ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 20

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
19ta' Jannar 2021


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 20/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.10038 — Allied Universal Topco/G4S) ( 1 )

1

2021/C 20/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.9974 — Groupe Crédit Agricole/Groupe Generali/Europ Assistance France/Viavita) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 20/03

Rata tal-kambju tal-euro — It-18 ta' Jannar 2021

3

2021/C 20/04

Wiċċ nazzjonali ġdid għal muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

4

2021/C 20/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

5

2021/C 20/06

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 20/07

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10086 — Cerberus Group/Dorel Industries) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

7

2021/C 20/08

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10145 — American Industrial Partners/Personal Care Business of Domtar) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

9

2021/C 20/09

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10095 — Crédit Agricole Italia/Credito Valtellinese) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

10

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2021/C 20/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

11


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE.

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.10038 — Allied Universal Topco/G4S)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 20/01)

Fit 13 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32021M10038. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


19.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.9974 — Groupe Crédit Agricole/Groupe Generali/Europ Assistance France/Viavita)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 20/02)

Fi 8 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali.

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32020M9974. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

19.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-18 ta' Jannar 2021

(2021/C 20/03)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2064

JPY

Yen Ġappuniż

125,18

DKK

Krona Daniża

7,4393

GBP

Lira Sterlina

0,89073

SEK

Krona Żvediża

10,1540

CHF

Frank Żvizzeru

1,0747

ISK

Krona Iżlandiża

156,80

NOK

Krona Norveġiża

10,3858

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

26,185

HUF

Forint Ungeriż

360,39

PLN

Zloty Pollakk

4,5389

RON

Leu Rumen

4,8743

TRY

Lira Turka

9,0546

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5721

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5413

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,3538

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6975

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6078

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 335,05

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

18,4919

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8359

HRK

Kuna Kroata

7,5535

IDR

Rupiah Indoneżjan

17 053,67

MYR

Ringgit Malażjan

4,8883

PHP

Peso Filippin

57,989

RUB

Rouble Russu

89,5913

THB

Baht Tajlandiż

36,361

BRL

Real Brażiljan

6,3910

MXN

Peso Messikan

23,9785

INR

Rupi Indjan

88,4365


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


19.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/4


Wiċċ nazzjonali ġdid għal muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2021/C 20/04)

Image 1

Wiċċ nazzjonali għall-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Ġermanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti, tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġhom: Il-Ġermanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: Is-serje tal-istati federali – is-Sassonja-Anhalt

Id-deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri l-Katidral ta’ Magdeburgu, l-ewwel Katidral bi stil Gotiku li nbena fit-territorju Ġermaniż. Il-parti ta’ ġewwa fiha wkoll l-isem “SACHSEN-ANHALT” u l-kodiċi fil-qiegħ “D” tal-pajjiż li ħariġha, il-marka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”) kif ukoll is-sena “2021” fuq ix-xellug, u l-marka tal-inċiżur fuq il-lemin.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 30 000 000

Id-data tal-ħruġ: is-26 ta’ Jannar 2021


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar il-linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


19.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/5


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2021/C 20/05)

Image 2

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Latvja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ: Il-Latvja

Suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-100 anniversarju tar-rikonoxximent de iure internazzjonali tal-Latvja.

Deskrizzjoni tad-disinn: Kien fis-26 ta’ Jannar 1921 meta diplomati Latvjani rnexxielhom itemmu kompitu kbir – ir-rikonoxximent de iure tal-Latvja mill-potenzi l-kbar. Għalkemm il-Latvja kienet iddikjarat l-indipendenza tagħha fit-18 ta’ Novembru 1918, kien biss wara perjodu ta’ konfużjoni u ġlied li n-nazzjon il-ġdid ingħata l-għarfien fl-1920.

Id-disinn juri skrizzjoni artistika “100 Latvija de iure 2021” li tinkludi għalhekk ukoll l-isem tal-pajjiż (LATVIJA) kif ukoll is-sena tal-ħruġ (2021).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 412 000

Data tal-ħruġ: L-ewwel kwart tal-2021.


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


19.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/6


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2021/C 20/06)

Image 3

Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Lussemburgu

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż tal-ħruġ: Il-Lussemburgu

Suġġett tal-kommemorazzjoni: L-40 sena żwieġ tal-Gran Duka Henri

Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri x-xbihat tal-Gran Duka Henri u tal-Gran Dukessa Maria Teresa. Taħt ix-xbihat, żewġ ċrieket taż-żwieġ li fuq ix-xellug tagħhom hemm id-data taż-żwieġ “14. FEBRUAR 1981” u fuq il-lemin, is-sena “2021”. Il-kelma “LETZEBUERG” li tindika l-pajjiż tal-ħruġ hija murija taħt.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 500 000

Data tal-ħruġ: Frar 2021


(1)  Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

19.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/7


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10086 — Cerberus Group/Dorel Industries)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 20/07)

1.   

Fit-8 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Cerberus Capital Management, L.P. (“Cerberus Group”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Dorel Industries Inc. (“Dorel”, il-Kanada).

Cerberus Group jakkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Dorel kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Cerberus Group: ditta privata tal-investiment involuta f’investiment fi proprjetà immobbli u proprjetà personali ta’ kull tip madwar id-dinja. Uħud mis-setturi ewlenin li fihom l-impriżi kkontrollati minn Cerberus Group jiġġeneraw fatturat huma s-servizzi finanzjarji, il-manifattura, il-materjali tal-bini u l-proprjetà immobbli.

Dorel: kumpanija li topera madwar id-dinja, u attiva fi prodotti li għadhom qed jikbru, roti u prodotti tad-dar. Il-prodotti tad-ditta ta’ Dorel Juvenile jinkludu marki globali Maxi-Cosi, Quinny u Tiny Love, ikkumplimentati minn marki reġjonali bħal Safety 1st, Bébé Confort, Cosco u Infanti. Il-marki ta’ Dorel Sports jinkludu Cannondale, Schwinn, GT, Mongoose, Caloi u IronHorse. Dorel Home tikkummerċjalizza taħlita wiesgħa ta’ għamara prodotta u importata domestikament.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10086 — Cerberus Group/Dorel Industries

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 229-64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


19.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/9


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10145 — American Industrial Partners/Personal Care Business of Domtar)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 20/08)

1.   

Fit-12 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

AIPCF VII Global Corp. Holding LP, fond ta’ investiment ġestit minn American Industrial Partners (“AIP”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

In-negozju tal-kura personali ta’ Domtar Corporation (“Personal Care Business of Domtar”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

AIP takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv tal-Personal Care Business ta’ Dontar kollu kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

AIP: ditta ta’ ekwità privata tas-suq medju li hija ffukata fuq ix-xiri u t-titjib ta’ negozji industrijali bil-kwartieri ġenerali fl-Amerka ta’ Fuq,

Personal Care Business of Domtar: manifattur ta’ prodotti assorbenti tal-iġjene inklużi prodotti tal-inkontinenza tal-adulti (pereż. ilbies protettiv ta’ taħt, briefs, kuxxinetti u rinforzi għall-kontroll tal-bużżieqa tal-awrina) u prodotti tal-iġjene għat-trabi (pereż. ħrieqi).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10145 — American Industrial Partners/Personal Care Business of Domtar

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


19.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/10


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10095 — Crédit Agricole Italia/Credito Valtellinese)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 20/09)

1.   

Fit-12 ta’ Jannar 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Crédit Agricole Italia S.p.A. (“CAI”, l-Italja), li tappartjeni għall-Grupp Crédit Agricole (Franza),

Banca Piccolo Credito Valtellinese S.p.A (“CreVal”, l-Italja)

CAI takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ CreVal kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fit-23 ta’ Novembru 2020.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CAI: servizzi bankarji u tal-assikurazzjoni fl-Italja,

il-Grupp Crédit Agricole: firxa wiesgħa ta’ servizzi bankarji u finanzjarji offruti fis-setturi kollha tas-servizzi bankarji lill-konsumatur u attivitajiet finanzjarji relatati bħall-assikurazzjoni, il-ġestjoni tal-assi, il-kirjiet, il-fatturament, is-servizzi bankarji għall-investiment u l-kreditu tal-konsumatur,

CreVal: is-settur tas-servizzi bankarji għall-konsumatur fl-Italja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10095 — Crédit Agricole Italia/Credito Valtellinese

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

19.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 20/11


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ isem skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2021/C 20/10)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien tliet xhur mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.

DOKUMENT UNIKU

“Ennstaler Steirerkas”

Nru tal-UE: PDO-AT-02588 – 28.1.2020

DOP (X) IĠP ( )

1.   Isem/ismijiet

“Ennstaler Steirerkas”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Awstrija

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L-“Ennstaler Steirerkas” huwa ġobon tal-ħalib qares magħmul mill-ħalib tal-baqra xkumat pastorizzat jew mhux ipproċessat. Il-ħalib jiġi pproċessat biex tinkiseb il-forma konika bla ponta li tiżen sa 4 kg, mingħajr ma jiżdied it-tames u permezz ta’ koagulazzjoni aċida biss. Normalment, il-melħ huwa l-uniku ingredjent użat biex jitħawwar il-prodott. Jistgħu jiżdiedu wkoll ammonti żgħar ħafna ta’ bżar, ħwawar, ħxejjex aromatiċi u frott artab. L-“Ennstaler Steirerkas” huwa ġobon b’maturità twila, li jitfarrak, b’kontenut baxx ta’ xaħam, b’aroma distintiva u b’togħma karatteristika ħafna. It-togħma hija qarsa, qawwija u pikkanti, togħma ta’ ħwawar għal qarsa ħafna. Hekk kif il-ġobon jimmatura, ir-riħa tiegħu ssir aktar intensa, ikkaratterizzata minn aroma robusta u ta’ ħwawar, akkumpanjata minn riħa ta’ ħamrija u ħjiel ta’ ammonja ħafifa. It-togħma u l-intensità tar-riħa jistgħu jvarjaw xi ftit skont il-kundizzjonijiet tat-temp fil-ħin tal-produzzjoni. Influwenzat minn moffa nobbli, il-proċess ta’ maturazzjoni jieħu mill-inqas tliet ġimgħat, li jibda min-naħa ta' barra tal-prodott u jipproċedi għal ġewwa.

Il-wiċċ huwa xott, jagħti fil-kannella jew fil-griż, miksi b’saff ta’ moffa ħadra jew bajda ta’ ħxuna li tvarja u bi xquq li jixbħu mappa. Il-ġobon huwa rħamat minn ġewwa, kannella ċar għal kannella-griż. L-istruttura tiegħu hija granulari jew li titfarrak għal umda, b’disinn ’l hawn u ’l hemm b’vini tal-moffa.

Il-kontenut massimu ta’ umdità tal-“Ennstaler Steirerkas” huwa ta’ 46 %, li jirriżulta f’valur sostanzjalment aktar baxx ta’ MFFB (kontenut ta’ umdità fuq bażi ta’ bla xaħam) milli normalment ikun il-każ għall-ġobon qares.

Proprjetajiet kimiċi u fiżiċi oħrajn tal-“Ennstaler Steirerkas” jinkludu:

Xaħam (ikkalkulat) fil-materja niexfa: 0-12 %

Piż niexef: Minimu ta’ 52 % — Massimu ta’ 62 %

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Għalf:

Mill-aħħar ta’ Mejju sa tmiem Settembru jew sal-bidu ta’ Ottubru, il-baqar tal-ħalib normalment jirgħu fuq mergħat fuq il-muntanji f’livell ta’ bejn 500 m u 1 800 m ’il fuq mil-livell tal-baħar, fejn jieklu diversi tipi ta’ ħaxix. Jekk ma jsir l-ebda ragħa, irid jiġi żgurat li l-baqar jiġu mitmugħin ħaxix miż-żona demarkata (dan jista’ jkun ukoll fil-forma ta’ silaġġ). Fix-xitwa, il-baqar tal-ħalib jinżammu fuq ġewwa u jiġu mitmugħin ħuxlief u silaġġ miż-żona demarkata. Il-baqar jistgħu jiġu mitmugħin ħaxix u ħxejjex aromatiċi bħala foraġġ aħdar frisk, bħala ħuxlief niexef jew bħala silaġġ ipproċessat. Il-bdiewa jużaw l-aktar l-għalf tagħhom stess, b’enfasi partikolari fuq il-kwalità matul il-ħsad.

Sabiex jiġi żgurat il-benesseri tal-annimali, huwa neċessarju u għalhekk permess li l-għalf tagħhom jiġi ssupplimentat b’konċentrat u b’għalf oħxon minn żoni oħrajn, li jistgħu jammontaw għal massimu ta’ 40 % tal-materja niexfa fuq bażi annwali, biex tiġi żgurata provvista bbilanċjata ta’ nutrijenti u għalf adegwat matul perjodi ta’ rendiment għoli ta’ ħalib jew fil-każ ta’ kundizzjonijiet eċċezzjonali tat-temp bħal nixfiet. Il-konċentrat jista’ jinxtara minn żoni oħrajn minħabba li ż-żona ġeografika, reġjun muntanjuż tipiku kkaratterizzat minn bwar u minn saff baxx ta’ ħumus, mhijiex adattata sew għat-tkabbir tal-għelejjel. Dan ifisser li fiż-żona bilkemm jitkabbru jew jiġu prodotti ċereali jew għelejjel simili, u b’hekk ix-xiri minn żoni oħrajn huwa neċessarju. Madankollu, mill-inqas 60 % tal-materja niexfa, fuq bażi annwali, trid tiġi miż-żona ġeografika.

Għalhekk, il-perċentwal ta’ foraġġ (għalf oħxon, silaġġ u/jew ħaxix) miż-żona ġeografika ma jistax ikun inqas minn 60 % tal-materja niexfa totali mitmugħa kull sena lill-baqar li jaħilbu. Inqas minn 40 % tal-materja niexfa ta’ kull porzjon tista’ tkun magħmula minn konċentrat/ħuxlief minn żoni oħra.

Id-deroga msemmija hawn fuq għas-supplimenti tal-għalf ma taffettwax il-kwalità għolja u kostanti tal-ħalib minħabba li ħafna mill-għalf oħxon irid jiġi miż-żona demarkata.

Materja prima:

Għall-produzzjoni tal-“Ennstaler Steirerkas” jintuża biss il-ħalib tal-baqra miż-żona ġeografika ddefinita.

Il-ħalib xkumat pasturizzat jew mhux ipproċessat jitbaqqat mingħajr ma jiżdied it-tames. Jekk ikun hemm bżonn, il-kulturi tal-batterji tal-aċidu lattiku jistgħu jintużaw biex jistimulaw il-proċess tal-aċidifikazzjoni. Ma tista’ tiżdied l-ebda sustanza koloranti jew preservattiv kimiku.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-produzzjoni kollha (il-materja prima, l-ipproċessar u l-maturazzjoni) trid issir fiż-żona ġeografika ddefinita.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona fejn ġie prodott tradizzjonalment l-“Ennstaler Steirerkas” tinsab fil-parti tal-Majjistral ta’ Styria (id-distrett ta’ Liezen).

5.   Rabta maż-żona ġeografika

Il-klima instabbli, il-varjetà ta’ diversi formazzjonijiet tal-blat (b’mod partikolari l-mica schist, il-franka, id-dolomit, l-irħam, il-greenschist, l-amfibjolit u l-blat ramli), u t-tipi differenti ta’ art u ħamrija jagħmlu l-pajżaġġ lokali u l-ħajja selvaġġa inkredibbilment differenti. Il-kundizzjonijiet lokali speċifiċi (il-klima, l-art u l-ħamrija) flimkien ma’ biedja estensiva tal-bwar jippermettu t-tkabbir ta’ veġetazzjoni tipika għall-mergħat u għall-bwar fuq il-muntanji, li fil-kompożizzjoni tagħha fiha proporzjon konsiderevolment ogħla ta’ ħxejjex aromatiċi meta mqabbla maż-żoni tal-widien, kif ukoll bijodiversità speċjali kkundizzjonata mill-pożizzjoni u mill-użu tagħha.

Il-kwalità tax-xaħam tal-ħalib hija influwenzata mill-flora alpina, li hija rikka f’varjetà wiesgħa ta’ speċijiet. Il-ħalib minn din iż-żona muntanjuża għandu karatteristika aċida xaħmija b’livelli ogħla ta’ aċidi xaħmin mhux saturati (aċidi xaħmin ta’ omega-3) u betakaroten.

Dan il-ħalib xkumat jintuża għall-produzzjoni ta’ ġobon tal-ħalib qares b’kontenut baxx ħafna ta’ xaħam, li fih proteina bijoloġika ta’ kwalità għolja, mikroelementi u vitamini, li jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għall-kulur li jagħti fil-kannella għal griż, għar-riħa aromatika, u għat-togħma intensa u li tvarja tal-“Ennstaler Steirerkas”.

Kien biss ftit deċennji ilu li l-“Ennstaler Steirerkas” beda jiġi prodott b’mod industrijali, u dan jenfasizza l-importanza tal-element uman u tas-sengħa. Sal-lum, ħafna passi tal-ipproċessar jitwettqu bl-idejn.

L-għarfien espert relatat mal-produzzjoni tal-“Ennstaler Steirerkas” ta’ spiss intiret fil-familji għal ġenerazzjonijiet sħaħ. Il-bdiewa tal-ħalib tal-Ennstal ukoll kellhom skambji intensivi ta’ tagħrif permezz ta’ laqgħat regolari u tal-kondiviżjoni ta’ inizjattivi ta’ taħriġ, li kkontribwew b’mod sinifikanti għall-preservazzjoni tal-għarfien dwar il-produzzjoni tal-“Ennstaler Steirerkas”.

Il-bażi għat-togħma tal-“Ennstaler Steirerkas” hija l-għarfien tradizzjonali u reġjonali tal-bdiewa lokali u l-kapaċità tagħhom li jlaħħqu mal-ispeċifiċitajiet tal-mikroklima lokali, li hija riflessa direttament fil-proċess tal-produzzjoni. Il-bdiewa joqogħdu attenti kontinwament għat-temp tar-reġjun, u għalhekk jistgħu jikkumpensaw għall-impatt tiegħu u jiżguraw il-kwalità konsistenti tal-ġobon. Pereżempju, il-metodi tal-biedja huma adattati għall-klima u għall-veġetazzjoni biex tinżamm il-kwalità tal-għalf. Meta jkun il-maltemp, il-proċessi tal-aċidifikazzjoni jeħtieġ li jiġu ssupplimentati b’dożi akbar ta’ batterji tal-aċidu lattiku. Il-kundizzjonijiet għall-maturazzjoni tal-ġobon jinbidlu bit-temperatura tal-arja u bil-livelli tal-umdità. Huwa għalhekk meħtieġ li kull stadju fil-proċess tal-produzzjoni jiġi osservat bir-reqqa u li jkun magħruf il-ħin xieraq għal kull pass.

Sabiex jiġi prodott l-“Ennstaler Steirerkas”, il-ħalib qares jissaħħan fi btieti tal-ġobon f’temperatura ta’ 75–100 °C biex il-baqta u x-xorrox jiġu sseparati. Dan il-proċess huwa importanti biex il-ġobon jiġi ppreservat fit-tul, li hija karatteristika essenzjali fil-mergħat. Fl-istess ħin, il-ħalib irid jiġi mmaniġġjat b’attenzjoni sabiex jiġi żgurat li tinżamm parti kbira tal-karatteristiċi u tal-komponenti aromatiċi u mikrobijoloġiċi u għaldaqstant jinżammu l-kwalitajiet speċifiċi tal-ħalib. Barra minn hekk, minħabba l-kundizzjonijiet dejjem jinbidlu b’mod naturali tat-tagħlif fil-mergħat fuq il-muntanji, il-ħalib ma għandu l-ebda karatteristika standard; għall-kuntrarju, il-kwalità tiegħu tvarja (pereżempju, f’termini ta’ kontenut ta’ proteini jew ta’ kompożizzjoni ta’ aċidi grassi). L-esperjenza vasta tagħhom tippermetti lill-produtturi tal-“Ennstaler Steirerkas” biex jikkumpensaw sew għal dawn il-fluttwazzjonijiet naturali.

It-taħkik tal-baqta qarsa jeħtieġ ukoll esperjenza kbira, u dan iwassal biex l-erja tal-wiċċ tal-ġobon tikber, u dan jiffaċilita wkoll il-proċess tat-tnixxif. Dan jirriżulta f’qalba niexfa ħafna, u dan jispjega l-konsistenza unika mrammla tal-“Ennstaler Steirerkas”.

Il-maniġġ bir-reqqa huwa deċiżiv għall-proċess tal-maturazzjoni u għalhekk għall-kwalità tal-prodott aħħari. Il-proċess tal-maturazzjoni, influwenzat mill-moffa nobbli, iseħħ fi kmamar jew f’kantini tal-maturazzjoni b’ventilazzjoni tajba, f’temperaturi ta’ bejn 6 °C u 14-il °C u f’livelli ta’ umdità ta’ bejn 60 % u 85 %, bil-ġobnijiet f’għamla ċilindrika jiġu mdawrin b’mod regolari. Dan jagħti lill-“Ennstaler Steirerkas” il-kulur tipiku xott, poruż, li jagħti fil-kannella għall-griż b’saff ta’ moffa ħadra jew bajda. Matul il-proċess tal-maturazzjoni trid tingħata attenzjoni partikolari għall-ġobon f’għamla ċilindrika, peress li dan l-istadju jsir ukoll fil-mergħat f’temperaturi iktar kesħin b’livelli ogħla (ħafna drabi varjabbli) ta’ umdità. Il-ġobon spiss jimmatura f’kantini naturali, li jeħtieġu monitoraġġ partikolarment bir-reqqa min-naħa tal-bdiewa tal-ħalib alpini, peress li l-kundizzjonijiet tal-maturazzjoni hawnhekk ma jistgħux jiġu standardizzati permezz tat-teknoloġija. Matul il-maturazzjoni, huwa partikolarment importanti li l-ġobon sħiħ jiddawwar b’mod regolari, sabiex jinxef b’mod uniformi. Il-bidwi juża l-esperjenza biex jara u jiddeċiedi meta l-ġobnijiet sħaħ ikunu lesti biex jinqalbu, u b’hekk jikkontribwixxi b’mod sinifikanti għall-kwalità tal-ġobon. Trid tingħata kunsiderazzjoni għall-partikolaritajiet tal-kundizzjonijiet lokali u tal-faċilitajiet tekniċi.

Ir-rabta mill-qrib tal-ġobon maż-żona tal-produzzjoni tiegħu tintwera wkoll mill-fatt li matul il-proċess tal-produzzjoni ma jsir l-ebda tip ta’ trasport. Il-ħalib jiġi prodott fiż-żona ġeografika u jiġi pproċessat direttament fuq il-post jew wara li jiġi ttrasportat għal distanza relattivament qasira.

Għalhekk, l-“Ennstaler Steirerkas” jenħtieġ li jitqies bħala prodott li huwa influwenzat ferm mir-reġjun u li huwa ċentrali għall-identità tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

https://www.patentamt.at/herkunftsangaben/ennstalersteirerkas/

Jista’ jiġi aċċessat ukoll direttament permezz tas-sit web tal-Uffiċċju tal-Privattivi tal-Awstrija (www.patentamt.at) billi wieħed jikklikkja kif ġej: “Markenschutz/Schutzrechte/Herkunftsangabe” [Protezzjoni tal-marka/drittijiet ta’ protezzjoni/indikazzjoni tal-oriġini]. It-test jidher taħt l-isem tad-denominazzjoni tal-kwalità.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.