuni l-aktar milquta mid-dekarbonizzazzjoni; jemmen li t-tranżizzjoni klimatika tal-Ewropa trid tkun ekoloġikament, ekonomikament u soċjalment sostenibbli; jenfasizza li, sabiex tiġi żgurata l-aċċettazzjoni politika miċ-ċittadini kollha, huwa importanti li jitqiesu l-effetti distributtivi tal-politiki dwar il-klima u dwar id-dekarbonizzazzjoni, speċifikament fuq il-persuni b'introjtu baxx; jemmen, għalhekk, li fil-politiki kollha dwar il-klima, kemm dawk nazzjonali kif ukoll f'dawk tal-UE, għandu jitqies bis-sħiħ l-impatt soċjali bil-għan li tiġi żgurata trasformazzjoni soċjali u ekoloġika fl-Ewropa; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li se jkun hemm bżonn jinħolqu strateġiji mfassla apposta u ffinanzjati biżżejjed fil-livelli kollha abbażi ta' proċessi inklużivi u f'kollaborazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet pubbliċi lokali u reġjonali, it-trade unions, l-istituzzjonijiet edukattivi, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-settur privat, sabiex jiġi żgurat li f'din it-tranżizzjoni ċ-ċittadini Ewropej kollha jingħataw opportunitajiet indaqs u ġusti;

19.

Ifakkar li attwalment, bejn 50 u 125 miljun ċittadin Ewropew jinsabu f'sogru ta' faqar enerġetiku (4); jaċċentwa li t-tranżizzjoni tal-enerġija jista' jkollha effett sproporzjonat fuq il-persuni bi dħul baxx u żżid aktar il-faqar enerġetiku; jistieden lill-Istati Membri jivvalutaw l-għadd ta' unitajiet domestiċi f'faqar enerġetiku fil-pjanijiet integrati nazzjonali tagħhom dwar l-enerġija u l-klima u jieħdu azzjonijiet ta' segwitu jekk ikun meħtieġ, kif jirrikjedi r-Regolament dwar il-Governanza; jistieden lill-Istati Membri biex jieħdu azzjoni li tħares 'il quddiem biex jiżguraw tranżizzjoni ġusta tal-enerġija u aċċess għall-enerġija għaċ-ċittadini kollha tal-UE;

20.

Jemmen li ż-żgħażagħ qed ikunu dejjem aktar konxji minn kwistjonijiet soċjali u ambjentali, u din is-sensibilizzazzjoni għandha s-setgħa li tittrasforma lis-soċjetajiet tagħna b'tali mod li jkollhom futur reżiljenti għat-tibdil fil-klima, u li l-edukazzjoni taż-żgħażagħ tirrappreżenta waħda mill-aktar għodod effikaċi għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-ġenerazzjonijiet aktar żagħżugħa jiġu involuti b'mod attiv fil-bini ta' relazzjonijiet internazzjonali, interkulturali u interġenerazzjonali, li jservu ta' bażi għall-bidla kulturali li se tappoġġa l-isforzi globali għal futur aktar sostenibbli;

Il-miri intermedji

21.

Jirrikonoxxi l-fatt li d-deċennju bejn l-2020 u l-2030 se jkun wieħed ta' importanza kruċjali jekk l-UE għandha tikseb emissjonijiet netti żero sal-2050; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġaw mira għal terminu medju qawwija għall-2030, peress li din hi meħtieġa biex tingħata biżżejjed stabbiltà tal-investiment lis-suq, biex jiġi sfruttat għalkollox il-potenzjal tal-innovazzjoni teknoloġika u biex jissaħħu l-opportunitajiet għan-negozji Ewropej biex isiru mexxejja tas-suq dinji fil-produzzjoni b'emissjonijiet baxxi;

22.

Jenfasizza li sabiex tintlaħaq il-mira ta' newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-2050 bl-aktar mod effiċjenti għan-nefqa, jeħtieġ li l-livell ta' ambizzjoni għall-2030 jogħla u jiġi allinjat max-xenarji ta' newtralità f'termini ta' emissjonijiet sal-2050; jemmen li huwa tal-ikbar importanza li l-Unjoni tibgħat messaġġ ċar, sa matul is-Summit dwar il-Klima tan-NU fi New York f'Settembru 2019, li hija tinsab lesta li tirrevedi l-kontribut tagħha għall-Ftehim ta' Pariġi;

23.

Jappoġġja aġġornament tal-NDC tal-Unjoni bil-mira li, fl-ekonomija kollha, l-emissjonijiet ta' gassijiet serra jonqsu bil-55 % sal-2030, meta mqabbla mal-livelli tal-1990; jistieden, għalhekk, lill-mexxejja tal-UE jappoġġaw żieda fil-livell ta' ambizzjoni tal-NDC tal-Unjoni skont dan fis-Summit speċjali tal-UE f'Sibiu f'Mejju 2019, fid-dawl tas-Summit dwar il-Klima tan-NU f'Settembru 2019;

24.

Iqis li l-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard minn waqt ir-rieżamijiet ta' bejn l-2022 u l-2024 tal-pakkett dwar il-klima tal-2030 u ta' leġiżlazzjoni rilevanti oħra, tippreżenta proposti leġiżlattivi li jgħollu l-livell ta' ambizzjoni f'konformità mal-NDC aġġornat u mal-mira ta' newtralità f'termini ta' emissjonijiet; jemmen li ambizzjoni insuffiċjenti għall-2030 tillimita l-għażliet futuri, fosthom, possibilment, id-disponibbiltà ta' ċerti għażliet għal dekarbonizzazzjoni effiċjenti għan-nefqa; iqis dawn ir-rieżamijiet bħala pass importanti biex jiġu żgurati l-impenji klimatiċi tal-UE;

25.

Jemmen li, bħala mezz biex tiġi żgurata aktar stabbiltà akbar għas-swieq, se jkun ta' benefiċċju għall-UE li tistabbilixxi mira interim ulterjuri ta' tnaqqis fl-emissjonijiet sal-2040, li tista' tipprovdi stabbiltà addizzjonali u tiżgura li tintlaħaq il-mira fit-tul tal-2050;

26.

Iqis li l-istrateġija tal-UE għal newtralità f'termini ta' emissjonijiet għandha tkun infurmata mir-rendikont globali ta' kull 5 snin kif stabbilit fil-Ftehim ta' Pariġi, u li għandha tqis l-iżviluppi teknoloġiċi u tas-soċjetà, kif ukoll l-input minn atturi mhux statali u mill-Parlament Ewropew;

Kontribuzzjonijiet settorjali

27.

Jenfasizza li l-emissjonijiet netti se jkollhom jitnaqqsu għal kważi żero fis-setturi kollha tal-ekonomija, li kollha kemm huma għandhom jikkontribwixxu għall-isforzi konġunti biex jitnaqqsu l-emissjonijiet; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tiżviluppa perkorsi għan-newtralità klimatika għas-setturi kollha; jenfasizza l-importanza tal-prinċipju ta' min iniġġes iħallas f'dan ir-rigward;

28.

Jenfasizza l-importanza tad-diversi miżuri u tal-leġiżlazzjoni dwar il-klima introdotti f'oqsma differenti ta' politika, iżda jwissi li approċċ frammentat jaf iwassal għal inkonsistenzi u jżomm lill-UE milli tilħaq ekonomija newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra sal-2050; jemmen li hemm bżonn li jittieħed approċċ globali;

29.

Jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà ta' armonizzazzjoni tal-ipprezzar tal-karbonju u tal-enerġija fl-UE b'appoġġ għat-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali f'termini ta' emissjonijiet, b'mod partikolari għas-setturi li mhumiex koperti mis-sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet; jitlob lill-Kummissjoni tistudja l-aħjar mod possibbli biex jiġu evitati każijiet ta' nies ibatu, u jinsisti li l-piż ġenerali fuq iċ-ċittadini m'għandux jiżdied;

30.

Jirrikonoxxi r-rwol attribwit lis-CCS fil-maġġoranza tax-xenarji b'1,5 C fir-rapport speċjali tal-IPCC dwar il-1,5 oC; jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tfittex ambizzjoni akbar f'dan il-qasam; jinnota wkoll il-miri stabbiliti mill-Istati Membri fil-Pjan Strateġiku għat-Teknoloġija tal-Enerġija (SET) biex jiġi implimentat CCS fuq skala kummerċjali fis-settur industrijali u tal-enerġija Ewropew bejn l-2020 u l-2030; iqis li hemm bżonn jiżdied l-użu ta' CCU u CCS ambjentalment siguri fil-proċessi industrijali, billi dan jirriżulta fi tnaqqis nett fl-emissjonijiet permezz tal-evitar tal-emissjonijiet jew il-ħżin permanenti ta' CO2; jinnota bi tħassib li ħafna teknoloġiji tas-CCU fil-preżent mhux qed iwasslu għal tnaqqis permanenti tal-emissjonijiet; għalhekk, jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa kriterji tekniċi li jiżguraw appoġġ unikament lil dawk it-teknoloġiji li jagħtu riżultati verifikabbli;

31.

Jirrimarka li l-istrateġija tikkonferma li l-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mis-settur tat-trasport għadhom qed jiżdiedu, u li l-politiki kurrenti mhux se jkunu biżżejjed biex is-settur tat-trasport jiġi dekarbonizzat sal-2050; jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata bidla modali minn vjaġġar bl-ajru għal vjaġġar bil-ferrovija, inkluż permezz ta' twettiq rapidu ta' netwerk ferrovjarju interoperabbli fi ħdan l-UE u l-mobilizzazzjoni ta' investimenti msaħħa, u lejn it-trasport pubbliku u l-mobbiltà kondiviża; jinnota li t-trasport bit-triq jikkontribwixxi għal madwar għoxrin fil-mija tal-emissjonijiet totali tas-CO2 tal-UE; jistieden għalhekk, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jieħdu l-passi meħtieġa biex jippermettu l-aċċess għal vetturi b'emissjonijiet żero jew baxxi għall-konsumaturi fl-Istati Membri kollha, filwaqt li jevitaw żieda fl-użu ta' vetturi qodma, li jniġġsu ħafna fi Stati Membri bi dħul iktar baxx; jissottolinja wkoll ir-rwol tat-teknoloġiji intelliġenti, bħall-infrastruttura tal-iċċarġjar intelliġenti, fl-istabbiliment ta' sinerġiji bejn l-elettrifikazzjoni tat-trasport u l-użu ta' sorsi tal-enerġija rinnovabbli;

32.

Jissottolinja li sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika għall-ekonomija tal-UE kollha kemm hi, is-setturi kollha inklużi l-avjazzjoni u t-tbaħħir internazzjonali, għandhom jikkontribwixxu għal dan; jinnota li l-analiżi tal-Kummissjoni turi li l-miri u l-miżuri globali attwali previsti rispettivament mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali, anke jekk jiġu implimentati għalkollox, jonqsu milli jiksbu t-tnaqqis meħtieġ tal-emissjonijiet, u li hija meħtieġa azzjoni ulterjuri sinifikanti li tikkonforma mal-objettiv mifrux mal-ekonomija kollha ta' newtralità f'termini ta' emissjonijiet; jenfasizza l-ħtieġa li jsiru investimenti f'teknoloġiji u fi fjuwils b'emissjonijiet tal-karbonju żero u baxxi f'dawn is-setturi; jistieden lill-Kummissjoni tpoġġi fil-prattika l-prinċipju ta' “min iniġġes iħallas” f'dawn is-setturi; ifakkar li hija prevista żieda tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra mit-tbaħħir internazzjonali saħansitra ta' sa 250 % sal-2050; jilqa' l-fatt li s-settur tat-tbaħħir internazzjonali stabbilixxa għalih innifsu mira ta' tnaqqis assoluta tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra; jikkonstata bi tħassib in-nuqqas ta' progress fir-rigward tal-bidla ta' din il-mira f'miżuri fuq terminu qasir u medju u f'azzjonijiet konkreti oħra; jinnota l-piż differenti fuq mezzi tat-trasport differenti; jitlob li l-introjtu akbar mis-sistema tal-UE għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet jintuża biex jiġu promossi mezzi tat-trasport b'inqas ħsara għall-ambjent, bħax-xarabanks jew il-ferroviji;

33.

Jikkonstata li madwar 60 % tal-metan globali huwa rilaxxat minn sorsi bħall-agrikoltura, il-landfills u l-ilma mormi, u mill-produzzjoni u t-trasport bil-pipeline tal-karburanti fossili; ifakkar li l-metan huwa gass b'effett ta' serra potenti b'potenzjal ta' tisħin globali ta' mitt sena, 28 darba aktar qawwi mis-CO2 (5); itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tistudja malajr kemm jista' jkun għażliet politiċi għall-indirizzar rapidu tal-emissjonijiet tal-metan bħala parti minn pjan strateġiku tal-Unjoni għall-metan, u tippreżenta proposti leġiżlattivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għal dan il-għan;

34.

Jissottolinja li l-agrikoltura se tkun wieħed mis-sorsi ewlenin li fadal ta' emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra tal-UE fl-2050, b'mod partikolari minħabba l-emissjonijiet tal-metan u tal-ossidu nitruż; jissottolinja l-potenzjal tas-settur agrikolu fl-indirizzar tal-isfidi tat-tibdil fil-klima, pereżempju b'innovazzjonijiet ekoloġiċi u teknoloġiċi kif ukoll bil-qbid tal-karbonju fil-ħamrija; jitlob għal politika agrikola komuni li tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett ta' serra f'konformità mat-tranżizzjoni lejn l-ekonomija newtrali għall-klima; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-politiki agrikoli, b'mod partikolari l-fondi tal-UE u nazzjonali, jikkonformaw mal-objettivi u l-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi;

35.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-ambizzjoni klimatika tiġi integrata fil-politiki tal-UE kollha, inkluża fil-politika kummerċjali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-ftehimiet kummerċjali kollha ffirmati mill-UE jkunu kompatibbli bis-sħiħ mal-Ftehim ta' Pariġi, peress li dan mhux biss isaħħaħ l-azzjoni globali fir-rigward tat-tibdil fil-klima iżda jiggarantixxi wkoll ambjent ekwu għas-setturi milquta;

36.

Jappoġġa l-ġestjoni attiva u sostenibbli tal-foresti fil-livell nazzjonali, flimkien ma' mezzi konkreti għall-inċentivar ta' bijoekonomija tal-UE effiċjenti u sostenibbli, b'kunsiderazzjoni tal-potenzjal konsiderevoli tal-foresti li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-isforzi klimatiċi tal-Ewropa (permezz tas-sekwestru, il-ħżin u s-sostituzzjoni) u għall-ilħuq tal-mira ta' newtralità f'termini ta' emissjonijiet sal-2050; jirrikonoxxi l-ħtieġa għal adattament għat-tibdil fil-klima u l-waqfien tat-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi fl-UE sal-2020, kif ukoll il-ħtieġa li jiġu żviluppati politiki bbażati fuq l-evidenza li jgħinu l-implimentazzjoni u l-finanzjament ta' miżuri ta' konservazzjoni tal-bijodiversità tal-UE;

37.

Jenfasizza l-fatt li hemm aktar karbonju maħżun fil-ħamrija milli fil-bijosfera u fl-atmosfera flimkien; jissottolinja għalhekk l-importanza li titwaqqaf id-degradazzjoni tal-ħamrija fl-UE, u li tiġi żgurata azzjoni tal-UE komuni biex jiġu ppreservati u mtejba l-kwalità tal-ħamrija u l-kapaċità tagħha ta' ħżin tal-karbonju;

ll-politika tal-enerġija

38.

Jenfasizza l-kontribut tal-effiċjenza enerġetika għas-sigurtà tal-provvista, il-kompetittività ekonomika, il-ħarsien tal-ambjent, it-tnaqqis fil-kontijiet tal-enerġija u t-titjib fil-kwalità tad-djar; jikkonferma r-rwol importanti tal-effiċjenza enerġetika fil-ħolqien tal-opportunitajiet ta' negozju u tal-impjiegi kif ukoll il-benefiċċji globali u reġjonali tagħha; ifakkar, f'dan ir-rigward, l-introduzzjoni tal-prinċipju “l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel” skont ir-Regolament dwar il-Governanza, u li l-implimentazzjoni tiegħu għandha tiġi sfruttata għalkollox b'mod effiċjenti għan-nefqa tul il-katina tal-enerġija kollha u meqjusa bħala l-bażi għal kwalunkwe perkors lejn il-mira ta' newtralità f'termini ta' emissjonijiet sal-2050;

39.

Jenfasizza r-rwol ċentrali tal-enerġija fit-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra; Ifakkar li l-Unjoni rnexxielha tiddiżakkoppja b'suċċess l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra mit-tkabbir ekonomiku f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, u naqqset l-emissjonijiet, b'mod partikolari permezz tal-effiċjenza enerġetika u d-diffużjoni tas-sorsi ta' enerġija rinnovabbli; jenfasizza li t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa għandha tkompli tixpruna l-modernizzazzjoni tal-ekonomija Ewropea, tistimola t-tkabbir ekonomiku sostenibbli u ġġib benefiċċji soċjali u ambjentali għaċ-ċittadini Ewropej;

40.

Jemmen li t-tmexxija tal-UE fl-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika turi lill-partijiet l-oħra tad-dinja li t-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa hija kemm possibbli kif ukoll ta' benefiċċju, lil hinn mill-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima;

41.

Jirrimarka li l-kisba ta' ekonomija newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra se tirrikjedi investimenti addizzjonali konsiderevoli fis-sistema tal-enerġija tal-UE u fl-infrastruttura relatata, meta mqabbla mal-linja bażi tal-lum, fil-medda ta' bejn EUR 175 biljun u 290 biljun fis-sena;

42.

Jenfasizza li, fid-dawl tal-punti ta' tluq differenti fit-tranżizzjoni tal-enerġija, l-isforzi biex jitnaqqsu l-gassijiet serra sabiex tinkiseb in-newtralità klimatika fil-livell tal-UE jistgħu jkunu mifruxa b'mod xejn uniformi fl-UE;

43.

Jitlob lill-Istati Membri jimplimentaw il-Pakkett dwar l-Enerġija Nadifa mingħajr dewmien; ifakkar fil-kompetenza tal-Istati Membri li jiddeċiedu dwar it-taħlita tal-enerġija tagħhom fi ħdan il-qafas tal-UE għall-klima u l-enerġija;

44.

Jitlob li tiġi stabbilita sistema tal-enerġija effiċjenti ħafna fl-użu tal-enerġija u bbażata fuq sorsi tal-enerġija rinnovabbli u jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu kull azzjoni meħtieġa f'dak ir-rigward billi dan se jkollu effetti konsegwenzjali fuq is-setturi ekonomiċi kollha; jenfasizza li l-perkorsi kollha preżentati mill-Kummissjoni jassumu tnaqqis drastiku tal-karburanti fossili u żieda qawwija fl-enerġiji rinnovabbli;

45.

Jenfasizza li d-Direttiva dwar l-Ekodisinn (6) ikkontribwiet b'mod sinifikanti għall-miri klimatiċi tal-UE billi naqqset l-emissjonijiet tal-gassijiet serra bi 320 miljun tunnellata ta' ekwivalenti għas-CO2 fis-sena, u li huwa stmat li sal-2020 il-konsumaturi tal-UE se jiffrankaw total ta' EUR 112 biljun b'kollox, jew madwar EUR 490 fis-sena għal kull unità domestika b'riżultat tad-Direttiva; jitlob li jiġu rregolati prodotti addizzjonali skont id-Direttiva dwar l-Ekodisinn, inklużi t-tablets u s-smartphones, u li l-istandards eżistenti jinżammu aġġornati biex jirriflettu l-iżviluppi teknoloġiċi;

46.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata integrazzjoni ulterjuri tas-suq tal-enerġija Ewropew sabiex is-settur tal-enerġija jiġi dekarbonizzat bl-aktar mod effettiv, sabiex jiġu ffaċilitati l-investimenti fejn tkun tista' tinkiseb l-aktar produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u tiġi mħeġġa l-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini sabiex titħaffef it-tranżizzjoni tal-enerġija lejn ekonomija sostenibbli u newtrali f'termini tal-emissjonijiet tal-karbonju; iqis li huwa essenzjali li jiżdied il-livell ta' interkonnettività bejn l-Istati Membri u jitħeġġu aktar skemi ta' appoġġ transfruntier;

47.

Jinnota li s-settur tal-kostruzzjoni tal-UE attwalment jammonta għal 40 % tal-konsum tal-enerġija finali u 36 % tal-emissjonijiet tagħha tas-CO2 tal-Ewropa (7); jitlob biex jiġi żblukkat il-potenzjal tas-settur għall-iffrankar tal-enerġija u t-tnaqqis tal-marka tal-karbonju, skont l-objettiv stabbilit fid-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-Bini fl-Użu tal-Enerġija (8) li jintlaħaq stokk tal-bini effiċjenti ħafna fl-enerġija u dekarbonizzat sal-2050; jenfasizza li konsum tal-enerġija aktar effiċjenti fil-bini għandu potenzjal sostanzjali għal tnaqqis ulterjuri tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-Ewropa; iqis, barra minn hekk, li l-kostruzzjoni ta' bini b'rata baxxa ta' użu tal-enerġija, fornut bis-sħiħ b'enerġija rinnovabbli, hija sine qua non għall-Ftehim ta' Pariġi u għal aġenda tal-UE fir-rigward tat-tkabbir, l-impjiegi lokali u t-titjib fil-kundizzjonijiet tal-għajxien għaċ-ċittadini madwar l-Ewropa;

48.

Jistieden lil-livelli kollha ta' gvern, kemm jekk nazzjonali, reġjonali jew lokali, biex idaħħlu fis-seħħ miżuri li jinkoraġġixxu l-parteċipazzjoni taċ-ċittadini fit-tranżizzjoni tal-enerġija u biex jistimolaw l-iskambju tal-aħjar prattiki; jenfasizza li l-involviment taċ-ċittadini fis-sistema tal-enerġija tul l-awtoġenerazzjoni deċentralizzata tal-enerġija rinnovabbli, tal-ħżin tal-elettriku u tal-parteċipazzjoni fl-iskemi tar-rispons fin-naħa tad-domanda u tal-effiċjenza fl-enerġija se tkun kruċjali fit-tranżizzjoni lejn in-newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra; jitlob, għalhekk, li l-involviment attiv taċ-ċittadini jiġi integrat bis-sħiħ f'dawn il-perkorsi, b'mod partikolari fin-naħa tad-domanda;

Il-Politika Industrijali

49.

Jemmen li l-prosperità ekonomika, il-kompetittività industrijali globali u l-politika dwar il-klima jsaħħu lil xulxin; itenni li t-tranżizzjoni lejn ekonomija ta' newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju ta' gassijiet b'effett ta' serra tippreżenta sfidi u opportunitajiet għall-UE, u li se jkunu meħtieġa investimenti fl-innovazzjoni industrijali, inkluż f'teknoloġiji diġitali, u se tkun meħtieġa teknoloġija nadifa biex jiġi stimolat it-tkabbir, tissaħħaħ il-kompetittività, tingħata spinta lill-ħiliet futuri u jinħolqu miljuni ta' impjiegi, pereżempju f'ekonomija ċirkolari u f'bijoekonomija dejjem akbar;

50.

Jissottolinja li qafas ta' politika stabbli u prevedibbli dwar l-enerġija u l-klima huwa essenzjali biex jipprovdi l-fiduċja tant meħtieġa fost l-investituri u biex l-industriji Ewropej ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet ta' investiment fit-tul fl-Ewropa, billi t-tul tal-ħajja tal-parti l-kbira tal-installazzjonijiet industrijali jaqbeż l-20 sena;

51.

Jenfasizza l-irwol tal-industriji li jużaw ħafna enerġija biex jinkiseb tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra tal-UE; iqis li ż-żamma ta' pożizzjoni fuq quddiem fl-iżvilupp u l-produzzjoni industrijali b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju fl-UE, il-preservazzjoni tal-kompetittività tal-industriji Ewropej, l-imminimizzar tad-dipendenza fuq il-karburanti fossili u l-esponiment għal prezzijiet volatili u prezzijiet fuq l-importazzjonijiet ta' karburanti fossili li qed jiżdiedu, u l-evitar tar-riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju jinneċessitaw oqfsa ta' politika intelliġenti u mmirati; jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija ġdida u integrata għall-klima industrijali tal-UE fir-rigward tal-industriji li jużaw ħafna enerġija b'appoġġ għal tranżizzjoni lejn industrija peżanti kompetittiva ta' newtralità f'termini ta' emissjonijiet;

52.

Jistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija industrijali b'miżuri li jippermettu lill-industrija Ewropea tikkompeti globalment f'kundizzjonijiet ekwi; iqis li bħala parti minn din il-politika, il-Kummissjoni għandha teżamina l-effikaċja u l-kompatibbiltà mar-regoli tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ, ta' miżuri addizzjonali għall-protezzjoni tal-industriji f'riskju ta' rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju fir-rigward tal-importazzjoni ta' prodotti, li jissostitwixxu, jadattaw jew jikkomplementaw kwalunkwe miżura eżistenti dwar ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;

53.

Jinnota li għadd ta' swieq emerġenti qed jippożizzjonaw lilhom infushom biex jaqdu rwol importanti fl-issodisfar tal-ħtiġijiet tas-suq globali matul it-tranżizzjoni lejn ekonomija ta' newtralità f'termini ta' emissjonijiet, pereżempju fir-rigward tat-trasport b'newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju u l-enerġija rinnovabbli; jenfasizza li l-UE għandha tibqa' l-aqwa ekonomija fl-innovazzjoni ekoloġika u fl-investimenti fit-teknoloġija ekoloġika;

54.

Jinnota li r-rapport tal-Kummissjoni dwar il-prezzijiet u l-ispejjeż tal-enerġija fl-Ewropa, maħruġ fl-2018 (COM(2019)0001) (9), jenfasizza l-esponiment kontinwament għoli tal-UE għal prezzijiet tal-karburanti fossili volatili u ogħla u li, fil-futur, l-ispejjeż tal-produzzjoni tal-elettriku huma mistennija jiżdiedu għall-elettriku ġġenerat mill-karburanti fossili u jonqsu għas-sorsi tal-enerġija rinnovabbli; jenfasizza li, fl-2017, l-ispejjeż tal-importazzjoni tal-enerġija fl-UE żdiedu b'26 % għal EUR 266 biljun, l-aktar minħabba ż-żieda fil-prezzijiet taż-żejt; jinnota wkoll li skont l-istimi tar-rapport, iż-żidiet fil-prezz taż-żejt kellhom impatt negattiv fuq it-tkabbir tal-UE (-0,4 % tal-PDG fl-2017) u fuq l-inflazzjoni (+0,6);

Riċerka u innovazzjoni

55.

Jenfasizza li l-UE u r-riċerka nazzjonali u l-programmi tal-innovazzjoni huma kruċjali għall-appoġġ tal-Unjoni fir-rwol fuq quddiem tagħha fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u jemmen li l-integrazzjoni tat-tibdil fil-klima għandha ssir b'mod adegwat fit-tħejjija u fl-implimentazzjoni ta' programmi ta' riċerka u innovazzjoni;

56.

Iqis li matul l-għoxrin sena li ġejjin se jkunu meħtieġa sforzi sostanzjali ta' riċerka u innovazzjoni biex isiru disponibbli soluzzjonijiet dwar livelli baxxi u żero tal-karbonju għal kulħadd u li jkunu soċjalment u ekonomikament vijabbli u jwasslu għal soluzzjonijiet ġodda biex tinkiseb ekonomija b'newtralità f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju b'effett ta' serra;

57.

Jissottolinja l-pożizzjoni tiegħu li Orizzont Ewropa jeħtieġlu jikkontribwixxi mill-inqas 35 % tan-nefqa tiegħu għall-objettivi klimatiċi kif xieraq kif ukoll bħala parti mill-objettiv ġenerali tal-Unjoni favur l-integrazzjoni tal-azzjonijiet klimatiċi;

Finanzjament

58.

Jitlob implimentazzjoni rapida tal-Fond ta' Innovazzjoni tal-UE ETS u li jingħata bidu għall-ewwel sejħa għal proposti fl-2019 sabiex jittejbu l-investimenti fid-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji rivoluzzjonarji industrijali b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju f'firxa wiesgħa ta' setturi, mhux biss il-produzzjoni tal-elettriku, iżda anke fit-tisħin distrettwali u fil-proċessi industrijali; jitlob li l-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u l-programmi tiegħu jkunu konsistenti bis-sħiħ mal-Ftehim ta' Pariġi;

59.

Iqis li sabiex l-Unjoni tilħaq newtralità f'termini ta' emissjonijiet sa mhux aktar tard mill-2050, jeħtieġ li jiġu mobilizzati investimenti privati sostanzjali; jemmen li dan se jirrikjedi ppjanar u stabbiltà regolatorja fit-tul u prevedibbiltà għall-investituri u, b'mod korrispondenti, konsiderazzjoni dovuta fir-regolamenti futuri tal-UE; jenfasizza għalhekk li l-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar Finanzi Sostenibbli adottat f'Marzu 2018 għandha tingħata prijorità;

60.

Iqis li l-QFP 2021-2027 għandu, qabel ma jiġi adottat, jiġi evalwat fid-dawl tal-objettiv li tinkiseb ekonomija newtrali għall-klima sal-2050 u li jrid jiġi stabbilit test standard biex jiġi żgurat li n-nefqa taħt il-baġit tal-UE ssir reżiljenti għall-klima;

61.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li s-sussidji fuq il-karburanti fossili għadhom qed jiżdiedu u jammontaw għal madwar EUR 55 biljun fis-sena (10); jistieden lill-UE u lill-Istati Membri biex jeliminaw immedjatament is-sussidji Ewropej u nazzjonali fuq il-karburanti fossili kollha;

62.

Jenfasizza l-importanza ta' tranżizzjoni ġusta għal ekonomija newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju u jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu politiki u finanzjament xierqa f'dan ir-rigward; jenfasizza li n-nefqa tal-UE minn fondi rilevanti tista' tipprovdi appoġġ addizzjonali fejn xieraq;

Ir-rwol tal-konsumaturi u l-ekonomija ċirkolari

63.

Jenfasizza l-impatt sinifikanti ta' bidla fl-imġiba fil-kisba tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra; jistieden lill-Kummissjoni tesplora malajr kemm jista' jkun għażliet ta' politika, inkluż dwar it-tassazzjoni ambjentali, biex tħeġġeġ bidla fl-imġiba; jissottolinja l-importanza ta' inizjattivi minn isfel għal fuq, bħall-Patt tas-Sindki, fil-promozzjoni ta' bidla fl-imġiba;

64.

Jissottolinja li parti kbira ħafna mill-użu tal-enerġija, u għalhekk, mill-emissjonijiet ta' gassijiet serra, hija marbuta direttament mal-akkwist, l-ipproċessar, it-trasport, il-konverżjoni, l-użu u r-rimi tar-riżorsi; jenfasizza li jista' jkun hemm iffrankar sinifikanti ferm f'kull stadju fil-katina tal-ġestjoni tar-riżorsi; jenfasizza, għalhekk, li ż-żieda fil-produttività tar-riżorsi permezz ta' effiċjenza aħjar u t-tnaqqis tal-iskart tar-riżorsi permezz ta' miżuri bħall-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u l-manifattura mill-ġdid jistgħu jnaqqsu ħafna kemm il-konsum tar-riżorsi kif ukoll l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, filwaqt li jtejbu l-kompetittività u joħolqu opportunitajiet ta' negozju u impjiegi; jenfasizza l-kosteffiċjenza tal-miżuri tal-ekonomija ċirkolari; jissottolinja li approċċi mtejba dwar il-ġestjoni tar-riżorsi u l-ekonomija ċirkolari kif ukoll disinn tal-prodott ċirkolari se jgħinu biex iġibu bidla fix-xejriet tal-produzzjoni u tal-konsum u se jnaqqsu l-ammont ta' skart;

65.

Jenfasizza l-importanza ta' politika għall-prodotti, bħall-akkwist pubbliku ekoloġiku u l-ekodisinn, li tista' tagħti kontribut sinifikanti għall-iffrankar fl-enerġija u għat-tnaqqis tal-marka tal-karbonju tal-prodotti, filwaqt li fl-istess ħin ittejjeb l-marka tal-materjali użati u l-impatt ambjentali ġenerali; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-ekonomija ċirkolari bħala parti mill-istandards tal-ekodisinn tal-UE u li l-metodoloġija attwali tal-ekodisinn tespandi għal kategoriji ta' prodotti oħra minbarra l-prodotti relatati mal-enerġija;

66.

Jikkunsidra li għandha titkompla l-ħidma fuq mudell affidabbli biex jitkejjel l-impatt klimatiku bbażat fuq il-konsum; jinnota l-konklużjoni fl-analiżi dettaljata tal-Kummissjoni li l-isforzi tal-UE biex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-produzzjoni tagħha huma xi ftit jew wisq stabbilizzati mill-importazzjonijiet ta' beni b'marka tal-karbonju ogħla, iżda li minkejja dan, l-UE kkontribwiet b'mod sinifikanti għat-tnaqqis fl-emissjonijiet f'pajjiżi oħra minħabba ż-żieda fil-fluss kummerċjali u fit-titjib fl-effiċjenza tal-karbonju tal-esportazzjonijiet tagħha;

L-UE u l-azzjoni globali dwar il-klima

67.

Jissottolinja l-importanza ta' aktar inizjattivi u ta' djalogu sostnut fil-fora internazzjonali rilevanti, u diplomazija klimatika effettiva bil-għan li jiġu xprunati deċiżjonijiet ta' politika simili li jżidu l-ambizzjoni f'reġjuni u pajjiżi terzi oħra; jistieden lill-UE żżid il-finanzjament tagħha għall-klima u taħdem b'mod attiv biex tħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu l-għajnuna klimatika tagħhom (għajnuna għall-iżvilupp aktar milli self) lil pajjiżi terzi, li għandha tiġi b'żieda mal-assistenza barranija għall-iżvilupp, u ma għandhiex tingħadd darbtejn kemm bħala għajnuna għall-iżvilupp kif ukoll bħala għajnuna klimatika finanzjarja;

68.

Jenfasizza li s-Summit dwar it-Tibdil fil-Klima tan-NU li se jsir f'Settembru 2019 se jkun il-mument it-tajjeb biex il-mexxejja jħabbru ambizzjoni akbar f'termini tal-NDCs; iqis li l-UE għandha tadotta pożizzjoni dwar l-aġġornament minn qabel sew tal-NDC, sabiex tasal għas-summit imħejjija sew u f'kooperazzjoni mill-qrib ma' koalizzjoni internazzjonali ta' Partijiet f'appoġġ għal ambizzjoni klimatika msaħħa;

69.

Jenfasizza l-mertu tat-tisħiħ tal-interoperabbiltà bejn l-istrumenti ta' politika tal-UE u l-ekwivalenti ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari l-mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju; jistieden lill-Kummissjoni tkompli u tintensifika l-kooperazzjoni u l-appoġġ fl-iżvilupp ta' mekkaniżmi tal-ipprezzar tal-karbonju barra mill-Ewropa sabiex issegwi aktar tnaqqis tal-emissjonijiet u kondizzjonijiet ekwivalenti mtejba ta' kompetizzjoni fuq livell dinji; jenfasizza l-importanza li jiġu stabbiliti salvagwardji ambjentali sabiex jiġi żgurat tnaqqis reali u addizzjonali tal-gassijiet serra; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni biex tippromwovi regoli internazzjonali stretti u robusti biex timpedixxi lakuni fil-kontabbiltà u fl-għadd doppju tat-tnaqqis tal-emissjonijiet;

o

o o

70.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)  https://ec.europa.eu/clima/sites/clima/files/docs/pages/ com_2018_733_analysis_in_support_en_0.pdf

(2)  Testi adottati, P8_TA(2018)0430.

(3)  Il-Programm Ambjentali tan-NU, “Emissions Gap Report 2018” (Ir-Rapport dwar id-Diskrepanza fl-Emissjonijiet 2018), p. 10.

(4)  http://www.europarl.europa.eu/RegData/etudes/STUD/2015/ 563472/IPOL_STU(2015)563472_EN.pdf

(5)  Van Dingenen, R., Crippa, M., Maenhout, G., Guizzardi, D., Dentener, F., “Global trends of methane emissions and their impacts on ozone concentrations” (Xejriet globali tal-emissjonijiet tal-metan u l-impatti tagħhom fuq il-konċentrazzjonijiet tal-ożonu), EUR 29394 EN, Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, il-Lussemburgu, 2018, ISBN 978-92-79-96550-0, doi:10.2760/820175, JRC113210.

(6)  Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

(7)  https://ec.europa.eu/energy/en/topics/energy-efficiency/buildings

(8)  Id-Direttiva (UE) 2018/844 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2018 li temenda d-Direttiva 2010/31/UE dwar ir-rendiment tal-bini fl-użu tal-enerġija u d-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija (ĠU L 156, 19.6.2018, p. 75).

(9)  https://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?qid=1548155579433&uri=CELEX:52019DC0001

(10)  Il-Prezzijiet u l-Kostijiet tal-Enerġija fl-Ewropa, paġni 10-11.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/126


P8_TA(2019)0219

Is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (2019/2615(RSP))

(2021/C 23/21)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar in-Nikaragwa, b'mod partikolari dawk tat-18 ta' Diċembru 2008 (1), tas-26 ta' Novembru 2009 (2), tas-16 ta' Frar 2017 (3) u tal-31 ta' Mejju 2018 (4),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerka Ċentrali tal-2012,

wara li kkunsidra d-dokument ta' strateġija għall-pajjiż tal-UE u l-programm indikattiv pluriennali 2014-2020 dwar in-Nikaragwa,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem ta' Ġunju 2004,

wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tan-Nikaragwa,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin dwar in-Nikaragwa tal-21 ta' Jannar 2019,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tar-Rappreżentant Għoli f'isem l-UE dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa tat-2 ta' Ottubru 2018, tal-15 ta' Mejju 2018, tat-22 ta' April 2018 u tal-15 ta' Diċembru 2018, kif ukoll dik tal-1 ta' Marzu 2019 dwar l-issoktar tad-djalogu nazzjonali,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-prijoritajiet tal-UE fil-fora tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-2019, adottati fit-18 ta' Frar 2019,

wara li kkunsidra r-rapport approvat mill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fil-21 ta' Ġunju 2018 intitolat “Gross Human Rights Violations in the Context of Social Protests in Nicaragua” (Vjolazzjonijiet Goffi tad-Drittijiet tal-Bniedem fil-Kuntest ta' Protesti Soċjali fin-Nikaragwa),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-vjolazzjonijiet u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest ta' protesti fin-Nikaragwa, mit-18 ta' April sat-18 ta' Awwissu 2018,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Grupp Interdixxiplinari ta' Esperti Indipendenti (GIEI) tal-20 ta' Diċembru 2018 dwar il-ġrajjiet vjolenti li seħħew fin-Nikaragwa bejn it-18 ta' April u t-30 ta' Mejju 2018,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Michelle Bachelet tat-22 ta' Frar 2019 dwar il-kriminalizzazzjoni tad-dissens fin-Nikaragwa,

wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-Parlament Ewropew adotta riżoluzzjoni dwar il-kriżi fin-Nikaragwa fil-31 ta' Mejju 2018, li fiha kkundanna s-sitwazzjoni bil-qawwa; billi, bħala segwitu għal din ir-riżoluzzjoni, delegazzjoni ta' ħdax-il MPE żaret il-pajjiż mit-23 sas-26 ta' Jannar 2019 biex tivvaluta s-sitwazzjoni fil-post;

B.

billi d-delegazzjoni setgħet issegwi l-programm tagħha stess, u l-Gvern tan-Nikaragwa ta aċċess għall-faċilitajiet kollha mitluba mill-MPE, inklużi żewġ ħabsijiet; billi l-gvern tan-Nikaragwa ta garanziji li ma kienet se ssir ebda ritaljazzjoni kontra dawk li ddenunzjaw is-sitwazzjoni kurrenti; billi d-delegazzjoni rat b'għajnejha l-kampanja ta' fastidju, tiċpis u intimidazzjoni kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li magħhom kellha skambju ta' fehmiet; billi ħafna organizzazzjonijiet irrifjutaw stediniet biex jiltaqgħu mad-delegazzjoni, minħabba intimidazzjoni u theddid min-naħa tal-gvern; billi r-repressjoni kompliet titqawwa mindu d-delegazzjoni żaret il-pajjiż;

C.

billi d-delegazzjoni ċaħdet pubblikament il-pożizzjoni uffiċjali tal-gvern li huwa kien safa vittma ta' kolp ta' stat u ta' kampanji ta' diżinformazzjoni mmexxija mill-Istati Uniti; billi r-raġuni ewlenija li kebbset id-dimostrazzjonijiet kienet il-kriżi demokratika, istituzzjonali u politika profonda li affettwat l-istat tad-dritt u rrestrinġiet libertajiet bażiċi, bħal-libertà ta' assoċjazzjoni, dik ta' dimostrazzjoni u dik ta' għaqda, fil-pajjiż tul l-aħħar għaxar snin;

D.

billi l-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda u ta' dimostrazzjoni, inkluż l-użu tal-innu nazzjonali, qed tiġi ristretta serjament għal ħafna nies; billi għadd sinifikanti ta' priġunieri politiċi qed jinżammu l-ħabs sempliċiment għax ikunu eżerċitaw drittijiethom; billi kien hemm diversi rapporti inkwetanti rigward is-sitwazzjoni tad-detenuti, li sejra għall-agħar u li tinkludi trattament inuman;

E.

billi proċedimenti ġudizzjarji kontra dawk id-detenuti jmorru kontra l-istandards internazzjonali, b'mod partikolari l-garanziji proċedurali u kriminali tad-dritt għal proċess ġust; billi l-kundizzjonijiet tal-ħabsijiet jonqsu wkoll milli jissodisfaw standards internazzjonali b'mod adegwat; billi hemm nuqqas ċar ta' separazzjoni tas-setgħat fin-Nikaragwa;

F.

billi d-dritt għall-informazzjoni jinsab f'periklu serju; billi l-ġurnalisti qed jiġu detenuti, eżiljati u mhedda; billi stabbilimenti tal-media awdjoviżiva qed jingħalqu jew qed isiru fihom tiftixiet mingħajr awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel; billi l-pubblikazzjoni tal-gazzetti hija fil-periklu minħabba n-nuqqas ta' karta u ta' linka, li ġew sekwestrati mill-Gvern tan-Nikaragwa;

G.

billi l-Gvern tan-Nikaragwa keċċa mill-pajjiż organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-GIEI u l-Mekkaniżmu Speċjali ta' Monitoraġġ għan-Nikaragwa (MESENI) li ħadmu għar-riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt u għar-rikonċiljazzjoni nazzjonali; billi r-repressjoni kontra l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili intensifikat permezz tat-tneħħija tal-istatus legali tagħhom f'pajjiż b'qafas istituzzjonali xejn tajjeb, hekk li l-vittmi tar-repressjoni sfaw ikkastigati doppjament;

H.

billi l-libertà akkademika qed tiġi mhedda wkoll; billi kważi 200 student universitarju tkeċċew mill-universitajiet talli ħadu sehem f'dimostrazzjonijiet favur id-demokrazija, aktar libertà u drittijiet tal-bniedem;

I.

billi l-iżvilupp u l-konsolidament tad-demokrazija, tal-istat tad-dritt u tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali jridu jkunu parti integrali mill-politiki esterni tal-UE, inkluż il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Amerka Ċentrali tal-2012; billi dan il-ftehim jinkludi klawżola demokratika, li hija element essenzjali tal-ftehim;

J.

billi d-djalogu nazzjonali varat fis-16 ta' Mejju 2018 bejn il-President Ortega u l-oppożizzjoni u l-gruppi ċiviċi tan-Nikaragwa, bil-medjazzjoni tal-Knisja Kattolika, naqas milli jsib soluzzjoni għall-kriżi; billi, fis-27 ta' Frar 2019, reġgħu ssoktaw taħditiet esploratorji għal djalogu nazzjonali bejn il-Gvern tan-Nikaragwa u l-Alianza Civica; billi l-Alianza Civica stabbiliet it-tliet objettivi ewlenin tagħha li għandhom jintlaħqu matul in-negozjati kif ġej: il-ħelsien ta' priġunieri politiċi u r-rispett tal-libertajiet individwali, u r-riformi elettorali meħtieġa, li jridu jilħqu l-qofol tagħhom fiż-żamma ta' elezzjonijiet, u l-ġustizzja; billi l-Gvern tan-Nikaragwa ħeles 100 priġunier politiku, filwaqt li aċċetta li s-sentenzi ta' ħabs tagħhom jinbidlu f'arrest domiċiljari; billi l-biċċa l-kbira minnhom qed jiġu ffastidjati, u billi l-arresti għadhom isiru; billi għadd kbir ta' priġunieri (aktar minn 600) għadhom il-ħabs; billi djalogu nazzjonali waqaf fl-10 ta' Marzu 2019, wara li l-Alianza Civica rtirat min-negozjati;

1.

Jissottolinja li n-Nikaragwa qed tbati minn ksur serju tad-demokrazija, tar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt bħala riżultat tal-ġrajjiet li seħħew f'April u f'Mejju 2018; jerġa' jisħaq fuq l-importanza tar-riżoluzzjoni tiegħu adottata fil-31 ta' Mejju 2018;

2.

Jikkundanna l-azzjonijiet repressivi kollha tal-Gvern tan-Nikaragwa; jistqarr li ż-żjara tad-delegazzjoni tiegħu serviet biex tiġi stabbilita stampa vera tas-sitwazzjoni kurrenti; jistqarr ukoll li, f'dawn l-aħħar xhur, u b'mod partikolari wara ż-żjara tiegħu, ir-repressjoni tal-oppożizzjoni u l-limitazzjonijiet imposti fuq il-libertajiet fundamentali kibru; f'dan ir-rigward, jikkundanna r-repressjoni ġeneralizzata u r-restrizzjoni tal-libertà ta' espressjoni, ta' għaqda u ta' dimostrazzjoni, il-projbizzjoni ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi u tas-soċjetà ċivili, it-tkeċċija ta' organizzazzjonijiet internazzjonali mill-pajjiż, l-għeluq ta' stabbilimenti tal-media u l-attakki kontrihom, il-limitazzjonijiet fuq id-dritt għall-informazzjoni, it-tkeċċija ta' studenti mill-universitajiet, kif ukoll id-deterjorament tas-sitwazzjoni fil-ħabsijiet u l-użu ta' trattament inuman;

3.

Iqis li tali azzjonijiet mill-Gvern, mill-istituzzjonijiet u mill-organizzazzjonijiet parapolitiċi tiegħu jikkorrispondu għal strateġija ppjanata biex teqred l-oppożizzjoni politika li kienet mexxiet il-protesti s-sena li għaddiet; jemmen li din l-istrateġija qed titħaddem b'mod metodiku, sistematiku u selettiv kontra l-mexxejja kollha, l-NGOs, il-media u l-movimenti soċjali li jfittxu li jesprimu t-talbiet leġittimi tagħhom għal libertà u demokrazija;

4.

Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-riskji demokratiċi, politiċi u ekonomiċi enormi li n-nies u l-pajjiż qed jiffaċċjaw, u li sejrin jikbru jekk ma titteħidx azzjoni urġenti, fil-qies tal-konfrontazzjonijiet interni, tal-firda soċjali u tal-majnar ekonomiku tal-lum; jitlob b'urġenza li jsir djalogu intern sinifikanti bil-għan li tinsab soluzzjoni sostenibbli u paċifika li tippermetti lill-atturi kollha tas-soċjetà jkollhom spazju biex joperaw u jesprimu ruħhom b'mod ħieles, u li troddilhom id-drittijiet ċivili tagħhom, bħad-dritt għall-protesta paċifika; itenni li kwalunkwe soluzzjoni għandha tobbliga lil dawk kollha responsabbli għall-vjolazzjonijiet jagħtu kont ta' għemilhom; jitlob lill-partiti politiċi, lill-movimenti soċjali, lill-mexxejja, lill-istudenti u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kollha biex iżommu u jtennu l-impenn sod tagħhom favur mezzi paċifiċi għar-riżoluzzjoni tal-kriżi; itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu għar-riforma tas-sistema ġudizzjarja u tal-liġi elettorali, u jitlob li l-VP/RGħ taġixxi b'mod konsegwenti; jitlob li l-VP/RGħ u d-Delegazzjoni tal-UE jissorveljaw mill-qrib in-negozjati li qed isiru fil-pajjiż bejn il-gvern u l-Alianza Civica, u jibqgħu jindirizzaw il-problemi umani li jirriżultaw mis-sitwazzjoni li nħolqot fil-pajjiż fir-rigward tal-priġunieri, tal-istudenti, tad-dimostranti, tal-ġurnalisti, eċċ.;

5.

Jiddeplora s-sospensjoni tal-MESENI u t-tmiem tal-mandat tal-GIEI tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem; jikkundanna bil-qawwa l-persekuzzjoni, l-arrest u l-intimidazzjoni ta' persuni li jikkooperaw man-NU u ma' korpi internazzjonali oħra;

6.

Jitlob li l-Gvern tan-Nikaragwa jimplimenta tliet miżuri urġenti bħala sinjal tar-rieda tajba tiegħu fid-djalogu li għaddej: il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet tal-priġunieri politiċi, il-waqfien immedjat tal-forom kollha ta' repressjoni kontra ċittadini tan-Nikaragwa, inklużi l-fastidju, l-intimidazzjoni, l-ispjunaġġ u l-persekuzzjoni ta' mexxejja tal-oppożizzjoni, u l-eliminazzjoni sussegwenti tar-restrizzjonijiet kollha fuq il-libertajiet imsemmija qabel, u r-restituzzjoni tal-personalità ġuridika u tal-beni tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u r-ritorn tal-organizzazzjonijiet internazzjonali fil-pajjiż;

7.

Jirrimarka li, f'dawn il-kundizzjonijiet, il-proċess irid iwassal għall-kanċellament ta' proċeduri legali kontra l-priġunieri politiċi u għal garanziji rigward l-integrità fiżika u morali tagħhom, il-privatezza tagħhom u proċess legali ġust, ir-ritorn ta' dawk li sfaw eżiljati, inklużi ġurnalisti u studenti, id-demilitarizzazzjoni tat-toroq u d-diżarm tal-gruppi paramilitari, u l-istabbiliment ta' pjan direzzjonali ċar għal elezzjonijiet ħielsa, ġusti u trasparenti li għandhom jiġu organizzati fil-futur qrib, bil-preżenza ta' osservaturi internazzjonali;

8.

Jitlob l-estradizzjoni immedjata lejn l-Italja ta' Alessio Casimira, li llum jgħix f'Managua protett mill-Gvern tan-Nikaragwa, u li kien ġie kkundannat fl-Italja b'mod definittiv b'sitt sentenzi ta' għomru l-ħabs għall-ħtif ta' Aldo Moro, ex President tad-Demokratiċi Kristjani, kif ukoll ex President tal-Kunsill tal-Ministri u tal-Kunsill Ewropew, u għall-qtil ta' uffiċjali tal-iskorta tiegħu, fis-16 ta' Marzu 1978 f'Ruma;

9.

Jitlob li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-Istati Membri jimplimentaw, mingħajr ma jagħmlu ħsara lill-popolazzjoni domestika, proċess gradwali ta' sanzjonijiet imfassla apposta u individwali, bħal projbizzjonijiet ta' viża u ffriżar tal-assi, kontra l-Gvern tan-Nikaragwa u kontra dawk l-individwi responsabbli għall-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, f'konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-21 ta' Jannar 2019, sakemm ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali jerġgħu jintraddu u jitħarsu bis-sħiħ fil-pajjiż, kif intalab fid-djalogu; għaldaqstant, u f'dawn iċ-ċirkostanzi, iħeġġeġ li l-klawżola demokratika tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerka Ċentrali, li n-Nikaragwa hija firmatarja tiegħu, tiġi attivata billi n-Nikaragwa tiġi sospiża mill-ftehim;

10.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana, lill-Parlament tal-Amerka Ċentrali, lill-Grupp ta' Lima, u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tan-Nikaragwa.

(1)  ĠU C 45 E, 23.2.2010, p. 89.

(2)  ĠU C 285 E, 21.10.2010, p. 74.

(3)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 189.

(4)  Testi adottati, P8_TA(2018)0238.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/130


P8_TA(2019)0220

Rapport strateġiku annwali dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar Rapport strateġiku annwali dwar l-implimentazzjoni u t-twettiq tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) (2018/2279(INI))

(2021/C 23/22)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti bit-titolu “Nittrasformaw id-Dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli”, li ġiet adottata waqt is-Summit tan-NU dwar l-Iżvilupp Sostenibbli fil-25 ta' Settembru 2015 fi New York,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC), il-Ftehim ta' Pariġi, li ġie adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet (COP21) f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015, u l-Kontributi Maħsuba Stabbiliti fil-Livell Nazzjonali (INDCs) tal-UE u l-Istati Membri tagħha, li tressqu fis-6 ta' Marzu 2015 mil-Latvja u mill-Kummissjoni Ewropea għall-UNFCC,

wara li kkunsidra t-Tielet Konferenza Internazzjonali dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp li saret f'Addis Ababa bejn it-13 u s-16 ta' Lulju 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 7 tat-TFUE, li jafferma mill-ġdid li l-UE “għandha tara li jkun hemm koerenza bejn il-politika u l-attivitajiet differenti tagħha, b'kont meħud tal-objettivi kollha tagħha”,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni Ewropea tas-7 ta' Ġunju 2017 bit-titolu “Il-Kunsens Ewropew Ġdid għall-Iżvilupp – ‘Id-dinja tagħna, id-dinjità tagħna, il-futur tagħna’” (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni tat-22 ta' Novembru 2016 bit-titolu “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli – Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà” (COM(2016)0739),

wara li kkunsidra d-Dokument ta' Riflessjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030”, ippubblikat fit-30 ta' Jannar 2019,

wara li kkunsidra l-pjattaforma ta' diversi partijiet ikkonċernati ta' livell għoli dwar l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli u l-kontribut konġunt tagħha tal-11 ta' Ottubru 2018, li tirrakkomanda li l-UE għandha tiżviluppa u timplimenta strateġija ġenerali għal Ewropa Sostenibbli 2030 li tkun viżjonarja u trasformattiva, li tiggwida l-politiki u l-programmi kollha tal-UE, inklużi kemm il-miri interim kif ukoll dawk fit-tul u tistabbilixxi l-viżjoni tal-UE għal Ewropa sostenibbli lil hinn mill-Aġenda 2030,

wara li kkunsidra r-rapport 2019 tal-UE dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp, ippubblikat fit-28 ta' Jannar 2019,

wara li kkunsidra l-Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 bit-titolu “Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna” (2),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' Mejju 2015 dwar il-Finanzjament għall-Iżvilupp (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2016 dwar is-segwitu u r-rieżami tal-Aġenda 2030 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Ġunju 2016 dwar ir-Rapport 2015 tal-UE dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-22 ta' Novembru 2016 dwar it-titjib tal-effikaċja tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-6 ta' Lulju 2017 dwar azzjoni tal-UE għas-sostenibbiltà (7),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2018 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2018 (8),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2018 dwar il-ksur tad-drittijiet tal-persuni indiġeni fid-dinja, inkluż il-ħtif tal-art (9),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2017 dwar It-tweġiba tal-UE għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (10502/17),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea tat-30 ta' Mejju 2018 għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) (COM(2018)0382),

wara li kkunsidra l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tal-20 ta' Novembru 2018 bejn l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u l-Parlament Ewropew bit-titolu “United to accelerate progress to health related Sustainable Development Goals – leaving no one behind” (Magħqudin biex naċċelleraw il-progress lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli relatati mas-saħħa – ma nħallu lil ħadd barra),

wara li kkunsidra r-rapport ta' monitoraġġ tal-Eurostat għall-2018 dwar il-progress lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fil-kuntest tal-UE,

wara li kkunsidra l-istrateġija Ewropa 2020,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018 bit-titolu “Indikaturi aktar adatti għall-evalwazzjoni tal-SDGs – il-kontribut tas-soċjetà ċivili”,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-18 ta' Ottubru 2018 (EUCO 13/18), li jiddikjaraw li l-UE u l-Istati Membri tagħha huma impenjati bis-sħiħ għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u għall-implimentazzjoni tagħha, u li fihom il-Kunsill Ewropew laqa' l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tippubblika d-Dokument ta' Riflessjoni tagħha fl-2018, filwaqt li talabha twitti t-triq għal strateġija ta' implimentazzjoni komprensiva fl-2019,

wara li kkunsidra l-prijoritajiet tal-UE fi ħdan in-Nazzjonijiet Uniti u fit-73 Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti (Settembru 2018 – Settembru 2019) li ġew adottati mill-Kunsill fil-25 ta' Ġunju 2018,

wara li kkunsidra l-kontribut tal-pjattaforma b'diversi partijiet ikkonċernati dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli għad-Dokument ta' Riflessjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030”, li ġie rilaxxat fit-12 ta' Ottubru 2018,

wara li kkunsidra l-Patt Globali għall-Migrazzjoni u l-Patt Globali dwar ir-Refuġjati tal-2018,

wara li kkunsidra l-Qafas Sendai għat-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastru 2015-2030, li ġie adottat fit-18 ta' Marzu 2015, mill-Istati Membri tan-NU fit-Tielet Konferenza Dinjija tan-NU dwar it-Tnaqqis tar-Riskju ta' Diżastru,

wara li kkunsidra l-komunikat konġunt bejn l-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti tas-27 ta' Settembru 2018 bit-titolu “A renewed partnership in development” (Sħubija mġedda fl-iżvilupp) (10),

wara li kkunsidra l-komunikat konġunt maħruġ wara t-Tielet Laqgħa Trilaterali Unjoni Afrikana-Unjoni Ewropea-Nazzjonijiet Uniti, li saret fi New York fit-23 ta' Settembru 2018 (11),

wara li kkunsidra l-Istqarrija Konġunta għall-Istampa tal-UE – NU tat-23 ta' Settembru 2018 (12),

wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0160/2019),

A.

billi l-Aġenda 2030 għandha l-potenzjal li tkun trasformattiva u tistabbilixxi għanijiet universali, ambizzjużi, komprensivi, indiviżibbli u interkonnessi, bil-għan li jinqered il-faqar, jiġu miġġielda l-inugwaljanzi dejjem akbar u d-diskriminazzjoni, jiġu promossi l-prosperità, is-sostenibbiltà, ir-responsabbiltà ambjentali, l-inklużjoni soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, filwaqt li tiġi żgurata l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u jissaħħu l-paċi u s-sigurtà; billi azzjoni immedjata fil-livelli kollha flimkien ma' strateġija Ewropea effettiva ta' implimentazzjoni, monitoraġġ u mekkaniżmu ta' rieżami huma essenzjali biex jintlaħqu l-SDGs;

B.

billi l-Aġenda 2030 u l-SDGs jirrappreżentaw viżjoni ambizzjuża għal dinja aktar prosperuża, inklużiva u reżiljenti; billi l-Aġenda 2030 hija bbażata fuq il-valuri fundamentali tal-Unjoni tad-demokrazija, il-parteċipazzjoni, il-governanza tajba, il-ġustizzja soċjali, is-solidarjetà, is-sostenibbiltà u r-rispett għall-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, fi ħdan l-UE, l-Istati Membri tagħha u madwar id-dinja; billi l-impenn li jintlaħqu l-SDGs isegwi għalhekk b'mod naturali l-pjanijiet tal-Unjoni biex tibni futur aħjar, aktar b'saħħtu u aktar sostenibbli għall-Ewropa, li għandu jkun fost il-prijoritajiet strateġiċi tal-UE;

C.

billi l-Aġenda 2030 u l-ilħuq tal-SDGs jirrappreżentaw sfida; billi s-17-il għan u l-169 mira jirrikjedu koordinazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, il-Parlament Ewropew, il-parlamenti nazzjonali u l-awtoritajiet reġjonali u lokali, kif ukoll approċċ ta' governanza f'diversi livelli, ibbażat ukoll fuq involviment attiv u fuq bażi wiesgħa mill-pubbliku, mis-soċjetà ċivili u mis-settur privat;

D.

billi l-involviment tas-sħab soċjali kien strumentali fl-Aġenda 2030 u fl-SDGs sa mill-bidu nett, billi jippromwovu l-inklużjoni tal-prijoritajiet bħal xogħol deċenti, il-ġlieda kontra l-inugwaljanzi u l-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili; billi l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-proċess ta' rieżami tal-progress u l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 u l-SDGs hija essenzjali;

E.

billi l-Kummissjoni għadha ma stabbilietx strateġija komprensiva għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 li tkopri oqsma ta' politika interni u esterni tal-UE bi skedi ta' żmien iddettaljati sal-2030, objettivi u miżuri konkreti, kif mitlub mill-Parlament Ewropew, mill-Kunsill u mill-Kunsill Ewropew, u lanqas ma inkludiet l-SDGs bħala qafas ġenerali fil-Linji Gwida riveduti dwar Regolamentazzjoni Aħjar ippubblikati fl-2017; billi huma meħtieġa indikaturi u punti ta' riferiment komuni sabiex titkejjel u tiġi mmonitorjata b'mod sistematiku l-implimentazzjoni ta' tali strateġija u jiġu identifikati n-nuqqasijiet, kemm fil-preżent kif ukoll fil-ġejjieni;

F.

billi s-sostenibbiltà u t-tranżizzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima, ċirkolari u soċjalment inklużiva huma kruċjali biex jiġu żgurati t-tkabbir u l-kompetittività fit-tul tal-UE, li se jkunu possibbli biss jekk jiġu rrispettati bis-sħiħ il-limiti tal-pjaneta;

G.

billi l-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp jirrikonoxxi l-fatt li l-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp (PCD) hija parti fundamentali mill-kontribut tal-UE għall-ilħuq tal-SDGs u li l-iżvilupp sostenibbli jirrikjedi approċċ ta' politika olistiku u trażversali, li finalment hija kwistjoni ta' governanza li jeħtieġ li titwettaq fi sħubija mal-partijiet ikkonċernati kollha u fil-livelli kollha; billi implimentazzjoni effettiva tal-PCD hija essenzjali għall-kisba tal-Aġenda 2030;

H.

billi l-qafas ta' politika u ta' governanza tal-UE diġà jinkludi ċertu għadd ta' miri ta' politika, punti ta' riferiment u indikaturi vinkolanti u mhux vinkolanti bħal fl-oqsma tal-baġit, tal-affarijiet soċjali, tal-enerġija u tal-klima, mingħajr ma jikkonsisti fi strateġija ta' politika komprensiva, koerenti u konġunta;

I.

billi l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tirrikjedi sensibilizzazzjoni akbar fost iċ-ċittadini;

J.

billi l-valutazzjonijiet ex-ante u l-evalwazzjonijiet ex-post huma għodod kruċjali biex jiġi żgurat li l-politiki tal-UE ma jkollhomx impatt negattiv fuq l-iżvilupp sostenibbli, b'mod partikolari fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u li l-impatt pożittiv tagħhom jiġi mmassimizzat; billi l-valutazzjonijiet u l-evalwazzjonijiet għandhom jiġu ppubblikati sabiex jiġu żgurati trasparenza u obbligu ta' rendikont sħaħ;

K.

billi l-Aġenda 2030 hija aġenda universali li għandha tiġi implimentata f'kull pajjiż; billi l-prinċipju ta' universalità jirrikjedi li kull pajjiż jikkunsidra l-impatt tal-azzjonijiet tiegħu b'rabta mal-oħrajn biex tiġi żgurata koerenza tal-politika għall-iżvilupp, li, fid-dawl tal-kumplessità u tal-frammentazzjoni tal-politiki tal-UE, tirrappreżenta sfida kbira għall-Unjoni;

L.

billi skont is-7 Programm ta' Azzjoni Ambjentali (EAP), il-Kummissjoni hija meħtieġa tivvaluta l-impatt ambjentali, f'kuntest globali, tal-konsum mill-Unjoni ta' ikel u ta' prodotti bażiċi mhux tal-ikel;

M.

billi s-Sħubija Globali dwar Kooperazzjoni Effettiva għall-Iżvilupp (GPEDC) jista' jkollha rwol b'saħħtu fl-aspetti bbażati fuq l-evidenza tal-monitoraġġ u tal-obbligu ta' rendikont rigward il-prinċipji tal-effikaċja għall-ilħuq tal-SDGs u b'appoġġ għall-implimentazzjoni aktar kompluta tagħhom mill-atturi kollha fil-livell nazzjonali; billi l-GPEDC għandha tipprovdi kanali għall-kooperazzjoni ddefiniti b'mod ċar għal atturi speċifiċi fil-qasam tal-iżvilupp apparti d-donaturi tal-OECD, inklużi d-donaturi emerġenti, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-filantropi privati, l-istituzzjonijiet finanzjarji u l-kumpaniji mis-settur privat;

N.

billi l-finanzjament tal-SDGs jimponi sfida kbira li mhux biss titlob impenn politiku b'saħħtu mill-UE u mill-Istati Membri tagħha, iżda anke sħubija globali b'saħħitha u l-użu tal-forom kollha ta' finanzjament (minn sorsi domestiċi, internazzjonali, pubbliċi, privati u innovattivi); billi l-finanzjament privat huwa essenzjali iżda m'għandux jissostitwixxi l-finanzjament pubbliku;

O.

billi l-ilħuq tal-SDGs ma jiddependix biss minn finanzjament suffiċjenti, iżda anke minn azzjonijiet mhux finanzjarji, kif ġie rikonoxxut fl-Aġenda 2030;

P.

billi l-mobilizzazzjoni effikaċi tar-riżorsi domestiċi hija fattur indispensabbli biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Aġenda 2030; billi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw huma affettwati b'mod partikolari mill-evażjoni u l-evitar tat-taxxa korporattiva;

Q.

billi l-Artikolu 208 tat-TFUE jistipula li l-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp għandu jkollha bħala l-objettiv primarju tagħha t-tnaqqis u, fit-tul, il-qerda tal-faqar;

R.

billi l-Forum Politiku ta' Livell Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (HLPF) se jiltaqa' fil-livell ta' summit, taħt l-awspiċji tal-Assemblea Ġenerali tan-NU f'Settembru 2019, biex jagħti rendikont tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 kollha kemm hi, filwaqt li jeżamina l-progress fir-rigward tal-SDGs kollha b'mod komprensiv, u fil-livell ministerjali f'Lulju 2019 ,biex jeżamina l-progress fir-rigward tal-SDG 4 (edukazzjoni ta' kwalità), 8 (xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku), 10 (tnaqqis tal-inugwaljanzi), 13 (azzjoni klimatika), 16 (paċi, ġustizzja u istituzzjonijiet b'saħħithom) u 17 (sħubijiet għall-għanijiet), u kull sena wara dan biex iwettaq rieżamijiet tal-progress fir-rigward tal-għanijiet li ma ġewx eżaminati fir-rieżami tematiku tal-2019;

S.

billi s-Summit tal-Assemblea Ġenerali tan-NU dwar l-SDGs jipprovdi opportunità għall-UE u għall-Istati Membri tagħha biex jixħtu dawl fuq il-progress tagħhom fl-avvanzar tal-Aġenda 2030 u tal-SDGs b'mod komprensiv;

T.

billi fil-proċess ta' segwitu u ta' rieżami tal-Aġenda 2030 fin-NU, l-UE mhux dejjem kienet magħquda fl-imġiba tal-votazzjoni tagħha, b'mod partikolari fil-qasam tas-saħħa u tad-drittijiet sesswali u riproduttivi;

U.

billi l-HLPF jipprovdi spazju xieraq għall-UE u għall-Istati Membri tagħha biex jeżaminaw il-progress tagħhom fl-avvanz tal-Aġenda 2030 permezz ta' Reviżjonijiet Nazzjonali Volontarji (VNRs) u biex jaqdu rwol ewlieni bħala l-akbar fornituri tal-Għajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) u bħala l-forza ewlenija li tixpruna l-politiki dwar is-sostenibbiltà u l-ambjent; billi dawn il-VNRs kompluti jservu biex jiġi vvalutat il-progress tal-SDG u jiġu indikati d-diskrepanzi u l-isfidi attwali;

V.

billi l-ODA se taqdi rwol kruċjali biex l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tagħti riżultati, b'mod partikolari fil-pajjiżi b'introjtu baxx u fil-ġlieda kontra l-faqar estrem u l-inugwaljanzi, jekk din tirrispetta l-prinċipji tal-effettiva għall-iżvilupp, jiġifieri s-sjieda ta' pajjiż, it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont, b'enfasi fuq ir-riżultati u l-inklużjoni;

W.

billi l-prinċipju li “ħadd ma jitħalla barra” jinsab fil-qalba tal-Aġenda 2030; billi fl-2017 madwar 22,5 % tal-popolazzjoni tal-UE kienet f'riskju ta' faqar jew ta' esklużjoni soċjali u 6,9 % tal-popolazzjoni tagħha kienet għadha qed tbati minn deprivazzjoni materjali estrema (13); billi l-inugwaljanzi għandhom diversi konsegwenzi soċjali, bħal differenzi kbar fil-benessri u fil-kwalità tal-ħajja, inkluż fir-rigward tal-opportunitajiet professjonali u tal-kura tas-saħħa;

X.

billi hemm livell persistentement għoli ta' faqar u ta' esklużjoni soċjali fost it-tfal fl-Unjoni (26,4 % fl-2017); billi l-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali jiddikjara li t-tfal għandhom id-dritt għal protezzjoni mill-faqar, u li t-tfal bi sfond żvantaġġat għandhom id-dritt għal miżuri speċifiċi li jsaħħu l-opportunitajiet indaqs; billi l-investiment bikri fit-tfal irendi redditi sinifikanti għal dawn it-tfal u għas-soċjetà kollha kemm hi u huwa kruċjali biex jitkisser iċ-ċiklu vizzjuż ta' żvantaġġ fis-snin bikrin;

Y.

billi matul l-aħħar ħames snin, l-UE għamlet progress kważi fl-SDGs kollha, b'sebgħa mill-Istati Membri tal-UE-27 ikklassifikaw fost l-aħjar għaxra fl-Indiċi tal-SDG Globali, u billi l-Istati Membri kollha tal-UE-27 ikklassifikaw fost l-aħjar ħamsin (minn 156) (14); billi xi Stati Membri diġà qed imexxu l-implimentazzjoni tal-SDGs; billi madankollu l-UE għad m'għandhiex strateġija ta' implimentazzjoni għall-SDGs;

Z.

billi l-inugwaljanza kbira u li qed tikber bejn il-pajjiżi u fi ħdanhom jista' jkollha konsegwenzi soċjali u ekonomiċi sinifikanti; billi l-inugwaljanza tikkontradixxi b'mod ċar l-objettiv tal-iżvilupp sostenibbli;

AA.

billi t-Tfassil aħjar tal-Liġijiet issemma b'mod espliċitu f'komunikazzjoni tal-Kummissjoni bħala mezz ieħor biex tkompli tiġi żgurata l-integrazzjoni tal-iżvilupp sostenibbli fil-politiki tal-UE (15);

AB.

billi d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tad-19 ta' Lulju 2018 dwar il-Ġlieda kontra l-HIV/l-AIDS, l-epatite virali u t-tuberkulożi fl-Unjoni Ewropea u fil-Pajjiżi ġirien (SWD(2018)0387) jixħet dawl fuq il-lakuni u l-limitazzjonijiet fid-data ta' sorveljanza għall-epatite virali li jagħmluha diffiċli biex tiġi vvalutata d-distanza li l-Istati Membri tal-UE jeħtieġ li jkopru biex jilħqu l-mira tal-SDG;

AC.

billi l-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 dwar il-futur tal-Ewropa (COM(2017)2025) ma inkludietx l-iżvilupp sostenibbli jew l-Aġenda 2030 bħala viżjoni jew narrattiva għall-futur tal-UE;

AD.

billi r-rapport tal-UNICEF bit-titolu “Progress for Every Child in the SDG Era” (Progress għal Kull Tifel u Tifla fl-Era tal-SDGs) ippubblikat f'Marzu 2018, sab nuqqas allarmanti ta' data f'64 pajjiż, kif ukoll progress insuffiċjenti fir-rigward tal-SDGs f'37 pajjiż ieħor; billi aktar minn nofs biljun tifel u tifla jgħixu f'pajjiżi li mhumiex kapaċi jkejlu l-progress fir-rigward tal-SDGs;

AE.

billi x-xogħol deċenti huwa l-bażi għal tkabbir ġust u inklużiv u xprunatur tal-iżvilupp u tal-avvanz soċjali; billi flimkien mal-protezzjoni soċjali għal dawk li ma jistgħux isibu impjieg jew mhux kapaċi jaħdmu, dan jindirizza l-inugwaljanza u għandu impatt kbir ħafna fuq il-progress soċjali u ekonomiku;

It-tmexxija Ewropea għal valuri universali f'qafas multilaterali għall-bnedmin, il-pjaneta u l-prosperità

1.

Jenfasizza li l-isfidi globali kumplessi li tiffaċċja d-dinja jirrikjedu r-rispons olistiku u integrat li l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli għandha l-potenzjal li tikseb;

2.

Jenfasizza li l-għan tal-Aġenda 2030 huwa li jinkisbu benessri aħjar għal kulħadd, fil-limiti tal-pjaneta, u dinja ġusta, filwaqt li ma jitħalla ħadd barra, u li l-erba' pilastri essenzjali tal-iżvilupp sostenibbli, (soċjali, ambjentali, ekonomiku u ta' governanza) għandhom jiġu indirizzati b'mod komprensiv sabiex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs); jissottolinja l-fatt li l-iżvilupp sostenibbli huwa objettiv fundamentali tal-Unjoni, kif stipulat fl-Artikolu 3(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u għandu jaqdi rwol ċentrali fid-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa u n-narrattiva għalih; jenfasizza wkoll li l-implimentazzjoni tal-SDGs għandha twassal għal bidla fil-paradigma u ssir il-mudell ekonomiku globali fit-tul tal-UE biex l-istrateġija attwali Ewropa 2020 tkun ta' suċċess;

3.

Jenfasizza li l-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 hija marbuta mill-qrib mal-valuri u mal-interessi Ewropej u tirrappreżenta innovazzjoni sinifikanti bil-potenzjal li tagħti ħajja ġdida lill-ordni globali, abbażi tal-multilateraliżmu u tal-kooperazzjoni internazzjonali;

4.

Ifakkar il-ħtieġa li tiġi diżaggregata b'mod sistematiku d-data dwar l-indikaturi rilevanti kollha fost l-għanijiet u l-miri kollha skont is-sess u karatteristiċi oħra;

5.

Jenfasizza li l-Unjoni għandha ġġedded l-impenn tagħha biex tkun l-awtur ewlieni globali fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 u tal-SDGs, flimkien mal-Istati Membri tagħha u l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom, f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u f'kooperazzjoni mill-qrib mas-sħab internazzjonali tagħha; ifakkar li l-impenn politiku tal-UE għandu jkun rifless fil-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) għall-2021-2027; jissottolinja li l-Aġenda 2030 trid tikkatalizza aktar approċċ ikkoordinat bejn l-azzjoni interna u esterna tal-UE u l-politiki l-oħra tagħha u l-koerenza fl-istrumenti ta' finanzjament kollha tal-Unjoni għal rispons u impenn globali lejn tkabbir u ż-żvilupp sostenibbli;

6.

Jinsisti fuq il-fatt li l-implimentazzjoni tal-SDGs tirrikjedi kooperazzjoni effettiva fil-livelli tal-UE, nazzjonali, reġjonali u lokali, filwaqt li għandha tirrispetta l-prinċipji tas-sussidjarjetà u tal-proporzjonalità; jenfasizza r-rwol importanti tal-Kunsilli Konsultattivi għall-Ambjent u għall-Iżvilupp Sostenibbli f'din il-kooperazzjoni, u jqis li l-involviment tagħhom fil-livelli kollha ta' governanza għandu jissaħħaħ;

7.

Jilqa' l-fatt li l-maġġoranza tal-Istati Membri u tal-pajjiżi sħab barra mill-UE għamlu sforzi konsiderevoli biex ifasslu mekkaniżmi u strateġiji għall-implimentazzjoni tal-SDGs u biex jintegrawhom fil-politiki u fl-oqfsa ta' governanza tagħhom; iħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma żviluppawx tali mekkaniżmi biex jagħmlu dan; jissottolinja li l-UE, billi tgħin u tħeġġeġ lill-pajjiżi terzi jsegwu azzjonijiet simili, tikkontribwixxi biex jinkisbu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni; jirrikonoxxi l-fatt li għad hemm bżonn ta' titjib ulterjuri fil-livell tal-UE;

8.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw approċċ orizzontali għall-SDGs fil-politiki tagħhom;

9.

Jirrikonoxxi l-fatt li fl-2015 il-pajjiżi Ewropej kollha, kemm dawk fl-UE kif ukoll dawk barra mill-UE, impenjaw ruħhom għall-Aġenda 2030; jemmen li, fil-kuntest tad-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropa għandu jitqies l-iżvilupp ta' qafas pan-Ewropew għall-ilħuq tal-SDGs bejn l-Istati Membri tal-UE, l-EEA, il-firmatarji għall-ftehimiet ta' assoċjazzjoni tal-UE, il-pajjiżi kandidati tal-UE u, wara l-ħruġ tiegħu, ir-Renju Unit; jissottolinja l-importanza li jiġu promossi d-dibattiti parlamentari fil-livelli kollha;

10.

Jilqa' d-Dokument ta' Riflessjoni tal-Kummissjoni “Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030”, li jistabbilixxi tliet xenarji għal kif l-UE tista' tmexxi l-SDGs 'il quddiem; jiffavorixxi l-ewwel xenarju, li jipproponi strateġija ġenerali għall-implimentazzjoni tal-SDGs mill-UE u mill-Istati Membri; iqis li, fil-kuntest tal-futur tal-Ewropa, Ewropa sostenibbli hija t-triq 'il quddiem biex jiġu żgurati l-benessri u l-prosperità taċ-ċittadini tagħha u tal-pjaneta;

11.

Jiddispjaċih li l-Kummissjoni għadha ma żviluppatx strateġija integrata u olistika ta' implimentazzjoni tal-SDGs;

12.

Jissottolinja l-importanza tal-ODA bħala strument ewlieni biex jinqered il-faqar u jfakkar fl-impenji rispettivi tal-ODA tal-UE u tal-Istati Membri, inkluż l-impenn lejn il-mira li 0,7 % tal-Introjtu Nazzjonali Gross (ING) jintnefaq fuq l-ODA, b'bejn 0,15 u 0,20 % tal-ODA/ING jiġu allokati għall-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jerġgħu jimpenjaw ruħhom mingħajr dewmien għall-mira ta' 0,7 % tal-ODA/ING u li jżidu b'mod gradwali l-ODA biex jilħqu din il-mira fi skeda ta' żmien ċara; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu pjanijiet ta' azzjoni annwali verifikabbli għall-ilħuq tal-miri individwali tal-ODA; jissottolinja li, fid-dawl tar-responsabbiltà kemm tal-UE kif ukoll tal-Istati Membri biex jilħqu l-mira tal-ODA/tal-ING ta' 0,7 %, l-Istati Membri huma responsabbli kemm quddiem il-parlamenti nazzjonali kif ukoll il-Parlament Ewropew;

13.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-gwadanji li saru fil-qasam tas-saħħa jridu jiġu protetti u l-progress irid jiġi aċċellerat sabiex jintlaħqu l-SDGs; isostni li filwaqt li d-dinja għamlet progress rimarkabbli f'diversi oqsma fir-rigward tas-saħħa, għad fadal ħafna sfidi, fosthom l-indirizzar tad-disparitajiet fis-saħħa bejn il-popolazzjonijiet ta' pajjiżi stabbli u dawk li jgħixu f'ambjenti fraġli u vulnerabbli, kif ukoll disparitajiet fis-saħħa fi ħdan il-pajjiżi stess;

14.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli saħħet is-saħħa globali bħala prijorità politika; isostni li popolazzjonijiet b'saħħithom huma kruċjali għall-iżvilupp sostenibbli, biex jintemm il-faqar, jiġu promossi soċjetajiet paċifiċi u inklużivi u jiġi protett l-ambjent; jinsisti fuq il-fatt li s-saħħa hija wkoll eżitu u indikatur tal-progress li jirrifletti s-suċċess ta' bosta għanijiet u tal-Aġenda 2030 fl-intier tagħha;

15.

Jissottolinja li, b'mod ġenerali, l-UE rnexxielha tnaqqas l-emissjonijiet ta' gass serra tagħha stess, u tiddiżakkoppjahom mit-tkabbir ekonomiku, u b'hekk tikkontribwixxi b'robustezza għall-isforz globali, filwaqt li jitqiesu wkoll l-emissjonijiet inkorporati fl-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet tal-UE (16); jinnota, madankollu, li huma meħtieġa aktar sforzi kemm fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak globali;

It-titjib tal-azzjoni strateġika u konġunta tal-UE lejn l-ilħuq tal-għanijiet globali

16.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi fil-fond tal-lakuni fil-politiki eżistenti u l-implimentazzjoni tagħhom sabiex tidentifika l-oqsma kritiċi ta' sinerġiji u inkoerenzi; jistieden lill-Kummissjoni tidentifika b'mod ċar, mingħajr aktar dewmien, il-passi li għandhom jittieħdu sal-2030 fir-rigward tal-politiki u l-leġiżlazzjoni, l-istatistiki u l-ġbir ta' data diżaggregata, u l-governanza u l-implimentazzjoni, sabiex sat-tmiem tal-2019, tistabbilixxi strateġija komprensiva għall-kisba tal-Aġenda 2030;

17.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tfassal strateġija ambizzjuża, ġenerali u li tkopri kollox fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030, li tintegra bis-sħiħ l-SDGs fil-politiki u fil-governanza tal-UE, filwaqt li tipprovdi gwida kemm għall-istituzzjonijiet tal-UE kif ukoll għall-Istati Membri fl-implimentazzjoni, fil-monitoraġġ u fir-rieżami tagħhom tal-Aġenda 2030, u tispjega pjanijiet direzzjonali ddettaljati kif ukoll miri u skadenzi konkreti; jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li din l-istrateġija tindirizza r-rabtiet tal-SDGs;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni ssaħħaħ il-kollaborazzjoni tagħha man-NU u lill-Istati Membri tal-UE biex jappoġġjaw ir-riforma kontinwa tagħha, sabiex din issir xierqa għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030;

19.

Ifakkar li l-SDGs kollha huma rilevanti għall-iżgurar tad-drittijiet tat-tfal; jisħaq fuq l-importanza li jiġu implimentati l-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal fil-kuntest tar-relazzjonijiet esterni tal-UE; jitlob lill-Kummissjoni tissorvelja u tirrapporta dwar il-progress fir-rigward tad-drittijiet tat-tfal fil-programmi esterni tal-UE;

20.

Jistieden lill-Kummissjoni, bħala bażi kruċjali għall-bini ta' Ewropa sostenibbli, tmexxi l-iżvilupp ta' mudell sostenibbli ta' produzzjoni u ta' konsum tal-ikel li jipproteġi u jneħħi l-pressjoni tas-sistemi tal-ikel fuq is-saħħa u l-ambjent u jġib benefiċċji ekonomiċi lill-bdiewa, lill-kumpaniji u liċ-ċittadini;

21.

Jistieden lill-Kummissjoni taħdem, f'kollaborazzjoni mal-partijiet ikkonċernati ewlenin fil-livelli kollha, favur l-iżgurar ta' ħajjiet b'saħħithom u l-promozzjoni tal-benesseri għal kulħadd f'kull età, b'mod partikolari bil-għan li l-kura tas-saħħa ssir aktar aċċessibbli, affordabbli, effettiva, u sostenibbli, filwaqt li jiġu indirizzati l-fatturi ta' riskju ta' mard li ma jitteħidx b'mod aktar olistiku, jiġu skambjati l-aħjar prattiki, u tissaħħaħ il-kapaċità ta' prevenzjoni u ta' ġestjoni tat-theddidiet globali għas-saħħa bħar-reżistenza għall-antimikrobiċi;

22.

Jistieden lill-Kummissjoni tallinja l-politiki, l-approċċi u l-metodoloġiji programmatiċi, ta' finanzjament u operazzjonali fejn hija tkun tista' ssaħħaħ l-effiċjenza u l-effikaċja, man-NU u mas-sħab tagħha, sabiex tittejjeb l-effikaċja f'għadd ta' prijoritajiet komuni bħall-ugwaljanza bejn is-sessi u s-saħħa riproduttiva, materna, tat-trabi, tat-tfal u tal-adoloxxenti, it-tibdil fil-klima u l-ambjent, u l-indirizzar tal-inugwaljanzi u tal-faqar;

23.

Jenfasizza li l-iżgurar tal-ġustizzja u t-trasparenza fil-qasam tat-taxxa, il-ġlieda kontra l-evitar u l-evażjoni tat-taxxa, il-qerda tal-flussi finanzjarji illeċiti u r-rifuġji fiskali u ż-żieda tal-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi huma kruċjali għall-finanzjament tal-Aġenda 2030; itenni l-istedina tiegħu biex jiġi vvalutat l-impatt kollaterali tal-politiki tat-taxxa nazzjonali u tal-UE fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, bil-għan li tiġi żgurata koerenza tal-politiki għall-iżvilupp;

24.

Jenfasizza l-importanza li jiġu indirizzati l-inugwaljanzi soċjali u ekonomiċi u li tiġi promossa l-ugwaljanza bejn is-sessi fi ħdan l-UE u madwar id-dinja; ifakkar fil-prinċipju sottostanti tal-Aġenda 2030 li ''ħadd ma jitħalla barra''; jistieden għaldaqstant lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-aktar persuni marġinalizzati u vulnerabbli fis-soċjetà sabiex tiġi żgurata inklużività sħiħa;

25.

Jistieden lill-Kummissjoni tippromwovi ktajjen tal-valur globali sostenibbli bl-introduzzjoni ta' sistemi ta' diliġenza dovuta għall-kumpaniji, b'enfasi fuq il-ktajjen kollha tal-provvista tagħhom, biex b'hekk in-negozji jitħeġġew jinvestu b'aktar responsabbiltà u jistimulaw implimentazzjoni aktar effettiva tal-kapitoli tas-sostenibbiltà fil-ftehimiet ta' kummerċ ħieles, inklużi l-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-trasparenza, l-evitar tat-taxxa u t-twettiq responsabbli tan-negozju;

26.

Iqis li l-SDGs għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-istrateġija tal-UE għall-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir inklużiv; jissottolinja l-ħtieġa li jiġu stabbiliti indikaturi, punti ta' riferiment u miri komuni, u analiżi tad-distanza għall-miri u l-għanijiet, l-azzjonijiet meħtieġa biex dawn jintlaħqu u l-mezzi li bihom dawn se jiġu implimentati; jenfasizza li l-istrateġija tal-UE għall-2030 għandha tistabbilixxi wkoll meta u kif l-Unjoni se twettaq valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibbiltà biex jiġu indirizzati d-diskrepanzi eżistenti, il-politiki eżistenti jiġu orjentati mill-ġdid u jiġu żviluppati proposti leġiżlattivi ġodda jew reviżjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, filwaqt li jiġu żgurati azzjonijiet ta' koerenza u ta' koordinazzjoni kemm fil-livell tal-UE kif ukoll tal-Istati Membri; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Kunsill, fil-kompożizzjonijiet kollha tiegħu, biex iwettqu dan ix-xogħol mingħajr dewmien;

27.

Iqis li s-Semestru Ewropew għandu jinvolvi lill-Parlament u jkun allinjat mal-Aġenda 2030, u li fil-proċess għandha tiġi inkluża verifika tas-sostenibbiltà; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tkompli tadatta l-proċess eżistenti tas-Semestru Ewropew; jissottolinja l-fatt li dan jirrikjedi, b'mod partikolari, li s-Semestru Ewropew jitqies fid-dimensjonijiet kollha tal-SDGs b'mod komprensiv;

28.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżviluppa strateġija komprensiva biex tappoġġa investiment li jtejjeb is-sostenibbiltà ambjentali, u tiżgura rabta xierqa bejn l-SDGs u s-Semestru Ewropew;

29.

Jenfasizza l-ħtieġa biex ikun hemm identifikazzjoni ċara tal-passi li għandhom jittieħdu f'kull livell ta' governanza għall-implimentazzjoni tal-għanijiet u tal-miri, filwaqt li għandu jiġi segwit il-prinċipju tas-sussidjarjetà; jitlob li jiġu stabbiliti perkorsi ta' żvilupp sostenibbli ċari u koerenti fil-livell xieraq (nazzjonali, subnazzjonali u lokali) f'dawk l-Istati Membri li għadhom ma stabbilewhomx; jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida fir-rigward ta' dan il-proċess sabiex jiġi żgurat approċċ koerenti; jitlob approċċ f'diversi livelli sabiex ikun hemm fehim aħjar, involviment għoli u responsabbiltà kondiviża rigward l-implimentazzjoni tal-SDGs;

30.

Jilqa' l-pubblikazzjoni tat-tieni rapport ta' monitoraġġ tal-Eurostat dwar l-iżvilupp sostenibbli fl-UE, li tirrappreżenta pass 'il quddiem lejn il-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' monitoraġġ komplut tal-UE;

31.

Jissottolinja l-ħtieġa għall-Kummissjoni biex tiżviluppa qafas ta' monitoraġġ, ta' obbligu ta' rendikont u ta' reviżjoni integrat, effettiv u parteċipatorju fir-rigward tal-implimentazzjoni u l-integrazzjoni tal-SDGs u tal-Aġenda 2030 li jkun konsistenti mal-Qafas ta' Indikaturi Globali tan-NU u li jiġbor l-informazzjoni u data diżaggregata rilevanti fil-livelli nazzjonali u subnazzjonali filwaqt li jirrikonoxxi l-fatt li l-Eurostat waħdu ma jistax ikopri b'mod komprensiv id-dimensjonijiet kollha tal-progress tal-SDG; jissottolinja l-ħtieġa li jitqiesu l-effetti kollaterali u tan-natura interkonnessa u indiviżibbli tal-għanijiet u jitlob li l-Eurostat jingħata wkoll il-mandat biex jirrapporta b'mod sistematiku dwar il-prestazzjoni tal-SDG għal kull Stat Membru, abbażi ta' sett ta' indikaturi uniformi;

32.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' firxa wiesgħa ta' indikaturi li ma jkunux ta' natura purament ekonomika u li jkopru n-natura trasformattiva tal-SDGs, b'mod partikolari fir-rigward tal-indirizzar tal-faqar fil-forom kollha tiegħu, li għandhom jitkejlu permezz ta' data diżaggregata rilevanti għall-ilħuq tal-SDGs; jissottolinja l-ħtieġa għall-Eurostat li jistabbilixxi sett ta' indikaturi tal-progress speċifiċi għall-applikazzjoni interna tal-SDGs fl-UE fil-livelli ta' governanza rispettivi;

33.

Ifakkar fir-rwol essenzjali li taqdi l-UE biex issaħħaħ l-istandards ta' trasparenza, ta' obbligu ta' rendikont u ta' sostenibbiltà fil-ktajjen ta' valur mondjali; jissottolinja li l-UE hija setgħa normattiva u ekonomika u, għaldaqstant, jeħtiġilha tippożizzjona lilha nnifisha bħala mexxej fil-prattiki tajbin u fit-twaqqif ta' regoli dinjija; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jappoġġjaw in-negozjati għal trattat vinkolanti tan-NU dwar il-korporazzjonijiet transnazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem;

34.

Jistieden lill-Istati Membri tal-UE jipprovdu data għall-monitoraġġ effettiv tal-epatite virali f'konformità mal-indikaturi stabbiliti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja dan il-proċess mill-qrib, f'konformità mal-impenn li ħadet fil-komunikazzjoni tagħha ta' Novembru 2016 bit-titolu “Il-passi li jmiss għal Ewropa sostenibbli”;

35.

Jissottolinja l-importanza li titqajjem sensibilizzazzjoni dwar il-potenzjal trasformattiv tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u għall-għanijiet tagħha; ifakkar fil-ħtieġa li jiġu involuti ċittadini u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili matul il-proċessi ta' implimentazzjoni u ta' monitoraġġ; jenfasizza r-rwol importanti li jaqdu l-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali;

36.

Jenfasizza l-importanza tat-trasparenza u tal-obbligu ta' rendikont demokratiku fil-monitoraġġ tal-progress tal-UE rigward l-Aġenda 2030 u konsegwentement jenfasizza r-rwol tal-koleġiżlaturi f'dan il-proċess; iqis li l-konklużjoni ta' ftehim interistituzzjonali vinkolanti skont l-Artikolu 295 tat-TFUE tipprevedi qafas xieraq għall-kooperazzjoni f'dan ir-rigward;

37.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jkomplu jtejbu l-informazzjoni disponibbli u s-sensibilizzazzjoni taċ-ċittadini fir-rigward tal-ħtieġa għat-tlestija tal-Aġenda 2030;

38.

Jenfasizza li l-QFP irid ikun orjentat lejn l-Aġenda 2030 u jiżgura integrazzjoni mtejba tal-iżvilupp sostenibbli fil-mekkaniżmi ta' finanzjament u fil-linji baġitarji kollha; jitlob għaldaqstant lill-Kummissjoni ssaħħaħ l-obbligu ta' rendikont għall-għoti ta' riżultati kollettivi permezz tal-QFP; itenni l-pożizzjoni tiegħu dwar il-QFP futur, li titlob reviżjoni ta' nofs it-terminu obbligatorja, wara reviżjoni tal-funzjonament tal-QFP, u filwaqt li titqies il-valutazzjoni tal-progress li jkun sar fir-rigward tal-SDGs; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu vverifikati l-pakketti finanzjarji ppjanati tal-politiki eżistenti biex tiġi żgurata koerenza mal-iżvilupp sostenibbli;

39.

Iqis li hija meħtieġa aċċellerazzjoni sinifikanti tal-investiment ekoloġiku, tal-innovazzjoni u tat-tkabbir fl-UE biex l-Aġenda 2030 tiġi implimentata fil-ħin u b'suċċess u jissottolinja l-importanza ta' adozzjoni aktar mifruxa ta' għodod ta' finanzjament innovattivi u eżistenti, bħall-akkwist pubbliku ekoloġiku, kif ukoll il-ħtieġa urġenti ta' approċċi differenti għall-politika attwali ta' investiment, b'mod partikolari l-eliminazzjoni gradwali ta' sussidji li jagħmlu ħsara lill-ambjent;

40.

Jilqa' l-ammont dejjem akbar ta' kapital istituzzjonali u privat allokat għall-finanzjament tal-SDGs u jissottolinja l-importanza ta' qafas ta' finanzjament sod u sostenibbli, li jinkludi kalibrazzjoni tar-rekwiżiti kapitali tal-banek u trattament prudenzjali ta' assi b'livell għoli ta' emissjonijiet tal-karbonju, regoli prudenzjali għall-kumpaniji tal-assigurazzjoni u aġġornament tad-dmirijiet tal-investituri istituzzjonali u tal-maniġers tal-assi;

Il-koerenza tal-politika, il-koordinazzjoni u l-integrazzjoni tal-SDGs

41.

Jenfasizza l-importanza ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni aħjar bejn il-korpi tat-teħid ta' deċiżjonijiet, l-organizzazzjonijiet differenti u l-partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi l-awtoritajiet lokali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex tiġi implimentata l-Aġenda 2030 u tinkiseb Koerenza tal-Politika akbar għall-Iżvilupp Sostenibbli (PCSD);

42.

Jilqa' l-adozzjoni tar-rapport tal-Kummissjoni tal-2019 dwar il-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp (PCD) u t-tentattiv ta' integrazzjoni aħjar tal-PCD fl-approċċ tal-UE għall-implimentazzjoni tal-SDGs; ifakkar li l-PCD hija prinċipju stabbilit fl-Artikolu 208 tat-TFUE filwaqt li hija wkoll fundamentali għall-ilħuq tal-SDGs;

43.

Jirrikonoxxi l-progress li sar mill-għodod tal-PCD biex jinfluwenzaw it-tfassil tal-politika tal-UE; jitlob li jsiru aktar sforzi sabiex jiġi żgurat li l-politiki li mhumiex relatati mal-iżvilupp iqisu l-objettivi ta' żvilupp b'riżultat tal-mekkaniżmi tal-PCD;

44.

Jissottolinja li l-PCD tikkostitwixxi element fundamentali tal-Koerenza tal-PCSD u l-kontribut għaliha; jirrakkomanda bil-qawwa li l-aħjar prattiki u t-tagħlimiet miksuba mill-PCD għandhom jiġu applikati fl-iżvilupp u fil-funzjonament ulterjuri tal-PCSD;

45.

Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jaffermaw mill-ġdid l-impenn tagħhom għall-PCD bħala kontribut importanti lejn il-kisba ta' PCSD usa' fl-azzjonijiet tagħhom għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħu l-mekkaniżmi għall-koerenza tal-politiki fi ħdan l-istituzzjonijiet kollha tal-UE u l-proċessi tat-tfassil tal-politika u li jkun żgurat li l-prinċipju jiġi rispettat kif xieraq fil-valutazzjoni tal-impatt ex-ante regolari, u billi jiġu introdotti mekkaniżmi xierqa għall-obbligu ta' rendikont u l-mitigazzjoni;

46.

Huwa tal-fehma li l-PCSD tfisser li l-politiki rilevanti kollha u l-istrumenti finanzjarji u mhux finanzjarji kollha fil-livell tal-UE fil-futur iridu jitfasslu, jiġu implimentati u ssorveljati bil-għan li jintlaħqu l-SDGs, u li għalhekk il-Kummissjoni għandha tiżviluppa b'mod rapidu l-kapaċitajiet ta' politika meħtieġa fil-livelli kollha;

47.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tadotta pjan ta' azzjoni ta' segwitu f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-evalwazzjoni esterna tal-PCD li titlob l-adozzjoni ta' sett ċar ta' regoli għall-implimentazzjoni tal-kunċett; itenni s-sejħa tiegħu biex jiġu definiti b'mod distint ir-responsabbiltajiet ta' kull istituzzjoni tal-UE fil-kisba tal-impenji tal-PCD;

48.

Itenni t-talba tiegħu għall-PCD biex tiġi diskussa fil-livell tal-Kunsill Ewropew sabiex jingħata impetu għall-implimentazzjoni tal-mekkaniżmi tagħha fl-ilħuq tal-għanijiet tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli; jemmen li, hekk kif ġie indikat mill-evalwazzjoni esterna tal-PCD, ir-rieda politika tal-UE biss se jkollha impatt sinifikanti fuq il-promozzjoni u l-effikaċja tal-approċċ tal-PCD;

49.

Jenfasizza l-ħtieġa, fid-dawl tal-impenn legali għall-promozzjoni tal-PCD espress fl-Artikolu 208 tat-TFUE, li l-UE tidħol fi djalogu b'mod proattiv mal-pajjiżi u mar-reġjuni li qed jiżviluppaw biex jiddiskutu u jqisu inizjattivi politiċi ewlenin li jistgħu jaffettwawhom;

50.

Jenfasizza li l-UE diġà għandha fost l-ogħla standards ambjentali fid-dinja, u li n-negozji tagħha huma avangardisti meta mqabbla mal-kompetituri globali, u din hija r-raġuni għaliex l-UE hija meqjusa wkoll bħala fortizza tal-libertà u tad-demokrazija, b'istituzzjonijiet stabbli msejsa fuq l-istat tad-dritt u soċjetà ċivili vibranti; iqis li, għalhekk, l-UE tista' tiddeċiedi li tippromwovi b'saħħa akbar l-istandards ambjentali, soċjali u ta' governanza attwali tagħha;

51.

Jilqa' l-istabbiliment ta' grupp ta' ħidma dwar l-Aġenda 2030 fil-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali; jitlob li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' koordinazzjoni u ta' kooperazzjoni fir-rigward tal-SDGs bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni u fi ħdanhom, sabiex tiġi żgurata koerenza tal-politiki; jissottolinja li tali mekkaniżmi għandu jkollhom qafas ċar u jkunu determinati b'mod ċar fi ħdan Ftehim Interistituzzjonali għal Ewropa Sostenibbli sal-2030, peress li l-proċessi politiċi koerenti bejn it-tliet istituzzjonijiet se jkunu kritiċi għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-Aġenda 2030; jitlob l-involviment tat-tliet istituzzjonijiet kollha fil-ħidma futura tal-pjattaforma b'diversi partijiet ikkonċernati dwar l-SDGs u jenfasizza l-importanza li jiġu inklużi l-atturi rilevanti kollha f'din il-pjattaforma, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili;

52.

Jemmen li, f'konformità mal-SDG 17 dwar is-Sħubiji, ir-rwol tal-pjattaforma eżistenti b'diversi partijiet ikkonċernati dwar l-SDGs għandu jiġi aġġornat u jiddaħħal f'qafas ta' konsultazzjoni formali u interistituzzjonali;

53.

Jenfasizza r-rwol tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp b'appoġġ tal-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jilqa' l-integrazzjoni tal-SDGs fil-Kunsens Ewropew il-ġdid dwar l-Iżvilupp; ifakkar li l-qerda tal-faqar (SDG 1) trid tibqa' l-objettiv prinċipali tal-kooperazzjoni tal-UE għall-iżvilupp; ifakkar li l-SDG 1 u l-SDG 2 huma marbuta ma' xulxin b'mod inseparabbli; itenni li minkejja l-progress, il-pass u l-kamp ta' applikazzjoni attwali tal-implimentazzjoni huma improbabbli li jippromwovu t-tibdil transformazzjonali meħtieġ sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-SDG 2; jitlob sforzi akbar biex jingħata segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tar-rieżami tematiku tal-HLPF 2017 tal-SDG 2;

54.

Itenni t-talba tiegħu għall-integrazzjoni tat-twettiq tal-SDGs fl-oqsma ta' politika kollha; jilqa' l-impenn tal-Kummissjoni biex tintegra l-SDGs fl-Aġenda tagħha għal Regolamentazzjoni Aħjar u jissottolinja l-potenzjal għal użu strateġiku tal-istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar fl-evalwazzjonijiet indipendenti tal-koerenza tal-politika tal-UE fir-rigward tal-Aġenda 2030 u l-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħha; jistieden lill-Kummissjoni tirrevedi minnufih il-Linji Gwida tal-Aġenda għal Regolamentazzjoni Aħjar u li tkompli ssaħħaħ u tissorvelja l-valutazzjonijiet ex-ante regolari tagħha sabiex tiżgura koerenza politika sħiħa fl-implimentazzjoni tal-SDGs, filwaqt li tippromwovi sinerġiji, tikseb benefiċċji kollaterali u tevita kompromessi, kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak tal-Istati Membri;

55.

Jitlob li jkun hemm koordinazzjoni bejn il-kumitati fil-Parlament, bil-għan li tiġi ssorveljata u jingħata segwitu għall-implimentazzjoni tal-UE fir-rigward tal-impenji tal-Aġenda 2030 tagħha;

56.

Jistieden lill-Konferenza tal-Presidenti u lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew biex jivvalutaw l-adegwatezza tal-istruttura attwali tal-Parlament bil-għan li tiġi żgurata l-kapaċità tiegħu li jissorvelja b'mod effettiv u komprensiv fi ħdan is-setturi tal-politika kollha l-ħidma favur l-ilħuq tal-SDGs fil-politiki interni u esterni tal-UE;

57.

Jistieden lill-Parlament, lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jaħdmu favur Dikjarazzjoni Konġunta dwar is-Sostenibbiltà, li tankra l-SDGs fil-prijoritajiet interistituzzjonali pluriennali tat-terminu leġiżlattiv li jmiss;

58.

Jenfasizza r-rwol ta' valutazzjonijiet tal-impatt ex-ante regolari u xierqa kif ukoll ta' evalwazzjonijiet ex-post biex jiġu żgurati integrazzjoni aħjar tal-Aġenda 2030 u l-kisba tar-riżultati; jissottolinja l-importanza li jiġu evalwati l-konsegwenzi fuq terminu qasir u twil tal-politiki u l-kontribut potenzjali tagħhom għall-iżvilupp sostenibbli; ifakkar fl-obbligu tat-Trattat biex l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp jitqiesu fil-politiki kollha li aktarx jaffettwaw lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

59.

Ifakkar fl-importanza essenzjali tal-mobilizzazzjoni tar-riżorsi domestiċi (DRM) għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jilħqu l-SDGs; jenfasizza li r-rapport tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) bit-titolu “World Investment Report 2015 – Reforming International Investment Governance” (Rapport dwar l-Investiment Dinji 2015 – Nittrasformaw il-Governanza tal-Investiment Internazzjonali) (17) jivvaluta li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw jitilfu mill-inqas USD 100 biljun kull sena fi dħul mit-taxxa korporattiva minħabba l-evitar tat-taxxa minn kumpaniji kbar; jilqa' f'dan ir-rigward id-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-15 ta' Ottubru 2015 bit-titolu “Collect More – Spend Better: Achieving Development in an Inclusive and Sustainable Way” (Iġbor Aktar – Onfoq Aħjar: Il-kisba tal-Iżvilupp b'Mod Inklużiv u Sostenibbli) (SWD(2015)0198), bil-għan li tiġi indirizzata din il-kwistjoni; jiddispjaċih, madankollu, li ma ttieħdet l-ebda azzjoni konkreta biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq; jistieden lill-Kummissjoni tipproponi programm emblematiku dwar id-DRM biex tiżgura li jinġabar aktar dħul mit-taxxi u jkunu jistgħu jiġu ffinanzjati l-SDGs;

60.

Jinsisti fuq il-ħtieġa li jissaħħu l-atturi lokali bħala aġenti għall-iżvilupp sostenibbli u jitlob parteċipazzjoni msaħħa tal-parlamenti nazzjonali u tal-awtoritajiet reġjonali u lokali fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni tal-SDGs, mill-ippjanar u l-programmazzjoni sal-evalwazzjoni u l-monitiraġġ; jistieden ukoll lill-Kummissjoni biex issaħħaħ l-appoġġ tagħha għall-ibliet u għall-awtoritajiet lokali bil-għan li jiżviluppaw, jimplimentaw u jissorveljaw inizjattivi u strateġiji effettivi tal-politika biex jinkisbu l-SDGs;

61.

Jilqa' l-involviment dejjem akbar tas-settur privat fl-iffaċilitar tal-ilħuq tal-SDGs; jenfasizza l-importanza tal-ħolqien ta' ambjent li jiffaċilita inizjattivi ġodda u sħubiji bejn is-settur pubbliku u privat, u li jħeġġeġ lill-kumpaniji jallinjaw l-istrateġiji kummerċjali tagħhom mal-objettivi ta' żvilupp sostenibbli;

62.

Ifakkar li n-NU tivvaluta li kull sena huma meħtieġa investimenti ta' bejn USD 5 triljun u USD 7 triljun biex jintlaħqu l-SDGs; jinsisti, għaldaqstant, fuq il-ħtieġa li jiġu mmobilizzati l-investimenti u jilqa' l-potenzjal tal-Pjan ta' Investiment Estern tal-UE f'dan ir-rigward;

Ir-Reviżjonijiet Nazzjonali Volontarji u r-rapportar tal-UE għall-HLPF 2019 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU

63.

Iħeġġeġ lill-Istati Membri jwettqu rieżamijiet regolari u inklużivi tal-progress u jħeġġeġ lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma impenjawx ruħhom biex ilestu VNR sabiex jagħmlu dan f'konformità mal-Aġenda 2030 u għall-Istati Membri li diġà ppreżentaw VNR biex jistabbilixxu kalendarju għal VNRs futuri regolari;

64.

Jistieden lill-Kummissjoni twettaq analiżi regolari tal-VNRs tal-Istati Membri sabiex jiġu vvalutati l-progress u l-prattiki tajba; jitlob ukoll li ssir analiżi tal-VNRs tal-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati sabiex jiġu identifikati l-ħtiġijiet, jiġu eliminati d-diskrepanzi u jittejbu l-appoġġ u l-kooperazzjoni, u tikkoopera mill-qrib mal-OECD fl-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' reviżjoni bejn il-pari għal strateġiji u azzjoni ta' implimentazzjoni tal-SDG ta' suċċess fil-politiki domestiċi u esterni, u biex jittejbu l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-monitoraġġ tal-effetti kollaterali esterni negattivi;

65.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri tal-UE jwessgħu l-programmazzjoni konġunta u l-implimentazzjoni konġunta tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, fuq il-bażi tad-djalogi ta' politika dwar l-SDGs mal-pajjiżi sħab, mal-pjanijiet nazzjonali tal-iżvilupp u mal-VNRs, filwaqt li titqies b'mod xieraq is-sjieda tal-pajjiżi u ta' prinċipji oħra tal-effikaċja tal-iżvilupp;

66.

Jenfasizza r-rwol tal-HLPF fis-segwitu u fir-rieżami tal-SDGs; jappoġġja bis-sħiħ l-impenn tal-Unjoni biex jitlesta rieżami volontarju fl-HLPF; jistieden lill-Kummissjoni tonora r-rwol mexxej tal-UE fit-tfassil u fl-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 u tippreżenta rapport konġunt komprensiv dwar l-SDGs kollha; jissottolinja li r-rapportar tal-UE, inkluż ir-Rapport Konġunt ta' Sinteżi li jmiss dwar l-appoġġ tal-UE fir-rigward tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, għandu jinkludi analiżi tas-sitwazzjoni attwali u tan-nuqqasijiet u d-diskrepanzi li jeżistu bħalissa;

67.

Jistieden lill-Kummissjoni tippożizzjona lilha nnifisha bħala mudell eżemplari fil-proċess tal-HLPF; jistieden lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha ma' pajjiżi terzi fil-progressjoni favur il-kisba tal-Aġenda 2030, inkluż permezz tal-Kummissjoni Ekonomika tan-NU għall-Ewropa;

68.

Jitlob l-organizzazzjoni ta' forum Ewropew annwali tal-SDG, bi tħejjija għall-HLPF, biex il-partijiet ikkonċernati esterni u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili kif ukoll il-parlamentari jkunu jistgħu jieħdu sehem u jiddjalogaw bejniethom dwar l-implimentazzjoni tal-SDGs;

69.

Jilqa' l-laqgħa tal-HLPF fil-livell tas-summit, li se ssir taħt l-awspiċji tal-Assemblea Ġenerali tan-NU f'Settembru 2019 u wara dan fis-summits futuri, bħala opportunità biex titqies l-implimentazzjoni tal-SDGs kollha fi ħdan l-Aġenda 2030 fis-sħuħija tagħha u jistenna li l-Unjoni jkollha rwol importanti fis-summit; jinnota li l-progress li sar mill-Istati Membri jvarja, skont, fost fatturi oħra, l-SDG inkwistjoni, l-objettivi u l-miri ta' prijorità nazzjonali; jenfasizza li l-SDGs huma interkonnessi ħafna u li għandu jiġi segwit approċċ sistemiku integrat u komprensiv għall-implimentazzjoni tagħhom;

Fokus fuq l-SDGs taħt ir-rieżami fil-fond li jmiss fl-HLPF 2019

70.

Jilqa' r-rieżami fil-fond li jmiss tal-SDGs 4 (edukazzjoni ta' kwalità), 8 (xogħol deċenti u tkabbir ekonomiku), 10 (tnaqqis tal-inugwaljanzi), 13 (azzjoni klimatika), 16 (paċi, ġustizzja u istituzzjonijiet b'saħħithom) u 17 (sħubijiet għall-għanijiet) u jistenna li l-Unjoni tikkontribwixxi għar-rieżami bis-sħiħ; jistenna bil-ħerqa r-rieżamijiet futuri tal-SDGs l-oħra kollha fis-snin li ġejjin, filwaqt li jissottolinja l-indiviżibbiltà tal-Aġenda 2030 u l-interkonnessjoni tal-għanijiet;

71.

Itenni li l-edukazzjoni ta' kwalità u l-aċċess għall-edukazzjoni primarja għal kulħadd (SDG 4) huma essenzjali għall-kisba tal-iżvilupp sostenibbli u ta' soċjetajiet awtosuffiċjenti kif ukoll biex jiġu żgurati l-emanċipazzjoni u l-impjegabbiltà taż-żgħażagħ; jirrikonoxxi l-fatt li l-edukazzjoni ta' kwalità hija qasam ta' enfasi ta' livell għoli f'bosta Stati Membri u jenfasizza li t-taħriġ tekniku u vokazzjonali huwa essenzjali għall-impjegabbiltà u l-aċċess taż-żgħażagħ għal impjiegi bi kwalifiki; jiddeplora, madankollu, il-fatt li d-disparitajiet fl-edukazzjoni li jidhru f'qasmiet urbani-rurali u bejn is-sessi għadhom prevalenti kemm fi ħdan l-UE kif ukoll barra minnha; jitlob, għaldaqstant, aktar investimenti li jtejbu l-kwalità tal-edukazzjoni u tal-infrastruttura relatata b'enfasi partikolari fuq reġjuni anqas żviluppati fuq livell intern u l-Pajjiżi l-Anqas Żviluppati fuq livell estern;

72.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jindirizzaw il-miri b'mod aktar sistematiku skont l-SDG 8 (tkabbir sostenibbli u impjiegi) fi ħdan il-politiki ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-programmazzjoni (konġunta) tagħhom; jitlob kontributi ulterjuri favur l-ilħuq tal-SDG 8, inkluż titjib fil-kapaċitajiet produttivi, il-ġenerazzjoni tad-dħul, l-industrijalizzazzjoni, ix-xejriet sostenibbli ta' konsum u ta' produzzjoni, il-kummerċ, l-iżvilupp tas-settur privat, l-ambjenti kummerċjali, l-infrastruttura u t-turiżmu;

73.

Jirrikonoxxi r-rwol tal-intrapriżi, mikro, żgħar u ta' daqs medju, tal-kooperattivi, il-mudelli kummerċjali inklużivi u l-istituti tar-riċerka bħala muturi tat-tkabbir, l-impjieg u l-innovazzjoni lokali; jitlob li jiġu promossi kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-investiment sostenibbli, l-industrijalizzazzjoni, l-attività kummerċjali, inklużi l-imġiba responsabbli fin-negozju, il-finanzi u t-tassazzjoni, ix-xjenza, it-teknoloġija, u r-riċerka u l-innovazzjoni, sabiex jiġi stimolat u aċċellerat l-iżvilupp ekonomiku u uman domestiku u jingħata kontribut lit-tkabbir sostenibbli fit-tul f'konformità mal-SDGs u l-Ftehim ta' Pariġi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jħeġġu l-ħolqien ta' mudelli tan-negozju ġodda u jisfruttaw teknoloġiji ġodda bħall-intelliġenza artifiċjali;

74.

Jissottolinja r-rwol kruċjali tas-settur privat għall-progress fl-SDGs, b'mod partikolari fir-rigward ta' investimenti responsabbli u sostenibbli u t-tisħiħ tat-tkabbir inklużiv, kif ukoll għall-promozzjoni u t-teħid ta' impenji favur imġiba responsabbli fin-negozju; jenfasizza f'dan il-kuntest il-ħtieġa ta' oqfsa ta' politika li jiffavorixxu l-investiment, inklużi indikaturi u rekwiżiti dwar il-prestazzjoni tas-sostenibbiltà sabiex ir-riskji għas-sostenibbiltà jkunu jistgħu jiġu integrati fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-investiment u fl-istat tad-dritt;

75.

Jirrikonoxxi li ċ-ċentri u l-inkubaturi ta' riċerka, ta' żvilupp u ta' innovazzjoni tal-UE huma importanti biex jappoġġjaw l-istrutturi għall-iżvilupp sostenibbli; jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippromwovu rabtiet aktar b'saħħithom bejn ir-riċerka u n-negozji, sabiex ikunu jistgħu jiġu skambjati l-aħjar prattiki u titkattar l-innovazzjoni; jissottolinja li l-finanzjament tar-riċerka u tal-innovazzjoni jrid jiġi kkomplementat b'approċċ strateġiku għall-investiment, li jippermetti li soluzzjonijiet innovattivi jilħqu s-suq, peress li dawn spiss jirrikjedu investimenti intensivi fil-kapital u ta' riskju għoli;

76.

Jistieden lill-Kunsill iżomm f'moħħu l-SDGs meta jiżviluppa l-pożizzjoni tiegħu dwar l-FSE+ futur u l-allokazzjoni tal-allokazzjonijiet finanzjarji meħtieġa; jissottolinja li s-suċċess tal-SDGs fl-Unjoni jiddependi minn politiki ambizzjużi sostnuti minn riżorsi suffiċjenti;

77.

Jiddeplora l-fatt li għad hemm differenzi notevoli fil-progress li sar mill-Istati Membri lejn l-ilħuq tal-SDG 10, f'termini ta' tnaqqis tal-inugwaljanzi fl-introjtu u dawk ibbażati fuq l-età, is-sess, id-diżabilità, l-etniċità, l-oriġini, ir-reliġjon l-istatus ekonomiku u fatturi oħra, li jista' jtejjeb il-koeżjoni soċjali, u li l-inugwaljanzi għadhom jeżistu u qed jiżdiedu fi ħdan u fost il-pajjiżi, fi ħdan l-UE u barra minnha; jitlob li jiġi aċċellerat il-progress fit-tnaqqis tad-disparitajiet li qed jikbru u l-promozzjoni tal-opportunitajiet indaqs għal kulħadd, filwaqt li jiġu assistiti direttament gruppi vulnerabbli u dawk li huma l-aktar fil-bżonn, u li jiġi ġġenerat aktar tkabbir inklużiv u sostenibbli, kif ukoll l-iżvilupp tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, fost l-oħrajn, kriterji mtejba dwar l-inugwaljanza ekonomika fir-rieżami tagħha tal-SDG 10;

78.

Jirrikonoxxi l-fatt li l-UE u l-Istati Membri kollha tagħha ffirmaw u rratifikaw il-Ftehim ta' Pariġi u li ħafna mill-Istati Membri jsemmu l-Ftehim ta' Pariġi bħala pilastru ewlieni tal-politiki ta' kooperazzjoni internazzjonali tagħhom flimkien mal-Aġenda 2030 filwaqt li wħud minnhom taw prijorità lill-għan relatat mal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u l-impatti ta' dan (SDG 13); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw strateġiji u attivitajiet ta' komunikazzjoni biex iżidu l-appoġġ pubbliku u politiku għall-azzjoni klimatika u jissensibilizzaw dwar il-kobenefiċċji tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, bħal kwalità tal-arja u saħħa pubblika aħjar, il-konservazzjoni tar-riżorsi naturali, it-tkabbir ekonomiku u aktar impjiegi, sigurtà enerġetika mtejba u anqas spejjeż relatati mal-importazzjoni tal-enerġija;

79.

Jitlob li l-Aġenda 2030 tiġi implimentata kollha kemm hi u b'mod ikkoordinat u koerenti mal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima, anke fir-rigward tal-ħtieġa urġenti li jitnaqqas id-distakk bejn dak li huwa meħtieġ biex jiġi limitat it-tisħin dinji u biex tiżdied il-ħidma fuq l-adattament u l-finanzjament għalih; ifakkar fl-impenn tal-UE li talloka 20 % tal-baġit tagħha għall-2014-2020 (madwar EUR 180 biljun) għal sforzi biex jiġi miġġieled it-tibdil fil-klima, anke permezz tal-politiki esterni u ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tagħha;

80.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li, minkejja evidenza xjentifika ċara u komprensiva mressqa mir-Rapport Speċjali tal-IPCC dwar it-Tisħin Globali ta' 1,5 oC, li spjega fid-dettall l-impatti dannużi ta' tali żieda fit-temperatura u d-differenza sinifikanti fis-severità ta' dawk marbuta ma' żieda ta' 2 oC, xi partijiet għall-Ftehim ta' Pariġi s'issa naqsu milli jsaħħu l-ambizzjoni klimatika tagħhom; jilqa' l-kollaborazzjoni internazzjonali dwar l-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet u l-konnessjoni tas-swieq tal-karbonju ta' pajjiżi terzi u reġjonali; jistieden lill-Unjoni tħeġġeġ l-istabbiliment ta' skemi ta' tnaqqis tal-emissjonijiet ibbażati fuq is-suq f'ekonomiji emerġenti u fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinnota li dan se jservi biex jitnaqqsu l-emissjonijiet globali, jiġu ffrankati l-ispejjeż u jiġu prodotti effiċjenzi operazzjonali, u jiġi limitat ir-riskju ta' tnixxija tal-karbonju billi jinħolqu kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni madwar id-dinja;

81.

Jenfasizza l-ħtieġa ta' mitigazzjoni u adattament globali għat-tibdil fil-klima u jenfasizza r-rwol fundamentali li jaqdu l-pajjiżi li qed jiżviluppaw fl-issodisfar tal-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi, l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli, u l-Pjan ta' Azzjoni ta' Addis Ababa, kif ukoll il-ħtieġa urġenti li dawn il-pajjiżi jiġu megħjuna jiksbu l-kontributi stabbiliti fil-livell nazzjonali (NDCs) tagħhom; jilqa', f'dan ir-rigward, il-fatt li l-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima hija prijorità fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Sostenibbli (EFSD) stabbilit reċentement li għandu l-għan li jimmobilizza l-investiment fis-settur pubbliku u privat f'pajjiżi sħab fl-Afrika u fir-reġjun tal-Viċinat tal-UE;

82.

Jissottolinja l-fatt li l-UE għandha tkompli fi triqitha, filwaqt li twettaq il-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet tal-karbonju, newtrali għall-klima, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u bijodiversa f'konformità sħiħa mal-Aġenda 2030 tan-NU u mas-17-il SDG, sabiex jitnaqqsu t-tendenzi mhux sostenibbli li jiddependu fuq l-isfruttament żejjed ta' riżorsi naturali kif ukoll it-telf tal-bijodiversità kkawżat minn mudelli ta' konsum u ta' produzzjoni mhux sostenibbli; jenfasizza l-importanza li l-UE għandha tħaffef l-inizjattivi tagħha li għandhom l-għan li jippromwovu konsum u produzzjoni responsabbli u sostenibbli, filwaqt li taqdi rwol ewlieni fil-ħidma lejn ekonomija ċirkolari;

83.

Itenni l-valuri universali tad-demokrazija, tal-governanza tajba, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem bħala prekundizzjonijiet għall-iżvilupp sostenibbli kif definit fl-SDG 16 (soċjetajiet paċifiċi u inklużivi); jiddispjaċih, madankollu, dwar il-fatt li globalment, il-kunflitt armat u l-vjolenza għadhom prevalenti; jesprimi tħassib dwar in-nuqqas ta' progress fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt u fl-aċċess għall-ġustizzja f'ħafna pajjiżi; ifakkar fl-impenn tal-UE u tal-Istati Membri, kif espress fil-Kunsens Ewropew dwar l-Iżvilupp għal approċċ komprensiv għall-kunflitt u għall-kriżijiet, b'enfasi fuq id-dgħufija u s-sigurtà umana, filwaqt li jirrikonoxxi n-nisġa bejn l-iżvilupp sostenibbli, l-azzjoni umanitarja, il-paċi u s-sigurtà u jagħti attenzjoni speċjali lil stati dgħajfin u affettwati minn kunflitti; jenfasizza li l-objettiv ta' soċjetajiet paċifiċi u inklużivi, inkluż l-aċċess għall-ġustizzja għal kulħadd, għandu jiġi integrat fl-azzjoni esterna tal-UE li, bl-appoġġ għall-partijiet ikkonċernati lokali, jista' jgħin fil-bini tar-reżiljenza, fil-promozzjoni tas-sigurtà tal-bniedem, fit-tisħiħ tal-istat tad-dritt u fl-indirizz tal-isfidi kumplessi rigward in-nuqqas ta' sigurtà, il-fraġilità u t-tranżizzjoni demokratika;

84.

Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-inugwaljanzi fil-pajjiżi u bejniethom, l-indirizzar tad-diskriminazzjoni u l-promozzjoni tal-paċi, tad-demokrazija parteċipatorja, tal-governanza tajba, tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet tal-bniedem iridu jkunu objettivi inkorporati fil-politika tal-UE dwar l-iżvilupp;

85.

Jilqa' l-impenji tal-UE biex timmassimizza l-koerenza u tibni sinerġiji bejn politiki differenti bil-għan li ssaħħaħ il-mezz ta' implimentazzjoni u tagħti ħajja ġdida lis-sħubija globali għall-iżvilupp sostenibbli;

86.

Jenfasizza l-fatt li l-edukazzjoni, ix-xjenza, it-teknoloġija, ir-riċerka u l-innovazzjoni inklużivi u ekwitabbli huma għodod partikolarment importanti għall-implimentazzjoni tal-SDGs u jirrikonoxxi l-ħtieġa li tittejjeb il-governanza f'dan is-settur; jiddispjaċihli l-kontribut potenzjali tal-komunità xjentifika għadu ma ssaħħaħx bis-sħiħ s'issa; jenfasizza l-ħtieġa għal Orizzont 2020 u għall-programmi qafas futuri għar-riċerka biex jintegraw aħjar il-kunċett tal-iżvilupp sostenibbli u tal-isfidi tas-soċjetà; ifakkar fil-ħtieġa li jiġu ffaċilitati l-mekkaniżmi għat-trasferiment siewi tat-teknoloġija lejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw;

87.

Jistieden lill-Kummissjoni żżid data relatata mal-SDGs fis-settijiet ta' data ta' valur għoli kif definiti fid-Direttiva dwar data miftuħa u informazzjoni tas-settur pubbliku u tħeġġeġ lill-Istati Membri jippubblikaw ir-rapporti kollha dwar l-SDGs permezz ta' liċenzja mingħajr ħlas;

88.

Jenfasizza l-importanza ta' użu sħiħ tal-programmi u tal-istrumenti eżistenti u pendenti tal-UE, bħall-programmi Orizzont u LIFE, li jippermettu l-parteċipazzjoni ta' pajjiżi terzi fl-oqsma tal-enerġija, tat-tibdil fil-klima u tal-iżvilupp sostenibbli;

89.

Jitlob baġit tal-UE li jagħti l-istatus ta' objettiv primarju lill-iżvilupp sostenibbli; ifakkar li l-ġlieda kontra l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa hija kwistjoni tal-iżvilupp tas-solidarjetà;

90.

Jenfasizza li l-ilħuq tal-SDGs fl-oqsma tal-ikel, l-agrikoltura, l-enerġija, il-materjali, l-ibliet u s-saħħa u l-benessri jista' jiftaħ opportunitajiet fis-suq b'valur ta' aktar minn EUR 10 triljun (18); jissottolinja, madankollu, li sabiex tinkiseb l-ambizzjoni tal-UE ta' ekonomija effiċjenti fl-użu tar-riżorsi, l-UE u l-Istati Membri tagħha jeħtiġilhom iwittu t-triq fix-xjenza, fit-teknoloġija u fl-infrastruttura moderna;

91.

Jenfasizza li fid-dawl tal-kumplessità dejjem akbar u tal-globalizzazzjoni tal-ktajjen ta' provvista, huwa importanti li tiġi promossa l-applikazzjoni ta' standards għoljin tas-sostenibbiltà, inkluż f'pajjiżi terzi;

o

o o

92.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-OECD u lin-Nazzjonijiet Uniti.

(1)  ĠU C 210, 30.6.2017, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni Nru 1386/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Novembru 2013 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 171).

(3)  ĠU C 353, 27.9.2016, p. 2.

(4)  ĠU C 76, 28.2.2018, p. 45.

(5)  ĠU C 86, 6.3.2018, p. 2.

(6)  ĠU C 224, 27.6.2018, p. 36.

(7)  ĠU C 334, 19.9.2018, p. 151.

(8)  Testi adottati, P8_TA(2018)0077.

(9)  Testi adottati, P8_TA(2018)0279.

(10)  http://europa.eu/rapid/press-release_STATEMENT-18-5927_en.htm

(11)  http://europa.eu/rapid/press-release_STATEMENT-18-5882_en.htm

(12)  http://europa.eu/rapid/press-release_STATEMENT-18-5870_en.htm

(13)  Data tal-Eurostat 2017 tas-16 ta' Ottubru 2018.

(14)  Id-Dokument ta' riflessjoni “Towards a sustainable Europe by 2030” (Lejn Ewropa sostenibbli sal-2030), paġna 7.(https://ec.europa.eu/commission/sites/beta-political/files/rp_sustainable_europe_30-01_en_web.pdf)

(15)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Il-passi li jmiss għal ġejjieni Ewropew sostenibbli – Azzjoni Ewropea għas-sostenibbiltà” (COM(2016)0739)

(16)  Analiżi fil-fond b'appoġġ għall-komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu “Pjaneta Nadifa għal kulħadd – Viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima” (COM(2018)0773),

(17)  http://unctad.org/en/PublicationChapters/wir2015ch0_KeyMessage_en.pdf

(18)  Rapport tal-Kummissjoni dwar in-Negozju u l-Iżvilupp Sostenibbli, Better Business, Better World (Negozju Aħjar, Dinja Aħjar), Jannar 2017.


RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Parlament Ewropew

L-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2019

21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/146


P8_TA(2019)0172

Il-kompetenzi u l-mandat tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-kompetenzi u l-mandat tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (2018/2116(INI))

(2021/C 23/23)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 3, 6, 21, 33 u 36 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta' Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) dwar ir-responsabbiltà politika (2),

wara li kkunsidra r-Rapporti Annwali mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni,

wara li kkunsidra r-Rapporti Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja,

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u tad-difiża,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida dwar il-ħatra, il-mandat u l-finanzjament tar-Rappreżentanti Speċjali tal-UE tad-9 ta' Lulju 2007 u n-Nota tal-Kunsill (7510/14) tal-11 ta' Marzu 2014;

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-8 ta' Lulju 2010 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (3),

wara li kkunsidra l-Istrateġija Globali għall-Politika Estera u ta' Sigurtà tal-Unjoni Ewropea ppreżentata mill-VP/RGħ fit-28 ta' Ġunju 2016, u r-rapporti ta' implimentazzjoni sussegwenti,

wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE għall-promozzjoni u l-protezzjoni tat-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem kollha mill-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneru u intersesswali (LGBTI), adottati mill-Kunsill fl-2013,

wara li kkunsidra l-Att Finali ta' Ħelsinki tal-1975 tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-prinċipji kollha tiegħu, bħala dokument fundamentali għall-ordni ta' sigurtà reġjonali Ewropea u lil hinn minnha,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-Rapporti Annwali mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà lill-Parlament Ewropew dwar l-implimentazzjoni tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar ir-Rapporti Annwali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija fid-Dinja,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017 (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2017 dwar l-indirizzar tal-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tad-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità, inkluż il-ġenoċidju (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu dwar it-talba tal-Ukrajna għall-ħatra ta' Rappreżentant Speċjali tal-UE (RSUE) għall-Krimea u r-reġjun ta' Donbas,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar ir-Rappreżentant Speċjali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (6),

wara li kkunsidra l-Artikolu 110 u l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0171/2019),

A.

billi l-UE għandha l-ambizzjoni li tkun attur globali aktar b'saħħtu, mhux biss ekonomikament iżda wkoll politikament, billi tfittex li bl-azzjonijiet u l-politiki tagħha tikkontribwixxi għaż-żamma tal-paċi u tas-sigurtà internazzjonali u għall-ordni globali msejjes fuq ir-regoli;

B.

billi r-Rappreżentanti Speċjali tal-UE (RSUE) jinħatru mill-Kunsill fuq proposta mill-VP/RGħ, bil-mandat li jmexxu 'l quddiem għanijiet partikolari ta' natura politika jew ta' sigurtà tematika jew ġeografikament speċifika; billi wrew li huma strument siewi u flessibbli għad-diplomazija tal-UE, billi jistgħu jippersonalizzaw u jirrappreżentaw lill-UE f'postijiet u sitwazzjonijiet kruċjali, bl-appoġġ tal-Istati Membri kollha; billi l-flessibbiltà tal-mandati tar-RSUE tfisser li huma strumenti operazzjonali li jistgħu jintużaw malajr meta jinqala' tħassib f'ċerti pajjiżi jew dwar ċerti temi;

C.

billi, minħabba l-preżenza frekwenti tagħhom fil-post, ir-RSUE għandhom pożizzjoni privileġġjata biex jistabbilixxu djalogu mas-soċjetà ċivili u mal-atturi lokali kif ukoll biex iwettqu riċerka fuq il-post; billi din l-esperjenza diretta tippermettilhom jikkontribwixxu b'mod kostruttiv għall-formulazzjoni tal-politiki u tal-istrateġiji;

D.

billi attwalment hemm ħames RSUE reġjonali (għall-Qarn tal-Afrika, għas-Saħel, għall-Asja Ċentrali, għall-Proċess ta' Paċi fil-Lvant Nofsani, u għall-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-kriżi fil-Georgia), żewġ RSUE speċifiċi għall-pajjiż (il-Kosovo u l-Bożnija-Ħerzegovina), u RSUE tematiku wieħed, responsabbli għad-drittijiet tal-bniedem;

E.

billi attwalment żewġ RSUE biss huma nisa;

F.

billi fil-każ ta' RSUE maħtura b'mandati għal pajjiżi speċifiċi, iż-“żewġ rwoli” li jġorr r-RSUE fl-istess ħin bħala Kap tad-Delegazzjoni tal-UE għall-pajjiż ikkonċernat, ikkontribwew għall-koerenza u l-effiċjenza tal-preżenza esterna tal-UE; billi l-użu ta' aktar RSUE speċifiċi għall-pajjiż jeħtieġ li jkun konsistenti mal-istrateġiji tal-azzjoni esterna tal-UE, minħabba t-tisħiħ tad-Delegazzjonijiet tal-UE permezz tat-Trattat ta' Lisbona, li permezz tiegħu akkwistaw responsabbiltà għall-koordinazzjoni tal-azzjoni kollha tal-UE fil-post, inklużi l-politiki PESK;

G.

billi hemm żoni u kunflitti oħra ta' prijorità għolja, inkluż fil-viċinat immedjat tal-UE, li jirrikjedu fokus speċjali, aktar involviment u viżibbiltà tal-UE, bħall-aggressjoni tar-Russja fl-Ukrajna u l-okkupazzjoni illegali tal-Krimea;

H.

billi r-RSUE taw prova tal-utilità tagħhom, b'mod partikolari fit-twettiq ta' djalogi politiċi ta' livell għoli u fil-kapaċità tagħhom li jilħqu sħab ta' livell għoli f'ambjenti politiċi sensittivi ħafna;

I.

billi r-RSUE huma ffinanzjati mill-baġit tal-PESK, kif kodeċiż mill-Parlament, u huma responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit fil-konfront tal-Kummissjoni;

J.

billi l-VP/RGħ impenjat ruħha li twieġeb b'mod pożittiv għal talbiet mill-Parlament Ewropew biex jisma' lil RSUE li jkunu għadhom kif inħatru qabel jieħdu l-karigi tagħhom u biex tiffaċilita l-għoti regolari ta' informazzjoni mir-RSUE lill-Parlament;

K.

billi r-RSUE jintgħażlu minn fost individwi li preċedentement kellhom karigi diplomatiċi jew politiċi għolja f'pajjiżhom jew f'organizzazzjonijiet internazzjonali; billi huma jgawdu minn grad sostanzjali ta' flessibbiltà u diskrezzjoni fit-twettiq tal-mandat tagħhom, li jista' jwassal biex jintlaħqu miri stabbiliti, jiġu implimentati strateġiji u jingħata valur miżjud lill-UE;

L.

billi r-rwol ewlieni tar-RSUE huwa li jikkontribwixxi għall-unità, għall-konsistenza, għall-koerenza u għall-effikaċja tal-azzjoni esterna u tar-rappreżentanza tal-UE; billi huma juru l-interess tal-UE f'pajjiż, reġjun jew qasam tematiku partikolari u jsaħħu l-viżibbiltà tiegħu, u jikkontribwixxu għall-implimentazzjoni ta' strateġija jew politika tal-UE partikolari lejn il-pajjiż, ir-reġjun jew il-kwistjoni tematika mandata;

1.

Jirrakkomanda dan li ġej lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:

(a)

li jippreżenta riflessjoni strateġika dwar l-użu, ir-rwol, il-mandati u l-kontribut tar-RSUE fid-dawl tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali tal-UE;

(b)

li jiżgura li r-RSUE jinħatru biss jekk ikun hemm valur miżjud ċar fl-użu ta' dan l-istrument, jiġifieri jekk il-kompiti tagħhom ma jistgħux jiġu ssodisfati bi strutturi eżistenti fi ħdan is-SEAE, inkluż mid-Delegazzjonijiet tal-UE, jew fi ħdan il-Kummissjoni;

(c)

li jiżgura li r-RSUE jintużaw primarjament biex iżidu l-isforzi tal-UE fil-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni ta' kunflitti u l-implimentazzjoni tal-istrateġiji tal-UE, b'mod partikolari permezz ta' medjazzjoni u tal-faċilitazzjoni tad-djalogu, u biex imexxu 'l quddiem l-objettivi ta' politika tal-UE f'oqsma tematiċi speċifiċi fi ħdan il-mandat tar-relazzjonijiet esterni u r-rispett tad-dritt internazzjonali;

(d)

li jevita l-proliferazzjoni tar-RSUE u l-frammentazzjoni tal-mandati tagħhom li jafu joħolqu duplikazzjoni ma' istituzzjonijiet oħra tal-UE u jwasslu għal żieda fl-ispejjeż ta' koordinazzjoni;

(e)

li jiżgura li l-mandati u l-azzjonijiet tar-RSUE meta jindirizzaw is-sigurtà reġjonali u l-prevenzjoni, il-medjazzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti jkunu ggwidati mill-prinċipji tal-liġi internazzjonali kif deskritt fl-Att Finali ta' Ħelsinki tal-1975 u normi kruċjali oħra tad-dritt internazzjonali, kif ukoll mis-soluzzjoni paċifika tat-tilwim, bħala element ewlieni tal-ordni Ewropew ta' sigurtà u kif enfasizzat fl-Istrateġija Globali tal-UE; u li jikkonforma mar-regoli u l-politiki kollha adottati mill-UE lejn ir-reġjun jew il-kunflitt kopert fi ħdan l-isfera ta' responsabbiltà tagħhom;

(f)

li jikkunsidra l-mezzi kollha possibbli biex jissaħħaħ ir-rwol tar-RSUE bħala għodda effettiva tal-politika esterna tal-UE, li kapaċi tiżviluppa u tavvanza l-inizjattivi tal-politika barranija tal-UE u tippromwovi s-sinerġija, b'mod partikolari billi tiżgura li r-RSUE jistgħu jivvjaġġaw b'mod liberu fiż-żona koperta mill-mandat tagħhom, inklużi ż-żoni ta' kunflitt, għall-fini tal-implimentazzjoni effettiva tal-kompiti tagħhom;

(g)

li jiżgura aktar trasparenza u viżibbiltà tax-xogħol tar-RSUE, inkluż permezz ta' rapportar pubbliku dwar iż-żjarat fil-pajjiż, il-programm ta' ħidma u l-prijoritajiet, kif ukoll il-ħolqien ta' paġni web individwali li jippermettu l-iskrutinju pubbliku tal-azzjonijiet tagħhom;

(h)

li jsaħħaħ l-assi li jikkostitwixxu l-valur miżjud tar-RSUE, jiġifieri l-leġittimità mibnija fuq l-appoġġ tal-VP/RGħ u tal-Istati Membri, ir-responsabbiltajiet reġjonali/tematiċi/tal-pajjiż, il-piż politiku, il-flessibbiltà u t-tisħiħ tal-preżenza tal-UE u l-viżibbiltà f'pajjiżi sħab, biex b'hekk jissaħħaħ il-profil tal-UE bħala attriċi internazzjonali effettiva;

Dwar il-mandat

(i)

li jippermetti t-tul adattat tal-mandat biex tinħoloq perspettiva li tiffaċilita l-ikkuntrattar ta' persunal ikkwalifikat bi grad għoli u jippermetti l-implimentazzjoni tal-mandat kif ukoll il-fiduċja fis-sħab, l-istabbiliment ta' netwerks u ta' proċessi ta' influwenzar; li jiżgura rieżami regolari f'konformità mal-iżviluppi fil-pajjiż/fir-reġjun jew fis-suġġett ikkonċernat u jippermetti wkoll li l-mandat jittawwal kif meħtieġ miċ-ċirkostanzi;

(j)

li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni ta' politika jew strateġija tal-UE b'relazzjoni mal-qasam ta' mandat u għall-formulazzjoni jew għar-reviżjoni ta' strateġiji jew politiki;

(k)

li jiżgura li l-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, il-medjazzjoni u l-faċilitazzjoni tad-djalogu, kif ukoll il-libertajiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-ugwaljanza bejn is-sessi, jitqiesu bħala prijoritajiet orizzontali u għaldaqstant bħala pedamenti tal-kamp ta' applikazzjoni tal-mandati tar-RSUE, u jiġi żgurat rappurtar adegwat dwar l-azzjoni meħuda f'dawn l-oqsma;

(l)

li jitlob proċeduri ta' evalwazzjoni u monitoraġġ li jkopru r-riżultati li jintlaħqu, l-ostakoli li jinqalgħu, l-indikazzjoni ta' sfidi ewlenin, l-input għall-formulazzjoni tal-politika, u l-valutazzjoni tal-koordinazzjoni ta' attivitajiet tar-RSUE ma' atturi oħra tal-UE, biex isiru skambji tal-aħjar prattiki fost ir-RSUE kif ukoll tiġi vvalutata l-prestazzjoni u jiġi kkunsidrat it-tiġdid u r-rieżami tal-mandati;

(m)

li jiżgura l-koerenza tal-mandat għall-Asja Ċentrali mal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali tal-2007, li ġiet rieżaminata fl-2015 sabiex jittejbu l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-Unjoni fir-reġjun;

(n)

li jintroduċi perjodu estensiv ta' preklużjoni għar-RSUE, bil-għan li jiġi żgurat l-ogħla livell possibbli ta' standards etiċi għall-każijiet ta' kunflitt ta' interess;

(o)

li jiżgura li l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament ikun involut fl-abbozzar tal-mandati, ġodda u estiżi, tar-RSUE;

Dwar l-għodod

(p)

li jżomm il-flessibbiltà u l-awtonomija li attwalment igawdu r-RSUE bħala strument distintiv tal-PESK b'sors ta' finanzjament separat u relazzjoni privileġġjata mal-Kunsill; li jsaħħaħ fl-istess ħin, madankollu, ir-rabtiet ta' koordinazzjoni u tar-rappurtar mad-direttorati maniġerjali tas-SEAE relatati (reġjonali, tematiċi, PSDK u rispons għall-kriżijiet) u mad-DĠs relatati tal-Kummissjoni; li jiżgura proċess ta' nominazzjoni u konferma malajr u trasparenti;

(q)

li jindirizza n-nuqqasijiet fiż-żamma ta' memorja istituzzjonali u kontinwità bejn RSUE li jispiċċaw mill-kariga tagħhom u dawk ġodda billi jissaħħaħ l-appoġġ loġistiku u amministrattiv mis-SEAE, inkluż l-arkivjar, u billi primarjament jissekonda konsulenti tal-politika mis-SEAE u istituzzjonijiet oħra tal-UE kif xieraq biex jingħaqdu mat-timijiet tar-RSUE;

Dwar il-profil personali

(r)

li l-persuni li jaħtar bħala RSUE jkollhom għarfien espert diplomatiku jew politiku estensiv u profil xieraq, u jiżgura b'mod partikolari li dawn ikollhom l-influwenza politika meħtieġa biex jistabbilixxu rabtiet u fiduċja reċiproka ma' interlokuturi ta' livell għoli; li japprofitta f'dan ir-rigward mill-ġabra eżistenti ta' persuni b'esperjenza politika u diplomatika madwar l-UE; li jirrispetta l-bilanċ bejn is-sessi u dak ġeografiku; li jkun żgur li d-deċiżjoni dwar il-ħatra ta' persuna speċifika ssir b'mod trasparenti u biss wara l-konferma tal-ammissibbiltà tal-kandidat, b'mod partikolari fir-rigward ta' xi kunflitt ta' interess potenzjali u li jiżgura li l-kandidat jissodisfa l-istandards ta' mġiba etika;

(s)

li jkun żgur li l-ħatra ta' RSUE tista' tiġi kkonfermata biss wara evalwazzjoni pożittiva mill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-Parlament;

(t)

li jipprovdi aċċess aktar faċli għall-informazzjoni u għall-ġustifikazzjoni dwar il-kandidati magħżula;

Dwar l-oqsma koperti

(u)

li jiffoka fuq il-mandati tar-RSUE dwar it-tisħiħ tas-sigurtà reġjonali u dwar il-prevenzjoni u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti, speċjalment billi jiffaċilita d-djalogu u l-medjazzjoni fejn l-involviment tal-UE jista' jġib valur miżjud; li jiżgura li fil-każ ta' fokus tematiku, il-ħatra ta' RSUE ma tirdoppjax jew iddgħajjef ir-rwol tal-Kummissjoni u s-SEAE;

(v)

li jqis ir-rwol tar-RSUE bħala għodda diplomatika speċifika fl-azzjoni esterna tal-UE u jirrikonoxxi l-importanza tal-istabbiltà tal-Viċinat Ewropew, li jħeġġeġ lill-RSUE jiżviluppaw relazzjonijiet dejjem aktar mill-qrib ma' pajjiżi affettwati minn kunflitti mtawla, b'enfasi fuq il-ħtieġa qawwija li r-RSUE jikkontribwixxu għas-soluzzjoni paċifika tal-kunflitti fil-viċinat tal-UE;

(w)

li jilqa' l-ħatra tal-RSUE l-ġdid għad-Drittijiet tal-Bniedem u jirrikonoxxi x-xogħol tad-detentur preċedenti tal-post, li ssodisfa r-rwol tiegħu li jtejjeb l-effikaċja u l-viżibbiltà tal-politika tad-drittijiet tal-bniedem tal-UE b'suċċess; jinnota li r-responsabbiltajiet ta' dan il-post ġew estiżi biex jinkludu l-promozzjoni tal-konformità mad-dritt umanitarju internazzjonali u l-promozzjoni ta' appoġġ għall-ġustizzja kriminali internazzjonali;

(x)

li jsaħħaħ il-kapaċità u r-rwol tar-RSUE għad-Drittijiet tal-Bniedem, filwaqt li jqis li din il-pożizzjoni għandha mandat dinji li għaldaqstant jirrikjedi u jimplika djalogu politiku ma' pajjiżi terzi, sħab rilevanti, negozji, soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet internazzjonali u reġjonali, u azzjoni f'fora internazzjonali rilevanti;

(y)

filwaqt li huwa konxju tal-importanza li l-għadd ta' RSUE ma jiżdiedx b'mod sinifikanti b'mod li jnaqqas min-natura speċjali tagħhom, li jneħħi gradwalment il-mandati speċifiċi għall-pajjiż tar-RSUE eżistenti u, sakemm jinqasmu r-responsabbiltajiet fil-Kummissjoni u s-SEAE li jmiss, tiġi kkunsidrata l-ħatra ta' RSUE reġjonali; li jikkunsidra li jaħtar RSUE tematiċi għall-koordinazzjoni internazzjonali tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, għad-dritt umanitarju internazzjonali u l-ġustizzja internazzjonali, u għad-diżarm u n-non-proliferazzjoni, fl-aħħar każ imsemmi fl-akkwiżizzjoni mingħand il-Mibgħut Speċjali tal-UE għal dan il-qasam;

(z)

li jaħtar RSUE ġdid għall-Ukrajna, li jiffoka b'mod partikolari fuq il-Krimea u Donbas, biex ikun responsabbli għall-monitoraġġ tas-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fit-territorji okkupati, għall-implimentazzjoni tal-Ftehimiet ta' Minsk, għat-tnaqqis tat-tensjoni fil-Baħar ta' Azov u għas-segwitu tad-drittijiet ta' persuni spustati f'pajjiżhom (IDPs), kif kien mitlub preċedentement mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet tiegħu;

Dwar l-interazzjoni u l-kooperazzjoni

(aa)

li jsaħħaħ l-interazzjoni u l-koordinazzjoni tar-RSUE mal-istituzzjonijiet differenti tal-UE, is-soċjetà ċivili u l-Istati Membri sabiex tiġi żgurata sinerġija massima u impenn koerenti mill-atturi kollha; li jsaħħaħ l-involviment tal-RSUE fis-Sistema ta' Twissija Bikrija tal-UE għall-Konflitti; li jiżgura li ma jkun hemm l-ebda duplikazzjoni ma' figuri oħra diplomatiċi ta' livell għoli bħall-Mibgħuta Speċjali tal-UE; u li jiżgura l-kooperazzjoni ma' sħab u mibgħuta oħra li jaħsbuha bl-istess mod, inklużi dawk maħtura min-NU, min-NATO u mill-Istati Uniti;

(ab)

meta jitqies li l-Parlament Ewropew huwa koleġiżlatur għall-parti ċivili tal-baġit tal-PESK, li huwa amministrat mis-Servizz tal-Istrumenti tal-Politika Barranija (FPI), li jsaħħaħ is-sorveljanza tal-Parlament tal-attivitajiet tar-RSUE u li jsaħħaħ il-livell ta' responsabbiltà tagħhom u t-trasparenza ta' ħidmiethom, filwaqt li jfakkar li dan l-għan jista' jinkiseb billi tinqasam l-informazzjoni fuq bażi regolari dwar l-implimentazzjoni tal-RSUE tal-mandat tagħhom, ta' xogħolhom u l-kisbiet tagħhom flimkien mal-isfidi li jiffaċċjaw, permezz ta' laqgħat regolari u mill-inqas darba fis-sena u l-iskambji ta' opinjonijiet bejn ir-RSUE u l-korpi rilevanti tal-PE, b'mod partikolari l-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u s-Sottokumitati tiegħu dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u s-Sigurtà u d-Difiża, kif ukoll permezz ta' kondiviżjoni sistematika mal-PE ta' rapporti u strateġiji tal-pajjiżi mibgħuta mir-RSUE lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) fi ħdan il-Kunsill u s-SEAE; u, għal dan il-għan, li jinsisti li dawn id-dokumenti jiġu inklużi fil-Ftehim Interistituzzjonali fil-qasam tal-PESK;

(ac)

li jħeġġeġ l-interazzjoni mas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini u jiffaċilita d-djalogu magħhom, fir-reġjun koperti mir-RSUE, bħala parti mid-diplomazija preventiva u l-proċess ta' medjazzjoni, kif ukoll fl-interess tal-viżibbiltà tal-UE; li jiżgura, b'mod partikolari, li r-RSUE juru impenn proattiv lejn l-atturi tas-soċjetà ċivili, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jew il-vuċijiet kuntrarji li jistgħu jkunu mhedda jew immirati mill-awtoritajiet lokali;

2.

Jirrakkomanda li l-Parlament Ewropew li jmiss għandu jirrikjedi impenn mill-VP/RGħ li jmiss, matul l-ewwel sitt xhur tal-mandat tiegħu jew tagħha, b'riflessjoni strateġika dwar l-użu tar-RSUE, fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Globali u skont il-linji tal-prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti hawn fuq;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lir-Rappreżentanti Speċjali tal-UE.

(1)  ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.

(2)  ĠU C 210, 3.8.2010, p. 1.

(3)  ĠU C 351 E, 2.12.2011, p. 454.

(4)  ĠU C 356, 4.10.2018, p. 130.

(5)  ĠU C 334, 19.9.2018, p. 69.

(6)  ĠU C 332 E, 15.11.2013, p. 114.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/152


P8_TA(2019)0187

Is-segwitu mogħti mis-SEAE sentejn wara r-rapport tal-PE dwar komunikazzjoni strateġika tal-UE biex tikkontrobatti l-propaganda kontriha minn partijiet terzi

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-Kunsill dwar l-analiżi tas-segwitu mogħti mis-SEAE sentejn wara r-Rapport tal-PE dwar komunikazzjoni strateġika tal-UE biex tikkontrobatti l-propaganda kontriha minn partijiet terzi (2018/2115(INI))

(2021/C 23/24)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-28 ta' Ġunju u tat-18 ta' Ottubru 2018,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' April 2018 bit-titlu “L-indirizzar tad-diżinformazzjoni online: Approċċ Ewropew” (COM(2018)0236),

wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Prattika dwar id-Diżinformazzjoni madwar l-UE, ippubblikat fis-26 ta' Settembru 2018,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Novembru 2016 dwar komunikazzjoni strateġika tal-UE biex tikkontrobatti l-propaganda kontriha minn partijiet terzi (1),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni tas-6 ta' April 2016 bit-titlu “Qafas Konġunt biex jiġi miġġieled it-theddid ibridu: reazzjoni tal-Unjoni Ewropea” (JOIN(2016)0018),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2016 dwar l-Azzjoni fuq l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà biex jiġi miġġieled it-terroriżmu u titwitta t-triq lejn Unjoni ta' Sigurtà effettiva u ġenwina (COM(2016)0230),

wara li kkunsidra l-istudju ta' fattibbiltà tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija dwar Inizjattivi tal-Midja bil-Lingwa Russa fis-Sħubija tal-Lvant u lil hinn, bit-titlu ''Bringing Plurality and Balance to the Russian Language Media Space'' (it-twassil tal-pluralità u tal-bilanċ fl-ispazju tal-midja bil-lingwa Russa),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) tat-18 ta' Mejju 2015 bit-titlu “L-Unjoni Ewropea f'ambjent globali jinbidel – dinja aktar konnessa, kontestata u kumplessa”, u l-ħidma li għaddejja dwar l-Istrateġija ta' Sigurtà Globali l-ġdida tal-UE,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tal-15 ta' Novembru 2017 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lis-SEAE dwar is-Sħubija tal-Lvant, fit-tħejjija għas-Summit ta' Novembru 2017 (2),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-13 ta' Settembru 2017 bit-titlu “Reżiljenza, Deterrenza u Difiża: Il-bini ta' ċibersigurtà b'saħħitha għall-UE” (JOIN(2017)0450),

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tas-7 ta' Ġunju 2017 bit-titlu “Approċċ Strateġiku għar-Reżiljenza fl-azzjoni esterna tal-UE” (JOIN(2017)0021),

wara li kkunsidra l-Artikolu 19 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, li jipproteġi d-dritt ta' kulħadd li jkollu opinjoni mingħajr indħil u li jfittex, jirċievi u jagħti informazzjoni u ideat ta' kull tip, irrispettivament mill-fruntieri u minn kwalunkwe midja,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO tal-10 ta' Lulju 2018,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tat-3 ta' Marzu 2017 dwar il-Libertà ta' Espressjoni u l-“Aħbarijiet Foloz”, id-Diżinformazzjoni u l-Propaganda maħruġa mir-Rapporteur Speċjali tan-NU għal-Libertà ta' Opinjoni u Espressjoni, ir-Rappreżentant tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) għal-Libertà tal-Media, ir-Rapporteur Speċjali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS) għal-Libertà ta' Espressjoni u r-Rapporteur Speċjali tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli (ACHPR) għal-Libertà ta' Espressjoni u l-Aċċess għall-Informazzjoni,

wara li kkunsidra r-Rapport tas-6 ta' April 2018 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt għal-libertà ta' opinjoni u espressjoni,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu tad-29 ta' Novembru 2018 lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar id-difiża tal-libertà akkademika fl-azzjoni esterna tal-UE (3),

wara li kkunsidra l-aħħar rapport tal-Europol tal-2018 dwar is-sitwazzjoni u x-xejra tat-terroriżmu fl-Unjoni Ewropea, li enfasizza ż-żieda fl-attivitajiet ta' gruppi terroristiċi fiċ-ċiberspazju u l-konverġenza possibbli tagħhom ma' gruppi kriminali oħrajn,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta tal-5 ta' Diċembru 2018 mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni bit-titlu “Pjan ta' Azzjoni kontra d-Diżinformazzjoni” (JOIN(2018)0036) u r-Rapport tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Komunikazzjoni bit-titlu “L-indirizzar tad-diżinformazzjoni online: Approċċ Ewropew” (COM(2018)0794) tal-istess data,

wara li kkunsidra l-ħidma tal-Kummissjoni Transatlantika dwar l-Integrità tal-Elezzjonijiet,

wara li kkunsidra l-Prinċipji ta' Santa Clara dwar it-Trasparenza u l-Obbligu ta' Rendikont tal-Prattiki ta' Moderazzjoni tal-Kontenut,

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar il-Komunikazzjoni Strateġika tat-22 ta' Ġunju 2015,

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0031/2019),

1.

Jirrakkomanda dan li ġej lill-Kunsill u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:

Is-sitwazzjoni attwali 2018 – L-indirizzar tal-gwerra ibrida

(a)

li jenfasizzaw li l-libertà tal-kelma u tal-espressjoni kif ukoll il-pluraliżmu tal-midja huma fil-qalba tas-soċjetajiet demokratiċi reżiljenti, u li jipprovdu l-aqwa salvagwardji kontra l-kampanji ta' diżinformazzjoni u l-propaganda ostili; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-deterjorament tal-libertajiet tal-midja u tal-każijiet ta' ġurnalisti li qed ikunu fil-mira; jinnota li għandhom jittieħdu aktar passi mal-partijiet interessati rilevanti kollha biex tiġi garantita t-trasparenza tas-sjieda tal-midja u tal-pluraliżmu tal-midja mingħajr ma tiġi infurzata skema ta' ċensura u biex jiġi protett ambjent favorevoli għal varjetà wiesgħa ta' informazzjoni, ideat, midja u kuntest tas-soċjetà ċivili differenti, kif ukoll sforzi li għandhom l-għan li jidentifikaw u jqajmu kuxjenza dwar id-diżinformazzjoni u l-propaganda; li jinvolvu lill-partijiet interessati rilevanti kollha li jinkludu lill-aġenziji ewlenin tal-istampa u l-assoċjazzjonijiet tal-ġurnalisti u tal-midja f'dawn il-proċessi; jissottolinja l-importanza ta' sistema ta' xandir pubbliku li tiffunzjona, li tistabbilixxi l-istandard ta' kif tingħata informazzjoni imparzjali u oġġettiva f'konformità mal-aħjar prattika u l-etika tal-ġurnaliżmu;

(b)

li jqisu li jiżviluppaw qafas legali kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell internazzjonali biex jindirizzaw it-theddid ibridu, inkluża l-gwerra ċibernetika u tal-informazzjoni – dan il-qafas jippermetti rispons b'saħħtu mill-Unjoni u jkopri wkoll sanzjonijiet immirati kontra dawk responsabbli għall-organizzazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dawn il-kampanji, li ntweriet ħtieġa għalihom b'mod partikolari permezz tal-azzjonijiet ostili ta' atturi statali u mhux statali f'dawn l-oqsma;

(c)

li jikkunsidraw li d-Daesh qiegħed jibdel it-tattiċi tiegħu, billi jaqleb mis-siti elettroniċi għas-servizz ta' messaġġi kriptati magħrufa fost il-gruppi Iżlamisti;

(d)

li jappoġġjaw mhux biss in-numru dejjem jikber ta' istituzzjonijiet statali, gruppi ta' riflessjoni u NGOs li jindirizzaw il-propaganda u d-diżinformazzjoni, iżda anke l-attivitajiet ċibernetiċi ta' bażi; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jinvolvu ruħhom aktar mill-qrib f'dan il-qasam billi jħejju valutazzjoni bir-reqqa tar-regolamenti l-ġodda, li jinkludu r-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u r-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika li jmiss, bħala salvagwardja kontra l-użu malizzjuż tal-pjattaformi soċjali; li jiżguraw li l-komunikazzjoni strateġika tal-UE ssir kwistjoni ta' prijorità għolja fuq l-aġenda Ewropea u li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jaħdmu id f'id dwar il-prevenzjoni ta' dawn il-fenomeni, filwaqt li jżommu f'moħħhom li d-diżinformazzjoni u l-propaganda jirnexxu f'ambjent polarizzat b'livelli aktar baxxi ta' fiduċja fil-midja;

(e)

li jħeġġu lill-Istati Membri li jkomplu jiċħdu li jeżistu d-diżinformazzjoni u l-propaganda ostili, is-sorsi ewlenin ta' diżinformazzjoni fl-Ewropa u l-impatt tad-diżinformazzjoni u tal-propaganda fuq l-opinjoni pubblika biex jirrikonoxxuhom, u li jħeġġu lil dawn l-Istati Membri jieħdu miżuri proattivi sabiex jikkontrobattu u jwaqqfu tali propaganda, inklużi l-każijiet ippruvati ta' spjunaġġ minn pajjiżi terzi; li jistiednu lill-Istati Membri kollha jevalwaw is-sitwazzjoni fit-territorju tagħhom u jagħmlu l-investimenti rilevanti fil-kapaċità tagħhom stess biex jiġġieldu l-komunikazzjoni strateġika minn partijiet terzi ostili u jtejbu l-kapaċità taċ-ċittadini li jidentifikaw diżinformazzjoni, kif ukoll li jħeġġu lill-Istati Membri jiżguraw skambju effettiv ta' informazzjoni dwar din il-kwistjoni; li jitolbu lill-mexxejja Ewropej li għadhom ma ddedikawx biżżejjed attenzjoni għal din it-theddida biex jirrikonoxxu l-ħtieġa imminenti ta' qawmien strateġiku sabiex jiġġieldu l-gwerra ta' informazzjoni ostili;

(f)

li jħeġġu lill-Istati Membri jinvestu b'mod proattiv f'miżuri edukattivi li jispjegaw il-modi differenti ta' kif tiġi prodotta u mxerrda d-diżinformazzjoni sabiex titjieb il-kapaċità taċ-ċittadini li jidentifikaw u jwieġbu għad-diżinformazzjoni;

(g)

li jħeġġu lill-Istati Membri jiżguraw skambju effettiv ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti kollha tagħhom biex jindirizzaw il-propaganda, il-manipulazzjoni u d-diżinformazzjoni, inkluża l-gwerra ċibernetika u tal-informazzjoni;

(h)

li jqajmu kuxjenza dwar il-kampanji ta' diżinformazzjoni tar-Russja, peress li jikkostitwixxu s-sors ewlieni tad-diżinformazzjoni fl-Ewropa;

Tipi ta' informazzjoni ħażina, diżinformazzjoni u propaganda mmirati lejn l-UE u l-ġirien tagħha

(i)

li jirrikonoxxu x-xogħol magħmul f'diversi livelli biex jiġu identifikati t-tipi ta' influwenza u għodod użati kontra l-UE u l-viċinat tagħha; li jqajmu kuxjenza dwar il-kampanji ta' diżinformazzjoni li għaddejjin bħalissa u li jibdlu l-attenzjoni għall-analiżi u r-riċerka fil-fond dwar l-impatt u l-effikaċja tagħhom sabiex jiżviluppaw miżuri biex jiġġieldulhom b'mod proattiv u rapidu; li jħeġġu lill-Istati Membri jistabbilixxu strutturi permanenti biex jidentifikaw, jimpedixxu u jikkontrobattu d-diżinformazzjoni; jissottolinja li l-kampanji ta' diżinformazzjoni huma parti minn strateġija usa' u huma ġeneralment akkumpanjati minn attivitajiet ostili oħra u li b'mod partikolari l-gwerer tal-informazzjoni li jakkumpanjaw l-offensivi militari għandhom jittieħdu bis-serjetà u jiġu kontrobilanċjati b'determinazzjoni, unità u saħħa;

(j)

li jwissu dwar l-impatt tal-intelliġenza artifiċjali (IA) u l-iżvilupp rapidu tagħha fit-tixrid tal-aħbarijiet foloz, u jinnota bi tħassib li l-IA dalwaqt se tkun tista' toħloq aktar kapaċitajiet tal-IA ulterjuri b'mod indipendenti; li għalhekk jimpenjaw finanzjament sinifikanti għar-riċerka u l-iżvilupp fl-intersezzjoni tal-IA u l-gwerra tal-informazzjoni fid-dawl tal-kapaċitajiet tal-IA li qed jikbru b'rata mgħaġġla fil-qasam tat-tixrid tal-propaganda u d-diżinformazzjoni, inkluż permezz ta', inter alia, vidjows deep fake;

(k)

li jiffokaw fuq l-użu li qed isir mid-diżinformazzjoni min-naħa ta' atturi awtoritarji bħall-Iran, li t-tixrid tiegħu ta' aħbarijiet foloz jinstiga u jqabbad tensjonijiet ulterjuri f'żoni ta' kunflitt volatili, filwaqt li fl-istess ħin jimmira lejn il-popolazzjonijiet Ewropej biex jaħbi l-intenzjoni kefrija; li jħeġġu lill-Istati Membri jikkontrobattu azzjonijiet bħal dawn billi jsaħħu l-kooperazzjoni u jużaw it-tagħlimiet meħuda minn pajjiżi li jaħsbuha bl-istess mod u mill-NGOs;

(l)

li jiffokaw fuq ir-rispons tal-UE u tal-Istati Membri u jadattawh għas-sofistikazzjoni li dejjem qed tikber tal-għodod li jintużaw biex joħolqu u jxerrdu d-diżinformazzjoni, inklużi l-modi ġodda ta' tixrid ta' propaganda billi jintużaw siti web ta' livell baxx, apps ta' messaġġi privati, ottimizzazzjoni tal-magni tat-tiftix, ħsejjes, stampi jew vidjows manipulati, IA, portali tal-aħbarijiet online u stazzjonijiet tat-TV biex ixerrdu n-narrattivi ewlenin, speċjalment minn dawk li jiffurmaw l-opinjonijiet u istituzzjonijiet ikkontrollati jew iffinanzjati mill-istat li jwasslu messaġġi u narrattivi ewlenin li jappellaw lill-atturi awtoritarji; jikkundanna bil-qawwa l-azzjonijiet dejjem aktar aggressivi tar-Russja, taċ-Ċina, tal-Iran, tal-Korea ta' Fuq u ta' oħrajn f'dan il-kuntest, li jfittxu li jimminaw jew jissospendu l-pedamenti u l-prinċipji normattivi tad-demokraziji Ewropej u s-sovranità tal-pajjiżi kollha tas-Sħubija tal-Lvant, filwaqt li jinfluwenzaw l-elezzjonijiet u jappoġġjaw movimenti estremisti, filwaqt li jqisu li l-iskala ta' attakki ċibernetiċi qed tikber b'mod kostanti;

(m)

li jagħtu attenzjoni speċjali lill-messaġġi u lill-kontenut li apertament għandhom l-għan li jħeġġu l-vjolenza, ir-razziżmu, l-attakki suwiċida, ir-reklutaġġ ta' “ġellieda barranin”, diversi reati jew inċitament ċar għal wieħed jew aktar minn dawn l-attivitajiet;

L-industrija u l-midja soċjali

(n)

filwaqt li jirrikonoxxu investiment ġdid ta' sforz minn kumpaniji tal-midja soċjali biex jindirizzaw id-diżinformazzjoni, jagħtu attenzjoni speċjali lill-implimentazzjoni effettiva tal-Kodiċi ta' Prattika tal-UE dwar id-Diżinformazzjoni, filwaqt li jistiednu wkoll lill-ġirien tal-UE u lill-pajjiżi sħab jiffirmaw il-Kodiċi ta' Prattika tal-UE dwar id-Diżinformazzjoni, u jagħtu attenzjoni speċjali lit-tattika l-ġdida tal-użu ta' servizzi ta' messaġġi kriptati u l-midja soċjali li, minkejja l-isforzi tagħhom għall-kuntrarju, huma meqjusa bħala l-aktar għodda komuni għat-tixrid tad-diżinformazzjoni, propaganda ostili u kontenut li jinċita l-mibegħda u l-vjolenza;

(o)

li, flimkien mal-Istati Membri, jirregolaw l-azzjonijiet ta' kumpaniji tal-midja soċjali, servizzi ta' messaġġiera u fornituri ta' magni tat-tiftix u jiżguraw it-trasparenza sħiħa tagħhom u, b'mod partikolari, l-obbligu ta' rendikont, l-adozzjoni ta' approċċ mifrux mal-UE kollha, u li jkun possibbli li jinkixfu l-identità u l-post mhux biss tal-awturi, iżda anke tal-isponsors tal-kontenut politiku ppreżentat, u li l-kumpaniji jinżammu responsabbli għall-impatt soċjali ta' sistemi ta' rakkomandazzjonijiet awtomatizzati li jippromwovu d-diżinformazzjoni, filwaqt li jiġi enfasizzat li l-kumpaniji għandhom responsabbiltà li jneħħu malajr l-aħbarijiet sistemiċi foloz; iħeġġeġ lill-Istati Membri, lill-pajjiżi kandidati u lill-pajjiżi assoċjati jadottaw leġiżlazzjoni effettiva u ċara li tiżgura t-trasparenza tas-sjieda tal-midja; li jagħtu attenzjoni partikolari lill-finanzjament, lit-trasparenza u lill-objettivi tal-NGOs b'rabtiet ma' stati awtoritarji li joperaw fl-UE u fil-pajjiżi sħab tagħha;

(p)

li jiżguraw li l-industrija u l-pjattaformi online jwettqu l-impenji li ħadu fil-Kodiċi ta' Prattika dwar id-Diżinformazzjoni u jindirizzaw b'mod effettiv il-problema tad-diżinformazzjoni billi: (i) jiżguraw it-trasparenza tar-reklamar politiku abbażi ta' kontrolli effettivi tad-diliġenza dovuta tal-identità tal-isponsors, (ii) jieħdu azzjoni deċiżiva kontra l-kontijiet foloz li huma attivi fuq is-servizzi tagħhom, (iii) jidentifikaw l-użu ħażin tal-bots awtomatiċi, u (iv) jikkooperaw b'mod effettiv mal-verifikaturi tal-fatti indipendenti;

(q)

li jħeġġu lill-kumpaniji tal-midja soċjali u lill-fornituri tas-servizzi ta' messaġġiera jiżguraw konformità sħiħa mal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u ma' regolamenti oħra, jirreaġixxu f'ħin reali u jikkooperaw mill-qrib mal-awtoritajiet kompetenti fl-investigazzjonijiet kollha dwar l-użu allegat tal-pjattaformi tagħhom għal finijiet ostili, u jwettqu awditi trasparenti ta' entitajiet suspettati li jxerrdu informazzjoni ħażina; jistieden lill-kumpaniji tat-teknoloġija jinvestu aktar f'għodod li jidentifikaw il-propaganda, fit-titjib tar-responsabbiltà online u fl-iżgurar ta' kontrolli tal-identità aħjar tal-utenti qabel ma jingħaqdu mal-pjattaformi rispettivi sabiex jiġu eliminati l-botnets, kif ukoll biex jitnaqqsu l-inċentivi finanzjarji għal dawk li japprofittaw mid-diżinformazzjoni; li jħeġġu lill-kumpaniji tal-midja soċjali jirreaġixxu b'mod urġenti meta jinxtered kontenut suspettuż ta' natura politika, speċjalment jekk jinċita l-mibegħda jew il-kriminalità;

(r)

li jżommu f'moħħhom li l-projbizzjoni ta' kontijiet suspettużi tista' titqies bħala ċensura, u għalhekk jiżguraw li tali azzjonijiet huma ġġustifikati jekk jiġu preskritti bil-liġi u mwettqa b'mod trasparenti, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti u s-soċjetà ċivili fl-Istati Membri u l-pajjiżi sħab, u b'għarfien sħiħ dwar ir-raġunijiet għal dan, inkluż billi jħeġġu lill-kumpaniji tal-midja soċjali jipprovdu avviż ċar lill-utenti kollha dwar liema tipi ta' kontenut huma pprojbiti, u b'avviż ċar lil kull utent affettwat dwar ir-raġuni għat-tneħħija tal-kontenut tagħhom jew is-sospensjoni tal-kont tagħhom; jitlob l-allinjament ta' sett intern mill-midja soċjali għall-utenti tagħhom b'ordni legali tal-pajjiż li joperaw fih;

L-aħjar prattiki

(s)

li jkomplu jiżviluppaw reżiljenza akbar abbażi tal-approċċi globali fil-livell tal-gvern u tas-soċjetà, u l-kapaċità li jirrispondu għat-theddid f'ħin reali, jiżviluppaw miżuri preventivi u jaħsbu pass 'l quddiem, aktar milli sempliċiment jirreaġixxu u janalizzaw l-attakki li diġà seħħew fil-qasam ċibernetiku u f'dak tal-informazzjoni; li jiġbdu l-attenzjoni għall-progress tekniku f'dan il-qasam u jaqsmu eżempji tal-aħjar prattika fil-forma ta' miżuri diġà meħuda minn Stati Membri individwali, inkluż li jwettqu rieżami tal-funzjonament ta' Approċċi Nazzjonali introdotti mill-Istati Membri, filwaqt li jiġu żviluppati modi ta' trawwim ta' kooperazzjoni mill-qrib mar-Renju Unit wara l-Brexit, u li jaħdmu f'kooperazzjoni mal-komunità tal-intelligence u alleati bħall-Istati Uniti u l-Kanada, in-NATO u ċ-Ċentru tal-Intelligence u tas-Sitwazzjonijiet tal-UE (INTCEN);

(t)

li jagħtu attenzjoni speċjali lit-titjib fl-isforzi tal-investigazzjoni fil-proċess attwali tal-esternalizzazzjoni tal-propaganda u tal-użu ta' sett ta' għodod li jimmultiplikaw is-saħħa minn partijiet terzi ostili, kif ukoll lill-importanza li dawn l-attakki mhux biss jinkixfu, jiġu żvelati u jsaħħu l-kapaċitajiet ta' attribuzzjoni, iżda jiżguraw ukoll l-attribuzzjoni ċara ta' dawn l-attakki, inkluż billi jissemmew pubblikament l-awturi, l-isponsors tagħhom u l-għanijiet li huma jfittxu li jiksbu, filwaqt li jitkejlu l-effetti ta' dawn l-attakki fuq l-udjenza fil-mira; li jippubbliċizzaw il-każijiet magħrufa kollha ta' propaganda ostili akkumpanjati minn skeda informattiva dettaljata fi sforz biex iwissu lill-pubbliku b'mod li jilħaq lill-udjenza fil-mira bil-każ speċifiku ta' propaganda ostili;

(u)

li jappoġġjaw u jinvolvu lis-soċjetà ċivili, lill-komunità ta' esperti, lill-istituzzjonijiet privati, lill-akkademja, lill-attivisti ċibernetiċi tal-massa, lill-istampa ġenerali, lill-assoċjazzjonijiet tal-ġurnalisti u tal-midja u n-numru dejjem jikber ta' atturi fil-mira u affettwati f'aktar tisħiħ ta' miżuri mmirati lejn il-verifika tal-fatti u l-esponiment tad-diżinformazzjoni, l-approfondiment tar-riċerka, inklużi studji profondi u riċerka soċjoloġika, u li janalizzaw b'mod aktar effettiv il-manipulazzjoni tal-informazzjoni; li jappoġġjaw lill-ġurnaliżmu professjonali, ir-rapportar investigattiv u l-proġetti li jaħdmu fuq l-iżvelar ta' diżinformazzjoni kif ukoll lil start-ups ta' teknoloġija avvanzata li joħolqu għodod diġitali li jipprovdu armi lill-udjenza kontra attakki ta' diżinformazzjoni; li jenfasizzaw l-importanza u l-ħtieġa li jiġu pprovduti fondi u edukazzjoni, inklużi seminars u korsijiet ta' taħriġ b'kooperazzjoni mal-Istati Membri u mas-soċjetà ċivili, bħal librerija online ta' litteriżmu medjatiku u ċentru ta' tagħlim, immirati lejn is-sensibilizzazzjoni u l-indirizzar tad-diżinformazzjoni u ż-żieda tal-litteriżmu medjatiku;

(v)

li jilqgħu s-sett ta' miżuri adottati min-NATO li għandhom l-għan li jiġġieldu kontra tipi ġodda ta' theddid ibridu u komunikazzjoni konġunta dwar il-kooperazzjoni bejn l-UE u n-NATO dwar din il-kwistjoni; li jappellaw lill-UE biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva u rapida ta' dawn ir-rakkomandazzjonijiet, anke fil-livell tal-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK);

Approċċ Ewropew

(w)

li jilqgħu l-istabbiliment tat-Task Forces il-ġodda għall-Komunikazzjoni Strateġika tas-SEAE li jikkonsistu minn esperti b'ħiliet u għarfien lingwistiċi xierqa, jiġifieri t-Task Force għall-Balkani tal-Punent u t-Task Force għan-Nofsinhar għall-pajjiżi fil-Lvant Nofsani, l-Afrika ta' Fuq u r-reġjun tal-Golf, li għandhom il-kompitu li jiżguraw komunikazzjoni tal-UE koordinata u konsistenti fir-reġjuni u li jiġġieldu kontra d-diżinformazzjoni u l-propaganda kontra l-UE;

(x)

li jirrikonoxxu r-riżultati tanġibbli miksuba mit-Task Force East StratCom, inkluż il-ħolqien ta' euvsdisinfo.eu u l-kont @EUmythbuster fuq Twitter; jissottolinja li, minn mindu nħolqot it-Task Force, hija kixfet aktar minn 4 000 każ ta' kampanji ta' diżinformazzjoni dwar firxa wiesgħa ta' suġġetti; li jkomplu jappoġġjaw l-isforzi konġunti tal-Kummissjoni u tas-SEAE u tat-Task Force East StratCom tal-UE wara analiżi tal-vantaġġi u d-dgħufijiet tagħha u tat-titjib meħtieġ, inkluż it-titjib tal-kapaċitajiet tagħha biex tidentifika, tanalizza u tiżvela d-diżinformazzjoni billi tarma l-Forzi Tematiċi tal-Komunikazzjoni Strateġika tas-SEAE u d-Delegazzjonijiet tal-UE fil-viċinat b'persunal, għodod u ħiliet ġodda, li jinkludu għodod ġodda għall-analiżi tad-data, ir-reklutaġġ ta' xjentisti tad-data addizzjonali u ta' esperti tad-diżinformazzjoni, filwaqt li tkopri firxa usa' ta' sorsi u lingwi dwar il-firxa u l-impatt tad-diżinformazzjoni;

(y)

li b'mod urġenti jbiddlu t-Task Force East StratCom f'unità kompluta jew saħansitra struttura akbar fi ħdan is-SEAE, u li, permezz tal-allokazzjoni li jmiss ta' finanzjament mill-Parlament Ewropew, jappoġġjaw it-tliet forzi tat-Task Forces Strateġiċi tal-Komunikazzjoni tas-SEAE kollha billi jipprovduhom b'riżorsi finanzjarji u tal-persunal adegwati, li għadhom meħtieġa, immirati lejn iż-żieda sinifikanti tal-potenzjal, l-effikaċja, il-professjonaliżmu, il-kontinwità istituzzjonali u l-kwalità tax-xogħol tagħhom, filwaqt li jissalvagwardjawhom kontra l-indħil politiku mill-uffiċjali u l-pajjiżi li jappoġġjaw id-diżinformazzjoni Russa;

(z)

li jindirizzaw in-nuqqasijiet kurrenti fit-Task Force East StratCom, inkluż in-nuqqas ta' għarfien espert reġjonali, ċaqliq kbir tal-persunal u nuqqas ta' kontinwità istituzzjonali, u jiżguraw riżorsi finanzjarji adegwati u struttura organizzattiva adegwata, peress li dan huwa l-uniku mod biex jiġu żgurati l-professjonaliżmu sħiħ, l-effikaċja u r-riżultati;

(aa)

li jistiednu lill-Istati Membri li għadhom ma għamlux dan biex jassenjaw l-Esperti Nazzjonali Sekondati tagħhom stess, filwaqt li jiżguraw li l-esperti mqabbda mill-UE biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni ma jkunux parteċipanti politikament preġudikati jew attivi f'tilwim politiku intern fi ħdan il-pajjiż partikolari, għat-tliet Task Forces StratCom; li jistiednu wkoll pajjiżi sħab mill-qrib biex jagħtu pariri dwar it-task force dwar it-tattiċi użati mill-avversarji statali u mhux statali komuni, u li jirrikonoxxu l-importanza u l-ħtieġa ta' koordinazzjoni aħjar fi ħdan l-UE;

(ab)

li jintensifikaw il-kooperazzjoni bejn it-Task Force East StratCom u l-istituzzjonijiet kollha tal-UE, l-Istati Membri u s-sħab tal-istess fehma; li jħeġġu lir-Rappreżentanzi tal-UE ġewwa l-UE, u lid-Delegazzjonijiet tal-UE barra mill-UE, fl-appoġġ għall-ħidma tat-Task Force East StratCom, tat-Task Force South u tat-Task Force għall-Balkani tal-Punent, inkluż billi jaqsmu l-esperjenzi internazzjonali u l-aħjar prattiki u jipprovdu traduzzjonijiet tal-pubblikazzjonijiet tagħhom bil-lingwi lokali; jitlob li jkun hemm aktar persunal iddedikat biex jaħdem fuq komunikazzjoni strateġika, b'mod partikolari fid-Delegazzjonijiet tal-UE fil-viċinat tal-Lvant u tan-Nofsinhar u l-Balkani tal-Punent;

(ac)

li jiffokaw fuq il-pajjiżi tal-adeżjoni u s-sħab fil-viċinat tal-UE billi jgħinuhom fl-isforzi tagħhom biex jiġġieldu kontra propaganda ostili u attivitajiet ta' diżinformazzjoni u jinkludu esperti minn pajjiżi terzi fil-viċinat tal-UE li huma soġġetti għall-istess theddid, filwaqt li jagħtu prijorità lill-iżvilupp ta' approċċ strateġiku fit-tul u lill-attività ta' sensibilizzazzjoni mmirata lejn pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant b'mod partikolari; li jsaħħu l-kapaċitajiet tad-Delegazzjonijiet tal-UE barra mill-pajjiż u r-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni u l-Uffiċċji ta' Kollegament tal-Parlament Ewropew fl-Istati Membri sabiex tiġi żviluppata l-kapaċità lokali biex tinkixef u tiġi żvelata d-diżinformazzjoni u jiġu kkomunikati b'mod effettiv il-valuri u l-politiki tal-UE u tiġi estiża l-komunikazzjoni bbażata fuq il-kampanji u jiġu amplifikati narrattivi pożittivi fl-istituzzjonijiet tal-UE u fl-Istati Membri; li jikkunsidraw il-proliferazzjoni kurrenti u t-theddid futur tad-diżinformazzjoni li għandhom l-għan li jheddu l-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-pajjiżi kollha tas-Sħubija tal-Lvant fi ħdan il-fruntieri tagħhom rikonoxxuti internazzjonalment; li jagħtu prijorità b'mod partikolari lill-iżvilupp ta' approċċ strateġiku fit-tul u lill-attività ta' sensibilizzazzjoni mmirata lejn il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, filwaqt li jiffokaw fuq l-iskambji interpersonali, u l-ħidma ma' netwerks eżistenti tas-soċjetà ċivili li diġà jirrappreżentaw sors ta' reżiljenza bbażata fil-komunità;

(ad)

li jagħtu prijorità lill-komunikazzjonijiet strateġiċi, u li jwettqu rieżami perjodiku tal-politika tal-UE dwar din il-kwistjoni; li jkomplu bl-appoġġ għall-ħidma tal-Fond Ewropew għad-Demokrazija (EED) favur soluzzjonijiet prattiċi biex tiġi appoġġjata u msaħħa l-midja demokratika, indipendenti u diversa bil-lingwa Russa fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u lil hinn minnhom; li jistiednu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri kollha u lill- pajjiżi bl-istess fehma jinvolvu ruħhom b'mod pożittiv f'dan il-proġett u jappoġġjawh; li jagħtu attenzjoni lil kwalunkwe attur internazzjonali li attwalment iġib ruħu bl-istess mod;

(ae)

li jipproponu lill-Kunsill Ewropew jagħtu prijorità lill-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni u l-propaganda ostili permezz ta' riżorsi u strumenti suffiċjenti sabiex jiġu ssalvagwardjati r-rappurtar oġġettiv u t-tixrid tal-informazzjoni;

(af)

li jikkollegaw liċ-ċentri speċjalizzati nazzjonali u lokali eżistenti, il-mezzi tax-xandir, il-gruppi ta' riflessjoni, l-NGOs u atturi u istituzzjonijiet oħra, partikolarment in-NATO, li jindirizzaw il-gwerra ibrida f'netwerk mifrux mal-UE kollha li jgħin jikkoordina l-azzjonijiet tagħhom u jiġbor is-sejbiet tagħhom; li jassenjaw riżorsi adegwati għal dan l-impenn; jenfasizza li dan in-netwerk għandu jkun miftuħ għal sħab tal-UE bl-istess fehma, li jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom meta kienu fil-mira tad-diżinformazzjoni u l-propaganda ostili u li ġġieldu kontriha; li jiżguraw implimentazzjoni effettiva u rapida tar-rakkomandazzjonijiet UE-NATO dwar il-ġlieda kontra tipi ġodda ta' theddid ibridu, anke fil-livell tal-PSDK, u li jintroduċu s-suġġett tal-ġlieda kontra l-propaganda strateġika fil-kurrikulu tal-Kulleġġ Ewropew ta' Sigurtà u ta' Difiża u n-netwerk tiegħu;

Salvagwardja tal-elezzjonijiet minn propaganda ostili

(ag)

li jikkundannaw bil-qawwa l-interferenza ta' partijiet terzi ta' kwalunkwe tip, inklużi kumpaniji privati, f'elezzjonijiet u referenda, u l-użu malizzjuż ta' bots, algoritmi, intelliġenza artifiċjali, trolls, deep fakes u kontijiet foloz f'kampanji politiċi u li jistiednu lill-Istati Membri affettwati biex b'mod urġenti, iwettqu investigazzjonijiet bir-reqqa dwar dawn il-kampanji ostili; jinsab imħasseb dwar l-iżviluppi reċenti fl-algoritmi tan-netwerks soċjali kbar u r-rwol potenzjalment ta' ħsara tagħhom fl-enfasizzar tal-kontenut li jkun fih informazzjoni falza jew diskors ta' mibegħda; li jisħqu fuq il-kapaċità tas-soċjetajiet demokratiċi indipendenti biex jagħmlu l-għażliet politiċi sovrani tagħhom li huwa fatt leġittimu;

(ah)

li jistiednu lill-Istati Membri u lill-pajjiżi bl-istess fehma jaqsmu d-data dwar kwalunkwe interferenza barranija jew interna fil-proċessi elettorali u jiskambjaw l-aħjar prattiki dwar il-ġlieda kontriha sabiex iżidu r-reżiljenza għal tali interferenza;

(ai)

li jistiednu lill-Istati Membri jiżguraw li l-liġijiet elettorali jqisu t-theddid possibbli li jirriżulta mill-kampanji ta' diżinformazzjoni, iċ-ċiberattakki, iċ-ċiberkriminalità u l-ksur tal-libertà ta' espressjoni meta wieħed jivvota, u jisħaq li dawn il-liġijiet għandhom jiġu emendati b'mod adegwat biex jippermettu lill-Istati Membri jiġġieldu b'mod effettiv u proattiv theddid bħal dan; ifaħħar, f'dan ir-rigward, inizjattivi bħall-Aġenzija Żvediża għal Kontinġenzi Ċivili; li jappoġġjaw lill-pajjiżi assoċjati mal-UE u l-Balkani tal-Punent bl-aħjar prattiki kif ukoll riżorsi umani u teknoloġija biex tiġi żgurata difiża robusta tal-proċessi elettorali tagħhom minn attivitajiet malizzjużi ċibernetiċi, ta' diżinformazzjoni u ta' propaganda li joriġinaw mir-Russja u minn atturi ostili oħrajn;

(aj)

li jistiednu lill-Istati Membri jadattaw ir-regoli elettorali tagħhom dwar il-kampanji online, u jimmonitorjaw u jevalwaw il-karatteristiċi ta' trasparenza fir-rigward tar-reklamar politiku introdott mill-pjattaformi online;

(ak)

li jipproponu leġiżlazzjoni biex tindirizza l-użu tad-data f'kampanji elettorali, wara li ġie żvelat l-użu ħażin tad-data minn Cambridge Analytica fil-kampanja tar-referendum tar-Renju Unit tal-2016, sabiex il-kampanji elettorali futuri jiġu ssalvagwardjati aktar minn influwenzi mhux xierqa;

(al)

li jieħdu kont tal-inizjattivi tal-Kummissjoni Transatlantika dwar l-Integrità Elettorali ta' żewġ partiti, li jlaqqgħu flimkien rappreżentanti mill-oqsma tal-politika, it-teknoloġija, il-midja u n-negozju bil-għan li l-proċess elettorali jkun protett minn interferenza barranija;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, kif ukoll, għal skopijiet ta' informazzjoni, lis-SEAE u lin-NATO, u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tar-Russja.

(1)  ĠU C 224, 27.6.2018, p. 58.

(2)  ĠU C 356, 4.10.2018, p. 130.

(3)  Testi adottati, P8_TA(2018)0483.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/159


P8_TA(2019)0188

Ftehim ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u Monaco, Andorra u San Marino

Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar il-ftehim ta' assoċjazzjoni bejn l-UE u Monaco, Andorra u San Marino (2018/2246(INI))

(2021/C 23/25)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2014/… tat-22 ta' Diċembru 2014 li tawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja, f'isem l-Istati Membri, id-dispożizzjonijiet ta' wieħed jew diversi Ftehim(iet) ta' Assoċjazzjoni mal-Prinċipat ta' Andorra, il-Prinċipat ta' Monaco u r-Repubblika ta' San Marino li jaqgħu fi ħdan il-kompetenzi tal-Istati Membri,

wara li kkunsidra l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u d-Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, li jiddikjara li “l-Unjoni ser tqis is-sitwazzjoni partikolari ta' pajjiżi ta' daqs territorjali żgħir li jżommu magħha relazzjonijiet speċifiċi mill-qrib”,

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2012 bit-titlu “Ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Prinċipalità ta' Andorra, il-Prinċipalità ta' Monaco u r-Repubblika ta' San Marino” (COM(2012)0680),

wara li kkunsidra d-dokument ta' ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni tal-20 ta' Novembru 2012 bit-titolu “Ostakli għall-aċċess minn Andorra, Monaco u San Marino għas-Suq intern tal-UE u l-Kooperazzjoni f'oqsma oħra” (SWD(2012)0388),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni tat-18 ta' Novembru 2013 bit-titlu "Ir-relazzjonijiet tal-UE mal-Prinċipat ta' Andorra, il-Prinċipat ta' Monaco u r-Repubblika ta' San Marino: Opzjonijiet għall-parteċipazzjoni tagħhom fis-Suq Intern (COM(2013)0793),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2018 dwar suq intern estiż omoġenju u r-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi terzi tal-Ewropa tal-Punent,

wara li kkunsidra l-Artikolu 113 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0074/2019),

A.

billi l-Prinċipat ta' Andorra (Andorra), il-Prinċipat ta' Monaco (Monaco) u r-Repubblika ta' San Marino (San Marino) għandhom Storja twila ta' sovranità; billi dejjem kienu fil-qalba tal-istorja Ewropea u għandhom relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali li huma profondi u ilhom għaddejjin żmien twil mal-Istati Membri fil-prossimità immedjata tagħhom u mal-UE b'mod ġenerali; billi s-sħubija tal-UE ma' dawn il-pajjiżi hija msejsa fuq il-ġabra komuni ta' valuri politiċi u kulturali tagħna;

B.

billi Andorra, Monaco u San Marino wrew rieda politika, ekonomika u kulturali Ewropea b'saħħitha u xewqa kbira li jkun hemm relazzjonijiet politiċi, ekonomiċi u kulturali aktar mill-qrib mal-Unjoni Ewropea; billi fl-interess ta' Andorra, Monaco u San Marino, minn naħa, u tal-UE, min-naħa l-oħra, huwa importanti li jkun hemm rispons pożittiv f'waqtu għal din ir-rieda u li tiġi ffaċilitata l-konklużjoni rapida tan-negozjati dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni ġdid, li ser ikun il-qafas ġdid għar-relazzjonijiet bejn l-UE u dawn il-pajjiżi;

C.

billi huwa wkoll fl-interess tal-Istati Membri li tradizzjonalment għandhom rabtiet storiċi, politiċi u ekonomiċi ma' Andorra, Monaco u San Marino sabiex irawmu l-approfondiment u l-ispeċifikazzjoni tar-relazzjonijiet ma' dawn l-istati mal-Unjoni Ewropea b'mod ġenerali; billi għaldaqstant huwa essenzjali li titqies ir-relazzjoni bilaterali speċjali li dawn l-Istati Membri diġà jgawdu ma' Andorra, Monaco u San Marino, b'mod partikolari għall-finijiet ta' ċertezza legali;

D.

billi Andorra, Monaco u San Marino ilhom żmien twil jappoġġaw il-pożizzjoni tal-politika tal-Unjoni Ewropea fin-Nazzjonijiet Uniti;

E.

billi Andorra, Monaco u San Marino huma, b'mod individwali, sħab ekonomiċi rilevanti għall-Istati Membri fil-prossimità immedjata tagħhom u jipprovdu opportunitajiet ta' impjieg għal għadd konsiderevoli ta' ċittadini tal-UE; billi jekk ir-relazzjoni ta' Andorra, Monaco u San Marino mal-UE tkun waħda aktar mill-qrib din tipprovdi lill-partijiet kollha opportunità importanti għal aktar żvilupp ekonomiku li l-effett konsegwenzjali ekonomiku tiegħu jkun pożittiv fuq ir-reġjuni tal-Istati Membri li jinsabu qrib ħafna, inkluż permezz ta' aktar opportunitajiet ta' impjieg u t-titjib tal-ħiliet professjonali internazzjonali;

F.

billi waqt in-negozjati dwar il-ftehim ta' assoċjazzjoni huwa importanti li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' Andorra, Monaco u San Marino bħala stati ta' daqs żgħir skont id-Dikjarazzjoni 3 tal-Artikolu 8 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea; billi huwa għaldaqstant importanti li jiġu rikonoxxuti d-dimensjonijiet territorjali żgħar u l-għadd ta' abitanti ta' Andorra, Monaco u San Marino flimkien mal-implikazzjonijiet rilevanti tagħhom f'termini tal-preservazzjoni tal-adegwatezza ta' aċċess soċjoekonomiku u inklużjoni għaċ-ċittadini ta' dawn l-istati; billi l-aċċess u l-inklużjoni tagħhom huma essenzjali għall-preservazzjoni tal-kultura, it-tradizzjonijiet u l-valuri speċifiċi għat-tliet komunitajiet; billi mingħajr dawn il-mekkaniżmi ta' aċċess u inklużjoni dedikati xi ċittadini jistgħu jsibuha diffiċli biex isibu l-mezzi meħtieġa biex jgħixu fil-pajjiż ta' oriġini tagħhom; billi għaldaqstant huwa essenzjali li tiġi preservata, inkluż permezz ta' dispożizzjonijiet adegwati fil-ftehim ta' assoċjazzjoni, l-għamla politika, soċjoekonomika, kulturali u tal-identità ta' Andorra, Monaco u San Marino u dawn jiġu adattati għar-realtajiet tal-integrazzjoni tal-Unjoni Ewropea;

G.

billi Andorra, Monaco u San Marino kollha għandhom ftehimiet bilaterali li ilhom żmien twil mal-pajjiżi ġirien rispettivi tagħhom, li jindirizzaw kwistjonijiet ta' tħassib reċiproku, iqisu l-ispeċifiċitajiet u s-sensittivitajiet tat-tliet pajjiżi u jirriflettu l-ħtieġa li tiġi preservata il-vijabbiltà ta' dawn l-istati; billi dawn l-ispeċifiċitajiet u s-sensittivitajiet ġew rikonoxxuti mill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa;

H.

billi Andorra, Monaco u San Marino, kollha kemm huma, fittxew li jkun hemm riformi importanti u konverġenza regolatorja mal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tar-regolamentazzjoni tas-settur bankarju u dak finanzjarju;

I.

billi, fil-laqgħa tiegħu tal-4 ta' Diċembru 2018, il-Kunsill iddeċieda li jneħħi lil Andorra u San Marino mill-Anness II għall-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5 ta' Diċembru 2017, sabiex b'hekk jikkonferma li huma konformi mal-impenji kollha pendenti relatati mat-trasparenza, it-tassazzjoni ġusta u l-miżuri kontra l-BEPS (erożjoni tal-bażi u trasferiment tal-profitt); billi Monaco qatt ma kien inkluż f'dan l-anness u l-Kunsill innota li sa mill-5 ta' Diċembru 2017 Monaco kien kompletament konformi ma' dawn l-impenji; billi fil-laqgħat tiegħu ta' April u Lulju 2018, il-Forum Globali tal-OECD dwar it-Trasparenza u l-Iskambju ta' Informazzjoni għal Finijiet ta' Taxxa ddikjara lil Andorra, Monaco u San Marino bħala “konformi” mal-istandard internazzjonali dwar l-iskambju ta' informazzjoni fuq talba;

J.

billi għandhom jiġu mfaħħra r-riformi importanti u l-allinjament progressiv ta' Andorra mal-leġiżlazzjoni tal-UE fir-rigward tar-regolamentazzjoni finanzjarja; billi l-UE u Andorra laħqu ftehim siewi dwar it-tabakk u billi Andorra issa ser ikun jista' jintensifika aktar id-direzzjoni tiegħu lejn ekonomija aktar diversifikata; billi dan il-proċess fit-tul ser jippreżenta sfidi rilevanti, u għalhekk ser ikun hemm bżonn ta' protezzjoni adegwata għall-ħaddiema f'Andorra hekk kif dan jgħaddi lejn ekonomija aktar diversifikata; billi aċċess akbar għas-suq intern ser jappoġġja l-iżvilupp ekonomiku fit-tul u ser joħloq opportunitajiet ekonomiċi u ta' impjiegi ġodda f'Andorra;

K.

billi San Marino bħalissa qiegħed jesperjenza diffikultajiet biex jesporta lejn Stati Membri oħra, minbarra l-Italja, bħala riżultat tad-dokumentazzjoni addizzjonali tal-VAT meħtieġa (T2); billi l-ftehim ta' assoċjazzjoni għandu joffri opportunità ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni madwar l-UE, li jkunu ta' valur prezzjuż għall-esportaturi ta' San Marino; billi l-ftehim ta' assoċjazzjoni għandu jagħti lill-banek ta' Andorra u San Marino aċċess sħiħ għas-sistema tal-passaporti tal-UE għall-banek u l-kumpaniji tas-servizzi finanzjarji;

L.

billi ċ-ċittadini ta' Monaco huma minoranza f'pajjiżhom stess u billi s-swieq tal-akkomodazzjoni u tal-impjiegi huma b'tali mod li l-appoġġ attiv liċ-ċittadini ta' Monaco huwa essenzjali sabiex tiġi ppreservata l-kapaċità tagħhom li jkomplu jgħixu fil-pajjiż; billi d-dispożizzjonijiet dwar aċċess iffaċilitat għall-impjiegi japplikaw b'mod ugwali għaċ-ċittadini ta' Monaco u r-residenti tal-irħula fl-inħawi immedjati ta' Monaco; billi 92 % tal-ħaddiema f'Monaco huma ċittadini tal-UE;

M.

billi l-ftehim ta' assoċjazzjoni mal-UE joffri l-possibbiltà li tiġi żviluppata kooperazzjoni f'oqsma ta' interess komuni u parteċipazzjoni f'uħud mill-politiki orizzontali tal-UE dwar kwistjonijiet bħar-riċerka, l-ambjent u l-edukazzjoni (Erasmus+);

N.

billi l-ftehim ta' assoċjazzjoni ser jirrikjedi l-approvazzjoni tal-Parlament sabiex jidħol fis-seħħ;

1.

Jirrakkomanda li l-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà:

(a)

jieħdu l-opportunità ppreżentata min-negozjati dwar il-ftehim ta' assoċjazzjoni biex jintwera l-valur ta' relazzjonijiet aktar mill-qrib u integrazzjoni mal-UE – b'kunsiderazzjoni tal-opinjoni pubblika kemm f'Andorra, Monaco u San Marino kif ukoll fl-UE – u biex jirriaffermaw aktar l-importanza, fuq perjodu twil, tal-inklużjoni fil-korpi tal-UE u tal-politiki għal dawn il-pajjiżi;

(b)

jevitaw ir-riskju li l-ftehim ta' assoċjazzjoni jiġi rrifjutat ladarba n-negozjati jkunu ġew iffinalizzati u jinvolvu ruħhom f'aktar sforzi sabiex il-membri tal-pubbliku f'Andorra, Monaco u San Marino li jħossuhom aktar vulnerabbli jingħataw informazzjoni dwar il-ftehim ta' assoċjazzjoni u jiġi spjegat lilhom, b'trasparenza sħiħa u f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet tat-tliet stati, l-ambitu, il-merti u n-nuqqasijiet possibbli tal-ftehim, bil-ħsieb li jkun hemm unità politika u l-akbar appoġġ pubbliku possibbli f'kull wieħed mit-tliet stati; jinkoraġġixxu lil Andorra, Monaco u San Marino jagħmlu l-istess, u jappoġġawhom f'dan l-isforz;

(c)

iqisu bis-sħiħ id-dimensjonijiet territorjali żgħar u r-riżorsi amministrattivi limitati, f'termini relattivi, ta' Andorra, Monaco u San Marino u, fil-proċess tan-negozjati, jaġġustaw l-adozzjoni u l-implimentazzjoni meħtieġa tal-acquis communautaire kif xieraq sabiex titnaqqas il-pressjoni baġitarja eċċessiva, li sussegwentement ikollha implikazzjonijiet negattivi fuq l-opinjoni pubblika u r-riżorsi baġitarji disponibbli; jipprovdu assistenza, fejn meħtieġ, lil Andorra, Monaco u San Marino biex tiġi prevista l-kapaċità amministrattiva meħtieġa sabiex tiġi żgurata traspożizzjoni rapida, dinamika u uniformi tal-acquis communautaire;

(d)

jappellaw għall-ħolqien, f'kull wieħed mit-tliet stati, ta' qafas istituzzjonali koerenti, effiċjenti u effikaċi li permezz tiegħu jiġi implimentat il-ftehim ta' assoċjazzjoni sabiex tiġi żgurata t-traspożizzjoni dinamika tal-acquis communautaire mit-tliet pajjiżi u l-applikazzjoni uniformi u l-interpretazzjoni konsistenti tad-dispożizzjonijiet tal-ftehim li għandu jinkludi forum għal konsultazzjoni u mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim;

(e)

jenfasizzaw lil Andorra, Monaco u San Marino l-importanza tal-integrità u tal-omoġeneità ġenerali tas-suq intern u tar-rispett għall-aspetti fundamentali tal-erba' libertajiet kollha tas-suq intern; ifakkar fil-merti u l-benefiċċji ekonomiċi ta' aċċess sħiħ, inkluż għall-prodotti u s-servizzi, għas-suq intern u l-ħtieġa li fi ħdanu jinżammu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni u sisien istituzzjonali b'saħħithom, reżiljenti u effettivi għall-benefiċċju ta' kulħadd;

(f)

jipprovdu appoġġ adegwat tal-UE lil Andorra, Monaco u San Marino fir-rigward tal-kapaċità tagħhom li jadottaw u jimplimentaw bis-sħiħ l-acquis communautaire fuq perjodu fit-tul, inkluż permezz ta' kooperazzjoni istituzzjonali aktar mill-qrib mal-Istati Membri li jinsabu fil-prossimità; jipprovdu aċċess għall-finanzjament tal-UE għal proġetti partikolari u għall-possibbiltà ta' dipendenza fuq korpi amministrattivi eżistenti fl-Istati Membri ddedikati għall-implimentazzjoni tal-acquis communautaire;

(g)

irawmu żieda fil-kapaċità għal adozzjoni u implimentazzjoni adegwati tal-acquis communautaire permezz tas-sekondar ta' uffiċjali mill-amministrazzjonijiet pubbliċi ta' Andorra, Monaco u San Marino fl-istituzzjonijiet u l-korpi rilevanti tal-UE u dawk tal-Istati Membri tagħhom;

(h)

jikkunsidraw – fid-dawl tal-ħtieġa li l-libertà tal-istabbiliment prevista fl-ambitu tal-ftehim ta' assoċjazzjoni tiġi rikonċiljata mad-dispożizzjonijiet nazzjonali f'Andorra, Monaco u San Marino li jfittxu li jżommu l-inklużjoni soċjoekonomika taċ-ċittadini tagħhom – il-possibbiltà ta' derogi temporanji bbażati fuq valutazzjoni tal-ħtiġijiet reali tat-tliet stati, soġġetti għal klawżoli ta' rieżami, marbuta ma' kriterji soċjoekonomiċi speċifiċi għal kull stat fin-negozjati u aġġustati għall-perjodu ta' żmien meħtieġ biex jiżguraw, f'kull stat u permezz ta' approċċ gradwali, kundizzjonijiet ekwivalenti reali ta' kompetizzjoni u kapaċità kompetittiva adegwata għall-ħaddiema u l-kumpaniji; jieħdu nota tal-fatt li d-daqs żgħir ħafna ta' dawn il-pajjiżi huwa jwassal biex l-impatt ta' derogi temporanji negozjati fuq l-acquis communautaire ikun wieħed negliġibbli;

(i)

jieħdu l-opportunità tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni għal aktar kooperazzjoni ma' Andorra, Monaco u San Marino fil-qafas tad-Direttiva (UE) 2015/849 tal-20 ta' Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu (1);

(j)

jaġġustaw ir-rekwiżiti relatati mal-għoti ta' data statistika fi ħdan il-ftehim ta' assoċjazzjoni dwar id-daqs ta' Andorra, Monaco u San Marino;

(k)

jesploraw il-possibbiltà u l-fattibbiltà, fl-istess waqt tan-negozjati dwar il-ftehim ta' assoċjazzjoni, li jiżguraw li Andorra u San Marino jkollhom aċċess għal-likwidità tal-Eurosistema, bil-ħsieb li jrawmu l-kapaċità ta' reżiljenza u l-istabbiltà tas-sistemi nazzjonali tal-banek rispettivi tagħhom f'każ ta' xokk sistemiku intern jew estern, filwaqt li tiġi żgurata sorveljanza adegwata mill-Bank Ċentrali Ewropew; jinkoraġġixxu lil Andorra u Monaco jsiru membri tal-Fond Monetarju Internazzjonali u jingħataw, jekk meħtieġ, assistenza teknika għal dan il-għan; jinkoraġġixxu lil Andorra, Monaco u San Marino jkomplu bl-isforzi tajba tagħhom fir-rigward tal-konverġenza mal-UE fir-rigward tar-regolamentazzjoni finanzjarja, il-governanza fiskali u l-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus;

(l)

javvanzaw in-negozjati dwar il-ftehim ta' assoċjazzjoni ma' Andorra, Monaco u San Marino u jipprovdu lill-partijiet li qegħdin jinnegozjaw l-appoġġ kollu meħtieġ mil-lat istituzzjonali kif ukoll minn dak politiku b'mod f'waqtu, inkluż il-valutazzjonijiet u l-għarfien espert mid-Direttorati Ġenerali kompetenti tal-Kummissjoni, sabiex in-negozjati jkunu jistgħu jitlestew mill-aktar fis possibbli u, fi kwalunkwe każ, fis-sentejn li ġejjin;

(m)

jikkonkludu qabel tmiem il-mandat attwali dikjarazzjoni politiku konġunta ma' Andorra, Monaco u San Marino dwar il-qafas tal-ftehim ta' assoċjazzjoni sabiex jiġi evalwat u preservat il-progress li nkiseb s'issa fin-negozjati sabiex il-Kummissjoni l-ġdida u s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jkunu jistgħu jevalwaw u jibnu fuq dan il-fehim komuni u javvanzaw aktar in-negozjati;

(n)

iqisu n-negozjati dwar il-ftehim ta' assoċjazzjoni bħala opportunità biex jittieħdu miżuri għal investimenti konġunti fl-infrastruttura li hija ta' interess komuni, kif ukoll miżuri li għandhom l-għan li jsaħħu r-riċerka akkademika konġunta bejn Andorra, Monaco, San Marino u l-Istati Membri tal-UE;

2.

Huwa tal-fehma li l-leġiżlatura li jmiss tal-Parlament Ewropew tista' sservi bħala opportunità prezzjuża biex tiġi stabbilita delegazzjoni interparlamentari ġdida dedikata għad-djalogu interparlamentari u l-kooperazzjoni ma' Andorra, Monaco u San Marino; jemmen, barra minn hekk, li l-Parlament għandu jfittex li jkun hemm kooperazzjoni mill-qrib bejn is-servizzi tiegħu u s-servizzi rilevanti tal-Parlamenti ta' Andorra, Monaco u San Marino u jospita b'mod regolari mexxejja żgħażagħ minn dawn it-tliet pajjiżi li huma involuti fil-politika, fil-kummerċ u fis-soċjetà ċivili sabiex tissaħħaħ in-narrattiva pożittiva ta' relazzjoni aktar mill-qrib mal-UE fir-rigward tal-politika, l-ekonomija u l-politiki fil-qafas tan-negozjati dwar il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni; huwa tal-fehma li l-Parlament għandu jrawwem skambji perjodiċi ta' fehmiet mad-delegazzjonijiet parlamentari nazzjonali ta' Andorra, Monaco u San Marino matul in-negozjati; jemmen li għandhom isiru wkoll skambji ta' fehmiet bejn il-Parlament Ewropew u d-delegazzjonijiet parlamentari nazzjonali ta' Andorra, Monaco u San Marino dwar kwistjonijiet trattati mill-Parlament u li jistgħu jkollhom effett dirett fuq l-ekonomija ta' dawn il-pajjiżi, ir-relazzjoni tagħhom mal-UE jew l-effettività tal-ftehim ta' assoċjazzjoni;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Koprinċpijiet, lill-Gvern u lill-Kunsill Ġenerali ta' Andorra, lill-Prinċep, lill-Ministru tal-Istat u lill-Kunsill Nazzjonali ta' Monaco, u lill-Kaptan Reġġenti, lill-Kungress tal-Istat u lill-Gran Kunsill u l-Kunsill Ġenerali ta' San Marino.

(1)  ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 12 ta’ Marzu 2019

21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/164


P8_TA(2019)0135

Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Monika Hohlmeier

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Monika Hohlmeier (2019/2002(IMM))

(2021/C 23/26)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Monika Hohlmeier, imressqa fis-27 ta' Novembru 2018 mill-Uffiċju tal-Prosekutur Ġenerali ta' Cobourg b'rabta ma' proċediment ta' inkjesta preliminari, u mħabbra fis-seduta plenarja fl-14 ta' Jannar 2019,

wara li kkunsidra r-rinunzja ta' Monika Hohlmeier għad-dritt għal smigħ tagħha, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u fil-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 46 tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja,

wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0165/2019),

A.

billi l-Prosekutur Ġenerali ta' Cobourg bagħat talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Monika Hohlmeier, Membru tal-Parlament Ewropew għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, rigward ksur fis-sens tal-Artikolu 142 tal-Kodiċi Kriminali Ġermaniż; b'mod partikolari, il-proċediment jikkonċerna reat ta' ħarba;

B.

billi fl-4 ta' Settembru 2018, madwar it-tlieta ta' filgħaxija, Monika Hohlmeier ippruvat tipparkja l-karozza tagħha f'post ta' parkeġġ f'Lichtenfels (il-Ġermanja); billi l-parti ta' quddiem tal-karozza laqtet il-wara ta' karozza oħra li kienet ipparkjata, u dan ikkawża danni għall-karozza l-oħra li ġew stmati li jammontaw għal madwar EUR 287,84; billi Monika Hohlmeier sussegwentement telqet mis-sit tal-inċident, mingħajr ma għamlet arranġament biex tħallas għad-danni;

C.

billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju nazzjonali, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tal-pajjiż tagħhom;

D.

billi l-Artikolu 46 tal-Liġi Fundamentali tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja jiddisponi li għal att li għalih hija prevista sanzjoni, membru jista' jinżamm responsabbli jew jiġi arrestat biss wara l-awtorizzazzjoni tal-Bundestag, ħlief jekk jinqabad in flagrante delicto jew l-għada tal-ġurnata li fiha ikun wettaq dan l-att;

E.

billi huwa l-Parlament biss li jista' jiddeċiedi li jneħħi jew ma jneħħix l-immunità f'każ partikolari; billi l-Parlament jista' raġonevolment jikkunsidra l-pożizzjoni tal-Membru biex jieħu d-deċiżjoni dwar jekk ineħħix l-immunità tiegħu (2);

F.

billi r-reat allegat la għandu rabta diretta jew evidenti mal-qadi minn Monika Hohlmeier tal-funzjonijiet tagħha ta' Membru tal-Parlament Ewropew, u lanqas ma jikkostitwixxi opinjoni espressa jew vot mixħut fil-qadi tal-funzjonijiet ta' Membru tal-Parlament Ewropew, fis-sens tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

G.

billi fil-każ preżenti, il-Parlament ma setax jikkonstata l-eżistenza ta' fumus persecutionis, jiġifieri suspett fondat u preċiż biżżejjed li l-kawża tressqet bl-intenzjoni li ssir ħsara politika lill-Membru;

1.

Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Monika Hohlmeier;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-awtorità kompetenti tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lil Monika Hohlmeier.

(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.

(2)  Sentenza tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, EU:T:2008:440, punt 28.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/166


P8_TA(2019)0136

Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen (2018/2247(IMM))

(2021/C 23/27)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen, imressqa fil-5 ta' Settembru 2018 mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Franċiża fuq il-bażi ta' talba li saret mill-Prosekutur Ġenerali fil-Qorti tal-Appell ta' Pariġi, u mħabbra fis-seduta plenarja tat-22 ta' Ottubru 2018, b'rabta ma' kawża pendenti quddiem il-Maġistrati Inkwirenti dwar investigazzjoni ġudizzjarja għal raġunijiet ta' reati allegati ta' ksur ta' fiduċja, ħabi ta' ksur ta' fiduċja, frodi minn grupp organizzat, falsifikazzjoni u l-użu ta' dokumenti falsifikati, u xogħol moħbi permezz tal-ħabi ta' impjegati, fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-assistenti parlamentari,

wara li sema' lil Jean-François Jalkh, li kien qed jissostitwixxi lil Jean-Marie Le Pen, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża,

wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0167/2019),

A.

billi l-Maġistrati Inkwirenti fil-Qorti Reġjonali ta' Pariġi talbu t-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Jean-Marie Le Pen sabiex jisimgħuh b'rabta mar-reati allegati;

B.

billi t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Jean-Marie Le Pen hija relatata ma' reati allegati ta' ksur ta' fiduċja, ħabi ta' ksur ta' fiduċja, frodi minn grupp organizzat, falsifikazzjoni u l-użu ta' dokumenti falsifikati, u xogħol moħbi permezz tal-ħabi ta' impjegati, b'rabta mal-kundizzjonijiet tal-impjieg ta' assistenti tal-Membri tal-Parlament Ewropew affiljati mal-Front National;

C.

billi fil-5 ta' Diċembru 2016 inbdiet investigazzjoni ġudizzjarja wara investigazzjoni preliminari mibdija wara denunzja mill-President tal-Parlament Ewropew ta' dak iż-żmien fid-9 ta' Marzu 2015 dwar ċertu numru ta' assistenti parlamentari tal-Membri tal-Parlament Ewropew affiljati mal-Front National;

D.

billi waqt perkwiżizzjoni li saret fil-kwartieri ġenerali tal-Front National fi Frar 2016, ġew issekwestrati għadd ta' dokumenti fl-uffiċċju tat-teżorier tal-Front National, li taw prova tax-xewqa ta' dan il-partit li “inaqqas l-ispejjeż” bis-saħħa tal-ħlas mill-Parlament Ewropew tar-remunerazzjoni ta' impjegati tal-partit abbażi tal-kariga tagħhom ta' assistenti parlamentari;

E.

billi l-organigramma tal-Front National, ippubblikata fi Frar 2015 elenkat biss 15-il- Membru tal-Parlament Ewropew (minn total ta' 23), 21 assistent parlamentari lokali u 5 assistenti parlamentari akkreditati (minn total ta' 54 assistent); billi għadd ta' assistenti parlamentari ddikjaraw li l-post tal-impjieg tagħhom kien il-kwartieri ġenerali tal-Front National f'Nanterre u f'xi każijiet indikaw li kienu impjegati hemm fuq bażi full-time, għad li kienu jirrisjedu bejn 120 u 945 km mill-post tal-impjieg iddikjarat; billi f'dan l-istadju tal-investigazzjoni, irriżulta li 8 assistenti parlamentari ma wettqu kważi l-ebda xogħol ta' assistenza parlamentari jew li wettquh biss bħala parti żgħira ħafna minn dmirijiethom;

F.

billi l-investigazzjonijiet żvelaw ukoll ċirkostanzi li għamluha tidher improbabbli li l-assistenti parlamentari kkonċernati kienu ġenwinament qed iwettqu dmirijiet marbuta mal-Parlament Ewropew, b'mod partikolari:

il-kuntratti ta' impjieg tal-assistenti parlamentari tal-UE mqassma bejn żewġ kuntratti tal-impjieg mal-Front National,

il-kuntratti ta' impjieg tal-assistenti parlamentari tal-UE għall-Parlament Ewropew u għall-Front National fis-seħħ simultanjament;

il-kuntratti ta' impjieg għall-Front National konklużi għal perjodi immedjatament wara perjodi koperti minn kuntratti ta' impjieg tal-assistenti parlamentari tal-UE;

G.

billi l-investigazzjoni żvelat li fil-kariga tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew, Jean-Marie Le Pen impjega assistent parlamentari fl-2011, iżda l-assistent parlamentari inkwistjoni qal lill-investigaturi li kien ħadem fuq il-kampanja elettorali ta' Membru ieħor tal-Parlament Ewropew matul il-perjodu kkonċernat; billi Jean-Marie Le Pen għamel arranġament għall-ħlas tas-salarji tal-assistenti parlamentari lil tliet persuni oħra, minkejja li prattikament ma kienu għamlu l-ebda xogħol f'dik il-kapaċità;

H.

billi l-investigazzjoni żvelat ukoll li bħala President tal-Front National fi żmien ir-reati allegati, Jean-Marie Le Pen stabbilixxa sistema, li nkixfet mill-Parlament Ewropew, ta' użu tal-fondi tal-UE għall-ħlas ta' xi wħud mill-impjegati tal-Front National permezz ta' kuntratti parlamentari ma' persuni li, fir-realtà, jaħdmu mal-partit, bi ksur tar-regoli tal-UE fis-seħħ;

I.

billi l-Maġistrati Inkwirenti jqisu li huwa meħtieġ li jisimgħu lil Jean-Marie Le Pen;

J.

billi Jean-Marie Le Pen irrifjuta li jidher b'reazzjoni għat-taħrikiet notifikati mill-investigaturi fil-21 ta' Ġunju 2018 u għamel l-istess meta ġie notifikat b'taħrika mill-Maġistrati Inkwirenti f'Lulju 2018, u invoka l-immunità parlamentari tiegħu;

K.

billi bil-ħsieb li ssir l-interrogazzjoni ta' Jean-Marie Le Pen b'rabta mal-akkużi miġjuba kontrih, l-awtorità kompetenti ressqet rikors biex l-immunità tiegħu titneħħa;

L.

billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom;

M.

billi l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni Franċiża tiddikjara li “L-ebda Membru tal-Parlament ma għandu jiġi arrestat jew soġġett għal kwalunkwe miżura oħra li tneħħilu l-libertà jew tirristrinġilu dik il-libertà għal delitt kriminali serju jew reat serju ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Assemblea li tagħha jkun membru. Din l-awtorizzazzjoni ma hijiex meħtieġa fil-każ ta' delitt serju jew reat serju ieħor imwettaq in flagrante delicto jew meta kundanna tkun saret definittiva”;

N.

billi ma hemm l-ebda evidenza ta' kwalunkwe motiv biex wieħed jissuspetta fumus persecutionis;

1.

Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Jean-Marie Le Pen;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Franċiża u lil Jean-Marie Le Pen.

(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/168


P8_TA(2019)0137

Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Dominique Bilde

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Dominique Bilde (2018/2267(IMM))

(2021/C 23/28)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Dominique Bilde, imressqa fid-19 ta' Ottubru 2018 mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Franċiża fuq il-bażi ta' talba li saret mill-Prosekutur Ġenerali fil-Qorti tal-Appell ta' Pariġi, u mħabbra fis-seduta plenarja tat-12 ta' Novembru 2018, b'rabta ma' kawża pendenti quddiem il-Maġistrati Inkwirenti dwar inkjesta ġudizzjarja għal motivi tar-reati allegati ta' ksur ta' fiduċja, ħabi ta' ksur ta' fiduċja, frodi minn grupp organizzat, falsifikazzjoni u l-użu ta' dokumenti falsifikati, u xogħol moħbi permezz tal-ħabi ta' impjegati, fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-assistenti parlamentari,

wara li sema' lil Jean-François Jalkh, li kien qed jissostitwixxi lil Dominique Bilde, skont l-Artikolu 9(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

wara li kkunsidra s-sentenzi mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fit-12 ta' Mejju 1964, fl-10 ta' Lulju 1986, fil-15 u l-21 ta' Ottubru 2008, fid-19 ta' Marzu 2010, fis-6 ta' Settembru 2011 u fis-17 ta' Jannar 2013 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Franċiża,

wara li kkunsidra l-Artikoli 5(2), 6(1) u 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0166/2019),

A.

billi l-Maġistrati Inkwirenti fil-Qorti Reġjonali ta' Pariġi talbu t-tneħħija tal-immunità parlamentari ta' Dominique Bilde sabiex jisimgħuha b'rabta mar-reati allegati;

B.

billi t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Dominique Bilde hija relatata ma' reati allegati ta' ksur ta' fiduċja, ħabi ta' ksur ta' fiduċja, frodi minn grupp organizzat, falsifikazzjoni u l-użu ta' dokumenti falsifikati, u xogħol moħbi permezz tal-ħabi ta' impjegati, b'rabta mal-kundizzjonijiet tal-impjieg ta' assistenti tal-Membri tal-Parlament Ewropew affiljati mal-Front National;

C.

billi fil-5 ta' Diċembru 2016 inbdiet investigazzjoni ġudizzjarja wara investigazzjoni preliminari mibdija wara denunzja mill-President tal-Parlament Ewropew ta' dak iż-żmien tad-9 ta' Marzu 2015 dwar ċertu numru ta' assistenti parlamentari tal-Membri tal-Parlament Ewropew affiljati mal-Front National;

D.

billi waqt perkwiżizzjoni li saret fil-kwartieri ġenerali tal-Front National fi Frar 2016, ġew issekwestrati għadd ta' dokumenti fl-uffiċċju tat-teżorier tal-Front National, li taw prova tax-xewqa ta' dan il-partit li “jnaqqas l-ispejjeż” bis-saħħa tal-ħlas mill-Parlament Ewropew tar-remunerazzjoni ta' impjegati tal-partit abbażi tal-kariga tagħhom ta' assistenti parlamentari; billi, f'dan l-istadju tal-investigazzjoni, irriżulta li 8 assistenti parlamentari ma wettqu kważi l-ebda xogħol ta' assistenza parlamentari jew wettquh biss f'proporzjon żgħir ħafna mit-totalità ta' dmirijiethom;

E.

billi rriżulta li l-assistent parlamentari ta' Dominique Bilde mill-1 ta' Ottubru 2014 sal-31 ta' Lulju 2015 kien wieħed mill-assistenti li ma kellu kważi l-ebda xogħol ta' assistenza parlamentari; billi fl-organigramma tal-Front National ippubblikata fi Frar 2015, it-titlu tal-kariga tal-assistent parlamentari ta' Dominique Bilde kien “uffiċjal nazzjonali għall-pjanifikazzjoni” u kien jaħdem fl-Unità tal-Monitoraġġ u l-Pjanifikazzjoni tal-Politika taħt ir-responsabbiltà ta' Membru ieħor tal-Parlament Ewropew; billi l-kuntratt tiegħu bħala assistent parlamentari kien segwit minn żewġ kuntratti oħra relatati mal-attivitajiet tal-Front National għall-perjodu li beda minn Awwissu 2015 sal-31 ta' Diċembru 2016; billi matul il-perjodu kopert mill-kuntratt tiegħu bħala assistent parlamentari, huwa kien wettaq ukoll il-kompiti li ġejjin: Segretarju Ġenerali tal-grupp Collectif Marianne, Segretarju Ġenerali tal-grupp Collectif Mer et Francophonie u kandidat għall-elezzjonijiet dipartimentali f'Marzu 2015 fid-dipartiment ta' Doubs;

F.

billi l-Parlament Ewropew issospenda l-ħlas tal-ispejjeż għall-assistenza parlamentari relatati mal-kuntratt tal-assistent parlamentari ta' Dominique Bilde;

G.

billi l-Maġistrati Inkwirenti jqisu li huwa meħtieġ li jisimgħu lil Dominique Bilde;

H.

billi Dominique Bilde rrifjutat li twieġeb għall-mistoqsijiet tal-investigaturi meta nstemgħet minnhom f'Awwissu 2017 u rrifjutat li tidher quddiem il-Maġistrati Inkwirenti għall-smigħ preparatorju, li kellu jsir fl-24 ta' Novembru 2017, għall-akkuża tagħha ta' abbuż ta' fiduċja, billi invokat l-immunità parlamentari tagħha;

I.

billi bil-ħsieb li ssir l-interrogazzjoni ta' Dominique Bilde b'rabta mal-akkużi miġjuba kontriha, l-awtorità kompetenti ressqet rikors biex l-immunità tagħha titneħħa;

J.

billi, skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, il-Membri tal-Parlament Ewropew igawdu, fit-territorju tal-Istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lill-membri tal-parlament tagħhom;

K.

billi l-Artikolu 26 tal-Kostituzzjoni Franċiża tiddikjara li “L-ebda Membru tal-Parlament ma għandu jiġi arrestat jew soġġett għal kwalunkwe miżura oħra li tneħħilu l-libertà jew tirristrinġilu dik il-libertà għal delitt kriminali serju jew reat serju ieħor mingħajr l-awtorizzazzjoni tal-Assemblea li tagħha jkun membru. Din l-awtorizzazzjoni mhijiex meħtieġa fil-każ ta' delitt serju jew reat serju ieħor imwettaq in flagrante delicto jew meta kundanna tkun saret definittiva”;

L.

billi ma hemm l-ebda evidenza ta' kwalunkwe motiv biex wieħed jissuspetta fumus persecutionis;

1.

Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Dominique Bilde;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni u r-rapport tal-kumitat responsabbli tiegħu lill-Ministru tal-Ġustizzja tar-Repubblika Franċiża u lil Dominique Bilde.

(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta' Mejju 1964, Wagner vs Fohrmann u Krier, 101/63, ECLI:EU:C:1964:28; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-10 ta' Lulju 1986, Wybot vs Faure et., 149/85, ECLI:EU:C:1986:310; sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta' Ottubru 2008, Mote vs il-Parlament, T-345/05, ECLI:EU:T:2008:440; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-21 ta' Ottubru 2008, Marra vs De Gregorio u Clemente, C-200/07 u C-201/07, ECLI:EU:C:2008:579; sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Marzu 2010, Gollnisch vs il-Parlament, T-42/05, ECLI:EU:T:2010:102; sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Settembru 2011, Patriciello, C-163/10, ECLI: EU:C:2011:543; sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta' Jannar 2013, Gollnisch vs il-Parlament, T-346/11 u T-347/11, ECLI:EU:T:2013:23.


L-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2019

21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/170


P8_TA(2019)0164

Proposta għal att legalment vinkolanti li ma jkollhiex maġġoranza fil-kumitat (interpretazzjoni tal-Artikolu 171(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regoli ta' Proċedura)

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar proposta għal att legalment vinkolanti li ma jkollhiex maġġoranza fil-kumitat (interpretazzjoni tal-Artikolu 171 (1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regoli ta' Proċedura) (2019/2011(REG))

(2021/C 23/29)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-ittri tas-7 ta' Marzu 2019 tal-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali,

wara li kkunsidra l-Artikolu 266 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.

Jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 171(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), tar-Regoli ta' Proċedura:

“Jekk il-proposta għal att legalment vinkolanti, emendata jew mhux, ma jkollhiex il-maġġoranza tal-voti mitfugħa fil-kumitat, il-kumitat għandu jipproponi lill-Parlament li l-att jiġi miċħud.”

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif.

III Atti preparatorji

Il-Parlament Ewropew

It-Tlieta 12 ta’ Marzu 2019

21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/171


P8_TA(2019)0138

Proroga tal-Artikolu 159 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sa tmiem id-disa' leġiżlatura

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 li testendi l-Artikolu 159 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sal-aħħar tad-disa' leġiżlatura (2019/2545(RSO))

(2021/C 23/30)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 342 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament Nru 1 tal-Kunsill, tal-15 ta' April 1958, li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (1),

wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 (2) u (UE, Euratom) 2015/2264 (3)

wara li kkunsidra l-Kodiċi ta' Kondotta dwar il-Multilingwiżmu adottat mill-Bureau fis-16 ta' Ġunju 2014,

wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu tas-26 ta' Frar 2014 (4) li testendi l-applikabilità tal-Artikolu 159 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sa tmiem it-tmien leġiżlatura u d-deċiżjonijiet sussegwenti tal-Bureau li jestendu d-deroga mill-Artikolu 158 sal-aħħar ta' din il-leġiżlatura,

wara li kkunsidra l-Artikoli 158 u 159 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi, skont l-Artikolu 158, id-dokumenti kollha tal-Parlament għandhom jitfasslu fil-lingwi uffiċjali, u l-Membri kollha għandhom id-dritt li fil-Parlament jitkellmu bil-lingwa uffiċjali tal-għażla tagħhom, b'interpretazzjoni pprovduta fil-lingwi uffiċjali l-oħra;

B.

billi, skont l-Artikolu 159, huwa permess li jingħataw derogi mill-Artikolu 158 sa tmiem it-tmien leġiżlatura jekk, u wara li, minkejja t-teħid ta' prekawzjonijiet xierqa, il-lingwisti meħtieġa għal lingwa uffiċjali ma jkunux disponibbli fl-għadd meħtieġ; billi, fir-rigward ta' kull lingwa uffiċjali li għaliha deroga hija kkunsidrata meħtieġa, il-Bureau, fuq proposta tas-Segretarju Ġenerali u b'kunsiderazzjoni xierqa għall-arranġamenti speċjali temporanji adottati mill-Kunsill fuq il-bażi tat-Trattati li jikkonċernaw l-abbozzar ta' atti legali, huwa meħtieġ jivverifika jekk il-kundizzjonijiet humiex issoddisfati u jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu kull sitt xhur;

C.

billi r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 u (UE, Euratom) 2015/2264 jipprevedu restrizzjoni gradwali tad-deroga fir-rigward tal-Irlandiż u, fin-nuqqas ta' Regolament ieħor tal-Kunsill li jiddikjara mod ieħor, l-iskadenza ta' dik id-deroga mill-1 ta' Jannar 2022;

D.

billi, minkejja l-prekawzjonijiet kollha xierqa, il-kapaċità tal-Irlandiż u tal-Malti mhijiex mistennija li tkun tali li tippermetti servizz sħiħ ta' interpretazzjoni f'dawk il-lingwi mill-bidu tad-disa' leġiżlatura;

E.

billi, minkejja sforzi istituzzjonali bla heda u kontinwi u progress sinifikanti, in-numru ta' tradutturi għall-Irlandiż għadu mistenni li jkun tant limitat li, sa fejn wieħed jista' jbassar, ma tistax tiġi żgurata kopertura sħiħa ta' dik il-lingwa skont l-Artikolu 158; billi, skont ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 u (UE, Euratom) 2015/2264, numru dejjem jikber ta' atti legali għandu jiġi tradott bl-Irlandiż, li jnaqqas il-possibbiltà li dokumenti parlamentari oħra jiġu tradotti f'dik il-lingwa;

F.

billi l-Artikolu 159(4) jipprevedi li abbażi ta' rakkomandazzjoni motivata mill-Bureau, il-Parlament jista' jiddeċiedi, fl-aħħar tal-leġiżlatura, li jestendi dak l-Artikolu;

G.

billi, fid-dawl tal-informazzjoni ta' hawn fuq, il-Bureau rrakkomanda li l-Artikolu 159 jiġi estiż sal-aħħar tad-disa' leġiżlatura;

1.

Jiddeċiedi li jestendi l-Artikolu 159 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament sal-aħħar tad-disa' leġiżlatura;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' informazzjoni.

(1)  ĠU 17, 6.10.1958, p. 385.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 920/2005 tat-13 ta' Ġunju 2005 li jemenda r-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u li jintroduċi miżuri derogatorji temporanji għal dawk ir-Regolamenti (ĠU L 156, 18.6.2005, p. 3).

(3)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2015/2264 tat-3 ta' Diċembru 2015 li jestendi u li jelimina gradwalment il-miżuri derogatorji temporanji tar-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea u tar-Regolament Nru 1 tal-15 ta' April 1958 li jistabbilixxi r-reġim lingwistiku tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika introdotti mir-Regolament (KE) Nru 920/2005 (ĠU L 322, 8.12.2015, p. 1).

(4)  ĠU C 285, 29.8.2017, p. 164.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/173


P8_TA(2019)0139

Informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija (COM(2018)0279 – C8-0191/2018 – 2018/0140(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/31)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0279),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 91, 100(2) u 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0191/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1),

wara li kkonsulta l-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0060/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 265.


P8_TC1-COD(2018)0140

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adotta fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni ta’ Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 91, l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 192(1) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva (2),

Billi:

(1)

L-effiċjenza tat-trasport tal-merkanzija u tal-loġistika hija vitali għall-kompetittività għat-tkabbir u l-kompetittività tal-ekonomija tal-Unjoni, għall-funzjonament tas-suq intern u għall-koeżjoni soċjali u ekonomika tar-reġjuni kollha tal-Unjoni. [Em. 1]

(1a)

L-iskop ta' dan ir-Regolament huwa li jnaqqas l-ispejjeż tal-ipproċessar tal-informazzjoni dwar it-trasport bejn l-awtoritajiet u l-operaturi ekonomiċi, li jtejjeb il-kapaċitajiet ta' infurzar tal-awtoritajiet u li jħeġġeġ id-diġitalizzazzjoni tat-trasport tal-merkanzija u l-loġistika. [Em. 2]

(2)

Il-moviment tal-merkanzija huwa akkumpanjat minn ammont kbir ta’ informazzjoni li għadha tiġi skambjata f’format stampat, fost in-negozji u bejn in-negozji u l-awtoritajiet pubbliċi. L-użu ta’ dokumenti tal-karta jirrappreżenta piż amministrattiv sinifikanti u spiża addizzjonali għall-operaturi loġistiċi u l-industriji relatati (bħall-kummerċ u l-manifattura), b'mod partikolari għall-SMEs, u għandu impatt negattiv fuq l-ambjent . [Em. 3]

(2a)

Infurzar effettiv u effiċjenti tar-regoli huwa prerekwiżit għal kompetizzjoni ġusta fis-suq intern. Id-diġitalizzazzjoni ulterjuri tal-għodda tal-infurzar hija essenzjali sabiex tiġi liberata l-kapaċità ta' infurzar, jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi żejda fuq l-operaturi internazzjonali tat-trasport u b'mod partikolari l-SMEs, jiġu indirizzati aħjar l-operaturi tat-trasport b'riskju għoli u jiġu identifikati prattiki frawdolenti. Dan l-infurzar diġitali “intelliġenti” jeħtieġ li l-informazzjoni rilevanti kollha ssir mingħajr karti u tkun disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti f'forma elettronika. Għalhekk, fil-futur, l-użu ta' dokumenti dwar it-trasport elettroniċi jenħtieġ li jsir ir-regola. Barra minn hekk, sabiex l-uffiċjali tal-infurzar, inklużi dawk li jwettqu kontrolli fil-ġenb tat-triq, jiġu pprovduti b'ħarsa ġenerali ċara u kompleta tal-operaturi tat-trasport li qed jiġu kkontrollati, dawn jenħtieġ li jkollhom aċċess dirett u fil-ħin reali għall-informazzjoni rilevanti kollha, sabiex ikunu jistgħu jidentifikaw każijiet ta' ksur u anormalitajiet aktar malajr u b'mod aktar effiċjenti. [Em. 4]

(3)

In-nuqqas ta’ qafas legali uniformi fil-livell tal-Unjoni li jirrikjedi li l-awtoritajiet pubbliċi jaċċettaw informazzjoni relevanti dwar it-trasport tal-merkanzija, meħtieġa mil-leġiżlazzjoni, f’forma elettronika, hija r-raġuni ewlenija għan-nuqqas ta’ progress lejn is-simplifikazzjoni u ż-żieda fl-effiċjenza tal-mezzi elettroniċi. In-nuqqas ta’ aċċettazzjoni mill-awtoritajiet pubbliċi tal-informazzjoni f’forma elettronika jaffettwa mhux biss il-faċilità tal-komunikazzjoni bejniethom u mal-operaturi iżda, indirettament, ixekkel ukoll l-iżvilupp ta’ komunikazzjoni elettronika simplifikata bejn negozju u ieħor fl-Unjoni kollha u se jwassal għal żieda fl-ispejjeż amministrattivi, speċjalment għall-SMEs .. [Em. 5]

(4)

Xi oqsma tal-liġi tat-trasport tal-Unjoni jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jaċċettaw informazzjoni diġitalizzata, iżda dan fil-biċċa l-kbira ma jirrigwardax il-leġiżlazzjoni rilevanti kollha tal-Unjoni. Biex jonqsu l-piżijiet amministrattivi u biex il-kontrolli u l-ġlieda kontra l-ksur ikunu iktar effiċjenti, jenħtieġ li jkun dejjem ikun possibbli li jintużaw mezzi elettroniċi biex l-informazzjoni regolatorja dwar it-trasport tal-merkanzija ssir disponibbli għall-awtoritajiet fit-territorju kollu tal-Unjoni u fir-rigward tal-fażijiet rilevanti kollha tal-operazzjonijiet tat-trasport imwettqa fl-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li dik il-possibbiltà tapplika għall-informazzjoni regolatorja kollha, fil-mezzi kollha tat-trasport. L-Istati Membri jenħtieġ li jaċċettaw dokumenti tat-trasport elettroniċi b'mod ġenerali, u jirratifikaw u japplikaw il-protokoll e-CMR mingħajr dewmien. Għalhekk, l-awtoritajiet jenħtieġ li jikkomunikaw b'mod elettroniku mal-operaturi ekonomiċi kkonċernati fir-rigward tal-informazzjoni regolatorja u jagħmlu d-data tagħhom disponibbli b'mod diġitali, f'konformità mal-liġi applikabbli. [Em. 6]

(5)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri għalhekk jenħtieġ li jkunu obbligati jaċċettaw l-informazzjoni disponibbli b’mod elettroniku kull meta l-operaturi ekonomiċi jkunu obbligati jagħmlu l-informazzjoni disponibbli bħala prova tal-konformità mar-rekwiżiti stipulati fl-atti tal-Unjoni adottati skont it-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat jew, minħabba s-similarità tas-sitwazzjonijiet, mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-vjeġġ tal-iskart. L-istess jenħtieġ li japplika fejn il-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru li tittratta kwistjonijiet irregolati mit-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat teħtieġ l-għoti ta’ informazzjoni regolatorja li tkun identika, kompletament jew parzjalment, għall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont tali leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

(5a)

Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u biex ikun hemm aċċess għal kapaċità ta' infurzar li hija skarsa, l-operaturi ekonomiċi jenħtieġ li jkunu meħtieġa jipprovdu informazzjoni regolatorja b'mod elettroniku lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jikkomunikaw b'mod elettroniku mal-operaturi ekonomiċi kkonċernati fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni regolatorja. [Em. 7]

(6)

Peress li dan ir-Regolament huwa maħsub biss biex jiffaċilita u jħeġġeġ l-għoti tal-informazzjoni bejn l-operaturi ekonomiċi u l-korpi amministrattivi , u speċifikament b’mezzi elettroniċi, jenħtieġ li dan ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni jew tal-liġi nazzjonali li jiddeterminaw il-kontenut tal-informazzjoni regolatorja u, b’mod partikolari, jenħtieġ li ma jimponu l-ebda rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja addizzjonali. Filwaqt li Billi dan ir-Regolament huwa maħsub biex jippermetti l-konformità mar-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja permezz ta’ mezzi elettroniċi iżjed milli permezz ta’ dokumenti stampati, jenħtieġ li dan jippermetti l-iżvilupp ta' Pjattaformi Ewropej sabiex ikun hemm skambju u kondiviżjoni faċli tal-informazzjoni. Jenħtieġ li dan ma jaffettwax id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar rekwiżiti li jirrigwardaw id-dokumenti li suppost jintużaw għall-preżentazzjoni strutturata tal-informazzjoni inkwistjoni. Id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar il-vjeġġi ta’ skart li jkun fihom rekwiżiti proċedurali għall-vjeġġi ukoll mistennija li ma jintlaqtux minn dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jkun ukoll mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar l-obbligi ta’ rapportar stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew f’atti ta’ implimentazzjoni jew iddelegati adottati skont it-termini tiegħu. Madankollu, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk hemmx bżonn li d-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tar-rekwiżiti ta' informazzjoni regolatorja dwar it-trasport ta' merkanzija fit-territorju tal-Unjoni jiġu adattati sabiex jittejbu l-kapaċitajiet ta' infurzar tal-awtoritajiet kompetenti. [Em. 8]

(7)

L-użu ta’ mezzi elettroniċi għall-iskambju ta’ informazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jiġi organizzat b’mod li jiżgura s-sigurtà u jirrispetta l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali sensittiva.

(8)

Sabiex l-operaturi jkunu jistgħu jipprovdu informazzjoni rilevanti f’forma elettronika bl-istess mod fl-Istati Membri kollha, jenħtieġ li dawn ikunu jistgħu joqogħdu fuq speċifikazzjonijiet komuni li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni. Dawk l-ispeċifikazzjonijiet jenħtieġ li jiżguraw l-interoperabbiltà tad-data għad-diversi settijiet u sottosettijiet ta’ data li jirrigwardaw l-informazzjoni regolatorja rilevanti, u jiddeterminaw proċeduri komuni u regoli dettaljati għall-aċċess u għall-ipproċessar ta’ dik l-informazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti.

(9)

Fid-definizzjoni ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet, jenħtieġ li jitqiesu b'mod xieraq l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti tal-iskambju tad-data stabbiliti fil-liġi rilevanti tal-Unjoni u fl-istandards Ewropej u internazzjonali rilevanti għall-iskambju multimodali tad-data , inklużi d-dispożizzjonijiet tal-GDPR. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll l-investimenti li jsiru mill-operaturi ekonomiċi għalhekk jenħtieġ li jitqiesu wkoll għalhekk jenħtieġ li jitqiesu wkoll mudelli tad-data ta' data speċifiċi għall-modalità eżistenti, kif ukoll il-prinċipji u r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (4), li jipprovdi approċċ għat-twassil ta' servizzi pubbliċi diġitali Ewropej miftiehma b'mod komuni mill-Istati Membri. Barra minn hekk, l-involviment xieraq tal-partijiet interessati rilevanti kollha huwa importanti fl-iżvilupp u t-tħejjija ta' dawk l-ispeċifikazzjonijiet . Jenħtieġ li tingħata attenzjoni xierqa wkoll biex dawn l-ispeċifikazzjonijiet jibqgħu teknoloġikament newtrali u miftuħa għal teknoloġiji innovattivi. [Em. 9]

(10)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi r-rekwiżiti funzjonali applikabbli għall-pjattaformi bbażati fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni li jistgħu jintużaw minn operaturi ekonomiċi biex jagħmlu disponibbli l-informazzjoni regolatorja dwar it-trasport tal-merkanzija f’format elettroniku (eFTI) lill-awtoritajiet kompetenti (pjattaformi tal-eFTI). Jenħtieġ li jiġu stabbiliti wkoll kondizzjonijiet għal fornituri terzi ta’ servizzi tal-pjattaformi tal-eFTI (fornituri ta’ servizzi tal-pjattaformi tal-eFTI).

(11)

Biex tinbena l-fiduċja kemm tal-awtoritajiet tal-Istati Membri kif ukoll tal-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-konformità tal-pjattaformi tal-eFTI u tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI ma’ dawk ir-rekwiżiti, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jdaħħlu fis-seħħ sistema ta’ ċertifikazzjoni msejsa fuq akkreditazzjoni skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Minħabba l-perjodu ta' implimentazzjoni relattivament twil, il-Kummissjoni jenħtieġ li tivvaluta jekk it-teknoloġiji bħat-teknoloġija tal-blockchain jistgħux jiggarantixxu riżultat simili bħas-sistema ta' ċertifikazzjoni filwaqt li sostanzjalment inaqqsu l-ispejjeż għall-operaturi ekonomiċi u għall-Istati Membri. [Em. 10]

(12)

Sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-obbligu li tiġi aċċettata informazzjoni regolatorja disponibbli f’format elettroniku skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Dawk is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). [Em. 11]

(13)

B’mod partikolari, il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata setgħat ta' implimentazzjoni biex din tistabbilixxi sett u sottosettijiet komuni ta’ data fir-rigward tar-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja rispettivi koperti minn dan ir-Regolament, kif ukoll proċeduri komuni u regoli dettaljati għall-awtoritajiet kompetenti għall-aċċess u għall-ipproċessar ta’ dik l-informazzjoni fejn l-operaturi ekonomiċi inkwistjoni jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli b’mod elettroniku, inklużi regoli dettaljati u speċifikazzjonijiet tekniċi. [Em. 12]

(14)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tingħata s-setgħat ta' implimentazzjoni biex din tistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-pjattaformi tal-eFTI u għall-fornituri tas-servizzi tal-eFTI. [Em. 13]

(15)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa ta’dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni biex:

temenda l-Parti B tal-Anness I, sabiex tinkorpora l-listi ta’ rekwiżiti ta’ informazzjoni regolatorja fil-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri notifikata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament;

temenda l-Parti A tal-Anness I biex tqis kwalunkwe att iddelegat jew ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni li jistabbilixxi rekwiżiti ġodda ta’ informazzjoni regolatorja tal-Unjoni fir-rigward tat-trasport tal-merkanzija;

temenda l-Parti B tal-Anness I biex tinkorpora kwalunkwe dispożizzjoni ġdida tal-leġiżlazzjoni nazzjonali rilevanti li tintroduċi bidliet fir-rekwiżiti regolatorji nazzjonali ta’ informazzjoni, jew li tistabbilixxi rekwiżiti rilevanti ġodda ta’ informazzjoni regolatorja li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament notifikati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skont dan ir-Regolament;

tissupplimenta ċerti aspetti tekniċi ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri fir-rigward tar-regoli taċ-ċertifikazzjoni tal-pjattaformi tal-eFTI u tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI;

jiġu stabbiliti proċeduri komuni, speċifikazzjonijiet tekniċi u regoli dettaljati għall-awtoritajiet kompetenti għall-aċċess u l-ipproċessar tar-rekwiżiti ta' informazzjoni rispettivi koperti minn dan ir-Regolament, kif ukoll regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-rekwiżiti għall-pjattaformi tal-eFTI u għall-fornituri tas-servizzi tal-eFTI. [Em. 14]

(16)

B’mod partikolari huwa importanti li waqt il-ħidma preparatorja, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta’ April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet (7). B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin bħall-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni li jittrattaw it-tħejjija ta’ atti delegati.

(17)

Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri l-iżgurar ta’ approċċ uniformi għall-aċċettazzjoni mill-awtoritajiet tal-Istat Membru tal-informazzjoni dwar it-trasport tal-merkanzija disponibbli b’mod elettroniku, ma jistax jintlaħaq b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’, minħabba l-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli komuni, jintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta ċerti miżuri skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(18)

L-ipproċessar b’mezzi elettroniċi tad-data personali meħtieġa bħala parti mill-informazzjoni regolatorja tat-trasport tal-merkanzija jenħtieġ li jitwettaq skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8).

(19)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tinġabar informazzjoni sabiex tinforma din l-evalwazzjoni, u sabiex il-prestazzjoni tal-leġiżlazzjoni fl-isfond tal-objettivi li din issegwi tiġi evalwata.

(20)

Dan ir-Regolament ma jistax jiġi applikat b’mod effettiv qabel ma jidħlu fis-seħħ l-atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni previsti. Dan ir-Regolament għalhekk jenħtieġ li japplika b’effett minn … [jekk jogħġbok daħħal id-data], sabiex il-Kummissjoni jkollha biżżejjed żmien biex tadotta dawk l-atti.

(20a)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tibda taħdem immedjatament fuq l-atti delegati sabiex tevita aktar dewmien u tiżgura li l-operaturi ekonomiċi u l-Istati Membri jkollhom biżżejjed żmien biex jippreparaw. [Em. 15]

(21)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u ta opinjoni nhar … [jekk jogħġbok daħħal id-data] (10),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I

Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1

Suġġett u kamp tal-applikazzjoni

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi qafas legali għall-komunikazzjoni elettronika ta’ informazzjoni regolatorja relatata mat-trasport tal-merkanzija fit-territorju tal-Unjoni , inkluża l-interoperabbiltà tiegħu . Għal dak l-għan, dan ir-Regolament: [Em. 16]

(a)

jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu meħtieġa jaċċettaw informazzjoni regolatorja meta ssir disponibbli provduta b’mod elettroniku mill-operaturi ekonomiċi involuti; [Em. 17]

(aa)

jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-operaturi ekonomiċi kkonċernati huma meħtieġa jagħmlu disponibbli l-informazzjoni regolatorja b'mod elettroniku għall-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri; [Em. 18]

(ab)

jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri iridu jikkomunikaw b'mod elettroniku mal-operaturi ekonomiċi kkonċernati fir-rigward tal-għoti ta' informazzjoni regolatorja; [Em. 19]

(b)

jistabbilixxi regoli għall-forniment ta’ servizzi relatati mad-disponibbiltà elettronika ta’ informazzjoni regolatorja mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati.

2.   Dan ir-Regolament japplika għar-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja stabbiliti fl-atti tal-Unjoni li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għat-trasport tal-merkanzija fit-territorju tal-Unjoni skont it-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat, jew li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-vjeġġi ta’ skart u r-rekwiżiti ta' informazzjoni regolatorja għat-trasport tal-merkanzija stabbiliti f'konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli fl-Unjoni . Fir-rigward tal-vjeġġi ta’ skart, dan ir-Regolament ma japplikax għal kontrolli mill-uffiċċji doganali, kif previst fid-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Unjoni. Dawk l-atti tal-Unjoni li japplika għalihom dan ir-Regolament u r-rekwiżiti korrispondenti tal-informazzjoni regolatorja jinsabu elenkati fil-Parti A tal-Anness I. [Em. 20]

Dan ir-Regolament japplika wkoll għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni regolatorja stabbiliti fil-liġi tal-Istati Membri li jittrattaw kwistjonijiet irregolati mit-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat u li jirrikjedu l-għoti ta’ informazzjoni li tkun identika, kompletament jew parzjalment, għall-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont ir-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-leġiżlazzjoni nazzjonali u r-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja korrispondenti msemmija fit-tieni subparagrafu għandhom ikunu elenkati fil-Parti B tal-Anness I, skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 2(b).

3.   Mhux aktar tard minn … [sena wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u r-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja korrispondenti msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, fil-Parti B tal-Anness I. L-Istati Membri għandhom ukoll jinnotifikaw lill-Kummissjoni b’kull dispożizzjoni ġdida tal-leġiżlazzjoni nazzjonali sussegwentement adottata, koperta mit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2, li tintroduċi bidliet għal dawk ir-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja jew li tistabbilixxi rekwiżiti rilevanti ġodda ta’ informazzjoni regolatorja, fi żmien xahar mill-adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni.

Artikolu 2

Adattament tal-Anness I

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 13 fir-rigward tal-emendar tal-Annessi I sabiex:

(a)

tinkludi referenza għal kwalunkwe att iddelegat jew ta’ implimentazzjoni adottat mill-Kummissjoni, li jistabbilixxi rekwiżiti regolatorji ġodda tal-informazzjoni fir-rigward tal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw it-trasport tal-merkanzija skont it-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat;

(b)

tinkorpora referenzi għal-leġiżlazzjoni nazzjonali u għar-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja notifikati mill-Istati Membri skont l-Artikolu 1(3);

(ba)

jinkorpora referenzi għal atti legali oħra tal-Unjoni li jirregolaw it-trasport ta' merkanzija, li jistabbilixxu rekwiżiti ta' informazzjoni regolatorja; [Em. 21]

(bb)

jinkorpora referenzi għal konvenzjonijiet internazzjonali applikabbli fl-Unjoni li jistabbilixxu rekwiżiti ta' informazzjoni regolatorja relatati direttament jew indirettament mat-trasport tal-merkanzija. [Em. 22]

Artikolu 3

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“informazzjoni regolatorja” tfisser informazzjoni, kemm jekk ippreżentata bħala dokument u kemm jekk le, relatata mat-trasport tal-merkanzija fit-territorju tal-Unjoni, inkluż permezz ta’ tranżitu, li għandha ssir disponibbli minn operatur ekonomiku kkonċernat skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 1(2) sabiex tagħti prova tal-konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-atti kkonċernati;

(2)

“rekwiżit tal-informazzjoni regolatorja” tfisser rekwiżit biex tiġi provduta informazzjoni regolatorja;

(3)

“informazzjoni elettronika dwar it-trasport tal-merkanzija” (eFTI) tfisser kwalunkwe sett ta’ elementi ta’ data pproċessati fuq pjattaforma elettronika għall-finijiet ta’ skambju ta’ informazzjoni regolatorja bejn l-operaturi ekonomiċi kkonċernati u mal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti;

(4)

“ipproċessar” tfisser kwalunkwe operazzjoni jew sett ta’ operazzjonijiet li jitwettqu fuq eFTI, kemm jekk b’mezzi awtomatizzati u kemm jekk mingħajrhom, bħall-ġbir, ir-reġistrazzjoni, l-organizzazzjoni, l-istrutturar, il-ħażna, l-adattament jew il-bidliet, l-irkupru, il-konsultazzjoni, l-użu, l-iżvelar bi trażmissjoni, it-tixrid jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni b’xi mezz ieħor, l-allinjament jew it-taħlita, ir-restrizzjoni, it-tħassir jew il-qerda;

(5)

“pjattaforma tal-eFTI” tfisser kwalunkwe soluzzjoni bbażata fuq it-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), bħal sistema operattiva, ambjent operattiv jew bażi tad-data, maħsuba biex tintuża għall-ipproċessar tal-eFTI;

(6)

“żviluppatur ta’ pjattaforma tal-eFTI” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li żviluppat jew akkwistat pjattaforma tal-eFTI għal finijiet ta’ pproċessar ta’ informazzjoni regolatorja relatata mal-attività ekonomika tagħha stess, jew biex tqiegħed dik il-pjattaforma fis-suq;

(7)

“servizz tal-eFTI” tfisser servizz li jikkonsisti fl-ipproċessar tal-eFTI permezz ta’ pjattaforma tal-eFTI, waħedha jew flimkien ma’ soluzzjonijiet oħra tal-ICT, inklużi pjattaformi oħra tal-eFTI;

(8)

“fornitur ta’ servizz tal-eFTI” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizz tal-eFTI lil operaturi ekonomiċi kkonċernati abbażi ta’ kuntratt;

(9)

“operatur ekonomiku kkonċernat” tfisser kwalunkwe operatur tat-trasport jew loġistiku, jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra, li tkun responsabbli biex tagħmel disponibbli informazzjoni regolatorja lill-awtoritajiet kompetenti skont ir-rekwiżit tal-informazzjoni regolatorja rilevanti;

(10)

“format li jista’ jinqara mill-bniedem” tfisser mezz ta’ rappreżentazzjoni tad-data f’forma elettronika li jista’ jintuża bħala informazzjoni minn persuna fiżika mingħajr ma teħtieġ aktar proċessar;

(11)

“format li jista’ jinqara mill-magni” tfisser mezz ta’ rappreżentazzjoni tad-data f’forma elettronika li jista’ jintuża għall-ipproċessar awtomatiku permezz ta’ magna;

(12)

“korp ta’ valutazzjoni tal-konformità” tfisser korp ta’ valutazzjoni tal-konformità skont it-tifsira tal-punt 13 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li huwa akkreditat skont dak ir-Regolament biex iwettaq valutazzjoni tal-konformità ta’ pjattaforma tal-eFTI jew ta’ fornitur ta’ servizz tal-eFTI.

Kapitolu II

Informazzjoni Regolatorja Magħmula Disponibbli B’mod Elettroniku

Artikolu 4

Rekwiżiti għal operaturi għall-operaturi ekonomiċi kkonċernati [Em. 23]

1.   Fejn L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom jagħmlu disponibbli informazzjoni regolatorja b’mod elettroniku, għandhom jagħmlu dan abbażi ta’ data pproċessata fi pjattaforma ċertifikata tal-eFTI , bi qbil mal-Artikolu 8, u, jekk applikabbli, minn fornitur tas-servizzi tal-eFTI ċċertifikatt , bi qbil mal-Artikolu 9 . L-informazzjoni regolatorja għandha ssir disponibbli f’format li jista’ jinqara mill-magni u, fuq talba tal-awtorità kompetenti, f’format li jista’ jinqara mill-bniedem. [Em. 24]

L-informazzjoni f’format li jista’ jinqara mill-magni għandha ssir disponibbli permezz ta’ konnessjoni awtentikata , interoperabbli u sigura mas-sors tad-data ta’ pjattaforma tal-eFTI. L-operaturi ekonomiċi kkonċernati għandhom jikkomunikaw l-indirizz tal-Internet li permezz tiegħu tista’ tiġi aċċessata l-informazzjoni, flimkien ma’ kwalunkwe element ieħor li jkun meħtieġ biex l-awtorità kompetenti tkun tista’ tidentifika b’mod uniku l-informazzjoni regolatorja. [Em. 25]

L-informazzjoni f’format li jista’ jinqara mill-bniedem għandha ssir disponibbli fuq il-post, fuq l-iskrin ta’ apparat elettroniku li jkun proprjetà tal-operatur ekonomiku kkonċernat jew tal-awtoritajiet kompetenti.

2.   L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri sabiex l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikunu jistgħu jipproċessaw informazzjoni regolatorja magħmula disponibbli mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati f’format li jista’ jinqara mill-magni skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, f’konformità mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7.

Artikolu 5

Aċċettazzjoni u għoti ta' informazzjoni regolatorja mill-awtoritajiet kompetenti [Em. 26]

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jaċċettaw informazzjoni regolatorja magħmula disponibbli b’mod elettroniku mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati skont l-Artikolu 4.

L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkomunikaw elettronikament mal-operaturi ekonomiċi kkonċernati dwar l-informazzjoni regolatorja. [Em. 27]

Artikolu 6

Informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali

L-awtoritajiet kompetenti, il-fornituri tas-servizzi tal-eFTI u l-operaturi ekonomiċi inkwistjoni għandhom jieħdu miżuri biex jiżguraw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni kummerċjali pproċessata u skambjata f’konformità ma’ dan ir-Regolament.

Artikolu 7

Sett ta’ data tal-eFTI, proċeduri u regoli għall-aċċess komuni

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi dawn li ġejjin permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni s-setgħa li tadotta atti delegati bi qbil mal-Artikolu 13, sabiex tistabbilixxi dan li ġej : [Em. 28]

(a)

sett u sottosettijiet komuni ta’ data tal-eFTI fir-rigward tar-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja rispettivi, inklużi definizzjonijiet korrispondenti għal kull element ta’ data inkluż fis-sett u s-sottosettijiet tad-data komuni;

(b)

proċeduri komuni u regoli dettaljati, inklużi speċifikazzjonijiet tekniċi komuni, għall-aċċess mill-awtoritajiet kompetenti għall-pjattaformi tal-eFTI, inklużi proċeduri għall-ipproċessar tal-informazzjoni regolatorja disponibbli b’mod elettroniku mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati.

(ba)

proċeduri komuni u regoli dettaljati għall-validazzjoni tal-identità ta' kwalunkwe persuna fiżika jew entità ġuridika li toħroġ dikjarazzjonijiet legalment vinkolanti hawn taħt. [Em. 29]

Mudelli ta' data u settijiet ta' data eżistenti u standardizzati identifikati f'konvenzjonijiet internazzjonali li huma applikabbli fl-Unjoni għandhom jintużaw bħala referenza għad-definizzjoni ta' dawn id-data, proċeduri u regoli ta' aċċess komuni tal-eFTI. [Em. 30]

Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2). [Em. 31]

Kapitolu III

Pjattaformi u Servizzi tal-EFTI

Sezzjoni 1

Rekwiżiti għall-Pjattaformi u għas-Servizzi tal-EFTI

Artikolu 8

Rekwiżiti funzjonali għall-pjattaformi tal-eFTI

1.    Il-pjattaformi tal-eFTI għandhom ikunu rregolati mill-prinċipji ġenerali tan-newtralità teknoloġika kif ukoll l-interoperabbiltà. Il-pjattaformi tal-eFTI użati għall-ipproċessar tal-informazzjoni regolatorja għandhom jipprovdu funzjonalitajiet li jiżguraw li: [Em. 32]

(a)

id-data personali tkun tista’ trid tiġi pproċessata f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679; [Em. 33]

(b)

id-data kummerċjali tkun tista’ trid tiġi pproċessata f’konformità mal-Artikolu 6; [Em. 34]

(ba)

li l-pjattaformi tal-eFTI u d-data li tinsab fihom ikunu interoperabbli; [Em. 35]

(c)

tkun tista’ tiġi stabbilita konnessjoni unika ta’ identifikazzjoni elettronika bejn id-data pproċessata u d-dispaċċ fiżiku ta’ sett determinat ta’ oġġetti li magħhom tkun relatata dik id-data, mill-oriġini sad-destinazzjoni, taħt it-termini ta’ kuntratt ta’ trasport uniku, irrispettivament mill-kwantità jew mill-għadd nota ta’ kontenituri, pakketti, jew biċċiet kunsinna ; [Em. 36]

(d)

id-data tkun tista’ tiġi pproċessata biss abbażi ta’ aċċess awtorizzat u awtentikat;

(e)

l-operazzjonijiet kollha ta’ pproċessar jiġu rreġistrati kif xieraq sabiex jippermettu, bħala minimu, l-identifikazzjoni ta’ kull operazzjoni distinta, il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun wettqet l-operazzjoni u s-sekwenzar tal-operazzjonijiet fuq kull element individwali tad-data; jekk operazzjoni tkun tinvolvi l-modifika jew it-tħassir ta’ element ta’ data eżistenti, l-element tad-data oriġinali għandu jiġi ppreservat;

(ea)

L-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess immedjat għall-informazzjoni rilevanti kollha, kif previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni, sabiex jiżguraw l-ordni pubblika u l-konformità mal-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw it-trasport tal-merkanzija skont it-Titolu VI tal-Parti Tlieta tat-Trattat;

(f)

id-data tkun tista’ tiġi arkivjata u tibqa’ aċċessibbli għal perjodu xieraq ta’ żmien, skont ir-rekwiżiti rilevanti tal-informazzjoni regolatorja;

(g)

id-data tkun protetta kontra l-korruzzjoni u s-serq;

(h)

l-elementi ta’ data pproċessati jkunu jikkorrispondu mas-sett u mas-sottosettijiet komuni ta’ data tal-eFT, u jkunu jistgħu jiġu pproċessati fi kwalunkwe waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni jew ko-uffiċjal fi Stat Membru . [Em. 38]

1a.     Għandu jkun hemm format standardizzat tal-eFTI li jinkludi r-rekwiżiti kollha ta' informazzjoni regolatorja elenkati fil-parti A tal-Anness 1 u r-rekwiżiti ta' informazzjoni regolatorja kollha elenkati fil-parti B tal-Anness 1 skont taqsima ddeżinjata u distinta tal-format tal-eFTI elenkat mill-Istati Membri. [Em. 39]

2.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli atti delegati skont l-Artikolu 13 sabiex tistabbilixxi regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2). [Em. 40]

Artikolu 9

Rekwiżiti għall-fornituri tas-servizzi tal-eFTI

1.   Il-fornituri ta’ servizzi tal-eFTI għandhom jiżguraw li:

(a)

id-data tiġi pproċessata biss minn utenti awtorizzati u skont ir-rwol tal-utent u d-drittijiet tal-ipproċessar iddefiniti b’mod ċar fi ħdan il-pjattaforma tal-eFTI, f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-informazzjoni regolatorja;

(aa)

id-data hija interoperabbli; [Em. 41]

(b)

id-data tkun maħżuna u aċċessibbli tul perjodu xieraq ta’ żmien għal erba' sni , f’konformità mar-rekwiżiti rilevanti tal-informazzjoni regolatorja; [Em. 42]

(c)

l-awtoritajiet ikollhom kompetenti jkollhom aċċess immedjat għal informazzjoni regolatorja li tirrigwarda operazzjoni tat-trasport tal-merkanzija pproċessata permezz tal-pjattaformi tal-eFTI tagħhom, meta dan l-aċċess jingħata lill-awtoritajiet kompetenti minn operatur ekonomiku kkonċernat; [Em. 43]

(d)

id-data tkun żgurata b’mod xieraq, inkluż kontra pproċessar mhux awtorizzat jew illegali u kontra telf aċċidentali, qerda jew ħsara.

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, ir-regoli dettaljati dwar ir-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(2). [Em. 44]

Sezzjoni 3

Ċertifikazzjoni

Artikolu 10

Il-Korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità

1.   Il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom ikunu akkreditati skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 għall-finijiet tat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni tal-pjattaformi u tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI kif stabbilit fl-Artikoli 11 u 12 ta’ dan ir-Regolament.

2.   Għall-finijiet tal-akkreditazzjoni, korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness II.

3.   L-Istati Membri għandhom iżommu lista aġġornata tal-korpi akkreditati tal-valutazzjoni tal-konformità, u tal-pjattaformi tal-eFTI u tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI ċċertifikati minn dawk il-korpi f’konformità mal-Artikoli 11 u 12. Dawn għandhom jagħmlu dik il-lista disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit uffiċjali tal-internet tal-gvern. Il-lista għandha tiġi aġġornata b’mod regolari mingħajr dewmien kull darba li ssir bidla fl-informazzjoni li jkun fiha , u mhux aktar tard mill-31 ta’ Marzu Mejju ta’ kull sena. [Em. 45]

4.   Sal-31 ta’ Marzu Mejju kull sena, l-Istati Membri għandhom jissottomettu l-listi msemmija fil-paragrafu 3 lill-Kummissjoni, flimkien mal-indirizz tas-sit elettroniku fejn dawk il-listi jkunu ġew ippubblikati. Il-Kummissjoni għandha tippubblika ħolqa għal dawk l-indirizzi fuq is-sit elettroniku uffiċjali tagħha. [Em. 46]

Artikolu 11

Ċertifikazzjoni tal-pjattaformi tal-eFTI

1.   Fuq talba minn żviluppatur ta’ pjattaforma tal-eFTI, il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jivvalutaw il-konformità tal-pjattaforma tal-eFTI mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 8(1). Jekk il-valutazzjoni tkun pożittiva, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ konformità. Jekk il-valutazzjoni tkun negattiva, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jinforma lill-applikant għaliex il-pjattaforma ma tkunx konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti.

1a.     Iċ-ċertifikazzjoni għandha titwettaq b'mod indipendenti sabiex jiġu evitati distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Il-konformità għandha tiġi żgurata ma' pjattaformi standardizzati eżistenti identifikati f'konvenzjonijiet internazzjonali li huma applikabbli fl-Unjoni. [Em. 47]

1b.     Sistemi tal-IT eżistenti, li bħalissa qed jintużaw mill-operaturi ekonomiċi fis-settur tat-trasport biex jipprovdu informazzjoni regolatorja u li jissodisfaw ir-rekwiżiti funzjonali stabbiliti fl-Artikolu 8(1), għandhom jiġu ċertifikati bħala pjattaformi eFTI. [Em. 48]

2.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom iżommu lista aġġornata tal-pjattaformi tal-eFTI ċċertifikati u ta’ dawk li jkunu rċevew valutazzjoni negattiva. Il-lista aġġornata għandha tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kull darba li jinħareġ ċertifikat jew valutazzjoni negattiva.

3.   L-informazzjoni li ssir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti permezz ta’ pjattaforma tal-eFTI ċċertifikata għandha tkun akkumpanjata minn marka ta’ ċertifikazzjoni.

4.   L-iżviluppatur tal-pjattaforma tal-eFTI għandu japplika għal valutazzjoni mill-ġdid taċ-ċertifikazzjoni tiegħu jekk l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi adottati fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(2) jiġu riveduti.

5.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 13 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni, bl-użu tal-marka ta’ ċertifikazzjoni u t-tiġdid taċ-ċertifikazzjoni tal-pjattaformi tal-eFTI.

Artikolu 12

Ċertifikazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI

1.   Fuq talba minn fornitur ta’ servizz tal-eFTI, il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità għandhom jivvalutaw il-konformità tas-servizz tal-eFTI mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 9(1). Jekk il-valutazzjoni tkun pożittiva, għandu jinħareġ ċertifikat ta’ konformità. Jekk il-valutazzjoni tkun negattiva, il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jinforma lill-applikant għaliex il-fornitur ma jkunx konformi ma’ dawk ir-rekwiżiti.

2.   Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom iżommu lista aġġornata tal-fornituri tal-eFTI ċċertifikati u ta’ dawk li jkunu rċevew valutazzjoni negattiva. Il-lista aġġornata għandha ssir disponibbli lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati kull darba li jinħareġ ċertifikat jew valutazzjoni negattiva.

3.   Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 13 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’regoli dwar iċ-ċertifikazzjoni tal-fornituri tas-servizzi tal-eFTI.

Kapitolu IV

Delega tas-Setgħa u Dispożizzjonijiet ta’ Implimentazzjoni

Artikolu 13

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta att delegat soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 2, fl-Artikolu 7 , fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 9(2), fl-Artikolu 11(5) u fl-Artikolu 12(3) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament]. [Em. 49]

3.   Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 2, fl-Artikolu  7, fl-Artikolu 8(2), fl-Artikolu 9(2), fl-Artikolu 11(5) u fl-Artikolu 12(3) tista’ tiġi revokata f’kull ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fih. M’għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat diġà fis-seħħ. [Em. 50]

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti nnominati Atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 2 għandhom japplikaw minn kull Stat Membru f’konformità mal-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. sena wara d-dħul fis-seħħ tagħhom . [Em. 51]

4a.     Qabel ma tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tiżgura l-konsultazzjoni mal-partijiet interessati kkonċernati u l-korpi rappreżentattivi tagħhom fil-fora xierqa, jiġifieri permezz tal-grupp ta' esperti stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018)5921 tat-13.09.2018 (“Forum dwar it-Trasport Diġitali u l-Loġistika”). [Em. 52]

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwaru.

6.   L-att delegat adottat skont l-Artikoli 2, l-Artikolu 10(5) u l-Artikolu 11(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 14

Il-proċedura tal-kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011. [Em. 53]

Kapitolu V

Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 15

Reviżjoni

1.   Mhux iktar tard minn … [ħames snin tliet snin mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ dan ir-Regolament u tippreżenta rapport dwar is-sejbiet prinċipali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Din l-evalwazzjoni għandha b'mod partikolari teżamina l-possibbiltà li l-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament jiġi estiż għal ċerta informazzjoni bejn in-negozji li hija meħtieġa biex tagħti prova tal-konformità mar-rekwiżiti rilevanti fl-atti legali tal-Unjoni li jirregolaw it-trasport tal-merkanzija skont it-Titolu VI tal-Parti Tlieta tat-Trattat. [Em. 54]

2.   L-Istati Membri għandhom jgħaddu lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-Rapport.

Artikolu 16

Monitoraġġ

L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni kull sentejn u għall-ewwel darba sa mhux aktar tard minn … [sentejn mid-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]:

1.

l-għadd ta’ awtoritajiet kompetenti li jkunu implimentaw miżuri biex jaċċessaw u jipproċessaw l-informazzjoni magħmula disponibbli mill-operaturi ekonomiċi kkonċernati f’konformità mal-Artikolu 4(2);

2.

l-għadd ta’ operaturi ekonomiċi kkonċernati li għamlu disponibbli informazzjoni regolatorja lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru f’konformità mal-Artikolu 4(1), skont il-mezz tat-trasport.

L-informazzjoni għandha tingħata għal kull sena koperta mill-perjodu tar-rapportar.

Artikolu 17

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn[Uffiċċju tal-Pubblikazzjoni daħħal erba’ snin … [tliet snin mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament ]. [Em. 55]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 265.

(2)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2019.

(3)  Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1).

(4)  Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà – Strateġija ta' Implimentazzjoni, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, (COM(2017)0134).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 li jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-akkreditament u għas-sorveljanza tas-suq relatati mal-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 339/93 (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 30).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13)

(7)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1

(8)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(9)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(10)  ĠU C ….

ANNESS I

INFORMAZZJONI REGOLATORJA LI TAQA’ FIL-KAMP TA’ APPLIKAZZJONI TA’ DAN IR-REGOLAMENT

Rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni

It-tabella ta’ hawn taħt tinkludi r-rekwiżiti tal-informazzjoni regolatorja stabbiliti fl-atti tal-Unjoni li jistabbilixxu l-kondizzjonijiet għat-trasport tal-merkanzija fit-territorju tal-Unjoni skont it-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat kif ukoll il-kondizzjonijiet għall-vjeġġi ta’ skart.

Leġiżlazzjoni tal-UE

Oġġett ta’ informazzjoni

Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 11 dwar it-tneħħija tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport

ĠU 052 (16.08.1960, p. 1121–1126)

Id-Direttiva 92/106/KEE dwar it-twaqqif ta’ regoli komuni għal ċerti tipi ta’ trasport ikkombinat tal-merkanzija bejn l-Istati Membri

ĠU L 368 (17.12.1992, p. 38–42)

[Proposta COM(2017) 648 final – 2017/0290 (COD) li temenda d-Direttiva 92/106/KEE]

Regolament (KE) Nru 1072/2009 dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tat-trasport bit-triq tal-merkanzija

ĠU L 300/72 (14.11.2009, p. 72-87)

[Proposta COM(2017) 0281 final – 2017/0123 (COD) li temenda r-Regolament (KE) Nru 1071/2009 u r-Regolament (KE) Nru 1072/2009]

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/1998 li jistipula miżuri dettaljati għall-implimentazzjoni tal-istandards bażiċi komuni dwar is-sigurtà tal-avjazzjoni

ĠU L 299/1 (14.11.2015, p. 1-142)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/68/KE dwar it-trasport intern ta' oġġetti perikolużi

ĠU L 260, (30.9.2008, p. 13-59)

Referenzi għall-ADR, l-RID, l-ADN  (1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1013/2006 dwar vjeġġi ta’ skart

(ĠU L 190, 12.7.2006, p. 1-98)

L-isem u l-indirizz tal-konsenjatur

Artikolu 6.1

Artikolu 3 (referenza għall-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 11)

 

 

 

 

 

 

In-natura u l-piż tal-merkanzija

Artikolu 6.1

Artikolu 3 (referenza għall-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 11)

 

 

 

 

 

 

Il-post u d-data tal-aċċettazzjoni tal-merkanzija għat-trasport

Artikolu 6.1

Artikolu 3 (referenza għall-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 11)

 

 

 

 

 

 

Il-post li fih il-merkanzija għandha tiġi kkonsenjata

Artikolu 6.1

Artikolu 3 (referenza għall-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 11)

 

 

 

 

 

 

Ir-rotta li għandha tittieħed, jew id-distanza li għandha tiġi vjaġġata, jekk dawn il-fatturi jiġġustifikaw rata differenti minn dik applikabbli normalment

Artikolu 6.1

Artikolu 3 (referenza għall-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 11)

 

 

 

 

 

 

Il-punti tal-qsim tal-fruntiera, fejn xieraq

Artikolu 6.1

Artikolu 3 (referenza għall-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 11 tas-27 ta’ Ġunju 1960)

 

 

 

 

 

 

L-istazzjonijiet ferrovjarji tat-tagħbija u tal-ħatt

 

Artikolu 3

 

 

 

 

 

 

Portijiet tal-passaġġi fuq l-ilma intern tat-tagħbija u tal-ħatt

 

Artikolu 3

 

 

 

 

 

 

Portijiet marittimi tat-tagħbija u tal-ħatt

 

Artikolu 3

 

 

 

 

 

 

Timbru mwaħħal mill-awtoritajiet tal-ferrovija jew tal-port fl-istazzjonijiet ferrovjarji jew fil-portijiet tal-passaġġi tal-ilma intern jew tal-baħar ikkonċernati meta dik il-parti tal-vjaġġ imwettqa bil-ferrovija jew fuq passaġġi fuq l-ilma interni jew bil-baħar tkun tlestiet

 

Artikolu 3

 

 

 

 

 

 

[L-isem, l-indirizz, id-dettalji tal-kuntatt u l-firma tal-ispeditur]

 

 

[Artikolu 3.2(a) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]

 

 

 

 

 

[Il-post u d-data meta jibdew l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni]

 

 

[Artikolu 3.2(b) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]

 

 

 

 

 

[L-isem, l-indirizz u d-dettalji tal-kuntatt tal-konsenjatarju]

 

 

[Artikolu 3.2(c) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]

 

 

 

 

 

[Il-post u d-data meta jintemmu l-operazzjonijiet tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni]

 

 

[Artikolu 3.2(d) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]

 

 

 

 

 

[Id-distanza f’linja dritta bejn il-post fejn tibda l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat u l-post fejn tintemm l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat fl-Unjoni]

 

 

[Artikolu 3.2(e) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]

 

 

 

 

 

[Deskrizzjoni, iffirmata mill-ispeditur, tar-rotta tal-operazzjoni tat-trasport ikkombinat li tinkludi tal-anqas id-dettalji li ġejjin għal kull parti, inkluż għal kull mezz ta’ trasport li jikkostitwixxi r-rotta mhux bit-triq, tal-operazzjoni fi ħdan l-Unjoni:

(i)

l-ordni tal-partijiet (jiġifieri l-ewwel parti, il-parti mhux bit-triq jew il-parti finali);

(ii)

l-isem, l-indirizz, u d-dettalji tal-kuntatt tat-trasportatur;

(iii)

il-mezz ta’ trasport u l-ordni tiegħu fl-operazzjoni.]

 

 

[Artikolu 3.2(f) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]

 

 

 

 

 

[L-identifikazzjoni tal-unità tat-tagħbija intermodali trasportata]

 

 

[Artikolu 3.2(g) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]

 

 

 

 

 

[Għall-parti inizjali tat-trasport bit-triq:

(i)

il-post tat-trasbord għall-parti mhux bit-triq;

(ii)

id-distanza tal-parti tat-trasport inizjali bit-triq f’linja dritta bejn il-post tad-dispaċċ u l-ewwel terminal tat-trasbord;

(iii)

jekk il-parti inizjali tal-parti bit-triq tkun tlestiet, firma tat-trasportatur li tikkonferma li l-operazzjoni tat-trasport tal-parti bit-triq tkun twettqet]

 

 

[Artikolu 3.2(h) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]

 

 

 

 

 

[Għall-parti finali tat-trasport bit-triq:

(i)

il-post fejn il-merkanzija tittieħed mill-parti mhux bit-triq (ferrovija, passaġġi fuq l-ilma interni jew trasport marittimu);

(ii)

id-distanza tal-parti finali tat-trasport bit-triq f’linja dritta bejn il-post tat-trasbord u l-post fejn l-operazzjoni tat-trasport ikkombinat tintemm fl-Unjoni);]

 

 

[Artikolu 3.2(i) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]

 

 

 

 

 

[Għall-parti mhux bit-triq:

(i)

jekk il-parti mhux bit-triq tkun tlestiet, firma tat-trasportatur (jew trasportaturi fil-każ ta’ żewġ operazzjonijiet mhux bit-triq jew iktar matul il-parti mhux bit-triq) li tikkonferma li l-operazzjoni tat-trasport tal-parti mhux bit-triq tkun twettqet;

(ii)

meta disponibbli, firma jew siġill tal-awtoritajiet tal-ferrovija jew tal-port rilevanti fit-terminals rilevanti (stazzjon tal-ferrovija jew port) ikkonċernati tul il-parti tal-operazzjoni mhux bit-triq li tikkonferma li l-parti rilevanti tal-parti mhux bit-triq tkun tlestiet.]

 

 

[Artikolu 3.2(j) (li jissostitwixxi l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/106/KEE)]

 

 

 

 

 

L-isem, l-indirizz u l-firma tal-ispeditur

 

 

 

Artikolu 8.3(a)

[Artikolu 8.3(a) (ebda bidla proposta)]

 

 

 

L-isem, l-indirizz u l-firma tal-ispeditur

 

 

 

Artikolu 8.3(b)

[Artikolu 8.3(b) (ebda bidla proposta)]

 

 

 

L-isem u l-indirizz tad-destinatarju kif ukoll il-firma u d-data tal-konsenja ladarba l-merkanzija tkun waslet

 

 

 

Artikolu 8.3(c)

[Artikolu 8.3(c) (ebda bidla proposta)]

 

 

 

Il-post u d-data tat-teħid tal-merkanzija u l-post allokat għat-twassil

 

 

 

Artikolu 8.3(d)

[Artikolu 8.3(d) (ebda bidla proposta)]

 

 

 

Id-deskrizzjoni użata s-soltu dwar in-natura tal-merkanzija u l-metodu tal-imballaġġ, u, fil-każ ta’ merkanzija perikoluża, id-deskrizzjoni ġeneralment rikonoxxuta tagħhom kif ukoll l-għadd ta’ pakketti u l-marki speċjali u n-numri tagħhom;

 

 

 

Artikolu 8.3(e)

[Artikolu 8.3(e) (ebda bidla proposta)]

 

 

 

Il-massa grossa tal-merkanzija jew il-kwantità tiegħu espressa mod ieħor

 

 

 

Artikolu 8.3(f)

[Artikolu 8.3(f) (ebda bidla proposta)]

 

 

 

Il-pjanċi tan-numru tal-vettura bil-mutur u tat-trejler

 

 

 

Artikolu 8.3(g)

[Artikolu 8.3(g) (ebda bidla proposta)]

 

 

 

L-identifikatur alfanumeriku uniku tal-aġent regolat kif ikun wasal mingħand l-awtorità xierqa

 

 

 

 

 

Anness 6.3.2.6(a)

 

 

L-identifikatur uniku tal-konsenja, bħalma huwa n-numru tal-polza tal-vjaġġ bl-ajru (house jew master)

 

 

 

 

 

Anness 6.3.2.6(b)

 

 

Il-kontenut tal-konsenja (**)

 

 

 

 

 

Anness 6.3.2.6(c)

 

 

L-istatus tas-sigurtà tal-konsenja, li jindika:

“SPX”, li tfisser sigur għall-ajruplani tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha, jew

“SCO”, li tfisser sigur għall-ajruplani tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha biss, jew

“SHR”, li tfisser sigur għall-ajruplani tal-passiġġieri, tal-merkanzija kollha u tal-posta kollha skont ir-rekwiżiti dwar ir-riskju għoli

 

 

 

 

 

Anness 6.3.2.6(d)

 

 

Ir-raġuni li għaliha jkun inħareġ l-istatus tas-sigurtà, li jindika:

“KC”, li tfisser riċevut minn konsenjatur magħruf, jew

“AC”, li tfisser riċevut minn konsenjatur in konto, jew

“RA”, li tfisser magħżul minn aġent regolat, jew

Il-mezzi jew il-metodi ta’ skrinjar użati, jew

Ir-raġunijiet għall-eżenzjoni tal-konsenja mill-iskrinjar

 

 

 

 

 

Anness 6.3.2.6(e)

 

 

Isem il-persuna li ħarġet l-istatus tas-sigurtà, jew identifikazzjoni ekwivalenti, u d-data u l-ħin ta’ meta nħarġet

 

 

 

 

 

Anness 6.3.2.6(f)

 

 

L-identifikatur uniku li jkun wasal mingħand l-awtorità xierqa, ta’ kwalunkwe aġent regolat li jkun aċċetta l-istatus tas-sigurtà mogħti lil konsenja mingħand aġent regolat ieħor

 

 

 

 

 

Anness 6.3.2.6(g)

 

 

Informazzjoni ġenerali meħtieġa fid-dokument ta’ trasport

 

 

 

 

 

 

5.4.1.1.1

 

Informazzjoni ġenerali meħtieġa għall-ġarr f’bastimenti bit-tank

 

 

 

 

 

 

5.4.1.1.2 – ADN biss

 

Informazzjoni speċifika meħtieġa li tiġi inkluża għal ċerti tipi ta’ oġġetti perikolużi, jew ċerti mezzi ta’ konteniment, jew f’każ ta’ katina ta’ trasport li tinkludi mezzi differenti ta’ trasport, skont dispożizzjonijiet speċjali fil-Kapitolu 5.4 tal-Annessi rispettivi għall-ADR, RID u ADN

 

 

 

 

 

 

5.4.1.1.3 sa 5.4.1.1.21 –ADR u RID

5.4.1.1.3 sa 5.4.1.1.22 –ADN

 

Informazzjoni addizzjonali u speċjali meħtieġa għal ċerti klassijiet ta’ oġġetti perikolużi

 

 

 

 

 

 

5.4.1.2

 

Oġġetti Mhux Perikolużi

 

 

 

 

 

 

5.4.1.5

 

Ċertifikat tal-imballaġġ tal-kontejner

 

 

 

 

 

 

5.4.2

 

Struzzjonijiet bil-miktub

 

 

 

 

 

 

5.4.3

 

Informazzjoni inkluża fid-dokument ta’ notifika għal vjeġġi ta’ skart li huma suġġetti għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006

 

 

 

 

 

 

 

Anness IA

Informazzjoni inkluża fid-dokument ta’ moviment għal vjeġġi ta’ skart li huma suġġetti għall-proċedura ta’ notifika u kunsens bil-miktub minn qabel skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006

 

 

 

 

 

 

 

Anness IA

Informazzjoni inkluża fid-dokument li jakkumpanja l-vjeġġi ta’ skart li huma soġġetti għar-rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali tal-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1013/2006

 

 

 

 

 

 

 

Anness VII

Liġi tal-Istati Membri

It-tabella ta’ hawn taħt telenka l-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri li tittratta kwistjonijiet irregolati mit-Titolu VI tat-Tielet Parti tat-Trattat u li teħtieġ l-għoti ta’ informazzjoni identika, kompletament jew parzjalment, għall-informazzjoni speċifikata fil-punt A ta’ dan l-Anness.

[Stat Membru]

Leġiżlazzjoni

Oġġett ta’ informazzjoni

[Referenza leġiżlattiva]

[Referenza leġiżlattiva]

[…]

[Referenza leġiżlattiva]

[Oġġett ta’ informazzjoni kif speċifikat fl-artikolu tal-att legali rispettiv]

[Referenza għall-artikolu]

[Referenza għall-artikolu]

 

[Referenza għall-artikolu]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[Oġġett ta’ informazzjoni kif speċifikat fl-artikolu tal-att legali rispettiv]

[Referenza għall-artikolu]

[Referenza għall-artikolu]

[…]

[Referenza għall-artikolu]

[Stat Membru]

Leġiżlazzjoni

Oġġett ta’ informazzjoni

[Referenza leġiżlattiva]

[Referenza leġiżlattiva]

[…]

[Referenza leġiżlattiva]

[Oġġett ta’ informazzjoni kif speċifikat fl-artikolu tal-att legali rispettiv]

[Referenza għall-artikolu]

[Referenza għall-artikolu]

 

[Referenza għall-artikolu]

[…]

[…]

[…]

[…]

[…]

[Oġġett ta’ informazzjoni kif speċifikat fl-artikolu tal-att legali rispettiv]

[Referenza għall-artikolu]

[Referenza għall-artikolu]

[…]

[Referenza għall-artikolu]


(1)  Ir-referenzi għall-ADR, l-RID u l-ADN għandhom jinftehmu skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1), 2(2) u 2(3) tad-Direttiva 2008/68/KE. In-numri msemmija huma dawk tal-Annessi rispettivi għall-ADR, l-RID u l-ADN.

ANNESS II

REKWIŻITI MARBUTA MA’ KORPI NOTIFIKATI

1.

Għall-finijiet tan-notifika, korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 11.

2.

Il-korp ta’ valutazzjoni ta’ konformità għandu jkun stabbilit skont il-liġi nazzjonali ta’ Stat Membru u għandu jkollu personalità ġuridika.

3.

Korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun korp terz indipendenti mill-organizzazzjoni jew mill-pjattaforma tal-eFTI jew mill-fornitur tas-servizz tal-pjattaforma li huwa jevalwa.

Korp li jappartjeni għal assoċjazzjoni kummerċjali jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi involuti fid-disinn, il-manifattura, il-forniment, l-assemblaġġ, l-użu jew il-manutenzjoni tal-pjattaforma tal-eFTI jew tal-fornitur tas-servizz tal-pjattaforma li jivvaluta jista’, bil-kundizzjoni li juri l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta’ kwalunkwe kunflitt ta’ interess, jitqies li huwa korp bħal dan.

4.

Korp tal-valutazzjoni tal-konformità, l-ogħla livell tal-ġestjoni tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu d-disinjaturi, il-manifatturi, il-fornituri, l-installaturi, ix-xerrejja, is-sidien, l-utenti jew dawk li jagħmlu l-manutenzjoni tal-pjattaforma tal-eFTI jew tal-fornitur tas-servizz tal-pjattaforma li huma jevalwaw, u lanqas ir-rappreżentant ta’ xi wieħed minn dawk il-partijiet.

Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fid-disinn, manifattura jew kostruzzjoni, kummerċjalizzazzjoni, installazzjoni, użu jew manutenzjoni ta’ dik il-pjattaforma tal-eFTI jew tal-fornitur tas-servizz tal-pjattaforma, jew jirrappreżentaw lill-partijiet involuti f’dawk l-attivitajiet. Dawn ma għandhom ikunu involuti fl-ebda attività li tista’ toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b’rabta mal-attivitajiet ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom huma jkunu notifikati; Dan għandu japplika, b’mod partikolari, għas-servizzi ta’ konsulenza.

Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew is-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom.

5.

Korpi tal-valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom għandhom iwettqu l-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta’ integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u għandhom ikunu ħielsa minn kull pressjoni u persważjoni, b’mod partikolari finanzjarji, li jistgħu jinfluwenzaw il-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta’ persuni jew gruppi ta’ persuni b’interess fir-riżultati ta’ dawk l-attivitajiet.

6.

Il-korp tal-valutazzjoni tal-konformità għandu jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha tal-valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-Artikoli 12 u 13 fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp stess tal-valutazzjoni tal-konformità kif ukoll jekk f’ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

F’kull ħin u għal kull proċedura ta’ ċertifikazzjoni li dwarhom ikun notifikat, korp tal-evalwazzjoni tal-konformità għandu jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu n-neċessitajiet li ġejjin:

(a)

persunal b’għarfien tekniku u esperjenza biżżejjed u xierqa biex iwettaq il-kompiti tal-valutazzjoni tal-konformità;

(b)

deskrizzjonijiet ta’ proċeduri li f’konformità magħhom titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, waqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta’ riproduzzjoni ta’ dawk il-proċeduri. Huwa għandu jkollu l-politika u l-proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;

(c)

proċeduri għall-prestazzjoni ta’ attivitajiet li jqisu b’mod dovut id-daqs tal-impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha u l-grad ta’ kumplessità tat-teknoloġija kkonċernata.

Il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu l-mezzi neċessarji biex ilesti x-xogħol tekniku u amministrattiv marbut mal-attivitajiet tal-valutazzjoni tal-konformità b’mod xieraq.

7.

Il-persunal responsabbli biex iwettaq kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu jkollu dawn li ġejjin:

(a)

taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha ta’ valutazzjoni tal-konformità li għalihom il-korp ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;

(b)

għarfien sodisfaċenti tar-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet li jsiru minnhom u awtorità adegwata biex jagħmlu dawk il-valutazzjonijiet;

(c)

għarfien u fehim xieraq tar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 9;

(d)

il-kapaċità meħtieġa biex jifformula ċ-ċertifikati ta’ konformità, rekords u rapporti li juru li l-evalwazzjonijiet ikunu saru.

8.

Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, tal-ogħla livell tal-ġestjoni tagħhom, u tal-persunal responsabbli biex iwettaq il-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità.

Ir-remunerazzjoni tal-ogħla livell ta’ amministrazzjoni u tal-persunal responsabbli għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi min-numru ta’ valutazzjonijiet imwettqa, u lanqas mir-riżultati ta’ dawk il-valutazzjonijiet.

9.

Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipprovdu polza ta’ assigurazzjoni ta’ responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx assunta mill-Istat skont il-liġi nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

10.

Il-persunal ta’ korp ta’ valutazzjoni tal-konformità għandu josserva s-segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba meta jwettaq il-kompiti tiegħu skont l-Artikoli 12 u 13 jew kwalunkwe dispożizzjoni tal-liġi nazzjonali li ddaħħlu fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tiegħu. Id-drittijiet ta’ proprjetà għandhom ikunu protetti .

11.

Il-korpi tal-valutazzjoni tal-konformità għandhom jipparteċipaw fi, jew jiżguraw li l-persunal responsabbli tagħhom għat-twettiq tal-kompiti ta’ valutazzjoni tal-konformità jkun infurmat dwar, l-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni rilevanti u l-attivitajiet regolatorji rilevanti.

21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/200


P8_TA(2019)0140

Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-UE u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10861/2018 – C8-0445/2018 – 2018/0272(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 23/32)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10861/2018),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija Volontarju bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10877/2018),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-ewwel subparagrafi tal-Artikolu 207(3) u (4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u tal-Artikolu 218(7) tiegħu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0445/2018),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-12 ta’ Marzu 2019 (1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0083/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam.

(1)  Testi Adottati, P8_TA(2019)0141.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/201


P8_TA(2019)0141

Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-UE u l-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (riżoluzzjoni)

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10861/2018 – C8-0445/2018 – 2018/0272M(NLE))

(2021/C 23/33)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' Sħubija Volontarja bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10861/2018),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija Volontarja tad-9 ta' Ottubru 2018 bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (10877/2018),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207(3) u 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 218(6) u mal-Artikolu 218(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0445/2018),

wara li kkunsidra l-Ftehim Qafas dwar Sħubija u Kooperazzjoni Komprensivi bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam, min-naħa l-oħra (1),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim dwar il-Protezzjoni tal-Investimenti bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam min-naħa l-oħra,

wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2173/2005 tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta' skema ta' liċenzjar FLEGT għall-importazzjoni ta' injam fil-Komunità Ewropea (2) (ir-Regolament FLEGT),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni għal Pjan ta' Azzjoni tal-UE għall-Infurzar tal-Liġi, il-Governanza u l-Kummerċ Forestali (COM(2003)0251),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-28 ta' Ġunju 2016 dwar l-infurzar tal-liġi, il-governanza u l-kummerċ forestali (10721/2016),

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 995/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 li jistabbilixxi l-obbligi tal-operaturi li jqiegħdu fis-suq injam u prodotti tal-injam (3) (ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam),

wara li kkunsidra r-rapporti tal-Aġenzija tal-Investigazzjoni Ambjentali tal-31 ta' Mejju 2018 bit-titlu “Serial Offender: Vietnam's continued imports of illegal Cambodian timber” (4) u tal-25 ta' Settembru 2018 bit-titlu “Vietnam in Violation: Action required on fake CITES permits for rosewood trade” (5),

wara li kkunsidra l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli (SDGs) tan-Nazzjonijiet Uniti għall-2015-2030,

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Pariġi tat-12 ta' Diċembru 2015 li ntlaħaq fil-21 Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (COP21),

wara li kkunsidra l-Bonn Challenge (Sfida ta' Bonn) tal-2011, li hija sforz globali sabiex 150 miljun ettaru ta' art deforestata u degradata fid-dinja jiġu restawrati sal-2020, u 350 miljun ettaru sal-2030,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP) tal-2012 bit-titlu “Green carbon, black trade: illegal logging, tax fraud and laundering in the world's tropical forests” (6),

wara li kkunsidra l-konvenzjonijiet tan-NU biex jindirizzaw il-kriminalità u l-korruzzjoni, inklużi l-Konvenzjoni kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali u l-Konvenzjoni kontra l-Korruzzjoni,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-12 ta' Marzu 2019 (7) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0093/2019),

A.

billi l-Vjetnam sar it-tielet pajjiż fl-Asja li daħal f'negozjati dwar Ftehim ta' Sħubija Volontarja (VPA) dwar l-infurzar tal-liġi, it-tmexxija u l-kummerċ fis-settur forestali (FLEGT) fl-2010, wara l-Indoneżja u l-Malasja; billi n-negozjati ġew konklużi f'Mejju 2017 u l-ftehim ġie ffirmat fid-19 ta' Ottubru 2018;

B.

billi l-objettiv tal-VPA huwa li jipprovdi qafas legali mmirat li jiżgura li l-importazzjonijiet kollha tal-injam u tal-prodotti tal-injam mill-Vjetnam lejn l-UE koperti mill-VPA jkunu ġew prodotti legalment; billi l-VPAs huma ġeneralment maħsuba biex irawmu bidliet sistemiċi fis-settur tal-forestrija mmirati lejn il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti, il-qerda tal-qtugħ illegali tas-siġar u l-appoġġ għall-isforzi dinjija biex jitwaqqfu d-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti;

C.

billi l-Vjetnam huwa pajjiż sinifikanti fil-kuntest tal-kummerċ tal-injam, li s-settur tiegħu tal-ipproċessar tal-injam fid-dinja, orjentat lejn l-esportazzjoni, huwa r-raba' l-akbar fid-dinja u għandu l-għan li jsir l-akbar wieħed; billi, bħala ċentru ta' pproċessar, il-Vjetnam huwa esportatur ewlieni ta' prodotti tal-injam għall-UE iżda anke għal pajjiżi fir-reġjun, b'mod partikolari ċ-Ċina u l-Ġappun;

D.

billi l-Vjetnam huwa importatur ewlieni ta' injam u prodotti tal-injam, li fl-2017, il-fabbriki tiegħu kkonsmaw madwar 34 miljun metru kubu ta' injam u prodotti tal-injam li minnhom 25 % kienu importati u 75 % kienu minn pjantaġġuni domestiċi – ħafna minn dawn il-pjantaġġuni huma proprjetà ta' bdiewa żgħar u huma ġestiti minnhom; billi l-importazzjonijiet kibru fil-valur bi 68 % matul il-perjodu 2011-2017; billi f'dawn l-aħħar snin, il-Vjetnam għamel progress konsiderevoli fit-tnaqqis tad-deforestazzjoni domestika u żied iż-żona forestali tiegħu minn 37 % fl-2005 għal 41,65 % fl-2018, inklużi pjantaġġuni industrijali; billi l-Vjetnam ilu mill-2016 jinforza projbizzjoni fuq il-qtugħ tas-siġar fil-foresti naturali domestiċi;

E.

billi l-pajjiżi li fl-2017 kienu l-akbar sors ta' zkuk u injam isserrat kienu l-Kamerun, l-Istati Uniti u l-Kambodja, flimkien mar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK) bħala fornitur notevoli; billi, mill-2015, il-Kambodja kienet it-tieni l-akbar fornitur ta' injam tropikali tal-Vjetnam, minkejja l-projbizzjoni rappurtata (8) ta' esportazzjonijiet lejn il-Vjetnam; billi, bejn l-2016 u l-2017, ġiet irrappurtata żieda ta' 43 % fil-volum u żieda ta' 40 % fil-valur tal-importazzjonijiet minn pajjiżi Afrikani; billi l-NGOs b'għarfien espert rilevanti indikaw li l-injam esportat mill-Kambodja u r-RDK għandu jitqies bħala “riskju għoli”, filwaqt li l-injam mhux ipproċessat spiss jiġi importat minn pajjiżi kkaratterizzati minn governanza dgħajfa, livelli għoljin ta' korruzzjoni jew kunflitt, b'riskju mifrux ta' illegalità fil-ħsad tal-injam;

F.

billi l-Kambodja għandha l-ħames l-ogħla rata ta' deforestazzjoni fid-dinja u billi l-istatistika tan-NU turi li l-kopertura forestali tal-Kambodja naqset minn 73 % fl-1990 għal 57 % fl-2010;

G.

billi, abbażi tal-Artikolu 3 tas-sottodigriet Nru 131 tat-28 ta' Novembru 2006, il-Kambodja tipprojbixxi l-esportazzjonijiet ta' zkuk tondi minbarra minn pjantaġġuni, injam isserrat aħrax għajr minn pjantaġġuni, u injam kwadru u rettangolari bi ħxuna u wisa' ta' aktar minn 25 cm (9); billi l-esportazzjonijiet kollha ta' prodotti tal-injam forestali naturali mill-Kambodja fil-prinċipju huma meqjusa li jiksru l-liġi tal-Kambodja; billi, skont il-VPA, il-Vjetnam huwa impenjat li jimporta biss injam li nħasad b'mod legali f'konformità mal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-pajjiż ta' oriġini;

H.

billi skont VPA, pajjiż jimpenja ruħu li jistabbilixxi politika bil-ħsieb li jiżgura li l-injam u l-prodotti tal-injam ivverifikati bħala legali biss jiġu esportati lejn l-UE (10); billi l-Vjetnam se jkollu jadotta leġiżlazzjoni li tistabbilixxi s-Sistema ta' Garanzija tal-Legalità tal-Injam (Timber Legality Assurance System – TLAS), u jistabbilixxi l-istrutturi amministrattivi u l-kapaċità meħtieġa sabiex jimplimenta u jsaħħaħ l-impenji tal-VPA tiegħu; billi dan il-VPA se japplika għall-injam u l-prodotti tal-injam maħsuba kemm għal swieq domestiċi kif ukoll għal dawk tal-esportazzjoni, ħlief għall-pass finali tal-ħruġ tal-liċenzji FLEGT, li għalissa huwa maħsub għall-esportazzjonijiet lejn l-UE biss;

I.

billi l-Vjetnam ħa l-impenn li jadotta leġiżlazzjoni li tiżgura li l-injam prodott legalment (11) biss jiġi importat fis-suq tiegħu, fuq il-bażi tal-obbligi tad-diliġenza dovuta għall-importaturi tal-injam u tal-prodotti tal-injam; billi l-Vjetnam impenja ruħu wkoll li jirrikonoxxi l-liġijiet rilevanti tal-pajjiżi tal-ħsad bħala parti mid-definizzjoni ta' legalità fl-ambitu tal-VPA;

J.

billi l-promozzjoni ta' dan il-VPA fir-reġjun kieku tiżvolġi rwol importanti biex titrawwem l-integrazzjoni ekonomika u jinkisbu miri internazzjonali ta' żvilupp sostenibbli; billi l-konklużjoni ta' VPAs ġodda – b'mod partikolari maċ-Ċina, li tmiss mal-Vjetnam u hija attur ewlieni fl-industrija tal-injam ipproċessat – kieku tagħmilha possibbli li jiġu pprovduti garanziji dwar il-legalità u l-vijabbiltà tal-kummerċ tal-injam u tal-prodotti tal-injam fir-reġjun;

K.

billi huwa biss ladarba l-Vjetnam ikun ta prova tal-implimentazzjoni sħiħa tal-impenji kollha tal-VPA (12) u jkun stabbilixxa l-kapaċità li jinforza l-leġiżlazzjoni nazzjonali relatata, li jkun jista' jaderixxi mal-iskema ta' liċenzjar FLEGT tal-UE; billi l-injam importat skont liċenzja FLEGT jitqies li huwa legali skont ir-Regolament tal-UE dwar l-Injam; billi l-adeżjoni tal-Vjetnam mal-iskema ta' liċenzjar FLEGT hija approvata minn att delegat;

L.

billi l-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam se jilliberalizza l-kummerċ fl-injam u l-prodotti tal-injam mad-dħul fis-seħħ tiegħu u l-importazzjonijiet mill-Vjetnam se jkunu koperti mill-obbligi ġenerali ta' diliġenza dovuta tar-Regolament tal-UE dwar l-Injam sa ma jidħol fis-seħħ il-liċenzjar FLEGT (13);

1.

Ifakkar li l-ġestjoni u l-governanza sostenibbli u inklużivi tal-foresti huma essenzjali biex jinkisbu l-objettivi stabbiliti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u fil-Ftehim ta' Pariġi;

2.

Jitlob lill-UE tiżgura l-koerenza tal-VPA mal-politiki kollha tagħha, inkluż fl-oqsma tal-iżvilupp, l-ambjent, l-agrikoltura u l-kummerċ;

3.

Jappoġġja bil-qawwa l-proċess FLEGT mal-Vjetnam minħabba r-rwol tal-pajjiż fis-settur tal-ipproċessar tal-injam; jilqa' l-iffirmar tal-VPA, ftehim imfassal biex progressivament iġib riforma kompluta tal-politika fil-pajjiż immirata lejn it-tindif ta' injam prodott illegalment mill-ktajjen ta' provvista tal-operaturi tal-Vjetnam; jilqa' l-impenn tal-Vjetnam u l-progress li għamel s'issa u jinsab konxju li l-implimentazzjoni sħiħa tal-VPA se tkun proċess fit-tul li jinvolvi mhux biss l-adozzjoni ta' sett sħiħ ta' leġiżlazzjoni (TLAS) iżda anke l-iżgurar li jkun hemm kapaċità amministrattiva adegwata u għarfien espert għall-implimentazzjoni u l-infurzar tal-VPA; ifakkar li l-liċenzjar FLEGT jista' jibda biss ladarba l-Vjetnam ikun wera li s-sistema tat-TLAS hija disponibbli; jieħu nota tal-isfidi rappreżentati mill-koordinazzjoni bejn il-livelli nazzjonali u provinċjali, li huma meħtieġa sabiex jiġi infurzat b'mod adegwat u konsistenti l-VPA fil-pajjiż kollu u jistieden lill-Gvern tal-Vjetnam jiżgura din il-koordinazzjoni;

4.

Ifakkar li l-implimentazzjoni tal-VPA trid tikkomplementa l-impenji tal-UE għall-protezzjoni ambjentali u tiżgura koerenza mal-impenji sabiex tiġi evitata d-deforestazzjoni tal-massa;

5.

Jistieden lill-Kummissjoni u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) jallokaw riżorsi umani adegwati għall-implimentazzjoni ta' dan il-VPA, filwaqt li jiżguraw riżorsi adegwati għad-Delegazzjoni tal-UE f'Hanoi, kif ukoll riżorsi finanzjarji għall-Vjetnam fil-qafas tal-istrumenti ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp preżenti u futuri li għandhom jiġu speċifikament allokati għall-implimentazzjoni tal-VPA; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE jgħinu lill-awtoritajiet Vjetnamiżi u lis-soċjetà ċivili, inkluż billi jagħmlu l-immaġni bis-satellita disponibbli għalihom; jappella lill-UE tidderieġi l-isforzi tagħha lejn it-tisħiħ tal-qafas legali u l-kapaċità istituzzjonali tal-Vjetnam, billi tindirizza l-isfidi tekniċi u ekonomiċi li jxekklu l-implimentazzjoni u l-infurzar effettivi tar-regolamenti nazzjonali u internazzjonali eżistenti;

6.

Jirrikonoxxi l-impenji li għamlet l-industrija tal-injam tal-Vjetnam biex telimina l-injam illegali mill-ktajjen tal-provvista u tqajjem kuxjenza dwar dawn il-kwistjonijiet; jisħaq, madankollu, li bidla fil-mentalità fl-industrija, kif ukoll infurzar b'saħħtu, huma essenzjali; ifakkar li l-preżenza ta' injam illegali fil-ktajjen tal-provvista tirriskja li tkun ta' ħsara għar-reputazzjoni tal-industrija tal-ipproċessar tal-Vjetnam;

7.

Jinsab konxju, madankollu, li fil-passat il-Vjetnam kellu jħabbat wiċċu ma' sfida sinifikanti fil-ġlieda kontra l-kummerċ illegali tal-injam mil-Laos, u f'dawn l-aħħar snin mill-Kambodja; iqis li f'każijiet bħal dawn, il-Vjetnam u l-pajjiżi fornituri huma flimkien responsabbli għaż-żieda f'dan il-kummerċ illegali, peress li l-awtoritajiet tal-Vjetnam, b'mod partikolari fil-livell provinċjali, ħadu deċiżjonijiet formali li jiksru l-leġiżlazzjoni tal-pajjiż tal-ħsad, bħall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' importazzjoni formali;

8.

Jilqa' l-impenn tal-Vjetnam li jadotta leġiżlazzjoni biex jiżgura li l-injam prodott legalment biss jiġi importat fis-suq tiegħu, fuq il-bażi ta' diliġenza dovuta mandatorja għall-importaturi, bħala waħda mill-kisbiet ewlenin tal-VPA; ifakkar li l-obbligi tad-diliġenza dovuta ma għandhomx jitnaqqsu għal sempliċi eżerċizzju burokratiku, iżda li għandhom jinkludu l-passi kollha meħtieġa – bħall-ġbir ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskji u t-teħid ta' miżuri addizzjonali biex jiġi mitigat kwalunkwe riskju identifikat bil-ħsieb li l-livell tar-riskju jitnaqqas għal “negliġibbli” – li għandhom jissaħħu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti permezz ta' kontrolli sodi u sistematiċi ta' kumpaniji individwali; jenfasizza l-isfida tal-infurzar tal-obbligi ta' diliġenza dovuta permezz tal-awtoritajiet doganali, li se jirrikjedu taħriġ adegwat; ifakkar li l-awtoritajiet Vjetnamiżi għandhom jadottaw sistema ta' diliġenza dovuta li tikkorrispondi għal dik dettaljata fir-Regolament tal-UE dwar l-Injam u jisħaq fuq il-ħtieġa li jiġu previsti sottomissjonijiet indipendenti minn partijiet terzi fil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar id-diliġenza dovuta; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Vjetnamiżi jikkunsidraw l-awditjar ta' partijiet terzi u r-rappurtar pubbliku mill-kumpaniji bħala rekwiżiti tas-sistema ta' diliġenza dovuta tagħhom, kif ukoll jipprovdu appoġġ adegwat lill-kumpaniji biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom u jevitaw li jqiegħdu piżijiet sproporzjonati fuq il-fornituri domestiċi tal-injam, filwaqt li jevitaw li jinħolqu lakuni;

9.

Jistieden lill-Gvern tal-Vjetnam jipprevedi pieni adegwati, dissważivi u proporzjonati għall-ksur tal-leġiżlazzjoni li timplimenta t-TLAS, li fil-każ ta' importazzjonijiet tinkludi projbizzjoni sħiħa li jitqiegħed fis-suq tal-Vjetnam injam illegali, filwaqt li dan l-injam jiġi konfiskat;

10.

Jilqa' l-mekkaniżmu indipendenti ta' evalwazzjoni, ilmenti u rispons u jistieden lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jiżguraw li dawn jingħataw tweġiba b'mod adegwat, inkluż permezz ta' azzjoni ta' infurzar effettiva u dissważiva meta jkun meħtieġ; jistenna li dawn il-mekkaniżmi joperaw bi trasparenza sħiħa u jrawmu l-qsim tal-informazzjoni bejn is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet tal-infurzar; jilqa' l-impenn mill-Vjetnam li jiżgura monitoraġġ indipendenti tal-implimentazzjoni tal-VPA minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, assoċjazzjonijiet tal-foresti, intrapriżi, trade unions, komunitajiet lokali u persuni li jgħixu fiż-żoni forestali; jisħaq fuq l-importanza kruċjali tal-involviment u l-aċċess tagħhom għal informazzjoni rilevanti u aġġornata biex ikunu jistgħu jwettqu r-rwol tagħhom f'dan il-proċess u biex jikkontribwixxu aktar għall-kredibbiltà tat-TLAS u għat-tisħiħ kontinwu tagħha; jilqa' l-impenn magħmul mill-Vjetnam biex jippermetti l-aċċess tas-soċjetà ċivili għall-bażi ta' data nazzjonali dwar il-forestrija u jħeġġeġ lill-gvern jissottometti l-leġiżlazzjoni dwar l-implimentazzjoni tat-TLAS għal konsultazzjoni pubblika u jqis il-feedback li jirċievi;

11.

Jilqa' l-involviment tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili matul u wara n-negozjati tal-VPA u jħeġġeġ lill-Gvern tal-Vjetnam jiżgura inklużjoni ġenwina u sħiħa matul il-fażi kollha ta' implimentazzjoni u lil hinn minnha, li tkopri l-kamp ta' applikazzjoni sħiħ tal-VPA, inklużi kontrolli tal-importazzjoni, obbligi ta' diliġenza dovuta, is-sistema ta' klassifikazzjoni tal-organizzazzjoni u l-verifika bbażata fuq ir-riskju tal-kumpaniji u l-liċenzji FLEGT; jisħaq fuq kemm hu importanti li jiġu involuti l-komunitajiet lokali kemm għal raġunijiet soċjoekonomiċi kif ukoll sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni xierqa tal-Liġi l-ġdida tal-Forestrija u l-impenji tal-VPA;

12.

Jikkundanna bil-qawwa l-kummerċ illegali tal-injam li jseħħ tul il-fruntiera tal-Kambodja u jistieden lill-awtoritajiet taż-żewġ pajjiżi jwaqqfu l-flussi illegali minnufih u kompletament, bħala ħtieġa assoluta għal tkomplija b'suċċess tal-proċess tal-VPA; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jinvestigaw, ineħħu mill-funzjoni u jressqu quddiem il-ġustizzja lil dawk responsabbli talli awtorizzaw u mmaniġġjaw il-kummerċ illegali mill-Kambodja u bnadi oħra; jilqa' d-deċiżjoni reċenti li ħadu l-awtoritajiet tal-Vjetnam biex jippermettu biss il-kummerċ tal-injam mir-rotot internazzjonali ewlenin, kif ukoll biex isaħħu l-kapaċitajiet ta' infurzar kontra l-kummerċ illegali; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jikkategorizzaw immedjatament l-injam mill-Kambodja bħala “riskju għoli” u jiżguraw li l-leġiżlazzjoni tal-Kambodja dwar il-ħsad u l-esportazzjoni tal-injam tiġi rispettata, f'konformità mal-impenji tal-VPA; jistieden liż-żewġ pajjiżi jrawmu u jtejbu d-djalogu, il-kooperazzjoni transkonfinali, l-iskambju tad-data kummerċjali u l-informazzjoni dwar ir-riskji relatati mal-kummerċ illegali tal-injam u l-leġiżlazzjoni rispettiva fis-seħħ, u jħeġġiġhom jinvolvu lill-UE fl-iffaċilitar ta' dan id-djalogu; iħeġġeġ lill-Vjetnam u lill-Kambodja jitolbu appoġġ mill-Interpol u jaħdmu flimkien fuq miżuri effettivi u fit-tul biex jiġġieldu kontra l-qtugħ illegali u bla rażan tas-siġar u l-kuntrabandu transkonfinali ta' injam lejn il-Vjetnam; jistieden lill-awtoritajiet tal-Vjetnam japplikaw l-istess miżuri għall-importazzjonijiet minn pajjiżi fornituri oħra fejn jeżisti jew jista' jinqala' tħassib simili, b'mod partikolari dawk fl-Afrika, bħar-RDK;

13.

Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi indirizzata d-dimensjoni reġjonali tal-qtugħ illegali tas-siġar u t-trasport, l-ipproċessar u l-kummerċ tal-injam illegali tul il-katina tal-provvista; jitlob li din id-dimensjoni reġjonali tiġi inkluża fil-proċess ta' evalwazzjoni tal-VPA fil-forma ta' valutazzjoni tar-rabta bejn l-eżistenza ta' mekkaniżmi aktar dgħajfa ta' infurzar f'pajjiżi oħra tar-reġjun u ż-żieda fl-esportazzjonijiet minn tali pajjiżi lejn l-UE;

14.

Jisħaq li l-governanza ħażina u l-korruzzjoni fis-settur tal-forestrija jaċċelleraw il-qtugħ illegali tas-siġar u d-degradazzjoni tal-foresti u jenfasizza l-fatt li s-suċċess tal-inizjattiva FLEGT jiddependi wkoll mill-fatt li jiġu indirizzati l-frodi u l-korruzzjoni tul il-katina kollha tal-provvista tal-injam; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Vjetnam jaħdem biex iwaqqaf il-korruzzjoni mifruxa u jindirizza fatturi oħra li jwasslu għal dan il-kummerċ, b'mod partikolari fir-rigward ta' awtoritajiet doganali u oħrajn li se jkollhom rwol ċentrali fl-implimentazzjoni u l-infurzar tal-VPA, bħala sinjal konkret li l-Vjetnam huwa impenjat bis-sħiħ għall-proċess tal-VPA; jisħaq fuq il-ħtieġa li tintemm l-impunità fis-settur tal-foresti billi jiġi żgurat li ssir prosekuzzjoni tal-ksur;

15.

Jilqa' l-adozzjoni reċenti mill-Gvern tal-Vjetnam ta' pjan ta' azzjoni għall-implimentazzjoni tal-VPA u jistieden lill-gvern isegwi approċċ konkret, marbut biż-żmien u li jista' jitkejjel; jilqa' d-dħul fis-seħħ tal-Liġi l-ġdida dwar il-Forestrija fl-1 ta' Jannar 2019, li tinkludi projbizzjoni fuq l-importazzjonijiet ta' injam prodott illegalment fil-Vjetnam u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Vjetnam jinfurzaw din il-projbizzjoni u jadottaw malajr miżuri ta' implimentazzjoni jekk ikun meħtieġ, bil-ħsieb li jitnaqqas id-distakk sakemm it-TLAS issir operattiva;

16.

Jilqa' l-inklużjoni ta' dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-foresti fil-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles bejn l-UE u l-Vjetnam, li jagħmlu wkoll konnessjoni mal-VPA; jistieden lill-Kummissjoni tagħti attenzjoni partikolari lill-kummerċ fl-injam u l-prodotti tal-injam waqt l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Kummerċ Ħieles u timmonitorja l-flussi kummerċjali mill-qrib sabiex tiżgura li l-liberalizzazzjoni addizzjonali tal-kummerċ ma twassalx għal riskji addizzjonali ta' kummerċ illegali;

17.

Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament kull sena dwar il-progress li jagħmel il-Vjetnam fl-implimentazzjoni tal-VPA, inkluż kontra r-rekwiżiti ta' din ir-riżoluzzjoni, kif ukoll dwar l-attivitajiet tal-Kumitat Konġunt ta' Implimentazzjoni, bil-ħsieb li tiġi permessa deċiżjoni infurmata ladarba jkun propost l-att delegat li jawtorizza li jiġu aċċettati l-liċenzji FLEGT; jistieden lill-Kummissjoni tqis li ttejjeb ir-regolament dwar il-liċenzjar FLEGT matul l-eżerċizzju ta' rieżami li jmiss sabiex tkun tista' tirreaġixxi malajr għal każijiet ta' ksur sinifikanti tal-impenji tal-VPA;

18.

Jistieden lill-Kummissjoni trawwem djalogu u tippromwovi r-Regolament tal-UE dwar l-Injam mal-pajjiżi importaturi ewlenin fir-reġjun u ma' sħab kummerċjali ewlenin tal-UE bħaċ-Ċina u l-Ġappun, u tkompli tagħti prijorità, f'relazzjonijiet bilaterali ma' dawk il-pajjiżi, inkluż fir-relazzjonijiet kummerċjali, lis-soluzzjonijiet konkreti biex jitwaqqaf il-kummerċ illegali tal-injam, bil-ħsieb li jinħolqu kundizzjonijiet ekwi globali biex tiġi indirizzata l-kwistjoni; jappoġġja lill-Kummissjoni fit-tnedija ta' negozjati tal-VPA mal-pajjiżi ġirien tal-Vjetnam hekk kif jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet meħtieġa u jissottolinja l-importanza tal-VPAs tal-FLEGT fi strumenti futuri ta' żvilupp u kooperazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi strumenti li jiffaċilitaw l-iskambji tal-aħjar prattiki bejn il-Vjetnam u pajjiżi oħra li diġà kkonkludew VPAs mal-UE;

19.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam u r-Renju tal-Kambodja.

(1)   ĠU L 329, 3.12.2016, p. 8.

(2)   ĠU L 347, 30.12.2005, p. 1.

(3)   ĠU L 295, 12.11.2010, p. 23.

(4)  https://eia-international.org/wp-content/uploads/eia-serial-offender-web.pdf

(5)  https://eia-international.org/report/vietnam-violation-action-required-fake-cites-permits-rosewood-trade/

(6)  Nellemann, C., INTERPOL Environmental Crime Programme (eds). 2012. Green Carbon, Black Trade: Illegal Logging, Tax Fraud and Laundering in the Worlds Tropical Forests. A Rapid Response Assessment. Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent, GRIDArendal, http://wedocs.unep.org/bitstream/handle/20.500.11822/8030/Green%20carbon%20Black%20Trade_%20Illegal%20logging.pdf?sequence=5&isAllowed=y

(7)  Testi adottati, P8_TA(2019)0140.

(8)  https://www.phnompenhpost.com/national/despite-ban-timber-exports-vietnam-nearing-2016-total

(9)  https://eia-international.org/wp-content/uploads/eia-serial-offender-web.pdf, p. 6.

(10)  Il-VPA jkopri l-prodotti ewlenin kollha esportati lejn l-UE, b'mod partikolari l-ħames prodotti tal-injam obbligatorji kif definiti fir-Regolament FLEGT tal-2005 (zkuk, injam isserrat, traversi ferrovjarji, plywood u fuljetta) u jinkludi wkoll għadd ta' prodotti oħra tal-injam bħall-partiċelli taċ-ċippa tal-injam, kisi tal-art bil-parkè, bord tal-injam mill-frak u għamara tal-injam. Il-VPA jkopri l-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi kollha għalkemm, tal-inqas għall-ewwel, l-iskema ta' liċenzjar tapplika biss għall-esportazzjonijiet tal-UE.

(11)  Skont il-punt (j) tal-Artikolu 2 tal-VPA, “injam prodott legalment” (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ukoll “injam legali”) tfisser “prodotti tal-injam maħsuda jew importati u prodotti f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Vjetnam stabbilita fl-Anness II u dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn ta' dan il-Ftehim; u, fil-każ ta' injam importat, tfisser prodotti tal-injam maħsuda, prodotti u esportati f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-pajjiż tal-ħsad u l-proċeduri deskritti fl-Anness V”.

(12)  Id-disponibbiltà tas-sistema TLAS għal-liċenzjar FLEGT l-ewwel se tiġi vvalutata b'mod konġunt mill-UE u l-Vjetnam. Huwa biss jekk iż-żewġ partijiet jaqblu li s-sistema hija robusta biżżejjed li l-liċenzjar ikun jista' jibda.

(13)  L-Artikolu 13.8, paragrafu 2(a): “[kull Parti għandha] tħeġġeġ il-promozzjoni tal-kummerċ tal-prodotti forestali minn foresti ġestiti b'mod sostenibbli u maħsuda skont il-leġiżlazzjoni domestika fil-pajjiż tal-ħsad; dan jista' jinkludi l-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija Volontarja dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Foresta, Governanza u Kummerċ (FLEGT)”.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/207


P8_TA(2019)0142

Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni ta' Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali (10923/2018 – C8-0440/2018 – 2018/0238(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 23/34)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10923/2018),

wara li kkunsidra l-Protokoll li jemenda l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Individwi fir-rigward tal-Ipproċessar Awtomatiku ta' Data Personali (ETS Nru 108) (CETS Nru. 223),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 16 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0440/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0070/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Kunsill tal-Ewropa.

21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/208


P8_TA(2019)0143

Awtorizzazzjoni tal-Istati Membri biex isiru parti għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar approċċ integrat ta' sikurezza, sigurtà, u servizz f'partiti tal-futbol u avvenimenti sportivi oħra (CETS Nru 218) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex isiru Parti, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta' Sikurezza, Sigurtà u Servizz f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS Nru. 218) (12527/2018 – C8-0436/2018 – 2018/0116(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 23/35)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12527/2018),

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar Approċċ Integrat ta' Sikurezza, Sigurtà u Servizz f'Partiti tal-Futbol u Avvenimenti Sportivi Oħra (CETS Nru. 218),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 87(1) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v), u l-Artikolu 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0436/2018),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/348/ĠAI tal-25 ta' April 2002 dwar sigurtà b'konnessjoni ma' logħbiet tal-futbol b'dimensjoni internazzjonali (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-2 ta' Frar 2017 dwar approċċ integrat għall-Politika tal-Isport: governanza tajba, aċċessibbiltà u integrità (2),

wara li kkunsidra l-Artikoli 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0080/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u u lill-Kunsill tal-Ewropa.

(1)  ĠU L 121, 8.5.2002, p. 1.

(2)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 2.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/209


P8_TA(2019)0144

Protokoll li jemenda l-Ftehim UE-Ċina dwar it-Trasport Marittimu (adeżjoni tal-Kroazja) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni u l-Istati Membri, tal-Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra, sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (05083/2015 – C8-0022/2019 – 2014/0327(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 23/36)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (05083/2015),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar it-Trasport Marittimu bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa, u l-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, min-naħa l-oħra (05880/2015),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0022/2019),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0168/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/210


P8_TA(2019)0145

Ftehim Ewro-Mediterranju UE-Eġittu (adeżjoni tal-Kroazja) ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (10219/2016 – C8-0135/2017 – 2016/0121(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 23/37)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (10219/2016),

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika Għarbija tal-Eġittu, min-naħa l-oħra, biex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea (10221/2016),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 217 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0135/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0025/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Protokoll;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika Għarbija tal-Eġittu.

21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/211


P8_TA(2019)0146

Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni UE/Turkmenistan

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-konklużjoni mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika tal-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi Sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra (12183/1/2011 – C8-0059/2015 – 1998/0031R(NLE))

(2021/C 23/38)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (12183/1/2011),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra (12288/2011),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni mressqa mill-Kunsill skont l-Artikoli 91, 100(2), 207, 209 u 218(6)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (C8-0059/2015),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-reġjun tal-Asja Ċentrali, b'mod partikolari dawk tal-20 ta' Frar 2008 dwar Strateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali (1), tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali (2), tat-13 ta' April 2016 dwar l-implimentazzjoni u r-rieżami tal-Istrateġija UE-Asja Ċentrali (3), tat-22 ta' April 2009 dwar il-Ftehim Kummerċjali Interim mat-Turkmenistan (4), u tal-14 ta' Frar 2006 dwar il-klawżola dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fil-ftehimiet tal-Unjoni Ewropea (5),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interim tal-1999 dwar il-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ bejn il-Komunità Ewropea, il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u t-Turkmenistan, min-naħa l-oħra, konkluż mill-Kunsill fis-27 ta' Lulju 2009 (5144/1999), u l-laqgħat regolari tal-Kumitat Konġunt stabbilit taħtu,

wara li kkunsidra l-Memorandum ta' Qbil dwar l-Enerġija ffirmat bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkmenistan f'Mejju 2008,

wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR), li t-Turkmenistan hu firmatarju tagħhom,

wara li kkunsidra d-Djalogu annwali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u t-Turkmenistan,

wara li kkunsidra l-impenn magħmul mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) fl-ittra tagħha lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin fis-16 ta' Diċembru 2015, li fiha l-aspetti msemmija fil-paragrafu 3 hawnhekk,

wara li kkunsidra l-ittra tal-VP/RGħ lill-President tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tal-5 ta' Lulju 2018 li tinnota l-appoġġ tagħha għall-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) mat-Turkmenistan,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0072/2019),

A.

billi l-Asja Ċentrali hija reġjun fejn l-Unjoni Ewropea hija dejjem aktar involuta;

B.

billi Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) mat-Turkmenistan ġie inizjalat fl-1997 u ffirmat fl-1998; billi 14-il Stat Membru mill-15-il firmatarju oriġinali rratifikaw l-FSK minn dak iż-żmien (u billi r-Renju Unit huwa l-aħħar wieħed li baqa'); billi t-Turkmenistan irratifika l-FSK fl-2004; billi l-adeżjoni mal-FSK minn dawk l-Istati Membri li ssieħbu mal-UE wara li ġie ffirmat il-ftehim hija soġġetta għal proċedura separata ta' protokoll u ratifika;

C.

billi l-FSK, ladarba jiġi rratifikat għalkollox, se jiġi konkluż għal perjodu inizjali ta' 10 snin, u wara jiġġedded kull sena, li jagħti possibbiltà lill-UE toħroġ mill-ftehim jekk iqumu dubji serji dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem jew ksur serju ieħor; billi l-partijiet jistgħu jemendaw l-FSK bl-għan li jitqiesu żviluppi ġodda;

D.

billi l-Parlament Ewropew ġie kkonsultat dwar il-Ftehim Kummerċjali Interim (ITA) mat-Turkmenistan mill-Kunsill f'April 2009, bħala parti minn proċedura mhux obbligatorja u legalment mhux vinkolanti;

E.

billi l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (BERŻ) stabbilixxew il-parametri referenzjarji tagħhom li magħhom għandu jitkejjel il-progress fit-Turkmenistan u għandhom jitkejlu l-kriterji li jawtorizzaw l-eżerċizzju ta' kooperazzjoni ulterjuri, f'konformità mal-istandards rikonoxxuti internazzjonalment dwar l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem;

F.

billi r-rispett għad-demokrazija u d-drittijiet fundamentali u tal-bniedem, u għall-prinċipji ta' ekonomija tas-suq, li jikkostitwixxu elementi essenzjali tal-ITA (kif stabbilit fl-Artikolu 1 tiegħu u fl-Artikolu 2 tal-FSK), għandhom jibqgħu għanijiet fit-tul għat-Turkmenistan; billi s-sospensjoni unilaterali tal-applikazzjoni hija possibbiltà fil-każ li xi waħda mill-partijiet tikser dawn l-elementi;

G.

billi, wara kunsiderazzjonijiet tal-abbozz ta' rakkomandazzjoni biex il-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-FSK, u tal-abbozz ta' rapport mehmuż tiegħu tat-8 ta' Mejju 2015 li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni, il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin iddeċieda li temporanjament jissospendi l-proċedura fl-24 ta' Mejju 2016 sakemm jitqies li kien sar biżżejjed progress fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt, u ddeċieda li jiftaħ il-proċedura interim attwali;

H.

billi l-validità kontinwa tal-punti ta' riferiment għall-progress fid-drittijiet tal-bniedem għat-Turkmenistan, kif artikolata mill-Parlament fir-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, hija ta' importanza kruċjali għal politika tal-UE koerenti u ta' prinċipju għar-relazzjonijiet mal-pajjiż;

I.

billi t-Turkmenistan adotta Pjan ta' Azzjoni Nazzjonali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għall-2016-2020 (NAPHR) fl-2015, imħejji bl-assistenza tal-Programm ta' Żvilupp tan-NU fl-2013;

J.

billi t-Turkmenistan ikkonkluda ftehimiet internazzjonali, bħall-ICCPR, l-ICESCR u l-Konvenzjonijiet tal-ILO;

1.

Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jistabbilixxu, bħala kwistjoni ta' urġenza, il-punti ta' riferiment li ġejjin fuq terminu qasir biex ikejlu l-progress sostenibbli mill-awtoritajiet statali tat-Turkmenistan, ibbażati fuq rakkomandazzjonijiet min-NU, l-OSKE u l-BERŻ, u qabel ma jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-FSK:

Is-sistema politika, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba

(i)

Diviżjoni ċara bejn il-fergħat eżekuttivi, leġiżlattivi u ġudizzjarji u, fost l-oħrajn, li tippermetti u tiggarantixxi l-parteċipazzjoni reali tal-popolazzjoni fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istat, inkluża konsultazzjoni mal-esperti internazzjonali bħall-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa u l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-OSKE, dwar il-konformità tal-Kostituzzjoni tat-Turkmenistan ma' dawn il-prinċipji demokratiċi, u rieda evidenti min-naħa tat-Turkmenistan li jqis ir-rakkomandazzjonijiet għar-riformi proposti minn dawn l-organizzazzjonijiet;

(ii)

It-tneħħija ta' restrizzjonijiet fuq ir-reġistrazzjoni u l-funzjonament ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi;

Id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

(iii)

L-implimentazzjoni tal-impenji li saru mill-Gvern Turkmen fil-NAPHR tiegħu għall-2016-2020;

(iv)

Waqfien tad-detenzjonijiet sigrieti u l-għajbien sfurzat, ix-xogħol furzat, it-tortura u l-iżvelar tad-destin jew tal-post li jinsabu fih il-persuni li għebu, sabiex il-familji jkunu jistgħu jżommu kuntatt ma' persuni miżmuma f'kustodja; rikonoxximent mill-awtoritajiet tal-pajjiż tal-eżistenza ta' priġunieri politiċi u aċċess tal-organizzazzjonijiet internazzjonali u monitors indipendenti għall-pajjiż, inkluż il-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar;

(v)

L-iżgurar tal-aċċess bla xkiel għal diversi sorsi ta' informazzjoni u, b'mod partikolari, sabiex il-persuni jkunu jistgħu jaċċessaw sorsi alternattivi ta' informazzjoni, inklużi faċilitajiet ta' komunikazzjoni internazzjonali, u jżommu t-tagħmir ta' telekomunikazzjoni, bħalma huma d-dixxijiet tas-satellita privati jew il-konnessjonijiet tal-internet bi prezz raġonevoli;

(vi)

It-tmiem tal-persekuzzjoni u l-intimidazzjoni ta' ġurnalisti indipendenti u ta' attivisti tas-soċjetà ċivili u tad-drittijiet tal-bniedem ibbażati fil-pajjiż u barra mill-pajjiż, inkluż tal-membri tal-familja tagħhom; il-garanzija tal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda.

(vii)

Il-permess ta' żjarat min-NU u minn organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u reġjonali li talbuhom u għadhom qed jistennew it-tweġibiet;

(viii)

It-tmiem tas-sistema informali u arbitrarja ta' projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar u l-iżgurar li persuni li ma ngħatawx permess li jitilqu mill-pajjiż ikunu jistgħu jivvjaġġaw liberament;

2.

Jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ iqisu r-rakkomandazzjonijiet fit-tul li ġejjin għal progress sostenibbli u kredibbli:

Is-sistema politika, l-istat tad-dritt u l-governanza tajba

(i)

Ir-rispett għall-prinċipji tal-pluraliżmu politiku u tar-responsabbiltà demokratika, b'partiti politiċi u organizzazzjonijiet oħra li jiffunzjonaw sew, ħielsa minn interferenza;

(ii)

It-tkomplija tal-implimentazzjoni tar-riformi fil-livelli kollha skont l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU u fl-oqsma kollha tal-amministrazzjoni, speċjalment fil-ġudikatura u fl-infurzar tal-liġi;

(iii)

Salvagwardji b'saħħithom u effettivi kontra l-korruzzjoni ta' livell għoli, il-ħasil tal-flus, il-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga;

(iv)

Implimentazzjoni sħiħa tal-liġi li tipprojbixxi t-tħaddim tat-tfal;

Id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali

(v)

Ir-rispett ġenerali tal-eżerċizzju paċifiku u leġittimu tad-dritt tal-libertà tal-espressjoni u tal-libertà ta' assoċjazzjoni u l-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin;

(vi)

Il-libertà tal-moviment ġenerali, kemm ġewwa kif ukoll barra l-pajjiż;

3.

Jissottolinja l-bżonn għall-Parlament Ewropew li jsegwi u jimmonitorja mill-qrib l-iżviluppi fit-Turkmenistan u l-implimentazzjoni tal-partijiet kollha tal-FSK fis-snin li ġejjin, ladarba jidħol fis-seħħ; jistieden lill-VP/RGħ, f'dan il-kuntest, timplimenta u timpenja b'mod pubbliku l-mekkaniżmu ta' monitoraġġ tad-drittijiet tal-bniedem, li jippermetti li l-Parlament jiġi infurmat kif xieraq mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) dwar l-implimentazzjoni tal-FSK, ladarba jidħol fis-seħħ, u, b'mod partikolari, l-objettivi tiegħu u l-konformità mal-Artikolu 2, sabiex ikun jista' jirrispondi għall-iżviluppi fuq il-post fil-każ ta' ksur serju ddokumentat u evidenzjat tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-possibbiltà ta' mekkaniżmu li jissospendi l-FSK f'każijiet bħal dawn u jilqa', f'dan ir-rigward, l-ittra tal-VP/RGħ lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin tas-16 ta' Diċembru 2015, li tinkludi l-objettivi li ġejjin:

(i)

l-iżgurar li l-Parlament Ewropew ikun infurmat b'mod xieraq dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni tal-FSK, inkluż l-aċċess għall-informazzjoni rilevanti dwar l-iżvolġiment tas-sitwazzjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt u li jiġi infurmat, fuq talba, qabel u wara l-laqgħat tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni f'ħin xieraq, soġġett għar-regoli applikabbli dwar il-kunfidenzjalità;

(ii)

interazzjoni aktar mill-qrib mal-Parlament Ewropew u mas-soċjetà ċivili bi tħejjija għad-Djalogi annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u s-sessjonijiet ta' informazzjoni;

(iii)

konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew meta jitħejjew aġġornamenti tal-Istrateġija tal-pajjiż dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-UE għat-Turkmenistan;

4.

Jilqa' t-tħabbir mill-VP/RGħ f'Novembru 2018 dwar l-istabbiliment ta' Delegazzjoni sħiħa tal-UE f'Ashgabat; jenfasizza li d-Delegazzjoni l-ġdida jenħtieġ li tiżviluppa strateġija ta' kooperazzjoni ta' benefiċċju reċiproku mfassla skont il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tal-iżvilupp tat-Turkmenistan, timmonitorja s-sitwazzjoni fil-pajjiż, inklużi l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u każijiet individwali ta' tħassib, tidħol fi djalogu mad-diversi protagonisti politiċi, soċjali u ekonomiċi tal-pajjiż, tippermetti d-diplomazija fuq il-post, u ttejjeb il-ġestjoni u s-sorveljanza tal-proġetti ffinanzjati mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-UE;

5.

Jikkonkludi li se jikkunsidra li jagħti l-approvazzjoni tiegħu ladarba jqis li r-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3 jkunu ġew indirizzati kif xieraq mill-Kummissjoni, il-Kunsill, il-VP/RGħ u l-awtoritajiet statali tat-Turkmenistan;

6.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jitlob lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jipprovdu regolarment lill-Parlament informazzjoni sostanzjali dwar is-sitwazzjoni fit-Turkmenistan;

o

o o

7.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ, u lill-Gvern u l-Parlament tat-Turkmenistan.

(1)  ĠU C 184 E, 6.8.2009, p. 49.

(2)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 91.

(3)  ĠU C 58, 15.2.2018, p. 119.

(4)  ĠU C 184 E, 8.7.2010, p. 20.

(5)  ĠU C 290 E, 29.11.2006, p. 107.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/215


P8_TA(2019)0147

Deċiżjoni ta' implimentazzjoni dwar il-varar fir-Renju Unit tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill dwar il-varar fir-Renju Unit tal-iskambju awtomatizzat ta' data fir-rigward ta' data dwar id-DNA (13123/2018 – C8-0474/2018 – 2018/0812(CNS))

(Konsultazzjoni)

(2021/C 23/39)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (13123/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0164/2018),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 33 tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0092/2019),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/216


P8_TA(2019)0148

Skambju ta’ informazzjoni dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali (ECRIS) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI (COM(2016)0007 – C8-0012/2016 – 2016/0002(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/40)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2016)0007),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, punt (d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0012/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta’ Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0219/2016),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2016)0002

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2009/315/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni dwar ċittadini ta' pajjiżi terzi u fir-rigward tas-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (ECRIS), u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/316/ĠAI

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2019/884.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/217


P8_TA(2019)0149

Sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta’ Stati Membri fil-pussess ta’ informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta’ pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (ECRIS-TCN) ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiż terz u persuni mingħajr Stat (TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali (is-sistema ECRIS-TCN) u tkun ta' sostenn għaliha u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 (COM(2017)0344 – C8-0217/2017 – 2017/0144(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/41)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0344),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0217/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta’ Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0018/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2017)0144

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema ċentralizzata għall-identifikazzjoni ta' Stati Membri fil-pussess ta' informazzjoni dwar kundanni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u persuni apolidi (ECRIS-TCN) biex tissupplimenta s-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2018/1726

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/816.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/218


P8_TA(2019)0150

Il-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u li jħassar [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014 (COM(2018)0440 – C8-0264/2018 – 2018/0230(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/42)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0440),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 165(4), 166(4) u 214(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0264/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-6 ta' Diċembru 2018 (2),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0079/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 201.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 282.


P8_TC1-COD(2018)0230

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jħassar [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 165(4), 166(4) u 214(5) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura ordinarja leġiżlattiva (3),

Billi:

(1)

L-Unjoni Ewropea hi mibnija fuq is-solidarjetà, fost iċ-ċittadini tagħha u fost l-Istati Membri tagħha. Dan il-valur komuni , minqux fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jiggwida l-azzjonijiet tagħha u jipprovdi l-unità neċessarja biex jiġu indirizzati sfidi attwali u fil-ġejjieni għas-soċjetà, li ż-żgħażagħ Ewropej huma lesti li jgħinu jindirizzaw billi jesprimu s-solidarjetà tagħhom fil-prattika. [Em. 1]

(1a)

Minħabba ż-żieda sinifikanti fil-kriżijiet umanitarji u l-emerġenzi globali, u bil-ħsieb li tissaħħaħ il-promozzjoni tas-solidarjetà u l-viżibbiltà tal-għajnuna umanitarja fost iċ-ċittadini tal-Unjoni, hemm bżonn li tiġi żviluppata s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi affettwati minn diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem. [Em. 2]

(1b)

L-għajnuna umanitarja hija bbażata fuq il-prinċipji ta' imparzjalità, newtralità u nondiskriminazzjoni, li huma inkorporati fid-dritt umanitarju internazzjonali u fid-dritt tal-Unjoni. L-għajnuna umanitarja tipprovdi rispons ta' emerġenza bbażat fuq il-ħtiġijiet u mmirat lejn il-preservazzjoni tal-ħajja, il-prevenzjoni u t-tafja tat-tbatija umana u ż-żamma tad-dinjità tal-bniedem kif ukoll l-għoti ta' protezzjoni lill-gruppi vulnerabbli affettwati minn diżastri naturali jew ikkawżati mill-bniedem. It-tnaqqis tar-riskju ta' diżastri u t-tħejjija permezz ta' attivitajiet ta' bini ta' kapaċità u reżiljenza huma wkoll elementi essenzjali tal-għajnuna umanitarja. [Em. 3]

(2)

Id-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni tal-14 ta’ Settembru 2016 saħaq fuq il-bżonn li ninvestu fiż-żgħażagħ u ħabbar l-istabbiliment ta’ Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (il-“Programm”) bl-għan li jinħolqu opportunitajiet għaż-żgħażagħ madwar l-Unjoni biex dawn jagħtu kontribut sinifikanti lis-soċjetà, juru solidarjetà u jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom, u b’hekk mhux biss jiksbu esperjenza ta’ xogħol iżda wkoll esperjenza umana imprezzabbli.

(3)

Fil-Komunikazzjoni tagħha “Korp Ewropew ta’ Solidarjetà” tas-7 ta’ Diċembru 2016 (4), il-Kummissjoni saħqet fuq il-bżonn li jissaħħu l-pedamenti għal ħidma ta’ solidarjetà madwar l-Ewropa, biex iż-żgħażagħ jiġu pprovduti b’iktar opportunitajiet u ta’ kwalità aħjar għall-attivitajiet ta’ solidarjetà li jkopru firxa wiesgħa ta’ oqsma, u biex jingħata appoġġ lill-atturi nazzjonali u lokali, fl-isforzi tagħhom biex jindirizzaw sfidi u kriżijiet differenti. Il-Komunikazzjoni nediet l-ewwel fażi tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà li fiha ġew immobilizzati mobilizzati programmi differenti tal-Unjoni biex joffru opportunitajiet ta’ volontarjat, ta’ traineeship jew ta’ impjiegi liż-żgħażagħ madwar l-UE. [Em. 4]

(4)

L-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jenfasizza s-solidarjetà bħala wieħed mill-prinċipji ewlenin tal-Unjoni Ewropea. Dak il-prinċipju huwa msemmi wkoll fl-Artikolu 21(1) tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea bħala wieħed mill-fundamenti tal-azzjoni esterna tal-UE.

(4a)

Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, is-solidarjetà hija mifhuma bħala sens ta' responsabbiltà min-naħa ta' kulħadd fil-konfront ta' kulħadd, b'impenn favur il-ġid komuni, espress permezz ta' azzjonijiet konkreti mingħajr ma wieħed jistenna xi ħaġa lura. [Em. 5]

(4b)

L-għoti ta' assistenza lil persuni u komunitajiet barra mill-Unjoni li jiffaċċjaw diżastri jew li huma partikolarment vulnerabbli għad-diżastri u fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja, ibbażata fuq il-prinċipji fundamentali ta' newtralità, umanità, indipendenza u imparzjalità, hija espressjoni ta' solidarjetà importanti. [Em. 6]

(4c)

Jenħtieġ li l-voluntiera parteċipanti u l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja jirrispettaw il-prinċipji stabbiliti fil-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja. [Em. 7]

(4d)

Hemm bżonn li s-solidarjetà mal-vittmi ta' kriżijiet u diżastri f'pajjiżi terzi tiġi żviluppata aktar, u li jiżdiedu kemm il-livelli ta' sensibilizzazzjoni kif ukoll il-viżibbiltà tal-għajnuna umanitarja u l-volontarjat b'mod ġenerali bħala attività tul il-ħajja fost iċ-ċittadini tal-Unjoni. [Em. 8]

(4e)

L-Unjoni u l-Istati Membri impenjaw ruħhom li jimplimentaw l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tagħha, kemm internament kif ukoll permezz ta' azzjonijiet esterni. [Em. 9]

(4f)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tad-19 ta' Mejju 2017 dwar l-operazzjonalizzazzjoni tar-rabta bejn l-aspett umanitarju u l-iżvilupp, il-Kunsill irrikonoxxa l-ħtieġa li tissaħħaħ ir-reżiljenza permezz ta' rabta aħjar bejn l-għajnuna umanitarja u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp u li jkomplu jissaħħu r-rabtiet operazzjonali bejn l-approċċi komplementari tal-għajnuna umanitarja, il-kooperazzjoni għall-iżvilupp u l-prevenzjoni tal-kunflitti. [Em. 10]

(5)

Iż-żgħażagħ jenħtieġ li jiġu pprovduti b’opportunitajiet li jkunu jingħataw opportunitajiet faċilment aċċessibbli , inklużivi u sinifikattiv biex jinvolvu ruħhom f’attivitajiet ta’ solidarjetà, li jistgħu jippermettulhom jesprimu l-impenn tagħhom għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jiksbu esperjenza, għarfien, ħiliet u kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom, u b’hekk itejbu l-impjegabbiltà tagħhom. Dawk l-attivitajiet jenħtieġ li jappoġġaw ukoll il-mobilità tal-voluntiera, tat-trainees u tal-ħaddiema żgħażagħ kif ukoll l-iskambju multikulturali . [Em. 11]

(6)

L-attivitajiet ta’ solidarjetà offruti liż-żgħażagħ jenħtieġ li jkunu ta’ kwalità għolja, fis-sens li dawn għandhom iwieġbu għall-ħtiġijiet ; jenħtieġ li jkollhom l-għan li jindirizzaw il-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà, isaħħu s-solidarjetà u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-komunitajiet, u tal-parteċipazzjoni demokratika. Jenħtieġ li joffru liż-żgħażagħ l-opportunità li jiksbu għarfien , ħiliet u kompetenzi siewja, ikunu . Jenħtieġ li jkunu finanzjarjament aċċessibbli għaż-żgħażagħ, u jiġu implimentati f’kundizzjonijiet sikuri , inklużivi u tajbin. Jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ id-djalogu mal-awtoritajiet lokali u reġjonali u man-netwerks Ewropej speċjalizzati fi problemi soċjali urġenti sabiex jiġu ddeterminati bl-aħjar mod il-ħtiġijiet mhux issodisfati tas-soċjetà u jiġi żgurat programm orjentat lejn il-ħtiġijiet. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' solidarjetà ma jkollhomx impatt negattiv fuq l-impjiegi jew it-traineeships eżistenti u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tal-kumpaniji, mingħajr ma jeħdulhom posthom. [Em. 12]

(7)

Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprovdi punt ta' dħul uniku għall-attivitajiet ta' solidarjetà fi ħdan l-Unjoni fl-Unjoni u lil hinn minnha . Il-konsistenza u l-komplimentarjetà l-komplementarjetà jenħtieġ li jiġu żgurati flimkien ma' politiki u ma' programmi rilevanti oħra tal-Unjoni. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà huwa mibni fuq il-vantaġġi u fuq is-sinerġiji tal-programmi predeċessuri u dawk eżistenti, b'mod partikolari s-Servizz Volontarju Ewropew (5) u l-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE (6). Dan jikkomplimenta jikkomplementa wkoll l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jappoġġaw liż-żgħażagħ u biex jiffaċilitaw it-tranżizzjoni mill-iskola għax-xogħol skont il-Garanzija fil-qafas ta' skemi bħall-Garanzija għaż-Żgħażagħ billi jipprovdulhom opportunitajiet addizzjonali biex jidħlu fis-suq tax-xogħol fl-għamla ta' traineeships jew ta' impjiegi f'oqsma relatati mas-solidarjetà fi ħdan l-Istat fl-Istat Membru rispettiv tagħhom jew bejn il-fruntieri barra l-pajjiż . Hija żgurata wkoll il-komplimentarjetà il-komplementarjetà ma' netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma pertinenti għall-attivitajiet skont il-Korp tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, bħan-Netwerk Ewropew tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi, l-EURES u n-netwerk Eurodesk u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili rilevanti, inklużi s-sħab soċjali u n-netwerks li jirrappreżentaw liż-żgħażagħ u l-voluntiera . Barra minn hekk, il-komplimentarjetà il-komplementarjetà bejn skemi relatati eżistenti, b'mod partikolari skemi ta' solidarjetà nazzjonali bħall-volontarjat, is-servizz ċivili u skemi ta' mobilità għaż-żgħażagħ, u l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, jenħtieġ li tiġi żgurata permezz ta' elaborazzjoni billi tibni fuq il-prattiki prattiki tajba fejn xieraq , jekk ikun il-każ, biex l-impatt u l-kwalitajiet ta' dawn l-iskemi jissaħħu reċiprokament u jkunu mibnija fuq prattiki tajba . Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà ma jiħux post l-iskemi nazzjonali. Jenħtieġ li ż-żgħażagħ kollha jingħataw aċċess għall-attivitajiet ta' solidarjetà nazzjonali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida prattiċi dwar il-komplementarjetà tal-Programm ma' programmi u sorsi ta' finanzjament oħra tal-Unjoni u dwar kwalunkwe sinerġija bejniethom . [Em. 13]

(8)

Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-leġiżlazzjoni relatata fil-livell tal-Unjoni, kemm l-attivitajiet ta’ volontarjat transfruntiera taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u l-attivitajiet ta’ volontarjat li jkomplu jiġu appoġġati skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, jenħtieġ li jitqiesu l-istess bħal dawk imwettqa taħt is-Servizz Volontarju Ewropew.

(8a)

Jenħtieġ li ċ-ċertifikazzjoni tal-organizzazzjonijiet emittenti u ospitanti mwettqa skont ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 ma tiġix ripetuta fil-qafas tal-Programm u li tiġi rikonoxxuta l-ekwivalenza fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament mill-2021 'il quddiem. [Em. 14]

(9)

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jagħti opportunitajiet ġodda ta' tagħlim mhux formali u informali għaż-żgħażagħ biex iwettqu attivitajiet ta’ volontarjat, traineeship jew impjiegi f’oqsma relatati mas-solidarjetà, kif ukoll biex ifasslu u jiżviluppaw proġetti ta’ solidarjetà abbażi tal-inizjattiva tagħhom stess. Dawn l-opportunitajiet jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tagħhom. Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jappoġġa wkoll attivitajiet ta’ netwerk għall-parteċipanti u għall-organizzazzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, kif ukoll lill-miżuri li jiżguraw il-kwalità tal-attivitajiet appoġġati u li jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tat-tagħlim tagħhom. Għalhekk, dan se jikkontribwixxi wkoll għall-kooperazzjoni Ewropea rilevanti għaż-żgħażagħ u s-sensibilizzazzjoni dwar l-impatt pożittiv tiegħu tagħha . Jenħtieġ li jikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tal-komunitajiet u l-appoġġ tal-organizzazzjonijiet eżistenti li jimplimentaw azzjonijiet ta' solidarjetà. [Em. 15]

(10)

Dawn l-attivitajiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar u jkunu għall-benefiċċju tal-komunitajiet filwaqt li jrawmu wkoll l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-individwu, li jista' jieħu . Jenħtieġ li dawn l-attivitajiet ikunu jistgħu jieħdu l-għamla ta' volontarjat, traineeships u impjiegi, proġetti jew attivitajiet ta' netwerking, żviluppati b'rabta ma' oqsma differenti, bħall-edukazzjoni u t-taħriġ, l-impjiegi, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-intraprenditorija – b'mod partikolari l-intraprenditorija soċjali – iċ-ċittadinanza u l-parteċipazzjoni demokratika , id-djalogu interkulturali u interreliġjuż, l-inklużjoni soċjali, l-inklużjoni tal-persuni b'diżabbiltà , il-protezzjoni tal-ambjent u tan-natura, l-azzjoni klimatika, il-prevenzjoni ta' diżastri tad-diżastri , it-tħejjija għalihom u l-irkupru minnhom, l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali, il-forniment ta' oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel, is-saħħa u l-benessri, il-kultura, inkluż il-wirt kulturali, il-kreattività u l-kultura, l-edukazzjoni fiżika u l-isport, l-assistenza soċjali u s-servizzi soċjali, l-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi , b'enfasi fuq l-isfidi li jiffaċċjaw il-migranti , il-kooperazzjoni u l-koeżjoni territorjali, u l-kooperazzjoni bejn il-fruntieri. Dawn l-attivitajiet ta' solidarjetà jenħtieġ li jinkludu dimensjoni soda ta' tagħlim u ta' taħriġ permezz ta' attivitajiet rilevanti li jistgħu jiġu offruti lill-parteċipanti qabel, matul u wara l-attività ta' solidarjetà. [Em. 16]

(11)

L-attivitajiet ta’ volontarjat (kemm fi ħdan l-Unjoni, kif ukoll lil hinn minnha) jikkostitwixxu esperjenza rikka f’kuntest ta’ tagħlim mhux formali u informali li ssaħħaħ l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali taż-żgħażagħ, kif ukoll iċ-ċittadinanza attiva , il-parteċipazzjoni demokratika u l-impjegabbiltà tagħhom. Jenħtieġ li l-volontarjat ikun ibbażat fuq ftehim ta' volontarjat bil-miktub u li l-attivitajiet ta’ volontarjat jenħtieġ li ma jkollhomx effett avvers fuq impjieg bi ħlas potenzjali jew eżistenti, u lanqas ma jenħtieġ li jitqiesu bħala sostitut għal dan tiegħu . Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikooperaw jikkooperaw fir-rigward tal-politiki ta’ volontarjat tal-volontarjat fil-qasam taż-żgħażagħ permezz ta’ metodu tal-metodu miftuħ ta’ kooperazzjoni ta' koordinazzjoni . [Em. 17]

(12)

It-traineeships Jenħtieġ li t-traineeships u l-impjiegi f’oqsma relatati mas-solidarjetà jistgħu joffru opportunitajiet addizzjonali għaż-żgħażagħ biex dawn jidħlu fis-suq tax-xogħol filwaqt li jagħtu l-kontribut tagħhom biex jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin tas-soċjetà. Dan jista’ jgħin faċilment aċċessibbli jkunu separati b'mod ċar mill-volontarjat, kemm mil-lat finanzjarju kif ukoll minn dak organizzattiv. Jenħtieġ li t-traineeships qatt ma jwasslu għas-sostituzzjoni ta' impjieg. Madankollu, l-impjiegi u t-traineeships imħallsa jistgħu jirrappreżentaw inċentiv għal żgħażagħ żvantaġġati u żgħażagħ b'inqas opportunitajiet biex jipparteċipaw f'attivitajiet relatati mas-solidarjetà li jaf ma jkunux aċċessibbli għalihom mod ieħor filwaqt li jiġġeneraw valur miżjud Ewropew ċar billi jikkontribwixxu biex jiġu indirizzati l-isfidi soċjali mhux issodisfati u jissaħħu l-komunitajiet lokali. It-traineeships jistgħu jiffaċilitaw it-tranżizzjoni taż-żgħażagħ mill-edukazzjoni għall-impjieg u jistgħu jgħin biex jitrawmu titrawwem l-impjegabbiltà u l-produttività taż-żgħażagħ filwaqt li titħaffef it-tranżizzjoni tagħhom mill-edukazzjoni għall-impjiegi, li hi xi ħaġa importanti biex jissaħħu l-possibbiltajiet għall-integrazzjoni sostenibbli tagħhom fis-suq tax-xogħol. L-attivitajiet ta’ traineeships It-traineeships u l-impjiegi offruti jikkostitwixxu pont li, permezz tiegħu, iż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol. Jenħtieġ li t-traineeships u l-impjiegi offruti taħt il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jsegwu jitħallsu dejjem mill-organizzazzjoni parteċipanti li tkun qed tospita jew timpjega lill-parteċipant. It-traineeships jenħtieġ li jkunu bbażati fuq ftehim ta' traineeship bil-miktub skont il-liġi applikabbli tal-pajjiż fejn isir it-traineeship, skont il-każ, u jenħtieġ li jsegwu l-prinċipji tal-kwalità spjegati fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Marzu 2014 dwar l-istabbiliment ta’ Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships (7). It-traineeships u l-impjiegi offruti jikkostitwixxu pont li permezz tiegħu, iż-żgħażagħ jidħlu fis-suq tax-xogħol u jkunu akkumpanjati minn appoġġ adegwat wara l-attività. L-attivitajiet ta’ traineeship u impjiegi huma Jenħtieġ li l-impjiegi jkunu bbażati fuq kuntratt ta' impjieg skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi applikabbli, jew it-tnejn, tal-pajjiż parteċipanti fejn ikun qed jitwettaq l-impjieg. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju mogħti lill-organizzazzjonijiet parteċipanti li joffru l-impjiegi ma jkunx għal aktar minn tnax-il xahar. Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet parteċipanti japplikaw għal finanzjament permezz tal-istruttura ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fid-dawl tal-intermedjazzjoni bejn il-parteċipanti żgħażagħ u l-impjegaturi li joffru attivitajiet ta' traineeships u impjiegi fis-setturi tas-solidarjetà. Jenħtieġ li t-traineeships u l-impjiegi jkunu akkumpanjati minn preparazzjoni, taħriġ fuq il-post tax-xogħol u appoġġ wara l-kollokament adegwati fir-rigward tal-parteċipazzjoni tal-parteċipant. It-traineeships u l-impjiegi jistgħu jiġu ffaċilitati mill-atturi rilevanti tas-suq tax-xogħol, b’mod partikolari mis-servizzi pubbliċi u privati tal-impjiegi, mis-sħab soċjali u mill-Kmamar tal-Kummerċ, u huma rimunerati mill-organizzazzjoni parteċipanti. Bħala organizzazzjonijiet parteċipanti, dawn jenħtieġ li japplikaw għal finanzjament permezz tal-istruttura ta’ implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fid-dawl tal-intermedjazzjoni bejn il-parteċipanti żgħażagħ u l-impjegaturi li joffru l-attivitajiet ta’ traineeship u ta’ impjiegi fis-setturi tas-solidarjetà kif ukoll mill-organizzazzjonijiet membri tal-EURES, skont ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (8) , fil-każ ta' attivitajiet transfruntiera . [Em. 18]

(12a)

Jenħtieġ li jsiru sforzi biex jiġi żgurat li t-traineeships u l-impjiegi jkunu miftuħin għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ kollha, b'mod partikolari ż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet, inklużi dawk b'diżabbiltà, bi żvantaġġi soċjali jew kulturali, il-migranti u r-residenti f'żoni rurali iżolati u fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE. [Em. 19]

(13)

L-ispirtu ta' inizjattiva taż-żgħażagħ hu assi importanti għas-soċjetà u għas-suq tax-xogħol. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jikkontribwixxi għat-trawwim ta' dan l-aspett billi joffri l-opportunità liż-żgħażagħ li jfasslu u jimplimentaw il-proġetti tagħhom stess immirati biex jindirizzaw sfidi speċifiċi għall-benefiċċju tal-komunitajiet lokali. Dawn il-proġetti huma opportunità biex jiġu ppruvati ideat għall-iżvilupp ta' soluzzjonijiet innovattivi għal sfidi komuni permezz ta' approċċ minn isfel għal fuq u biex iż-żgħażagħ jiġu appoġġati li megħjuna jkunu huma stess dawk li jixprunaw l-attivitajiet ta' solidarjetà. Dawn iservu wkoll bħala punt tat-tluq għall-involviment ulterjuri għal aktar involviment f'attivitajiet ta' solidarjetà u huma l-ewwel pass biex il-parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jitħeġġu sabiex jinvolvu rwieħhom f'impjieg indipendenti jew fit-twaqqif ta' assoċjazzjonijiet, ta' u jkomplu jkunu ċittadini attivi bħala voluntiera u trainees jew bħala impjegati f'assoċjazzjonijiet , organizzazzjonijiet nongovernattivi jew korpi oħra attivi fis-setturi tas-solidarjetà, ta' mingħajr skop ta' qligħ u taż-żgħażagħ. Jenħtieġ li l-Korp Ewropew ta' Solidarjetà essenzjalment joħloq atmosfera li fiha ż-żgħażagħ ikunu dejjem aktar motivati biex jinvolvu rwieħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà u jservu l-interess pubbliku. . [Em. 20]

(13a)

Il-voluntiera jistgħu jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kapaċità tal-Unjoni li tipprovdi għajnuna umanitarja etika u bbażata fuq il-ħtiġijiet kif ukoll għat-titjib tal-effikaċja tas-settur umanitarju meta jkunu adegwatament magħżula, mħarrġa u mħejjija għall-mobilizzazzjoni sabiex jiġi żgurat li jkollhom il-ħiliet u l-kompetenzi meħtieġa biex jgħinu lin-nies fil-bżonn bl-aktar mod effikaċi possibbli, u dment li jkunu jistgħu jistrieħu fuq appoġġ u superviżjoni suffiċjenti fuq il-post. Għalhekk, il-preżenza ta' kowċis jew mentors b'livell għoli ta' ħiliet, taħriġ u esperjenza fuq il-post hija importanti billi dawn jikkontribwixxu għall-effikaċja tal-azzjoni umanitarja u għall-appoġġ mogħti lill-voluntiera. [Em. 21]

(14)

Jenħtieġ li ż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jħossu li jappartjenu f'komunità ta' individwi u ta' entitajiet bl-impenn li jsaħħu s-solidarjetà madwar l-Ewropa. Fl-istess ħin, l-organizzazzjonijiet parteċipanti jeħtieġu l-appoġġ biex isaħħu l-kapaċitajiet tagħhom biex li joffru attivitajiet ta' kwalità tajba lil numru dejjem jikber ta' parteċipanti. Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jappoġġa l-attivitajiet ta' netwerking bl-għan li jkollhom l-għan li jsaħħu l-involviment taż-żgħażagħ u tal-organizzazzjonijiet parteċipanti f'din il-komunità, li jrawwem irawmu spirtu tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, kif ukoll li jħeġġeġ iħeġġu l-iskambju ta’ prattiki tal-aħjar prattiki u ta' esperjenza siewja. esperjenzi . Dawn l-attivitajiet jikkontribwixxu wkoll għas-sensibilizzazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fost l-atturi pubbliċi u privati, kif ukoll għall-ġbir ta' feedback dettaljat u sinifikattiv mingħand il-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti dwar l-implimentazzjoni l-istadji differenti tal-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li l-feedback jinkludi mistoqsijiet dwar l-objettivi tal-Programm sabiex it-twettiq tagħhom jiġi evalwat aħjar. [Em. 22]

(14a)

Is-suċċess tal-implimentazzjoni tal-Programm jirrikjedi viżibbiltà u sensibilizzazzjoni akbar u aktar promozzjoni tal-opportunitajiet ta' finanzjament disponibbli permezz ta' kampanji ta' informazzjoni, inkluż Jum ta' Informazzjoni annwali dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, u mezzi ta' komunikazzjoni dinamiċi b'enfasi qawwija fuq il-midja soċjali, filwaqt li tiġi żgurata l-akbar sensibilizzazzjoni possibbli fost il-gruppi fil-mira, kemm individwi kif ukoll organizzazzjonijiet. [Em. 23]

(15)

Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għall-iżgurar tal-kwalità biex tiġi żgurata l-kwalità tal-attivitajiet u opportunitajiet oħra l-opportunitajiet offruti taħt il-Korp mill-Korp Ewropew ta' Solidarjetà – u li jintlaħaq l-għan tal-inklużività – b'mod partikolari billi jiġu offruti taħriġ online jew offline adegwat , appoġġ lingwistiku, akkomodazzjoni raġonevoli, assigurazzjoni, appoġġ amministrattiv proċeduri amministrattivi simplifikati u appoġġ qabel u wara l-attività lill-parteċipanti, kif ukoll il-validazzjoni tal-għarfien, tal-ħiliet u tal-kompetenzi miksuba permezz tal-esperjenza tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li l-miżuri ta' appoġġ jiġu żviluppati u pprovduti f'kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ u ma' organizzazzjonijiet oħra tas-soċjetà ċivili u mingħajr skop ta' qligħ sabiex jiġi sfruttat l-għarfien espert tagħhom fil-qasam. Is-sikurezza u s-sigurtà tal-voluntiera tal-parteċipanti, kif ukoll tal-benefiċjarji fil-mira, jibqgħu ta' importanza kruċjali u l-voluntiera ma għandhomx jintbagħtu . L-attivitajiet kollha għandhom ikunu konformi mal-prinċipju li ma ssirx ħsara (“do no harm”). Jenħtieġ li l-parteċipanti ma jintbagħtux jaħdmu f'operazzjonijiet li jitwettqu f'żoni ta' kunflitti armati internazzjonali u mhux internazzjonali , jew f'faċilitajiet li jmorru kontra l-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem . Jenħtieġ li l-attivitajiet li jinvolvu kuntatt dirett mat-tfal ikunu ggwidati mill-prinċipju ta' “fl-aħjar interess tat-tfal” u jinkludu, jekk ikun il-każ, it-twettiq ta' kontrolli tal-kondotta fil-konfront tal-parteċipanti jew l-adozzjoni ta' miżuri oħra bil-ħsieb li tiġi żgurata l-protezzjoni tat-tfal. [Em. 24]

(15a)

F'konformità mal-Linji Gwida tal-UE għall-Promozzjoni u l-Protezzjoni tad-Drittijiet tat-Tfal (2017) u l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha għandhom jippromwovu u jappoġġaw it-tranżizzjoni mill-istituzzjonalizzazzjoni tal-persuni vulnerabbli, bħall-persuni b'diżabbiltà u t-tfal, lejn il-kura fil-familja u bbażata fil-komunità. F'dak il-kuntest, jenħtieġ li l-Programm ma jappoġġax miżuri jew inizjattivi li jfixklu l-impenn li tispiċċa l-istituzzjonalizzazzjoni jew li jintemm kwalunkwe kollokament li jkun ta' ħsara għat-tfal jew għall-persuni b'diżabbiltà. [Em. 25]

(15b)

Jenħtieġ li l-prinċipji tal-Unjoni fir-rigward tal-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni jkunu rispettati bis-sħiħ fl-istadji kollha tal-implimentazzjoni tal-Programm, inkluż fl-identifikazzjoni u l-għażla tal-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet [Em. 26]

(16)

Biex jiġi żgurat l-impatt tal-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà fuq l-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipanti, l-għarfien, il-ħiliet u l-kompetenzi li huma l-eżiti tat-tagħlim tal-attività, jenħtieġ li jiġu identifikati u dokumentati kif xieraq, f’konformità maċ-ċirkustanzi u mal-ispeċifiċitajiet nazzjonali, kif irrakkomandat fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (9). Biex jiġi żgurat li l-kandidati reġistrati jiġu offruti attivitajiet adatti, jenħtieġ li l-eżiti tat-tagħlim mill-attivitajiet ta' solidarjetà jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħhom qabel jagħżlu li jipparteċipaw. Għal dan l-għan, jenħtieġ li jiġi mħeġġeġ l-użu ta' strumenti effikaċi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni għar-rikonoxximent tat-tagħlim mhux formali u informali, bħall-Youthpass u l-Europass, skont il-każ. [Em. 27]

(16a)

Jenħtieġ li l-aġenziji nazzjonali jinkoraġġixxu wkoll lill-voluntiera żgħażagħ isiru ambaxxaturi tal-Programm u jaqsmu l-esperjenzi tagħhom permezz ta' netwerks taż-żgħażagħ, stabbilimenti edukattivi u workshops. L-ex voluntiera jew ambaxxaturi jistgħu wkoll jikkontribwixxu għat-taħriġ ta' kandidati prospettivi. [Em. 28]

(17)

It-tikketta tal-kwalità jenħtieġ li tiżgura l-konformità tal-organizzazzjonijiet parteċipanti mal-valuri, il-prinċipji u l-objettivi tal-Unjoni kif ukoll mal-prinċipji u mar-rekwiżiti tal-Karta r-rekwiżiti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, fir-rigward tad-drittijiet u tar-responsabbiltajiet r-responsabbiltajiet tagħhom – kif ukoll l-istandards tas-sikurezza – matul l-istadji kollha tal-esperjenza ta’ solidarjetà , inklużi l-istadji ta' qabel u wara l-attività . Il-kisba ta’ tikketta tal-kwalità hija prekundizzjoni għall-parteċipazzjoni iżda jenħtieġ li ma twassalx b’mod awtomatiku għal finanzjament mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Jenħtieġ li t-tikketti tal-kwalità jkunu differenti minn xulxin, skont x'tip ta' attività ta' solidarjetà jkopru. [Em. 29]

(18)

Kwalunkwe entità li tixtieq tieħu sehem fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li tirċievi tikketta tal-kwalità, diment dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet xierqa . Biex tiġi żgurata l-konformità effettiva tal-organizzazzjonijiet parteċipanti mal-prinċipji u r-rekwiżiti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fir-rigward tad-drittijiet u r-responsabbiltajiet tagħhom, jenħtieġ li jiddaħħlu fis-seħħ tikketti tal-kwalità separati għall-volontarjat f'attivitajiet ta' solidarjetà, il-volontarjat b'appoġġ għal operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja, it-traineeships u l-impjiegi, li jvarjaw ukoll skont il-funzjoni tal-organizzazzjoni parteċipanti . Il-proċess li jwassal għall-attribuzzjoni ta' tikketta tal-kwalità jenħtieġ li jitwettaq fuq bażi kontinwa mill-korpi ta' implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta Jenħtieġ li t-tikketta tal-kwalità attribwita jenħtieġ li terġa' tiġi vvalutata b'mod perjodiku u tista' regolarment u jekk, fil-kuntest tal-verifiki li jridu jsiru, il-kundizzjonijiet li wasslu għall-attribuzzjoni tagħha jinstab li ma jibqgħux issodisfati, tiġi revokata . Jenħtieġ li l-proċess amministrattiv jiqsar kemm jista' jkun biex ma jaqtax qalb organizzazzjonijiet iżgħar. [Em. 30]

(19)

Kwalunkwe entità li tixtieq tapplika għal finanzjament biex toffri attivitajiet taħt il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, jenħtieġ li l-ewwel tkun irċeviet tikketta tal-kwalità bħala prekundizzjoni. Dan ir-rekwiżit ma japplikax għal persuni fiżiċi li jfittxu appoġġ finanzjarju f’isem grupp informali ta’ parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għall-proġetti ta’ solidarjetà tagħhom.

(19a)

Bħala regola ġenerali, jenħtieġ li t-talbiet għal għotjiet jintbagħtu lill-aġenzija nazzjonali tal-pajjiż fejn tkun ibbażata l-organizzazzjoni. Jenħtieġ li talbiet għal għotjiet li jirrigwardaw attivitajiet ta' solidarjetà organizzati minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew preżenti fl-Ewropa kollha, attivitajiet ta' solidarjetà minn timijiet ta' voluntiera fl-oqsma ta' prijorità identifikati fil-livell Ewropew u attivitajiet ta' solidarjetà b'appoġġ għal operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi jintbagħtu lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) mwaqqfa mid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/776/UE  (10) . [Em. 31]

(20)

Organizzazzjonijiet L-organizzazzjonijiet parteċipanti jistgħu iwettqu jwettqu bosta funzjonijiet fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. F'funzjoni ta' ospitant, huma jwettqu attivitajiet marbuta mal-akkoljenza tal-parteċipanti, inkluż fosthom l-organizzazzjoni ta' attivitajiet u l-għoti ta' gwida u appoġġ lill-parteċipanti waqt l-attività ta' solidarjetà kif xieraq kif ukoll feedback wara l-attività , skont il-każ . F'funzjoni ta' appoġġ, huma jwettqu attivitajiet marbuta ma' li jibgħatu jibagħtu l-parteċipanti u t-tħejjija tal-parteċipanti qabel it-tluq, matul u wara l-attività ta' solidarjetà, inkluż it-taħriġ, inklużi t-taħriġ u l-gwida tal-parteċipanti għal organizzazzjonijiet lokali wara l-attività sabiex jiżdiedu l-opportunitajiet għal aktar esperjenzi ta' solidarjetà . Barra minn hekk, jenħtieġ li l-aġenziji nazzjonali jħeġġu lill-voluntiera jsiru ambaxxaturi tal-Programm u jaqsmu l-esperjenzi personali tagħhom permezz ta' netwerks taż-żgħażagħ u stabbilimenti edukattivi, u b'hekk jikkontribwixxu għall-promozzjoni tal-Programm. Għal dan l-għan, jenħtieġ li l-aġenziji nazzjonali jagħtu appoġġ lill-voluntiera. [Em. 32]

(20a)

Sabiex l-attivitajiet ta' solidarjetà fost iż-żgħażagħ jingħataw appoġġ, jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet parteċipanti jkunu entitajiet pubbliċi jew privati jew organizzazzjonijiet internazzjonali – sew bi skop ta' qligħ u sew mingħajru – u jistgħu jinkludu organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, istituzzjonijiet reliġjużi u assoċjazzjonijiet tal-karità, organizzazzjonijiet umanistiċi sekulari, NGOs jew atturi oħra mis-soċjetà ċivili. Jenħtieġ li l-finanzjament tal-Programm ikopri biss il-parti mingħajr qligħ tal-attivitajiet tal-organizzazzjonijiet parteċipanti. [Em. 33]

(21)

Jenħtieġ li jiġi ffaċilitat it-tkabbir tal-proġetti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Fl-istess ħin, jenħtieġ li l-benefiċjarji potenzjali jingħataw informazzjoni preċiża u aġġornata kontinwament dwar dawk l-opportunitajiet. Jenħtieġ li jidħlu fis-seħħ miżuri speċifiċi li jgħini jgħinu lill-promoturi tal-proġetti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà biex japplikaw għal għotjiet jew jiżviluppaw sinerġiji permezz ta’ appoġġ għal Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej u l-programmi marbuta mal-migrazzjoni, is-sigurtà, il-ġustizzja u ċ-ċittadinanza, is-saħħa u l-kultura. [Em. 34]

(22)

Iċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jenħtieġ li jassistu lill-korpi ta’ implimentazzjoni, lill-organizzazzjonijiet parteċipanti u liż-żgħażagħ li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, biex tiżdied il-kwalità tal-implimentazzjoni tal-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, kif ukoll biex tisaħħaħ l-identifikazzjoni u l-validazzjoni tal-kompetenzi miksuba permezz ta’ dawn l-attivitajiet, inkluż permezz tal-produzzjoni taċ-ċertifikati Youthpass.

(23)

Il-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jenħtieġ li jibqa' jiġi żviluppat b'mod kontinwu biex jiġi żgurat aċċess faċli , sempliċi u mingħajr ostakli għall-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jiġi pprovdut , f'konformità mal-istandards stabbiliti mid-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (11) . Il-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà jipprovdi one-stop shop kemm għall-individwi kif ukoll għall-organizzazzjonijiet interessati fir-rigward tar-reġistrazzjoni, tal-identifikazzjoni l-identifikazzjoni tat-tlaqqig t-tlaqqigħ tal-profili u tal-opportunitajiet, tan-netwerking l-opportunitajiet , in-netwerking tal-iskambji l-iskambji virtwali, tat-taħriġ it-taħriġ online, tal-appoġġ l-appoġġ lingwistiku u tal-appoġġ l-appoġġ qabel u wara l-attività , il-mekkaniżmi ta' feedback u evalwazzjoni , kif ukoll fir-rigward ta' funzjonalitajiet siewja oħra, fost l-oħrajn, li jistgħu jqumu fil-futur. Filwaqt li one-stop shop joffri l-vantaġġ ta' aċċess integrat għal attivitajiet differenti, l-individwi jistgħu jiffaċċjaw ostakli fiżiċi, soċjali u oħrajn biex jidħlu fil-Portal tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Sabiex jingħelbu dawn l-ostakli, jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet parteċipanti jgħinu lill-parteċipanti jirreġistraw. [Em. 35]

(24)

Jenħtieġ li l-Korp l-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jiġi żviluppat ulterjurment ulterjorment filwaqt li jitqies il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà (12), li jagħti gwida speċifika dwar kif jitwaqqfu s-servizzi pubbliċi diġitali interoperabbli u li huwa implimentat fl-Istati Membri u fil-membri l-oħra taż-Żona Ekonomika Ewropea permezz tal-Oqfsa Ewropej għall-Interoperabbiltà. Huwa joffri lill-amministrazzjonijiet pubbliċi b’47 47  rakkomandazzjoni konkreta dwar kif itejbu l-governanza tal-attivitajiet ta’ interoperabbiltà tagħhom, jistabbilixxu r-relazzjonijiet fost l-organizzazzjonijiet, jissimplifikaw il-proċessi li jappoġġaw is-servizzi diġitali minn tarf sa tarf, u jiżguraw li l-leġiżlazzjoni eżistenti u dik ġdida ma jikkompromettux l-isforzi ta’ interoperabbiltà. Barra minn hekk, il-Portal jenħtieġ li jinbena skont l-istandards stabbiliti bid-Direttiva (UE) 2016/2102. [Em. 36]

(24a)

Sabiex tissaħħaħ it-trasparenza tal-proċess tal-implimentazzjoni u tiżdied l-effikaċja tal-Programm, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta regolarment lill-partijiet ikkonċernati ewlenin – inklużi l-organizzazzjonijiet parteċipanti – dwar l-implimentazzjoni tal-Programm. [Em. 37]

(24b)

Sabiex jiġu żgurati l-funzjonament tajjeb tal-Programm u l-implimentazzjoni f'waqtha tal-azzjonijiet tiegħu, huwa essenzjali li fil-programmi ta' ħidma tal-Programm ikun hemm mekkaniżmi li jiggarantixxu li ż-żgħażagħ reġistrati jsirulhom offerti fi żmien raġonevoli u relattivament prevedibbli. Għaldaqstant jenħtieġ li l-kandidati reġistrati jintbagħtulhom informazzjoni u aġġornamenti perjodiċi dwar il-kollokamenti disponibbli u l-organizzazzjonijiet parteċipanti involuti attivament sabiex jiġi stimulat l-involviment tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà wara li jkunu rreġistraw, filwaqt li jingħataw ukoll l-opportunità li jidħlu f'kuntatt dirett mal-atturi involuti fil-qasam tas-solidarjetà kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell Ewropew. [Em. 38]

(25)

Ir-Regolament [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] (13) (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Programm. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(26)

B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (15), l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrativi, inklużi verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (16), l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) jista’ jinvestiga u jħarrek dwar frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti.

(27)

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jimmira lejn iż-żgħażagħ ta’ età bejn it-18 u t-30 sena, u jenħtieġ li l-parteċipazzjoni fl-attivitajiet offruti mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tirrikjedi reġistrazzjoni minn qabel fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

(27a)

Abbażi tal-prinċipji tal-Unjoni fir-rigward tal-opportunitajiet indaqs u n-nondiskriminazzjoni, jenħtieġ li ċ-ċittadini tal-Unjoni u l-persuni residenti fit-tul ikunu jistgħu jipparteċipaw bħala ċittadini attivi, irrispettivament mill-klassi soċjali jew l-età tagħhom. Fid-dawl tal-isfidi speċifiċi tal-azzjoni umanitarja, jenħtieġ li l-parteċipanti fl-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE jkollhom mill-inqas 18-il sena u jistgħu jirrappreżentaw varjetà wiesgħa ta' profili u ġenerazzjonijiet li l-ħiliet tagħhom ikunu rilevanti biex dawn l-operazzjonijiet umanitarji jirnexxu. [Em. 39]

(28)

Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali biex jiġi żgurat li l-attivitajiet appoġġati mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jkunu aċċessibbli għaż-żgħażagħ kollha, b’mod partikolari dawk l-aktar żvantaġġati b'inqas opportunitajiet kif imfisser f'aktar dettall fl-Istrateġija tal-Inklużjoni u d-Diversità żviluppata u applikata fil-qafas tal-programm Erasmus+ . Jenħtieġ li jittieħdu miżuri speċjali , bħal formati xierqa ta' attivitajiet ta' solidarjetà u gwida personalizzata, biex jiġu promossi l-inklużjoni soċjali, il-parteċipazzjoni u l-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ żvantaġġati b'inqas opportunitajiet , kif ukoll biex jiġu meqjusa r-restrizzjonijiet imposti mid-distanza remota ta’ għadd ta’ żoni rurali u tar-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u tal-Pajjiżi tal-pajjiżi tat-Territorji t-territorji extra-Ewropej. B’mod simili, il-pajjiżi Għaldaqstant jenħtieġ li ż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet – mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li jipparteċipaw full-time u f'pajjiż li ma jkunx il-pajjiż fejn jirrisjedu – ikollhom ukoll il-possibbiltà li jipparteċipaw part-time jew fil-pajjiż fejn jirrisjedu u jibbenefikaw minn miżuri oħra li jkollhom l-għan li jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tagħhom fil-Programm . Bl-istess mod , jenħtieġ li l-pajjiżi parteċipanti jeħtieġ li jieħdu impenn li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Jenħtieġ li jsolvu, fejn meta jkun possibbli, u mingħajr preġudizzju għall-acquis ta’ Schengen u għad-dritt tal-Unjoni dwar id-dħul u r-residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, ta’ kwistjonijiet amministrattivi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta’ viżi u ta’ permessi ta’ residenza, kif ukoll il-ħruġ tal-Karta tal-Assikurazzjoni tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea fil-każ ta’ attivitajiet transfruntiera fi ħdan l-Unjoni Ewropea. [Em. 40]

(28a)

Jenħtieġ li l-kapaċità tal-organizzazzjonijiet sħab ospitanti fil-pajjiżi terzi – kif ukoll il-ħtieġa li l-attivitajiet tal-voluntiera jiġu integrati fil-kuntest lokali u li tiġi ffaċilitata l-interazzjoni tal-voluntiera mal-atturi umanitarji lokali, il-komunità ospitanti u s-soċjetà ċivili – jingħataw attenzjoni u appoġġ partikolari. [Em. 41]

(29)

Filwaqt li jirrifletti l-importanza li jiġi indirizzat it-tibdil fil-klima f’konformità mal-impenji tal-Unjoni biex jiġi implimentat il-Ftehim ta’ Pariġi u biex jintlaħqu l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi għas-simplifikazzjoni tal-azzjoni klimatika u l-kisba tal-mira ġenerali ta’ mhux inqas minn 25 % tan-nefqiet tal-baġit tal-Unjoni li jappoġġaw l-għanijiet klimatiċi tul il-perjodu 2021-2027 tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027 . Waqt it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm se jiġu identifikati azzjonijiet rilevanti, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u l-proċessi ta’ rieżami rilevanti. [Em. 42]

(30)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-perjodu 2021-2027 li jrid jikkostitwixxi l-ammont ta’ referenza ewlieni, fi ħdan it-tifsira tal-Punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, kooperazzjoni f’materji baġitarji u ġestjoni finanzjarja tajba, għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali (18).

(30a)

Jenħtieġ li parti adegwata mill-baġit tkun iddedikata għall-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u għall-iżvilupp ta' netwerks taż-żgħażagħ. [Em. 43]

(31)

It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom jingħażlu abbażi tad-disponibbiltà tagħhom biex jinkisbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u biex jinkisbu r-riżultati, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv, u r-riskju mistenni tan-nuqqas ta’ konformità. Għall-għotjiet, dan għandu jinkludi kunsiderazzjoni tal-użu ta’ somom f’daqqa, rati fissa u skali tal-kostijiet unitarji.

(32)

Il-pajjiżi terzi li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jistgħu jipparteċipaw fil-Programm fil-qafas tal-kooperazzjoni stabilita skont il-ftehim taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) li jipprevedi l-implimentazzjoni ta’ programmi tal-Unjoni permezz ta’ deċiżjoni skont dak il-ftehim. Il-pajjiżi terzi jistgħu wkoll jipparteċipaw abbażi ta’ strumenti legali oħra. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa għall-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), kif ukoll il-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi rispettivi tagħhom b’mod komprensiv. Il-parteċipazzjoni sħiħa tal-pajjiżi terzi fil-Programm jenħtieġ li tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fil-ftehimiet speċifiċi li jkopru l-parteċipazzjoni tal-pajjiżi terzi kkonċernati fil-Programm. Barra minn hekk, il-parteċipazzjoni sħiħa tinkludi l-obbligu li tiġi stabbilita aġenzija nazzjonali u l-ġestjoni ta’ xi azzjonijiet tal-Programm f’livell diċentralizzat. Individwi u entitajiet minn pajjiżi terzi li ma humiex assoċjati mal-Programm, jenħtieġ li jkunu jistgħu jipparteċipaw f’xi azzjonijiet tal-Programm, kif definit fil-programm ta’ ħidma u fis-sejħiet għal proposti ppubblikati mill-Kummissjoni.

(33)

Sabiex jiġi mmassimizzat l-impatt tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet biex il-pajjiżi parteċipanti u programmi oħra tal-Unjoni jitħallew jagħmlu finanzjament addizzjonali disponibbli skont ir-regoli tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

(34)

Skont [l-Artikolu 88 tad-Deċiżjoni l-Ġdida tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni tal-PTEE] (19), persuni u entitatijiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Programm u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(35)

F’konformità mal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Sħubija strateġika aktar b’saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” (20), jenħtieġ li l-Programm iqis is-sitwazzjoni speċifika ta’ dawn ir-reġjuni. Se jittieħdu miżuri – fosthom pubbliċità aktar b'saħħitha biex tiżdied il-parteċipazzjoni tar-reġjuni ultraperiferiċi fl-azzjonijiet kollha. Dawn il-miżuri se jiġu mmonitorjati regolament u evalwati. [Em. 44]

(36)

F'konfomità mar-Regolament Peress li l-Programm huwa implimentat fuq perjodu ta' seba' snin, jeħtieġ li tiġi prevista flessibbiltà xierqa sabiex il-Programm ikun jista' jadatta ruħu għal realtajiet ġodda u għall-prijoritajiet politiċi fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta' solidarjetà. Bħala tali, ir-Regolament ma jispjegax fid-dettall kif se jitfasslu l-azzjonijiet u ma jippreġudikax il-prijoritajiet politiċi jew baġitarji rispettivi għas-seba' snin li jmiss. Minflok, jenħtieġ li l-għażliet u l-prijoritajiet politiċi sekondarji, inklużi d-dettalji ta' azzjonijiet speċifiċi, li jkunu jridu jiġu implimentati permezz tal-attivitajiet differenti, jiġu ddeterminati permezz ta' programm ta' ħidma annwali f'konformità mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (21) (ir-Regolament Finanzjarju), jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta programmi ta' ħidma u tinforma dwarhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Jenħtieġ li l-programm ta' ħidma jistabbilixxi l-miżuri wkoll il-miżuri meħtieġa għall-implimentazzjoni f'konformità mal-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm, mal-kriterji tal-għażla u tal-għoti għall-għotjiet, kif ukoll mal-elementi l-oħra kollha meħtieġa. Jenħtieġ li l-programmi ta' ħidma u kwalunkwe emenda tagħhom jiġu adottati b'atti ta' implimentazzjoni skont il-proċedura ta' eżami permezz ta' att delegat . Biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija ta' atti delegati, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, ukoll fil-livell ta' esperti, u li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin . [Em. 45]

(37)

F’konformità mal-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, hemm bżonn li dan il-Programm jiġi evalwat abbażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti ta’ monitoraġġ speċifiċi, filwaqt li jiġu evitati l-leġiżlazzjoni żejda u l-piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Jenħtieġ li dawn ir-rekwiżiti jinkludu indikaturi speċifiċi, miżurabbli u realistiċi li jistgħu jitkejlu tul iż-żmien bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fuq il-post.

(38)

Sensibilizzazzjoni Jenħtieġ li jiġu żgurati sensibilizzazzjoni, pubbliċità u disseminazzjoni xierqa tal-opportunitajiet u tar-riżultati tal-azzjonijiet appoġġati mill-Programmm, jenħtieġ li jiġu żgurati mill-Programm fil-livell Ewropew, reġjonali, nazzjonali u lokali. Jenħtieġ li l-Programm jiġi promoss permezz ta' mezzi ta' komunikazzjoni dinamiċi, b'enfasi speċjali fuq il-midja soċjali, sabiex jintlaħaq għadd kbir ta' kandidati potenzjali . Jenħtieġ li tingħata attenzjoni speċjali lill-intrapriżi soċjali billi jitħeġġu biex jappoġġaw l-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Jenħtieġ li l-attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni, ta' pubbliċità u ta' disseminazzjoni jibbażaw fuq il-korpi jkollhom l-appoġġ tal-korpi ta' implimentazzjoni kollha tal-Programm, inkluż is-siti web tal-Unjoni, il-programmi tal-Unjoni assoċjati mal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà u , meta rilevanti, bl-appoġġ jinvolvu l-appoġġ ta' partijiet ikkonċernati ewlenin oħra. [Em. 46]

(39)

Sabiex jintlaħqu aħjar l-għanijiet tal-Programm, jenħtieġ li preferibilment l-Kummissjoni, l-Istati Membri u l-aġenziji nazzjonali jaħdmu flimkien mill-qrib fi sħubija ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi, intrapriżi soċjali, organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ , organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lill-persuni b'diżabbiltà u partijiet ikkonċernati lokali li għandhom għarfien espert fl-azzjonijiet ta’ solidarjetà. [Em. 47]

(40)

Sabiex tiġi żgurata effiċjenza akbar fil-komunikazzjoni lill-pubbliku ġenerali u sinerġiji aktar b’saħħithom bejn l-attivitajiet ta’ komunikazzjoni mwettqa b’inizjattiva tal-Kummissjoni, ir-riżorsi allokati għall-komunikazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkontribwixxu wkoll biex ikopru l-komunikazzjoni għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet ta’ politika tal-Unjoni mingħajr ostakli, bil-kundizzjoni li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ġenerali ta’ dan ir-Regolament. [Em. 48]

(41)

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effiċjenti u effettiva ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Programm jagħmel użu massimu mill-arranġamenti ta’ ġestjoni eżistenti li diġà huma fis-seħħ. Għaldaqstant, l-implimentazzjoni tal-Programm hija fdata f’idejn l-istrutturi eżistenti, jiġifieri l-Kummissjoni u l-aġenziji nazzjonali maħturin biex jimmaniġġjaw l-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-[Regolament il-Ġdid dwar Erasmus]. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta regolarment mal-partijiet ikkonċernati ewlenin, inkluż l-organizzazzjonijiet parteċipanti, dwar l-implimentazzjoni tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

(42)

Sabiex jiġu żgurati l-ġestjoni finanzjarja tajba , l-ottimizzazzjoni tal-ispejjeż u ċ-ċertezza tad-dritt f’kull pajjiż parteċipanti, kull Awtorità Nazzjonali jenħtieġ li taħtar korp indipendenti tal-awditjar. Meta dan ikun fattibbli, u biex tiġi mmassimizzata massimizzata l-effiċjenza, il-korp indipendenti tal-awditjar jista’ jkun l-istess bħal dak maħtur għall-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-[Regolament il-Ġdid dwar l-Erasmus]. [Em. 49]

(43)

Jeħtieġ Jenħtieġ li l-Istati Membri jieħdu impenn li jadottaw il-miżuri xierqa kollha biex ineħħu l-ostakli legali u amministrattivi għall-funzjonament xieraq tal-Programm. Fejn possibbli, dan jinkludi r-riżoluzzjoni , meta jkun possibbli u mingħajr preġudizzju għal-liġi tal-Unjoni dwar il-kwistjonijiet tad-dħultar-residenza ta’ ċittadini kwistjonijiet ta' dħul residenza taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li joħolqu diffikultajiet fil-kisba ta’ viżi u permessi ta’ residenza u diffikultajiet legali oħra li jistgħu jimpedixxu l-aċċess taż-żgħażagħ għall-Programm . F’konformità mad-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22), l-Istati Membri huma mħeġġa biex jistabbilixxu proċeduri ta’ ammissjoni rapida. [Em. 50]

(44)

Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni jenħtieġ li tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-evalwazzjoni tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u fil-ħin, u fil-livell xieraq ta’ granularità. Jenħtieġ li din id-data tiġi kkomunikata lill-Kummissjoni b’tali mod li tikkonforma mar-regoli rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data.

(45)

Sabiex ikunu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23). [Em. 51]

(46)

Saiex jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji, jenħtieġ li jintużaw kemm jista’ jkun għotjiet simplifikati fl-għamla ta’ somom f’daqqa, kostijiet unitarji u finanzjament b’rata fissa. L-għotjiet simplifikati biex jiġu appoġġati l-azzjonijiet ta’ mobbiltà tal-Programm kif definit mill-Kummissjoni, jenħtieġ li jqisu l-għoli tal-ħajja u l-ispejjeż ta’ sussisstenza tal-pajjiż ospitanti. F’konformità mal-liġi nazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa biex jeżentaw lil dawk l-għotjiet minn kwalunkwe taxxa jew imposti soċjali. Din l-istess eżenzjoni jenħtieġ li tapplika għall-intrapriżi pubbliċi jew privati li jagħtu dan l-appoġġ finanzjarju lill-individwi kkonċernati.

(47)

Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (24), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jeħtieġu jkunu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet, inkluż frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett, u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. Sabiex jiġi eżaminat mill-ġdid u/jew biex jiġu kkomplimentati l-indikaturi ta’ prestazzjoni tal-Programm, jenħtieġ li s-setgħa ta’ adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea tiġi delegata lill-Kummissjoni. Hu tassew importanti li matul il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa, inkluż fil-livell espert, u li dawk il-konsultazzjonijiet isiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. B’mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jenħtieġ li jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija tal-atti delegati.

(48)

Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxiti b’mod partikolari mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (25). B’mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex li jiżgura rispett sħiħ tad-dritt tal-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa u d-dritt ta’ nondiskriminazzjoni abbażi tas-sess, oriġini l-oriġini razzjali jew etnika, reliġjon ir-reliġjon jew twemmin it-twemmin , diżabbiltà id-diżabbiltà , età jew orjentazzjoni l-età , l-orjentazzjoni sesswali, jew l-isfond soċjoekonomiku, u li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 21 u 23 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. [Em. 52]

(49)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Paralament Ewropew u mill-Kunsill abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari, jiddetterminaw il-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwisti pubbliċi, premjijiet, implimentazzjonijiet indiretti, u jipprevedu għall-verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati abbażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasitajiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, peress li r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u finanzjament tal-Unjoni effettiv.

(50)

Ladarba l-għan ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-organizzazzjonijiet f’attivitajiet ta’ solidarjetà aċċessibbli u ta’ kwalità għolja, ma jistax jinkiseb b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri imma minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu, jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(51)

[Ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà] jenħtieġ li jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

(52)

Sabiex tiġi żgurata l-kontinwità fl-appoġġ finanzjarju mogħti taħt il-Programm, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (il-“Programm”).

Jistabbilixxi l-għanijiet tal-Programm, il-baġit għall-perjodu 2021 – 2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta’ dan it-tip ta’ finanzjament.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“attività ta’ solidarjetà” tfisser attività temporanja ta’ kwalità għolja – inklużiva u ffinanzjata adegwatament – li li tindirizza sfidi soċjali importanti għall-benefiċċju tal-komunità jew tas-soċjetà kollha kemm hi u tikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, li tista’ tieħu l-għamla ta’ volontarjat, traineeships, impjiegi, proġetti ta’ solidarjetà u attivitajiet ta’ netwerking f’diversi oqsma, inklużi dawk imsemmija fil-paragrafu 13, filwaqt li jiġi żgurat il-valur miżjud Ewropew u l-konformità mar-regolamenti dwar is-saħħa u s-sigurtà; [Em. 53]

(2)

“kandidat irreġistrat reġistrat ” tfisser individwu ta’ bejn is-17 u t-30 sena u li rreġistra , li jirrisjedi legalment f'pajjiż parteċipanti u li jkun irreġistra fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà biex jesprimi l-interess li jinvolvi ruħu f’attività ta’ solidarjetà iżda li jkun għadu mhux jieħu qed sehem f’din l-attività; [Em. 54]

(3)

“parteċipant” tfisser individwu ta’ bejn it-18 u t-30 sena, li rreġistra jirrisjedi legalment f'pajjiż parteċipanti, ikun irreġistra fil-portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u li jieħu sehem f’attività ta’ solidarjetà taħt il-Korp fl-ambitu tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà; [Em. 55]

(4)

żgħażagħ b’inqas opportunitajiet” tfisser żgħażagħ li jħabbtu wiċċhom ma’ xi ostakoli li jwaqqfuhom milli jkollhom aċċess effettiv għall-opportunitajiet taħt il-Programm minħabba raġunijiet ekonomiċi, soċjali, kulturali, ġeografiċi jew tas-saħħa, jew minħabba raġunijiet bħal diżabbiltà u jeħtieġu appoġġ addizzjonali minħabba ostakli differenti li jirriżultaw – pereżempju – mid-diżabbiltà, minn problemi ta' saħħa, minn diffikultajiet edukattivi , mill-isfond migratorju tagħhom, minn differenzi kulturali u mis-sitwazzjoni ekonomika, soċjali u ġeografika tagħhom, inklużi persuni minn komunitajiet emarġinati jew li jinsabu f'riskju li jiffaċċjaw diskriminazzjoni abbażi ta' xi waħda mir-raġunijiet minquxa fl-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ; [Em. 56]

(5)

“organizzazzjoni parteċipanti” tfisser kwalunkwe entità pubblika jew privata, lokali, reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali – sew bi skop ta' qligħ u sew mingħajru – li tkun ingħatat it-tikketta ta’ kwalità tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà f'funzjoni ta' ospitant, f'funzjoni ta' appoġġ, jew fiż-żewġ funzjonijiet, li tiżgura li l-entità tista' timplimenta attivitajiet ta' solidarjetà ta' kwalità għolja skont l-objettivi tal-Programm ; [Em. 57]

(6)

“volontarjat” tfisser attività ta’ solidarjetà li ssir bħala mhux obbligatorja li tikkonsisti fit-twettiq ta' attività volontarja mingħajr ħlas għall-benefiċċju kollettiv li tikkontribwixxi għall-benessri tas-soċjetà u li parteċipant iwettaq liberament u fil-ħin liberu tiegħu, mingħajr ma jkun intitolat għal rimunerazzjoni, għal perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xahar; [Em. 58]

(7)

“traineeship” tfisser attività ta’ solidarjetà mħallsa li tieħu l-għamla ta' inkarigu ta' xogħol f'organizzazzjoni parteċipanti għal perjodu minn xahrejn sa ta' bejn tlieta u sitt xhur, li tista' tiġġedded darba biss u għal durata massima tul massimu ta’ 12-il xahar, li hija offerta tkun offruta imħallsa mħallsa minn organizzazzjoni parteċipanti li tkun qed tospita lill-parteċipant tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u tinvolvi komponent tat-tagħlim biex jinkisbu ħiliet u esperjenza rilevanti ; [Em. 59]

(8)

“impjieg” tfisser attività ta’ solidarjetà mħallsa b'paga diċenti għal perjodu minn xahrejn sa ta' bejn tlieta u 12-il xahar, imħallsa li tinkludi komponent ta' tagħlim u taħriġ, tkun ibbażata fuq ftehim bil-miktub u tkun offruta u mħallsa mill-organizzazzjoni parteċipanti li timpjega lill-parteċipant tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà , mingħajr ma tissostitwixxi opportunità ta' impjieg eżistenti ; [Em. 60]

(9)

“proġett ta’ solidarjetà” tfisser attività ta’ solidarjetà fil-pajjiż mhux imħallsa – fil-pajjiż jew barra l-pajjiż – għal perjodu ta’ mhux aktar minn 12-il xahar, li jitwettaq imwettqa minn gruppi ta’ mill-inqas ħames parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, bl-għan li jiġu indirizzati l-isfidi ewlenin fi ħdan il-komunitajiet tagħhom filwaqt li jippreżentaw valur u b'valur miżjud Ewropew ċar; [Em. 61]

(10)

“tikketta tal-kwalità” tfisser iċ-ċertifikazzjoni mogħtija abbażi ta' diversi rekwiżiti speċifiċi skont it-tip ta' attività ta' solidarjetà pprovduta, lil organizzazzjoni parteċipanti li tkun tixtieq tipprovdi attivitajiet ta’ solidarjetà taħt il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, bir-rwol ta’ ospitant u/jew b’funzjoni f'funzjoni ta’ appoġġ , li tiċċertifika li l-organizzazzjoni parteċipanti tista' tiżgura l-kwalità tal-attivitajiet ta' solidarjetà, matul l-istadji kollha tal-esperjenza ta' solidarjetà, skont il-prinċipji u l-objettivi tal-Programm ; [Em. 62]

(11)

“Ċentri tar-Riżorsi tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà” tfisser il-funzjonijiet addizzjonali mwettqa minn aġenziji nazzjonali maħtura biex jappoġġaw l-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-kwalità ta’ attivitajiet taħt il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, kif ukoll l-identifikazzjoni tal-kompetenzi miksuba mill-parteċipanti permezz tal-attivitajiet ta’ solidarjetà tagħhom;

(12)

Għodod ta’ trasparenza u rikonoxximent tal-Unjoni” tfisser strumenti li jgħinu lill-partijiet ikkonċernati jifhmu, japprezzaw u kif xieraq, jirrikonoxxu l-eżiti tat-tagħlim mhux formali u informali fl-Unjoni kollha; Wara li jlestu l-attivitajiet tagħhom, il-parteċipanti kollha se jirċievu ċertifikazzjoni li tiddikjara l-eżiti tat-tagħlim tal-attivitajiet tagħhom, u l-ħiliet żviluppati matul dawn l-attivitajiet, bħal Youthpass jew Europass;

(13)

“attività ta’ għajnuna umanitarja” tfisser attività li tappoġġa l-operazzjonijiet ta’ għajnuna umanitarja fil-pajjiżi terzi maħsuba biex tipprovdi assistenza ta’ emerġenza abbażi tal-ħtiġijiet immirata għall-ħarsien tal-ħajja, il-prevenzjoni u t-taffija tas-sofferenza umana, u ż-żamma tad-dinjità tal-bniedem meta jiġu ffaċċjati kriżijiet magħmula mill-bniedem jew diżastri naturali, inkluż assistenza, sokkors u operazzjonijiet ta’ protezzjoni fi kriżijiet umanitarji jew eżatt kif iseħħu, tappoġġa miżuri biex jiġi żgurat l-aċċess għan-nies fil-bżonn u biex jiġi ffaċilitat il-fluss ħieles ta’ assistenza, kif ukoll azzjonijiet immirati għall-infurzar tat-tħejjija għad-diżastri u t-tnaqqis tar-riskju tad-diżastri, filwaqt li jgħaqqdu flimkien l-għajnuna, ir-riabilitazzjoni u l-iżvilupp u jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza u l-kapaċità li wieħed ilaħħaq mal-kriżijiet u jirkupra minnhom;

(14)

“pajjiż terz” tfisser pajjiż li mhuwiex membru tal-Unjoni;

(15)

“pajjiż terz assoċjat mal-programm” tfisser pajjiż terz li huwa parti ta’ ftehim mal-Unjoni li jippermetti l-parteċipazzjoni tiegħu fil-Programm u li jissodisfa l-obbligi kollha stipulati f’dan ir-Regolament fir-rigward tal-Istati Membri;

(16)

“pajjiż terz mhux assoċjat mal-programm” tfisser pajjiż terz li ma jipparteċipax bi sħiħ fil-Programm iżda li l-entitajiet ġuridiċi tiegħu jistgħu b’mod eċċezzjonali jibbenefikaw mill-Programm f’każijiet ġustifikati kif xieraq fl-interess tal-Unjoni.

Artikolu 3

Għanijiet tal-programm

1.   L-għan ġenerali tal-Programm hu li jissaħħaħ jippromwovi s-solidarjetà bħala valur, l-aktar permezz tal-volontarjat, isaħħaħ l-involviment taż-żgħażagħ u ta' ġenerazzjoni ta' żgħażagħ li aktar hemm ċans li jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà, kif ukoll tal-organizzazzjonijiet f’attivitajiet ta’ solidarjetà aċċessibbli u ta’ kwalità għolja bħala mezz biex issir kontribuzzjoni jingħata kontribut għat-tisħiħ tal-koeżjoni, tas-solidarjetà u tad-demokrazija soċjali , is-solidarjetà, id-demokrazija, l-identità Ewropea u ċ-ċittadinanza attiva fl-Unjoni u lil hinn minnha, filwaqt li jiġu indirizzati sfidi t tingħata risposta għall-isfidi umanitarji u as-soċjetà u umanitarji fuq il-post, bi sforz partikolari biex tiġi promossa jiġu promossi l-inklużjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs . [Em. 63]

2.   L-għan speċifiku tal-Programm hu li ż-żgħażagħ, inklużi dawk b’inqas opportunitajiet, jingħataw opportunitajiet b’aċċess iktar faċli u inklużiv involviment f’attivitajiet ta’ solidarjetà li jġibu magħhom bidliet soċjali pożittivi fl-Ewropa u lil hinn minnha, filwaqt li jtejbu u jivvalidaw kif xieraq il-kompetenzi tagħhom, kif ukoll jiffaċilitaw għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, kulturali, ċiviku u professjonali, kif ukoll jiffaċilitaw l-involviment kontinwu tagħhom bħala ċittadini attivi u l-impjegabbiltà u t-tranżizzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol. [Em. 64]

2a.     Il-feedback mogħti mill-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet parteċipanti għandu jinkludu wkoll evalwazzjoni tat-twettiq tal-objettivi tal-Programm. [Em. 65]

3.   L-għanijiet tal-Programm għandhom jiġu implimentati taħt iż-żewġ fergħat ta’ azzjoni li ġejjin:

(a)

il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f’attivitajiet ta’ solidarjetà li jindirizzaw l-isfidi tas-soċjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 6 , u l-isforzi biex jintlaħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli ; [Em. 66]

(b)

il-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u ta' persuni b'għarfien espert f'attivitajiet ta' solidarjetà relatati mal-għajnuna umanitarja (Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja) kif imsemmi fl-Artikolu 10 u l-azzjonijiet fl-Unjoni u lil hinn minnha mmirati lejn il-bini tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti għall-għajnuna umanitarja fil-pajjiżi terzi kif imsemmi fl-Artikolu 11 . [Em. 67]

3a.     L-objettivi operazzjonali u l-prijoritajiet politiċi korrispondenti tal-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati permezz tal-attivitajiet fl-ambitu tal-fergħat imsemmija fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu speċifikati fid-dettall fil-programmi ta' ħidma annwali li jridu jiġu adottati skont l-Artikolu 18. [Em. 68]

KAPITOLU II

AZZJONIJIET TAL-KORP EWROPEW TA’ SOLIDARJETÀ

Artikolu 4

Azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

1.   Il-Programm għandi jfittex li jwettaq l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 3 permezz tat-tipi ta’ azzjonijiet li ġejjin:

(a)

volontarjat, kif imsemmi fl-Artikoli 7 u 11;

(b)

traineeships u impjiegi, kif imsemmi fl-Artikolu 8 , li għandhom ikunu ta' kwalità għolja ; [Em. 69]

(c)

proġetti ta’ solidarjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 9;

(d)

attivitajiet ta’ netwerking, kif imsemmi fl-Artikolu 5;

(e)

miżuri ta’ kwalità u ta’ appoġġ, kif imsemmi fl-Artikolu 5.

2.   Il-Programm għandu jappoġġa l-attivitajiet ta’ solidarjetà li jippreżentaw valur miżjud Ewropew ċar, pereżempju permezz:

(a)

tal-karattru transnazzjonali tagħhom, partikolarment fir-rigward tal-mobbiltà fit-tagħlim u l-kooperazzjoni;

(b)

il-kapaċità tagħhom li jikkomplementaw ma’ programmi u politiki oħra fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali;

(c)

id-dimensjoni Ewropea tagħhom fir-rigward tas-suġġetti, l-għanijiet, l-approċċi, l-eżiti mistennija u aspetti oħra ta’ dawn l-attivitajiet ta’ solidarjetà;

(d)

l-approċċ l-inklużività u l-kapaċità effettiva tagħhom li tagħhom biex jinvolvu żgħażagħ minn sfondi differenti , inklużi żgħażagħ b'diżabbiltà ; [Em. 70]

(e)

il-kontribut tagħhom għall-użu effettiv tal-għodod ta’ trasparenza u rikonoxximent tal-Unjoni.

2a.     Il-programmi ta' ħidma annwali adottati skont l-Artikolu 18 għandhom jinkludu lista ta' attivitajiet li potenzjalment jistgħu jagħmlu ħsara lill-parteċipanti, lill-benefiċjarji u lis-soċjetà, jew li ma jkunux adatti għall-parteċipanti, u li ma għandhomx jitwettqu fil-qafas tal-Programm jew li għandhom ikunu soġġetti għal taħriġ speċjali, kontrolli tal-kondotta jew miżuri oħra. [Em. 71]

3.   L-attivitajiet ta’ solidarjetà għandhom jiġu implimentati skont ir-rekwiżiti speċifiċi stabbiliti għal kull tip ta’ attività mwettqa fil-qafas tal-Programm kif imsemmi fl-Artikoli 5, 7, 8, 9 u 11, kif ukoll ma’ oqfsa regolatorji applikabbli f’pajjiżi parteċipanti.

4.   Ir-referenzi għas-Servizz Volontarju Ewropew fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għandhom jinqraw li jinkludi attivitajiet ta’ volontarjat skont ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, kif ukoll skont dan ir-Regolament.

Artikolu 5

Azzjonijiet komuni għaż-żewġ fergħat

1.   L-attivitajiet ta’ netwerking, kif imsemmija fl-Artikolu 4.1, punt (d), għandhom jimmiraw lejn:

(a)

ir-rinfurzar tal-kapaċitajiet tal-organizzazzjonijiet parteċipanti biex joffru proġetti ta' kwalità tajba għolja, aċċessibbli faċilment u ffinanzjati b'mod sodisfaċenti għal għadd dejjem akbar ta' parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà; [Em. 72]

(b)

l-attrazzjoni ta' parteċipanti ġodda, kemm żgħażagħ u kemm persuni li jkollhom xi esperjenza fl-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, kif ukoll organizzazzjonijiet parteċipanti; [Em. 73]

(ba)

aċċessibbiltà aktar faċli għall-persuni b'diżabbiltà għall-attivitajiet kollha offruti; [Em. 74]

(c)

l-għoti ta' opportunitajiet sabiex jingħata feedback dwar l-attivitajiet ta' solidarjetà kif ukoll il-promozzjoni tal-Programm bħala ambaxxaturi ; u [Em. 75]

(d)

l-kontribut lill-iskambju ta’ esperjenzi u t-tisħiħ tas-sens ta’ appartenenza fost l-individwi u l-entitajiet li jipparteċipaw fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, u b’hekk jappoġġaw l-impatt pożittiv usa’ tiegħu.

2.   Il-miżuri ta’ kwalità u ta’ appoġġ, kif imsemmija fl-Artikolu 4.1, punt (e), għandhom jinkludu:

(a)

miżuri mmirati għall-iżgurar tal-kwalità tal-volontarjat, it-traineeships jew l-impjiegi, inklużi taħriġ, appoġġ lingwistiku, assigurazzjoni komplementari, appoġġ qabel u/jew wara l-attività ta’ solidarjetà, kif ukoll l-użu ulterjuri tal-Youthpass li jidentifika u jiddokumenta l-kompetenzi miksuba matul l-attivitajiet ta’ solidarjetà għall-parteċipanti, u l-bini ta’ kapaċità u, appoġġ amministrattiv għall-organizzazzjonijiet parteċipanti;

(aa)

miżuri li jipproteġu l-benefiċjarji ta' attivitajiet ta' solidarjetà, fosthom taħriġ immirat għall-parteċipanti li jwettqu attivitajiet ta' solidarjetà għall-benefiċċju ta' gruppi vulnerabbli, inklużi t-tfal, u kontrolli tal-kondotta fil-konfront tal-parteċipanti li jaħdmu mat-tfal; [Em. 76]

(ab)

miżuri mmirati għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs, b'mod partikolari għall-parteċipazzjoni ta' żgħażagħ b'inqas opportunitajiet, bħal formati xierqa ta' attivitajiet ta' solidarjetà u appoġġ personalizzat; [Em. 77]

(ac)

miżuri mmirati għall-iżgurar ta' bini ta' kapaċità u ta' appoġġ amministrattiv għall-organizzazzjonijiet parteċipanti; [Em. 78]

(b)

l-iżvilupp u ż-żamma ta’ tikketta tat-tikketti tal-kwalità għal entitajiet li lesti jipprovdu attivitajiet ta’ solidarjetà għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà; [Em. 79]

(c)

l-attivitajiet taċ-Ċentru tar-Riżorsi tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà biex jappoġġaw u jżidu l-kwalità tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà u jsaħħu l-validazzjoni tal-eżiti tagħhom;

(d)

l-istabbiliment, iż-żamma u l-aġġornar tal-Portal ta' Portal aċċessibbli tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà tal-anqas fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u servizzi online rilevanti oħra, kif ukoll is-sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni ta’ appoġġ u l-għodod għodod ibbażati fuq il-web neċessarji li għandhom ikunu konformi mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà tad-Direttiva (UE) 2016/2102; [Em. 80]

(da)

miżuri li jħeġġu lill-intrapriżi soċjali jappoġġaw attivitajiet tal-Programm jew jippermettu lill-impjegati jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' volontarjat fil-qafas tal-Programm; [Em. 81]

(db)

l-iżvilupp ta' proċedura ċara u ddettaljata indirizzata lill-parteċipanti u l-organizzazzjonijiet patreċipanti, li tistabbilixxi l-passi tal-fażijiet kollha tal-attivitajiet ta' solidarjetà u l-iskedi ta' żmien għalihom; [Em. 82]

KAPITOLU III

PARTEĊIPAZZJONI TAŻ-ŻGĦAŻAGĦ F’ATTIVITAJIET TA’ SOLIDARJETÀ LI JINDIRIZZAW L-ISFIDI TAS-SOĊJETÀ

Artikolu 6

Skop u tipi ta’ azzjonijiet

1.   L-azzjonijiet implimentati taħt il-fergħa “Parteċipazzjoni taż-żgħażagħ f'attivitajiet ta' solidarjetà li jindirizzaw sfidi tas-soċjetà” għandhom b'mod partikolari jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-koeżjoni, tas-solidarjetà , taċ-ċittadinanza u tad-demokrazija fl-Unjoni u lil hinn minnha, filwaqt li jirrispondu wkoll għal sfidi tas-soċjetà bi sforz partikolari għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u l-opportunitajiet indaqs . [Em. 83]

2.   Il-fergħa għandha tappoġġa attivitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, fil-punti (a), (b), (c), (d) u (e) bil-modi li ġejjin:

(a)

volontarjat, kif imsemmi fl-Artikolu 7;

(b)

traineeships u impjiegi, kif imsemmi fl-Artikolu 8 , li għandhom ikunu ta' kwalità għolja ; [Em. 84]

(c)

proġetti ta’ solidarjetà, kif imsemmi fl-Artikolu 9;

(d)

attivitajiet ta’ netwerking għall-individwi u l-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw f’din il-fergħa skont l-Artikolu 5;

(e)

miżuri ta’ kwalita u ta’ appoġġ skont l-Artikolu 5.

Artikolu 7

Volontarjat f’attivitajiet ta’ solidarjetà

1.   Il-volontarjat kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (a) fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) għandu jinkludi komponent dimensjoni solida ta’ edukazzjoni u tagħlim u ta’ taħriġ, ma għandux jissostitwixxi t-traineeships jew l-impjiegi taħriġ online u offline mfassal għall-attività inkwistjoni li jseħħ qabel u matul l-attività, għandu jimmira għal impatt ċar fuq il-ħtiġijiet identifikati tal-komunità , ma għandux jitqies l-istess daqs impjieg, u għandu jkun ibbażat fuq ftehim ta’ volontarjat bil-miktub skont il-liġi nazzjonali rilevanti. Tali ftehim għandu jiżgura l-protezzjoni legali, soċjali u finanzjarja xierqa tal-parteċipant. [Em. 85]

2.   Il-volontarjat jista' jsir għandu, bħala regola, isir f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (transfruntier) . Il-volontarjat jista' jsir fil-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (fil-pajjiż) , iżda għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' żgħażagħ b'inqas opportunitajiet u għandu jinkludi l-parteċipazzjoni ta' parteċipanti li jirrisjedu f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż fejn qed isseħħ l-attività. [Em. 86]

Artikolu 8

Traineeships u impjiegi

1.   Traineeship kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (b) għandu jkun ibbażat għandu jkun imħallas u bbażat fuq ftehim ta’ traineeship bil-miktub konkluż bil-bidu tat-traineeship skont il-qafas regolatorju applikabbli tal-pajjiż fejn isseħħ it-traineeship, kif xieraq, u billi jitqiesu l-prinċipji Il-Ftehim ta' traineeship għandu jindika l-objettivi edukattivi , il-kundizzjonijiet tax-xogħol t-tul tat-traineeship, ir-remunerazzjoni li l-parteċipant għandu jirċievi u d-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet u għandu jqis il-prinċipji tal-Qafas ta’ Kwalita Kwalità għat-Traineeships (2014/C 88/01). It-traineeships ma għandhomx jissostitwixxu l-impjiegi. [Em. 87]

2.   Impjieg kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (b) għandu jkun ibbażat fuq kuntratt ta’ impjieg skont il-qafas regolatorju bil-miktub li jirrispetta t-termini u l-kundizzjonijiet kollha tal-impjieg kif stabbiliti fil-liġi nazzjonalii , fil-ftehimiet kollettivi applikabbli, jew fit-tnejn, tal-pajjiż parteċipanti fejn li fih ikun qed jitwettaq l-impjieg. L-appoġġ finanzjarju għal organizzazzjonijiet parteċipanti li joffru impjiegi ma għandux jaqbeż it-12-il it-tnax-il xahar f’każi fejn it-tul tal-kuntratt tal-impjieg jaqbeż it-12-il-xahar it-tnax-il xahar . [Em. 88]

3.   It-traineeships u l-impjiegi għandhom jinkludu komponent solidu ta' taħriġ edukazzjoni ta' tagħlim qabel matul l-attività, biex jgħin lill-parteċipant jikseb esperjenza rilevanti bil-għan li jiżviluppa kompetenzi siewja għall-iżvilupp personali, edukattiv, soċjali, ċiviku u professjonali tal-parteċipant; [Em. 89]

4.   It-traineeships u l-impjiegi jistgħu għandhom, bħala regola, isiru f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (transfruntier) . It-traineeships u l-impjiegi jistgħu jsiru fil-pajjiż tar-residenza tal-parteċipant (fil-pajjiż) , iżda għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta' żgħażagħ b'inqas opportunitajiet u għandhom jinkludu l-parteċipazzjoni ta' parteċipanti li jirrisjedu f'pajjiż li mhuwiex il-pajjiż fejn qed isseħħ l-attività. [Em. 90]

4a.     Għandu jiġi allokat baġit xieraq biex tiġi ffinanzjata l-akkomodazzjoni raġonevoli li tippermetti l-parteċipazzjoni effettiva tal-persuni b'diżabbiltà fuq bażi ugwali mal-oħrajn, skont l-Artikolu 27 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabbiltà u d-Direttiva 2000/78/KE  (26) . [Em. 91]

Artikolu 9

Proġetti ta’ solidarjetà

Proġett ta’ solidarjetà kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (c) ma għandux jissostitwixxi t-traineeships u/jew l-impjiegi.

KAPITOLU IV

KORP VOLONTARJU EWROPEW TA’ GĦAJNUNA UMANITARJA

Artikolu 10

Skop u tipi ta’ azzjonijiet

1.   L-azzjonijiet implimentati taħt il-fergħa “Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja” għandhom jikkontribwixxu b'mod partikolari biex tingħata għajnuna umanitarja bbażata fuq il-ħtiġijiet immirata għall-ħarsien tal-ħajja, il-prevenzjoni u t-taffija tat-tbatija umana, u ż-żamma tad-dinjità tal-bniedem fil-kuntest ta' diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem , u biex jissaħħu l-kapaċità u r-reżiljenza ta' komunitajiet vulnerabbli , fraġli jew milquta minn diżastru diżastri naturali jew dawk ikkawżati mill-bniedem, u biex tiġi ffaċilitata tranżizzjoni mir-rispons umanitarju għal żvilupp fit-tul sostenibbli u inklussiv . [Em. 92]

2.   L-azzjonijiet taħt dan il-Kapitolu għandhom jitwettqu f'konformità mal-prinċipji f'konformità mal-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja, li jippromwovi l-prinċipji fundamentali tal-għajnuna umanitarja tal-umanità, in-newtralità, l-imparzjalità u l-indipendenza filwaqt li jiġi mtenni l-impenn sod tal-Unjoni għal approċċ ibbażat fuq il-ħtiġijiet, mingħajr diskriminazzjoni bejn il-popolazzjonijiet milquta jew fi ħdanhom u filwaqt li jiġi rispettat id-dritt internazzjonali . [Em. 93]

2a.     L-għajnuna umanitarja tal-Unjoni titwassal f'sitwazzjonijiet fejn jistgħu joperaw strumenti oħra relatati mal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-protezzjoni ċivili. Il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja għandu jaħdem b'mod koerenti u komplementari u għandu jevita d-duplikazzjonijiet mal-politiki u l-istrumenti rilevanti tal-Unjoni, b'mod partikolari mal-politika tal-għajnuna umanitarja u mal-politika ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-Unjoni u mal-Mekkaniżmu għall-Protezzjoni Ċivili tal-Unjoni. [Em. 94]

2b.     Fil-promozzjoni ta' rispons internazzjonali koerenti għall-kriżijiet umanitarji, l-azzjonijiet taħt dan il-Kapitolu għandhom jikkonformaw ma' dawk ikkoordinati mill-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji. [Em. 95]

2c.     Il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja għandu jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-perspettiva tal-ugwaljanza bejn is-sessi fl-għajnuna umanitarja tal-Unjoni, filwaqt li jippromwovi rispons umanitarju adegwat għall-ħtiġijiet speċifiċi tan-nisa. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-kooperazzjoni mal-gruppi u n-netwerks tan-nisa sabiex ikunu promossi l-parteċipazzjoni tan-nisa u l-eżerċitar min-naħa tagħhom ta' karigi ta' tmexxija fl-għajnuna umanitarja u sabiex jittieħed vantaġġ mill-kapaċitajiet u l-għarfien espert tagħhom biex jikkontribwixxu għall-irkupru, il-bini tal-paċi, it-tnaqqis tar-riskji ta' diżastri u r-reżiljenza tal-komunitajiet milquta. [Em. 96]

2d.     It-termini speċifiċi tal-mobilizzazzjoni għandhom jiġu stipulati, f'konsultazzjoni mill-qrib mal-organizzazzjonijiet ospitanti, f'ftehim bejn l-organizzazzjoni li tibgħat u l-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja, inklużi d-drittijiet u l-obbligi, it-tul u l-post tal-mobilizzazzjoni u l-kompiti li għandhom jitwettqu. [Em. 97]

3.   Il-fergħa għandha tappoġġa attivitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, fil-punti (a), (d), u (e) bil-modi li ġejjin:

(a)

volontarjat, kif imsemmi fl-Artikolu 11;

(aa)

proġetti ta' solidarjetà; [Em. 98]

(b)

attivitajiet ta’ netwerking għall-individwi u l-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw f’din il-fergħa skont l-Artikolu 5;

(c)

miżuri ta’ kwalità u ta’ appoġġ f’konformità mal-Artikolu 5, b’enfasi partikolari fuq miżuri li jiżguraw is-sigurtà u s-sikurezza tal-parteċipanti.

3a.     Fuq il-bażi ta' valutazzjoni minn qabel tal-ħtiġijiet f'pajjiż terz, dan ir-Regolament għandu jappoġġa azzjonijiet immirati lejn it-tisħiħ tal-kapaċità tal-għajnuna umanitarja sabiex itejjeb l-istat ta' tħejjija u r-rispons lokali għall-kriżijiet umanitarji u biex jiżgura li l-ħidma tal-voluntiera jkollha impatt effikaċi u sostenibbli fil-post, inklużi:

(a)

il-ġestjoni tar-riskji assoċjati mad-diżastri naturali, l-istat ta' tħejjija u r-rispons, l-ikkowċjar, it-taħriġ fil-ġestjoni tal-voluntiera u oqsma rilevanti oħra għall-persunal u l-voluntiera mill-organizzazzjonijiet ospitanti;

(b)

skambju tal-aħjar prassi, assistenza teknika, programmi ta' ġemellaġġ u skambju ta' persunal u voluntiera, il-ħolqien ta' netwerks u azzjonijiet oħra relevanti. [Em. 99]

3b.     Il-Kummissjoni għandha tkompli, iżżomm u taġġorna l-bażi tad-data tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, tirregola l-aċċess u l-użu tiegħu, inkluż fir-rigward tad-disponibbiltà u l-adegwatezza tal-Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE, u b'hekk tippermetti l-parteċipazzjoni kontinwa tal-voluntiera li jirritornaw. Għandu jitwettaq l-ipproċessar ta' data personali miġbura f'dik il-bażi tad-data jew għaliha, fejn rilevanti, skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (27) u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (28) . [Em. 100]

Artikolu 11

Volontarjat b’appoġġ għall-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja

1.   Il-volontarjat b’appoġġ għall-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja kif imsemmi fl-Artikolu 4.1, punt (a) għandu jinkludi komponent ta’ tagħlim u ta’ taħriġ, xierqa, inkluż qabel il-kollokament, marbuta mal-proġetti li fihom voluntiera żgħażagħ se jkunu involuti , b'enfasi dovuta fuq il-prinċipji tal-għajnuna umanitarja msemmija fl-Artikolu 10 ( 2 ) , inkluż “il-prinċipju tagħmilx ħsara” u ma għandux jissostitwixxi t-traineeships jew l-impjiegi, u għandu jkun ibbażat fuq ftehim ta’ volontarjat bil-miktub. [Em. 101]

1a.     L-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandha trawwem il-parteċipazzjoni ta' voluntiera lokali minn pajjiżi terzi. [Em. 102]

2.   Il-volontarjat taħt din il-fergħa jista’ jsir biss f’pajjiżi terzi: [Em. 103]

(a)

fejn jitwettqu l-attivitajiet u l-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja; u

(b)

fejn ma jkun hemm għaddej l-ebda kunflitt armat internazzjonali jew mhux internazzjonali.

2a.     Abbażi ta' valutazzjoni minn qabel tal-ħtiġijiet fil-pajjiżi terzi minn organizzazzjonijiet li jibagħtu u dawk ospitanti, u atturi rilevanti oħra, il-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja għandu jappoġġa l-azzjonijiet immirati lejn:

(a)

it-tisħiħ tal-kapaċità tal-organizzazzjonijiet ospitanti għall-għajnuna umanitarja fil-pajjiżi terzi sabiex jissaħħu l-istat ta' tħejjija u r-rispons lokali għall-kriżijiet umanitarji u biex jiġi żgurat l-impatt effikaċi u sostenibbli tal-ħidma tal-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja fuq il-post permezz ta' ġestjoni tar-riskju ta' diżastri, l-istat ta' tħejjija u r-rispons, it-tranżizzjoni minn rispons umanitarju għal żvilupp lokali sostenibbli, l-ikkowċjar, u t-taħriġ fil-ġestjoni tal-volontarji;

(b)

l-iskambju tal-aħjar prattiki, l-assistenza teknika, il-programmi ta' ġemellaġġ u l-iskambju ta' persunal u voluntiera. [Em. 104]

2b.     Il-valutazzjoni tal-livell ta' riskju fir-rigward tas-sigurtà u s-sikurezza tal-voluntiera għandha tkun prijorità, b'mod partikolari f'pajjiżi jew f'żoni meqjusa bħala instabbli, jew fejn hemm riskji immedjati. [Em. 105]

2c.     Kampanji ta' komunikazzjoni dwar il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà b'rabta mal-inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE għandhom jitwettqu primarjament fit-territorju tal-Unjoni u għandhom jiffukaw fuq xogħol imwettaq minn voluntiera u ħaddiema tal-għajnuna umanitarja skont il-prinċipji tal-għajnuna umanitarja tal-umanità, l-indipendenza, in-newtralità u l-imparzjalità li jiggwidaw l-azzjonijiet tagħhom. [Em. 106]

2d.     Il-volontarjat għandu jaqdi l-ħtiġijiet reali u l-lakuni identifikati fil-livell lokali mill-organizzazzjonijiet ospitanti. [Em. 107]

Artikolu 11a

Identifikazzjoni u għażla ta' voluntiera kandidati

1.     Abbażi ta' valutazzjoni minn qabel tal-ħtiġijiet f'pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tidentifika u tagħżel voluntiera kandidati għat-taħriġ f'kooperazzjoni mal-aġenziji nazzjonali u mal-organizzazzjonijiet ospitanti.

2.     L-identifikazzjoni u l-għażla tal-voluntiera kandidati għandhom jitwettqu f'konformità mal-Artikolu 14, filwaqt li jirrispettaw il-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u l-opportunitajiet indaqs.

3.     Il-limiti ta' età kif imsemmija fl-Artikoli 2 u 15 ma għandhomx jiġu applikati għall-volontarjat b'appoġġ għall-operazzjonijiet ta' għajnuna umanitarja fis-sens ta' dan l-Artikolu. [Em. 108]

Artikolu 11b

Taħriġ ta' voluntiera kandidati

1.     Abbażi ta' programmi u proċeduri eżistenti, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi programm ta' taħriġ biex iħejji lill-voluntiera kandidati jappoġġaw u jikkomplementaw l-azzjonijiet tal-għajnuna umanitarja.

2.     Il-voluntiera kandidati li jkunu ġew identifikati u magħżula f'konformità mal-proċedura tal-applikazzjoni għandhom ikunu eliġibbli biex jieħdu sehem fil-programm ta' taħriġ implimentat minn organizzazzjonijiet kwalifikati. L-ambitu u l-kontenut individwali tat-taħriġ, li kull kandidat voluntier għandu jwettaq, għandhom jiġu determinati b'konsultazzjoni mal-organizzazzjoni ospitanti ċċertifikata skont il-ħtiġijiet, filwaqt li jitqiesu l-esperjenza preċedenti tal-kandidat voluntier u l-post ippjanat għall-volontarjat.

3.     Il-programm ta' taħriġ għandu jinkludi valutazzjoni ta' kemm il-voluntiera kandidati huma preparati biex jiġu sekondati biex jappoġġaw u jikkomplementaw l-attivitajiet tal-għajnuna umanitarja fil-pajjiżi terzi, kif ukoll biex jaqdu l-ħtiġijiet lokali. [Em. 109]

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI

Artikolu 12

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 1 112 988 000 fi prezzijiet tal-2018 [ EUR 1 260 000 000 fi prezzijiet kurrenti]. [Em. 110]

2.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jintuża għal assistenza teknika u amministrattiva għall-implimentazzjoni tal-Programm, bħal attivitajiet ta’ tħejjija, monitoraġġ, kontroll, awditu u evalwazzjoni, inklużi sistemi korporattivi tat-teknoloġija tal-informazzjoni. Ammont adegwat mill-baġit għandu jkun iddedikat ukoll għall-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri u għall-iżvilupp ta' netwerks taż-żgħażagħ. [Em. 111]

2a.     Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex temenda dan ir-Regolament biex ikun hemm flessibbiltà u adattament tat-tqassim indikattiv tal-baġit skont l-attivitajiet skont l-Artikolu 12a. L-atti delegati adottati skont dan l-Artikolu għandhom jirriflettu l-prijoritajiet ta' politika ġodda billi jaġġustaw mill-ġdid it-tqassim filwaqt li jirrispettaw marġni massimu ta' 20 %. [Em. 112]

3.   Mingħajr preġudizzju għar-Regolament Finanzjarju, in-nefqa għall-azzjonijiet li jirriżultaw minn proġetti inklużi fl-ewwel programm ta’ ħidma tista’ tkun eliġibbli mill-1 ta’ Jannar 2021.

4.   Riżorsi allokati lill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża jistgħu, fuq it-talba tagħhom, jiġu ttrasferiti għall-Programm. Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawk ir-riżorsi direttament skont [il-punt (a) tal-Artikolu 62.1] tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont [il-punt (c) ta’ dak l-Artikolu]. Fejn possibbli dawn ir-riżorsi għandhom jintużaw għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat.

Artikolu 12a

Tqassim tal-baġit iddedikat għall-attivitajiet fl-Artikoli 7, 8, 9 u 11

It-tqassim indikattiv tal-baġit iddedikat għall-attivitajiet fl-Artikoli 7, 8, 9 u 11 għandu jkun kif ġej:

(a)

għall-volontarjat f'attivitajiet ta' solidarjetà u fi proġetti ta' solidarjetà, kif speċifikat fl-Artikoli 7 u 9: 86 %;

(b)

għat-traineeships u l-impjiegi, kif speċifikat fl-Artikolu 8: 8 %; u

(c)

għall-volontarjat b'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja, kif speċifikat fl-Artikolu 11: 6 %. [Em. 113]

Artikolu 13

Forom ta’ finanzjament mill-UE u metodi ta’ implimentazzjoni

1.   Il-Programm għandu jiġi implimentat b’mod konsistenti b’ġestjoni diretta skont ir-Regolament Finanzjarju u b’ġestjoni indiretta flimkien mal-korpi msemmija fl-Artikolu [62.1, punt (c)] tar-Regolament Finanzjarju.

2.   Il-Programm jista’ jipprovdi finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist. Biex jiġu ssimplifikati r-rekwiżiti għall-benefiċjarji, għandhom jintużaw kemm jista' jkun somom f'daqqa, spejjeż għal kull unità jew finanzjament b'rata fissa. [Em. 114]

3.   Il-kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproku jista’ jkopri r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti mir-riċevituri u għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti skont ir-Regolament Finanzjarju. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-[Artikolu X tar-]Regolament XXX [suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] għandhom japplikaw.

4.   Għal għażliet taħt ġestjoni diretta u indiretta, il-kumitat ta’ evalwazzjoni jista’ jkun magħmul minn esperti esterni.

KAPITOLU VI

PARTEĊIPAZZJONI FIL-KORP EWROPEW TA’ SOLIDARJETÀ

Artikolu 14

Pajjiżi parteċipanti

1.   Il-volontarjat, it-traineeships, l-impjiegi, il-proġetti ta’ solidarjetà, l-attivitajiet ta’ netwerking u l-miżuri ta’ kwalità u ta’ appoġġ kif imsemmija fl-Aritkoli 5, 7, 8, 9 u 11, għandhom ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri u l-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej.

2.   Il-volontarjat, l-attivitajiet ta’ netwerking u l-miżuri ta’ kwalità u ta’ appoġġ kif imsemmija fl-Artikoli 5 u 7, għandhom ukoll ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’:

(a)

membri tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA), li huma membri taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE);

(b)

pajjiżi aderenti, kandidati u kandidati potenzjali, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(c)

pajjiżi koperti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat, skont il-prinċipji ġenerali u t-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni ta’ dawk il-pajjiżi fil-programmi tal-Unjoni stabbiliti fil-ftehimiet qafas rispettivi u fid-deċiżjonijiet tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, jew ftehimiet simili, u skont il-kundizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fi ftehimiet bejn l-Unjoni u dawk il-pajjiżi;

(d)

pajjiżi terzi, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li jkopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fi kwalunkwe programm tal-Unjoni, sakemm dak il-ftehim:

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u tal-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-programmi tal-Unjoni;

jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-programmi, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għal programmi individwali u l-kostijiet amministrattivi tagħhom. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul assenjat f’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-Regolament Finanzjarju;

ma jikkonferixxix lill-pajjiż terz, is-setgħa li jieħu deċiżjonijiet dwar il-programm;

jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni biex tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

3.   Il-pajjiżi msemmija fil-paragrafu 2 għandhom jieħdu sehem bis-sħiħ fil-Programm biss sakemm dawn jissodisfaw l-obbligi kollha li dan ir-Regolament jimponi fuq l-Istati Membri.

3a.     Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji magħmula u mistennija mill-pajjiżi terzi għall-Programm għandhom, ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli, jiġu rapportati liż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja bħala parti mir-rappurtar annwali jew interim tal-Programm. [Em. 115]

4.   Il-volontarjat u l-azzjonijiet ta’ netwerking kif imsemmi fl-Artikoli 5 u 7, jistgħu ikunu miftuħa għall-parteċipazzjoni ta’ kwalunkwe pajjiż terz mhux assoċjat mal-programm, u b’mod partikolari l-pajjiżi tal-viċinat.

Artikolu 15

Parteċipazzjoni tal-individwi

1.    Żgħażagħ ta’ bejn is-17 u t-30 sena li lesti li jieħdu sehem fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għandhom jirreġistraw fil-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Madankollu, fil-bidu ta’ volontarjat, traineeship, impjieg jew proġett ta’ solidarjetà, żagħżugħ għandu jkollu tal-inqas 18-il sena u ma jkollux aktar minn 30 sena.

1a.     Il-parteċipanti li jmorru joqogħdu f'pajjiż ieħor għandhom ikunu ggarantiti l-kura sħiħa tas-saħħa li jgawdu fl-Istat Membru tar-residenza tagħhom, u mhux biss kura tas-saħħa urġenti. Il-kura tas-saħħa għandha tingħata kemm permezz tas-servizzi tas-saħħa pubbliċi tal-Istat Membru li fih titwettaq l-attività kif ukoll, fin-nuqqas ta' tali servizzi jew fil-każ ta' nuqqas ċar ta' konformità mal-istandards ta' kwalità tal-Istat Membru ta' residenza, permezz ta' servizzi tas-saħħa privati fl-Istat Membru li fih titwettaq l-attività.[Em. 116]

1b.     Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni, l-Istati Membri u pajjiżi parteċipanti oħra għandhom jippromwovu l-inklużjoni soċjali u kundizzjonijiet ta' aċċess ugwali, inkluż għall-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ b'inqas opportunitajiet. [Em. 117]

Artikolu 16

Organizzazzjonijiet parteċipanti

1.   Il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandu jkun miftuħ għall-parteċipazzjoni ta' entitajiet pubbliċi jew privati, kemm jekk mingħajr skop ta' qligħ kif ukoll bi skop ta' qligħ, u organizzazzjonijiet internazzjonali, inklużi organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, istituzzjonijiet reliġjużi, assoċjazzjonijiet tal-karità, organizzazzjonijiet sekulari umanistiċi, NGOs jew atturi oħra mis-soċjetà ċivili, diment li dawn ikunu rċivew joffru attivitajiet ta' solidarjetà, ikollhom personalità ġuridika skont il-liġi tal-pajjiż fejn huma rreġistrati u jkunu rċevew tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta tal-kwalità għandha tiċċertifika li l-attivitajiet jistgħu jilħqu l-għanijiet fl-Artikolu 3 u jipprovdu l-azzjonijiet fl-Artikolu 4. [Em. 118]

2.   Applikazzjoni minn entità biex issir organizzazzjoni parteċipanti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandha tiġi vvalutata mill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà abbażi tal-prinċipji ta' trattament indaqs; opportunitajiet indaqs u nondiskriminazzjoni; evitar tas-sostituzzjoni tal-impjieg; forniment ta' attivitajiet ta' kwalità għolja , aċċessibbli faċilment u inklużivi b'valur miżjud ċar għall-ħtiġijiet identifikati tal-komunità, b'dimensjoni ta' tagħlim li tiffoka fuq l-iżvilupp personali, soċjoedukattiv u professjonali; arranġamenti ta' taħriġ, xogħol u volontarjat xierqa; ambjent u kundizzjonijiet sikuri u diċenti; u l-prinċipju li jipprojbixxi l-profitt, f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. Il-prinċipji ta' hawn fuq jaċċertaw jekk l-attivitajiet tagħha ssodisfawx ir-rekwiżiti u l-għanijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. It-tikketta tal-kwalità għandha tingħata biss lill-organizzazzjonijiet li jimpenjaw ruħhom li se jikkonformaw ma' dawn il-prinċipji. [Em. 119]

3.   Bħala riżultat tal-valutazzjoni, l-entità tista' tingħata tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. Ir-rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati sabiex tinkiseb tikketta tal-kwalità għandhom ivarjaw skont it-tip ta' attività ta' solidarjetà u l-funzjoni tal-entità. It-tikketta miksuba għandha terġa' tiġi vvalutata kull ċertu żmien u tista' fil-każ ta' użu ħażin tat-tikketta jew ta' nuqqas ta' konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 2, it-tikketta għandha tiġi rrevokata. Kull entità li sostanzjalment tbiddel l-attivitajiet tagħha għandha tinforma lill-korp ta' implimentazzjoni kompetenti għall-valutazzjoni mill-ġdid. [Em. 120]

4.   Kwalunkwe entità li tkun irċiviet tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għandha tingħata aċċess għall-Portal tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà bir-rwol ta’ ospitant, b’funzjoni ta’ appoġġ, jew it-tnejn li huma, u għandha tkun tista’ tagħmel offerti għall-attivitajiet ta’ solidarjetà lil kandidati rreġistrati.

4a.     L-organizzazzjonijiet parteċipanti li jkunu ngħataw tikketta tal-kwalità għandu jkollhom aċċess għal pjattaforma biex ifittxu faċilment applikanti xierqa sabiex il-proċess ikun aktar faċli kemm għall-parteċipanti kif ukoll għall-organizzazzjonijiet parteċipanti biex jinvolvu ruħhom f'attivitajiet ta' solidarjetà. [Em. 121]

4b.     L-organizzazzjonijiet parteċipanti għandhom jiffaċilitaw il-promozzjoni tal-Programm billi joffru l-possibbiltà li dawk li qabel kienu parteċipanti jaqsmu l- esperjenza tagħhom u jaġixxu bħala ambaxxaturi għall-ġenerazzjoni potenzjali li jmiss ta' parteċipanti fil-Programm permezz ta' netwerk. [Em. 122]

5.   It-tikketta tal-kwalità tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà ma għandhiex twassal b’mod awtomatiku għal finanzjament taħt il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

5a.     L-organizzazzjonijiet parteċipanti għandhom iwettqu bosta funzjonijiet fil-qafas tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. F'funzjoni ta' ospitant huma għandhom iwettqu attivitajiet relatati mal-offerti għall-attivitajiet ta' solidarjetà lill-parteċipanti reġistrati, l-għażla u l-akkoljenza tal-parteċipanti, inkluż l-organizzazzjoni ta' attivitajiet, l-għoti ta' gwida u appoġġ lill-parteċipanti waqt il-fażijiet kollha tal-attività ta' solidarjetà, il-provvediment ta' ambjent sikur u konvenjenti għall-parteċipanti, u l-għoti ta' feedback lill-parteċipant wara l-attività, kif xieraq. F'funzjoni ta' appoġġ huma għandhom iwettqu attivitajiet marbuta mas-sekondar, it-tħejjija u l-appoġġ tal-parteċipanti qabel ma dawn jitilqu, matul u wara l-attività ta' solidarjetà, fosthom billi l-parteċipanti jingħataw taħriġ u jigu gwidati lejn organizzazzjonijiet lokali wara l-attività. L-organizzazzjonijiet f'funzjoni ta' appoġġ jistgħu jipprovdu wkoll appoġġ amministrattiv u loġistiku lill-parteċipanti fi proġetti ta' solidarjetà. [Em. 123]

6.   L-attivitajiet ta’ solidarjetà u l-miżuri ta’ kwalità u ta’ appoġġ relatati offruti minn organizzazzjoni parteċipanti jistgħu jirċievu finanzjament taħt il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà jew minn sorsi oħra ta’ finanzjament li ma jiddependux fuq il-baġit tal-Unjoni.

7.   Is-sigurtà u s-sikurezza tal-voluntiera għandhom ikunu prijorità għall-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fil-kuntest ta’ attivitajiet kif imsemmi fl-Artikolu 11.

Artikolu 17

Aċċess għall-finanzjament mill-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà

Kwalunkwe entità pubblika jew privata stabbilita f’pajjiż parteċipanti kif ukoll organizzazzjonijiet internazzjonali jistgħu japplikaw għal finanzjament taħt il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Fil-każ tal-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 7, 8 u 11, l-organizzazzjoni parteċipanti għandha tikseb tikketta tal-kwalità bħala prekundizzjoni biex tirċievi finanzjament taħt il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Fil-każ tal-proġetti ta’ solidarjetà msemmija fl-Artikolu 9, persuni fiżiċi jistgħu wkoll japplikaw għal finanzjament f’isem gruppi informali ta’ parteċipanti tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Bħala regola ġenerali, it-talba għal għotja għandha tiġi ppreżentata quddiem l-aġenzija nazzjonali tal-pajjiż fejn hija bbażata l-organizzazzjoni. It-talbiet għal għotjiet għall-attivitajiet organizzati minn organizzazzjonijiet internazzjonali jew preżenti fl-Ewropa kollha, attivitajiet ta' tims ta' volontarjat f'oqsma ta' prijorità identifikati fil-livell Ewropew u attivitajiet b'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi għandhom jiġu ppreżentati quddiem l-EACEA. [Em. 124]

KAPITOLU VII

PROGRAMMAZZJONI, MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

Artikolu 18

Programm ta’ ħidma annwali [Em. 125]

L-għażliet u l-prijoritajiet ta' politika sekondarji, inklużi dettalji ta' azzjonijiet speċifiċi deskritti fl-Artikoli 4 sa 11, għandhom jiġu ddeterminati darba fis-sena permezz ta' programm ta' ħidma kif imsemmi fl-Artikolu [110] tar-Regolament Finanzjarju. Il-programm ta' ħidma annwali għandu jistabbilixxi wkoll id-dettalji dwar l-implimentazzjoni tal-Programm. Barra minn hekk, il-programm ta' ħidma għandu jagħti indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u tad-distribuzzjoni tal-fondi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm għall-azzjonijiet li għandhom jiġu ġestiti permezz tal-aġenzija nazzjonali. Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 29 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-programm ta' ħidma annwali. [Em. 126]

Il-Programm għandu jiġi implimentat permezz tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-[Artikolu 110] tar-Regolament Finanzjarju. Barra minn hekk, il-programm ta’ ħidma għandu jagħti indikazzjoni tal-ammont allokat għal kull azzjoni u tad-distribuzzjoni tal-fondi bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm għall-azzjonijiet li għandhom jiġu ġestiti permezz tal-aġenzija nazzjonali. Il-programm ta’ ħidma għandu jiġi adottat mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 30.

Artikolu 19

Monitoraġġ u rapportar

1.   Indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Programm għall-ilħuq tal-għanijiet ġenerali u speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness.

2.   Sabiex tiġi żgurata l-valutazzjoni effettiva tal-Programm għall-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex temenda l-Anness għar-rieżami jew biex jikkomplimenta l-indikaturi, fejn jitqies meħtieġ u biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u ta’ valutazzjoni.

3.   Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tal-evalwazzjoni tal-Programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u fil-ħin u fil-livell xieraq ta’ dettall mill-benefiċjarji tal-fondi mill-Unjoni fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu [2.5] tar-Regolament Finanzjarju. Għal dan l-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonat fuq il-benefiċjarji tal-fondi mill-UE u l-Istati Membri.

Artikolu 20

Evalwazzjoni

1.   L-evalwazzjonijiet għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet.

2.   L-evalwazzjoni interim Ir-rieżami ta' nofs it-terminu tal-Programm għandha titwettaq għandu jitwettaq ladarba jkun hemm biżżejjed informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-Programm . Il-Kummissjoni għandha tikkomunika r-rieżami ta' nofs it-terminu lill-Parlament Ewropew , lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni sa iżda mhux aktar tard minn erba' snin wara l-bidu tal-implimentazzjoni tal-programm. Għandha tiġi akkumpanja wkoll mit-30 ta' Ġunju 2024 . Għandu jiġi akkumpanjat ukoll minn evalwazzjoni finali tal-programm predeċessur. [Em. 127]

3.   Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti stipulati fil-Kapitlu IX u l-obbligi tal-aġenziji nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 23, sat-30 ta’ April 2024, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni rapport dwar l-implimentazzjoni u l-impatt tal-Programm fit-territorji rispettivi tagħhom.

3a.     Jekk ikun meħtieġ u abbażi tar-rieżami ta' nofs it-terminu u tar-rapporti ta' implimentazzjoni ppreżentati mill-Istati Membri, il-Kummissjoni tista' tippreżenta proposti leġiżlattivi għall-emendar ta' dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha tidher quddiem il-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew biex tirrapporta dwar ir-rieżami ta' nofs it-terminu, inkluż fir-rigward tad-deċiżjoni tagħha dwar jekk hemmx bżonn li dan ir-Regolament jiġi emendat. [Em. 128]

4.   Fi tmiem l-implimentazzjoni tal-Programm, iżda mhux aktar tard minn erba’ snin wara t-tmiem tal-perjodu speċifikat fl-Artikolu 1, għandha titwettaq evalwazzjoni finali tal-Programm mill-Kummissjoni.

5.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika l-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet, akkumpanjati mill-osservazzjonijiet tagħha, lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

KAPITOLU VIII

INFORMAZZJONI, KOMUNIKAZZJONI U DISSEMINAZZJONI

Artikolu 21

Informazzjoni, komunikazzjoni u disseminazzjoni

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament mill-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini tiegħu u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament mill-Unjoni (b'mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom) billi jipprovdu informazzjoni mmirata fil-pront u li tkun koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi udjenzi inkluż il-midja u l-pubbliku. [Em. 129]

2.   Il-Kummissjoni , f'kooperazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali u l-aġenziji nazzjonali fil-pajjiżi parteċipanti u ma' netwerks rilevanti fil-livell tal-Unjoni, għandha timplimenta azzjonijiet ta' informazzjoni u ta' komunikazzjoni relatati mal-Programm, u l-azzjonijiet u r-riżultati tagħha. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3. [Em. 130]

3.   L-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23 għandhom jiżviluppaw strateġija konsistenti fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni tal-informazzjoni u s-sensibilizzazzjoni effettiva, kif ukoll id-disseminazzjoni lill-benefiċjarji potenzjali kollha u l-isfruttament tar-riżultati tal-attivitajiet appoġġati taħt l-azzjonijiet li jimmaniġjaw fi ħdan il-Programm, għandhom jassistu lill-Kummissjoni fil-kompitu ġenerali tagħha tad-disseminazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-Programm, inkluż l-informazzjoni dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet ġestiti fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni, u r-riżultati tagħha, u għandha tinforma lill-gruppi mmirati rilevanti dwar l-azzjonijiet u l-attivitajiet imwettqa f'pajjiżhom. [Em. 131]

3a.     L-organizzazzjonijiet parteċipanti għandhom jużaw l-isem kummerċjali “Korp Ewropew ta' Solidarjetà” għall-finijiet ta' komunikazzjoni u disseminazzjoni ta' informazzjoni relatata mal-Programm. [Em. 132]

KAPITOLU IX

SISTEMA TA’ ĠESTJONI U TA’ AWDITJAR

Artikolu 22

Awtorità nazzjonali

F’kull pajjiż parteċipanti fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, l-awtoritajiet nazzjonali maħtura għall-ġestjoni tal-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-[Regolament il-Ġdid dwar Erasmus], għandhom jaġixxu wkoll bħala awtoritajiet nazzjonali fil-qafas tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà. Il-paragrafi 1, 2, 6, 7, 9, 10, 11, 12, 13 u 14 tal-Artikolu 23 tar-[Regolament il-Ġdid dwar Erasmus] għandhom japplikaw b’analoġija għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Artikolu 23

Aġenzija nazzjonali

1.   F’kull pajjiż parteċipanti fil-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà, l-aġenziji nazzjonali maħtura għall-ġestjoni tal-azzjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-[Regolament il-Ġdid dwar Erasmus] fil-pajjiżi rispettivi tagħhom, għandhom jaġixxu wkoll bħala aġenziji nazzjonali fil-qafas tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

Il-paragrafi 1, 2, 3, 4, 5 u 6 tal-Artikolu 24 tar-[Regolament il-Ġdid dwar Erasmus] għandhom japplikaw b’analoġija għall-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 24.2 tar-[Regolament il-Ġdid dwar Erasmus], l-aġenzija nazzjonali għandha tkun responsabbli wkoll għall-ġestjoni tal-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja tal-proġett ta’ dawk l-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà elenkati fl-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 18, skont il-punti [(c)(v) u (vi) tal-Artikolu 62.1] tar-Regolament Finanzjarju.

3.   Għall-pajjiżi msemmija fl-Artikolu 14.2 ta’ dan ir-Regolament, fejn aġenzija nazzjonali ma tkunx maħtura għal dak il-pajjiż, din għandha tiġi stabbilita skont il-paragrafi 1, 3, 4, 5 u 6 tal-Artikolu 24 tar-[Regolament il-Ġdid dwar Erasmus].

3a.     L-aġenzija nazzjonali għandha tikkonsulta regolarment mal-benefiċjarji tal-Programm (individwi u organizzazzjonijiet) biex tiġbor il-feedback tagħhom dwar il-Programm, biex tivvaluta l-kwalità tal-attività, u kif tevolvi l-attività, abbażi tal-linji gwida tal-Kummissjoni u għandha tipprovdi appoġġ lill-parteċipanti f'każ ta' diffikultajiet u sabiex ittejjeb l-implimentazzjoni tal-Programm fil-livell nazzjonali abbażi tal-feedback u l-għarfien espert tagħhom. [Em. 133]

Artikolu 24

Kummissjoni Ewropea

1.   Ir-regoli li japplikaw għar-relazzjoni bejn il-Kummissjoni u aġenzija nazzjonali għandhom jiġu stabbiliti f’dokument bil-miktub, skont ir-regoli fl-Artikolu 24 tar-[Regolament il-Ġdid dwar Erasmus], li għandu:

(a)

jistabbilixxi l-istandards interni ta' kontroll għall-aġenzija nazzjonali u r-regoli għall-ġestjoni tal-fondi mill-Unjoni għall-appoġġ ta' għotja mill-aġenziji nazzjonali , filwaqt li jqis ir-rekwiżiti ta' simplifikazzjoni u ma jimponix piżijiet addizzjonali fuq il-parteċipanti u fuq l-organizzazzjonijiet parteċipanti ; [Em. 134]

(b)

jinkludi l-programm ta’ ħidma tal-aġenzija nazzjonali li jinkludi l-kompiti tal-ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali li għalihom huwa pprovdut l-appoġġ mill-Unjoni;

(ba)

jinkludi l-obbligu li jiġu organizzati laqgħat u taħriġ regolari man-netwerk ta' aġenziji nazzjonali u għalihom biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni koerenti tal-Programm fost il-pajjiżi parteċipanti kollha. [Em. 135]

(c)

jispeċifika l-obbligi ta’ rapportar għall-aġenzija nazzjonali.

1a.     Il-Kummissjoni għandha torganizza laqgħat regolari dwar l-implimentazzjoni tal-Programm b'numru rappreżentattiv u tip ta' netwerks li jirrappreżentaw iż-żgħażagħ u l-voluntiera u organizzazzjonijiet rilevanti oħra tas-soċjetà ċivili, inklużi s-sħab soċjali u n-netwerks rilevanti għall-attivitajiet tal-Programm. [Em. 136]

2.   Kull sena, il-Kummissjoni għandha tagħmel il-fondi li ġejjin disponibbli għall-aġenzija nazzjonali:

(a)

fondi għall-appoġġ b’għotja fil-pajjiż parteċipanti kkonċenrat għall-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà li l-ġestjoni tagħhom hi inkarigata lill-aġenzija nazzjonali;

(b)

kontribuzzjoni finanzjarja b’appoġġ tal-kompiti maniġerjali tal-aġenzija nazzjonali ddefinita skont il-modalitajiet stabbiliti fil-punt (b) tal-Artikolu 25.3 tar-[Regolament il-Ġdid dwar Erasmus].

3.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti għall-programm ta’ ħidma tal-aġenzija nazzjonali. Il-Kummissjoni ma għandhiex tqiegħed il-fondi tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà għad-dispożizzjoni tal-aġenzija nazzjonali qabel ma tkun approvat b’mod formali l-programm ta’ ħidma tal-aġenzija nazzjonali.

4.   Abbażi tar-rekwiżiti ta’ konformità għall-aġenziji nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23.3 tar-Regolament il-Ġdid dwar Erasmus], il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid is-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u ta’ kontroll, id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali u l-opinjoni tal-korp indipendenti tal-awditjar dwar din, filwaqt li tqis kif xieraq l-informazzjoni pprovduta mill-awtorità nazzjonali dwar l-attivitajiet tagħha ta’ monitoraġġ u ta’ superviżjoni fir-rigward tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.

5.   Wara li tivvaluta d-dikjarazzjoni annwali ta’ ġestjoni u l-opinjoni dwarha tal-korp indipendenti tal-awditjar, il-Kummissjoni għandha tindirizza l-opinjoni u l-osservazzjonijiet tagħha lill-aġenzija nazzjonali u lill-awtorità nazzjonali.

5a.     F'każ li l-Kummissjoni ma tkunx tista' taċċetta d-dikjarazzjoni annwali tal-ġestjoni jew l-opinjoni tal-awditu indipendenti dwarha, jew f'każ ta' implimentazzjoni mhux sodisfaċenti mill-aġenzija nazzjonali tal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tista' timplimenta kwalunkwe miżura prekawzjonarja u korrettiva neċessarja biex tissalvagwardja l-interessi finanzjarji tal-Unjoni skontil-punt (c) tal-Artikolu 131(3) tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 137]

Artikolu 24a

L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Fil-livell tal-Unjoni, l-EACEA għandha tkun responsabbli għall-ġestjoni tal-istadji kollha tal-għotja għal azzjonijiet tal-proġett tal-Programm elenkati fl-Artikolu 7, ippreżentati minn organizzazzjonijiet madwar l-Ewropa jew organizzazzjonijiet ta' pjattaforma, għal attivitajiet ta' timijiet ta' volontarjat fl-oqsma ta' prijorità identifikati fil-livell Ewropew u attivitajiet b'appoġġ għall-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja f'pajjiżi terzi.

L-EACEA għandha tkun responsabbli wkoll għall-akkreditazzjoni (jiġifieri t-tikketta tal-kwalità) u għall-monitoraġġ ta' organizzazzjonijiet madwar l-Ewropa jew organizzazzjonijiet ta' pjattaforma, organizzazzjonijiet responsabbli mill-implimentazzjoni ta' skemi nazzjonali jew ta' fondi b'ġestjoni kondiviża tal-Unjoni u organizzazzjonijiet li jixtiequ jwettqu attivitajiet li jappoġġaw l-operazzjonijiet tal-għajnuna umanitarja[Em. 138]

Artikolu 25

Awditi

1.   L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inkluż inklużi oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu [127] tar-Regolament Finanzjarju u għandhom jitwettqu skont l-istess kriterji fl-Istati Membri kollha . [Em. 139]

2.   L-awtorità nazzjonali għandha taħtar korp indipendenti tal-awditjar. Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu joħroġ opinjoni tal-awditjar dwar id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni msemmija fl-[Artikolu 155.1] tar-Regolament Finanzjarju.

3.   Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu:

(a)

ikollu l-kompetenza professjonali meħtieġa biex jagħmel awditi tas-settur pubbliku;

(b)

jiżgura li l-awditi tiegħu jqisu l-istandards tal-awditjar aċċettati fil-livell internazzjonali; u

(c)

ma jkunx f’pożizzjoni ta’ kunflitt ta’ interess fir-rigward tal-entità ġuridika li tagħmel parti minnha l-aġenzija nazzjonali msemmija fl-Artikolu 23 u jkun indipendenti, f’termini tal-funzjonijiet tiegħu, mill-entità ġuridika li l-aġenzija nazzjonali tagħmel parti minnha.

4.   Il-korp indipendenti tal-awditjar għandu jagħti lill-Kummissjoni u lir-rappreżentanti tagħha kif ukoll lill-Qorti tal-Awdituri aċċess sħiħ għad-dokumenti u għar-rapporti kollha b’appoġġ tal-opinjoni tal-awditjar li joħroġ dwar id-dikjarazzjoni ta’ ġestjoni tal-aġenzija nazzjonali.

KAPITOLU X

SISTEMA TA’ KONTROLL

Artikolu 26

Prinċipji tas-sistema ta’ kontroll

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli għall-kontrolli ta’ superviżjoni fir-rigward tal-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà ġestiti mill-aġenziji nazzjonali. Għandha tistipula r-rekwiżiti minimi għall-kontrolli mill-aġenzija nazzjonali u mill-korp indipendenti tal-awditjar.

2.   L-aġenziji nazzjonali għandhom ikunu responsabbli għall-kontrolli primarji tal-benefiċjarji tal-għotjiet għall-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà li jiġu assenjati lilhom. Dawk il-kontrolli għandhom ikunu proporzjonati u adegwati u għandhom jagħtu aċċertament raġonevoli li l-għotjiet mogħtija jintużaw kif kien intenzjonat u f'konformità mar-regoli applikabbli tal-Unjoni. [Em. 140]

3.   Fir-rigward tal-fondi ttrasferiti lill-aġenziji nazzjonali, il-Kummissjoni għandha tiżgura koordinazzjoni xierqa tal-kontrolli tagħha mal-awtoritajiet nazzjonali u l-aġenziji nazzjonali, abbażi tal-prinċipju ta’ awditu wieħed u wara li ssir analiżi bbażata fuq ir-riskju. Din id-dispożizzjoni ma għandhiex tapplika għall-investigazzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (“OLAF”).

Artikolu 27

Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni

Meta pajjiż terz jipparteċipa fil-programm b’deċiżjoni skont ftehim internazzjonali jew skont kwalunkwe strument legali ieħor, il-pajjiż terz għandu jagħti d-drittijiet neċessarji u l-aċċess meħtieġ lill-uffiċjal tal-awtorizzazzjoni responsabbli, lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri biex jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom b’mod komprensiv. Fil-każ tal-OLAF, dawn id-drittijiet għandhom jinkludu d-dritt li jwettqu investigazzjonijiet, inkluż verifiki u spezzjonijiet fuq il-post, previsti fir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

KAPITOLU XI

KOMPLIMENTARJETÀ

Artikolu 28

Komplimentarjetà tal-azzjoni tal-Unjoni

1.   L-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandhom ikunu konsistenti u komplimentari mal-politiki, mal-istrumenti u mal-programmi rilevanti fil-livell tal-Unjoni, b'mod partikolari l-programm Erasmus, il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) u l-Programm “Drittijiet u Valuri”, kif ukoll man-netwerks eżistenti fil-livell tal-Unjoni li huma rilevanti għall-attivitajiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà. [Em. 141]

2.   L-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà għandhom ukoll ikunu konsistenti u komplementari mal-politiki, mal-programmi ma għandhomx jissostitwixxu l-politiki , l-programmi l-istrumenti l-istrumenti rilevanti fil-livell nazzjonali , reġjonali u lokali fil-pajjiżi parteċipanti , u għandhom ikunu konsistenti u komplementari magħhom . Għal dan l-għan, il-Kummissjoni, l-awtoritajiet nazzjonali u l-aġenziji nazzjonali għandhom jiskambjaw informazzjoni dwar skemi u prijoritajiet nazzjonali eżistenti relatati mas-solidarjetà u ż-żgħażagħ, minn naħa, u azzjonijiet taħt il-Korp Ewropew ta' Solidarjetà, min-naħa l-oħra, bl-għan li jibbażaw fuq prattiki tajba rilevanti u jiksbu effiċjenza u effettività. [Em. 142]

2a.     Sabiex jiġu massimizzati l-effettività tal-finanzjament tal-Unjoni u l-impatt tal-Programm, l-awtoritajiet rilevanti fil-livelli kollha għandhom jippruvaw jistabbilixxu sinerġiji fil-programmi rilevanti kollha b'mod koerenti. Tali sinerġiji ma għandhomx iwasslu biex il-fondi jintużaw ħalli jiġu segwiti objettivi differenti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament. Kwalunkwe sinerġija u komplementarjetà għandha tirriżulta fi proċeduri ta' applikazzjonijiet simplifikati fil-livell ta' implimentazzjoni akkumpanjati minn linji gwida rilevanti ta' implimentazzjoni. [Em. 143]

3.   L-azzjonijiet tal-Korp Ewropew ta' Solidarjetà fil-pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 11 għandhom ikunu, b'mod partikolari, konsistenti u komplementari ma' oqsma oħra ta' azzjoni esterna tal-Unjoni, b'mod partikolari l-politika tal-għajnuna umanitarja, il-politika tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp , il-politika ta' sigurtà , il-politika tat-tkabbir, il-politika tal-viċinat u l-Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili. [Em. 144]

4.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni mill-Programm, tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kwalunkwe programm ieħor tal-Unjoni, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Għandhom japplikaw ir-regoli ta’ kull programm ta’ kontribut tal-Unjoni għal kull kontribuzzjoni rispettiva tiegħu lill-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż it-total ta’ kostijiet eliġibbli għall-azzjoni u l-appoġġ minn programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi pro rata skont id-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

5.   Meta l-Programm u l-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (SIE) msemmija fl-Artikolu 1 tar-[Regolament (UE)XX CPR] jagħtu appoġġ finanzjarju konġunt lil azzjoni waħda, dik l-azzjoni għandha tiġi implimentata skont ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament, inkluż ir-regoli dwar l-irkupru ta’ ammonti mħallsa bi żball.

6.   Azzjonijiet eliġibbli skont il-Programm li ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti taħt il-Programm u li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ kwalità minimi għal dik is-sejħa għal proposti, iżda li mhumiex iffinanzjati minħabba limitazzjonijiet baġitarji, jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta’ Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, skont il-paragrafu 7 tal-Artikolu [65] tar-Regolament (UE) XX [Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u l-Artikolu [8] jew ir-Regolament (UE) XX [Finanzjament, ġestjoni u monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], dment li dawn l-azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Ir-regoli tal-Fond li jagħti l-appoġġ għandhom japplikaw.

KAPITOLU XII

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 29

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu fl-Artikoli 12, 18 u 19 għandha tingħata lill-Kummissjoni sakemm idum il-Programm; [Em. 145]

3.   IId-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu fl-Artikoli 12, 18 u 19 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-Deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li diġà jkun fis-seħħ. [Em. 146]

4.   Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.   Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikolu l-Artikoli 12, 18 u 19 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jkunu ġew mgħarrfin bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew u kif ukoll il-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 147]

Artikolu 30

Kumitat tal-proċedura

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi assistita minn kumitat fi ħdan it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Artikolu 31

Tħassir

Ir-Regolament (UE) [Ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà] u r-Regolament (UE) Nru 375/2014 jitħassru mill-1 ta’ Jannar 2021.

Artikolu 32

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà] jew skont ir-Regolament (UE) Nru 375/2014. Dawk ir-Regolamenti għandhom ikomplu japplikaw għal dawk l-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-Programm jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-assistenza teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Programm u l-miżuri adottati skont [ir-Regolament dwar il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà] jew skont ir-Regolament (UE) Nru 375/2014.

3.   Jekk meħtieġ, l-approprjazzjonijiet jistgħu jiddaħħlu fil-baġit lil hinn mill-2027 biex ikopru l-ispejjeż previsti fl-Artikolu 12.2, sabiex jippermettu l-ġestjoni ta’ azzjonijiet u attivitajiet mhux kompletati sal-31 ta’ Diċembru 2027.

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw it-tranżizzjoni bla xkiel fil-livell nazzjonali bejn l-azzjonijiet imwettqa fil-kuntest tal-Programm tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (2018-2020) u dawk li jeħtieġ jiġu implimentati taħt dan il-Programm.

Artikolu 33

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-[għoxrin] jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 201.

(2)  ĠU C 86, 7.3.2019, p. 282.

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2019.

(4)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Korp Ewropew ta’ Solidarjetà (COM(2016)0942 final).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 1719/2006/KE, Nru 1720/2006/KE u Nru 1298/2008/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50-73 p. 50 ).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 375/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Korp Volontarju Ewropew ta' Għajnuna Umanitarja (“l-Inizjattiva "l-Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE”) (ĠU L 122, 24.4.2014, p. 1-17 p. 1 ).

(7)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2018 dwar Qafas Ewropew għal Apprendistati ta’ Kwalità u Effettivi (ĠU C 153, 2.5.2018, p. 1). tal-10 ta' Marzu 2014 dwar Qafas tal-Kwalità għat-Traineeships (ĠU C 88, 27.3.2014, p. 1).

(8)   Ir-Regolament (UE) 2016/589 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' April 2016 dwar netwerk Ewropew ta' servizzi tal-impjiegi (EURES), aċċess tal-ħaddiema għas-servizzi ta' mobilità u integrazzjoni ulterjuri tas-swieq tax-xogħol u li jemenda Regolamenti (UE) Nru 492/2011 u (UE) Nru 1296/2013 (ĠU L 107, 22.4.2016, p. 1).

(9)  Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2012 dwar il-validazzjoni tat-tagħlim mhux formali u informali (ĠU C 398, 22.12.2012, p.1–5 1 ).

(10)   Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/776/UE tat-18 ta' Diċembru 2013 li tistabbilixxi “L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE (ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46).

(11)   Id-Direttiva (UE) 2016/2102 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ottubru 2016 dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi u tal-applikazzjonijiet mobbli tal-korpi tas-settur pubbliku (ĠU L 327, 2.12.2016, p. 1).

(12)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Il-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà – l-Istrateġija ta’ Implimentazzjoni (COM(2017)0134 final).

(13)  [Referenza pendenti għar-Regolament Finanzjarju].

(14)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (EURATOM, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(16)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(17)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(18)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1).

(19)  [Referenza pendenti dwar id-Deċiżjoni l-Ġdida tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjoni mal-PTEE].

(20)  Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE COM(2017)0623 final).

(21)   Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

(22)  Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta' dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta' skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).

(23)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011. Li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(24)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(25)  Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE (ĠU C 326, 26.10.2012, p. 391).

(26)   Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta' Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (ĠU L 303, 2.12.2000, p. 16).

(27)   Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(28)   Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

ANNESS

Indikaturi għal monitoraġġ u rapportar: Il-Programm għandu jiġi mmonitorjat mill-qrib biex jiġi mkejjel sa fejn intlaħqu l-għan ġenerali u l-għanijiet speċifiċi, kif ukoll biex jiġu mmotijorati l-output, ir-riżultati u l-impatt tiegħu. Għal dak il-għan, ġie stabbilit qafas minimu ta' indikaturi, biex iservi bħala bażi għal programm dettaljat fil-ġejjieni għall-monitoraġġ tal-output, ir-riżultati u l-impatt tal-Programm, inkluż sett estiż ta' indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi: [Em. 148]

(a)

numru ta’ parteċipanti f’attivitajiet ta’ solidarjetà;

(b)

persentaġġ ta’ parteċipanti bi sfond ta’ inqas opportunitajiet; u [Em. 149]

(c)

numru ta’ organizzazzjonijiet li għandhom Tikketta tal-Kwalità tal-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà.; [Em. 150]

(ca)

numru ta' parteċipanti fl-impjiegi (fil-pajjiż u transfruntiera) imqassma skont il-pajjiż, l-età, is-sess, l-isfond professjonali u l-kisba edukattiva [Em. 151]

(cb)

numru ta' parteċipanti fi proġetti ta' solidarjetà mqassma skont il-pajjiż, l-età, is-sess, l-isfond professjonali u l-kisba edukattiva; [Em. 152]

(cc)

numru ta' organizzazzjonijiet li t-tikketta tal-kwalità tagħhom ġiet revokata; [Em. 153]

(cd)

numru ta' organizzazzjonijiet li għandhom tikketta tal-kwalità mqassma skont il-pajjiż u l-finanzjament li rċevew; [Em. 154]

(ce)

numru ta' żgħażagħ parteċipanti b'inqas opportunitajiet; [Em. 155]

(cf)

numru ta' parteċipanti li jirrapportaw eżiti tat-tagħlim pożittivi; [Em. 156]

(cg)

persentaġġ ta' parteċipanti li l-eżiti tat-tagħlim tagħhom ġew rikonoxxuti permezz ta' ċertifikat bħal Youthpass, jew tip ieħor ta' rikonoxximent formali tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-Korp Ewropew ta' Solidarjetà; [Em. 157]

(ch)

rata ta' sodisfazzjon ġenerali tal-parteċipanti fir-rigward tal-kwalità tal-attivitajiet; and [Em. 158]

(ci)

numru ta' persuni appoġġati direttament jew indirettament minn attivitajiet ta' solidarjetà. [Em. 159]


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/252


P8_TA(2019)0151

Att tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ENISA, l-“Aġenzija tal-UE għaċ-Ċibersigurtà” li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013, u li jikkonċerna ċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (“l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà”) (COM(2017)0477 – C8-0310/2017 – 2017/0225(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/43)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0477),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0310/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mis-Senat Franċiż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta' Frar 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-31 ta’ Jannar 2018 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta’ Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0264/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 227, 28.6.2018, p. 86.

(2)  ĠU C 176, 23.5.2018, p. 29.


P8_TC1-COD(2017)0225

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 526/2013 (l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà)

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/881.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/254


P8_TA(2019)0152

Prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet minn negozju għal negozju fil-katina tal-provvista tal-ikel (COM(2018)0173 – C8-0139/2018 – 2018/0082(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/44)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0173),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0139/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata preżentata mill-Parlament Żvediż, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Settembru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-4 ta' Lulju 2018 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp, u l-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0309/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

3.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni annessa ma’ din ir-riżoluzzjoni;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 440, 6.12.2018, p. 165.

(2)  ĠU C 387, 25.10.2018, p. 48.


P8_TC1-COD(2018)0082

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prattiki kummerċjali inġusti fir-relazzjonijiet bejn in-negozji fil-katina tal-provvista agrikola u alimentari

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2019/633.)


ANNESS GĦAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Parlament Ewropew dwar l-alleanzi tax-xiri

Il-Parlament Ewropew, filwaqt li jirrikonoxxi r-rwol possibbli moqdi minn alleanzi ta' xerrejja fil-ħolqien ta' effiċjenzi ekonomiċi fil-katina tal-agrikoltura u f'dik tal-provvista tal-ikel, jenfasizza li n-nuqqas kurrenti ta' informazzjoni ma jippermettix li ssir evalwazzjoni tal-effetti ekonomiċi ta' tali alleanzi ta' xerrejja fuq il-funzjonament tal-katina tal-provvista.

F'dan ir-rigward, il-Parlament Ewropew jitlob li l-Kummissjoni tvara mingħajr dewmien analiżi fil-fond dwar il-firxa u l-effetti ta' dawn l-alleanzi tax-xiri nazzjonali u internazzjonali fuq il-funzjonament ekonomiku tal-katina tal-agrikoltura u ta' dik tal-provvista tal-ikel.

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-trasparenza tas-swieq agrikoli u alimentari

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jenfasizzaw li t-trasparenza tas-swieq agrikoli u alimentari hija element ewlieni ta' katina tal-provvista agrikola u alimentari li tiffunzjona tajjeb, sabiex l-għażliet tal-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet pubbliċi jkunu aktar imnebbħa kif ukoll biex jiġi faċilitat il-ftehim tal-operaturi dwar l-iżviluppi tas-suq. Il-Kummissjoni hija mħeġġa tkompli l-ħidma li qiegħda twettaq biex tissaħħaħ it-trasparenza tas-suq fil-livell tal-UE. Dan jista' jinkludi t-tisħiħ tal-ħidma fuq l-osservatorji tas-suq tal-UE u t-titjib tal-ġbir ta' data statistika meħtieġa għall-analiżi ta' mekkaniżmi ta' formazzjoni tal-prezzijiet tul il-katina tal-provvista agrikola u alimentari.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/257


P8_TA(2019)0153

Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (COM(2017)0482 – C8-0308/2017 – 2017/0220(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/45)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2017)0482),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 24 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0308/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tat-23 ta’ Marzu 2018 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0226/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 237, 6.7.2018, p. 74.

(2)  ĠU C 247, 13.7.2018, p. 62.


P8_TC1-COD(2017)0220

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/788.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/258


P8_TA(2019)0154

L-importazzjoni ta' beni kulturali ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-importazzjoni ta' beni kulturali (COM(2017)0375 – C8-0227/2017 – 2017/0158(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/46)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0375),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0227/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitati responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, 27skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u l-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0308/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (1);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fil-25 ta’ Ottubru 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0418)


P8_TC1-COD(2017)0158

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-introduzzjoni u l-importazzjoni ta' beni kulturali

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/880.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/259


P8_TA(2019)0155

Il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward proċedura ta' verifika relatata mal-ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew (COM(2018)0636 – C8-0413/2018 – 2018/0336(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/47)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0636),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0413/2018),

wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta’ Diċembru 2018 (1),

wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-25 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0435/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 110, 22.3.2019, p. 72.


P8_TC1-COD(2018)0336

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-12 ta’ Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 rigward proċedura ta' verifika relatata mal-ksur ta' regoli dwar il-protezzjoni ta' data personali fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE, Euratom) 2019/493.)


L-Erbgħa 13 ta’ Marzu 2019

21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/260


P8_TA(2019)0159

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: eżenzjoni tal-Bank of England mir-rekwiżiti ta’ trasparenza ta’ qabel u wara n-negozjar tar-Regolament (UE) Nru 600/2014

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/1799 fir-rigward tal-eżenzjoni tal-Bank of England mir-rekwiżiti ta' trasparenza ta' qabel u wara n-negozjar tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 (C(2019)00793 – 2019/2546(DEA))

(2021/C 23/48)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00793),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 21 ta' Frar 2019,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 1(9) u 50(5) tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-att delegat emendatorju fih emendi importanti biex ikun żgurat li l-Bank of England jibqa' jibbenefika mill-eżenzjoni eżistenti skont l-Artikolu 1(9) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014, wara bidla fl-istatus tar-Renju Unit għal pajjiż terz;

B.

billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza ta' adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex tiġi żgurata t-tħejjija tal-Unjoni Ewropea f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/261


P8_TA(2019)0160

Ebda oġġezzjoni għal att delegat li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' entitajiet eżentati

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-lista ta' entitajiet eżentati (C(2019)00794 – 2019/2547(DEA))

(2021/C 23/49)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00794),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, tal-21 ta' Frar 2019,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2015 dwar it-trasparenza ta' transazzjonijiet ta' finanzjament tat-titoli u l-użu mill-ġdid u b'mod partikolari l-Artikoli 2(4) u 30(5) tiegħu (1),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-att delegat jinkludi emendi importanti biex jiżgura li l-bank ċentrali tar-Renju Unit u l-korpi pubbliċi inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu f'din il-ġestjoni jkunu eżentati mill-obbligu ta' rapportar skont l-Artikolu 4 u r-rekwiżiti ta' trasparenza fl-użu mill-ġdid skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) 2015/2365;

B.

billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza ta' adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 337, 23.12.2015, p. 1.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/262


P8_TA(2019)0161

Ebda oġġezzjoni għal att delegat li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista ta’ entitajiet eżentati

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista tal-entitajiet eżenti (C(2019)00791 – 2019/2549(DEA))

(2021/C 23/50)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00791),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 21 ta' Frar 2019,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 1(6) u 82(6) tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-att delegat jinkludi emendi importanti biex jiżgura li l-bank ċentrali tar-Renju Unit u l-korpi pubbliċi inkarigati mill-ġestjoni tad-dejn pubbliku jew li jintervjenu f'din il-ġestjoni se jkunu eżentati mir-rekwiżiti ta' kklerjar u ta' rapportar u mir-rekwiżit li jiġu applikati tekniki tal-mitigazzjoni tar-riskju għal tranżazzjonijiet mhux ikklerjati stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 648/2012;

B.

billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza tal-adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/263


P8_TA(2019)0162

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u tal-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2016/522 rigward l-eżenzjoni tal-Bank tal-Ingilterra u tal-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 (C(2019)00792 – 2019/2550(DEA))

(2021/C 23/51)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00792),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament Delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, tal-21 ta' Frar 2019,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 596/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż tas-suq) u li jħassar id-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttivi tal-Kummissjoni 2003/124/KE, 2003/125/KE u 2004/72/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 35(5) tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-att delegat emendatorju fih emendi importanti biex ikun żgurat li l-Bank tal-Ingilterra u l-Uffiċċju tal-Ġestjoni tad-Dejn tar-Renju Unit jibqgħu jibbenefikaw mill-eżenzjoni eżistenti skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) Nru 596/2014, wara li l-istatus tar-Renju Unit jinbidel għal dak ta' pajjiż terz;

B.

billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza tal-adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament Delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 1.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/264


P8_TA(2019)0163

Ebda oġġezzjoni għal att delegat: possibbiltà li jiġi aġġustat l-għadd medju ta’ kuljum ta’ tranżazzjonijiet għal sehem meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta 'dak is-sehem ikun jinsab barra mill-Unjoni

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni tat-13 ta' Frar 2019 li jemenda r-Regolament Delegat (UE) 2017/588 fir-rigward tal-possibbiltà li jiġi aġġustat l-għadd medju ta' kuljum ta' tranżazzjonijiet għal sehem meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta' dak is-sehem ikun jinsab barra mill-Unjoni (C(2019)00904 – 2019/2579(DEA))

(2021/C 23/52)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2019)00904),

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tal-21 ta' Frar 2019, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, bid-data 4 ta' Marzu 2019,

wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 49(3) tagħha,

wara li kkunsidra l-Artikolu 10(1) u l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (2),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji dwar l-“emenda tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/588 (RTS 11)” preżentat fit-8 ta' Novembru 2018 mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq skont l-Artikolu 49(3) tad-Direttiva 2014/65/UE,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji,

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi l-att delegat fih emendi importanti biex titħares il-kompetittività taċ-ċentri tan-negozjar tal-UE li joffru n-negozjar f'dawk l-ishma li jiġu ammessi għan-negozjar jew jiġu nnegozjati fl-Unjoni u f'pajjiż terz fl-istess ħin, u meta ċ-ċentru tan-negozjar bl-ogħla fatturat ta' dawk l-ishma jkun jinsab barra mill-Unjoni;

B.

billi l-Parlament jirrikonoxxi l-importanza ta' adozzjoni rapida ta' dan l-att sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni Ewropea tkun imħejjija f'każ li r-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni mingħajr ftehim dwar il-ħruġ;

C.

billi l-Parlament iqis li l-RTS adottat mhuwiex “l-istess” bħall-abbozz tal-RTS ippreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq minħabba l-bidliet tal-Kummissjoni li ġew introdotti f'dan l-abbozz, u jqis li għandu tliet xhur biex joġġezzjona għall-RTS (perjodu ta' skrutinju); billi l-Parlament iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tindika l-perjodu ta' skrutinju ta' xahar biss f'każijiet fejn il-Kummissjoni tkun adottat l-abbozzi tal-Aġenziji Superviżorji Ewropej mingħajr tibdil, jiġifieri fejn l-abbozz u l-istandards tekniċi regolatorji adottati jkunu “l-istess”;

1.

Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(2)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/266


P8_TA(2019)0165

Awtorizzazzjoni Ġenerali ta' Esportazzjoni tal-Unjoni għall-esportazzjoni ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni ta' Esportazzjoni fir-rigward ta' ċerti oġġetti b'użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (COM(2018)0891 – C8-0513/2018 – 2018/0435(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/53)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0891,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0513/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-6 ta' Marzu 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0071/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll

P8_TC1-COD(2018)0435

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2009 billi tingħata awtorizzazzjoni ġenerali tal-Unjoni ta' esportazzjoni fir-rigward ta’ ċerti oġġetti b’użu doppju mill-Unjoni lejn ir-Renju Unit

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/496.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/267


P8_TA(2019)0166

Tkomplija tal-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda – ir-Renju Unit) u r-Renju Unit – l-Irlanda (l-Irlanda – l-Irlanda ta' Fuq – l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda – ir-Renju Unit) u għar-Renju Unit – l-Irlanda (l-Irlanda – l-Irlanda ta' Fuq – l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (COM(2018)0892 – C8-0512/2018 – 2018/0432(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/54)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0892),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 178 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0512/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Frar 2019 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0021/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari mniżżel hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P8_TC1-COD(2018)0432

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex ikunu jistgħu jitkomplew il-programmi għall-kooperazzjoni territorjali PEACE IV (l-Irlanda – ir-Renju Unit) u għar-Renju Unit – l-Irlanda (l-Irlanda – l-Irlanda ta’ Fuq – l-Iskozja) fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/491.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/268


P8_TA(2019)0167

It-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (“ir-Renju Unit”) mill-Unjoni Ewropea ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula d-dispożizzjonijiet għat-tkomplija tal-attivitajiet tal-mobbiltà għat-tagħlim li huma għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq (“ir-Renju Unit”) mill-Unjoni Ewropea. (COM(2019)0065 – C8-0040/2019 – 2019/0030(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/55)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2019)0065),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 165(4) u 166(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0040/2019),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Frar 2019 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (A8-0082/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali


P8_TC1-COD(2019)0030

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet għall-kontinwazzjoni ta' attivitajiet ta' mobbiltà fit-tagħlim li jkunu għaddejjin taħt il-programm Erasmus+ stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1288/2013, fil-kuntest tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/499.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/269


P8_TA(2019)0168

Sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0894 – C8-0514/2018 – 2018/0434(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/56)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0894),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0514/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Frar 2019 (1),

wara li kkonsulta l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-22 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, 27skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0061/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


P8_TC1-COD(2018)0434

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza tal-avjazzjoni fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/494.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/270


P8_TA(2019)0169

Ftehim ta' Kooperazzjoni UE/Afganistan dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra (15093/2016 – C8-0107/2018 – 2015/0302(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 23/57)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15093/2016),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra (05385/2015),

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikoli 207, 209, 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0107/2018),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2019 (1) dwar l-abbozz ta' deċiżjoni,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0026/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlament tal-Istati Membri u tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2019)0170.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/271


P8_TA(2019)0170

Ftehim ta' Kooperazzjoni UE/Afganistan dwar is-Sħubija u l-Iżvilupp (riżoluzzjoni)

Riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 li fih mozzjoni għal riżoluzzjoni mhux leġiżlattiva dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra (15093/2016 – C8-0107/2018 – 2015/0302M(NLE))

(2021/C 23/58)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15093/2016),

wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan, min-naħa l-oħra (1), iffirmat fit-18 ta' Frar 2017 mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), Federica Mogherini,

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill fis-6 ta' Frar 2018 skont l-Artikolu 37 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) u l-Artikoli 207, 209, 218(6)(a), it-tieni subparagrafu, u l-Artikolu 218(8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) (C8-0107/2018),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni leġiżlattiva tiegħu tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill (2),

wara li kkunsidra l-applikazzjoni proviżorja tal-partijiet tal-Ftehim ta' Kooperazzjoni dwar Sħubija u Żvilupp (CAPD) taħt il-kompetenza esklużiva tal-UE mill-1 ta' Diċembru 2017,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar in-negozjati għal ftehim ta' kooperazzjoni bejn l-UE u l-Afganistan dwar sħubija u żvilupp (3),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu relatati mal-Afganistan, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar strateġija ġdida għall-Afganistan (4), tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar il-kontroll baġitarju tal-għajnuna finanzjarja tal-UE lill-Afganistan (5), tat-12 ta' Marzu 2014 dwar ir-rwol reġjonali tal-Pakistan u r-relazzjonijiet politiċi tiegħu mal-UE (6), tat-8 ta' Ottubru 2015 dwar il-piena tal-mewt (7), tas-26 ta' Novembru 2015 dwar l-Afganistan, b'mod partikolari l-qtil fil-provinċja ta' Zabul (8), tat-28 ta' April 2016 dwar attakki fuq sptarijiet u skejjel bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali (9), tal-5 ta' April 2017 dwar l-indirizzar tal-movimenti tar-rifuġjati u tal-migranti: ir-rwol tal-Azzjoni Esterna tal-UE (10), tat-13 ta' Settembru 2017 dwar ir-relazzjonijiet politiċi tal-UE mal-Indja (11), tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan (12),

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tad-19 ta' Novembru 2018 u tas-16 ta' Ottubru 2017 dwar l-Afganistan,

wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni Konġunta mill-VP/RGħ u l-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-24 ta' Lulju 2017 dwar Elementi għal strateġija tal-UE dwar l-Afganistan (JOIN(2017)0031),

wara li kkunsidra l-Programm Indikattiv Pluriennali 2014-2020 għall-Afganistan, fi ħdan l-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp tal-Unjoni,

wara li kkunsidra l-Pjan Direzzjonali tal-UE għall-Pajjiż għall-Impenn mas-Soċjetà Ċivili fl-Afganistan 2018-2020,

wara li kkunsidra l-għeluq tal-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea fl-Afganistan (EUPOL Afganistan) fl-2016,

wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tal-10 ta' Settembru 2018 bit-titlu “is-sitwazzjoni fl-Afganistan u l-implikazzjonijiet tagħha għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali”,

wara li kkunsidra t-Triq Konġunta 'l Quddiem dwar kwistjonijiet ta' migrazzjoni bejn l-Afganistan u l-UE, tat-2 ta' Ottubru 2016,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjonijiet 2210 (2015) u 2344 (2017) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, u l-mandat tal-Missjoni ta' Assistenza tan-NU fl-Afganistan (UNAMA),

wara li kkunsidra r-rapport tat-12 ta' April 2017 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni spustati internament dwar il-missjoni tiegħu fl-Afganistan,

wara li kkunsidra t-talba tal-Kap Prosekutur tal-QKI Fatou Bensouda tat-3 ta' Novembru 2017 biex tinbeda investigazzjoni dwar id-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità li allegatament twettqu fl-Afganistan mill-1 ta' Mejju 2003,

wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal,

wara li kkunsidra l-Konferenza Ministerjali ta' Ġinevra dwar l-Afganistan tas-27-28 ta' Novembru 2018,

wara li kkunsidra r-riżultati tal-Konferenza Internazzjonali ta' Brussell dwar l-Afganistan tal-5 ta' Ottubru 2016, kopreseduta mill-Unjoni Ewropea, u l-impenji reċiproċi fil-konferenzi internazzjonali dwar l-Afganistan li saru f'Bonn fil-5 ta' Diċembru 2011, f'Tokyo fit-8 ta' Lulju 2012, u f'Londra fl-4 ta' Diċembru 2014,

wara li kkunsidra l-Konferenza ta' Tashkent dwar l-Afganistan tas-26-27 ta' Marzu 2018,

wara li kkunsidra l-proċess “Heart of Asia” imniedi f'Istanbul fit-2 ta' Novembru 2011,

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Kabul tat-22 ta' Diċembru 2002 dwar relazzjonijiet tajba ta' viċinat,

wara li kkunsidra l-Forza Internazzjonali ta' Assistenza għas-Sigurtà (ISAF) (2003-2014) b'mandat tan-NU u mmexxija min-NATO u l-konklużjonijiet tas-summit tan-NATO li sar fi Brussell fl-24 u l-25 ta' Mejju 2017, fir-rigward tat-tkomplija tal-missjoni ta' taħriġ, konsulenza u l-missjoni ta' assistenza għal Appoġġ Determinat (mill-2014 sal-lum),

wara li kkunsidra l-Pjan ta' Rispons Umanitarju Afgan 2018-2021,

wara li kkunsidra l-Qafas għall-Awtonomija permezz ta' Responsabbiltà Reċiproka, maqbul fil-Konferenza ta' Brussell dwar l-Afganistan tal-4-5 ta' Ottubru 2016,

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin, l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-pożizzjoni fil-forma ta' emendi tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0058/2019),

A.

billi fl-10 ta' Novembru 2011, il-Kunsill adotta deċiżjoni li tawtorizza lill-Kummissjoni tinnegozja CAPD bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan (13); billi l-CAPD ġie applikat b'mod proviżorju u parzjali mill-1 ta' Diċembru 2017, qabel ma l-Parlament Ewropew ta l-approvazzjoni tiegħu;

B.

billi fit-13 ta' Jannar 2016, il-VP/RGħ u l-Kummissjoni ppreżentaw lill-Kunsill il-Proposta Konġunta għal Deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-CAPD, bħala ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Afganistan (“UE-biss”);

C.

billi filwaqt li qablu mas-sustanza tal-CAPD, l-Istati Membri esprimew preferenza għal ftehim “imħallat” b'applikazzjoni proviżorja, u għalhekk talbu lill-Kummissjoni u lill-VP/RGħ jirrevedu l-proposti skont dan sabiex iqisu l-applikazzjoni mħallta u proviżorja;

D.

billi l-CAPD ġie ffirmat fit-18 ta' Frar 2017;

E.

billi l-CAPD se jifforma l-bażi tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Afganistan għall-10 snin li ġejjin u jista' jiġi estiż awtomatikament għal perjodi ta' ħames snin;

F.

billi l-Parlament kien parzjalment informat, iżda mhux kompletament, matul in-negozjati; billi l-Parlament irċieva d-direttivi ta' negozjati tal-Kunsill għas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biss fis-16 ta' Marzu 2018, minflok f'Novembru 2011 meta l-Parlament ġie infurmat dwar id-deċiżjoni biex jinfetħu n-negozjati;

G.

billi dan il-qafas legali jibni fuq l-Istrateġija attwali tal-UE dwar l-Afganistan kif ukoll fuq l-għajnuna finanzjarja esterna estensiva tal-UE;

H.

billi l-CAPD se jkun l-ewwel relazzjoni kuntrattwali bejn l-UE u l-Afganistan, li jikkonferma l-impenn tal-UE lejn l-iżvilupp futur tal-Afganistan matul l-“għaxar snin ta' trasformazzjoni” (2014-2024), filwaqt li jsaħħaħ ir-rabtiet storiċi, politiċi u ekonomiċi bejn iż-żewġ partijiet;

I.

billi l-CAPD jirrifletti l-prinċipji u l-kundizzjonijiet li fuqhom se tkun ibbażata s-sħubija futura bejn l-UE u l-Afganistan (Titoli I u II), inklużi l-klawsoli ta' elementi essenzjali dwar id-drittijiet tal-bniedem u n-nonproliferazzjoni tal-arma ta' qerda massiva (AQM); billi l-CAPD jipprovdi għall-possibbiltà ta' kooperazzjoni f'firxa wiesgħa ta' oqsma, inkluż l-iżvilupp (Titolu III), il-kummerċ u l-investiment (Titolu IV), il-ġustizzja u l-istat tad-dritt (Titolu V), inkluża l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, il-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra d-droga, il-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni u ftehim ta' riammissjoni potenzjali fil-ġejjieni, u l-kooperazzjoni settorjali (Titolu VI);

J.

billi l-CAPD se jippermetti wkoll lill-UE u l-Afganistan biex flimkien jindirizzaw sfidi globali bħas-sigurtà nukleari, in-nonproliferazzjoni u t-tibdil fil-klima;

K.

billi l-Afganistan jinsab f'punt kruċjali, li jfisser li jekk ma jittieħdux aktar sforzi, f'dak il-każ hemm ir-riskju li l-isforzi, il-progress u s-sagrifiċċji kollha li saru s'issa għall-iżvilupp tal-Afganistan jintilfu;

L.

billi t-tfaċċar tat-theddida terroristika mill-grupp marbut mad-Daesh magħruf bħala l-Provinċja ta' Khorasan tal-Istat Iżlamiku (IS-KP) ikkontribwixxa b'mod sinifikanti għal aktar degradazzjoni tas-sitwazzjoni tas-sigurtà; billi f'Mejju 2018 il-Gvern Afgan kellu kontroll ta' 56 % tad-distretti tal-Afganistan u 56 % tat-territorju, li fih 65 % tal-popolazzjoni, bi 32 % tad-distretti kkontestati u 12 % taħt il-kontroll tar-ribelli (14) (15);

M.

billi sa mill-2002, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha kollettivament kienu l-akbar donatur internazzjonali għall-Afganistan u l-poplu tiegħu, u pprovdew aktar minn EUR 3,66 biljun għall-iżvilupp u l-għajnuna umanitarja; billi skont il-Programm Indikattiv Pluriennali 2014-2020 għall-Afganistan, fond ta' żvilupp ġdid ta' EUR 1,4 biljun huwa allokat għall-perjodu 2014-2020; billi l-PDG tal-Afganistan bħalissa huwa ta' USD 20 biljun u r-rata ta' tkabbir tiegħu naqset mill-2014; u billi l-ekonomija Afgana għadha qed tiffaċċja għadd ta' sfidi bħalma huma l-korruzzjoni, il-ġbir ta' dħul baxx, infrastruttura dgħajfa u ħolqien anemiku ta' impjiegi;

N.

billi mill-2001, ħafna Stati Membri tal-UE, sħab tan-NATO u pajjiżi alleati kkontribwixxew għall-istabbilizzazzjoni u l-iżvilupp tal-Afganistan b'riżorsi militari u ċivili, u sofrew bosta danni u telf kbir; billi Afganistan stabbli u indipendenti li jista' jipprovdi għalih innifsu u jiċħad rifuġju sikur lil gruppi terroristiċi għadu fl-interessi vitali tas-sigurtà tan-NATO, tal-UE u tal-Istati Membri tagħha; billi l-Istati Membri tal-UE għad għandhom aktar minn 3 000 membru tal-persunal militari fl-Afganistan li jipparteċipaw fil-missjoni ta' Appoġġ Determinat tan-NATO;

O.

billi hemm 2,5 miljun rifuġjat irreġistrat, u bejn 2 u 3 miljun Afgan bla dokumenti fl-Iran u l-Pakistan; billi hemm aktar minn 2 miljun persuna spostati internament fl-Afganistan, li aktar minn 300 000 minnhom ġew spostati fl-2018; billi ħafna minn dawn l-individwi jsofru minn nuqqas ta' sigurtà tal-ikel, kenn mhux adegwat, aċċess insuffiċjenti għal faċilitajiet sanitarji u tas-saħħa u nuqqas ta' protezzjoni, u billi ħafna minnhom huma tfal ikklassifikati bħala partikolarment vulnerabbli għar-riskju ta' tħaddim tat-tfal, abbuż sesswali jew reklutaġġ potenzjali għal gruppi kriminali; billi aktar minn 450 000 persuna Afgana rritornaw lejn l-Afganistan jew ġew deportati mill-Iran mill-bidu tal-2018; billi l-Gvern tal-Pakistan ħabbar li il-1,7 miljun rifuġjat Afgan irreġistrati fil-pajjiż jeħtieġ li jiġu rritornati bil-forza lejn l-Afganistan;

P.

billi, skont in-NU, il-korruzzjoni fl-Afganistan timmina l-leġittimità tal-istat, u dan joħloq theddida serja għall-governanza tajba u l-iżvilupp sostenibbli billi jipprevjeni “ekonomija reali milli tiżviluppa”;

Q.

billi l-Afganistan huwa pajjiż li għandu dħul baxx, għadda minn kunflitt u m'għandux kosta, li jirrappreżenta sfidi speċjali għall-komunità internazzjonali u l-istituzzjonijiet tagħha;

R.

billi skont l-Indiċi tal-Adattament Globali, l-Afganistan huwa wieħed mill-aktar pajjiżi vulnerabbli fid-dinja għat-tibdil fil-klima;

S.

billi qed jinħolqu theddidiet u kriżijiet internazzjonali ġodda, li qed iwasslu biex il-pubbliku jitlef il-fokus, l-appoġġ, u t-tħassib dwar is-sitwazzjoni fl-Afganistan;

T.

billi madwar 87 % tan-nisa Afgani huma vittmi ta' vjolenza relatata mal-ġeneru; billi l-Afganistan jinsab fil-153 post minn 160 pajjiż fl-Indiċi tal-Inugwaljanza bejn is-Sessi tan-NU tal-2017;

U.

billi fl-2017, il-kultivazzjoni tal-oppju fl-Afganistan laħqet rekord għoli, b'żieda ta' 63 % meta mqabbel mal-2016; billi t-traffikar illeċitu ta' opjati jkompli joħloq instabbiltà u ribelljoni u jżid il-finanzjament għall-gruppi terroristiċi fl-Afganistan;

V.

billi għall-ewwel darba l-baġit Afgan tal-2018 huwa konformi mal-istandards internazzjonali għall-projezzjonijiet u l-kontabbiltà;

W.

billi l-Missjoni tal-Pulizija tal-UE fl-Afganistan intemmet fl-2016 wara disa' snin ta' progress;

Aspetti politiko-strateġiċi

1.

Jibqa' impenjat li jappoġġja lill-Gvern Afgan fl-isforzi tiegħu biex jibni futur sikur u stabbli għall-poplu tal-Afganistan billi jwettaq riformi ewlenin sabiex itejjeb il-governanza u l-istat tad-dritt, jiġġieled it-terroriżmu u l-estremiżmu, jikseb il-paċi u l-iżvilupp sostenibbli, jibni istituzzjonijiet leġittimi u demokratiċi, irawwem ir-reżiljenza fid-dawl tal-isfidi tas-sigurtà nazzjonali u reġjonali, jiżgura r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa, it-tfal, il-minoranzi etniċi u reliġjużi, jiġġieled il-korruzzjoni, jiġġieled id-droga, itejjeb is-sostenibbiltà fiskali u jrawwem tkabbir ekonomiku inklużiv u sostenibbli u l-iżvilupp soċjali u rurali, jipprovdi liż-żgħażagħ, li jirrappreżentaw żewġ terzi tal-popolazzjoni, b'futur aħjar; jenfasizza li hija meħtieġa riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt fl-Afganistan u li l-isforzi kollha għandhom jiġu diretti lejn dak l-objettiv l-aktar urġenti;

2.

Jenfasizza li l-iżvilupp fit-tul tal-Afganistan se jiddependi fuq ir-responsabbiltà, il-governanza tajba, il-provvista sostenibbli tas-sigurtà tal-bniedem, inkluż it-tnaqqis tal-faqar u l-ħolqien ta' opportunitajiet ta' xogħol, l-aċċess għas-servizzi soċjali u tas-saħħa, l-edukazzjoni u l-protezzjoni tal-libertajiet fundamentali u d-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tan-nisa u l-minoranzi; jenfasizza l-ħtieġa li l-affarijiet jitmexxew b'mod li jiżgura tkabbir ekonomiku inklużiv u kundizzjonijiet favorevoli għall-investiment barrani sostenibbli li jkun ta' benefiċċju għall-poplu tal-Afganistan, b'rispett sħiħ għall-istandards soċjali, ambjentali u tax-xogħol;

3.

Jinsab imħasseb dwar il-fraġilità u l-instabbiltà tal-gvern ċentrali u n-nuqqas ta' kontroll li jeżerċita fil-biċċa l-kbira tal-pajjiż, qagħda li tiggrava l-impatt tal-kunflitt fuq il-popolazzjoni ċivili; jistieden lill-UE u lill-komunità internazzjonali jiffaċilitaw il-medjazzjoni f'każijiet bħal kwistjonijiet postelettorali mhux solvuti;

4.

Jistieden lill-UE tgħin fl-isforzi kontra t-tendenza fit-tul ta' tensjonijiet interetniċi li jikkontribwixxu għad-diżintegrazzjoni tal-poter ċentrali u għall-appoġġ tan-nisġa multietnika tas-soċjetà Afgana;

5.

Jenfasizza l-appoġġ fit-tul tiegħu għal elezzjonijiet kredibbli, ħielsa, ġusti u trasparenti, f'konformità mal-istandards internazzjonali, u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-osservazzjoni elettorali tal-UE fil-pajjiż, inkluża l-osservazzjoni tal-elezzjoni presidenzjali tal-2019; jenfasizza li minħabba rivalitajiet politiċi kroniċi r-riżultat ta' dawn l-elezzjonijiet se jkollu impatt tremend fuq l-istabbiltà futura tal-Gvern Afgan;

6.

Jenfasizza l-potenzjal ekonomiku kbir tal-pajjiż minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu u r-riżorsi umani u naturali tiegħu;

7.

Jenfasizza l-appoġġ finanzjarju u politiku sostanzjali tal-UE għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-Afganistan, l-għajnuna umanitarja u l-konnettività reġjonali; iħeġġeġ aktar sforzi lejn programmazzjoni konġunta bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha;

8.

Jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-ħtieġa għal aktar koordinazzjoni politika bejn l-UE u l-Istati Uniti u djalogu dwar l-Afganistan u kwistjonijiet reġjonali;

9.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni Konġunta adottata fil-Konferenza Ministerjali ta' Ġinevra, ospitata min-NU, dwar l-Afganistan tas-27-28 ta' Novembru 2018, bil-ħsieb tal-impenji li saru fil-Konferenza ta' Brussell tal-2016 dwar l-Afganistan;

Ir-rwol u r-responsabbiltà tal-atturi reġjonali

10.

Ifakkar li l-Afganistan huwa pajjiż mingħajr kosta li jinsab bejn l-Asja u l-Lvant Nofsani u jirrikonoxxi li appoġġ u kooperazzjoni pożittiva minn pajjiżi ġirien u setgħat reġjonali, b'mod partikolari ċ-Ċina, l-Iran, l-Indja, ir-Russja u l-Pakistan, huma essenzjali għall-istabilizzazzjoni, l-iżvilupp u l-vijabbiltà ekonomika tal-Afganistan; jiddispjaċih li Afganistan stabbli u li jirnexxi mhux dejjem l-għan aħħari ta' dawn l-atturi reġjonali u jenfasizza r-rwol kruċjali ta' dawn il-pajjiżi fil-proċess ta' stabbilizzazzjoni u paċi; jitlob lill-pajjiżi ġirien biex fil-futur iżommu lura milli jimblukkaw l-esportazzjonijiet Afgani, kif ġara fil-passat;

11.

Jenfasizza li l-mobbiltà u l-attività kontinwa ta' netwerks terroristiċi li joperaw fl-Afganistan, kif ukoll fil-Pakistan, jikkontribwixxu għall-instabbiltà tas-sitwazzjoni fir-reġjun kollu;

12.

Jenfasizza li l-Afganistan huwa ta' spiss soġġett għall-objettivi antagonistiċi ta' setgħat reġjonali; Iħeġġiġhom jappoġġjaw bis-sħiħ l-isforzi favur il-paċi fl-Afganistan; jappoġġja forums ta' kooperazzjoni reġjonali, madankollu jinsab imħasseb dwar l-involviment parallel bi prokura ta' xi wħud mill-ġirien tal-Afganistan fil-kunflitt, li jdgħajjef l-isforzi favur il-paċi; jistieden lil dawn il-ġirien biex joqogħdu lura milli jinvolvu indikaturi fir-rivalitajiet tagħhom fl-Afganistan u jħeġġeġ kemm lill-ġirien kif ukoll lis-setgħat reġjonali jikkooperaw bis-sħiħ sabiex tinkiseb paċi dejjiema u sostenibbli fl-Afganistan;

13.

Iħeġġeġ lill-UE żżid l-isforzi tagħha fid-djalogu u l-kooperazzjoni mas-sħab reġjonali biex jiġġieldu kontra t-traffikar tad-drogi, il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu u l-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' bnedmin;

14.

Jenfasizza l-importanza fundamentali tal-infrastruttura u l-iżvilupp reġjonali fl-Afganistan fit-titjib tal-kummerċ u l-konnettività bejn il-pajjiżi tal-Asja Ċentrali u tan-Nofsinhar, u bħala fattur ta' stabbilizzazzjoni fir-reġjun;

15.

Jistieden lill-UE tinkludi kunsiderazzjonijiet dwar il-kooperazzjoni UE-Afganistan fl-istrateġiji tagħha għall-Asja Ċentrali u tan-Nofsinhar;

Is-sigurtà u l-bini tal-paċi

16.

Jibqa' mħasseb ħafna dwar id-deterjorament kontinwu tas-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Afganistan u l-gwadanji territorjali kontinwi tal-militanti tat-Taliban u l-gruppi terroristiċi varji, bħall-IS-KP, qagħda li tidher msaħħa ħafna bil-preżenza ta' ġellieda barranin; jikkundanna bil-qawwa l-attakki kommessi minnhom kontra ċ-ċivili, il-forzi tas-sigurtà, l-istituzzjonijiet u s-soċjetà ċivili Afgani; itenni l-impenn sħiħ tiegħu li jiġġieled kull forma ta' terroriżmu u jagħti ġieħ lill-forzi ta' koalizzjoni u Afgani kollha u liċ-ċivili li ħallsu l-ogħla prezz għal Afganistan demokratiku, inklużiv, għani, sigur u stabbli; jinnota li aktar minn nofs l-attakki kontra l-gvern fl-2018 ġew attribwiti lill-IS-KP, li għandhom l-għan li jfixklu u jxekklu l-proċess ta' rikonċiljazzjoni u paċi; jinnota bi tħassib li l-organizzazzjonijiet ġiħadisti attwali, IS-KP, Al Qaeda u d-diversi sussidjarji tagħhom, irnexxielhom jadattaw u jrabbu l-għeruq, sitwazzjoni li tirrappreżenta sfida kbira għas-sigurtà fl-Afganistan, fir-reġjun u fl-Ewropa;

17.

Jenfasizza l-appoġġ kontinwu tal-UE għall-proċess ta' paċi u rikonċiljazzjoni mmexxi mill-Afgani u bi sjieda Afgana, inkluża l-implimentazzjoni tal-ftehim ta' paċi miftiehem ma' Hezb-e-Islami; jinsab lest li jikkontribwixxi għal dan bl-istrumenti xierqa kollha tal-UE hekk kif ikun hemm proċess ta' paċi sinifikanti; jistieden lit-Talibani jiddenunzjaw il-vjolenza, jingħaqdu mal-proċess ta' paċi u jaċċettaw il-Kostituzzjoni Afgana; jenfasizza l-appoġġ tiegħu għall-offerta ta' paċi komprensiva lit-Taliban magħmula ripetutament mill-gvern; jistieden lis-soċjetà ċivili tkun involuta bis-sħiħ f'dawn it-taħditiet; jirrikonoxxi li jeħtieġ li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-preżenza tas-sigurtà internazzjonali u kkombinata fit-tul sabiex il-forzi tas-sigurtà Afgani jiġu assistiti biex jistabilizzaw il-pajjiż u jiġi evitat li jerġa' jsir rifuġju sikur għal gruppi terroristiċi u sors ta' instabbiltà reġjonali; jistieden lill-partijiet kollha involuti fil-kunflitt jirrispettaw id-dritt umanitarju internazzjonali;

18.

Jilqa' l-ewwel perjodu ta' waqfien mill-ġlied mill-2001 'l hawn, Eid al-Fitr, li wera xewqa mifruxa għall-paċi fost l-Afgani; jistieden lit-Talibani jaderixxu mas-sejħiet tal-President Afgan għal perjodu ta' waqfien mill-ġlied ġdid;

19.

Jenfasizza li erba' deċennji ta' gwerra u kunflitt, li bdew bl-invażjoni Sovjetika tal-Afganistan fl-1979, wasslu għal ħafna mill-problemi mhux riżolti li l-Afganistan qed iħabbat wiċċu magħhom illum; f'dan ir-rigward jirrikonoxxi r-rwol taż-żgħażagħ u tad-dijaspora Afgana fil-proċess tal-bini ta' futur aktar sikur u aħjar għall-pajjiż; jistieden lill-UE tappoġġa l-ġustizzja tranżitorja għall-vittmi tal-vjolenza;

20.

Jinnota li wara l-għeluq tal-Missjoni ta' Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni EUPOL Afganistan f'Diċembru 2016, li pprovdiet taħriġ u pariri speċjalizzati lill-Pulizija Nazzjonali Afgana u lill-Ministeru tal-Intern, l-Unjoni kompliet il-kooperazzjoni tagħha mal-pulizija Afgana permezz tal-istrumenti esterni tal-UE, bħall-Istrument li jikkontribwixxi għall-Istabbiltà u l-Paċi (IcSP), li jiffinanzja wkoll azzjonijiet ta' rikonċiljazzjoni;

21.

Jinnota li l-missjoni tal-ISAF irnexxielha tibni l-Forzi tas-Sigurtà Nazzjonali Afgani mill-bidu nett f'forza kapaċi ta' 352 000 suldat u uffiċjal tal-pulizija b'infanterija, pulizija militari, intelligence, awtorizzazzjoni tar-rotot, appoġġ għall-ġlied, kapaċitajiet mediċi, tal-avjazzjoni u loġistiċi, u b'hekk tiġi miġġielda l-influwenza tar-ribelli fil-pajjiż;

22.

Jinnota li l-ISAF ħolqot ambjent sikur biex ittejjeb il-governanza u l-iżvilupp ekonomiku, li wassal għall-akbar persentaġġ ta' titjib ta' kwalunkwe pajjiż f'termini ta' indikaturi bażiċi tas-saħħa u l-iżvilupp; jinnota li s-suċċess tal-ISAF wassal ukoll għall-ħolqien ta' midja vibranti u li miljuni ta' Afgani issa jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jivvutaw;

23.

Jinkoraġġixxi aktar il-missjoni ta' Appoġġ Determinat tan-NATO biex tkompli t-taħriġ u s-sorveljanza tal-armata Afgana; iħeġġeġ lill-Istati Membri joffru taħriġ dwar il-ġestjoni tal-kriżijiet ċivili lill-gvernijiet nazzjonali u lokali tal-Afganistan;

24.

Iħeġġeġ lin-NATO u lill-UE jaħdmu flimkien biex jiġbru intelligence dwar gruppi ribelli li jheddu lill-Afganistan u flimkien jikkoordinaw rakkomandazzjonijiet ta' politika lill-forzi tas-sigurtà Afgani;

25.

Jiddispjaċih ħafna li l-gruppi ribelli Talibani u oħrajn jużaw il-preżenza tal-UE u tal-komunità internazzjonali fl-Afganistan, u l-iżviluppi li kisbu, għal skopijiet ta' propaganda, biex jippromwovu d-diskors li okkupanti barranin qed jimpedixxu lill-pajjiż u l-istil ta' ħajja Afgana; iħeġġeġ lill-UE u lill-Gvern Afgan jiġġieldu kontra din il-propaganda;

26.

Jenfasizza l-fatt li l-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu hija kruċjali għall-ħolqien ta' ambjent li jwassal għas-sigurtà fl-Afganistan; iħeġġeġ lis-sħab rilevanti kollha jsaħħu l-isforzi tagħhom biex iżarmaw in-netwerks kollha ta' finanzjament tat-terroriżmu, inkluż it-tmiem tal-użu ħażin ta' netwerks ta' hawala u ta' donazzjonijiet internazzjonali għal dan il-għan, sabiex jiġġieldu r-radikalizzazzjoni, l-estremiżmu u l-għodod ta' reklutaġġ fuq liema l-organizzazzjonijiet terroristiċi Afgani għadhom iserħu;

27.

Iħeġġeġ lill-Gvern Afgan jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżgura li l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-ideoloġiji estremisti jkunu fost l-ogħla prijoritajiet tiegħu;

28.

Jappoġġa l-Programm ta' Paċi u Riintegrazzjoni tal-Afganistan, li jintegra mill-ġdid membri tat-Taliban li jċedu u jirrinunzjaw il-vjolenza lura fis-soċjetà; ifaħħar lir-Renju Unit talli diġà kkontribwixxa aktar minn GBP 9 miljun;

29.

Jistieden lill-Gvern tal-Afganistan jimplimenta bis-sħiħ ir-Riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar in-Nisa, il-Paċi u s-Sigurtà, u biex jiżgura l-parteċipazzjoni, il-protezzjoni u d-drittijiet tan-nisa tul iċ-ċiklu ta' kunflitt, mill-prevenzjoni ta' kunflitti sar-rikostruzzjoni wara l-kunflitt;

30.

Iħeġġeġ lill-Gvern Afgan jiżviluppa kontromiżuri kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (CBRN) effikaċi; iħeġġeġ lill-UE tipprovdi appoġġ operattiv, tekniku u finanzjarju għall-bini ta' kapaċità CBRN;

31.

Iħeġġeġ lill-Gvern Afgan isaħħaħ is-sistemi ta' kontroll domestiku tiegħu biex jiġġieled iċ-ċirkolazzjoni mifruxa ta' armi ħfief u ta' kalibru żgħir (SALW) f'konformità mal-istandards internazzjonali eżistenti;

Il-bini tal-Istat

32.

Jenfasizza l-ħtieġa li l-Gvern tal-Afganistan u l-komunità internazzjonali jintensifikaw l-isforzi biex jeqirdu l-korruzzjoni fil-pajjiż, kif ukoll li jsaħħu l-istituzzjonijiet reattivi u inklużivi u jtejbu l-governanza lokali bħala passi kritiċi fil-bini ta' stat leġittimu u stabbli li hu kapaċi jipprevjeni l-kunflitt u r-ribelljoni; jistieden lill-Gvern Afgan isaħħaħ il-kapaċità nazzjonali biex jirkupra l-assi misruqa permezz ta' programmi bħal Inizjattiva ta' Rkupru tal-Assi Misruqa mmexxija mill-Grupp tal-Bank Dinji u l-Uffiċċju tan-NU kontra d-Droga u l-Kriminalità (UNODC);

33.

Jistieden lill-Gvern tal-Afganistan iżid l-inklużività politika, isaħħaħ ir-responsabbiltà u jiġġieled b'mod attiv il-korruzzjoni;

34.

Jenfasizza li d-distakk bejn il-gvernijiet nazzjonali u lokali tal-Afganistan jeħtieġ li jitnaqqas; jirrikonoxxi li din il-problema tista' potenzjalment tittaffa jekk il-Gvern Afgan jinforza l-istatut li jirrikjedi li l-gvernaturi reġjonali jkunu preżenti fit-territorji li jirrappreżentaw;

35.

Jistieden lill-UE tiżgura li l-fondi tal-UE jiġu investiti fi proġetti li jgħinu lill-popolazzjoni Afgana u li jingħata appoġġ adegwat lill-muniċipalitajiet fil-forniment tagħhom ta' servizzi essenzjali u fil-bini tal-governanza lokali, sabiex jiġu żgurati standards ta' għajxien bażiċi għall-popolazzjoni, biex tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali u l-muniċipalitajiet lokali sabiex jiġu identifikati l-prijoritajiet ta' investiment, jissaħħaħ l-appoġġ għas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u, b'mod partikolari, jiġi pprijoritizzat il-finanzjament għal proġetti li jappoġġaw atturi li jippromwovu r-responsabbiltà, id-drittijiet tal-bniedem u l-prinċipji demokratiċi u li jrawmu mekkaniżmi ta' djalogu u ta' riżoluzzjoni tal-kunflitti li huma inkorporati lokalment;

36.

Jitlob li l-UE tkompli bil-pjan tagħha ta' tneħħija gradwali wara l-għeluq tal-missjoni EUPOL, li jinkludi l-iżgurar ta' tranżizzjoni sostenibbli tal-attivitajiet lejn is-sħab lokali u internazzjonali tal-EUPOL; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jkomplu bl-isforzi tagħhom biex jiżviluppaw il-Pulizija Nazzjonali Afgana f'forza professjonali għas-sikurezza u s-sigurtà, isaħħu l-istituzzjonijiet kollha tal-infurzar tal-liġi, b'enfasi partikolari fuq l-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja, il-pulizija u fuq it-titjib tal-istat tal-ħabsijiet Afgani, filwaqt li jiġu rrispettari d-drittijiet tal-ħabsin;

37.

Jiddispjaċih li l-kampanji ta' ġlieda kontra d-droga fl-Afganistan mhux qed jirnexxu u li ma sarux biżżejjed sforzi mmirati lejn il-laboratorji tad-droga tat-Taliban u n-netwerks tal-kriminalità organizzata internazzjonali, li jinsabu fil-qalba tat-traffikar tad-drogi u jipprovdu finanzjament għat-Taliban u l-operazzjonijiet terroristiċi; jappoġġja u japprova l-istrateġija l-ġdida tal-Gvern tal-Afganistan għall-ġlieda kontra d-drogi, appoġġjata mill-UNODC; huwa mħasseb dwar iż-żieda fil-kultivazzjoni tal-oppju fl-Afganistan (16) u jistieden lill-Gvern tal-Afganistan jistabbilixxi politiki mmirati biex ireġġgħu lura din it-tendenza; jinnota li huwa kruċjali li jiġu ġġenerati alternattivi tanġibbli u sostenibbli għall-produzzjoni tal-pepprin u li dawn isiru disponibbli għall-produtturi;

38.

Jenfasizza li s-sorsi ewlenin tad-dħul tat-Taliban huma l-estrazzjoni illegali u l-produzzjoni tal-oppju; jinnota li bħalissa huwa stmat li t-Talibani jdaħħlu EUR 200-300 miljun fis-sena minn attivitajiet ta' estrazzjoni illegali;

39.

Jitlob żieda fil-kontrolli u bilanċi xierqa u żieda fit-trasparenza sabiex tiġi żgurata l-effikaċja tal-amministrazzjoni pubblika, inkluża l-ġestjoni finanzjarja, kif ukoll il-prevenzjoni ta' kwalunkwe użu ħażin ta' għajnuna barranija jew ta' żvilupp, f'konformità mad-Dikjarazzjoni ta' Pariġi dwar l-Effikaċja tal-Għajnuna;

40.

Jilqa' l-fatt li l-UE ffirmat Kuntratt għall-Bini tal-Istat (SBC) mal-Afganistan fl-2016, b'allokazzjoni ta' EUR 200 miljun fuq perjodu ta' sentejn f'appoġġ baġitarju sabiex jissaħħu l-istituzzjonijiet tal-gvern u jiżdiedu r-riżorsi għall-prijoritajiet ta' żvilupp bħalma huma l-ġenerazzjoni tat-tkabbir ekonomiku, it-tnaqqis tal-faqar u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni; jenfasizza li r-riżorsi jridu jintużaw b'mod;

41.

Jinnota li l-SBC huwa ispirat minn rieżami ġenerali pożittiv tal-progress li sar mill-Afganistan dwar oqsma ewlenin ta' riforma; jirrikonoxxi l-importanza tat-tfassil tal-għanijiet li l-SBC ippreżenta u l-kundizzjonijiet għall-finanzjament; ikompli jenfasizza l-importanza tas-sorveljanza u tal-monitoraġġ sistematiku biex jiġi evitat l-użu ħażin; jenfasizza l-importanza li l-Gvern Afgan jiffoka fuq l-iżvilupp u l-istabbiltà; jistieden lill-Kummissjoni żżomm lill-Parlament infurmat b'mod regolari dwar l-implimentazzjoni tal-SBC u jenfasizza li s-sejbiet tiegħu f'dan ir-rigward jenħtieġ li jintużaw biex tiġi ppreparata l-kontinwazzjoni tal-operazzjoni ta' appoġġ baġitarju għall-perjodu 2018-2021;

Soċjetà ċivili u drittijiet tal-bniedem

42.

Jilqa' l-fatt li l-CAPD UE-Afganistan jenfasizza d-djalogu dwar kwistjonijiet relatati mad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet tan-nisa, it-tfal u l-minoranzi etniċi u reliġjużi sabiex jiġi żgurat l-aċċess għar-riżorsi u jiġi appoġġjat l-eżerċizzju sħiħ tad-drittijiet fundamentali tagħhom, inkluż billi jiġu impjegati aktar nisa fl-istrutturi governattivi tal-Afganistan, kif ukoll fis-sistema ta' sigurtà u dik ġudizzjarja; jistieden lill-Afganistan jaħdem lejn l-eradikazzjoni ta' kull forma ta' vjolenza u diskriminazzjoni kontra n-nisa u l-bniet; jenfasizza l-ħtieġa li jsir aktar sforz fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-CAPD iddikjarati fit-Titoli I u II;

43.

Jinsisti li l-UE żżomm pożizzjoni soda dwar l-implimentazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u jenfasizza li l-prinċipji demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet tan-nisa u l-minoranzi, u l-istat tad-dritt huma elementi essenzjali tal-Ftehim; jinsisti li l-UE tieħu miżuri speċifiċi jekk il-Gvern tal-Afganistan jikser elementi essenzjali tal-Ftehim;

44.

Ifakkar li l-UE hija partikolarment iffukata fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet tan-nisa, it-tfal, il-persuni b'diżabbiltà l-persuni li jgħixu fil-faqar, u li dawn il-gruppi għandhom bżonn speċjali ta' assistenza, inkluż fl-oqsma tas-saħħa u l-edukazzjoni;

45.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-pożizzjoni prominenti ħafna mogħtija lill-ugwaljanza bejn is-sessi u l-politiki relatati fil-Ftehim, u l-fokus qawwi tiegħu fuq l-iżvilupp tas-soċjetà ċivili; jistieden lill-UE tkompli tippromwovi l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel, u t-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa, permezz tal-isforzi tagħha għall-iżvilupp, filwaqt li żżomm f'moħħha li t-tibdil fl-attitudnijiet tas-soċjetà lejn ir-rwol soċjoekonomiku tan-nisa jappella għal miżuri korrispondenti fis-sensibilizzazzjoni, l-edukazzjoni u r-riforma tal-qafas regolatorju;

46.

Jenfasizza l-ħtieġa għall-protezzjoni tal-minoranzi etniċi u reliġjużi li huma mhedda jew li qed jiġu attakkati; jinnota li l-grupp etniku Shiite Hazara huwa mmirat aktar ta' spiss minn gruppi oħra u għalhekk jistħoqqlu attenzjoni partikolari;

47.

Jitlob it-tisħiħ u l-appoġġ ta' istituzzjonijiet nazzjonali u sottonazzjonali relatati mad-drittijiet tal-bniedem fl-Afganistan, tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-dinja akkademika; iħeġġeġ lill-kontropartijiet internazzjonali jinkoraġġixxu kooperazzjoni aktar mill-qrib u involviment ma' dawn is-sħab Afgani;

48.

Jappoġġja l-isforzi tal-QKI biex tiżgura r-responsabbiltà għad-delitti tal-gwerra u d-delitti kontra l-umanità li allegatament twettqu minn Mejju 2003;

49.

Jinsab imħasseb dwar l-għadd dejjem jikber ta' attakki aktar vjolenti u deliberati fuq faċilitajiet tas-saħħa u ħaddiema tas-saħħa u l-immirar tal-infrastruttura ċivili; iħeġġeġ lill-partijiet kollha jirrispettaw l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-dritt umanitarju internazzjonali, biex jipprevjenu attakki kontra persuni ċivili u l-infrastruttura ċivili;

50.

Jistieden lill-Gvern Afgan jintroduċi moratorju immedjat fuq l-użu tal-piena tal-mewt, bħala pass lejn l-abolizzjoni tagħha;

L-Iżvilupp u l-kummerċ

51.

Jirrikonoxxi li l-għan aħħari tal-għajnuna tal-UE lill-Afganistan huwa li jgħin lill-gvern u lill-ekonomija tal-pajjiż jeqirdu l-faqar u jiżviluppaw fi stat ta' indipendenza u tkabbir bi żvilupp intern u kooperazzjoni reġjonali permezz ta' kummerċ estern u investiment pubbliku sostenibbli, sabiex titnaqqas id-dipendenza żejda fuq l-għajnuna barranija, billi ssir kontribuzzjoni għall-iżvilupp soċjali, ekonomiku u ambjentali tal-Afganistan;

52.

Jinnota li l-Afganistan huwa wieħed mill-akbar benefiċjarji tal-għajnuna għall-iżvilupp fid-dinja u li l-istituzzjonijiet tal-UE impenjaw EUR 3,6 biljun f'għajnuna lill-pajjiż bejn l-2002 u l-2016; jiddispjaċih dwar il-fatt li l-proporzjon ta' Afgani li jgħixu fil-faqar żdied minn 38 % (2012) għal 55 % (2017) u jenfasizza l-fatt li l-pajjiż irreġistra tkabbir bil-mod mill-2014 bl-użu tal-forzi tas-sigurtà internazzjonali, it-tnaqqis riżultanti f'għotjiet internazzjonali u sitwazzjoni tas-sigurtà li qed tmur għall-agħar;

53.

Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi indirizzata r-rata għolja ta' qgħad u l-ġlieda kontra l-faqar sabiex issir ħidma favur il-kisba tal-paċi u l-istabbiltà fil-pajjiż;

54.

Jenfasizza li aktar opportunitajiet ta' xogħol minbarra l-biedja u impjiegi mal-gvern huma meħtieġa sabiex jiġi evitat li l-irġiel żgħażagħ jiġu reklutati mit-Taliban u netwerks oħra ta' ribelli;

55.

Jilqa' l-Qafas Nazzjonali għall-Paċi u l-Iżvilupp fl-Afganistan (ANPDF) tal-2016 u l-Qafas ta' Awtodipendenza permezz tal-Qafas ta' Responsabbiltà Reċiproka (SMAF) adottat mill-Gvern Afgan; jitlob li l-UE u l-Istati Membri tagħha jkomplu jappoġġjaw, permezz tal-CAPD, prijoritajiet ta' żvilupp li jappartjenu lill-Afgani f'konformità mal-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp;

56.

Jistieden lill-VP/RGħ u lill-Kummissjoni jevalwaw il-miżuri kollha tal-UE fl-Afganistan fuq bażi regolari billi jużaw indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi espliċiti, speċjalment fir-rigward tal-għajnuna għall-iżvilupp, il-governanza tajba inkluż is-settur tal-ġustizzja, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u s-sigurtà; f'dan il-kuntest jistieden ukoll li ssir evalwazzjoni tal-impatt relattiv tal-miżuri tal-UE fuq is-sitwazzjoni ġenerali fil-pajjiż u tal-livell ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn l-atturi tal-UE u missjonijiet u miżuri internazzjonali oħra, biex is-sejbiet u r-rakkomandazzjonijiet jiġu ppubblikati u rrappurtati lill-Parlament;

57.

Jiddispjaċih li minkejja l-għotjiet sinifikanti ta' għajnuna esterna, l-impatt kien limitat; jistieden lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri tfassal rapport speċjali dwar l-effikaċja tal-assistenza tal-UE lill-Afganistan matul l-aħħar għaxar snin;

58.

Jinkoraġġixxi lill-UE u lil aġenziji internazzjonali oħrajn involuti fl-iżvilupp tal-Afganistan jaħdmu mal-midja Afgana biex jiżguraw il-komunikazzjoni strateġika tal-isforzi għall-iżvilupp, is-sorsi, l-għanijiet u l-impatti tagħhom, lill-poplu Afgan;

59.

Ifakkar li attwalment hemm nuqqas ta' esperti ċivili fl-Afganistan; iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jimpjegaw u jħarrġu b'mod xieraq esperti ċivili f'oqsma ewlenin kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku u għall-ġlieda kontra d-droga biex tingħata assistenza u taħriġ lill-uffiċjali u lin-nies lokali Afgani;

60.

Jissottolinja l-ħtieġa li s-sistema ta' edukazzjoni tal-Afganistan tiġi appoġġata biex jiżdied in-numru ta' tfal li jsegwu l-klassijiet tal-iskola fil-livelli kollha;

61.

Jilqa' l-fatt li r-reġistrazzjoni fl-iskejjel żdiedet b'għaxar darbiet mill-2001, u l-bniet jammontaw għal 39 % tal-istudenti;

62.

Iħeġġeġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-ġenerazzjoni żagħżugħa u jappella għall-użu sħiħ ta' programmi bħal Erasmus+ u Orizzont 2020 biex jiġu stabbiliti rabtiet bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, id-dinja akkademika, is-setturi tar-riċerka u l-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs);

63.

Jappoġġja l-azzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-Fond Fiduċjarju ta' Rikostruzzjoni tal-Afganistan, li huwa koġestit mill-Bank Dinji u l-Ministeru tal-Finanzi tal-Afganistan u jaħdem biex jipprovdi servizzi kritiċi bażiċi b'enfasi speċifika fuq is-saħħa u l-edukazzjoni;

64.

Jilqa' l-adeżjoni tal-Afganistan mad-WTO fl-2016 u jirrikonoxxi l-valur miżjud li se jġibu magħhom il-kummerċ u l-investiment barrani dirett għall-futur tal-Afganistan; jirrikonoxxi r-rwol pożittiv li jista' jkollha s-sħubija fid-WTO fuq l-integrazzjoni tal-Afganistan fl-ekonomija dinjija;

65.

Jinnota li wara l-adeżjoni tal-pajjiż mad-WTO fl-2016, li żiedet ir-rabtiet tal-Afganistan mal-ekonomija globali, l-UE tat lill-Afganistan aċċess ħieles u mingħajr kwoti għas-suq tal-UE, iżda jirrikonoxxi li huma meħtieġa aktar miżuri konkreti sabiex is-settur privat ikun jista' japprofitta minn dan ir-reġim u bħala tali jżid l-iżvilupp intern tiegħu;

66.

Jenfasizza li l-awtoritajiet Afgani jenħtieġ li jiżviluppaw mudell ekonomiku sostenibbli bil-prinċipju tat-tqassim mill-ġdid fil-qalba tiegħu; jistieden lill-UE tappoġġa lill-Afganistan fit-tranżizzjoni tiegħu għall-iżvilupp u l-enerġija ambjentali, peress li d-dispożizzjonijiet għall-enerġija nadifa u sostenibbli huma essenzjali biex titħaffef l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli;

67.

Jissottolinja li aktar sforzi huma meħtieġa sabiex tiżdied il-kapaċità tal-istituzzjonijiet tal-gvern biex jifformulaw u jimplimentaw strateġiji u politiki kummerċjali, itejbu l-moviment transfruntier tal-merkanzija u jtejbu l-kwalità tal-prodotti biex jilħqu l-istandards internazzjonali;

68.

Jappella għat-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn in-negozji bejn il-kumpaniji bbażati fl-UE u s-settur privat Afgan; jinkoraġġixxi l-implimentazzjoni ta' kundizzjonijiet favorevoli għall-iżvilupp tal-SMEs;

69.

Jappoġġja u jilqa' kwalunkwe programm ta' żvilupp imniedi mill-UE, Stat Membru individwali jew kwalunkwe membru tal-komunità internazzjonali, li għandu l-għan li jassisti sidien ta' negozji żgħar u intraprendituri fit-tmexxija ta' spejjeż legali, regolamenti, u ostakoli oħra għall-produzzjoni li altrimenti jaġixxu biex jiskoraġġixxu lin-negozji milli jidħlu fis-suq u/jew li jikbru fi ħdan is-suq;

70.

Jirrikonoxxi li r-riżervi minerali fl-Afganistan jipprovdu opportunità ekonomika biex il-pajjiż jiġġenera dħul u impjiegi; jinnota li ċ-Ċina wriet interess f'dawn ir-riżervi minerali, b'enfasi partikolari fuq elementi terrestri rari;

Migrazzjoni

71.

Jirrikonoxxi li l-migrazzjoni hija sfida kontinwa għall-Afganistan li tippreżenta kwistjonijiet għall-pajjiżi ġirien u għall-Istati Membri tal-UE; jinsab imħasseb dwar l-għadd bla preċedent ta' migranti li qed jirritornaw primarjament mill-Pakistan u l-Iran, u f'livell iktar baxx mill-Ewropa; jirrikonoxxi li kwistjonijiet relatati ma' persuni spostati internament u rifuġjati huma r-riżultat tat-theddida ta' vjolenza minn gruppi ribelli fl-Afganistan, kif ukoll fatturi ekonomiċi u ambjentali; jenfasizza li l-isforzi tal-UE u tal-komunità internazzjonali jenħtieġ li jkunu ffukati fuq il-prevenzjoni tal-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni tal-massa; jilqa' l-istrateġija nazzjonali Afgana għall-immaniġġjar tar-ritorn; jinsab imħasseb, madankollu, dwar in-nuqqas ta' politiki ta' integrazzjoni permanenti tal-awtoritajiet Afgani li jimmaniġġjaw il-persuni rimpatrijati attwali; jinsab konvint li l-integrazzjoni mill-ġdid xierqa tal-persuni rimpatrijati, speċjalment tat-tfal, li għandhom jiġu ggarantiti aċċess għall-edukazzjoni primarja u sekondarja, hija kruċjali biex tiġi żgurata l-istabbiltà fil-pajjiż u li l-persuni li rritornaw ma kinux soġġetti għal vjolenza jew koerċizzjoni waqt proċeduri ta' ritorn;

72.

Jenfasizza l-fatt li skont l-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji (OCHA), 5,5 miljun ruħ huma fil-bżonn ta' għajnuna umanitarja fl-Afganistan, inklużi persuni spustati internament wara kunflitt jew nixfa, u jenfasizza li n-nixfa wasslet għall-ispostament sfurzat ta' aktar minn 250 000 persuna fit-Tramuntana u l-Punent tal-pajjiż; jinnota li l-Pjan ta' Rispons Umanitarju huwa ffinanzjat 33,5 % biss u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha, għalhekk, iżidu l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw l-isfidi umanitarji ewlenin u l-ħtiġijiet umani u jagħtu attenzjoni partikolari lil persuni vulnerabbli, inklużi dawk li jinsabu f'żoni li huma diffiċli li jintlaħqu;

73.

Jiddispjaċih dwar il-fatt li minkejja l-Artikolu 28(4) tal-CAPD, li jiddikjara li l-Partijiet għandhom jikkonkludu ftehim ta' riammissjoni, ma ntlaħaq l-ebda ftehim formali, iżda wieħed informali – it-Triq Konġunta 'l Quddiem; iqis li huwa importanti li kwalunkwe ftehim dwar ir-riammissjoni jenħtieġ li jiġi fformalizzat sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà demokratika; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' sorveljanza parlamentari u kontroll demokratiku dwar il-konklużjoni tat-Triq Konġunta 'l Quddiem u jenfasizza l-importanza li jitwettaq djalogu kontinwu mal-atturi rilevanti sabiex tinstab soluzzjoni sostenibbli dwar id-dimensjoni reġjonali tal-kwistjoni tar-rifuġjati Afgani;

74.

Jiddispjaċih dwar il-mewġa migratorja mill-Afganistan lejn il-Punent, speċjalment fost dawk b'edukazzjoni u ż-żgħażagħ, minħabba n-nuqqas ta' prospetti fil-pajjiż; jissottolinja l-assistenza tal-UE biex jitjiebu l-ħajjiet tal-emigranti Afgani li jinsabu fil-Pakistan u l-Iran; jitlob lil dawk il-pajjiżi ma jkeċċux lil dawk il-persuni, peress li dan jista' jkollu effett negattiv ħafna fuq l-istabbiltà u l-ekonomija tal-Afganistan; iħeġġeġ li r-ritorn tar-rifuġjati lejn djarhom jiġi organizzat b'mod sikur, ordnat u volontarju;

75.

Ifaħħar lill-Kummissjoni talli stabbiliet proġett kbir fl-2016 biex jiġu integrati aħjar il-migranti li jirritornaw lejn l-Afganistan, il-Bangladexx, u l-Pakistan b'EUR 72 miljun allokati speċifikament għall-Afganistan bejn l-2016 u l-2020;

76.

Jenfasizza li l-għajnuna tal-UE għall-iżvilupp tal-Afganistan jenħtieġ li titqiesx esklużivament mill-perspettiva tal-migrazzjoni u l-objettivi tal-ġestjoni tal-fruntieri, u jqis li l-għajnuna għall-iżvilupp jenħtieġ li tindirizza l-kawżi fundamentali tal-migrazzjoni b'mod effikaċi;

Kooperazzjoni settorjali

77.

Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta strateġiji komprensivi għal kull settur bil-għan li jiġi żgurat żvilupp mifrux fl-oqsma kollha ta' kooperazzjoni mal-Afganistan;

78.

Jitlob li jsiru sforzi biex l-esperjenza tal-UE fil-bini tal-kapaċità u fir-riforma tal-amministrazzjoni pubblika u s-servizz ċivili tintuża b'mod tajjeb; jenfasizza l-ħtieġa urġenti li tittejjeb il-governanza fil-qasam tat-tassazzjoni; jitlob appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b'rispett sħiħ tal-isfond etniku, reliġjuż, soċjali jew politiku differenti tagħhom;

79.

Jenfasizza l-fatt li l-agrikoltura tipprovdi 50 % tal-introjtu tal-popolazzjoni tal-Afganistan u kwart tal-PDG tiegħu; jinnota li l-UE hija impenjata li tonfoq EUR 1,4 biljun bejn l-2014 u l-2020 fuq proġetti ta' żvilupp f'żoni rurali; jinnota wkoll li dawn il-proġetti huma kruċjali biex jiġi żgurat li l-bdiewa ma jiċċaqalqux lejn l-ekonomija sewda;

80.

Jinnota li 80 % tal-popolazzjoni Afgana hija involuta f'agrikoltura ta' sussistenza f'ambjent ostili għall-agrikoltura, b'metodi ta' tisqija ħażina; jappoġġja t-tisħiħ tal-isforzi biex tkun żgurata s-sigurtà tal-ikel;

81.

Jinnota bi tħassib in-nixfa attwali fl-Afganistan, li hija l-agħar li seħħet f'għexieren ta' snin u tikkostitwixxi theddida għan-nies, il-bhejjem u l-agrikoltura; jinsab imħasseb ukoll dwar id-diżastri naturali frekwenti bħall-għargħar għall-għarrieda, it-terremoti, l-uqigħ tal-art u x-xtiewi ħorox;

82.

Jinnota bi tħassib li l-ħsara lill-prodotti agrikoli bħall-qamħ tista' twassal għall-ispostament, il-faqar, il-ġuħ, u f'xi każijiet il-movimenti lejn is-suq iswed, u li tliet miljun persuna jinsabu f'riskju għoli ħafna ta' nuqqas ta' sigurtà tal-ikel u ta' telf ta' għajxien;

83.

Jirrikonoxxi t-trasferiment ta' iżjed mill-katina tal-valur tal-ipproċessar tal-ikel lura fl-Afganistan jista' jżid l-introjtu għall-familji, iżid is-sigurtà tal-ikel, inaqqas l-ispejjeż tal-ikel u jipprovdi aktar opportunitajiet ta' impjieg;

84.

Jinkoraġġixxi lill-UE tkompli bl-isforzi tagħha biex ittejjeb il-kura tas-saħħa fl-Afganistan u jenfasizza l-importanza tat-tilqim għall-persuni kollha, iżda speċjalment dawk li huma partikolarment vulnerabbli għall-mard, bħat-tfal;

85.

Jilqa' l-fatt li l-aċċess primarju għall-kura tas-saħħa żdied minn 9 % għal aktar minn 57 %, li l-istennija tal-għomor żdiedet minn 44 għal 60 u li dan it-titjib sar possibbli permezz ta' kontribuzzjonijiet mill-UE, l-Istati Membri individwali u l-komunità internazzjonali; jirrikonoxxi, fid-dawl ta' dawn il-kisbiet, li għad fadal ħafna xi jsir biex tkompli tiżdied l-istennija tal-għomor u titnaqqas ir-rata ta' mortalità tan-nisa li jkunu qed iwelldu, kif ukoll ta' tfal li jkunu għadhom kif jitwieldu;

86.

Jikkundanna bil-qawwa l-prattiki korrotti fis-sistema tal-kura tas-saħħa Afgana, bħall-importazzjoni ta' farmaċewtiċi illegali, u jħeġġeġ lill-UE tkompli tapplika pressjoni fuq il-Gvern Afgan biex jagħmel aktar biex jipprevjeni tali prattiki korrotti;

87.

Itenni l-ħtieġa ta' professjonisti mħarrġa fil-qasam mediku fl-Afganistan u jħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkomplu jġibu lil professjonisti mediċi biex iħarrġu tobba u persunal mediku lokali;

88.

Jinnota li t-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali jikkawża ħsara lill-partijiet kollha, b'mod partikolari lis-soċjetà Afgana; jitlob l-implimentazzjoni rapida ta' ftehimiet eżistenti, inkluż dwar l-iskambju ta' informazzjoni, sabiex jiżżarmaw in-netwerkss kriminali transnazzjonali li jibbenefikaw mill-instabbiltà u l-istituzzjonijiet dgħajfa;

L-Implimentazzjoni tal-CAPD

89.

Jilqa' b'sodisfazzjon il-CAPD bħala l-ewwel relazzjoni kuntrattwali bejn l-UE u l-Afganistan;

90.

Jinnota li l-CAPD jipprovdi l-bażi għall-iżvilupp ta' relazzjonijiet f'diversi oqsma bħall-istat tad-dritt, is-saħħa, l-iżvilupp rurali, l-edukazzjoni, ix-xjenza u t-teknoloġija, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, il-finanzjament tat-terroriżmu, il-kriminalità organizzata u d-drogi, il-migrazzjoni, is-sigurtà nukleari, in-nonproliferazzjoni tal-AQM u t-tibdil fil-klima;

91.

Jilqa' l-istabbiliment tal-korpi ta' kooperazzjoni konġunti fil-livell eżekuttiv, b'enfasi fuq l-organizzazzjoni ta' djalogi regolari dwar kwistjonijiet politiċi inklużi d-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet tan-nisa u t-tfal, li huma elementi essenzjali ta' dan il-ftehim, u l-indirizzar ta' sfidi u l-ħolqien ta' opportunitajiet għal sħubija iktar b'saħħitha;

92.

Jesprimi tħassib li l-CAPD m'għandux dispożizzjonijiet dwar skrutinju parlamentari konġunt tal-implimentazzjoni tiegħu; jippromwovi r-rwol tal-Parlament Ewropew, il-parlamenti tal-Istati Membri u l-Parlament Afgan fil-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-CAPD;

93.

Jieħu nota tas-sostituzzjoni tar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Afganistan minn Mibgħut Speċjali f'Settembru 2017, li ddaħħal fl-istruttura tas-SEAE;

94.

Jiddispjaċih li l-Kunsill ipproċeda b'deċiżjoni dwar l-applikazzjoni proviżorja f'oqsma li huma soġġetti għall-approvazzjoni tal-Parlament, b'mod partikolari l-kapitolu dwar il-kooperazzjoni fi kwistjonijiet ta' kummerċ u investiment, li jaqgħu taħt il-kompetenzi esklużivi tal-UE, minflok ma talab ratifika kmieni fil-proċess, qabel ma jsir dan il-pass; iqis li din id-deċiżjoni tmur kontra l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali minqux fl-Artikolu 4(3) tat-TUE u jippreġudika d-drittijiet u r-responsabbiltajiet legali;

o

o o

95.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-VP/RGħ għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Mibgħut Speċjali tal-UE għall-Afganistan, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, kif ukoll lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika Iżlamika tal-Afganistan.

(1)  ĠU L 67, 14.3.2017, p. 3.

(2)  Testi adottati, P8_TA(2019)0169.

(3)  ĠU C 65, 19.2.2016, p. 133.

(4)  ĠU C 169 E, 15.6.2012, p. 108.

(5)  ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 55.

(6)  ĠU C 378, 9.11.2017, p. 73.

(7)  ĠU C 349, 17.10.2017, p. 41.

(8)  ĠU C 366, 27.10.2017, p. 129.

(9)  ĠU C 66, 21.2.2018, p. 17.

(10)  ĠU C 298, 23.8.2018, p. 39.

(11)  ĠU C 337, 20.9.2018, p. 48.

(12)  ĠU C 369, 11.10.2018, p. 85.

(13)  Id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta' Novembru 2011 (16146/11 u 16147/11).

(14)  Rapport ta' Informazzjoni dwar il-Pajjiż ta' Oriġini mill-EASO, Is-sitwazzjoni tas-Sigurtà fl-Afganistan – Aġġornament, Mejju 2018, https://coi.easo.europa.eu/administration/easo/PLib/Afghanistan-security_situation_2018.pdf

(15)  Spettur Ġenerali Speċjali tal-Istati Uniti għar-Rikostruzzjoni tal-Afganistan (SIGAR), Rapport ta' kull tliet xhur lill-Kungress tal-Istati Uniti, it-30 ta' Ottubru 2018, https://www.sigar.mil/pdf/quarterlyreports/2018-10-30qr.pdf

(16)  https://www.unodc.org/unodc/en/frontpage/2018/May/last-years-record-opium-production-in-afghanistan-threatens-sustainable-development--latest-survey-reveals.html


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/284


P8_TA(2019)0171

Il-parteċipazzjoni tan-Norveġja, l-Iżlanda, l-Iżvizzera u l-Liechtenstein fl-eu-LISA ***

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni, tal-Arranġament bejn l-Unjoni Ewropea, minn naħa waħda, u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein, min-naħa l-oħra, dwar il-parteċipazzjoni ta' dawk l-Istati fl-Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operazzjonali tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja (15832/2018 – C8-0035/2019 – 2018/0316(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 23/59)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15832/2018),

wara li kkunsidra l-abbozz ta' arranġament bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja, ir-Repubblika tal-Iżlanda, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein (12367/2018),

wara li kkunsidra r-rikjesta għall-kunsens ippreżentata mill-Kunsill skont it-termini tal-Artikoli 74, 77(2)(a) u (b), 78(2)(e), 79(2)(c), 82(1)(d), 85(1), 87(2)(a) u 88(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0035/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0081/2019),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-arranġament;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika tal-Iżlanda, tal-Konfederazzjoni Żvizzera u tal-Prinċipat ta' Liechtenstein.

21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/285


P8_TA(2019)0173

Rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, tar-regolamenti u tad-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri fir-rigward tar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi (COM(2015)0615 – C8-0387/2015 – 2015/0278(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/60)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2015)0615),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ressqet il-proposta lill-Parlament (C8-0387/2015),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali fuq il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-25 ta' Mejju 2016 (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta' Diċembru 2018, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, 27skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0188/2017),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 303, 19.8.2016, p. 103.

(2)  Din il-pożizzjoni tieħu post l-emendi adottati fl-14 ta’ Settembru 2017 (Testi adottati, P8_TA(2017)0347).


P8_TC1-COD(2015)0278

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-prodotti u għas-servizzi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2019/882).


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/286


P8_TA(2019)0174

Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE)2016/399, ir-Regolament XX/2018 [ir-Regolament tal-Interoperabilità], u d-Deċiżjoni 2004/512/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI (COM(2018)0302 – C8-0185/2018 – 2018/0152(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/61)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0302),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 77(2)(a), (b), (d) u (e), l-Artikolu 78(2)(d), (e) u (g), l-Artikolu 79(2)(c) u (d), l-Artikolu 87(2)(a) u l-Artikolu 88(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0185/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0078/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2018)0152

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jirriforma s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża billi jemenda r-Regolament (KE) Nru 767/2008, ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ir-Regolament (UE) 2017/2226, ir-Regolament (UE) 2016/399, ir-Regolament XX/2018 [ir-Regolament tal-Interoperabilità], u d-Deċiżjoni li jħassar id-Deċiżjoni 2004/512/KE u li jħassar id-Deċiżjoni d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI [Em. 1]

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 16(2), l-Artikolu 77(2)(a), (b), (d) u (e), l-Artikolu 78(2)(d), (e) u (g), l-Artikolu 79(2)(c) u (d), l-Artikolu 87(2)(a) u l-Artikolu 88(2)(a),

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) ġiet stabbilita b’Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE (4) biex isservi bħala s-soluzzjoni teknoloġika għall-iskambju tad-data dwar il-viżi bejn l-Istati Membri. Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) stabbilixxa li l-iskop, il-funzjonalitajiet u r-responsabbiltajiet tal-VIS, kif ukoll il-kundizzjonijiet u l-proċeduri għall-iskambju ta’ data dwar viżi għal soġġorni qosra bejn l-Istati Membri biex tiffaċilita l-eżami ta’ applikazzjonijiet għal viża għal soġġorn qasir u deċiżjonijiet relatati. Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) stabbilixxa jistabbilixxi r-regoli dwar ir-reġistrazzjoni ta’ identifikaturi bijometriċi fil-VIS. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI (7) stabbiliet il-kundizzjonijiet li taħthom l-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u l-Europol jistgħu jiksbu aċċess biex jikkonsultaw il-VIS għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra. Il-VIS bdiet topera fil-11 ta' Ottubru 2011  (8) u tnediet gradwalment fil-konsulati tal-Istati Membri kollha madwar id-dinja bejn Ottubru 2011 u Frar 2016. [Em. 2]

(2)

L-objettivi ġenerali tal-VIS huma li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni tal-viża, il-kooperazzjoni konsulari u l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-viża billi tiffaċilita l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati, sabiex: tiffaċilita l-proċedura tal-applikazzjoni għal viża; tipprevjeni l-“visa shopping”; tiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi tal-identità; tiffaċilita l-kontrolli fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni u fit-territorju tal-Istati Membri; tgħin fl-identifikazzjoni ta’ kull persuna li jista’ jkun ma tissodisfax, jew ma tibqax tissodisfa aktar, il-kundizzjonijiet biex tidħol, toqgħod jew tgħix fit-territorju tal-Istati Membri; tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) u tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tat-theddid għas-sigurtà interna ta’ kwalunkwe mill-Istati Membri.

(3)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ April 2016 intitolata “Sistemi ta' Informazzjoni Aktar b'Saħħithom u Aktar Intelliġenti għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u s-Sigurtà Interna” (10) spjegat il-ħtieġa li l-UE ssaħħaħ u ttejjeb is-sistemi tal-IT, l-arkitettura tad-data u l-iskambju tal-informazzjoni tagħha fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, l-infurzar tal-liġi u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u enfasizzat il-ħtieġa li tittejjeb l-interoperabilità tas-sistemi tal-IT. Il-Komunikazzjoni identifikat ukoll ħtieġa li jiġu indirizzati l-lakuni ta’ informazzjoni, inklużi dwar ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom viżi għal soġġorn twil minħabba li l-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li jimplimenta l-Ftehim ta' Schengen jagħti dritt għal moviment liberu fit-territorju tal-Istati li jagħmlu parti mill-Ftehim għal perjodu ta' mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe 180 jum, billi jistabbilixxi r-rikonoxximent reċiproku tal-permessi ta' residenza u l-viżi għal soġġorn twil maħruġa minn dawn l-Istati. Il-Kummissjoni għalhekk wettqet żewġ studji: l-ewwel studju ta' fattibbilta  (11) kkonkluda li l-iżvilupp ta' repożitorju jkun fattibbli teknikament u li l-użu mill-ġdid tal-istruttura tal-VIS tkun l-aħjar għażla teknika, filwaqt li t-tieni studju  (12) wettaq analiżi tal-ħtieġa u l-proporzjonalità u kkonkluda li jkun meħtieġ u proporzjonali li l-kamp ta' applikazzjoni tal-VIS jinkludi d-dokumenti msemmija hawn fuq . [Em. 3]

(4)

Fl-10 ta’ Ġunju 2016, il-Kunsill approva Pjan Direzzjonali għat-titjib tal-iskambju tal-informazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni (13) . Sabiex tiġi indirizzata l-lakuna eżistenti ta’ informazzjoni fid-dokumenti maħruġa lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex tivvaluta t-twaqqif ta’ repożitorju ċentrali ta’ permessi ta’ residenza u viżi għal soġġorn twil maħruġa minn Stati Membri, biex tinħażen informazzjoni dwar dawn id-dokumenti, inkluż dwar dati ta’ skadenza u dwar l-irtirar possibbli tagħhom. L-Artikolu 21 tal-Konvenzjoni li jimplimenta l-Ftehim ta’ Schengen jagħti dritt għal moviment liberu fit-territorju tal-istati li jagħmlu parti mill-Ftehim għal perjodu ta’ mhux aktar minn 90 jum fi kwalunkwe 180 jum, billi jistabbilixxi r-rikonoxximent reċiproku tal-permessi ta’ residenza u l-viżi għal soġġorn twil maħruġa minn dawn l-Istati. [Em. 4]

(5)

Fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill tad-9 ta’ Ġunju 2017 dwar it-triq ’il quddiem għat-titjib tal-iskambju ta' informazzjoni u biex tiġi żgurata l-interoperabilità ta’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (14) , il-Kunsill jagħraf li miżuri ġodda jistgħu jkunu meħtieġa sabiex jimtlew il-lakuni ta’ informazzjoni kurrenti għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-infurzar tal-liġi b’relazzjoni mal-qsim tal-fruntieri minn detenturi ta’ viżi għal soġġorni twal u permessi ta’ residenza. Il-Kunsill stieden lill-Kummissjoni biex twettaq studju tal-fattibbiltà bħala kwistjoni ta’ prijorità dwar it-twaqqif ta’ repożitorju ċentrali tal-UE li jkun fih informazzjoni dwar viżi għal soġġorni twal u permessi ta’ residenza. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni wettqet żewġ studji: l-ewwel studju ta’ fattibbiltà (15) kkonkluda li l-iżvilupp ta’ repożitorju jkun fattibbli teknikament u li l-użu mill-ġdid tal-istruttura tal-VIS tkun l-aħjar għażla teknika, filwaqt li t-tieni studju (16) wettaq analiżi tal-ħtieġa u l-proporzjonalità u kkonkluda li jkun meħtieġ u proporzjonali li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-VIS jinkludi d-dokumenti msemmija hawn fuq. [Em. 5]

(6)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Settembru 2017 dwar it-“Twettiq tal-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni” (17) qalet li l-linja politika komuni dwar il-viżi mhix biss element essenzjali biex jiġi ffaċilitat it-turiżmu u n-negozju, iżda hija wkoll għodda ewlenija biex jiġu evitati riskji tas-sigurtà u riskji ta’ migrazzjoni irregolari lejn l-UE. Il-Komunikazzjoni għarfet il-ħtieġa biex il-politika komuni dwar il-viżi tadatta għall-isfidi kurrenti, billi tqis soluzzjonijiet ġodda tal-IT u tibbilanċja l-benefiċċji ta’ vjaġġar bil-viża ffaċilitat b’ġestjoni aħjar tal-migrazzjoni, tas-sigurtà u tal-fruntieri. Il-Komunikazzjoni qalet li l-qafas legali tal-VIS jiġi rivedut, bil-għan li jittejjeb aktar l-ipproċessar tal-viżi, inkluż dwar l-aspetti relatati mal-protezzjoni tad-data u l-aċċess għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, u għaldaqstant l-użu tal-VIS jiġi estiż aktar għal kategoriji ġodda u użi ta’ data u biex isir użu sħiħ tal-istrumenti tal-interoperabilità.

(7)

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2018 dwar l-adattament tal-politika komuni dwar il-viżi għal sfidi ġodda (18) affermat mill-ġdid li l-qafas legali tal-VIS jiġi rivedut, bħala parti minn proċess ta’ riflessjoni usa’ dwar l-interoperabilità tas-sistemi ta’ informazzjoni.

(8)

Meta ġie adottat ir-Regolament (KE) Nru 810/2009, ġie rikonoxxut li l-kwistjoni tal-affidabbiltà suffiċjenti għal skopijiet ta’ identifikazzjoni u verifika tal-marki tas-swaba’ ta’ tfal taħt it-12-il sena u, b’mod partikolari, kif il-marki tas-swaba’ jevolvu mal-età, trid tiġi indirizzata fi stadju aktar tard, fuq il-bażi tar-riżultati ta’ studju mwettaq taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni. Studju (19) mwettaq fl-2013 miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka kkonkluda li l-għarfien tal-marki tas-swaba’ ta’ tfal ta’ bejn 6 u 12-il sena jista’ jinkiseb b’livell sodisfaċenti ta’ preċiżjoni taħt ċerti kundizzjonijiet. It-tieni studju (20) kkonferma dan ir-riżultat f’Diċembru 2017 u ta informazzjoni aktar dettaljata dwar l-effett tal-kobor tal-età fuq il-kwalità tal-marki tas-swaba’. Fuq din il-bażi, fl-2017 il-Kummissjoni wettqet studju addizzjonali fejn ġew studjati l-ħtieġa u l-proporzjonalità li titbaxxa l-età għat-teħid tal-marki tas-swaba’ għat-tfal sa 6 snin fil-proċedura tal-viża. Dan l-istudju (21) sab li jekk titbaxxa l-età għat-teħid tal-marki tas-swaba’, din tikkontribwixxi biex jinkisbu aħjar l-objettivi tal-VIS, b’mod partikolari b’relazzjoni mal-iffaċilitar tal-ġlieda kontra l-frodi tal-identità, l-iffaċilitar tal-kontrolli fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni, u tista’ ġġib benefiċċji addizzjonali billi jissaħħu l-prevenzjoni u l-ġlieda kontra abbużi tad-drittijiet tat-tfal, b’mod partikolari billi jkun possibbli li tiġi identifikata jew ivverifikata l-identità ta’ tfal li huma ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jinsabu f’territorju ta’ Schengen f’sitwazzjoni fejn id-drittijiet tagħhom jistgħu jiġu miksura, jew ġew miksura (pereżempju tfal li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin, tfal neqsin jew minorenni mhux akkumpanjati li japplikaw għal ażil). Fl-istess ħin, it-tfal huma grupp partikolarment vulnerabbli u l-ġbir mingħandhom ta' kategoriji speċjali ta' data, bħal marki tas-swaba', jenħtieġ li jkun soġġett għal salvagwardji aktar stretti u għal limitazzjoni tal-finijiet li għalihom din id-data tista' tintuża għal sitwazzjonijiet fejn ikun fl-aħjar interessi tat-tfal, inkluż billi jiġi limitat il-perjodu ta' żamma għall-ħażna tad-data. It-tieni studju identifika wkoll li l-marki tas-swaba' tal-persuni li għandhom ’il fuq minn 70 sena huma ta' kwalità baxxa u preċiżjoni medja. Jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jikkooperaw fl-iskambju tal-aħjar prattiki u jindirizzaw dawn in-nuqqasijiet. [Em. 6]

(9)

L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-konsiderazzjoni prinċipali għall-Istati Membri fir-rigward tal-proċeduri kollha stabbiliti f’dan ir-Regolament. Il-benesseri, is-sikurezza u s-sigurtà tat-tfal u l-fehmiet tat-tfal għandhom jiġu kkunsidrati u jingħataw il-piż dovut skont l-età u l-maturità tagħhom. Il-VIS hija partikolarment rilevanti fejn hemm riskju li tfal huma vittmi ta’ traffikar.

(10)

Id-data personali mogħtija mill-applikant għal viża għal soġġorn qasir għandha jenħtieġ li tiġi pproċessata bil-VIS biex tivvaluta jekk id-dħul tal-applikant fl-Unjoni jistax ikun ta’ theddida għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni u tivvaluta wkoll ir-riskju ta’ migrazzjoni irregolari tal-applikant. Fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kisbu viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza, dawn il-verifiki għandhom jenħtieġ li jiġu limitati biex jikkontribwixxu għall-valutazzjoni tal-identità tad-detentur tad-dokument, l-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza kif ukoll jekk id-dħul taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz fl-Unjoni jistax ikun ta’ theddida għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika fl-Unjoni. M’għandhomx Huma jenħtieġ li ma jinterferixxu fi kwalunkwe fl-ebda deċiżjoni dwar viżi għal soġġorn twil jew permessi ta’ residenza. [Em. 7]

(11)

Il-valutazzjoni ta’ riskji bħal dawn ma tistax titwettaq mingħajr l-ipproċessar tad-data personali relatata mal-identità tal-persuna, id-dokument tal-ivvjaġġar, u, skont x’ikun il-każ, sponsor jew, jekk l-applikant huwa minorenni, l-identità tal-persuna responsabbli. Kull oġġett ta’ data personali fl-applikazzjonijiet għandu jenħtieġ li jitqabbel mad-data li tinsab fir-rekord, fajl jew allert irreġistrati f’sistema ta’ informazzjoni (is-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), is-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS), id-data tal-Europol, il-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa u Mitlufa (SLTD), is-Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES), il-Eurodac, is-sistema ECRIS-TCN fir-rigward ta’ kundanni relatati ma’ reati terroristiċi jew forom oħra ta’ reati kriminali serji u/jew il-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (Interpol TDAWN)) l-Eurodac, jew ma’ listi ta’ sorveljanza tal-ETIAS , jew ma’ indikaturi speċifiċi tar-riskji. Il-kategoriji ta’ data personali li għandhom jenħtieġ li jintużaw għat-tqabbil għadhom ikunu jenħtieġ li jkunu limitati għall-kategoriji tad-data preżenti fis-sistemi ta’ informazzjoni, il-lista ta’ sorveljanza jew l-indikaturi speċifiċi tar-riskju li jiġu kkonsultati. [Em. 8]

(12)

L-interoperabilità bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE ġiet stabbilita bir-[Regolament (UE) XX dwar l-interoperabilità ] sabiex dawn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u d-data tagħhom jissupplimentaw lil xulxin l-interoperabilità (fruntieri viżi)] bil-għan li tittejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, u għaldaqstant tikkontribwixxi għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali u tiżgura livell għoli ta’ sigurtà fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja tal-Unjoni, inkluż iż-żamma tas-sigurtà pubblika u l-politika pubblika u s-salvagwardja tas-sigurtà fit-territorji tal-Istati Membri. [Em. 9. Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat.]

(13)

L-interoperabilità bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE tippermetti lis-sistemi jissupplimentaw lil xulxin biex tiġi ffaċilitata jiffaċilitaw l-identifikazzjoni korretta tal-persuni, tikkontribwixxi jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra l-frodi tal-identità, jitjiebu u jiġu armonizzati r-rekwiżiti itejbu jarmonizzaw ir-rekwiżiti relatati mal-kwalità tad-data tas-sistemi ta’ informazzjoni rispettivi tal-UE, tiġi ffaċilitata jiffaċilitaw l-implimentazzjoni teknika u operazzjonali mill-Istati Membri tas-sistemi ta’ informazzjoni eżistenti u futuri tal-UE, jissaħħu u jiġu ssimplifikati s-salvagwardji isaħħu, jarmonizzaw jissimplifikaw is-salvagwardji tas-sigurtà tad-data u tal-protezzjoni tad-data li jirregolaw is-sistemi ta’ informazzjoni rispettivi tal-UE, jiġi ssimplifikat l-aċċess jissimplifikaw l-aċċess ikkontrollat għall-infurzar tal-liġi għall-EES, il-VIS, l-[ETIAS] għall-VIS , l-ETIAS u l-Eurodac, u jiġu appoġġjati jappoġġaw l-iskopijiet tal-EES, il-VIS, l-[ETIAS] l-ETIAS , l-Eurodac, is-SIS u s-[sistema ECRIS-TCN] s-sistema ECRIS-TCN . [Em. 10]

(14)

Il-komponenti tal-interoperabilità jkopru l-EES, il-VIS, l-[ETIAS] l-ETIAS , l-Eurodac, is-SIS, u s-[sistema ECRIS-TCN] s-sistema ECRIS-TCN , u d-data tal-Europol biex din tkun tista’ tiġi kkonsultata fl-istess ħin minn dawn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u għaldaqstant huwa xieraq li jintużaw dawn il-komponenti bl-iskop li jitwettqu verifiki awtomatizzati u meta tiġi aċċessata l-CIS l-VIS għal skopijiet ta’ infurzar tal-liġi. Il-Portal Ewropew tat-Tfittxija (ESP) għandu jenħtieġ li jintuża għal dan l-iskop biex ikun hemm aċċess veloċi, bla problemi, effiċjenti, sistematiku u kkontrollat għas-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE, id-data tal-Europol u l-bażijiet tad-data tal-Interpol meħtieġa biex iwettqu l-inkarigi tagħhom, skont id-drittijiet tal-aċċess tagħhom, u b’appoġġ għall-objettivi tal-VIS [Em. 11].

(15)

It-tqabbil ma’ bażijiet tad-data oħrajn għandu jenħtieġ li jkun awtomatizzat. Meta tqabbil bħal dan jiżvela li hemm korrispondenza (“hit”) ma’ kwalunkwe mid-data personali jew kombinament tagħhom fl-applikazzjonijiet u rekord, fajl jew allert fis-sistemi ta’ informazzjoni msemmija hawn fuq, jew ma’ data personali fil-lista ta’ sorveljanza, l-applikazzjoni għandha jenħtieġ li, fejn il-hit ma tkunx tista' tiġi kkonfermata awtomatikament mill-VIS, tiġi pproċessata manwalment minn operatur fl-awtorità responsabbli. Skont it-tip ta' data li tiskatta hit, il-hit jenħtieġ li tiġi vvalutata minn konsulati jew minn punt ta' kuntatt uniku nazzjonali, b'dan tal-aħħar li jkun responsabbli għal hits iġġenerati b'mod partikolari minn bażijiet ta' data jew sistemi tal-infurzar tal-liġi. Il-valutazzjoni mwettqa mill-awtorità responsabbli għandha jenħtieġ li twassal għad-deċiżjoni jekk tinħariġx jew le l-viża għal soġġorn qasir. [Em. 12]

(16)

Rifjut ta’ applikazzjoni għal viża għal soġġorn qasir ma għandux ikun ibbażat biss fuq l-ipproċessar awtomatizzat ta’ data personali fl-applikazzjonijiet.

(17)

Applikanti li ġew irrifjutati viża għal soġġorn qasir abbażi ta’ informazzjoni mill-ipproċessar tal-VIS għandu jkollhom id-dritt li jappellaw. L-appelli għandhom jitmexxew fl-Istat Membru li jkun ħa d-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni u skont il-liġi nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. Għandhom japplikaw is-salvagwardji u r-regoli eżistenti dwar appell fir-Regolament (KE) Nru 767/2008.

(18)

Għandhom Jenħtieġ li jintużaw indikaturi speċifiċi tar-riskju li jikkorrispondu għal sigurtà, migrazzjoni irregolari jew riskju għas-saħħa pubblika riskji epidemiċi għoljin identifikati qabel biex janalizzaw il-fajl tal-applikazzjoni għal viża għal soġġorn qasir. Il-kriterji użati biex jiddefinixxu l-indikaturi speċifiċi tar-riskju jenħtieġ li, f’ebda ċirkostanza m’għandhom ikunu ma jkunu bbażati biss fuq is-sess jew l-età ta’ persuna. F’ebda ċirkostanza m’għandhom ikunu ma jenħtieġ li jkunu bbażati fuq informazzjoni li tiżvela r-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiki il-karatteristiċi ġeneriċi, il-lingwa, l-opinjonijiet politiċi jew xort’oħra, ir-reliġjon jew twemmin filosofiku, is-sħubija fi trade union, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità jew orjentazzjoni sesswali ta’ persuna. [Em. 13]

(19)

L-emerġenza kontinwa ta’ forom ġodda ta’ theddid riskji ta’ sigurtà, tendenzi ġodda ta’ migrazzjoni irregolari u theddid għas-saħħa pubblika riskji epidemiċi għoljin tirrikjedi li reazzjonijiet effettivi u ħtiġijiet jiġu kkontrollati b’mezzi moderni. Billi dawn il-mezzi jinkludu l-ipproċessar ta’ ammonti importanti ta’ data personali, għandhom jenħtieġ li jiġu introdotti salvagwardji adegwati biex iżommu l-interferenza bid-dritt fid-drittijiet għall-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-familja u d-dritt dawk għall-protezzjoni ta’ data personali limitata għal dak li hu meħtieġ u proporzjonat f’soċjetà demokratika. [Em. 14]

(20)

Għandu jiġi żgurat li tal-inqas livell simili ta’ verifiki jiġi applikat għal applikanti għal viża għal soġġorn qasir, jew ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kisbu viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza, l-istess bħal ċittadini ta’ pajjiżi terzi mingħajr viża. Għal dan il-għan, tiġi stabbilita wkoll lista ta’ sorveljanza b’informazzjoni relatata ma’ persuni li huma suspettati li kkommettew att ta’ kriminalità serja jew terroriżmu, jew li dwarhom hemm indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet raġonevoli fejn jitwemmen li se jikkommettu att ta’ kriminalità serja jew terroriżmu u għandha tintuża għal verifiki fir-rigward ta’ dawn il-kategoriji ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi wkoll.

(21)

Sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, it-trasportaturi internazzjonali għandhom ikunu jenħtieġ li jkunu jistgħu jivverifikaw jekk ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom viża għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza għandhomx humiex jew le d-dokumenti fil-pussess tad-dokumenti tal-ivvjaġġar validi meħtieġa billi jibagħtu tfittxija lill-VIS . Din il-verifika għandha jenħtieġ li tkun possibbli permezz tal-estrazzjoni ta’ kuljum tad-data tal-VIS f’bażi tad-data separata għall-qari biss li tippermetti l-estrazzjoni ta’ subset neċessarju minimu ta’ data permezz ta’ liema tfittxija tiġi mwieġba b’ok jew mhux ok. Jenħtieġ li l-fajl tal-applikazzjoni nnifsu ma jkunx aċċessibbli għat-trasportaturi. L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-aċċess tal-VIS permezz tal-portal tat-trasportaturi jenħtieġ li jillimitaw, sa fejn ikun possibbli, l-impatt fuq l-ivvjaġġar tal-passiġġieri u fuq it-trasportaturi. Għal dan l-għan, jenħtieġ li tiġi kkunsidrata l-integrazzjoni mal-EES u l-ETIAS. [Em. 15]

(21a)

Bil-għan li jkun limitat l-impatt tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament fuq trasportaturi internazzjonali li jġorru gruppi fuq l-art permezz ta' kowċ, jenħtieġ li jkunu disponibbli soluzzjonijiet mobbli u faċli għall-utent. [Em. 16]

(21b)

Fi żmien sentejn mill-bidu tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-adegwatezza, il-kompatibilità u l-koerenza tad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 26 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta’ Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija gradwali ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom għall-finijiet tad-dispożizzjonijiet tal-VIS għat-trasport fuq l-art bil-kowċis. Jenħtieġ li jittieħed kont tal-evoluzzjoni reċenti tat-trasport fuq l-art bil-kowċis. Jenħtieġ li tiġi kkunsidrata l-ħtieġa għal dispożizzjonijiet emendatorji dwar trasport fuq l-art bil-kowċis imsemmi fl-Artikolu 26 ta' dik il-Konvenzjoni jew f'dan ir-Regolament. [Em. 17]

(22)

Dan ir-Regolament għandu jiddefinixxi l-awtoritajiet tal-Istati Membri li jistgħu jkunu awtorizzati biex ikollhom aċċess għall-VIS biex jinserixxu, jemendaw, iħassru jew jikkonsultaw data fil-VIS dwar viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza għal skopijiet speċifiċi stabbiliti fil-VIS għal din il-kategorija ta’ dokumenti u d-detenturi tagħhom, u safejn ikun meħtieġ għall-prestazzjoni tal-inkarigi tagħhom.

(23)

Kwalunkwe pproċessar ta’ data tal-VIS dwar viżi għal soġġorn twil u dokumenti ta’ residenza għandu jkun proporzjonali għall-objettivi li jridu jintlaħqu u li huma meħtieġa għall-prestazzjoni tal-inkarigi tal-awtoritajiet kompetenti. Meta jużaw l-VIS, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li jiġu rispettati d-dinjità tal-bniedem u l-integrità tal-persuna li tagħha tkun intalbet id-data, u ma għandhomx jiddiskriminaw kontra persuni fuq bażi ta’ sess, kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiki ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew xi opinjoni oħra, appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali.

(23a)

Għall-finijiet tal-identifikazzjoni ta' persuna, id-data bijometrika, li fil-kuntesti ta' dan ir-Regolament timplika marki tas-swaba' u immaġni tal-wiċċ, hija unika u, għalhekk ferm aktar affidabbli mid-data alfanumerika. Madankollu, id-data bijometrika tikkostitwixxi data personali sensittiva. Dan ir-Regolament jistabbilixxi għalhekk il-bażi u s-salvagwardji għall-ipproċessar ta' tali data għall-fini li jiġu identifikati b'mod uniku l-persuni kkonċernati. [Em. 18]

(24)

Huwa imperattiv li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkollhom l-informazzjoni l-aktar aġġornata biex iwettqu l-inkarigi tagħhom fil-ġlieda kontra reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra. L-aċċess għall-VIS tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u tal-Europol ġie stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI. Il-kontenut ta’ din id-Deċiżjoni għandu jiġi integrat fir-Regolament VIS, biex ikun konformi mal-qafas kurrenti tat-trattat.

(25)

L-aċċess għad-data tal-VIS għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi diġà wera l-utilità tiegħu fl-identifikazzjoni ta’ persuni li jkunu mietu b’mod vjolenti jew biex jgħin lill-investigaturi biex jagħmlu progress sostanzjali f’każijiet relatati mat-traffikar ta’ bnedmin, it-terroriżmu jew it-traffikar ta’ drogi. Għalhekk, id-data fil-VIS relatata ma’ soġġorni twal għandha tkun disponibbli għall-awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri u għall-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (“Europol”), soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament.

(26)

Billi l-Europol għandu rwol kruċjali fir-rigward tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tal-investigazzjoni ta’ reati transkonfinali fis-sostenn tal-prevenzjoni, l-analiżi u l-investigazzjoni tal-kriminalità fl-Unjoni. L-aċċess kurrenti tal-Europol għall-VIS fi ħdan il-qafas tal-inkarigi tiegħu għandu jiġi kkodifikat u ssimplifikat, filwaqt li jitqiesu wkoll l-iżviluppi riċenti tal-qafas legali bħar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (22).

(27)

L-aċċess għall-VIS għall-iskopijiet ta’ prevenzjoni, kxif jew investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra jikkostitwixxi interferenza bid-drittijiet fundamentali għar-rispett għall-ħajja privata u tal-familja u għall-protezzjoni tad-data personali ta’ persuni li d-data personali tagħhom hija pproċessata fil-VIS. Kull interferenza bħal din għandha tkun konformi mal-liġi, li għandha tkun ifformulata bi preċiżjoni suffiċjenti biex tippermetti lill-individwi jaġġustaw il-kondotta tagħhom u għandha tipproteġi lill-individwi kontra arbitrarjetà u tindika bi kjarezza suffiċjenti l-kamp ta’ applikazzjoni tad-diskrezzjoni mogħtija lill-awtoritajiet kompetenti u l-mod kif din tiġi eżerċitata. Kull interferenza għandha tkun meħtieġa f’soċjetà demokratika sabiex jiġi protett interess leġittimu u proporzjonat u proporzjonali għall-għan leġittimu li jrid jinkiseb.

(28)

[Ir-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità] l-interoperabilità (fruntieri u viżi)] jistipula l-possibbiltà l-possibilità li awtorità tal-pulizija ta’ Stat Membru li ngħatat setgħa tagħmel dan b’miżuri leġiżlattivi nazzjonali tidentifika persuna bid-data bijometrika ta’ dik il-persuna meħuda waqt verifika tal-identità. Madankollu jistgħu jeżistu ċirkostanzi speċifiċi fejn l-identifikazzjoni ta’ persuna hija neċessarja fl-interess ta’ dik il-persuna. Każijiet bħal dawn jinkludu sitwazzjonijiet fejn il-persuna tinstab wara li tkun sfat nieqsa, maħtufa jew tkun identifikata bħala vittma tat-traffikar. F’każijiet bħal dawn, għandu biss , jenħtieġ li jingħata aċċess veloċi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għad-data tal-VIS sabiex tkun tista’ ssir identifikazzjoni rapida u affidabbli tal-persuna, mingħajr il-ħtieġa li jissodisfaw il-prekundizzjonijiet jiġu ssodisfati l-prekundizzjonijiet kollha u salvagwardji addizzjonali għall-aċċess għall-infurzar tal-liġi. [Em. 19]

(29)

Tqabbil It-tqabbil tad-data abbażi ta’ marka tas-swaba’ latenti, li hija t-traċċa dattiloskopika li tista’ tinstab fuq post ta’ reat, huwa fundamentali fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija. Il-possibbiltà Il-possibilità li marka tas-swaba’ latenti titqabbel mad-data dwar il-marki tas-swaba’ li tkun maħżuna fil-VIS f’każijiet fejn ikun hemm raġunijiet raġonevoli sabiex wieħed jemmen li l-awtur jew il-vittma jistgħu jkunu reġistrati fil-VIS għandha u wara li titwettaq tfittxija minn qabel skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI  (23) jenħtieġ li tipprovdi lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri b’għodda utli ħafna għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra, pereżempju meta l-unika evidenza fuq il-post tar-reat jkunu ikunu marki tas-swaba’ latenti. [Em. 20]

(30)

Jenħtieġ li jinħatru awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kif ukoll il-punt ta’ aċċess ċentrali li permezz tiegħu jsiru t-talbiet għall-aċċess għad-data tal-VIS u li tinżamm lista ta’ unitajiet operattivi fl-awtoritajiet maħtura li huma awtorizzati li jitolbu dan l-aċċess għall-finijiet speċifiċi għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra.

(31)

Talbiet għal aċċess għal data maħżuna fis-Sistema Ċentrali għandhom isiru mill-unitajiet operattivi fi ħdan l-awtoritajiet maħtura lill-punt ta’ aċċess ċentrali u għandhom ikunu ġustifikati. L-unitajiet operattivi fi ħdan l-awtoritajiet maħtura li huma awtorizzati jitolbu aċċess għad-data tal-VIS ma għandhomx jaġixxu bħala awtorità ta’ verifika. Il-punti ta’ aċċess ċentrali għandhom jaġixxu b’mod indipendenti mill-awtoritajiet maħtura u għandhom ikunu responsabbli biex, b’mod indipendenti, jiżguraw konformità stretta mal-kundizzjonijiet għal aċċess kif stabbilit f’dan ir-Regolament. F’każijiet eċċezzjonali ta’ urġenza fejn ikun meħtieġ aċċess bikri bi tweġiba għal theddida speċifika u attwali marbuta ma’ reati terroristiċi jew ma’ reati kriminali serji oħra, il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jkun jista’ jipproċessa t-talba immedjatament u jwettaq il-verifika wara.

(32)

Sabiex tiġi protetta d-data personali u jiġu esklużi tfittxijiet sistematiċi mill-infurzar tal-liġi, l-ipproċessar tad-data tal-VIS għandu jenħtieġ li jseħħ biss f’każijiet speċifiċi u meta jkun meħtieġ għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif jew tal-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra. L-awtoritajiet maħtura u l-Europol għandhom jenħtieġ li jitolbu aċċess għall-VIS biss meta jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jemmnu li dan l-aċċess se jipprovdi informazzjoni li se tgħinhom sostanzjalment fil-prevenzjoni, fil-kxif jew fl-investigazzjoni ta’ reat terroristiku jew ta’ reat kriminali serju ieħor u wara li titwettaq tfittxija minn qabel skont id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI . [Em. 21]

(32a)

Bħala prattika ġenerali, l-utenti finali tal-Istati Membri jwettqu tfittxijiet fil-bażijiet ta' data nazzjonali rilevanti qabel jew b'mod parallel ma' tfittxijiet fil-bażijiet ta' data Ewropej. [Em. 22]

(33)

Id-data personali ta’ detenturi ta’ dokumenti viżi għal soġġorn twil maħżuna fil-VIS għandha jenħtieġ li tinżamm għal mhux aktar milli meħtieġ għall-finijiet tal-VIS. Huwa xieraq li d-data tinżamm id-data relatata ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal perjodu tinżamm għal perjodu ta’ ħames snin sabiex id-data titqies għall-valutazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal viża għal soġġorn qasir, sabiex jinkixef soġġorn skadut wara t-tmiem tal-perjodu ta’ validità u sabiex jitwettqu valutazzjonijiet tas-sigurtà ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu kisbuhom. Id-data dwar l-użi preċedenti ta’ dokument tista’ tiffaċilita l-ħruġ ta’ viżi għal soġġorn qasir fil-futur. Perjodu aktar qasir ta’ ħażna ma jkunx biżżejjed biex jiġu żgurati l-għanijiet iddikjarati. Id-data għandha jenħtieġ li titħassar wara perjodu ta’ ħames snin, sakemm ma hemmx raġunijiet għaliex għandha biex titħassar qabel. [Em. 23]

(34)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24) japplika għall-ipproċessar tad-data personali mill-Istati Membri fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. L-ipproċessar tad-data personali mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi għall-għanijiet tal-prevenzjoni, tal-investigazzjoni, tal-kxif jew tal-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali huwa rregolat mid-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25).

(35)

Il-membri tat-timijiet tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll it-timijiet tal-persunal involuti f’inkarigi relatati mar-ritorn huma intitolati mir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonsultaw il-bażijiet tad-data Ewropej fejn meħtieġ biex iwettqu inkarigi operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar kontrolli tal-fruntieri, sorveljanza tal-fruntieri u ritorn, taħt l-awtorità tal-Istat Membru ospitanti. Bil-għan li tiġi ffaċilitata dik il-konsultazzjoni u t-timijiet ikollhom aċċess effettiv għad-data mdaħħla fil-VIS, l-EBCGA għandha tingħata aċċess għall-VIS. Tali aċċess għandu jenħtieġ li jsegwi l-kundizzjonijiet u l-limitazzjonijiet ta’ aċċess applikabbli għall-awtoritajiet tal-Istati Membri li huma kompetenti taħt kull għan speċifiku għal liema d-data tal-VIS tista’ tiġi kkonsultata. [Em. 24]

(36)

Ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx, jew ma jissodisfawx aktar, il-kundizzjonijiet għad-dħul, soġġorn jew residenza fl-Istati Membri, skont id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (26) huwa komponent essenzjali tal-isforzi komprensivi biex tiġi indirizzata l-migrazzjoni irregolari u jirrappreżenta raġuni importanti ta’ interess pubbliku sostanzjali.

(37)

Il-pajjiżi terzi tar-ritorn ta’ sikwit mhumiex soġġetti għal deċiżjonijiet ta’ adegwatezza adottati mill-Kummissjoni taħt l-Artikolu 45 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew taħt dispożizzjonijiet nazzjonali adottati biex jittrasponu l-Artikolu 36 tad-Direttiva (UE) 2016/680. Jenħtieġ li d-data personali miksuba minn Stat Membru skont dan ir-Regolament ma tiġix ittrasferita jew titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' xi pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew Barra barra minnha. minn hekk, l-isforzi estensivi tal-Unjoni fil-kooperazzjoni mal-pajjiżi ewlenin tal-oriġini ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi Bħala eċċezzjoni għal dik ir-regola, madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment suġġetti għal obbligu biex jirritornaw ma rnexxilhomx jiżguraw it-twettiq sistematiku minn tali data personali tiġi ttrasferita lejn pajjiż terz jew organizzazzjoni internazzjonali fejn tali pajjiżi terzi tal-obbligu stabbilit mil-liġi internazzjonali biex jerġgħu jdaħħlu ċ-ċittadini tagħhom stess. Il-ftehimiet tar-riammissjoni, konklużi jew qed jiġu nnegozjati mill-Unjoni trasferiment ikun soġġett għal kondizzjonijiet stretti u meħtieġ f'każijiet individwali sabiex tassisti fl-identifikazzjoni ta' ċittadin ta' pajjiż terz fir-rigward tar-ritorn tiegħu jew mill-Istati Membri u li jipprovdu salvagwardji xierqa għat-trasferiment tagħha. Fin-nuqqas ta' deċiżjoni dwar l-adegwatezza permezz ta’ data lil pajjiżi terzi att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 46 tar-Regolament ir-Regolament (UE) 2016/679 jew id-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati biex jittrasponu l-Artikolu 37 tad-Direttiva (UE) 2016/680, ikopru numru limitat ta’ pajjiżi terzi bħal dawn u l-konklużjoni ta’ kwalunkwe ftehim ġdid tibqa’ inċerta. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, id-data personali tista’ tiġi pproċessata skont dan ir-regolament mal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi għall-għanijiet tal-implimentazzjoni tal-politika ta’ ritorn tal-Unjoni sakemm jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 49(1)(d) tar-Regolament (UE) 2016/679 jew fid-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 38 jew 39 tad-Direttiva (UE) 2016/680. salvagwardji xierqa li għalihom huma soġġetti t-trasferimenti skont dak ir-Regolament , jenħtieġ li jkun possibbli t-trasferiment eċċezzjonali, għall-finijiet ta' ritorn, tad-data tal-VIS lejn pajjiż terz jew lejn organizzazzjoni internazzjonali, unikament fejn dan ikun meħtieġ għal raġunijiet importanti ta' interess pubbliku kif imsemmi f'dak ir-Regolament . [Em. 25]

(38)

L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli d-data personali rilevanti pproċessata fil-VIS, skont ir-regoli applikabbli tal-protezzjoni tad-data u fejn meħtieġ f’każijiet individwali għat-twettiq ta’ inkarigi taħt ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (27) ,ir-Regolament Qafas dwar ir-Risistemazzjoni tal-Unjoni], lill-[Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil] u korpi internazzjonali rilevanti bħall-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati, l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni u lill-operazzjonijiet tar-rifuġjati u r-risistemazzjoni tal-Kumitat Internazzjonali tas-Salib l-Aħmar, b’relazzjoni ma’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi riferuti lilhom mill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) …/… [ ir-Regolament Qafas dwar ir-Risistemazzjoni tal-Unjoni ]. [Em. 26]

(39)

Ir-Regolament (KE) ( UE ) 45/2001 2018 / 1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) japplika għall-attivitajiet tal-istituzzjonijiet jew tal-korpi tal-Unjoni meta jwettqu l-inkarigi tagħhom bħala responsabbli għall-ġestjoni operazzjonali tal-VIS. [Em. 27]

(40)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ta opinjoni fit-12 ta' Diċembru 2018. [Em. 28]

(41)

Sabiex titjieb il-kooperazzjoni tal-pajjiżi terzi għar-riammissjoni ta’ migranti irregolari u biex jiġi ffaċilitat ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li qegħdin fil-pajjiż illegalment u li d-data tagħhom tista’ tkun maħżuna fil-VIS, il-kopji tad-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikanti għal viża għal soġġorn qasir għandhom jinħażnu fil-VIS. Għall-kuntrarju tal-informazzjoni estratta mill-VIS, il-kopji tad-dokumenti tal-ivvjaġġar huma prova tan-nazzjonalità li huma rikonoxxuti ferm aktar minn pajjiżi terzi .

(42)

Il-konsultazzjoni tal-lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur biex jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jiġu approvati b’viża, kif stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (29), hija element obbligatorju tal-proċedura tal-eżami tal-viża. L-awtoritajiet tal-viżi għandhom jimplimentaw dan l-obbligu sistematikament u għaldaqstant din il-lista għandha tiġi inkorporata fil-VIS biex tkun tista’ ssir verifika awtomatika tal-għarfien tad-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant.

(43)

Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-eżattezza tad-data mdaħħla fil-VIS, l-eu-LISA għandha jenħtieġ li ssir responsabbli għat-tisħiħ tal-kwalità tad-data billi tintroduċi , iżżomm u taġġorna kontinwament għodda ċentrali għall-monitoraġġ tal-kwalità tad-data, u biex f’intervalli regolari tipprovdi rapporti lill-Istati Membri. [Em. 29]

(44)

Sabiex ikun possibbli li jsir monitoraġġ aħjar tal-użu tal-VIS biex jiġu analizzati t-tendenzi li jittrattaw il-pressjoni migratorja u l-ġestjoni tal-fruntieri, jenħtieġ li l-eu-LISA tkun tista’ tiżviluppa kapaċità għal rappurtar statistiku lill-Istati Membri, lill-Kummissjoni, u lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta mingħajr ma tiġi pperikolata l-integrità tad-data. Għalhekk l-eu-LISA jenħtieġ li jiġi stabbilit repożitorju taħżen ċerta data statistika fir-repożitorju ċentrali għall-finijiet ta' rappurtar u forniment tal-istatistika skont ir-[Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)] . Jenħtieġ li l-ebda mill-istatistika ppreżentata ma għandu jkollha data personali. [Em. 30]

(45)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (30)

(46)

Billi l-objettivi ta’ dan ir-Regolament ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda, minħabba l-ħtieġa li tiġi żgurata l-implimentazzjoni ta’ politika komuni dwar il-viżi, livell għoli ta’ sigurtà fiż-żona mingħajr kontrolli fil-fruntieri interni u l-istabbiliment gradwali ta’ sistema ta’ ġestjoni integrata għall-fruntieri esterni, jistgħu pjuttost jintlaħqu fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

(47)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli stretti dwar l-aċċess għall-VIS u s-salvagwardji neċessarji. Jistipula wkoll id-drittijiet tal-individwi għal aċċess, għal korrezzjoni, għal tħassir u għal rimedju b’mod partikolari d-dritt għal rimedju ġudizzjarju u s-superviżjoni ta’ operazzjonijiet ta’ pproċessar minn awtoritajiet pubbliċi indipendenti. Dan ir-Regolament jintroduċi salvagwardji addizzjonali biex ikopri l-ħtiġijiet speċifiċi tal-kategoriji l-ġodda tad-data li se jkunu pproċessati mill-VIS. Għaldaqstant dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fir-rigward tad-dritt għad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għal-libertà u s-sigurtà, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-ażil u l-protezzjoni tal-prinċipju ta’ non-refoulement u l-protezzjoni fil-każ ta’ tneħħija, espulsjoni jew estradizzjoni, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal u d-dritt għal rimedju effettiv.

(47a)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għall-obbligi li joriġinaw mill-Konvenzjoni ta' Ġinevra tat-28 ta' Lulju 1951 dwar l-Istatus tar-Rifuġjati, kif issupplimentata bil-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967, u għall-impenji internazzjonali kollha meħuda mill-Unjoni u mill-Istati Membri tagħha. [Em. 31]

(48)

Jenħtieġ li japplikaw dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma soġġetti għal rekwiżit ta’ viża, li huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li għalihom tapplika d-Direttiva 2004/38/KE, jew għal ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu taħt id-dritt tal-Unjoni u li ma jkollhomx karta ta’ residenza msemmija fid-Direttiva 2004/38/KE. L-Artikolu 21(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li kull ċittadin tal-Unjoni għandu d-dritt li jmur minn post għal ieħor u li joqgħod liberament fit-territorju tal-pajjiżi tal-Istati Membri, bla preġudizzju għal-limitazzjonijiet u għall-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u d-dispożizzjonijiet meħuda sabiex dawn jitwettqu. Il-limitazzjonijiet u l-kundizzjonijiet rispettivi jinsabu fid-Direttiva 2004/38/KE.

(49)

Kif ikkonfermat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tali membri tal-familja mhux biss għandhom id-dritt li jidħlu fit-territorju tal-Istat Membru iżda wkoll li jiksbu viża tad-dħul għal dak il-għan. L-Istati Membri jistgħu jagħtu lil tali persuni kull faċilità biex jiksbu l-viżi meħtieġa li għandhom jinħarġu mingħajr ħlas mill-aktar fis possibbli u fuq il-bażi ta’ proċedura aċċelerata.

(50)

Id-dritt għall-kisba ta’ viża mhuwiex mingħajr ebda kundizzjoni, peress li jista’ jiċċaħħad lil dawk il-membri tal-familja li jirrappreżentaw riskju għall-politika pubblika, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika skont id-Direttiva 2004/38/KE. F’dan l-isfond, id-data personali tal-membri tal-familja tista’ tiġi vverifikata biss fejn id-data relatata mal-identifikazzjoni u l-istatus tagħhom biss sakemm dawn ikunu relevanti għall-valutazzjoni tat-theddida tas-sigurtà li jistgħu jirrappreżentaw. Tabilħaqq, l-eżami tal-applikazzjonijiet għal viża tagħhom għandu jsir esklussivament fid-dawl ta’ tħassib dwar sigurtà, u mhux dawk relatati mar-riskji tal-migrazzjoni.

(51)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, mehmuż mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih u lanqas ma hija soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Billi dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament, jekk tkunx se timplimentah fil-liġi nazzjonali tagħha.

(52)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li r-Renju Unit ma jipparteċipax fih, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE (31); għaldaqstant ir-Renju Unit mhux se jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhux marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(53)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda ma tipparteċipax fih, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (32); għaldaqstant l-Irlanda mhix se tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(54)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis (33) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (34).

(55)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (35), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (36) u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI (37).

(56)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (38), li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, punt A tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (39) u mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE (40).

(57)

Dan ir-Regolament, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 22r, jikkostitwixxi att li jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, jew inkella marbut miegħu fi ħdan, rispettivament, it-tifsira tal-Artikolu 3(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2003, tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2005 u tal-Artikolu 4(2) tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2011, bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet magħmula applikabbli għall-Bulgarija u għar-Rumanija bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1908 (41),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 għandu jiġi emendat kif ġej:

(-1)

It-titolu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema ta' l-Informazzjoni tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir , viżi għal perjodu twil u permessi ta' residenza (Regolament VIS)”; [Em. 32]

(1)

Fl-Artikolu 1, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi wkoll il-proċeduri għall-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri dwar viżi għal soġġorni twal u permessi ta’ residenza, inkluż dwar ċerti deċiżjonijiet dwar viżi għal soġġorni twal u permessi ta’ residenza.

Billi taħżen id-data tal-identità, tad-dokument tal-ivvjaġġar u d-data bijometrika fir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità (CIR) stabbilit mill-Artikolu 17 tar-Regolament 2018/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) [ir-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabbiltà (fruntieri viżi) ], il-VIS tikkontribwixxi għall-iffaċilitar u l-assistenza fl-identifikazzjoni korretta ta’ persuni reġistrati fil-VIS.”

(*1)  Ir-Regolament 2018/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill* [ir-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri viżi) ] (ĠU L).”;"

(2)

L-Artikolu 2 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 2

L-Iskop tal-VIS

1.   Il-VIS għandu jkollha l-iskop li ttejjeb l-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi għal soġġorn qasir , il-kooperazzjoni konsulari u l-konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet ċentrali tal-viża billi tiffaċilita l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar applikazzjonijiet u d-deċiżjonijiet relatati, sabiex: [Em. 33]

(a)

tiffaċilita l-proċedura u tħaffef il-proċedura tal-applikazzjoni għal viża; [Em. 34]

(b)

jiġi evitat in-nuqqas ta’ osservazzjoni tal-kriterji għad-determinazzjoni tal-Istat Membru responsabbli għall-eżami tal-applikazzjoni;

(c)

tiġi faċilitata l-ġlieda kontra l-frodi;

(d)

jiġu faċilitati l-kontrolli mal-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni u fi ħdan it-territorju tal-Istati Membri;

(e)

tgħin fl-identifikazzjoni ta’ kwalunkwe persuna li jista’ jkun ma tissodisfax, jew ma tibqax tissodisfa aktar, il-kundizzjonijiet biex tidħol, toqgħod jew tgħix fit-territorju tal-Istati Membri;

(f)

tgħin fl-identifikazzjoni ta’ persuni msemmija fl-Artikolu 22o li sfaw neqsin; [Em. 35]

(g)

tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*2) u tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*3);

(h)

tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà interna ta' kull wieħed mill-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tal-prevenzjoni , il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra f'ċirkostanzi xierqa u strettament definiti ; [Em. 36]

(i)

tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà interna ta’ kull Stat Membru; [Em. 37]

(j)

tiżgura l-identifikazzjoni korretta tal-persuni;

(k)

tappoġġa l-objettivi tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) relatata mal-allerti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal rifjut ta’ dħul, persuni mfittxija għall-arrest jew għal ċediment jew għall-finijiet ta’ estradizzjoni, persuni nieqsa, persuni mfittxija biex jgħinu fi proċedura ġudizzjarja u persuni għal verifiki diskreti jew verifiki speċifiċi.”

2.   Fir-rigward tal-viżi għal soġġorn twil u l-permessi ta’ residenza, l-VIS ikollha l-iskop li tiffaċilita l-iskambju tad-data bejn l-Istati Membri dwar id-deċiżjonijiet relatati, sabiex:

(a)

tappoġġa livell għoli ta’ sigurtà fl-Istati Membri kollha billi tikkontribwixxi għall-valutazzjoni jekk l-applikant jew id-detentur ta' dokument huwiex ikkunsidrat li jirrappreżenta theddida għall-politika pubblika jew is-sigurtà interna jew is-saħħa pubblika qabel il-wasla tiegħu fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni; [Em. 38]

(b)

tittejjeb l-effettività tal-kontrolli tiffaċilita l-kontrolli fil-punti ta' qsim tal-fruntieri esterni ttejjeb l-effettività tal-kontrolli fit-territorju tal-Istati Membri ; [Em. 39]

(c)

tikkontribwixxi għall-prevenzjoni ta' theddid għas-sigurtà interna ta' kull wieħed mill-Istati Membri, b'mod partikolari permezz tal-prevenzjoni , il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra f'ċirkostanzi xierqa u strettament definiti ; [Em. 40]

(d)

tiżgura l-identifikazzjoni korretta tal-persuni;

(da)

tgħin fl-identifikazzjoni ta' persuni msemmija fl-Artikolu 22o li sfaw neqsin; [Em. 41]

(e)

tiffaċilita l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 u tad-Direttiva 2013/32/UE;

(f)

tappoġġa l-objettivi tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) relatata mal-allerti fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi soġġetti għal rifjut ta’ dħul, persuni mfittxija għall-arrest jew għal ċediment jew għall-finijiet ta’ estradizzjoni, persuni nieqsa, persuni mfittxija biex jgħinu fi proċedura ġudizzjarja u persuni għal verifiki diskreti jew verifiki speċifiċi.”

(*2)  Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31)."

(*3)  Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).”;"

(2a)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2a

Arkitettura

1.     Il-VIS għandha tkun ibbażata fuq arkitettura ċentralizzata u għandha tikkonsisti minn:

(a)

ir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità kif stabbilit [fl-Artikolu 17(2)(a) tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)];

(b)

sistema ta' informazzjoni ċentrali (‘is-Sistema Ċentrali tal-VIS’);

(c)

interfaċċa f'kull Stat Membru (‘l-interfaċċa nazzjonali’ jew ‘NI-VIS’) li għandha tipprovdi l-konnessjoni lill-awtorità nazzjonali ċentrali rilevanti tal-Istat Membru rispettiv, jew interfaċċa nazzjonali uniformi (NUI) f'kull Stat Membru abbażi ta' speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u identiċi għall-Istati Membri kollha sabiex is-Sistema Ċentrali tal-VIS tkun konnessa mal-infrastrutturi nazzjonali fl-Istati Membri;

(d)

infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-interfaċċi nazzjonali;

(e)

kanal ta' komunikazzjoni sigur bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-EES;

(f)

infrastruttura ta' komunikazzjoni sigura bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-infrastrutturi ċentrali tal-portal Ewropew tat-tfittxija stabbilit mill-[Artikolu 6 tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)], is-servizz kondiviż ta' tqabbil bijometriku stabbilit mill-[Artikolu 12 tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)], ir-repożitorju komuni ta' informazzjoni dwar l-identità stabbilit mill-[Artikolu 17 tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)] u d-detettur ta' identitajiet multipli stabbilit mill-[Artikolu 25 tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)];

(g)

mekkaniżmu ta' konsultazzjoni dwar applikazzjonijiet u skambju ta' informazzjoni bejn awtoritajiet ċentrali tal-viża (‘VISMail’);

(h)

portal tat-trasportaturi;

(i)

servizz web sigur li jippermetti l-komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS minn naħa waħda, u l-portal tat-trasportaturi u s-sistemi internazzjonali min-naħa l-oħra;

(j)

repożitorju tad-data għall-finijiet ta' rappurtar u statistika;

(k)

għodda li tippermetti li l-applikanti jagħtu jew jirtiraw il-kunsens tagħhom biex il-fajl tal-applikazzjoni tagħhom jinżamm għal perijodu addizzjonali.

Is-Sistema Ċentrali tal-VIS, l-interfaċċi nazzjonali uniformi, is-servizz web, il-portal tat-trasportaturi u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tal-VIS għandhom jaqsmu ma' xulxin u jużaw mill-ġdid kemm ikun teknikament possibbli l-komponenti tal-hardware u s-software tas-Sistema Ċentrali tal-EES, l-interfaċċi nazzjonali uniformi tal-EES, il-portal tat-trasportaturi tal-ETIAS, is-servizz web tal-EES u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tal-EES rispettivament.

2.     L-NI-VIS għandha tikkonsisti minn:

(a)

interfaċċa nazzjonali lokali (LNI) waħda għal kull Stat Membru li hija l-interfaċċa li tikkonnetti fiżikament lill-Istat Membru man-netwerk ta' komunikazzjoni sigura u li fiha t-tagħmir ta' kriptaġġ iddedikat għall-VIS. L-LNI għandha tinsab fil-bini tal-Istat Membru;

(b)

LNI ta' riżerva (BLNI) waħda li għandu jkollha l-istess kontenut u funzjoni bħal-LNI.

3.     L-LNI u l-BLNI għandhom jintużaw esklussivament għal finijiet iddefiniti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-VIS.

4.     Is-servizzi ċentralizzati għandhom jiġu dduplikati f'żewġ postijiet differenti, jiġifieri fi Strasburgu, Franza, fejn hemm is-Sistema Ċentrali tal-VIS prinċipali, l-unità ċentrali (CU) u f'St Johann im Pongau, l-Awstrija, fejn hemm is-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva, l-unità ċentrali ta' riżerva (BCU). Il-konnessjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS prinċipali u s-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva għandha tippermetti s-sinkronizzazzjoni kontinwa bejn is-CU u l-BCU. L-infrastruttura ta' komunikazzjoni għandha tappoġġa u tikkontribwixxi biex tiżgura d-disponibilità mhux interrotta tal-VIS. Din għandha tinkludi mogħdijiet żejda u separati għall-konnessjonijiet bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva u għandha tinkludi wkoll mogħdijiet żejda u separati għall-konnessjonijiet bejn kull interfaċċa nazzjonali u s-Sistema Ċentrali tal-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva. L-infrastruttura ta' komunikazzjoni għandha tipprovdi netwerk kriptat, virtwali u privat iddedikat għad-data tal-VIS u għall-komunikazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-awtorità responsabbli mit-tmexxija operattiva għas-Sistema Ċentrali tal-VIS.”; [Em. 42]

(3)

L-Artikolu 3 jitħassar;

(4)

Artikolu 4 huwa emendat kif ġej:

(a)

żdied dan il-punt li ġej:

(3a)

“awtorità ċentrali” tfisser l-awtorità stabbilita minn Stat Membru għall-finijiet tar-Regolament (KE) Nru 810/2009; [Em. 43]

(b)

jiżdiedu l-punti li ġejjin:

(12)

“data tal-VIS” tfisser id-data kollha maħżuna fis-Sistema Ċentrali tal-VIS u fis-CIR f’konformità mal-Artikoli 9 sa 14, l-Artikoli 22c sa 22f;

(13)

“data tal-identità” tfisser id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u (aa);

(14)

“data tal-marki tas-swaba’” tfisser id-data relatata mal-marki tas-swaba’ li hija maħżuna f’fajl tal-VIS;

(15)

“immaġni tal-wiċċ” tfisser immaġni diġitali tal-wiċċ b'riżoluzzjoni u kwalità suffiċjenti tal-immaġni sabiex tintuża fi tqabbil bijometriku awtomatizzat ; [Em. 44]

(16)

“data tal-Europol” tfisser data personali pprovduta mill-Europol għall-fini msemmi fl-Artikolu 18(2)(a) tar-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*4);

(17)

“permess ta’ residenza” tfisser il-permessi ta’ residenza kollha maħruġa mill-Istati Membri skont il-format uniformi stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 (*5) u d-dokumenti l-oħra kollha msemmija fl-Artikolu 2(16)(b) tar-Regolament (UE) 2016/399;

(18)

“viża għal soġġorn twil” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru kif stipulat fl-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni ta’ Schengen;

(19)

“awtorità superviżorja nazzjonali” fir-rigward ta’ skopijiet ta’ infurzar tal-liġi “awtoritajiet superviżorji” tfisser l-awtoritajiet superviżorji stabbiliti skont l-Artikolu msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*6) u l-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 41 (1) tad-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*7); [Em. 45]

(19a)

“hit” tfisser l-eżistenza ta' korrispondenza stabbilita billi d-data rilevanti rreġistrata f'fajl ta' applikazzjoni tal-VIS titqabbel mad-data rilevanti li tinsab f'rekord, fajl jew allert irreġistrati fil-VIS, is-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen, l-EES, l-ETIAS, l-Eurodac, id-data tal-Europol jew fil-bażi tad-data SLTD tal-Interpol; [Em. 46]

(20)

“infurzar tal-liġi” tfisser il-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew ta' reati kriminali serji oħra f'qafas strettament definit ; [Em. 47]

(21)

“reati terroristiċi” tfisser ir-reati taħt il-liġi nazzjonali li jikkorrispondu jew huma ekwivalenti għal dawk imsemmija fid-Direttiva msemmija fl-Artikoli 3 sa 14 tad-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*8) jew li huma ekwivalenti għal wieħed minn dawk ir-reati għall-Istati Membri li mhumiex marbuta b'dik id-Direttiva ; [Em. 48]

(22)

“reati kriminali serji” tfisser ir-reati li jikkorrispondu jew li huma ekwivalenti għal dawk imsemmija fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (*9), jekk huma punibbli taħt il-liġi nazzjonali b’sentenza ta’ priġunerija jew b’ordni ta’ detenzjoni għal perjodu massimu ta’ mill-inqas tliet snin.

(*4)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53)."

(*5)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi (ĠU L 157, 15.6.2002, p. 1)"

(*6)   Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1). [Em. 49]"

(*7)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89)."

(*8)  Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6)."

(*9)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1)”;"

(5)

L-Artikolu 5 għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 5

Kategoriji ta’ data

1.   Il-kategoriji li ġejjin biss għandhom jiġu rreġistrati fil-VIS:

(a)

data alfanumerika dwar l-applikant għal viża għal soġġorn qasir u dwar viżi mitluba, maħruġa, irrifjutati, annullati, irrevokati jew estiżi msemmija fl-Artikolu 9(1) sa (4) u l-Artikoli 10 sa 14, data alfanumerika dwar viża għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza maħruġa, irtirati, irrifjutati, annullati, irrevokati jew estiżi msemmija fl-Artikoli 22c, 22d, 22e u 22f, kif ukoll informazzjoni dwar il-hits imsemmija fl-Artikoli 9a u 22b, u r-riżultati tal-verifiki msemmija fl-Artikolu 9c(6);

(b)

immaġnijiet tal-wiċċ imsemmija fl-Artikolu 9(5) u l-Artikolu 22c(2)(f);

(c)

data tal-marki tas-swaba’ msemmija fl-Artikolu 9(6) u l-Artikolu 22c(2)(g)  u l-Artikolu 22d(g) ; [Em. 50]

(ca)

scans tal-paġna tad-data bijometrika tad-dokument tal-ivvjaġġar imsemmija fl-Artikolu 9(7); [Em. 51]

(d)

links għal applikazzjonijiet oħra msemmija fl-Artikolu 8(3) u (4) u l-Artikolu 22a(3).”

2.   Il-messaġġi trażmessi bil-VIS, imsemmija fl-Artikolu 16, l-Artikolu 24(2) u l-Artikolu 25(2), m’għandhomx jiġu rreġistrati fil-VIS, mingħajr ħsara għar-reġistrazzjoni tal-operazzjonijiet għall-ipproċessar tad-data skont l-Artikolu 34.

3.   Is-CIR se jinkludi d-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) sa (cc), l-Artikolu 9(5) u 9(6), l-Artikolu 22c(2)(a), sa (cc), (f) u (g), u l-Artikolu 22d(a) sa (cc) (c) , (f) u (g). Il-kumplament tad-data tal-VIS għandha tinħażen fis-Sistema Ċentrali tal-VIS.”[Em. 52]

(6)

żdied dan l-Artikolu 5a li ġej:

“Artikolu 5a

Lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar rikonoxxuti

(1)

Il-lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur biex jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jiġu approvati b’viża, kif stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*10), għandha tiġi integrata fil-VIS. [Em. 53]

(2)

Il-VIS tagħti l-funzjonalità għall-ġestjoni ċċentralizzata tal-lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar rikonoxxuti u tan-notifika tar-rikonoxximent jew nonrikonixximent tan-nonrikonoxximent tad-dokumenti tal-ivvjaġġar elenkati skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE. [Em. 54]

(3)

Ir-regoli dettaljati dwar l-immaniġġjar tal-funzjonalità msemmija fil-paragrafu 2 jiġu stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2). [Em. 55]

(*10)  Id-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b’viża u dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-istabbiliment ta’ din il-lista (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 9).”;"

(7)

L-Artikolu 6 huwa emendat kif ġej:

(-a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Aċċess Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22a, aċċess għall-VIS għad-dħul, emendar l-emendar jew tħassir it-tħassir tad-data msemmija fl-Artikolu 5(1) skond skont dan ir-Regolament għandha tiġi riżervata esklussivament għall-impjegati awtorizzati kif xieraq mill-awtoritajiet tal-viża. In-numru ta' membri tal-persunal debitament awtorizzati għandu jkun strettament limitat mill-bżonnijiet attwali tas-servizz tagħhom.” [Em. 56]

(a)

il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   L-aċċess għall-VIS għall-konsultazzjoni tad-data tkun riservata esklussivament għall-persunal awtorizzat debitament tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ kull Stat Membru u tal-korpi tal-UE li huma kompetenti għall-iskopijiet għall-finijiet stipulati fl-Artikoli 15 sa 22, l-Artikoli 22c sa 22f, u l-Artikoli 22 g sa 22j 22l , kif ukoll għall-iskopijiet għall-finijiet stipulati fl-Artikoli 20 u 21 tar-[Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità] l-interoperabilità (fruntieri u viżi)] .

L-awtoritajiet intitolati li jikkonsultaw jew jaċċessaw il-VIS għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra għandhom jinħatru f'konformità mal-Kapitolu IIIb.

Dak l-aċċess għandu jkun limitat sal-punt li d-data tkun meħtieġa għat-twettiq tal-inkarigi tagħhom skont dawk l-iskopijiet il-finijiet , u proporzjonat mal-objettivi segwiti.”; [Em. 57]

(aa)

il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.     Kull Stat Membru għandu jinnomina l-awtoritajiet kompetenti, li tagħhom l-impjegati debitament awtorizzati tagħhom għandu jkollhom aċċess li jidħlu, jemendaw, iħassru jew jikkonsultaw data fil-VIS. Kull Stat Membru għandu jgħaddi bla dewmien lill-eu-LISA lista ta' dawn l-awtoritajiet, inklużi dawk imsemmija fl-Artikolu 29(3a), u kull emendi għal din il-lista. Din il-lista għandha tispeċifika, għal kull awtorità, liema data tista' tfittex u għal liema finijiet.

L-eu-LISA għandha tiżgura pubblikazzjoni annwali tal-lista u tal-listi tal-awtoritajiet maħtura msemmija fl-Artikolu 22k(2) u l-punti ta' aċċess ċentrali msemmija fl-Artikolu 22k(4) f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. L-eu-LISA għandha żżomm lista li tiġi aġġornata kontinwament fuq is-sit web tagħha li jkun fiha t-tibdiliet mill-Istati Membri bejn il-pubblikazzjonijiet annwali.” [Em. 58]

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Il-VIS għandha tipprovdi l-funzjonalità għall-ġestjoni ċċentralizzata ta’ din il-lista.”

(c)

għandu jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:

“5.   Ir-regoli Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 48a rigward ir-regoli dettaljati dwar l-immaniġġjar tal-funzjonalità għall-ġestjoni ċċentralizzata tal-lista fil-paragrafu 3. jiġu stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).” [Em. 59]

(7a)

Fl-Artikolu 7, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej:

“2.    Kull awtorita' kompetenti għandha tiżgura li meta tuża l-VIS ma tiddiskriminax L-ipproċessar tad-data personali fil-VIS minn kwalunkwe awtorità kompetenti m'għandux jirriżulta f'diskriminazzjoni kontra applikanti , detenturi tal-viża jew applikanti u detenturi tal-viża tal-viżi b'soġġorn twil, u permessi ta' residenza fuq bażi ta' sess, razza , kulur, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa , reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, sħubija f'minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, età jew orjentazzjoni sesswali u li tirrispetta . Dan għandu jirrispetta bis-sħiħ id-dinjità umana u l-integrità ta' l-applikant jew tad-detentur tal-viża tal-bniedem u d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt għar-rispett tal-ħajja privata tal-persuni u għall-protezzjoni tad-data personali. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lit-tfal, lill-persuni anzjani u lill-persuni b'diżabilità u lill-persuni fil-bżonn ta' protezzjoni internazzjonali. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu kunsiderazzjoni ewlenija.” [Em. 60]

(8)

Fl-Artikolu 7 jiddaħħlu dawn il-paragrafi :

“3.   L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-konsiderazzjoni prinċipali jieħdu preċedenza fuq kull kunsiderazzjoni oħra għall-Istati Membri fir-rigward tal-proċeduri kollha stabbiliti previsti f’dan ir-Regolament b'konformità sħiħa mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet tat-Tfal . Il-benesseri, is-sikurezza u s-sigurtà tat-tfal, b’mod partikolari fejn hemm riskju li t-tfal huma vittma ta’ traffikar tal-bnedmin, u l-fehmiet tat-tfal għandhom jiġu kkunsidrati u jingħataw il-piż dovut skont l-età u l-maturità tagħhom. [Em. 61]

3a.     L-Istati Membri għandhom jimplimentaw dan ir-Regolament f'konformità sħiħa mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari d-dritt għad-dinjità umana, id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà, ir-rispett tal-ħajja privata u tal-familja, il-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għall-ażil u l-protezzjoni tal-prinċipju tan-non-refoulement u l-protezzjoni f'każ ta' tneħħija, tkeċċija jew estradizzjoni, id-dritt ta' nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal u d-dritt għal rimedju effettiv.”; [Em. 62]

(8a)

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 7a

Data dwar il-marki tas-swaba' tat-tfal

1.     B'deroga għall-Artikolu 22c(2)(g), l-ebda marka tas-swaba' tat-tfal taħt is-6 snin ma għandha tiddaħħal fil-VIS.

2.     Id-data bijometrika ta' minorenni mill-età ta' sitt snin għandha tittieħed minn uffiċjali mħarrġa speċifikament biex jieħdu data bijometrika ta' minorenni b'mod adattat għat-tfal u b'mod sensittiv u b'rispett sħiħ tal-aħjar interessi tat-tfal u s-salvagwardji stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal.

Persuna minorenni għandha tkun akkumpanjata minn membru adult tal-familja, meta jkun preżenti, waqt li tittieħed id-data bijometrika tagħha. Persuna minorenni mhux akkompanjata għandha tkun akkumpanjata minn kustodju, rappreżentant jew, fejn rappreżentant ma jkunx ġie maħtur, persuna mħarrġa biex tissalvagwardja l-aħjar interessi tal-persuna minorenni u l-benesseri ġenerali tagħha, waqt li tittieħed id-data bijometrika tagħha. Tali persuna mħarrġa m'għandhiex tkun l-uffiċjal responsabbli għat-teħid tad-data bijometrika, għandha taġixxi b'mod indipendenti u m'għandhiex tirċievi ordnijiet la mill-uffiċjal u lanqas mis-servizz responsabbli għat-teħid tad-data bijometrika. L-ebda forma ta' forza m'għandha tintuża kontra persuni minorenni biex tiġi żgurata l-konformità tagħhom mal-obbligu li tiġi pprovduta data bijometrika.

3.     B'deroga mill-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, il-konsulati m'għandhomx jitolbu li tfal bejn is-6 snin u t-12-il sena jidhru personalment fil-konsulat għall-ġbir tal-identifikaturi bijometriċi fejn dan ikun jikkostitwixxi piż u spejjeż eċċessivi għall-familji. F'dawn il-każijiet, l-identifikaturi bijometriċi għandhom jittieħdu fil-fruntieri esterni fejn għandha tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi evitat it-traffikar tat-tfal.

4.     Permezz ta' deroga mid-dispożizzjonijiet dwar l-użu tad-data prevista fil-Kapitoli II, III, IIIa u IIIb, id-data tal-marki tas-swaba' tat-tfal tista' tiġi aċċessata biss għall-finijiet li ġejjin:

(a)

biex tiġi verifikata l-identità tat-tfal fil-proċedura tal-applikazzjoni għall-viża skont l-Artikolu 15 fil-fruntieri esterni skont l-Artikoli 18 u 22 g u

(b)

taħt il-Kapitolu IIIb biex jiġu megħjuna l-prevenzjoni tal-abbużi tad-drittijiet tat-tfal u l-ġlieda kontrihom, soġġett għall-fatt li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i)

tali aċċess irid ikun meħtieġ għall-fini tal-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta' traffikar tat-tfal;

(ii)

l-aċċess ikun neċessarju f'każ speċifiku;

(iii)

l-identifikazzjoni tkun fl-aqwa interess tat-tfal.” [Em. 63]

(9)

It-Titolu tal-Kapitolu II huwa sostitwit b’dan li ġej:

“DĦUL U UŻU TA' DATA DWAR VIŻA GĦAL SOĠĠORN QASIR MILL-AWTORITAJIET TAL-VIŻA”[Em. 64]

(10)

L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Meta applikazzjoni hija aċċettabbli skont l-Artikolu 19 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, l-awtorità tal-viża għandha toħloq il-fajl tal-applikazzjoni fi żmien jumejn tax-xogħol, billi ddaħħal id-data msemmija fl-Artikolu 9 fil-VIS, sakemm din id-data hija meħtieġa li tiġi pprovduta mill-applikant.”;

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu 1a li ġej:

“1a.   Hekk kif jinħoloq il-fajl tal-applikazzjoni, il-VIS tniedi t-tfittxija awtomatikament skont l-Artikolu 9a u tagħti r-riżultati”.

(c)

il-paragrafu 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.   Fejn il-forniment ta’ data partikulari mhux meħtieġ għal raġunijiet legali jew fil-fatt ma tistax tkun ipprovduta, l-oqsma speċifiċi provduti għad-data għandhom ikunu mmarkati bħala ‘mhux applikabbli’. In-nuqqas ta’ marki tas-swaba’ għandha tiġi indikata b’‘VIS0’; barra minn hekk, is-sistema għandha tippermetti li ssir distinzjoni bejn il-każijiet skont l-Artikolu 13(7)(a) sa (d) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.”

(11)

L-Artikolu 9 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-punt 4, il-punti (a), (b) u (c) huma mibdula b’dan li ġej:

“(a)

kunjom (isem tal-familja); l-isem/ismijiet (ismijiet mogħtija); data tat-twelid; nazzjonalità jew nazzjonalitajiet; sess;

(aa)

il-kunjom tat-twelid (kunjom(ijiet) ta’ qabel); il-post u l-pajjiż tat-twelid; in-nazzjonalità fit-twelid;

(b)

it-tip u n- numru tad-dokument jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar;

(c)

id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument jew id-dokumenti tal-ivvjaġġar;

(cc)

l-awtorità li ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar u d-data tal-ħruġ ta’ dan;”

(b)

il-punt 5 jinbidel b'dan li ġej:

“5.

l-immaġni tal-wiċċ tal-applikant, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.”; [Em. 65]

(ba)

il-punt 6 jinbidel b'dan li ġej:

“6.

marki tas-swaba' ta' l-applikant skond id-dispożizzjonijiet relevanti ta' l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni tal-applikant, skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 .”; [Em. 66]

(c)

għandu jiżdied il-punt 7 li ġej:

“7.

skennjatura tal-paġna tad-data bijometrika.”;

(d)

jiżdiedu ż-żewġ paragrafi ġodda li ġejjin:

8.

L-immaġni tal-wiċċ ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi msemmija fil-punt 5 tal-ewwel paragrafu għandu jkollha riżoluzzjoni tal-immaġni u kwalità suffiċjenti biex tkun tista’ tintuża fit-tqabbil bijometriku awtomatizzat. Jekk ma tkunx ta' kwalità suffiċjenti, l-immaġni tal-wiċċ m'għandhiex tintuża għat-tqabbil awtomatizzat. [Em. 67]

B’deroga mit-tieni mill-ewwel paragrafu, f’każijiet eċċezzjonali fejn ma jkunux jistgħu jiġu osservati l-ispeċifikazzjonijiet ta’ kwalità u riżoluzzjoni stabbiliti għar-reġistrazzjoni fil-VIS tal-immaġni tal-wiċċ meħuda fuq il-post, l-immaġni tal-wiċċ tista’ tinħareġ elettronikament miċ-ċippa tad-Dokument elettroniku tal-Ivvjaġġar li Jinqara minn Magna (eMRTD). F’każijiet bħal dawn, l-immaġni tal-wiċċ għandha tiddaħħal fil-fajl individwali biss wara verifika elettronika li dik l-immaġni tal-wiċċ irreġistrat fiċ-ċippa tal-eMRTD tikkorrispondi mal-immaġni tal-wiċċ taċ-ċittadin ikkonċernat ta’ pajjiż terz meħuda fuq il-post.”; [Em. 68]

(12)

jiżdiedu dawn l-Artikoli 9a sa 9d il-ġodda li ġejjin:

“Artikolu 9a

Tfittxijiet f’sistemi oħrajn

1.   Il-fajls tal-applikazzjoni għandhom jiġu pproċessati awtomatikament mill-VIS biex jiġu identifikati l-hits. Il-VIS għandha teżamina kull fajl tal-applikazzjoni individwalment.

2.   Meta tinħoloq applikazzjoni jew tinħareġ viża, il-VIS għandha tiċċekkja jekk id-dokument tal-ivvjaġġar relatat ma’ dik l-applikazzjoni huwiex rikonoxxut skont id-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE, billi twettaq tfittxija awtomatika fil-lista tad-dokumenti tal-ivvjaġġar rikonoxxuti msemmija fl-Artikolu 5a, u għandha tagħti riżultat. [Em. 69]

3.   Għall-fini tal-verifiki stipulati previsti fl-Artikolu 21(1) u l-Artikolu 21(3)(a), (c)(d) (c) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, il-VIS għandha tniedi tfittxija billi tuża l-Portal Ewropew tat-Tfittxija ddefinit fl-Artikolu 6(1) [tar-Regolament dwar l-Interoperabilità (fruntieri viżi) ] biex tqabbel id-data rilevanti msemmija fil-punt fil-punti (4), (5) u (6) tal-Artikolu 9 ta’ dan ir-Regolament mad-data preżenti f’rekord, fajl jew allert irreġistrat fil-VIS, fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS), fis-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), fis-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), inkluż il-lista ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/XX għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar], il-Eurodac, [is-sistema ECRIS-TCN fir-rigward ta’ kundanni relatati ma’ reati terroristiċi u forom oħra ta’ reati kriminali serji], id-data tal-Europol, il-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa jew Mitlufa (SLTD) u l-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (Interpol TDAWN). Il-VIS għandha tivverifika:

(a)

jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jkunx jikkorrispondi għal dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat fis-SIS bħala mitluf, misruq, użat ħażin jew invalidat;

(b)

jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-fini tal-applikazzjoni jkunx jikkorrispondi għal dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat fil-bażi tad-data SLTD bħala mitluf, misruq jew invalidat;

(c)

jekk l-applikant huwiex soġġett għal allert dwar rifjut ta' dħul u soġġorn fis-SIS;

(d)

jekk l-applikant ikunx is-suġġett ta' allert fis-SIS fir-rigward ta' persuna mfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' ċediment abbażi ta' Mandat ta' Arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' estradizzjoni;

(e)

jekk l-applikant u d-dokument tal-ivvjaġġar jikkorrispondux għal awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar irrifjutata, irrevokata jew annullata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS u d-detentur tagħha;

(f)

jekk l-applikant u d-dokument tal-ivvjaġġar jidhrux fuq il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (*11) ;

(g)

jekk id-data dwar l-applikant ġietx irreġistrata diġà fil-VIS;

(h)

jekk id-data pprovduta fl-applikazzjoni rigward id-dokument tal-ivvjaġġar tikkorrispondix għal applikazzjoni oħra għal viża assoċjata ma' data tal-identità differenti;

(i)

jekk l-applikant ikunx attwalment irrappurtat bħala persuna li qabżet it-tul taż-żjara awtorizzata, jew jekk fl-imgħoddi kienx is-suġġett ta' rapport bħal dan fl-EES;

(j)

jekk l-applikant ikunx irreġistrat bħala xi ħadd li kien is-suġġett ta' dħul irrifjutat fl-EES;

(k)

jekk l-applikant kienx is-suġġett ta' deċiżjoni ta' rifjut, kanċellazzjoni jew revoka ta' viża għal soġġorn qasir irreġistrata fil-VIS;

(l)

jekk l-applikant kienx is-suġġett ta' rifjut, kanċellazzjoni jew revoka ta' viża għal soġġorn fit-tul jew ta' permess ta' residenza rreġistrata fil-VIS;

(m)

jekk id-data speċifika għall-identità tal-applikant hijiex irreġistrata fid-data tal-Europol;

(n)

jekk l-applikant ta' viża għal soġġorn qasir ikunx irreġistrat fil-Eurodac;

(o)

f'każijiet fejn l-applikant ikun minorenni, jekk l-applikant li jkun id-detentur ta' awtorità ta' ġenitur jew ta' kustodju legali:

(i)

ikunx is-suġġett ta' allert fis-SIS dwar persuni mfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' ċediment abbażi ta' Mandat ta' Arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' estradizzjoni;

(ii)

huwiex soġġett għal allert ta' rifjut ta' dħul u soġġorn imdaħħal fis-SIS;

(iii)

ikunx detentur ta' dokument tal-ivvjaġġar li jidher fuq il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1240. [Em. 70]

3a.     Meta jitwettqu tfittxijiet fl-SLTD, id-data użata mill-utent tal-ESP għat-tnedija ta' tfittxija ma tiġix kondiviża mas-sidien tad-data tal-Interpol. [Em. 71]

4.   Il-VIS għandha żżid referenza għal kwalunkwe hit miksuba skont il-paragrafu 3 tal-fajl tal-applikazzjoni. Barra minn dan, il-VIS għandha tidentifika, fejn rilevanti, l-Istat Membru jew l-Istati Membri li daħħlu jew ipprovdew id-data li skattat il-hit(s) jew il-Europol, u għandha tirreġistra dan fil-fajl tal-applikazzjoni. L-ebda informazzjoni għajr ir-referenza għal xi hit u l-oriġinatur tad-data ma għandha tiġi rreġistrata. [Em. 72]

5.   Għall-finijiet tal-Artikolu 2(1)(k), it-tfittxijiet imwettqa skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandha tqabbel id-data rilevanti msemmija fl-Artikolu 15(2) mad-data preżenti fis-SIS biex jiġi ddeterminat jekk l-applikant hux suġġett għal wieħed mill-allerti li ġejjin:

(a)

allert fir-rigward ta’ persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ konsenja jew ta’ estradizzjoni;

(b)

allert fir-rigward ta’ persuni neqsin;

(c)

allert fir-rigward ta’ persuni mfittxija biex jassistu fi proċedura ġudizzjarja;

(d)

allert dwar persuni u oġġetti għal kontrolli diskreti , kontrolli speċifiċi jew kontrolli speċifiċi ta' investigazzjoni . [Em. 73]

5a.     Kwalunkwe hit li tirriżulta mit-tfittxijiet skont l-Artikolu 9a(3)(a), (b), (c), (e), (g), (h), (i), (j), (k), (l) u (n) għandha tiġi vvalutata, fejn meħtieġ wara verifika mill-awtorità ċentrali bi qbil mal-Artikolu 9c, mill-konsulat fejn tkun tressqet l-applikazzjoni għal viża. [Em. 74]

5b.     Kwalunkwe hit li tirriżulta mit-tfittxijiet skont l-Artikolu 9a(3)(d), (f), (m) u (o) għandha tiġi vverifikata, fejn meħtieġ, u vvalutata mill-punt ta' kuntatt uniku tal-Istati Membri li jkunu daħħlu jew ipprovdew id-data li tkun skattat il-hits, bi qbil mal-Artikolu 9ca. [Em. 75]

5c.     Kwalunkwe hit fis-SIS għandha tiġi nnotifikata awtomatikament ukoll lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li jkun ħoloq l-allert li jkun iġġenera l-hit. [Em. 76]

5d.     In-notifika pprovduta lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru jew il-punt ta' kuntatt uniku li jkun daħħal l-allert għandu jkun fiha d-data li ġejja:

(a)

il-kunjom(ijiet), l-isem/ismijiet u, jekk ikun hemm, il-psewdonimu/i;

(b)

il-post u d-data tat-twelid;

(c)

is-sess;

(d)

in-nazzjonalità u, jekk hemm aktar, nazzjonalitajiet oħra;

(e)

l-Istat Membru tal-ewwel soġġorn intenzjonat, u fejn disponibbli, l-indirizz tal-ewwel soġġorn intenzjonat;

(f)

l-indirizz tad-dar tal-applikant jew, jekk mhux disponibbli, il-belt u l-pajjiż ta' residenza tiegħu jew tagħha;

(g)

referenza għal kwalunkwe hit miksuba, inklużi d-data u l-ħin tal-hit. [Em. 77]

5e.     Dan l-Artikolu m'għandux ifixkel il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall-ażil, tkun xi tkun ir-raġuni. Fil-każ ta' applikazzjoni għal viża ppreżentata minn vittma ta' kriminalità vjolenti, bħal vjolenza domestika jew traffikar ta' bnedmin, imwettqa mill-isponsor tagħhom, il-fajl depożitat fil-VIS għandu jkun separat minn dak tal-isponsor sabiex il-vittmi jiġu protetti minn riskji ulterjuri. [Em. 78]

Artikolu 9b

Dispożizzjonijiet speċifiċi applikabbli għat-tfittxijiet f’sistemi oħrajn għal membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE jew ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi oħra li jgawdu d-dritt ta’ moviment liberu taħt id-dritt tal-Unjoni

1.   Fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li tapplika għalihom id-Direttiva 2004/38/KE jew ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jgawdi d-dritt ta’ moviment liberu ekwivalenti għal dan dak ta’ ċittadini tal-Unjoni taħt ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u pajjiż terz, min-naħa l-oħra, il-verifiki awtomatizzati fl-Artikolu 9a(3) għandhom jitwettqu biss għall-fini li jiġi vverifikat li ma hemm ebda indikazzjonijiet fattwali jew raġunijiet raġonevoli bbażati fuq indikazzjonijiet fattwali biex jiġi konkluż li l-preżenza tal-persuna fit-territorju tal-Istati Membri tkun ta’ riskju għas-sigurtà jew riskju epidemiku għoli skont id-Direttiva 2004/38/KE. [Em. 79]

2.   Il-VIS ma għandhiex tivverifika:

(a)

jekk l-applikant ikunx attwalment irrappurtat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta, jew jekk ġiex irrappurtat bħala persuna b'permanenza b'awtorizzazzjoni skaduta fil-passat permezz ta' konsultazzjoni tal-EES;

(b)

jekk l-applikant jikkorrispondix għal persuna li d-data tagħha hija rreġistrata fil-Eurodac.

3.   Fejn l-ipproċessar awtomatizzat tal-applikazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 9a(3) irrapporta hit li tikkorrispondi għal rifjut ta’ dħul jew allert ta’ soġġorn kif imsemmi fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 1987/2006 ( UE 2018 / 1861 , l-awtorità tal-viża għandha tivverifika r-raġuni għad-deċiżjoni fejn sussegwentement dan l-allert iddaħħal fis-SIS. Jekk din ir-raġuni hija relatata ma’ riskju ta’ immigrazzjoni illegali, l-allert ma għandux jiġi kkunsidrat għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni. L-awtorità tal-viża għandha tipproċedi skont l-Artikolu 25(2) 26(2) tar-Regolament SIS II (UE) 2018/1861 . [Em. 80]

Artikolu 9c

Verifika mill-awtoritajiet ċentrali u l-punt ta' kuntatt uniku nazzjonali [Em. 81]

1.   Kwalunkwe hit kif imsemmija fl-Artikolu 9a(5b) li tirriżulta mit-tfittxijiet skont l-Artikolu 9a(3) , li ma tistax tiġi awtomatikament ikkonfermata mill-VIS, għandha tiġi vverifikata manwalment mill-awtorità mill-punt ta' kuntatt uniku nazzjonali skont l-Artikolu 9ca. L-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li qed jipproċessa l-applikazzjoni għandha tiġi nnotifikata . [Em. 82]

2.   Fejn Kwalunkwe hit kif imsemmija fl-Artikolu 9a(5a) li tirriżulta mit-tfittxijiet skont l-Artikolu 9a(3), li ma tistax tiġi awtomatikament ikkonfermata mill-VIS, għandha tiġi vverifikata manwalment mill-awtorità ċentrali. Meta tkun qed tivverifika l-hits manwalment, l-awtorità ċentrali għandu jkollha aċċess għall-fajl tal-applikazzjoni u kwalunkwe fajl tal-applikazzjoni konness miegħu, kif ukoll mal-hits kollha skattati waqt l-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikolu 9a(3) ( 5a ). [Em. 83]

3.   L-awtorità ċentrali għandha tivverifika jekk l-identità tal-applikant irreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni tikkorrispondix għad-data preżenti fil-VIS, jew waħda mill-bażijiet tad-data kkonsultati.

4.   Fejn id-data personali ma tikkorrispondix, u ma ġiet irrappurtata ebda hit oħra matul l-ipproċessar awtomatizzat skont l-Artikolu 9a(3), l-awtorità ċentrali għandha tħassar il-hit falza mill-fajl tal-applikazzjoni.

5.   Fejn id-data tikkorrispondi għall-identità tal-applikant, jew fejn jibqgħu xi dubbji dubji , l-awtorità ċentrali tal-viża li tkun qed tipproċessa l-applikazzjoni għandha , f'każijiet iġġustifikati, tinforma lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru l-ieħor, jew l-Istati Membri l-oħra, li ġew identifikati li daħħlu jew ipprovdew id-data li skattat il-hit skont l-Artikolu 9a(3). Fejn Stat Membru wieħed jew aktar ġew identifikati li daħħlu jew ipprovdew id-data li skattat din il-hit, l-awtorità ċentrali għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet ċentrali tal-Istat Membru l-ieħor, jew tal-Istati Membri l-oħra permezz tal-proċedura stipulata fl-Artikolu 16(2). F'każ ta' kwalunkwe dubju, id-dubju għandu jibbenefika lill-applikant. [Em. 84]

6.   Ir-riżultat tal-verifiki mwettqa mill-awtoritajiet ċentrali tal-Istati Membri l-oħra għandu jiżdied mal-fajl tal-applikazzjoni.

7.   B’deroga mill-paragrafu 1, fejn it-tqabbil imsemmi fl-Artikolu 9a(5) jirrapporta hit waħda jew aktar, il-VIS għandha tibgħat notifika awtomatizzata lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li nieda t-tfittxija biex tieħu kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu xierqa. [Em. 85]

8.   Fejn il-Europol jiġi identifikat li pprovda d-data li skattat hit skont l-Artikolu 9a(3), l-awtorità ċentrali tal-Istat Membru responsabbli għandha tikkonsulta lill-unità nazzjonali tal-Europol għal segwitu skont ir-Regolament (UE) 2016/794 u b’mod partikolari l-Kapitolu IV tiegħu. [Em. 86]

Artikolu 9ca

Verifika u valutazzjoni mill-punt ta' kuntatt uniku nazzjonali

1.     Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità nazzjonali, operattiva 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa, li għandha tiżgura l-verifiki manwali rilevanti u l-valutazzjoni tal-hits għall-finijiet ta' dan ir-Regolament (‘il-punt ta' kuntatt uniku’). Il-punt ta' kuntatt uniku għandu jkun magħmul minn uffiċjali ta' kollegament tal-Uffiċċju SIRENE, l-Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali tal-Interpol, il-punt ċentrali nazzjonali tal-Europol, l-Unità Nazzjonali tal-ETIAS u l-awtoritajiet nazzjonali kollha rilevanti tal-infurzar tal-liġi. L-Istati Membri għandhom jiżguraw biżżejjed persunal biex jippermettu li l-punt ta' kuntatt uniku jivverifika l-hits innotifikati lilu skont dan ir-Regolament u billi jqisu l-iskadenzi previsti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.

2.     Il-punt ta' kuntatt uniku għandu jivvaluta manwalment il-hits innotifikati lilu. Il-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 9c(2) sa (6) għandhom japplikaw.

3.     Fejn, wara l-verifika msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, id-data tkun tikkorrispondi u hit tiġi kkonfermata, il-punt ta' kuntatt uniku għandu jikkuntattja, fejn meħtieġ, lill-awtoritajiet responsabbli, inkluż il-Europol, li pprovdew id-data li skattat il-hit. Huwa mbagħad għandu jivvaluta l-hit. Il-punt ta' kuntatt uniku għandu jipprovdi opinjoni motivata fid-dawl tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni li għandha tittieħed skont l-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009. L-opinjoni motivata għandha tiġi inkluża fil-fajl tal-applikazzjoni. [Em. 87]

Artikolu 9cb

Manwal

Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat f'konformità mal-Artikolu 48a biex tistabbilixxi f'manwal id-data rilevanti li trid titqabbel fit-tfittxijiet tas-sistemi l-oħrajn bi qbil mal-Artikolu 9a(3), u l-proċeduri u r-regoli meħtieġa għal dawn it-tfittxijiet, il-verifiki u l-valutazzjonijiet previsti fl-Artikoli 9a sa 9ca. Dan l-att delegat għandu jinkludi l-kombinazzjoni ta' kategoriji tad-data biex tiġi mfittxija kull sistema skont l-Artikolu 9a. [Em. 88]

Artikolu 9d

Ir-Responsabbiltajiet tal-Europol

Il-Europol għandu jadatta s-sistema tal-informazzjoni tiegħu biex jiżgura li l-ipproċessar awtomatiku tat-tfittxijiet imsemmija fl-Artikolu 9a(3) u l-Artikolu 22b(2) ikun possibbli.”

(*11)   Ir-Regolament (UE) 2018/1240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Settembru 2018 li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1077/2011, (UE) Nru 515/2014, (UE) 2016/399, (UE) 2016/1624 u (UE) 2017/2226 (ĠU L 236, 19.9.2018, p. 1). "

(13)

Fl-Artikolu 13, jiżdied il-paragrafu 4 li ġej:

“4.   Meta l-fajl tal-applikazzjoni jiġi aġġornat skont il-paragrafi 1 u 2, il-VIS għandha tibgħat notifika lill-Istat Membri Membru li jkun ħareġ il-viża, fejn tinfurmah bid-deċiżjoni motivata li dik il-viża tiġi annullata jew irrevokata. Dik in-notifika għandha tiġi ġġenerata awtomatikament mis-sistema ċentrali u trażmessa permezz tal-mekkaniżmu pprovdut fl-Artiklu 16.”; [Em. 89]

(14)

L-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, jiddaħħal il-punt (ea) li ġej:

“ea)

immaġni tal-wiċċ;”;

(b)

għandu jiżdied il-paragrafu 2a li ġej:

“2a.   L-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (ea) tal-paragrafu 2 ma għandhiex tkun l-uniku kriterju tat-tfittxija.”;

(15)

Fl-Artikolu 16, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dan li ġej:

“2.   Fejn il-VIS toħloq fajl tal-applikazzjoni dwar ċittadin ta’ pajjiż terz speċifiku jew li jagħmel parti minn kategorija speċifika ta’ ċittadini bħal dawn fejn tintalab konsultazzjoni minn qabel skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, il-VIS għandha awtomatikament tittrażmetti t-talba għal konsultazzjoni lill-Istat Membru jew l-Istati Membri indikati.

L-Istat Membru jew l-Istati Membri kkonsultati għandhom jittrażmettu t-tweġiba tagħhom lill-VIS, li għandha tittrażmetti dik it-tweġiba lill-Istat Membru li beda l-applikazzjoni.

Għall-fini biss li titwettaq il-proċedura ta’ konsultazzjoni, il-lista tal-Istati Membri li jeħtieġu li l-awtoritajiet ċentrali tagħhom jiġu kkonsultati mill-awtoritajiet ċentrali ta’ Stati Membri oħra matul l-eżami tal-applikazzjonijiet tal-viża għal viżi uniformi ppreżentati minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi speċifiċi jew kategoriji speċifiċi ta’ tali ċittadini, skont l-Artikolu 22 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, u taċ-ċittadini tal-pajjiżi terzi kkonċernati, għandha tiġi integrata fil-VIS.” [Em. 90]

3.   Il-proċedura stipulata fil-paragrafu 2 għandha tapplika wkoll għal:

(a)

it-trażmissjoni ta’ informazzjoni skont l-Artikolu 25(4) dwar il-ħruġ ta’ viżi b’validità territorjali limitata, l-Artikolu 24(2) dwar emendi tad-data ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 dwar notifiki ex post; [Em. 91]

(b)

il-messaġġi l-oħra kollha relatati ma’ kooperazzjoni konsulari li jinvolvu t-trażmissjoni ta’ data personali reġistrata fil-VIS jew relatata magħha, għat-trażmissjoni ta’ talbiet lill-awtorità kompetenti tal-viża biex tgħaddi kopji tad-dokumenti tal-ivvjaġġar skont il-punt 7 tal-Artikolu 9 u ta' dokumenti oħra li jappoġġaw l-applikazzjoni u għat-trażmissjoni ta’ kopji elettroniċi ta’ dawk id-dokumenti, kif ukoll għal talbiet skont l-Artikolu 9c u l-Artikolu 38(3). L-awtoritajiet tal-viża kompetenti għandhom iwieġbu għal kwalunkwe talba bħal din fi żmien żewġ ġranet tax-xogħol.”; [Em. 92]

(16)

L-Artikolu 17 jitħassar;

(17)

it-titolu tal-Kapitolu III huwa sostitwit b’dan li ġej:

“AĊĊESS GĦAD-DATA DWAR VIŻI GĦAL SOĠĠORN QASIR MINN AWTORITAJIET OĦRA”

(18)

Fl-Artikolu 18(6) it-tieni subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej:

“L-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq tal-verifiki fil-fruntieri fejn l-EES hija operata għandhom jivverifikaw il-marki tas-swaba’ tad-detentur tal-viża mal-marki tas-swaba’ rreġistrati fil-VIS. Fejn il-marki tas-swaba’ ta’ detenturi tal-viża ma jistgħux jintużaw, it-tfittxija msemmija taħt il-paragrafu 1 għandha titwettaq bid-data alfanumerika prevista taħt il-paragrafu 1 flimkien mal-immaġni tal-wiċċ.”;

(18a)

L-Artikolu 18a jiġi sostitwit b'dan li ġej:

“Artikolu 18a

Data tal-VIS miksuba biex jinħoloq jew jiġi aġġornat rekord ta' dħul/ħruġ jew rekord ta' ċaħda tad-dħul ta' detentur ta' viża fl-EES

Unikament għall-fini tal-ħolqien jew l-aġġornament ta' rekord ta' dħul/ħruġ jew tar-rekord ta' ċaħda tad-dħul ta' detentur ta' viża fl-EES skont l-Artikolu 14(2) u l-Artikoli 16 u 18 tar-Regolament (UE) 2017/2226, l-awtorità kompetenti għat-twettiq ta' verifiki fuq il-fruntieri fejn titħaddem l-EES għandha tingħata aċċess biex tikseb mill-VIS u timporta fl-EES id-data maħżuna fil-VIS u elenkata fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) u fil-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 16(2) ta' dak ir-Regolament.” [Em. 93]

(19)

jiżdied dan l-Artikolu 20a li ġej:

“Artikolu 20a

L-użu tad-data tal-VIS bil-għan li jiddaħħlu allerti tal-SIS tas-SIS dwar persuni neqsin jew persuni vulnerabbli li jeħtieġ li ma jitħallewx jivvjaġġaw u l-aċċess sussegwenti għal dik id-data [Em. 94]

1.   Id-data tal-marki tas-swaba’ u l-immaġni tal-wiċċ maħżuna fil-VIS tista’ tintuża jistgħu jintużaw bil-għan li jiddaħħal allert dwar persuni neqsin , tfal f'riskju ta' ħtif jew persuni vulnerabbli li jeħtieġu li jinżammu milli jivvjaġġaw skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (UE) … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*12) [Ir-Regolament (UE) dwar l-istabbiliment, it-tħaddim u l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali]. F’dawk il-każijiet, l-iskambju tad-data tal-marki tas-swaba’ u tal-immaġni tal-wiċċ għandu jsir permezz ta’ mezzi siguri lill-Uffiċċju SIRENE tal-Istat Membru li għandu d-data. [Em. 95]

2.   Fejn hemm hit ma' allert tas-SIS permezz tal-użu tad-data tal-marki tas-swaba' u tal-immaġni tal-wiċċ maħżuna fil-VIS kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet għall-protezzjoni tat-tfal u l-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali, inklużi dawk responsabbli għall-ftuħ ta’ prosekuzzjonijiet pubbliċi fi proċeduri kriminali u għall-inkjesti ġudizzjarji qabel akkuża u l-awtoritajiet ta’ koordinazzjoni tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (UE) … [COM(2016)0883 – SIS LE (kooperazzjoni tal-pulizija)] , jistgħu jitolbu minn awtorità b'aċċess għall-VIS , fit-twettiq tal-inkarigi tagħhom, jitolbu aċċess għad-data mdaħħla fil-VIS. Il-kundizzjonijiet stipulati previsti fl-Unjoni u l-leġiżlazzjoni nazzjonali għandhom japplikaw. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-data tiġi trażmessa b'mod sigur. [Em. 96]

(*12)  Ir-Regolament (UE) .. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … (ĠU L .., p. …).”;"

(20)

fl-Artikolu 22, il- paragrafi 1 u 2 jinbidlu b’dawn li ġejjin :

“1.   Għall-fini uniku li tiġi eżaminata applikazzjoni għall-ażil, l-awtoritajiet kompetenti għall-ażil għandu jkollhom aċċess skont l-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 343/2003 biex ifittxu bil-marki tas-swaba' ta' dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil. Meta l-marki tas-swaba' ta' dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil ma jkunux jistgħu jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba' ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq bid-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a) u/jew (c) (b) sa (cc) ; din it-tfittxija tista' ssir flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(b) (aa).” [Em. 97]

2.   Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar l-applikant għall-protezzjoni internazzjonali hija rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għall-ażil għandu jkollha aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja tal-applikant u ta’ kwalunkwe fajl konness tal-applikazzjoni tal-applikant skont l-Artikolu 8(3), unikament għall-għan imsemmi fil-paragrafu 1:

(a)

in-numru tal-applikazzjoni;

(b)

id-data meħuda mill-formola jew formoli tal-applikazzjoni, imsemmija fil-punti (4), (5) u (7) tal-Artikolu 9;

(c)

ritratti immaġni tal-wiċċ ; [Em. 98]

(d)

id-data mdaħħla fir-rigward ta' kwalunkwe viża maħruġa, annullata, irrevokata jew li l-validità tagħha hija estiża, imsemmija fl-Artikoli 10, 13 u 14;

(e)

id-data msemmija fil-punti fil-punt (4) u (5) tal-Artikolu 9 tal-fajls tal-applikazzjoni konnessi skont l-Artikolu 8(4).”; [Em. 99]

(21)

L-Artikolu 23 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 23

Perjodu ta’ żamma għall-ħażna tad-data

1.   Kull fajl ta' applikazzjoni għandu jinħażen fil-VIS għal massimu ta’ ħames snin, mingħajr ħsara għat-tħassir imsemmi fl-Artikoli 24 u 25 u għaż-żamma ta’ rekords imsemmija fl-Artikolu 34. [Em. 100]

Dan il-perjodu għandu jibda:

(a)

fid-data ta’ skadenza tal-viża, tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza, jekk tkun inħarġet viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza;

(b)

fid-data ta’ skadenza tal-viża jew tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza , jekk tkun ġiet estiża viża jew viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza ; [Em. 101]

(c)

fid-data tal-ħolqien tal-fajl tal-applikazzjoni fil-VIS, jekk l-applikazzjoni ġiet irtirata, ġiet magħluqa jew ma tkomplietx;

(d)

fid-data tad-deċiżjoni tal-awtorità responsabbli jekk viża, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza, ġiet irrifjutata, annullata, imqassra, irtirata jew revokata, kif applikabbli.

2.   Mal-iskadenza tal-perjodu msemmi fil-paragrafu 1, il-VIS għandha awtomatikament tħassar il-fajl u l-links għal dan il-fajl kif imsemmi fl-Artikolu 8(3) u (4) u l-Artikolu 22a(3) u (5) .”; [Em. 102]

2a.     B'deroga mill-paragrafu 1:

(a)

fajls ta' applikazzjoni li jappartjenu għal permess ta' residenza għandhom jitħassru wara perjodu massimu ta' 10 snin;

(b)

fajls ta' applikazzjoni li jappartjenu għal tfal taħt l-età ta' 12-il sena għandhom jitħassru malli t-tfal joħorġu miż-żona Schengen. [Em. 103]

2b.     B'deroga mill-paragrafu 1, għall-fini tal-iffaċilitar ta' applikazzjoni ġdida, il-fajl ta' applikazzjoni msemmi fih jista' jinħażen għal perjodu addizzjonali ta' mhux aktar minn tliet snin minn tmiem il-perjodu ta' validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta' residenza u biss meta, wara talba għal kunsens, l-applikant jagħti kunsens liberu u espliċitu permezz ta' dikjarazzjoni ffirmata. Talba għal kunsens għandha tiġi ppreżentata b'mod li jintgħaraf b'mod ċar minn kwistjonijiet oħra, f'forma intelliġibbli u li tkun faċilment aċċessibbli u bl-użu ta' lingwaġġ ċar u sempliċi, f'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2016/679. L-applikant jista' jirtira l-kunsens tiegħu fi kwalunkwe ħin, skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (UE) 2016/679. Jekk l-applikant jirtira l-kunsens tiegħu, il-fajl ta' applikazzjoni għandu awtomatikament jitħassar mill-VIS.

L-eu-LISA għandha tiżviluppa għodda li tippermetti lill-applikanti jagħtu u jirtiraw il-kunsens tagħhom.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 48a biex tiddefinixxi aktar l-għodda li għandha tintuża mill-applikanti biex jagħtu u jirtiraw il-kunsens tagħhom. [Em. 104]

(22)

fl-Artikolu 24, il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b’dawn li ġejjin:

“2.   Jekk Stat Membru għandu evidenza li tissuġġerixxi li data pproċessata fil-VIS mhix preċiża jew li dik id-data kienet ipproċessata fil-VIS f'mod li jmur kontra dan ir-Regolament, huwa għandu jinforma lill-Istat Membru responsabbli immedjatament. Tali messaġġ għandi jintbagħat skont il-proċedura fl-Artikolu 16(3).

Fejn id-data ineżatta tirreferi għal links maħluqa skont l-Artikolu 8(3) jew (4), u l-Artikolu 22a(3), l-Istat Membru responsabbli għandu jagħmel il-verifiki meħtieġa u jagħti tweġiba fi żmien 48 siegħa, u, skont x’ikun il-każ, jirrettifika l-link. Jekk ma tingħatax tweġiba fiż-żmien stipulat, l-Istat Membru li jagħmel it-talba għandu jirrettifika l-link u jinnotifika lill-Istat Membru responsabbli bir-rettifika magħmula permezz tal-VISMail.";

3.     L-Istat Membru responsabbli għandu, malajr kemm jista' jkun, jivverifika d-data kkonċernata u, jekk meħtieġ, jikkoreġiha jew iħassarha immedjatament.”; [Em. 105]

(23)

L-Artikolu 25 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.   Fejn, qabel l-iskadenza tal-perjodu msemmi fl-Artikolu 23(1), applikant ikun ħa ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru, il-fajls tal-applikazzjoni, il-fajls u l-links imsemmija fl-Artikolu 8(3) u (4), l- Artikolu u fl-Artikolu 22a(3) li huma relatati miegħu jew magħha għandhom jiġu mħassra mingħajr dewmien mill-VIS mill-Istat Membru li ħoloq il-fajl(s) tal-applikazzjoni u l-links rispettivi.”; [Em. 106]

(b)

fil-paragrafu 2, il-kliem “infrastruttura tal-VIS” jinbidlu bi “il-VISMail”.

(23a)

Artikolu 26 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dawn li ġejjin:

“1.     L-eu-LISA għandha tkun responsabbli għat-tmexxija operattiva tal-VIS u l-komponenti tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 2a. Hija għandha tiżgura, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, li f'kull ħin tintuża l-aqwa teknoloġija disponibbli, suġġett għal analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji għal dawk il-komponenti." [Em. 107]

2.     It-tmexxija operattiva tal-VIS għandha tikkonsisti mill-kompiti kollha meħtieġa biex il-VIS tiffunzjona 24 siegħa kuljum, 7 ijiem fil-ġimgħa f'konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari x-xogħol ta' manutenzjoni u l-iżviluppi tekniċi meħtieġa biex jiġi żgurat li l-VIS tiffunzjona f'livell sodisfaċenti ta' kwalità operattiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-ħin tar-rispons għat-tfittxijiet tas-Sistema Ċentrali tal-VIS mill-uffiċċji konsulari u mill-awtoritajiet tal-fruntiera. Tali ħinijiet tar-rispons għandhom ikunu qosra kemm jista' jkun.” [Em. 108]

(b)

jitħassru l-paragrafi 3 sa 8; [Em. 109]

(24)

fl- Artikolu 26 , jiżdied il-paragrafu 8 a li ġej:

“8a.   Eu-LISA għandha tkun permessa tuża data personali reali anonimizzata tas-sistema tal-produzzjoni tal-VIS għal finijiet ta’ ttestjar fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:

(a)

għad-dijanjostika u t-tiswija meta jiġu skoperti ħsarat bis-Sistema Ċentrali;

(b)

għall-ittestjar ta’ teknoloġiji u tekniki ġodda rilevanti biex tittejjeb il-prestazzjoni tas-Sistema Ċentrali jew it-trażmissjoni tad-data lejha.

F’każijiet bħal dawn, il-miżuri tas-sigurtà, il-kontroll tal-aċċess u l-attivitajiet tal-illoggjar fl-ambjent tal-ittestjar għandhom ikunu ugwali għal dawk għas-sistema tal-produzzjoni tal-VIS. Id-data personali reali adottat għall-ittestjar għandha tiġi magħmula anonima b’tali mod li s-suġġett tad-data ma jibqax aktar identifikabbli.”; [Em. 110]

(c)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“9a.     Fejn l-eu-LISA tikkoopera ma' kuntratturi esterni fi kwalunkwe kompitu relatat mal-VIS, hija għandha timmonitorja mill-qrib l-attivitajiet tal-kuntrattur biex tiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari s-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data.

9b.     It-tmexxija operattiva tas-Sistema Ċentrali tal-VIS ma għandhiex tiġi fdata lil kumpaniji privati jew organizzazzjonijiet privati.”; [Em. 111]

(25)

L-Artikolu 27 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 27

Il-post tas-Sistema Ċentrali ta’ Informazzjoni dwar il-Viża

Il-VIS Ċentrali prinċipali, li twettaq funzjonijiet ta’ superviżjoni u amministrazzjoni teknika, għandha tkun tinsab fi Strasburgu (Franza) u l-VIS Ċentrali ta’ riżerva (backup), kapaċi li tiżgura l-funzjonalitajiet kollha tal-VIS Ċentrali prinċipali, għandha tkun tinsab f’Sankt Johann im Pongau (l-Awstrija).

Iż-żewġ siti jistgħu jintużaw simultanjament għal L-eu-LISA għandha timplimenta soluzzjonijiet tekniċi biex tiżgura d-disponibbiltà mhux interrotta tal-VIS jew permezz ta' operazzjoni attiva simultanja tas-Sistema Ċentrali tal-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva, sakemm it-tieni sit jibqa’ kapaċi li jiżgura is-Sistema Ċentrali tal-VIS ta' riżerva tibqa' kapaċi tiżgura l-operazzjoni tiegħu tal-VIS fil-każ ta’ ħsara fis-sistema lis-Sistema Ċentrali tal-VIS, jew permezz ta' duplikazzjoni tas-sistema jew tal-komponenti tagħha .”; [Em. 112]

(26)

L-Artikolu 29 huwa emendat kif ġej:

(a)

it-titolu għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Responsabiltà għall-użu u l-kwalità tad-data”;

(b)

paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

(i)

il-punt (c) jinbidel b’dan li ġej:

“(c)

id-data hija preċiża, aġġornata u ta’ livell adegwat ta’ kwalità u kompletezza meta hija trażmessa lill-VIS.”;

(ii)

għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għal dan il-fini, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persunal konsulari u l-persunal ta' kwalunkwe fornitur tas-servizz estern li jikkooperaw miegħu kif imsemmi fl-Artikolu 43 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 jirċievu taħriġ regolari dwar il-kwalità tad-data.” [Em. 113]

(c)

fil-punt (a) tal-paragrafu 2, il-kelma “VIS” tinbidel bil-kliem “VIS jew is-CIR” fiż-żewġ istanzi fejn tidher;

(d)

għandhom jiżdiedu il- paragrafi li ġejjin :

“2a.   L-awtorità ta’ ġestjoni L-eu-LISA flimkien mal-Kummissjoni għandha tiżviluppa , tmantni tmantni taġġorna kontinwament mekkaniżmi u proċeduri awtomatizzati tal-kontroll tal-kwalità tad-data biex jitwettqu verifiki tal-kwalità fuq id-data fil-VIS u għandha tipprovdi rapporti regolari lill-Istati Membri. L-awtorità L-eu-LISA għandha tiżgura livelli adegwati ta’ ġestjoni persunal imħarreġ professjonalment biex jimplimenta innovazzjonijiet u aġġornamenti tekniċi meħtieġa biex iħaddmu l-mekkaniżmi ta' kontroll tal-kwalità tad-data. L-eu-LISA għandha tipprovdu tipprovdi rapport regolari lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni dwar il-kontrolli tal-kwalità tad-data. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi rapport regolari lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar kwistjonijiet relatati mal-kwalità tad-data li jiġu ffaċċjati u kif kienu ġew indirizzati. [Em. 114]

Dan il-mekkaniżmu, il-proċeduri u l-interpretazzjoni tal-konformità tal-kwalità tad-data għandhom jiġu stabbiliti permezz ta’ miżuri ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2).";

2b.     Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-fattibbiltà, id-disponibbiltà, l-istat ta' tħejjija u l-affidabbiltà tat-teknoloġija meħtieġa biex tintuża l-immaġni tal-wiċċ għall-identifikazzjoni ta' persuna.”; [Em. 115]

(da)

jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3a.     Fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali fil-VIS, kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità li għandha titqies bħala kontrollur f'konformità mal-punt (7) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 u li għandu jkollha r-responsabbiltà ċentrali għall-ipproċessar ta' data minn dak l-Istat Membru. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar il-ħatra.”; [Em. 116]

(27)

jiżdied dan l-Artikolu 29a li ġej:

“Artikolu 29a

Regoli speċifiċi biex tiddaħħal id-data

1.   L-entrata tad-data msemmija fl-Artikoli 9, 22c u 22d fil-VIS għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet preliminari li ġejjin:

(a)

data skont l-Artikoli 9, 22c u 22d u l-Artikolu 6(4) tista’ tintbagħat tiddaħħal biss lill-VIS fil-VIS wara verifika tal-kwalità mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli; [Em. 117]

(b)

data skont l-Artikoli 9, 22c u 22d u l-Artikolu 6(4) tiġi pproċessata mill-VIS wara verifika tal-kwalità mwettqa mill-VIS skont il-paragrafu 2.

2.   Il-verifiki tal-kwalità għandhom jitwettqu mill-VIS hekk kif ġej:

(a)

meta jinħolqu fajls tal-applikazzjoni jew fajls ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-VIS, għandhom jitwettqu verifiki tal-kwalità fuq id-data msemmija fl-Artikoli 9, 22c u 22d; jekk dawn il-verifiki jonqsu milli jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità stabbiliti, il-VIS għandha tinnotifika awtomatikament lill-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli;

(b)

il-proċeduri awtomatizzati skont l-Artikolu 9(a)(3) u l-Artikolu 22b(2) jistgħu jiġu skattati mill-VIS biss wara verifika tal-kwalità mwettqa mill-VIS skont dan l-Artikolu; jekk dawn il-verifiki jonqsu milli jissodisfaw il-kriterji tal-kwalità stabbiliti, il-VIS għandha tinnotifika awtomatikament lill-awtorità jew l-awtoritajiet responsabbli; [Em. 118]

(c)

il-verifiki tal-kwalità fuq l-immaġni tal-wiċċ u d-data dattilografika għandhom jitwettqu meta jinħolqu fajls tal-applikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fil-VIS, sabiex jiġi aċċertat li jintlaħqu l-istandards minimi tal-kwalità tad-data biex jippermettu t-tqabbil bijometriku; [Em. 119]

(d)

il-verifiki tal-kwalità fuq id-data skont l-Artikolu 6(4) għandhom jitwettqu meta tinħażen informazzjoni fuq l-awtoritajiet maħtura nazzjonali fil-VIS.

3.   Standards tal-kwalità għandhom jiġu stabbiliti għall-ħażna tad-data msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu. L-ispeċifikazzjoni ta’ dawn l-istandards għandhom jiġu stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).”; [Em. 120]

(28)

fl-Artikolu 31, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej:

“1.   Mingħajr ħsara għar-Regolament (UE) 2016/679, id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a), (b), (c), (k) u (m); 9(6) u 9(7) jistgħu jiġu ttrasferiti jew magħmula disponibbli lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali elenkata fl-Anness, biss jekk meħtieġ f’każijiet individwali bl-iskop li tagħti prova tal-identità ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz, u biss bl-iskop ta’ ritorn skont id-Direttiva 2008/115/KE jew ta’ risistemazzjoni skont ir- Regolament …[ ir-Regolament Qafas dwar ir-Risistemazzjoni ], u sakemm l-Istat Membru li daħħal id-data fil-VIS ikun ta l-approvazzjoni tiegħu.”; [Em. 121]

(28a)

Artikolu 31 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafi 2 u 3 jinbidlu b'dawn li ġejjin:

“2.     B'deroga mill-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a), (aa), (b), (c), (cc), (k) u (m), (6) u (7) tista' tiġi ttrasferita mill-awtoritajiet tal-fruntiera jew l-awtoritajiet tal-immigrazzjoni lil pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali elenkata fl-Anness ta' dan ir-Regolament, jekk dan ikun neċessarju, f'każijiet individwali sabiex tingħata prova tal-identità taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi għall-fini unika ta' ritorn, biss jekk ikunu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni dwar il-protezzjoni adegwata tad-data personali f'dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 45(3) tar-Regolament (UE) 2016/679;

(b)

ikunu ngħataw salvagwardji xierqa kif imsemmija fl-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2016/679, pereżempju permezz ta' ftehim ta' riammissjoni li jkun fis-seħħ bejn l-Unjoni jew Stat Membru u l-pajjiż terz in kwistjoni; jew

(c)

ikun japplika l-punt (d) tal-Artikolu 49(1) tar-Regolament (UE) 2016/679." [Em. 122]

3.     Id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a), (b), (c), (k) u (m), u (6) u (7) tista' tiġi ttrasferita f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu biss jekk jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

it-trasferiment tad-data għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Unjoni, b'mod partikolari d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż il-Kapitolu V tar-Regolament (UE) 2016/679, u l-ftehimiet ta' riammissjoni, u l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li jkun ittrasferixxa d-data;

(b)

l-Istat Membru li daħħal id-data fil-VIS ikun ta l-kunsens tiegħu.

(c)

il-pajjiż terz jew l-organizzazzjoni internazzjonali jkunu qablu li jipproċessaw id-data biss għall-finijiet li għalihom tkun ingħatat; kif ukoll

(d)

tkun inħarġet deċiżjoni ta' ritorn adottata skont id-Direttiva 2008/115/KE b'rabta maċ-ċittadin ta' pajjiż terz ikkonċernat, bil-kondizzjoni li l-infurzar ta' tali deċiżjoni ta' ritorn ma jiġix sospiż u bil-kondizzjoni li ma jkun sar ebda appell li jista' jwassal għas-sospensjoni tal-infurzar tagħha.”; [Em. 123]

(b)

jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin:

“3a.     It-trasferimenti ta' data personali lil pajjiżi terzi jew lil organizzazzjonijiet internazzjonali skont il-paragrafu 2 ma għandhomx jippreġudikaw id-drittijiet tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali u tal-benefiċjarji tagħha, b'mod partikolari fir-rigward ta' non-refoulement.";

3b.     Id-data personali miksuba mingħand il-VIS minn Stat Membru jew mill-Europol għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi ma għandhiex tiġi ttrasferita jew titpoġġa għad-dispożizzjoni ta' xi pajjiż terz, organizzazzjoni internazzjonali jew entità privata stabbilita fl-Unjoni jew barra minnha. Il-projbizzjoni għandha tapplika wkoll fejn dik id-data tkompli tiġi pproċessata fil-livell nazzjonali jew bejn Stati Membri skont id-Direttiva (UE) 2016/680.”; [Em. 124]

(28b)

fl-Artikolu 32, il-paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

(a)

jiddaħħal il-punt li ġej:

“(ea)

iwaqqaf l-użu ta' sistemi tal-ipproċessar tad-data awtomatizzati minn persuni mhux awtorizzati li jużaw tagħmir għall-komunikazzjoni tad-data;”; [Em. 125]

(b)

jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

“(ja)

jiżgura li, fil-każ ta' interruzzjoni, is-sistemi installati jkunu jistgħu jitreġġgħu lura għall-operazzjoni normali;”

“(jb)

jiżgura affidabbiltà billi jaċċerta li kwalunkwe ħsara fil-funzjonament tal-VIS tkun irrappurtata kif xieraq u li jiġu implimentati l-miżuri tekniċi meħtieġa biex jiġi żgurat li d-data personali tkun tista' titreġġa' lura fil-każ ta' korrompiment minħabba funzjonament ħażin tal-VIS;”; [Em. 126]

(28c)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 32a

Inċidenti marbuta mas-sigurtà

1.     Kull każ li għandu jew li jista' jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-VIS jew li jista' jagħmel ħsara jew jikkawża t-telf ta' data fil-VIS għandu jitqies bħala inċident marbut mas-sigurtà, b'mod speċjali fejn seta' kien hemm aċċess illegali għad-data jew fejn id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data jkunu ġew jew setgħu ġew kompromessi.

2.     L-inċidenti marbuta mas-sigurtà għandhom jiġu ġestiti b'mod li jiżgura rispons rapidu, effettiv u xieraq.

3.     Mingħajr preġudizzju għan-notifika u l-komunikazzjoni ta' ksur ta' data personali skont l-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew l-Artikolu 30 tad-Direttiva (UE) 2016/680, l-Istati Membri, il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni, lill-eu-LISA, lill-awtorità superviżorja kompetenti u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mingħajr dewmien dwar inċidenti marbuta mas-sigurtà. L-eu-LISA għandha tinnotifika lill-Kummissjoni u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data mingħajr dewmien bi kwalunkwe inċident marbut mas-sigurtà li jikkonċerna s-Sistema Ċentrali tal-VIS.

4.     L-informazzjoni rigward inċident marbut mas-sigurtà li għandu jew li jista' jkollu impatt fuq l-operazzjoni tal-VIS fi Stat Membru jew, fi ħdan l-eu-LISA, dwar id-disponibbiltà, l-integrità u l-kunfidenzjalità tad-data mdaħħla jew mibgħuta minn Stati Membri oħra, għandha tiġi pprovduta lill-Istati Membri kollha mingħajr dewmien u għandha tiġi rrappurtata f'konformità mal-pjan ta' ġestjoni tal-inċidenti pprovdut mill-eu-LISA.

5.     F'każ ta' inċident marbut mas-sigurtà, l-Istati Membri u l-eu-LISA għandhom jikkollaboraw bejniethom.

6.     Il-Kummissjoni għandha tirrapporta l-inċidenti serji lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill immedjatament. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu kklassifikati bħala EU RESTRICTED/RESTREINT UE f'konformità mar-regoli tas-sigurtà applikabbli.

7.     Fejn inċident marbut mas-sigurtà jkun ikkawżat minn użu ħażin tad-data, l-Istati Membri, il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiżguraw li jiġu imposti sanzjonijiet f'konformità mal-Artikolu 36.”; [Em. 127]

(28d)

L-Artikolu 33 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 33

Obbligu ta' rendikont

1.     Mingħajr ħsara għad-dritt għal kumpens mill-kontrollur jew il-proċessur, u r-responsabilità tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679, id-Direttiva (UE) 2016/680 u r-Regolament (UE) 2018/1726:

(a)

kwalunkwe persuna jew Stat Membru li jkunu sofrew dannu materjali minħabba operazzjoni illegali ta' pproċessar ta' data personali jew ta' kwalunkwe att ieħor li ma jkunx kompatibbli ma' dan ir-Regolament minn Stat Membru għandhom ikunu intitolati li jirċievu kumpens minn dak l-Istat Membru;

(b)

kwalunkwe persuna jew Stat Membru li sofrew danni materjali jew mhux materjali kkawżati minn kwalunkwe att mill-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew l-eu-LISA li jkun inkompatibbli ma' dan ir-Regolament għandhom ikunu intitolati li jirċievu kumpens mill-aġenzija kkonċernata.

L-Istat Membru kkonċernat, il-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew l-eu-LISA għandhom jiġu eżentati mir-responsabilità tagħhom skont l-ewwel subparagrafu, kollha kemm hi jew parzjalment, jekk jagħtu prova li mhumiex responsabbli għall-avveniment li wassal għad-dannu.

2.     Jekk kwalunkwe nuqqas min-naħa ta' Stat Membru li jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt dan ir-Regolament jikkawża danni lis-sistema ċentrali tal-VIS, dak l-Istat Membru għandu jinżamm responsabbli għal tali ħsara, sakemm u sa fejn l-eu-LISA jew Stat Membru ieħor parteċipanti fis-sistema ċentrali tal-VIS jkunu naqsu milli jieħdu passi raġonevoli sabiex jipprevjenu li jseħħu d-danni jew li jnaqqsu l-impatt tagħhom.

3.     Talbiet għal kumpens kontra Stat Membru għad-danni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ikunu regolati mil-liġi nazzjonali ta' dak l-Istat Membru. Talbiet għal kumpens kontra l-kontrollur, il-Europol, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew l-eu-LISA għad-danni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu soġġetti għall-kundizzjonijiet previsti mit-Trattati.”; [Em. 128]

(29)

L-Artikolu 34 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 34

Żamma tal-logs

1.   Kull Stat Membru, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Awtorità ta' Ġestjoni l-eu-LISA għandhom iżommu logs tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data fil-VIS. Dawn il-logs għandhom juru l-iskop tal-aċċess imsemmi fl-Artikolu 6(1), l-Artikolu 20a(1), l-Artikolu 22k(1) u l-Artikoli 15 sa 22 u 22 g sa 22j, id-data u l-ħin, it-tip ta' data trażmessa kif imsemmi fl-Artikoli 9 sa 14 u 22c sa 22f , it-tip ta' data użata għall-interrogazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 15(2), l-Artikolu 18, l-Artikolu 19(1), l-Artikolu 20(1), l-Artikolu 21(1), l-Artikolu 22(1), l-Artikolu 22 g, l-Artikolu 22h, l-Artikolu 22i, l-Artikolu 22j, l-Artikolu 45a, u l-Artikolu 45d u l-isem tal-awtorità li qed iddaħħal jew taċċessa d-data. Minbarra dan, kull Stat Membru għandu jżomm logs tal-persunal debitament awtorizzat li jdaħħal jew jaċċessa d-data. [Em. 129]

2.   Għall-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 45b għandu jinżamm log ta' kull operazzjoni tal-ipproċessar tad-data li ssir fil-VIS u fl-EES f'konformità ma' dan l-Artikolu u mal-Artikolu 41 46 tar-Regolament (UE) 2017/2226 li jistabbilixxi Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES). Għall-operazzjonijiet elenkati fl-Artikolu 17a, għandu jinżamm rekord ta' kull operazzjoni tal-ipproċessar tad-data li ssir fil-VIS u fl-EES f'konformità ma' dan l-Artikolu u mal-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2017/2226. [Em. 130]

3.   Tali logs jistgħu jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-protezzjoni tad-data meta jkun permess l-ipproċessar tad-data, kif ukoll sabiex jiżguraw is-sigurtà tad-data. Il-logs għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat u mħassra wara perjodu ta’ sena wara li jkun skada l-perjodu ta’ żamma msemmi fl-Artikolu 23(1), jekk mhumiex meħtieġa għal proċeduri ta’ monitoraġġ li jkunu diġà nbdew.”;

(29a)

L-Artikolu 35 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 35

Awtomonitoraġġ

"L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull awtorità intitolata għall-aċċess ta' data tal-VIS għandha tieħu l-miżuri meħtieġa biex tiżgura konformità ma' dan ir-Regolament u għandha tikkoopera mal-Awtorità Nazzjonali ta' Superviżjoni.”; [Em. 131]

(29b)

L-Artikolu 36 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 36

Penali

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex jiżguraw li kwalunkwe użu ħażin jew ipproċessar tad-data mdaħħla fil-VIS li jmur kontra dan ir-Regolament ikun ikkastigat permezz ta' sanzjonijiet, inklużi sanzjonijiet amministrattivi u/jew kriminali, skont il-liġi nazzjonali, li huma effettivi, proporzjonati u dissważivi.”; [Em. 132]

(30)

L-Artikolu 37 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, huwa emendat kif ġej:

(i)

is-sentenza introduttorja tinbidel b'dan li ġej:

1.    “Iċ-ċittadini Mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-informazzjoni msemmi fl-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-Artikoli 13 u 14 tar-Regolament (UE) 2016/679, u l-Artikolu 13 tad-Direttiva (UE) 2016/680, iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u l-persuni msemmija fl-Artikoli 9(4)(f) , 22c(2)(e) jew 22d(e) għandhom ikunu infurmati mill-Istat Membru responsabbli dwar dan li ġej:”; [Em. 133]

(ii)

punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

“(f)

l-eżistenza tad-dritt ta' aċċess għal data relatata magħhom, u d-dritt li jintalab li data mhux eżatta relatata magħhom tkun korretta jew li titħassar data marbuta magħhom proċessata illegalment, inkluż id-dritt li tinkiseb informazzjoni dwar il-proċeduri għall-eżerċizzju ta' dawk id-drittijiet u dwar id-dettalji għall-kuntatt tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u tal-awtorità nazzjonali ta' sorveljanza tal-Istat Membru responsabbli għall-ġbir tad-data msemmija fl-Artikolu 41(1), li għandhom jisimgħu talbiet dwar il-protezzjoni ta' data personali.” [Em. 134]

(iii)

fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt li ġej:

“(fa)

il-fatt li l-VIS tista' tiġi aċċessata mill-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi”; [Em. 135]

(b)

il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi pprovduta b'mod ċar, konċiż u preċiż bil-miktub lil ċittadin ta’ pajjiż terz meta d-data, ir-ritratt l-immaġni tal-wiċċ jew id-data tal-marki tas-swaba’ kif imsemmija fil-punti (4), (5) u (6) tal-Artikolu 9, l-Artikolu 22c(2) u l-Artikolu 22d (a) sa (g) huma miġbura, u fejn meħtieġ, oralment, f’lingwa u manjiera li s-suġġett tad-data jifhem jew huwa raġonevolment preżunt li jifhem. It-tfal għandhom jiġu infurmati f’manjiera li hija adatta għall-età, permezz ta’ fuljetti u/jew infografika u/jew dimostrazzjonijiet imfassla speċjalment biex jispjegaw il-proċedura għat-teħid tal-marki tas-swaba tas-swaba' .”; [Em. 136]

(c)

fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“Fejn m’hemmx tali formola ffirmata minn dawk il-persuni, din l-informazzjoni għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) 2016/679.”;

(31)

fl-Artikolu 38, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Jekk it-talba kif previst fil-paragrafu 2 issir lil Stat Membru, li mhux l-Istat Membru responsabbli, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li għandu saret it-talba għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli f’limitu ta’ żmien ta’ sebat ijiem. L-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-korrettezza tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tagħha fil-VIS f’limitu ta’ żmien ta’ xahar.”; [Em. 137]

(31a)

L-Artikolu 38 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 38

Dritt ta' aċċess għad-data personali u r-rettifika, l-ikkompletar, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar ta' tali data

1.     Mingħajr preġudizzju għad-dritt għall-informazzjoni taħt l-Artikoli 15 u 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-applikanti jew id-detenturi ta' viża għal soġġorn twil jew permessi ta' residenza li d-data tagħhom tinħażen fil-VIS għandhom jiġu infurmati, meta tinġabar id-data tagħhom, dwar il-proċeduri għall-eżerċitar tad-drittijiet skont l-Artikoli 17 sa 20 tar-Regolament (UE) 2018/1725 il-ġdid u l-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679. Fl-istess ħin huma għandhom jiġu pprovduti bid-dettalji tal-kuntatt tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

2.     Sabiex jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont l-Artikoli 17 sa 20 tar-Regolament (KE) 2018/1725 u l-Artikoli 15 sa 18 tar-Regolament (UE) 2016/679, il-persuni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom id-dritt li jindirizzaw huma stess lill-Istat Membru li daħħal id-data tagħhom fil-VIS. L-Istati Membru li jirċievi dik it-talba għandu jeżaminaha u jweġibha malajr kemm jista' jkun u fi żmien ta' mhux aktar minn 30 jum. Meta, bi tweġiba għal talba, jinstab li d-data maħżuna fil-VIS tkun fattwalment ineżatta jew tkun ġiet irreġistrata illegalment, l-Istat Membru responsabbli għandu jikkoreġi jew iħassar dik id-data fil-VIS mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn 30 jum minn meta jirċievi t-talba skont l-Artikolu 12(3) u (4) tar-Regolament (UE) 2016/679. Jekk it-talba ssir lil Stat Membru, li mhuwiex l-Istat Membru responsabbli, l-awtoritajiet tal-Istat Membru li lilu saret it-talba għandu jikkuntattja lill-awtoritajiet tal-Istat Membru responsabbli f'limitu ta' żmien ta' sebat ijiem. L-Istat Membru responsabbli għandu jivverifika l-korrettezza tad-data u l-legalità tal-ipproċessar tagħha fil-VIS f'limitu ta' żmien ta' xahar. Il-persuni kkonċernati għandhom jiġu infurmati mill-Istat Membru li kkuntattja lill-awtorità tal-Istat Membru responsabbli li t-talba tiegħu jew tagħha ntbagħtet, lil min intbagħtet u dwar il-proċedura ulterjuri.

3.     Meta l-Istat Membru responsabbli ma jaqbilx mal-pretensjoni li d-data maħżuna fil-VIS tkun fattwalment inkorretta jew tkun ġiet irreġistrata b'mod illegali, huwa għandu jadotta mingħajr dewmien deċiżjoni amministrattiva li tispjega bil-miktub lill-persuna kkonċernata r-raġuni għaliex mhuwiex lest li jirrettifika jew iħassar id-data dwarha.

4.     Dik id-deċiżjoni għandha tipprovdi wkoll lill-persuna kkonċernata b'informazzjoni li tispjega l-possibilità li tikkontesta d-deċiżjoni li ttieħdet fir-rigward tat-talba msemmija fil-paragrafu 2 u fejn rilevanti, informazzjoni dwar kif għandha tressaq kawża jew ilment quddiem l-awtoritajiet kompetenti jew il-qrati u kwalunkwe assistenza disponibbli għall-persuna, inkluż mill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti.

5.     Kwalunkwe talba li ssir skont il-paragrafu 2 għandu jkun fiha l-informazzjoni meħtieġa biex tiġi identifikata l-persuna kkonċernata. Din l-informazzjoni għandha tintuża esklużivament biex tippermetti l-eżerċizzju tad-drittijiet imsemmija fil-paragrafu 2.

6.     L-Istat Membru responsabbli għandu jżomm rekord fil-forma ta' dokument bil-miktub li saret talba kif imsemmi fil-paragrafu 2 u kif din ġiet indirizzata. Huwa għandu jqiegħed dak id-dokument għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali kompetenti għall-protezzjoni tad-data mingħajr dewmien, u sa mhux aktar tard minn sebat ijiem wara d-deċiżjoni li tiġi rrettifikata jew li titħassar id-data msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 jew wara d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 3 rispettivament.”; [Em. 138]

(31b)

L-Artikolu 39 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 39

Kooperazzjoni sabiex tiżgura d-drittijiet fuq ħarsien tad-data

1.     L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jikkooperaw b'mod attiv sabiex jinfurzaw id-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 38.

2.     F'kull Stat Membru, l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha, fuq talba, tassisti u tagħti parir lis-suġġett tad-data fl-eżerċizzju tad-dritt tiegħu sabiex tiġi rrettifikata, ikkompletata jew imħassra data personali relatata miegħu jew biex jiġi ristrett l-ipproċessar ta' tali data f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/679.

Sabiex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru responsabbli li tkun bagħtet id-data u l-awtorità superviżorja tal-Istat Membru li lilu tkun saret it-talba għandhom jikkooperaw ma' xulxin.” [Em. 139]

(31c)

L-Artikolu 40 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 40

Rimedji

1.     Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 77 u 79 tar-Regolament (UE) 2016/679, f'kull Stat Membru kwalunkwe persuna għandu jkollha d-dritt tressaq kawża jew ilment quddiem l-awtoritajiet jew il-qrati kompetenti ta' dak l-Istat Membru li ċaħad id-dritt ta' aċċess għal, jew id-dritt ta' rettifika, ikkompletar jew tħassir ta' data relatata magħha, kif previst mill-Artikolu 38 ta' dan ir-Regolament. Id-dritt li jitressqu tali azzjoni jew ilment għandu japplika wkoll fil-każijiet fejn it-talbiet għal aċċess, rettifika, ikkompletar jew tħassir ma jkunux twieġbu sal-iskadenzi previsti mill-Artikolu 38 jew qatt ma ġew ittrattati mill-kontrollur tad-data.

2.     L-assistenza tal-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tibqa' disponibbli matul il-proċedimenti.”; [Em. 140]

(31d)

L-Artikolu 41 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 41

Superviżjoni mill-Awtorità Superviżorja Nazzjonali

1.     Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 timmonitorja indipendentement il-legalità tal-ipproċessar ta' data personali skont dan ir-Regolament mill-Istat Membru kkonċernat.

2.     L-awtorità superviżorja jew l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandhom jiżguraw li jsir awditu tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar ta' data mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar relevanti mill-inqas kull tliet snin. Ir-riżultati tal-awditjar jistgħu jitqiesu fl-evalwazzjonijiet li jsiru fil-qafas tal-mekkaniżmu stabbilit mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013. L-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 għandha tippubblika kull sena l-għadd ta' talbiet għal rettifika, ikkompletar jew tħassir, jew restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data, l-azzjoni sussegwentement meħuda u l-għadd ta' rettifiki, ikkompletar, tħassir u restrizzjonijiet tal-ipproċessar magħmula b'rispons għat-talbiet mill-persuni kkonċernati.

3.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità superviżorja tagħhom ikollha biżżejjed riżorsi biex twettaq il-ħidmiet mogħtija lilha taħt dan ir-Regolament u jkollha aċċess għal pariri minn persuni li jkollhom biżżejjed għarfien dwar id-data bijometrika.

4.     L-Istati Membri għandhom jipprovdu kwalunkwe informazzjoni mitluba mill-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u għandhom b'mod partikolari jipprovdulha informazzjoni dwar l-attivitajiet imwettqa f'konformità mar-responsabbiltajiet tagħha kif stabbiliti f'dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 51(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 aċċess għal-logs tagħhom u jippermettulha aċċess f'kull ħin għall-bini kollu tagħhom relatat mal-interoperabilità.”; [Em. 141]

(31e)

L-Artikolu 42 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 42

Superviżjoni mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.     Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jkun responsabbli għall-monitoraġġ tal-attivitajiet ta' pproċessar ta' data personali tal-eu-LISA, il-Europol u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta taħt dan ir-Regolament u għall-iżgurar li dawn l-attivitajiet jitwettqu f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725 u ma' dan ir-Regolament.

2.     Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jiżgura li jitwettaq awditu tal-attivitajiet ta' proċessar ta' data personali tal-eu-LISA skont l-istandards internazzjonali tal-awditjar relevanti mill-inqas kull tliet snin. Rapport ta' dak l-awditjar għandu jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-eu-LISA, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. L-eu-LISA għandha tingħata opportunità li tikkummenta qabel ma jiġu adottati r-rapporti.

3.     L-eu-LISA għandha tforni l-informazzjoni mitluba mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, tagħti aċċess lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għad-dokumenti kollha u għal-logs tagħha msemmija fl-Artikoli 22r, 34 u 45b u tippermetti aċċess lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għall-bini kollu tagħha f'kull ħin”; [Em. 142]

(32)

fl-Artikolu 43, il-paragrafi 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej:

“1.   Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jaġixxi f'kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet ta’ sorveljanza nazzjonali fir-rigward ta’ kwistjonijiet speċifiċi li jkunu jeħtieġu l-involviment nazzjonali, b’mod partikolari jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jew awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali jsibu diskrepanzi kbar bejn prattiki tal-Istati Membri jew isibu trasferimenti potenzjalment illegali fl-użu tal-kanali ta’ komunikazzjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà, jew fil-kuntest ta’ mistoqsijiet imqajma minn xi awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali waħda jew aktar dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.   Fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1, is-superviżjoni koordinata għandha tiġi żgurata f’konformità mal-Artikolu 62 tar-Regolament (UE) XXXX/2018 [ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 rivedut].” [Em. 143]

(32a)

L-Artikolu 43 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 43

Kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali ta' Superviżjoni u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

1.     L-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom, filwaqt li kull wieħed minnhom jaġixxi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jikkooperaw b'mod attiv fil-qafas tar-responsabbiltajiet rispettivi tagħhom biex jiżguraw superviżjoni koordinata tal-komponenti tal-interoperabilità u d-dispożizzjonijiet l-oħra ta' dan ir-Regolament.

2.     Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u l-awtoritajiet superviżorji għandhom jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta' awditi u spezzjonijiet, jeżaminaw kwalunkwe diffikultà rigward l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jivvalutaw problemi fl-eżerċizzju ta' superviżjoni indipendenti jew fl-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġett tad-data, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu sensibilizzazzjoni dwar id-drittijiet għall-protezzjoni tad-data, kif meħtieġ.

3.     Għall-finijiet tal-paragrafu 2, l-awtoritajiet superviżorji u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandhom jiltaqgħu mill-inqas darbtejn fis-sena fil-qafas tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. L-ispejjeż għal dawk il-laqgħat għandhom jiġu sostnuti u l-organizzazzjoni għandha ssir mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Ir-regoli ta' proċedura għandhom jiġu adottati fl-ewwel laqgħa. Għandhom jiġu żviluppati metodi ta' ħidma ulterjuri b'mod konġunt skont il-ħtieġa.

4.     Kull sentejn għandu jintbagħat rapport konġunt ta' attivitajiet mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Europol, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-eu-LISA. Dak ir-rapport għandu jinkludi kapitolu dwar kull Stat Membru mħejji mill-awtorità superviżorja ta' dak l-Istat Membru”; [Em. 144]

(32b)

L-Artikolu 44 jitħassar; [Em. 145]

(33)

fl-Artikolu 45, jiżdiedu l-paragrafi li ġejinj:

“2a.     Il-miżuri meħtieġa għall-iżvilupp tas-Sistema Ċentrali tal-VIS, l-interfaċċa nazzjonali f'kull Stat Membru, u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-interfaċċi nazzjonali li jikkonċernaw il-kwistjonijiet li ġejjin għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 49(2):

(a)

id-disinn tal-arkitettura fiżika tas-sistema inkluż in-network ta' komunikazzjoni tagħha;

(b)

aspetti tekniċi li għandhom effett fuq il-protezzjoni ta' data personali;

(c)

aspetti tekniċi li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji serji għall-baġits tal-Istati Membri jew li għandhom implikazzjonijiet tekniċi serji għas-sistemi nazzjonali tal-Istati Membri;

(d)

l-iżvilupp ta' rekwiżiti tas-sigurtà, inklużi aspetti bijometriċi. [Em. 146]

3.   L-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kwalità, ir-riżoluzzjoni u l-użu tal-marki tas-swaba’ u tal-immaġni tal-wiċċ għall-verifika u l-identifikazzjoni bijometrika fil-VIS għandhom jiġu stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 49(2).”;

(34)

jiżdied dan l-Artikolu 45a li ġej:

“Artikolu 45a

Użu tad-data għar-rappurtar u l-istatistika

1.   Il-persunal debitament awtorizzat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, tal-Kummissjoni, tal-eu-LISA u tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta stabbilita mir-Regolament (UE) 2016/1624 għandu jkollhom aċċess sabiex jikkonsultaw id-data li ġejja, unikament għall-finijiet ta’ rappurtar u statistika mingħajr ma jippermettu l-identifikazzjoni ta’ individwi bħala riżultat tal-anonimità totali tad-data : [Em. 147]

(a)

l-informazzjoni dwar l-istatus;

(b)

l-awtorità kompetenti, inkluż il-post fejn tinsab;

(c)

sess, data sena tat-twelid u nazzjonalità kurrenti tal-applikant; [Em. 148]

(d)

l-Istat Membru tal-ewwel dħul, biss fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn qasir;

(e)

data u post tal-applikazzjoni jew tad-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni (maħruġa jew irrifjutata);

(f)

it-tip ta’ dokument maħruġ, jiġifieri jekk hux VTA, uniformi jew VTL, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza;

(g)

it-tip tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument, biss fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn qasir;

(h)

ir-raġunijiet indikati għal kwalunkwe deċiżjoni dwar id-dokument jew l-applikazzjoni, biss fir-rigward ta’ viżi li tirrifjuta viżi għal soġġorn qasir; fir-rigward tal-viżi għal soġġorn twil u l-permessi ta’ residenza, id-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni (jekk għandhiex tinħareġ jew tiġi rrifjutata l-applikazzjoni u fuq liema raġuni); , inkluża r-referenza għal kwalunkwe hit fil-konfront ta' sistemi tal-informazzjoni tal-Unjoni li jistgħu jiġu kkonsultati, fil-konfront tad-data tal-Europol jew tal-Interpol, fil-konfront tal-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/1240 jew fil-konfront ta' indikaturi speċifiċi tar-riskju ; [Em. 149]

(ha)

ir-raġunijiet indikati għal kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta dokument, inkluża r-referenza għal kwalunkwe hit fil-konfront ta' sistemi tal-informazzjoni tal-Unjoni li jistgħu jiġu kkonsultati, fil-konfront tad-data tal-Europol jew tal-Interpol, fil-konfront tal-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1240 jew fil-konfront ta' indikaturi speċifiċi tar-riskju; [Em. 150]

(i)

l-awtorità kompetenti, inkluż il-post fejn tinsab, li rrifjutat l-applikazzjoni u d-data tar-rifjut, biss fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn qasir;

(j)

il-każijiet fejn l-istess applikant applika għal viża għal soġġorn qasir mingħand aktar minn awtorità tal-viża waħda, b'indikazzjoni ta’ dawn l-awtoritajiet tal-viża, il-post fejn jinsabu u d-dati tar-rifjut, biss fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn qasir;

(k)

Fir-rigward ta’ viża għal soġġorn qasir, l-iskop ewlieni jew l-iskopijiet ewlenin tal-vjaġġ; fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn twil u permess ta’ residenza, l-iskop tal-applikazzjoni; [Em. 151]

(l)

id-data mdaħħla fir-rigward ta’ kwalunkwe dokument irtirat ta' viża rtirat , annullat, irrevokat jew li l-validità tiegħu hija estiża, kif applikabbli; [Em. 152]

(m)

fejn applikabbli, id-data ta’ skadenza tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza;

(n)

l-għadd ta’ persuni eżentati mir-rekwiżit li jagħtu l-marki tas-swaba’ skont l-Artikolu 13(7) tar-Regolament (KE) Nru 810/2009.

(o)

il-każijiet li fihom id-data msemmija fil-punt (6) tal-Artikolu 9 fattwalment tista’ ma tkunx ipprovduta f'konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 8(5);

(p)

il-każijiet li fihom id-data msemmija fil-punt (6) tal-Artikolu 9 ma tkunx meħtieġa li tiġi pprovduta għal raġunijiet legali, f'konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 8(5);

(q)

il-każijiet li fihom persuna li fattwalment setgħetx tipprovdi d-data msemmija fil-punt (6) tal-Artikolu 9 tiġi rrifjutata viża, f'konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 8(5).

Il-persunal awtorizzat kif xieraq tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta d-data msemmija fl-ewwel subparagrafu għall-finijiet ta’ twettiq ta’ analiżi tar-riskju u ta’ valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà kif imsemmija fl-Artikoli 11 u 13 tar-Regolament (UE) 2016/1624.

2.   Għall-fini tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-eu-LISA għandha taħżen id-data msemmija f’dak il-paragrafu fir-repożitorju ċentrali għar-rappurtar u għall-istatistika msemmija fl-[Artikolu 39 tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità (fruntieri viżi) ]

3.   Il-proċeduri stabbiliti mill-eu-LISA biex timmonitorja l-funzjonament tal-VIS imsemmija fl-Artikolu 50(1) għandhom jinkludu l-possibbiltà li tiġi ġġenerata statistika regolari biex jiġi żgurat dak il-monitoraġġ.

4.   Kull tliet xhur, l-eu-LISA għandha tiġbor l-istatistika bbażata fuq id-data tal-VIS dwar viżi għal soġġorn qasir li turi, għal kull post fejn ġiet ippreżentata viża, b’mod partikolari:

(a)

total ta’ viżi ta’ tranżitu minn ajruport li saret applikazzjoni għalihom, inklużi għal viżi ta’ tranżitu minn ajruport bi dħul multiplu;

(b)

total ta’ viżi maħruġa, inklużi viżi A multipli;

(c)

total ta’ viżi multipli maħruġa;

(d)

total ta’ viżi mhux maħruġa, inklużi viżi A multipli;

(e)

total ta’ viżi uniformi li saret applikazzjoni għalihom, inklużi għal viżi uniformi bi dħul multiplu;

(f)

total ta’ viżi maħruġa, inklużi viżi bi dħul multiplu;

(g)

total ta’ viżi bi dħul multiplu maħruġa, diviż bit-tul ta’ żmien tal-validità (taħt is-sitt xhur, sena, sentejn, 3 snin, 4 snin, 5 snin),

(h)

total ta’ viżi uniformi mhux maħruġa, inklużi viżi bi dħul multiplu;

(i)

total ta’ viżi b’validità territorjali limitata maħruġa.

L-istatistika ta’ kuljum għandha tinħażen fir-repożitorju ċentrali għar-rappurtar u l-istatistika.

5.   Kull tliet xhur, l-eu-LISA għandha tiġbor l-istatistika bbażata fuq id-data tal-VIS dwar viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza li turi, għal kull post, b’mod partikolari:

(a)

total ta’ viżi għal soġġorn twil li saret applikazzjoni għalihom, u dawk maħruġa, irrifjutati, estiżi jew irtirati;

(b)

total ta’ permessi ta’ residenza li saret applikazzjoni għalihom, u dawk maħruġa, irrifjutati, estiżi jew irtirati.

6.   Fl-aħħar ta’ kull sena, id-data tal-istatistika għandha tinġabar fil-forma ta’ statistika trimestrali f'rapport annwali għal dik is-sena. L-istatistika għandu jkun fiha analiżi dettaljata tad-data għal kull Stat Membru. Ir-rapport għandu jiġi ppubblikat u jintbagħat lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data u lill-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. [Em. 153]

7.   Fuq talba tal-Kummissjoni, l-eu-LISA għandha tipprovdiha bi statistika dwar aspetti speċifiċi relatati mal-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viża jew tal-politika dwar il-migrazzjoni, inkluż dwar aspetti skont l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013.”;

(35)

jiżdiedu dawn l-Artikoli 45b, 45c, 45d u 45e li ġejjin:

“Artikolu 45b

Aċċess għad-data għall-verifika tat-trasportaturi

1.   Sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont il-punt (b) tal-Artikolu 26(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, it-trasportaturi bl-ajru, it-trasportaturi bil-baħar u trasportaturi internazzjonali li jittrasportaw gruppi fuq l-art bil-coach għandhom jibagħtu tfittxija lill-VIS sabiex jivverifikaw jekk ċittadini ta’ pajjiżi terzi li għandhom viża għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza għandhomx jew le viża għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza validi, kif applikabbli. Għal dan il-għan, fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn qasir, it-trasportaturi għandhom jipprovdu d-data elenkata fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 9(4) ta’ dan ir-Regolament jew fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 22c, kif applikabbli. F'każijiet fejn il-passiġġieri ma jkunux awtorizzati li jimbarkaw fuq talba tal-VIS, it-trasportaturi għandhom jinformaw lill-passiġġieri bis-sitwazzjoni u bil-mezzi li bihom jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' aċċess, rettifika u tħassir ta' data personali maħżuna fil-VIS . [Em. 154]

2.   Bl-iskop li jiġi implimentat il-paragrafu 1 jew bl-iskop li tiġi solvuta kwalunkwe tilwima potenzjali li toriġina mill-applikazzjoni tiegħu, l-eu-LISA għandha żżomm logs tal-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data mwettqa mit-trasportaturi fil-portal tat-trasportaturi. Dawn il-logs għandhom juru d-data u l-ħin ta’ kull operazzjoni, id-data użata għall-interrogazzjoni, id-data mibgħuta mill-portal tat-trasportaturi u l-isem tat-trasportatur inkwistjoni.

Il-logs għandhom jinħażnu għal perijodu ta’ sentejn. Il-logs għandhom jiġu protetti b’mezzi xierqa kontra aċċess mhux awtorizzat.

3.   L-aċċess Aċċess sigur għall-portal tat-trasportaturi msemmija fl-Artikolu 1(2)(h) tad-Deċiżjoni 2004/512/KE kif emendat b’dan ir-Regolament msemmi fl-Artikolu 2a(h), inkluża l-possibilità li jintużaw soluzzjonijiet tekniċi mobbli, għandu jippermetti lit-trasportaturi biex li t-trasportaturi jipproċedu bil-konsultazzjoni tat-tfittxija msemmija fil-paragrafu 1 qabel ma’ l-imbarkazzjoni ta' passiġġier jitla’ abbord. Għal din il-fini, it-trasportatur għandu jibgħat it-tfittxija biex jingħata permess jikkonsulta l-VIS bl-użu tad-data It-trasportatur għandu jipprovdi d-data li tinsab fil-parti tad-dokument tal-ivvjaġġar li tista’ tinqara minn magna tad-dokument tal-ivvjaġġar u jindika l-Istat Membru tad-dħul . B'deroga, fil-każ ta' tranżitu minn ajruport, it-trasportatur m'għandux ikun obbligat jivverifika jekk iċ-ċittadin ta' pajjiż terz għandux fil-pussess tiegħu viża valida għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn fit-tul jew permess ta' residenza, kif applikabbli. [Em. 155]

4.   Il-VIS għandha tirrispondi billi tindika jekk il-persuna għandhiex viża valida għal soġġorn qasir, viża għal soġġorn twil, permess ta' residenza, kif applikabbli , jew le, billi tagħti lit-trasportaturi tweġiba OK/NOT OK. Jekk tkun inħarġet viża għal soġġorn qasir b'validità territorjali limitata skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (KE) Nru 810/2009, it-tweġiba li tingħata mill-VIS għandha tieħu kont tal-Istat(i) Membru/i li għalih/om l-awtorizzazzjoni hija valida, kif ukoll l-Istat Membru tad-dħul indikat mit-trasportatur. It-trasportaturi jistgħu jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta u r-risposta li waslet skont il-liġi applikabbli. It-tweġiba OK/NOT OK ma għandhiex titqies bħala deċiżjoni li jiġi awtorizzat jew irrifjutat id-dħul f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/399. Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, tadotta regoli dettaljati fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-operazzjoni tal-portall tat-trasportaturi u r-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-data u s-sigurtà. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 49(2). [Em. 156]

5.   Għandha titwaqqaf skema ta’ awtentikazzjoni, irriżervata esklussivament għat-trasportaturi, biex tippermetti aċċess għall-portal tat-trasportaturi għall-finijiet tal-paragrafu 2 mill-membri debitament awtorizzati tal-persunal tat-trasportaturi. Meta tiġi stabbilita l-iskema ta' awtentikazzjoni, għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni l-ġestjoni tar-riskju għas-sigurtà tal-informazzjoni u l-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-data mid-disinn u b'mod awtomatiku. L-iskema ta’ awtentikazzjoni għandha tiġi adottata mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont il-proċedura tal-eżami msemmija fl-Artikolu 49(2). [Em. 157]

5a.     Il-portall tat-trasportaturi għandu jagħmel użu minn bażi tad-data separata li tinqara biss u li tiġi aġġornata kuljum permezz ta' estrazzjoni f'direzzjoni waħda tas-subgrupp minimu neċessarju ta' data maħżuna fil-VIS. Il-eu-LISA għandha tkun responsabbli għas-sigurtà tal-portall tat-trasportaturi, għas-sigurtà tad-data personali li tinsab fih u għall-proċess tal-estrazzjoni ta' data personali għall-bażi ta' data separata li tinqara biss. [Em. 158]

5b.     It-trasportaturi msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandhom ikunu soġġetti għall-penali previsti mill-Artikolu 26(2) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta' Schengen tal-14 ta' Ġunju 1985 bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika Franċiża dwar it-tneħħija bil-mod ta' kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (‘Konvenzjoni li Timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen’) u l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/51/KE meta huma jittrasportaw ċittadini ta' pajjiżi terzi li, minkejja li huma soġġetti għar-rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, ma jkunux fil-pussess ta' visa valida. [Em. 159]

5c.     Jekk ċittadini ta' pajjiżi terzi huma rrifjutati d-dħul, kwalunkwe trasportatur li jkun ġabhom fil-fruntieri esterni bl-ajru, bil-baħar u fuq l-art għandu jkun obbligat li jerġa' jassumi minnufih ir-responsabilità għalihom. Fuq talba tal-awtoritajiet tal-fruntieri, it-trasportaturi għandhom ikunu obbligati jirritornaw ċittadini ta’ pajjiżi terzi lejn jew il-pajjiż terz minn fejn ikunu ġew ittrasportati, jew lejn il-pajjiż terz li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar li bih ikunu vvjaġġaw, jew lejn kwalunkwe pajjiż terz ieħor li ser jilqagħhom żgur. [Em. 160]

5d.     B'deroga mill-paragrafu 1, għal trasportaturi li jġorru gruppi fuq l-art permezz ta' kowċ, għall-ewwel tliet snin wara li tibda tiġi applikata dan ir-Regolament, il-verifika msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun fakultattiva u d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5b m'għandhomx japplikaw għalihom. [Em. 161]

Artikolu 45c

Proċeduri ta’ riżerva fil-każ ta’ impossibbiltà teknika biex tiġi aċċessata data mit-trasportaturi

1.   Jekk ikun teknikament impossibbli li wieħed jipproċedi bit-tfittxija ta’ konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 45b(1), minħabba nuqqas ta’ kwalunkwe parti tal-VIS jew għal raġunijiet oħra li ma jkunux fil-kontroll tat-trasportaturi, it-trasportaturi għandhom ikunu eżenti mill-obbligu li jivverifikaw il-pussess ta’ viża jew dokument tal-ivvjaġġar validu billi jintuża l-portal tat-trasportaturi. Fejn nuqqas bħal dan jinstab mill-Awtorità ta’ Ġestjoni mill-eu-LISA , din għandha tinnotifika lit-trasportaturi. Għandha wkoll tinnotifika lit-trasportaturi meta n-nuqqas jiġi rimedjat. Fejn nuqqas bħal dan jinstab mit-trasportaturi, dawn għandhom jinnotifikaw lill-Awtorità ta’ Ġestjoni lill-eu-LISA . [Em. 162]

1a.     Il-penali msemmija fl-Artikolu 45b(5b) ma għandhomx jiġu imposti fuq it-trasportaturi fil-każijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. [Em. 163]

1b.     Meta għal raġunijiet oħra għajr falliment ta' kwalunkwe parti tal-VIS ma jkunx teknikament possibbli li trasportatur jipproċedi bil-konsultazzjoni msemmija fl-Artikolu 45b(1) għal perjodu ta' żmien twil, dak it-trasportatur għandu jinforma lill-eu-LISA. [Em. 164]

2.   Id-dettalji tal-proċeduri ta’ riżerva għandhom ikunu stipulati f’att ta’ implimentazzjoni adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmi fl-Artikolu 49(2).

Artikolu 45d

Aċċess għad-data tal-VIS mit-timijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.   Sabiex jeżerċitaw l-inkarigi u s-setgħat skont l-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13) u flimkien mal-aċċess stipulat fl-Artikolu 40(8) ta’ dak ir-Regolament, il-membri tat-timijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif ukoll it-timijiet tal-persunal involut f’operazzjonijiet relatati mar-ritorn, għandhom, fi ħdan il-mandat tagħhom, għandu jkollhom id-dritt jaċċessaw u jfittxu data mdaħħal mdaħħla fil-VIS. [Em. 165]

2.   Biex tiżgura l-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha taħtar unità speċjalizzata b’uffiċjali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li huma debitament awtorizzati bħala l-punt ta’ aċċess ċentrali. Il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jivverifika li l-kundizzjonijiet għat-talba għall-aċċess għall-VIS stabbiliti fl-Artikolu 45e huma sodisfatti.

Artikolu 45e

Kundizzjonijiet u proċedura għal aċċess għad-data tal-VIS mit-timijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

1.   Fir-rigward tal-aċċess imsemmi fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 45d, it-tim Ewropew tal-Gwardji tal-Fruntiera u tal-Kosta jista’ jissottometti talba għall-konsultazzjoni tad-data kollha jew għal sett speċifiku ta’ data maħżun fil-VIS lill-punt ta’ aċċess ċentrali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta msemmi fl-Artikolu 45d(2). It-talba għandha tirreferi għall-pjan operazzjonali dwar il-kontrolli tal-fruntieri u s-sorveljanza tal-fruntieri u/jew ir-ritorn ta’ dak l-Istat Membru fuq liema t-talba hija bbażata. Kif tirċievi talba għal aċċess, il-punt ta’ aċċess ċentrali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jivverifika jekk il-kundizzjonijiet għall-aċċess imsemmi fil-paragrafu 2 humiex sodisfatti. Jekk il-kundizzjonijiet kollha għall-aċċess huma sodisfatti, il-persunal debitament awtorizzat tal-punt ċentrali ta' aċċess għandhom jipproċessaw it-talbiet. Id-data tal-VIS li tiġi aċċessata għandha tintbagħat lit-tim b’tali mod li ma tikkompromettix is-sigurtà tad-data. [Em. 166]

2.   Sabiex jingħata l-aċċess, għandhom japplikaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:

a)

l-Istat Membru ospitanti jawtorizza lill-membri tat-tim biex jikkonsultaw il-VIS sabiex iwettqu l-miri operazzjonali speċifikati fil-pjan operazzjonali dwar kontrolli tal-fruntieri, sorveljanza ta’ fruntieri u ritorn, il-kontrolli mal-fruntieri u s-sorveljanza tal-fruntieri [Em. 167]

b)

il-konsultazzjoni tal-VIS hija meħtieġa biex jitwettqu l-inkarigi speċifiċi fdati lit-tim mill-Istat Membru ospitanti.

3.   Skont l-Artikolu 40(3) tar-Regolament (UE) 2016/1624, il-membri tat-timijiet, kif ukoll it-timijiet tal-persunal involut fl-inkarigi relatati mar-ritorn jistgħu jaġixxu biss b’rispons għal informazzjoni miksuba mill-VIS taħt istruzzjonijiet minn u, bħala regola ġenerali, fil-preżenza ta’ gwardji tal-fruntiera jew persunal involut f’inkarigi relatati mar-ritorn tal-Istat Membru ospitanti fejn qed joperaw. L-Istat Membru ospitanti jista' jawtorizza lill-membri tat-timijiet biex jaġixxu f'ismu. [Em. 168]

4.   F’każ ta’ dubju jew jekk ma tirnexxix il-verifika tal-identità tad-detentur ta’ viża, id-detentur ta’ viża għal soġġorn twil jew id-detentur ta’ permess ta’ residenza, il-membru tat-tim tal-Gwardji Ewropej tal-Fruntiera u tal-Kosta għandu jirreferi lill-persuna lil gwardja tal-fruntiera tal-Istat Membru ospitanti.

5.   Il-konsultazzjoni tad-data tal-VIS minn membri tat-timijiet għandha ssir hekk kif ġej:

a)

Meta jkunu qed jeżerċitaw inkarigi relatati mal-kontrolli tal-fruntieri skont ir-Regolament (UE) 2016/399, il-membri tat-timijiet għandu jkollhom aċċess għad-data tal-VIS għall-verifika fil-postijiet ta’ qsim tal-fruntieri esterni skont l-Artikoli 18 jew 22 g ta’ dan ir-Regolament rispettivament;

b)

Meta jkunu qed jivverifikaw jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għad-dħul fit-territorju tal-Istati Membri, jew għas-soġġorn jew għar-residenza, il-membri tat-timijiet għandu jkollhom aċċess għad-data tal-VIS għall-verifika fit-territorju ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi skont l-Artikoli 19 jew 22h ta’ dan ir-Regolament rispettivament;

c)

Meta jkunu qed jidentifikaw lil kwalunkwe persuna li jista’ jkun ma tissodisfax, jew ma tibqax tissodisfa aktar, il-kundizzjonijiet biex tidħol, toqgħod jew tgħix fit-territorju tal-Istati Membri, il-membri tat-timijiet għandu jkollhom aċċess għad-data tal-VIS għal identifikazzjoni skont l-Artikolu 20 ta’ dan ir-Regolament.

6.   Fejn tali aċċess u tfittxija jiżvelaw l-eżistenza ta’ hit fil-VIS, l-Istat Membru ospitanti għandu jiġi informat b’dan.

7.   Kull log tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar tad-data fil-VIS minn membru tat-timijiet tal-Gwardji Ewropej tal-Fruntiera u tal-Kosta jew timijiet tal-persunal f’inkarigi relatati mar-ritorn għandu jinżamm mill-Awtorità ta’ Ġestjoni skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34. [Em. 169]

8.   Kull aċċess u kull tfittxija mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandhom jiġu rreġistrati skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 34 u għandu jiġi reġistrat kull użu li jsir mid-data aċċessata mill-Aġenzija mit-timijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. [Em. 170]

9.   Ħlief fejn ikun meħtieġ biex jitwettqu l-inkarigi għall-finijiet tar-Regolament li jistabbilixxi Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS) l-ebda parti tas-SIS L-ebda parti tal-VIS ma għandha tkun konnessa ma’ xi sistema tal-kompjuter għall-ġbir u għall-ipproċessar ta’ data li tkun imħaddma mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta jew fiha u lanqas ma għandu jsir trasferiment lil tali sistema tad-data li tinsab fil-VIS li għaliha jkollha aċċess l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta. L-ebda parti mill-VIS ma għandha titniżżel. Ir-reġistri tal-aċċess u tat-tfittxijiet ma għandhomx jiġu interpretati li huma tniżżil jew ikkuppjar ta’ data tal-VIS. [Em. 171]

10.   L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tadotta u tapplika miżuri biex tiżgura s-sigurtà tad-data kif stipulat fl-Artikolu 32.”

(*13)  Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1)."

(35a)

L-Artikoli 46, 47 u 48 jitħassru; [Em. 172, 173 u 174]

(35b)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 48a

Eżerċizzju ta' delega

1.     Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.     Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 9cb u fl-Artikolu 23 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux opponew tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.     Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 9cb u fl-Artikolu 23 tista' tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.     Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.     Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.     Att delegat adottat skont l-Artikoli 9cb u 23 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”; [Em. 175]

(36)

L-Artikolu 49 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 49

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tiġi megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*14).

2.   Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(*14)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).”;"

(37)

jiżdied dan l-Artikolu 49a li ġej:

“Artikolu 49a

Grupp konsultattiv

Għandu jiġi stabbilit Grupp Konsultattiv mill-eu-LISA u jipprovdiha bit-tagħrif espert relatat mal-VIS b’mod partikolari fil-kuntest tat-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali tagħha u tar-rapport annwali ta’ attività tagħha.”;

(38)

L-Artikolu 50 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 50

Il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali [Em. 176]

1.   L-Awtorità ta’ Ġestjoni L-eu-LISA għandha tiżgura li hemm proċeduri fis-seħħ sabiex jissorveljaw il-funzjonament tal-VIS ma’ miri relatati ma’ rendiment, kosteffettività, sigurtà u kwalità tas-servizz , u li timmonitorja l-konformità mad-drittijiet fundamentali, inkluż id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għan-nondiskriminazzjoni, id-drittijiet tat-tfal u d-dritt għal rimedju effettiv . [Em. 177]

2.   Għall-finijiet ta’ manteniment tekniku, l-Awtorità ta’ Ġestjoni tal-manutenzjoni teknika, l-eu-LISA għandu jkollha aċċess l-aċċess għall-informazzjoni neċessarja marbuta mal-ħidmiet tal-ipproċessar rigward l-operazzjonijiet ta' pproċessar imwettqa fil-VIS. [Em. 178]

3.   Kull sentejn l-eu-LISA għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni rapport dwar il-funzjonament tekniku tal-VIS, inkluż is-sigurtà tagħha inklużi s-sigurtà u l-ispejjeż tagħha . Dan ir-rapport għandu jinkludi ħarsa ġenerali lejn il-progress kurrenti tal-iżvilupp tal-proġett u tal-ispejjeż assoċjati, il-valutazzjoni tal-impatt finanzjarju u l-informazzjoni dwar kwalunkwe kwistjoni teknika u r-riskji kollha possibbli li jaf jolqtu n-nefqa kumplessiva tas-sistema. [Em. 179]

3a.     F'każ ta' dewmien fil-proċess ta' żvilupp, l-eu-LISA għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u l-Kunsill malajr kemm jista' jkun dwar ir-raġunijiet għad-dewmien, kif ukoll dwar l-impatt tagħhom f'termini ta' żmien u finanzi. [Em. 180]

4.   Filwaqt li jirrispettaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali dwar il-pubblikazzjoni ta’ informazzjoni sensittiva, kull Stat Membru u l-Europol għandhom iħejju rapporti annwali dwar l-effettività tal-aċċess għad-data tal-VIS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi li jkun fihom informazzjoni u statistika dwar:

(a)

l-iskop preċiż tal-konsultazzjoni inkluż it-tip ta’ reat terroristiku jew ta’ reat kriminali serju u l-aċċessi għad-data dwar it-tfal taħt it-12-il sena ; [Em. 181]

(b)

raġunijiet raġonevoli mogħtija għas-suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma tkun koperta b’dan ir-Regolament;

(c)

l-għadd ta’ talbiet għall-aċċess għall-VIS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi;

(ca)

l-għadd u t-tip ta' każijiet li fihom intużaw il-proċeduri ta' urġenza msemmija fl-Artikolu 22m(2), inklużi dawk il-każijiet fejn l-urġenza ma ġietx aċċettata mill-verifika ex post li tkun twettqet mill-punt ta' aċċess ċentrali; [Em. 182]

(d)

l-għadd u t-tip ta’ każijiet li rriżultaw f’identifikazzjonijiet pożittivi.;

(da)

statistika dwar it-traffikar tat-tfal, inklużi każijiet ta' identifikazzjonijiet mwettqa b'suċċess. [Em. 183]

Ir-rapporti annwali tal-Istati Membri u tal-Europol għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara. Il-Kummissjoni għandha tfassal ir-rapporti annwali f'rapport komprensiv li għandu jiġi ppubblikat sat-30 ta' Diċembru tal-istess sena. [Em. 184]

5.   Kull erba’ snin sentejn , il-Kummissjoni għandha tipproduċi evalwazzjoni ġenerali tal-VIS. Din l-evalwazzjoni ġenerali għandha tinkludi eżami tar-riżultati miksuba fit-twettiq tal-objettivi u tal-ispejjeż imġarrba u valutazzjoni tal-validità kontinwa tal-ħsibijiet sottostanti , u l-impatt tagħha fuq id-drittijiet fundamentali , l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-VIS, is-sigurtà tal-VIS, l-użu magħmul mid-dispożizzjonijiet msemmija fl-Artikolu 31 u kwalunkwe implikazzjoni ta’ operazzjonijiet futuri. Il-Kummissjoni għandha tibgħat l-evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 185]

6.   L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Awtorità ta’ Ġestjoni u lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għall-abbozzar tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 3, 4 u 5.

7.   L-Awtorità ta’ Ġestjoni għandha tipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa biex tipproduċi l-evalwazzjonijiet ġenerali msemmija fil-paragrafu 5.”;

(39)

It-titlu tal-anness 1 hu mibdul b’dan li ġej:

“Lista ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali msemmija fl-Artikolu 31(1)”. [Em. 186]

(40)

Wara l-Artikolu 22, jiddaħħlu l-Kapitoli IIIa u IIIb li ġejjin:

KAPITOLU IIIa

DĦUL U UŻU TA' DATA DWAR VIŻI GĦAL SOĠĠORN QASIR U PERMESSI TA’ RESIDENZA”

Artikolu 22a

Proċeduri dwar kif tiddaħħal data wara deċiżjoni dwar applikazzjoni għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza

1.   Wara deċiżjoni dwar applikazzjoni għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza, l-awtorità li ħarġet dik id-deċiżjoni għandha toħloq il-fajl individwali mingħajr dewmien, billi ddaħħal id-data msemmija fl-Artikolu 22c jew l-Artikolu 22d fil-VIS.

1a.     L-awtorità kompetenti biex toħroġ deċiżjoni għandha toħloq fajl individwali qabel ma toħroġha. [Em. 187]

2.   Hekk kif jinħoloq il-fajl individwali, il-VIS tniedi t-tfittxija awtomatikament skont l-Artikolu 22b.

3.   Jekk id-detentur applika bħala parti minn grupp jew ma’ membru tal-familja, l-awtorità għandha toħloq fajl individwali għal kull persuna fil-grupp u tillinkja l-fajls tal-persuni li applikaw flimkien u li nħarġitilhom viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza. L-applikazzjonijiet minn ġenituri jew minn kustodji legali m'għandhomx jiġu separati minn dawk ta' wliedhom. [Em. 188]

4.   Fejn il-forniment ta’ data partikulari mhux meħtieġ skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali jew fil-fatt ma tistax tkun ipprovduta, l-oqsma speċifiċi għad-data għandhom ikunu mmarkati bħala “mhux applikabbli”. Fil-każ tal-marki tas-swaba’, is-sistema għandha tippermetti li ssir distinzjoni bejn il-każi fejn m’hemmx l-obbligu li l-marki tas-swaba’ jkunu pprovduti skont leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali u l-każi fejn fil-fatt ma jistgħux ikunu pprovduti.

Artikolu 22b

Tfittxijiet f’sistemi oħrajn

1.   Unikament għall-iskop li tivvaluta jekk il-persuna tistax tkun ta’ theddida għall-politika pubblika, jew għas-sigurtà interna jew għas-saħħa pubblika tal-Istati Membri, skont l-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament (UE) 2016/399, il-fajls għandhom jiġu pproċessati awtomatikament mill-VIS biex jidentifikaw il-hit(s). Il-VIS għandha teżamina kull fajl individwalment. [Em. 189]

2.   Kull darba li fajl individwali jinħoloq mal-ħruġ jew rifjut skont l-Artikolu 22d ta' 22c b'rabta ma' viża għal soġġorn twil jew permess ta' residenza, il-VIS għandha tniedi tfittxija billi tuża l-Portal Ewropew tat-Tfittxija ddefinit fl-Artikolu 6(1) [tar-Regolament dwar l-Interoperabilità (fruntieri viżi) ] biex tqabbel id-data rilevanti msemmija fl-Artikolu 22c(2)(a), (b), (c), (f) u (g) ta' dan ir-Regolament mad-data rilevanti fil-VIS, fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS), fis-Sistema ta' Dħul/Ħruġ (EES), fis-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni u ta' Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS), inkluż il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2018/XX għall-finijiet tal-istabbiliment ta’ Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar, [is-sistema ECRIS-TCN fir-rigward ta’ kundanni relatati ma’ reati terroristiċi u forom oħra ta’ reati kriminali serji], id-data tal-Europol, il-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa jew Mitlufa (SLTD) u l-bażi tad-data tal-Interpol dwar Dokumenti tal-Ivvjaġġar Assoċjati ma’ Avviżi (Interpol TDAWN). Il-VIS għandha tivverifika:

(a)

jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-iskop tal-applikazzjoni jkunx dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat fis-SIS bħala mitluf, misruq, użat ħażin jew invalidat;

(b)

jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-iskop tal-applikazzjoni jkunx dokument tal-ivvjaġġar irrappurtat fil-bażi tad-data SLTD bħala mitluf, misruq jew invalidat;

(c)

jekk l-applikant ikunx is-suġġett ta' rapport għall-finijiet ta' ċaħda tad-dħul u ta' projbizzjoni ta' soġġorn mdaħħal fis-SIS;

(d)

jekk l-applikant ikunx is-suġġett ta' rapport fis-SIS dwar persuna mfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' ċediment abbażi ta' mandat ta' arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' estradizzjoni;

(e)

jekk l-applikant u d-dokument tal-ivvjaġġar ikunx awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar miċħuda, irrevokata jew ikkanċellata fis-Sistema Ċentrali tal-ETIAS;

(f)

jekk l-applikant u d-dokument tal-ivvjaġġar jidhrux fuq il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1240;

(g)

jekk ikunx diġà hemm data dwar l-applikant rreġistrata fil-VIS rigward l-istess persuna;

(h)

jekk id-data pprovduta fl-applikazzjoni għad-dokument tal-ivvjaġġar tkunx applikazzjoni oħra għal awtorizzazzjoni ta' viża għal soġġorn twil, permess ta' residenza assoċjata ma' data oħra dwar l-identità;

(i)

jekk l-applikant ikunx attwalment irrappurtat bħala persuna li qabżet it-tul taż-żjara awtorizzata, jew jekk fl-imgħoddi kienx is-suġġett ta' rapport bħal dan fl-EES;

(j)

jekk l-applikant ikunx irreġistrat bħala x ħadd li kien is-suġġett ta' ċaħda tad-dħul fl-EES;

(k)

jekk l-applikant kienx is-suġġett ta' deċiżjoni ta' ċaħda, kanċellazzjoni jew revoka ta' viża għal soġġorn qasir irreġistrata fil-VIS;

(l)

jekk l-applikant kienx is-suġġett ta' rifjut, kanċellazzjoni jew revoka ta' viża għal soġġorn fit-tul jew ta' permess ta' residenza rreġistrata fil-VIS;

(m)

jekk id-data speċifika għall-identità tal-applikant hijiex irreġistrata fid-data tal-Europol;

(n)

meta l-applikant ikun minorenni, jekk il-persuna li teżerċita l-awtorità ta' ġenitur jew ta' kustodju legali:

(i)

tkun is-suġġett ta' rapport fis-SIS dwar persuna mfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' ċediment abbażi ta' mandat ta' arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għall-finijiet ta' estradizzjoni;

(ii)

tkun is-suġġett ta' rapport għall-finijiet ta' ċaħda tad-dħul u ta' projbizzjoni ta' soġġorn fis-SIS;

(iii)

tkun detentur ta' dokument tal-ivvjaġġar li jidher fuq il-lista ta' sorveljanza msemmija fl-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2018/1240.

Dan l-Artikolu ma jridx ifixkel il-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għall-ażil, tkun xi tkun ir-raġuni. Fil-każ ta' applikazzjoni għal viża ppreżentata minn vittma ta' kriminalità vjolenti, bħal vjolenza domestika jew traffikar ta' bnedmin, imwettqa mill-isponsor tagħhom, il-fajl depożitat fil-VIS għandu jkun separat minn dak tal-isponsor sabiex il-vittma tiġi protetta minn riskji ulterjuri.

Biex jiġi evitat ir-riskju ta' hits żbaljati, kwalunkwe tfittxija li tikkonċerna tfal taħt l-14-il sena jew persuni li jkollhom aktar minn 75 sena magħmula permezz ta' identifikaturi bijometriċi meħuda aktar minn ħames snin qabel it-tqabbil u li ma tikkonfermax l-identità taċ-ċittadin ta' pajjiż terz, għandu jkun soġġett għal verifika manwali obbligatorja minn espert dwar id-data bijometrika. [Em. 190]

3.   Il-VIS għandha żżid referenza għal kwalunkwe hit miksuba skont il-paragrafi (2) u (5) tal-fajl individwali. Barra minn dan, il-VIS għandha tidentifika, fejn rilevanti, l-Istat Membru jew l-Istati Membri li daħħlu jew ipprovdew id-data li skattat il-hit(s) jew il-Europol, u għandha tirreġistra dan fil-fajl individwali. L-ebda informazzjoni għajr ir-referenza għal xi hit u l-oriġinatur tad-data ma għandha tiġi rreġistrata. [Em. 191]

3a.     Meta jitwettqu tfittxijiet fl-SLTD, id-data użata mill-utent tal-ESP għat-tnedija ta' tfittxija ma tiġix kondiviża mas-sidien tad-data tal-Interpol. [Em. 192]

4.   Għall-finijiet tal-Artikolu 2(2)(f) fir-rigward ta’ viża maħruġa jew viża estiża għal soġġorn twil, it-tfittxijiet imwettqa skont 22b paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom iqabblu d-data rilevanti fl-Artikolu 22c(2), mad-data preżenti fis-SIS biex jiġi ddeterminat jekk id-detentur hux suġġett għal wieħed mill-allerti mit-twissijiet li ġejjin: [Em. 193]

(a)

allert fir-rigward ta’ persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ konsenja jew ta’ estradizzjoni;

(b)

allert fir-rigward ta’ persuni neqsin;

(c)

allert fir-rigward ta’ persuni mfittxija biex jassistu fi proċedura ġudizzjarja;

(d)

allert twissija dwar persuni u oġġetti għal kontrolli diskreti jew kontrolli speċifiċi jew kontrolli ta' investigazzjoni . [Em. 194]

Fejn it-tqabbil imsemmi f’dan il-paragrafu jirrapporta hit waħda jew aktar, il-VIS għandha tibgħat notifika awtomatizzata lill-awtorità ċentrali tal-Istat Membru li nieda t-tfittxija u għandha tieħu kwalunkwe azzjoni ta’ segwitu xierqa. L-Artikolu 9a (5a), (5b), (5c), (5d), u l-Artikoli 9c, 9ca, 9cb għandhom japplikaw mutatis mutandis soġġetti għad-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin. [Em. 195]

5.   Fir-rigward tal-konsultazzjoni tad-data tal-EES, l-ETIAS u l-VIS skont il-paragrafu 2, il-hits għandhom ikunu limitati biex jindikaw ir-rifjuti ta’ awtorizzazzjoni għall-ivvjaġġar, ta’ dħul jew ta’ viża li huma bbażati fuq raġunijiet tas-sigurtà.

6.   Fejn il-viża għal soġġorn twil u il-permess ta’ residenza jinħareġ jew jiġi estiż minn awtorità konsolari ta’ Stat Membru, għandu japplika l-Artikolu 9a. [Em. 196]

7.   Fejn il-permess ta’ residenza jinħareġ jew jiġi estiż jew fejn viża għal soġġorn twil tiġi estiża minn awtorità fit-territorju ta’ Stat Membru, għandu japplika dan li ġej:

(a)

li l-awtorità għandha tivverifika jekk id-data rreġistrata fil-fajl individwali tikkorrispondix mad-data preżenti fil-VIS, jew f’waħda mis-sistemi/bażijiet tad-data ta’ informazzjoni tal-UE, id-data tal-Europol, jew il-bażijiet tad-data tal-Interpol ikkonsultati kont il-paragrafu 2;

(b)

fejn il-hit skont il-paragrafu 2 hija relatata mad-data tal-Europol, l-unità nazzjonali tal-Europol għandha tkun infurmata għal segwitu;

(c)

fejn l-ebda data ma tikkorrispondi, u ma ġiet irrappurtata l-ebda hit oħra matul l-ipproċessar awtomatizzat skont il-paragrafi 2 u 3, l-awtorità għandha tħassar il-hit falza mill-fajl tal-applikazzjoni;

(d)

fejn id-data tikkorrispondi għall-identità tal-applikant, jew fejn jibqgħu xi dubji, l-awtorità għandha tieħu azzjoni dwar id-data li skattat il-hit skont il-paragrafu 4 skont il-proċeduri, il-kundizzjonijiet u l-kriterji pprovduti mil-leġiżlazzjoni tal-UE u dik nazzjonali. [Em. 197]

Artikolu 22c

Għandu jinħoloq fajl individwali għal viża għal soġġorn twil jew għal permess ta’ residenza maħruġ

Fajl individwali maħluq skont l-Artikolu 22a(1) għandu jkun fih id-data li ġejja:

(1)

l-awtorità li ħarġet id-dokument, inkluż il-post fejn tinsab;

(2)

id-data li ġejja tad-detentur:

(a)

kunjom (isem tal-familja); isem/ismijiet; data sena tat-twelid; nazzjonalità jew nazzjonalitajiet kurrenti; sess; data, post u pajjiż tat-twelid; [Em. 198]

(b)

it-tip u n-numru tad-dokument tal-ivvjaġġar u l-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż li jkun ħareġ id-dokument tal-ivvjaġġar;

(c)

id-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;

(cc)

l-awtorità li ħarġet id-dokument tal-ivvjaġġar;

(d)

fil-każ ta’ minorenni, il-kunjom u l-isem (ismijiet) tal-awtorità tal-ġenituri jew tat-tutur legali tad-detentur;

(e)

il-kunjom, l-isem u l-indirizz tal-persuna fiżika jew l-isem u l-indirizz tal-impjegatur jew ta’ kwalunkwe organizzazzjoni oħra fuq liema kienet ibbażata l-applikazzjoni;

(f)

immaġni tal-wiċċ tad-detentur, fejn possibbli meħuda dak il-ħin; [Em. 199]

(g)

żewġ marki tas-swaba’ tad-detentur, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti;

(3)

id-data li ġejja dwar il-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza maħruġ:

(a)

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li nħarġet viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza;

(b)

il-post u d-data tad-deċiżjoni li tinħareġ il-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza;

(c)

it-tip ta’ dokument maħruġ (viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza);

(d)

in-numru tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza maħruġ;

(e)

id-data ta’ skadenza tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza.

Artikolu 22d

Għandu jinħoloq fajl individwali f’ċerti każi ta’ rifjut ta’ viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza

Fejn ittieħdet deċiżjoni li viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza jiġi rrifjutat minħabba li l-applikant huwa meqjus li jirrappreżenta theddida għall-politika pubblika, jew għas-sigurtà interna jew għas-saħħa pubblika jew l-applikant ippreżenta dokumenti foloz li nkisbu b’mod frodulenti, jew iffalsifikati, jew imbagħbsa, l-awtorità li rrifjutat dan għandha toħloq fajl individwali mingħajr dewmien bid-data li ġejja: [Em. 200]

a)

kunjom, kunjom tat-twelid, kunjom(ijiet) ta' qabel; isem/ismijiet; sess; data, post u pajjiż tat-twelid;

b)

ċittadinanza attwali u ċittadinanza mat-twelid;

c)

tip u numru tad-dokument tal-ivvjaġġar, l-awtorità li ħarġitu u d-data tal-ħruġ u ta’ skadenza;

d)

fil-każ ta’ minorenni, il-kunjom u l-isem (ismijiet) tal-awtorità tal-ġenituri jew tat-tutur legali tad-detentur;

e)

il-kunjom, l-isem u l-indirizz tal-persuna fiżika fuq liema hija bbażata l-applikazzjoni; [Em. 201]

f)

immaġni tal-wiċċ tal-applikant, fejn possibbli meħuda dak il-ħin; [Em. 202]

g)

żewġ marki tas-swaba’ tal-applikant, skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u nazzjonali rilevanti;

h)

informazzjoni li tindika li l-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza ġie rrifjutat minħabba li l-applikant huwa meqjus li jirrappreżenta theddida għall-politika pubblika jew għas-sigurtà pubblika jew għas-saħħa pubblika, jew minħabba li l-applikant ippreżenta dokumenti li nkisbu b’mod frodulenti, jew ġew iffalsifikati, jew ġew imbagħbsa; [Em. 203]

i)

l-awtorità li rrifjutat il-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza, inkluż il-post fejn tinsab;

j)

il-post u d-data tad-deċiżjoni li tiġi rrifjutata l-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza.

Artikolu 22e

Data li għandha tiżdied għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza li ġie rtirat

1.   Fejn ittieħdet deċiżjoni li jiġi rtirat permess ta’ residenza jew viża għal soġġorn twil, jew li jitqassar il-perjodu ta’ validità ta’ viża għal soġġorn twil, l-awtorità li ħadet id-deċiżjoni għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl individwali:

(a)

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li l-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza jkun ġie irtirat, jew fil-każ ta’ viża għal soġġorn twil, li l-perjodu ta’ validità tqassar;

(b)

l-awtorità li rtirat il-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza jew li qassret il-perjodu ta’ validità tal-viża għal soġġorn twil, inkluż il-post fejn tinsab;

(c)

il-post u d-data tad-deċiżjoni;

(d)

id-data ta’ skadenza l-ġdida tal-validità tal-viża għal soġġorn twil, fejn xieraq;

(e)

in-numru tat-tikketta tal-viża, jekk il-perjodu mqassar jieħu l-forma ta’ tikketta tal-viża ġdida.

2.   Il-fajl individwali għandu jindika wkoll ir-raġuni(jiet) għall-irtirar tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza jew għat-tqassir tal-perjodu ta’ validità tal-viża għal soġġorn twil, skont il-punt (h) tal-Artikolu 22d.

Artikolu 22f

Data li għandha tiżdied għal viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza li ġie estiż

Fejn ittieħdet deċiżjoni li jiġi estiż permess ta’ residenza jew viża għal soġġorn twil, l-awtorità li estendietu għandha żżid id-data li ġejja fil-fajl individwali:

(a)

informazzjoni dwar l-istatus li tindika li viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza ġie estiż;

(b)

l-awtorità li estendiet il-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza, inkluż il-post fejn tinsab;

(c)

il-post u d-data tad-deċiżjoni;

(d)

fil-każ ta’ viża għal soġġorn twil, in-numru tat-tikketta tal-viża, jekk l-estensjoni tal-viża għal soġġorn twil tieħu l-forma ta’ tikketta tal-viża ġdida;

(e)

id-data ta’ skadenza tal-perjodu estiż.

Artikolu 22 g

Aċċess għad-data għal verifika ta’ viżi għal soġġorn twil u permessi ta’ residenza fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni

1.   Għall-iskop uniku li tiġi vverifikata l-identità tad-detentur tad-dokument u/jew l-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza u jekk il-persuna hijiex meqjusa ta’ theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà jew għas-sigurtà interna jew is-saħħa pubblika għal kwalunkwe mill-Istati Membri skont l-Artikolu 6(1)(e) tar-Regolament (UE) 2016/399, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta’ kontrolli fil-postijiet tal-qsim tal-fruntieri esterni skont dak ir-Regolament għandu jkollhom aċċess għat-tfittxija billi jużaw in-numru tad-dokument flimkien ma’ waħda jew aktar mid-data fl-Artikolu 22c(2)(a), (b) u (c) ta’ dan ir-Regolament. [Em. 204]

2.   Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar id-detentur tad-dokument hija rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti tal-kontroll tal-fruntiera għandu jkollha aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl individwali, unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

(a)

informazzjoni dwar l-istatus tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza jekk ġie maħruġ, irtirat jew estiż;

(b)

id-data msemmija fl-Artikolu 22c(3)(c), (d) u (e);

(c)

fejn applikabbli, id-data msemmija fl-Artikolu 22e(1)(d) u (e);

(d)

fejn applikabbli, id-data msemmija fl-Artikolu 22f(d) u (e);

(e)

ir-ritratti l-immaġni tal-wiċċ kif imsemmija fl-Artikolu 22c(2)(f). [Em. 205]

Artikolu 22h

Aċċess għal data għall-verifika fit-territorju tal-Istati Membri

1.   Għall-iskop uniku li tiġi vverifikata l-identità tad-detentur tad-dokument u l-awtentiċità u l-validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta' residenza jew jekk il-persuna hijiex ta' theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna jew is-saħħa pubblika għal kwalunkwe mill-Istati Membri, l-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq ta' kontrolli fit-territorju tal-Istati Membri dwar jekk humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għad-dħul, is-soġġorn jew ir-residenza, u kif applikabbli, l-awtoritajiet tal-pulizija, għandu jkollhom aċċess għat-tfittxija billi jużaw in-numru tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta' residenza flimkien ma' waħda jew aktar mid-data fl-Artikolu 22c(2)(a), (b) u (c). [Em. 206]

2.   Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar id-detentur hija rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għandha tingħata l-aċċess sabiex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl individwali kif ukoll, fejn applikabbli, ta’ fajl(s) konnessi skont l-Artikolu 22a(4), unikament għall-finijiet imsemmija fil-paragrafu 1:

(a)

informazzjoni dwar l-istatus tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza jekk ġie maħruġ, irtirat jew estiż;

(b)

id-data msemmija fl-Artikolu 22c(3)(c), (d) u (e);

(c)

fejn applikabbli, id-data msemmija fl-Artikolu 22e(1)(d) u (e);

(d)

fejn applikabbli, id-data msemmija fl-Artikolu 22f(d) u (e);

(e)

ir-ritratti l-immaġni tal-wiċċ kif imsemmija fl-Artikolu 22c(2)(f). [Em. 207]

Artikolu 22i

Aċċess għad-data għad-determinazzjoni tar-responsabbiltà għal applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali

1.   Għall-uniku fini li jiġi stabbilit liema Stat Membru huwa responsabbli li jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, l-awtoritajiet kompetenti għall-ażil għandu jkollhom aċċess biex ifittxu bil-marki tas-swaba’ tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali.

Fejn il-marki tas-swaba’ tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba’ ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq billi jintuża n-numru tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 22c(2)(a), (b) u (c).

2.   Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza huwa rreġistrat fil-VIS, l-awtorità kompetenti għall-ażil għandha tingħata aċċess biex tikkonsulta d-data li ġejja tal-fajl tal-applikazzjoni, u fir-rigward tad-data elenkata fil-punt (g) ta’ fajl(s) tal-applikazzjoni konnessi tal-konjuġi u t-tfal, skont l-Artikolu 22a(4), unikament għall-fini msemmi fil-paragrafu 1:

(a)

l-awtorità li ħarġet jew estendiet il-viża għal soġġorn twil jew il-permess ta’ residenza;

(b)

id-data msemmija fl-Artikolu 22c(2)(a) u (b);

(c)

it-tip ta’ dokument;

(d)

il-perjodu ta’ validità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza;

(f)

ir-ritratti kif imsemmija fl-Artikolu 22c(2)(f);

(g)

id-data msemmija fl-Artikolu 22c(2)(a) u (b) tal-fajl(s) tal-applikazzjoni konnessi dwar il-konjuġi u t-tfal.

3.   Il-konsultazzjoni tal-VIS skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha titwettaq biss mill-awtoritajiet nazzjonali maħtura msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*15).

Artikolu 22j

Aċċess għad-data għall-eżami ta’ applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali

1.   Għall-uniku fini li tiġi eżaminata applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali, l-awtoritajiet kompetenti għall-ażil għandu jkollhom aċċess skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 biex ifittxu bil-marki tas-swaba’ tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali.

Fejn il-marki tas-swaba’ tal-applikant għall-protezzjoni internazzjonali ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba’ ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq billi jintuża n-numru tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza flimkien mad-data msemmija fl-Artikolu 22c(2)(a), (b) u (c), jew flimkien mad-data fl-Artikolu 22d(a), (b), (c) u (f).

2.   Jekk it-tfittxija bid-data elenkata fil-paragrafu 1 tindika li d-data dwar l-applikant għall-protezzjoni internazzjonali hija rreġistrata fil-VIS, l-awtorità kompetenti għall-ażil għandu jkollha aċċess, unikament għall-għan imsemmi fil-paragrafu 1, biex tikkonsulta d-data mdaħħla fir-rigward ta’ kwalunkwe viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza maħruġ, irrifjutat, irtirat jew li l-validità tiegħu ġiet estiża, imsemmija fl-Artikolu 22c, 22d, 22e u 22f tal-applikant u ta’ kwalunkwe fajl konness tal-applikazzjoni tal-applikant skont l-Artikolu 22a(3).

3.   Il-konsultazzjoni tal-VIS skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandha titwettaq biss mill-awtoritajiet nazzjonali maħtura msemmija fl-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 603/2013.

KAPITOLU IIIb

Proċeduri u kundizzjonijiet għall-aċċess għall-VIS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

Artikolu 22k

Awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri

1.   L-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtoritajiet li huma intitolati jikkonsultaw id-data maħżuna fil-VIS sabiex jipprevjenu, jikxfu u jinvestigaw reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra f'ċirkostanzi xierqa u definiti b'mod strett kif imsemmi fl-Artikolu 22n . Dawk l-awtoritajiet għandhom ikunu permessi biss li jikkonsultaw id-data ta' tfal li għandhom inqas minn 12-il sena biex jipproteġu lit-tfal neqsin jew lit-tfal li sfaw vittmi ta' reati serji. [Em. 208]

2.   Kull Stat Membru għandu jżomm lista strettament limitata tal-awtoritajiet maħtura. Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet maħtura tiegħu u jista’ fi kwalunkwe ħin jemenda jew jissostitwixxi n-notifika tiegħu. [Em. 209]

3.   Kull Stat Membru għandu jaħtar punt ta’ aċċess ċentrali li għandu jkollu aċċess għall-VIS. Il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jivverifika li l-kundizzjonijiet għat-talba għall-aċċess għall-VIS stabbiliti fl-Artikolu 22n huma sodisfatti.

L-awtorità maħtura u l-punt ta’ aċċess ċentrali jistgħu jkunu parti mill-istess organizzazzjoni jekk dan ikun permess taħt il-liġi nazzjonali, iżda l-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jaġixxi b’mod għalkollox indipendenti mill-awtoritajiet maħtura fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament. Il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jkun separat mill-awtoritajiet maħtura u ma għandux jirċievi istruzzjonijiet mingħandhom fir-rigward tal-eżitu tal-verifika li għandha titwettaq b’mod indipendenti.

L-Istati Membri jistgħu jaħtru aktar minn punt ta’ aċċess ċentrali wieħed sabiex tiġi riflessa l-istruttura organizzattiva u amministrattiva tagħhom fit-twettiq tar-rekwiżiti kostituzzjonali u legali tagħhom.

4.   Kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-eu-LISA u lill-Kummissjoni dwar il-punt ta’ aċċess ċentrali maħtur tiegħu u jista’ fi kwalunkwe ħin jemenda jew jissostitwixxi n-notifika tiegħu.

5.   Fil-livell nazzjonali, kull Stat Membru għandu jżomm lista tal-unitajiet operattivi fi ħdan l-awtoritajiet maħtura li huma awtorizzati li jitolbu aċċess għad-data maħżuna fil-VIS permezz tal-punt(i) ta’ aċċess ċentrali.

6.   Huwa biss il-persunal debitament awtorizzat tal-punti ta’ aċċess ċentrali li għandu jkun awtorizzat li jaċċessa l-VIS skont l-Artikoli 22m u 22n.

Artikolu 22l

Europol

1.   Il-Europol għandu jaħtar waħda mill-unitajiet operattivi tiegħu bħala “l-awtorità maħtura tal-Europol” u għandu jawtorizzaha li titlob aċċess għall-VIS permezz tal-punt ta’ aċċess ċentrali tal-VIS imsemmi fil-paragrafu 2 sabiex tiġi appoġġata u tissaħħaħ l-azzjoni mill-Istati Membri għall-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra.

2.   Il-Europol għandu jaħtar unità speċjalizzata b’uffiċjali tal-Europol li huma debitament awtorizzati bħala l-punt ta’ aċċess ċentrali. Il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jivverifika li l-kundizzjonijiet għat-talba għall-aċċess għall-VIS stabbiliti fl-Artikolu 22p huma sodisfatti.

Il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jaġixxi b’mod għalkollox indipendenti meta jwettaq l-inkarigi tiegħu skont dan ir-Regolament u ma għandux jirċievi istruzzjonijiet mill-awtorità maħtura tal-Europol imsemmija fil-paragrafu 1 fir-rigward tal-eżitu tal-verifika. [Em. 210]

Artikolu 22m

Proċedura għall-aċċess għall-VIS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

1.   L-unitajiet operattivi msemmija fl-Artikolu 22k(5) għandhom jissottometti talba motivata elettronika jew bil-miktub lill-punti ta’ aċċess ċentrali msemmija fl-Artikolu 22k(3) għal aċċess għad-data maħżuna fil-VIS. Meta tiġi riċevuta talba għal aċċess, il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jivverifika humiex sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-aċċess imsemmija fl-Artikolu 22n. Jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-aċċess, il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jipproċessa t-talbiet. Id-data aċċessata tal-VIS għandha tiġi trażmessa lill-unitajiet operattivi msemmija fl-Artikolu 22k(5) b’tali mod li ma tiġix kompromessa s-sigurtà tad-data.

2.   F’każ eċċezzjonali ta’ urġenza, fejn ikun hemm ħtieġa li jiġi evitat periklu imminenti għall-ħajja ta’ persuna assoċjata ma’ reat terroristiku jew ma’ reat kriminali serju ieħor, il-punt ta’ aċċess ċentrali għandu jipproċessa t-talba minnufih u għandu jivverifika biss ex-post jekk ikunux sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha msemmija fl-Artikolu 22n, inkluż jekk każ ta’ urġenza kienx jeżisti fir-realtà. Il-verifika ex post għandha ssir mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn seba’ ġranet tax-xogħol wara l-ipproċessar tat-talba

3.   Fejn verifika ex post tiddetermina li l-aċċess għad-data tal-VIS ma kienx iġġustifikat, l-awtoritajiet kollha li jkunu aċċessaw din id-data għandhom iħassru minnufih l-informazzjoni aċċessata mill-VIS u għandhom jinfurmaw lill-punti ta’ aċċess ċentrali dwar it-tħassir. [Em. 211]

Artikolu 22n

Kundizzjonijiet għal aċċess għal data tal-VIS minn awtoritajiet maħturin tal-Istati Membri

1.   L-awtoritajiet Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 22 tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità (fruntieri viżi)] l-awtoritajiet maħtura jistgħu jaċċessaw il-VIS għal konsultazzjoni jekk ikunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin: [Em. 212]

(a)

l-aċċess għal konsultazzjoni jkun meħtieġ u proporzjonat għall-fini tal-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew reat kriminali serju ieħor;

(b)

l-aċċess għal konsultazzjoni jkun meħtieġ u proporzjonat f’każ speċifiku;

(c)

jeżistu raġunijiet raġonevoli biex jitqies li l-konsultazzjoni tad-data tal-VIS tista’ tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ xi wieħed mir-reati kriminali inkwistjoni b’mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta’ reat terroristiku jew ta’ reat kriminali serju ieħor taqa’ taħt kategorija koperta b’dan ir-Regolament;

(ca)

fil-każ ta' tfittxijiet bil-marki tas-swaba', tkun tnediet tfittxija minn qabel fis-sistema tal-identifikazzjoni bil-marki tas-swaba' awtomatizzata ta' Stati Membri oħra skont id-Deċiżjoni 2008/615/ĠAI meta t-tqabbil tal-marki tas-swaba' jkun teknikament disponibbli, u jew dik it-tfittxija tkun twettqet bis-sħiħ, jew dik it-tfittxija ma tkunx twettqet bis-sħiħ fi żmien 24 siegħa minn meta tkun tnediet. [Em. 213]

(d)

fejn tnediet tfittxija fis-CIR f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità (fruntieri viżi) ], it-tweġiba riċevuta kif imsemmija fil-paragrafu 5 tal-[Artikolu 22 tar- Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi)] tiżvela li d-data tkun maħżuna fil-VIS.” [Em. 214]

2.   Il-kundizzjoni pprovduta fil-punt (d) tal-paragrafu 1 ma teħtieġx li tiġi sodisfatta għas-sitwazzjonijiet fejn l-aċċess għall-VIS huwa meħtieġ bħala għodda biex tiġi kkonsultata l-istorja tal-viża jew il-perjodi tas-soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri ta’ persuna suspettata, awtur jew vittma suspettata magħrufa ta’ reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor.

3.   Il-konsultazzjoni tal-VIS għandha tkun limitata għat-tfittxija bi kwalunkwe data li ġejja fil-fajl tal-applikazzjoni jew fil-fajl individwali: [Em. 215]

(a)

il-kunjom(ijiet) (isem tal-familja), l-isem jew ismijiet (ismijiet mat-twelid), data sena tat-twelid, nazzjonalità jew nazzjonalitajiet, u/jew is-sess; [Em. 216]

(b)

it-tip u n-numru tad-dokument jew tad-dokumenti tal-ivvjaġġar, il-kodiċi bi tliet ittri tal-pajjiż emittenti u d-data tal-iskadenza tal-validità tad-dokument tal-ivvjaġġar;

(c)

numru tat-tikketta tal-viża jew numru tal-viża għal soġġorn twil jew tad-dokument ta’ residenza u d-data ta’ skadenza tal-validità tal-viża, tal-viża għal soġġorn twil jew tad-dokument tar-residenza, kif applikabbli;

(d)

il-marki tas-swaba’, inkluż il-marki tas-swaba’ latenti;

(e)

immaġni tal-wiċċ.

3a.     Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-disponibilità, l-istat ta' tħejjija u l-affidabbiltà tat-teknoloġija meħtieġa biex jintużaw l-immaġni tal-wiċċ biex tiġi identifikata persuna. [Em. 217]

3b.     L-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (e) tal-paragrafu 3 ma għandhiex tkun l-uniku kriterju tat-tfittxija. [Em. 218]

4.   Fil-każ ta’ hit, il-konsultazzjoni tal-VIS għandha tagħti aċċess għad-data elenkata f’dan il-paragrafu fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu kif ukoll għal kwalunkwe data oħra meħuda mill-fajl tal-applikazzjoni jew mill-fajl individwali, inkluż data li tkun iddaħħlet fir-rigward ta’ kwalunkwe dokument maħruġ, irrifjutat, annullat, revokat jew estiż. L-aċċess għad-data msemmi fil-punt (4)(1) tal-Artikolu 9 kif irreġistrata fil-fajl tal-applikazzjoni għandu jingħata biss jekk dik id-data kienet mitluba espliċitament f’talba motivata u approvata minn verifika indipendenti. [Em. 219]

Artikolu 22o

Aċċess għall-VIS għall-identifikazzjoni ta’ persuni f’ċirkostanzi speċifiċi

B’deroga mill-Artikolu 22n(1), l-awtoritajiet maħtura ma għandhomx ikunu obbligati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak il-paragrafu biex jaċċessaw il-VIS għall-fini ta’ identifikazzjoni ta’ persuni , b'mod partikolari tfal, li sfaw neqsin, maħtufa jew identifikati bħala vittmi tat-traffikar ta’ bnedmin u li fir-rigward tagħhom hemm raġunijiet motivati serji biex jiġi kkunsidrat li l-konsultazzjoni tad-data tal-VIS se tappoġġa l-identifikazzjoni tagħhom, u/jew u tikkontribwixxi fl-investigazzjoni ta’ każijiet speċifiċi tat-traffikar ta’ bnedmin. F’ċirkostanzi bħal dawn, l-awtoritajiet maħtura jistgħu jfittxu fil-VIS bil-marki tas-swaba’ ta’ dawk il-persuni. [Em. 220]

Fejn il-marki tas-swaba’ ta’ dawk il-persuni ma jistgħux jintużaw jew it-tfittxija bil-marki tas-swaba’ ma tirnexxix, it-tfittxija għandha titwettaq billi tintuża d-data msemmija fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 9 9(4) jew fil-punti (a) u (b) tal-Artikolu 22c(2) . [Em. 221]

Fil-każ ta' hit, il-konsultazzjoni tal-VIS għandha tagħti aċċess għal kwalunkwe mid-data fl-Artikolu 9, fl-Artikolu 22c jew fl-Artikolu 22d, kif ukoll għad-data fl-Artikolu 8(3) u (4) jew fl-Artikolu 22a(3) . [Em. 222]

Artikolu 22p

Proċeduri u kundizzjonijiet għall-aċċess għall-VIS mill-Europol

1.   Il-Europol għandu jkollu aċċess biex jikkonsulta l-VIS meta jkunu sodisfatti l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-konsultazzjoni tkun meħtieġa u proporzjonata biex tiġi appoġġata u msaħħa azzjoni mill-Istati Membri fil-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi jew ta’ reati kriminali serji oħra li jaqgħu taħt il-mandat tal-Europol;

(b)

il-konsultazzjoni tkun meħtieġa u proporzjonata f’każ speċifiku;

(c)

jeżistu raġunijiet raġonevoli biex jitqies li l-konsultazzjoni tad-data tal-VIS tista’ tikkontribwixxi sostanzjalment għall-prevenzjoni, il-kxif jew l-investigazzjoni ta’ xi wieħed mir-reati kriminali inkwistjoni b’mod partikolari fejn ikun hemm suspett sostanzjat li l-persuna suspettata, l-awtur jew il-vittma ta’ reat terroristiku jew ta’ reat kriminali serju ieħor taqa’ taħt kategorija koperta b’dan ir-Regolament;

(d)

fejn tnediet tfittxija fis-CIR f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi) ], it-tweġiba riċevuta kif imsemmija fil-paragrafu 22(3) ta’ dak ir-Regolament tiżvela li d-data tkun maħżuna fil-VIS.

2.   Il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22n(2), (3) u (4) għandhom japplikaw kif adatt.

3.   L-awtorità maħtura tal-Europol tista’ tippreżenta talba elettronika motivata għall-konsultazzjoni tad-data kollha jew għal sett speċifiku ta’ data maħżun fil-VIS lill-punt ta’ aċċess ċentrali tal-Europol imsemmi fl-Artikolu 22k(3) 22l(2) . Wara riċevuta ta’ talba għall-aċċess il-punt ta’ aċċess ċentrali tal-Europol għandu jivverifika jekk ikunux sodisfatti l-kundizzjonijiet għall-aċċess imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Jekk il-kundizzjonijiet kollha għall-aċċess huma sodisfatti, il-persunal debitament awtorizzat tal-punt ċentrali ta’ aċċess għandhom jipproċessaw it-talbiet. Id-data tal-VIS aċċessata għandha tintbagħat lill-unitajiet operattivi msemmijin fl-Artikolu 22l(1) b'tali mod biex ma tkunx kompromessa s-sigurtà tad-data. [Em. 223]

4.   L-ipproċessar tal-informazzjoni miksuba mill-Europol permezz ta’ konsultazzjoni tad-data tal-VIS għandu jkun suġġett għall-awtorizzazzjoni tal-Istat Membru ta’ oriġini. Dik l-awtorizzazzjoni għandha tinkiseb permezz tal-unità nazzjonali tal-Europol ta’ dak l-Istat Membru.

Artikolu 22q

Ir-reġistrazzjoni u d-dokumentazzjoni

1.   Kull Stat Membru u l-Europol għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet kollha tal-ipproċessar tad-data li jirriżultaw minn talbiet għall-aċċess għad-data tal-VIS skont il-Kapitolu IIIc IIIb jiġu rreġistrati jew dokumentati għall-finijiet tal-verifika tal-ammissibbiltà ta' monitoraġġ tal-ammissibilità tat-talba, il-monitoraġġ tal-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u tal-integrità u tas-sigurtà tad-data u s-sigurtà , u  l-impatti possibbli fuq id-drittijiet fundamentali, u għall-awtomonitoraġġ.

Dawn ir-rekords jew dokumenti għandhom ikunu protetti b'miżuri xierqa kontra l-aċċess mhux awtorizzat u mħassra sentejn wara l-ħolqien tagħhom, sakemm ma jkunux meħtieġa għal proċeduri ta' kontroll diġà mibdija. [Em. 224]

2.   Ir-reġistrazzjoni jew id-dokumentazzjoni għandha turi, fil-każijiet kollha:

(a)

il-fini preċiż tat-talba għall-aċċess għad-data tal-VIS, inkluż ir-reat terroristiku jew reat kriminali serju ieħor ikkonċernat u, għall-Europol, il-fini preċiż tat-talba għall-aċċess;

(b)

ir-referenza tal-fajl nazzjonali;

(c)

id-data u l-ħin preċiż tat-talba għall-aċċess mill-punt ta’ aċċess ċentrali lis-Sistema Ċentrali tal-VIS;

(d)

l-isem tal-awtorità li tkun talbet aċċess għal konsultazzjoni;

(e)

fejn applikabbli, id-deċiżjoni meħuda fir-rigward tal-verifika ex post;

(f)

id-data użata għall-konsultazzjoni;

(g)

f'konformità mar-regoli nazzjonali jew mar-Regolament (UE) 2016/794 jew, meta applikabbli, ir-Regolament (KE) 2018/1725 , l-identità unika tal-utent li tidentifika lill-uffiċjal li jkun għamel it-tfittxija u tal-uffiċjal li jkun ordna t-tfittxija. [Em. 225]

3.   Il-logs u d-dokumentazzjoni għandhom jintużaw biss għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data , il-monitoraġġ tal-impatt fuq id-drittijiet fundamentali u sabiex tiġi żgurata l-integrità u s-sigurtà tad-data. Għall-monitoraġġ u għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 50 ta’ dan ir-Regolament jistgħu jintużaw biss logs li ma fihomx data personali. L-awtorità superviżorja stabbilita skont l-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680, li hija responsabbli biex tivverifika l-ammissibbiltà tat-talba u l-monitoraġġ għall-monitoraġġ tal-legalità tal-ipproċessar tad-data u l-integrità u s-sigurtà tad-data, għandu jkollha aċċess għal dawn lil-logs fuq talba tagħha għall-fini li taqdi dmirijietha. [Em. 226]

Artikolu 22r

Kundizzjonijiet għal aċċess għal data tal-VIS minn awtoritajiet maħturin ta’ Stat Membru li fir-rigward tiegħu r-Regolament (KE) Nru 767/2008 għadu ma daħalx fis-seħħ

1.   Aċċess għall-VIS għal konsultazzjoni minn awtoritajiet maħturin ta’ Stat Membru li fir-rigward tiegħu dan ir-Regolament għadu ma daħalx fis-seħħ għandu jseħħ fejn jiġu sodisfatti l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-aċċess huwa fil-kamp ta’ applikazzjoni tas-setgħat tagħhom;

(b)

l-aċċess huwa suġġett għall-istess kondizzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 22n(1);

(c)

l-aċċess huwa preċedut minn talba bil-miktub jew elettronika motivata debitament lil awtorità maħtura ta’ Stat Membru li għalih japplika dan ir-Regolament; dik l-awtorità għandha mbagħad titlob lill-punt(i) ċentrali ta’ aċċess nazzjonali biex jikkonsultaw il-VIS.

2.   Stat Membru li għalih dan ir-Regolament għadu ma daħalx fis-seħħ għandu jagħmel l-informazzjoni tiegħu dwar il-viża disponibbli għal Stati Membri li għalihom japplika dan ir-Regolament, abbażi ta’ talba bil-miktub jew elettronika motivata debitament, soġġetta għal konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 22n(1).

Artikolu 22ra

Protezzjoni tad-data personali aċċessata f'konformità mal-Kapitolu IIIb

1.     Kull Stat Membru għandu jiżgura li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali adottati skont id-Direttiva (UE) 2016/680 ikunu applikabbli wkoll għall-aċċess għall-VIS mill-awtoritajiet nazzjonali tiegħu skont dan il-kapitolu, inkluż b'rabta mad-drittijiet tal-persuni li d-data tagħhom tiġi aċċessata b'dan il-mod.

2.     L-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680 għandha twettaq monitoraġġ tal-legalità tal-aċċess għad-data personali mill-Istati Membri f'konformità ma' dan il-Kapitolu, inkluż meta tintbagħat lejn u mill-VIS. L-Artikolu 41(3) u (4) ta' dan ir-Regolament għandu japplika skont dan.

3.     L-ipproċessar ta' data personali mill-Europol skont dan ir-Regolament għandu jsir f'konformità mar-Regolament (UE) 2016/794 u għandu jiġi ssorveljat mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

4.     Id-data personali aċċessata fil-VIS f'konformità ma' dan il-Kapitolu għandha tiġi pproċessata biss għall-finijiet tal-prevenzjoni, id-detezzjoni jew l-investigazzjoni tal-każ speċifiku li għalih id-data tkun intalbet minn Stat Membru jew mill-Europol.

5.     L-eu-LISA, l-awtoritajiet maħtura, il-punti ta' aċċess ċentrali u l-Europol għandhom iżommu logs kif imsemmi fl-Artikolu 22q tat-tfittxijiet sabiex l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 41(1) tad-Direttiva (UE) 2016/680 u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jkunu jistgħu jimmonitorjaw il-konformità tal-ipproċessar tad-data mar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali dwar il-protezzjoni tad-data. Bl-eċċezzjoni tad-data miżmuma għal dik il-fini, id-data personali u r-rekords tat-tfittxijiet għandhom jitħassru mill-fajls kollha nazzjonali u tal-Europol wara 30 jum, ħlief jekk dawk id-data u r-rekords ikunu meħtieġa għall-finijiet tal-investigazzjoni kriminali speċifika li tkun għaddejja li għaliha jkunu ntalbu minn Stat Membru jew mill-Europol. [Em. 227]

(*15)  Regolament (UE) Nru 603/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-istabbiliment tal-“Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida u dwar talbiet għat-tqabbil ma’ data tal-Eurodac mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u mill-Europol għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1077/2011 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għat-tmexxija operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 1).”."

Artikolu 2

Emendi għad-Deċiżjoni Tħassir tad-Deċiżjoni 2004/512/KE [Em. 228]

L-Artikolu 1(2) tad- Deċiżjoni Id-Deċiżjoni 2004/512/KE jinbidel b'dan li ġej: hija mħassra. Ir-referenzi għal dik Deċiżjoni għandhom jitqiesu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u għandhom jinqraw f'konformità mat-tabella ta' korrelazzjoni fl-Anness 2.

“2.   Is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża għandha tkun ibbażata fuq arkitettura ċċentralizzata u tikkonsisti:

(a)

fir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità kif imsemmi fl-[Artikolu 17(2)(a) tar-Regolament 2018/XX dwar l-interoperabilità],

(b)

f’sistema ta’ informazzjoni ċentrali, minn hawn ’il quddiem imsejħa s-‘Sistema Ċentrali ta’ Informazzjoni dwar il-Viża’ (VIS),

(c)

interfaċċa f’kull Stat Membru, minn hawn ’il quddiem imsejħa ‘l-Interface Nazzjonali’ (Ni-VIS) li għandha tipprovdi l-konnessjoni bejn l-awtorità nazzjonali ċentrali rilevanti tal-Istati Membru rispettiv, jew Interfaċċa Nazzjonali Uniformi (NUI) f’kull Stat Membru abbażi ta’ speċifikazzjonijiet tekniċi komuni u identiċi għall-Istati Membri kollha biex is-Sistema Ċentrali tkun konnessa mal-infrastrutturi nazzjonali fl-Istati Membri,

(d)

infrastruttura ta’ komunikazzjoni bejn il-VIS u l-Interfaces Nazzjonali;

(e)

kanal ta’ komunikazzjoni sigur bejn il-VIS u s-Sistema Ċentrali tal-EES;

(f)

infrastruttura ta’ komunikazzjoni sigura bejn is-Sistema Ċentrali tal-VIS u l-infrastrutturi ċentrali tal-Portal Ewropew tat-Tfittxija stabbilit mill-[Artikolu 6 tar-Regolament 2017/XX dwar l-interoperabilità], is-servizz kondiviż ta’ tqabbil bijometriku stabbilit mill-[Artikolu 12 tar-Regolament 2017/XX dwar l-interoperabilità], ir-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità stabbilit mill-[Artikolu 17 tar-Regolament 2017/XX dwar l-interoperabilità] u d-detettur ta’ identitajiet multipli (MID) stabbilit mill-[Artikolu 25 tar-Regolament 2017/XX dwar l-interoperabilità];

(g)

mekkaniżmu ta’ konsultazzjoni dwar applikazzjonijiet u skambju ta’ informazzjoni bejn awtoritajiet ċentrali tal-viża (‘VISMail’);

(h)

portal tat-trasportaturi;

(i)

servizz web sigur għal komunikazzjoni bejn il-VIS, min-naħa l-waħda u l-portal tat-trasportaturi, u s-sistemi internazzjonali (sistemi/bażijiet tad-data tal-Interpol), min-naħa l-oħra;

(j)

repożitorju tad-data għall-finijiet ta’ rappurtar u statistika .

Is-Sistema Ċentrali, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi, is-servizz web, il-portal tat-trasportaturi u l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni tal-VIS għandhom jaqsmu ma' xulxin u jużaw mill-ġdid kemm ikun teknikament possibbli il-komponenti tal-ħardwer u s-softwer tas-Sistema Ċentrali tal-EES, l-Interfaċċi Nazzjonali Uniformi tal-EES, il-portal tat-trasportaturi tal-ETIAS, is-servizz web tal-EES u l-Infrastruttura ta’ Komunikazzjoni tal-EES rispettivament.”. [Em. 229]

Artikolu 3

Emendi għar-Regolament (KE) Nru 810/2009

Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 10(3), il-punt (c) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(c)

jippreżenta ritratt skont l-istandards stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1683/95 jew, jippermetti t-teħid dak il-ħin ta' immaġni tal-wiċċ mal-ewwel applikazzjoni u sussegwentement mill-inqas kull 59 xahar wara dan, skont l-istandards mniżżlin fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament.”; [Em. 230]

(2)

L-Artikolu 13 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 2, l-ewwel inċiż jinbidel b'dan li ġej:

“—

ritratt meħud immaġni tal-wiċċ meħuda dak il-ħin u miġbur diġitalment meta ssir l-applikazzjoni.”; [Em. 231]

(b)

fil-paragrafu 3, l-ewwel subparagrafu jinbidel b'dan li ġej:

“- Fejn il-marki Meta l-marki tas-swaba’ u ritratt meħud dak il-ħin ta’ kwalità suffiċjenti ġew miġbura mill-applikant u mdaħħla fil-VIS bħala parti minn applikazzjoni ppreżentata inqas minn 59 xahar qabel id-data tal-applikazzjoni l-ġdida, din [id-data] tista’ għandha tiġi kkupjata fl-applikazzjoni sussegwenti.”; [Em. 232]

(c)

fil-paragrafu 7, il-punt (a) jinbidel b’dan li ġej:

“(a)

tfal li jkollhom anqas minn sitt snin u persuni li jkollhom aktar minn 70 sena ;”; [Em. 253]

(d)

jitħassar il-paragrafu 8;

(3)

L-Artikolu 21 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 2 jinbidel b’dan li ġej:

“2.   Fir-rigward ta' kull applikazzjoni, il-VIS għandha tiġi kkonsultata skont l-Artikoli 8(2), 15 u 9a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsir użu sħiħ tal-kriterji kollha tat-tfittxija skont dawk l-artikoli sabiex jiġi evitat li jsiru ċaħdiet u identifikazzjonijiet foloz.”

(b)

jiddaħħlu l-paragrafi 3a u 3b li ġejjin:

“3a.   Għall-fini li jiġu vvalutati l-kundizzjonijiet tad-dħul stipulati fil-paragrafu 3, il-konsulat għandu jqis ir-riżultat tal-verifiki skont l-Artikolu 9c tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-bażijiet tad-data li ġejjin:

(a)

SIS u SLTD biex jiġi vverifikat jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix ma’ dokument tal-ivvjaġġar li huwa rrappurtat mitluf, misruq jew invalidat u jekk id-dokument tal-ivvjaġġar użat għall-applikazzjoni jikkorrispondix ma’ dokument tal-ivvjaġġar f’fajl fit-TDAWN tal-Interpol; [Em. 233]

(b)

is-Sistema Ċentrali tal-ETIAS biex jiġi vverifikat jekk l-applikant jikkorrispondix ma’ applikazzjoni rifjutata, revokata jew annullata għal awtorizzazzjoni tal-ivvjaġġar;

(c)

il-VIS biex jiġi vverifikat jekk id-data pprovduta fl-applikazzjoni dwar id-dokument tal-ivvjaġġar tikkorrispondix ma’ applikazzjoni oħra għal viża assoċjata ma’ data tal-identità differenti, kif ukoll jekk l-applikant kienx soġġett għal deċiżjoni biex tiġi rifjutata, revokata jew annullata viża għal soġġorn qasir;

(d)

l-EES biex jiġi ċċekkjat jekk l-applikant ikunx attwalment irrappurtat bħala persuna b’permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta, jekk ġiex irrappurtat bħala persuna b’permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta fil-passat jew jekk l-applikant ġie rrifjutat dħul fil-passat;

(e)

il-Eurodac biex jiġi vverifikat jekk l-applikant kienx soġġett għal irtirar jew rifjut tal-applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali;

(f)

id-data tal-Europol biex jiġi vverifikat jekk id-data pprovduta fl-applikazzjoni tikkorrispondix mad-data rreġistrata f’din il-bażi tad-data;

(g)

Is-sistema ECRIS-TCN biex jiġi vverifikat jekk l-applikant jikkorrispondix ma’ persuna li d-data tagħha ġiet irreġistrata f’din il-bażi tad-data għal reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra; [Em. 234]

(h)

is-SIS biex jiġi vverifikat jekk l-applikant huwiex soġġett għal allert fir-rigward ta’ persuni mfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ konsenja abbażi ta’ Mandat ta’ Arrest Ewropew jew imfittxija għall-arrest għal finijiet ta’ estradizzjoni.

Il-konsulat għandu jkollu aċċess għall-fajl tal-applikazzjoni u l-fajl(s) tal-applikazzjoni konness(i), jekk hemm, kif ukoll għar-riżultati kollha tal-verifiki skont l-Artikolu 9c tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.

3b.   L-awtorità tal-viża għandha tikkonsulta d-detettur ta’ identitajiet multipli flimkien mar-repożitorju komuni ta’ informazzjoni dwar l-identità msemmija fl-Artikolu 4(37) tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi) ] jew is-SIS jew it-tnejn li huma biex tivvaluta d-differenzi fl-identitajiet illinkjati u għandha tagħmel kwalunkwe verifika addizzjonali meħtieġa biex tieħu deċiżjoni dwar l-istatus u l-kulur tal-link kif ukoll biex tieħu deċiżjoni dwar il-ħruġ jew ir-rifjut tal-viża tal-persuna kkonċernata.

F’konformità mal-Artikolu 59(1) tar-Regolament 2018/XX [dwar l-interoperabilità (fruntieri u viżi) ], dan il-paragrafu għandu japplika biss malli jibda jopera d-detettur ta’ identitajiet multipli.”;

(c)

il-paragrafu 4 jinbidel b'dan li ġej:

“4.   Il-konsulat għandu jivverifika, permezz tal-informazzjoni miksuba mill-EES, jekk bis-soġġorn intenzjonat l-applikant hux se jaqbeż it-tul tas-soġġorn awtorizzat fit-territorju tal-Istati Membri, irrispettivament mis-soġġorni potenzjali awtorizzati minn viża nazzjonali għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru ieħor.”;

(4)

jiżdied dan l-Artikolu 21a li ġej:

“Artikolu 21a

Indikaturi speċifiċi tar-riskju

-1.     L-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom ikunu algoritmu li jippermetti t-tfassil tal-profil kif iddefinit fil-punt (4) tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/679 permezz tat-tqabbil tad-data rreġistrata f'fajl tal-applikazzjoni mal-indikaturi speċifiċi tar-riskju li jindikaw riskji ta' sigurtà, ta' immigrazzjoni illegali jew riskji epidemiċi għoljin. L-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom jiġu rreġistrati fil-VIS. [Em. 235]

1.   Il-valutazzjoni Il-Kummissjoni għandha tadotta att delegat skont l-Artikolu 51a biex tiċċara r-riskji tas-sigurtà jew tal-immigrazzjoni illegali jew ta’ riskji epidermali għoljin għandha tkun ibbażata fuq abbażi ta' : [Em. 236]

(a)

statistika ġġenerata mill-EES li tindika rati anormali ta’ persuni b’permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta u rifjuti ta’ dħul għal grupp speċifiku ta’ vjaġġaturi li għandhom viża;

(b)

statistika ġġenerata mill-VIS skont l-Artikolu 45a li tindika rati anormali ta’ rifjuti ta’ applikazzjonijiet tal-viża minħabba riskju ta’ migrazzjoni irregolari jew għas-sigurtà jew għas-saħħa pubblika assoċjat ma’ grupp speċifiku ta’ vjaġġaturi applikant ; [Em. 237]

(c)

statistika ġġenerata mill-VIS skont l-Artikolu 45a u l-EES li tindika korrelazzjonijiet bejn informazzjoni miġbura permezz tal-formola tal-applikazzjoni u persuni b’permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta u rifjuti ta’ dħul;

(d)

informazzjoni sostanzjata b'elementi bbażati fuq fatti u evidenza pprovduta mill-Istati Membri dwar indikaturi speċifiċi ta’ riskju tas-sigurtà jew theddidiet identifikati minn dak l-Istat Membru;

(e)

informazzjoni sostanzjata b'elementi bbażati fuq fatti u evidenza pprovduta mill-Istati Membri dwar rati anormali ta’ persuni b’permanenza b’awtorizzazzjoni skaduta u rifjuti ta’ dħul għal grupp speċifiku ta’ vjaġġaturi għal dak l-Istat Membru;

(f)

Informazzjoni dwar riskji epidemiċi speċifiċi għoljin ipprovduti mill-Istati Membri kif ukoll mill-informazzjoni dwar sorveljanza epidemijoloġika u valutazzjonijiet tar-riskju pprovduti miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) u tfaqqigħ ta’ mard irrappurtat mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO).

2.   Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw ir-riskji msemmija fil-paragrafu 1. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 52(2). [Em. 238]

3.   Abbażi tar-riskji speċifiċi ddeterminati skont dan ir-Regolament u l-att delegat imsemmi il-paragrafu 2 fil-paragrafu 1 , għandhom jiġu stabbiliti indikaturi speċifiċi tar-riskju, li jikkonsistu f’kombinament ta’ data inkluż waħda jew aktar minn dawn li ġejjin: [Em. 239]

(a)

firxa tal-età, sess, nazzjonalità;

(b)

il-pajjiż u l-belt ta’ residenza;

(c)

Stat(i) Membru/i tad-destinazzjoni;

(d)

Stat Membru tal-ewwel dħul;

(e)

l-għan tal-vjaġġ;

(f)

l-impjieg attwali.

4.   L-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom ikunu mmirati u proporzjonati. F’ebda ċirkostanza ma għandhom ikunu bbażati biss fuq is-sess jew l-età ta’ persuna. F’ebda ċirkostanza ma għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni li tiżvela r-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiki ġeneriċi, il-lingwa, l-opinjonijiet politiċi jew xort’oħra, ir-reliġjon jew twemmin filosofiku, is-sħubija fi trade union, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità jew orjentazzjoni sesswali ta’ persuna.

5.   L-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 52(2).

6.   L-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom jintużaw mill-awtoritajiet tal-viża meta jiġi vvalutat jekk l-applikant jippreżentax riskju ta’ immigrazzjoni illegali jew riskju tas-sigurtà għas-sigurtà tal-Istati Membri, jew riskju epidemiku għoli skont l-Artikolu 21(1). [Em. 240]

7.   Ir-riskji speċifiċi u l-indikaturi speċifiċi tar-riskju għandhom ikunu riveduti mill-Kummissjoni u mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali .”; [Em. 241]

(4a)

L-Artikolu 39 għandu jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 39

Imġiba tal-persunal u rispett għad-drittijiet fundamentali

1.     Il-konsulati tal-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jintlaqgħu b'korteżija. Il-persunal konsulari għandu jirrispetta b'mod sħiħ id-dinjità tal-bniedem meta jwettaq id-dmirijiet tiegħu.

2.     Il-persunal konsulari għandu jirrispetta b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rrikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea meta jwettaq id-dmirijiet tiegħu. Kwalunkwe miżura meħuda għandha tkun proporzjonata għall-objettivi segwiti minn dawn il-miżuri.

3.     Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, il-persunal konsulari m'għandu, għall-ebda raġuni, jiddiskrimina kontra persuni, inkluż minħabba s-sess, l-oriġini razzjali jew etnika, il-kulur, l-oriġini soċjali, il-karatteristiċi ġeneriċi, il-lingwa, l-opinjoni politika jew xort'oħra, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabilità, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali tagħhom; L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu kunsiderazzjoni ewlenija.”; [Em. 242]

(4b)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 39a

Drittijiet Fundamentali

Meta japplikaw dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jaġixxu f'konformità sħiħa mal-liġi rilevanti tal-Unjoni, inklużi l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, id-dritt internazzjonali rilevanti, inkluża l-Konvenzjoni dwar l-Istatus tar-Rifuġjati magħmula f'Ġinevra fit-28 ta' Lulju 1951, l-obbligi marbutin mal-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali, b'mod partikolari l-prinċipju ta' non-refoulement, u d-drittijiet fundamentali. F'konformità mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, id-deċiżjonijiet skont dan ir-Regolament għandhom jittieħdu fuq bażi individwali. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu kunsiderazzjoni ewlenija.”; [Em. 243]

(5)

L-Artikolu 46 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“Artikolu 46

Ġbir ta’ statistika

Sal-1 ta’ Marzu ta’ kull sena, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-ġbir tal-istatistika annwali li ġejja dwar viżi għal kull konsulat u post ta’ qsim tal-fruntiera fejn Stati Membri individwali jipproċessaw applikazzjonijiet tal-viża:

(a)

l-għadd ta’ viżi ta’ transitu tal-ajruport li saret applikazzjoni għalihom, li nħarġu u li ġew irrifjutati;

(b)

l-għadd ta’ viżi uniformi ta’ dħul waħdieni, u viża ta’ dħul multiplu li saret applikazzjoni għalihom, li nħarġu diżaggregati skont it-tul tal-validità: 1, 2, 3, 4 u 5 snin) u li ġew irrifjutati;

(c)

l-għadd ta’ viżi maħruġa b’validità territorjali limitata.

Din l-istatistika għandha tinġabar abbażi tar-rapporti ġġenerati mir-repożitorju ċentrali tad-data tal-VIS skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 767/2008.”;

(5a)

jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 51a

Eżerċizzju tad-delega

1.     Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.     Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 21a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport fir-rigward tad-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħat għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, dment li l-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jkunux opponew tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

3.     Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 21a tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Din m'għandhiex taffettwa l-validità ta' xi att delegat li diġà jkun fis-seħħ.

4.     Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

5.     Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.     Att delegat adottat skont l-Artikolu 21a għandu jidħol fis-seħħ biss jekk fi żmien perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jkunu oġġezzjonaw jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.”; [Em. 244]

(6)

Fl-Artikolu 57, jitħassru l-paragrafi 3 u 4.

Artikolu 4

Emendi għar-Regolament (UE) 2017/2226

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2226 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 9(2), jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-EES għandha tipprovdi l-funzjonalità għall-ġestjoni ċċentralizzata ta’ din il-lista. Ir-regoli dettaljati dwar l-immaniġġjar ta’ din il-funzjonalità għandhom jiġu stipulati fl-atti ta’ implimentazzjoni. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 68(2) ta’ dan ir-Regolament.”;

(2)

fl-Artikolu 13, il-paragrafu 3 għandu jinbidel b’dan li ġej:

“3.   Sabiex jissodisfaw l-obbligu tagħhom skont il-punt (b) tal-Artikolu 26(1) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, it-trasportaturi għandhom jużaw is-servizz web biex jivverifikaw jekk viża għal soġġorn qasir hijiex valida, inkluż jekk l-għadd ta’ dħul awtorizzat intużax diġà jew jekk id-detentur laħaqx it-tul ta’ żmien massimu tas-soġġorn awtorizzat jew, skont il-każ, jekk il-viża hijiex valida għat-territorju tal-port tad-destinazzjoni ta’ dak il-vjaġġ. It-trasportaturi għandhom jipprovdu d-data mniżżla fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 16(1) ta’ dan ir-Regolament. Abbażi ta’ dan, is-servizz web għandu jipprovdi lit-trasportaturi bi tweġiba OK/NOT OK. It-trasportaturi jistgħu jaħżnu l-informazzjoni mibgħuta u r-risposta li waslet skont il-liġi applikabbli. It-trasportaturi għandhom jistabbilixxu skema ta’ awtentikazzjoni biex jiżguraw li persunal awtorizzat biss ikun jista’ jidħol fis-servizz web. Mhux se jkun possibbli li tweġiba OK/NOT OK titqies bħala deċiżjoni li dħul jiġi awtorizzat jew irrifjutat skont ir-Regolament (UE) 2016/399. F'każijiet fejn il-passiġġieri ma jkunux awtorizzati li jimbarkaw fuq talba tal-VIS, it-trasportaturi għandhom jinformaw lill-passiġġieri bis-sitwazzjoni u bil-mezzi li bihom jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom ta' aċċess, rettifika u tħassir ta' data personali maħżuna fil-VIS.”; [Em. 245]

(2a)

Fl-Artikolu 14, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

“3.     Fejn ikun hemm il-ħtieġa li tiddaħħal jew tiġi aġġornata d-data tar-rekord tad-dħul/ħruġ ta' detentur ta' viża, l-awtoritajiet tal-fruntieri jistgħu jiksbu mill-VIS u jimportaw lejn l-EES id-data prevista mill-punt (d) tal-Artikolu 16(1) u mill-punti (c) sa (f) tal-Artikolu 16(2) ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Artikolu 8 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 18a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008”; [Em. 246]

(2b)

Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a)

il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

“1.     Fejn ikun meħtieġ li jinħoloq fajl individwali jew li tiġi aġġornata l-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 17(1), l-immaġni tal-wiċċ għandha tittieħed fuq il-post.”; [Em. 247]

(b)

jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

“1a.     L-immaġni tal-wiċċ imsemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 16(1) għandha tinkiseb mill-VIS u tiġi importata fl-EES.”; [Em. 248]

(c)

paragrafu 5 huwa mħassar. [Em. 249]

(3)

fl-Artikolu 35(4) titħassar l-espressjoni “permezz tal-infrastruttura tal-VIS”.

Artikolu 5

Emendi għar-Regolament (UE) 2016/399

Ir-Regolament (UE) 2016/399 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 8(3), jiżdied il-punt (ba) li ġej:

“(ba)

jekk ċittadin ta’ pajjiż terz għandu viża għal soġġorn twil jew permess ta’ residenza, il-verifiki estensivi mad-dħul għandhom jinkludu verifika tal-identità tad-detentur tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza u l-awtentiċità tal-viża għal soġġorn twil jew tal-permess ta’ residenza billi tiġi kkonsultata s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) skont l-Artikolu 22 g tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;

f’ċirkostanzi fejn ma tirnexxix il-verifika tad-detentur tad-dokument jew tad-dokument skont l-Artikolu 22 g ta’ dak ir-Regolament, kif applikabbli, jew fejn ikun hemm dubji dwar l-identità tad-detentur, l-awtentiċità tad-dokument u/jew tad-dokument tal-ivvjaġġar, il-persunal debitament awtorizzat ta’ dawk l-awtoritajiet kompetenti għandhom jipproċedu għal verifika taċ-ċipp tad-dokument.”;

(2)

fl-Artikolu 8(3), jitħassru l-punti (c) sa (f).

Artikolu 7

Emendi għar-Regolament (UE) XXX dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-interoperabilità bejn is-sistemi tal-informazzjoni tal-UE (fruntieri u viżi) [ir-Regolament dwar l-interoperabilità]

Ir-Regolament (UE) XXX dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-interoperabilità bejn is-sistemi tal-informazzjoni tal-UE (fruntieri u viżi) [ir-Regolament dwar l-interoperabilità] huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 13(1), il-punt (b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

id-data msemmija fl-Artikolu 9(6), l-Artikolu 22c(2)(f) u (g) u l-Artikolu 22d(f) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”

(2)

Fl-Artikolu 18(1), il-punt (b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

id-data msemmija fl-Artikolu 9(4)(a), (b) u (cc) sa (cc) , l-Artikolu 9(5) u (6), l-Artikolu 22c(2)(a) sa (cc), (f) u (g), l-Artikolu 22d(a), (b), (c), (f) u (g) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”[Em. 250]

(3)

fl-Artikolu 26(1), il-punt (b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 meta joħolqu jew jaġġornaw fajl ta’ applikazzjoni jew fajl individwali fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 8 jew l-Artikolu 22a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”;

(4)

L-Artikolu 27 huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-paragrafu 1, il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“b)

jinħoloq jew jiġi aġġornat fajl ta’ applikazzjoni jew fajl individwali fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 8, jew l-Artikolu 22a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”;

(b)

fil-paragrafu 3, il-punt (b) jinbidel b’dan li ġej:

“(b)

kunjom (isem tal-familja); l-isem/ismijiet (isem/ismijiet mogħti(ja)); id-data tat-twelid, is-sess u n-nazzjonalità(jiet) kif imsemmija fl-Artikolu 9(4)(a), fl-Artikolu 22c(2)(a) u fl-Artikolu 22d(a) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”;

(5)

fl-Artikolu 29(1), il-punt (b) jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“(b)

l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 767/2008 għal hits li seħħew meta joħolqu jew jaġġornaw fajl ta’ applikazzjoni jew fajl individwali fil-VIS f’konformità mal-Artikolu 8 jew l-Artikolu 22a tar-Regolament (KE) Nru 767/2008;”.

Artikolu 8

Tħassir tad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI

Id-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI hija mħassra. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni 2008/633/ĠAI għandhom jitqiesu bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 767/2008 u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness 2”.

Artikolu 9

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn … [sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ] bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-implimentazzjoni u l-atti delegati previsti mill-punti (6), (7), (26), (27), (33) u (35) tal-Artikolu 1, fil-punt (4) tal-Artikolu 3 u fil-punt (1) tal-Artikolu 4, li għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Sa … [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress tal-proċedimenti tat-tħejjija tal-implimentazzjoni sħiħa ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jkun fih ukoll informazzjoni dettaljata dwar l-ispejjeż sostnuti u informazzjoni dwar kwalunkwe riskju li jista' jkollu impatt fuq l-ispejjeż ġenerali. [Em. 251]

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f'konformità mat-Trattati.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C , , p. .

(2)  ĠU C , , p. .

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/512/KE tat-8 ta’ Ġunju 2004 li tistabbilixxi s-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) (ĠU L 213, 15.6.2004, p. 5).

(5)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta’ data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(6)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi), (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI tat-23 ta’ Ġunju 2008 li tikkonċerna aċċess għall-konsultazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) minn awtoritajiet maħtura ta’ Stati Membri u mill-Europol għall-finijiet tal-prevenzjoni, tal-kxif u tal-investigazzjoni ta’ reati terroristiċi u ta’ reati kriminali serji oħra (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 129).

(8)   Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/636/UE tal-21 ta' Settembru 2011 deċiżjoni dwar id-data minn meta s-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) għandha tibda topera fl-ewwel reġjun (ĠU L 249, 27.9.2011, p. 18).

(9)  Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).

(10)  COM(2016)0205.

(11)   “Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBM) – Studju tal-Fattibbiltà biex jiġu inklużi f'repożitorju dokumenti għal Viżi għal Soġġorni Twal, Permessi ta' Residenza u Permessi tat-Traffiku Lokali tal-Fruntiera” (2017).

(12)   “Analiżi legali dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità li jiġi estiż il-kamp ta' applikazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) biex tinkludi data dwar viżi għal soġġorn twil u dokumenti ta' residenza” (2018).

(13)  Pjan Direzzjonali għat-titjib tal-iskambju tal-informazzjoni u l-ġestjoni tal-informazzjoni inklużi soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà fil-qasam tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (9368/1/16 REV 1).

(14)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar it-triq ’il quddiem għat-titjib tal-iskambju ta' informazzjoni u li tiġi żgurata l-interoperabilità ta’ sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (10151/17);

(15)  “Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBM) – Studju tal-Fattibbiltà biex jiġu inklużi f'repożitorju dokumenti għal Viżi għal Soġġorni Twal, Permessi ta’ Residenza u Permessi tat-Traffiku Lokali tal-Fruntiera” (2017).

(16)  “Analiżi legali dwar il-ħtieġa u l-proporzjonalità li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) biex tinkludi data dwar viżi għal soġġorn twil u dokumenti ta’ residenza” (2018).

(17)  COM(2017)0558, p. 15.

(18)  COM(2018)0251.

(19)  Għarfien tal-Marki tas-Swaba’ għat-Tfal (2013 – EUR 26193).

(20)  “Għarfien awtomatiku tal-marki tas-swaba’: mit-tfal għall-anzjani” (2018 – JRC).

(21)  “Il-fattibbiltà u l-implikazzjonijiet jekk titbaxxa l-età għat-teħid tal-marki tas-swaba’ għat-tfal u li fis-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) tinħażen kopja skennjata tad-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant għal viża” (2018).

(22)  Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/ĠAI, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53).

(23)   Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI tat-23 ta' Ġunju 2008 dwar it-titjib tal-koperazzjoni transkonfinali, b'mod partikolari fil-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-kriminalità transkonfinali (ĠU L 210, 6.8.2008, p. 1).

(24)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(25)  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li tħassar id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).

(26)  Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

(27)  Ir-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [titlu sħiħ] (ĠU L …, …, p. …).

(28)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 ( UE 2018 / 1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' individwu persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet , il-korpi, l-uffiċċji l-aġenziji tal-Unjoni l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1). tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(29)  Id-Deċiżjoni Nru 1105/2011/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar il-lista ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar li jintitolaw lid-detentur jaqsam il-fruntieri esterni u li jistgħu jkunu approvati b’viża u dwar it-twaqqif ta’ mekkaniżmu għall-istabbiliment ta’ din il-lista (ĠU L 287, 4.11.2011, p. 9).

(30)  Id-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU L 158, 30.4.2004, p. 77).

(31)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(32)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tad-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu parti f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(33)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(34)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta’ Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(35)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(36)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1.

(37)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/149/ĠAI tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).

(38)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(39)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(40)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat b’mod partikolari mal-kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-kooperazzjoni tal-pulizija (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).

(41)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2017/1908 tat-12 ta’ Ottubru 2017 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li jirrigwardaw is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża fir-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija (ĠU L 269, 19.10.2017, p. 39).

ANNESS 2

TABELLA TA’ KORRELAZZJONI

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/633/ĠAI

Regolament (KE) Nru 767/2008

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 1

Suġġett u kamp ta' applikazzjoni

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Artikolu 4

Definizzjonijiet

Artikolu 3

Awtoritajiet maħturin u punti ċentrali ta' aċċess

Artikolu 22k

Awtoritajiet maħtura tal-Istati Membri

Artikolu 22l

Europol

Artikolu 4

Proċedura għal aċċess għall-VIS

Artikolu 22m

Proċedura għall-aċċess għall-VIS għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

Artikolu 5

Kondizzjonijiet għal aċċess għal data tal-VIS minn awtoritajiet maħturin tal-Istati Membri

Artikolu 22n

Kundizzjonijiet għal aċċess għal data tal-VIS minn awtoritajiet maħturin tal-Istati Membri

Artikolu 6

Kondizzjonijiet għal aċċess għal data tal-VIS minn awtoritajiet maħturin ta' Stat Membru li fir-rigward tiegħu r-Regolament (KE) Nru 767/2008 għadu ma daħalx fis-seħħ

Artikolu 22r

Kundizzjonijiet għal aċċess għal data tal-VIS minn awtoritajiet maħturin ta' Stat Membru li fir-rigward tiegħu dan ir-Regolament għadu ma daħalx fis-seħħ

Artikolu 7

Kondizzjonijiet għal aċċess għad-data tal-VIS mill-Europol

Artikolu 22p

Proċeduri u kundizzjonijiet għall-aċċess għal data tal-VIS mill-Europol

Artikolu 8

Protezzjoni ta’ data personali

Kapitolu VI

Drittijiet u sorveljanza tal-protezzjoni tad-data

Artikolu 9

Sigurtà tad-data

Artikolu 32

Sigurtà tad-data

Artikolu 10

Responsabbiltà

Artikolu 33

Responsabbiltà

Artikolu 11

Awtomonitoraġġ

Artikolu 35

Awtomonitoraġġ

Artikolu 12

Pieni

Artikolu 36

Sanzjonijiet

Artikolu 13

Żamma tad-data tal-VIS f’fajls nazzjonali

Artikolu 30

Żamma tad-data tal-VIS f’fajls nazzjonali

Artikolu 14

Dritt ta’ aċċess, korrezzjoni u tħassir

Artikolu 38

Dritt ta’ aċċess, korrezzjoni u tħassir

Artikolu 15

Spejjeż

Mhux disponibbli

Artikolu 16

Żamma ta’ reġistri

Artikolu 22q

Reġistrazzjoni u dokumentazzjoni

Artikolu 17

Monitoraġġ u evalwazzjoni

Artikolu 50

Sorveljanza u evalwazzjoni


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/356


P8_TA(2019)0175

L-istabbiliment tal-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil (COM(2018)0471 – C8-0271/2018 – 2018/0248(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/62)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0471),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 78(2), 79(2) u (4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0271/2018),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali dwar il-bażi legali proposta,

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 39 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp u l-Kumitat għall-Baġits (A8-0106/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2018)0248

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019 / … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil u l-Integrazzjoni [Em. 1]

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 78(2) u, l-Artikolu 79(2) u (4) u l-Artikolu 80 tiegħu, [Em. 2]

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (*1),

Billi:

(1)

Fil-kuntest tal-isfidi migratorji li qegħdin jevolvu, li huma kkaratterizzat mill-bżonn li jingħata sostenn biex ikun hemm sistemi qawwija ta’ akkoljenza, ta’ ażil, ta’ integrazzjoni u ta’ migrazzjoni tal-Istati Membri, biex ma jitħallewx li jinqalgħu sitwazzjoni ta’ pressjoni, u meta jinqalgħu, biex jiġu ġestiti b’mod xieraq u f'solidarjetà , u sabiex il-wasliet irregolari u perikolużi jiġu sostitwiti b’rotot legali u bla perikli, l-investiment fil-ġestjoni effiċjenti u koordinata fl-Unjoni huwa ċentrali għat-twettiq tal-objettiv tal-Unjoni li tikkostitwixxi żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja skont l-Artikolu 67(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. [Em. 3]

(2)

L-importanza ta’ approċċ ikkoordinat mill-Unjoni u l-Istati Membri hija riflessa fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni ta’ Mejju 2015, li enfasizzat il-ħtieġa għal politika komuni ċara u konsistenti biex terġa’ tinbena l-fiduċja fil-kapaċità tal-Unjoni li nlaqqgħu l-isforzi Ewropej u dawk nazzjonali biex nindirizzaw il-migrazzjoni u naħdmu flimkien b’mod effettiv, skont il-prinċipji il-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri skont l-Artikolu 80 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea , u ġie kkonfermat f’nofs it-term tagħha ta’ Settembru 2017 u r-rapport ta’ progress ta’ Marzu u Mejju 2018. [Em. 4]

(3)

Fil-konklużjonijiet tiegħu tat-19 ta’ Ottubru 2017, il-Kunsill Ewropew afferma mill-ġdid il-ħtieġa li jiġi segwit approċċ komprensiv, prammatiku u determinat fil-ġestjoni tal-migrazzjoni li jkollha l-għan li terġa’ tistabbilixxi l-kontroll tal-fruntieri esterni u jitnaqqas l-għadd ta’ wasliet irregolari u tal-imwiet fuq il-baħar, u jenħtieġ li jkun ibbażat fuq l-użu flessibbli u koordinat tal-istrumenti kollha disponibbli tal-Unjoni u tal-Istat Membru. Il-Kunsill Ewropew talab ukoll biex jiġu żgurati prospetti mtejba b’mod sinifikanti permezz ta’ azzjonijiet kemm fil-livell tal-UE kif ukoll fil-livell tal-Istati Membri, bħalma huma ftehimiet u arranġamenti ta’ riammissjoni. Il-Kunsill Ewropew appella wkoll għall-implimentazzjoni u l-iżvilupp ta' programmi volontarji ta' risistemazzjoni. [Em. 5]

(4)

Sabiex jiġu appoġġati l-isforzi biex jiġi żgurat approċċ komprensiv għall-ġestjoni tal-migrazzjoni bbażata fuq il-fiduċja reċiproka, is-solidarjetà u l-qsim tar-responsabbiltà fost l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, bl-għan li tiġi żgurata politika komuni sostenibbli dwar l-ażil u l-immigrazzjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu appoġġati b’riżorsi finanzjarji adegwati fil-forma tal-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni għall-Migrazzjoni, l-Ażil u l-Integrazzjoni (minn hawn ’il quddiem riferut bħala “il-Fond”). [Em. 6]

(4a)

Jenħtieġ li l-Fond jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem, ikun konformi mal-Aġenda 2030, il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, kif stabbilit fl-Artikolu 208 TFUE, u l-impenji fil-livell internazzjonali fir-rigward tal-migrazzjoni u l-ażil, b'mod partikolari l-Patt Globali dwar ir-Rifuġjati u l-Patt Globali għal Migrazzjoni Sikura, Ordnata u Regolari (PGM). [Em. 7]

(4b)

Jenħtieġ li l-ġestjoni tal-Fond minn perspettiva ta' żvilupp tqis id-diversi kawżi fundamentali tal-migrazzjoni bħalma huma l-kunflitt, il-faqar, in-nuqqas ta' kapaċità agrikola, l-edukazzjoni u l-inugwaljanza. [Em. 8]

(5)

Azzjonijiet sostnuti permezz tal-Fond jenħtieġ li jiġu implimentati f'konformità sħiħa mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, inklużi l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal (UNCRC)u l-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif issupplimentata mill-Protokoll tal-31 ta' Jannar 1967 . [Em. 9]

(5a)

Meta jkun qed jiġi implimentat il-Fond, jenħtieġ li jiġu rrispettati u promossi l-prinċipji tal-ugwaljanza bejn is-sessi u tan-nondiskriminazzjoni, li huma fost il-valuri ewlenin tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Fond ma jappoġġa ebda azzjoni li tikkontribwixxi għal xi forma ta' segregazzjoni jew esklużjoni soċjali. [Em. 10]

(5b)

Fl-implimentazzjoni tal-Fond, jenħtieġ li tingħata prijorità lill-azzjonijiet li jindirizzaw is-sitwazzjoni ta' minorenni mhux akkumpanjati jew separati permezz ta' identifikazzjoni u reġistrazzjoni bikrija u lill-azzjonijiet imwettqa fl-aħjar interessi tat-tfal. [Em. 11]

(6)

Jenħtieġ li l-Fond jibni fuq ir-riżultati u l-investimenti miksuba bl-appoġġ tal-fondi predeċessuri tiegħu: il-Fond Ewropew għar-Refuġjati stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 573/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-Fond Ewropew għall-Integrazzjoni ta' Ċittadini ta' Pajjiżi Terzi stabbilit permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE, il-Fond Ewropew għar-Ritorn stabbilit permezz tad-Deċiżjoni 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 u l-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għall-perjodu bejn l-2014 u l-2020, kif stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Fl-istess ħin, jenħtieġ li dan jieħu f’kunsiderazzjoni l-iżviluppi ġodda kollha rilevanti.

(7)

Jenħtieġ li l-Fond isostni s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-ġestjoni effiċjenti tal-flussi ta' migrazzjoni billi, fost affarijiet oħra, jippromwovi miżuri komuni fil-qasam tal-ażil, inklużi l-isforzi tal-Istati Membri fl-akkoljenza ta' persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali permezz tar-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja u t-trasferiment ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, jew il-benefiċjarji tagħha, bejn l-Istati Membri, isaħħaħ il-protezzjoni tal-applikanti għall-ażil vulnerabbli bħat-tfal, jappoġġa strateġiji ta' integrazzjoni kif ukoll politika aktar effettiva dwar il-migrazzjoni legali, joħloq rotot sikuri u legali lejn l-Unjoni li jenħtieġ ukoll li jgħinu biex tiġi żgurata l-kompetittività fit-tul tal-Unjoni u l-futur tal-mudell soċjali tagħha u jitnaqqsu l-inċentivi għal migrazzjoni irregolari permezz ta' politika sostenibbli ta' ritorn u ta' riammissjoni. Jenħtieġ Bħala strument tal-politika interna tal-Unjoni u l-uniku strument ta' finanzjament għall-ażil u l-migrazzjoni fil-livell tal-Unjoni, il-Fond jenħtieġ li primarjament jappoġġa azzjonijiet dwar l-ażil u l-migrazzjoni fl-Unjoni. Madankollu, f'limiti definiti u soġġett għas-salvagwardji xierqa, jenħtieġ li l-Fond jappoġġa t-tisħiħ ta' kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi biex isaħħaħ il-ġestjoni ta' flussi ta' persuni li japplikaw għall-ażil u forom oħra ta' protezzjoni internazzjonali biex jistabbilixxi rimedji għal migrazzjoni legali u  jiġu miġġielda l-migrazzjoni illegali u n-netwerks ta' persuni li jiffaċilitaw l-immigrazzjoni illegali u t-traffikanti tal-bniedem, u jiżgura s-sostenibbiltà ta' ritorn u riammissjoni effettiva sikur u dinjituż, kif ukoll ir-riintegrazzjoni, fil-pajjiżi terzi . [Em. 12]

(8)

Il-kriżi tal-migrazzjoni enfasizzat u l-għadd dejjem akbar ta' mwiet fil-Mediterran tul is-snin enfasizzaw il-ħtieġa li tiġi riformata s-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil u tiġi stabbilita sistema aktar ġusta u aktar effikaċi biex tiddetermina r-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-applikanti ta' protezzjoni internazzjonali kif ukoll qafas tal-Unjoni għall-isforzi ta' risistemazzjoni tal-Istati Membri u l-isforzi ta' ammissjoni umanitarja bil-għan li jiżdied in-numru kumplessiv ta' postijiet ta' risistemazzjoni disponibbli globalment. Fl-istess ħin, kien hemm bżonn ta' riforma biex tiddaħħal fis-seħħ sistema aktar ġusta u aktar effettiva biex tiġi stabbilità r-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-applikanti ta' protezzjoni internazzjonali kif ukoll qafas tal-Unjoni għall-isforzi ta' risistemazzjoni ikun hemm fis-seħħ u jkunu aċċessibbli proċeduri ta' ażil effiċjenti u bbażati fuq id-drittijiet, u li jkun hemm kundiżżjonijiet ta' akkoljenza uniformi u xierqa sabiex jiġu żgurati proċeduri effiċjenti ta' ażil biex jiġu evitati movimenti sekondarji, biex jiġu pprovduti uniformi u kundizzjonijiet xierqa ta' akkoljenza għall-applikanti ta' protezzjoni internazzjonali, standards uniformi għall-għoti ta' protezzjoni internazzjonali u drittijiet u benefiċċji xierqa adegwati għall-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, tal-Istati Membri. kif ukoll proċeduri ta' ritorni effikaċi u effiċjenti għall-migranti irregolari. Għalhekk, huwa xieraq li l-Fond jipprovdi aktar appoġġ għall-isforzi tal-Istati Membri biex jimplimentaw bis-sħiħ u kif jixraq is-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil riformata. [Em. 13]

(9)

Jenħtieġ li l-Fond jikkumplimenta u jsaħħaħ l-attivitajiet imwettqa mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil (EUAA – European Union Agency for Asylum) stabbilità bir-Regolament (UE) Nru…/.. [Regolament EUAA] (3) mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil bil-għan li jiffaċilita u jtejjeb il-funzjonament tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, billi jikkoordina u jsaħħaħ il-kooperazzjoni prattika u jkkoordina u l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-ażil, b'mod partikolari dwar il-prattiki tajba bejn l-Istati Membri, il-promozzjoni tad-dritt tal-Unjoni u d-dritt internazzjonali u jikkontribwixxi permezz ta' gwida rilevanti, inklużi dwar l-ażil u standards operazzjonali , għal implimentazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni dwar l-ażil biex jiġi żgurat livell għoli ta’ uniformità fuq il-bażi ta’ protezzjoni għolja fir-rigward tal-proċeduri għall-protezzjoni internazzjonali, il-kundizzjonijiet tal-akkoljenza u l-valutazzjoni tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni madwar l-Unjoni, b’mod li jippermetti distribuzzjoni sostenibbli u ġusta tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali, jiffaċilita l-konverġenza fil-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-protezzjoni internazzjonali madwar l-Unjoni, jappoġġa l-isforzi ta’ risistemazzjoni tal-Istati Membri u jipprovdi assistenza operazzjonali u teknika lill-Istati Membri għall-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u l-akkoljenza tagħhom, b’mod partikolari dawk li s-sistemi tagħhom huma soġġetti għal pressjoni sproporzjonata. [Em. 14]

9a.

Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-isforzi mill-Unjoni u l-Istati Membri dwar it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimmonitorjaw u jevalwaw il-politiki tagħhom dwar l-ażil fid-dawl tal-obbligi tagħhom skont il-liġi eżistenti tal-Unjoni. [Em. 15]

(10)

Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-isforzi mill-Unjoni lill-Unjoni u l-Istati Membri dwar it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiżviluppaw, jimmonitorjaw u jevalwaw il-politiki tagħhom dwar l-ażil fid-dawl tal-obbligi tagħhom skont il-liġi fl-implimentazzjoni tad-dritt eżistenti tal-Unjoni , biex b'hekk jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-Direttivi 2013/33/UE  (4) (id-Direttiva dwar il-Kundizzjonijiet ta' Akkoljenza, 2013/32/UE  (5) (id-Direttiva dwar il-Proċedura tal-Ażil, 2011/95/UE  (6) (id-Direttiva dwar Standards għall-Kwalifika u 2008/115/KE  (7) (Direttiva dwar ir-Ritorn) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (8) (ir-Regolament ta' Dublin) . [Em. 16]

(11)

Is-soċjetajiet u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi huma komponent essenzjali tal-politika tal-Unjoni dwar l-ażil biex tiġi żgurata l-ġestjoni adegwata ta’ flussi ta’ persuni li japplikaw għall-ażil jew forom oħra ta’ protezzjoni internazzjonali. Bil-għan li l-wasliet mimlija perikoli, u irregolari, jiġu sostitwiti b’wasliet legali u bla perikoli fit-territorju tal-Istati Membri ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew ta’ persuni apolidi fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, li tintwera solidarjetà ma’ pajjiżi f’reġjuni li lejhom, jew fi ħdanhom, numru kbir ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali jkunu ġew spustjati, billi tingħata għajnuna biex tittaffa l-pressjoni fuq dawn il-pajjiżi, li tingħata għajnuna fil-kisba tal-objettivi ta’ politika ta’ migrazzjoni tal-Unjoni biż-żieda tal-influwenza tal-Unjoni fil-konfront ta’ pajjiżi terzi, u biex jingħata kontribut effettiv għal inizjattivi dinjija ta’ risistemazzjoni permezz ta’ vuċi waħda f’fora internazzjonali u ma’ pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-Fond jipprovdi inċentivi finanzjarji għall-implimentazzjoni tal-Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja]. [Em. 17]

(11a)

Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-isforzi li jsiru mill-Istati Membri biex jipprovdu protezzjoni internazzjonali u soluzzjoni dejjiema fit-territorji tagħhom lil rifuġjati u persuni spustati identifikati bħala eliġibbli għar-risistemazzjoni jew li jinsabu taħt skemi nazzjonali ta' ammissjoni umanitarja, li għandhom iqisu l-Ħtiġijiet Globali Proġettati ta' Risistemazzjoni tal-UNHCR. Sabiex jikkontribwixxi b'mod ambizzjuż u effikaċi, jenħtieġ li l-Fond jipprovdi assistenza mmirata fil-forma ta' inċentivi finanzjarji għal kull persuna ammessa jew risistemata. [Em. 18]

(12)

Meta wieħed jikkunsidra l-livelli għoli tal-flussi migratorji lejn l-Unjoni fl-aħħar snin u l-importanza li tiġi żgurata l-koeżjoni tas-soċjetajiet tagħna, huwa kruċjali li jiġu appoġġati l-politiki tal-Istati Membri għall-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti legalment, inkluż fl-oqsma ta’ prijorità identifikati fil-Pjan ta’ Azzjoni dwar l-Integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi adottat mill-Kummissjoni fl-2016. [Em. 19]

(13)

Sabiex tiżdied l-effiċjenza, jinkiseb l-akbar valur miżjud tal-Unjoni u tiġi żgurata l-konsistenza tar-rispons tal-Unjoni biex titrawwem l-integrazzjoni tal-barranin, l-azzjonijiet iffinanzjati skont il-Fond jenħtieġ li jkunu speċifiċi u kumplimentari għall-azzjonijiet iffinanzjati skont il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) il-fondi strutturali tal-Unjoni . Il-miżuri ffinanzjati skont dan il-Fond jenħtieġ li jappoġġaw miżuri mfassla apposta għall-bżonnijiet ta’ ċittadini ta' pajjiż terz li huma ġeneralment implementati fl-istadju bikri ta’ integrazzjoni fl-istadji bikrin tal-integrazzjoni , u azzjonijiet orizzontali li jappoġġaw il-kapaċitajiet ta’ Stati Membri fil-qasam ta’ integrazzjoni, filwaqt li l-interventi ikkomplementati mill-interventi għall-promozzjoni tal-inklużjoni soċjali u ekonomika ta' għal ċittadini ta' pajjiż terz b’impatt fuq perjodu itwal jenħtieġ li jiġu ffinanzjati skont il-FEŻR u l-FSE+ taħt il-fondi strutturali . [Em. 20]

(13a)

Jenħtieġ li l-ambitu tal-miżuri ta' integrazzjoni jinkludi wkoll il-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali sabiex ikun żgurat approċċ komprensiv għall-integrazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-ispeċifiċitajiet ta' dak il-gruppi fil-mira. Fejn il-miżuri ta' integrazzjoni jkunu kkombinati mal-akkoljenza, jenħtieġ li l-azzjonijiet, fejn ikun adatt, jippermettu wkoll l-inklużjoni ta' dawk li qed ifittxu l-ażil. [Em. 21]

(14)

F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet tal-Istati Membri responsabbli għall-implimentazzjoni tal-Fond jenħtieġ li jkunu meħtieġa li jikkooperaw u li jistabbilixxu mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni mal-awtoritajiet identifikati mill-Istati Membri bl-għan tal-ġestjoni tal-interventi tal-FSE+ u tal-FEŻR tal-fondi strutturali u kull fejn meħtieġ mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni u mal-awtoritajiet ta’ ġestjoni ta’ fondi oħra tal-Unjoni li jikkontribwixxu għall-integrazzjoni tal-barranin. Permezz ta' dawn il-mekkaniżmi ta' koordinazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-koerenza u l-komplementarjetà bejn il-fondi, u sa fejn il-miżuri implimentati permezz ta' kull fond jikkontribwixxu għall-integrazzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi. [Em. 22]

(15)

L-implimentazzjoni tal-Fond f’dan il-qasam jenħtieġ li tkun konsistenti mal-prinċipji bażiċi komuni tal-Unjoni dwar l-integrazzjoni, kif speċifikat fil-programm komuni għall-integrazzjoni.

(16)

Huwa xieraq li dawk l-Istati Membri li jixtiequ dan li jitħallew jipprevedu fil-programmi tagħhom li l-azzjonijiet ta' integrazzjoni jistgħu jinkludu membri immedjati tal-familja ta' ċittadini ta' pajjiż terz, biex b'hekk jappoġġaw l-għaqda tal-familja fl-aħjar interessi tat-tfal , safejn dan ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva ta' tali azzjonijiet. It-terminu “membru immedjat tal-familja” jenħtieġ li jinftiehem li jfisser il-konjuġi, is-sieħeb jew is-sieħba, u kull persuna li għandha rabtiet familjari diretti fil-linja dixxendentali jew axxendentali maċ-ċittadin ta' pajjiż terz li huwa fil-mira tal-azzjonijiet ta' integrazzjoni u li ma jkunx kopert b'mod ieħor mill-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond. [Em. 23]

(17)

Filwaqt li jiġi meqjus ir-rwol kruċjali li għandhom l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom fil-qasam ta’ integrazzjoni tal-integrazzjoni, u biex jiġi ffaċilitat l-aċċess dirett ta’ dawn l-entitajiet għall-finanzjament fil-livell tal-Unjoni, il-Fond jenħtieġ li jiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet fil-qasam ta’ integrazzjoni mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew mill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inkluż permezz tal-użu tal-faċilità tematika u permezz ta’ rata ta' kofinanzjament ogħla għal dawn l-azzjonijiet u l-użu ta' komponent dedikat tal-faċilità tematika fejn dawk l-awtoritajiet lokali u reġjonali jkollhom il-kompetenza li jwettqu miżuri ta' integrazzjoni . [Em. 24]

(18)

Meta wieħed iqis l-isfidi ekonomiċi u demografiċi fit-tul li qiegħda taffaċċa l-Unjoni kif ukoll in-natura dejjem aktar globalizzata tal-migrazzjoni , huwa kruċjali li jiġu stabbiliti kanali ta' migrazzjoni legali lejn l-Unjoni li jiffunzjonaw sew bħala destinazzjoni attraenti għall-migranti għall-migrazzjoni regolari, skont il-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tal-Istati Membri, u tiġi żgurata s-sostenibbiltà tas-sistemi ta' protezzjoni soċjali u t-tkabbir tal-ekonomija tal-Unjoni , filwaqt li li l-ħaddiema migranti jiġu protetti mill-isfruttament tal-ħaddiema . [Em. 25]

(19)

Il-Fond jenħtieġ li jappoġġa lill-Istati Membri fit-twaqqif ta’ strateġiji għall-organizzazzjoni u l-espansjoni tar-rotot ta’ migrazzjoni legali, it-tisħiħ tal-kapaċità tagħhom li jiżviluppaw, jimplimentaw, jimmonitorjaw u jevalwaw b’mod ġenerali l-istrateġiji, il-politiki u l-miżuri kollha tal-immigrazzjoni u l-integrazzjoni għal ċittadini ta’ pajjiż terz li jkunu qegħdin jissoġġornu b’mod illegali, inklużi s-soġġorn tagħhom ikun legali, b'mod partikolari l-istrumenti legali tal-Unjoni għall-migrazzjoni legali . Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa wkoll l-iskambju ta’ informazzjoni, l-aħjar prattiki u l-kooperazzjoni bejn id-dipartimenti differenti tal-amministrazzjoni u l-livelli ta’ governanza, u bejn l-Istati Membri. [Em. 26]

(20)

Politika effiċjenti u dinjituża dwar ir-ritorn hija parti integrali tal-approċċ komprensiv tal-migrazzjoni li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jsegwu. Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa u jinkoraġġixxi l-isforzi mill-Istati Membri bil-ħsieb ta’ implimentazzjoni effettiva u żvilupp ulterjuri ta’ standards komuni dwar ir-ritorn, b'enfasi fuq ir-ritorni volontarji, b’mod partikolari kif stabbilit fid-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), u ta’ approċċ integrat u koordinat għall-ġestjoni tar-ritorn. Għal politiki ta’ ritorn sostenibbli, il-Fond jenħtieġ ukoll li jappoġġa miżuri relatati f’pajjiżi terzi, bħalma huma r-riintegrazzjoni ta’ persuni rimpatrijati sabiex jiffaċilita u jiggarantixxi r-ritorn u r-riammissjoni sikuri u dinjitużi kif ukoll ir-riintegrazzjoni sostenibbli, kif imnaqqax fil-PGM . [Em. 27]

(21)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jagħtu preferenza għar-ritorn volontarju u jiżguraw ritorn effettiv, sikur u dinjituż tal-migranti irregolari. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Fond jagħti appoġġ preferenzjali lil azzjonijiet relatati mar-ritorn volontarju . Sabiex dan jiġi promoss, ir-ritorn volontarju, jenħtieġ li l-Istati Membri jikkunsidraw inċentivi bħal trattament preferenzjali fil-forma ta' għajnuna mtejba għar-ritorn u sostenn għar-riintegrazzjoni fit-tul . Dan it-tip ta' ritorn volontarju huwa fl-interessi kemm tal-persuni rimpatrijati kif ukoll tal-awtoritajiet f'termini tal-kosteffettività tiegħu. Jenħtieġ li l-aħjar interessi tat-tfal ikunu kunsiderazzjoni primarja fl-azzjonijiet jew id-deċiżjonijiet kollha li jikkonċernaw lill-migranti tfal, inkluż ir-ritorn, filwaqt li jittieħed kont sħiħ tad-dritt tat-tfal li jesprimu l-fehmiet tagħhom. [Em. 28]

(22)

Filwaqt li jenħtieġ li r-ritorni volontarji u jingħataw prijorità fuq ir-ritorni infurzati, dawn huma minkejja kollox interkonnessi, b’effett ta' rinfurzar reċiproku u, għaldaqstant, l-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa biex isaħħu l-kumplimentaritajiet l-komplementaritajiet bejn dawn iż-żewġ forom ta’ ritorn. Il-possibbiltà ta’ tneħħijiet hija element importanti li jikkontribwixxi għall-integrità tas-sistemi tal-ażil u tal-migrazzjoni legali. Jenħtieġ għalhekk li l-Fond jappoġġa l-azzjonijiet ta’ appoġġ tal-Istati Membri li jiffaċilitaw u jwettqu tneħħijiet f'konformità mal-istandards stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni, fejn ikun applikabbli, u b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali u d-dinjità tal-persuni rimpatrijati. Il-Fond jenħtieġ li jappoġġa azzjonijiet relatati mar-ritorn ta' tfal biss fejn tali ritorn ikun ibbażat fuq valutazzjoni pożittiva tal-aħjar interessi tat-tfal. [Em. 29]

(23)

Il-miżuri speċifiċi ta’ appoġġ għal dawk li jirritornaw persuni rimpatrijati, b'attenzjoni partikolari lill-bżonnijiet umanitarji u ta' protezzjoni tagħhom, fl-Istati Membri u fil-pajjiżi ta’ ritorn jistgħu jtejbu l-kundizzjonijiet tar-ritorn u r-riintegrazzjoni tagħhom. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-gruppi vulnerabbli. Jenħtieġ li d-deċiżjonijiet ta' ritorn ikunu bbażati fuq valutazzjoni komprensiva u bir-reqqa tas-sitwazzjoni fil-pajjiż ta' oriġini, inkluża evalwazzjoni tal-kapaċità ta' assorbiment fil-livell lokali. Il-miżuri u l-azzjonijiet speċifiċi li jappoġġaw lill-pajjiżi ta' oriġini, u b'mod partikolari lill-persuni vulnerabbli, jikkontribwixxu biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà, is-sikurezza u l-effettività tar-ritorni. Jenħtieġ li dawn il-miżuri jiġu implimentati bil-parteċipazzjoni attiva tal-awtoritajiet lokali, tas-soċjetà ċivili u tad-dijaspori. [Em. 30]

(24)

Il-ftehimiet ta’ riammissjoni u arranġamenti oħra formali huma komponent integrali u kruċjali tal-politika ta’ ritorn tal-Unjoni u għodda ċentrali għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi migratorji billi jiffaċilitaw ir-ritorn ta’ malajr ta’ migranti irregolari. Dawk il-ftehimiet huma element importanti fil-qafas tad-djalogu u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi tal-oriġini u t-tranżitu ta’ migranti irregolari u  l-Fond jenħtieġ li jappoġġa l-implimentazzjoni tagħhom fil-pajjiżi terzi jenħtieġ li jkun appoġġat fl-interess ta' politiki ta’ ritorn effettivi fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni , siguri u dinjitużi fil-limiti definiti u soġġetti għal salvagwardji xierqa . [Em. 31]

(25)

Minbarra l-appoġġ għar-ritorn ta' persuni kif previst f'dan ir-Regolament għall-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi jew tal-persuni apolidi fi ħdan l-Istati Membri , jenħtieġ li l-Fond jappoġġa wkoll miżuri oħra biex tiġi miġġielda l-migrazzjoni illegali, jiġu indirizzati l-inċentivi għall-migrazzjoni illegali jew l-evitar ta' regoli eżistenti jiġi miġġieled it-traffikar tal-migranti, biex jiġi mħeġġeġ u ffaċilitat l-istabbiliment ta' regoli dwar l-immigrazzjoni il-migrazzjoni legali, biex b'hekk tiġi salvagwardata l-integrità tas-sistemi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri fil-pajjiżi ta' oriġini, f'konformità sħiħa mal-Prinċipju ta' Koerenza għall-Iżvilupp Sostenibbli . [Em. 32]

(26)

L-impjieg ta’ migranti irregolari toħloq fattur ta’ ġibda għall-migrazzjoni illegali u ddgħajjef l-iżvilupp ta’ politika dwar il-mobilità tal-forza tax-xogħol mibnija fuq l-iskemi tal-migrazzjoni legali u jipperikola d-drittijiet tal-ħaddiema migranti, filwaqt li jagħmilhom vulnerabbli għall-ksur tad-drittijiet u l-abbuż . Jenħtieġ għalhekk li l-Fond jappoġġa l-Istati Membri, kemm direttament jew indirettament, fl-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10) li tipprojbixxi l-impjieg ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali u tipprovdi għal tipprevedi lmenti u mekkaniżmu għall-irkupru tal-pagi għal ħaddiema sfruttati u tipprevedi sanzjonijiet kontra l-impjegaturi li jiksru dik il-projbizzjoni. [Em. 33]

(26a)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jappoġġaw it-talbiet tas-soċjetà ċivili u tal-assoċjazzjonijiet tal-ħaddiema, bħal dik li tikkonċerna l-istabbiliment ta' netwerk Ewropew tal-ħaddiema, nisa u rġiel, li jaħdmu fil-qasam tal-akkoljenza, sabiex tikkonnettja bejniethom lill-ħaddiema kollha fl-Ewropa li joperaw fil-qasam tal-migrazzjoni, biex jitrawmu merħba diċenti u approċċ għall-migrazzjoni bbażati fuq id-drittijiet tal-bniedem u l-iskambju ta' prattiki tajba f'dawk li huma opportunitajiet ta' akkoljenza u ta' impjieg għall-migranti. [Em. 34]

(27)

Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa l-Istati Membri, kemm direttament jew indirettament, fl-implimentazzjoni tagħhom tad-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) li tistabbilixxi dispożizzjonijiet dwar assistenza, appoġġ u protezzjoni ta’ vittmi ta’ traffikar ta' bnedmin. Dawn il-miżuri jenħtieġ li jqisu n-natura speċifika għas-sessi tat-traffikar ta' bnedmin. Meta jimplimentaw il-Fond, l-Istati Membri jenħtieġ li jqisu li l-persuni li huma obbligati jħallu d-djar abitwali tagħhom għal raġunijiet ta' bidla klimatika progressiva jew f'daqqa fl-ambjent li taffettwa b'mod negattiv lil ħajjithom jew il-kundizzjonijiet tal-għajxien tagħhom, għandhom riskju għoli li jispiċċaw vittmi tat-traffikar tal-bnedmin; [Em. 35]

(27a)

Jenħtieġ li l-Fond jappoġġa b'mod partikolari l-identifikazzjoni u l-miżuri li jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-applikanti għall-ażil, bħalma huma l-minorenni mhux akkumpanjati, jew vittmi tat-tortura jew ta' forom oħra serji ta' vjolenza, kif stabbilit fl-acquis tal-Unjoni dwar l-ażil. [Em. 36]

(27b)

Sabiex tinkiseb distribuzzjoni ġusta u trasparenti tar-riżorsi fost l-għanijiet tal-Fond, jenħtieġ li jiġi żgurat livell minimu ta' nfiq għal ċerti objettivi, kemm jekk taħt ġestjoni diretta, indiretta jew maqsuma. [Em. 37]

(28)

Jenħtieġ li l-Fond jikkumplimenta jikkomplementa u jsaħħaħ l-attivitajiet imwettqa fil-kamp tar-ritorn mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta stabbilità bir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), biex b’hekk jikkontribwixxi għall-Ġestjoni Ewropea Integrata tal-Fruntieri effiċjenti, kif definit fl-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament mingħajr ma jipprovdi fluss ta' finanzjament addizzjonali lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, li għaliha, l-awtorità baġitarja tiddeċiedi dwar baġit annwali li jenħtieġ li jippermettiha twettaq il-kompiti kollha tagħha . [Em. 38]

(29)

Jenħtieġ li s-sinerġiji, il-konsistenza , il-komplementarjetà u l-effiċjenza jiġu mfittxija ma' fondi oħra tal-Unjoni u jenħtieġ li kwalunkwe koinċidenza jew kontradizzjoni bejn l-azzjonijiet tiġi evitata. [Em. 39]

(30)

Il-prijorità ta' dan il-Fond jenħtieġ li tkun il-finanzjament ta' azzjonijiet fit-territorju tal-Unjoni. Il-Fond jista' jiffinanzja miżuri b'rabta Jenħtieġ li l-miżuri f'rabta ma’ pajjiżi terzi li huma appoġġati permezz tal-Fond li jenħtieġ li jkunu limitati f'termini finanzjarji, filwaqt li jkunu adegwati biex jilħqu l-għanijiet tal-Fond kif stabbilit fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament, u soġġetti għal salvagwardji xierqa. Tali miżuri jenħtieġ li ikunu jikkumplimentaw jikkomplementaw azzjonijiet oħra barra l-Unjoni appoġġati permezz tal-istrumenti esterni ta’ finanzjament tal-Unjoni. B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet, jenħtieġ li titfittex koerenza u komplementarjetà sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernat u mal-impenji internazzjonali tal-Unjoni. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, jenħtieġ li l-Fond jimmira li jsostni t-titjib tal-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u t-tisħiħ tal-aspetti ewlenin ta’ ġestjoni tal-migrazzjoni f’żoni ta’ interess tal-politika tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni. Il-prinċipju tal-koerenza tal-politika għall-iżvilupp, kif jinsab fil-paragrafu 35 tal-Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp, jenħtieġ li jiġi rispettat . Il-koerenza mal-prinċipji umanitarji kif stabbiliti fil-Kunsens Ewropew dwar l-Għajnuna Umanitarja jenħtieġ li tiġi żgurata matul l-implimentazzjoni tal-assistenza ta' emerġenza . [Em. 40]

(31)

Jenħtieġ li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet fejn l-intervent tal-Unjoni jista’ jġib valur miżjud meta mqabbel ma’ azzjoni li Istati Membri jieħdu waħedhom. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju pprovdut skont dan ir-Regolament jikkontribwixxi, b'mod partikolari, biex jissaħħu l-kapaċitajiet għas-solidarjetà bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ażil u l-migrazzjoni f'konformità mal-Artikolu 80 tat-TFUE u għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet nazzjonali u tal-Unjoni fl-oqsma tal-ażil u tal-migrazzjoni. [Em. 41]

(32)

Stat Membru jista’ jitqies bħala mhux konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti, inkluż dwar l-użu ta’ sostenn operattiv skont dan il-Fond, jekk ikun naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont it-Trattati fil-qasam tal-ażil u tar-ritorn, jekk hemm riskju ċar ta’ ksur serju mill-Istat Membru tal-valuri tal-Unjoni fl-implimentazzjoni tal-acquis dwar l-ażil u r-ritorn jew jekk rapport ta’ evalwazzjoni skont Schengen jew l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-evalwazzjoni tal-Ażil u l-mekkaniżmu ta’ monitoraġġ identifika nuqqasijiet fil-qasam rilevanti.

(33)

Jenħtieġ li l-Fond jirrifletti l-ħtieġa għal żieda fil-flessibiltà fit-trasparenza, il-flessibbiltà u s-simplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti f'termini ta' prevedibbiltà, u filwaqt li jiżgura distribuzzjoni ġusta u trasparenti ta' riżorsi sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi ta’ politika u l-objettivi speċifiċi stipulati f'dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Fond tkun iggwidata mill-prinċipji ta' effiċjenza, effikaċja u kwalità tal-infiq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Fond tkun kemm jista' jkun faċli għall-utent. [Em. 43]

(34)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi l-ammonti inizjali lill-Istati Membri li jikkonsistu f’ammont fiss u ammont ikkalkulat fuq il-bażi ta’ kriterji stabbiliti fl-Anness I, li jirriflettu l-ħtiġijiet u l-pressjoni esperjenzata minn Stati Membri differenti fl-oqsma tal-ażil, il-migrazzjoni, l-integrazzjoni u r-ritorn. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lis-soċjetajiet insulari li jiffaċċjaw sfidi migratorji sproporzjonati. [Em. 44]

(35)

Jenħtieġ li dawn l-ammonti inizjali jifformaw bażi għall-investimenti ta' terminu twil tal-Istati Membri. Sabiex jittieħed kont ta’ bidliet tal-bidliet fil-flussi migratorji u biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet fil-ġestjoni tas-sistemi tal-ażil u tal-akkoljenza u l-integrazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiż terz li jkunu qegħdin f’soġġorn legali, u l-ġlieda kontra tiġi żviluppata l-migrazzjoni legali u tiġi miġġielda l-immigrazzjoni illegali permezz ta’ politika ta’ ritorn effiċjenti u sostenibbli, jenħtieġ li ammont addizzjonali jiġi allokat lill-Istati Membri f’nofs it-terminu filwaqt li jitqiesu r-rati ta’ assorbiment. Jenħtieġ li dan l-ammont ikun ibbażat fuq id-data tal-istatistika l-aktar reċenti disponibbli kif stabbilita fl-Anness I sabiex jirrifletti l-bidliet fix-xenarju ta' referenza tal-Istati Membri. [Em. 45]

(36)

Sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv ta' politika tal-Fond, jenħtieġ li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jiżguraw li l-programmi tagħhom tal-Istati Membri jinkludu azzjonijiet li jindirizzaw li jikkontribwixxu biex jintlaħaq kull wieħed mill-għanijiet speċifiċi ta' dan ir-Regolament . Barra minn hekk, jenħtieġ li jiżguraw li l-allokazzjoni tal-finanzjament għall-għanijiet speċifiċi sservi dawk l-objettivi bl-aħjar mod possibbli u tkun ibbażata fuq l-aktar ħtiġijiet aġġornati, li l-programmi jinkludu livell minimu ta' nfiq fir-rigward ta' dawk l-għanijiet, li l-kondiviżjoni tar-riżorsi għall-objettivi tkun proporzjonata għall-isfidi li għandhom jiġu affrontati, li l-prijoritajiet magħżula huma konformi mal-miżuri ta' implimentazzjoni kif stabbiliti fl-Anness II u li l-allokazzjoni ta' riżorsi bejn l-objettivi tiżgura li l-objettiv ta' politika ġenerali jista' jintlaħaq. [Em. 46]

(37)

Billi l-isfidi fil-qasam tal-migrazzjoni qegħdin jevolvu b’mod kontinwu, hemm ħtieġa li tiġi adattata l-allokazzjoni ta’ finanzjament għall-bidliet fil-flussi migratorji. Biex twieġeb għal ħtiġijiet pressanti u bidliet fil-politika u l-prijoritajiet tal-Unjoni, u biex ikun hemm finanzjament għal azzjonijiet b’livell għoli ta’ valur miżjud tal-Unjoni, parti mill-finanzjament se tiġi allokata għal azzjonijiet speċifiċi, azzjonijiet tal-Unjoni, azzjonijiet tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, assistenza ta’ emerġenza, risistemazzjoni u biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ solidarjetà u responsabbiltà permezz ta’ faċilità tematika. [Em. 47]

(38)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu inkoraġġuti sabiex jużaw parti mill-allokazzjoni tal-programm tagħhom għall-finanzjament tal-azzjonijiet elenkati fl-Anness IV billi jibbenefikaw minn livell ogħla ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni.

(38a)

Jenħtieġ li l-isforzi magħmula mill-Istati Membri biex jimplimentaw b'mod sħiħ u xieraq l-acquis tal-Unjoni dwar l-ażil, inkluż il-provvediment ta' kundizzjonijiet ta' akkoljenza xierqa għall-applikanti u l-benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, bil-għan li tiġi żgurata d-determinazzjoni korretta tal-istatus, skont id-Direttiva 2011/95/UE, biex jiġu applikati proċeduri tal-ażil ġusti u effikaċi, jiġu appoġġati mill-Fond, b'mod partikolari meta dawk l-isforzi jkunu diretti lejn minorenni mhux akkumpanjati li għalihom l-ispejjeż huma ogħla. Jenħtieġ li, għaldaqstant, l-Istati Membri jirċievu somma f'daqqa għal kull minorenni mhux akkumpanjat li jingħata protezzjoni internazzjonali, iżda jenħtieġ li din is-somma f'daqqa ma tkunx kumulattiva għal finanzjament addizzjonali pprovdut taħt dan ir-Regolament għar-risistemazzjoni. [Em. 48]

(39)

Parti mir-riżorsi disponibbli skont il-Fond tista’ ukoll tiġi allokata għall-programmi tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi barra mill-allokazzjoni inizjali. Jenħtieġ li dawn l-azzjonijiet speċifiċi jkunu identifikati fil-livell tal-Unjoni u jenħtieġ li jikkonċernaw azzjonijiet li jeħtieġu sforz kooperattiv jew azzjonijiet neċessarji biex jiġu indirizzati l-iżviluppi fl-Unjoni li jeħtieġu finanzjament addizzjonali li għandu jkun disponibbli għal Stat Membru wieħed jew aktar.

(40)

Jenħtieġ li l-Fond jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-ispejjeż operattivi relatati mal-ażil u mar-ritorn mal-immigrazzjoni u jippermetti li l-Istati Membri jżommu kapaċitajiet li huma kruċjali għal dak is-servizz għall-Unjoni fl-intier tagħha. It-tali appoġġ jikkonsisti minn rimborż sħiħ ta’ spejjeż speċifiċi relatati mal-objettivi skont il-Fond u jenħtieġ li jifforma parti integrali mill-programmi tal-Istati Membri. [Em. 49]

(41)

Biex jikkumplimenta jikkomplementa l-implimentazzjoni tal-objettiv ta’ politika ta’ dan il-Fond fil-livell nazzjonali permezz tal-programmi tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Fond jipprovdi wkoll appoġġ għal azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li t-tali azzjonijiet iservu objettivi strateġiċi globali fl-ambitu tal-intervent tal-Fond dwar l-analiżi u l-innovazzjoni politika, it-tagħlim reċiproku u s-soċjetajiet transnazzjonali u l-ittestjar ta’ inizjattivi u azzjonijiet ġodda madwar l-Unjoni , filwaqt li jirrispettaw il-ħtieġa li jipprovdu finanzjament adegwat, b'mod ġust u trasparenti, biex jinkisbu l-għanijiet tal-Fond . Permezz ta' dawn l-azzjonijiet, il-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fl-implimentazzjoni tal-Fond għandha tkun żgurata . [Em. 50]

(42)

Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza minnufih pressjoni migratorja qawwija mhux prevista jew disproporzjonali fi Stat Membru wieħed jew aktar ikkaratterizzata minn influss kbir jew sproporzjonat ta' ċittadini ta' pajjiż terz fi Stat Membru wieħed jew aktar , li tpoġġi piżijiet sinifikanti u eżigenzi urġenti fuq il-faċilitajiet ta’ akkoljenza u detenzjoni tagħhom, is-sistemi u l-proċeduri tal-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni, pressjonijiet jew sfidi migratorji qawwija jew ħtiġijiet ta' risistemazzjoni sinifikanti f’pajjiżi terzi minħabba żviluppi jew kunflitti politiċi jew diżastri naturali , jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi pprovduta assistenza ta’ emerġenza skont il-qafas stabbilit f’dan ir-Regolament. [Em. 51]

(43)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiżgura t-tkomplija tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE (13) u jenħtieġ li jipprovdi assistenza finanzjarja skont l-objettivi u l-funzjonijiet tiegħu.

(44)

L-objettiv politiku ta’ dan il-Fond se jiġi indirizzat ukoll permezz ta’ strumenti finanzjarji u garanzija baġitarja bħala parti mit-twieqi ta’ politika tal-InvestEU. Jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju jintuża’ sabiex jiġu indirizzati b’mod proporzjonat in-nuqqasijiet tas-suq jew is-sitwazzjonijiet ta’ investiment subottimali u jenħtieġ li l-azzjonijiet ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq Intern. Jenħtieġ li l-azzjonijiet ikollhom valur miżjud Ewropew ċar. [Em. 52]

(45)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Fond għall-Migrazzjoni u l-Ażil kollu li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens ta’ [ir-referenza għandha tiġi aġġornata kif xieraq skont il-ftehim interistituzzjonali ġdid: il-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (14)], għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(46)

Ir-Regolament (UE) Nru …/… (ir-Regolament Finanzjarju) japplika għal dan il-Fond. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premji, akkwist, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji.

(47)

Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet fuq il-bażi ta’ ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Fond jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti minn dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE)…/2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]. Fil-każ ta' dispożizzjonijiet kunfliġġenti, dan ir-Regolament jenħtieġ li jieħu preċedenza fuq ir-Regolament (UE) Nru X [CPR]. [Em. 53]

(48)

Ir-Regolament (UE) …/2021 [Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni tal-FEŻR, l-FSE+, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) Lil hinn mill-qafas li jistabbilixxi regoli finanzjarji komuni għal diversi fondi tal-Unjoni, inkluż , il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMF – Asylum and Migration Fund), il-Fond għas-Sigurtà Interna (FSI) u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (BMVI – Border Management and Visa Instrument) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF – Integrated Border Management Fund), u jistabbilixxi, b’mod partikolari, ir-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-Unjoni implimentati b’ġestjoni kondiviża. Għalhekk u l-Integrazzjoni (AMIF) hemm bżonn li jiġu speċifikati l-objettivi ġenerali tal-AMF tal-AMIF , u li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-tip ta’ attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati mill-AMF mill-AMIF . [Em. 54]

(49)

It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu fuq il-bażi tal-ħila tagħhom li jiksbu l-objettivi speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju ta’ nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ somma f'daqqa, rati fissi u kostijiet ta’ unità, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmija fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(50)

Skont ir-Regolament Finanzjarju (15), ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (17) u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (18) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (19), jenħtieġ li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi u/jew kriminali . B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF – European Anti-Fraud Office) jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kull attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jinvestiga u jippreżenta każijiet ta' frodi u attivitajiet illegali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (20). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkooperaw bis-sħiħ u jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa lill-istituzzjonijiet, aġenziji u korpi tal-Unjoni fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ li r-riżultati tal-investigazzjonijiet dwar irregolaritajiet jew frodi b'rabta mal-Fond ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew. [Em. 55]

(51)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-iffissar u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, u jipprevedu t-twettiq ta’ verifiki dwar ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja tajba u effettiva tal-finanzjament mill-UE.

(51a)

Meta jkun hemm evidenza ċara ta; dubju dwar il-legalità tal-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità tal-finanzjament, jew it-twettiq ta' proġetti bħala riżultat ta' opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' ksur skont l-Artikolu 258 TFUE, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiżgura li ma jkun hemm l-ebda finanzjament disponibbli għal dawn il-proġetti. [Em. 56]

(52)

Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (21), persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej (overseas countries and territories, OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-objettiv tal-Fond u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li bihom il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew rilevanti huwa marbut.

(53)

Skont l-Artikolu 349 TFUE u f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE” (22), li ġew approvati mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ April 2018, jenħtieġ li l-Istati Membri rilevanti jiżguraw li l-istrateġiji u l-programmi nazzjonali tagħhom jindirizzaw l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi fil-ġestjoni tal-migrazzjoni. Il-Fond jappoġġa dawn l-Istati Membri b’riżorsi adegwati biex igħin lil dawn ir-reġjuni fil-ġestjoni sostenibbli tal-migrazzjoni u fil-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet possibbli ta’ pressjoni.

(53a)

Jenħtieġ li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-parlamenti nazzjonali fl-Istati Membri u fil-pajjiżi terzi jiġu kkonsultati waqt il-proċess ta' programmar, implimentazzjoni u evalwazzjoni tal-programmi ffinanzjati permezz tal-Fond. [Em. 57]

(54)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-Ftehim Interistituzzjonali għal Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016, jenħtieġ li dan il-Fondi jiġi evalwat fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati regolamentazzjonijiet żejda u piż amministrattiv, b’mod partikolari fuq l-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu , inklużi indikaturi kwalitattiva u kwantitattivi, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fond b’mod prattiku. Sabiex jitkejlu l-kisbiet tal-Fond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi komuni u miri relatati b'rabta ma' kull objettiv speċifiku tal-Fond. Permezz ta’ dawn l-indikaturi komuni u rapportar finanzjarju, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Fond, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE)…/2021 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u dan ir-Regolament. Sabiex twettaq ir-rwol superviżorju tagħha kif xieraq, jeħtieġ li l-Kummissjoni tkun f'pożizzjoni li tistabbilixxi l-ammonti li fil-fatt intefqu mill-Fond f'sena partikolari. Meta jirrapportaw il-kontijiet annwali tal-programmi nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk jiddistingwu bejn l-irkupri, il-ħlasijiet ta' qabel il-finanzjament lill-benefiċjarji finali u r-rimborżi tal-infiq li fil-fatt saru. Sabiex jiġu ffaċilitati l-awditjar u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Fond, jenħtieġ li l-Kummissjoni tinkludi dawn l-ammonti fir-rapport ta' implimentazzjoni annwali tagħha għall-Fond kif ukoll ir-riżultati tal-monitoraġġ u l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet tal-Fond fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u tal-Unjoni, inklużi proġetti u sħab speċifiċi. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta sommarju tar-rapporti ta' prestazzjoni annwali aċċettati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sena . Rapporti li jiddeskrivu r-riżultati tal-monitoraġġ u l-implimentazzjoni ta' azzjonijiet taħt il-Fond kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll f'dak tal-Unjoni jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku u ppreżentati lill-Parlament Ewropew. [Em. 58]

(55)

Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Fond se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u għall-kisba ta’ biex tinkiseb mira kumplessiva ta’ 25 % ta’ nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġa l-objettivi tal-klima matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027 . L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Fond, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti. [Em. 59]

(56)

Biex tissupplimenta u temenda xi elementi mhux essenzjali ta' dan ir-Regolament, is-setgħa li tadotta atti f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li jiġu delegati lill-Kummissjoni fir-rigward tal-lista tal-programmi ta' ħidma għall-faċilità tematika, il-lista ta' azzjonijiet eliġibbli għas-sostenn mill-istrument imsemmi fl-Anness III, il-lista ta' azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla kif elenkati fl-Anness IV, l- appoġġ operattiv previst mill-Anness VII u biex tiżviluppa aktar il-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni Huwa ta' importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti u mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-migranti u tar-rifuġjati , u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016. [Em. 60]

(57)

Biex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jingħataw setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23). Il-proċedura ta’ eżami jenħtieġ li tintuża għal atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-obbligi komuni fuq l-Istati Membri, partikolarment dwar il-provvediment ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, u l-proċedura konsultattiva jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni marbuta mal-formoli mudell għall-provvediment ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, fil-qafas tal-programmar u r-rappurtar, fid-dawl tan-natura purament teknika tagħhom.

(58)

Ladarba l-għan l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri li jsaħħaħ is-solidarjetà bejn l-Istati Membri u jikkontribwixxi għal ġestjoni effettiva tal-flussi migratorji fl-Unjoni f'konformità mal-politika u għall-implimentazzjoni, it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-politika komuni dwar l-ażil, il-protezzjoni internazzjonali u l-politika sussidjarja u l-protezzjoni temporanja u tal-politika komuni dwar l-immigrazzjoni, ma jistax jinkiseb ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri weħedhom u jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f'konformità mal-prinċipju ta' sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-istess Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jintlaħaq dak l-għan. [Em. 61]

(59)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u bla ħsara għall-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll, l-Irlanda [mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu / innotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

(60)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(61)

Huwa adatt li jiġi allinjat il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ma’ dak tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) …/2021 [ir-Regolament tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali],

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament li jistabbilixxi l-Fond għall-Migrazzjoni u, l-Ażil u l-Integrazzjoni (“il-Fond”). [Em. 62]

2.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet tal-Fond, il-baġit għall-perjodu mill-2021 sal-2027, il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli dwar l-għoti ta’ finanzjament bħal dan.

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“Applikant applikant għal protezzjoni internazzjonali” tfisser applikant kif definit fil-punt [x] (c) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament dwar il-Proċedura ta’ Ażil] tad-Direttiva 2013/32/UE  (24); [Em. 63]

(b)

“benefiċjarju ta’ protezzjoni internazzjonali” fis-sens tal-punt (2) (b) tal-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament dwar Standards għall-Kwalifika] (25) 2 tad-Direttiva 2011/95/UE ; [Em. 64]

(c)

“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inklużi dawk fiil-faċilitajiet ta’ taħlit skont il-punt (6) tal-Artikolu 2 tar-Regolament Finanzjarju, li jikkumbinaw forom ta’ appoġġ li mhux rimborżabbli u / jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni flimkien ma’ forom ta’ appoġġ rimborżabbli għall-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri;

(d)

“membru tal-familja” tfisser kwalunkwe ċittadin ta’ pajjiż terz li jikkonforma mal-liġi tal-Unjoni rilevanti għall-qasam politiku ta’ azzjoni appoġġata taħt il-Fond;

(e)

Ammissjoni skema umanitarja”fis-sens tal-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) ../.. Qafas għar-Risistemazzjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja] (26) tfisser l-ammissjoni fit-territorju tal-Istati Membri fejn ġew spostati minn pajjiż terz, wara, fejn mitlub minn Stat Membru, riferiment mill-UNHCR jew minn korp internazzjonali rilevanti ieħor, ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni apolidi li jingħataw protezzjoni internazzjonali jew status umanitarju skont id-dritt nazzjonali li jipprevedi drittijiet u obbligi ekwivalenti għal dawk tal-Artikoli 20 sa 32 u l-Artikolu 34 tad-Direttiva 2011/95/UE għall-benefiċjarji ta' protezzjoni sussidjarja ; [Em. 65]

(f)

“tneħħija” tfisser “tneħħija” kif definit fil-punt (5) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(g)

“risistemazzjoni” tfisser “risistemazzjoni” kif definit fl-Artikolu [2] tar-Regolament (UE) ../.. Qafas għar-Risistemazzjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja]; l-ammissjoni, wara riferiment mill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati (“UNHCR”), ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat minn pajjiż terz lejn it-territorju tal-Istati Membri fejn ikunu ġew spostati, u li jingħataw protezzjoni internazzjonali u jkollhom aċċess għal soluzzjoni dejjiema f'konformità mad-dritt tal-Unjoni u nazzjonali ; [Em. 66]

(h)

“ritorn” tfisser “ritorn” kif definit fil-punt (3) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/115/KE;

(i)

“ċittadini ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li ma tkunx ċittadin tal-Unjoni kif definit fl-Artikolu 20(1) TFUE. Ir-referenza għal ċittadini ta' pajjiż terz għandha tinftiehem li tinkludi persuni apolidi u persuni b’ nazzjonalità mhux iddeterminata;

(j)

“persuna vulnerabbli” tfisser kwalunkwe persuna kif definita skont il-liġi tal-Unjoni rilevanti għall-qasam politiku ta’ azzjoni appoġġata taħt il-Fond.

(ja)

“minorenni mhux akkumpanjat” tfisser persuna minorenni li tasal fit-territorju tal-Istati Membri mhux akkumpanjat minn adult responsabbli għaliha kemm jekk bil-liġi jew bi prattika tal-Istat Membru kkonċernat u għaż-żmien sakemm ma titteħidx effettivament fir-responsabbiltà ta' tali adult, inkluża persuna minorenni li titħalla mhux akkumpanjata wara li tkun daħlet fit-territorju tal-Istati Membri. [Em. 67]

Artikolu 3

L-għanijiet tal-Fond

1.   L-għan tal-politika tal-Fond għandu jkun li jikkontribwixxi għall-ġestjoni effiċjenti tal-flussi tal-migrazzjoni għall-implimentazzjoni, it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tal-politika Ewropea komuni dwar l-ażil skont l-Artikolu 78 tat-TFUE u tal-politika Ewropea komuni dwar il-migrazzjoni skont l-Artikolu 79 tat-TFUE f’konformità mal- acquis rilevanti mal-prinċipju ta' solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ l-obbligi tal-Unjoni u f’konformità mal-impenji tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali u tal-Istati Membri taħt id-dritt internazzjonali u d-drittijiet u l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea . [Em. 68]

2.   Fl-għan tal-politika stabbilit fil-paragrafu 1, il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet speċifiċi li jmiss:

(a)

it-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, inkluża d-dimensjoni esterna tagħha;

(b)

l-appoġġ għall-migrazzjoni it-tisħiħ u l-iżvilupp ta' politiki fil-livell Ewropew u nazzjonali dwar il-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri inkluż għall-kontrobuzzjoni tal-integrazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi skont il-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tal-Istati Membri ; [Em. 69]

(c)

il-kontribut lejn il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-iżgurar tal-effettività ta’ ritorn u r-riammissjoni fil-pajjiżi terzi. u l-promozzjoni tal-integrazzjoni u l-inklużjoni soċjali effettivi taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, b'mod komplementari ma' fondi tal-Unjoni oħra; [Em. 70]

(ca)

il-kontribut lejn il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u l-iżgurar tar-ritorn, ir-riammissjoni u r-riintegrazzjoni b'dinjità u mingħajr riskji fil-pajjiżi terzi; [Em. 71]

(cb)

l-iżgurar tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari lejn dawk l-aktar milquta mill-flussi migratorji, fosthom permezz tal-kooperazzjoni prattika. [Em. 72]

3.   Fl-għanijiet speċifiċi stipulati fil-paragrafu 2, il-Fond għandu jiġi implimentat permezz tal-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II.

Artikolu 3a

Sħubija

Għal dan il-Fond, is-sħubijiet għandhom jinkludu tal-anqas l-awtoritajiet lokali u reġjonali jew l-assoċjazzjonijiet rappreżentattivi tagħhom, l-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, b'mod partikolari l-organizzazzjonijiet tar-rifuġjati u tal-migranti, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-korpi tal-ugwaljanza, u s-sħab ekonomiċi u soċjali.

Dawn is-sħab għandhom ikunu involuti b'mod sinifikanti fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' programmi. [Em. 73]

Artikolu 4

L-ambitu tal-appoġġ

1.   Fl-għanijiet imsemmija f’Artikolu 3 u f’konformità F'konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni ta’ miżuri elenkati fl-Anness II, il-Fond għandu b’mod partikolari jappoġġa l-azzjonijiet i jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u li huma elenkati fl-Anness III. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-lista tal-azzjonijiet eleġibbli għas-sostenn mill-Fond fl-Anness III. [Em. 74]

2.   Biex jinkisbu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, il-Fond jistà jista' f'każijiet eċċezzjonali, fi ħdan il-limiti ddefiniti u soġġett għal salvagwardji xierqa, jappoġġa l-azzjonijiet f’konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni kif imsemmija fl-Anness III b’rabta ma’ pajjiżi terzi u fihom, fejn xieraq f’konformità mal-Artikolu 5 u 6. [Em. 75]

2a.     Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16, l-ammont totali ta' finanzjament għall-appoġġ ta' azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom taħt il-faċilità tematika skont l-Artikolu 9 m'għandux jaqbeż 5 % tal-ammont totali allokat għall-faċilità tematika skont il-punt (b) tal-Artikolu 8(2). [Em. 76]

2b.     Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 16, l-ammont totali ta' finanzjament għall-appoġġ ta' azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom taħt il-programmi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 13 m'għandux jaqbeż, għal kull Stat Membru, 5 % tal-ammont totali allokat lil dak l-Istat Membru skont il-punt (a) tal-Artikolu 8(2), l-Artikolu 11(1) u l-Anness I. [Em. 77]

2c.     Azzjonijiet appoġġati f'dan il-paragrafu għandhom ikunu totalment koerenti ma' miżuri appoġġati mill-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni u mal-prinċipji u l-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna tal-Unjoni. [Em. 78]

3.   L-għanijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom jappoġġaw l-azzjonijiet li jiffukaw fuq gruppi fil-mira jew aktar fl-ambitu tal-Artikoli 78 u 79 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4a

Ugwaljanza bejn is-sessi u n-nondiskriminazzjoni

Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi jkunu parti integrali mill-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-Fond u jiġu promossi matul din l-implimentazzjoni. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi xierqa kollha biex jevitaw kwalunkwe diskriminazzjoni abbażi tas-sess, ir-razza, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjoni politika jew kwalunkwe opinjoni oħra, is-sħubija f'minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali fl-aċċess tal-Fond u matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-Fond. [Em. 79]

Artikolu 5

Pajjiżi terzi assoċjati mal-Fond

Il-Fond se jkun miftuħ għal pajjiżi terzi assoċjati maż-żona Schengen , f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fi ftehim speċifiku li għandu jiġi adottat f'konformità mal-Artikolu 218 tat-TFUE li jkun ikopri l-parteċipazzjoni tal-pajjiż terz fil-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, sakemm il-ftehim d ment li l-ftehim : [Em. 80]

jiżgura bilanċ ġust fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet u l-benefiċċji tal-pajjiż terz li jkun qed jipparteċipa fil-Fond;

jistipula l-kundizzjonijiet tal-parteċipazzjoni fil-Fond, inkluż il-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-Fond u l-kostijiet amministrattivi tiegħu. Dawn il-kontribuzzjonijiet għandhom jikkostitwixxu dħul b’konformità mal-Artikolu [21(5)] tar-Regolament Finanzjarju;

ma jagħtux lill-pajjiż terz setgħa ta’ deċiżjoni dwar il-Fond;

jiggarantixxi d-drittijiet tal-Unjoni li tiżgura ġestjoni finanzjarja tajba u li tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha.

Fit-tfassil tal-ftehim speċifiku msemmi f'dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, b'mod partikolari fir-rigward tal-aspetti tad-drittijiet fundamentali tal-ftehim. [Em. 81]

Artikolu 6

Entitajiet eliġibbli

1.   L-entitajiet li jmiss jistgħu jkunu eliġibbli:

(a)

l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġejjin::

(1)

Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(2)

pajjiżi terzi assoċjati mal-Fond;

(3)

pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati hemmhekk u soġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet kollha li jsiru f'pajjiż terz jew b'rabta ma' pajjiż terz jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri . [Em. 82]

(b)

kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali rilevanti . [Em. 83]

2.   Il-persuni fiżiċi mhumiex eliġibbli.

3.   L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari. [Em. 84]

4.   L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f’konsorzji ta’ mill-inqas żewġ entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew pajjiżi jew territorji extra-Ewropej marbuta ma’ dawk l-istati jew pajjiżi terzi, huma eliġibbli meta dan jikkontribwixxi biex jintlaħqu l-għanijiet tal-Fond kif stipulat fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament . [Em. 85]

KAPITOLU II

QAFAS FINANZJARJU U TA’ IMPLIMENTAZZJONI

TAQSIMA 1

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 7

Prinċipji ġenerali

1.   Appoġġ ipprovdut taħt dan ir-Regolament għandu jikkumplimenta jikkomplementa lill-interventi nazzjonali, reġjonali u lokali u għandu jiffoka fuq il-valur miżjud mal-għanijiet tal-Unjoni għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. [Em. 86]

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ ipprovdut skont dan ir-Regolament u mill-Istati Membri huwa konsistenti mal-attivitajiet, politiki u l-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni u huwa kumplimentari u kkoordinat mal-istrumenti nazzjonali u ma' strumenti oħrajn tal-Unjoni u miżuri ffinanzjati taħt fondi tal-Unjoni oħra, b'mod partikolari l-fondi strutturali u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni . [Em. 87]

3.   Il-Fond għandu jiġi implimentat b’ġestjoni kondiviża, diretta jew indiretta f’konformità mal-Artikoli [62(1) (a), (b) u (c)] tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 8

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta’ EUR 9 204 957 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR  10 415 000 000 fi prezzijiet attwali. [Em. 88]

2.   Ir-riżorsi finanzjarji għandhom jintużaw kif ġej:

(a)

EUR 5 522 974 200 fi prezzijiet tal-2018 ( EUR 6 249 000 000 fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża; [Em. 89]

(b)

EUR 3 681 982 800 fi prezzijiet tal-2018 ( EUR 4 166 000 000 fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika. [Em. 90]

3.   Sa 0,42 % tal-pakkett finanzjarju għandhom jiġu allokati għall-assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 29 tar-Regolament UE ../.. [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]. [Em. 91]

Artikolu 9

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-faċilità tematika

1.   Il-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 8(2)(b) għandu jkun allokat b’mod flessibbli permezz tal-faċilità tematika bl-użu ta’ ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta, kif stabbilit fil-programmi ta’ ħidma. Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jintuża għall-komponenti tiegħu:

a)

azzjonijiet speċifiċi;

b)

azzjonijiet tal-Unjoni;

c)

assistenza ta’ emerġenza;

d)

risistemazzjoni;

e)

appoġġ lil Stati Membri li jikkontribwixxu , fosthom lill-awtoritajiet reġjonali u lokali, u lill-lill-organizzazzjonijiet internazzjonali u mhux governattivi li jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ solidarjetà u responsabbiltà; kif ukoll [Em. 92]

f)

In-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni.

L-assistenza teknika b’inizjattiva tal-Kummissjoni għandha tiġi appoġġata wkoll mill-pakkett finanzjarju għal-faċilità tematika.

2.   Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jindirizza l-prijoritajiet b’valur miżjud għoli għall-Unjoni jew jintuża biex iwieġeb għal bżonnijiet urġenti f’konformità mal-prijoritajiet miftehma tal-Unjoni kif imniżżel fl-Anness II u permezz tal-azzjonijiet eleġibbli fl-Anness III .

Il-Kummissjoni għandha tiżgura involviment regolari mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fit-tħejjija, l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-programmi ta' ħidma .

Minimu ta' 20 % tal-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jiġi allokat għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2).

Għandu jiġi allokat minimu ta' 10 % tal-finanzjament mill-faċilità tematika għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2);

Għandu jiġi allokat minimu ta' 10 % tal-finanzjament mill-faċilità tematika għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2);

Għandu jiġi allokat minimu ta' 10 % tal-finanzjament mill-faċilità tematika għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (cb) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2); [Em. 93]

3.   Meta l-finanzjament mill-faċilità tematika jingħata f’ġestjoni diretta jew indiretta lilI Stati lill-Istati Membri, għandu jiġi żgurat li l-proġetti magħżula ma jiġux affettwati minn m'għandu jkun disponibbli ebda finanzjament għal proġetti meta jkun hemm evidenza ċara li jeżisti dubju dwar il-legalità ta' dawk il-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità ta' dak il-finanzjament, jew it-twettiq ta' dawk il-proġetti, bħala riżultat ta' opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jipperikola l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti tat-TFUE . [Em. 94]

4.   Meta jiġi implimentat il-finanzjament mill-faċilità tematika fil-ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni għall-għan tal-Artikoli 18 u 19(2) tar-Regolament (UE) ../.. għandha [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] tivvalulta jekk il-azzjonijiet previsti ma jiġux affettwati minn tiżgura li ma jkun hemm ebda finanzjament disponibbli għal proġetti meta jkun hemm evidenza ċara li jeżisti dubju dwar il-legalità ta' dawk il-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità ta' dak il-finanzjament, jew it-twettiq ta' dawk il-proġetti, bħala riżultat ta' opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jipperikola l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti tat-TFUE . [Em. 95]

5.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali magħmul disponibbli għall-faċilità tematika skont l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tadotta deċiżjonijiet ta’ finanzjament kif imsemmi fl-Artikolu [110] tar-Regolament Finanzjarju atti delegati skont l-Artikolu 32 biex tistabbilixxi programmi ta' ħidma għall-faċilità tematika li tidentifika l-għanijiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u tispeċifika l-ammonti għal kull komponent tagħha kif imsemmi fil-paragrafu 1. Id-deċiżjonijiet finanzjarji jenħtieġ li fejn applikabbli jistabbilixxu l-ammont globali riżervat għall-operazzjoni ta' taħlit. Il-programmi ta' ħidma għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku . [Em. 96]

6.   Il-faċilità tematika għandha b’mod partikolari tappoġġa l-azzjonijiet li jaqgħu taħt il-miżura ta’ implimentazzjoni 2(b) 2(a) tal-Anness II li huma implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali jew mill-organizzazzjonijiet ċivili. F'dak ir-rigward, minimu ta' 5 % tal-pakkett finanzjarju tal-faċilità tematika għandu jingħata taħt ġestjoni diretta jew indiretta lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jimplimentaw azzjonijiet ta' integrazzjoni. [Em. 97]

7.   Wara l-adozzjoni ta’ deċiżjoni finanzjarja tal-programmi ta' ħidma kif imsemmi fil-paragrafu 5, il-Kummissjoni tista’ temenda l-programmi implimentati skont il-ġestjoni kondiviża kif xieraq. [Em. 98]

8.   Dawn id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament il-programmi ta' ħidma jistgħu jkunu annwali jew pluriennali u jistgħu jkopru komponent jew aktar tal-faċilità tematika. [Em. 99]

TAQSIMA 2

APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI B'ĠESTJONI KONĠUNTA

L-Artikolu 10

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din it-taqsima tapplika għall-parti tal-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 8(2)(a), u riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu implimentati skont il-ġestjoni kondiviża skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 9.

2.   Għandu jiġi implimentat appoġġ skont din it-taqsima bil-ġestjoni kondiviża f’konformità mal-Artikolu [63] tar-Regolament Finanzjarju u tar-Regolament UE ../.. [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] l-qafas li jistabbilixxi r-regoli finanzjarji komuni għal bosta fondi tal-Unjoni, inkluż l-AMIF . [Em. 100]

Artikolu 11

Riżorsi baġitarji

1.   Riżorsi msemmija fl-Artikolu 8(2)(a) għandhom jiġu allokati għall-programmi nazzjonali (il-“programmi”) implimentati mill-Istati Membri bil-ġestjoni kondiviża indikattivament kif imiss:

(a)

EUR 5 207 500 000 għall-Istati Membri f’konformità mal-Anness I;

(b)

EUR 1 041 500 000 lill-Istati Membri għall-aġġustament tal-allokazzjonijiet għall-programmi kif imsemmi fl-Artikolu 14(1).

2.   Fejn l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1(b) ma jkunx allokat, l-ammont li jifdal jista’ jiżdied mal-ammont imsemmi fl-Artikolu 8(2)(b).

Artikolu 12

Rati ta' kofinanzjament

1.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma għandhiex teċċedi l-75 % tan-nefqa totali eliġibbli ta’ proġett. L-Istati Membri huma mħeġġa li jipprovdu fondi korrispondenti għall-attivitajiet appoġġati mill-Fond. [Em. 101]

2.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % tan-nefqa totali eliġibbli għal proġetti implimentati skont azzjonijiet speċifiċi..

3.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni għandha tiżdied għal minimu ta' 80 % u tista' tiżdied għal 90 % tan-nefqa totali eliġibbli għal azzjonijiet elenkati fl-Anness IV. [Em. 102]

4.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli għal appoġġ operazzjonali.

5.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli għal assistenza f’emerġenza.

6.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm għandha tiffissa r-rata ta’ kofinanzjament u l-ammont massimu ta’ appoġġ minn dan il-Fond għat-tipi ta’ azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5.

7.   Għal kull għan speċifiku, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għan speċifiku għandhiex tiġi applikata:

(a)

għall-kontribuzzjonijiet totali, inklużi l-kontribuzzjonijiet pubbliċi u privati; jew

(b)

għall-kontribuzzjoni pubblika biss.

L-Artikolu 13

Programmi

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-prijoritajiet indirizzati fil-programm tiegħu nazzjonali huma konsistenti ma' u jwieġbu għall-prijoritajiet u l-isfidi tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-ażil u tal-migrazzjoni, u huma f'konformità sħiħa mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u li jaqblu mal-prijoritajiet mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li joriġinaw mill-istrumenti internazzjonali li għalihom huma firmatarji, b'mod partikolari l-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal . Fl-istabbiliment tal-prijoritajiet tal-programmi tagħhom l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Anness II jiġu indirizzati b'mod adegwat. F'dak ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jallokaw minimu ta' 20 % tal-finanzjament allokat tagħhom għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2).

L-Istati Membri għandhom jallokaw minimu ta' 10 % tal-finanzjament allokat tagħhom għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2).

L-Istati Membri għandhom jallokaw minimu ta' 10 % tal-finanzjament allokat tagħhom għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2).

L-Istati Membri għandhom jallokaw minimu ta' 10 % tal-finanzjament allokat tagħhom għall-għan speċifiku msemmi fil-punt (cb) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(2). [Em. 103]

1a.     Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-programmi tagħhom jinkludu azzjonijiet li jindirizzaw l-għanijiet speċifiċi kollha tal-Fond imsemmija fl-Artikolu 3(2) u li l-allokazzjoni tar-riżorsi bejn l-objettivi tiżgura li dawk l-objettivi jistgħu jintlaħqu. Hija u tevalwa l-programmi tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiżgura li ma jkun hemm l-ebda finanzjament disponibbli għal proġetti meta jkun hemm evidenza ċara li l-legalità ta' dawk il-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità ta' dawk il-proġetti, se jkunu qed jiġu ddubitati bħala riżultat ta' opinjoni motivata tal-Kummissjoni b'rabta mal-proċedimenti ta' ksur taħt l-Artikolu 258 tat-TFUE. [Em. 104]

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil , l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għad-Drittijiet Fundamentali u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta huma assoċjati mal-proċess tal-iżvilupp tal-programmi fi stadju bikri, fir-rigward tal-oqsma tal-kompetenza tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta , lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali lill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil dwar l-abbozzi ta' programmi biex tiġi żgurata konsistenza u kumplimentarjetà tal-azzjonijiet tal-aġenziji u dawk tal-Istati Membri. [Em. 105]

3.   Il-Kummissjoni tista' tassoċja lill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u lill-UNHCR fil-kompiti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif imsemmi fit-Taqsima 5 fejn xieraq, b'mod partikolari biex jiġi żgurat li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-Fond huma konformi mal-acquis rileanti rilevanti tal-Unjoni u li jaqblu mal-prijoritajiet tal-Unjoni. [Em. 106]

4.   Wara li jkun sar kwalunkwe eżerċizzju ta’ monitoraġġ kif imwettaq f’konformità mar-Regolament (UE) [../..] [ir-Regolament EUAA] jew l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1053/2013 li jaqgħu fl-ambitu ta’ dan ir-Regolament, l-Istat Membru kkonċernat għandu jeżamina, flimkien mal-Kummissjoni, u fejn ikun rilevanti mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali għall-Ażil u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, kif jiġu indirizzati l-konklużjonijiet, inklużi kwalunkwe nuqqasijiet jew kwistjonijiet ta’ kapaċità u preparatezza, u għandu jeżamina r-rakkomandazzjonijiet permezz tal-programm tiegħu. [Em. 107]

5.   Fejn ikun meħtieġ, il-programm inkwistjoni għandu jkun emendat biex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 4 u l-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri kif ivvalutat fir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 30(2) . Skont l-impatt tal-aġġustament, il-programm rivedut jistgħu jiġu approvati mill-Kummissjoni. [Em. 108]

6.   B’kooperazzjoni u konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-aġenziji rilevanti, f’konformità mal-kompetenzi tagħhom, kif applikabbli, ir-riżorsi skont il-programm jistgħu jiġu allokati mill-ġdid bil-għan li jiġu indirizzati rakkomandazzjonijiet, kif imsemmi fil-paragrafu 4 li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji.

7.   L-Istati Membri għandhom b’mod partikolari jfittxu l-azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla fl-Anness IV. Fil-każ ta’ ċirkostanzi mhux previsti jew ċirkostanzi ġodda, jew biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-lista ta’ azzjonijiet għal kofinanzjament ogħla kif elenkat fl-Anness IV.

7a.     Il-programmi nazzjonali jistgħu jippermettu l-inklużjoni, fl-azzjonijiet imsemmija fil-punt 3a tal-Anness III, ta' persuni koperti mill-grupp ta' mira msemmi f'dak il-punt, sal-punt li huwa meħtieġ għall-implimentazzjoni effettiva ta' tali azzjonijiet. [Em. 109]

8.   Kull Mingħajr preġudizzju għat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2), kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġetti ma’ pajjiż terz jew fih bl-appoġġ tal-Fond, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta l-Kummissjoni jitlob l-approvazzjoni tal-Kummissjoni qabel il-bidu tal-proġett Il-Kummissjoni għandha tiżgura l-komplementarjetà u l-koerenza tal-proġetti ppjanati ma' azzjonijiet oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri meħuda fil-pajjiż terz ikkonċernat jew b'rabta miegħu, u għandha tivverifika li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punt (3) tal-punt (a) tal-Artikolu 6(1) huma ssodisfati . [Em. 110]

9.   L-ipprogrammar kif imsemmi fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) …/2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] Kull programm nazzjonali , għandu jiġi bbażat fuq jistabbilixxi, għal kull għan, it-tipi ta’ interventi stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness VI u jipprovdi tqassim indikattiv tar-riżorsi pprogrammati skont it-tip ta' intervent jew il-qasam ta' appoġġ . [Em. 111]

9a.     Kull Stat Membru għandu jippubblika l-programm tiegħu fuq sit web apposta u jgħaddih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Dak is-sit web għandu jispeċifika l-azzjonijiet appoġġati fl-implimentazzjoni tal-programm u jelenka l-benefiċjarji. Dan għandu jiġi aġġornat regolarment, minn tal-inqas fl-istess ħin tal-pubblikazzjoni tar-Rapport tal-Prestazzjoni Annwali msemmi fl-Artikolu 30. [Em. 112]

L-Artikolu 14

Reviżjoni ta' nofs it-terminu

-1.     Il-programmi għandhom ikunu soġġetti għal rieżami u evalwazzjoni ta' nofs it-terminu f'konformità mal-Artikolu 29 ta' dan ir-Regolament. [Em. 113]

1.   Fl-2024 Sa tmiem l-2024, u wara li tkun informat lill-Parlament Ewropew , il-Kummissjoni għandha talloka lill-programmi tal-Istati Membri kkonċernati l-ammont addizzjonali msemmi fl-Artikolu 11(1)(b) f’konformità mal-kriterji msemmija fil-paragrafu minn 1(b) sa 5 tal-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv għall-perjodu li jibda mis-sena kalendarja 2025. [Em. 114]

2.   Jekk mill-anqas 10 30 % tal-allokazzjoni inizjali ta’ programm imsemmi fl-Artikolu 11(1)(a) ma jkunx kopert minn applikazzjonijiet ta’ pagament ippreżentati f’konformità mal-Artikolu [85] tar-Regolament (UE) Nru …/2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun eliġibbli biex jirċievi l-allokazzjoni addizzjonali għall-programm imsemmija fil-paragrafu 1. [Em. 115]

3.   L-allokazzjoni tal-fondi mill-faċilità tematika mill-2025 fejn xieraq għandha tqis il-progress li sar fil-kisba tat-tragwardji tal-qafas ta’ prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu [12] tar-Regolament (UE) Nru …/2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u n-nuqqasijiet ta’ implimentazzjoni identifikati. [Em. 116]

Artikolu 15

Azzjonijiet speċifiċi

1.   Azzjonijiet speċifiċi huma proġetti transnazzjonali jew nazzjonali li jagħtu valur miżjud tal-Unjoni f'konformità mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament li għalih Stat Membru wieħed, diversi jew kollha jistgħu jirċievu allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tagħhom. [Em. 117]

2.   L-Istati Membri barra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f’konformità mal-Artikolu 11(1), jistgħu jirċievu ammont addizzjonali sakemm dan jiġi allokat konsegwentement bħala tali fil-programm u li jintuża biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.   Il-finanzjament m’għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm għajr f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ emenda tal-programm.

Artikolu 16

Riżorsi għall-Qafas tal-Unjoni għar-Risistemazzjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja]

1.   L-Istati Membri barra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f’konformità mal-Artikolu 11(1)(a) għandhom jirċievu kontribuzzjoni ta’ EUR 10,000 għal kull persuna risistemata f’konformità mal-iskema ta’ risistemazzjoni mmirata tal-Unjoni. Din il-kontribuzzjoni għandha tieħu l-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet f’konformità mal-Artikolu [125] tar-Regolament Finanzjarju.

2.   L-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi allokat lill-Istati Membri permezz ta’ emenda tal-programm tagħhom sakemm il-persuna li fir-rigward tagħha tiġi allokata l-kontribuzzjoni tkun risistemata b’mod effettiv f’konformità mal-Qafas ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni [u l-Ammissjoni Umanitarja].

3.   Il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm għajr f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ emenda tal-programm.

4.   L-Istati Membri għandhom iżommu l-informazzjoni meħtieġa biex tkun tista' ssir l-identifikazzjoni xierqa tal-persuni risistemati u tad-data tar-risistemazzjoni tagħhom. [Em. 118]

Artikolu 16a

Riżorsi għar-risistemazzjoni u l-ammissjoni umanitarja

1.     L-Istati Membri għandhom, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 11(1), jirċievu kull sentejn ammont addizzjonali bbażat fuq is-somma f'daqqa ta' EUR 10 000 għal kull persuna ammessa permezz tar-risistemazzjoni.

2.     L-Istati Membri għandhom, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 11(1), jirċievu kull sentejn ammont addizzjonali bbażat fuq is-somma f'daqqa ta' EUR 6 000 għal kull persuna ammessa permezz ta' skemi umanitarji.

3.     Fejn ikun adatt, l-Istati Membri jistgħu wkoll ikunu eliġibbli għal somom f'daqqa għal membri tal-familja tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1 bil-għan li jiżguraw l-għaqda tal-familja.

4.     L-ammont addizzjonali msemmij fil-paragrafi 1 u 2 għandu jiġi allokat lill-Istati Membri kull sentejn, għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta' finanzjament li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom u aktar tard fid-deċiżjoni ta' finanzjament li għandha tiġi annessa mad-deċiżjonijiet li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom.

5.     Filwaqt li jitqiesu r-rati attwali ta' inflazzjoni, l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tar-risistemazzjoni, kif ukoll il-fatturi li jistgħu jottimizzaw l-użu tal-inċentiv finanzjarju miksub permezz tas-somma f'daqqa, u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex taġġusta, jekk jitqies xieraq, is-somma f'daqqa msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. [Em. 119]

Artikolu 17

Riżorsi għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament ../.. [ir-Regolament ta’ Dublin]

1.   Stat Membru barra l-akkolazzjoni tiegħu kkalkolata f’konformità mal-Artikolu 11(1)(a) għandu jirċievi kontribuzzjoni ta’ EUR [10 000] għal kull applikant għal protezzjoni internazzjonali li għalih dak l-Istat Membru jsir responsabbli minn meta dak l-Istat Membru jkun jinsab f’ċirkostanzi diffiċli kif definit fir-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament ta’ Dublin].

2.   Stat Membru barra l-akkolazzjoni tiegħu kkalkolata f’konformità mal-Artikolu 11(1)(a) għandu jirċievi kontribuzzjoni ta’ EUR [10 000] għal kull applikant għal protezzjoni internazzjonali li allokat għal dak l-Istat Membru li jkun 'il fuq mis-sehem ġust tal-Istati Membru benefiċjarju.

3.   Stat Membru msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jirċievi kontribut addizzjonali ta’ EUR [10 000] għal kull applikant li jkun ingħata l-protezzjoni internazzjonali għall-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ integrazzjoni.

4.   Stat Membru msemmi fil-paragrafi 1 u 2 għandu jirċievi kontribuzzjoni addizzjonali ta’ EUR [10 000] għal kull persuna li għaliha l-Istat Membru jista’ jistabbilixxi fuq il-bażi tal-aġġornament tad- data msemmija fl-Artikolu 11(d) tar-Regolament UE ../.. [ir-Regolament Eurodac] li l-persuna telqet mit-territorju tal-Istat Membru, jew b’mod furzat inkella b’mod volontarju, f’konformità ma’ deċiżjoni ta’ ritorn jew ordni ta’ tneħħija.

5.   Stat Membru barra l-allokazzjoni tiegħu kkalkolata f’konformità mal-Artikolu 11(1)(a) għandu jirċievi kontribuzzjoni ta’ EUR [500] għal kull applikant ta’ protezzjoni internazzjonali trasferit minn Stat Membru għall-ieħor, għal kull applikant ittrasferit f’konformità mal-punt (c) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 34(i) tar-Regolament (UE) ../… [ir-Regolament ta’ Dublin] u fejn applikabbli, għal kull applikant ittrasferit skont il-punt (g) tal-Artikolu 34 (j) tar-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament ta’ Dublin].

6.   [L-ammonti msemmija f’dan l-Artikolu għandhom jieħdu l-forma ta’ finanzjament mhux marbut mal-kostijiet f’konformità mal-Artikolu [125] tar-Regolament Finanzjarju.

7.   L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5 għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri fil-programmi tagħhom sakemm il-persuna li fir-rigward tagħha tiġi allokata l-kontribuzzjoni, kif applikabbli, tkun ġiet trasferita lejn Stat Membru, irritornata jew irreġistrata bħala applikant fl-Istat Membru responsabbli f’konformità mar-Regolament (UE) ../… [ir-Regolament ta’ Dublin].

8.   Dan il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm għajr f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ emenda tal-programm. [Em. 120]

Artikolu 17a

Riżorsi għall-appoġġ tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 604/2013

1.     Minbarra l-allokazzjoni kkalkolata f'konformità mal-Artikolu 11(1)(a), l-Istat Membru determinanti għandu jirċievi rifużjoni tal-ispejjeż tal-akkoljenza ta' applikant għal protezzjoni internazzjonali mill-mument meta ssir l-applikazzjoni sat-trasferiment tal-applikant fl-Istat Membru responsabbli, jew sakemm l-Istat Membru determinanti jassumi r-responsabbiltà għall-applikant skont ir-Regolament (UE) Nru 604/2013.

2.     L-Istat Membru li jittrasferixxi għandu jirċievi, minbarra l-allokazzjoni kkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 11(1) ta' dan ir-Regolament, ir-rifużjoni tal-ispejjeż meħtieġa għat-trasferiment ta' applikant jew ta' persuna oħra msemmija fil-punti (c) u (d) tal-Artikolu 18(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013.

3.     Kull Stat Membru għandu, minbarra l-allokazzjoni kkalkolata skont il-punt (a) tal-Artikolu 11(1) ta' dan ir-Regolament, jirċievi somma f'daqqa ta' EUR 10 000 għal kull minorenni mhux akkumpanjat li jingħata protezzjoni internazzjonali f'dak l-Istat Membru, dment li l-Istat Membru ma jkunx eliġibbli għal pagament ta' somma f'daqqa għal dak il-minorenni mhux akkumpanjat skont l-Artikolu 16(1).

4.     Ir-rifużjoni msemmija f'dan l-Artikolu għandha tieħu l-għamla ta' finanzjament f'konformità mal-Artikolu 125 tar-Regolament Finanzjarju.

5.     Ir-rifużjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi allokata lill-Istati Membri fil-programmi tagħhom dment li l-persuna li fir-rigward tagħha tiġi allokata r-rifużjoni tkun ġiet effettivament trasferita fi Stat Membru f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 604/2013. [Em. 121]

Artikolu 17b

Riżorsi għat-trasferiment ta' persuni li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali jew jibbenefikaw minnha

1.     Bil-ħsieb li jiġi implimentat il-prinċipju tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà, l-Istati Membri għandhom jirċievu, minbarra l-allokazzjoni kkalkolata f'konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 11(1), ammont addizzjonali bbażat fuq somma ta' EUR 10 000 f'daqqa għal kull persuna ttrasferita minn Stat Membru ieħor li tkun applikat għal protezzjoni internazzjonali jew tkun qed tibbenefika minnha.

2.     L-Istati Membri jistgħu wkoll ikunu eliġibbli għal somom f'daqqa għall-membri tal-familja tal-persuni msemmija fil-paragrafu 1, jekk ikun il-każ, dment li dawk il-membri tal-familja jkunu ġew trasferiti f'konformità ma' dan ir-Regolament.

3.     L-ammonti addizzjonali msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu allokati lill-Istati Membri għall-ewwel darba fid-deċiżjonijiet individwali ta' finanzjament li japprovaw il-programm nazzjonali tagħhom u aktar tard fid-deċiżjoni ta' finanzjament li trid tiġi annessa mad-deċiżjoni li tapprova l-programm nazzjonali tagħhom. Dan il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm għajr f'ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz ta' emenda tal-programm.

4.     Sabiex jintlaħqu b'effikaċja l-għanijiet tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri msemmija fl-Artikolu 80 tat-TFUE, u filwaqt li jitqiesu r-rati tal-inflazzjoni attwali, l-iżviluppi rilevanti fil-qasam tar-risistemazzjoni, l-ammissjoni umanitarja ad hoc u t-trasferiment minn Stat Membru għal ieħor tal-persuni li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali jew jibbenefikaw minnha, kif ukoll il-fatturi li jistgħu jottimizzaw l-użu tal-inċentiv finanzjarju mogħti permezz ta' somma f'daqqa, u fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 32 biex taġġusta, jekk tqis xieraq, is-somma f'daqqa msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu. [Em. 122]

Artikolu 18

Appoġġ operazzjonali

1.   L-appoġġ operattiv huwa parti mill-allokazzjoni ta’ Stat Membru li jista’ jintuża bħala appoġġ għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni;

2.   Stat Membru jista’ juża sa 10 % tal-ammont allokat taħt il-Fond għall-programm tiegħu biex jiffinanzja l-appoġġ operattiv skont l-għanijiet fl-Artikolu 3(2)(a) u (c). [Em. 123]

3.   L-Istat Membru li juża l-appoġġ operattiv għandu jikkonforma mal-acquis tal-Unjoni dwar l-ażil u r-ritorn l-immigrazzjoni u jirrispetta bis-sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea . [Em. 124]

4.   L-Istati Membri, fil-programm u fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 30 għandhom jiġġustifikaw l-użu tal-appoġġ operazzjonali biex jiksbu jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Qabel l-approvazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni, flimkien mal-Aġenzija mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ażil għad-Drittijiet Fundamentali u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f’konfirmità f'konformità mal-Artikolu 13 għandha tivvaluta s-sitwazzjoni tax-xenarju bażi fi Stati Membri li indikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw l-appoġġ operattiv. Il-Kummissjoni għandha tieħu kont tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri u fejn ikun rilevanti, l-informazzjoni disponibbli fid-dawl tal-eżerċizzji ta’ monitoraġġ, kif imwettqa skont ir-Regolament (UE) ../.. [ir-Regolament EUAA] mill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil u r-Regolament (UE) Nru 1053/2013, li huma fl-ambitu jidħlu fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. [Em. 125]

5.   L-appoġġ operattiv għandu jkun iffokat iffukat fuq karigi u servizzi speċifiċi kif stabbilit l-azzjonijiet eliġibbli msemmija fl-Anness VII. [Em. 126]

6.   Biex jiġu indirizzati ċirkostanzi mhux previsti jew biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-lista ta’ kompiti u servizzi speċifiċi azzjonijiet eliġibbli fl-Anness VII. [Em. 127]

TAQSIMA 3

APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI TAĦT ĠESTJONI DIRETTA U INDIRETTA

L-Artikolu 19

Kamp ta’ applikazzjoni

L-appoġġ taħt din it-taqsima Unjoni għandu jiġi implimentat jew direttament mill-Kummissjoni f’konformità mal-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament f’konformità il-punt (c) ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 20

Azzjonijiet tal-Unjoni

1.   L-azzjonijiet tal-Unjoni huma proġetti transnazzjonali jew proġetti ta’ interess partikolari tal-Unjoni implimentati f’konformità mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   Bl-inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fond jista’ jintuża biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet tal-Unjoni dwar l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament kif imsemmi fl-Artikolu 3 u f’konformità mal-Anness III.

3.   L-azzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jipprovdu finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist pubbliku. Jistgħu jipprovdu wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji f'operazzjonijiet ta' taħlit.

4.   Għotjiet implimentati taħt il-ġestjoni b'ġestjoni diretta u indiretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-[Titolu VIII] tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 128]

4a.     Il-Kummissjoni għandha tiżgura flessibbiltà, korrettezza u trasparenza fit-tqassim tar-riżorsi fost l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2). [Em. 129]

5.   Il-kumitat ta’ evalwazzjoni li jevalwa din il-proposta jista’ jkun magħmul minn esperti esterni.

6.   Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri mid-destinatarji , u skont ir-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti. Id-dispożizzjonijiet stipulati fi [l-Artikolu X] tar-Regolament (UE) ../.. [suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] għandha tapplika skont ir-Regolament Finanzjarju . [Em. 130]

Artikolu 21

In-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni

1.   Il-Fond għandu jappoġġa n-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni u jipprovdi l-assistenza finanzjarja meħtieġa għall-attivitajiet u l-iżvilupp futur tiegħu.

2.   L-ammont disponibbli għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-Fond u l-programm ta’ ħidma li jistabbilixxi l-prijoritajiet għall-attivitajiet tiegħu għandhom ikunu adottati mill-Kummissjoni, wara l-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija b' konformità f'konformità mal-Artikolu 4(5)(a) tad-Deċiżjoni 2008/381/KE (kif emendata). Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tikkostitwixxi deċiżjoni dwar ta' finanzjament skont l-Artikolu [110] tar-Regolament ir-Regolament Finanzjarju. Biex tiżgura d-disponibbiltà fil-ħin ta’ riżorsi tar-riżorsi fil-ħin , il-Kummissjoni tista’ tadotta l-programm ta’ ħidma għan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni f’deċiżjoni ta’ finanzjament separata. [Em. 131]

3.   Assistenza finanzjarja pprovduta għall-attivitajiet tan-Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni għandha tieħu l-forma ta' għotjiet lill-punti ta’ kuntatt nazzjonali msemmijin fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2008/381/KE u kuntratti pubbliċi kif ikun xieraq, f’konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 21a

Emenda tad-Deċiżjoni 2008/381/KE

Fl-Artikolu 5(5) tad-Deċiżjoni 2008/381/KE jiżdied il-punt li ġej:

“(da)

jaġixxu bħala punt ta' kuntatt għall-benefiċjarji potenzjali ta' finanzjament fl-ambitu tar-Regolament dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u jipprovdu gwida imparzjali, informazzjoni prattika u assistenza dwar l-aspetti kollha tal-Fond, inkluż fir-rigward ta' applikazzjonijiet għal finanzjament fl-ambitu tal-faċilità tematika jew il-programm nazzjonali rilevanti.”. [Em. 132]

Artikolu 22

Operazzjonijiet ta’ taħlit

L-operazzjonijiet ta’ taħlit deċiżi skont dan il-Fond , kif imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 2(1) għandhom jiġu implimentati skont ir-[ir-Regolament dwar l-InvestUE] [ir-Regolament InvestEU] u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 133]

Artikolu 23

Assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni

Il-Fond jista’ jappoġġa miżuri ta’ għajnuna teknika implimentati bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f’isimha. Dawn il-miżuri jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta’ 100 %.

Artikolu 24

Awditi

L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inkluż oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-Istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

Artikolu 25

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   Ir-riċevituri Id-destinatarji tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata lil diversi sinifikattiva lid-diversi udjenzi kkonċernati, inkluż lill-midja u lill-pubbliku , bil-lingwi rilevanti . Sabiex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, id-destinatarji tal-finanzjament għandhom jirreferu għall-oriġini tiegħu meta jitkellmu dwar l-azzjoni. Għal dan il-għan, id-destinatarji għandhom jiżguraw li kull komunikazzjoni mal-midja u l-pubbliku jkun fiha l-emblema tal-Unjoni u ssemmi espliċitament l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni . [Em. 134]

2.    Biex tintlaħaq l-aktar udjenza wiesgħa possibbli, il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Fond, u l-azzjonijiet mal-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-programmi annwali u pluriennali tal-faċilità tematika. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ fl-ambitu tal-faċilità tematika fuq sit web disponibbli pubblikament u taġġorna dik il-lista mill-inqas darba kull tliet xhur. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Fond għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, dment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' tippromwovi l-aħjar prattiki u l-iskambju ta' informazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrument. [Em. 135]

2a.     Kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (27) , il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 f'formati miftuħa u li jinqraw mill-magni li jippermettu l-klassifikazzjoni, it-tiftix, l-estrazzjoni, it-tqabbil u r-riutilizzazzjoni tad-data. Għandu jkun possibbli li d-data tiġi kklassifikata skont il-prijorità, l-għan speċifiku, l-ispiża totali eliġibbli tal-operazzjonijiet, l-ispiża totali tal-proġetti, l-ispiża totali tal-proċeduri ta' akkwist, isem il-benefiċjarju u isem il-kuntrattur. [Em. 136]

TAQSIMA 4

APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI TAĦT ĠESTJONI DIRETTA U INDIRETTA

Artikolu 26

Assistenza ta’ emerġenza

1.   Il-Fond għandu jipprovdi Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tipprovdi assistenza finanzjarja biex jindirizza tindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta' sitwazzjoni ta’ emerġenza li tirriżulta minn wieħed waħda jew aktar minn dawn miċ-ċirkostanzi li jmiss ġejjin : [Em. 137]

(a)

Pressjoni migratorja qawwija fi Stat Membru jew ieħor ikkaratterizzata minn influss kbir jew sproporzjonat u imprevist ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fi Stat Membru wieħed jew aktar , li jpoġġi pressjoni sinifikanti u talbiet domanda urġenti fuq il-faċilitajiet ta’ lqugħ u detenzjoni, u , is-sistemi ta' protezzjoni tat-tfal u s-sistemi u proċeduri l-proċeduri ta’ ġestjoni ta’ ażil tal-ażil migrazzjoni l-migrazzjoni tagħhom. ; [Em. 138]

(aa)

rilokazzjoni volontarja; [Em. 139]

(b)

l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ protezzjoni temporanji fis-sens tad-Direttiva 2001/55/KE (28);

(c)

Pressjoni migratorja qawwija influss kbir jew sproporzjonat u imprevist ta' persuni f’pajjiżi terzi, inkluż fejn persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni jistgħu jkunu maqbudin minħabba żviluppi jew kunflitti politiċi, kunflitti jew diżastri naturali , l-aktar fejn jista’ jagħti l-każ li jkollhom impatt fuq flussi migratorji lejn l-UE. [Em. 140]

1a.     Il-miżuri implimentati fil-pajjiżi terzi f'konformità ma' dan l-Artikolu għandhom ikunu konsistenti mal-politika umanitarja tal-Unjoni – u, meta rilevanti, komplementari magħha – u jirrispettaw il-prinċipji umanitarji kif stipulati fil-Kunsens dwar l-Għajnuna Umanitarja. [Em. 141]

1b.     Fil-każijiet deskritti taħt il-punti (a), (aa), (b) u (c) tal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien. [Em. 142]

2.   Assistenza L-assistenza ta’ emerġenza tista’ tkun fil-forma fl-għamla ta’ għotjiet mogħtija direttament lill-aġenziji deċentralizzati lill-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil, lill-UNHCR u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali li jkunu soġġetti għal influssi kbar jew sproporzjonati u imprevisti ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari dawk li jkunu inkarigati mill-akkoljenza u l-integrazzjoni ta' migranti minorenni mhux akkumpanjati . [Em. 143]

3.   L-assistenza ta’ emerġenza tista’ tkun allokata lill-programmi tal-Istati Membri barra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkulata f’konformità mal-Artikolu 11(1) u l-Anness I, sakemm din tkun allokata bħala tali fil-programm. Dan il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm għajr f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ emenda tal-programm.

4.   Għotjiet L-għotjiet implimentati taħt il-ġestjoni b'ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-[Titolu VIII] tar-Regolament ir-Regolament Finanzjarju. [Em. 144]

4a.     Jekk ikun meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-azzjoni, l-assistenza ta' emerġenza tista' tkopri kwalunkwe nefqa li tkun saret qabel id-data tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għal għotja jew tat-talba għall-assistenza, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2021. [Em. 145]

Artikolu 27

Finanzjament kumulattiv, kumplimentarju u kkombinat

1.   Azzjoni Operazzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni b'ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet spejjeż . Il-programmi proposti mill-Kummissjoni għandhom jikkomplementaw lil xulxin b'mod sinerġetiku u jkunu mfassla b'mod trasparenti, hekk li tiġi evitata kwalunkwe duplikazzjoni. Ir-regoli ta’ kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni għall-operazzjoni . Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni tal-operazzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b’konformità pro rata f'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ. [Em. 146]

2.   L-azzjonijiet L-operazzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b’Siġill ta' Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin: [Em. 147]

(a)

dawn ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti skont l-istrument;

(b)

dawn iħarsu l-ħtiġijiet minimi ta’ kwalità ta’ din is-sejħa għal proposti;

(c)

ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta’ dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji.

jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Soċjali Ewropew + jew il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, f’konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu [67] tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u l-Artikolu [8] jew ir-Regolament (UE) ../.. [L-iffinanzjar, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], sakemm dawn l-azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ.

TAQSIMA 5

MONITORAĠĠ, RAPPURTAR U EVALWAZZJONI

SUB-TAQSIMA I

DISPOŻIZZJONIJIET KOMUNI

Artikolu 28

Monitoraġġ u rappurtar

1.   F’konformità mar-rekwiżit mal-obbligi ta’ rappurtar rapportar tagħha skont l-Artikolu [43(3)(h)(i)(iii)] tar-Regolament ir-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill , mill-inqas darba fis-sena, informazzjoni dwar il-prestazzjoni f’konformità mal-Anness V. [Em. 148]

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-Anness V biex tagħmel l-aġġustamenti meħtieġa għall-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li għandha tingħata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Fond lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament huma stabbiliti fl-Anness VIII. Għall-indikaturi tar-rendiment, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti għal żero. It-tragwardji stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi. Fuq talba, id-data li tirċievi l-Kummissjoni dwar l-indikaturi tar-riżultati u l-output għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u għall-Kunsill. [Em. 149]

4.   Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-Unjoni u, fejn rilevanti l-Istati Membri.

5.   Biex tiġi żgurata valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Fond lejn il-kisba tal-għanijiet tagħha, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 32 biex temenda l-Anness VIII biex tirrevedi u tikkumplimenta l-indikaturi fejn ikun meħtieġ u biex tissupplimenta dan ir-Regolament b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni inkluż għall-informazzjoni tal-proġett li għandha tingħata mill-Istati Membri.

Artikolu 29

Evalwazzjoni

1.   Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u evalwazzjoni retrospettiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi azzjonijiet implimentati taħt il-Fond.

2.   L-evalwazzjonijiet ta’ nofs it-terminu u dik retrospettiva għandhom jitwettqu f’waqthom sabiex jikkontribwixxu għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet. [Em. 150]

Artikolu 29a

Evalwazzjoni

1.     Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha tippreżenta evalwazzjoni ta' nofs it-terminu dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha teżamina l-effikaċja, l-effiċjenza, is-semplifikazzjoni u l-flessibbiltà tal-Fond. B'mod aktar speċifiku, għandha tinkludi valutazzjoni ta' dan li ġej:

(a)

il-progress magħmul sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, filwaqt li titqies l-informazzjoni kollha rilevanti disponibbli, b'mod partikolari r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni mressqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 30 u l-indikaturi tal-output u r-riżultati stabbiliti fl-Anness VIII;

(b)

il-valur miżjud tal-Unjoni fl-azzjonijiet u l-operazzjonijiet implimentati permezz tal-Fond;

(c)

il-kontribut għas-solidarjetà tal-Unjoni fil-qasam tal-ażil u l-migrazzjoni;

(d)

jekk il-miżuri ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Anness II u l-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness III jkunux għadhom rilevanti;

(e)

il-komplementarjetà, il-koordinazzjoni u l-koerenza bejn l-azzjonijiet appoġġati minn dan il-Fond u l-appoġġ mogħti minn Fondi oħra tal-Unjoni, bħall-fondi strutturali u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni;

(f)

l-impatt tal-Fond fit-tul u l-effetti tiegħu fuq is-sostenibbiltà.

L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni retrospettiva fuq l-impatt fit-tul tal-fond preċedenti – il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni 2014-2020 – u, jekk ikun il-każ, għandha tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament.

2.     Sal-31 ta' Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni retrospettiva. Sa dik l-istess data, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-evalwazzjoni retrospettiva għandha tinkludi valutazzjoni tal-elementi kollha stabbiliti fil-paragrafu 1. F'dak ir-rigward, l-impatti fit-tul u s-sostenibbiltà tal-effetti tal-Fond għandhom jiġu evalwati bil-għan li jwasslu għal deċiżjoni dwar il-possibbiltà ta' tiġdid jew il-modifika ta' fond sussegwenti.

Ir-rapporti ta' evalwazzjoni retrospettiva u ta' nofs it-terminu msemmija fl-ewwel paragrafu u fl-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu għandhom jitwettqu b'parteċipazzjoni sinifikanti min-naħa tas-sħab soċjali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tal-migranti u r-rifuġjati, il-korpi li jippromwovu l-ugwaljanza, l-istituzzjonijiet nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u organizzazzjonijiet oħra rilevanti skont il-prinċipju tas-sħubija kif stabbilit fl-Artikolu 3a.

3.     F'konformità mal-Artikolu 5, l-Artikolu 6 u l-Artikolu 13(8), l-azzjonijiet ta' pajjiżi terzi – jew dawk li jsiru fihom jew b'rabta magħhom – għandhom jingħataw attenzjoni partikolari min-naħa tal-Kummissjoni fl-evalwazzjoni u r-retrospettiva ta' nofs it-terminu. [Em. 151]

SUB-TAQSIMA 2

REGOLI GĦAL ĠESTJONI KONDIVIŻA

Artikolu 30

Rapporti annwali dwar il-prestazzjoni

1.   Sal-15 ta’ Frar 2023 u sal-istess data ta’ kull sena sussegwenti sa u inkluża l-2031, l-Istati Membru għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni r-rapport annwali dwar il-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) …/2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]. Ir-rapport ippreżentat fl-2023 għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-programm fil-perjodu sat-30 ta’ Ġunju 2022. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw dawn ir-rapporti fuq sit web apposta u jgħadduhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 152]

2.   Ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għandu jistabbilixxi informazzjoni b’mod partikolari dwar:

(a)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fil-kisba tat-tragwardji u l-miri, filwaqt li titqies l-aktar data kumulattiva riċenti kif meħtieġ mill-Artikolu [37] tar-Regolament (UE) …/2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] trażmessa lill-Kummissjoni ; [Em. 153]

(aa)

il-kontijiet annwali tal-programm nazzjonali mqassma f'termini ta' rkupri, prefinanzjament lill-benefiċjarji finali u nefqa effettiva; [Em. 154]

(b)

dawk il-kwistjonijiet li jkunu qed jaffettwaw il-prestazzjoni tal-programm u l-azzjoni li tkun ittieħdet biex tittrattahom jiġu indirizzati, inklużi l-opinjonijiet motivati maħruġa mill-Kummissjoni fir-rigward ta' proċedura ta' ksur skont l-Artikolu 258 TFUE ; [Em. 155]

(c)

il-kumplimentarjetà il-komplementarjetà, il-koordinazzjoni u l-koerenza bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond minn dan il-Fond u l-appoġġ mogħti minn Fondi oħra tal-Unjoni, b’mod partikolari dawk f’pajjiżi terzi jew b’rabta magħhom , bħall-fondi strutturali u l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni ; [Em. 156]

(d)

kontribuzzjoni il-kontribut tal-programm għall-implimentazzjoni tal-acquis u l-pjanijiet ta' azzjoni rilevanti tal-Unjoni kif ukoll għall-kooperazzjoni pjanijiet ta’ azzjoni s-solidarjetà bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ażil ; [Em. 157]

(da)

il-konformità mal-obbligi dwar id-drittijiet fundamentali; [Em. 158]

(e)

l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u viżibbiltà;

(f)

l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni applikabbli u l-applikazzjoni tagħhom matul il-perjodu ta’ programmazzjoni;

(g)

l-għadd għadd ta’ persuni risistemati jew ammessi bl-għajnuna tal-Fond f’konformità mal-ammonti msemmija fl-Artikolu 16(1) u (2) ; [Em. 159]

(h)

l-għadd ta’ applikanti għal u benefiċjarji ta’ persuni li jkunu applikaw għal protezzjoni internazzjonali – jew ibbenefikaw minnha – u li jkunu ġew trasferiti minn Stat Membru għal ieħor f’konformità mal-Artikolu 17 17b . [Em. 160]

(ha)

l-għadd ta' persuni vulnerabbli assistiti permezz tal-programm, inklużi t-tfal u dawk mogħtija protezzjoni internazzjonali; [Em. 161]

3.   Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni fi żmien xahrejn mid-data li tirċevieh. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien din l-iskadenza, ir-rapport għandu jitqies li huwa jkun ġie aċċettat. Ladarba r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni jkunu ġew aċċettati, il-Kummissjoni għandha tqiegħed is-sommarji tagħhom għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tippubblikahom fuq sit web apposta. Jekk ma jkunx intbagħat mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 1, it-test sħiħ tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. [Em. 162]

4.   Biex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell għar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' konsulenza msemmija fl-Artikolu 33(2).

Artikolu 31

Monitoraġġ u rappurtar

1.   Il-monitoraġġ u r-rappurtar f’konformità mat-Titolu IV tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], għandu jiġi bbażat fuq it-tipi ta’ interventi stabbiliti fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Anness VI. Biex jiġu indirizzati ċirkostanzi mhux previsti jew biex tiġi żgurata implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda t-tipi ta’ intervent f’konformità mal-Artikolu 32.

2.   Dawn l-indikaturi għandhom jintużaw f’konformità mal-Artikoli 12(1), 17 u 37 tar-Regolament (UE) …/…2021 [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni].

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 32

Eżerċizzju tad-delega

1.   Is-setgħa tal-adozzjoni ta' atti delegati hija kkonferita fuq il-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.   Sal-31 ta’ Diċembru 2028, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikoli 4, 9, 13, 16, 17b, 18, 28 u 31 hija mogħtija lill-Kummissjoni sal-31 ta' Diċembru 2028 . [Em. 163]

3.   Id-delega tas-setgħa ta' setgħa msemmija fl-Artikoli 4, 9, 13, 16, 17b, 18, 28 u 31 tista’ tiġi revokata f’kull żmien fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka li tirrevoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħat speċifikati f’din id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija Din għandha tidħol fis-seħħ ssir effettiva fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fiha fih . Hija Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ. [Em. 164]

4.   Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta l-esperti maħtura minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016.

5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin dwaru.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 4, 9, 13, 16, 17b, 18, 28 u 31 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' xahrejn minn meta jiġu mgħarrfa bih min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, it-tnejn li huma jkunu għarrfu il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se sejrin joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 165]

Artikolu 33

Proċedura ta' kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat ta’ Koordinazzjoni dwar il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni. Dan m’għandux japplika għall-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 30(4).

Artikolu 34

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jeffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati taħt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni għall-perjodu 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 516/2014 li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-Fond jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-għajnuna teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Fond u l-miżuri adottati taħt il-predeċessur tiegħu, il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni taħt ir-Regolament (UE) Nru 516/2014.

Artikolu 35

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C , , p. .

(2)  ĠU C , , p. .

(*1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019.

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru ../.. tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [Regolament EUAA] (ĠU L …,[data], p …).

(4)   Id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta' applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96).

(5)   Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).

(6)   Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta' ċittadini nazzjonali ta' pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-rifuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9);

(7)   Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

(8)   Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).

(9)  Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

(10)  Id-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b'residenza illegali (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24).

(11)  Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2002/629/ĠAI (ĠU L 101, 15.4.2011, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u l-Kosta li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.).

(13)  2008/381/KE: Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-14 ta’ Mejju 2008 li tistabbilixxi Netwerk Ewropew dwar il-Migrazzjoni (ĠU L 131, 21.5.2008, p. 7).

(14)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1;

http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv:OJ.C_.2013.373.01.0001.01.ENG&toc=OJ:C:2013:373:TOC

(15)  ĠU C , , p. .

(16)  ĠU C , , p. .

(17)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(18)  ĠU C , , p. .

(19)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1371 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(20)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(21)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(22)  COM(2017)0623.

(23)  Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(24)  ĠU C , , p. .

(25)  ĠU C , , p. .

(26)  ĠU C , , p. .

(27)   Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).

(28)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta' Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta' influss bil-massa ta' persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta' dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).

ANNESS I

Kriterji għall-allokazzjoni tal-fondi tal-programmi b’ġestjoni kondiviża

1.

Ir-riżorsi disponibbli msemmija fl-Artikolu 11 għandhom jiġu maqsuma bejn l-Istati Membri kif ġej:

(a)

Kull Stat Membru għandu jirċievi l-ammont fiss ta’ EUR 5 000 000 10 000 000 mill-Fond fil-bidu tal-perjodu ta’ programmar programmazzjoni biss; [Em. 166]

(b)

Ir-riżorsi li jifdal imsemmija fl-Artikolu 11 għandhom jitqassmu abbażi tal-kriterji li ġejjin:

30 % għall-ażil;

30 % għall-migrazzjoni legali u għall-integrazzjoni;

40 % għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, inkluż ir-ritorn.

2.

Il-kriterji li ġejjin fil-qasam tal-ażil se jiġu kkunsidrati u għandhom jingħataw il-piż li ġej:

(a)

30 % fi proporzjon għall-għadd ta’ persuni li jaqgħu f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

Kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li ngħataw l-istatus definit mill-Konvenzjoni ta’ Ġinevra;

Kull ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jgawdu minn forma ta' protezzjoni sussidjarja skont it-tifsira tad-Direttiva 2011/95/UE riformulata (1);

Kull ċittadin ta’ stat terz jew persuna apolida li jgawdu minn protezzjoni temporanja skont it-tifsira tad-Direttiva 2001/55/KE (2).

(b)

60 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi li jkunu applikaw għall-protezzjoni internazzjonali.

(c)

10 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi li qed jiġu risistemati fi Stat Membru jew li diġà ġew risistemati.

3.

Il-kriterji li ġejjin fil-qasam tal-migrazzjoni legali u tal-integrazzjoni se jiġu kkunsidrati u għandhom jingħataw il-piż li ġej:

(a)

40 % fi proporzjon għall-għadd totali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi legalment residenti fi Stat Membru.

(b)

60 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li kisbu l-ewwel permess ta’ residenza.

(c)

Madankollu, għall-fini tal-kalkolu msemmi fil-paragrafu 3(b), il-kategoriji ta’ persuni li ġejjin ma għandhomx ikunu inklużi:

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ngħataw l-ewwel permessi ta’ residenza relatati max-xogħol validi għal inqas minn 12-il xahar;

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ammessi għall-finijiet ta' studju, skambju tal-istudenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju skont id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE (3) jew meta applikabbli, id-Direttiva (UE) 2016/801 (4);

Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi ammessi għall-finijiet ta' riċerka xjentifika skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE (5) jew meta applikabbli, id-Direttiva (UE) 2016/801.

4.

Il-kriterji li ġejjin Fil-qasam tal-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari inklużi r-ritorni, se jiġu kkunsidrati u għandhom jingħataw il-piż jiġi kkunsidrat il-kriterju li ġej: [Em. 167]

(a)

50 % fi proporzjon għall-għadd l-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li ma jissodisfawx jew ma għadhomx jkunux għadhom jissodisfaw il-kundizzjonijiet għal dħul u permanenza fit-territorju ta' l-Istat tal-Istat Membru u li huma soġġetti għal deċiżjoni ta’ ritorn taħt il-liġi nazzjonali u / jew dik Komunitarja, u/jew tal-Unjoni jiġifieri deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, li jkun jiddikjara iddikjara l-illegalità tal-permanenza u jimponi l-obbligu tar-ritorn; [Em. 168]

(b)

50 % fi proporzjon għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li effettivament jkunu ħallew it-territorju tal-Istat Membru wara li tkun inħarġet lilhom ordni amministrattiva jew ġudizzjarja biex dawn jitilqu, kemm jekk ikunu telqu b’mod volontarju jew sfurzat. [Em. 169]

5.

Għall-allokazzjoni inizjali , iċ- ċifri ta' referenza għandhom ikunu l-aħħar data statistika maħruġa mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri t-tliet snin kalendarji preċedenti abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri fid-data tal-applikabbiltà ta' dan ir-Regolament f'konformità mad-dritt tal-Unjoni . Id-data, inkluża dik dwar it-tfal, għandha tkun imqassma skont l-età u s-sess, il-vulnerabbiltajiet speċifiċi u l-istatus tal-ażil . Għar-rieżami ta' nofs it-terminu, iċ-ċifri ta' referenza għandhom ikunu l-aħħar data statistika maħruġa mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri t-tliet snin kalendarji preċedenti disponibbli waqt ir-rieżami ta' nofs it-terminu fl-2024 abbażi tad-data pprovduta mill-Istati Membri f'konformità mad-dritt tal-Unjoni. Meta L-Istati Membri li ma jkunux taw l-istatistika kkonċernata lill-Kummissjoni (Eurostat) huma għandhom jipprovdu data proviżorja malajr kemm jista' jkun. [Em. 170]

6.

Qabel taċċetta din id-data bħala ċifri ta' referenza, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tevalwa l-kwalità, il-paragunabbiltà u l-kompletezza tal-informazzjoni statistika skond il-proċeduri operattivi normali. Fuq talba tal-Kummissjoni (Eurostat), l-Istati Membri għandhom jagħtuha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tagħmel dan.

(1)  Id-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, 20.12.2011, p. 9).

(2)  Id-data li għandha titqies biss f’każ li tiġi attivata d-Direttiva tal-Kunsill 2001/55/KE tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar l-istandards minimi sabiex tingħata protezzjoni temporanja fl-eventwalità ta’ influss bil-massa ta’ persuni spostati u dwar il-miżuri li jippromwovu bilanċ fl-isforzi bejn l-Istati Membri meta jirċievu dawn il-persuni u li jġorru l-konsegwenzi ta’ dawn (ĠU L 212, 7.8.2001, p. 12).

(3)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/114/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004 dwar il-kondizzjonijiet ta’ ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għal skopijiet ta' studju, skambju ta' studenti, taħriġ bla ħlas jew servizz volontarju (ĠU L 375, 23.12.2004, p. 12).

(4)  Id-Direttiva (UE) 2016/801 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2016 dwar il-kundizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta' riċerka, studji, taħriġ, servizz volontarju, skemi ta’ skambju ta’ skulari jew proġetti edukattivi u au pairing (ĠU L 132, 21.5.2016, p. 21).

(5)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/71/KE tat-12 ta’ Ottubru 2005 dwar proċedura speċifika għall-ammissjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika (ĠU L 289, 3.11.2005, p. 15).

ANNESS II

Miżuri ta’ implimentazzjoni

1.

Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(a) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin biex:

(a)

tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni u tal-prijoritajiet marbuta mas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil;

(b)

tiġi appoġġata l-kapaċità tas-sistemi tal-ażil tal-Istati Membri , inkluż fil-livell lokali u reġjonali, fir-rigward tal-infrastrutturi tal-infrastruttura, bħal kundizzjonijiet ta' akkoljenza adegwati, b'mod partikolari għall-minorenni, u s-servizzi, bħall-assistenza u r-rappreżentanza legali tas-servizzi fejn meħtieġ l-interpretazzjoni, skont il-ħtieġa ; [Em. 171]

(c)

jittejbu s-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari rigward dawk li l-iktar huma affettwati mill-flussi migratorji, kif ukoll jiġi pprovdut appoġġ lill-Istati Membri li jikkontribwixxu għall-isforzi ta’ solidarjetà; [Em. 172]

(d)

jissaħħu s-solidarjetà u l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi affettwati mill-flussi migratorji, li fihom ikunu ġew spostati għadd kbir ta' persuni li jkollhom bżonn protezzjoni internazzjonali , inkluż billi titrawwem il-kapaċità ta' dawk il-pajjiżi li jtejbu l-kundizzjonijiet ta' akkoljenza u protezzjoni internazzjonali u permezz tar-risistemazzjoni u ta' mezzi legali oħra għall-protezzjoni għal protezzjoni fl-Unjoni b'mod partikolari għal gruppi vulnerabbli bħat-tfal u l-adolexxenti li jiffaċċjaw riskji f'termini ta' protezzjoni kif ukoll sħubija u kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi bl-għan li tiġi ġestita l-migrazzjoni fil-kuntest tal-isforzi ta' kooperazzjoni globali fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali . [Em. 173]

(da)

tingħata assistenza teknika u operattiva lil Stat Membru wieħed jew aktar f'kooperazzjoni mal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Ażil. [Em. 174]

2.

Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(b) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin biex:

(a)

jiġu appoġġati l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' politiki li jippromwovu l-migrazzjoni legali , inkluża r-riunifikazzjoni tal-familja, u l-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni dwar l- il-migrazzjoni legali , b'mod partikolari l-istrumenti dwar il-migrazzjoni legali tal-ħaddiema f'konformità mal-istandards internazzjonali applikabbli dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni tal-ħaddiema migranti ; [Em. 175]

(aa)

jiġu promossi u żviluppati miżuri strutturali u ta' appoġġ li jiffaċilitaw id-dħul u r-residenza regolari fl-Unjoni; [Em. 176]

(ab)

jissaħħu s-sħubija u l-kooperazzjoni mal-pajjiżi terzi affettwati mill-flussi migratorji, inkluż permezz ta' mezzi legali ta' dħul fl-Unjoni, biex isiru sforzi ta' kooperazzjoni globali fil-qasam tal-migrazzjoni; [Em. 177]

(b)

jiġu promossi miżuri ta’ integrazzjoni bikrija għall-inklużjoni soċjali u ekonomika ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, biex ikunu mħejjija jipparteċipaw b’mod attiv fis-soċjetà riċeventi u jiġu aċċettati minnha, b’mod partikolari bl-involviment tal-awtoritajiet lokali jew reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. [Em. 178]

2a.

Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-għan speċifiku stipulat fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2) billi jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:

(a)

il-promozzjoni ta' miżuri ta' integrazzjoni għall-inklużjoni soċjali u ekonomika taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, billi tiġi ffaċilitata r-riunifikazzjoni tal-familja, titħejja l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fis-soċjetà riċeventi u l-aċċettazzjoni tagħhom min-naħa tagħha, b'mod partikolari bl-involviment tal-awtoritajiet lokali jew reġjonali, l-organizzazzjonijiet mhux governattivi, inklużi l-organizzazzjonijiet tar-rifuġjati u l-migranti, u s-sħab soċjali; u

(b)

il-promozzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' protezzjoni għall-persuni vulnerabbli fil-kuntest tal-miżuri ta' integrazzjoni. [Em. 179]

3.

Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv għall-għan speċifiku stipulat punt (ca) fl-Artikolu 3(2)(c) tal- Artikolu  3(2) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin biex: [Em. 180]

(a)

tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni u tal-prijoritajiet tal-politika dwar l-infrastruttura, il-proċeduri u s-servizzi;

(b)

jiġi appoġġat approċċ integrat u koordinat għall-ġestjoni tar-ritorn fil-livell ta’ Unjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri, biex jiġu żviluppati kapaċitajiet għal ritorn effettiv , dinjituż u sostenibbli u jitnaqqsu l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari; [Em. 181]

(c)

jiġu appoġġati r-ritorn volontarju assistit , it-traċċar tal-familji u r-riintegrazzjoni , filwaqt li jiġu rispettati l-aħjar interessi tal-minorenni ; [Em. 182]

(d)

tiġi msaħħa l-kooperazzjoni tissaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u l-kapaċitajiet l-kapaċità tagħhom biex jiġu implimentati li jimplimentaw ftehimiet ta’ riammissjoni, u arranġamenti oħra, u jkun jista’ jseħħ ir-ritorn inkluża r-riintegrazzjoni li tiffavorixxi ritorn sostenibbli. [Em. 183]

3a.

Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-għan speċifiku stipulat fil-punt (cb) tal-Artikolu 3(2) billi jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:

(a)

il-promozzjoni u l-implimentazzjoni tar-rispett tad-dritt internazzjonali u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fil-politiki u l-miżuri dwar l-ażil u l-migrazzjoni;

(b)

it-tisħiħ tas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri, b'mod partikolari s-solidarjetà lejn dawk l-aktar affettwati mill-flussi migratorji, kif ukoll l-għoti ta' appoġġ lill-Istati Membri fil-livelli ċentrali, reġjonali jew lokali, lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u lis-sħab soċjali fl-isforzi ta' solidarjetà tagħhom;

(c)

l-għoti ta' appoġġ għat-trasferiment minn Stat Membru għal ieħor ta' persuni li japplikaw għal protezzjoni internazzjonali jew jibbenefikaw minnha. [Em. 184]

ANNESS III

Kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ Azzjonijiet li jistgħu jibbenefikaw mill-istrument f'konformità mal-Artikolu 3 [Em. 185]

1.

Fl-objettiv tal-politika msemmija Fl-ambitu tal-għan strateġiku msemmi fl-Artikolu 3(1), il-Fond għandu jappoġġa b’mod partikolari dan li ġej: [Em. 186]

(a)

it-twaqqif u l-iżvilupp ta' strateġiji nazzjonali , reġjonali u lokali għall-implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni fil-qasam tal-ażil, il-migrazzjoni legali, l-integrazzjoni, b'mod partikolari strateġiji lokali dwar l-integrazzjoni, ir-ritorn u l-migrazzjoni irregolari; [Em. 187]

(b)

it-twaqqif ta' strutturi amministrattivi, sistemi u għodod kif ukoll it-taħriġ tal-persunal, inkluż l-awtoritajiet tal-awtoritajiet lokali u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra , f'kooperazzjoni – jekk ikun il-każ – mal-aġenziji rilevanti tal-Unjoni ; [Em. 188]

(c)

l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-politiki u l-proċeduri, inkluż dwar inklużi l-iżvilupp, il-ġbir u l-iskambju ta’ informazzjoni u data , l-analiżi, id-disseminazzjoni ta' data u statistika kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-migrazzjoni u l-protezzjoni internazzjonali u l-iżvilupp u l-applikazzjoni ta’ għodod, metodi u indikaturi statistiċi komuni għall-kejl tal-progress u l-valutazzjoni tal-iżviluppi tal-politika; [Em. 189]

(d)

l-iskambju tal-informazzjoni, l-aħjar prattiki u strateġiji, tagħlim reċiproku, l-istudji u r-riċerka, u l-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet konġunti u operazzjonijiet u t-twaqqif ta’ netwerks ta’ kooperazzjoni transnazzjonali;

(e)

is-servizzi servizzi ta’ assistenza u ta’ appoġġ sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi u koerenti mal-istatus u l-ħtiġijiet tal-persuna kkonċernata, b’mod partikolari l-gruppi fost il-persuni vulnerabbli; [Em. 190]

(ea)

il-protezzjoni effikaċi tat-tfal migranti, li tinkludi l-implimentazzjoni tal-aħjar interessi tal-valutazzjonijiet tat-tfal qabel ma jittieħdu d-deċiżjonijiet, il-miżuri kollha elenkati fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta' April 2017 dwar il-Protezzjoni tat-Tfal Migranti, bħall-għoti ta' akkomodazzjoni xierqa u l-ħatra f'waqtha ta' tuturi għall-minorenni kollha mhux akkumpanjati, kontribuzzjonijiet lin-Netwerk Ewropew tal-Istituzzjonijiet tat-Tutela, u l-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' politiki u proċeduri ta' salvagwardja tat-tfal, inkluż mekkaniżmu konformi mad-drittijiet tat-tfal; [Em. 191]

(f)

azzjonijiet maħsuba biex itejbu l-għarfien dwar il-politiki tal-ażil, l-integrazzjoni, il-migrazzjoni legali u l-politiki dwar ir-ritorn r-ritorn b'attenzjoni speċifika għall-gruppi vulnerabbli, inklużi l-minorenni, fost il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali; [Em. 192]

2.

Fl-objettiv tal-politika Fl-ambitu tal-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a), il-Fond għandu jappoġġa b’mod partikolari dan li ġej: [Em. 193]

(a)

l-għoti ta' għajnuna materjali, inkluża l- assistenza fil-fruntiera, faċilitajiet adatti għat-tfal u sensittivi għall-kwistjonijiet relatati mas-sessi, servizzi ta' emerġenza pprovduti mill-awtoritajiet lokali, edukazzjoni, taħriġ, servizzi ta' appoġġ, assistenza u rappreżentanza legali, kif ukoll kura tas-saħħa u psikoloġika ; [Em. 194]

(b)

it-twettiq ta’ tal- proċeduri ta’ ażil , inklużi t-traċċar tal-familji u garanzija ta' aċċess għall-assistenza u r-rappreżentanza legali, kif ukoll għall-interpretazzjoni, fl-istadji kollha tal-proċedura għall-persuni li japplikaw għall-ażil ; [Em. 195]

(c)

l-identifikazzjoni ta’ applikanti bi bżonnijiet proċedurali jew ta' akkoljenza speċjali partikolari mil-lat ta' proċedura jew akkoljenza , inkluża l-identifikazzjoni bikrija ta' vittmi tat-traffikar, minorenni u persuni vulnerabbli oħra bħall-vittmi tat-tortura u ta' vjolenza sessista, u r-riferiment għal servizzi speċjalizzati ; [Em. 196]

(ca)

l-għoti ta' servizzi ta' riabilitazzjoni u psikosoċjali kwalifikati lill-vittmi tal-vjolenza u t-tortura, inkluża l-vjolenza sessista; [Em. 197]

(d)

it-twaqqif jew it-titjib ta' infrastruttura ta' akkomodazzjoni għall-akkoljenza, bħal akkomodazzjoni f'unitajiet żgħar u infrastruttura fuq skala żgħira li tindirizza l-bżonnijiet ta' familji b'minorenni, inklużi l-akkomodazzjoni u l-infrastruttura pprovduti mill-awtoritajiet lokali u reġjonali, u inkluża l-possibbiltà tal-użu konġunt ta' dawn il-faċilitajiet minn aktar minn Stat Membru wieħed; [Em. 198]

(da)

l-offerta ta' forom alternattivi ta' kura li jkunu integrati fis-sistemi nazzjonali eżistenti għall-protezzjoni tat-tfal u li jindirizzaw il-bżonnijiet tat-tfal kollha skont l-istandards internazzjonali; [Em. 199]

(e)

it-tisħiħ tal-kapaċità tal-Istati Membri li jiġbru, janalizzaw u jxerrdu jaqsmu bejniethom informazzjoni dwar il-pajjiż tal-oriġini; [Em. 200]

(f)

l-azzjonijiet relatati mat-tmexxija ta’ proċeduri għall-implimentazzjoni ta’ Qafas skemi nazzjonali ta’ risistemazzjoni tal-Unjoni [u ta’ jew Ammissjoni Umanitarja] jew skemi ta’ risistemazzjoni nazzjonali li huma kompatibbli mal-Qafas ta’ Risistemazzjoni tal-Unjoni kif stabbiliti f'dan ir-Regolament ; [Em. 201]

(g)

it-trasferimenti tal-benefiċjarji tal-protezzjoni ta' applikanti u benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali; [Em. 202]

(h)

it-tisħiħ tal-kapaċitajiet ta’ pajjiżi terzi sabiex titjieb il-protezzjoni ta’ persuni fil-bżonn ta’ protezzjoni , inkluż bl-appoġġ għall-iżvilupp ta' mekkaniżmi ta' protezzjoni tat-tfal f'pajjiżi terzi, filwaqt li jiġi żgurat li t-tfal ikunu protetti fiċ-ċirkostanzi kollha mill-vjolenza, l-abbużi u n-negliġenza u jkollhom aċċess għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa ; [Em. 203]

(i)

it-twaqqif, l-iżvilupp u t-titjib ta' alternattivi effettivi għad-detenzjoni u l-kura istituzzjonali , b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' minorenni mhux akkumpanjati u familji tfal bil-familja, f'konformità mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tat-Tfal . [Em. 204]

3.

Fl-objettiv Fl-ambitu tal-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b), il-Fond għandu jappoġġa b’mod partikolari dan li ġej: [Em. 205]

(a)

il-pakketti ta’ informazzjoni u l-kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-mezzi ta’ migrazzjoni legali lejn l-Unjoni, inkluż dwar l-acquis tal-Unjoni dwar il-migrazzjoni legali;

(b)

l-iżvilupp ta’ skemi ta’ mobbiltà lejn l-Unjoni, bħal inklużi iżda mhux limitati għal skemi ta’ migrazzjoni ċirkolari jew temporanji, inkluż it-taħriġ vokazzjonali u taħriġ ieħor sabiex titjieb l-impjegabbiltà; [Em. 206]

(c)

il-kooperazzjoni bejn pajjiżi terzi u l-aġenziji tar-reklutaġġ, is-servizzi tal-impjiegi u s-servizzi tal-immigrazzjoni tal-Istati Membri;

(d)

Il-valutazzjoni u r-rikonoxximent tal-ħiliet u l-kwalifiki miksuba f'pajjiż terz, inkluża l-esperjenza professjonali, kif ukoll it-trasparenza u l-kompatibbiltà tagħhom ma' dawk ta' Stat Membru u l-iżvilupp ta' standards ta' evalwazzjoni komuni ; [Em. 207]

(e)

l-assistenza fil-kuntest ta’ applikazzjonijiet għar-riunifikazzjoni tal-familja skont it-tifsira biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni armonizzata tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE (1); [Em. 208]

(f)

l-assistenza , inkluża l-assistenza u r-rappreżentanza legali, b’rabta ma’ bidla fl-istatus għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fi Stat Membru, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda l-akkwist il-kisba ta’ status ta’ residenza legali definit fil-livell ta’ Unjoni tal-Unjoni ; [Em. 209]

(fa)

l-assistenza b'rabta mal-eżerċizzju tad-drittijiet taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi li jkunu qed jgħixu legalment fl-Unjoni, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-mobbiltà fit-territorju tal-Unjoni u l-aċċess għall-impjieg; [Em. 210]

(g)

il-miżuri ta’ integrazzjoni bikrija bħala appoġġ imfassal skont il-ħtiġijiet taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u tal-programmi ta’ integrazzjoni li jiffukaw fuq l-edukazzjoni, il-lingwi u taħriġ ieħor bħal korsijiet ta’ orjentazzjoni ċivika u gwida professjonali; [Em. 211]

(h)

l-azzjonijiet li jippromwovu l-ugwaljanza fl-aċċess u fl-għoti ta’ servizzi pubbliċi u privati lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi, inkluż li dawn jiġu adattati għall-ħtiġijiet tal-grupp fil-mira; [Em. 212]

(i)

il-kooperazzjoni bejn korpi governattivi u nongovernattivi, b’mod integrat, inkluż permezz ta’ ċentri kkoordinati ta’ appoġġ għall-integrazzjoni, bħal punti uniċi ta' servizz; [Em. 213]

(j)

l-azzjonijiet li jippermettu u jappoġġaw l-introduzzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fis-soċjetà riċeventi u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fiha, u azzjonijiet li jippromwovu l-aċċettazzjoni mis-soċjetà riċeventi; [Em. 214]

(k)

il-promozzjoni tal-iskambji u d-djalogu bejn ċittadini ta’ pajjiżi terzi, is-soċjetà riċeventi u l-awtoritajiet pubbliċi, inkluż permezz tal-konsultazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, u d-djalogu interkulturali u interreliġjuż. [Em. 215]

3a.

Fl-ambitu tal-għan speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2), il-Fond għandu jappoġġa b'mod partikolari dan li ġej:

(a)

miżuri ta' integrazzjoni, bħal appoġġ imfassal skont il-bżonnijiet taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi u programmi ta' integrazzjoni li jiffukaw fuq in-natura inklużiva tal-edukazzjoni u l-kura, il-lingwa, il-konsulenza, it-taħriġ vokazzjonali u taħriġ ieħor bħal korsijiet ta' edukazzjoni ċivika u gwida professjonali;

(b)

il-bini tal-kapaċità tas-servizzi ta' integrazzjoni pprovduti mill-awtoritajiet lokali;

(c)

azzjonijiet li jippromwovu l-ugwaljanza fl-aċċess u fl-għoti ta' servizzi pubbliċi u privati liċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, inkluż l-aċċess għall-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-appoġġ psikosoċjali u li dawn jiġu adattati għall-bżonnijiet tal-grupp fil-mira;

(d)

il-kooperazzjoni integrata bejn korpi governattivi u mhux governattivi, inkluż permezz ta' ċentri kkoordinati ta' appoġġ għall-integrazzjoni, bħal one-stop shops;

(e)

azzjonijiet li jippermettu u jappoġġaw l-introduzzjoni ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi fis-soċjetà riċeventi u l-parteċipazzjoni attiva tagħhom fiha, u azzjonijiet li jippromwovu l-aċċettazzjoni mis-soċjetà riċeventi;

(f)

il-promozzjoni ta' skambji u djalogu bejn iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, is-soċjetà riċeventi u l-awtoritajiet pubbliċi, inkluż permezz tal-konsultazzjoni taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, kif ukoll id-djalogu interkulturali u interreliġjuż. [Em. 216]

4.

Fl-objettiv Fl-ambitu tal-għan speċifiku msemmija msemmi fil-punt (ca) tal- fl-Artikolu 3(2)(c), il-Fond għandu jappoġġa b’mod partikolari dan li ġej: [Em. 217]

(a)

l-infrastruttura għall-akkoljenza jew id-detenzjoni it-titjib tal-infrastruttura ta' akkoljenza miftuħa u t-titjib tal-infrastruttura eżistenti għad-detenzjoni , inkluża l-possibbiltà tal-użu konġunt ta’ dawn il-faċilitajiet minn aktar minn Stat Membru wieħed; [Em. 218]

(b)

l-introduzzjoni, l-iżvilupp , l-implimentazzjoni u t-titjib ta' miżuri alternattivi għad-detenzjoni effettivi u bbażati fuq il-ġestjoni tal-każijiet fil-komunità , b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam ma' minorenni mhux akkumpanjati u familji; [Em. 219]

(ba)

l-identifikazzjoni u l-akkoljenza tal-vittmi tat-traffikar f'konformità mad-Direttiva 2011/36/UE u d-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE  (2) ; [Em. 220]

(c)

l-introduzzjoni u t-tisħiħ ta’ sistemi indipendenti u effikaċi għall-monitoraġġ tar-ritorn furzat, kif stabbilit fl-Artikolu 8(6), tad-Direttiva 2008/115/KE (3);

(d)

il-ġlieda kontra l-inċentivi it-tnaqqis tal-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari, inkluż l-impjieg ta’ migranti irregolari, permezz ta’ spezzjonijiet effettivi u xierqa msejsa fuq il-valutazzjoni tar-riskju, it-taħriġ tal-persunal, it-twaqqif u l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi li permezz tagħhom il-migranti irregolari jistgħu jitolbu ħlas b’lura u jressqu lmenti kontra l-impjegaturi tagħhom, jew kampanji ta’ informazzjoni u ta’ sensibilizzazzjoni biex l-impjegaturi u l-migranti irregolari jiġu infurmati dwar id-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont id-Direttiva 2009/52/KE (4); [Em. 221]

(e)

il-preparazzjoni tar-ritorn, inklużi miżuri li jwasslu għall-ħruġ ta’ deċiżjonijiet ta’ ritorn, l-identifikazzjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-ħruġ ta’ dokumenti tal-ivvjaġġar u t-traċċar tal-familji;

(f)

il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet konsulari u s-servizzi tal-immigrazzjoni jew awtoritajiet u servizzi rilevanti oħra u ta’ pajjiżi terzi bil-ħsieb li jinkisbu d-dokumenti l-ivvjaġġar, jiġi ffaċilitat ir-ritorn u tiġi żgurata r-riammissjoni inkluż permezz tal-ingaġġar ta’ uffiċjali ta’ kollegament ta’ pajjiżi terzi;

(g)

l-assistenza għar-ritorn, b'mod partikolari r-ritorn volontarju assistit u l-informazzjoni dwar programmi ta' ritorn volontarju assistit , inkluż billi tingħata gwida speċifika għat-tfal fil-proċeduri ta' ritorn u jiġu żgurati proċeduri ta' ritorn ibbażati fuq id-drittijiet tat-tfal ; [Em. 222]

(h)

l-operazzjonijiet ta’ espulsjoni, inklużi miżuri relatati, f’konformità mal-istandards stipulati fid-dritt tal-UE, bl-eċċezzjoni tat-tagħmir koersiv;

(i)

il-miżuri biex jiġu appoġġati r-ritorn u r-riintegrazzjoni durabbli tal-persuna rimpatrijata;

(j)

il-faċilitajiet u s-servizzi ta' appoġġ f’pajjiżi terzi li jiżguraw akkomodazzjoni temporanja u akkoljenza xierqa mal-wasla, inkluż għal minorenni mhux akkumpanjati u gruppi vulnerabbli oħra f’konformità mal-istandards internazzjonali u tranżizzjoni rapida lejn akkomodazzjoni fil-komunità ; [Em. 223]

(k)

il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi fuq il-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari u fuq ir-ritorn effettiv u r-riammissjoni, inkluż fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ riammissjoni u arranġamenti oħra; [Em. 224]

(l)

il-miżuri li għandhom l-għan li jissensibilizzaw dwar il-mezzi legali xierqa għall-immigrazzjoni għall-migrazzjoni u r-riskji tal-immigrazzjoni illegali irregolari ; [Em. 225]

(m)

l-appoġġ u l-azzjonijiet f’pajjiżi terzi, inkluż dwar l-infrastruttura, it-tagħmir u miżuri oħra, dment li dawn jikkontribwixxu għat-titjib ta’ kooperazzjoni effettiva bejn pajjiżi terzi u l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha dwar ir-ritorn u r-riammissjoni. [Em. 226]

4a.

Fl-ambitu tal-għan speċifiku msemmi fil-punt (cb) tal-Artikolu 3(2), il-Fond għandu jappoġġa dan li ġej:

(a)

l-implimentazzjoni tat-trasferimenti minn Stat Membru għal ieħor ta' persuni li jkunu applikaw għal protezzjoni internazzjonali jew ibbenefikaw minnha, inklużi l-miżuri msemmija fl-Artikolu 17b ta' dan ir-Regolament;

(b)

appoġġ operattiv f'termini ta' persunal sekondat jew assistenza finanzjarja pprovduta minn Stat Membru lil Stat Membru ieħor affettwat mill-isfidi tal-migrazzjoni;

(c)

azzjonijiet relatati mat-tmexxija ta' proċeduri għall-implimentazzjoni ta' skemi nazzjonali ta' risistemazzjoni jew ammissjoni umanitarja. [Em. 227]


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE tat-22 ta’ Settembru 2003 dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja, (ĠU L 251, 03.10.2003, p. 12).

(2)   Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta' April 2004 dwar il-permess ta' residenza maħruġ lil ċittadini ta' pajjiżi terzi li huma vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew li kienu s-suġġett ta' azzjoni għall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 261, 6.8.2004, p. 19).

(3)  Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 98).

(4)  Id-Direttiva 2009/52/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali, (ĠU L 168, 30.6.2009, p. 24).

ANNESS IV

Azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla f’konformità mal-Artikoli 12(2) u 13(7)

Miżuri ta’ integrazzjoni implimentati mill-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili , inklużi l-organizzazzjonijiet tar-rifuġjati u l-migranti ; [Em. 228]

Azzjonijiet biex jiġu żviluppati u implimentati alternattivi effettivi għad-detenzjoni u l-kura istituzzjonali ; [Em. 229]

Programmi ta’ Ritorn Volontarju Assistit u Riintegrazzjoni u l-attivitajiet relatati;

Miżuri mmirati lejn persuni vulnerabbli u applikanti għall-protezzjoni internazzjonali bi bżonnijiet partikolari mil-lat ta’ akkoljenza u/jew bżonnijiet proċedurali speċjali, proċedura inklużi miżuri li jiżguraw il-protezzjoni effikaċi tat-tfal migranti, b’mod partikolari dawk l-minorenni mhux akkumpanjati. [Em. 230]

ANNESS V

Indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin msemmija fl-Artikolu 28(1)

Għan speċifiku 1: It-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, inkluż id-dimensjoni esterna tagħha:

-1.

L-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin kollha elenkati hawn taħt għandhom ikunu diżaggregati skont is-sess u l-età. [Em. 231]

1.

L-għadd ta’ persuni risistemati bl-appoġġ tal-Fond.

1a.

L-għadd ta' persuni ammessi permezz ta' skemi ta' ammissjoni umanitarja. [Em. 231]

2.

L-għadd ta’ persuni fis-sistema ta’ akkoljenza apparagun tal-għadd ta’ applikanti għall-ażil.

3.

Il-konverġenza tar-rati ta’ rikonoxximent ta’ protezzjoni għall-applikanti li jfittxu ażil mill-istess pajjiż.

3a.

L-għadd ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali ttrasferiti minn Stat Membru għal ieħor bl-appoġġ tal-Fond; [Em. 233]

3b.

L-għadd ta' benefiċjarji ta' protezzjoni internazzjonali ttrasferiti minn Stat Membru għal ieħor bl-appoġġ tal-Fond; [Em. 234]

Għan speċifiku 1a: L-appoġġ għal migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri:

1.

L-għadd ta' Karti Blu maħruġa bl-appoġġ tal-Fond.

2.

L-għadd ta' ħaddiema fuq trasferiment intra-azjendali u mogħtija dak l-istatus bl-appoġġ tal-Fond.

3.

L-għadd ta' applikanti għar-riunifikazzjoni tal-familja li fil-fatt jerġgħu jingħaqdu mal-familja bl-appoġġ tal-Fond.

4.

L-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi mogħtija permessi ta' residenza fit-tul bl-appoġġ tal-Fond. [Em. 235]

Għan speċifiku 2: L-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri inkluż il-kontribut Kontribut għall-integrazzjoni ta’ ċittadini taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi: [Em. 236]

1.

L-għadd ta’ persuni li pparteċipaw f’miżuri ta’ qabel it-tluq appoġġati mill-Fond.

2.

L-għadd ta’ persuni li pparteċipaw f’miżuri ta’ integrazzjoni appoġġati mill-Fond li rrappurtaw li l-miżuri kienu ta’ benefiċċju għall-integrazzjoni bikrija tagħhom meta mqabbel mal-għadd totali ta’ persuni li pparteċipaw f’miżuri ta’ integrazzjoni appoġġati mill-Fond. [Em. 237]

2a.

L-għadd ta' persuni li pparteċipaw f'miżuri ta' integrazzjoni appoġġati mill-Fond u li sussegwentement sabu impjieg. [Em. 238]

2b.

L-għadd ta' persuni li pparteċipaw f'miżuri ta' integrazzjoni appoġġati mill-Fond u li l-kwalifika tagħhom ġiet rikonoxxuta jew kisbu diploma f'wieħed mill-Istati Membri. [Em. 239]

Għan speċifiku 3: Il-kontribut kontra l-migrazzjoni irregolari u l-iżgurar tal-effettività tar-ritorn u tar-riammissjoni f’pajjiżi terzi:

1.

L-għadd ta’ persuni li jirritornaw ritorni appoġġati mill-Fond wara ordni ta’ tkeċċija apparagun tal-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jiġu jkunu ġew ordnati jitilqu. [Em. 240]

2.

L-għadd ta’ persuni rimpatrijati li rċevew assistenza għar-riintegrazzjoni ta’ qabel jew ta’ wara r-ritorn ikkofinanzjat mill-Fond, apparagun tal-għadd totali ta’ persuni li jirritornaw appoġġjati mill-Fond.

Għan speċifiku 3a: Biex jiġu żgurati s-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà:

1.

L-għadd ta' trasferimenti ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali mwettqa skont l-Artikolu 17b ta’ dan ir-Regolament.

1a.

L-għadd ta' trasferimenti ta' benefiċjarji għal protezzjoni internazzjonali mwettqa skont l-Artikolu 17b ta’ dan ir-Regolament.

2.

L-għadd ta' persunal sekondat jew l-appoġġ finanzjarju mogħti lill-Istati Membri esposti għall-isfidi tal-migrazzjoni.

3.

L-għadd ta' persuni risistemati jew ammessi permezz ta' skemi umanitarji bl-appoġġ tal-Fond. [Em. 241]

ANNESS VI

Tipi ta’ intervent

TABELLA 1: IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-QASAM TAL-INTERVENT

I.

SEKA

001

Kundizzjonijiet ta’ akkoljenza

002

Proċeduri tal-ażil

003

Implimentazzjoni tal-acquis tal-Unjoni

004

Tfal migranti

005

Persuni bi bżonnijiet ta’ akkoljenza u proċedurali speċjali

006

Risistemazzjoni

007

Sforzi ta’ solidarjetà bejn l-Istati Membri

008

Appoġġ operazzjonali

II.

Migrazzjoni legali u integrazzjoni

001

Żvilupp ta’ strateġiji ta’ integrazzjoni

002

Vittmi tat-traffikar tal-bnedmin

003

Miżuri ta’ integrazzjoni – informazzjoni u orjentazzjoni, punti uniċi ta’ servizz

004

Miżuri ta’ integrazzjoni – taħriġ fil-lingwa

005

Miżuri ta’ integrazzjoni – taħriġ ċiviku u taħriġ ieħor

006

Miżuri ta’ integrazzjoni – introduzzjoni għas-soċjetà ospitanti, parteċipazzjoni, skambji

007

Miżuri ta’ integrazzjoni – ħtiġijiet bażiċi

008

Miżuri ta’ qabel it-tluq

009

Skemi ta’ mobilità

010

Akkwist ta’ residenza legali

III.

Ritorn

001

Alternattivi għad-detenzjoni

002

Kundizzjonijiet ta’ akkoljenza / detenzjoni

003

Proċeduri ta’ ritorn

004

Ritorn volontarju assistit

005

Assistenza għar-riintegrazzjoni

006

Operazzjonijiet ta’ espulsjoni / ritorn

007

Sistema ta’ monitoraġġ tar-ritorn furzat

008

Persuni vulnerabbli / minorenni mhux akkumpanjati (UAMs)

009

Miżuri li jindirizzaw l-inċentivi għall-migrazzjoni irregolari

010

Appoġġ operazzjonali

IV.

Assistenza teknika

001

Informazzjoni u komunikazzjoni

002

Tħejjija, implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll

003

Evalwazzjoni u studji, ġbir ta’ data

004

Tisħiħ tal-kapaċitajiet


TABELLA 2: IL-KODIĊIJIET GĦAT-TIP TA’ DIMENSJONI TAL-AZZJONI

001

Żvilupp ta’ strateġiji nazzjonali

002

Tisħiħ tal-kapaċitajiet

003

Edukazzjoni u taħriġ għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi

004

Żvilupp ta’ għodod, metodi u indikaturi ta’ statistika

005

Skambju ta’ informazzjoni u tal-aħjar prattiki

006

Azzjonijiet / operazzjonijiet konġunti (bejn l-Istati Membri)

007

Kampanji u informazzjoni

008

Skambju u ssekondar ta’ esperti

009

Studji, proġetti pilota, valutazzjonijiet tar-riskju

010

Tħejjija, monitoraġġ, attivitajiet amministrattivi u tekniċi

011

Għoti ta’ assistenza u servizzi ta’ appoġġ għal ċittadini ta' pajjiż terz

012

Infrastruttura

013

Tagħmir


TABELLA 3: IL-KODIĊIJIET GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIMENSJONI TAL-MODALITAJIET

001

Azzjoni speċifika

002

Assistenza ta’ emerġenza

003

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

004

Azzjonijiet f’pajjiżi terzi

005

Azzjonijiet elenkati fl-Anness IV

ANNESS VII

Azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ operazzjonali

Fl-ambitu tal-għan speċifiku għat-tisħiħ u għall-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil, inkluż id-dimensjoni esterna tagħha, u tal-għan speċifiku li jikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari, filwaqt li jiġu żgurati ritorn u riammissjoni effettivi f’pajjiżi terzi, l-appoġġ operazzjonali għandu jkopri:

l-ispejjeż tal-persunal;

l-ispejjeż tas-servizz, bħall-manutenzjoni jew is-sostituzzjoni ta’ tagħmir;

l-ispejjeż tas-servizz, bħall-manutenzjoni u t-tiswija tal-infrastruttura.

ANNESS VIII

Indikaturi tal-outputs u tar-riżultati msemmija fl-Artikolu 28(3)

-1

L-indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin kollha elenkati hawn taħt għandhom ikunu diżaggregati skont is-sess u l-età. [Em. 242]

Għan speċifiku 1: It-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, inkluż id-dimensjoni esterna tagħha:

1.

L-għadd ta’ persuni mill-grupp fil-mira mogħtija assistenza bl-appoġġ tal-Fond:

(a)

L-għadd ta’ persuni mill-grupp fil-mira li jibbenefikaw mill-informazzjoni u l-assistenza waqt il-proċeduri kollha ta’ asil;

(b)

L-għadd ta’ persuni mill-grupp fil-mira li jibbenefikaw minn assistenza legali u rappreżentazzjoni;

(c)

L-għadd ta’ persuni vulnerabbli, vittmi ta’ traffikar tal-bnedmin, u minuri mhux akkumpanjati li jibbenefikaw minn assistenza speċifika.

2.

Il-kapaċità (l-għadd ta’ postijiet) fl-infrastruttura ġdida ta’ akkomodazzjoni għall-akkoljenza mwaqqfa f’konformità mar-rekwiżiti komuni għall-kundizzjonijiet tal-akkoljenza stabbiliti fl-acquis tal-Unjoni u tal-infrastruttura eżistenti tal-akkomodazzjoni għall-akkoljenza mtejba f’konformità mal-istess rekwiżiti bħala riżultat tal-proġetti appoġġati mill-Fond, u l-perċentwal mill-kapaċità totali tal-akkomodazzjoni għall-akkoljenza;

3.

L-għadd ta’ postijiet adattati għall-minorenni mhux akkumpanjati (UAM) appoġġati mill-Fond apparagun tal-għadd totali ta’ postijiet alterati għall-minorenni mhux akkumpanjati;

4.

L-għadd ta' persuni mħarrġa f’suġġetti relatati mal-ażil bl-assistenza tal-Fond, u dan l-għadd bħala perċentwal tal-għadd totali ta’ persunal imħarreġ f’dawn is-suġġetti;

5.

L-għadd ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali ttrasferiti minn Stat Membru għal ieħor bl-appoġġ tal-Fond;

6.

L-għadd ta’ persuni risistemati bl-appoġġ tal-Fond.

Għan speċifiku 1a: L-appoġġ għal migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri:

1.

L-għadd ta' Karti Blu maħruġa bl-appoġġ tal-Fond.

2.

L-għadd ta' ħaddiema fuq trasferiment intra-azjendali u mogħtija dak l-istatus bl-appoġġ tal-Fond.

3.

L-għadd ta' applikanti għar-riunifikazzjoni tal-familja li fil-fatt jerġgħu jingħaqdu mal-familja bl-appoġġ tal-Fond.

4.

L-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi mogħtija permessi ta' residenza fit-tul bl-appoġġ tal-Fond. [Em. 243]

Għan speċifiku 2: L-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri inkluż il-kontribut Kontribut għall-integrazzjoni ta’ ċittadini taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi: [Em. 244]

1.

L-għadd ta’ persuni li pparteċipaw f’miżuri ta’ qabel it-tluq appoġġati mill-Fond.

2.

L-għadd ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali li implimentaw miżuri ta’ integrazzjoni bl-appoġġ tal-Fond.

2a.

L-għadd ta' persuni li pparteċipaw f'miżuri ta' integrazzjoni appoġġati mill-Fond u li sussegwentement sabu impjieg. [Em. 245]

2b.

L-għadd ta' persuni li pparteċipaw f'miżuri ta' integrazzjoni appoġġati mill-Fond u li sussegwentement kisbu diploma f'wieħed mill-Istati Membri. [Em. 246]

3.

L-għadd ta’ persuni li pparteċipaw f’miżuri appoġġati mill-Fond li jiffukaw fuq:

(a)

l-edukazzjoni u t-taħriġ;

(b)

l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol;

(c)

l-aċċess għal servizzi bażiċi; kif ukoll

(d)

il-parteċipazzjoni attiva u l-inklużjoni soċjali.

4.

L-għadd ta’ persuni li pparteċipaw f’miżuri ta’ integrazzjoni appoġġati mill-Fond li rrappurtaw li l-miżuri kienu ta’ benefiċċju għall-integrazzjoni bikrija tagħhom meta mqabbel mal-għadd totali ta’ persuni li pparteċipaw f’miżuri ta’ integrazzjoni appoġġati mill-Fond;

4a.

L-għadd ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi li lestew b'suċċess l-edukazzjoni primarja, sekondarja jew terzjarja fl-Istat Membru bl-appoġġ tal-Fond. [Em. 247]

Għan speċifiku 3: Il-kontribut kontra l-migrazzjoni irregolari u l-iżgurar tal-effettività tar-ritorn u tar-riammissjoni f’pajjiżi terzi:

1.

L-għadd ta’ postijiet f'ċentri ta' detenzjoni maħluqa / rinnovati b’appoġġ mill-Fond, apparagun mal-għadd totali ta’ postijiet maħluqa / rinnovati f’ċentri ta’ detenzjoni.

2.

L-għadd ta persuni mħarrġa dwar suġġetti relatati mar-ritorn bl-assistenza mill-Fond.

3.

L-għadd ta’ persuni li r-ritorn tagħhom kien kofinanzjat mill-Fond, apparagun tal-għadd totali ta’ persuni li jirritornaw wara ordni ta’ tkeċċija:

(a)

persuni li rritornaw b’mod volontarju;

(b)

u persuni espulsi.

4.

L-għadd ta' persuni rimpatrijati li rċevew assistenza għar-riintegrazzjoni ta’ qabel jew ta’ wara r-ritorn ikkofinanzjat kofinanzjata mill-Fond, apparagun tal-għadd totali ta' persuni li jirritornaw ritorni appoġġjati mill-Fond.

(a)

persuni li rritornaw b'mod volontarju;

(b)

persuni li tkeċċew; [Em. 248]

Għan speċifiku 3a: Biex jiġu żgurati s-solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta tar-responsabbiltà:

1.

L-għadd ta' trasferimenti ta' applikanti għal protezzjoni internazzjonali mwettqa skont l-Artikolu 17b ta’ dan ir-Regolament.

1a.

L-għadd ta' trasferimenti ta' benefiċjarji għal protezzjoni internazzjonali mwettqa skont l-Artikolu 17b ta’ dan ir-Regolament.

2.

L-għadd ta' persunal sekondat jew l-appoġġ finanzjarju mogħti lill-Istati Membri esposti għall-isfidi tal-migrazzjoni.

3.

L-għadd ta' persuni risistemati bl-appoġġ tal-Fond. [Em. 249]


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/406


P8_TA(2019)0176

L-istabbiliment, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, tal-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri u tal-viżi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri (COM(2018)0473 – C8-0272/2018 – 2018/0249(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/63)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0473),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 77(2) u 79(2)(d) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0272/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-19 ta' Ottubru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-Kumitat għall-Baġits (A8-0089/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


P8_TC1-COD(2018)0249

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 77(2) u 79(2)(d) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trasmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (2),

Waqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (3),

Billi:

(1)

Fil-kuntest ta’ sfidi migratorji li qed jevolvu maħluqa minn żidiet fil-flussi lejn l-Unjoni Ewropea, kif ukoll tħassib komuni dwar is-sigurtà, il-preservazzjoni tal-bilanċ għaqli bejn il-moviment liberu tal-persuni fuq naħa, u s-sigurtà fuq in-naħa l-oħra hija tal-akbar importanza. L-għan tal-Unjoni li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja skont l-Artikolu 67(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jenħtieġ li jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta’ miżuri komuni dwar il-qsim tal-fruntieri interni minn persuni u dwar kontrolli fil-fruntieri fi fruntieri esterni u l-politika komuni dwar il-viżi, filwaqt li jiġi ppreżervat il-bilanċ bejn il-moviment liberu tal-persuni fuq in-naħa l-waħda, u s-sigurtà fuq in-naħa l-oħra . [Em. 1]

(2)

Skont l-Artikolu 80 TFUE, dawn il-politiki u l-implimentazzjoni tagħhom għandhom jiġu regolati mill-prinċipju tas-solidarjetà u t-tqassim ġust tar-responsabbiltà, inkluż l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħha, bejn l-Istati Membri.

(3)

Fid-Dikjarazzjoni ta’ Ruma ffirmata fil-25 ta’ Settembru 2017, il-mexxejja ta’ 27 Stat Membru affermaw id-determinazzjoni tagħhom għal li jiżguraw Ewropa sigura u mingħajr periklu u għall-bini ta’ li jibnu Unjoni fejn iċ-ċittadini kollha jħossuhom siguri u jistgħu jiċċaqilqu b’mod liberu, fejn il-fruntieri esterni huma siguri, b’politika tal-migrazzjoni effiċjenti, responsabbli u sostenibbli, li tirrispetta normi internazzjonali, kif ukoll Ewropa ddeterminata li tiġġieled it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. [Em. 2]

(3a)

L-azzjonijiet iffinanzjati permezz ta' dan l-Istrument jenħtieġ li jkunu implimentati f'konformità sħiħa mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni, il-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB), il-prinċipju tat-trattament ġust taċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi, id-dritt għall-ażil u għall-protezzjoni internazzjonali, il-prinċipju ta' non-refoulement u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-istrumenti internazzjonali li huma firmatarji tagħhom, bħall-Konvenzjoni ta' Ġinevra dwar l-Istatus tar-Rifuġjati tat-28 ta' Lulju 1951, kif issupplimentata mill-Protokoll ta' New York tal-31 ta' Jannar 1967. Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni speċjali lill-identifikazzjoni, l-assistenza immedjata u r-riferiment għas-servizzi tal-protezzjoni ta' persuni vulnerabbli, b'mod partikolari t-tfal u l-minorenni mhux akkumpanjati. [Em. 3]

(4)

L-għan tal-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri esterni huwa li tiġi żviluppata jiġi żviluppat implimentata implimentat il-kunċett ta' ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej fil-livell nazzjonali u tal-Unjoni sabiex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri, jiġu prevenuti u detetti l-immigrazzjoni irregolari u l-kriminalità transfruntiera u tiġi appoġġata l-politika komuni dwar il-viżi , li hija prerekwiżit għall-moviment jenħtieġ li ssaħħaħ il-moviment liberu tal-persuni fl-Unjoni u hija komponent fundamentali ta’ spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja. [Em. 4]

(5)

Il-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej, kif implimentata mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, stabbilita mir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li hija komposta mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u mill-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, inkluża gwardja tal-kosta sal-punt li jwettqu kompiti ta’ kontroll tal-fruntieri, hija neċessarja għat-titjib tal-ġestjoni jenħtieġ li tgħin l-armonizzazzjoni tal-kontroll fil-fruntieri, u b'hekk ittejjeb il-ġestjoni tal-migrazzjoni u s-sigurtà - fosthom billi tiffaċilita l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali għal dawk li jeħtiġuha - tipprovdi aktar sigurtà billi tikkontribwixxi għall-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera u t-terroriżmu . [Em. 5]

(6)

Il-faċilitar tal-ivvjaġġar leġittimu, filwaqt li jiġu evitati l-migrazzjoni illegali u r-riskji ta’ sigurtà, ġie identifikat bħala wieħed mill-għanijiet prinċipali tar-rispons tal-Unjoni għall-isfidi f’dawn l-oqsma fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni li tippreżenta l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni (5). [Em. 6]

(7)

Il-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2016 (6) talab għal tiftix kontinwu tal-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni u tal-bażijiet ta’ data tal-UE. Il-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2017 (7) enfasizza l-bżonn li titjib l-interoperabbiltà bejn il-bażijiet tad- data u fit-12 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar l-istabbiliment ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (8). [Em. 7]

(8)

Biex F'tentattiv biex tiġi ppreservata l-integrità taż-żona Schengen u biex jissaħħaħ il-funzjonament tagħha tissaħħaħ is-sigurtà tal-fruntieri esterni , l-Istati Membri huma obbligati, ilhom mis-6 ta' April 2017, obbligati li jwettqu verifiki sistematiċi kontra bażijiet mal-bażijiet ta' data rilevanti dwar iċ-ċittadin iċ-ċittadini tal-UE li qed jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħarġet Rakkomandazzjoni lill-Istati Membri biex jagħmlu użu aħjar minn verifiki tal-pulizija u kooperazzjoni , flimkien mal-verifiki sistematiċi li jsiru diġà dwar iċ-ċittadini ta' pajjiżi terzi kollha li jidħlu fiż-żona Schengen. Madankollu, kien meħtieġ li jsiru verifiki mmirati minflok verifiki sistematiċi f'għadd ta' punti ta' qsim tal-fruntieri esterni, minħabba l-impatt sproporzjonat tal-verifiki sistematiċi fuq il-fluss tat-traffiku transfruntiera (9). [Em. 8]

(8a)

Il-Kummissjoni ħarġet ukoll ir-Rakkomandazzjoni (UE) 2017/1804  (10) lill-Istati Membri biex jagħmlu użu aħjar mill-verifiki tal-pulizija u l-kooperazzjoni transfruntiera sabiex jillimitaw l-impatt fuq il-moviment liberu u biex jirrimedjaw it-theddida għall-politika pubblika jew għas-sigurtà interna. Minkejja l-miżuri differenti fis-seħħ, għadd ta' Stati Membri għadhom qed jagħmlu kontrolli illegali fil-fruntieri interni, filwaqt li jdgħajfu l-prinċipju bażiku taż-Żona Schengen. [Em. 9]

(9)

Appoġġ finanzjarju mill-baġit tal-Unjoni huwa indispensabbli għall-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropej biex tappoġġa lill-Istati Membri fil-ġestjoni tal-qsim tal-fruntieri esterni b’mod effiċjenti u fl-indirizzar ta’ sfidi migratorji u theddid futur potenzjali futuri f’dawk il-fruntieri, biex b’hekk jikkontribwixxi għall-indirizzar ta’ kriminalità serja b’dimensjoni transfruntiera filwaqt li jaġixxi b’rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali. [Em. 10]

(10)

Sabiex jippromwovu l-implimentazzjoni tal-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri Ewropej kif iddefinita mill-komponenti tagħha skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/1624: kontroll fil-fruntieri, tiftix u salvataġġ waqt sorveljanza fil-fruntieri, analiżi tar-riskju, kooperazzjoni bejn Stati Membri (appoġġata u kkoordinata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta), kooperazzjoni bejn l-aġenziji inkluż l-iskambju regolari tal-informazzjoni, kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi, miżuri tekniċi u operazzjonali fiż-żona Schengen relatati mal-kontroll fil-fruntieri u mfassla biex jindirizzaw l-immigrazzjoni illegali irregolari u jiġġieldu aħjar il-kriminalità transfruntiera, użu ta’ teknoloġija tal-ogħla livell, mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità u solidarjetà, u biex jiżguraw li ssir realtà operazzjonali, jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu pprovduti b’appoġġ finanzjarju adegwat mill-Unjoni. [Em. 11]

(11)

Minħabba li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri qed jassumu numru dejjem ikbar ta’ responsabbiltajiet li ħafna drabi jestendu għall-qasam tas-sigurtà u jseħħu fil-fruntiera esterna, hemm bżonn huwa importanti li jiġi indirizzat l-iżgurar tal-uniformità titrawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, inkluż l-iskambju tal-informazzjoni permezz tal-għodod għall-iskambju tal-informazzjoni eżistenti, bħala komponent tal-approċċ tal-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, kif imsemmi fl-Artikolu 4(e) tar-Regolament (UE) 2016/1624. Il-komplementarjetà fit-twettiq tal-kontroll fil-fruntieri u l-kontroll doganali fil-fruntieri esterni jeħtieġ li tiġi żgurata billi jiġi pprovdut appoġġ finanzjarju adegwat mill-Unjoni lill-Istati Membri. Dan mhux biss isaħħaħ se jsaħħaħ il-kontrolli doganali sabiex jiġu miġġielda t-traffikar ta' kull xorta, inkluż it-traffikar tal-merkanzija fil-fruntieri, u t-terroriżmu, iżda wkoll se jiffaċilita l-kummerċ u l-ivvjaġġar leġittimu, u jikkontribwixxi għal unjoni doganali sikura u effiċjenti. [Em. 12]

(12)

Għaldaqstant huwa meħtieġ li jiġi stabbilit il-fond ta’ suċċessur tal-Fond għas-Sigurtà Interna 2014–2020 stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) , parzjalment, bl-istabbiliment ta’ Fond ta’ Ġestjoni Integrata (“il-Fond”). [Em. 13]

(13)

Minħabba l-partikularitajiet legali applikabbli għal Titolu V tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-bażijiet ġuridiċi differenti applikabbli rigward il-politiki dwar il-fruntieri esterni u dwar il-kontroll doganali, mhuwiex legalment possibbli li l-Fond jiġi stabbilit bħala strument wieħed.

(14)

Għalhekk jenħtieġ li l-Fond jiġi stabbilit bħala qafas komprensiv għall-appoġġ finanzjarju mill-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri li jikkonsisti fi strument għall-appoġġ finanzjarju għall-ġestjoni tal-fruntieri (“l-Istrument”) stabbilit minn dan ir-Regolament kif ukoll l-istrument strument għall-appoġġ finanzjarju għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali stabbilit mir-Regolament (UE) Nru …/… (12) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Jenħtieġ li dan il-qafas jiġi kkomplementat mir-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13) permezz ta' strument li jenħtieġ li jirreferi għalih dan ir-Regolament fir-rigward ta’ jistabbilixxi regoli dwar il-ġestjoni kondiviża. [Em. 14]

(15)

Jenħtieġ li l-Istrument jiġi implimentat f’konformità sħiħa mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni rigward id-drittijiet fundamentali , fosthom fir-rigward tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u b'mod partikolari billi tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju ta' non-refoulement, il-prinċipju ta' trasparenza, il-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni u d-dritt ta' persuna li titlob protezzjoni internazzjonali. Jenħtieġ li tingħata wkoll attenzjoni speċjali lill-identifikazzjoni, l-assistenza immedjata u r-riferiment għas-servizzi tal-protezzjoni ta' persuni vulnerabbli, b'mod partikolari t-tfal u l-minorenni mhux akkumpanjati . [Em. 15]

(15a)

Dawk l-obbligi japplikaw ukoll għall-pajjiżi terzi li l-Istati Membri u l-Unjoni Ewropea jaħdmu magħhom fl-ambitu ta' dan l-istrument. [Em. 16]

(16)

L-istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri Jenħtieġ li l-istrument jibni fuq ir-riżultati u l-investimenti li saru bl-appoġġ tal-predeċessuri tiegħu: il-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu 2007-2013 stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14) u l-istrument għall-fruntieri esterni u l-viża bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014-2020 stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 515/2014 u jenħtieġ li jestendih biex iqis żviluppi ġodda. [Em. 17]

(17)

Biex jiżgura kontroll fil-fruntieri esterni uniformi u ta’ kwalità għolja u biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu lil hinn mill-fruntieri esterni, jenħtieġ li l-istrument jikkontribwixxi għall-iżvilupp tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej li tinkludi l-miżuri kollha li jinvolvu l-politika, il-liġi, il-kooperazzjoni sistematika, il-kondiviżjoni tal-piżijiet, il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni u ċ-ċirkostanzi jinbidlu fir-rigward tal-punti ta’ qsim għal migranti irregolari, il-persunal, it-tagħmir u t-teknoloġija meħuda f’livelli differenti mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntieri, jaġixxi f’kooperazzjoni ma’ atturi oħra bħal pajjiżi terzi u korpi oħra tal-UE, b’mod partikolari l-Aġenzija Ewropea għall-ġestjoni operattiva tas-sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, tas-sigurtà u tal-ġustizzja (eu-LISA), Europol u fejn xieraq, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. [Em. 18]

(18)

Jenħtieġ li l-Istrument jikkontribwixxi għat-titjib tal-effiċjenza tal-ipproċessar tal-viżi f’termini tal-iffaċilitar tal-proċeduri tal-viżi għall-vjaġġaturi bona fide u tal-identifikazzjoni u l-ivvalutar tas-sigurtà u r-riskji tal-migrazzjoni irregolari, kif ukoll li jiġu ffaċilitati l-proċeduri tal-viżi għall-vjaġġaturi bona fide . B’mod partikolari, jenħtieġ li l-Istrument iwassal assistenza finanzjarja biex għall-appoġġ tad-diġitalizzazzjoni tal-ipproċessar tal-viżi bl-għan li jiġu pprovduti proċeduri tal-viża li huma rapidi, siguri u faċli għall-klijent għall-benefiċċju kemm tal-applikanti għal viża u kemm tal-konsulati. Jenħtieġ li l-Istrument iservi wkoll biex jiżgura kopertura konsulari wiesgħa madwar id-dinja. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni uniformi tal-politika komuni tal-viża u l-modernizzazzjoni tagħha tiġi koperta wkoll mill-Istrument , flimkien mal-assistenza lill-Istati Membri għall-ħruġ ta' viżi b'validità territorjali limitata maħruġa għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali kif ukoll għal benefiċjarji ta' programm ta' risistemazzjoni jew rilokazzjoni tal-Unjoni, u għall-konformità għal kollox mal-acquis tal-Unjoni dwar il-viżi . [Em. 19]

(19)

L-Istrument għandu jenħtieġ li jappoġġa miżuri ta’ appoġġ fit-territorju tal-pajjiżi tas-Schengen li huma marbutin mal-kontroll fil-fruntieri marbutin b'mod ċar mal-kontroll fil-fruntieri esterni fit-territorju tal-pajjiżi tas-Schengen bħala parti mill-iżvilupp ta’ sistema komuni ta’ ġestjoni integrata tal-fruntieri, li ssaħħaħ il-funzjonament ġenerali taż-żona Schengen. [Em. 20]

(20)

Bil-għan li jtejjeb il-ġestjoni tal-fruntieri esterni, i jiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu, li jikkontribwixxi għall-prevenzjoni tal-migrazzjoni tal-qsim irregolari tal-fruntieri li jiġġieled kontriha kontrih , u  li jikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà fl-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja tal-Unjoni, l-Istrument jenħtieġ li jappoġġa l-iżvilupp ta’ sistemi dawk is-sistemi tal-IT fuq skala kbira, ibbażati fuq sistemi tal-IT eżistenti jew ġodda li jkun sar qbil dwarhom mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill . F'dak ir-rigward, jenħtieġ li jappoġġa wkoll l-istabbiliment tal-interoperabbiltà bejn dawk is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (Sistema ta’ Dħul / Ħruġ (entry-exit system, EES) (15), Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża (Visa Information System, VIS) (16), Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (European Travel Information and Authorisation System, ETIAS) (17), Eurodac (18), Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS) (19), u s-Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni ta’ Rekords Kriminali għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi (European Criminal Records Information System for third-country nationals, ECRIS-TCN)) (20), sabiex dawn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE u d-data tagħhhom tagħhom jissupplimentaw lil xulxin. Jenħtieġ li l-istrument jikkontribwixxi wkoll għall-iżviluppi meħtieġa fil-livell nazzjonali wara l-implimentazzjoni tal-komponenti tal-interoperabbiltà fil-livell ċentrali (portal ta’ tfittix Ewropew (European search portal, ESP), servizz kondiviż ta’ tqabbil bijometriku (biometric matching service, BMS kondiviż), repożitorju komuni tal-identità (common identity repository, CIR) u detettur ta’ identitajiet multipli (multiple-identity detector, MID)) (21). [Em. 21]

(21)

Jenħtieġ li l-Istrument jikkumplimenta jikkomplementa u jirrinforza l-attivitajiet sabiex jimplimenta l-ġestjoni li jimplimentaw il-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej skont ir-responsabbiltà kondiviża u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li tirrappreżenta ż-żewġ pilastri tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta. Dan ifisser, fost l-oħrajn, li, meta jkunu qed ifasslu l-programmi nazzjonali tagħhom, jenħtieġ li l-Istati Membri jqisu l-għodod analitiċi u l-linji , il-linji gwida operazzjonali u tekniċi żviluppati mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta kif ukoll il-kurrikuli ta’ taħriġ żviluppati minnha, bħall-kurrikuli komuni ewlenin għat-taħriġ tal-gwardji tal-fruntieri, inkluż il-komponenti tagħhom rigward id-drittijiet fundamentali u l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali. Sabiex tiġi żviluppata l-kumplimentarjetà l-komplementarjetà bejn il-missjoni il-kompiti tagħha u r-responsabbiltà tal-Istati Membri għall-kontroll tal-fruntieri esterni kif ukoll , u biex tiġi żgurata l-konsistenza u tiġi evitata l-ineffiċjenza tal-kostijiet, jenħtieġ li l-Kummissjoni tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta dwar l-abbozzi tal-programmi nazzjonali ppreżentati mill-Istati Membri sakemm jaqgħu fil-kompetenzi tal-Aġenzija, b’mod partikolari dwar l-attivitajiet iffinanzjati taħt appoġġ operazzjonali. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tiżgura wkoll li l-eu-LISA, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u kwalunkwe aġenzija jew korp ieħor rilevanti tal-Unjoni, jiġu assoċjati mal-proċess tal-iżvilupp tal-programmi nazzjonali tal-Istati Membri fi stadju bikri, sakemm dan jaqa' fil-kompetenzi tal-aġenziji. [Em. 22]

(22)

Jenħtieġ Sakemm l-Istati Membri milquta jitolbu dan, jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa l-implimentazzjoni tal-approċċ hotspot kif spjegat fl-Aġenda fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni u approvat mill-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta' Ġunju 2015 (22). L-approċċ hotspot jipprovdi appoġġ operazzjonali lil Stati lill-Istati Membri affettwati minn pressjoni migratorja sproporzjonata fil-fruntieri esterni tal-UE li jħabbtu wiċċhom ma' sitwazzjoni ta' emerġenza . Dan joffri assistenza integrata, komprensiva u mmirata fi spirtu ta' solidarjetà u responsabbiltà kondiviża kif ukoll bil-għan jippermetti li l-wasla ta' għadd kbir ta' persuni fil-fruntieri esterni tal-Unjoni tiġi indirizzata b'mod uman u effiċjenti, u bl-għan li tiġi ssalvagwardjata l-integrità taż-żona Schengen. [Em. 23]

(23)

Fl-interess tas-solidarjetà taż-żona fiż-żona Schengen sħiħa u fl-Unjoni kollha kemm hi u fl-ispirtu tar-responsabbiltà kondiviża għall-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-Unjoni, fejn jiġu identifikati d-dgħufijiet jew ir-riskji, b’mod partikolari wara evalwazzjoni ta’ Schengen skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (23), jenħtieġ li l-Istat Membru kkonċernat jindirizza l-kwistjoni b’mod adegwat billi juża riżorsi permezz tal-programm tiegħu biex jimplimenta rakkomandazzjonijiet adottati skont dan ir-Regolament u f’konformità mal-valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta skont l-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/1624. [Em. 24]

(24)

Jenħtieġ li l-Istrument jesprimi solidarjetà u responsabbiltà kondiviża permezz ta’ jipprovdi assistenza finanzjarja lil dawk l-Istati Membri li japplikaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet ta’ Schengen dwar il-fruntieri esterni u l-viżi kif ukoll u lil dawk li qed jippreparaw għal parteċipazzjoni sħiħa fis-Schengen, u jenħtieġ li jintuża mill-Istati Membri fl-interessi tal-politika komuni tal-Unjoni għall-ġestjoni tal-fruntieri esterni. [Em. 25]

(25)

Skont il-Protokoll Nru 5 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2003 (24) dwar it-transitu ta’ persuni bl-art bejn ir-reġjun ta’ Kaliningrad u partijiet oħra tal-Federazzjoni Russa, jenħtieġ li l-Istrument ikun responsabbli għal kwalunkwe spiża addizzjonali mġarrba fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet speċifiċi tal-acquis tal-Unjoni li jkopru dan it-transitu, jiġifieri r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 (25) u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 694/2003 (26). Jenħtieġ li l-ħtieġa għal appoġġ finanzjarju kontinwu għal miżati mitlufa, madankollu, tkun dipendenti fuq ir-reġim tal-viża tal-Unjoni fis-seħħ mal-Federazzjoni Russa.

(26)

Sabiex jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għan tal-politika tal-Istrument, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw li l-programmi tagħhom jindirizzaw l-għanijiet speċifiċi tal-istrument, li l-prioritajiet magħżula jkunu konformi mal-prioritajiet miftiehma tal-UE u l-miżuri ta’ implimentazzjoni kif stipulati fl-Anness II u li l-allokazzjoni tar-riżorsi xierqa bejn l-għanijiet u l-azzjonijiet tkun proporzjonata għall-isfidi u l-ħtiġijiet li huma jiffaċċjaw. F'dan ir-rigward, huwa importanti li tinkiseb distribuzzjoni ġusta u trasparenti tar-riżorsi fost l-għanijiet speċifiċi tal-istrument. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġi żgurat livell minimu ta' nfiq għall-għan speċifiku li tiġi appoġġata l-politika komuni dwar il-viżi kemm jekk għal miżuri b'ġestjoni diretta jew indiretta, jew għal miżuri b'ġestjoni kondiviża. [Em. 26]

(27)

Jenħtieġ li s-sinerġiji, il-konsistenza u l-effiċjenza jiġu mfittxija ma’ Fondi oħra tal-UE u jiġi evitat it-trikkib bejn l-azzjonijiet.

(28)

Ir-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma soġġetti għal deċiżjonijiet ta’ ritorn maħruġa minn Stat Membru huwa wieħed mill-komponenti ta’ ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri kif deskritt fir-Regolament (UE) 2016/1624. Madankollu, minħabba n-natura u l-għan tiegħu, miżuri fil-qasam tar-ritorn jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ tal-istrument u li huma koperti bir-Regolament (UE) Nru …/… [AMFġdid] (27).

(29)

Biex jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri fil-fruntieri esterni u jiżgura li jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biżżejjed mezzi biex jimplimentaw il-kamp ta' applikazzjoni wiesa’ tal-kompiti f’dawn il-fruntieri, jenħtieġ li l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali mir-Regolament (UE) Nru …/… [Fond ġdid għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdi lil dawn l-awtoritajiet nazzjonali bil-finanzjament neċessarju sabiex jinvestu f’tagħmir biex iwettqu kontroll doganali kif ukoll tagħmir li minbarra kontroll doganali jista’ jservi wkoll skopijiet oħra bħall-kontroll fil-fruntieri.

(30)

Il-maġġoranza tat-tagħmir ta’ kontroll doganali jista’ jkun ugwalment jew inċidentalment idoneu għal kontrolli ta’ konformità ma’ leġiżlazzjoni oħra, bħad-dispożizzjonijiet dwar il-ġestjoni tal-fruntieri, il-viża jew il-kooperazzjoni tal-pulizija. Il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri għaldaqstant huwa konċepit bħala żewġ strumenti komplementari b’kampijiet ta’ applikazzjoni distinti iżda koerenti għax-xiri ta’ tagħmir. Minn banda, l-istrument tal-ġesjtoni tal-fruntieri u l-viża stabbilit minn dan ir-Regolament se jeskludi tagħmir li jista’ jintuża kemm għall-ġestjoni tal-fruntieri u għall-kontroll doganali. Mill-banda l-oħra, l-istrument għat-tagħmir għal kontrolli doganali se jappoġġa finanzjarjament mhux biss tagħmir b’kontrolli doganali bħala l-għan ewlieni iżda se jippermetti wkoll li jkun użat għal finijiet addizzjonali wkoll bħal kontrolli fuq il-fruntieri u s-sigurtà. Dan it-tqassim tar-rwoli se trawwem il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bħala komponent ta’ approċ ta’ ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, kif imsemmi fl-Artikolu 4(e) tar-Regolament (UE) 2016/1624, u b’hekk jippermetti lil awtoritajiet doganali u tal-fruntiera biex jaħdmu flimkien u jimmassimmizzaw l-impatt tal-baġit tal-Unjoni permezz ta’ kondiviżjoni u interoperabbiltà tat-tagħmir ta’ kontroll.

(31)

Is-sorveljanza fil-fruntieri fil-baħar hija meqjusa waħda mill-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta mwettqa fid-dominju marittimu tal-UE. Awtoritajiet nazzjonali li jwettqu funzjonijiet ta’ gwardja tal-kosta huma responsabbli għal firxa wiesgħa ta’ kompiti, li jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, sigurtà sikurezza marittima, sigurtà, tiftix u salvataġġ, kontroll fil-fruntieri, kontroll tas-sajd, kontroll doganali, infurzar tal-liġi ġenerali u ħarsien tal-ambjent. Il-kamp ta’ applikazzjoni wiesa’ tal-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta jpoġġiha taħt il-mandat ta’ politiki differenti tal-UE li jenħtieġ li ifittxu s-sinerġiji biex jiksbu riżultati aktar effettivi u effiċjenti. [Em. 27]

(31a)

Meta jimplimentaw azzjonijiet iffinanzjati taħt l-istrument li jkunu relatati mas-sorveljanza tal-fruntieri marittimi, l-Istati Membri jenħtieġ li jagħtu attenzjoni speċjali lill-obbligi tad-dritt marittimu internazzjonali li tingħata assistenza lill-persuni fil-periklu. F'dan ir-rigward, it-tagħmir u s-sistemi appoġġati mill-Istrument għandhom jenħtieġ li jintużaw sabiex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ li jistgħu jirriżultaw matul operazzjoni ta' sorveljanza fil-fruntieri fil-baħar, u b'hekk jikkontribwixxu biex jiġu żgurati l-protezzjoni u s-salvataġġ tal-ħajjiet tal-migranti. [Em. 28]

(32)

Barra mill-kooperazzjoni tal-Unjoni fir-rigward tal-funzjonijiet tal-gwardja tal-kosta bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta stabbilita bir-Regolament (UE) 2016/1624, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28) u l-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd stabbilita mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 (29), jenħtieġ li tinkiseb ukoll koerenza mtejba tal-attivitajiet fil-qasam marittimu fil-livell nazzjonali. Jenħtieġ li s-sinerġiji bejn id-diversi atturi fl-ambjent marittimu jkunu konformi mal-istrateġiji tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri Ewropej u tas-sigurtà marittima.

(33)

Biex isaħħaħ il-kumplimentarjetà il-komplementarjetà u jirrinforza l-konsistenza ta’ attivitajiet marittimi kif ukoll biex jevita d-duplikazzjoni ta’ sforzi u jtaffi r-restrizzjonijiet baġitarji f’qasam ta’ attivitajiet li jiswew il-flus bħad-dominju marittimu, jenħtieġ li l-Istrument jappoġġa operazzjonijiet marittimi ta’ karattru bi skopijiet multipli fejn l-għan ewlieni huwa s-sorveljanza fil-fruntieri iżda jistgħu jiġu segwiti wkoll għanijiet oħra marbuta magħha fl-istess ħin , bħall-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin . [Em. 29]

(34)

Jenħtieġ li L-għan ewlieni ta' dan l-istrument jenħtieġ li jkun li jappoġġa l-ġestjoni integrata tal-fruntieri fil-fruntieri esterni tal-Unjoni u li jappoġġa l-politika komuni dwar il-viżi. Madankollu, fil-limiti definiti u soġġett għas-salvagwardji xierqa, ċerti miżuri f’pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom jew b'rabta ma' pajjiżi terzi jistgħu jiġu appoġġati permezz tal-istrument. Dawk il-miżuri jenħtieġ li jiġu implimentati f’sinerġija u f’koerenza sħiħa ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni u jenħtieġ li jikkumplimentawhom jikkomplementawhom , appoġġati permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament esterni tal-Unjoni. B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ dawn l-azzjonijiet, jenħtieġ li titfittex koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi l-għanijiet ġenerali tal-azzjoni esterna u l-politika barranija tal-Unjoni relatata mal-pajjiż jew ir-reġjun ikkonċernati. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, l-Istrument se jimmira l-appoġġ biex isaħħaħ il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi u jirrinforza aspetti ewlenin tal-kapaċitajiet tagħhom ta’ sorveljanza fil-fruntieri u ġestjoni f’oqsma ta’ interess għall-politika tal-migrazzjoni tal-Unjoni u l-objettivi tas-sigurtà tal-Unjoni. [Em. 30]

(34a)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tagħti attenzjoni partikolari għall-evalwazzjoni ta' azzjonijiet u programmi relatati ma' pajjiżi terzi. [Em. 31]

(35)

Jenħtieġ li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jikkonċentra fuq attivitajiet fejn intervent mill-Unjoni jista’ jġib valur miżjud ikkumparat ma’ azzjonijiet mill-Istati Membri waħedhom. Billi l-Unjoni tinsab f’pożizzjoni aħjar mill-Istati Membri biex tipprovdi qafas li jesprimi solidarjetà tal-Unjoni fil-kontroll fil-ġestjoni tal-fruntieri, il-politika u l-politika komuni dwar il-viżi u l-ġestjoni ta’ flussi migratorji, u biex tipprovdi pjattaforma għall-iżvilupp ta’ sistemi komuni tal-IT li jirfdu dawk il-politiki, appoġġ finanzjarju pprovdut taħt dan ir-Regolament se jikkontribwixxi b’mod partikolari għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet nazzjonali u tal-Unjoni f’dawk l-oqsma. [Em. 32]

(36)

Stat Membru jista' jitqies li ma jikkonformax mal-acquis rilevanti tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-użu ta' appoġġ operazzjonali taħt dan l-Istrument, jekk ikun naqas milli jissodisfa l-obbligi tiegħu skont it-Trattati fil-qasam rilevanti fl-oqsma tal-ġestjoni tal-fruntieri u tal-viżi , jekk hemm riskju ċar ta' ksur serju tal-valuri tal-Unjoni mill-Istat Membru jew fl-implimentazzjoni tal-acquis dwar il-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi, jekk rapport ta' evalwazzjoni skont il-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ ta' Schengen identifika defiċjenzi fil-qasam rilevanti , jew jekk, meta kkoopera ma' pajjiż terz, l-Istat Membru ffinanzja jew wettaq azzjonijiet konġunti ma' dak il-pajjiż terz li wasslu għal ksur tad-drittijiet fundamentali rappurtat mill-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ . [Em. 33]

(37)

Jenħtieġ li l-Istrument jirrifletti l-bżonn għal iżjed flessibbiltà u simplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti f’termini ta’ prevedibbiltà, u jiżgura distribuzzjoni ġusta u trasparenti ta' riżorsi biex jintlaħqu l-għanijiet stipulati f'dan ir-Regolament . Dan jenħtieġ li jsib bilanċ bejn il-ħtieġa għall-prevedibbiltà fid-distribuzzjoni tal-finanzjament u l-ħtieġa għal żieda fil-flessibilità u fis-sempliċità tagħha. Sabiex tissodisfa r-rekwiżiti ta' trasparenza tal-fond, il-Kummissjoni Ewropea, f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, jenħtieġ li tippubblika informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-programmi annwali u multiannwali tal-mekkaniżmu tematiku. L-implimentazzjoni tal-Istrument jenħtieġ li tkun iggwidata mill-prinċipji tal-effiċjenza, l-effikaċja u l-kwalità tal-infiq. Barra minn hekk, l-implimentazzjoni tal-Istrument jenħtieġ li tkun kemm jista' jkun faċli għall-utent . [Em. 34]

(38)

Jenħtieġ li r-Regolament jistabbilixxi l-ammonti inizjali għall-programmi tal-Istati Membri kkalkolati fuq il-bażi ta’ kriterji stipulati fl-Anness I, li jirriflettu t-tul u l-livelli ta’ theddid impatt abbażi ta' data riċenti u storika f’sezzjonijiet ta’ fruntieri tal-art u tal-baħar, l-ammont ta’ xogħol fl-ajruporti u l-konsulati kif ukoll in-numru ta’ konsulati. [Em. 35]

(39)

Dawn l-ammonti inizjali se jifformaw bażi għall-investimenti ta’ terminu twil tal-Istati Membri. Biex jitqiesu bidliet fis-sitwazzjoni bażi, bħall-pressjoni fuq il-fruntiera esterna tal-UE u l-ammont ta’ xogħol fil-fruntieri esterni u l-konsulati, se jiġi allokat ammont addizjonali għall-Istati Membri f’nofs it-terminu u se jkun ibbażat fuq l-iżjed data statistika riċenti disponibbli kif stabbilit fil-gwida għat-tqassim filwaqt li jitqies l-istat tal-implimentazzjoni tal-programmi.

(39a)

Ir-rieżami ta' nofs it-terminu jenħtieġ li jintuża biex jivvaluta l-effikaċja u l-valur miżjud tal-Unjoni tal-programmi, isolvi l-problemi li jkunu tfaċċaw waqt l-ewwel fażi, u jipprovdi ħarsa ġenerali trasparenti tal-implimentazzjoni. [Em. 36]

(40)

Billi l-isfidi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi qegħdin dejjem jevolvu, hemm bżonn li l-allokazzjoni tal-fondi tiġi adattata għall-bidliet fil-fluss migratorji, pressjoni fil-fruntiera u theddid għas-sigurtà għal bidliet fil-prijoritajiet għall-politika dwar il-viżi l-ġestjoni tal-fruntieri, inkluż b'riżultat ta' pressjoni akbar fil-fruntiera , u l-fondi għandhom jiġu diretti lejn il-prijoritajiet bl-ogħla valur miżjud għall-Unjoni. Bħala risposta għal ħtiġijiet urġenti, bidliet fil-politika u prijoritajiet tal-Unjoni u sabiex il-fondi jiġu diretti lejn azzjonijiet b’livell għoli ta’ valur miżjud għall-UE, parti mill-finanzjament se tiġi allokata perjodikament għal azzjonijiet speċifiċi, azzjonijiet tal-Unjoni u assistenza ta’ emerġenza, permezz ta’ faċilità tematika. [Em. 37]

(41)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġu mħeġġa jużaw parti mill-allokazzjoni tal-programm tagħhom biex jiffinanzjaw l-azzjonijiet elenkati fl-Anness IV billi jibbenifikaw minn kontribuzzjoni ogħla mill-Unjoni.

(42)

Jenħtieġ li l-Istrument jikkontribwixxi , b'limiti definiti, għall-appoġġ ta’ spejjeż operazzjonali relatati mal-ġestjoni fil-fruntieri, il-politika komuni tal-viża u sistemi tal-IT fuq skala kbira u għaldaqstant jenħtieġ li jippermetti lill-Istati Membri jżommu kapaċitajiet li huma kruċjali għall-Unjoni b’mod sħiħ. Tali appoġġ jikkonsisti f’rimborż sħiħ ta’ għażla ta’ spejjeż speċifiċi relatati mal-għanijiet taħt l-Istrument u jenħtieġ li jifforma parti integrali mill-programmi tal-Istati Membri. [Em. 38]

(43)

Parti mir-riżorsi disponibbli permezz tal-Istrument jistgħu jiġu allokati wkoll għall-programmi tal-Istati Membri għall-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi minbarra l-allokazzjoni inizjali tagħhom. Jenħtieġ li dawn l-azzjonijiet speċifiċi jiġu identifikati bħala temi ta' prijorità fil-livell tal-Unjoni u jikkonċernaw azzjonijiet b'valur miżjud tal-Unjoni li jirrikjedu sforz kooperattiv fost l-Istati Membri jew azzjonijiet kooperattivi li huma neċessarji biex jiġu indirizzati żviluppi fl-Unjoni li jirrikjedu li jsir disponibbli finanzjament addizzjonali għal Stat Membru wieħed jew aktar, bħax-xiri ta' tagħmir tekniku permezz tal-programmi nazzjonali ta' Stati Membri li huwa meħtieġ mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta biex twettaq l-attivitajiet operazzjonali tagħha, il-modernizzazzjoni tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża, l-iżvilupp ta' sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-istabbiliment ta' interoperabbiltà bejn dawk is-sistemi. Dawn l-azzjonijiet speċifiċi se jiġu ddefiniti mill-Kummissjoni fil-programmi ta' ħidma tagħha li jenħtieġ li jiġu adottati permezz ta' att delegat . [Em. 39]

(44)

Sabiex jikkumplimenta l-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-politika ta’ dan l-Istrument fil-livell nazzjonali permezz tal-programmi tal-Istati Membri, jenħtieġ li l-Istrument jipprovdi wkoll appoġġ għal azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Jenħtieġ li dawn l-azzjonijiet jservu skopijiet strateġiċi globali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-intervent tal-Istrument li jirrelata ma’ analiżi tal-politika u innovazzjoni, tagħlim reċiproku transnazzjonali u sħubiji u l-ittestjar ta’ inizjattivi u azzjonijiet ġodda madwar l-Unjoni.

(45)

Sabiex tiġi msaħħa l-kapaċità tal-Unjoni li tindirizza b’mod immedjat pressjoni migratorja ħtiġijiet mhux imbassra jew li tkun sproporzjonata, urġenti u speċifiċi fil-każ ta' sitwazzjoni ta' emerġenza , b’mod partikolari f’dawk is-sezzjonijiet tal-fruntiera fejn il-livell tal-impatt ikun ġie identifikat skont ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (30) b’tali mod li jipperikola l-funzjonament taż-żona Schengen kollha, kif ukoll pressjoni fuq it-taqsimiet tal-viża ta’ konsulati tal-Istati Membri jew riskji lis-sigurtà fil-fruntieri, dan l-istrument jenħtieġ li jkun possibbli li tiġi pprovduta assistenza ta’ emerġenza b'mod eċċezzjonali jipprovdi assistenza finanzjarja bħala miżura tal-aħħar rimedju f’konformità mal-qafas stabbilit f’dan ir-Regolament. [Em. 40]

(45a)

Il-migrazzjoni u l-qsim tal-fruntieri esterni minn għadd kbir ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi jenħtieġ li, per se, ma jitqisux bħala theddida għall-ordni pubbliku jew għas-sigurtà interna u jenħtieġ li, per se, ma jwasslux għal assistenza ta' emerġenza taħt dan l-istrument. [Em. 41]

(46)

L-għan tal-politika ta’ dan l-istrument se jiġi indirizzat ukoll permezz tal-instrumenti finanzjarji u ta’ garanzija baġitarja permezz tal-parti(jiet) ta’ politika […] tal-Fond InvestEU. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b’mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar. [Em. 42]

(47)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-programm Ewropa Kreattiva li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-sens [tal-punt 17 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba] (31), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(48)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru …/… [Regolament Finanzjarju ġdid] (ir-“Regolament Finanzjarju”) (32) japplika għal dan l-Istrument. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist pubbliku, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji. Biex tkun żgurata koerenza fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni, ir-Regolament Finanzjarju jenħtieġ jiġi applikat għall-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b’ġestjoni diretta jew indiretta permezz tal-FSE+.

(49)

Għall-iskop tal-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża, jenħtieġ li l-Istrument jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti f’dan ir-Regolament, ir-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE) Nru …/… [CPR ġdid] strument li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet komuni għall-ġestjoni kondiviża . Fil-każ ta' dispożizzjonijiet kunfliġġenti, dan ir-Regolament jenħtieġ li jieħu preċedenza fuq id-dispożizzjonijiet komuni . [Em. 43]

(50)

Ir-Regolament (UE) Nru …/… [CPR] jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (Asylum and Migration Fund, AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (Internal Security Fund, ISF) u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (border management and visa instrument, BMVI) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (Integrated Border Management Fund, IBMF), u jistabbilixxi b’mod partikolari l-għanijiet ta’ politika u r-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-Unjoni implimentati b’ġestjoni kondiviża. Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-għanijiet tal-istrument għall-ġestjoni ta’ fruntieri u viża f’dan ir-Regolament, u li jiġu stipulati dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward ta’ attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati permezz ta’ dan l-istrument.

(51)

It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità tagħhom li jiksbu l-għanijiet speċifiċi tal-azzjonijiet u li jagħtu r-riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-kostijiet tal-kontrolli, il-piż amministrattiv u r-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Dan jenħtieġ li jinkludi konsiderazzjoni tal-użu ta’ ammonti f’daqqa, rati fissi u kostijiet unitarji, kif ukoll finanzjament mhux marbut ma’ kostijiet kif imsemmi fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(52)

Skont ir-Regolament (UE) Nru …/… [Regolament Finanzjarju ġdid] (33) , ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (34), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (35), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (36) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (37), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandhom jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi il-prevenzjoni inkluża l-prevenzjoni , l-identifikazzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi, l-irkupru ta’ fondi li jkunu ntilfu, imħallsa bi żball jew użati b’mod inkorrett u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) jista’ jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli verifiki u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista’ jinvestiga u jippreżenta każijiet ta’ frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi Fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-QEA) u tiżgura li kwalunkwe terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Ir-riżultati tal-investigazzjonijiet dwar irregolaritajiet jew frodi b'rabta mal-Istrument jenħtieġ li jkunu magħmula disponibbli lill-Parlament Ewropew. [Em. 44]

(53)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u b’mod partikolari jiddeterminaw il-proċedura għall-iffissar u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz ta’ għotjiet, akkwist, premjijiet u implimentazzjoni indiretta, filwaqt li jipprevedu t-twettiq ta’ verifiki rigward ir-responsabbiltà tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

(54)

Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (39), persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji extra-Ewropej (overseas countries and territories, OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u l-għanijiet tal-istrument u arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li miegħu huwa marbut il-pajjiż jew territorju extra-Ewropew.

(55)

Skont l-Artikolu 349 TFUE u f'konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE, li ġie approvata mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta' April 2018, l-Istati Membri rilevanti jenħtieġ li jiżguraw li l-programmi nazzjonali tagħhom jindirizzaw it-theddidiet emerġenti li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi , bħas-sorveljanza fil-fruntieri, influss sproporzjonat ta' persuni jew it-tħejjija għall-użu tas-sistemi tal-informazzjoni Ewropej . L-istrument jappoġġa dawn l-Istati Membri b'riżorsi adegwati biex jgħinu lir-reġjuni ultraperiferiċi kif xieraq fid-dawl ta' dawn l-ispeċifiċitajiet . [Em. 45]

(56)

Skont il-paragrafu 22 u l-paragrafu 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta' April 2016 (40), hemm il-ħtieġa li dan il-Programm jiġi evalwat fuq il-bażi ta' informazzjoni miġbura permezz ta' rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piżijiet amministrattivi, b'mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu - inklużi indikaturi kwalitattiva u kwantitattivi , bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Programm fil-prattika. Sabiex jitkejlu l-kisbiet tal-Istrument, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi komuni u miri relatati fir-rigward ta' kull għan speċifiku tal-Istrument. [Em. 46]

(57)

Filwaqt li jirrifletti dwar l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima skont l-impenji tal-Unjoni biex jimplimenta l-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, dan il-Programm se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjoni klimatika u għall-kisba ta’ mira kumplessiva ta’ 25 % ta’ nfiq tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi tal-klima. L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Programm, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti.

(58)

Permezz ta’ dawn l-indikaturi komuni u r-rapportar finanzjarju, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Istrument, skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru …/… [CPR] u dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta sommarju tar-rapporti ta' prestazzjoni annwali aċċettati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kull sena. Fuq talba , jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel it-test sħiħ tar-rapporti ta' prestazzjoni annwali disponibbli lill-Parlament Ewropew lill-Kunsill . [Em. 47]

(58a)

Huwa importanti li jiġu żgurati ġestjoni finanzjarja tajba u ċertezza tad-dritt matul il-perjodu ta' tranżizzjoni u matul l-implimentazzjoni tal-Istrument. Jenħtieġ li l-azzjonijiet imwettqa matul il-perjodu 2014-2020 ma jiġux interrotti matul it-tranżizzjoni. [Em. 48]

(59)

Biex jiġu ssupplimentati jew emendati dispożizzjonijiet f’dan ir-Regolament, is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti f’konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-lista ta’ azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla kif elenkata fl-Anness IV, l-appoġġ operazzjonali u sabiex jiġi żviluppat aktar il-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni komuni. Hu ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, anki fil-livell ta’ esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016 (41).

(60)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li jiġu konferiti setgħat ta’ implimentazzjoni fuq il-Kummissjoni. Jenħtieġ li dawk is-setgħat jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (42). Jenħtieġ li l-proċedura ta’ eżami tintuża għal atti ta' implimentazzjoni Il-proċedura konsultattiva jenħtieġ li jistabbilixxu obbligi komuni fuq l-Istati Membri, b’mod partikolari dwar l-għoti ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, u tintuża l-proċedura konsultattiva għall-adozzjoni ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jirrelataw mal-modalitajiet tal-għoti ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni fil-qafas tal-programmazzjoni u r-rapportar, minħabba n-natura purament teknika tagħhom. [Em. 49]

(61)

Jenħtieġ li l-parteċipazzjoni minn Stat Membru f’dan l-Istrument ma tikkoinċidix mal-parteċipazzjoni tiegħu fi strument finanzjarju temporanju tal-Unjoni li jappoġġa l-Istati Membri benefiċjarji biex jiffinanzjaw, fost oħrajn, azzjonijiet fi fruntieri esterni ġodda tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-acquis tas-Schengen fil-fruntieri u l-viżi u l-kontroll fil-fruntieri esterni.

(62)

Fir-rigward tal-Iżlanda u n-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tal-acquis ta’ Schengen skont il-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp tal-acquis ta’ Schengen (43) li jaqa’ fl-oqsma msemmija fl-Artikolu 1, Punti A u B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE (44).

(63)

Fir-rigward tal-Iżvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen skont il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (45)) li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, Punti A u B tad-Deċiżjoni 1999/437/KE kkunsidrat b’mod konġunt mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE (46).

(64)

Fir-rigward tal-Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fis-sens tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, mal-applikazzjoni u mal-iżvilupp tal-acquis (47) ta’ Schengen li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1, Punti A u B tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE li jinqraw flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE (48).

(65)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Billi dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka, f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, għandha tiddeċiedi jekk hijiex se timplimenta dan ir-Regolament fil-liġi nazzjonali tagħha fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar l-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(66)

Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li l-Irlanda ma tipparteċipax fih, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE (49). Għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih u lanqas ma hi soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(67)

Huwa xieraq li l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jiġi allinjat ma’ dak tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) …/… [Ir-Regolament tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali] (50),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri (“l-Istrument”) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (“il-Fond”) għall-perjodu bejn l-1 ta' Jannar 2021 u l-31 ta' Diċembru 2027 . [Em. 50]

2.   B’mod konġunt mar-Regolament (UE) …/… [Fond għat-Tagħmir ta’ Kontroll Doganali], li jistabbilixxi bħala parti mill-[Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri] (51) , l-Istrument għall-appoġġ finanzjarju għat-tagħmir ta’ kontroll doganali, dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond. [Em. 51]

3.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-għanijiet tal-Istrument , l-għanijiet speċifiċi u l-miżuri biex jiġu implimentati dawk l-għanijiet speċifiċi , il-baġit għall-perjodu 2021-2027, il-forom ta' finanzjament mill-Unjoni u r-regoli għall-għoti ta' tali finanzjament. [Em. 52]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, għandhom japplikaw dawn id-definizzjonijiet li ġejjin:

(1)

“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inklużi dawk fil-faċilitajiet ta’ taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkumbinaw forom ta’ appoġġ li mhux rimborżabbli u / jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni flimkien ma’ forom ta’ appoġġ rimborżabbli mingħand istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra tal-finanzi pubbliċi, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri; [Em. 53]

(2)

“punt ta’ qsim tal-fruntiera” tfisser kwalunkwe punt ta’ qsim awtorizzat mill-awtoritajiet kompetenti għall-qsim ta’ fruntieri esterni kif innotifikat skont l-Artikolu 2(8) tar-Regolament (UE) 2016/399 (52);

(3)

“Ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri” tfisser il-komponenti elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2016/1624;

(4)

“fruntieri esterni” tfisser il-fruntieri esterni kif speċifikat f'punt (2) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2016/399, il-fruntieri tal-Istati Membri: fruntieri tal-art, inklużi fruntieri ta' xmajjar u lagi, fruntieri tal-baħar kif ukoll l-ajruporti, portijiet fi xmajjar, portijiet tal-baħar u portijiet f'lagi tagħhom li għalihom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni dwar il-qsim ta' fruntieri esterni, inkluż dawk il-fruntieri interni li fihom għadhom ma tneħħewx il-kontrolli; [Em. 54]

(5)

“sezzjoni ta’ fruntiera esterna” tfisser il-fruntiera esterna tal-art jew tal-baħar kollha jew parti minnha ta’ Stat Membru kif iddefinita mir-Regolament (UE) Nru 1052/2013;

(6)

“żona hotspot” tfisser iż-żona hotspot definita fl-Artikolu 2(10) tar-Regolament (UE) 2016/1624;

(7)

“fruntieri interni li fihom għadhom ma tneħħewx il-kontrolli” tfisser:

(a)

il-fruntiera komuni bejn Stat Membru li jkun qed jimplimenta b’mod sħiħ l-acquis ta’ Schengen u Stat Membru marbut li japplika l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, f’konformità mal-Att tal-Adeżjoni tiegħu, iżda li għalih għadha ma daħlitx fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kunsill rilevanti li tawtorizzah japplika b’mod sħiħ dak l-acquis;

(b)

il-fruntiera komuni bejn żewġ Stati Membri li huma marbuta li japplikaw l-acquis ta’ Schengen b’mod sħiħ, f’konformità mal-Atti tal-Adeżjoni rispettivi tagħhom, iżda li għalihom għadha ma daħlitx fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kunsill rilevanti li tawtorizzahom japplikaw b’mod sħiħ dak l-acquis.

Artikolu 3

Għanijiet tal-istrument

1.   Bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri, jenħtieġ li l-għan tal-politika tal-istrument ikun li jiżgura ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri fil-fruntieri b’saħħitha u effettiva filwaqt li jissalvagwardja l-moviment ħieles tal-persuni fi ħdanha, b’konformità sħiħa mal-impenji mal-acquis tal-Unjoni dwar id-drittijiet fundamentali u b’hekk jikkontribwixxi biex jassigura livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni. u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni tal-Istati Membri tagħha li jirriżultaw mill-istrumenti internazzjonali li huma firmatarji tagħhom . [Em. 55]

2.   Fl-għan tal-politika stabbilit f’paragrafu 1, l-Istrument għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

jappoġġa ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri effettiva fuq il-fruntieri esterni li implimentati mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala responsabbiltà kondiviża bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u tal-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, biex jiffaċilita qsim leġittimu tal-fruntieri, jipprevjeni u jidentifika l-immigrazzjoni illegali irregolari u l-kriminalità transfruntiera u biex jiġġestixxi effettivament il-flussi migratorji; [Em. 56]

(b)

jappoġġa l-politika komuni dwar il-viżi biex ikun żgurat approċċ aktar armonizzat fost l-Istati Membri fir-rigward tal-ħruġ ta' viżi u biex jiffaċilita l-ivvjaġġar leġittimu u jipprevjeni riskji migratorji jimmitiga r-riskji tas-sigurtà. [Em. 57]

3.   Fl-għanijiet speċifiċi stabbiliti f’paragrafu 2, l-istrument għandu jiġi implimentat permezz tal-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II.

Artikolu 3a

Nondiskriminazzjoni u rispett għad-drittijiet fundamentali

L-istrument għandu jiġi implimentat f'konformità sħiħa mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fl-acquis tal-Unjoni, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari billi tiġi żgurata konformità mal-prinċipji ta' nondiskriminazzjoni u non-refoulement. [Em. 58]

Artikolu 4

Kamp ta' applikazzjoni tas-sostenn

1.   Fl-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 uF’konformità mal-implimentazzjoni tal-miżuri elenkati fl-Anness II, l-istrument għandu jappoġġa l-azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-ilħuq tal-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u b’mod partikolari l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III.

2.   Biex jilħaq l-objettivi ta’ dan ir-Regolament l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 , l-istrument jista’ jappoġġa azzjonijiet f’konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni , f'każijiet eċċezzjonali, b'limiti definiti, u soġġett għas-salvagwardji xierqa, jappoġġa azzjonijiet kif imsemmija fl-Anness III fir-rigward ta’ pajjiżi terzi u fihom, fejn xieraq, jew b'rabta ma' pajjiżi terzi , skont l-Artikolu 5. [Em. 60]

2a.     L-ammont totali ta' finanzjament biex jiġu appoġġati azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta ma' pajjiżi terzi taħt il-faċilità tematika skont l-Artikolu 8 m'għandux jaqbeż l-4 % tal-ammont totali allokat għall-faċilità tematika skont l-Artikolu 7(2)(b). [Em. 61]

2b.     L-ammont totali ta' finanzjament biex jiġu appoġġati azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta ma' pajjiżi terzi taħt il-programmi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 12 m'għandux jaqbeż, għal kull Stat Membru, l-4 % tal-ammont totali allokat għal dak l-Istat Membru skont l-Artikolu 7(2)(a), l-Artikolu 10(1) u l-Anness I. [Em. 62]

3.   L-ispejjeż li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli:

(a)

l-azzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) fl-Anness III f’dawk il-fruntieri interni li fihom għadhom ma tneħħewx il-kontrolli;

(b)

l-azzjonijiet relatati mal-introduzzjoni mill-ġdid temporanja jew eċċezzjonali ta’ kontroll fil-fruntieri fi fruntieri interni kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2016/399;

(c)

fir-rigward tal-kontroll tal-merkanzija:

(1)

azzjonijiet li l-għan esklussiv jew l-effett tagħhom huwa l-kontroll tal-merkanzija;

(2)

tagħmir, mezzi tat-trasport esklużi, li wieħed mill-għanijiet tiegħu huwa l-kontroll tal-merkanzija;

(3)

azzjonijiet oħra taħt dan ir-Regolament li l-għan primarju jew l-effett tagħhom huwa l-kontroll tal-merkanzija.

Meta tinqala’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, kif imsemmi fl-Artikolu 23, azzjonijiet mhux eliġibbli msemmija f’dan il-paragrafu jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli. [Em. 63]

Artikolu 5

Entitajiet eliġibbli

1.   L-ispejjeż ammissibbli jistgħu jirrigwardaw:

(a)

l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġejjin::

(i)

Stat Membru jew pajjiż jew territorju extra-Ewropew marbut miegħu;

(ii)

pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati hemmhekk , soġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet kollha li jsiru f'pajjiż terz jew b'rabta ma' dak il-pajjiż terz jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri . [Em. 64]

(b)

kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali.

2.   Il-persuni fiżiċi mhumiex eliġibbli.

3.   L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari , u fejn dan ikun f'konformità sħiħa mal-acquis tal-Unjoni u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea . [Em. 65]

4.   L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f'konsorzji ta' mill-inqas tliet żewġ entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew f'pajjiżi jew territorji extra-Ewropej marbuta ma' dawk l-istati jew ma' pajjiżi terzi, huma eliġibbli. huma eliġibbli. L-Artikolu 6(3) japplika meta l-organizzazzjonijiet internazzjonali li jipparteċipaw f'konsorzju jkunu stabbiliti f'pajjiż terz. [Em. 66]

KAPITOLU II

QAFAS FINANZJARJU U QAFAS TA’ IMPLIMENTAZZJONI

TAQSIMA 1

PROVVEDIMENTI KOMUNI

Artikolu 6

Prinċipji ġenerali

1.   L-appoġġ ipprovdut b'dan ir-Regolament se għandu jikkomplementa interventi nazzjonali, reġjonali u lokali, u se għandu jiffoka fuq li jġib valur miżjud tal-Unjoni għall-għanijiet ta' dan ir-Regolament. [Em. 67]

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ ipprovdut b’dan ir-Regolament u mill-Istati Membri huwa konsistenti mal-attivitajiet, politiki u prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni u kumplimentarji għal strumenti oħra tal-Unjoni.

3.   L-Istrument għandu jiġi implimentat f’ġestjoni kondiviża, diretta jew indiretta skont l-Artikoli 62 (1)(a), (b) u (c) tar-Regolament Finanzjarju.

3b.     Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jikkooperaw fl-implimentazzjoni tal-Istrument. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi helpdesk u punt ta' kuntatt biex jipprovdu appoġġ lill-Istati Membri u jikkontribwixxu għall-allokazzjoni effettiva tal-finanzjament. [Em. 68]

Artikolu 7

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Programm tal-Istrument għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun EUR 8 018 000 000 7 087 760 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR8 018 000  000 fi prezzijiet attwali). [Em. 69]

2.   Ir-riżorsi globali għandhom jintużaw kif ġej:

(a)

EUR 4  252 833 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 4  811 000 000se fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża, li minnhom EUR 157 138 962 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 157  200 000 fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-Iskema ta' Tranżitu Speċjali kif imsemmi fl-Artikolu 16, implimentati b'ġestjoni kondiviża; [Em. 70]

(b)

EUR  2 834 927 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR  3 207 000 000 fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika. [Em. 71]

3.   Għandhom jiġu allokati sa 0,52 % tal-pakkett finanzjarju għal għajnuna teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-istrument.

4.   Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni tagħhom, jenħtieġ li jsiru ftehimiet sabiex jispeċifikaw in-natura u l-modalitajiet tal-parteċipazzjoni mill-pajjiżi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen. Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji minn dawk il-pajjiżi għandhom jiżdiedu mar-riżorsi globali disponibbli mill-baġit tal-Unjoni msemmi fil-paragrafu 1.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-faċilità tematika

1.   Il-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 7(2)(b) għandu jiġi allokat b’mod flessibbli permezz tal-faċilità tematika bl-użu ta’ ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta kif stabbiliti fi programmi ta’ ħidma. Finanzjament mill-faċilità tematika għandu jintuża għall-komponenti tiegħu:

(a)

azzjonijiet speċifiċi;

(b)

azzjonijiet tal-Unjoni u

(c)

assistenza ta’ emerġenza.

Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni għandha tiġi appoġġata wkoll mill-pakkett finanzjarju għall-faċilità tematika.

2.   Finanzjament mill-faċilità tematika għandha tindirizza prijoritajiet b’valur miżjud għoli għall-Unjoni jew tintuża b’reazzjoni għal ħtiġijiet urġenti, f’konformità mal-prijoritajiet miftehma tal-Unjoni kif deskritt fl-Anness II jew miżuri ta' appoġġ f'konformità mal-Artikolu 20. Għat-tħejjija tal-programmi ta' ħidma, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw lis-sħab fil-livell tal-Unjoni, inkluża s-soċjetà ċivili . [Em. 72]

2a.     Minimu ta' 20 % tal-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jiġi allokat għall-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b). [Em. 73]

3.   Meta jingħata finanzjament mill-faċilità tematika f'ġestjoni diretta jew indiretta lill-Istati Membri, għandu jiġi żgurat li l-proġetti magħżula mhumiex affettwati minn l-ebda finanzjament m'għandu jkun disponibbli għall-proġetti fejn teżisti evidenza li l-legalità ta' dawk il-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità ta' dak il-finanzjament, jew il-prestazzjoni ta’ dawk il-proġetti, ikun tqajjem dubju dwarhom bħala riżultat ta' opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti tat-TFUE . [Em. 74]

4.   Meta jingħata finanzjament mill-faċilità tematika jkun implimentat f'ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni għandha, għall-fini tal-Artikolu 18 u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru [CPR], tivvaluta jekk l-azzjonijiet previsti humiex affettwati minn sabiex jiġi żgurat li l-ebda finanzjament ma jkun disponibbli għall-proġetti fejn teżisti evidenza li l-legalità ta' dawk il-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità ta' dawk il-proġetti, jew il-prestazzjoni ta' dawk il-proġetti, jitqajjem dubju dwarhom bħala riżultat ta' opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti tat-TFUE . [Em. 75]

4a.     Meta l-finanzjament mill-faċilità tematika jingħata b'ġestjoni diretta jew indiretta, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk l-azzjonijiet previsti jkunux affettwati minn defiċjenza ġeneralizzata fir-rigward tal-istat tad-dritt fi Stat Membru li tolqot jew tissogra li tolqot il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja soda jew il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'mod li jqiegħed f'sogru l-legalità u r-regolarità tal-infiq jew il-prestazzjoni tal-proġetti. [Em. 76]

5.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali li jkun disponibbli għall-faċilità tematika taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni.

6.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta deċiżjonijiet atti delegati skont l-Artikolu 29 biex tistabbilixxi programmi ta' finanzjament ħidma kif imsemmija fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju għall-faċilità tematika, li jiddefinixxu t-temi l-għanijiet u l-azzjonijiet li se għandhom jiġu appoġġati u jispeċifikaw l-ammonti għall għal kull wieħed mill-komponenti tagħhom, kif imsemmi fil-paragrafu 1. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta' taħlit. [Em. 77]

7.   B’segwitu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta' programm ta’ finanzjament ħidma kif imsemmi f’paragrafu 3 fil-paragrafu 6 , il-Kummissjoni tista’ temenda l-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża skontu. [Em. 78]

8.   Dawn id-deċiżjonijiet il-programmi ta’ finanzjament ħidma jistgħu jkunu annwali jew multiannwali u jistgħu jkopru wieħed jew aktar mill-komponenti tal-faċilità tematika. [Em. 79]

TAQSIMA 2

APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI B’ĠESTJONI KONDIVIŻA

Artikolu 9

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din it-taqsima tapplika għall-parti tal-pakkett finanzjarju msemmija fl-Artikolu 7(2)(a) u r-riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża skont id-deċiżjoni il-programmi ta' ħidma tal-Kummissjoni għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8. [Em. 80]

2.   L-appoġġ f'din it-taqsima għandu jiġi implimentat b'ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE) Nru …/… [CPR].

Artikolu 10

Riżorsi baġitarji

1.   Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 7(2)(a) għandhom jiġu allokati għall-programmi nazzjonali implimentati mill-Istati Membri b'ġestjoni kondiviża (“il-programmi”) b’mod indikattiv kif ġej:

(a)

EUR  3 543 880 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR  4 009 000 000 fi prezzijiet attwali) lill-Istati Membri skont il-kriterji fl-Anness I; [Em. 81]

(b)

EUR  708 953 000 fi prezzijiet tal-2018 (EUR  802 000 000 fi prezzijiet attwali) lill-Istati Membri għall-aġġustament tal-allokazzjonijiet għall-programmi kif imsemmi fl-Artikolu 13(1). [Em. 82]

2.   Fejn l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1(b) mhuwiex allokat, l-ammont li jifdal jista’ jiżdied mal-ammont imsemmi fl-Artikolu 7(2)(b).

Artikolu 11

Rati ta’ kofinanzjament

1.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma tistax taqbeż il-75 il-85 % tat-total tan-nefqa eliġibbli ta' proġett minn Stati Membri li d-dħul nazzjonali gross per capita tagħhom ikun inqas minn 90 % tal-medja tal-Unjoni u 75 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għal Stati Membri oħra . [Em. 83]

2.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għal proġetti implimentati taħt azzjonijiet speċifiċi u prijoritajiet strateġiċi tal-Unjoni.

3.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % tan-nefqa totali eliġibbli għal azzjonijiet elenkati fl-Anness IV.

4.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tat-total tan-nefqa eliġibbli għal appoġġ operattiva, inkluż għall-Iskema ta’ Tranżitu Speċjali.

5.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli għal assistenza ta’ emerġenza.

6.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm għandha tagħti rata fissa ta’ kofinanzjament u ammont massimu fiss ta’ appoġġ minn dan l-Istrument għat-tipi ta’ azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5.

7.   Għal kull għan speċifiku, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għan speċifiku hix se tiġi applikata għal:

(a)

kontribuzzjoni totali, inklużi kontribuzzjoni pubblika u privata, jew

(b)

il-kontribuzzjoni pubblika biss.

Artikolu 12

Programmi

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-prijoritajiet indirizzati fil-programm tiegħu nazzjonali huma konsistenti mal-prijoritajiet tal-Unjoni u jirrispondu għall-isfidi fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi, u li huma kompletament konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni , kif ukoll mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-istrumenti internazzjonali li huma firmatarji tagħhom . Meta jiddefinixxu l-prijoritajiet tal-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ implimentazzjoni kif stabbiliti fl-Anness II huma indirizzati b’mod adegwat. [Em. 84]

1a.     F'dan ir-rigward, l-Istati Membri għandhom jallokaw minimu ta' 20 % mill-finanzjament allokat għall-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b). [Em. 85]

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura , fejn xieraq, li l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, u fejn xieraq, eu-LISA , l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, kwalunkwe aġenzija oħra rilevanti tal-Unjoni huma assoċjati mal-proċess tal-iżvilupp tal-programmi tal-Istati Membri fi stadju bikri, sakemm jaqa' taħt il-kompetenzi tal-Aġenziji. [Em. 86]

3.   Għandha Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta dwar l-abbozzi tal-programmi b’enfasi speċifika fuq l-attivitajiet inklużi taħt appoġġ operazzjonali skont l-Artikolu 3(2)(b) biex jiġu żgurati l-konsistenza u l-kumplimentarjetà tal-azzjonijiet tal-Aġenzija u dawk tal-Istati Membri rigward il-ġestjoni tal-fruntieri kif ukoll biex jiġi evitat finanzjament doppju u tinkiseb il-kosteffiċjenza. [Em. 87]

3a.     Il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-eu-LISA dwar l-abbozzi tal-programmi b'enfasi speċifika fuq l-attivitajiet inklużi taħt appoġġ tekniku skont l-Artikolu 3(2)(b) biex jiġu żgurati l-konsistenza u l-komplementarjetà tal-azzjonijiet tal-eu-LISA u dawk tal-Istati Membri. [Em. 88]

4.   Il-Kummissjoni tista’ tassoċja , fejn xieraq, l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, u fejn xieraq, l-eu-LISA, l-eu-LISA, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali , u kwalunkwe aġenzija oħra rilevanti ma’ kompiti ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni kif imsemmi fit-Taqsima 5, b’mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-istrument ikunu konformi mal-acquis tal-Unjoni u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni. [Em. 89]

5.   Wara l-adozzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament f’konformità mar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013, u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa fil-qafas tat-twettiq ta’ valutazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1624, l-Istat Membru kkonċernat għandu jeżamina, flimkien mal-Kummissjoni, l-approċċ l-iżjed xieraq biex jiġu indirizzati dawn ir-rakkomandazzjonijiet bl-appoġġ ta’ dan l-istrument.

6.   Il-Kummissjoni għandha tassoċja, fejn rilevanti, lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta , lill-eu-LISA, lill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali u lil kwalunkwe aġenzija jew korp ieħor rilevanti mal-proċess ta’ eżami dwar l-approċċ l-iżjed xieraq biex jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet bl-appoġġ ta’ dan l-Istrument. [Em. 90]

7.   Meta jkun qed jiġi implimentat il-paragrafu 5, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti prijorità lill-implimentazzjoni ta’ miżuri li jindirizzaw kwalunkwe defiċjenza identifikata, speċjalment miżuri li jindirizzaw defiċjenzi gravi u valutazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ konformità, fil-programm tiegħu.

8.   Fejn hu meħtieġ, il-programm inkwistjoni għandu jiġi emendat biex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 u l-progress li sar biex jintlaħqu l-istadji importanti u l-miri kif ivvalutat fir-rapporti ta' prestazzjoni annwali kif imsemmi fl-Artikolu 27(2)(a) . Skont l-impatt finanzjarju tal-aġġustament, il-programm rivedut jistgħu jiġu approvati għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni. [Em. 91]

9.   F’kooperazzjoni u konsultazzjoni mal-Kummissjoni u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f’konformità mal-kompetenzi tal-Aġenzija, l-Istat Membru kkonċernat jista’ jirrialloka riżorsi taħt il-programm tiegħu, inklużi dawk ipprogrammati għal appoġġ operazzjonali, bl-għan li jiġu indirizzati r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji.

10.   Sabiex tiġi żgurata l-konsistenza mal-istrumenti ta’ finanzjament estern tal-Unjoni, kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġetti ma’ pajjiż terz jew fih bl-appoġġ tal-Istrument, Qabel ma Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġetti ma' pajjiż terz, f'pajjiż terz jew b'rabta ma' pajjiż terz bl-appoġġ tal-Istrument, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-azzjonijiet kollha proposti minn dak il-pajjiż terz, fil-pajjiż terz jew b'rabta mal-pajjiż terz jikkonformaw mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u ta' dak l-Istat Membru, u li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji mħaddna fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta lill-Kummissjoni qabel il-bidu tal-proġett , fosthom dwar l-iżgurar li l-kundizzjonijiet ta' hawn fuq ikunu ġew issodisfati . [Em. 92]

11.   Kull meta Stat Membru jiddeċiedi eċċezzjonalment li jimplimenta azzjonijiet ma' pajjiż terz , f'pajjiż terz jew fih, b'rabta ma' pajjiż terz bl-appoġġ tal-Istrument li jirrelata jkunu relatati ma' monitoraġġ, detezzjoni, identifikazzjoni, intraċċar, prevenzjoni u interċezzjoni ta' dħul mhux awtorizzat għall-iskop tad-detezzjoni, prevenzjoni u sforzi kontra l-immigrazzjoni illegali irregolari u l-kriminalità transfruntiera, jew għall-iskop tal-kontribuzzjoni lejn il-protezzjoni u salvataġġ ta' ħajjiet ta' migranti, l-Istat Membru kkonċernat għandu jiżgura li jkun innotifika lill-Kummissjoni bi kwalunkwe ftehim ta' kooperazzjoni bilaterali jew multilaterali ma' dak il-pajjiż terz skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) Nru 1052/2013. L-Istati Membri għandhom jiżguraw ir-rispett sħiħ tal-prinċipju ta' non-refoulement, inkluż fl-azzjonijiet li jitwettqu fl-ibħra miftuħa. [Em. 93]

11a.     Malli Stat Membru jiddeċiedi li jibda proġetti ma' pajjiż terz, f'pajjiż terz jew b'rabta ma' pajjiż terz taħt dan l-istrument, l-Istat Membru għandu jinforma lill-organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw is-sħab fil-livell nazzjonali u lill-membri tal-Bord tat-Tmexxija fi żmien għaxart ijiem. [Em. 94]

12.   Fir-rigward ta' tagħmir operazzjonali, inkluż mezzi tat-trasport, u sistemi ta' komunikazzjoni meħtieġa għal kontroll fil-fruntieri effettiv u sigur , u operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ, mixtrija bl-appoġġ ta' dan l-Istrument, għandu japplika dan li ġej: [Em. 95]

(a)

Qabel it-tnedija tal-proċeduri ta’ xiri biex jinxtara tagħmir operazzjonali, inklużi mezzi tat-trasport, u sistemi ta’ komunikazzjoni bl-appoġġ tal-Istrument, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dan it-tagħmir jikkonforma mal-istandards stabbiliti mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, fejn jeżistu dawn l-istandards, u għandhom jivverifikaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta bl-għan li tiġi żgurata l-interoperabbiltà tal-assi użati mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta;

(b)

It-tagħmir operazzjonali fuq skala kbira kollu, bħal mezzi tat-trasport bl-ajru u bil-baħar, mixtri mill-Istati Membri għandu jiġi rreġistrat fil-ġabra ta’ tagħmir tekniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta bil-għan li dawn l-assi jkunu disponibbli skont l-Artikolu 39(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624.

(c)

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jixtru oġġetti għal operazzjonijiet marittimi bi skopijiet multipli sakemm, meta operati mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, dawn l-oġġetti jkunu involuti f’operazzjonijiet ta’ sorveljanza fil-fruntieri tal-anqas 60 % tal-perjodu totali tal-użu għal skopijiet nazzjonali fi żmien sena. Dawn l-oġġetti għandhom jiġu rreġistrati fil-ġabra ta’ tagħmir tekniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta bil-għan li dawn l-assi jkunu disponibbli skont l-Artikolu 39(8) tar-Regolament (UE) 2016/1624;

(d)

Sabiex jiġi appoġġat l-ippjanar tal-iżvilupp tal-kapaċità koerenti għall-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-użu possibbli ta’ akkwist raggruppat, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-ippjanar pluriennali disponibbli għat-tagħmir li huwa mistenni li jinxtara permezz tal-Istrument lill-Kummissjoni bħala parti mir-rapportar dwar l-implimentazzjoni skont l-Artikolu 27. Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti din l-informazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

Fejn l-Istati Membri jkunu qed jimplimentaw azzjonijiet relatati mas-sorveljanza tal-fruntieri marittimi fl-ambitu ta' dan l-istrument, huma għandhom jagħtu attenzjoni partikolari lill-obbligi internazzjonali tagħhom fil-qasam tat-tiftix u s-salvataġġ fuq il-baħar u għandhom id-dritt, għal dak l-għan, li jużaw it-tagħmir u s-sistemi msemmija fil-punti (a) sa (d) ta' dan il-paragrafu. [Em. 96]

13.   It-taħriġ fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri mwettaq bl-appoġġ ta’ dan l-Istrument għandu jkun ibbażat fuq l-istandards Ewropej armonizzati u ta’ kwalità garantita rilevanti tal-edukazzjoni u t-taħriġ komuni għall-gwardja tal-fruntiera u tal-kosta , u fuq id-dritt tal-Unjoni u l-liġi internazzjonali rilevanti, inkluż fir-rigward tad-drittijiet fundamentali, l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali u d-dritt marittimu rilevanti . [Em. 97]

14.   L-Istati Membri għandhom jimmiraw li jwettqu b’mod partikolari l-azzjonijiet elenkati fl-Anness IV. Biex tindirizza ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti jew biex tiżgura l-implimentazzjoni ta’ finanzjament, il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex temenda l-Anness IV.

15.   Il-programmazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 17(5) tar-Regolament (UE) Nru …/… [CPR] għandha tkun ibbażata fuq it-tipi Kull programm għandu jistabbilixxi t-tipi ta' intervent għall kull objettiv speċifiku f'konformità mat-Tabella 1 tal-Anness VI u tqassim indikattiv tar-riżorsi pprogrammati skont it-tip ta’ intervent stabbiliti fit-Tabella 1 tal-Anness VI jew il-qasam ta' appoġġ . [Em. 98]

Artikolu 13

Rieżami ta’ nofs it-terminu

-1.     Il-programmi għandhom ikunu soġġetti għal rieżami u evalwazzjoni ta' nofs it-terminu f'konformità mal-Artikolu 26. [Em. 99]

1.   Fl-2024 Sal-aħħar tal-2024, u wara li tinforma l-Parlament Ewropew , il-Kummissjoni għandha talloka l-ammont addizzjonali msemmija fl-Artikolu 10(1)(b) għall-programmi tal-Istati Membri kkonċernati skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 1(c) tal-paragrafi u fil-paragrafi 2 sa 11 tal-Anness I, u fihom. L-allokazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-aħħar data statistika disponibbli għall-kriterji msemmija fil-paragrafu 1(c) u fil-paragrafi 2 sa 11 tal-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv għall-perjodu mis-sena kalendarja 2025. [Em. 100]

2.   F’każ li tal-anqas 10 30 % tal-allokazzjoni inizjali ta’ programm imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a) ma jkunu ġew koperti minn applikazzjonijiet għal dividend interim ippreżentat skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) Nru …/… [CPR], l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun eliġibli li jirċievi allokazzjoni addizzjonali għall-programm tiegħu msemmi fil-paragrafu 1. [Em. 101]

2a.     Il-paragrafu 2 japplika biss jekk il-qafas regolatorju rilevanti u l-atti relatati jkunu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022. [Em. 102]

3.   L-allokazzjoni tal-fondi mill-faċilità tematika mill-2025 għandha tqis, fejn xieraq, il-progress li sar fil-kisba tal-miri tal-qafas ta' prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru …/… [CPR]n-nuqqas n-nuqqasijiet identifikati tal-implimentazzjoni. [Em. 103]

Artikolu 14

Azzjonijiet speċifiċi

1.   “azzjoni speċifika” tfisser proġett transnazzjonali jew nazzjonali li jagħti lill-Unjoni valur miżjud konformi mal-għanijiet ta' dan ir-Regolament li għalih Stat Membru wieħed, diversi Stati Membri jew l-Istati Membri kollha jirċievu allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tagħhom. [Em. 104]

2.   L-Istati Membri jistgħu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont l-Artikolu 10(1), jirċievu finanzjament għal azzjonijiet speċifiċi, sakemm konsegwentement dan jiġi indikat li huwa hekk fil-programm u jintuża biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

3.   Dan il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm ħlief f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ emenda tal-programm.

Artikolu 15

Appoġġ operazzjonali

1.   L-appoġġ operattiv huwa parti mill-allokazzjoni ta’ Stat Membru li jista’ jintuża bħala appoġġ għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq tal-kompiti u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni.

2.   Stat Membru jista’ juża sa 30 % tal-ammont allokat għall-programm tiegħu permezz tal-Istrument biex jiffinanzja appoġġ operazzjonali lill-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mill-kompiti u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni.

3.   Stati Membri li jużaw appoġġ operazzjonali għandhom ikunu konformi mal-acquis tal-Unjoni dwar il-fruntieri u l-viżi. [Em. 105]

4.   L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw l-użu ta’ appoġġ operazzjonali biex jinkisbu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament fil-programm u fir-rapporti annwali ta’ prestazzjoni kif imsemmija fl-Artikolu 27. Qabel l-approvazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni għandha, wara konsultazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta rigward il-kompetenzi tal-Aġenzija skont l-Artikolu 12(3), tivvaluta s-sitwazzjoni bażi fl-Istati Membri li indikaw l-intenzjoni tagħhom li jużaw appoġġ operazzjonali, waqt li tqis l-informazzjoni pprovduta minn dawk l-Istati Membri u, fejn rilevanti, l-informazzjoni disponibbli fid-dawl ta’ evalwazzjonijiet ta’ Schengen u valutazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà, inklużi r-rakkomandazzjonijiet li jsegwu evalwazzjonijiet ta’ Schengen u valutazzjonijiet ta’ vulnerabbiltà.

5.   Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4(3)(c), l-appoġġ operattiv għandu jkun iffokat fuq kompiti u servizzi speċifiċi azzjonijiet eliġibbli kif stipulat fl-Anness VII. [Em. 106]

6.   Sabiex jiġu indirizzati ċirkostanzi mhux imbassra jew ġodda jew biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex temenda l-kompiti u servizzi speċifiċi l-azzjonijiet eliġibbli fl-Anness VII. [Em. 107]

Artikolu 16

Appoġġ operattiv għall-Iskema ta’ Tranżitu Speċjali

1.   Dan l-istrument għandu jipprovdi appoġġ biex jikkumpensa għall-ħlasijiet mitlufa mill-viżi maħruġa għall-fini tal-ispejjeż tat-transitu u addizzjonali li jkunu saru fl-implimentazzjoni tal-iskema tad-Dokument ta’ Tranżitu Faċilitat (facilitated transit document, FTD) u d-Dokument ta’ Tranżitu Ferrovjarju Faċilitat (facilitated rail transit document, FRTD) skont ir-Regolament (KE) Nru 693/2003 u Regolament (KE) Nru 694/2003.

2.   Ir-riżorsi allokati lil-Litwanja għall-Iskema ta’ Tranżitu Speċjali skont l-Artikolu 7(2)(a) se jkunu disponibbli bħala appoġġ operazzjonali addizzjonali għal-Litwanja, skont l-azzjonijiet eliġibbli għal appoġġ operazzjonali fil-programm, kif imsemmi fl-Anness VII.

3.   Permezz ta’ deroga mill-Artikolu 15(2), il-Litwanja tista’ tuża l-ammont allokat lilha b’konformità mal-Artikolu 7(2)(a) biex tiffinanzja l-appoġġ operattiv minbarra l-ammont definit fl-Artikolu 15(2).

4.   Il-Kummissjoni u l-Litwanja għandhom jevalwaw l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu f’każ ta’ bidliet li għandhom impatt fuq l-eżistenza jew il-funzjonament tal-Iskema ta’ Tranżitu Speċjali.

TAQSIMA 3

APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI B’ĠESTJONI DIRETTA U INDIRETTA

Artikolu 17

Kamp ta’ applikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha timplimenta dawn ir-riżorsi direttament skont il-punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont il-punt (c) ta' dan l-Artikolu.

Artikolu 18

Azzjonijiet tal-Unjoni

1.   Azzjonijiet tal-Unjoni huma proġetti transnazzjonali jew proġetti ta’ interess partikolari għall-Unjoni, f’konformità mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   Bl-inizjattiva tal-Kummissjoni, l-Istrument jista’ jintuża biex jiffinanzja azzjonijiet tal-Unjoni rigward l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament kif imsemmija fl-Artikolu 3 u skont l-Annessi II u III.

3.   Azzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jipprovdu finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stipulati fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premji u akkwist pubbliku. Jista' jipprovdi wkoll finanzjament fil-forma ta' strumenti finanzjarji f'operazzjonijiet ta' taħlit.

4.   Għotjiet implimentati taħt ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-[Titolu VIII] tar-Regolament Finanzjarju.

5.   Il-kumitat ta’ evalwazzjoni jista’ jkun magħmul minn esperti esterni.

6.   Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri, u skont ir-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti. Għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fl-[Artikolu X] tar-Regolament (UE) Nru …/… [is-suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] .

Artikolu 19

Operazzjonijiet ta’ taħlit

L-operazzjonijiet ta’ taħlit skont dan l-istrument għandhom jiġu implimentati b'konformità mar-[Regolament InvestUE] u t-[Titolu X] tar-Regolament Finanzjarju. [Em. 108]

Artikolu 20

Assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni

L-istrument jista' jappoġġa miżuri ta' assistenza teknika implimentati bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha. Dawn il-miżuri , jiġifieri miżuri preparatorji, ta' monitoraġġ, ta' superviżjoni, ta' awditjar, ta' evalwazzjoni u l-azzjonjiet amministrattivi u ta' assistenza teknika kollha neċessarji għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u, fejn ikun xieraq, mal-pajjiżi terzi, jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta' 100 %. [Em. 109]

Artikolu 21

Awditi

L-awditi dwar l-użu tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew entitajiet, inkluż minn oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-Istituzzjonijiet jew il-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 22

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b'mod partikolari meta għandhom jippromwovu l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom billi jipprovdu informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata sinifikattiva lil diversi udjenzi, inklużi rilevanti, inklużi lill-midja u lill-pubbliku fil-lingwi rilevanti. Sabiex tiġi żgurata l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jirriferu għall-oriġini tiegħu meta jikkomunikaw dwar l-azzjoni. Għal dan il-għan, ir-riċevituri għandhom jiżguraw li l-komunikazzjonijiet kollha lill-midja u lill-pubbliku juru l-emblema tal-Unjoni, u jsemmu espliċitament l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni . [Em. 110]

2.   Il-Kummissjoni Sabiex tintlaħaq l-akbar udjenza possibbli, il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u ta’ komunikazzjoni relatati mal-Programm, u mal-implimentazzjoni ta' dan l-istrument, l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-programmi annwali u pluriennali tal-faċilità tematika. Il-Kummissjoni għandha tippubblika wkoll il-lista ta' operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ taħt il-faċilità tematika fuq sit web disponibbli għall-pubbliku u għandha taġġorna dik il-lista mill-inqas darba kull tliet xhur. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Programm għal dan l-istrument għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, sakemm dawn ikunu relatati mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tista' tippromwovi l-aħjar prattiki u tiskambja informazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrument. [Em. 111]

2a.     Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fil-pagarafu 2 f'formati miftuħa, li jinqraw mill-magni, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (53) , li tippermetti li d-data tiġi separata, imfittxija, estratta, imqabbla u użata mill-ġdid. Għandu jkun possibbli li d-data tiġi separata skont il-prijorità, l-għan speċifiku, l-ispiża totali eliġibbli tal-operazzjonijiet, l-ispiża totali tal-proġetti, l-ispiża totali tal-proċeduri ta' akkwist, l-isem tal-benefiċjarju u l-isem tal-kuntrattur. [Em. 112]

2b.     Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jibgħatu lill-Kummissjoni informazzjoni dwar l-iżvilupp ta' programmi ta' ġestjoni kondiviża, ħalli l-informazzjoni inkwistjoni tkun imbagħad tista' tiġi ppubblikata fuq is-sit web tagħha. [Em. 113]

TAQSIMA 4

APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI B’ĠESTJONI KONDIVIŻA, DIRETTA U INDIRETTA

Artikolu 23

Assistenza ta’ emerġenza

1.   “sitwazzjoni ta’ emerġenza” tfisser Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tipprovdi, fuq bażi eċċezzjonali, assistenza finanzjarja biex tindirizza ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta' sitwazzjoni li tirriżulta ta' emerġenza debitament ġustifikata u bħala l-aħħar possibbiltà. Dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu jirriżultaw minn pressjoni urġenti u eċċezzjonali fejn numru kbir jew sproporzjonat ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi qasmu, qed jaqsmu jew huma mistennija li jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, b’mod partikolari f’sezzjonijiet tal-fruntiera fejn il-livell tal-impatt ġie identifikat b’tali mod bħala li jipperikola l-funzjonament taż-żona Schengen kollha, jew kwalunkwe sitwazzjoni oħra ta’ pressjoni emerġenza debitament sostanzjata li tirrikjedi azzjoni urġenti u eċċezzjonali fil-fruntieri esterni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li tirrikjedi azzjoni immedjata. Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mingħajr dewmien . [Em. 114]

2.   Assistenza ta’ emerġenza tista’ tieħu l-forma ta’ għotjiet mogħtija direttament lil aġenziji deċentralizzati.

3.   Assistenza ta’ emerġenza tista’ tiġi allokata lil programmi ta’ Stati Membri flimkien mal-allokazzjoni tagħhom ikkalkolata skont l-Artikolu 10(1) u l-Anness I, sakemm konsegwentement dan jiġi indikat li huwa hekk fil-programm. Dan il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm ħlief f’ċirkostanzi debitament ġustifikati u kif approvat mill-Kummissjoni permezz ta’ emenda tal-programm.

4.   Għotjiet implimentati b'ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-[Titolu VIII] tar-Regolament Finanzjarju.

4a.     Meta jkun neċessarju għall-implimentazzjoni tal-azzjoni, l-assistenza ta' emerġenza tista' tkopri n-nefqa li ġġarrbet qabel id-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni għal għotja jew tat-talba għal assistenza, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2021. [Em. 115]

4b.     L-assistenza ta' emerġenza għandha tingħata f'konformità stretta mal-acquis tal-Unjoni u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri li jirriżultaw mill-istrumenti internazzjonali li għalihom huma firmatarji. [Em. 116]

Artikolu 24

Finanzjament kumulattiv, kumplimentari u kkombinat

1.   Azzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Programm fil-qafas tal-istrument tista' tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi b'ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta' kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista' jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b'konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ. Kontribuzzjonijiet minn programmi oħra tal-Unjoni għall-azzjonijiet taħt dan l-istrument għandhom jiġu rikonoxxuti, fejn xieraq, fil-programmi ta' ħidma tal-Kummissjoni jew fil-programmi nazzjonali u fir-rapporti ta' prestazzjoni annwali. [Em. 117]

2.   L-azzjonijiet L-operazzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b’siġill ta’ Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin: [Em. 118]

(a)

dawn ikunu ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti skont l-istrument;

(b)

dawn iħarsu l-ħtiġijiet minimi ta’ kwalità ta’ din is-sejħa għal proposti;

(c)

dawn ma jistgħux jiġu ffinanzjati skont din is-sejħa għal proposti minħabba restrizzjonijiet baġitarji,

jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta’ Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b’konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) Nru …/… [CPR] u mal-Artikolu 8 jew mar-Regolament (UE) Nru …/… [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], mill-fondi strutturali tal-Unjoni bil-kundizzjoni li tali azzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond jew l-istrument li jipprovdi l-appoġġ. [Em. 119]

TAQSIMA 5

MONITORAĠĠ, RAPPURTAR U EVALWAZZJONI

Sub-Taqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 25

Monitoraġġ u rapportar

1.   F'konformità mar-rekwiżit ta' rappurtar tagħha skont l-Artikolu 43 41 (3)(h)(i)(iii) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f'konformità mal-Anness V , tal-anqas kull sena . [Em. 120]

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex temenda l-Anness V biex isiru l-aġġustamenti meħtieġa biex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li għandu jingħata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-istrument lejn il-kisba tal-għanijiet speċifiċi ta’ dan ir-Regolament huma stabbiliti fl-Anness VIII. Għal indikaturi ta’ output, il-linji bażi għandha tiġi ssettjata għal żero. L-istadji importanti stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi. Għar-riżorsi b'ġestjoni kondiviża, għandhom jintużaw indikaturi komuni. Fuq talba, id-data li tirċievi l-Kummissjoni dwar l-indikaturi tal-output u tar-riżultati għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u għall-Kunsill. [Em. 121]

4.   Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u, fejn rilevanti l-Istati Membri.

5.   Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-istrument lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex temenda l-Anness VIII biex tirrevedi u tikkumplimenta l-indikaturi fejn meħtieġ u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inkluża informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri.

5a.     Għar-riżorsi b'ġestjoni kondiviża, il-monitoraġġ u r-rapportar għandhom ikunu bbażati fuq it-tipi ta' intervent stabbiliti fl-Anness VI. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 29 biex tindirizza ċirkustanzi mhux previdibbli jew ġodda jew biex tiżgura l-implimentazzjoni effikaċi tal-finanzjament. [Em. 122]

5b.     Il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-monitoraġġ tal-azzjonijiet li jsiru minn pajjiżi terzi, li jsiru fihom jew b'rabta magħhom, skont l-Artikolu 5 u l-Artikolu 12(10) u (11). [Em. 123]

Artikolu 26

Evalwazzjoni

1.    Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq tippreżenta evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u retrospettiva dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet implimentati skont dan l-istrument . L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha teżamina l-effikaċja, l-effiċjenza, is-semplifikazzjoni u l-flessibbiltà tal-Fond . B'mod aktar speċifiku, din għandha tinkludi valutazzjoni ta': [Em. 124]

(a)

il-progress magħmul sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, filwaqt li titqies l-informazzjoni kollha rilevanti disponibbli, b'mod partikolari r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni mressqa mill-Istati Membri skont l-Artikolu 30 u l-indikaturi tal-output u r-riżultati stabbiliti fl-Anness VIII; [Em. 125]

(b)

il-valur miżjud tal-Unjoni tal-azzjonijiet u l-operazzjonijiet implimentati permezz ta' dan l-istrument; [Em. 126]

(c)

il-kontribut tal-istrument għall-indirizzar tal-isfidi eżistenti u emerġenti fil-fruntieri esterni, għall-iżvilupp tal-politika komuni dwar il-viża, u l-użu tal-istrument għall-indirizzar tan-nuqqasijiet identifikati mill-Mekkaniżmu ta' Evalwazzjoni ta' Schengen u l-valutazzjoni tal-Vulnerabbiltà; [Em. 127]

(d)

ir-rilevanza kontinwa tal-miżuri ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Anness II u l-azzjonijiet stabbiliti fl-Anness III u l-adegwatezza tagħhom; [Em. 128]

(e)

il-kumplementarjetà u l-koerenza bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-Istrument u l-appoġġ ipprovdut minn fondi oħra tal-Unjoni; [Em. 129]

Ir-rieżami ta' nofs it-terminu għandu jqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni retrospettiva dwar l-impatt fit-tul tal-istrument preċedenti għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viżi, parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014-2020. [Em. 130]

1a.     Sal-31 ta' Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni retrospettiva. Sa dik l-istess data, il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. L-evalwazzjoni retrospettiva għandha tinkludi valutazzjoni tal-elementi stabbiliti fil-paragrafu 1. F'dak ir-rigward, l-impatti fit-tul tal-istrument għandhom jiġu evalwati bil-għan li jwasslu għal deċiżjoni dwar il-possibbiltà ta' tiġdid jew il-modifika ta' fond sussegwenti. [Em. 131]

2.   L-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u retrospettiva għandha titwettaq fil-ħin sabiex ikun hemm kontribuzzjoni għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet f’konformità mal-iskeda ta’ żmien stipulata fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru …/… [CPR] mal-Artikolu 14 ta' dan ir-Regolament . [Em. 132]

2a.     Fir-rieżami ta' nofs it-terminu u l-evalwazzjoni retrospettiva, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni partikolari lill-evalwazzjoni ta' azzjonijiet minn pajjiżi terzi, jew dawk li jsiru fihom jew b'rabta magħhom, f'konformità mal-Artikolu 5 u l-Artikolu 12 (10)u (11). [Em. 133]

Subtaqsima 2

Regoli għal ġestjoni kondiviża

Artikolu 27

Rapporti ta’ prestazzjoni annwali

1.   Sal-15 ta' Frar 2023 u sal-istess data ta' kull sena sussegwenti sal-2031, sa u inkluża, l-2031 , l-Istati Membri Membru għandhom jippreżentaw rapport ta ' prestazzjoni lill-Kummissjoni r-rapport annwali lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) Nru …/… [CPR] dwar il-prestazzjoni . Ir-rapport ippreżentat fl-2023 għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-programm imwettqa sat-30 ta' Ġunju 2022. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw dawn ir-rapporti fuq sit web apposta u jgħadduhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 134]

2.   B’mod partikolari r-rapport ta’ prestazzjoni annwali għandu jistabbilixxi informazzjoni dwar:

(a)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fil-kisba ta’ stadji importanti tat-tragwardji u miri, filwaqt li titqies l-iżjed titqies l-aktar data kumulattiva riċenti kif meħtieġ mill-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru …/… [CPR] trażmessa lill-Kummissjoni ; [Em. 135]

(aa)

il-kontijiet annwali tal-programm nazzjonali mqassma f'termini ta' rkupri, prefinanzjament lill-benefiċjarji finali u nefqa effettivament imġarrba; [Em. 136]

(b)

kwalunkwe kwistjoni li tkunu qed taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-azzjonijiet meħudin biex jindirizzawhom; tiġi indirizzata, inklużi l-opinjonijiet motivati maħruġa mill-Kummissjoni fir-rigward ta' proċedura ta' ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE ; [Em. 137]

(c)

Il-kumplimentarjetà , il-koordinazzjoni u l-koerenza bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-istrument u l-appoġġ ipprovdut minn Fondi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk l-istrumenti ta' finanzjament estern tal-Unjoni u oħrajn li qed jipprovdu finanzjament f'pajjiżi terzi jew f'relazzjoni magħhom fir-rigward tagħhom ; [Em. 138]

(d)

il-kontribuzzjoni tal-programm għall-implimentazzjoni tal-acquis rilevanti tal-Unjoni u pjanijiet ta’ azzjoni;

(da)

il-konformità mal-obbligi dwar id-drittijiet fundamentali; [Em. 139]

(e)

l-implimentazzjoni ta’ komunikazzjoni u azzjonijiet ta’ viżibbiltà;

(f)

l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom matul il-perjodu ta’ programmazzjoni.

(fa)

l-implimentazzjoni ta' proġetti f'pajjiż terz jew fir-rigward tiegħu. [Em. 140]

3.   Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapporti ta’ prestazzjoni annwali fi żmien xahrejn mid-data li tirċevih. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien din l-iskadenza, ir-rapporti għandhom jitqiesu li huma aċċettati. Ladarba jkunu ġew aċċettati, il-Kummissjoni għandha tqiegħed is-sommarji tar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tippubblikahom fuq sit web apposta. [Em. 141]

4.   Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-mudell għar-rapporti ta’ prestazzjoni annwali. Dan l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta' konsulenza msemmija fl-Artikolu 30(2).

Artikolu 28

Monitoraġġ u rapportar

1.   Il-monitoraġġ u r-rapportar, skont it-Titlu IV tar-Regolament (UE) Nru …/… [CPR], għandhom ikunu bbażati fuq it-tipi ta’ interventi stabbiliti fit-Tabelli 1, 2 u 3 fl-Anness VI. Biex tindirizza ċirkostanzi ġodda jew mhux previżti jew biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-Annessi VI skont l-Artikolu 29.

2.   Dawn l-indikaturi komuni għandhom jintużaw skont l-Artikoli 12(1), 17 u 37 tar-Regolament (UE) Nru …/… [CPR]. [Em. 142]

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 29

Eżerċitar tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti delegati msemmija fl-Artikolu fl-Artikoli 8, 12, 15, 25 u 28 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028. [Em. 143]

3.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista' jirrevoka d-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu fl-Artikoli 8, 12, 15, 25 u 28 fi kwalunkwe żmien. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fid-deċiżjoni. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun fis-seħħ. [Em. 144]

4.   Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fl-istess ħin dwaru.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 8, 12, 15, 25 u 28 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jiġu mgħarrfa bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, it-tnejn li huma jkunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 145]

Artikolu 30

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat ta’ Koordinazzjoni għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta l-kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni. Dan ma għandux japplika għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 27(4). [Em. 146]

Artikolu 31

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-kontinwazzjoni jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, taħt l-istrument għall-fruntieri esterni u l-viżi bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014-2020, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 515/2014, li għandu jkompli japplika għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

2.   Il-pakkett finanzjarju għall-Istrument jista’ jkopri wkoll spejjeż ta’ assistenza teknika u amministrattiva neċessarji biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn l-Istrument u l-miżuri adottati taħt il-predeċessur tiegħu, l-istrument għall-fruntieri esterni u l-viżi bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014-2020, stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 515/2014.

Artikolu 32

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  ĠU C , , p. .

(2)  ĠU C , , p. .

(3)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019.

(4)  Ir-Regolament (UE) 2016/1624 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2016 dwar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta u li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 863/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/267/KE (ĠU L 251, 16.9.2016, p. 1.).

(5)  COM(2015)0240 tat-13 ta’ Mejju 2015.

(6)  http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2016/12/15/euco-conclusions-final/

(7)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, it-22-23 ta' Ġunju 2017.

(8)  COM(2017)0794.

(9)   Id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġestjoni tal-flussi tal-persuni fil-fruntieri bejn is-Slovenja u l-Kroazja tad-29 ta' April 2017.

(10)   Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1804 tat-3 ta' Ottubru 2017 dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen dwar l-introduzzjoni mill-ġdid temporanja ta' kontrolli tal-fruntieri interni fiż-żona Schengen (ĠU L 259, 7.10.2017, p. 25).

(11)  Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għal fruntieri esterni u l-viża u jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).

(12)  ĠU L […], […], p.

(13)  ĠU L […], […], p.

(14)  ĠU L 144, 6.6.2007, p. 22.

(15)  Ir-Regolament (UE) 2017/2226 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2017 li jistabbilixxi Sistema ta’ Dħul / Ħruġ (EES) biex tiġi rreġistrata data dwar id-dħul u l-ħruġ u data dwar iċ-ċaħda tad-dħul ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-Istati Membri u li jiddetermina l-kundizzjonijiet għall-aċċess għall-EES għal raġunijiet ta’ infurzar tal-liġi, u li jemenda l-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u (UE) Nru 1077/2011 (ĠU L 327, 9.12.2017, p. 20).

(16)  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' data bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(17)  COM(2016)0731 tas-16 ta' Novembru 2016.

(18)  COM(2016)0272 tal-4 ta’ Mejju 2016.

(19)  COM(2016)0881, 0882 u 0883 tal-21 ta’ Diċembru 2016.

(20)  COM(2017)0344 tad-29 ta' Ġunju 2017.

(21)  COM(2017)0794 tat-12 ta’ Diċembru 2017.

(22)  EUCO 22/15 CO EUR 8 CONCL 3.

(23)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

(24)  ĠU L 236, 23.9.2003, p. 946.

(25)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 693/2003 tal-14 ta’ April 2003 li jistabbilixxi Dokument speċifiku ta' Tranżitu Faċilitat (Facilitated Transit Document, FTD), Dokument ta' Tranżitu Faċilitat bil-Ferroviji (Facilitated Rail Transit Document, FRTD) u jemenda l-Istruzzjonijiet Konsulari Komuni u l-Ktieb tal-Istruzzjonijiet Komuni (ĠU L 99, 17.4.2003, p. 8).

(26)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 694/2003 tal-14 ta’ April 2003 dwar il-format uniformi tad-Dokumenti dwar it-Tranżitu Faċilitat (FTD) u tad-Dokumenti dwar it-Tranżitu Faċilitat bil-Ferrovija (FRTD) previsti fir-Regolament (KE) Nru 693/2003 (ĠU L 99, 17.4.2003, p. 15).

(27)  ĠU L […], […], p.

(28)  Ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 2002 li jistabbilixxi l-Aġenziji Marittima Ewropea tas-Sigurtà (ĠU L 208, 5.8.2002, p. 1).

(29)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta’ April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta’ kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1).

(30)  Ir-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur) (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 11).

(31)  ĠU C , , p. .

(32)  ĠU C , , p. .

(33)  ĠU C […], […], p. […].

(34)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(35)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(36)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(37)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(38)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(39)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(40)  Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(41)  ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(42)  ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

(43)  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(44)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja rigward l-assoċjazzjoni ta' dawk iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis tax-Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(45)  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(46)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-żvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(47)  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(48)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(49)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 rigward it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(50)  ĠU L […], […], p.

(51)  ĠU L […], […], p.

(52)  Ir-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (il-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1).

(53)   Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).

ANNESS I

Kriterji għall-allokazzjoni ta’ finanzjament għal programmi taħt ġestjoni kondiviża

1.

Ir-riżorsi disponibbli msemmija fl-Artikolu 10 għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:

(a)

kull Stat Membru għandu jirċievi ammont fiss ta’ EUR 5 000 000 mill-istrument ta’ finanzjament fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni biss;

(b)

ammont ta’ EUR 157 200 000 għall-Iskema ta’ Tranżitu Speċjali li għandhom jiġu allokati lil-Litwanja fil-bidu tal-perjodu ta’ programmazzjoni biss;

(c)

u r-riżorsi li jifdal imsemmija fl-Artikolu 10 għandhom ikunu distribwiti fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

30 % għal fruntieri esterni fuq l-art;

35 % għal fruntieri esterni tal-baħar;

20 % għall-ajruporti;

15 % għall-uffiċċji konsulari.

2.

Ir-riżorsi disponibbli skont il-paragrafu 1(c) għal fruntieri esterni fuq l-art u fruntieri esterni tal-baħar għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:

(a)

70 % għat-tul tal-fruntieri esterni fuq l-art u l-fruntieri esterni tal-baħar, li se jiġu kkalkulati abbażi ta’ fatturi ta’ ponderazzjoni għal kull sezzjoni speċifika kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1052/2013, iddeterminati skont il-paragrafu 11; kif ukoll

(b)

30 % għall-ammont ta’ xogħol fil-fruntieri esterni tagħhom fuq l-art u tal-baħar, hekk kif determinati skont il-paragrafu 7(a).

3.

Il-ponderazzjoni kif imsemmija fil-paragrafu 2(a) għandha tiġi ddeterminata mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta skont il-paragrafu 11.

4.

Ir-riżorsi disponibbli skont il-paragrafu 1(c) għall-ajruporti għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri skont l-ammont ta’ xogħol fl-ajruporti tagħhom, hekk kif determinat skont il-paragrafu 7(b).

5.

Ir-riżorsi disponibbli skont il-paragrafu 1(c) għal uffiċċji konsulari għandhom jitqassmu bejn l-Istati Membri kif ġej:

(a)

50 % għall-għadd ta’ uffiċċji konsulari (minbarra l-konsulati onorarji) tal-Istati Membri fil-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 (1), u

(b)

50 % għall-ammont ta’ xogħol fir-rigward tal-ġestjoni tal-politika dwar il-viżi fl-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri fil-pajjiżi elenkati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001, hekk kif determinat skond il-paragrafu 7(c) ta’ dan l-Anness.

6.

Għall-fini tad-distribuzzjoni tar-riżorsi skont paragrafu 1(c), “il-fruntieri esterni tal-baħar” għandha tfisser il-limitu estern tal-baħar territorjali tal-Istati Membri kif definit skont l-Artikoli minn 4 sa 16 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar. Madankollu, f’każijiet fejn huma meħtieġa regolarment operazzjonijiet fuq distanza twila sabiex jipprevjenu l-migrazzjoni illegali jew dħul illegali irregolari , din għandha tkun il-limitu estern ta’ żoni b’theddid b'livell ta’ theddid għoli. Id-definizzjoni ta’ “fruntieri esterni tal-baħar” f’dan ir-rigward għandha tiġi determinata billi jittieħed kont tad-data operattiva tul l-aħħar sentejn hekk kif ipprovduta mill-Istati Membri kkonċernati. Din id-definizzjoni għandha tintuża esklussivament għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament. [Em. 147]

7.

Għall-finijiet tal-allokazzjoni inizjali ta’ finanzjament, l-evalwazzjoni tal-ammont ta’ xogħol għandu jkun ibbażat fuq l-aħħar medja ta’ figuri li jkopri s-36 xahar preċedenti disponibbli fid-data tal-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-allokazzjoni inizjali ta’ finanzjament, il-valutazzjoni tal-ammont ta’ xogħol għandha tkun ibbażata fuq l-aħħar medja ta’ figuri li tkopri s-36 xahar preċedenti disponibbli fid-data tar-rieżami ta’ nofs it-terminu fl-2024. Il-valutazzjoni tal-ammont ta’ xogħol għandha tkun ibbażata fuq il-fatturi li ġejjin:

(a)

fil-fruntieri esterni fuq l-art u fruntieri esterni tal-baħar:

(1)

70 60 % għall-għadd ta’ vjaġġi li jaqsmu l-fruntiera esterna f’punti ta’ qsim tal-fruntiera awtorizzati; [Em. 148]

(2)

30 % għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew miċħuda d-dħul fil-fruntiera esterna.

(2a)

20 % għall-għadd ta' persuni li jkunu ssottomettew applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali jew li jkunu ġew inklużi f'tali applikazzjoni bħala membru tal-familja u li l-applikazzjonijiet tagħhom ikunu ġew ipproċessati skont il-proċedura fuq il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 43 tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (2) . [Em. 150]

(b)

fl-ajruporti:

(1)

70 % għall-għadd ta’ vjaġġi li jaqsmu l-fruntiera esterna f’punti ta’ qsim tal-fruntiera awtorizzati;

(2)

30 % għall-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu ġew miċħuda d-dħul fil-fruntiera esterna.

(c)

f’uffiċċji konsulari:

l-għadd ta’ applikazzjonijiet għal viża għal soġġorn qasir jew tranżitu minn ajruport.

8.

Iċ-ċifri ta’ referenza għall-għadd ta’ uffiċċji konsulari kif imsemmija fil-paragrafu 5(a) għadhom jiġu kkalkulati skont l-informazzjoni li tinsab fl-Anness 28 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010)1620 tat-19 ta’ Marzu 2010 li tistabbilixxi l-Manwal għall-ipproċessar tal-applikazzjonijiet tal-viża u l-modifiki fuq viżi maħruġa.

Meta l-Istati Membri ma jipprovdux l-istatistiki kkonċernati, għandha tintuża l-aħħar data disponibbli għal dawk l-Istati Membri. Meta ma jkun hemm l-ebda data disponibbli għal Stat Membru, jew Stat Membru jonqos milli jipprovdi tali informazzjoni għal sentejn konsekuttivi, iċ-ċifra ta’ referenza għandha tkun żero. [Em. 151]

9.

Iċ-ċifri ta’ referenza dwar l-ammont tax-xogħol imsemmija:

(a)

f’paragrafu 7(a)(1) u 7(b)(1) għandhom ikunu l-aħħar statistiki pprovduti mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni;

(b)

f’paragrafu 7(a)(2) u 7(b)(2) għandhom ikunu l-aħħar statistiki prodotti mill-Kummissjoni (Eurostat) abbażi ta’ data pprovduta mill-Istati Membri skont il-liġi tal-Unjoni;

(c)

f’paragrafu 7(c) għandhom ikunu l-aħħar statistiki tal-viża ppubblikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 46 tal-Kodiċi dwar il-Viżi (3).

(d)

Meta l-Istati Membri ma jipprovdux l-istatistiki kkonċernati, għandha tintuża l-aħħar data disponibbli għal dawk l-Istati Membri. Meta ma jkun hemm l-ebda data disponibbli għal Stat Membru, jew Stat Membru jonqos milli jipprovdi tali informazzjoni għal sentejn konsekuttivi, iċ-ċifra ta’ referenza għandha tkun żero. [Em. 152]

10.

L-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta għandha tipprovdi lill-Kummissjoni b’rapport dwar it-tqassim ta’ riżorsi fir-rigward ta’ fruntieri esterni fuq l-art, fruntieri esterni tal-baħar u l-ajruporti, kif imsemmi fil-paragrafu 1(c). Il-Kummissjoni għandha tagħmel ir-rapport disponibbli għall-pubbliku. [Em. 153]

11.

Għall-finijiet tal-allokazzjoni inizjali, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 10 għandu jidentifika l-livell l-impatt medju tat-theddida għal ta' theddida fuq kull sezzjoni tal-fruntiera abbażi tal-aħħar ċifri medji li jkopru l-aħħar 36 xahar fid-data tal-applikabbiltà ta’ dan ir-Regolament. Għall-finijiet tal-analiżi ta’ nofs it-terminu, ir-rapport imsemmi fil-paragrafu 10 għandu jidentifika l-livell l-impatt medju ta’ theddida għal fuq kull sezzjoni tal-fruntiera abbażi tal-aħħar ċifri medji li jkopru l-aħħar 36 xahar disponibbli fid-data tal-analiżi ta’ nofs it-terminu fl-2024. Għandu jiddetermina l-fatturi speċifiċi għall-ponderazzjoni li ġejjin għal kull sezzjoni bl-applikazzjoni tal-livelli ta’ theddid impatt kif definit fir-Regolament (UE) Nru 1052/2013: [Em. 154]

(a)

fattur 0,5 għal livell baxx ta’ theddid impatt ; [Em. 155]

(b)

fattur 3 għal livell medju ta’ theddid impatt ; [Em. 156]

(c)

fattur 5 għal livell għoli ta’ theddid impatt ; [Em. 157]

(d)

fattur 8 għal livell kritiku ta’ theddid. [Em. 158]


(1)  ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta' Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa (ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1).

(2)   Id-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).

(3)  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (il-Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

ANNESS II

Miżuri ta’ implimentazzjoni

1.

L-istrument għandu jikkontribwixxu għall-għan speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(a) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

(a)

itejjeb il-kontroll mal-fruntieri f’konformità mal-Artikolu 4(a) tar-Regolament (UE) 2016/1624 billi:

i.

isaħħaħ il-kapaċitajiet għat-twettiq ta' kontrolli u sorveljanza fil-fruntieri esterni, inklużi miżuri marbuta mal-iffaċilitar tal-qsim leġittimu tal-fruntieri u, fejn xieraq, miżuri relatati mal-prevenzjoni u d-detezzjoni tal-kriminalità transfruntiera, bħall-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali, traffikar ta' bnedmin u terroriżmu , u miżuri relatati mar-riferiment ta' persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali jew li jixtiequ japplikaw għaliha ; [Em. 159]

ii.

jappoġġa t-tiftix u s-salvataġġ fil-kuntest tat-twettiq ta’ sorveljanza tal-fruntieri fuq il-baħar; [Em. 160]

iii.

jimplimenta miżuri tekniċi u operazzjonali fiż-żona Schengen li huma relatati mal-kontroll tal-fruntieri , dment li tali miżuri ma jippreżentawx riskju għall-moviment liberu ; [Em. 161]

iv.

iwettaq analiżi tar-riskji għas-sigurtà interna u l-analiżijiet tat-theddid li jistgħu jaffettwaw il-funzjonament jew is-sigurtà tal-fruntieri esterni;

v.

jappoġġa, fil-kamp ta' applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, Stati Membri li qed jiffaċċjaw attwalment jew potenzjalment pressjoni migratorja sproporzjonata fil-fruntieri esterni tal-UE sitwazzjoni ta' emerġenza msemmija fl-Artikolu 23 , kif ukoll permezz ta’ tisħiħ tekniku u operazzjonali, u permezz tal-mobilizzazzjoni ta’ timijiet ta’ appoġġ għall-ġestjoni tal-migrazzjoni f’żoni hotspot. [Em. 162]

(b)

jiżviluppa aktar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, permezz tal-bini l-bini ta’ kapaċità komuni, l-akkwist konġunt, l-istabbiliment ta’ standards komuni u kwalunkwe miżura oħra li tissimplifika il-kooperazzjoni l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn fost l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja bil-ħsieb li tiġi żviluppata aktar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta; [Em. 163]

(c)

itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli mill-kontroll jew minn kompiti mwettqa fil-fruntiera, u f’livell tal-UE bejn l-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri, fuq naħa, u l-korpi, uffiċċji u jew aġenziji rilevanti tal-Unjoni jew ta’ pajjiżi terzi, inklużi l-aġenziji responsabbli għall-azzjonijiet esterni, fuq in-naħa l-oħra; [Em. 164]

(d)

jiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni fuq il-fruntieri esterni, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet minn mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità bħalma huma l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1053/2013, valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1624, u mekkaniżmi nazzjonali ta’ kontroll tal-kwalità;

(e)

jistabbilixxi, jopera u jmantni dawk is- sistemi tal-IT fuq skala kbira li diġà huma soġġetti għad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-ġestjoni tal-fruntieri, inkluża l-interoperabbiltà ta' dawn is-sistemi tal-IT u l-infrastruttura ta' komunikazzjoni tagħhom , u azzjonijiet li jtejbu l-kwalità tad-data u l-għoti tal-informazzjoni . [Em. 165]

(ea)

iżid il-kapaċità biex tingħata assistenza lill-persuni f'diffikultà fuq il-baħar, b'mod partikolari billi jappoġġa l-operazzjonijiet ta' tiftix u salvataġġ. [Em. 166]

(eb)

jappoġġa t-tiftix u s-salvataġġ fil-kuntest tat-twettiq ta' sorveljanza tal-fruntieri fuq il-baħar; [Em. 167]

2.

L-istrument għandu jikkontribwixxu għall-għan speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(b) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

(a)

jipprovdi servizzi effiċjenti u faċli għall-klijenti lill-applikanti għal viża filwaqt li jżomm is-sigurtà u l-integrità tal-proċedura tal-viża , b'kunsiderazzjoni partikolari tal-persuni u t-tfal vulnerabbli ; [Em. 168]

(aa)

jappoġġa lill-Istati Membri għall-ħruġ ta' viżi, inklużi b'validità territorjali limitata maħruġa għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali kif ukoll għal benefiċjarji ta' programm ta' risistemazzjoni jew rilokazzjoni tal-Unjoni, u għall-konformità għalkollox mal-acquis tal-Unjoni dwar il-viżi. [Em. 169]

(b)

jiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni dwar il-viżi, inkluż aktar żvilupp u modernizzazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi;

(c)

jiżviluppa forom differenti ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fl-ipproċessar tal-viżi;

(d)

jistabbilixxi jaġġorna , jopera u jmantni sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-politika komuni dwar il-viżi, inkluża l-interoperabbiltà bejn dawn is-sistemi tal-IT u l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni tagħhom. [Em. 170]

ANNESS III

Ambitu ta’ appoġġ

1.

Fi ħdan l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(a), l-istrument għandu jappoġġa b’mod partikolari dan li ġej:

(a)

infrastrutturi, bini, sistemi u s-servizzi meħtieġa fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri, f’żoni hotspot u għas-sorveljanza tal-fruntieri bejn il-punti ta’ qsim tal-fruntieri biex jiġi pprevenut u indirizzat il-qsim mhux awtorizzat tal-fruntieri, l-immigrazzjoni illegali irregolari u l-kriminalità transfruntiera fil-fruntieri esterni, kif ukoll biex jiġu żgurati flussi bla xkiel ta’ vjaġġaturi leġittimi u l-ġestjoni effettiva tal-flussi tal-migrazzjoni, inklużi miżuri relatati mar-riferiment tal-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali jew li jixtiequ japplikaw għaliha, filwaqt li dejjem jiġi żgurat trattament dinjituż tal-persuni kkonċernati ; [Em. 171]

(b)

tagħmir operattiv, inklużi mezzi ta’ trasport u sistemi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-kontroll effettiv u sikur tal-fruntieri, skont l-istandards li żviluppat l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta, fejn jeżistu standards bħal dawn;

(c)

taħriġ fil-qasam tal-iżvilupp ta’ ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, jew kontribut lil dan l-iżvilupp, b’kont meħud tal-ħtiġijiet operattivi u, l-analiżi tar-riskju l-isfidi identifikati fir-rakkomandazzonijiet speċifiċi għall-pajjiżi lkoll f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali; [Em. 172]

(d)

is-sekondar ta’ uffiċjali ta’ kollegament f’pajjiżi terzi kif definit fir-Regolament (UE) Nru …/ … [ir-Regolament il-ġdid tal-ILO] (1) u s-sekondar ta’ gwardji tal-fruntieri u esperti rilevanti oħra lil Stati Membri jew minn Stat Membru għal pajjiż terz, rinforz tal-kooperazzjoni u l-kapaċità operattiva ta’ netwerks ta’ uffiċjali ta’ kollegament esperti, kif ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki u ż-żieda tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jivvalutaw, jippromwovu, jappoġġaw u jiżviluppaw politiki tal-Unjoni; [Em. 173]

(e)

studji, proġetti pilota u azzjonijiet oħra rilevanti bil-għan li jimplimentaw jew jiżviluppaw il-ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri, inklużi miżuri li jimmiraw lejn l-iżvilupp ta’ Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, bħal bini komuni ta’ kapaċità, l-akkwist konġunt, l-istabbiliment ta’ standards komuni u miżuri oħra li jissimplifikaw il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-Istati Membri , kif ukoll miżuri relatati mar-riferiment tal-persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali jew li jixtiequ japplikaw għaliha ; [Em. 174]

(f)

azzjonijiet li jiżviluppaw metodi innovattivi jew li jimmobilizzaw teknoloġiji ġodda b’potenzjal għal trasferibbiltà lejn Stati Membri oħra, b’mod partikolari l-użu ta’ riżultati ta’ proġetti ta’ riċerka dwar is-sigurtà fejn tali mobilizzazzjoni tkun ġiet identifikata mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, li taġixxi skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2016/1624, bħala kontribut għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet operazzjonali tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta; Dawn il-metodi innovattivi u teknoloġiji ġodda għandhom jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali u d-dritt għall-protezzjoni tad-data personali; [Em. 175]

(g)

attivitajiet miżuri preparatorji, ta’ monitoraġġ, amministrattivi u tekniċi meħtieġa biex jiġu implimentati l-politiki tal-fruntieri esterni, inkluż biex tissaħħaħ il-governanza taż-żona Schengen billi jiżviluppaw u jimplimentaw il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni kif stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen u l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, inkluża n-nefqa tal-missjoni għall-esperti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri li jipparteċipaw fi żjarat fuq il-post kif ukoll miżuri biex jiġu implimentati rakkomandazzjonijiet maħruġa wara valutazzjonijiet tal-vulnerabbiltà mwettqa mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/1624; [Em. 176]

(ga)

azzjonijiet biex tittejjeb il-kwalità tad-data maħżuna fis-sistema tal-IT fil-qasam tal-viżi u l-fruntieri u jittejjeb l-eżerċitar tad-dritt ta' suġġett tad-data għall-informazzjoni, l-aċċess għal, ir-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data fil-kuntest ta' azzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-istrument; [Em. 208]

(h)

identifikazzjoni, teħid tal-marki tas-swaba’, reġistrazzjoni, verifiki ta’ sigurtà, għoti ta’ informazzjoni, skrinjar mediku u ta’ vulnerabbiltà u, fejn meħtieġ, kura medika kif ukoll riferiment , meta applikabbli, ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-proċedura tal-asil xierqa fil-fruntieri esterni, b’mod partikolari f’żoni hotspot; [Em. 177]

(i)

attivitajiet immirati li jżidu s-sensibilizzazzjoni dwar il-politiki tal-fruntieri esterni fost il-partijiet interessati u l-pubbliku ġenerali, inkluża komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni;

(j)

żvilupp ta’ għodod, metodi u indikaturi ta’ statistika , b'kunsiderazzjoni xierqa tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni ; [Em. 178]

(k)

appoġġ operattiv għall-implimentazzjoni ta’ ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri.

(ka)

l-iskambju tal-aħjar prattiki u tal-għarfien espert, inkluż fir-rigward tal-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali fil-kuntest tal-komponenti differenti tal-kontroll tal-fruntieri, b'mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni, l-assistenza immedjata u r-riferiment għas-servizzi tal-protezzjoni ta' persuni vulnerabbli; [Em. 179]

(kb)

miżuri għall-iżvilupp, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni ta' politiki u proċeduri inkluż l-applikazzjoni ta' għodod, metodi u indikaturi ta' statistika komuni għall-kejl tal-progress u l-valutazzjoni tal-iżviluppi tal-politika. [Em. 180]

2.

Fi ħdan l-għan speċifiku msemmi fl-Artikolu 3(2)(b), l-istrument għandu jappoġġa b’mod partikolari dan li ġej:

(a)

l-infrastrutturi u l-bini meħtieġ għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-viżi u l-kooperazzjoni konsulari, inklużi miżuri ta’ sigurtà, kif ukoll azzjonijiet oħra mmirati biex itejbu l-kwalità tas-servizz lil applikanti għall-viżi;

(b)

l-apparat operatorju u s-sistemi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għal viżi u kooperazzjoni konsulari;

(c)

taħriġ ta’ persunal konsulari u oħrajn li jikkontribwixxu għall-politika komuni dwar il-viża u l-kooperazzjoni konsulari , inkluż, fejn xieraq, konformità mad-drittijiet fundamentali ; [Em. 181]

(d)

l-iskambju tal-aħjar prattiki u esperti, inkluż is-sekondar ta’ esperti, kif ukoll iż-żieda tal-kapaċità tan-netwerks Ewropej biex jivvalutaw, jippromwovu, jappoġġaw u jiżviluppaw iktar il-politiki u l-għanijiet tal-Unjoni , anki għall-iskop li jiġu protetti d-drittijiet fundamentali fir-rigward tal-identifikazzjoni, l-għoti ta' assistenza immedjata lil persuni vulnerabbli u r-riferiment tagħhom lis-servizzi ta' protezzjoni ; [Em. 182]

(e)

studji, proġetti pilota u azzjonijiet oħra rilevanti, bħal azzjonijiet immirati biex itejbu l-għarfien permezz ta’ analiżi, monitoraġġ u evalwazzjoni;

(f)

azzjonijiet li jiżviluppaw metodi innovattivi jew li jimmobilizzaw teknoloġiji ġodda b’potenzjal ta’ trasferibbiltà, b’mod speċjali proġetti li għandhom l-għan li jittestjaw u jivvalidaw l-eżitu ta’ proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-Unjoni;

(g)

attivitajiet miżuri preparatorji, ta’ monitoraġġ, amministrattivi u tekniċi, inklużi dawk intiżi biex isaħħu l-governanza taż-żona Schengen billi jiżviluppaw u jimplimentaw il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni kif stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 1053/2013 biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen, inkluża n-nefqa tal-missjoni għall-esperti tal-Kummissjoni u l-Istati Membri li jipparteċipaw fi żjarat fuq il-post; [Em. 183]

(h)

attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-politiki tal-viżi fost il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku ġenerali, inkluża komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni;

(i)

żvilupp ta’ għodod, metodi u indikaturi ta’ statistika , f'konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali ; [Em. 184]

(j)

appoġġ operattiv għall-implimentazzjoni tal-politika komuni dwar il-viżi , b'kunsiderazzjoni xierqa għall-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni . [Em. 185]

(ja)

sostenn lill-Istati Membri għall-ħruġ ta' viżi, inklużi b'validità territorjali limitata maħruġa għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta' interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali kif ukoll għal benefiċjarji ta' programm ta' risistemazzjoni jew rilokazzjoni tal-Unjoni, u għall-konformità għalkollox mal-acquis tal-Unjoni dwar il-viżi. [Em. 186]

3.

Fi ħdan l-għan ta’ politika msemmi fl-Artikolu 3(1), l-istrument għandu jappoġġa b’mod partikolari dan li ġej:

(a)

infrastrutturi u bini meħtieġa għall-hosting ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira u komponenti tal-infrastruttura tal-komunikazzjoni relatati;

(b)

tagħmir u sistemi ta’ komunikazzjoni meħtieġa biex jiġi żgurat it-tħaddim xieraq ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira;

(c)

attivitajiet ta’ taħriġ u komunikazzjoni fir-rigward ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira;

(d)

żvilupp u aġġornar ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira;

(e)

studji, provi ta’ kunċetti, proġetti pilota u azzjonijiet oħra rilevanti relatati mal-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira inkluża l-interoperabbiltà tagħhom;

(f)

azzjonijiet li jiżviluppaw metodi innovattivi jew li jimmobilizzaw teknoloġiji ġodda b’potenzjal ta’ trasferibbiltà, b’mod speċjali proġetti li għandhom l-għan li jittestjaw u jivvalidaw l-eżitu ta’ proġetti ta’ riċerka ffinanzjati mill-Unjoni;

(g)

żvilupp ta’ għodod, metodi u indikaturi statistiċi għal sistemi tal-IT fuq skala kbira fil-qasam tal-viża u tal-fruntieri , f'konformità mal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni u mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali ; [Em. 187]

(ga)

azzjonijiet li jtejbu l-kwalità tad-data u l-eżerċitar tad-dritt ta' soġġett tad-data għall-informazzjoni, l-aċċess għad-data personali tiegħu jew tagħha u ir-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-iproċċessar tal-istess data; [Em. 188]

(h)

appoġġ operattiv għall-implimentazzjoni ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira.


(1)  ĠU L […], […]. p.

ANNESS IV

Azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla f’konformità mal-Artikolu 11(3) u l-Artikolu 12(14)

(1)

Ix-xiri ta’ tagħmir operattiv permezz ta’ skemi ta’ akkwist konġunt mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntieri u tal-Kosta, biex jitpoġġew għad-disponibbiltà tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntieri u tal-Kosta għall-attivitajiet operattivi tagħha f’konformità mal-Artikolu 39(14) tar-Regolament (UE) 2016/1624.

(2)

Miżuri li jappoġġaw il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji bejn Stat Membru u pajjiż terz ġar li miegħu l-UE għandha fruntiera fuq l-art jew fruntiera marittima komuni.

(3)

Żvilupp ulterjuri tal-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta, permezz tal-bini ta’ kapaċità komuni, l-akkwist konġunt, l-istabbiliment ta’ standards komuni u kwalunkwe miżura oħra li tissimplifika l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni bejn fost l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja bil-ħsieb li tiġi żviluppata aktar il-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta; kif indikat fil-paragrafu 1(b) tal-Anness II. [Em. 189]

(4)

L-użu konġunt tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrazzjoni kif imsemmi fl-Anness III.

(5)

Miżuri li jtejbu l-identifikazzjoni ul-appoġġ tal-vittmi tat-traffikar tal-bnedmin u jtejjeb il-kooperazzjoni jtejbu l-kooperazzjoni transfruntiera għall-identifikazzjoni tat-traffikanti fil-qafas tal-kontroll fuq il-fruntieri , inkluż billi jiżviluppaw u jappoġġaw mekkaniżmi ta' protezzjoni u ta' riferiment . [Em. 190]

(5a)

Żvilupp ta' sistemi integrati għall-protezzjoni tat-tfal fil-fruntieri esterni u politiki għat-tfal migranti b'mod ġenerali, inkluż permezz ta' taħriġ suffiċjenti tal-persunal u skambju suffiċjenti ta' prattika tajba fostl-Istati Membri. [Em. 191]

(6)

Miżuri li jvaraw, jittrasferixxu, jippruvaw u jivvalidaw metodoloġija jew teknoloġija ġdida, inklużi proġetti pilota biex itejbu l-kwalità tad-data maħżuna fis-sistema tal-IT fil-qasam tal-viżi miżuri l-fruntieri u biex itejbu l-eżerċitar tad-dritt ta' segwitu suġġett tad-data għall-informazzjoni, l-aċċess għal proġetti , ir-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data fil-kuntest ta' riċerka dwar is-sigurtà ffinanzjati mill-Unjoni, kif imsemmija fl-Anness III azzjonijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan l-istrument . [Em. 209]

(6a)

Miżuri dwar l-identifikazzjoni, l-assistenza immedjata u r-riferiment għas-servizzi tal-protezzjoni ta' persuni vulnerabbli. [Em. 193]

(7)

Miżuri għat-twaqqif u t-tmexxija ta’ żoni hotspot fi Stati Membri li qed jaffaċċaw pressjonijiet migratorji sproporzjonati u eċċezzjonali attwali jew potenzjali.

(8)

Iktar żvilupp ta’ forom ta’ koperazzjoni fost l-Istati Membri fl-ipproċessar tal-viżi, kif deskritt f’paragrafu 2(c) tal-Anness II.

(9)

Żieda tal-preżenza konsulari jew rappreżentazzjoni tal-Istati Membri f’pajjiżi fejn il-viża hija meħtieġa, b’mod partikolari f’pajjiżi fejn l-ebda Stat Membru ma huwa attwalment preżenti.

ANNESS V

Indikaturi ta’ prestazzjoni ewlenin imsemmija fl-Artikolu 25(1)

(a)

Għan speċifiku 1: Appoġġ tal-ġestjoni effikaċi integrata Ewropea tal-fruntieri fuq il-fruntieri esterni implimentati mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala responsabbiltà kondiviża bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, biex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri, biex tiġi pprevenuta u identifikata l-immigrazzjoni illegali irregolari u l-kriminalità transfruntiera u biex jiġu ġestiti effettivament flussi migratorji:

(1)

L-għadd ta' qsim irregolari tal-fruntiera li nqabad fil-fruntieri esterni tal-UE a) bejn il-punti tal-qsim tal-fruntiera; u b) fil-punti tal-qsim tal-fruntiera

Sors tad-data: l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

(2)

L-għadd ta’ persuni li qegħdin jużaw dokumenti tal-ivvjaġġar foloz li jkunu nqabdu fil-punti ta’ qsim tal-fruntieri

Sors tad-data: l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta

(2a)

L-għadd ta' persuni li applikaw għall-protezzjoni internazzjonali fil-punti tal-qsim tal-fruntiera

Sors tad-data: L-Istati Membri [Em. 195]

(2b)

L-għadd ta' persuni li ma tħallewx jidħlu

Sors tad-data: L-Istati Membri [Em. 196]

(b)

Għan speċifiku 2: Appoġġ tal-politika komuni tal-viża biex tiffaċilita jiġi żgurat approċċ aktar armonizzat fost l-Istati Membri fir-rigward tal-ħruġ ta' viżi, biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu u tipprevjeni jitnaqqsu r-riskji migratorji u tas-sigurtà. [Em. 197]

(1)

L-għadd ta’ persuni li użaw dokumenti tal-ivjaġġar foloz li nqabdu f’konsulati sostnuti mill-Fond

Sors tad-data: L-Istati Membri

(1a)

L-għadd ta' persuni li applikaw għall-protezzjoni internazzjonali fil-konsulati tal-Istati Membri

Sors tad-data: L-Istati Membri [Em. 198]

(2)

Żmien medju għad-deċiżjoni (u xejriet) fil-proċedura tal-viża

Sors tad-data: L-Istati Membri

ANNESS VI

Tipi ta’ interventi

TABELLA 1: IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-QASAM TAL-INTERVENT

I.

Ġestjoni integrata Ewropea tal-fruntieri

001

Verifiki fuq il-fruntieri

002

Sorveljanza tal-fruntieri – assi tal-ajru

003

Sorveljanza tal-fruntieri – assi tal-art

004

Sorveljanza tal-fruntieri – assi marittimi

005

Sorveljanza tal-fruntieri – sistemi ta’ sorveljanza tal-fruntieri awtomatizzati

006

Sorveljanza tal-fruntieri – miżuri oħra

007

Miżuri tekniċi u operazzjonali fiż-żona Schengen li huma relatati mal-kontroll tal-fruntieri

008

Għarfien tas-sitwazzjoni u skambju ta’ informazzjoni

009

Analiżi tar-riskju

010

L-ipproċessar ta’ data u informazzjoni

011

Żoni Hotspot

011a

Miżuri relatati mal-identifikazzjoni u r-riferiment ta' persuni vulnerabbli [Em. 199]

011b

Miżuri relatati mal-identifikazzjoni u r-riferiment ta' persuni li jeħtieġu protezzjoni internazzjonali jew li jixtiequ japplikaw għaliha [Em. 200]

012

Żvilupp tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta Ewropea

013

Kooperazzjoni bejn l-aġenziji – livell nazzjonali

014

Kooperazzjoni bejn l-aġenziji – livell tal-Unjoni Ewropea

015

Kooperazzjoni bejn l-aġenziji – ma’ pajjiżi terzi

016

Mobilizzar ta’ uffiċjali ta’ kollegament tal-immigrazzjoni konġunti

017

Sistemi tal-IT fuq skala kbira – Eurodac għal finijiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri

018

Sistemi tal-IT fuq skala kbira – Sistema ta’ Dħul/Ħruġ (EES)

019

Sistemi tal-IT fuq skala kbira – Sistema Ewropea ta’ Informazzjoni u ta’ Awtorizzazzjoni għall-Ivvjaġġar (ETIAS)

020

Sistemi tal-IT fuq skala kbira – Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SISII)

021

Sistemi tal-IT fuq skala kbira – Interoperabbiltà

022

Appoġġ operattiv – Ġestjoni integrata tal-fruntieri

023

Appoġġ operattiv – Sistemi tal-IT fuq skala kbira għal finijiet ta’ ġestjoni tal-fruntieri

024

Appoġġ operattiv – Skema ta’ Tranżitu Speċjali

II.

Politika komuni dwar il-viżi

001

Titjib tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża

002

Tisħiħ tal-effiċjenza, ta’ ambjent li jiffavorixxi lill-klijenti u s-sigurtà fil-konsulati

003

Sigurtà tad-dokumenti / konsulenti tad-dokumenti

004

Kooperazzjoni konsulari

005

Kopertura konsulari

006

Sistemi tal-IT fuq skala kbira – Sistema ta’ Informazzjoni tal-Visa (VIS)

007

Sistemi oħra tal-IT għal finijiet tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża

008

Appoġġ operattiv – Politika komuni dwar il-viżi

009

Appoġġ operattiv – Sistemi tal-IT fuq skala kbira għal finijiet tal-ipproċessar tal-applikazzjonijiet għal viża

010

Appoġġ operattiv – Skema ta’ Tranżitu Speċjali

010a

Il-ħruġ ta' viżi umanitarji [Em. 201]

III.

Assistenza teknika

001

Informazzjoni u komunikazzjoni

002

Tħejjija, implimentazzjoni, monitoraġġ u verifika

003

Evalwazzjoni u studji, ġbir ta’ data

003a

Il-kwalità tad-data u d-drittijiet tas-soġġetti tad-data għall-informazzjoni, l-aċċess għad-data personali tagħhom u r-rettifika, it-tħassir u r-restrizzjoni tal-iproċessar tal-istess data [Em. 202]

004

Żvilupp tal-ħiliet


TABELLA 2: KODIĊIJIET GĦAT-TIP TA’ DIMENSJONI TA’ AZZJONI

001

infrastrutturi u bini

002

mezzi ta’ trasport

003

tagħmir operattiv ieħor

004

sistemi ta’ komunikazzjoni

005

sistemi tal-IT

006

taħriġ

007

skambju ta’ prattiki tajba – bejn l-Istati Membri

008

skambju ta’ prattiki tajba – ma’ pajjiżi terzi

009

mobilizzar tal-esperti

010

studji, provi ta’ kunċett, proġetti pilota u azzjonijiet simili

011

attivitajiet ta’ komunikazzjoni

012

żvilupp ta’ għodod, metodi u indikaturi ta’ statistika

013

mobilizzar jew segwitu ieħor ta’ proġetti ta’ riċerka


TABELLA 3: KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-MODALITAJIET TA’ IMPLIMENTAZZJONI

001

Azzjoni speċifika

002

Assistenza ta’ emerġenza

003

Azzjonijiet elenkati fl-Anness IV

004

Implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-evalwazzjoni ta’ Schengen

005

Implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-valutazzjoni ta’ vulnerabbiltà

006

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

007

Azzjonijiet f’pajjiżi terzi

ANNESS VII

Azzjonijiet eliġibbli għal appoġġ operattiv

(a)

Fi ħdan l-għan speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(a), l-appoġġ operattiv għandu jkopri l-kostijiet li ġejjin bil-kundizzjoni li ma jkunux qed jiġu koperti mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta fil-kuntest tal-attivitajiet operattivi tagħha:

(1)

kostijiet marbuta mal-persunal;

(2)

manutenzjoni jew tiswija ta’ tagħmir u infrastruttura;

(3)

kostijiet tas-servizz, inkluż f’żoni hotspot fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament; [Em. 203]

(4)

kostijiet operazzjonali fuq l-operazzjonijiet.

Stat Membru ospitanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 1624/2016 jista’ juża appoġġ operattiv biex ikopri l-kostijiet operazzjonali tiegħu stess għall-parteċipazzjoni tiegħu fl-attivitajiet operattivi msemmija fl-Artikolu 2(5) tar-Regolament (UE) 1624/2016 u li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew għal skopijiet ta’ attivitajiet ta’ kontroll tal-fruntiera nazzjonali tiegħu.

(b)

Fi ħdan l-għan speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(b), l-appoġġ operattiv għandu jkopri:

(1)

kostijiet tal-persunal, inkluż għat-taħriġ;

(2)

il-kostijiet tas-servizz;

(3)

manutenzjoni jew tiswija ta’ tagħmir u infrastruttura;

(4)

kostijiet relatati ma’ proprjetà immobbli, inkluż il-kiri u d-deprezzar.

(c)

Fi ħdan l-għan speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(1), l-appoġġ operattiv għandu jkopri:

(1)

kostijiet tal-persunal, inkluż għat-taħriġ;

(2)

ġestjoni operazzjonali u manutenzjoni ta’ sistemi tal-IT fuq skala kbira u l-infrastrutturi tal-komunikazzjoni tagħhom, inkluża l-interoperabbiltà ta’ dawn is-sistemi u l-kiri ta’ bini sikur.

(d)

Apparti dan ta’ hawn fuq, l-appoġġ operattiv fi ħdan il-programm għal-Litwanja għandu jipprovdi appoġġ f’konformità mal-paragrafu 1 tal-Artikolu 16.

ANNESS VIII

Indikaturi ta’ eżitu u riżultati msemmija fl-Artikolu 25(3)

(a)

Għan speċifiku 1: Appoġġ tal-ġestjoni effikaċi integrata Ewropea tal-fruntieri fuq il-fruntieri esterni implimentati mill-Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta bħala responsabbiltà kondiviża bejn l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta u l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-fruntieri, biex jiġi ffaċilitat il-qsim leġittimu tal-fruntieri, biex tiġi pprevenuta u identifikata l-immigrazzjoni illegali irregolari u l-kriminalità transfruntiera u biex jiġu ġestiti effettivament flussi migratorji; [Em. 204]

(1)

Infrastruttura għall-kontroll tal-fruntieri, mezzi tat-trasport u oġġetti ta’ tagħmir ieħor iffinanzjati bl-appoġġ tal-istrument:

għadd ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera ġodda jew imtejba mill-għadd totali ta’ punti ta’ qsim tal-fruntiera ġodda jew imtejba fl-Istat Membru kkonċernat;

l-għadd tal-bibien tal-Kontroll Awtomatizzat tal-Fruntieri;

l-għadd ta’ mezzi ta’ trasport bl-ajru;

l-għadd ta’ mezzi ta’ trasport marittimi;

l-għadd ta’ mezzi ta’ trasport bl-art;

l-għadd ta’ oġġetti ta’ tagħmir imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta;

l-għadd ta’ oġġetti oħra ta’ tagħmir, li minnhom l-għadd ta’ oġġetti ta’ tagħmir għat-twaqqif, l-aġġornar jew il-manutenzjoni taż-żoni hotspot għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament;

l-għadd ta’ oġġetti ta’ tagħmir multifunzjonali appoġġati mill-istrument.

(2)

L-għadd ta’ pożizzjonijiet speċjalizzati f’pajjiżi terzi appoġġati mill-istrument

uffiċjali ta’ kollegament konġunt kif imsemmi fl-Anness III;

vakanzi oħra speċjalizzati relatati mal-ġestjoni tal-fruntieri.

(3)

L-għadd ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni jew flussi ta’ kooperazzjoni stabbilit minn Stati Membri bl-appoġġ tal-istrument bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta li jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

(4)

L-għadd ta’ oġġetti ta’ tagħmir użati matul l-attivitajiet operazzjonali tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta mixtrija bl-appoġġ tal-istrument mill-għadd totali ta’ oġġetti ta’ tagħmir li huma rreġistrati fir-Riżerva ta’ Tagħmir Tekniku tal-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta.

(5)

L-għadd ta’ proġetti ta’ kooperazzjoni jew flussi ta’ kooperazzjoni ta’ aġenziji nazzjonali maċ-Ċentru ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali (NCC) tal-Eurosur stabbiliti bl-appoġġ tal-istrument.

(6)

L-għadd ta’ persunal imħarreġ f’aspetti relatati mal-ġestjoni integrata tal-fruntieri bl-għajnuna tal-istrument.

(7)

L-għadd ta’ funzjonalitajiet tal-IT żviluppati, implimentati, miżmuma jew aġġornati bl-appoġġ tal-istrument, inkluż għal finijiet ta’ interoperabbiltà:

SISII;

ETIAS;

EES;

VIS għall-finijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri;

Eurodac għall-finijiet tal-ġestjoni tal-fruntieri;

L-għadd ta’ konnessjonijiet ta’ sistemi tal-IT tal-Portal Ewropew ta’ Tiftix ffinanzjati bl-appoġġ tal-istrument;

Kull sistema oħra tal-IT fuq skala kbira fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(8)

L-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet tal-Evalwazzjoni ta’ Schengen fil-qasam tal-fruntieri u rakkomandazzjonijiet tal-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà indirizzati bl-appoġġ tal-istrument, mill-għadd totali ta’ rakkomandazzjonijiet li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji.

(b)

Għan speċifiku 2: Appoġġ tal-politika komuni tal-viża biex tiffaċilita jiġi żgurat approċċ aktar armonizzat fost l-Istati Membri fir-rigward tal-ħruġ ta' viżi, biex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu u tipprevjeni jitnaqqsu r-riskji migratorji u tas-sigurtà: [Em. 205]

(1)

L-għadd ta’ konsulati barra ż-żona ta’ Schengen stabbiliti jew aġġornati bl-appoġġ tal-istrument mill-għadd totali ta’ konsulati stabbiliti jew aġġornati tal-Istat Membru barra ż-żona ta’ Schengen.

(2)

L-għadd ta’ persunal imħarreġ u l-għadd ta’ korsijiet f’aspetti relatati mal-politika komuni tal-viża bl-għajnuna tal-istrument.

(3)

L-għadd ta’ funzjonalitajiet tal-IT żviluppati, implimentati, miżmuma jew aġġornati bl-appoġġ tal-istrument, inkluż għal finijiet ta’ interoperabbiltà:

VIS;

EES;

Kull sistema oħra tal-IT fuq skala kbira fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(4)

Għadd ta’ forom ta’ kooperazzjoni fost l-Istati Membri fl-ipproċessar tal-viżi stabbiliti u aġġornati bl-appoġġ tal-istrument:

kollokazzjonijiet;

ċentri komuni għall-applikazzjoni;

rappreżentazzjonijiet;

oħrajn.

(5)

L-għadd ta’ rakkomandazzjonijiet tal-Evalwazzjoni ta’ Schengen fil-qasam tal-politika komuni tal-viżi bl-appoġġ tal-istrument, bħala sehem mill-għadd totali ta’ rakkomandazzjonijiet li għandhom implikazzjonijiet finanzjarji.

(6)

L-għadd ta’ pajjiżi li jirrikjedu l-viża meta l-għadd ta’ Stati Membri preżenti jew irrappreżentati żdied bl-appoġġ tal-istrument.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/451


P8_TA(2019)0177

L-istabbiliment tal-Fond għas-Sigurtà Interna ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (COM(2018)0472 – C8-0267/2018 – 2018/0250(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/64)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0472),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 82(1), l-Artikolu 84 u l-Artikolu 87(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0267/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0115/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2018)0250

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 82(1), 84 u 87(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (1),

Billi:

(1)

Jiġi żgurat Filwaqt li s-sigurtà interna, li hija nazzjonali tibqa' kompetenza ta’ l-Istati esklużiva tal-Istati Membri, tkun sforz kondiviż il-protezzjoni tagħha tirrikjedi kooperazzjoni u koordinazzjoni fil-livell tal-Unjoni. Is-sigurtà interna hija impenn konġunt fejn jenħtieġ li l-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji relevanti rilevanti tal-Unjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li , bl-għajnuna tas-settur privat u tas-soċjetà ċivili, jikkontribwixxu b’mod konġunt. Fil-perjodu mill-2015 sal-2020 il-Kummissjoni, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew iddefinixxew il-prijoritajiet komuni kif stabbiliti fl-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà ta’ April 2015 (2), li ġew affermati mill-ġdid mill-Kunsill fl-Istrateġija ta’ Sigurtà Interna li ġġeddet f’Ġunju 2015 (3) u mill-Parlament Ewropew fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta’ Lulju 2015 (4). Din l-istrateġija kondiviża kellha l-għan li tipprovdi l-qafas strateġiku għall-ħidma fil-livell ta’ Unjoni fil-qasam tas-sigurtà interna, u ddefinixxiet l-prijoritajiet ewlenin għall-azzjoni, biex tiżgura rispons effettiv tal-Unjoni għat-theddid tas-sigurtà matul l-2015-2020, jiġifieri billi tiġġieled it-terroriżmu u tipprevjeni r-radikalizzazzjoni, tisfratta , jiġifieri il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu l-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni , inklużi r-radikalizzazzjoni online u l-estremiżmu vjolenti , l-intolleranza u d-diskriminazzjoni filwaqt li tiġi sfrattata l-kriminalità organizzata u tiġġieled iċ-ċiberkriminalità. miġġielda ċ-ċiberkriminalità . [Em. 1]

(2)

Fid-dikjarazzjoni ta’ Ruma, iffirmata fil-25 ta’ Settembru Marzu  2017, il-mexxejja tas-27 Stat Membru , il-Kunsill Ewropew, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni kkonfermaw id-determinazzjoni tagħhom għal Ewropa sikura u sigura u biex tinbena Unjoni fejn iċ-ċittadini kollha jħossuhom sikuri u jistgħu jiċċaqilqu liberament, fejn il-fruntieri esterni jkunu siguri, b’politika dwar il-migrazzjoni effiċjenti, responsabbli u sostenibbli, u li tirrispetta n-normi internazzjonali, kif ukoll Ewropa determinata li tiġġieled it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata. [Em. 2]

(3)

Il-Kunsill Ewropew tal-15 ta’ Diċembru 2016 sejjaħ biex jibqgħu jinkisbu riżultati b'rabta mal-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ informazzjoni u tal-bażijiet ta’ data tal-UE. Il-Kunsill Ewropew tat-23 ta’ Ġunju 2017 enfasizza l-ħtieġa li titjieb l-interoperabbiltà bejn il-bażijiet tad-data u li fit-12 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament dwar it-twaqqif ta’ qafas għall-interoperabbiltà bejn is-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE (il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija, l-ażil u l-migrazzjoni) (5).

(4)

L-objettiv tal-Unjoni li jiġi żgurat livell għoli ta’ sigurtà fi spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja skont l-Artikolu 67(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) għandu jinkiseb, fost l-oħrajn, permezz ta’ miżuri għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità kif ukoll permezz ta’ miżuri għal koordinazzjoni u kooperazzjoni bejn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet nazzjonali oħrajn tal-Istati Membri, inkluż ma’ aġenziji tal-Unjoni u korpi relevanti oħrajn tal-Unjoni u ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti.

(5)

Sabiex jinkiseb dan l-objettiv, jenħtieġ li jittieħdu azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni għall-protezzjoni ta’ persuni u ta’ oġġetti , spazji pubbliċi u infrastruttura kritika minn theddidiet transnazzjonali li dejjem qed jiżdiedu u biex tiġi appoġġata l-ħidma mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri. It-terroriżmu, il-kriminalità serja u organizzata, il-kriminalità itineranti, it-traffikar tad-droga u tal-armi , il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, iċ-ċiberkriminalità, l-isfruttament sesswali inkluż tat-tfal, it-theddidiet ibridi kif ukoll kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari, it-traffikar tal-bnedmin u l-armi, fost l-oħrajn, għadhom sfida għas-sigurtà interna u għas-suq intern tal-Unjoni. [Em. 3]

(5a)

Jenħtieġ li l-Fond jipprovdi appoġġ finanzjarju biex jindirizza l-isfidi li qegħdin jitfaċċaw minħabba ż-żieda sinifikanti fl-iskala ta' ċerti tipi ta' kriminalità, bħall-frodi tal-ħlasijiet, l-isfruttament sesswali tat-tfal u t-traffikar tal-armi, li fl-aħħar snin twettqu permezz tal-internet (“kriminalità bl-użu tal-internet”). [Em. 4]

(6)

Il-finanzjament mill-baġit tal-UE jenħtieġ li jikkonċentra fuq attivitajiet li permezz tagħhom l-intervent tal-UE jista’ jagħti valur miżjud meta mqabbel ma’ azzjoni mill-Istati Membri waħidhom. F’konformità F'konformità mal-Artikoli 84 u 87(2) TFUE, il-finanzjament jenħtieġ li jappoġġa miżuri li jippromwovu u jappoġġaw l-azzjoni tal-Istati Membri fil-qasam tal-prevenzjoni tal-kriminalità , tat-taħriġ komuni u tal-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja li tinvolvi l-awtoritajiet kompetenti kollha tal-Istati Membri u l-aġenziji tal-Unjoni , b’mod partikolari fir-rigward tal-iskambju ta’ informazzjoni, ta’ aktar kooperazzjoni operattiva u ta’ appoġġ għall-isforzi li jsaħħu l-kapaċitajiet fil-ġlieda u l-prevenzjoni tal-kriminalità. Jenħtieġ li l-Fond ma jappoġġax l-ispejjeż operattivi u l-attivitajiet relatati mal-funzjonijiet essenzjali tal-Istati Membri rigward iż-żamma tal-liġi u tal-ordni u s-salvagwardja tas-sigurtà interna u nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 72 TFUE. [Em. 5]

(7)

L-Istati Membri, sabiex jippreservaw l-acquis ta’ Schengen u  ż-żona kollha tas-suq intern tal-Unjoni, u sabiex jsaħħu l-funzjonament tiegħu, mis-6 ta’ April 2017 huma obbligati li jwettqu verifiki sistematiċi ma’ bażijiet tad-data rilevanti fuq ċittadini tal-UE li jaqsmu l-fruntieri esterni tal-UE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ħarġet Rakkomandazzjoni għall-Istati Membri sabiex jagħmlu użu aħjar mill-verifiki tal-pulizija u mill-kooperazzjoni transfruntiera. Jenħtieġ li s-solidarjetà fost l-Istati Membri, iċ-ċarezza dwar it-tqassim tal-kompiti, ir-rispett għad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali u l-istat tad-dritt, l-attenzjoni b’qawwa fuq il-perspettiva globali u l-koerenza li hemm bżonn mad-dimensjoni esterna tas-sigurtà jkunu l-prinċipji ewlenin li jiggwidaw l-azzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri biex tiġi żviluppata Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina. [Em. 6]

(8)

Jenħtieġ li l-Istati Membri, biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ Unjoni tas-Sigurtà effettiva u ġenwina li għandha l-għan li tiżgura livell għoli ta’ sigurtà interna fl-Unjoni Ewropea kollha, ikunu pprovduti b’appoġġ finanzjarju xieraq tal-Unjoni billi jiġi stabbilit u ġestit Fond għas-Sigurtà Interna (“il-Fond”).

(9)

Il-Fond jenħtieġ li jiġi implimentat f’konformità sħiħa mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), mad-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mal-obbligi internazzjonali tal-Unjoni fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem. B'mod partikolari, dan ir-Regolament ifittex jiżgura li d-drittijiet fundamentali , bħad-dritt għad-dinjità tal-bniedem, id-dritt għall-ħajja, il-projbizzjoni tat-tortura u ta' trattament jew kastig inumani jew degradanti, id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali, id-drittijiet tat-tfal u d-dritt għal rimedju effettiv jiġu rrispettati bis-sħiħ. Dan ifittex ukoll li jippromwovi l-applikazzjoni tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni. [Em. 7]

(10)

Skont l-Artikolu 3 tat-TUE, il-Fond jenħtieġ li jappoġġa attivitajiet li jiżguraw il-protezzjoni tat-tfal mill-vjolenza, l-abbuż, l-isfruttament u n-negliġenza. Il-Fond jenħtieġ wkoll li jappoġġa s-salvagwardji u l-assistenza ta’ tfal li jkunu xhieda u vittmi, b’mod partikolari dawk li ma jkunux akkumpanjati jew li inkella jkollhom bżonn ta’ tutela.

(10a)

Is-sensibilizzazzjoni fost il-persunal tal-infurzar tal-liġi rigward kwistjonijiet relatati mal-forom kollha ta' razziżmu, inklużi l-antisemitiżmu u l-antiżingariżmu hija fattur ta' suċċess ewlieni għas-sigurtà interna. Il-miżuri ta' taħriġ u ta' edukazzjoni fir-rigward tas-sensibilizzazzjoni għall-atturi tal-infurzar tal-liġi jenħtieġ li għalhekk jiġu inklużi fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Fond sabiex tiżdied il-kapaċità tal-bini tal-fiduċja fil-livell lokali. [Em. 8]

(11)

F'konformità mal-prijoritajiet kondiviżi identifikati fil-livell ta' Unjoni sabiex jiġi żgurat livell għoli ta' sigurtà fl-Unjoni, il-Fond se jappoġġa azzjonijiet immirati li jindirizzaw it-theddid ewlieni għas-sigurtà u b'mod partikolari jiġġieldu il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u  l-estremiżmu vjolenti, inklużi r-radikalizzazzjoni, l-intolleranza u d-diskriminazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità, u kif ukoll li jassistu u jipproteġu l-vittmi tal-kriminalità u jipproteġu l-infrastruttura kritika . Il-Fond se jiżgura li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jkunu mgħammra tajjeb sabiex jindirizzaw ukoll it-theddid li qiegħed jevolvi u dak emerġenti , bħat-traffikar, inkluż b'mezzi online, it-theddid ibridu u t-theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari, bil-ħsieb li tiġi implimentata unjoni tas-sigurtà ġenwina. Dan jenħtieġ li jitwettaq permezz ta' assistenza finanzjarja li tappoġġa skambju aħjar ta' informazzjoni, li żżid biex tiżdied il-kooperazzjoni operattiva u li ttejjeb il-kapaċitajiet nazzjonali u kollettivi. [Em. 9]

(12)

Fil-qafas komprensiv tal-Fond, l-assistenza finanzjarja provduta permezz tal-Fond jenħtieġ li b'mod partikolari tappoġġa l-iskambju ta' informazzjoni u l-aċċess għaliha kif ukoll il-kooperazzjoni ġudizzjarja u tal-pulizija u l-prevenzjoni fl-oqsma tal-kriminalità serja u organizzata, it-traffikar illeċitu tal-armi, il-korruzzjoni, il-ħasil tal-flus, it-traffikar tad-drogi, il-kriminalità ambjentali, l-iskambju u l-aċċess għall-informazzjoni, it-terroriżmu, it-traffikar tal-bnedmin, l-isfruttament tal-immigrazzjoni illegali ta' rifuġjati u migranti irregolari, l-isfruttament gravi tal-ħaddiema , l-isfruttament sesswali tat-tfal, u l-abbuż, inklużi t-tfal u n-nisa, it-tqassim ta' immaġini b'abbuż fuq it-tfal u ta' pedopornografija, kif ukoll iċ-ċiberkriminalità. Il-Fond jenħtieġ li jappoġġa wkoll il-protezzjoni tal-persuni, tal-ispazji pubbliċi u tal-infrastruttura kritika kontra inċidenti marbuta mas-sigurtà u l-ġestjoni effettiva tar-riskji relatati mas-sigurtà u mal-kriżijiet, inkluż permezz ta' taħriġ konġunt, tal-iżvilupp ta' politiki komuni (strateġiji, ċikli ta' politiki, programmi u pjanijiet ta' azzjoni), ta' leġiżlazzjoni u ta' kooperazzjoni prattika. [Em. 10]

(12a)

Jenħtieġ li l-Fond jipprovdi assistenza lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi irrispettivament mill-istruttura organizzattiva tagħhom skont il-liġi nazzjonali. Għal din ir-raġuni, l-azzjonijiet li jinvolvu lill-forzi militari inkarigati minn kompiti ta' sigurtà interna jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll għal appoġġ mill-Fond b'tali mod li dawn l-azzjonijiet jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi speċifiċi tal-Fond. F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u sabiex jiġu indirizzati u evitati riskji serji għas-sigurtà pubblika, inkluż wara attakk terroristiku, l-azzjonijiet mill-forzi militari fit-territorju tal-Istat Membru jenħtieġ li jkunu eliġibbli għal appoġġ mill-Fond. Azzjonijiet ta' żamma tal-paċi jew ta' difiża barra mit-territorju tal-Istat Membru m'għandhom taħt ebda ċirkostanza jkunu eliġibbli għal assistenza mill-Fond. [Em. 11]

(13)

Il-Fond jenħtieġ li jibni fuq ir-riżultati u l-investimenti tal-predeċessuri tiegħu: il-Programm ta' Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità (ISEC) u l-programm Prevenzjoni, Stat ta’ Tħejjija u Maniġġar tal-Konsegwenzi tat-Terroriżmu u ta’ riskji oħra relatati mas-Sigurtà’(CIPS) għall-perjodu 2007-2013 u l-istrument għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna għall-perjodu 2014-2020 stabbilit bir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), u jenħtieġ li jiġi estiż sabiex jitqiesu l-iżviluppi ġodda.

(14)

Hemm il-ħtieġa li l-impatt tal-finanzjamenti tal-Unjoni jiġi massimizzat permezz ta’ mobilizzazzjoni, ġbir komuni u t-tisħiħ tar-riżorsi finanzjarji pubbliċi u privati. Il-Fond jenħtieġ li jippromwovi u jinkoraġġixxi l-parteċipazzjoni attiva u valida tas-soċjetà ċivili kif ukoll jinvolviha, inklużi l-organizzazzjonijiet nongovernattivi, kif ukoll is-settur industrijali Ewropew fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika ta’ sigurtà , b'mod partikolari fir-rigward taċ-ċibersigurtà , inkluż fejn rilevanti, l-involviment ta’ atturi rilevanti oħra, aġenziji tal-Unjoni u korpi oħra tal-Unjoni, pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-għan tal-Fond. Madankollu, jenħtieġ jiġi żgurat li l-appoġġ mill-Fond ma jintużax biex jiddelega kompiti statutorji jew pubbliċi lil atturi privati. [Em. 12]

(15)

Fil-qafas komprensiv tal-istrateġija tal-Unjoni kontra d-drogi li tippromwovi approċċ ekwilibrat imsejjes fuq tnaqqis simultanju fil-provvista u fid-domanda, l-assistenza finanzjarja mogħtija skont dan il-Fond jenħtieġ li tappoġġa l-azzjonijiet kollha li jkollhom l-objettiv li jipprevjenu u jikkumbattu t-traffikar fid-drogi (it-tnaqqis fil-provvista u fid-domanda), u b’mod partikolari l-miżuri li għandhom fil-mira tagħhom il-produzzjoni, il-manifattura, l-estrazzjoni, il-bejgħ, it-trasport, l-importazzjoni u l-esportazzjoni tad-drogi illegali, inklużi l-pussess u x-xiri bi skop ta’ involviment f’attivitajiet ta’ traffikar tad-drogi. Il-Fond jenħtieġ li b’mod partikolari jkopri l-aspetti ta’ prevenzjoni tal-politika dwar id-drogi. Sabiex ikun hemm aktar sinerġiji u ċarezza fil-qasam relatat mad-drogi, dawn l-elementi tal-għanijiet relatati mad-drogi – li fl-2014-2020 kienu koperti mill-Programm tal-Ġustizzja – jenħtieġ li jiġu inkorporati fil-Fond.

(16)

Sabiex jiġi żgurat li l-Fond jagħti kontribut effettiv għal livell ogħla ta’ sigurtà interna fl-Unjoni Ewropea kollha, għall-iżvilupp ta’ Unjoni tas-Sigurtà ġenwina, il-Fond jenħtieġ li jintuża b’mod li l-azzjoni tal-Istati Membri jkollha kemm jista’ jkun valur Ewropew . [Em. 13]

(17)

Fl-interess ta’ solidarjetà fl-Unjoni, u fi spirtu ta’ responsabbiltà kondiviża għas-sigurtà fiha, meta jiġu identifikati nuqqasijiet jew riskji, b’mod partikolari wara l-evalwazzjoni ta’ Schengen, l-Istat Membru kkonċernat jenħtieġ li jindirizza b’mod adegwat il-kwistjoni billi juża r-riżorsi fil-programm tiegħu biex jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet adottati skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 (7).

(18)

Sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-Fond, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-prijoritajiet tal-programmi tagħhom jikkontribwixxu għall-kisba jindirizzaw l-objettivi speċifiċi tal-Fond, li l-prijoritajiet magħżula jkunu f’konformità mal-miżuri ta’ implimentazzjoni kif stabbilit fl-Anness II fl-Artikolu 3a u li l-allokazzjoni tar-riżorsi ta’ bejn l-għanijiet tkun proporzjonali mal-isfidi u l-ħtiġijiet u tkun tiżgura li l-objettiv ta’ politika ġenerali jista’ jintlaħaq. [Em. 14]

(19)

Is-sinerġiji, il-konsistenza u l-effiċjenza jenħtieġ li jinstabu f’fondi oħra tal-UE u jenħtieġ li jiġi evitat trikkib bejn l-azzjonijiet.

(20)

Il-Fond jenħtieġ li jkun koerenti ma’ programmi finanzjarji oħra tal-Unjoni kif ukoll kumplimentari magħhom fil-qasam tas-sigurtà. Għandhom jinstabu wkoll jiġu żgurati sinerġiji b’mod partikolari mal-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri li jikkonsisti mill-istrument għall-ġestjoni tal-fruntieri u l-viżi stabbilit mir-Regolament (UE) X u l-istrument għat-tagħmir ta’ kontroll doganali stabbilit mir-Regolament (UE) X kif ukoll il-Fondi l-oħra tal-Politika ta’ Koeżjoni koperti bir-Regolament (UE) X [CPR], il-parti dwar ir-riċerka għas-sigurtà tal-Programm Orizzont Ewropa stabbilit mir-Regolament (UE) X, il-Programm dwar id-Drittijiet u l-Valuri stabbilit mir-Regolament X, il-Programm tal-Ġustizzja stabbilit mir-Regolament UE X, il-Programm Ewropa Diġitali stabbilit mir-Regolament UE X u l-programm InvestEU stabbilit mir-Regolament UE X. Jenħtieġ li jinstabu sinerġiji b’mod partikolari dwar is-sigurtà tal-infrastruttura u l-ispazji pubbliċi, iċ-ċibersigurtà , il-protezzjoni tal-vittmi u l-prevenzjoni tal-estremiżmu vjolenti, inkluż tar-radikalizzazzjoni. Mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni effettivi huma essenzjali sabiex jintlaħqu bl-aktar mod effettiv l-għanijiet tal-politika, jiġu sfruttati l-ekonomiji ta’ skala u jiġi evitat trikkib bejn l-azzjonijiet. [Em. 15]

(21)

Miżuri f’pajjiżi terzi u fir-rigward tagħhom appoġġati permezz tal-Fond jenħtieġ li jiġu implimentati f’sinerġija u f’koerenza sħiħa ma’ azzjonijiet oħra barra l-Unjoni u jenħtieġ li jikkumplimentawhom jikkomplementawhom , appoġġati permezz ta’ strumenti ta’ finanzjament esterni tal-Unjoni. B’mod partikolari, fl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet bħal dawn, jenħtieġ li jkun hemm sforz biex ikun hemm koerenza sħiħa mal-prinċipji u l-objettivi ġenerali tal-azzjoni esterna , il-politika barranija u l-politika barranija dwar l-għajnuna għall-iżvilupp tal-Unjoni marbuta mal-pajjiż jew ir-reġjun inkwistjoni. Fir-rigward tad-dimensjoni esterna, il-Fond jenħtieġ li jtejjeb il-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi f’oqsma ta’ interess għas-sigurtà interna tal-Unjoni, bħalma huma l-ġlieda kontra t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni, il-kooperazzjoni ma’ awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi ta’ pajjiżi terzi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (inklużi brigati u skwadri ta’ investigazzjoni konġunti) , it-traffikar, b'mod partikolari, ta' armi, drogi, speċi fil-periklu u assi kulturali , il-kriminalità u l-korruzzjoni serji u organizzati, it-traffikar tal-bnedmin u l-faċilitazzjoni ta' immigrazzjoni illegali. [Em. 16]

(22)

Il-finanzjament mill-baġit tal-UE jenħtieġ li jikkonċentra fuq attivitajiet li permezz tagħhom l-intervent tal-UE jista’ jagħti valur miżjud meta mqabbel ma’ azzjonijiet mill-Istati Membri waħidhom. Is-sigurtà għandha intrinsikament dimensjoni transfruntiera u għaldaqstant jinħtieġ rispons tal-Unjoni b’saħħtu u kkoordinat. L-appoġġ finanzjarju provdut b’dan ir-Regolament se jikkontribwixxi b'mod partikolari biex jissaħħu l-kapaċitajiet nazzjonali u tal-Unjoni f'dan il-qasam.

(23)

Stat Membru jista’ jitqies li mhuwiex konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti fir-rigward tal-użu ta’ appoġġ operattiv taħt dan il-Fond jekk ikun naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu tat-Trattati fil-qasam ta’ sigurtà, jekk ikun hemm riskju ċar ta’ ksur serju minn Stat Membru tal-valuri tal-Unjoni meta jimplimenta l-acquis dwar is-sigurtà, jew jekk rapport ta’ evalwazzjoni tal-Mekkaniżmu ta’ Evalwazzjoni u Monitoraġġ ta’ Schengen jidentifika nuqqasijiet fiż-żona rilevanti.

(23a)

Skont ir-Regolament (UE) Nru X tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (8) , l-Unjoni jenħtieġ li tieħu miżuri biex tipproteġi l-baġit tagħha ladarba jiġi stabbilit falliment ġenerali tal-istat tad-dritt fi Stat Membru. Ir-Regolament (UE) Nru X jenħtieġ japplika għal dan il-Fond. [Em. 17]

(24)

Il-Fond jenħtieġ li jirrifletti l-ħtieġa għal żieda fil-flessibbiltà u s-simplifikazzjoni filwaqt li jirrispetta r-rekwiżiti f’termini ta’ prevedibbiltà, u filwaqt li jiżgura t-tqassim ġust u trasparenti tar-riżorsi sabiex jintlaħqu l-objettivi stipulati f’dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Fond tkun iggwidata mill-prinċipji ta' effiċjenza, effikaċja u kwalità tal-infiq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-Fond tkun kemm jista' jkun faċli għall-utent. [Em. 18]

(25)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi l-ammonti inizjali għall-Istati Membri kkalkulati fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fl-Anness I.

(26)

Dawn l-ammonti inizjali jenħtieġ li jiffurmaw il-bażi għall-investimenti ta’ terminu twil fis-sigurtà tal-Istati Membri. Sabiex jittieħed kont tal-bidliet fit-theddid għas-sigurtà interna u esterna jew fis-sitwazzjoni bażika, jenħtieġ li jiġi allokat ammont addizzjonali għall-Istati Membri f’nofs it-terminu fuq il-bażi tal-aktar data statistika reċenti disponibbli, kif stabbiliti fil-gwida għat-tqassim, filwaqt li jitqies l-istat ta’ implimentazzjoni tal-programmi. [Em. 19]

(26a)

Jenħtieġ li l-infrastruttura kritika li l-Istati Membri għandhom jipproteġu titqies meta jiġu allokati r-riżorsi disponibbli mill-Fond. [Em. 20]

(27)

Billi l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà qed jevolvu b’mod kostanti, hemm il-bżonn li l-allokazzjoni ta’ finanzjament tiġi adattata għall-bidliet fit-theddid għas-sigurtà interna u esterna u li l-finanzi jmorru għall-prijoritajiet bl-ogħla valur miżjud għall-Unjoni. Bħala reazzjoni għall-ħtiġijiet pressanti, għall-bidliet fil-politika u fil-prijoritajiet tal-Unjoni u sabiex il-fondi jmorru għal azzjonijiet b’livell għoli ta’ valur miżjud għall-Unjoni, parti mill-finanzjament se jiġi perjodikament allokat għal azzjonijiet speċifiċi, għal azzjonijiet tal-Unjoni u għall-assistenza ta’ emerġenza permezz tal-faċilità tematika. [Em. 21]

(28)

L-Istati Membri jenħtieġ li jiġu mħeġġa biex jużaw parti mill-allokazzjoni tal-programm tagħhom biex jiffinanzjaw azzjonijiet mniżżla fl-Anness IV biex jibbenefikaw minn kontribuzzjoni ogħla tal-Unjoni prinċipalment minħabba l-valur miżjud Ewropew għoli tagħhom jew in-natura prijoritarja tagħhom għall-Unjoni . [Em. 22]

(29)

Parti mir-riżorsi disponibbli permezz tal-Fond jistgħu jitqassmu wkoll għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi li jeħtieġu sforz kooperattiv fost l-Istati Membri jew meta żviluppi ġodda fl-Unjoni jeħtieġu fondi addizzjonali li għandhom jkunu disponibbli għal Stat Membru jew aktar. Dawn l-azzjonijiet speċifiċi jenħtieġ li jkunu definiti mill-Kummissjoni fil-programmi ta’ ħidma tagħha.

(30)

Il-Fond jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-appoġġ tal-ispejjeż operattivi marbuta mas-sigurtà interna u jippermetti lill-Istati Membri biex iżommu l-kapaċitajiet li huma kruċjali għall-Unjoni kollha kemm hi. Dan l-appoġġ jikkonsisti minn rimborż sħiħ ta’ għażla ta’ spejjeż speċifiċi relatati mal-għanijiet tal-Fond u jenħtieġ li jifforma parti integrali mill-programmi tal-Istati Membri.

(31)

Il-Fond, sabiex jikkumplimenta jikkumplementa l-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ politika tiegħu fil-livell nazzjonali permezz tal-programmi tal-Istati Membri, jenħtieġ li jipprovdi wkoll appoġġ għal azzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Dawn l-azzjonijiet jenħtieġ li jservu għanijiet strateġiċi globali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-intervent tal-Fond relatat mal-analiżi tal-politika u l-innovazzjoni, it-tagħlim reċiproku u s-sħubijiet transnazzjonali kif ukoll l-ittestjar ta’ inizjattivi u azzjonijiet ġodda fl-Unjoni jew bejn ċerti Stati Membri . F'dan ir-rigward, jenħtieġ li tiġi mħeġġa kooperazzjoni bejn is-servizzi ta' intelligence tal-Istati Membri bil-ħsieb li jiġi żgurat l-iskambju ta' informazzjoni meħtieġ sabiex tissaħħaħ l-effikaċja tal-ġlieda kontra t-terroriżmu kif ukoll il-kriminalità serja u organizzata u sabiex isir kontribut għal fehim aħjar tan-natura transfruntiera tagħhom. Il-fond jenħtieġ li jappoġġa l-isforzi tal-Istati Membri biex jagħmlu skambju ta' prattiki tajbin u jinkoraġġixxu taħriġ komuni biex jikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' kultura ta' kooperazzjoni u fiduċja reċiproka bejn is-servizzi tal-intelligence kif ukoll bejn is-servizzi tal-intelligence u Europol . [Em. 23]

(32)

Sabiex tissaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni biex tirreaġixxi immedjatament għal inċidenti marbuta mas-sigurtà jew theddidiet emerġenti ġodda għall-Unjoni, jenħtieġ li jkun possibbli li tingħata assistenza ta’ emerġenza skont il-qafas stabbilit f’dan ir-Regolament. Għaldaqstant jenħtieġ li ma tingħatax assistenza ta’ emerġenza biex jiġu sempliċiment appoġġati miżuri fuq terminu twil u ta’ kontinġenza, jew biex jiġu indirizzati sitwazzjonijiet fejn l-urġenza biex wieħed jaġixxi tirriżulta minn nuqqas ta’ organizzazzjoni amministrattiva u ppjanar operattiv insuffiċjenti min-naħa tal-awtoritajiet kompetenti.

(33)

Sabiex tkun żgurata l-flessibbiltà meħtieġa tal-azzjoni u sabiex jitwieġbu l-ħtiġijiet emerġenti, jenħtieġ li jkun possibbli għall-aġenziji deċentralizzati li jiġu pprovduti b’mezzi finanzjarji addizzjonali xierqa biex iwettqu ċerti kompiti ta’ emerġenza. F’każijiet meta l-kompitu li għandu jitwettaq ikun ta’ tali natura urġenti, meta l-baġits tagħhom ma setgħux jiġu finalizzati fil-ħin, l-aġenziji deċentralizzati jenħtieġ li jkunu eliġibbli bħala benefiċjarji tal-għajnuna ta’ emerġenza, inkluż fil-forma ta’ għotjiet, b’mod konsistenti mal-prijoritajiet u l-inizjattivi identifikati fil-livell ta’ Unjoni mill-Istituzzjonijiet tal-UE.

(33a)

Fid-dawl tan-natura transnazzjonali tal-azzjonijiet tal-Unjoni u bil-għan li tiġi promossa azzjoni kkoordinata biex jiġi ssodisfat l-objettiv li jiġi żgurat l-ogħla livell ta' sigurtà fl-Unjoni, l-aġenziji deċentralizzati jenħtieġ li jkunu eliġibbli wkoll bħala benefiċjarji tal-azzjoni tal-Unjoni, inkluż fil-forma ta' għotjiet. Jenħtieġ li dan l-appoġġ jkun konsistenti mal-prijoritajiet u mal-inizjattivi identifikati fil-livell tal-Unjoni mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni biex jiġi żgurat valur miżjud Ewropew. [Em. 24]

(34)

L-għan tal-politika ta’ dan il-Fond se jiġi indirizzat ukoll permezz tal-istrumenti finanzjarji u ta’ garanzija baġitarja skont kampijiet ta' applikazzjoni tal-politika ta’ InvestEU. L-appoġġ finanzjarju jenħtieġ li jintuża sabiex nuqqasijiet tas-suq jew sitwazzjonijiet ta’ investiment mhux ottimali jiġu indirizzati b’mod proporzjonat, filwaqt li l-azzjonijiet jenħtieġ li ma jiddupplikawx jew ma jeskludux il-finanzjament privat, jew ifixklu l-kompetizzjoni fis-suq intern. L-azzjonijiet jenħtieġ li jkollhom valur miżjud Ewropew ċar.

(35)

Dan ir-Regolament jistabbilixxi pakkett finanzjarju għall-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) li għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja, fis-senstal-paragrafu X tal-Ftehim Interistituzzjonali ta’ X bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (9), għall-Parlament Ewropew u l-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali.

(36)

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-RF l-ġdid] (10) (ir-“Regolament Finanzjarju”) japplika għal dan il-Fond. Dan jistabbilixxi regoli dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni, inklużi r-regoli dwar għotjiet, premjijiet, akkwist, implimentazzjoni indiretta, assistenza finanzjarja, strumenti finanzjarji u garanziji baġitarji. Biex tkun żgurata koerenza fl-implimentazzjoni tal-programmi ta’ finanzjament tal-Unjoni, ir-Regolament Finanzjarju jenħtieġ li jiġi applikat għall-azzjonijiet li jridu jiġu implimentati b’ġestjoni diretta jew indiretta permezz tal-ISF.

(37)

Għall-fini tal-implimentazzjoni tal-azzjonijiet taħt ġestjoni kondiviża, il-Fond jenħtieġ li jifforma parti minn qafas koerenti li jikkonsisti minn dan ir-Regolament, mir-Regolament Finanzjarju u mir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (UE) Nru X  [CPR]  (11). Fil-każ ta' dispożizzjonijiet konfliġġenti, dan ir-Regolament jieħu preċedenza fuq ir-Regolament (UE) Nru X [CPR]. [Em. 159]

(38)

Ir-Regolament (UE) Nru X [CPR] jistabbilixxi l-qafas għall-azzjoni tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+), il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS), il-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF), il-Fond għas-Sigurtà Interna (ISF) u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (BMVI) bħala parti mill-Fond għall-Ġestjoni Integrata tal-Fruntieri (IBMF), u jistabbilixxi b’mod partikolari r-regoli dwar il-programmazzjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni, il-ġestjoni u l-kontroll għall-fondi tal-UE implimentati b’ġestjoni kondiviża. Barra minn hekk huwa neċessarju li jiġu speċifikati l-għanijiet tal-Fond għas-Sigurtà Interna f’dan ir-Regolament, u li jiġu stabbiliti dispożizzjonijiet speċifiċi dwar l-attivitajiet li jistgħu jiġu ffinanzjati bl-appoġġ ta’ dan il-Fond. [Em. 26]

(38a)

Sabiex jiġi żgurat li l-Fond jappoġġa azzjonijiet li jindirizzaw l-objettivi speċifiċi kollha tal-Fond u li l-allokazzjoni tar-riżorsi għall-objettivi tkun waħda proporzjonata għall-isfidi u l-ħtiġijiet filwaqt li jkunu jistgħu jintlaħqu l-objettivi, jenħtieġ li jiġi definit perċentwal minimu tal-allokazzjoni mill-Fond għal kull objettiv speċifiku tal-Fond, kemm għall-programmi nazzjonali kif ukoll għall-faċilità tematika. [Em. 27]

(39)

It-tipi ta’ finanzjament u l-metodi ta’ implimentazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li jintgħażlu fuq il-bażi tal-kapaċità li għandhom biex jilħqu l-għanijiet tal-azzjonijiet u biex jagħtu riżultati, filwaqt li b’mod partikolari jitqiesu l-ispejjeż tal-kontroll, il-piż amministrattiv u mbagħad ir-riskju mistenni ta’ nuqqas ta’ konformità. Jenħtieġ li dan jinkludi konsiderazzjoni tal-użu tas-somom f’daqqa, ir-rati fissi u l-kostijiet ta’ unità, kif ukoll il-finanzjament mhux marbut mal-kostijiet kif jissemma fl-Artikolu 125(1) tar-Regolament Finanzjarju.

(40)

Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2988/95 (13), ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (14) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 (15), l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta’ miżuri proporzjonati, inklużi l-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta’ irregolaritajiet u ta’ frodi, l-irkupru ta’ fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b’mod mhux korrett u fejn xieraq, l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet kriminali u/jew amministrattivi. B’mod partikolari, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista’ jwettaq u jamministra investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fil-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew xi reati kriminali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jwettaq investigazzjoni u prosekuzzjoni dwar frodi u attivitajiet illegali oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16). Skont ir-Regolament Finanzjarju, kull persuna jew entità li tirċievi fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) u tiżgura li kull terza persuna involuta fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. L-Istati Membri għandhom jikkooperaw bis-sħiħ u jipprovdu l-assistenza kollha meħtieġa lill-istituzzjonijiet, aġenziji u korpi tal-Unjoni fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Jenħtieġ li r-riżultati tal-investigazzjonijiet dwar irregolaritajiet jew frodi b'rabta mal-Fond ikunu disponibbli għall-Parlament Ewropew. [Em. 28]

(41)

Ir-regoli finanzjarji orizzontali adottati mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fuq il-bażi tal-Artikolu 322 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea japplikaw għal dan ir-Regolament. Dawn ir-regoli huma stipulati fir-Regolament Finanzjarju u jiddeterminaw b’mod partikolari l-proċedura għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni tal-baġit permezz tal-għotjiet, l-akkwist pubbliku, il-premjijiet, l-implimentazzjoni indiretta, u jipprovdu verifiki dwar ir-responsabilità tal-atturi finanzjarji. Ir-regoli adottati fuq il-bażi tal-Artikolu 322 TFUE jikkonċernaw ukoll il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f’każ ta’ nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri, billi r-rispett għall-istat tad-dritt huwa prekundizzjoni essenzjali għal ġestjoni finanzjarja soda u effettiva tal-fondi tal-UE.

(42)

Skont l-Artikolu 94 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE (17), persuni u entitajiet stabbiliti f’pajjiżi u territorji barra l-Ewropa (overseas countries and territories, OCTs) huma eliġibbli għal finanzjament soġġett għar-regoli u għall-għanijiet tal-Fond u għall-arranġamenti possibbli applikabbli għall-Istat Membru li magħhom il-pajjiż jew territorju barra l-Ewropa rilevanti huwa marbut.

(43)

Skont l-Artikolu 349 tat-TFUE u f’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni “Sħubija strateġika aktar b'saħħitha u mġedda mar-reġjuni ultraperiferiċi tal-UE (18) ”, li ġie approvata mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu tat-12 ta’ April 2018, l-Istati Membri rilevanti jenħtieġ li jiżguraw li l-programmi tagħhom jindirizzaw l-isfidi speċifiċi li jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi. Il-Fond jappoġġa dawn l-Istati Membri b’riżorsi adegwati biex jgħinu lil dawn ir-reġjuni kif xieraq. [Em. 29]

(44)

Skont il-paragrafi 22 u 23 tal-ftehim Interistituzzjonali għat-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tas-13 ta’ April 2016 (19), hemm il-ħtieġa li dan il-Fond jiġi evalwat fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura permezz ta’ rekwiżiti speċifiċi tal-monitoraġġ, filwaqt li jiġu evitati r-regolamentazzjoni żejda u l-piż amministrattiv, b’mod partikolari għall-Istati Membri. Dawn ir-rekwiżiti, fejn xieraq, jistgħu jinkludu indikaturi li jistgħu jitkejlu, bħala bażi għall-evalwazzjoni tal-effetti tal-Fond b’mod prattiku. Sabiex jitkejlu l-kisbiet ta’ dan il-Fond, jenħtieġ li jiġu stabbiliti indikaturi u miri relatati b’rabta ma’ kull objettiv speċifiku tal-Fond. Jenħtieġ li dawn l-indikaturi jinkludu indikaturi kwalitattivi u kwantitattivi. [Em. 30]

(45)

Dan il-Fond, filwaqt li jirrifletti l-importanza tal-indirizzar tat-tibdil fil-klima f’konformità mal-impenji tal-Unjoni biex jiġi implimentat il-Ftehim ta’ Pariġi u l-Għanijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli tan-Nazzjonijiet Uniti, se jikkontribwixxi biex jintegra l-azzjonijiet klimatiċi u biex tintlaħaq il-mira kumplessiva ta’ 25 % ta’ nefqiet tal-baġit tal-UE li jappoġġaw l-objettivi klimatiċi matul il-perjodu tal-QFP 2021-2027, u mira annwali ta' 30 % malajr kemm jista' jkun u mhux aktar tard mill-2027 . L-azzjonijiet rilevanti se jiġu identifikati matul it-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-Fond, u se jiġu vvalutati mill-ġdid fil-kuntest tal-evalwazzjonijiet u tal-proċessi ta’ rieżami rilevanti. [Em. 31]

(46)

Permezz ta’ dawn l-indikaturi u tar-rappurtar finanzjarju, il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-Fond f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament (UE) Nru X [CPR] u dan ir-Regolament. Sabiex twettaq ir-rwol superviżorju tagħha kif xieraq, il-Kummissjoni jeħtiġilha tkun f'pożizzjoni li tistabbilixxi l-ammonti li fil-fatt intefqu mill-Fond f'sena partikolari. Meta jirrapportaw il-kontijiet annwali tal-programmi nazzjonali tagħhom lill-Kummissjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li għalhekk jiddistingwu bejn l-irkupri, il-ħlasijiet ta' qabel il-finanzjament lill-benefiċjarji finali u r-rimborż tal-infiq li fil-fatt sar. Sabiex jiġu ffaċilitati l-awditu u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-Fond, il-Kummissjoni jenħtieġ li tinkludi dawn l-ammonti fir-rapport annwali ta' implimentazzjoni tagħha għall-Fond. Jenħtieġ li kull sena l-Kummissjoni tippreżenta transunt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-rapporti tal-prestazzjoni annwali li aċċettat. Fuq talba, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel disponibbli lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill it-testi sħaħ tar-rapporti tal-prestazzjoni annwali. [Em. 32]

(47)

Sabiex jiġu ssupplimentati u emendati l-elementi mhux essenzjali ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni jenħtieġ li tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 TFUE fir-rigward tal-programmi ta' ħidma għall-faċilità tematika, tal-lista ta’ azzjonijiet eliġibbli għal kofinanzjament ogħla kif elenkat fl-Anness IV, tal-appoġġ operattiv, u sabiex tiżviluppa aktar il-qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni. Huwa ta’ importanza partikolari li waqt il-ħidma preparatorja tagħha, il-Kummissjoni tagħmel konsultazzjonijiet xierqa anki fil-livell tal-esperti, u li dawn il-konsultazzjonijiet jsiru f’konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016. [Em. 33]

(48)

Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, is-setgħat ta’ implimentazzjoni jenħtieġ li jiġu kkonferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat jenħtieġ li jkunu eżerċitati f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (20). Il-proċedura ta’ eżami jenħtieġ li tintuża għal atti ta ' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-obbligi komuni fuq l-Istati Membri, partikolarment dwar il-provvediment ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni, u I l-proċedura konsultattiva jenħtieġ li tintuża għall-adozzjoni tal-atti ta’ implimentazzjoni marbuta mal-modalitajiet għall-għoti ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni fil-qafas ta’ programmar u rappurtar, fid-dawl tan-natura purament teknika tagħhom. [Em. 34]

(49)

Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness għat-TUE u għat-TFUE, id-Danimarka mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih u lanqas soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(50)

Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 21 dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja anness mat-TUE u mat-TFUE, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 ta’ dan il-Protokoll, l-Irlanda [mhix qed tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhix marbuta bih jew suġġetta għall-applikazzjoni tiegħu / innotifikat ix-xewqa tagħha li tieħu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

(51)

Huwa xieraq li l-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament ikun allinjat ma’ dak tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru X li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali (21),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Suġġett

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-Fond għas-Sigurtà Interna (“il-Fond”) għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2021 sal-31 ta' Diċembru 2027 . [Em. 35]

2.    Dan ir-Regolament j istabbilixxi:

(a)

l-għanijiet tal-Fond,

(b)

l- objettivi u l-miżuri speċifiċi tal-Fond biex jiġu implimentati dawk l-objettivi speċifiċi;

(c)

il-baġit għall-perjodu 2021-2027,;

(d)

il-forom ta’ finanzjament tal-Unjoni u r-regoli dwar l-għoti ta’ finanzjament bħal dan. [Em. 36]

Artikolu 2

Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

“operazzjoni ta’ taħlit” tfisser azzjonijiet appoġġati mill-baġit tal-Unjoni, inklużi dawk fil-faċilitajiet ta’ taħlit skont l-Artikolu 2(6) tar-Regolament Finanzjarju, li jikkombinaw forom ta’ appoġġ li mhux rimborsabbli u / jew strumenti finanzjarji mill-baġit tal-Unjoni b’forom ta’ appoġġ rimborsabbli mingħand istituzzjonijiet tal-iżvilupp jew istituzzjonijiet oħra finanzjarji pubbliċi, kif ukoll mingħand istituzzjonijiet tal-finanzjament kummerċjali u investituri;

(b)

“prevenzjoni tal-kriminalità” tfisser il-miżuri kollha li huma maħsuba sabiex jnaqqsu jew inkella jikkontribwixxu għat-tnaqqis fil-kriminalità u s-sensazzjoni ta’ nuqqas ta’ sigurtà fiċ-ċittadini, kif imsemmi fl-Artikolu 2(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/ĠAI (22);

(c)

“infrastruttura kritika” tfisser assi, netwerk, sistema jew parti minn dawn, li hija essenzjali għall-manteniment tal-funzjonijiet vitali tas-soċjetà, tas-saħħa, tas-sikurezza, tas-sigurtà, tal-benesseri ekonomiku jew soċjali tal-poplu, u li t-tfixkil, il-ksur, jew il-qerda tagħhom ikollu impatt sinifikanti fi Stat Membru jew fl-Unjoni minħabba li dawn il-funzjonijiet ma jinżammux;

(d)

“ċiberkriminalità” tfisser reati dipendenti fuq iċ-ċibernetika, jiġifieri reati li jistgħu jiġu kommessi biss permezz tal-użu ta’ tagħmir u sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (information and communications technology, ICT), fejn it-tagħmir u s-sistema huma għodda biex jitwettaq ir-reat kriminali jew il-miri prinċipali tar-reat; u reati li jsiru permezz ta’ ċibernetika, jiġifieri reati tradizzjonali, bħall-isfruttament sesswali tat-tfal, li jistgħu jiżdiedu fl-iskala jew jintlaħqu permezz tal-użu tal-kompjuters, netwerks tal-kompjuters jew forom oħra ta’ ICT; [Em. 37]

(e)

“azzjonijiet EMPACT” tfisser azzjonijiet li jsiru fil-qafas tal-pjattaforma multidixxiplinari Ewropea kontra t-theddid kriminali (EMPACT) (23). EMPACT huwa pjattaforma strutturata ta’ kooperazzjoni multidixxiplinari tal-Istati Membri rilevanti, l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-UE, kif ukoll pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u sħab pubbliċi u privati oħra biex jiġu indirizzati t-theddidiet prijoritizzati ta’ kriminalità internazzjonali organizzata u serja skont iċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE;

(f)

“Ċiklu tal-Politika tal-UE” tirreferi għall-inizjattiva multidixxiplinari u mmexxija mill-intelligence bil-għan li tikkumbatti l-iktar theddidiet importanti ta’ kriminalità serja u organizzata għall-Unjoni billi tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, l-istituzzjonijiet tal-UE, l-aġenziji tal-Unjoni għall-Ġustizzja u Affarijiet Interni u fejn ikun rilevanti pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali speċifiċi ; [Em. 38]

(g)

“skambju tal-informazzjoni u l-aċċess għaliha” tfisser il-ġbir, il-ħażna, l-ipproċessar, l-analiżi u l-iskambju siguri tal-informazzjoni rilevanti għall-awtoritajiet kif imsemmija fl-Artikolu 87 TFUE kif ukoll lill-Europol , lill-Eurojust u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew f'rabta mal-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali, b'mod partikolari t-terroriżmu u ċ-ċiberkriminalità kif ukoll reati kriminali transfruntiera serji u organizzati , ipproċessati f'konformità mal-regoli applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data ; [Em. 39]

(h)

“kooperazzjoni ġudizzjarja” tfisser kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali; [Em. 40]

(i)

“LETS” tfisser l-Iskema Ewropea ta' Taħriġ għall-Infurzar, immirati lejn it-tagħmir tal-uffiċjali tal-infurzar tal-liġi bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jipprevjenu u jiġġieldu effettivament il-kriminalità transfruntiera organizzata u serja kif ukoll it-terroriżmu permezz ta’ kooperazzjoni effiċjenti, kif deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Marzu 2013 dwar l-istabbiliment ta’ LETS (24) Ewropew u msemmi wkoll fir-Regolament tas-CEPOL (25); [Em. 41]

(j)

“kriminalità organizzata” tfisser imġiba kastigabbli relatata ma’ parteċipazzjoni f’organizzazzjoni kriminali, kif definita fid-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/841/ĠAI (26);

(k)

“prevenzjoni u preparazzjoni” tfisser kwalunkwe miżura miżuri speċifiċi mmirata lejn il-prevenzjoni jew it-tnaqqis tar-riskji konnessi ma’ attakki terroristiċi possibbli jew inċidenti oħra marbuta mas-sigurtà; [Em. 42]

(l)

“mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen” tfisser il-verifika tal-applikazzjoni korretta tal-acquis ta’ Schengen kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 1053/2013, inkluż fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija;

(m)

“l-indirizzar tal-korruzzjoni” tkopri l-oqsma kollha deskritti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-korruzzjoni, inkluża l-prevenzjoni, il-kriminalizzazzjoni u l-miżuri ta’ infurzar tal-liġi, il-kooperazzjoni internazzjonali, l-irkupru tal-assi, l-assistenza teknika u l-iskambju ta’ informazzjoni;

(n)

“terroriżmu” tfisser kwalunkwe mill-atti intenzjonali jew reati kif definiti fid-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (27).

Artikolu 3

L-għanijiet tal-Fond

1.   L-għan tal-politika tal-Fond għandu jkun li jikkontribwixxi biex jiżgura livell għoli ta’ sigurtà fl-Unjoni, fost oħrajn permezz ta' aktar kooperazzjoni, b’mod partikolari permezz tal-ġlieda bil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra t-terroriżmu u  l-estremiżmu vjolenti, inkluż ir-radikalizzazzjoni r-radikalizzazzjoni, il-kriminalità serja u organizzata u ċ-ċiberkriminalità u kif ukoll billi jassisti u jipproteġi lill-vittmi tal-kriminalità. Il-Fond għandu wkoll jappoġġja t-tħejjija għal inċidenti relatati mas-sigurtà, kif ukoll il-ġestjoni tagħhom. [Em. 43]

2.   Fl-għan tal-politika stabbilit fil-paragrafu 1, il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-għanijiet speċifiċi li ġejjin:

(a)

biex iżid itejjeb u jiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti u preċiża fost u fl-awtoritajiet fi ħdan l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-UE dawk ġudizzjarji tal-Istati Membri, u awtoritajiet kompetenti oħrajn oħra tal-Istati Membri u korpi rilevanti oħrajn oħra tal-Unjoni kif ukoll , b'mod partikolari Europol u Eurojust u, fejn rilevanti, ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali; [Em. 44]

(b)

biex itejjeb u jintensifika l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni transfruntiera , inklużi l-operazzjonijiet konġunti rilevanti fost u fl-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-UE tal-Istati Membri u awtoritajiet kompetenti oħrajn fir-rigward ta' ta' terroriżmu u kriminalità serja u organizzata b'dimensjoni transfruntiera; kif ukoll [Em. 45]

(c)

biex jappoġġa l-isforz biex jissaħħu l-kapaċitajiet t-tisħiħ meħtieġ tal-kapaċitajiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-prevenzjoni tagħha , inkluż it-terroriżmu iċ-ċiberkriminalità u l-estremiżmu vjolenti, inkluża r-radikalizzazzjoni, b’mod partikolari permezz ta’ aktar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi, l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, is-soċjetà ċivili u s-sħab l-atturi privati fi ħdan u fost l-Istati Membri u l-immaniġġar ċivili ta' kriżijiet wara inċident relatat mas-sigurtà . [Em. 46]

(ca)

biex jiżviluppa kultura ta' intelligence komuni billi jappoġġa kuntatti u fiduċja reċiproka, fehim u tagħlim, tixrid ta' għarfien espert u l-aħjar prattiki fost is-servizzi tal-intelligence tal-Istati Membri u mal-Europol, b'mod partikolari permezz ta' taħriġ konġunt u l-iskambju ta' esperti. [Em. 47]

3.   Fl-għanijiet speċifiċi stabbiliti f’paragrafu 2, il-Fond għandu jiġi implimentat , fost oħrajn, permezz tal-miżuri ta’ implimentazzjoni elenkati fl-Anness II fl-Artikolu 3a . [Em. 48]

4.   Azzjonijiet L-operazzjonijiet iffinanzjati għandhom jiġu implementati b'rispett sħiħ għad-drittijiet f'konformità sħiħa mad-drittijiet fundamentali u mad-dinjità uman d-dinjità tal-bniedem u mal-valuri minquxa fl-Artikolu 2 tat-TUE filwaqt li l-finanzjament għandu jiġi interrott u rkuprat f'każ ta' evidenza ċara u sostanzjata li l-azzjonijiet jikkontribwixxu għall-ksur ta' dawn id-drittijiet . B'mod partikolari, l-azzjonijiet l-operazzjonijiet għandhom jikkonformaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, mal-liġijiet tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB). B'mod partikolari, kull fejn ikun possibbli, għandha tingħata attenzjoni speċjali mill-Istati Membri, meta jimplimentaw l-azzjonijiet, għall-assistenza u l-protezzjoni tal-persuni operazzjonijiet relatati ma' persuni vulnerabbli, b'mod partikolari t-tfal u l-minorenni mhux akkumpanjati. [Em. 49]

Artikolu 3 a

Miżuri ta' implimentazzjoni

1.     Il-Fond għandu jikkontribwixxi biex jinkiseb l-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(a) billi jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:

(a)

jiżgura l-applikazzjoni uniformi tal-acquis tal-Unjoni dwar is-sigurtà billi jappoġġja l-iskambju ta' informazzjoni rilevanti, inkluż permezz tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet mill-mekkaniżmi ta' kontroll u ta' evalwazzjoni tal-kwalità bħall-mekkaniżmu ta' evalwazzjoni ta' Schengen u mekkaniżmi oħra ta' kontroll u ta' evalwazzjoni tal-kwalità;

(b)

jistabbilixxi, jadatta u jżomm in-networks ta' komunikazzjoni u s-sistemi tal-IT tal-Unjoni rilevanti, inkluż li tiġi żgurata l-interoperabilità tagħhom, u jiżviluppa l-għodda xierqa sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati;

(c)

iżid l-użu attiv ta' għodod, sistemi u bażijiet tad-data tal-Unjoni għall-iskambju ta' informazzjoni rilevanti għas-sigurtà, itejjeb l-interkonnessjoni ta' bażijiet tad-data nazzjonali rilevanti għas-sigurtà kif ukoll il-konnessjoni tagħhom ma' bażijiet tad-data tal-Unjoni fejn previst fil-bażijiet legali rilevanti, jiżgura li dawn il-bażijiet tad-data jingħataw data rilevanti ta' tal-ogħla kwalità; u

(d)

jappoġġa miżuri nazzjonali għall-implimentazzjoni ta' objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2)(a).

2.     Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(b) billi jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:

(a)

jiżdiedu l-operazzjonijiet ta' infurzar tal-liġi rilevanti bejn l-Istati Membri, inkluż fejn jkun xieraq, ma' atturi rilevanti oħra, b'mod partikolari l-iffaċilitar u t-titjib tal-użu ta' skwadri ta' investigazzjoni konġunti, rondi konġunti, insegwimenti, sorveljanza diskreta u mekkaniżmi ta' kooperazzjoni operattiva oħra fil-kuntest taċ-Ċiklu ta' Politika tal-UE (EMPACT), b'enfasi speċjali fuq operazzjonijiet transfruntiera;

(b)

jiżdiedu l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġi u ta' awtoritajiet kompetenti oħra fl-Istati Membri u bejn l-Istati Membri, u ma' atturi rilevanti oħra, pereżempju permezz ta' networks ta' unitajiet nazzjonali speċjalizzati, networks u strutturi ta' kooperazzjoni tal-Unjoni, ċentri tal-Unjoni;

(c)

tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, u fil-livell tal-Unjoni, bejn l-Istati Membri stess, jew bejn l-Istati Membri, minn naħa waħda, u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni min-naħa l-oħra, kif ukoll fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti f'kull Stat Membru;

3.     Il-Fondi jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 3(2)(c) li jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:

(a)

żieda fit-taħriġ tal-infurzar tal-liġi, fl-eżerċizzji u fit-tagħlim reċiproku, b'mod partikolari billi jiġu inklużi elementi maħsuba għas-sensibilizzazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mar-radikalizzazzjoni, mal-estremiżmu vjolenti u mar-razziżmu, żieda fil-programmi ta' skambju speċjalizzati bejn l-Istati Membri, inkluż għall-persunal subaltern tal-infurzar tal-liġi u fil-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki inkluż ma' pajjiżi terzi u atturi rilevanti oħra

(b)

użu tas-sinerġiji billi jiġu akkomunati r-riżorsi u l-għarfien bejn l-Istati Membri u atturi rilevanti oħra, inkluża s-soċjetà ċivili permezz ta', pereżempju, il-ħolqien ta' ċentri konġunti ta' eċċellenza, l-iżvilupp ta' valutazzjonijiet tar-riskju konġunti, ċentri ta' appoġġ operazzjonali komuni għal operazzjonijiet mmexxija b'mod konġunt jew kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fil-prevenzjoni tal-kriminalità fil-livell lokali

(c)

promozzjoni u żvilupp ta' miżuri, salvagwardji, mekkaniżmi u l-aħjar prattiki għall-identifikazzjoni bikrija, il-protezzjoni u l-appoġġ għal xhieda, informaturi u vittmi tal-kriminalità, u żvilupp ta' sħubijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi u atturi rilevanti oħra għal dan l-għan

(d)

akkwistat ta' tagħmir rilevanti u stabbiliment jew aġġornament ta' faċilitajiet ta' taħriġ speċjalizzat u infrastruttura għas-sigurtà essenzjali oħra sabiex jiżdiedu t-tħejjija, ir-reżiljenza, is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u r-rispons adegwat għat-theddida għas-sigurtà;

(e)

detezzjoni, ivvalutar u eliminazzjoni tal-vulnerabbiltajiet fl-infrastruttura kritika u fit-tagħmir tal-IT b'indħil għoli fis-suq sabiex jiġu evitati l-attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u l-infrastruttura kritika, pereżempju permezz ta' awditi tal-kodiċi ta' softwer bla ħlas u b'sors miftuħ, billi jiġu stabbiliti u appoġġati programmi li jippremjaw lil dawk li jirrapportaw anomaliji jew permezz ta' ttestjar ta' intrużjoni.

4.     Il-Fondi jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettiv speċifiku stabbilit fl-Artikolu 3(2)(ca) li jiffoka fuq il-miżuri ta' implimentazzjoni li ġejjin:

(a)

titjib fil-kooperazzjoni u fil-koordinazzjoni fost is-servizzi tal-intelligence tal-Istati Membri u bejn dawn is-servizzi u l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi permezz ta' kuntatti, netwerking, fiduċja reċiproka, fehim u tagħlim, skambju u tixrid ta' għarfien espert, esperjenzi u l-aħjar prattiki, b'mod partikolari fir-rigward tal-appoġġ għall-investigazzjonijiet tal-pulizija u l-valutazzjoni tat-theddid;

(b)

skambju u taħriġ ta' uffiċjali tal-intelligence. [Em. 50]

Artikolu 4

Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ

1.   Fl-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 3 u f'konformità mal-implimentazzjoni tal-miżuri elenkati fl-Anness II, fl-Artikolu 3a, il-Fond għandu jappoġġa b'mod partikolari azzjonijiet li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi msemmija fl-Artikolu 3. Dawn jistgħu jinkludu l-azzjonijiet elenkati fl-Anness III. [Em. 51]

2.   Biex jilħaq l-objettivi msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, il-Fond jista’ jappoġġa azzjonijiet f’konformità mal-prijoritajiet tal-Unjoni f'każijiet eċċezzjonali, fi ħdan il-limiti ddefiniti u soġġett għal salvagwardji xierqa, jappoġġa azzjonijiet kif imsemmija fl-Anness III fir-rigward ta’ pajjiżi terzi u fihom, fejn xieraq, skont l-Artikolu 5. [Em. 52]

2a.     L-ammont totali ta' finanzjament biex jiġu appoġġjati azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom taħt il-faċilità tematika skont l-Artikolu 8 m'għandux jaqbeż 2 % tal-ammont totali allokat għall-faċilità tematika skont l-Artikolu 7(2)(b). [Em. 53]

2b.     L-ammont totali ta' finanzjament biex jiġu appoġġjati azzjonijiet f'pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom taħt il-programmi tal-Istati Membri skont l-Artikolu 12 m'għandux jaqbeż, għal kull Stat Membru, 2 % tal-ammont totali allokat għal dak l-Istat Membru f'konformità mal-Artikolu 7(2)(a), mal-Artikolu 10(1) u mal-Anness I. [Em. 54]

3.   L-azzjonijiet li ġejjin ma għandhomx ikunu eliġibbli:

(a)

azzjonijiet limitati għaż-żamma tal-ordni pubblika fil-livell nazzjonali jew li prinċipalment jikkonsistu minn dan ; [Em. 55]

(b)

azzjonijiet li jkopru x-xiri jew il-manutenzjoni ta’ tagħmir standard, mezzi standard ta’ trasport jew faċilitajiet standard tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet kompetenti oħra msemmija fl-Artikolu 87 TFUE;

(c)

azzjonijiet b’għan militari jew ta’ difiża;

(d)

tagħmir li mill-inqas wieħed mill-għanijiet l-għan ewlieni tiegħu huwa kontroll doganali; [Em. 56]

(e)

tagħmir koerċittiv, inklużi armi, munizzjoni, splussivi u bsaten tal-irvellijiet, ħlief għal taħriġ;

(f)

premjijiet lil informaturi u flus “lixka” (28) barra l-qafas ta’ azzjoni tal-EMPACT.

Meta tinqala’ sitwazzjoni ta’ emerġenza, azzjonijiet mhux eliġibbli msemmija f’dan il-paragrafu fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu jistgħu jitqiesu bħala eliġibbli. [Em. 57]

Artikolu 5

Entitajiet eliġibbli

1.   L-entitajiet li ġejjin jistgħu jkunu eliġibbli:

(a)

l-entitajiet ġuridiċi stabbiliti fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi li ġejjin::

(i)

Stat Membru jew pajjiż jew territorju barra l-Ewropa marbut miegħu;

(ii)

pajjiż terz elenkat fil-programm ta’ ħidma skont il-kundizzjonijiet speċifikati fihom , soġġett għall-kundizzjoni li l-azzjonijiet kollha li jsiru f'pajjiż terz, minnu jew b'rabta ma' dak il-pajjiż terz jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet u l-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u l-obbligi internazzjonali tal-Unjoni u tal-Istati Membri . [Em. 58]

(b)

kwalunkwe entità ġuridika maħluqa skont il-liġi tal-Unjoni jew kwalunkwe organizzazzjoni internazzjonali rilevanti . [Em. 59]

2.   Il-persuni fiżiċi mhumiex eliġibbli.

3.   L-entitajiet ġuridiċi stabbiliti f’pajjiż terz huma eċċezzjonalment eliġibbli biex jipparteċipaw fejn dan ikun meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ azzjoni partikolari , b'segwitu għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni . [Em. 60]

4.   L-entitajiet ġuridiċi li jipparteċipaw f’konsorzji ta’ mill-inqas żewġ entitajiet indipendenti, stabbiliti fi Stati Membri differenti jew f’pajjiżi jew territorji barra l-Ewropa marbuta ma’ dawk l-istati jew ma’ pajjiżi terzi, huma eliġibbli. [Em. 61]

KAPITOLU II

QAFAS FINANZJARJU U TA’ IMPLIMENTAZZJONI

IT-TAQSIMA 1

PROVVEDIMENTI KOMUNI

Artikolu 6

Prinċipji ġenerali

1.   Appoġġ pprovdut skont dan ir-Regolament għandu jikkumplimenta jikkomplementa l-intervent nazzjonali, reġjonali u lokali, u għandu jiffoka fuq il-kisba ta’ valur miżjud Ewropew għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. [Em. 62]

2.   Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-appoġġ ipprovdut skont dan ir-Regolament u mill-Istati Membri jkun konsistenti mal-attivitajiet, politiki u l-prijoritajiet rilevanti tal-Unjoni u jkun komplementari ma’ strumenti nazzjonali u kkoordinat ma' strumenti oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari azzjonijiet imwettqa fl-ambitu ta' fondi oħra tal-Unjoni. [Em. 63]

3.   Il-Fond għandu jkun implimentat taħt ġestjoni kondiviża, diretta jew indiretta skont l-Artikoli 62(1)(a), (b) u (c) tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 7

Baġit

1.   Il-pakkett finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Fond għall-perjodu 2021-2027 għandu jkun ta' EUR 2 209 725 000 fi prezzijiet tal-2018 ( EUR 2 500 000 000 fi prezzijiet kurrenti). [Em. 64]

2.   Il-pakkett finanzjarju għandu jintuża kif ġej:

(a)

EUR 1 325 835 000 fil-prezzijiet tal-2018 ( EUR 1 500 000 000 fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-programmi implimentati b'ġestjoni kondiviża; [Em. 65]

(b)

EUR 883 890 fi prezzijiet tal-2018 ( EUR 1 000 000 000 fi prezzijiet attwali) għandhom jiġu allokati għall-faċilità tematika. [Em. 66]

3.   Għandhom jiġu allokati sa 0,84 % tal-pakkett finanzjarju għal għajnuna teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-Fond.

Artikolu 8

ħDispożizzjonijiet ġenerali dwar l-implimentazzjoni tal-faċilità tematika

1.   Il-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 7(2)(b) għandu jiġi allokat b’mod flessibbli permezz tal-faċilità tematika bl-użu ta’ ġestjoni kondiviża, diretta u indiretta kif stabbiliti fi programm ta’ ħidma. Finanzjament mill-faċilità tematika għandu jintuża għall-komponenti tiegħu:

(a)

azzjonijiet speċifiċi;

(b)

azzjonijiet tal-Unjoni; u

(c)

l-assistenza ta’ emerġenza.

Assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni għandha tiġi appoġġata wkoll mill-pakkett finanzjarju għall-faċilità tematika.

2.   Finanzjament mill-faċilità tematika għandha tindirizza għandu jindirizza prijoritajiet b'valur miżjud għoli għall-Unjoni jew tintuża b'reazzjonii , jintuża b'reazzjoni għal ħtiġijiet urġenti, f'konformità mal-prijoritajiet miftehma tal-Unjoni kif deskritt fl-Anness II fl-Artikolu 3a, għal miżuri speċifiċi bħal dawk elenkati fl-Anness III, jew biex jappoġġja miżuri f'konformità mal-Artikolu 19 . Id-distribuzzjoni tar-riżorsi tal-faċilità tematika fost id-diversi prijoritajiet għandha, sa fejn ikun possibbli, tkun waħda proporzjonata għall-isfidi u l-ħtiġijiet sabiex jiġi żgurat li l-għanijiet tal-fond jistgħu jintlaħqu. [Em. 67]

2a.     Il-finanzjament mill-faċilità tematika għandu jiġi allokat kif ġej:

a)

minimu ta' 10 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2);

b)

minimu ta' 10 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2);

c)

minimu ta' 30 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2);

d)

minimu ta' 5 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (c a) tal-Artikolu 3(2). [Em. 68]

3.   Meta jingħata finanzjament mill-faċilità tematika f’ġestjoni diretta jew indiretta lill-Istati Membri, għandu jiġi żgurat l-ebda finanzjament m'għandu jkun disponibbli għall-proġetti fejn teżisti evidenza ċara li l-proġetti magħżula mhumiex affettwati minn l-legalità ta' dawk il-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità ta' dak il-finanzjament, jew il-prestazzjoni ta' dawk il-proġetti, ikun tqajjem dubju dwarhom bħala riżultat ta' opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġi f’riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti. l-Artikolu 258 tat-TFUE. [Em. 69]

4.   Meta jingħata finanzjament mogħti mill-faċilità tematika jkun implimentat f'ġestjoni kondiviża, il-Kummissjoni għandha, għall-fini tal-Artikolu 18 u l-Artikolu 19(2) tar-Regolament (UE) Nru  X  [CPR], tivvaluta jekk l-azzjonijiet previsti humiex affettwati minn tiżgura li ebda finanzjament ma jkun disponibbli għall-proġetti fejn teżisti evidenza ċara li l-legalità ta' dawk il-proġetti, jew il-legalità u r-regolarità ta' dak il-finanzjament, jew il-prestazzjoni ta' dawk il-proġetti, ikun tqajjem dubju dwarhom bħala riżultat ta' opinjoni motivata mill-Kummissjoni fir-rigward ta' proċedura ta’ ksur skont l-Artikolu 258 TFUE li jpoġġi f'riskju l-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew il-prestazzjoni tal-proġetti. [Em. 70]

5.   Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi l-ammont globali magħmul disponibbli għall-faċilità tematika għal taħt l-approprjazzjonijiet annwali tal-baġit tal-Unjoni. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta deċiżjonijiet ta’ finanzjament atti delegati f'konformità mal-Artikolu 28 sabiex jissupplementaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu programmi ta' ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju għall-faċilità tematika billi tidentifika l-għanijiet u l-azzjonijiet li għandhom jiġu appoġġati u tispeċifika l-ammonti għal kull wieħed mill-komponenti tagħha kif imsemmi fil-paragrafu 1. Id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament Qabel ma tadotta programm ta' ħidma, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta ma' partijiet ikkonċernati rilevanti, inklużi organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Il-programmi ta' ħidma għandhom jistabbilixxu, fejn applikabbli, l-ammont globali riżervat għall-operazzjonijiet ta’ taħlit. Sabiex tiġi żgurata disponibbiltà f'waqtha tar-riżorsi, il-Kummissjoni tista' separatament tadotta programm ta' ħidma għal assistenza ta' emerġenza. [Em. 71]

6.   B’segwitu għall-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ finanzjament tal-programm ta' ħidma kif imsemmi fil-paragrafu 3 fil-paragrafu 5 , il-Kummissjoni tista’ temenda l-programmi implimentati taħt ġestjoni kondiviża skontu. [Em. 72]

7.   Dawn id-deċiżjonijiet ta’ finanzjament il-programmi ta' ħidma jistgħu jkunu annwali jew pluriennali u jistgħu jkopru komponent wieħed jew aktar tal-faċilità tematika. [Em. 73]

IT-TAQSIMA 2

APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI B’ĠESTJONI KONDIVIŻA

Artikolu 9

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Din it-taqsima tapplika għall-parti tal-pakkett finanzjarju msemmija fl-Artikolu 7(2)(a) u r-riżorsi addizzjonali li għandhom jiġu implimentati b'ġestjoni kondiviża skont id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-faċilità tematika msemmija fl-Artikolu 8.

2.   L-appoġġ skont din it-taqsima għandu jiġi implimentat b'ġestjoni kondiviża skont l-Artikolu 63 tar-Regolament Finanzjarju u r-Regolament (UE) Nru [CPR].

Artikolu 10

Riżorsi baġitarji

1.   Ir-riżorsi msemmija fl-Artikolu 7(2)(a) għandhom jiġu allokati għall-programmi nazzjonali implimentati mill-Istati Membri taħt ġestjoni kondiviża (“il-programmi”) b’mod indikattiv kif ġej:

(a)

EUR 1 250 000 000 lill-Istati Membri skont il-kriterji fl-Anness I;

(b)

EUR 250 000 000 lill-Istati Membri għall-aġġustament tal-allokazzjonijiet għall-programmi kif imsemmi fl-Artikolu 13(1).

2.   Meta l-ammont imsemmi fil-paragrafu 1(b) ma jkunx allokat, l-ammont li jifdal jista jiżdied mal-ammont imsemmi fl-Artikolu 7(2)(b).

Artikolu 11

Rati ta’ kofinanzjament

1.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni ma għandhiex teċċedi l-75 % tan-nefqa totali eliġibbli ta’ proġett.

2.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % tan-nefqa totali eliġibbli għal proġetti implimentati skont azzjonijiet speċifiċi.

3.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 90 % tan-nefqa totali eliġibbli għal azzjonijiet elenkati fl-Anness IV.

4.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli għal appoġġ operattiv.

5.   Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista’ tiżdied għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli għal assistenza ta’ emerġenza.

5a.     Il-kontribuzzjoni mill-baġit tal-Unjoni tista' tiżdied għal 100 % tan-nefqa totali eliġibbli għal assistenza teknika fuq inizjattiva tal-Istati Membri. [Em. 74]

6.   Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm għandha tiffissa r-rata ta’ kofinanzjament u l-ammont massimu ta’ appoġġ għal dan il-Fond għat-tipi ta’ azzjonijiet imsemmija fil-paragrafi minn 1 sa 5.

7.   Għal kull għan speċifiku, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tistabbilixxi jekk ir-rata ta’ kofinanzjament għall-għan speċifiku għandhiex tiġi applikata għal:

(a)

il-kontribuzzjoni totali, inklużi l-kontribuzzjonijiet pubbliċi u privati; jew

(b)

il-kontribuzzjoni pubblika biss.

Artikolu 12

Programmi

1.   Kull Stat Membru għandu jiżgura u l-Kummissjoni għandhom jiżguraw li l-prijoritajiet indirizzati fil-programmi tiegħu nazzjonali huma konsistenti mal-prijoritajiet tal-Unjoni u jirrispondu għall-isfidi fil-qasam tas-sigurtà u li huma kompletament konformi mal-acquis tal-Unjoni rilevanti u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni. Meta jiddefinixxu dawn il-prijoritajiet tal-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-miżuri ta’ implimentazzjoni kif stabbiliti fl-Anness II fl-Artikolu 3 a huma indirizzati b’mod adegwat fil-programm. [Em. 75]

1a.     Meta l-Kummissjoni tivvaluta l-programmi nazzjonali tal-Istati Membri hija għandha tiżgura li l-azzjonijiet ippjanati ma jiġux affettwati minn opinjoni motivata li tkun ħarġet fir-rigward tal-ksur skont l-Artikolu 258 tat-TFUE dwar il-legalità u r-regolarità tan-nefqa jew l-eżekuzzjoni ta' proġetti. [Em. 76]

1b.     L-Istati Membri għandhom jallokaw ir-riżorsi għall-programmi nazzjonali tagħhom kif ġej:

(a)

minimu ta' 10 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (a) tal-Artikolu 3(2);

(b)

minimu ta' 10 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 3(2)

(c)

minimu ta' 30 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 3(2);

(d)

minimu ta' 5 % tal-finanzjament għall-objettiv speċifiku msemmi fil-punt (c a) tal-Artikolu 3(2)(c a). [Em. 77]

1c.     L-Istati Membri li jixtiequ deroga mill-paragrafu 1 b għandhom jinformaw lill-Kummissjoni b'dan u jikkunsidraw magħha jekk dawn il-perċentwali minimi għandhomx jiġu aġġustati minħabba ċirkostanzi partikolari li għandhom impatt fuq is-sigurtà interna. Dawn l-aġġustamenti jridu jiġu approvati mill-Kummissjoni. [Em. 78]

2.   Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni Ġudizzjarja (Eurojust), l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), l-Aġenzija Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT Fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta' Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA), l-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCGA), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (European Monitoring Centre for Drugs and Drug Addiction, EMCDDA) huma assoċjati mal-iżvilupp tal-programmi fi stadju bikri involuti mill-bidu fl-iżvilupp tal-programm , fir-rigward tal-oqsma ta’ kompetenza tagħhom. Speċifikament, l-Istati Membri għandhom jikkonsultaw mal-Europol dwar it-tfassil tal-azzjonijiet tagħhom b’mod partikolari meta jinkludu ċ-ċiklu ta’ politika tal-UE jew l-azzjonijiet EMPACT jew azzjonijiet koordinati mit-Taskforce ta’ Azzjoni Konġunta kontra ċ-Ċiberkriminalità (Joint Cybercrime Action Taskforce, J-CAT) fil-programmi tagħhom. Qabel ma jinkludu t-taħriġ fil-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jikkoordinaw mas-CEPOL sabiex jevitaw it-trikkib. L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw ukoll ma' partijiet ikkonċernati oħra rilevanti, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, dwar l-ippjanar tal-azzjonijiet tagħhom. [Em. 79]

3.   Il-Kummissjoni tista' tassoċja l-Aġenzija tal-Unjoni għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol), l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) l-Aġenziji msemmija fil-paragrafu 2 , il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ċ-Ċentru l-Kontrollur Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA) għall-Protezzjoni tad-Data ( KEPD ) fejn xieraq fil-kompiti ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif speċifikat fit-Taqsima 5 b'mod partikolari bil-ħsieb li jiġu żgurati li l-azzjonijiet implimentati bl-appoġġ tal-Fond , li jaqgħu fi ħdan il-mandat tagħhom, huma konformi mal-acquis rilevanti tal-Unjoni u l-prijoritajiet miftiehma tal-Unjoni. [Em. 80]

4.   Massimu ta’ 15 % tal-allokazzjoni ta’ programm ta’ Stat Membru jistgħu jintużaw għax-xiri ta’ tagħmir, mezzi ta’ trasport jew il-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet rilevanti għas-sigurtà. Il-limitu massimu jista’ jinqabeż biss f’każijiet ġustifikati kif xieraq u wara l-approvazzjoni tal-Kummissjoni . [Em. 81]

5.   Fil-programmi tagħhom, l-Istati Membri għandhom jagħtu prijorità li jindirizzaw:

(a)

il-prijoritajiet u l-acquis tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà b’mod partikolari għall-iskambju l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-iskambju effiċjenti ta’ informazzjoni rilevanti l-interoperabbiltà preċiża u l-implimentazzjoni tal-komponenti tal-qafas għall-interoperabbiltà tas-sistemi ta’ sistemi tal-IT informazzjoni tal-UE ; [Em. 82]

(b)

ir-rakkomandazzjonijiet b’implikazzjonijiet finanzjarji magħmula fil-qafas tar-Regolament (UE) Nru 1053/2013 dwar il-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni u monitoraġġ ta’ Schengen fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija;

(c)

in-nuqqasijiet speċifiċi għall-pajjiż b’implikazzjonijiet finanzjarji identifikati fil-qafas ta’ valutazzjonijiet tal-ħtiġijiet bħal rakkomandazzjonijiet tas-Semestru Ewropew fil-qasam tal-korruzzjoni.

6.   Fejn hu meħtieġ, il-programm għandu jiġi emendat biex jikkunsidra r-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 5 u l-progress tal-kisba tal-istadji importanti u l-miri kif ivvalutati fir-rapporti tal-prestazzjoni annwali hekk kif imsemmi fl-Artikolu 26(2)(a) . Skont l-impatt finanzjarju tal-aġġustament, il-programm rivedut jistgħu jiġu approvati għandu jiġi approvat mill-Kummissjoni skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru X [CPR] mill-Kummissjoni. [Em. 83]

7.   L-Istati Membri għandhom jimmiraw li jwettqu b’mod partikolari l-azzjonijiet elenkati fl-Anness IV. Fil-każ ta’ ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti jew biex tiżgura l-implimentazzjoni ta’ finanzjament, il-Kummissjoni se tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 biex temenda l-Anness IV.

8.   Kull meta Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta proġetti ma’ pajjiż f'pajjiż terz jew fir-rigward tiegħu, kif imsemmi fl-Artikolu 5 fih, bl-appoġġ tal-Fond, l-Istat Membru kkonċernat għandu jikkonsulta mal-Kummissjoni qabel ma jinbeda l-proġett. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-komplementarjetà u l-koerenza tal-proġetti previsti mal-azzjonijiet l-oħra tal-Unjoni u tal-Istati Membri, b'rabta mal-pajjiż terz ikkonċernat. Il-Kummissjoni għandha tivverifika wkoll il-konformità tal-proġetti proposti mar-rekwiżiti tad-drittijiet fundamentali msemmija fl-Artikolu 3(4). [Em. 84]

9.   Il-programmazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 17(5) F'konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) Nru  X  [CPR] għandha tkun ibbażata fuq , għal kull programm għandu jistabbilixxi, għal kull objettiv speċifiku, it-tipi ta’ intervent stabbiliti fit-Tabella ta' interventi f'konformità mat-Tabella 1 tal-Anness VI u analiżi indikattiva tar-riżorsi pprogrammati skont it-tip ta' intervent jew il-qasam tal-appoġġ . [Em. 85]

Artikolu 13

Analiżi ta’ nofs it-terminu

1.   Fl-2024 , wara li tinforma lill-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha talloka l-ammont addizzjonali msemmija fl-Artikolu 10(1)(b) għall-programmi tal-Istati Membri kkonċernati skont il-kriterji msemmija fil-paragrafu 2 fl-Anness I. Il-finanzjament għandu jkun effettiv għall-perjodu mis-sena kalendarja 2025. [Em. 86]

2.   Jekk mill-inqas 10 30  % tal-allokazzjoni inizjali ta’ programm imsemmija fl-Artikolu 10(1)(a) ma kinitx koperta minn applikazzjonijiet ta’ pagamenti interim ippreżentati skont l-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) Nru  X  [CPR], l-Istat Membru kkonċernat ma għandux ikun eliġibbli biex jirċievi l-allokazzjoni addizzjonali għall-programm imsemmija fil-paragrafu 1. [Em. 87]

2a.     Il-paragrafu 2 għandu japplika biss jekk il-qafas regolatorju rilevanti u l-atti relatati jkunu fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2022. [Em. 160]

3.   L-allokazzjoni tal-fondi mill-faċilità tematika mill-2025 għandha, fejn xieraq, tieħu kont tal-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-għanijiet prinċipali tal-qafas ta’ prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru  X  [CPR] u tan-nuqqasijiet identifikati fl-implimentazzjoni. [Em. 88]

Artikolu 14

Azzjonijiet speċifiċi

1.   Azzjonijiet speċifiċi huma proġetti transnazzjonali jew nazzjonali b’konformità mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament li għalihom Stati Membri wieħed, ħafna Stati Membri jew l-Istati Membri kollha jistgħu jirċievu allokazzjoni addizzjonali għall-programmi tagħhom.

2.   L-Istati Membri jistgħu, minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkulata f’konformità mal-Artikolu 10(1), jirċievu finanzjament għal azzjonijiet speċifiċi, dment li jkun allokat bħala tali fil-programm u li jintuża biex jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, inkluża l-kopertura ta’ theddidiet emerġenti ġodda.

3.   Il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm ħlief f’ċirkostanzi ġustifikati b’mod xieraq u kif approvat mill-Kummissjoni permezz tal-emenda tal-programm.

Artikolu 15

Appoġġ operattiv

1.   L-appoġġ operattiv huwa parti mill-allokazzjoni ta' Stat Membru li jista' jintuża bħala appoġġ għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq tal-kompiti u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni diment li jikkontribwixxu biex jiżguraw livell għoli ta' sigurtà fl-Unjoni kollha . [Em. 89]

2.   Stat Membru jista’ juża sa 10 20  % tal-ammont allokat mill-Fond għall-programm tiegħu biex jiffinanzja sostenn operatorju għall-awtoritajiet pubbliċi responsabbli mit-twettiq tal-kompiti u s-servizzi li jikkostitwixxu servizz pubbliku għall-Unjoni. [Em. 90]

3.   Stat Membru li juża l-appoġġ operattiv għandu jikkonforma mal-acquis tal-Unjoni dwar is-sigurtà.

4.   L-Istati Membri għandhom jiġġustifikaw fil-programm u fir-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif imsemmi fl-Artikolu 26, l-użu ta’ appoġġ operattiv biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. Qabel l-approvazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sitwazzjoni tal-linja bażi fl-Istati Membri li jkunu indikaw l-intenzjoni tagħhom li jitolbu appoġġ operattiv, filwaqt li tqis l-informazzjoni mogħtija minn dawk l-Istati Membri kif ukoll rakkomandazzjonijiet minn mekkaniżmi ta’ kontroll u ta’ evalwazzjoni ta’ kwalità bħalma huma l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen , il-valutazzjoni tal-vulnerabbiltà u tar-riskju mill-Aġenzija Ewropea għall-Gwardja tal-Fruntiera u tal-Kosta (EBCGA) u mekkaniżmi oħrajn ta’ kontroll u ta’ evalwazzjoni tal-kwalità , kif applikabbli . [Em. 91]

5.   L-appoġġ operattiv għandu jkun iffokat fuq kompiti u servizzi speċifiċi azzjonijiet kif stipulat fl-Anness VII. [Em. 92]

6.   Biex tindirizza ċirkostanzi mhux previsti jew ġodda jew biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 28 biex temenda l-kompiti u s-servizzi speċifiċi fl-Anness VII.

Artikolu 15a

Viżibbiltà, trasparenza u komunikazzjoni

Ir-riċevituri tal-finanzjament tal-Unjoni għandhom jikkonformaw bis-sħiħ mar-rekwiżiti għal viżibbiltà, trasparenza u komunikazzjoni stipulati fir-Regolament (UE) Nru X [CPR]. [Em. 93]

TAQSIMA 3

APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI B’ĠESTJONI DIRETTA U INDIRETTA

Artikolu 16

Kamp ta’ applikazzjoni

L-appoġġ skont din it-taqsima għandha jiġi implimentat jew direttament mill-Kummissjoni skont punt (a) tal-Artikolu 62(1) tar-Regolament Finanzjarju jew indirettament skont punt (c) ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 17

Azzjonijiet tal-Unjoni

1.   Azzjonijiet tal-Unjoni huma proġett transnazzjonali jew proġetti ta’ interess partikolari għall-Unjoni, f’konformità mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament.

2.   B’inizjattiva tal-Kummissjoni, il-Fond jista’ jintuża biex jiġu ffinanzjati azzjonijiet tal-Unjoni li jirrigwardaw l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament kif imsemmi fl-Artikolu 3 u f’konformità mal-Anness III.

3.   Azzjonijiet tal-Unjoni jistgħu jipprovdu finanzjament fi kwalunkwe waħda mill-forom stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju, b’mod partikolari għotjiet, premjijiet u akkwist pubbliku. Jistgħu jipprovdu wkoll finanzjament fil-forma ta’ strumenti finanzjarji f'operazzjonijiet ta’ taħlit.

3a.     L-aġenziji deċentralizzati jaf ikunu eliġibbli wkoll għal finanzjament disponibbli fi ħdan il-qafas ta' azzjonijiet tal-Unjoni sabiex jappoġġjaw azzjonijiet transnazzjonali b'valur miżjud Ewropew. [Em. 94]

4.   Għotjiet implimentati b’ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

5.   Il-kumitat ta’ evalwazzjoni, li jivvaluta l-proposti, jista’ jkun magħmul minn esperti esterni.

6.   Kontribuzzjonijiet għal mekkaniżmu ta’ assigurazzjoni reċiproka jistgħu jkopru r-riskju assoċjat mal-irkupru ta’ fondi dovuti minn riċevituri, u skont ir-Regolament Finanzjarju għandhom jitqiesu bħala garanzija suffiċjenti. Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-[Artikolu X tar-]Regolament X [suċċessur tar-Regolament dwar il-Fond ta’ Garanzija] għandhom japplikaw.

Artikolu 18

Operazzjonijiet ta’ taħlit

Operazzjoni ta’ taħlit skont dan il-Fond għandha tiġi implimentata b’konformità mar-Regolament ta’ InvestUE (29) u t-Titolu X tar-Regolament Finanzjarju.

Artikolu 19

Assistenza teknika bl-inizjattiva tal-Kummissjoni

Il-Fond jista' jappoġġa miżuri ta' għajnuna teknika implimentati bl-inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha. Dawn il-miżuri , jiġifieri l-azzjonijiet ta' tħejjija, ta' kontroll tal-monitoraġġ, ta' awditjar, ta' evalwazzjoni, ta' komunikazzjoni, inkluża dik istituzzjonali dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni fil-qasam tas-sigurtà, ta' viżibilità u l-azzjonijiet kollha amministrattivi u ta' assistenza teknika meħtieġa għall-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, u fejn xieraq ma' pajjiżi terzi, jistgħu jiġu finanzjati bir-rata ta' 100 %. [Em. 95]

Artikolu 20

Awditi

L-awditi dwar l-użu ta’ kontribuzzjoni tal-Unjoni mwettqa minn persuni jew minn entitajiet, inkluż oħrajn minbarra dawk imqabbda mill-Istituzzjonijiet jew mill-korpi tal-Unjoni, għandhom jiffurmaw il-bażi tal-garanzija kumplessiva skont l-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) Nru [ir-Regolament dwar ir-regoli finanzjarji li japplikaw għall-baġit ġenerali tal-Unjoni].

Artikolu 21

Informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità

1.   Ir-riċevitur tal-finanzjament tal-Unjoni għandu jirrikonoxxu l-oriġini u jiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-Unjoni, b’mod partikolari meta jippromwovi l-azzjonijiet u r-riżultati tagħhom, billi jipprovdi informazzjoni mmirata koerenti, effettiva u proporzjonata sinifikattiva lil diversi udjenzi, rilevanti inklużi lill-midja u lill-pubbliku bil-lingwa rilevanti. Sabiex tiġi żgurata l-viżibilità tal-finanzjament tal-Unjoni, dawk li jirċievu l-finanzjament tal-Unjoni għandhom jagħmlu referenza għall-oriġini tagħha meta jikkomunikaw l-azzjoni. Għal dan il-għan, ir-riċevituri għandhom jiżguraw li kwalunkwe komunikazzjoni lill-midja u lill-pubbliku ġenerali juru l-emblema tal-Unjoni u jsemmu espliċitament l-appoġġ finanzjarju tal-Unjoni . [Em. 96]

2.    Biex tilħaq l-aktar udjenza mifruxa possibbli, il-Kummissjoni għandha timplimenta azzjonijiet ta’ informazzjoni u komunikazzjoni relatati mal-Fond u l-azzjonijiet u r-riżultati tiegħu. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tippubblika informazzjoni dwar l-iżvilupp tal-programmi annwali u pluriennali tal-faċilità tematika. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista ta' operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ fl-ambitu tal-faċilità tematika fuq sit web disponibbli pubblikament u taġġorna regolarment din il-lista. Ir-riżorsi finanzjarji allokati għall-Fond għandhom jikkontribwixxu wkoll għall-komunikazzjoni , b'mod partikolari l-komunikazzjoni korporattiva dwar il-prijoritajiet politiċi tal-Unjoni, dment diment li dawn ikunu relatati mal-għanijiet ta’ dan ir-Regolament. [Em. 97]

2a.     Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 f'formati miftuħa, li jinqraw mill-magni, li jippermettu li d-data tiġi separata, imfittxija, estratta, imqabbla u użata mill-ġdid, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (30) . Għandu jkun possibbli li d-data tiġi separata skont il-prijorità, l-għan speċifiku, l-ispiża totali eliġibbli tal-operazzjonijiet, l-ispiża totali tal-proġetti, l-ispiża totali tal-proċeduri ta' akkwist, l-isem tal-benefiċjarju u l-isem tal-kuntrattur. [Em. 98]

TAQSIMA 4

APPOĠĠ U IMPLIMENTAZZJONI B’ĠESTJONI KONDIVIŻA, DIRETTA U INDIRETTA

Artikolu 22

Assistenza ta’ emerġenza

1.   Il-Fond għandu jipprovdi Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tipprovdi assistenza finanzjarja mill-Fond għall-indirizzar ta’ ħtiġijiet urġenti u speċifiċi fil-każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza li tirriżulta debitament ġustifikata. Dawn is-sitwazzjonijiet jistgħu jirriżultaw minn inċident relatat mas-sigurtà , theddida ġdida jew theddida ġdida vulnerabbiltà li tkun għadha kif ġiet identifikata fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li għandhom jew li jista’ jkollhom impatt avvers importanti fuq is-sigurtà tan-nies , ta' spazji pubbliċi jew ta' infrastruttura kritika fi Stat Membru wieħed jew iktar. F'dawn il-każijiet, hija għandha tinforma fil-ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ; [Em. 99]

2.   Assistenza ta’ emerġenza tista’ tkun fil-forma ta’ għotjiet mogħtija direttament lill-aġenziji deċentralizzati.

3.   Assistenza ta’ emerġenza tista’ tkun allokata lil programmi tal-Istati Membri minbarra l-allokazzjoni tagħhom ikkalkulata skont l-Artikolu 10(1), dment li tkun allokata bħala tali fil-programm. Dan il-finanzjament ma għandux jintuża għal azzjonijiet oħra fil-programm ħlief f’ċirkostanzi ġustifikati b’mod xieraq u kif approvat mill-Kummissjoni permezz tal-emenda tal-programm.

4.   Għotjiet implimentati b’ġestjoni diretta għandhom jingħataw u jiġu ġestiti skont it-Titolu VIII tar-Regolament Finanzjarju.

4a.     Fejn meħtieġ għall-implimentazzjoni tal-azzjoni, l-assistenza ta' emerġenza tista' tkopri nefqa li tkun saret qabel id-data tal-preżentazzjoni ta' applikazzjoni għal għotja jew talba għal assistenza, iżda mhux qabel l-1 ta' Jannar 2021. [Em. 100]

Artikolu 23

Finanzjament kumulattiv, komplementari u kkombinat

1.   Azzjoni Operazzjoni li tkun irċeviet kontribuzzjoni skont il-Fond tista’ tirċievi wkoll kontribuzzjoni minn kull programm ieħor tal-Unjoni, inklużi Fondi taħt ġestjoni kondiviża, sakemm il-kontribuzzjonijiet ma jkoprux l-istess kostijiet. Ir-regoli ta’ kull programm tal-Unjoni kontribwenti għandhom japplikaw għall-kontribuzzjoni rispettiva tiegħu għall-azzjoni. Il-finanzjament kumulattiv ma għandux jaqbeż il-kostijiet eliġibbli totali tal-azzjoni tal-operazzjoni u l-appoġġ mill-programmi differenti tal-Unjoni jista’ jiġi kkalkolat fuq bażi prorata b’konformità mad-dokumenti li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-appoġġ. [Em. 101]

2.   L-azzjonijiet L-operazzjonijiet li jingħataw ċertifikazzjoni b’siġill ta’ Eċċellenza, jew li jkunu konformi mal-kundizzjonijiet kumulattivi u paragunabbli li ġejjin: [Em. 102]

(a)

dawn ġew ivvalutati f’sejħa għal proposti skont il-Fond;

(b)

dawn iħarsu l-ħtiġijiet minimi ta’ kwalità ta’ din is-sejħa għal proposti;

(c)

ma jistgħux jiġu ffinanzjati fil-qafas ta’ dik is-sejħa għal proposti minħabba limitazzjonijiet baġitarji.

jistgħu jirċievu appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, mill-Fond ta’ Koeżjoni, mill-Fond Soċjali Ewropew+ jew mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, b’konformità mal-paragrafu 5 tal-Artikolu 67 tar-Regolament (UE) X [CPR] u mal-Artikolu 8 jew mar-Regolament (UE) X [Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni], bil-kundizzjoni li tali azzjonijiet operazzjonijiet ikunu konsistenti mal-għanijiet tal-programm ikkonċernat. Għandhom japplikaw ir-regoli tal-Fond li jipprovdi l-appoġġ. [Em. 103]

TAQSIMA 5

MONITORAĠĠ, RAPPURTAR U EVALWAZZJONI

Subtaqsima 1

Dispożizzjonijiet komuni

Artikolu 24

Monitoraġġ u rapportar

1.   F’konformità mar-rekwiżiti ta’ rappurtar tagħha skont l-Artikolu 43(3)(h)(i)(iii) tar-Regolament Finanzjarju, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni dwar il-prestazzjoni f’konformità mal-Anness V.

2.   Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 biex temenda l-Anness V biex isiru l-aġġustamenti meħtieġa biex l-informazzjoni dwar il-prestazzjoni li għandu jingħata lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3.   L-indikaturi għar-rapportar dwar il-progress tal-Fond lejn il-kisba tal-objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3 huma stabbiliti fl-Anness VIII. Għall-indikaturi tal-output, il-linji bażi għandhom ikunu stabbiliti fil-livell ta’ żero. L-istadji importanti stabbiliti għall-2024 u l-miri stabbiliti għall-2029 għandhom ikunu kumulattivi. Fuq talba, id-data li l-Kummissjoni tkun irċeviet dwar l-indikaturi tal-output u tar-riżultati għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. [Em. 104]

4.   Is-sistema ta’ rapportar dwar il-prestazzjoni għandha tiżgura li d-data għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u tar-riżultati tal-programm tinġabar b’mod effiċjenti, effettiv, u f’waqtu. Għal dan il-għan, għandhom jiġu imposti rekwiżiti ta’ rapportar proporzjonati fuq dawk li jirċievu l-fondi tal-UE u fejn rilevanti l-Istati Membri.

5.   Biex tiżgura valutazzjoni effettiva tal-progress tal-Fond lejn il-kisba tal-għanijiet tiegħu, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 28 biex temenda l-Anness VIII biex tirrevedi u tikkumplimenta tikkomplementa l-indikaturi fejn meħtieġ u biex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b’dispożizzjonijiet dwar l-istabbiliment ta’ qafas ta’ monitoraġġ u evalwazzjoni, inkluż għal informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri. L-indikaturi kwalitattivi għandhom jiġu inklużi għall-valutazzjoni. [Em. 105]

Artikolu 25

Evalwazzjoni

1.    Sal-31 ta' Diċembru 2024, il-Kummissjoni għandha twettaq tippreżenta evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu u retrospettiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-azzjonijiet implimentati skont dan il-Fond. L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu għandha teżamina l-effikaċja, l-effiċjenza, ir-rilevanza u l-koerenza tal-Fond. B'mod aktar speċifiku, din għandha tinkludi valutazzjoni ta':

(a)

il-progress li sar sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, filwaqt li titqies l-informazzjoni kollha rilevanti li tkun diġà disponibbli, b'mod partikolari r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 26 u l-indikaturi tal-eżitu u tar-riżultati stabbiliti fl-Anness VIII;

(b)

il-valur miżjud Ewropew tal-azzjonijiet u l-operazzjonijiet implimentati permezz ta' dan il-Fond;

(c)

l-adegwatezza tal-miżuri ta' implimentazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 3 a sabiex jiġu indirizzati l-isfidi eżistenti u emerġenti tas-sigurtà;

(d)

l-impatti tal-Fond fit-tul u l-effetti tiegħu fuq is-sostenibbiltà;

(e)

il-komplementarjetà u l-koerenza bejn l-azzjonijiet appoġġati fl-ambitu ta' dan il-Fond u l-appoġġ ipprovdut minn fondi oħra tal-Unjoni.

L-evalwazzjoni obbligatorja ta' nofs it-terminu għandha tqis ir-riżultati tal-evalwazzjoni retrospettiva dwar l-impatt fit-tul tal-istrument preċedenti fuq l-appoġġ finanzjarju għas-sigurtà interna għall-perjodu 2014-2020, il-Fond għas-Sigurtà Interna – il-Pulizija. L-evalwazzjoni għandha, kif xieraq, tkun akkumpanjata minn proposta leġiżlattiva għar-reviżjoni ta' dan ir-Regolament. [Em. 106]

1a.     Sal-31 ta' Jannar 2030, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni retrospettiva ta' dan ir-Regolament. Sal-istess data, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport ta' evalwazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jinkludi l-elementi elenkati fil-paragrafu 1. F'dak ir-rigward, l-impatti fit-tul tal-istrument għandhom jiġu evalwati bil-għan li jwasslu għal deċiżjoni dwar il-possibbiltà ta' tiġdid jew il-modifika ta' fond sussegwenti. [Em. 107]

2.   L-evalwazzjoni ta' nofs it-terminu u retrospettiva għandha titwettaq fil-ħin sabiex ikun hemm kontribuzzjoni għall-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet f'konformità mal-iskeda ta' żmien stipulata fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) Nru [CPR ]tkun disponibbli għall-pubbliku u tiġi ppreżentata lill-Parlament mingħajr dewmien biex tiġi żgurata trasparenza sħiħa. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-evalwazzjonijiet ma jinkludux informazzjoni li jekk din tinxtered tista' toħloq riskju għas-sikurezza jew il-privatezza tal-individwi jew tipperikola l-operazzjonijiet ta' sigurtà . [Em. 108]

Subtaqsima 2

Regoli għal ġestjoni kondiviża

Artikolu 26

Rapporti annwali dwar il-prestazzjoni

1.   Sal-15 ta’ Frar 2023 u sal-istess data ta’ kull sena sussegwenti sal-2031, biha inkluża, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw lill-Kummissjoni rapport tal-prestazzjoni annwali kif imsemmi fl-Artikolu 36(6) tar-Regolament (UE) Nru [CPR]. Ir-rapport ippreżentat fl-2023 għandu jkopri l-implimentazzjoni tal-programm sat-30 ta’ Ġunju 2022. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw dawn ir-rapporti fuq sit web apposta u jgħadduhom lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. [Em. 109]

2.   Ir-rapport tal-prestazzjoni annwali b’mod partikolari għandu jinkludi informazzjoni dwar:

(a)

il-progress fl-implimentazzjoni tal-programm u fil-kisba tal-għanijiet u l-miri, filwaqt li jqis l-aħħar data kif meħtieġ skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru [CPR];

(aa)

tqassim tal-kontijiet annwali tal-programm nazzjonali skont l-irkupri, il-prefinanzjament lill-benefiċjarji finali u l-infiq reali mġarrab; [Em. 110]

(b)

kwalunkwe kwistjoni li taffettwa l-prestazzjoni tal-programm u l-azzjonijiet meħuda biex jindirizzawhom , inklużi l-opinjonijiet motivati maħruġa mill-Kummissjoni fir-rigward ta' proċedura ta' ksur skont l-Artikolu 258 ; [Em. 111]

(c)

il-komplementarjetà , il-koordinazzjoni u l-koerenza bejn l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond u l-appoġġ provdut minn Fondi oħra tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk f'pajjiżi terzi jew b'rabta ma' pajjiżi terzi jew b'rabta magħhom;. [Em. 112]

(d)

il-kontribuzzjoni tal-programm għall-implimentazzjoni tal-acquis rilevanti tal-Unjoni u pjanijiet ta’ azzjoni;

(da)

il-konformità mar-rekwiżiti tad-drittijiet fundamentali; [Em. 113]

(e)

l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta’ komunikazzjoni u ta’ viżibbiltà;

(f)

l-issodisfar tal-kundizzjonijiet ta’ abilitazzjoni u l-applikazzjoni tagħhom matul il-perjodu ta’ programmazzjoni.

3.   Il-Kummissjoni tista’ tagħmel osservazzjonijiet dwar ir-rapport tal-prestazzjoni annwali fi żmien xahrejn mid-data tal-wasla tagħha. Meta l-Kummissjoni ma tipprovdix osservazzjonijiet fi żmien din l-iskadenza, ir-rapport għandu jitqies li ġie aċċettat.

3a.     Ladarba r-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni jkunu ġew aċċettati, il-Kummissjoni għandha tqiegħed is-sommarji tagħhom għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u tippubblikahom fuq sit web apposta. Jekk ma jkunx intbagħat mill-Istati Membri f'konformità mal-paragrafu 1, it-test sħiħ tar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni għandu, fuq talba, jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. [Em. 114]

4.   Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu l-mudell għar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni. Dan l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f'konformità mal-proċedura ta’ konsulenza msemmija fl-Artikolu 29(2).

Artikolu 27

Monitoraġġ u rapportar

1.   Il-monitoraġġ u r-rapportar, skont it-Titlu IV tar-Regolament (UE) Nru [CPR], għandhom ikunu bbażati fuq tipi ta’ interventi stabbiliti fit-Tabelli 1, 2 u 3 tal-Anness VI. Biex tindirizza ċirkostanzi ġodda jew mhux previsti jew biex tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tal-finanzjament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-Annessi VI skont l-Artikolu 28.

2.   L-indikaturi għandhom jiġu użati skont l-Artikoli 12(1), 17 u 37 tar-Regolament (UE) Nru [CPR].

KAPITOLU III

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻITORJI U FINALI

Artikolu 28

Eżerċizzju tad-delega

1.   Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f'dan l-Artikolu.

2.   Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 8, 12, 15, 24 u 27 għandha tingħata lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2028. [Em. 115]

3.   Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jista’ jirrevoka d-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikoli 8, 12, 15, 24 u 27 fi kwalunkwe żmien. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delegazzjoni tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandu jibda jkollha effett fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Din ma għandhiex taffettwa l-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ. [Em. 116]

4.   Qabel ma tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta lill-esperti maħtura minn kull Stat Membru b'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016.

5.   Malli tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha fl-istess ħin tinnotifikah lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

6.   Att delegat adottat skont l-Artikoli 8, 12, 15, 24 u 27 għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma joġġezzjonaw għalih fi żmien xahrejn minn meta jiġu mgħarrfa bih jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, it-tnejn li huma jkunu għarrfu lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw għalih. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn b'inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill. [Em. 117]

Artikolu 29

Proċedura ta’ kumitat

1.   Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn Kumitat ta’ Koordinazzjoni tal-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument ta’ Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Viża. Dan il-Kumitat għandu jkun Kumitat fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.   Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3.   Meta l-Kumitat ma jagħti ebda opinjoni, il-Kummissjoni ma għandhiex tadotta l-abbozz ta’ att ta’ implimentazzjoni. Dan ma għandux japplika għall-att ta’ implimentazzjoni msemmi fl-Artikolu 26(4).

Artikolu 30

Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.   Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 għandu jiġi revokat b'effett mill-1 ta’ Jannar 2021.

2.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa t-tkomplija jew il-modifika tal-azzjonijiet ikkonċernati, sal-għeluq tagħhom, skont L-Istrument tal-Pulizija tal-Fond għas-Sigurtà Interna, li għandhom ikomplu japplikaw għall-azzjonijiet ikkonċernati sal-għeluq tagħhom.

3.   Il-pakkett finanzjarju għall-Fond jista’ jkopri wkoll l-ispejjeż tal-għajnuna teknika u amministrattiva meħtieġa biex tiġi żgurata t-tranżizzjoni bejn il-Fond u l-miżuri adottati taħt il-predeċessur tiegħu, l-Istrument tal-Pulizija tal-Fond għas-Sigurtà Interna stabbilit mir-Regolament (UE) Nru 513/2014.

Artikolu 31

Id-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri f’konformità mat-Trattati.

Magħmul fi …,

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

Għall-Kunsill

Il-President


(1)  Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019.

(2)  COM(2015)0185 tat-28 ta’ April 2015.

(3)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-16 ta’ Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija ta' Sigurtà Interna Mġedda għall-Unjoni Ewropea 2015-2020.

(4)  Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Lulju 2015 dwar l-Aġenda Ewropea dwar is-Sigurtà (2015/2697(RSP)).

(5)  COM(2017)0794.

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/JHA (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93).

(7)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1053/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi mekkaniżmu ta' evalwazzjoni u monitoraġġ biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta' Schengen u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta’ Settembru 1998 li stabbilixxiet Kumitat Permanenti għall-evalwazzjoni u l-implimentazzjoni ta' Schengen (ĠU L 295, 6.11.2013, p. 27).

(8)   Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-baġit tal-Unjoni f'każ ta' nuqqasijiet ġeneralizzati fir-rigward tal-istat tad-dritt fl-Istati Membri (COM(2018)0324).

(9)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

http://eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/?uri=uriserv:OJ.C_.2013.373.01.0001.01.ENG&toc=OJ:C:2013:373:TOC

(10)  Referenza sħiħa

(11)  Referenza sħiħa Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ … li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil u l-Migrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u tal-Viżi (COM(2018)0375).

(12)  Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

(14)  Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fil-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

(15)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (“l-UPPE”) (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

(16)  Id-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 198, 28.7.2017, p. 29).

(17)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji barranin mal-Unjoni Ewropea (“Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Barranija”) (ĠU L 344, 19.12.2013, p. 1).

(18)  COM(2017)0623.

(19)  Il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet tat-13 ta’ April 2016; ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1-14.

(20)  Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

(21)  Ir-Regolament tal-kunsill (UE, Euratom) Nru XXX.

(22)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/902/ĠAI tat-30 ta' Novembru 2009 li tistabbilixxi Network Ewropew għall-Prevenzjoni tal-Kriminalità (EUCPN) u li tħassar id-Deċiżjoni 2001/427/ĠAI (ĠU L 321, 8.12.2009, p. 44).

(23)  Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Ministri għall-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni, 8 u 9 ta’ Novembru 2010.

(24)  COM(2013)0172 li jwaqqaf Skema Ewropea ta’ Taħriġ għall-Infurzar tal-Liġi (Law Enforcement Training Scheme, LETS).

(25)  Ir-Regolament (UE) 2015/2219 tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għal Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/681/ĠAI, (ĠU L 319, 4.12.2015, p. 1).

(26)  Id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2008/841/ĠAI tal-24 ta’ Ottubru 2008 dwar il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata (ĠU L 300, 11.11.2008, p. 42).

(27)  Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

(28)  “Flus lixka” huma kontanti ġenwini li jkunu murija (esibiti) matul investigazzjoni kriminali bħala prova ta’ likwidità u solvenza lis-suspettati jew persuni oħra li jkollhom informazzjoni dwar id-disponibbiltà jew il-kunsinna jew li jaġixxu bħala intermedjarji, sabiex jitwettaq xiri fittizju bil-għan li jiġu arrestati suspettati, jiġu identifikati siti ta’ produzzjoni illegali jew inkella jiġi żarmat grupp ta’ kriminalità organizzata.

(29)  Referenza sħiħa.

(30)   Id-Direttiva 2003/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Novembru 2003 dwar l-użu mill-ġdid ta' informazzjoni tas-settur pubbliku (ĠU L 345, 31.12.2003, p. 90).

ANNESS I

Kriterji għall-allokazzjoni tal-fondi għall-programmi b’ġestjoni kondiviża

Il-pakkett finanzjarju msemmi fl-Artikolu 10 se jiġi allokat għall-programmi tal-Istati Membri kif ġej:

(1)

ammont fiss ta’ darba ta’ EUR 5 000 000 se jiġi allokat għal kull Stat Membru fil-bidu tal-perjodu ta’ programmar sabiex tiġi żgurata massa kritika għal kull programm u sabiex jitkoprew ħtiġijiet li ma jkunux direttament espressi permezz tal-kriterji indikati hawn taħt;

(2)

ir-riżorsi li baqa’ se jitqassmu skont il-kriterji li ġejjin:

(a)

45 % fi proporzjon invers għall-prodott domestiku gross tagħhom (l-istandard tal-kapaċità tal-akkwist għal kull abitant),

(b)

40 % fi proporzjon għad-daqs tal-popolazzjoni tagħhom,

(c)

15 % fi proporzjon għad-daqs tat-territorju tagħhom.

L-allokazzjoni inizjali għandha tkun ibbażata fuq l-aħħar data statistika annwali, prodotta mill-Kummissjoni (Eurostat), li tkopri s-sena kalendarja preċedenti. Għar-rieżami ta’ nofs it-terminu, iċ-ċifri ta’ referenza għandhom ikunu l-aħħar data statistika annwali prodotta mill-Kummissjoni (Eurostat) li tkopri s-sena kalendarja preċedenti disponibbli fi żmien ir-rieżami ta’ nofs it-terminu fl-2024.

ANNESS II

Miżuri ta’ implimentazzjoni

Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(a) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

(a)

biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal- acquis tal-Unjoni dwar is-sigurtà li tappoġġa l-iskambju tal-informazzjoni, pereżempju permezz ta’ Prüm, il-PNR tal-UE u l-SIS II, inkluż permezz tal-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet minn mekkaniżmi ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ evalwazzjoni bħalma huma l-mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen u mekkaniżmi oħra ta’ kontroll tal-kwalità u ta’ evalwazzjoni;

(b)

biex jiġu stabbiliti, adattati, u jinżammu n-networks ta’ komunikazzjoni u s-sistemi tal-IT tal-Unjoni relevanti, inkluż l-interoperabbiltà tagħhom, u sabiex tiġi żviluppata l-għodda xierqa sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet identifikati;

(c)

biex jiżdied l-użu attiv ta’ għodod għall-iskambju tal-informazzjoni, ta’ sistemi u ta’ bażijiet tad- data relevanti għas-sigurtà tal-Unjoni billi jiġi żgurat li f’dawn tiddaħħal data ta’ kwalità għolja;

(d)

biex jiġu appoġġati miżuri nazzjonali jekk ikunu rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ objettivi speċifiċi stipulati fl-Artikolu 3(2)(a).

Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(b) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

(a)

biex jiżdiedu l-operazzjonijiet ta’ infurzar tal-liġi bejn l-Istati Membri, inkluż meta jkun xieraq, ma’ atturi rilevanti oħra, b’mod partikolari sabiex jiffaċilitaw u jtejbu l-użu ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunti, rondi konġunti, insegwimenti, sorveljanza diskreta u mekkaniżmi ta’ kooperazzjoni operattiva oħra fil-kuntest taċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE (EMPACT), b’enfasi speċjali fuq operazzjonijiet transfruntiera;

(b)

biex tiżdied il-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni tal-infurzar tal-liġi u ta’ awtoritajiet kompetenti oħra fl-Istati Membri u bejn l-Istati Membri, u ma’ atturi rilevanti oħra, pereżempju permezz ta’ networks ta’ unitajiet nazzjonali speċjalizzati, networks u strutturi ta’ kooperazzjoni tal-Unjoni, ċentri tal-Unjoni;

(c)

biex tittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-aġenziji, u fil-livell ta’ Unjoni bejn l-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri, minn naħa waħda, u l-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni min-naħa l-oħra, kif ukoll fil-livell nazzjonali fost l-awtoritajiet nazzjonali f’kull Stat Membru.

Il-Fond għandu jikkontribwixxi għall-objettiv speċifiku stipulat fl-Artikolu 3(2)(c) billi jiffoka fuq il-miżuri ta’ implimentazzjoni li ġejjin:

(a)

biex jiżdied it-taħriġ għall-infurzar tal-liġi, l-eżerċizzji, it-tagħlim reċiproku, il-programmi ta’ skambju speċjalizzati u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki f’pajjiżi terzi u magħhom kif ukoll ma’ atturi rilevanti oħra;

(b)

biex jiġu sfruttati s-sinerġiji billi jiġu akkomunati r-riżorsi u l-għarfien bejn l-Istati Membri u atturi rilevanti oħra, inkluża s-soċjetà ċivili permezz ta’, pereżempju, il-ħolqien ta’ ċentri konġunti ta’ eċċellenza, l-iżvilupp ta’ valutazzjonijiet tar-riskju konġunti, jew ċentri ta’ appoġġ operazzjonali komuni għal operazzjonijiet mmexxija b’mod konġunt;

(c)

biex jiġu promossi u żviluppati miżuri, salvagwardji, mekkaniżmi u l-aħjar prattiki għall-identifikazzjoni bikrija, il-protezzjoni u l-appoġġ għal xhieda, informaturi u vittmi tal-kriminalità, u biex jiġu żviluppati sħubijiet bejn l-awtoritajiet pubbliċi u atturi rilevanti oħra għal dan l-għan;

(d)

biex jiġi akkwistat tagħmir u biex jiġu stabbiliti jew imtejba faċilitajiet ta’ taħriġ speċjalizzati u infrastruttura għas-sigurtà essenzjali rilevanti oħra sabiex jiżdiedu t-tħejjija, ir-reżiljenza, is-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u r-rispons adegwat għat-theddida għas-sigurtà. [Em. 119]

ANNESS III

Eżempji ta' azzjonijiet eliġibbli li għandhom jiġu appoġġati mill-Fond f’konformità mal-Artikolu 4 [Em. 120]

L-appoġġ mill-Fond għas-Sigurtà Interna jista', inter alia, jkollu fil-mira dawn it-tipi ta' azzjonijiet li ġejjin: [Em. 121]

Sistemi l-istabbiliment ta' sistemi tal-IT u networks li jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament, taħriġ dwar l-użu ta’ dawn is-sistemi, l-ittestjar u t-titjib tal-interoperabbiltà tal-komponenti tal-interoperabilità u l-kwalità tad-data ta’ dawn is-sistemi; [Em. 122]

il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni u l-objettivi ta' politika tal-Unjoni fl-Istati Membri fil-qasam tas-sistemi għas-sigurtà tal-informazzjoni , b'mod partikolari l-protezzjoni tad-data, il-privatezza u s-sigurtà tad-data ; [Em. 123]

azzjonijiet tal-EMPACT li jimplimentaw jew li jiffaċilitaw l-implimentazzjoni taċ-Ċiklu ta’ Politika tal-UE;

appoġġ ta' aġenziji deċentralizzati bil-għan li tiġi ffaċilitata l-kooperazzjoni f'operazzjonijiet transfruntiera; [Em. 124]

azzjonijiet li jappoġġaw rispons effettiv u koordinat għall-kriżi li jgħaqqdu flimkien il-kapaċitajiet eżistenti speċifiċi għas-settur, ċentri ta’ kompetenza u ċentri għall-għarfien tas-sitwazzjoni, inklużi dawk għas-saħħa, il-protezzjoni ċivili u t-terroriżmu , it-terroriżmu u ċ-ċiberkriminalità ; [Em. 125]

azzjonijiet li jiżviluppaw metodi innovattivi jew li jużaw teknoloġiji ġodda li għandhom il-potenzjal ta' trasferibbiltà lejn Stati Membri oħra, speċjalment proġetti li għandhom l-għan li jittestjaw u jivvalidaw l-eżitu ta' proġetti ta' riċerka dwar is-sigurtà ffinanzjati mill-Unjoni;

azzjonijiet li jippromwovu r-riċerka u l-iskambju ta' għarfien espert li jtejbu r-reżiljenza għal theddid emerġenti, inkluż it-traffikar b'mezzi online, theddid ibridu u theddid kimiku, bijoloġiku, radjoloġiku u nukleari. [Em. 126]

azzjonijiet u netwerks ta' punti ta' kuntatt nazzjonali li jiffaċilitaw l-iskambju transfruntier ta' data akkwistata permezz ta' sistemi ta' sorveljanza bħal kameras u sensuri oħra, flimkien ma' algoritmi tal-intelliġenza artifiċjali, soġġetti għal salvagwardji sodi inkluż il-minimizzazzjoni tad-data, il-validazzjoni preċedenti minn awtorità ġudizzjarja u l-aċċess għal rimedju ġudizzjarju; [Em. 127]

l-appoġġ għal networks tematiċi jew transtematiċi ta’ unitajiet nazzjonali speċjalizzati sabiex titjieb il-fiduċja reċiproka, l-iskambju u d-disseminazzjoni tal-għarfien espert, l-informazzjoni, l-esperjenza u l-aħjar prattiki, l-akkomunament tar-riżorsi u l-għarfien espert f’ċentri konġunti ta’ eċċellenza;

appoġġ għal inizjattivi ta' netwerking tas-servizzi tal-intelligence tal-Istati Membri bil-għan li titrawwem kultura tal-intelligence komuni, titjieb il-fiduċja reċiproka, ikun hemm skambju u tixrid ta' għarfien, informazzjoni, informazzjoni, esperjenzi u prattiki tajba; [Em. 128]

l-edukazzjoni u t-taħriġ ta’ persunal u esperti rilevanti dwar l-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-aġenziji amministrattivi, filwaqt li jitqiesu l-ħtiġijiet operattivi u l-analiżi tar-riskju, abbażi tal-LETS u f’kooperazzjoni mas-CEPOL u, meta applikabbli, man-Network Ewropew tat-Taħriġ Ġudizzjarju;

edukazzjoni u taħriġ tal-persunal u tal-esperti tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u tal-awtoritajiet ġudizzjarji u l-aġenziji amministrattivi rilevanti fil-politiki ta' prevenzjoni b'enfasi speċjali fuq it-taħriġ dwar id-drittijiet fundamentali, inkluż miżuri ta' detezzjoni u jiġi evitat ir-razziżmu, u dwar l-iskambju tal-aħjar prattiki; [Em. 129]

kooperazzjoni mas-settur privat , b'mod partikolari fil-qasam taċ-ċibersigurtà sabiex tinbena l-fiduċja u jitjiebu l-koordinazzjoni, l-ippjanar ta’ kontinġenza u l-iskambju u t-tixrid ta’ informazzjoni u l-aħjar prattiki fost l-atturi pubbliċi u privati inkluż fil-protezzjoni tal-ispazji pubbliċi u il-protezzjoni tal-infrastruttura kritika; [Em. 130]

azzjonijiet li jsaħħu l-pożizzjoni tal-komunitajiet biex jiżviluppaw approċċi lokali u politiki ta’ prevenzjoni, u attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni u ta’ komunikazzjoni fost il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku inġenerali dwar il-politiki ta’ sigurtà tal-Unjoni;

tagħmir, mezzi ta’ trasport, sistemi ta’ komunikazzjoni u faċilitajiet essenzjali rilevanti għas-sigurtà;

l-ispejjeż tal-persunal involut f’azzjonijiet li huma appoġġati mill-Fond jew azzjonijiet li jenħtieġu l-involviment ta’ persunal għal raġunijiet tekniċi jew relatati mas-sigurtà.

ANNESS IV

Azzjonijiet eligibbli eliġibbli għal kofinanzjament ogħla f’konformità mal-Artikoli 11(2) u 12(6) mal-Artikoli 11(3) u 12(7) [Em. 131]

Proġetti li għandhom l-għan li jipprevjenu u jiġġieldu l-estremiżmu vjolenti, inkluż ir-radikalizzazzjoni, l-intolleranza u d-diskriminazzjoni, b'mod partikolari miżuri li jindirizzaw l-għerq tagħhom u li jipprevjenu r-radikalizzazzjoni fil-ħabsijiet u proġetti li jipprovdu taħriġ speċifiku għal awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi . [Em. 132]

Proġetti li għandhom l-għan li jtejbu l-interoperabbiltà tas-sistemi tal-IT u tan-networks ta’ komunikazzjoni , sa fejn ikun previst mid-dritt tal-Unjoni jew mil-liġi tal-Istati Membri  (1). [Em. 133]

Proġetti li għandhom l-għan li jiġġieldu kontra strutturi ta' kriminalità organizzata li huma partikolarment perikolużi skont EMPACT. [Em. 134]

Proġetti li għandhom l-għan li jipprevjenu u jiġġieldu ċ-ċiberkriminalità, b'mod partikoli l-isfruttament sesswali tat-tfal, inklużi miżuri li jipprevjenu attakki kontra s-sistemi tal-informazzjoni u l-infrastruttura kritika billi jidentifikaw u jeliminaw il-vulnerabbiltajiet. [Em. 135]

Proġetti li għandhom l-għan li jiġġieldu kontra t-traffikar b'mezzi online. [Em. 136]


(1)  F’konformità mal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar sistemi ta’ informazzjoni aktar b’saħħithom u aktar intelliġenti għall-fruntieri u s-sigurtà COM(2016)0205.

ANNESS V

Indikaturi tal-prestazzjoni ewlenin msemmija fl-Artikolu 24(1)

Objettiv Speċifiku 1: Skambju aħjar ta’ informazzjoni

(1)

L-użu ta’ mekkaniżmi tal-UE għall-iskambju tal-informazzjoni.

sors tad-data: l-Europol, UE-LISA, il-Kunsill, l-Istati Membri

Objettiv Speċifiku 2: Kooperazzjoni operattiva akbar

(1)

Għadd ta’ azzjonijiet operattivi konġunti appoġġati mill-Fond.

sors tad-data: l-Europol, l-Eurojust, l-Istati Membri

(2)

Il-valur stmat ta’ beni ffriżati, il-valur stmat ta’ beni kkonfiskati bl-għajnuna tal-Fond.

sors tad-data: l-Istati Membri

(3)

Il-valur tas-sekwestri tad-droga ta' droga illeċita , armi, prodotti tal-organiżmi selvaġġi u traffikar illeċitu fi proprjetà kulturali miksub bl-involviment tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi implimentata bl-appoġġ tal-Fond . [Em. 137]

sors tad-data: l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni

(4)

L-għadd ta’ Rakkomandazzjonijiet ta’ Evalwazzjoni ta’ Schengen b’implikazzjoni finanzjarja fil-qasam tas-sigurtà indirizzati bl-appoġġ tal-Fond, meta mqabbel mal-għadd totali ta’ rakkomandazzjonijiet b’implikazzjoni finanzjarja fil-qasam tas-sigurtà.

sors tad-data: l-Istati Membri

Objettiv Speċifiku 3: It-tisħiħ tal-kapaċitajiet sabiex tiġi miġġielda u pprevenuta l-kriminalità

(5)

L-għadd ta’ uffiċjali għall-infurzar tal-liġi li lestew it-taħriġ, l-eżerċizzji, t-tagħlim reċiproku jew il-programmi ta’ skambju speċjalizzati dwar suġġetti relatati ma’ aspetti transfrunitiera mogħtija bl-appoġġ tal-Fond.

sors tad-data: l-Istati Membri

(6)

F’għadd ta’ infrastrutturi kritiċi spazji pubbliċi fl-iskala ta’ spazji pubbliċi infrastrutturi kritiċi l-protezzjoni kontra inċidenti relatati mas-sigurtà tjiebu bl-għajnuna tal-Fond. [Em. 138]

sors tad-data: l-Istati Membri

(7)

Għadd ta’ inizjattivi biex tiġi evitata r-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti.

sors tad-data: RAN

ANNESS VI

Tipi ta’ intervent

TABELLA 1: IL-KODIĊIJIET GĦAD-DIMENSJONI TAL-QASAM TAL-INTERVENT

1

TER-Ġlieda kontra l-Finanzjament tat-Terroriżmu

2

TER-Prevention u l-ġlieda kontra r-radikalizzazzjoni

3

TER-Protection u r-reżiljenza tal-ispazji pubbliċi u miri faċli oħra

4

TER- Protezzjoni u r-reżiljenza tal-infrastruttura kritika

5

TER-Materjali kimiċi, bijoloġiċi, radjuattivi u nukleari

6

TER-Splussivi

7

TER-Immaniġġar ta' kriżijiet

8

TER-Oħra

9

OC-Korruzzjoni

10

OC-Kriminalità finanzjarja u ekonomika

10a

OC – Ħasil ta' flus tar-rikavat minn attività kriminal [Em. 139]

11

OC-Droga

12

OC-Traffikar ta' armi tan-nar

12a

It-traffikar ta' beni kulturali [Em. 140]

12b

It-traffikar ta' speċi fil-periklu [Em. 141]

13

OC-Traffikar tal-bnedmin

14

OC-Faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali

15

OC-Reati ambjentali

16

OC-Kriminalità organizzata kontra l-proprjetà

17

OC-Oħra

18

CC-Ċiberkriminalità – Oħra

19

CC-Ċiberkriminalità – Prevenzjoni

20

CC-Ċiberkriminalità – L-iffaċilitar tal-investigazzjonijiet

21

CC-Ċiberkriminalità – Assistenza għall-vittmi

22

CC-Sfruttament sesswali tat-tfal – Prevenzjoni

23

CC-Sfruttament sesswali tat-tfal – L-iffaċilitar tal-investigazzjonijiet

24

CC-Sfruttament sesswali tat-tfal – Assistenza għall-vittmi

24a

CC – Distribuzzjoni ta' stampi ta' abbuż tat-tfal u pornografija tat-tfal [Em. 142]

25

CC-Sfruttament sesswali tat-tfal – Oħra

26

CC-Oħra

27

GEN-Skambju tal-informazzjoni

28

GEN-Kooperazzjoni tal-pulizija jew bejn l-aġenziji (id-dwana, l-uffiċjali tal-fruntieri, is-servizzi tal-intelligence)

29

GEN-Forensika

30

GEN-Appoġġ għall-vittmi

31

GEN-Appoġġ operazzjonali

32

TA-Assistenza teknika – informazzjoni u komunikazzjoni

33

TA-Assistenza teknika – preparazzjoni, implimentazzjoni, monitoraġġ u kontroll

34

TA-Assistenza teknika – evalwazzjoni u studju, ġbir tad-data

35

TA-Assistenza teknika – tisħiħ tal-kapaċitajiet


TABELLA 2: IL-KODIĊIJIET GĦAT-TIP TA’ DIMENSJONI TAL-AZZJONI

1

Sistemi tal-IT, l-interoperabbiltà, il-kwalità tad-data, is-sistemi ta’ komunikazzjoni (eskluż it-tagħmir)

2

Networks, ċentri ta’ eċċellenza, strutturi ta’ kooperazzjoni, azzjonijiet konġunti u operazzjonijiet

3

Skwadri ta’ Investigazzjoni Konġunti (Joint Investigation Teams, JITs) jew operazzjonijiet konġunti oħrajn

4

L-issekondar jew l-istazzjonar ta’ esperti

5

Taħriġ

6

L-iskambju tal-aħjar prattiki, sessjonijiet ta’ ħidma, konferenzi, attivitajiet, kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, attivitajiet ta’ komunikazzjoni

7

Studji, proġetti pilota, valutazzjonijiet tar-riskju

8

Tagħmir (inkluż fil-kalkolu tal-limitu massimu ta’ 15 %)

9

Mezzi tat-trasport (inkluż fil-kalkolu tal-limitu massimu ta’ 15 %)

10

Bini, faċilitajiet (inkluż fil-kalkolu tal-limitu massimu ta’ 15 %)

11

L-użu jew segwitu ieħor ta’ proġetti ta’ riċerka


TABELLA 3: IL-KODIĊIJIET GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAD-DIMENSJONI TAL-MODALITAJIET

1

Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

2

Azzjonijiet f’pajjiżi terzi

3

L-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ evalwazzjoni ta’ Schengen fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija

4

Azzjonijiet Speċifiċi (mhux magħrufa fl-istadju tal-programmar)

5

Assistenza ta’ emerġenza (mhux magħrufa fl-istadju tal-ipprogrammar)

6

L-azzjonijiet elenkati fl-Anness IV

ANNESS VII

Azzjonijiet eliġibbli għall-appoġġ operazzjonali

Fl-objettiv speċifiku għal skambju aħjar tal-informazzjoni, l-appoġġ operazzjonali fil-programmi għandu jkopri:

il-manutenzjoni u l-helpdesk tal-Unjoni u fejn rilevanti tas-sistemi tal-IT nazzjonali li jikkontribwixxu sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament.

l-ispejjeż tal-persunal sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament

Fl-objettiv speċifiku għal aktar kooperazzjoni operattiva, l-appoġġ operazzjonali fil-programmi nazzjonali għandu jkopri:

il-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku jew il-mezzi tat-trasport użati għal azzjonijiet fil-qasam tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ kriminalità serja u organizzata b’dimensjoni transfruntiera.

l-ispejjeż tal-persunal sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament

Fl-objettiv speċifiku għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, l-appoġġ operazzjonali fil-programmi nazzjonali għandu jkopri:

il-manutenzjoni tat-tagħmir tekniku jew il-mezzi tat-trasport użati għal azzjonijiet fil-qasam tal-prevenzjoni, il-kxif u l-investigazzjoni ta’ kriminalità serja u organizzata b’dimensjoni transfruntiera.

l-ispejjeż tal-persunal sabiex jintlaħqu l-objettivi ta’ dan ir-Regolament

Azzjonijiet li mhumiex eliġibbli skont l-Artikolu 4(3) ma għandhomx ikunu koperti.

ANNESS VIII

Indikaturi tal-outputs u tar-riżultati msemmija fl-Artikolu 24(3)

Objettiv Speċifiku 1: Skambju aħjar ta’ informazzjoni

(1)

L-użu ta’ mekkaniżmi tal-UE għall-iskambju tal-informazzjoni mkejla permezz ta’:

(a)

l-għadd ta’ allerti mdaħħla u tfittxijiet fis-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS) II; [Em. 143]

(b)

l-għadd ta’ tfittxijiet fis-sistema ta’ skambju transnazzjonali ta’ data forensika (DNA, marki tas-swaba’, pjanċi tal-vetturi) bejn l-Istati Membri (is-sistema awtomatizzata tal-iskambju tad-data ta’ Prüm);

(c)

l-għadd ta’ messaġġi skambjati permezz tal-Applikazzjoni tan-Network għall-Iskambju Sikur tal-Informazzjoni (Secure Information Exchange Network Application, SIENA) tal-Europol;

(d)

l-għadd ta’ tfittxijiet li jitwettqu fis-Sistema ta' Informazzjoni tal-Europol (Europol's Information System, EIS);

(e)

l-għadd totali ta’ passiġġieri li d-data tagħhom fir-Reġistru tal-Ismijiet tal-Passiġġieri (Passenger Name Record, PNR) tal-UE ġiet miġbura u skambjata;

(ea)

l-għadd ta' tfittxijiet imwettqa fis-Sistema Ewropea ta' Informazzjoni ta' Rekords Kriminali għal ċittadini ta' pajjiżi terzi (ECRIS-TCN) [Em. 144]

sors tad-data: l-Europol, UE-LISA, il-Kunsill, l-Istati Membri

(2)

L-għadd ta’ konnessjonijiet ġodda bejn il-bażijiet tal-awtoritajiet kompetenti għall-bażijiet tad-data rilevanti għas-sigurtà mwettqa bl-appoġġ tal-Fond: [Em. 145]

(a)

mal-UE u fejn rilevanti ma’ bażijiet tad-data internazzjonali;

(b)

fl-Istat Membru;

(c)

ma’ Stat Membru ieħor jew aktar;

(d)

ma’ pajjiż terz ieħor jew aktar.

sors tad-data: l-Istati Membri

(3)

L-għadd ta’ utenti attivi li jużaw għodod, sistemi u bażijiet tad-data tal-UE u fejn relevanti nazzjonali, għall-iskambju tal-informazzjoni, miżjuda bl-appoġġ tal-Fond, meta mqabbel mal-għadd totali tal-utenti.

sors tad-data: l-Istati Membri

Objettiv Speċifiku 2: Kooperazzjoni operattiva akbar

(4)

Għadd ta’ azzjonijiet operattivi konġunti appoġġati mill-Fond, inklużi l-Istati Membri u l-awtoritajiet parteċipanti, u kklassifikati skont iż-żona (il-ġlieda kontra t-terroriżmu, il-kriminalità organizzata – ġenerali, il-kriminalità organizzata – tal-armi tan-nar, iċ-ċiberkriminalità, oħra):

(a)

l-għadd ta’ skwadri ta’ investigazzjoni konġunti (joint investigation teams, JITs);

(b)

l-għadd ta’ proġetti operattivi tal-Pjattaforma Multidixxiplinari Ewropea Kontra t-Theddid Kriminali (European Multidisciplinary Platform against Criminal Threats, EMPACT);

(c)

azzjonijiet operattivi konġunti oħra.

sors tad-data: l-Europol, l-Eurojust, l-Istati Membri

(5)

Parteċipazzjoni f’networks transnazzjonali li joperaw bl-appoġġ tal-Fond.

sors tad-data: l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni jew tal-EMAS

(6)

Il-valur stmat ta’ beni ffriżati, il-valur stmat ta’ beni kkonfiskati bl-għajnuna tal-Fond.

sors tad-data: l-Istati Membri

(7)

Il-valur tas-sekwestri tad-droga ta' droga illeċita , armi, prodotti tal-organiżmi selvaġġi u traffikar illeċitu fi proprjetà kulturali miksub bl-involviment tal-kooperazzjoni transfruntiera bejn l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi. [Em. 146]

sors tad-data: l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni [Em. 147]

(8)

L-għadd ta’ outputs ta’ networks transnazzjonali eżistenti ġġenerati bl-għajnuna tal-Fond, bħal pereżempju manwali dwar l-aħjar prattiki, sessjonijiet ta’ ħidma, eżerċizzji komuni.

sors tad-data: l-Europol, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni

(9)

L-għadd ta’ Rakkomandazzjonijiet ta’ Evalwazzjoni ta’ Schengen b’implikazzjoni finanzjarja fil-qasam tas-sigurtà indirizzati bl-appoġġ tal-Fond, meta mqabbel mal-għadd totali ta’ rakkomandazzjonijiet b’implikazzjoni finanzjarja fil-qasam tas-sigurtà.

sors tad-data: l-Istati Membri

Objettiv Speċifiku 3: It-tisħiħ tal-kapaċitajiet sabiex tiġi miġġielda u pprevenuta l-kriminalità

(10)

L-għadd ta’ uffiċjali għall-infurzar tal-liġi li lestew it-taħriġ, l-eżerċizzji, it-tagħlim reċiproku jew il-programmi ta’ skambju speċjalizzati dwar suġġetti relatati ma’ aspetti transfrunitiera mogħtija bl-appoġġ tal-Fond, ikklassifikati skont dawn l-oqsma:

(a)

il-ġlieda kontra t-terroriżmu;

(b)

il-kriminalità organizzata;

(c)

iċ-ċiberkriminalità;

(d)

oqsma oħra ta’ kooperazzjoni operattiva.

sors tad-data: l-Istati Membri , l-Europol, l-ENISA [Em. 148]

(11)

L-għadd ta’ manwali dwar l-aħjar prattiki u tekniki ta’ investigazzjoni, proċeduri operattivi standard u għodod oħra żviluppati bl-appoġġ tal-Fond bħala riżultat ta’ interazzjoni bejn l-organizzazzjonijiet differenti fl-UE.

sors tad-data: l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni jew tal-EMAS

(12)

L-għadd ta’ vittmi tal-kriminalità megħjuna bl-appoġġ tal-Fond, ikklassifikati skont it-tip ta’ reat (it-traffikar tal-bnedmin u tal-organi , il-faċilitazzjoni tal-immigrazzjoni illegali, it-terroriżmu, il-kriminalità serja u organizzata, iċ-ċiberkriminalità, l-isfruttament sesswali u l-isfruttament sesswali tat-tfal , it-tortura jew trattament inuman jew degradanti ). [Em. 149]

sors tad-data: l-Istati Membri

(13)

F’għadd ta’ infrastrutturi kritiċi spazji pubbliċi fl-iskala ta’ spazji pubbliċi infrastrutturi kritiċi l-protezzjoni kontra inċidenti relatati mas-sigurtà tjiebu bl-għajnuna tal-Fond. [Em. 150]

sors tad-data: l-Istati Membri

(14)

Għadd ta’ inizjattivi biex tiġi evitata r-radikalizzazzjoni li twassal għall-estremiżmu vjolenti:

(a)

l-għadd ta’ hits fuq is-sit web tan-Network ta’ Sensibilizzazzjoni dwar ir-Radikalizzazzjoni (Radicalisation Awareness Network, RAN); [Em. 151]

(b)

l-għadd ta’ parteċipanti fl-RAN ikklassifikati skont it-tip ta’ espert;

(c)

l-għadd ta’ żjarat ta’ studju, taħriġ, sessjonijiet ta’ ħidma u konsulenza li tlestew fi Stati Membri f’kooperazzjoni mill-qrib mal-Awtoritajiet nazzjonali kklassifikati skont il-benefiċjarji (l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi, oħra) u feedback tal-parteċipanti . [Em. 152]

sors tad-data: RAN , l-Istati Membri [Em. 153]

(15)

L-għadd ta’ sħubijiet stabbiliti bl-appoġġ tal-Fond li kkontribwew biex jittejjeb l-appoġġ lix-xhieda, lill-informaturi u lill-vittmi tal-kriminalità:

(a)

mas-settur privat;

(b)

mas-soċjetà ċivili.

sors tad-data: l-Istati Membri, il-benefiċjarji tal-għotjiet ta’ azzjoni tal-Unjoni jew tal-EMAS

Objettiv Speċifiku 3 a: Żvilupp ta' kultura ta' intelligence komuni

(15a)

Għadd ta' skambji bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-intelligence.

(15b)

Għadd ta' uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u tal-intelligence involuti f'taħriġ, eżerċizzji, programmi ta' tagħlim reċiproku jew programmi ta' skambju speċjalizzati dwar kwistjonijiet transfruntiera organizzati b'appoġġ mill-Fond.

sors tad-data: l-Istati Membri [Em. 154]

21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/492


P8_TA(2019)0178

Id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, u l-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż (COM(2016)0750 – C8-0496/2016 – 2016/0392(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/65)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2016)0750),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikoli 43(2) u 114(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0496/2016),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

wara li kkunsidra l-opinjoni motivata mressqa, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, mis-Senat Taljan, billi afferma li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv ma jikkonformax mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-29 ta' Marzu 2017 (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittri tal-10 ta’ Diċembru 2018 u tas-27 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0021/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt (2);

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 209, 30.6.2017, p. 54.

(2)  Din il-pożizzjoni tissostitwixxi l-emendi adottati fil-1 ta’ Marzu 2018 (Testi adottati, P8_TA(2018)0049).


P8_TC1-COD(2016)0392

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' xorb spirituż, l-użu tal-ismijiet ta' xorb spirituż fil-preżentazzjoni u t-tikkettar ta' oġġetti tal-ikel oħra, il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi ta' xorb spirituż, l-użu ta' alkoħol etiliku u distillati ta' oriġini agrikola f'xorb alkoħoliku, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 110/2008

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/787.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/494


P8_TA(2019)0179

Emendi proposti għall-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta' regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (02360/2018 – C8-0132/2018 – 2018/0900(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/66)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra t-talba mill-Qorti tal-Ġustizzja ppreżentata lill-Parlament u lill-Kunsill, fil-verżjoni riveduta tagħha (02360/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 256(1) u it-tieni paragrafu tal-Artikolu 281 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, skont liema artikoli l-abbozz ta' att ġie preżentat lill-Parlament (C8–0132/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) u (15) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kummissjoni (COM(2018)0534) u C(2018)7500),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-16 ta’ Jannar 2019 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 48 u 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0439/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2018)0900

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda l-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE, Euratom) 2019/629.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/495


P8_TA(2019)0180

L-istabbiliment ta' miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea (COM(2019)0053 – C8-0039/2019 – 2019/0019(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/67)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2019)0053),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0039/2019),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill permezz tal-ittra tal-25 ta’ Frar 2019 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0161/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje C ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2019)0019

Il-Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/500.)


ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni mill-Kummissjoni

Ir-Regolament dwar l-istabbiliment ta' miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni Ewropea huwa bbażat fuq l-Artikolu 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) peress li jikkonċerna miżuri fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali. Mhijiex possibbli estensjoni ta' dan ir-Regolament għal ċittadini ta' pajjiżi terzi fl-istess att legali minħabba l-inkompatibbiltà tal-bażijiet ġuridiċi, peress li estensjoni bħal din tkun teħtieġ li tkun ibbażata fuq l-Artikolu 79(2)(b) tat-TFUE.

Il-Kummissjoni tqis li ċittadini ta' pajjiżi terzi koperti bir-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-24 ta' Novembru 2010 għandhom ikomplu jibbenefikaw mill-prinċipji bażiċi tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali maħsuba li jiġu kodifikati fir-Regolament dwar l-istabbiliment ta' miżuri ta' kontinġenza fil-qasam tal-koordinazzjoni tas-sigurtà soċjali, abbażi tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1231/2010 u tar-Regolamenti (KE) Nru 883/2004 u (KE) Nru 987/2009, li jibqgħu fis-seħħ.

Il-Kummissjoni se tikkunsidra, madankollu, jekk ikun meħtieġ fi stadju aktar tard, li l-prinċipji stabbiliti f'dan ir-Regolament jiġu estiżi għal ċittadini ta' pajjiżi terzi legalment residenti fi Stat Membru li, skont ir-Regolament (UE) Nru 1231/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010, huma jew kienu koperti mil-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-koordinazzjoni tas-sistemi tas-sigurtà soċjali biex tikkonferma d-drittijiet tagħhom fir-rigward tal-perjodu meta r-Renju Unit kien Stat Membru.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/497


P8_TA(2019)0181

Regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0895 – C8-0511/2018 – 2018/0436(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/68)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0895),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0511/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Frar 2019 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-15 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, 27skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0063/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Għadha mhix ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali.


P8_TC1-COD(2018)0436

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni li jiżguraw il-konnettività bażika tat-trasport tal-merkanzija bit-triq u tal-passiġġieri bit-triq fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/501.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/498


P8_TA(2019)0182

Regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq mill-Unjoni (COM(2018)0893 – C8-0510/2018 – 2018/0433(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/69)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)08934),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0510/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-20 ta’ Frar 2019 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-27 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, 27skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0062/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sostanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sostanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


P8_TC1-COD(2018)0433

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni biex tiġi żgurata konnettività bażika fit-trasport bl-ajru fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/502.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/499


P8_TA(2019)0183

Regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ ċerti regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2019)0048 – C8-0037/2019 – 2019/0009(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: L-ewwel qari)

(2021/C 23/70)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0048),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 42 u 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0037/2019),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkonsulta l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 154 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2019)0009

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 fir-rigward ta’ ċerti regoli relatati mal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/497.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/500


P8_TA(2019)0184

Awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni (COM(2019)0049 – C8-0036/2019 – 2019/0010(COD))

(Proċedura leġislattiva ordinarja: L-ewwel qari)

(2021/C 23/71)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0049),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0036/2019),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkonsulta l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkunsidra l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-20 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, 27skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 154 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2019)0010

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2017/2403 fir-rigward tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni fl-ilmijiet tar-Renju Unit u għall-operazzjonijiet tal-bastimenti tas-sajd tar-Renju Unit fl-ilmijiet tal-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/498.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/501


P8_TA(2019)0185

Ċerti aspetti tas-sikurezza u tal-konnettività ferrovjarja fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta’ Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti tas-sikurezza ferrovjarja u l-konnettività fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2019)0088 – C8-0046/2019 – 2019/0040(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/72)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0088),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 91(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0046/2019),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkonsulta l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 154 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2019)0040

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti aspetti ta' sikurezza u konnettività ferrovjarja fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/503.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/502


P8_TA(2019)0189

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni ***I

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà u n-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni (COM(2018)0630 – C8-0404/2018 – 2018/0328(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/73)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Il-ħajjiet tagħna ta' kuljum u l-ekonomiji qed isiru dejjem aktar dipendenti fuq it-teknoloġiji diġitali, iċ-ċittadini qed isiru dejjem aktar esposti għal inċidenti ċibernetiċi serji. Is-sigurtà futura tiddependi, fost l-oħrajn, fuq it-titjib tal-abbiltà teknoloġika u industrijali li l-Unjoni tiġi protetta minn theddid ċibernetiku, minħabba li kemm il-kapaċitajiet tal-infrastruttura ċivili kif ukoll dawk militari jiddependu fuq sistemi diġitali siguri.

(1)

Aktar minn 80 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni Ewropea hija konnessa mal-Internet u l-ħajjiet tagħna ta' kuljum u l-ekonomiji qed isiru dejjem aktar dipendenti fuq it-teknoloġiji diġitali, b'ċ-ċittadini li qed isiru dejjem aktar esposti għal inċidenti ċibernetiċi serji. Is-sigurtà futura tiddependi, fost l-oħrajn, fuq il-kontribut lejn reżiljenza ġenerali, fuq it-titjib tal-abbiltà teknoloġika u industrijali li l-Unjoni tiġi protetta minn theddid ċibernetiku li qed jevolvi b'mod kostanti , minħabba li kemm il-kapaċitajiet tal-infrastruttura kif ukoll tas-sigurtà jiddependu fuq sistemi diġitali siguri. Din is-sigurtà tista' tinkiseb billi titqajjem sensibilizzazzjoni dwar it-theddid taċ-ċibersigurtà, billi jiġu żviluppati kompetenzi, kapaċitajiet, ħiliet madwar l-Unjoni, filwaqt li titqies bir-reqqa l-interazzjoni tal-infrastruttura, in-netwerks, il-prodotti u l-proċessi tal-ħardwer u tas-softwer u l-implikazzjonijiet u t-tħassib tas-soċjetà u dawk relatati mal-etika.

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

Iċ-ċiberkriminalità hija theddida li qed tikber b'rata mgħaġġla għall-Unjoni, iċ-ċittadini tagħha u l-ekonomija tagħha. Fl-2017, 80 % tal-kumpaniji Ewropej esperjenzaw mill-anqas inċident ċibernetiku wieħed. L-attakk ta' Wannacry f'Mejju 2017 affettwa aktar minn 150 pajjiż u 230 000  sistema tal-IT u kellu impatti sinifikanti fuq infrastrutturi kritiċi bħal sptarijiet. Dan jissottolinja l-ħtieġa tal-ogħla standards ta' ċibersigurtà u ta' soluzzjonijiet olistiċi taċ-ċibersigurtà, li jinvolvu lill-persuni, il-prodotti, il-proċessi u t-teknoloġija fl-Unjoni, kif ukoll ta' sens ta' tmexxija tal-Unjoni f'din il-kwistjoni, u ta' awtonomija diġitali.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Waqt is-Summit Diġitali f'Tallinn f'Settembru 2017, il-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern appellaw lill-Unjoni sabiex issir “mexxej globali fil-qasam taċ-ċibersigurtà sal-2025, sabiex tiżgura l-fiduċja, il-kunfidenza u l-protezzjoni taċ-ċittadini, il-konsumaturi u l-intrapriżi onlajn tagħna u tippermetti li jkun hemm internet ħieles u regolat mil-liġi.

(4)

Waqt is-Summit Diġitali f'Tallinn f'Settembru 2017, il-Kapijiet tal-Istat u l-Gvern appellaw lill-Unjoni sabiex issir mexxej globali fil-qasam taċ-ċibersigurtà sal-2025, sabiex tiżgura l-fiduċja, il-kunfidenza u l-protezzjoni taċ-ċittadini, il-konsumaturi u l-intrapriżi onlajn tagħna u tippermetti li jkun hemm internet ħieles , aktar sikur u regolat mil-liġi, u ddikkjaraw li “jagħmlu użu akbar minn soluzzjonijiet b'sors miftuħ u/jew standards miftuħa meta jerġgħu jiġu żviluppati sistemi u soluzzjonijiet tal-ICT (fost affarijiet oħra, biex jiġi evitat xkiel tal-bejjiegħa), inklużi dawk żviluppati u/jew promossi minn programmi tal-UE għall-interoperabbiltà u l-istandardizzazzjoni, bħall-ISA2 ”.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Iċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, tat-Teknoloġija u tar-Riċerka dwar iċ-Ċibersigurtà (iċ- “Ċentru ta' Kompetenza”) jenħtieġ li jgħin biex tiżdied ir-reżiljenza u l-affidabbiltà tal-infrastruttura tas-sistemi tan-netwerks u tal-informazzjoni, inkluż l-internet u infrastruttura kritika oħra għall-funzjonament tas-soċjetà bħat-trasport, is-saħħa u s-sistemi bankarji.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 4b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-azzjonijiet tiegħu jenħtieġ li jqisu l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/XXX [riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 kif propost minn COM(2016)0616]  (1a) .

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Disturb sostanzjali fis-sistemi tan-netwerk u tal-informazzjoni jista' jaffettwa lil Stati Membri individwali u lill-Unjoni kollha. Għalhekk is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni hija essenzjali għall-funzjonament tajjeb tas-suq intern . Bħalissa, l-Unjoni tiddependi fuq fornituri taċ-ċibersigurtà minn barra l-UE. Madankollu, huwa fl-interess strateġiku tal-Unjoni li hija żżomm u tiżviluppa kapaċitajiet teknoloġiċi taċ-ċibersigurtà essenzjali sabiex tiżgura s-Suq Uniku Diġitali tagħha, b'mod partikolari sabiex tipproteġi s-sistemi kritiċi tan-netwerks tal-informazzjoni u sabiex tipprovdi servizzi taċ-ċibersigurtà prinċipali.

(5)

Disturb sostanzjali fis-sistemi tan-netwerk u tal-informazzjoni jista' jaffettwa lil Stati Membri individwali u lill-Unjoni kollha. Għalhekk l-ogħla livell ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni fl-Unjoni kollha huwa essenzjali għas-soċjetà kif ukoll għall-ekonomija . Bħalissa, l-Unjoni tiddependi fuq fornituri taċ-ċibersigurtà minn barra l-UE. Madankollu, huwa fl-interess strateġiku tal-Unjoni li hija żżomm u tiżviluppa kapaċitajiet u ħiliet teknoloġiċi taċ-ċibersigurtà essenzjali sabiex tiżgura l-protezzjoni tad-data u tas-sistemi kritiċi tan-netwerks tal-informazzjoni taċ-ċittadini u l-kumpaniji Ewropej, inklużi infrastrutturi kritiċi għall-funzjonament tas-soċjetà, bħas-sistemi tat-trasport, is-sistemi bankarji u tas-saħħa, s-Suq Uniku Diġitali u sabiex tipprovdi servizzi taċ-ċibersigurtà prinċipali.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Fl-Unjoni wieħed isib minjiera ta' għarfien espert u esperjenza fil-qasam tar-riċerka, it-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali taċ-ċibersigurtà, iżda l-isforzi tal-komunitajiet industrijali u ta' riċerka huma frammentati u neqsin mill-allinjament u minn missjoni komuni ; affarijiet li jxekklu l-kompetittività f'dan il-qasam. Dawn l-isforzi u l-għarfien espert jeħtieġ li jiġu miġburin, imqiegħdin f'netwerk u użati b'mod effiċjenti sabiex isaħħu u jikkumplimentaw il-kapaċitajiet eżistenti tar-riċerka, it-teknoloġija u l-industrija fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali.

(6)

Fl-Unjoni wieħed isib minjiera ta' għarfien espert u esperjenza fil-qasam tar-riċerka, it-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali taċ-ċibersigurtà, iżda l-isforzi tal-komunitajiet industrijali u ta' riċerka huma frammentati u neqsin mill-allinjament u minn missjoni komuni li jxekklu l-kompetittività u l-protezzjoni effettiva tad-data, in-netwerks u s-sistemi kritiċi f'dan il-qasam. Dawn l-isforzi u l-għarfien espert jeħtieġ li jiġu miġburin, imqiegħdin f'netwerk u użati b'mod effiċjenti sabiex isaħħu u jikkumplimentaw il-kapaċitajiet eżistenti tar-riċerka, it-teknoloġija , il-ħiliet u l-industrija fil-livelli tal-Unjoni u nazzjonali. Billi s-settur tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) iħabbat wiċċu ma' sfidi importanti, bħal li jissodisfa d-domanda tiegħu għal ħaddiema tas-sengħa, hu jista' jibbenefika billi jirrappreżenta d-diversità tas-soċjetà b'mod ġenerali, u billi jikseb rappreżentanza bilanċjata tal-ġeneri, tad-diversità etnika u tan-nondiskriminazzjoni kontra persuni b'diżabilità, kif ukoll billi jiffaċilita l-aċċess għall-għarfien u t-taħriġ għal esperti taċ-ċibersigurtà futuri, inkluża l-edukazzjoni tagħhom f'kuntesti mhux formali, pereżempju fi proġetti ta' Softwer b'Sors Ħieles u Miftuħ, proġetti ta' teknoloġija ċivika, negozji ġodda u mikrointrapriżi.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a)

Intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs) huma atturi kruċjali fis-settur tal-Unjoni taċ-ċibersigurtà li jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet teknoloġikament avvanzati minħabba l-aġilità tagħhom. Madankollu, l-SMEs li mhumiex speċjalizzati fiċ-ċibersigurtà huma suxxettibbli wkoll li jkunu aktar vulnerabbli għal inċidenti ċibernetiċi minħabba rekwiżiti għoljin ta' investiment u għarfien biex jiġu stabbiliti soluzzjonijiet effettivi taċ-ċibersigurtà. Għalhekk, jeħtieġ li ċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà (in-Netwerk) jipprovdu appoġġ speċjali lill-SMEs billi jiffaċilitaw l-aċċess tagħhom għall-għarfien u t-taħriġ sabiex dawn ikunu jistgħu jżidu s-sigurtà tagħhom b'mod suffiċjenti u jippermettu lil dawk li huma attivi fiċ-ċibersigurtà jikkontribwixxu għas-sens ta' tmexxija tal-Unjoni fil-qasam.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b)

L-għarfien espert jeżisti lil hinn mill-kuntesti industrijali u tar-riċerka. Il-proġetti mhux kummerċjali u prekummerċjali, imsejħa proġetti ta' “teknoloġija ċivika” jużaw standards miftuħa, Data Miftuħa, Softwer Bla Ħlas u b'Sors Miftuħ fl-interess tas-soċjetà u tal-ġid pubbliku. Dawn jikkontribwixxu għar-reżiljenza, is-sensibilizzazzjoni u l-iżvilupp tal-kompetenza fi kwistjonijiet marbuta maċ-ċibersigurtà u jaqdu rwol importanti fil-bini tal-kapaċitajiet għall-industrija u r-riċerka f'dan il-qasam.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c)

It-terminu “partijiet ikkonċernati”, meta użat fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, inter alia, ifisser l-industrija, l-entitajiet pubbliċi u entitajiet oħra li jindirizzaw kwistjonijiet operazzjonali u tekniċi fil-qasam taċ-ċibersigurtà, kif ukoll is-soċjetà ċivili, b'mod partikolari it-trade unions, l-assoċjazzjonijiet tal-konsumaturi, u l-komunità tas-Softwer Bla Ħlas u b'Sors Miftuħ u l-komunità akkademika u tar-riċerka.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkun l-istrument prinċipali tal-Unjoni sabiex jinġabar l-investiment għar-riċerka fiċ-ċibersigurtà, it-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali u sabiex jiġu implimentati proġetti u inizjattivi rilevanti flimkien man-Netwerk ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Dan jenħtieġ li jwassal appoġġ finanzjarju marbut maċ-ċibersigurtà mill-programmi Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali, u jenħtieġ li jkun miftuħ għall-Fond Reġjonali ta' Żvilupp Ewropew u programmi oħrajn, fejn dan ikun xieraq. Dan l-approċċ jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' sinerġiji u għall-koordinazzjoni tal-appoġġ finanzjarju marbut mar-riċerka , l-innovazzjoni, it-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali taċ-ċinersigurtà u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni.

(8)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkun l-istrument prinċipali tal-Unjoni sabiex jinġabar l-investiment għar-riċerka fiċ-ċibersigurtà, it-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali u sabiex jiġu implimentati proġetti u inizjattivi rilevanti flimkien man-Netwerk. Dan jenħtieġ li jwassal appoġġ finanzjarju marbut maċ-ċibersigurtà mill-programmi Orizzont Ewropa u Ewropa Diġitali, kif ukoll mill-Fond Ewropew għad-Difiża għal azzjonijiet u kostijiet amministrattivi relatati mad-difiża, u jenħtieġ li jkun miftuħ għall-Fond Reġjonali ta' Żvilupp Ewropew u programmi oħrajn, fejn dan ikun xieraq. Dan l-approċċ jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' sinerġiji u għall-koordinazzjoni tal-appoġġ finanzjarju marbut mal-inizjattivi tal-Unjoni fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp taċ-ċibersigurtà , l-innovazzjoni, it-teknoloġija u l-iżvilupp industrijali u sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)

Is-“sigurtà ppjanata” bħala prinċipju kif stabbilita fil-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni tat-13 ta' Settembru 2017 bit-titolu “Reżiljenza, Deterrenza u Difiża: Il-Bini ta' ċibersigurtà b'saħħitha għall-UE” tinkludi metodi ta' teknoloġija avvanzata li bihom tiżdied is-sigurtà, fl-istadji kollha taċ-ċiklu tal-ħajja ta' prodott jew servizz, li jibdew b'metodi ta' disinn u ta' żvilupp sikuri, inaqqsu s-superfiċje vulnerabbli għall-attakki, u jinkorporaw ittestjar tas-sigurtà u awditi ta' sigurtà xierqa. Għat-tul tal-operazzjoni u tal-manutenzjoni, jeħtieġ li l-produtturi jew il-fornituri jagħmlu disponibbli aġġornamenti li jirrimedjaw vulnerabbiltajiet jew theddidiet ġodda mingħajr dewmien, għat-tul tal-ħajja stmat ta' prodott u lil hinn. Dan jista' jinkiseb ukoll billi l-partijiet terzi jitħallew joħolqu u jipprovdu tali aġġornamenti. Il-provvista ta' aġġornamenti hija meħtieġa b'mod speċjali fil-każ ta' infrastrutturi, prodotti u proċessi li jintużaw ta' spiss.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b)

Fid-dawl tal-firxa tal-isfida taċ-ċibersigurtà u fid-dawl tal-investimenti magħmula fil-kapaċitajiet u l-ħiliet taċ-ċibersigurtà f'partijiet oħra tad-dinja, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha jenħtieġ li jżidu l-appoġġ finanzjarju tagħhom għar-riċerka, l-iżvilupp u l-implimentazzjoni f'dan il-qasam. Sabiex iwettqu l-ekonomiji ta' skala u jiksbu livell komparabbli ta' protezzjoni madwar l-Unjoni, l-Istati Membri jenħtieġ li jindirizzaw l-isforzi tagħhom f'qafas Ewropew billi jinvestu permezz tal-mekkaniżmu taċ-Ċentru ta' Kompetenza fejn rilevanti.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 8c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-ċibersigurtà jenħtieġ li, sabiex jitrawmu l-kompetittività tal-Unjoni u l-ogħla standards taċ-ċibersigurtà fuq livell internazzjonali, ifittxu li jiskambjaw il-prodotti u l-proċessi taċ-ċibersigurtà, l-istandards, partikolarment l-istandards tekniċi, mal-komunità internazzjonali. L-istandards tekniċi jinkludu l-ħolqien ta' implimentazzjonijiet ta' referenza, ippubblikati taħt liċenzji standard miftuħa. B'mod partikolari, id-disinn sikur tal-implimentazzjonijiet ta' referenza huwa essenzjali għall-affidabbiltà u r-reżiljenza ġenerali tal-infrastrutturi tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li jintużaw ta' spiss bħall-internet u l-infrastrutturi kritiċi.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

Meta jitqies li l-għanijiet ta' din l-inizjattiva jistgħu jintlaħqu bl-aħjar mod jekk l-Istati Membri kollha jew kemm-il Stat Membru possibbli jipparteċipaw , u bħala inċentiv għall-Istati Membri sabiex jipparteċipaw, jenħtieġ li biss l-Istati Membri li jikkontribwixxu finanzjarjament għall-kostijiet amministrattivi u operazzjonali taċ-Ċentru ta' Kompetenza jkollhom id-drittijiet tal-vot.

(9)

Meta jitqies li l-għanijiet ta' din l-inizjattiva jistgħu jintlaħqu bl-aħjar mod jekk l-Istati Membri kollha jew kemm-il Stat Membru possibbli jikkontribwixxu , u bħala inċentiv għall-Istati Membri sabiex jipparteċipaw, jenħtieġ li biss l-Istati Membri li jikkontribwixxu finanzjarjament għall-kostijiet amministrattivi u operazzjonali taċ-Ċentru ta' Kompetenza jkollhom id-drittijiet tal-vot.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)

Iċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali jenħtieġ li jintgħażlu mill-Istati Membri. Barra mill-kapaċità amministrattiva neċessarja, iċ-Ċentri jenħtieġ li jkollhom jew ikollhom aċċess dirett għal għarfien espert teknoloġiku fil-qasam taċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari f'oqsma bħall-kriptografija, is-servizzi ta' sigurtà tal-ICT, is-sejbien ta' intrużjoni, is-sigurtà tas-sistemi, is-sigurtà tan-netwerks, is-sigurtà tas-softwer u l-applikazzjonijiet jew l-aspetti umani jew soċjetali tas-sigurtà u l-privatezza. Jenħtieġ ukoll li jkollhom il-kapaċità li jinvolvu ruħhom u jikkoordinaw mal-industrija, is-settur pubbliku, inkluż l-awtoritajiet maħtura skont id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), u l-komunità tar-riċerka.

(12)

Iċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali jenħtieġ li jintgħażlu mill-Istati Membri. Barra mill-kapaċità amministrattiva neċessarja, iċ-Ċentri jenħtieġ li jippossjedu jew ikollhom aċċess dirett għal għarfien espert teknoloġiku fil-qasam taċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari f'oqsma bħall-kriptografija, is-servizzi ta' sigurtà tal-ICT, l-identifikazzjoni ta' intrużjoni, is-sigurtà tas-sistemi, is-sigurtà tan-netwerks, is-sigurtà tas-softwer u l-applikazzjonijiet jew l-aspetti umani , etiċi, tas-soċjetà u ambjentali tas-sigurtà u l-privatezza. Jenħtieġ ukoll li jkollhom il-kapaċità li jinvolvu ruħhom u jikkoordinaw mal-industrija, is-settur pubbliku, inkluż l-awtoritajiet maħtura skont id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (23), u l-komunità tar-riċerka sabiex jiġi stabbilit djalogu pubbliku-privat kontinwu dwar iċ-ċibersigurtà. Barra minn hekk, jenħtieġ li titqajjem kuxjenza fost il-pubbliku ġenerali dwar iċ-ċibersigurtà permezz ta' mezzi ta’ komunikazzjoni xierqa.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Teknoloġiji emerġenti bħall-intelliġenza artifiċjali, l-Internet tal-Oġġetti, l-informatika ta' prestazzjoni għolja (HPC) u l-informatika tal-kwantum, il-blockchain u kunċetti bħal identitajiet diġitali siguri, fl-istess waqt, joħolqu sfidi ġodda għaċ-ċibersigurtà u joffru anki soluzzjonijiet . L-aċċess u l-validazzjoni tar-robustezza ta' sistemi tal-ICT eżistenti jew futuri se jirrikjedu l-ittestjar ta' soluzzjonijiet ta' sigurtà minn attakki ffaċilitati minn magni ta' HPC jew tal-kwantum. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza, in-Netwerk u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jenħtieġ li jgħinu fl-avvanz u t-tixrid tal-aktar soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà reċenti. Fl-istess waqt, iċ-Ċentru ta' Kompetenza u  n-Netwerk jenħtieġ li ikunu ta' servizz għall-iżviluppaturi u l-operaturi f'setturi kritiċi bħat-trasport, l-enerġija, is-saħħa, il-finanzi, il-gvern, it-telekomunikazzjonijiet, il-manifattura, id-difiża u l-ispazju sabiex jgħinuhom jindirizzaw l-isfidi taċ-ċibersigurtà tagħhom.

(14)

Teknoloġiji emerġenti bħall-intelliġenza artifiċjali, l-Internet tal-Oġġetti, l-informatika ta' prestazzjoni għolja (HPC) u l-informatika tal-kwantum, kif ukoll kunċetti bħal identitajiet diġitali siguri, fl-istess waqt, joħolqu sfidi ġodda għaċ-ċibersigurtà u joffru anki prodotti u proċessi . Il-valutazzjoni u l-validazzjoni tar-robustezza ta' sistemi tal-ICT eżistenti jew futuri se jirrikjedu l-ittestjar ta' prodotti u proċessi ta' sigurtà minn attakki ffaċilitati minn magni ta' HPC jew tal-kwantum. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza, in-Netwerk , il-Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jenħtieġ li jgħinu fl-avvanz u t-tixrid tal-aktar prodotti u proċessi taċ-ċibersigurtà reċenti , inklużi dawk b'użu doppju, b'mod partikolari dawk li jgħinu lill-organizzazzjonijiet ikunu fi stat kostanti ta' bini tal-kapaċità, reżiljenza u governanza xierqa. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk jenħtieġ li jistimulaw iċ-ċiklu sħiħ ta' innovazzjoni u jikkontribwixxu biex jitnaqqas id-distakk tal-“wied tal-mewt” tal-innovazzjoni tat-teknoloġiji u s-servizzi taċ-ċibersigurtà . Fl-istess waqt, iċ-Ċentru ta' Kompetenza , in-Netwerk l-Komunita ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jenħtieġ li jkunu ta' servizz għall-iżviluppaturi u l-operaturi f'setturi kritiċi bħat-trasport, l-enerġija, is-saħħa, il-finanzi, il-gvern, it-telekomunikazzjonijiet, il-manifattura, id-difiża u l-ispazju sabiex jgħinuhom jindirizzaw l-isfidi taċ-ċibersigurtà tagħhom , u jirriċerkaw id-diversi motivazzjonijiet ta' attakki fuq l-integrità tan-netwerks u tas-sistemi ta' informazzjoni, bħal reati, spjunaġġ industrijali, defamazzjoni u diżinformazzjoni .

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

Minħabba n-natura li tinbidel malajr tal-attakki ċibernetiċi u taċ-ċibersigurtà, l-Unjoni jeħtieġ li tkun tista' tadatta malajr u b'mod kontinwu għall-iżviluppi l-ġodda fil-qasam. Għalhekk, jenħtieġ li ċ-Ċentru ta' Kompetenza, in-Netwerk tu l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jkunu biżżejjed flessibbli biex jiżguraw ir-reattività meħtieġa. Dawn jenħtieġ li jiffaċilitaw soluzzjonijiet li jgħinu lill-entitajiet biex dejjem ikunu jistgħu jibnu l-kapaċità u jsaħħu r-reżiljenza tagħhom u tal-Unjoni.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu l-objettivi li jistabbilixxi tmexxija tal-Unjoni u għarfien espert fiċ-ċibersigurtà, u permezz ta' dan jiżgura l-ogħla standards ta' sigurtà fl-Unjoni, jiżgura l-protezzjoni tad-data, is-sistemi tal-informazzjoni, in-netwerks u l-infrastrutturi kritiċi fl-Unjoni, joħloq impjiegi ta' kwalità għolja fil-qasam, jipprevjeni l-eżodu ta' mħuħ tal-esperti Ewropej taċ-ċibersigurtà għall-pajjiżi terzi, u jżid il-valur Ewropew għall-miżuri nazzjonali taċ-ċibersigurtà li diġà jeżistu.

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu diversi funzjonijiet prinċipali. L-ewwel nett, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jiffaċilita u jgħin fil-koordinazzjoni tax-xogħol tan-Netwerk Ewropew ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u jrawwem il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Iċ-Ċentru jenħtieġ li jmexxi l-aġenda teknoloġika taċ-ċibersigurtà u jiffaċilita l-aċċess għall-għarfien espert miġbur fin-Netwerk u fil-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. It-tieni nett, jenħtieġ li jimplimenta l-partijiet rilevanti tal-programmi Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa billi jalloka l-għotjiet, tipikament wara li tinħareġ sejħa għall-proposti kompetittiva. It-tielet nett, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jiffaċilita l-investiment konġunt mill-Unjoni, l-Istati Membri u/jew l-industrija.

(15)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu diversi funzjonijiet prinċipali. L-ewwel nett, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jiffaċilita u jgħin fil-koordinazzjoni tax-xogħol tan-Netwerk u jrawwem il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Iċ-Ċentru jenħtieġ li jmexxi l-aġenda teknoloġika taċ-ċibersigurtà u  jiġbor, jikkondividi u jiffaċilita l-aċċess għall-għarfien espert miġbur fin-Netwerk u fil-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà , u għall-infrastruttura taċ-ċibersigurtà . It-tieni nett, jenħtieġ li jimplimenta l-partijiet rilevanti tal-programmi Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa billi jalloka l-għotjiet, tipikament wara li tinħareġ sejħa għall-proposti kompetittiva. It-tielet nett, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jiffaċilita l-investiment konġunt mill-Unjoni, l-Istati Membri u/jew l-industrija kif ukoll opportunitajiet ta' taħriġ u programmi ta' sensibilizzazzjoni konġunti skont il-Programm Ewropa Diġitali għaċ-ċittadini u n-negozji biex jingħeleb in-nuqqas ta' ħiliet. Dan jenħtieġ li jagħti attenzjoni speċjali għall-abilitazzjoni tal-SMEs fil-qasam taċ-ċibersigurtà.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jistimola u jappoġġja l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà, li jkunu jinvolvu grupp ta' atturi kbir, miftuħ u divers involuti fit-teknoloġija taċ-ċibersigurtà. Il-Komunità jenħtieġ li tinkludi b'mod partikolari entitajiet ta' riċerka, industriji min-naħa tal-provvista, industriji min-naħa tad-domanda u s-settur pubbliku. Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jenħtieġ li tipprovdi input għall-attivitajiet u l-pjan ta' ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-attivitajiet ta' bini tal-komunità taċ-Ċentru ta' Kompetenza u tan-Netwerk, iżda min-naħa l-oħra, jenħtieġ li ma tkunx privileġġjata fir-rigward ta' sejħiet għall-proposti jew sejħiet għal tender.

(16)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jistimola u jappoġġja l-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni strateġika fit-tul tal-attivitajiet tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà, li jkunu jinvolvu grupp ta' atturi Ewropej kbir, miftuħ , interdixxiplinari u divers involuti fit-teknoloġija taċ-ċibersigurtà. Il-Komunità jenħtieġ li tinkludi b'mod partikolari entitajiet ta' riċerka, inklużi dawk li jaħdmu fuq l-etika taċ-ċibersigurtà, industriji min-naħa tal-provvista, industriji min-naħa tad-domanda inklużi SMEs, u s-settur pubbliku. Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jenħtieġ li tipprovdi input għall-attivitajiet u l-pjan ta' ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza u jenħtieġ li tibbenefika wkoll mill-attivitajiet ta' bini tal-komunità taċ-Ċentru ta' Kompetenza u tan-Netwerk, iżda min-naħa l-oħra, jenħtieġ li ma tkunx privileġġjata fir-rigward ta' sejħiet għall-proposti jew sejħiet għal tender.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jipprovdi l-appoġġ xieraq lill-ENISA fil-kompiti tagħha kif definiti bid-Direttiva (UE) 2016/1148 (“id-Direttiva NIS”) u r-Regolament (UE) 2019/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) (“l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà”). Għalhekk, l-ENISA jenħtieġ li tipprovdi inputs rilevanti lic-Ċentru ta' Kompetenza fil-kompitu tagħha tad-definizzjoni tal-prijoritajiet ta' finanzjament.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Sabiex jindirizza l-bżonnijiet tal-industriji kemm fin-naħa tad-domanda kif ukoll fin-naħa tal-provvista, il-kompitu taċ-Ċentru ta' Kompetenza li jipprovdi għarfien u assistenza teknika fir-rigward taċ-ċibersigurtà lill-industriji jenħtieġ li jirreferi kemm għall-prodotti kif ukoll għas-servizzi tal-ICT u għall-prodotti u s-soluzzjonijiet industrijali u teknoloġiċi l-oħrajn kollha li fihom hija integrata ċ-ċibersigurtà.

(17)

Sabiex jindirizza l-bżonnijiet tas-settur pubbliku u tal-industriji kemm fin-naħa tad-domanda kif ukoll fin-naħa tal-provvista, il-kompitu taċ-Ċentru ta' Kompetenza li jipprovdi għarfien u assistenza teknika fir-rigward taċ-ċibersigurtà lis-settur pubbliku u lill-industriji jenħtieġ li jirreferi kemm għall-prodotti kif ukoll għas-servizzi tal-ICT u għall-prodotti , il-proċessi u s-soluzzjonijiet industrijali u teknoloġiċi l-oħrajn kollha li fihom hija integrata ċ-ċibersigurtà. B'mod partikolari, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jiffaċilita l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet dinamiċi fil-livell tal-intrapriżi li jkunu ffukati fuq il-bini tal-ħiliet ta' organizzazzjonijiet sħaħ, inklużi l-persuni, il-proċessi u t-teknoloġija, sabiex jipproteġi lill-organizzazzjonijiet b'mod effettiv kontra theddid ċibernetiku li dejjem qed jinbidel.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-użu wiesa' ta' prodotti u soluzzjonijiet avvanzati fil-qasam taċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari dawk li huma rikonoxxuti internazzjonalment.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

Filwaqt li ċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk jenħtieġ li jistinkaw sabiex jiksbu sinerġiji bejn l-isferi taċ-ċibersigurtà ċivili u tad-difiża, il-proġetti ffinanzjati mill-Programm Orizzont Ewropa se jiġu implimentati f'konformità mar-Regolament XXX [ir-Regolament Orizzont Ewropa], li jistipula li l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqin bħala parti minn Orizzont Ewropa għandhom jiffukaw fuq applikazzjonijiet ċivili.

(18)

Filwaqt li ċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk jenħtieġ li jistinkaw sabiex jiksbu sinerġiji u koordinazzjoni bejn l-isferi taċ-ċibersigurtà ċivili u tad-difiża, il-proġetti ffinanzjati mill-Programm Orizzont Ewropa se jiġu implimentati f'konformità mar-Regolament XXX [ir-Regolament Orizzont Ewropa], li jistipula li l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni mwettqin bħala parti minn Orizzont Ewropa għandhom jiffukaw fuq applikazzjonijiet ċivili.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Sabiex tiġi żgurata kollaborazzjoni strutturata u sostenibbli, ir-relazzjoni bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u ċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq ftehim kuntrattwali.

(19)

Sabiex tiġi żgurata kollaborazzjoni strutturata u sostenibbli, ir-relazzjoni bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u ċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali jenħtieġ li tkun ibbażata fuq ftehim kuntrattwali li jenħtieġ li jkun armonizzat fil-livell tal-Unjoni .

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)

Jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet xierqa sabiex jiġu ggarantiti r-responsabbiltà u t-trasparenza taċ-Ċentru ta' Kompetenza.

(20)

Jenħtieġ li jsiru dispożizzjonijiet xierqa sabiex jiġu ggarantiti r-responsabbiltà u t-trasparenza taċ-Ċentru ta' Kompetenza u dawk l-impriżi li jingħataw finanzjament .

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a)

L-implimentazzjoni ta' proġetti ta' implimentazzjoni, b'mod partikolari dawk relatati ma' infrastrutturi u ħiliet implimentati fil-livell Ewropew jew fl-akkwist konġunt, tista' tinqasam f'fażijiet differenti ta' implimentazzjoni, bħal offerti separati għall-arkitettura ta' ħardwer jew softwer, il-produzzjoni tagħhom u t-tħaddim u l-manutenzjoni tagħhom, peress li kull kumpanija tista' tipparteċipa biss f'waħda mill-fażijiet u l-benefiċjarji li jkunu qegħdin f'waħda jew aktar minn dawk il-fażijiet ikunu meħtieġa li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet f'termini ta' sjieda jew kontroll Ewropej.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 20b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20b)

Meta l-ENISA tkun l-aġenzija dedikata għaċ-Ċibersigurtà tal-Unjoni, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jfittex l-ikbar sinerġiji possibbli magħha u l-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jikkonsulta lill-ENISA minħabba l-esperjenza tagħha fil-qasam fil-kwistjonijiet kollha dwar iċ-ċibersigurtà, b'mod partikolari dwar proġetti relatati mar-riċerka.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 20c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20c)

Fil-proċess tan-nomina tar-rappreżentant għall-Bord ta' Tmexxija, il-Parlament Ewropew jenħtieġ li jinkludi d-dettalji tal-mandat, inkluż l-obbligu li jirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew, jew lill-kumitati responsabbli.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Fid-dawl tal-għarfien espert rispettiv tagħhom, iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni, kif ukoll l-Aġenzija Ewropa tas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) jenħtieġ li jkollhom parti attiva fil-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u l-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku.

(21)

Fid-dawl tal-għarfien espert rispettiv tagħhom u sabiex jiġu żgurati l-akbar sinerġiji possibbli , iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni, kif ukoll l-Aġenzija Ewropa tas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) jenħtieġ li jkollhom parti attiva fil-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u l-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku. L-ENISA jenħtieġ li tkompli tissodisfa l-objettivi strateġiċi tagħha speċjalment fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà kif definit fir-Regolament (UE) 2019/XXX [l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà]  (1a) filwaqt li ċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jaġixxi bħala korp operazzjonali fiċ-ċibersigurtà.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza, kompost mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li jiddefinixxi d-direzzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet taċ-Ċentru ta' Kompetenza u jiżgura li dan iwettaq il-kompiti skont dan ir-Regolament. Il-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jiġi fdat bil-poteri meħtieġa biex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta' ħidma trasparenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet miċ-Ċentru ta' Kompetenza, jadotta l-pjan ta' ħidma u l-pjan strateġiku pluriennali taċ-Ċentru ta' Kompetenza li jirriflettu l-prijoritajiet fil-kisba tal-objettivi u l-kompiti taċ-Ċentru ta' Kompetenza, jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv u jiddeċiedi fuq it-tmiem ta' dak il-mandat.

(24)

Il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza, kompost mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, jenħtieġ li jiddefinixxi d-direzzjoni ġenerali tal-operazzjonijiet taċ-Ċentru ta' Kompetenza u jiżgura li dan iwettaq il-kompiti skont dan ir-Regolament. Il-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jiġi fdat bil-poteri meħtieġa biex jistabbilixxi l-baġit, jivverifika l-eżekuzzjoni tiegħu, jadotta r-regoli finanzjarji xierqa, jistabbilixxi proċeduri ta' ħidma trasparenti għat-teħid ta' deċiżjonijiet miċ-Ċentru ta' Kompetenza, jadotta l-pjan ta' ħidma u l-pjan strateġiku pluriennali taċ-Ċentru ta' Kompetenza li jirriflettu l-prijoritajiet fil-kisba tal-objettivi u l-kompiti taċ-Ċentru ta' Kompetenza, jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, jaħtar id-Direttur Eżekuttiv u jiddeċiedi dwar l-estensjoni tal-mandat tad-Direttur Eżekuttiv u jiddeċiedi fuq it-tmiem ta' dak il-mandat. Sabiex tibbenefika mis-sinerġiji, l-ENISA jenħtieġ li tkun osservatur permanenti fil-Bord ta' Tmexxija u tikkontribwixxi għax-xogħol taċ-Ċentru ta' Kompetenza, inkluż billi tiġi kkonsultata dwar il-pjan strateġiku pluriennali u dwar il-pjan ta' ħidma u dwar il-lista ta' azzjonijiet magħżula għal finanzjament.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(24a)

Il-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jkollu l-għan li jippromwovi ċ-Ċentru ta' Kompetenza b'mod globali, sabiex iżid l-attrattiva tiegħu u jagħmlu korp ta' livell dinji għall-eċċellenza fiċ-ċibersigurtà;

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Sabiex iċ-Ċentru ta' Kompetenza jiffunzjona b'mod korrett u effikaċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li l-persuni li jinħatru membri fil-Bord ta' Tmexxija jkollhom l-għarfien u l-esperjenza professjonali xierqa f'oqsma funzjonali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu sforz biex jillimitaw ir-rata tas-sostituzzjoni tar-Rappreżentanti rispettivi tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija, sabiex jiżguraw il-kontinwità fil-ħidma tiegħu.

(25)

Sabiex iċ-Ċentru ta' Kompetenza jiffunzjona b'mod korrett u effikaċi, jenħtieġ li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jiżguraw li l-persuni li jinħatru membri fil-Bord ta' Tmexxija jkollhom l-għarfien u l-esperjenza professjonali xierqa f'oqsma funzjonali. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri jenħtieġ li jagħmlu sforz biex jillimitaw ir-rata tas-sostituzzjoni tar-Rappreżentanti rispettivi tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija, sabiex jiżguraw il-kontinwità fil-ħidma tiegħu u jimmiraw li jilħaq il-bilanċ bejn is-sessi .

Emenda 35

Proposta għal regolament

Premessa 25a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)

Il-piż tal-vot tal-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija jenħtieġ li jkun konformi mal-kontribuzzjoni tal-baġit tal-UE għaċ-Ċentru ta' Kompetenza, skont ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tiżgura ġestjoni xierqa tal-baġit tal-Unjoni fl-interess tal-Unjoni, kif stabbilit fit-Trattati.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)

Il-funzjonament bla xkiel taċ-Ċentru ta' Kompetenza jirrikjedi li d-Direttur Eżekuttiv tiegħu jinħatar fuq il-bażi tal-mertu u l-ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, kif ukoll tal-kompetenza u  esperjenza rilevanti għaċ-ċibersigurtà u d-dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv jitwettqu b'indipendenza sħiħa.

(26)

Il-funzjonament bla xkiel taċ-Ċentru ta' Kompetenza jirrikjedi li d-Direttur Eżekuttiv tiegħu jinħatar b'mod trasparenti fuq il-bażi tal-mertu u l-ħiliet amministrattivi u maniġerjali dokumentati, kif ukoll tal-kompetenza u  l-esperjenza rilevanti għaċ-ċibersigurtà u d-dmirijiet tad-Direttur Eżekuttiv jitwettqu b'indipendenza sħiħa.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku bħala korp konsultattiv, biex jiżgura djalogu regolari bejn is-settur privat, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u partijiet konċernati rilevanti oħra. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku jenħtieġ li jiffoka fuq kwistjonijiet li huma rilevanti għall-partijiet ikkonċernati u jġibhom għall-attenzjoni tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza. Il-kompożizzjoni tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku u l-kompiti assenjati lilu, bħal pereżempju li jiġu kkonsultat fir-rigward tal-pjan ta' ħidma, jenħtieġ li tiżgura rappreżentazzjoni xierqa tal-partijiet ikkonċernati fil-ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza.

(27)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku bħala korp konsultattiv, biex jiżgura djalogu regolari u trasparenti biżżejjed bejn is-settur privat, l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra. Jenħtieġ li jipprovdi wkoll pariri indipendenti dwar l-implimentazzjoni u l-akkwist lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord ta' Tmexxija. Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku jenħtieġ li jiffoka fuq kwistjonijiet li huma rilevanti għall-partijiet ikkonċernati u jġibhom għall-attenzjoni tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza. Il-kompożizzjoni tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku u l-kompiti assenjati lilu, bħal pereżempju li jiġu kkonsultat fir-rigward tal-pjan ta' ħidma, jenħtieġ li tiżgura rappreżentazzjoni xierqa tal-partijiet ikkonċernati fil-ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza. Jenħtieġ li jiġi allokat numru minimu ta' siġġijiet għal kull kategorija ta' partijiet ikkonċernati fl-industrija u tingħata attenzjoni partikolari lir-rappreżentanza tal-SMEs.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jibbenefika mill-għarfien espert partikolari u r-rappreżentazzjoni wiesgħa u rilevanti tal-partijiet ikkonċernati mibnija permezz ta' sħubija pubblika-privata kuntrattwali fir-rigward taċ-ċibersigurtà tul it-terminu ta' Orizzont 2020, permezz tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku tiegħu.

(28)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-attivitajiet tiegħu jenħtieġ li jibbenefikaw mill-għarfien espert partikolari u r-rappreżentazzjoni wiesgħa u rilevanti tal-partijiet ikkonċernati mibnija permezz ta' sħubija pubblika-privata kuntrattwali fir-rigward taċ-ċibersigurtà tul it-terminu ta' Orizzont 2020, u l-proġetti pilota skont Orizzont 2020 dwar in-Netwerk ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà, permezz tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku tiegħu. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku, jekk ikun xieraq, jenħtieġ li jqisu repliki tal-istrutturi eżistenti, pereżempju bħala gruppi ta' ħidma.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-korpi tiegħu jenħtieġ li jużaw l-esperjenza u l-kontribuzzjonijiet ta' inizjattivi passati u attwali, bħas-sħubija kuntrattwali pubblika-privata (cPPP) dwar iċ-ċibersigurtà, l-Organizzazzjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ECSO), u l-proġett pilota u l-azzjoni preparatorja dwar is-Softwer b'Sors Ħieles u Miftuħ (EU FOSSA).

Emenda 40

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu implimentati regoli dwar il-prevenzjoni u  l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li japplika wkoll id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24). L-ipproċessar tad-data personali miċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jkun soġġett għar-Regolament (UE) Nru XXX/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tat-trattament tal-informazzjoni, b'mod partikolari informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u informazzjoni klassifikata tal-UE.

(29)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkollu implimentati regoli dwar il-prevenzjoni , l-identifikazzjoni r-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri, il-korpi u l-persunal tiegħu, il-Bord ta' Tmexxija, kif ukoll il-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Industrijali, u l-Komunità. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' interess fi-rigward taċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni . Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li japplika wkoll id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar l-aċċess pubbliku għal dokumenti kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (24). L-ipproċessar tad-data personali miċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jkun soġġett għar-Regolament (UE) Nru XXX/2018 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jikkonforma mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, u mal-leġiżlazzjoni nazzjonali fir-rigward tat-trattament tal-informazzjoni, b'mod partikolari informazzjoni sensittiva mhux klassifikata u informazzjoni klassifikata tal-UE.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jopera b'mod miftuħ u trasparenti u jipprovdi kull informazzjoni rilevanti fil-ħin u jippromwovi l-attivitajiet tiegħu, fosthom attivitajiet tal-informazzjoni u tat-tixrid ħall-pubbliku ġenerali. Ir-regoli tal-proċedura tal-korpi taċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku.

(31)

Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jopera b'mod miftuħ u trasparenti u jipprovdi b'mod komprensiv informazzjoni fil-ħin u jippromwovi l-attivitajiet tiegħu, fosthom attivitajiet tal-informazzjoni u tat-tixrid għall-pubbliku ġenerali. Dan jenħtieġ li jipprovdi lill-pubbliku u lil kwalunkwe parti kkonċernata lista tal-membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u jenħtieġ li jippubblika d-dikjarazzjonijiet ta' interess li dawn jagħmlu skont l-Artikolu 42. Ir-regoli tal-proċedura tal-korpi taċ-Ċentru ta' Kompetenza jenħtieġ li jkunu disponibbli għall-pubbliku.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a)

Huwa rakkomandabbli li kemm iċ-Ċentru ta' Kompetenza kif ukoll iċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni jimmonitorjaw u jsegwu kemm jista' jkun l-istandards internazzjonali, sabiex jinkoraġġixxu l-iżvilupp lejn l-aħjar prattiki globali.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Premessa 33 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(33a)

Is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jenħtieġ li jiġi delegat lill-Kummissjoni fir-rigward tad-definizzjoni tal-elementi ta' ftehimiet kuntrattwali bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u ċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni, u fir-rigward tal-ispeċifikazzjoni tal-kriterji għall-valutazzjoni u l-akkreditazzjoni tal-entitajiet bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul il-ħidma ta' tħejjija tagħha, anke fil-livell ta' esperti, u li dawk il-konsultazzjonijiet jitwettqu f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet  (1a). B'mod partikolari, biex tiġi żgurata parteċipazzjoni ugwali fit-tħejjija tal-atti delegati, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jirċievu d-dokumenti kollha fl-istess ħin li jirċevuhom l-esperti tal-Istati Membri, u l-esperti tagħhom ikollhom aċċess sistematiku għal-laqgħat tal-gruppi tal-esperti tal-Kummissjoni li jkunu qed jittrattaw it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)

Minħabba li l-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri ż-żamma u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni, iż-żieda tal-kompetittività tal-industrija taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni u l-użu taċ-ċibersigurtà bħala vantaġġ kompetittiv ta' industriji tal-Unjoni oħrajn, ma jistgħux jintlaħqu b'mod xieraq mill-Istati Membri minħabba l-fatt li riżorsi eżistenti u limitati huma mifruxin, kif ukoll minħabba l-kobor tal-investiment neċessarju, iżda jistgħu minħabba l-evitar ta' duplikazzjoni mhix neċessarja ta' dawn l-isforzi, l-għajnuna sabiex tintlaħaq massa kritika ta' investiment u l-iżgurar li l-finanzjament pubbliku jintuża bl-aħjar mod jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif inhu stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

(34)

L-għanijiet ta' dan ir-Regolament, jiġifieri t-tisħiħ tal kompetittività u tal-kapaċitajiet tal-Unjoni fiċ-Ċibersigurtà bit-tnaqqis tad-dipendenza diġitali tagħha permezz taż-żieda fl-użu ta' prodotti, proċessi u servizzi taċ-ċibersigurtà żviluppati fi ħdan l-Unjoni, iż-żamma u l-iżvilupp tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni, iż-żieda tal-kompetittività tal-industrija taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni u l-użu taċ-ċibersigurtà bħala vantaġġ kompetittiv ta' industriji tal-Unjoni oħrajn, ma jistgħux jintlaħqu b'mod xieraq mill-Istati Membri minħabba l-fatt li riżorsi eżistenti u limitati huma mifruxin, kif ukoll minħabba l-kobor tal-investiment neċessarju, iżda jistgħu minħabba l-evitar ta' duplikazzjoni mhix neċessarja ta' dawn l-isforzi, l-għajnuna sabiex tintlaħaq massa kritika ta' investiment u l-iżgurar li l-finanzjament pubbliku jintuża bl-aħjar mod jintlaħqu aħjar fil-livell tal-Unjoni . Barra minn hekk, l-azzjonijiet fil-livell Ewropew biss jistgħu jiżguraw l-ogħla livell ta' ċibersigurtà fl-Istati Membri kollha u b'hekk jeliminaw il-lakuni fis-sigurtà li jeżistu f'xi Stati Membri li joħolqu lakuni fis-sigurtà għall-Unjoni kollha. B'hekk , l-Unjoni tista' tadotta miżuri f'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, kif inhu stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta' proporzjonalità kif stabbilit f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dak l-objettiv.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Ir-Regolament jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà (iċ-“Ċentru ta' Kompetenza”), kif ukoll in-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni, u jistipula r-regoli għan-nominazzjoni ta' Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali kif ukoll għat-twaqqif ta' Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà.

1.   Ir-Regolament jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew ta' Kompetenza Industrijali, Teknoloġika u tar-Riċerka fil-qasam taċ-Ċibersigurtà (iċ-“Ċentru ta' Kompetenza”), kif ukoll in-Netwerk ta' Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni (in- “ Network”) ,, u jistipula r-regoli għan-nominazzjoni ta' Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali kif ukoll għat-twaqqif ta' Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. (Il-“Komunità”)Iċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk għandhom jikkontribwixxu għar-reżiljenza u s-sensibilizzazzjoni ġenerali fl-Unjoni għat-theddid taċ-ċibersigurtà, filwaqt li jqisu bir-reqqa l-implikazzjonijiet soċjetali.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.     Is-sede taċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jkun fi [Brussell, il-Belġju.]

imħassar

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jkollu personalità ġuridika. F'kull Stat Membri, dan għandu jgawdi mill-aktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġijiet ta' dak l-Istat Membru. Huwa jista', b'mod partikolari, jakkwista proprjetà mobbli jew immobbli u jista' jkun parti fi proċedimenti legali.

imħassar

Emenda 48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

“ċibersigurtà” tfisser il-protezzjoni tan-netwerks tas-sistemi tal-informazzjoni, l-utenti tagħhom u persuni oħra kontra t-theddid ċibernetiku;

(1)

“ċibersigurtà” tfisser l-attivitajiet kollha meħtieġa biex jiġu mħarsa n-netwerk s-sistemi tal-informazzjoni, l-utenti tagħhom u persuni milquta minn theddid ċibernetiku;

Emenda 183

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

“ċiberdifiża” u “dimensjonijiet tad-difiża taċ-ċibersigurtà” tfisser teknoloġija tad-difiża ċibernetika esklużivament difensiva u reattiva li għandha l-għan li tipproteġi l-infrastrutturi kritiċi, in-netwerks militari u s-sistemi tal-informazzjoni, l-utenti tagħhom, u l-persuni affettwati, kontra t-theddid ċibernetiku, inkluż l-għarfien tas-sitwazzjoni, id-detezzjoni tat-theddid u l-forensika diġitali;

Emenda 49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

“prodotti u  soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà” tfisser prodotti, servizzi jew proċessi tal-ICT bil-għan speċifiku li jipproteġu lin-netwerks u lis-sistemi tal-informazzjoni, lill-utenti tagħhom u lil persuni milqutin mit-theddid ċibernetiku ;

(2)

“prodotti u  proċessi” tfisser prodotti, servizzi jew proċessi tal-ICT kummerċjali u mhux kummerċjali bil-għan speċifiku li jipproteġu lid-data, lin-netwerk u lis-sistemi tal-informazzjoni, lill-utenti tagħhom u lil persuni oħra milqutin mit-theddid taċ-ċibersigurtà ;

Emenda 50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a)

“theddida ċibernetika” tfisser kwalunkwe ċirkostanza, avveniment jew azzjoni potenzjali li jistgħu jkunu ta' ħsara lin-netwerks u s-sistemi tal-informazzjoni, l-utenti tagħhom u l-persuni milquta, ifixkluhom jew b'xi mod ieħor ikollhom impatt negattiv fuqhom;

Emenda 51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

“awtorità pubblika” tfisser kwalunkwe amministrazzjoni governattiva jew pubblika, inklużi korpi pubbliċi konsultattivi, fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skont il-liġi nazzjonali, inklużi obbligi speċifiċi;

(3)

“awtorità pubblika” tfisser kwalunkwe amministrazzjoni governattiva jew pubblika, inklużi korpi pubbliċi konsultattivi, fil-livell nazzjonali, reġjonali jew lokali jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li twettaq funzjonijiet amministrattivi pubbliċi skont il-liġi tal-Unjoni u dik nazzjonali, inklużi obbligi speċifiċi;

Emenda 52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

“Stat Membru parteċipanti” tfisser Stat Membru li b'mod volontarju jikkontribwixxi finanzjarjament għall-kostijiet amministrattivi u operazzjonali taċ-Ċentru ta' Kompetenza.

(4)

“Stat Membru kontribwenti” tfisser Stat Membru li b'mod volontarju jikkontribwixxi finanzjarjament għall-kostijiet amministrattivi u operazzjonali taċ-Ċentru ta' Kompetenza;

Emenda 53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

“Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali” tfisser entità legali kif definit fir-Regolament (UE) 2019/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill  (1a) .

Emenda 54

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

iżżomm tiżviluppa l-kapaċitajiet teknoloġiċi u  industrijali taċ-ċibersigurtà neċessarji sabiex tassigura s-Suq Uniku Diġitali tagħha;

(a)

tiżviluppa l-kapaċitajiet l-ħiliet teknoloġiċi , industrijali, soċjetali, akkademiċi tal-għarfien espert tar-riċerka taċ-ċibersigurtà neċessarji sabiex tassigura s-Suq Uniku Diġitali tagħha u żżid il-protezzjoni tad-data taċ-ċittadini, il-kumpaniji u l-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Unjoni ;

Emenda 55

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

iżżid ir-reżiljenza u l-affidabbiltà tal-infrastruttura tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni, inklużi l-infrastruttura kritika, l-internet u tal-ħardwer u s-softwer li jintużaw ta' spiss fl-Unjoni;

Emenda 56

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

iżżid il-kompettività tal-industrija taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni u tibdel iċ-ċibersigurtà f'vantaġġ kompetittiv ta' industriji oħrajn tal-Unjoni.

(b)

(ma taffettwax il-verżjoni Maltija)

Emenda 57

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

tqajjem sensibilizzazzjoni dwar it-theddid għaċ-ċibersigurtà, u l-implikazzjonijiet u t-tħassib soċjetali u etiċi u tnaqqas id-distakk tal-ħiliet taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni;

Emenda 58

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

tiżviluppa t-tmexxija tal-Unjoni fiċ-ċibersigurtà u tiżgura l-ogħla standards taċ-ċibersigurtà madwar l-Unjoni;

Emenda 59

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc)

issaħħaħ il-kompetittività u l-kapaċitajiet tal-Unjoni filwaqt li tnaqqas id-dipendenza diġitali tagħha billi jiżdied l-użu tal-prodotti, il-proċessi u s-servizzi taċ-ċibersigurtà żviluppati fi ħdan l-Unjoni;

Emenda 60

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt bd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bd)

issaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini, tal-konsumaturi u tan-negozji fid-dinja diġitali, u b'hekk tikkontribwixxi għall-għanijiet tal-istrateġija tas-Suq Uniku Diġitali;

Emenda 61

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.

li jiffaċilita jgħin fil-koordinazzjoni tax-xogħol tan-Netwerk taċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali (“in-Netwerk”) imsemmi fl-Artikolu 6 u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà msemmija fl-Artikolu 8;

1.

li joħloq, jimmaniġġja jiffaċilita n-Netwerk imsemmi fl-Artikolu 6 u l-Komunità imsemmija fl-Artikolu 8;

Emenda 62

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.

li jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-parti taċ-ċibersigurtà tal-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament Nru XXX26 (26) u, b'mod partikolari, l-azzjonijiet marbutin mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru XXX [il-Programm Ewropa Diġitali] u tal-Programm Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament Nru XXX27 (27) u, b'mod partikolari, it-Taqsima 2.2.6 tal-Pilastru II tal-Anness I tad-Deċiżjoni Nru XXX dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni [numru ta' referenza tal-Programm Speċifiku]. u ta' programmi oħrajn tal-Unjoni meta dan ikun previst fl-atti legali tal-Unjoni];

2.

li jikkoordina l-implimentazzjoni tal-parti taċ-ċibersigurtà tal-Programm Ewropa Diġitali stabbilit bir-Regolament Nru XXX (26) u, b'mod partikolari, l-azzjonijiet marbutin mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru XXX [il-Programm Ewropa Diġitali] u tal-Programm Orizzont Ewropa stabbilit bir-Regolament Nru XXX27  (27) u, b'mod partikolari, it-Taqsima 2.2.6 tal-Pilastru II tal-Anness I tad-Deċiżjoni Nru XXX dwar l-istabbiliment tal-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni [numru ta' referenza tal-Programm Speċifiku], u ta' programmi oħrajn tal-Unjoni meta dan ikun previst fl-atti legali tal-Unjoni] u jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fond Ewropew għad-Difiża stabbilit bir-Regolament (UE) 2019/XXX ;

Emenda 63

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.

li jtejjeb il-kapaċitajiet, l-għarfien u l-infrastruttura taċ-ċibersigurtà sabiex dawn jaqdu lill-industriji, lis-settur pubbliku u lill-komunitajiet ta' riċerka, billi jwettaq il-kompiti li ġejjin:

3.

li jtejjeb ir-reżiljenza, il-kapaċitajiet , il-kompetenzi , l-għarfien u l-infrastruttura taċ-ċibersigurtà sabiex dawn jaqdu lis-soċjetà, lill-industriji, lis-settur pubbliku u lill-komunitajiet ta' riċerka, billi jwettaq il-kompiti li ġejjin , b'kunsiderazzjoni tal-infrastrutturi industrijali u ta' riċerka ta' teknoloġija avvanzata fil-qasam taċ-ċibersigurtà u servizzi relatati :

Emenda 64

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

b'kunsiderazzjoni tal-infrastruttura industrijali ta' riċerka ta' teknoloġija avvanzata fil-qasam taċ-ċibersigurtà servizzi relatati , jakkwista, jaġġorna, jopera u jagħmel disponibbli infrastruttura bħal din servizzi relatati għal firxa wiesgħa ta' utenti fl-Unjoni kollha mill-industrija, inklużi l-SMEs, is-settur pubbliku u l-komunità ta' riċerka u xjentifika;

(a)

jakkwista, jaġġorna, jopera jagħmel disponibbli l-faċilitajiet s-servizzi relatati taċ-Ċentru ta' Kompetenza b'mod ġust, miftuħ trasparenti għal firxa wiesgħa ta' utenti fl-Unjoni kollha mill-industrija, b'mod partikolari l-SMEs, is-settur pubbliku u l-komunità ta' riċerka u xjentifika;

Emenda 65

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

b'kunsiderazzjoni tal-infrastruttura industrijali u ta' riċerka ta' teknoloġija avvanzata fil-qasam taċ-ċibersigurtà u servizzi relatati, jipprovdi appoġġ lil entitajiet oħrajn, inkluż dak finanzjarju, sabiex jakkwistaw, jaġġornaw, joperaw u jagħmlu disponibbli infrastrutturi bħal dawn u servizzi relatati għal firxa wiesgħa ta' utenti fl-Unjoni kollha mill-industrija, inklużi l-SMEs, is-settur pubbliku u l-komunità ta' riċerka u xjentifika;

(b)

jipprovdi appoġġ lil entitajiet oħrajn, inkluż dak finanzjarju, sabiex jakkwistaw, jaġġornaw, joperaw u jagħmlu disponibbli faċilitajiet bħal dawn u servizzi relatati għal firxa wiesgħa ta' utenti fl-Unjoni kollha mill-industrija, b'mod partikolari l-SMEs, is-settur pubbliku u l-komunità ta' riċerka u xjentifika;

Emenda 66

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

jipprovdi appoġġ finanzjarju u assistenza teknika lil negozji ġodda, lill-SMEs, lill-mikrointrapriżi, lill-assoċjazzjonijiet, lill-esperti individwali u lill-proġetti ta' teknoloġija ċivili fil-qasam taċ-ċibersigurtà;

Emenda 67

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

jiffinanzja awditi u titjib relatat tal-kodiċi tas-sigurtà tas-softwer fir-rigward ta' proġetti ta' Softwer Bla Ħlas u b'Sors Miftuħ, li jintużaw ta' spiss għall-infrastruttura, il-prodotti u l-proċessi;

Emenda 68

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

jipprovdi għarfien assistenza teknika fir-rigward taċ-ċibersigurtà lill-industrija u lil awtoritajiet pubbliċi, b'mod partikolari billi jappoġġja azzjonijiet immirati lejn l-iffaċilitar tal-aċċess għall-għarfien espert disponibbli fin-Netwerk u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà;

(c)

jiffinanzja l-kondiviżjoni tal-għarfien l-assistenza teknika fost oħrajn fir-rigward taċ-ċibersigurtà għas-soċjetà ċivili, l-industrija, l-awtoritajiet pubbliċi, u l-komunità akkademika u ta' riċerka, b'mod partikolari billi jappoġġja azzjonijiet immirati lejn l-iffaċilitar tal-aċċess għall-għarfien espert disponibbli fin-Netwerk u l-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà bil-għan li titjieb ir-reżiljenza ċibernetika fi ħdan l-Unjoni ;

Emenda 69

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

jippromwovi s-“sigurtà ppjanata” bħala prinċipju fil-proċess tal-iżvilupp, iż-żamma, l-operat u l-aġġornament tal-infrastrutturi, tal-prodotti u tas-servizzi; b'mod partikolari billi jappoġġja metodi ta' żvilupp sikuri ta' teknoloġija avvanzata, ittestjar xieraq tas-sigurtà, awditi tas-sigurtà; u inkluż l-impenn ta' produttur jew fornitur biex jagħmel disponibbli aġġornamenti li jirrimedjaw vulnerabbiltajiet jew theddidiet ġodda, mingħajr dewmien u lil hinn mit-tul tal-ħajja stmat tal-prodott, jew jippermetti parti terza biex toħloq jew tipprovdi tali aġġornamenti;

Emenda 70

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 3 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)

jassisti l-politiki ta' kontribut għall-kodiċi tas-sors u l-iżvilupp tagħhom, b'mod partikolari għall-awtoritajiet pubbliċi meta jintużaw proġetti ta' Softwer Bla Ħlas u b'Sors Miftuħ;

Emenda 71

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)

jgħaqqad flimkien partijiet ikkonċernati mill-industrija, it-trade unions, il-qasam akkademiku, l-organizzazzjonijiet ta' riċerka u l-entitajiet pubbliċi sabiex jiżgura kooperazzjoni fit-tul fir-rigward tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta' prodotti u proċessi taċ-ċibersigurtà, inklużi l-ġbir u l-kondiviżjoni tar-riżorsi u l-informazzjoni fir-rigward ta' tali prodotti u proċessi, jekk ikun xieraq;

Emenda 72

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni wiesgħa ta' prodotti u  soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà ta' teknoloġija avvanzata fl-ekonomija kollha, billi jwettaq il-kompiti li ġejjin:

4.

jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni wiesgħa ta' prodotti u  proċessi taċ-ċibersigurtà ta' teknoloġija avvanzata u sostenibbli fl-Unjoni kollha, billi jwettaq il-kompiti li ġejjin:

Emenda 73

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jistimola r-riċerka dwar iċ-ċibersigurtà, l-iżvilupp u l-adozzjoni ta' prodotti u  soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni mill-awtoritajiet pubbliċi u  l-industriji utenti ;

(a)

jistimola r-riċerka dwar iċ-ċibersigurtà, l-iżvilupp u l-adozzjoni ta' prodotti u  proċessi olistiċi taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni maċ-ċiklu kollu tal-innovazzjoni, minn, inter alia, l-awtoritajiet pubbliċi , l-industrija s-suq ;

Emenda 74

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jassisti lill-awtoritajiet pubbliċi, lill-industriji min-naħa tad-domanda u lil utenti oħrajn fl-adozzjoni fl-integrazzjoni tal-aktar soluzzjonijiet reċenti taċ-ċibersigurtà;

(b)

jassisti lill-awtoritajiet pubbliċi, lill-industriji min-naħa tad-domanda u lil utenti oħrajn biex iżidu r-reżiljenza tagħhom billi jadottaw jintegraw prodotti u proċessi taċ-ċibersigurtà ta' teknoloġija avvanzata ;

Emenda 75

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

jappoġġja, b'mod partikolari, lill-awtoritajiet pubbliċi fl-organizzazzjoni tal-akkwist pubbliku jew iwettaq l-akkwist ta' prodotti u  soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà ta' teknoloġija avvanzata f'isem l-awtoritajiet pubbliċi;

(c)

jappoġġja, b'mod partikolari, lill-awtoritajiet pubbliċi fl-organizzazzjoni tal-akkwist pubbliku jew iwettaq l-akkwist ta' prodotti u  proċessi taċ-ċibersigurtà ta' teknoloġija avvanzata f'isem l-awtoritajiet pubbliċi , inkluż billi jipprovdi appoġġ għall-akkwist, biex jiżdiedu s-sigurtà tal-investiment pubbliku u l-benefiċċji minnu ;

Emenda 76

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 4 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

jipprovdi appoġġ finanzjarju u assistenza teknika lil kumpaniji ġodda fil-qasam taċ-ċibersigurtà u  lill-SMEs sabiex jibnu pont ma' swieq potenzjali u  jattiraw l-investiment;

(d)

jipprovdi appoġġ finanzjarju u assistenza teknika lil negozji ġodda fil-qasam taċ-ċibersigurtà , lill-SMEs, lill-mikrointrapriżi, lil esperti individwali, proġetti ta' Softwer Bla Ħlas b'Sors Miftuħ li jintużaw ta' spiss, u proġetti relatati mat-teknoloġija ċivika, sabiex jissaħħaħ l-għarfien espert dwar iċ-ċibersigurtà, jinbena pont ma' swieq potenzjali u  ma' opportunitajiet ta' implimentazzjoni, u jiġi attirat l-investiment;

Emenda 77

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.

itejjeb il-fehim taċ-ċibersigurtà u jikkontribwixxi sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet fir-rigward tal-ħiliet relatati maċ-ċibersigurtà fl-Unjoni billi jwettaq il-kompiti li ġejjin:

5.

itejjeb il-fehim taċ-ċibersigurtà, u jikkontribwixxi sabiex jitnaqqas id-distakk fir-rigward tal-ħiliet u jissaħħaħ il-livell tal-ħiliet relatati maċ-ċibersigurtà fl-Unjoni billi jwettaq il-kompiti li ġejjin:

Emenda 78

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – punt –a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)

jappoġġja, fejn xieraq, il-kisba tal-objettiv speċifiku 4, il-Ħiliet Diġitali Avvanzati, tal-Programm Ewropa Diġitali b'kooperazzjoni ma' Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali;

Emenda 79

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jappoġġja it-tkomplija tal-iżvilupp ta' ħiliet fil-qasam taċ-ċibersigurtà, fejn ikun xieraq, flimkien mal-aġenziji l-korpi rilevanti tal-UE, inkluż l-ENISA.

(a)

jappoġġja l-iżvilupp ulterjuri, l-akkomunament u l-kondiviżjoni ta' ħiliet u kompetenzi taċ-ċibersigurtà, fil-livelli edukattivi kollha rilevanti, billi jappoġġja l-objettiv li jinkiseb bilanċ bejn is-sessi, jiffaċilita livell għoli komuni ta' għarfien fil-qasam taċ-ċibersigurtà, u jikkontribwixxi għar-reżiljenza tal-utenti u tal-infrastrutturi fl-Unjoni kollha f'kooperazzjoni man-Netwerk u, fejn xieraq, jallinja ma' aġenziji korpi rilevanti tal-UE, inkluż l-ENISA.

Emenda 80

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-isforzi ta' riċerka fiċ-ċibersigurtà bbażati fuq aġenda strateġika pluriennali industrijali , teknoloġika ta' riċerka komuni u li tiġi evalwata mtejba b'mod kontinwu;

(a)

jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-isforzi ta' riċerka fiċ-ċibersigurtà bbażati fuq pjan strateġiku pluriennali komuni ta' industrija , teknoloġija u riċerka li jiġi evalwat mtejjeb b'mod kontinwu , kif imsemmi fl-Artikolu 13 ;

Emenda 81

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jappoġġja proġetti ta' riċerka u dimostrazzjoni fuq skala kbira fil-kapaċitajiet teknoloġiċi fil-qasam taċ-ċibersigurtà tal-ġenerazzjoni li jmiss, f'kollaborazzjoni mal-industrija u n-Netwerk;

(b)

jappoġġja proġetti ta' riċerka u dimostrazzjoni fuq skala kbira fil-kapaċitajiet teknoloġiċi fil-qasam taċ-ċibersigurtà tal-ġenerazzjoni li jmiss, f'kollaborazzjoni mal-industrija , il-komunità akkademika ta' riċerka, is-settur pubbliku u l-awtoritajiet, inklużi n-Netwerk u l-Komunità ;

Emenda 82

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

jiżgura rispett għad-drittijiet fundamentali u mġiba etika fil-proġetti tar-riċerka fil-qasam taċ-ċibersigurtà appoġġjati miċ-Ċentru ta' Kompetenza.

Emenda 83

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

jimmonitorja rapporti ta' vulnerabbiltajiet skoperti mill-Komunità u jiffaċilita l-iżvelar ta' vulnerabbiltajiet, l-iżvilupp ta' softwer korrettiv, tiswijiet u soluzzjonijiet, u d-distribuzzjoni ta' dawn.

Emenda 84

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt bc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bc)

jimmonitorja r-riżultati tar-riċerka dwar algoritmi ta' awtotagħlim użati għal attivitajiet ċibernetiċi malizzjużi f'kollaborazzjoni mal-ENISA, u jappoġġja l-implimentazzjoni tad-Direttiva (UE) 2016/1148;

Emenda 85

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt bd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bd)

jappoġġja r-riċerka fil-qasam taċ-ċiberkriminalità;

Emenda 86

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt be (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(be)

jappoġġja r-riċerka u l-iżvilupp ta' prodotti u proċessi li jkunu jistgħu jiġu studjati, kondiviżi, u li jista' jinbena fuqhom b'mod liberu, b'mod partikolari fil-qasam ta' ħardwer u softwer ivverifikat u li jkun jista' jiġi vverifikat, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-industrija, in-Netwerk u l-Komunità;

Emenda 87

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni għall-istandardizzazzjoni fit-teknoloġija taċ-ċibersigurtà

(c)

jappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni għall-istandardizzazzjoni formali u mhux formali u ċ-ċertifikazzjoni tat-teknoloġija taċ-ċibersigurtà , billi jorbot max-xogħol eżistenti u fejn ikun xieraq f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni, il-korpi ta' ċertifikazzjoni u l-ENISA;

Emenda 88

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

jipprovdi appoġġ speċjali għall-SMEs billi jiffaċilita l-aċċess tagħhom għall-għarfien u t-taħriġ permezz ta' aċċess imfassal apposta għal riżultati tanġibbli tar-riċerka u l-iżvilupp imsaħħa miċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk, sabiex tiżdied il-kompetittività;

Emenda 184

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 7 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.

itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-isferi ċivili u tad-difiża fir-rigward ta' teknoloġiji u applikazzjonijiet b'użu doppju fiċ-ċibersigurtà, billi jwettaq il-kompiti li ġejjin:

7.

itejjeb il-kooperazzjoni bejn l-isferi ċivili u tad-difiża fir-rigward ta' teknoloġiji u applikazzjonijiet b'użu doppju fiċ-ċibersigurtà, billi jwettaq il-kompiti li ġejjin, li għandhom ikunu teknoloġija, applikazzjonijiet u servizzi tad-difiża ċibernetika reattiva u difensiva:

Emenda 185

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 8 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.

itejjeb is-sinerġiji bejn id-dimensjonijiet ċivili u ta' difiża taċ-ċibersigurtà b'rabta mal-Fond Ewropew ta' Difiża billi jwettaq il-kompiti li ġejjin:

8.

itejjeb is-sinerġiji bejn id-dimensjonijiet ċivili u ta' difiża taċ-ċibersigurtà b'rabta mal-Fond Ewropew ta' Difiża billi jwettaq il-kompiti li ġejjin, li għandhom ikunu teknoloġija, applikazzjonijiet u servizzi tad-difiża ċibernetika reattiva u difensiva:

Emenda 89

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 8 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

jassisti u jagħti pariri lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/XXX [riformulazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 428/2009 kif propost minn COM(2016)0616];

Emenda 90

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.

jikkontribwixxi għall-isforzi tal-Unjoni biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni internazzjonali fir-rigward taċ-ċibersigurtà billi:

(a)

jiffaċilita l-parteċipazzjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza f'konferenzi internazzjonali u organizzazzjonijiet governattivi kif ukoll il-kontribut għall-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-istandardizzazzjoni;

(b)

jikkoopera ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali fi ħdan oqfsa rilevanti ta' kooperazzjoni internazzjonali;

Emenda 91

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Investiment u użu tal-infrastruttura, il-kapaċitajiet, prodotti jew soluzzjonijiet

Investiment u użu tal-infrastruttura, il-kapaċitajiet, il-prodotti jew il-proċessi

Emenda 92

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza jipprovdi finanzjament għall-infrastruttura, kapaċitajiet , prodotti jew soluzzjonijiet skont l-Artikolu 4(3) u (4) f'forma ta' għotja jew premju, il-pjan ta' ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza jista' jispeċifika b'mod partikolari:

1.   Fejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza jipprovdi finanzjament għall-infrastruttura, il-ħiliet , il-prodotti jew il-proċessi skont l-Artikolu 4(3) u (4) f'forma ta' akkwist, għotja jew premju, il-pjan ta' ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza jista' jispeċifika b'mod partikolari:

Emenda 93

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

regoli li jirregolaw l-operat ta' infrastruttura jew kapaċità inkluż, fejn ikun rilevanti, l-għoti ta' responsabbiltà għall-operat lil entità ospitanti abbażi ta' kriterji li għandhom jiġu ddefiniti miċ-Ċentru ta' Kompetenza;

(a)

regoli speċifiċi li jirregolaw l-operat ta' infrastruttura jew kapaċità inkluż, fejn ikun rilevanti, l-għoti ta' responsabbiltà għall-operat lil entità ospitanti abbażi ta' kriterji li għandhom jiġu ddefiniti miċ-Ċentru ta' Kompetenza;

Emenda 94

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

regoli speċifiċi li jirregolaw fażijiet differenti tal-implimentazzjoni.

Emenda 95

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1 – punt bb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(bb)

b'riżultat tal-kontribut tal-Unjoni, l-aċċess ikun miftuħ, kemm jista' jkunu magħluq skont kif ikun meħtieġ, u li l-użu mill-ġdid ikun possibbli;

Emenda 96

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jista' jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni globali ta' attivitajiet ta' akkwist konġunt inkluż l-akkwist prekummerċjali f'isem il-membri tan-Netwerk , il-membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jew partijiet terzi oħrajn li jirrappreżentaw lill-utenti tal-prodotti u s-soluzzjonijiet taċ-ċibersigurtà . Għal dan il-għan, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jista' jiġi megħjun minn Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali wieħed jew aktar minn wieħed jew minn membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà .

2.   Iċ-Ċentru ta' Kompetenza jista' jkun responsabbli għall-eżekuzzjoni globali ta' attivitajiet ta' akkwist konġunt inkluż l-akkwist prekummerċjali f'isem il-membri tan-Netwerk. Għal dan il-għan, iċ-Ċentru ta' Kompetenza jista' jiġi megħjun minn Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali wieħed jew aktar, minn membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà jew minn Hubs Ewropej ta' Innovazzjoni Diġitali .

Emenda 97

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu - 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1.     F'kull Stat Membru għandu jiġi stabbilit Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali uniku.

Emenda 98

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali nnominat għandu jkollu l-kapaċità li jappoġġja ċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk fil-qadi tal-missjoni tagħhom, kif inhu stipulat fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. Huma għandu jkollhom għarfien espert teknoloġiku fiċ-ċibersigurtà jew ikollhom aċċess dirett għalih u jkunu f'pożizzjoni li jinvolvu ruħhom u jikkoordinaw b'mod effettiv mal-industrija, is-settur pubbliku u l-komunità ta' riċerka.

4.   Iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali magħżul għandu jkollu l-kapaċità li jappoġġja ċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk fil-qadi tal-missjoni tagħhom, kif stipulat fl-Artikolu 3 ta' dan ir-Regolament. Huma għandu jkollhom għarfien espert teknoloġiku fiċ-ċibersigurtà jew ikollhom aċċess dirett għalih u jkunu f'pożizzjoni li jinvolvu ruħhom u jikkoordinaw b'mod effettiv mal-industrija, is-settur pubbliku , il-komunità akkademika u ta' riċerka , u ċ-ċittadini . Il-Kummissjoni għandha toħroġ linji gwida li jispeċifikaw f'aktar dettall il-proċedura tal-valutazzjoni u li jispjegaw l-applikazzjoni tal-kriterji.

Emenda 99

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Ir-relazzjoni bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u ċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali għandha tkun ibbażata fuq ftehim kuntrattwali ffirmat bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u kull wieħed miċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali. Il-ftehim għandu jistipula r-regoli li jirregolaw ir-relazzjoni u l-qsim tal-kompiti bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u kull wieħed miċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali.

5.   Ir-relazzjoni bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u ċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali għandha tkun ibbażata fuq ftehim kuntrattwali standard iffirmat bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u kull wieħed miċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali. Il-ftehim għandu jikkonsisti mill-istess sett ta' kundizzjonijiet ġenerali armonizzati li jipprevedi r-regoli li jirregolaw ir-relazzjoni u l-qsim tal-kompiti bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u kull wieħed miċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali u kundizzjonijiet speċjali mfassla apposta għaċ-Ċentru Nazzjonali ta' Koordinazzjoni partikolari .

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 45a biex tissupplementa dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-kundizzjonijiet ġenerali tal-ftehimiet kuntrattwali msemmija fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu, inkluż il-format tagħhom.

Emenda 101

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jappoġġjaw iċ-Ċentru ta' Kompetenza fl-ilħuq tal-għanijiet tiegħu u, b'mod partikolari, fil-koordinazzjoni tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà;

(a)

jappoġġjaw iċ-Ċentru ta' Kompetenza fl-ilħuq tal-għanijiet tiegħu u, b'mod partikolari, fl-istabbiliment u l-koordinazzjoni tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà;

Emenda 102

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tal-industrija u atturi oħrajn fil-livell tal-Istati Membri fi proġetti transkonfinali;

(b)

jippromwovu, iħeġġu u jiffaċilitaw il-parteċipazzjoni tas-soċjetà ċivili u tal-industrija , b'mod partikolari n-negozji ġodda u l-SMEs, il-komunità akkademika u ta' riċerka, u atturi oħrajn fil-livell tal-Istati Membri fi proġetti transkonfinali;

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – ittra ba (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

b'kooperazzjoni ma' entitajiet oħra b'kompiti simili, jopera bħala punt uniku ta' servizz għal prodotti u proċessi taċ-ċibersigurtà ffinanzjati permezz ta' programmi oħra bħal InvestEU jew il-Programm tas-Suq Uniku, b'mod partikolari għall-SMEs;

Emenda 104

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

jikkontribwixxu, flimkien maċ-Ċentru ta' Kompetenza, għall-identifikazzjoni u l-indirizzar ta' sfidi industrijali taċ-ċibersigurtà li huma speċifiċi għas-settur;

(c)

jikkontribwixxu, flimkien maċ-Ċentru ta' Kompetenza, għall-identifikazzjoni u l-indirizzar ta' sfidi taċ-ċibersigurtà li huma speċifiċi għas-settur;

Emenda 105

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

jikkooperaw mill-qrib mal-Organizzazzjonijiet Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni biex jippromwovu l-adozzjoni ta' standards eżistenti u biex jinvolvu lill-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, b'mod partikolari l-SMEs, fl-istabbiliment ta' standards ġodda.

Emenda 106

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

ifittxu li jistabbilixxu sinerġiji b'attivitajiet rilevanti fil-livelli nazzjonali u  reġjonali ;

(e)

ifittxu li jistabbilixxu sinerġiji b'attivitajiet rilevanti fil-livelli nazzjonali , reġjonali lokali ;

Emenda 107

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa)

jippromwovu u jxerrdu kurrikuli edukattivi komuni minimi fir-rigward taċ-ċibersigurtà f'kooperazzjoni mal-korpi rilevanti fl-Istati Membri;

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

jippromwovu u jxerrdu r-riżultati rilevanti tal-ħidma tan-Netwerk, tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u taċ-Ċentru ta' Kompetenza fil-livell nazzjonali jew reġjonali ;

(g)

jippromwovu u jxerrdu r-riżultati rilevanti tal-ħidma tan-Netwerk, tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà u taċ-Ċentru ta' Kompetenza fil-livell nazzjonali , reġjonali jew lokali ;

Emenda 109

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

jivvalutaw it-talbiet imressqin minn entitajiet stabbiliti fl-istess Stat Membru bħaċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni sabiex isiru parti mill-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà.

(h)

jivvalutaw it-talbiet imressqin minn entitajiet u individwi stabbiliti fl-istess Stat Membru bħaċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni sabiex isiru parti mill-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà.

Emenda 110

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Iċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali għandhom, fejn ikun rilevanti, jikkooperaw permezz tan-Netwerk għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-kompiti msemmijin fil-punti (a), (b), (c), (e), u (g) tal-paragrafu  1.

4.   Iċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali għandhom, fejn ikun rilevanti, jikkooperaw permezz tan-Netwerk u mal-Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali rilevanti għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-kompiti msemmijin fil-paragrafu  1.

Emenda 111

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà għandha tikkontribwixxi għall-missjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza kif inhu stipulat fl-Artikolu 3 u ttejjeb u xxerred l-għarfien espert dwar iċ-ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha.

1.   Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà tikkontribwixxi għall-missjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza kif inhu stipulat fl-Artikolu 3 u ttejjeb , tiġbor flimkien, tikkondividi u xxerred l-għarfien espert dwar iċ-ċibersigurtà madwar l-Unjoni kollha u tipprovdi għarfien espert tekniku .

Emenda 112

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà għandha tikkonsisti mill-industrija , organizzazzjonijiet akkademiċi u ta' riċerka mhux bi profitt u assoċjazzjonijiet kif ukoll entitajiet pubbliċi u entitajiet oħrajn li jittrattaw kwistjonijiet operazzjonali u tekniċi. Dan għandu jlaqqa' flimkien lill-partijiet ikkonċernati prinċipali fir-rigward tal-kapaċitajiet teknoloġiċi u  industrijali fil-qasam taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni. Dan għandu jinvolvi liċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali kif ukoll lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni li jkollhom l-għarfien espert rilevanti.

2.   Il-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà għandha tikkonsisti mis-soċjetà ċivili, mill-industrija mill-aspett tad-domanda u l-provvista, inklużi l-SMEs , mill-komunità akkademika u ta' riċerka , l-assoċjazzjonijiet tal-utenti, l-esperti individwali, l-Organizzazzjonijiet Ewropej tal-Istandardizzazzjoni rilevanti u assoċjazzjonijiet oħrajn kif ukoll entitajiet pubbliċi u entitajiet oħrajn li jittrattaw kwistjonijiet operazzjonali u tekniċi fil-qasam taċ-ċibersigurtà . Dan għandu jlaqqa' flimkien lill-partijiet ikkonċernati prinċipali fir-rigward tal-kapaċitajiet u l-kompetenzi teknoloġiċi , industrijali, akkademiċi ta' riċerka u tas-soċjetà fil-qasam taċ-ċibersigurtà fl-Unjoni. U għandu jinvolvi liċ-Ċentri ta' Koordinazzjoni Nazzjonali , il-Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali kif ukoll lill-istituzzjonijiet u lill-korpi tal-Unjoni li jkollhom l-għarfien espert rilevanti kif imsemmi fl-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament .

Emenda 113

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-entitajiet li jkunu stabbiliti fl-Unjoni biss jistgħu jiġu akkreditati bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. Huma għandhom juru li għandhom l-għarfien espert fil-qasam taċ-ċibersigurtà fir-rigward ta' tal-anqas wieħed minn dawn l-oqsma:

3.   L-entitajiet li jkunu stabbiliti fl-Unjoni , fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) jew fl-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u l-individwi residenti fihom biss jistgħu jiġu akkreditati bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà. L-applikanti għandhom juru li jistgħu jipprovdu l-għarfien espert fil-qasam taċ-ċibersigurtà fir-rigward ta' tal-anqas wieħed minn dawn l-oqsma:

Emenda 114

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

ir-riċerka;

(a)

Il-qasam akkademiku jew ir-riċerka;

Emenda 115

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

l-etika;

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)

l-istandardizzazzjoni u l-ispeċifikazzjonijiet formali u tekniċi;

Emenda 117

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jakkredita lill-entitajiet li jkunu stabbiliti skont il-liġi nazzjonali bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà wara valutazzjoni li ssir miċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-entità, dwar jekk l-entità tissodisfax il-kriterji stipulati fil-paragrafu 3. Akkreditazzjoni ma għandhiex tkun limitata fiż-żmien iżda tista' tiġi revokata miċ-Ċentru ta' Kompetenza fi kwalunkwe ħin, jekk dan jew iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali jikkunsidra li l-entità ma tissodisfax il-kriterji stipulati fil-paragrafu 3 jew li taqa' taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Artikolu 136 tar-Regolament XXX [regolament finanzjarju ġdid].

4.   Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jakkredita lill-entitajiet li jkunu stabbiliti skont il-liġi nazzjonali , jew individwi, bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà wara valutazzjoni armonizzata li ssir miċ-Ċentru ta' Kompetenza, iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-entità , jew fejn l-individwu jkun residenti , dwar jekk l-entità tissodisfax il-kriterji stipulati fil-paragrafu 3. Akkreditazzjoni ma għandhiex tkun limitata fiż-żmien iżda tista' tiġi revokata miċ-Ċentru ta' Kompetenza fi kwalunkwe ħin, jekk dan jew iċ-Ċentru ta' Koordinazzjoni Nazzjonali rilevanti jikkunsidra li l-entità jew l-individwu ma jissodisfawx il-kriterji stipulati fil-paragrafu 3 jew li taqa' taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti stipulati fl-Artikolu 136 tar-Regolament XXX [regolament finanzjarju ġdid]. Iċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni tal-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata tal-partijiet ikkonċernati fil-Komunità, filwaqt li jistimolaw b'mod attiv il-parteċipazzjoni minn kategoriji sottorappreżentati speċjalment l-SMEs, u gruppi ta' individwi.

Emenda 118

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 45, sabiex tissupplementa dan ir-Regolament billi tispeċifika aktar il-kriterji previsti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li bihom jiġu magħżula l-applikanti, u l-proċeduri għall-valutazzjoni u l-akkreditazzjoni ta' entitajiet li jissodisfaw dawk il-kriterji msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu.

Emenda 119

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)

jappoġġjaw iċ-Ċentru ta' Kompetenza billi jirrappurtaw u jiżvelaw vulnerabbiltajiet, jgħinu biex itaffuhom u jagħtu pariri dwar kif jitnaqqsu tali vulnerabbiltajiet, inkluż permezz ta' ċertifikazzjoni taħt l-iskemi adottati f'konformità mar-Regolament (UE) 2019/XXX [l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà].

Emenda 120

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni inklużi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni, it-Tim ta' Rispons f'Każ ta' Emerġenza Diġitali (CERT-UE), is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva ta' Riċerka , l-Aġenzija Eżekuttiva tal-Innovazzjoni u tan-Netwerks , iċ-Ċentru Ewropew tal-Kriminalità Ċibernetika fi ħdan il-Europol kif ukoll l-Aġenzija Ewropea ta' Difiża .

1.    Sabiex jiġu żgurati l-koerenza u l-komplementarjetà, iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jikkoopera mal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni inklużi ENISA , l-Iskwadra ta' Rispons f'Emerġenza Relatata mal-Kompjuters (CERT-UE), is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, iċ-Ċentru ta' Riċerka Konġunta tal-Kummissjoni, l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka , l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks, Hubs Ewropej tal-Innovazzjoni Diġitali rilevanti , iċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità fi ħdan il-Europol kif ukoll l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża fir-rigward ta' proġetti, servizzi u kompetenzi b'użu doppju .

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Kooperazzjoni bħal din għandha sseħħ fi ħdan il-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma. Dawk l-arranġamenti għandhom jitressqu għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

2.   Kooperazzjoni bħal din għandha sseħħ fi ħdan il-qafas ta' arranġamenti ta' ħidma. Dawk l-arranġamenti għandhom jiġu adottati mill-Bord ta' Tmexxija wara l-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni.

Emenda 122

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u  ħames rappreżentanti tal-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni.

1.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jkun kompost minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru , rappreżentant wieħed nominat mill-Parlament Ewropew bħala osservatur, erba' rappreżentanti tal-Kummissjoni, f'isem l-Unjoni , bil-għan li .jinkiseb bilanċ bejn is-sessi fost il-membri tal-bord u s-sostituti tagħhom .

Emenda 123

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam tat-teknoloġija , kif ukoll b'kunsiderazzjoni tal-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw ir-rata ta' bdil tar-rappreżentanti rispettivi tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija, sabiex jiżguraw il-kontinwità fil-ħidma tal-Bord. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord ta' Tmexxija.

3.   Il-membri tal-Bord ta' Tmexxija u s-sostituti tagħhom għandhom jinħatru fid-dawl tal-għarfien tagħhom fil-qasam taċ-ċibersigurtà , kif ukoll b'kunsiderazzjoni tal-ħiliet maniġerjali, amministrattivi u baġitarji rilevanti. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu sforz biex jillimitaw ir-rata ta' bdil tar-rappreżentanti rispettivi tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija, sabiex jiżguraw il-kontinwità fil-ħidma tal-Bord. Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandu jkollhom l-għan li jiksbu rappreżentanza bbilanċjata bejn l-irġiel u n-nisa fuq il-Bord ta' Tmexxija.

Emenda 124

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.    Il-Kummissjoni tista' tistieden osservaturi, inkluż ir-rappreżentanti tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, biex jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija kif xieraq.

6.    Il-Bord ta' Tmexxija jista' jistieden osservaturi, inkluż ir-rappreżentanti tal-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, u lil membri tal-Komunità biex jieħdu sehem fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija kif xieraq.

Emenda 125

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) għandha tkun osservatur permanenti fil-Bord ta' Tmexxija.

7.   ENISA, u l-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandhom ikunu osservaturi permanenti fil-Bord ta' Tmexxija , fi rwol ta' konsulenza mingħajr drittijiet tal-vot. Il-Bord ta' Tmexxija għandu jagħti l-akbar importanza lill-opinjonijiet li jiġu espressi mill-osservaturi permanenti.

Emenda 126

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jadotta pjan strateġiku pluriennali, li jkun jinkludi dikjarazzjoni tal-prijoritajiet prinċipali u inizjattivi ppjanati taċ-Ċentru ta' Kompetenza, inkluż stima tal-bżonnijiet u r-riżorsi finanzjarji;

(a)

jadotta pjan strateġiku pluriennali, li jkun jinkludi dikjarazzjoni tal-prijoritajiet prinċipali u inizjattivi ppjanati taċ-Ċentru ta' Kompetenza, inkluż stima tal-bżonnijiet u r-riżorsi finanzjarji , filwaqt li jqis il-parir li ngħata mill-ENISA ;

Emenda 127

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

jadotta l-pjan ta' ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza, il-kontijiet u l-karta ta' bilanċ annwali u r-rapport ta' attività annwali, abbażi ta' proposta mid-Direttur Eżekuttiv;

(b)

jadotta l-pjan ta' ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza, il-kontijiet u l-karta ta' bilanċ annwali u r-rapport ta' attività annwali, abbażi ta' proposta mid-Direttur Eżekuttiv , filwaqt li jqis il-parir li ngħata mill-ENISA ;

Emenda 128

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

jadotta l-kriterji u l-proċeduri għall-valutazzjoni u l-akkreditazzjoni tal-entitajiet bħala membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà;

(e)

jadotta l-proċeduri għall-valutazzjoni u l-akkreditazzjoni tal-entitajiet bħala membri tal-Komunità;

Emenda 129

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

jadotta l-arranġamenti ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 10(2);

Emenda 130

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt ga (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga)

jadotta regoli ta' trasparenza għaċ-Ċentru ta' Kompetenza;

Emenda 131

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

jistabbilixxi gruppi ta' ħidma b'membri tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà;

(i)

jistabbilixxi gruppi ta' ħidma b'membri tal-Komunità , filwaqt li jqis il-parir li taw l-osservaturi permanenti ;

Emenda 132

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)

jippromwovi ċ-Ċentru ta' Kompetenza b'mod globali , sabiex iżid l-attraenza tiegħu u jagħmlu korp ta' livell dinji għall-eċċellenza fiċ-ċibersigurtà ;

(l)

jippromwovi l-kooperazzjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza ma' atturi globali;

Emenda 133

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt r

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(r)

jadotta strateġija kontra l-frodi li tkun proporzjonata mar-riskji ta' frodi fid-dawl ta' analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati;

(r)

jadotta strateġija kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni li tkun proporzjonata mar-riskji ta' frodi u korruzzjoni fid-dawl ta' analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati , kif ukoll jadotta miżuri ta' protezzjoni komprensivi għall-persuni li jirrappurtaw il-ksur tal-liġi tal-Unjoni f'konformità mal-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni ;

Emenda 134

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt s

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(s)

jadotta metodoloġija sabiex tiġi kkalkolata l-kontribuzzjoni finanzjarja mingħand l-Istati Membri;

(s)

jadotta definizzjoni estensiva ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji mingħand l-Istati Membri u metodoloġija sabiex jiġi kkalkolat l-ammont ta' kontribuzzjonijiet volontarji tal-Istati Membri li jistgħu jitqiesu bħala kontribuzzjonijiet finanzjarji skont dik id-definizzjoni, Tali kalkolu jitwettaq fi tmiem kull sena finanzjarja ;

Emenda 135

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu, li jkollhom drittijiet tal-vot għal perjodu ta' sentejn. Il-mandat tal-President u tal-Viċi President jista' jiġi estiż darba, wara li tittieħed deċiżjoni mill-Bord ta' Tmexxija. Jekk, madankollu, is-sħubija tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija tintemm fi kwalunkwe żmien matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi awtomatikament f'dik id-data. Il-Viċi President għandu jissostitwixxi ex officio lill-President jekk dan tal-aħħar ma jkunx jista' jwettaq id-doveri tiegħu. Il-President għandu jieħu sehem fil-votazzjoni.

1.   Il-Bord ta' Tmexxija għandu jeleġġi President u Viċi President minn fost il-membri tiegħu, li jkollhom drittijiet tal-vot għal perjodu ta' sentejn , bl-għan li jikseb il-bilanċ bejn is-sessi . Il-mandat tal-President u tal-Viċi President jista' jiġi estiż darba, wara li tittieħed deċiżjoni mill-Bord ta' Tmexxija. Jekk, madankollu, is-sħubija tagħhom fil-Bord ta' Tmexxija tintemm fi kwalunkwe żmien matul il-mandat tagħhom, il-mandat tagħhom għandu jiskadi awtomatikament f'dik id-data. Il-Viċi President għandu jissostitwixxi ex officio lill-President jekk dan tal-aħħar ma jkunx jista' jwettaq id-doveri tiegħu. Il-President għandu jieħu sehem fil-votazzjoni.

Emenda 136

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, diment li l-Bord ta' Tmexxija ma jkunx iddeċieda mod ieħor, iżda ma għandux ikollu drittijiet tal-vot. Skont il-każ, il-Bord ta' Tmexxija jista' jistieden lil persuni oħrajn biex jattendu l-laqgħat tiegħu bħala osservaturi.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jieħu sehem fid-deliberazzjonijiet, diment li l-Bord ta' Tmexxija ma jkunx iddeċieda mod ieħor, iżda ma għandux ikollu drittijiet tal-vot.

Emenda 137

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     Il-Membri tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku jistgħu jieħdu sehem, fuq stedina mill-President, fil-laqgħat tal-Bord ta' Tmexxija, mingħajr ma jkollhom id-dritt tal-vot.

imħassar

Emenda 138

Proposta għal regolament

Artikolu 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 15

imħassar

Ir-regoli tal-votazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija

 

1.     L-Unjoni għandu jkollha 50 % tad-drittijiet tal-vot. Id-drittijiet tal-vot tal-Unjoni għandhom ikunu indiviżibbli.

 

2.     Kull Stat Membru parteċipanti għandu jkollu vot wieħed.

 

3.     Il-Bord ta' Tmexxija għandu jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b'maġġoranza ta' mill-anqas 75 % tal-voti kollha, inklużi l-voti tal-membri li jkunu assenti, li jirrappreżentaw tal-anqas 75 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji totali liċ-Ċentru ta' Kompetenza. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tiġi kkalkolata abbażi tal-infiq stmat propost mill-Istati Membri msemmi fil-punt c tal-Artikolu 17(2) u abbażi tar-rapport dwar il-valur tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri parteċipanti msemmija fl-Artikolu 22(5).

 

4.     Huma r-rappreżentanti tal-Kummissjoni u r-rappreżentanti tal-Istati Membri parteċipanti biss li għandu jkollhom id-drittijiet tal-vot.

 

5.     Il-President għandu jieħu sehem fil-votazzjoni.

 

Emenda 139

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Ir-regoli tal-votazzjoni tal-Bord ta' Tmexxija

 

1.     Id-deċiżjonijiet soġġetti għall-vot jistgħu jikkonċernaw:

 

(a)

il-governanza u l-organizzazzjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk;

 

(b)

l-allokazzjoni ta' baġit taċ-Ċentru ta' Kompetenza u n-Netwerk;

 

(c)

l-azzjonijiet konġunti minn diversi Stati Membri, possibbilment ikkomplementati mill-baġit tal-Unjoni wara deċiżjoni allokata skont il-punt (b).

 

2.     Il-Bord tat-Tmexxija għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu fuq il-bażi ta 'mill-inqas 75 % tal-voti tal-membri kollha. Id-drittijiet tal-vot tal-Unjoni għandhom ikunu rrappreżentati mill-Kummissjoni u għandhom ikunu indiviżibbli.

 

3.     Għal deċiżjonijiet taħt il-punt (a) tal-paragrafu 1, kull Stat Membru għandu jkun rappreżentat u jkollu drittijiet ugwali ta' vot. Għall-bqija tal-voti disponibbli sa 100 %, l-Unjoni għandu jkollha tal-anqas 50 % tad-drittijiet tal-vot li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha.

 

4.     Għal deċiżjonijiet li jaqgħu taħt il-punt (b) jew (c) tal-paragrafu 1, jew kwalunkwe deċiżjoni oħra li ma taqax taħt kwalunkwe kategorija oħra tal-paragrafu 1, l-Unjoni għandha żżomm mill-inqas 50 % tad-drittijiet tal-vot li jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha. L-Istati Membri kontributuri biss għandu jkollhom id-drittijiet tal-vot u dawn għandhom jikkorrispondu għall-kontribuzzjoni finanzjarja tagħha.

 

5.     Jekk il-President ikun ġie elett minn fost ir-rappreżentanti tal-Istati Membri, il-President għandu jieħu sehem fil-votazzjoni bħala rappreżentant tal-Istat Membru tiegħu/ jew tagħha.

Emenda 140

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, wara proċedura tal-għażla miftuħa u trasparenti.

3.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jinħatar mill-Bord ta' Tmexxija minn lista ta' kandidati proposti mill-Kummissjoni, inklużi nominazzjonijiet li għandhom l-għan li jiksbu l-bilanċ bejn is-sessi mill-Istati Membri, wara proċedura tal-għażla miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja .

Emenda 141

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' erba' snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tqis l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri taċ-Ċentru ta' Kompetenza.

5.   Il-mandat tad-Direttur Eżekuttiv għandu jkun ta' ħames snin. Sa tmiem dak il-perjodu, il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni li tqis l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv u l-kompiti u l-isfidi futuri taċ-Ċentru ta' Kompetenza.

Emenda 142

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Il-Bord ta' Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn erba' snin.

6.   Il-Bord ta' Tmexxija, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni li tikkunsidra l-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 5, jista' jestendi l-mandat tad-Direttur Eżekuttiv darba, għal mhux aktar minn ħames snin.

Emenda 143

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija, fuq proposta mill-Kummissjoni.

8.   Id-Direttur Eżekuttiv għandu jitneħħa mill-kariga biss b'deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija, fuq proposta mill-membri tiegħu jew fuq proposta mill-Kummissjoni.

Emenda 144

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

wara konsultazzjoni mal-Bord ta' Tmexxija u l-Kummissjoni, iħejji u jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord ta' Tmexxija abbozz tal-pjan strateġiku pluriennali u abbozz tal-pjan ta' ħidma annwali taċ-Ċentru ta' Kompetenza, inklużi l-ambitu tas-sejħiet għal proposti, sejħiet għal espressjonijiet ta' interess u sejħiet għal tenders meħtieġa sabiex jiġi implimentat il-pjan ta' ħidma u l-istimi ta' nfiq korrispondenti, kif propost mill-Istati Membri u l-Kummissjoni;

(c)

wara konsultazzjoni mal-Bord ta' Tmexxija , il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku, l-ENISA u l-Kummissjoni, iħejji u jissottometti għall-adozzjoni lill-Bord ta' Tmexxija abbozz tal-pjan strateġiku pluriennali u abbozz tal-pjan ta' ħidma annwali taċ-Ċentru ta' Kompetenza, inklużi l-ambitu tas-sejħiet għal proposti, sejħiet għal espressjonijiet ta' interess u sejħiet għal tenders meħtieġa sabiex jiġi implimentat il-pjan ta' ħidma u l-istimi ta' nfiq korrispondenti, kif propost mill-Istati Membri u l-Kummissjoni;

Emenda 145

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

iħejji pjan ta' azzjoni msejjes fuq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet retrospettivi u jirrapporta dwar il-progress kull sentejn lill-Kummissjoni

(h)

iħejji pjan ta' azzjoni msejjes fuq il-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet retrospettivi u jirrapporta dwar il-progress kull sentejn lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew;

Emenda 146

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt l

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l)

japprova l-lista ta' azzjonijiet magħżula għal finanzjament abbażi ta' lista ta' klassifika stabbilita minn panel ta' esperti indipendenti;

(l)

wara li jikkonsulta mal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku u mal-ENISA, japprova l-lista ta' azzjonijiet magħżula għal finanzjament abbażi ta' lista ta' klassifika stabbilita minn panel ta' esperti indipendenti;

Emenda 147

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt s

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(s)

iħejji pjan ta' azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet ta' rapporti ta' awditjar intern jew estern, kif ukoll investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni kif ukoll regolarment lill-Bord ta' Tmexxija;

(s)

iħejji pjan ta' azzjoni bħala segwitu għall-konklużjonijiet ta' rapporti ta' awditjar intern jew estern, kif ukoll investigazzjonijiet mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u jirrapporta dwar il-progress darbtejn fis-sena lill-Kummissjoni u lill-Parlament Ewropew kif ukoll regolarment lill-Bord ta' Tmexxija;

Emenda 148

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2 – punt v

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(v)

jiżgura komunikazzjoni effettiva mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni;

(v)

jiżgura komunikazzjoni effettiva mal-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jirrapporta fuq talba, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ;

Emenda 149

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku ma għandux ikun kompost minn aktar minn 16-il membru. Il-membri għandhom jinħatru mill-Bord ta' Tmexxija minn fost ir-rappreżentanti tal-entitajiet tal-Komunità ta' Kompetenza fiċ-Ċibersigurtà .

1.   Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku ma għandux ikun kompost minn aktar minn 25  membru. Il-membri għandhom jinħatru mill-Bord ta' Tmexxija minn fost ir-rappreżentanti tal-entitajiet tal-Komunità , jew mill-membri individwali tagħha. Huma biss dawk ir-rappreżentanti ta' entitajiet li mhumiex ikkontrollati minn pajjiż terz jew minn entità ta' pajjiż terz ħlief dawk minn pajjiżi taż-ŻEE u tal-EFTA li għandhom ikunu eliġibbli. Il-ħatra għandha ssir skont proċedura miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja. Il-kompożizzjoni tal-Bord għandha timmira li tikseb bilanċ bejn is-sessi, u tinkludi rappreżentanza bbilanċjata tal-gruppi tal-partijiet interessati mill-industrija, mill-komunità akkademika u mis-soċjetà ċivili .

Emenda 150

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-membri tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jkollhom għarfien espert fir-rigward tar-riċerka dwar iċ-ċibersigurtà, l-iżvilupp industrijali, is-servizzi professjonali jew l-implimentazzjoni tagħhom . Ir-rekwiżiti għal għarfien espert bħal dan għandhom ikomplu jiġu speċifikati mill-Bord ta' Tmexxija.

2.   Il-membri tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jkollhom għarfien espert fir-rigward tar-riċerka dwar iċ-ċibersigurtà, l-iżvilupp industrijali, l-għoti, l-implimentazzjoni jew l-użu ta' servizzi jew prodotti professjonali . Ir-rekwiżiti għal għarfien espert bħal dan għandhom ikomplu jiġu speċifikati mill-Bord ta' Tmexxija.

Emenda 151

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-Aġenzija Ewropea ta' Sigurtà tan-Netwerks u tal-Informazzjoni jistgħu jipparteċipaw u jappoġġjaw il-ħidma tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku.

5.   Ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-ENISA għandhom jiġu mistiedna jipparteċipaw u jappoġġjaw il-ħidma tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku. Il-bord jista' jistieden rappreżentanti addizzjonali mill-Komunità f'kapaċità ta' osservatur, konsulent, jew espert kif xieraq, fuq bażi ta' każ b'każ.

Emenda 152

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jiltaqa' tal-anqas darbtejn f'sena.

1.   Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jiltaqa' tal-anqas tliet darbiet f'sena.

Emenda 153

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku jista' jagħti pariri lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma dwar kwistjonijiet rilevanti għall-ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza, fejn ikun neċessarju, taħt il-koordinazzjoni globali ta' membru wieħed jew aktar tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku.

2.   Il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jipprovdi suġġerimenti lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma dwar kwistjonijiet rilevanti għall-ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza, kull meta dawk il-kwistjonijiet jaqgħu fi ħdan il-kompiti u l-oqsma ta' kompetenza deskritti fl-Artikolu 20 u fejn ikun neċessarju, taħt il-koordinazzjoni globali ta' membru wieħed jew aktar tal-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku.

Emenda 154

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Korp Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu jagħti pariri liċ-Ċentru ta' Kompetenza fir-rigward tat-twettiq tal-attivitajiet tiegħu u għandu:

Il-Korp Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku għandu regolarment jagħti pariri liċ-Ċentru ta' Kompetenza fir-rigward tat-twettiq tal-attivitajiet tiegħu u għandu:

Emenda 155

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

jipprovdi lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord ta' Tmexxija pariri strateġiċi u input għall-abbozzar tal-pjan ta' ħidma u tal-pjan strateġiku pluriennali fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti mill-Bord ta' Tmexxija;

(1)

jipprovdi lid-Direttur Eżekuttiv u lill-Bord ta' Tmexxija pariri strateġiċi u input għall-użu taċ-Ċentru ta' Kompetenza, l-orjentazzjoni u l-operazzjonijiet tiegħu f'dak li jirrigwarda l-industrija u r-riċerka, u għall-abbozzar tal-pjan ta' ħidma u tal-pjan strateġiku pluriennali fi ħdan l-iskadenzi stabbiliti mill-Bord ta' Tmexxija;

Emenda 156

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)

jagħti pariri lill-Bord ta' Tmexxija dwar l-istabbiliment ta' gruppi ta' ħidma fir-rigward ta' kwistjonijiet speċifiċi rilevanti għall-ħidma taċ-Ċentru ta' Kompetenza;

Emenda 157

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 1 – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)

jippromwovi u jiġbor il-feedback dwar il-pjan ta' ħidma u l-pjan strateġiku pluriennali taċ-Ċentru ta' Kompetenza.

(3)

jippromwovi u jiġbor il-feedback dwar il-pjan ta' ħidma u l-pjan strateġiku pluriennali taċ-Ċentru ta' Kompetenza u jagħti pariri lill-Bord ta' Tmexxija dwar kif itejjeb l-orjentazzjoni strateġika u l-funzjonament taċ-Ċentru ta' Kompetenza .

Emenda 158

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

EUR 1 981 668 000 mill-programm Ewropa Diġitali, li jinkludu sa EUR 23 746 000 għall-kostijiet amministrattivi;

(a)

EUR 1 780 954 875 fi prezzijiet tal-2018 (EUR 1 998 696 000 fi prezzijiet attwali) mill-programm Ewropa Diġitali, li jinkludu sa EUR 21 385 465 fi prezzijiet tal-2018 ( EUR 23 746 000 fi prezzijiet attwali) għall-kostijiet amministrattivi;

Emenda 159

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

ammont mill-Fond Ewropew għad-Difiża għal azzjonijiet relatati mad-difiża taċ-Ċentru ta' Kompetenza, inkluż għall-kostijiet amministrattivi relatati kollha bħall-kostijiet li ċ-Ċentru ta' Kompetenza jista' jġarrab meta jaġixxi bħala maniġer tal-proġetti għall-azzjonijiet imwettqa bħala parti mill-Fond Ewropew għad-Difiża.

Emenda 160

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokat għal [il-Programm Ewropa Diġitali] u għall-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa, stabbilit bid-Deċiżjoni XXX.

2.   Il-kontribuzzjoni massima tal-Unjoni għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokat għal [il-Programm Ewropa Diġitali], għall-programm speċifiku li jimplimenta Orizzont Ewropa, stabbilit bid-Deċiżjoni XXX , għall-Fond Ewropew għad-Difiża u għal programmi u proġetti oħra li jaqgħu fl-ambitu taċ-Ċentru ta' Kompetenza jew tan-Netwerk .

Emenda 161

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni ma għandhiex tkopri l-kompiti msemmijin fl-Artikolu 4(8)(b)

4.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni mill-Programm Ewropa Diġitali u mill-Programm Orizzont Ewropa ma għandhiex tkopri l-kompiti msemmijin fl-Artikolu 4(8)(b)  Dawn jistgħu jkunu koperti minn kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Fond Ewropew għad-Difiża.

Emenda 162

Proposta għal regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-Kummissjoni tista' tittermina, tnaqqas b'mod proporzjonat jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanazjarja tal-Unjoni liċ-Ċentru ta' Kompetenza jekk l-Istati Membri parteċipanti ma jikkontribwixxux, jikkontribwixxu biss parzjalment jew jikkontribwixxu tard fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1.

4.   Il-Kummissjoni tista' tittermina, tnaqqas b'mod proporzjonat jew tissospendi l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni liċ-Ċentru ta' Kompetenza jekk l-Istati Membri parteċipanti ma jikkontribwixxux, jew jikkontribwixxu biss parzjalment fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1. It-terminazzjoni, it-tnaqqis jew is-sospensjoni tal-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għandha tkun proporzjonata fl-ammont u l-ħin għat-tnaqqis, it-terminazzjoni jew is-sospensjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri.

Emenda 163

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri parteċipanti għall-kostijiet amministrattivi;

(a)

kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri parteċipanti għall-kostijiet amministrattivi;

Emenda 164

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Istati Membri parteċipanti għall-kostijiet operazzjonali;

(b)

kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni u tal-Istati Membri parteċipanti għall-kostijiet operazzjonali;

Emenda 165

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.     Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jikkoopera mill-qrib ma' istituzzjonijiet, aġenziji, u korpi oħra tal-Unjoni sabiex jibbenefika minn sinerġiji u, fejn xieraq, inaqqas il-kostijiet amministrattivi.

Emenda 166

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jieħu miżuri xierqa biex jiżgura li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, b'verifiki effettivi u, jekk jinkixfu xi irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament u, fejn ikun xieraq, b'sanzjonijiet amministrattivi effettivi, proporzjonati u disważivi.

1.   Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jieħu miżuri xierqa biex jiżgura li, meta jiġu implimentati l-azzjonijiet iffinanzjati skont dan ir-Regolament, jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni bl-applikazzjoni ta' miżuri preventivi kontra l-frodi, il-korruzzjoni u kwalunkwe attività illegali oħra, b'verifiki regolari u effettivi u, jekk jinkixfu xi irregolaritajiet, bl-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament u, fejn ikun xieraq, b'sanzjonijiet amministrattivi effettivi, proporzjonati u disważivi.

Emenda 167

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.    Il-persunal taċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jikkonsisti minn persunal temporanju u minn persunal kuntrattwali.

7.    Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jkollu l-għan li jikseb il-bilanċ bejn is-sessi fost il-persunal tiegħu. Il-persunal għandu jikkonsisti minn persunal temporanju u minn persunal kuntrattwali.

Emenda 168

Proposta għal regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

L-Artikoli 22 [Sjieda tar-riżultati], 23 [Kriterji addizzjonali tal-eliġibbiltà] u 30 [Applikazzjoni tar-regoli dwar informazzjoni klassifikata] tar-Regolament (UE) 2019/XXX [Fond Ewropew għad-Difiża] għandhom japplikaw fl-azzjonijiet kollha relatati mad-difiża miċ-Ċentru ta' Kompetenza, meta jkun previst fil-pjan ta' ħidma, u l-għoti ta' liċenzji mhux esklużivi jista' jkun limitat għal partijiet terzi stabbiliti jew li huma meqjusa li huma stabbiliti fl-Istati Membri u kkontrollati mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini tal-Istati Membri.

Emenda 169

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu b'livell għoli ta' trasparenza.

1.   Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jwettaq l-attivitajiet tiegħu bl-ogħla livell ta' trasparenza.

Emenda 170

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jiżgura li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw informazzjoni xierqa, oġġettiva, affidabbli u aċċessibbli faċilment, b'mod partikolari fir-rigward tar-riżultati tax-xogħol tiegħu . Hu għandu jqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-dikjarazzjonijiet ta' interessi magħmula f'konformità mal-Artikolu  41 .

2.   Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jiżgura li l-pubbliku u kwalunkwe parti interessata jingħataw informazzjoni komprensiva, xierqa, oġġettiva, affidabbli u aċċessibbli faċilment fi żmien xieraq , b'mod partikolari fir-rigward tar-riżultati tax-xogħol taċ-Ċentru ta' Kompetenza, in-Netwerk, il-Bord Konsultattiv Industrijali u Xjentifiku u l-Komunità . Hu għandu jqiegħed ukoll għad-dispożizzjoni tal-pubbliku d-dikjarazzjonijiet ta' interessi magħmula f'konformità mal-Artikolu  42 .

Emenda 171

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi valutazzjoni tar-riżultati miksuba miċ-Ċentru ta' Kompetenza b'kunsiderazzjoni tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti tiegħu. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza tkun ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilu, hija tista' tipproponi li jiġi estiż il-perjodu ta' żmien tal-mandat taċ-Ċentru ta' Kompetenza kif stipulat fl-Artikolu 46.

3.   L-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tinkludi valutazzjoni tar-riżultati miksuba miċ-Ċentru ta' Kompetenza b'kunsiderazzjoni tal-għanijiet, il-mandat u l-kompiti , l-effettività u l-effiċjenza tiegħu. Jekk il-Kummissjoni tqis li l-kontinwazzjoni taċ-Ċentru ta' Kompetenza tkun ġustifikata fir-rigward tal-għanijiet, tal-mandat u tal-kompiti assenjati lilu, hija tista' tipproponi li jiġi estiż il-perjodu ta' żmien tal-mandat taċ-Ċentru ta' Kompetenza kif stipulat fl-Artikolu 46.

Emenda 172

Proposta għal regolament

Artikolu 38a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 38a

Il-Personalità Ġuridika taċ-Ċentru ta' Kompetenza

1.     Iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jkollu personalità ġuridika.

2.     F'kull Stat Membru, iċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jgawdi mill-aktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lil persuni ġuridiċi skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru. Huwa jista', b'mod partikolari, jakkwista proprjetà mobbli u immobbli u jista' jkun parti fi proċedimenti legali.

Emenda 173

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jadotta regoli għall-prevenzjoni u  l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri, il-korpi u l-persunal tiegħu . Dawk ir-regoli għandhom jinkludu dispożizzjonijiet sabiex jiġi evitat kunflitt ta' interess fir-rigward tar-rappreżentanti tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija kif ukoll tal-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Industrijali f'konformità mar-Regolament XXX [Regolament Finanzjarju ġdid] .

Il-Bord tat-Tmexxija taċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jadotta regoli għall-prevenzjoni , l-identifikazzjoni r-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tal-membri, il-korpi u l-persunal tiegħu , li jinkludu lid-Direttur Eżekuttiv, lill-Bord ta' Tmexxija kif ukoll lill-Bord Konsultattiv Xjentifiku u Industrijali , u lill-Komunità .

Emenda 174

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-prevenzjoni, l-identifikazzjoni, u r-riżoluzzjoni tal-kunflitti ta' interess fi-rigward taċ-Ċentri Nazzjonali ta' Koordinazzjoni.

Emenda 175

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-regoli msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkonformaw mar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046.

Emenda 176

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Appoġġ mingħand l-Istat Membru ospitanti

Sede u appoġġ mingħand l-Istat Membru ospitanti

Emenda 177

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu - 1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Is-sede taċ-Ċentru ta' Kompetenza għandu jiġi determinat fi proċedura demokratikament responsabbli, li tuża kriterji trasparenti u f'konformità mal-liġi tal-Unjoni.

Emenda 178

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu - 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istat Membru ospitanti għandu jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli sabiex jiġi żgurat il-funzjonament xieraq taċ-Ċentru ta' Kompetenza, inklużi post wieħed, l-aċċessibbiltà tal-post, u aktar kundizzjonijiet bħall-aċċessibbiltà għal edukazzjoni xierqa għat-tfal tal-membri tal-persunal, aċċess xieraq għas-suq tax-xogħol, sigurtà soċjali u kura medika kemm għat-tfal kif ukoll għas-sħab.

Emenda 179

Proposta għal regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Jista' jiġi konkluż ftehim amministrattiv bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-Istat Membru [il-Belġju] fejn tinsab is-sede dwar il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li dak l-Istat Membru għandu jagħti liċ-Ċentru ta' Kompetenza.

Għandu jiġi konkluż ftehim amministrattiv bejn iċ-Ċentru ta' Kompetenza u l-Istat Membru ospitanti fejn tinsab is-sede dwar il-privileġġi u l-immunitajiet u appoġġ ieħor li dak l-Istat Membru għandu jagħti liċ-Ċentru ta' Kompetenza.

Emenda 180

Proposta għal regolament

Artikolu 45a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 45a

 

Eżerċizzju tad-delega

 

1.     Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2.     Is-setgħa li tadotta atti delegati msemmija fl-Artikolu 6(5a) u l-Artikolu 8(4b) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn … [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

 

3.     Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikoliu6(5a) u l-Artikolu 8(4b) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Id-deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Hi ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att delegat diġà fis-seħħ.

 

4.     Qabel ma tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta mal-esperti maħtura minn kull Stat Membru f'konformità mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

 

5.     Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

6.     Att delegat adottat skont l-Artikolu 6(5a) u l-Artikolu 8(4b) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu għarrfu lill-Kummissjoni li huma ma jkunux se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.


(1)  Il-każ ġie mgħoddi lura għan-negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu (A8-0084/2019).

(1a)   Ir-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, it-trasferimenti, is-senserija, l-assistenza teknika u t-tranżitu ta' oġġetti b'użu doppju (ĠU L …, …, p. …).

(23)  Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

(23)  Id-Direttiva (UE) 2016/1148 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Lulju 2016 dwar miżuri għal livell għoli komuni ta' sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni madwar l-Unjoni (ĠU L 194, 19.7.2016, p. 1).

(1a)   Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’… dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni u r-revoka tar-Regolament (UE) Nru 526/2013(l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L ..) (2017/0225(COD)).

(1a)   Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’… dwar l-ENISA (l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà) u dwar iċ-Ċertifikazzjoni taċ-Ċibersigurtà tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni u r-revoka tar-Regolament (UE) Nru 526/2013(l-Att dwar iċ-Ċibersigurtà) (ĠU L ..) (2017/0225(COD)).

(24)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(24)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).

(1a)   ĠU L 123, 12.5.2016, p. 1.

(1a)   Ir-Regolament (UE) Nru 2019/XXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' … li jistabbilixxi l-programm Ewropa Diġitali għall-perjodu 2021-2027 (ĠU L…) (2018/0227(COD)).

(26)  [żid it-titlu sħiħ u r-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali]

(27)  [żid it-titlu sħiħ u r-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali]

(26)  [żid it-titlu sħiħ u r-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali]

(27)  [żid it-titlu sħiħ u r-referenza għall-Ġurnal Uffiċjali]


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/570


P8_TA(2019)0190

Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0567 – C8-0384/2018 – 2018/0298(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/74)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0567),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0384/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1),

wara li kkonsulta mal-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-25 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, 27skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0004/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari minn hawn ‘l quddiem;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 298.


P8_TC1-COD(2018)0298

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 391/2009 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/492.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/571


P8_TA(2019)0191

Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni (COM(2018)0568 – C8-0385/2018 – 2018/0299(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/75)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0568),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 172 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0385/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Ottubru 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Ottubru 2018 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-20 ta' Frar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċeduri tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0009/2019),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 62, 15.2.2019, p. 301

(2)  ĠU C 461, 21.12.2018, p. 173.


P8_TC1-COD(2018)0299

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1316/2013 fir-rigward tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/495.)


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/572


P8_TA(2019)0192

Faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta' skart minn bastimenti ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-iskart għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE u li temenda d-Direttiva 2009/16/KE u d-Direttiva 2010/65/UE (COM(2018)0033 – C8-0014/2018 – 2018/0012(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/76)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0033),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0014/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-23 ta' Mejju 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-10 ta’ Ottubru 2018 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta’ Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0326/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 283, 10.8.2018, p. 61.

(2)  ĠU C 461, 21.12.2018, p. 220.


P8_TC1-COD(2018)0012

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-faċilitajiet tal-akkoljenza fil-portijiet għall-konsenja ta' skart minn bastimenti, li temenda d-Direttiva 2010/65/UE u li tħassar id-Direttiva 2000/59/KE

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2019/883).


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/573


P8_TA(2019)0193

Estensjoni tal-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jittawwal il-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (COM(2018)0085 – C8-0097/2018 – 2018/0040(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/77)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0085),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 33 u 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0097/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tal-14 ta' Frar 2019 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0342/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Japprova d-dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament u mill-Kunsill annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali;

3.

Jieħu nota tad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni, li se tiġi ppubblikata fis-serje L tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea flimkien mal-att leġiżlattiv finali;

4.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

5.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

P8_TC1-COD(2018)0040

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb ta' l-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019 / … tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 952/2013 biex jittawwal il-perjodu taż-żmien tal-użu tranżizzjonali ta' mezzi oħrajn minbarra t-tekniki tal-ipproċessar elettroniku tad-dejta previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/632.)


ANNESS TAR-RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA

Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jilqgħu r-Rapport Speċjali Nru 26/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bit-titolu “Serje ta' dewmien fis-sistemi tal-IT tad-Dwana: x'mar ħażin?” u rapporti riċenti rilevanti oħra fil-qasam tad-dwana, li taw lill-koleġislaturi ħarsa ġenerali aħjar tal-kawżi għad-dewmien fl-implimentazzjoni tas-sistemi tal-IT meħtieġa għat-titjib tal-operazzjonijiet doganali fl-UE.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iqisu li kwalunkwe awditu futur mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri li jivvaluta r-rapporti mħejjija mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 278a tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni jista' jikkontribwixxi b'mod pożittiv biex jiġi evitat aktar dewmien.

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jitolbu lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex iqisu bis-sħiħ dawn l-awditi

Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni

Il-Kummissjoni tilqa’ l-ftehim tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-proposta li tittawwal l-iskadenza għall-użu tranżizzjonali ta’ mezzi oħra għajr it-tekniki ta’ pproċessar ta’ data elettronika previsti fil-Kodiċi Doganali tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni tirrikonoxxi d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tinnota li kwalunkwe ħidma futura mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri li tivvaluta r-rapporti mħejjija mill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 278a tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni tista’ tikkontribwixxi b’mod pożittiv biex jiġi evitat aktar dewmien.

Jekk il-Qorti tal-Awdituri tiddeċiedi li tivvaluta r-rapporti tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 287(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, se tikkollabora b’mod sħiħ mal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u tieħu kont sħiħ ta’ dawn is-sejbiet.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/575


P8_TA(2019)0194

Il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta’ mezzi ta’ pagament mhux bi flus kontanti ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/JHA (COM(2017)0489 – C8-0311/2017 – 2017/0226(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/78)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0489),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0311/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-kontributi ppreżentati mill-Kamra tad-Deputati Ċeka, mis-Senat Ċek u mill-Parlament Spanjol dwar l-abbozz tal-att leġiżlattiv,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta’ Jannar 2018 (1),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tad-19 ta’ Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament fit-tieni qari, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0276/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 197, 8.6.2018, p. 24.


P8_TC1-COD(2017)0226

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-13 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tad-Direttiva (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi u l-falsifikazzjoni ta' mezzi ta' pagament mhux bi flus kontanti u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2001/413/ĠAI

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Direttiva (UE) 2019/713).


Il-Ħamis 14 ta’ Marzu 2019

21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/576


P8_TA(2019)0206

Il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri u dwar sekwestru internazzjonali ta' minuri *

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar l-abbozz ta’ regolament tal-Kunsill dwar il-ġurisdizzjoni, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta' deċiżjonijiet fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbiltà tal-ġenituri u dwar sekwestru internazzjonali ta' minuri (riformulazzjoni) (15401/2018 – C8-0023/2019 – 2016/0190(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni mill-ġdid)

(2021/C 23/79)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (15401/2018),

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2016)0411),

wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu tat-18 ta' Jannar 2018 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 81(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0023/2019),

wara li kkunsidra l-Artikoli 78c u 78e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0056/2019),

1.

Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.

Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.

Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-abbozz tiegħu mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  Testi adottati, P8_TA(2018)0017.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/577


P8_TA(2019)0208

Kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-emendar tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi (COM(2018)0134 – C8-0117/2018 – 2018/0060(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/80)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0134),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0117/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tat-12 ta' Lulju 2018 (1),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-11 ta' Lulju 2018 (2),

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tas-7 ta' Jannar 2019, li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0440/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 79, 4.3.2019, p. 1.

(2)  ĠU C 367, 10.10.2018, p. 43.


P8_TC1-COD(2018)0060

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward tal-kopertura minima għat-telf għal skoperturi improduttivi

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/630).


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/578


P8_TA(2019)0209

Is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru ***I

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004 (COM(2017)0289 – C8-0183/2017 – 2017/0116(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2021/C 23/81)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2017)0289),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 100(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0183/2017),

wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-17 ta' Jannar 2018 (1),

wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

wara li kkunsidra l-ftehim proviżorju approvat mill-kumitat responsabbli fis-sens tal-Artikolu 69f(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu u l-impenn meħud mir-rappreżentant tal-Kunsill, permezz tal-ittra tat-12 ta’ Diċembru 2018 li japprova l-pożizzjoni tal-Parlament, skont l-Artikolu 294(4) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0125/2018),

1.

Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.

Jistieden lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

(1)  ĠU C 197, 8.6.2018, p. 58.


P8_TC1-COD(2017)0116

Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-14 ta' Marzu 2019 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament (UE) 2019/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-salvagwardja tal-kompetizzjoni fit-trasport bl-ajru, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 868/2004

(Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament taqbel mal-att leġiżlattiv finali, Regolament (UE) 2019/712).


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/579


P8_TA(2019)0210

Linji gwida għall-Baġit 2020 – Taqsima III

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2019 dwar il-linji gwida ġenerali għat-tħejjija tal-baġit 2020, Taqsima III – Kummissjoni (2019/2001(BUD))

(2021/C 23/82)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1) (minn issa 'l quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”),

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2) (minn issa 'l quddiem “ir-Regolament dwar il-QFP”),

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3),

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019 (5) u d-dikjarazzjonijiet komuni maqbula bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni li huma annessi miegħu,

wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni 70/1 tal-Assemblea Ġenerali tan-NU tal-25 ta' Settembru 2015, bit-titolu “Nittrasformaw id-dinja tagħna: l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli”, li daħlet fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2016, u d-dokument ta' riflessjoni bit-titolu “Lejn Ewropa Sostenibbli sal-2030” li ġie ppreżentat reċentement mill-Kummissjoni,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-12 ta’ Frar 2019 dwar il-linji gwida baġitarji għall-2020 (06323/2019),

wara li kkunsidra l-Artikolu 86a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0172/2019),

A.

billi n-negozjati dwar il-baġit tal-Unjoni għall-2020 se jsiru b'mod parallel man-negozjati dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) li jmiss u r-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji tal-UE; billi s-sena 2019 se tkun is-seba' sena tal-QFP 2014-2020;

B.

billi, tul dawn l-aħħar snin, il-Kunsill ripetutament ikkontradixxa lilu nnifsu, billi ppreżenta prijoritajiet politiċi ġodda għall-UE iżda fl-istess ħin wera li ma kienx lest jipprevedi approprjazzjonijiet ġodda biex jiffinanzjahom; billi l-prijoritajiet politiċi ġodda u l-isfidi futuri għall-UE għandhom jiġu ffinanzjati permezz ta' approprjazzjonijiet ġodda, u mhux billi jitnaqqas l-ammont tal-approprjazzjonijiet għall-programmi eżistenti;

C.

billi lejn tmiem il-perjodu attwali ta' programmazzjoni finanzjarja, l-implimentazzjoni tal-programmi pluriennali se tirrikjedi riżorsi finanzjarji xierqa u għalhekk se tantiċipa l-pagamenti meħtieġa fl-2020 sabiex tiġi evitata kriżi oħra tal-pagamenti fl-ewwel snin tal-QFP 2021-2027;

Baġit 2020: pont għall-Ewropa futura – Ninvestu fl-innovazzjoni, fl-iżvilupp sostenibbli u fil-protezzjoni u s-sigurtà taċ-ċittadini

1.

Jissottolinja li l-baġit tal-Unjoni għall-2020 huwa pont għall-QFP għall-perjodu 2021-2027 u għandu jikkontribwixxi għall-ħolqien ta' viżjoni komuni u fit-tul dwar il-prijoritajiet politiċi futuri tal-Unjoni u jipprovdi l-ogħla valur miżjud Ewropew; jistenna li, fil-mument tal-adozzjoni tal-baġit 2020, jkun involut f'negozjati komprensivi dwar il-QFP mal-Kunsill, wara ftehim politiku fil-Kunsill Ewropew; jemmen li baġit 2020 b'saħħtu, responsabbli u li jħares 'il quddiem se jiffaċilita l-ftehim u t-tranżizzjoni lejn il-QFP li jmiss; għandu l-ħsieb għalhekk li jagħmel użu sħiħ mill-flessibbiltà eżistenti u minn dispożizzjonijiet oħra stabbiliti fir-Regolament dwar il-QFP u r-Regolament Finanzjarju, sabiex jissaħħu l-programmi ewlenin tal-UE fil-baġit 2020, filwaqt li jitqies kif xieraq l-approċċ baġitarju bbażat fuq il-prestazzjoni fil-baġit tal-UE;

2.

Jitlob li jkun hemm programmi agrikoli speċifiċi biex jippromwovu, min-naħa waħda, il-ktajjen tal-provvista qosra, il-prezzijiet ġusti għall-produtturi, qligħ stabbli u aċċettabbli għall-bdiewa u, min-naħa l-oħra, it-tqassim mill-ġdid ġust tal-pagamenti bejn il-pajjiżi, it-tipi ta' produzzjoni u produtturi, jiġu eliminati d-differenzi attwali u jibbenefikaw l-Istati Membri bl-akbar nuqqasijiet fil-produzzjoni, kif ukoll il-produtturi żgħar u ta' daqs medju;

3.

Iqis, għalhekk, li l-baġit tal-UE għas-sena d-dieħla għandu jiddefinixxi prijoritajiet politiċi ċari u jippermetti lill-Unjoni toħloq tkabbir ekonomiku u impjiegi sostenibbli u inklużivi, tkompli tinvesti fil-kapaċitajiet ta' innovazzjoni u riċerka għal soluzzjonijiet futuri, tagħti spinta lill-kompetittività, tiżgura Ewropa sikura, sigura u paċifika, issaħħaħ il-kundizzjonijiet ta' xogħol u ta' għajxien għaċ-ċittadini, issaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali, tqawwi lill-Unjoni fil-ġlieda tagħha kontra l-isfidi ambjentali u t-tibdil fil-klima bil-għan li jintlaħqu l-obbligi tagħha skont il-Ftehim ta' Pariġi, tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni sħiħa tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli tan-NU, u twettaq il-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali;

4.

Jirrimarka li, peress li l-2020 hija l-aħħar sena tal-QFP attwali, l-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE, u b'mod partikolari dawk taħt ġestjoni kondiviża fil-politika ta' koeżjoni, fil-politika agrikola komuni u fil-politika komuni tas-sajd, jeħtieġ li tiġi aċċellerata sabiex tikkumpensa għal dewmien preċedenti u tilħaq il-fażi ta' għeluq; jistenna li din tiġi riflessa f'żieda sostanzjali fit-talbiet għal pagament u jantiċipa, għalhekk, qabża 'l fuq fil-livell annwali ta' approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2020; jenfasizza l-impenn tal-Parlament li jiżgura l-pagamenti meħtieġa fl-2020 u li jipprevjeni kriżi oħra tal-pagamenti fl-ewwel snin tal-QFP 2021-2027, kif seħħ matul il-perjodu kurrenti attwali; jissottolinja l-ħtieġa li jitjiebu kontinwament il-mekkaniżmi ta' kontroll u ta' korrezzjoni, sabiex tiġi żgurata implimentazzjoni xierqa u rapida tal-programmi tal-UE;

5.

Jirrimarka l-importanza ta' aġenziji deċentralizzati li jiżguraw l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet leġiżlattivi tal-UE u b'hekk jintlaħqu l-objettivi ta' politika tal-UE, bħal dawk relatati mal-kompetittività, it-tkabbir sostenibbli, l-impjiegi u l-ġestjoni tal-flussi attwali tal-migrazzjoni u tar-rifuġjati; jistenna li n-negozjati dwar il-baġit 2020 jwasslu għal finanzjament operattiv u amministrattiv xieraq tal-aġenziji tal-UE, filwaqt li jippermettilhom iwettqu l-kompiti dejjem akbar tagħhom u jagħtu l-aħjar riżultati possibbli; itenni l-pożizzjoni tiegħu li l-2018 kienet l-aħħar sena tal-implimentazzjoni tat-tnaqqis tal-persunal b'5 % u tal-hekk imsejħa “riżerva ta' riallokazzjoni”; jistenna li l-Kummissjoni u l-Kunsill jżommu lura milli jagħmlu aktar tnaqqis fir-riżorsi tal-aġenziji fil-baġit 2020;

Innovazzjoni u riċerka għal soluzzjonijiet futuri: appoġġ għal tkabbir ekonomiku sostenibbli u inklużiv sabiex tiġi antiċipata l-bidla u tingħata spinta lill-kompetittività

6.

Jissottolinja l-importanza tal-pretensjoni tal-Ewropa li hija l-mexxejja f'teknoloġiji ewlenin f'oqsma bħall-ispazju, il-kura tas-saħħa, l-ambjent, l-agrikoltura, is-sikurezza u t-trasport; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat li l-attivitajiet ta' riċerka u innovazzjoni jkomplu jipprovdu soluzzjonijiet għall-ħtiġijiet, l-isfidi u l-kompetittività tal-Ewropa, u jfakkar, f'dan il-kuntest, ir-rwol importanti tar-riċerka fundamentali; jenfasizza li t-tranżizzjoni minn Orizzont 2020 għal Orizzont Ewropa għandha tkun mingħajr intoppi bil-għan li tiġi żgurata l-istabbiltà għan-negozji, il-faċilitajiet ta' riċerka u l-akkademiċi; jinsab allarmat min-nuqqas sustanzjali ta' finanzjament għal Orizzont 2020 matul il-perjodu kollu, li jirriżulta f'rata ta' suċċess baxxa għal applikazzjonijiet eċċellenti; biħsiebu, għalhekk, jiżgura l-akbar allokazzjoni annwali possibbli għal Orizzont 2020 fil-baġit tas-sena d-dieħla, billi jagħmel użu sħiħ mid-dispożizzjonijiet ta' flessibbiltà eżistenti tar-Regolament QFP u r-Regolament Finanzjarju; jenfasizza madankollu, l-importanza tal-approfondiment tas-sinerġiji mal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej;

7.

Jenfasizza l-potenzjal għat-tkabbir ekonomiku li jirriżulta mit-trasformazzjoni teknoloġika tal-Ewropa u jitlob li l-baġit tal-UE jwettaq il-kontribut xieraq fl-appoġġ għad-diġitalizzazzjoni tal-industrija Ewropea u fil-promozzjoni tal-ħiliet u tal-intraprenditorija diġitali; jissottolinja l-importanza li jsir investiment addizzjonali f'kapaċitajiet diġitali, inkluż il-computing ta' prestazzjoni għolja tal-UE, l-intelliġenza artifiċjali u ċ-ċibersigurtà; jenfasizza li l-Programm Ewropa Diġitali huwa mistenni li jiżgura allokazzjoni ferm ogħla fil-QFP 2021-2027 u, għalhekk, biħsiebu jżid il-finanzjament f'dan il-qasam fil-baġit tas-sena d-dieħla;

8.

Jenfasizza s-suċċess tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) fl-iskattar ta' investimenti addizzjonali fl-UE bil-għan li tintlaħaq mira ta' investiment ta' mill-inqas EUR 500 biljun sal-2020, wara l-estensjoni tad-durata tagħha; jirrimarka, madankollu, ir-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bil-għan li titjieb aktar l-implimentazzjoni tiegħu fir-rigward tal-addizzjonalità tal-proġetti magħżula; ifakkar li l-fond ta' garanzija tal-FEIS kien iffinanzjat parzjalment permezz ta' riallokazzjonijiet minn Orizzont 2020 u mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u jikkonferma mill-ġdid il-pożizzjoni tiegħu li ilha stabbilita li inizjattivi ġodda għandhom ikunu ffinanzjati kompletament b'finanzjament ġdid;

9.

Jinsab konvint bis-sħiħ li t-titjib tal-ġustizzja u l-għoti ta' opportunitajiet indaqs fi ħdan l-ekonomija soċjali tas-suq Ewropea huma prerekwiżiti għall-iżvilupp sostenibbli tal-Unjoni; biħsiebu jiżgura finanzjament suffiċjenti għall-programmi bħall-COSME u t-Teknoloġiji Futuri u Emerġenti (FET) li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għas-suċċess ta' negozji ġodda u intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), li huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u l-ixpruni ewlenin tat-tkabbir ekonomiku, il-ħolqien tal-impjiegi, l-innovazzjoni u l-integrazzjoni soċjali; jissottolinja l-livell għoli ta' implimentazzjoni ta' dawn il-programmi, u jirrimarka dwar il-kapaċità tagħhom li jassorbu saħansitra aktar minn hekk;

Sikurezza, sigurtà u paċi għaċ-ċittadini Ewropej

10.

Iqis li l-protezzjoni tal-fruntieri esterni tal-UE u tas-sigurtà interna bl-appoġġ ta' Gwardja Ewropea tal-Fruntiera u tal-Kosta msaħħa, u l-Europol, Unjoni Ewropea mingħajr fruntieri interni u l-funzjonament tajjeb taż-żona Schengen u l-libertà ta' moviment fi ħdan l-UE, huma marbutin inseparabbilment u huma ta' benefiċċju reċiproku; jenfasizza fl-istess ħin l-importanza ta' investimenti sodi tal-UE fil-qasam tas-sigurtà interna, bil-għan li, fost affarijiet oħra, jissaħħu l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni u r-rispons ġudizzarju għat-theddid kriminali transkonfinali u għall-promozzjoni ta' skambju ta' informazzjoni, bl-appoġġ imsaħħaħ għall-Eurojust u għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew; iqis li huwa obbligu li jiġu żgurati finanzjament, persunal u taħriġ adegwati għall-persunal tal-aġenziji kollha li joperaw fil-qasam tas-sigurtà, il-ġustizzja u l-kontroll tal-fruntiera huwa insuffiċjenti fid-dawl taż-żieda konsiderevoli fir-responsabbiltajiet tagħhom, l-importanza tal-kooperazzjoni bejniethom, il-ħtieġa u għal innovazzjonijiet u l-adattament teknoloġiċi u r-rwol vitali tagħhom fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni fost l-Istati Membri;

11.

Jenfasizza fl-istess ħin, ir-responsabbiltà umanitarja tal-UE fil-politika ta' migrazzjoni u jirrikonoxxi r-rwol ewlieni tal-Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil u tal-Aġenzija għad-Drittijiet Fundamentali biex jiġu żviluppati u implimentati prattiki komuni tal-asil fl-Istati Membri; iqis li huwa obbligu li jiġu żgurati finanzjament, persunal u taħriġ tal-persunal adegwati għall-aġenziji kollha li joperaw fil-qasam tal-migrazzjoni, l-asil u d-drittijiet tal-bniedem, b'riżorsi finanzjarji u umani adegwati biex iwettqu r-rwol tagħhom kif xieraq;

12.

Jilqa' bi pjaċir l-impenn tal-Istati Membri għal aġenda tad-difiża mġedda tal-UE u r-rieda tagħhom għal aktar kooperazzjoni dwar id-difiża Ewropea; jenfasizza l-importanza tal-varar tal-Programm Ewropew għall-Iżvilupp fl-Industrija tad-Difiża (EDIDP), bħala l-ewwel fażi tal-Fond Ewropew għad-Difiża; jitlob żieda ulterjuri fil-baġit tad-difiża tal-Unjoni, li għandu jiġi ffinanzjat b'mod esklussiv minn approprjazzjonijiet ġodda, sabiex jittejbu l-kompetittività u l-innovazzjoni tal-industrija tad-difiża Ewropea;

13.

Jappoġġja bis-sħiħ it-tisħiħ tal-isforzi tal-UE li tindirizza t-theddid dejjem akbar għas-sigurtà bħar-radikalizzazzjoni u l-estremiżmu vjolenti fl-Ewropa u fil-pajjiżi tal-viċinat kif ukoll koordinazzjoni aħjar ta' tali programmi fil-livell tal-UE;

14.

Jenfasizza li ċ-ċibersigurtà hija kruċjali għall-prosperità u s-sigurtà tal-Unjoni, kif ukoll għall-privatezza taċ-ċittadini tagħha, li l-attakki ċibernetiċi, il-kriminalità ċibernetika u l-manipulazzjoni qed jheddu s-soċjetajiet miftuħa, u li l-ispjunaġġ ekonomiku qed ixekkel il-funzjonament tas-suq uniku diġitali u qed jipperikola l-kompetittività tal-intrapriżi Ewropej; jitlob riżorsi finanzjarji adegwati biex l-aġenziji rilevanti kollha jiġu mgħammra b'fondi adegwati biex ikopru l-kompiti operattivi u amministrattivi tagħhom ħalli jgħinu jiżguraw sistemi ta' netwerks u ta' informazzjoni, jibnu reżiljenza ċibernetika b'saħħitha, u jiġġieldu ċ-ċiberkriminalità; jappoġġja, f'dan il-kuntest, il-kooperazzjoni strateġika bejn l-Aġenzija tal-UE dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u l-Europol;

15.

Ifakkar li l-paċi u l-istabbiltà huma valuri fundamentali li huma appoġġjati mill-baġit tal-Unjoni Ewropea u jenfasizza, f'dan ir-rigward, il-kontribut sinifikanti li l-Unjoni għamlet għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni fil-gżira tal-Irlanda, b'mod partikolari permezz tal-appoġġ muri għall-ftehim tal-Ġimgħa l-Kbira u l-finanzjament għall-programmi PEACE u INTERREG; jissottolinja l-importanza li jinżamm il-finanzjament għal dawn il-programmi wara l-Brexit;

16.

Jemmen, b'referenza għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar l-użu ta' data tal-utenti ta' Facebook minn Cambridge Analytica u l-impatt fuq il-protezzjoni tad-data (6), li l-ġlieda kontra d-diżinformazzjoni, b'mod partikolari it-traċċar u l-iżvelar ta' diżinformazzjoni u kwalunkwe tip ieħor ta' interferenza barranija hija prijorità biex jiġu żgurati elezzjonijiet ġusti u demokratiċi, b'mod partikolari fis-sena tal-elezzjonijiet Ewropej; jitlob riżorsi finanzjarji addizzjonali biex jittejjeb l-użu sistematiku ta' għodod ta' komunikazzjoni strateġiċi li jippermettu rispons koordinat b'saħħtu tal-UE; jappoġġja l-linji gwida li stabbiliet il-Kummissjoni dwar kif għandhom jintużaw ir-regoli eżistenti tal-UE biex jiġi indirizzat l-użu tad-data personali bil-għan li ċ-ċittadini jkunu fil-mira fuq il-midja soċjali matul il-perjodi tal-elezzjoni u tiġi ggarantita l-ġustizzja tal-proċess elettorali;

17.

Jinsab imħasseb li mhux biżżejjed ċittadini Ewropej għandhom l-impressjoni li l-Unjoni Ewropea taħdem għalihom u tipprovdilhom benefiċċji sostanzjali; jitlob għalhekk riżorsi finanzjarji addizzjonali għall-Kummissjoni biex tinvesti f'għodod, bħall-inizjattivi riċenti tal-Parlament “X'qed tagħmel għalija l-Ewropa” u l-“Applikazzjoni taċ-Ċittadini” biex iċ-ċittadini jiġu infurmati dwar il-ħidma tal-Unjoni u jenfasizza l-isforzi mwettqa għall-promozzjoni tal-paċi, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-libertà tal-espressjoni; iqis li tali għodod għandhom jinxterdu aħjar fil-livell nazzjonali;

18.

Jirrimarka li l-politika agrikola komuni u l-politika komuni tas-sajd huma l-pedamenti tal-integrazzjoni Ewropea, li għandhom l-għan li jiżguraw provvista tal-ikel sikura u ta' kwalità għolja għaċ-ċittadini Ewropej, il-funzjonament xieraq tas-suq uniku agrikolu, is-sostenibbiltà tar-reġjuni rurali għal bosta snin u l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi naturali; ifakkar li dawn il-politiki jikkontribwixxu għall-vijabbiltà u għall-istabbiltà tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja lill-produtturi madwar l-Ewropa biex ikunu jistgħu jilqgħu għall-volatilità mhux mistennija tas-suq u jiżguraw provvisti tal-ikel sikuri u ta' kwalità għolja; jitlob li tingħata attenzjoni partikolari lill-agrikoltura fuq skala żgħira u lis-sajd fuq skala żgħira;

Tisħiħ tas-solidarjetà u fehim reċiproku

19.

Jitlob riżorsi finanzjarji addizzjonali biex tiġi ssodisfata d-domanda futura għal Erasmus+, il-programm primarju għall-edukazzjoni u t-taħriġ, inkluża l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport fl-Ewropa, filwaqt li titqies ukoll id-dimensjoni esterna tiegħu; jissottolinja li hemm bżonn ta' riżorsi adegwati biex jiġi “demokratizzat” il-programm, billi l-finanzjament tiegħu jkun aċċessibbli għal kulħadd u li jaħdem lejn il-Qafas Ewropew għal Apprendistati ta' Kwalità u Effettivi bħala mezz biex jiġi miġġieled il-qgħad fost iż-żgħażagħ; ifakkar li l-Parlament talab li l-pakkett finanzjarju għal dan il-programm jiġi triplikat fil-QFP li jmiss; jitlob li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-edukazzjoni, l-apprendistati, il-kultura u r-riċerka;

20.

Ifakkar li, fi żmien meta qed jitqajmu dubji dwar il-proġett Ewropew, huwa essenzjali li jiġi mġedded impenn b'saħħtu għall-Ewropa permezz tal-kultura, l-għarfien, il-ħolqien u l-innovazzjoni; jemmen għalhekk li l-programmi Ewropa Kreattiva u MEDIA għandhom jiġu appoġġjati fil-livell xieraq;

21.

Jenfasizza li l-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ tirrikjedi sforzi finanzjarji addizzjonali sostanzjali biex jinħolqu opportunitajiet għall-edukazzjoni, it-taħriġ u l-impjiegi; jissottolinja, f'dan ir-rigward, l-impatt pożittiv tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ, li kienet appoġġjat madwar 1,7 miljun żagħżugħ u żagħżugħa sa tmiem l-2017; jilqa' bi pjaċir il-fatt li, fuq talba qawwija tal-Parlament, ir-riżultat tan-negozjati dwar il-baġit 2019 kien li l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ tinġieb għal ammont totali ta' EUR 350 miljun fl-2019; jistenna li l-abbozz tal-baġit 2020 jixhed ambizzjoni akbar għal dan il-programm biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel lejn il-programm tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) fil-QFP li jmiss; jissottolinja l-ħtieġa li tiġi aċċellerata l-implimentazzjoni ta' dan il-programm u li tittejjeb aktar l-effiċjenza tiegħu, bil-għan li jiġi żgurat li jġib aktar valur miżjud Ewropew għall-politiki nazzjonali dwar l-impjiegi;

22.

Jemmen li l-koeżjoni soċjali fl-Ewropa trid tikkontribwixxi għal soluzzjonijiet sostenibbli fil-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni u ħalli jkun hemm inklużjoni aħjar tal-persuni b'diżabbiltà, u għat-tibdil demografiku strutturali fit-tul; jenfasizza l-ħtieġa għal riżorsi finanzjarji għall-programmi rilevanti tal-UE li jgħinu biex il-popolazzjonijiet li qed jixjieħu fl-Ewropa jingħataw appoġġ adegwat f'termini ta' aċċess għall-mobbiltà, il-kura tas-saħħa u s-servizzi pubbliċi;

23.

Ifakkar fil-ħtieġa għas-solidarjetà u l-kondiviżjoni tar-responsabbiltà bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-migrazzjoni u l-asil u jistieden lill-Istati Membri jagħmlu użu tajjeb mill-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) permezz ta' programmi nazzjonali; jitlob ibbaġitjar xieraq għal dan il-fond fl-2020 sabiex jiġu appoġġjati l-akkoljenza ta' persuni li jfittxu l-asil fl-Istati Membri, l-istrateġiji ta' ritorn effettivi, il-programmi ta' risistemazzjoni, il-politiki tal-migrazzjoni legali u l-promozzjoni ta' integrazzjoni effikaċi ta' ċittadini minn pajjiżi terzi; iqis li l-appoġġ tal-bliet u l-muniċipalitajiet fis-sistema Ewropea tal-asil għandu jissaħħaħ;

24.

Ifakkar li s-soluzzjoni ta' natura dejjiema għall-fenomenu attwali tal-migrazzjoni tinsab fl-iżvilupp politiku, ekonomiku, soċjali u ambjentali tal-pajjiżi li minnhom joriġinaw il-flussi tal-migrazzjoni; jitlob li l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u l-Istrument ta' Kooperazzjoni għall-Iżvilupp jingħataw riżorsi finanzjarji suffiċjenti biex jappoġġjaw din il-prijorità u jippromwovu l-iżvilupp ulterjuri ta' sħubijiet sostenibbli u ta' benefiċċju reċiproku, pereżempju mal-pajjiżi Afrikani; f'dan il-kuntest, jafferma mill-ġdid il-ħtieġa li l-organizzazzjonijiet internazzjonali, inkluża l-Aġenzija ta' Fondi u tax-Xogħol tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Rifuġjati tal-Palestina fil-Lvant Qarib (UNRWA), l-Aġenzija tan-NU għar-Refuġjati (UNHCR) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM), jiġu fornuti b'appoġġ finanzjarju suffiċjenti u kontinwu; jitlob appoġġ finanzjarju u organizzattiv imsaħħaħ għall-programmi li jikkontribwixxu għall-iskambji bejn l-UE u l-pajjiżi sħab f'oqsma bħat-taħriġ professjonali, il-ħolqien ta' negozji ġodda, l-appoġġ għall-SMEs, il-kura tas-saħħa, u l-edukazzjoni, u għall-politiki relatati mal-ilma nadif, it-trattament tal-ilma mormi u r-rimi tal-iskart;

25.

Jemmen li d-diskriminazzjoni abbażi tal-ġeneri hija intollerabbli u inkompatibbli mal-valuri tal-UE; jirrimarka li r-rata ta' suċċess tal-applikazzjonijiet għall-programm Daphne u għal fondi oħra mmirati lejn il-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, b'mod allarmanti, hija baxxa, u għandha l-ħsieb li tiżgura aktar finanzjament għall-programm; barra minn hekk, iqis l-integrazzjoni tal-ġeneri bħala strateġija effettiva biex tinkiseb l-ugwaljanza bejn il-ġeneri u tiġi miġġielda d-diskriminazzjoni u jitlob li l-perspettiva tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri tiġi integrata fil-politiki rilevanti tal-UE u l-programmi ta' nfiq; jistenna lill-Kummissjoni tippreżenta mill-aktar fis possibbli qafas għall-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn il-ġeneri fil-baġit tal-Unjoni;

26.

Itenni l-importanza tal-Politika Ewropea tal-Viċinat li ssaħħaħ ir-relazzjonijiet mal-pajjiżi ġirien, tiffavorixxi l-proċessi ta' paċi, u tagħti spinta lit-tkabbir ekonomiku u soċjali u l-kooperazzjoni transkonfinali sostenibbli; jirrimarka li r-relazzjonijiet b'saħħithom bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent huma essenzjali għall-istabbilizzazzjoni taż-żona u għall-proċess ta' qabel l-adeżjoni tagħhom; ifakkar li l-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni jrid ikun imfassal apposta biex jissaħħu l-kapaċità tal-pajjiżi li jkomplu jwettqu r-riformi legali, politiċi, soċjali u ekonomiċi meħtieġa, b'mod partikolari jtejbu l-funzjonament xieraq tal-amministrazzjonijiet pubbliċi kif ukoll jappoġġjaw l-istabbiltà u r-reżiljenza tal-istituzzjonijiet demokratiċi u l-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt;

Nindirizzaw l-isfidi ambjentali u t-tibdil fil-klima

27.

Jenfasizza li l-baġit 2020 għandu jikkontribwixxi b'mod sinifikanti biex jiġu indirizzati l-isfidi ambjentali u t-tibdil fil-klima fit-tpaċija tal-akkumulazzjoni eżistenti u biex l-UE tissodisfa l-impenji tagħha; ifakkar fl-impenn tal-Unjoni li tkun minn ta' quddiem fit-tranżizzjoni lejn ekonomija ċirkolari b'livell baxx ta' karbonju u b'livell newtrali ta' emissjonijiet ta' karbonju, iżda jiddispjaċih li l-Unjoni qed tonqos milli tilħaq l-għanijiet tagħha dwar il-klima, b'mod partikolari fir-rigward li 20 % tal-infiq tal-Unjoni jsir wieħed relatat mal-klima fl-2014-2020; iqis, għalhekk, li żieda sinifikanti fl-infiq relatat mal-klima hija essenzjali ħalli jsir progress lejn il-kisba tal-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima u tal-Ftehim ta' Pariġi; jemmen li l-integrazzjoni tal-klima fis-setturi kollha tal-politika tal-Unjoni għandha tkompli tiġi promossa u ottimizzata u għandha tiġi introdotta protezzjoni għall-klima u għas-sostenibbiltà, fejn applikabbli; jitlob li r-riżorsi finanzjarji jiżdiedu għall-programmi kollha rilevanti tal-Unjoni bil-għan li jiġu appoġġjati proġetti b'valur miżjud Ewropew li jikkontribwixxu għat-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa u l-effiċjenza fir-riżorsi, il-promozzjoni tal-ekonomija ambjentali u nadifa u l-konservazzjoni tan-natura, b'enfasi partikolari fuq il-bijodiversità, il-ħabitats u l-ispeċijiet fil-periklu;

28.

Jenfasizza li, bil-għan li jkun hemm approċċ koerenti u effettiv għat-trattament tat-tibdil fil-klima, l-UE għandha tara li r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Ftehim ta' Pariġi jkunu kundizzjoni fi ftehimiet kummerċjali futuri; ifakkar, f'dan ir-rigward, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-3 ta' Lulju 2018 dwar id-diplomazija dwar il-klima (7) u fit-talba tiegħu lill-Kummissjoni għal valutazzjoni komprensiva tal-konsistenza bejn il-ftehimiet ta' kummerċ ħieles eżistenti u mal-impenji tal-Ftehim ta' Pariġi; iqis li f'każ li dawn l-impenji ma jiġux issodisfati minn sieħeb tal-UE, il-Kummissjoni tista' timponi sospensjoni temporanja tal-impenji tal-UE relatati mal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fil-konfront ta' dawk is-sħab;

Kwistjonijiet pendenti għall-proċedura 2020

29.

Jistenna li l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni f'Marzu 2019 ma jkollux impatt dirett fuq il-baġit 2020, peress li r-Renju Unit se jikkontribwixxi għal u jipparteċipa fl-implimentazzjoni tal-baġit; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, madankollu, tivvaluta u tħejji għax-xenarji kollha possibbli biex tiżgura ġestjoni finanzjarja soda tal-baġit tal-Unjoni u tiżgura pjan ta' kontinġenza, tiddefinixxi impenji ċari u tiddeskrivi l-mekkaniżmi, u tipproteġi l-baġit tal-UE fl-eventwalità li r-Renju Unit ma jikkontribwixxix, jew ma jipparteċipax fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE għall-2020;

30.

Ifakkar li, wara d-dikjarazzjoni konġunta tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar ir-rinfurzar tal-Intestatura 1a permezz ta' baġit emendatorju li nħareġ fil-konklużjonijiet konġunti dwar il-baġit 2019, il-Kummissjoni se tippreżenta baġit emendatorju li jżid il-livelli tal-approprjazzjonijiet għall-programmi Erasmus+ u H2020 ladarba jitlesta l-aġġustament tekniku tal-QFP għall-2020 fir-rebbiegħa tal-2019 sabiex il-Kunsill u l-Parlament Ewropew jipproċessawh malajr;

31.

Jissottolinja li l-Artikolu 15(3) tar-Regolament Finanzjarju jippermetti li jerġgħu jsiru disponibbli l-ammonti diżimpenjati li saru b'riżultat ta' nuqqas ta' implimentazzjoni totali jew parzjali tal-proġetti ta' riċerka korrispondenti fil-proċedura baġitarja annwali, u ma jistipulax aktar prekundizzjonijiet fl-implimentazzjoni tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta speċifikament dwar l-ammonti diżimpenjati għall-programmi ta' riċerka u tipprovdi l-informazzjoni u d-dettalji kollha rilevanti li jikkonċernaw dan l-Artikolu; jitlob lill-presidenza tal-Kunsill tikkjarifika jekk dan l-Artikolu issa huwiex mifhum għalkollox mill-Istati Membri kollha; jitlob, fi kwalunkwe każ, li din id-dispożizzjoni u l-proċedura korrispondenti jiġu attivati fil-kuntest tal-proċedura baġitarja tal-2020, ibda mill-inklużjoni tagħha fl-abbozz ta' baġit;

32.

Jemmen li, bħala l-fergħa tal-awtorità baġitarja li hija eletta direttament miċ-ċittadini, il-Parlament għandu jaqdi r-rwol politiku tiegħu u jressaq proposti għal Proġetti Pilota u Azzjonijiet Preparatorji li jesprimu l-viżjoni politika tiegħu għall-ġejjieni; jimpenja ruħu, f'dan il-kuntest, li jipproponi pakkett ta' Proġetti Pilota u Azzjonijiet Preparatorji żviluppati f'kooperazzjoni mill-qrib ma' kull wieħed mill-kumitati tiegħu sabiex jinstab bilanċ ġust bejn ir-rieda politika u l-fattibilità teknika, kif ivvalutata mill-Kummissjoni Ewropea;

o

o o

33.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

(1)  ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

(2)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)  ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.

(5)  ĠU L 67, 7.3.2019.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2018)0433.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2018)0280.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/585


P8_TA(2019)0212

Ħatra ta' Sebastiano Laviola bħala membru ġdid tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0021/2019 – C8-0042/2019 – 2019/0901(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 23/83)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni tat-30 ta' Jannar 2019 għall-ħatra tas-Sur Sebastiano Laviola bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni (N8-0021/2018),

wara li kkunsidra l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta' Mekkaniżmu Uniku ta' Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0148/2019),

A.

billi l-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 jipprevedi li l-Membri tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1)(b) tar-Regolament għandhom jinħatru fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien ta' kwistjonijiet bankarji u finanzjarji, u l-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni finanzjarja, ir-regolamentazzjoni u r-riżoluzzjoni bankarja;

B.

billi minkejja l-obbligi stipulati fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 u minkejja d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament biex ikun rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi preżentata lista ta' kandidati, il-Parlament jiddeplora l-fatt li l-kandidati kollha kienu rġiel; billi l-Parlament jiddispjaċih li n-nisa għadhom sottorappreżentati f'karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji u jitlob li din it-talba tiġi rispettata għan-nomina li jmiss; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;

C.

billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, fis-7 ta' Diċembru 2018 il-Kummissjoni adottat lista mqassra ta' kandidati għall-kariga ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni msemmi fl-Artikolu 43(1)(b) ta' dak ir-Regolament;

D.

billi skont l-Artikolu 56(6) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-lista mqassra ġiet mgħoddija lill-Parlament;

E.

billi fit-30 ta' Jannar 2019, il-Kummissjoni adottat proposta biex taħtar lis-Sur Sebastiano Laviola bħala Membru tal-Bord u Direttur tal-Iżvilupp u l-Koordinazzjoni tal-Politika tar-Riżoluzzjoni fil-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni u ttrażmettiet dik il-proposta lill-Parlament;

F.

billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji mbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat propost għall-funzjonijiet ta' Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 56(4) tar-Regolament (UE) Nru 806/2014;

G.

billi fis-26 ta' Frar 2019, il-Kumitat organizza smigħ mas-Sur Sebastiano Laviola, li fih għamel dikjarazzjoni preliminari u mbagħad wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-Kumitat;

1.

Japprova l-proposta tal-Kummissjoni għall-ħatra tas-Sur Sebastiano Laviola bħala Membru tal-Bord Uniku ta' Riżoluzzjoni għal perjodu ta' ħames snin;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/587


P8_TA(2019)0213

Ħatra ta' membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (05940/2019 – C8-0050/2019 – 2019/0801(NLE))

(Konsultazzjoni)

(2021/C 23/84)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-11 ta' Frar 2019 (05940/2019) (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 283(2), it-tieni inċiż, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill Ewropew (C8-0050/2019),

wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 4 dwar l-Istatut tas-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 11.2 tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 122 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0144/2019),

A.

billi, permezz tal-ittra tal-14 ta' Frar 2019, il-Kunsill Ewropew ikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar il-ħatra tas-Sur Philip R. Lane bħala membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għal mandat ta' tmien snin, b'effett mill-1 ta' Ġunju 2019;

B.

billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji evalwa l-kwalifiki tal-kandidat propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 283(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, kif jirriżulta mill-Artikolu 130 tat-Trattat, tal-ħtieġa tal-indipendenza totali tal-BĊE; billi, fil-qafas ta' din l-evalwazzjoni, il-Kumitat irċieva curriculum vitae kif ukoll it-tweġibiet tiegħu għall-kwestjonarju miktub li kien indirizzat lilu;

C.

billi l-Kumitat sussegwentement kellu seduta ta' smigħ mal-kandidat nominat fis-26 ta' Frar 2019, li matulha l-kandidat għamel stqarrija preliminari u mbagħad wieġeb għall-mistoqsijiet li sarulu mill-membri tal-Kumitat;

D.

billi minkejja d-diversi talbiet li għamel il-Parlament Ewropew lill-Kunsill biex jerġa' jindirizza n-nuqqas ta' bilanċ bejn is-sessi fil-Bord Eżekuttiv tal-BĊE, il-Parlament jiddeplora l-fatt li l-Kunsill Ewropew ma ħax din it-talba bis-serjetà u jitlob li din it-talba tiġi rispettata għan-nomina li jmiss; billi n-nisa għadhom sottorappreżentati f'karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;

1.

Jagħti opinjoni favorevoli dwar ir-rakkomandazzjoni tal-Kunsill għall-ħatra tas-Sur Philip R. Lane bħala Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1)  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/588


P8_TA(2019)0214

Ħatra ta' José Manuel Campa bħala President tal-Awtorità Bankarja Ewropea

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-ħatra tal-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea (N8-0028/2019 – C8-0052/2019 – 2019/0902(NLE))

(Approvazzjoni)

(2021/C 23/85)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-għażla mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea tad-19 ta' Frar 2019, ta' José Manuel Campa bħala President tal-Awtorità Bankarja Ewropea (C8–0052/2019),

wara li kkunsidra l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (1),

wara li kkunsidra l-Artikolu 122a tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0146/2019),

A.

billi l-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 jipprevedi li l-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea għandu jinħatar fuq il-bażi tal-mertu, il-ħiliet, l-għarfien tal-istituzzjonijiet u tas-swieq finanzjarji, u tal-esperjenza rilevanti għas-superviżjoni u r-regolamentazzjoni finanzjarja, wara proċedura miftuħa ta' għażla;

B.

billi l-Awtorità Bankarja Ewropea fit-12 ta' Diċembru 2018 ippubblikat avviż ta' post battal għall-pożizzjoni ta' President tal-Awtorità; billi d-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet kienet il-11 ta' Jannar 2019;

C.

billi fil-5 ta' Frar 2019 il-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea adotta lista mqassra ta' kandidati għall-pożizzjoni ta' President tal-Awtorità;

D.

billi fid-19 ta' Frar 2019, il-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea għażel lil José Manuel Campa bħala President tal-Awtorità u informa lill-Parlament kif xieraq;

E.

billi l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji imbagħad ipproċeda bl-evalwazzjoni tal-kredenzjali tal-kandidat magħżul mill-Bord tas-Superviżuri tal-Awtorità Bankarja Ewropea, b'mod partikolari fid-dawl tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 48(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010;

F.

billi, fis-26 ta' Frar 2019, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kellu seduta ta' smigħ ma' José Manuel Campa, li fiha hu għamel dikjarazzjoni preliminari u mbagħad wieġeb għal mistoqsijiet li saru mill-membri tal-Kumitat;

G.

billi minkejja d-diversi talbiet magħmula mill-Parlament Ewropew f'nomini preċedenti biex jiġi rispettat il-bilanċ bejn is-sessi meta tiġi preżentata lista ta' kandidati, il-Parlament jiddeplora l-fatt li l-kandidati kollha kienu rġiel u jitlob li din it-talba tiġi rispettata għan-nomina li jmiss; billi n-nisa għadhom sottorappreżentati f'karigi eżekuttivi fil-qasam tas-servizzi bankarji u finanzjarji; billi l-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE u dawk nazzjonali għandhom jimplimentaw miżuri konkreti biex jiżguraw il-bilanċ bejn is-sessi;

1.

Japprova l-ħatra ta' José Manuel Campa bħala l-President tal-Awtorità Bankarja Ewropea għal perjodu ta' ħames snin;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Awtorità Bankarja Ewropea u lill-gvernijiet tal-Istati Membri.

(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12.


21.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 23/590


P8_TA(2019)0218

L-istabbiliment tal-Fond Monetarju Ewropew

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta' Marzu 2019 dwar il-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Fond Monetarju Ewropew (COM(2017)0827 – 2017/0333R(APP))

(2021/C 23/86)

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-proposta għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Fond Monetarju Ewropew (COM(2017)0827),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar evoluzzjonijiet u aġġustamenti possibbli tal-istruttura istituzzjonali attwali tal-Unjoni Ewropea (1),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar it-titjib tal-funzjonament tal-Unjoni Ewropea bl-isfruttament tal-potenzjal tat-Trattat ta' Lisbona (2),

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-proposti għal riforma tal-Unjoni Ekonomika Monetarja (UEM),

wara li kkunsidra l-ittra mingħand il-President tal-Grupp tal-Euro lill-President tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Ġunju 2018 dwar l-approfondiment ulterjuri tal-UEM, u d-dikjarazzjoni tas-Summit tal-Euro tad-29 ta' Ġunju 2018 dwar ir-riforma tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Grupp tal-Euro lill-Mexxejja dwar l-approfondiment tal-UEM tal-4 ta' Diċembru 2018,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Summit tal-Euro tal-14 ta' Diċembru 2018,

wara li kkunsidra l-pożizzjoni konġunta dwar il-kooperazzjoni futura bejn il-Kummissjoni u l-MES tal-14 ta' Novembru 2018,

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-11 ta' April 2018 dwar proposta għal regolament fuq it-twaqqif ta' Fond Monetarju Ewropew (3),

wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 2/2018 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri tat-18 ta' Settembru 2018 dwar il-kunsiderazzjonijiet tal-awditjar u tal-obbligu ta' rendikont fir-rigward tal-proposta tas-6 ta' Diċembru 2017 għall-ħolqien ta' Fond Monetarju Ewropew fi ħdan il-qafas legali tal-Unjoni,

wara li kkunsidra r-Rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta' Ġunju 2015 dwar il-kompletament tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa, il-White Paper tal-Kummissjoni tal-1 ta' Marzu 2017 dwar il-futur tal-Ewropa, u d-dokument ta' riflessjoni tal-Kummissjoni tal-31 ta' Mejju 2017 dwar l-approfondiment tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Ġunju 2013 dwar it-tisħiħ tad-demokrazija Ewropea fl-UEM futura (4),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Marzu 2014 dwar l-inkjesta dwar ir-rwol u l-attivitajiet tat-Trojka (BĊE, Kummissjoni, FMI) fir-rigward tal-pajjiżi tal-programm taż-żona tal-euro (5),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2017 dwar il-kapaċità baġitarja għaż-żona tal-euro (6),

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji (7),

wara li kkunsidra l-Artikolu 99(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji skont l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport interim tal-Kumitat għall-Baġits u tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0087/2019),

A.

billi l-introduzzjoni tal-euro hija waħda mill-kisbiet politiċi l-aktar importanti tal-proġett Ewropew u element fundamentali tal-kostruzzjoni tal-UEM;

B.

billi l-kriżi finanzjarja u ekonomika żvelat id-dgħufijiet tal-arkitettura tal-euro, filwaqt li enfasizzat il-ħtieġa urġenti tal-approfondiment rapidu tal-UEM u tat-tisħiħ tal-obbligu ta' rendikont demokratiku u tat-trasparenza tagħha;

C.

billi liċ-ċittadini tal-UE l-euro joffrilhom protezzjoni u opportunitajiet; billi żona tal-euro b'saħħitha u stabbli hija essenzjali għall-membri tagħha u għall-UE kollha kemm hi;

D.

billi l-adeżjoni ma' żona monetarja komuni tirrikjedi r-rispett ta' regoli u obbligi komuni, bħal dawk stabbiliti fil-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, kif ukoll strumenti komuni biex jirrispondu għall-iskossi ekonomiċi u finanzjarji gravi u għall-promozzjoni tar-responsabbiltà, tas-solidarjetà u tal-konverġenza soċjoekonomika 'l fuq; billi t-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (Trattat dwar il-MES) jipprevedi rabta ċara mal-mekkaniżmi Ewropej ta' sorveljanza makroekonomika, b'mod partikolari r-rispett tar-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir, inklużi l-klawsoli ta' flessibbiltà tiegħu, u l-implimentazzjoni ta' riformi strutturali sostenibbli u inklużivi; billi t-tnaqqis tar-riskju u l-kondiviżjoni tar-riskju għandhom jimxu id f'id fl-approfondiment tal-UEM;

E.

billi l-ħolqien tal-Faċilità Ewropea ta' Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) u t-trasformazzjoni sussegwenti tagħha fil-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà (MES) irrappreżentaw pass importanti lejn il-ħolqien ta' mekkaniżmu Ewropew għall-ġestjoni tal-kriżijiet, li jgħin biex tissaħħaħ l-UEM u jagħti assistenza finanzjarja lil diversi pajjiżi Ewropej milquta mill-kriżi;

F.

billi n-natura intergovernattiva tal-MES għandha implikazzjonijiet fuq il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu u, b'mod partikolari, fuq il-kapaċità tiegħu li jirrispondi malajr għall-iskossi ekonomiċi u finanzjarji;

G.

billi l-inkorporazzjoni futura tal-MES fil-qafas ġurifiku tal-UE għandha tkompli titqies bħala parti mill-proġett ta' kompletament tal-UEM;

H.

billi d-dibattitu li għaddej dwar il-futur tal-Ewropa u tal-UEM enfasizza fehmiet politiċi differenti fost l-Istati Membri dwar il-futur fit-tul tal-MES, iżda jipprovdi wkoll bażi tajba għal pass inizjali importanti lejn it-tisħiħ tar-rwol tiegħu, l-iżvilupp tal-għodod finanzjarji tiegħu u t-titjib tal-effiċjenza u tal-obbligu ta' rendikont demokratiku tiegħu bħala parti mir-riforma tal-MES; billi d-diskussjoni dwar l-approfondiment tal-UEM għandha tipproduċi soluzzjoni politika għar-riforma tal-MES;

I.

billi fuq terminu qasir, ir-riforma tal-MES għandha tikkontribwixxi għall-unjoni bankarja, u tipprovdi garanzija ta' kontinġenza fiskali komuni xierqa għall-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni (SRF);

1.

Jilqa' pożittivament il-proposta tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2017 għal regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Fond Monetarju Ewropew u jqis li dan huwa kontribut utli għad-dibattitu li għaddej dwar il-futur tal-Ewropa, l-approfondiment tal-UEM u r-riforma tal-MES; jilqa' b'sodisfazzjon, b'mod partikolari, il-proposta tal-Kummissjoni għal integrazzjoni tal-MES fl-ordinament ġuridiku tal-UE;

2.

Jinnota li l-funzjonijiet li għandhom jiġu eżerċitati mil-MES riformat se jappartjenu għall-qasam tal-politika ekonomika, u li l-isem “Fond Monetarju Ewropew” (FME) jista' jkun qarrieqi; jinnota li fl-opinjoni tiegħu tal-11 ta' April 2018, il-BĊE ssuġġerixxa li s-suċċessur tal-MES iżomm l-isem “MES”; jitlob, fid-dawl ta' dak li ntqal hawn fuq, li ssir evalwazzjoni adegwata u bir-reqqa tal-implikazzjonijiet tal-għażla ta' isem għall-MES riformat, bil-għan li jiġi żgurat l-inqas impatt possibbli għall-funzjonament bla problemi tal-MES riformat; jissuġġerixxi li l-MES iżomm l-isem attwali tiegħu, li huwa rikonoxxut fis-swieq tal-kapital, b'hekk jagħmilha ċara li l-politika monetarja taż-żona tal-euro tibqa' l-kompetenza tal-BĊE;

3.

Jenfasizza li l-funzjonament korrett tal-UEM huwa appoġġat mill-eżistenza ta' istituzzjoni li sservi bħala “sellief tal-aħħar istanza”; jinnota, f'dan il-kuntest, il-kontribut pożittiv tal-MES lejn l-indirizzar tad-dgħufijiet tal-qafas istituzzjonali tal-UEM, l-aktar billi jagħti assistenza finanzjarja lil diversi Stati Membri milquta mill-kriżi finanzjarja dinjija u mill-kriżi tad-dejn sovran;

4.

Ifakkar il-pożizzjonijiet preċedenti tiegħu favur l-inkorporazzjoni tal-MES fil-qafas ġuridiku tal-UE, biex b'hekk isir organu tal-UE veru u proprju; jinsisti li din l-inkorporazzjoni għandha tqis ukoll ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali u tkompli titqies bħala parti mill-proġett ta' kompletament tal-UEM; jemmen li tali integrazzjoni tkun tippermetti ġestjoni konformi mal-metodu Komunitarju, tiżgura l-konsistenza sħiħa tar-regoli u l-obbligi fiskali, tiffaċilita l-koordinament tal-politika ekonomika u fiskali, u ssaħħaħ il-leġittimità demokratika u l-obbligu ta' rendikont permezz tal-Parlament Ewropew;

5.

Jissottolinja l-fatt li jekk, fil-futur, ir-riżorsi baġitarji tal-UE jkunu involuti, il-Parlament għandu jkollu l-poter politiku li jeżerċita d-drittijiet applikabbli kollha marbuta mal-kontroll baġitarju fil-konfront tal-MES fi ħdan il-proċedura tal-kwittanza; jinnota li f'din l-eventwalità, il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandha titqies bħala l-awditur estern indipendenti u tingħata rwol ċar u formali fil-proċedura tal-kwittanza;

6.

Ifakkar il-prerogattivi ta' sorveljanza fiskali u demokratika tal-parlamenti nazzjonali; iqis li għandu jkompli jitjieb l-iskrutinju fuq il-MES riformat min-naħa tal-parlamenti nazzjonali u tal-Parlament Ewropew; jemmen li l-parlamenti nazzjonali għandhom ikollhom id-dritt li jiksbu informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-MES riformat, u jinvolvu ruħhom fi djalogu mad-Direttur Maniġerjali tal-MES;

7.

Jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni ġġenerat diskussjoni vivaċi dwar l-implikazzjonijiet politiċi, finanzjarji u ġuridiċi tagħha; jenfasizza, madankollu, li dan id-dibattitu dwar il-viżjoni fit-tul tal-qafas istituzzjonali tal-MES ma għandux idewwem l-azzjonijiet meħtieġa b'mod urġenti biex isaħħu u jinfurzaw l-obbligu ta' rendikont tal-UEM u l-kapaċità tagħha li tippromwovi l-istabbiltà finanzjarja u l-konverġenza u tirrispondi għall-iskossi ekonomiċi; jitlob, għalhekk, li jkun hemm riforma sinifikattiva tal-MES permezz ta' reviżjoni tat-Trattat dwar il-MES, mingħajr preġudizzju għal żviluppi aktar ambizzjużi fil-futur;

8.

Jenfasizza li l-missjoni primarja tal-MES riformat għandha tkompli tkun dik li jagħti assistenza finanzjarja ta' tranżizzjoni lill-Istati Membri fil-bżonn, abbażi ta' kundizzjonalità speċifika maqbula fi programmi ta' aġġustament u fid-dawl tat-tagħlimiet meħudin mill-programmi ta' assistenza finanzjarja preċedenti ġestiti mill-Kummissjoni, mill-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u mill-BĊE; jenfasizza li l-MES riformat irid ikollu għad-dispożizzjoni tiegħu l-kapaċitajiet adegwati għal dak l-iskop; jopponi, għalhekk, kwalunkwe tentattiv biex il-MES riformat jinbidel fi strument għall-banek biss, jew li titnaqqas il-kapaċità finanzjarja tiegħu li jappoġġa lill-Istati Membri;

9.

Ifakkar li l-firxa ta' strumenti finanzjarji disponibbli għall-MES għandha tkun disponibbli u mtejba għall-MES riformat, inkluża l-possibbiltà li tingħata biżżejjed assistenza finanzjarja ta' prekawzjoni, b'hekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jaċċedu għall-assistenza qabel ma jiltaqgħu ma' diffikultajiet kbar biex jiġbru l-fondi fis-suq tal-kapital; jiddefendi l-fatt li l-aċċess għal-linja tal-kreditu b'kundizzjonijiet prekawzjonarji (PCCL) għandu jkun disponibbli abbażi ta' ittra ta' intenzjoni u suġġett għall-kriterji applikabbli; jinnota li dawn l-istrumenti finanzjarji jridu jintużaw biex tingħata għajnuna lill-Istati Membri fil-każ ta' skossi ekonomiċi u finanzjarji gravi; ifakkar li l-assistenza finanzjarja mogħtija lill-Istati Membri tista' tkun ikkomplementata bi strument baġitarju futur għall-konverġenza u l-kompetittività biex jiġu promossi l-istabbilizzazzjoni ekonomika u finanzjarja, l-investiment u l-konverġenza soċjoekonomika 'l fuq fiż-żona tal-euro;

10.

Jenfasizza li l-UEM hija magħmula lill-Istati Membri kollha tal-UE, li kollha kemm huma, ħlief id-Danimarka u r-Renju Unit, huma meħtieġa jadottaw l-euro u jaderixxu maż-żona tal-euro, u li kwalunkwe MES għandu għalhekk ikun miftuħ għall-parteċipazzjoni tal-Istati Membri kollha tal-UE;

11.

Jemmen li l-MES riformat għandu jkollu rwol aktar prominenti fil-ġestjoni tal-programmi ta' assistenza finanzjarja, flimkien mal-Kummissjoni u f'kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, filwaqt li jiżgura li l-qafas istituzzjonali tal-UE jkollu aktar awtonomija kull meta jkun meħtieġ, mingħajr preġudizzju għal sħubijiet xierqa ma' istituzzjonijiet oħra, partikolarment il-FMI;

12.

Jenfasizza li l-MES riformat għandu jkollu l-għarfien espert tiegħu stess biex jipproduċi u jivvaluta l-elementi meħtieġa mill-istatut tiegħu; jenfasizza, madankollu, li l-evalwazzjoni tat-talbiet għall-assistenza finanzjarja magħmula mill-MES, kif ukoll it-teħid ta' deċiżjonijiet tiegħu dwar it-tfassil tal-programmi ta' aġġustament, f'kooperazzjoni ma' istituzzjonijiet oħrajn, m'għandhom bl-ebda mod jissostitwixxu s-sorveljanza makroekonomika u fiskali normali prevista fir-regoli u r-regolamenti fiskali tal-UE, li trid tibqa' l-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni, u lanqas jidduplikawha jew jintrikbu fuqha;

13.

Jemmen li l-programmi ta' aġġustament futuri possibbli għandhom iqisu l-impatt soċjali tal-miżuri proposti, anki meta mqabbel mal-impatt fit-tul jekk ma ssir l-ebda bidla fil-politika, fid-dawl ta' valutazzjoni tal-impatt soċjali preċedenti u sinifikanti;

14.

Jenfasizza l-ħtieġa li tkun żgurata proċedura ta' teħid ta' deċiżjonijiet effiċjenti fil-MES riformat, b'mod partikolari fil-każ ta' sitwazzjonijiet urġenti; jitlob, f'dan il-kuntest, valutazzjoni tal-istruttura attwali tal-governanza;

15.

Jappella għal riforma rapida tal-MES li terġa' tiddefinixxi wkoll ir-rwol, il-funzjonijiet u l-istrumenti finanzjarji tagħha, sabiex l-MES riformat ikun jista' joffri appoġġ ta' likwidità fil-każ ta' riżoluzzjoni u jservi bħala garanzija ta' kontinġenza fiskali għall-SRF; jitlob li l-garanzija ta' kontinġenza komuni ssir operattiva mill-aktar fis possibbli, sal-2020, suġġetta għal kundizzjonijiet maqbula u, fi kwalunkwe każ, qabel l-2024;

16.

Jissottolinja r-riskju li jirriżulta mid-dewmien fl-approfondiment tal-unjoni bankarja; Jilqa' b'sodisfazzjon il-konklużjonijiet tar-rapport dwar l-appofondiment tal-UEM tal-Grupp tal-Euro lill-Mexxejja, tal-4 ta' Diċembru 2018, li ġie approvat, fl-elementi kollha tiegħu, mis-Summit tal-Euro tal-14 ta' Diċembru 2018; jilqa' pożittivament, b'mod partikolari, il-preżentazzjoni tal-introduzzjoni tal-garanzija ta' kontinġenza komuni għall-SRF, dment li jkun sar biżżejjed progress fil-qasam tat-tnaqqis tar-riskju, li l-valutazzjoni tagħha se ssir fl-2020, kif ukoll l-approvazzjoni tad-dokument dwar il-kondizzjonijiet (term sheet) dwar ir-riforma tal-MES; ifakkar il-pożizzjoni preċedenti tiegħu dwar il-bżonn li tiġi kkomplementata l-Iskema Ewropea ta' Assigurazzjoni tad-Depożiti (EDIS), u jirrikonoxxi li t-tnaqqis tar-riskju u l-kondiviżjoni tar-riskju għandhom jimxu id f'id; jinnota li ma ntlaħaq l-ebda eżitu immedjat fir-rigward tal-baġit futur taż-żona tal-euro u tal-funzjoni ta' stabbilizzazzjoni, iżda jieħu debitament nota tal-mandat biex issir ħidma fuq l-istrument baġitarju għall-konverġenza u l-kompetittività; jenfasizza li sar progress sinifikanti fil-qasam tat-tnaqqis tar-riskju; ifakkar li l-Parlament ta kontributi sostanzjali biex ikun permess li dan isir, b'mod partikolari fir-rigward tal-pakkett bankarju u l-garanzija ta' kontinġenza prudenzjali għal self improduttiv;

17.

Jipproponi li jiġi stabbilit protokoll għal għal Memorandum ta' Kooperazzjoni (MoC) interim bejn il-MES u l-Parlament, b'effett immedjat, biex itejjeb id-djalogu interistituzzjonali u jsaħħaħ it-trasparenza u l-obbligu ta' rendikont tal-MES, billi jispeċifika d-drittijiet tal-Parlament u tal-Membri tiegħu fir-rigward ta' mistoqsijiet imressqa lill-MES riformat, ta' seduti ta' smigħ regolari, tad-drittijiet ta' nomina u tad-drittijiet adegwati marbuta mal-kontroll baġitarju; ifakkar it-talba tiegħu għal arranġament interistituzzjonali għall-governanza ekonomika; jisħaq fuq il-fatt li d-Direttur Maniġerjali tal-MES riformat għandu jkun elett mill-Parlament Ewropew wara proposta tal-Kunsill u jirrapporta lill-Parlament Ewropew; iħeġġeġ li l-bilanċ bejn is-sessi għandu jkun żgurat fil-kompożizzjoni tal-korpi ta' tmexxija tal-MES riformat;

18.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Kunsill Ewropew, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Grupp tal-Euro, lill-Bank Ċentrali Ewropew, lid-Direttur Maniġerjali tal-Mekkaniżmu Ewropew ta' Stabbiltà u

(1)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 201.

(2)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 215.

(3)  ĠU C 220, 25.6.2018, p. 2.

(4)  ĠU C 65, 19.2.2016, p. 96.

(5)  ĠU C 378, 9.11.2017, p. 182.

(6)  ĠU C 252, 18.7.2018, p. 235.

(7)  Testi adottati, P8_TA(2018)0226.