ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 9

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 64
11ta' Jannar 2021


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2021/C 9/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2021/C 9/02

Kawża C-644/18: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Novembru 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ambjent – Direttiva 2008/50/KE – Kwalità tal-arja ambjentali – Artikolu 13(1) u Anness XI – Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu stabbiliti għall-mikropartiċelli (PM10) f’ċerti żoni u agglomerazzjonijiet Taljani – Artikolu 23(1) – Anness XV – Perijodu l-iqsar possibbli li fih jinqabżu l-valuri limitu – Miżuri xierqa)

2

2021/C 9/03

Kawża C-158/20 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ April 2020 minn Jean Whitehead u David Evans mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fid-29 ta’ Jannar 2020 fil-Kawża T-541/19, Shindler et vs Il-Kunsill

3

2021/C 9/04

Kawża C-170/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanţa (ir-Rumanija) fit-23 ta’ April 2020 – SC Novart Engineering SRL vs Unitatea Administrativ Teritorială Municipiul Tulcea

3

2021/C 9/05

Kawża C-235/20 P: Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2020 minn ViaSat, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-26 ta’ Marzu 2020 fil-Kawża T-734/17, ViaSat vs Il-Kummissjoni

4

2021/C 9/06

Kawża C-304/20 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2020 minn Kerry Luxembourg Sàrl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-29 ta’ April 2020 fil-Kawża T-108/190, Kerry Luxembourg vs EUIPO

4

2021/C 9/07

Kawża C-305/20: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2020 minn Kerry Luxembourg Sàrl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-29 ta’ April 2020 fil-Kawża T-109/19 – Kerry Luxembourg vs EUIPO

5

2021/C 9/08

Kawża C-367/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Awwissu 2020 – SP vs KLM Royal Dutch Airlines, Direktion für Deutschland

5

2021/C 9/09

Kawża C-446/20 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2020 minn Katjes Fassin GmbH & Co. KG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-10 ta’ Lulju 2020 fil-Kawża T-616/19 – Katjes Fassin GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

6

2021/C 9/10

Kawża C-463/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-24 ta’ Settembru 2020 – Namur-Est Environnement ASBL vs Région wallonne

6

2021/C 9/11

Kawża C-469/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Settembru 2020 – RightNow GmbH vs Wizz Air

7

2021/C 9/12

Kawża C-471/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Mons (il-Belġju) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Centre d’Enseignement Secondaire Saint-Vincent de Soignies ASBL vs FS

8

2021/C 9/13

Kawża C-483/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-29 ta’ Settembru 2020 – XXXX vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

8

2021/C 9/14

Kawża C-485/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-29 ta’ Settembru 2020 – XXXX vs HR Rail SA

9

2021/C 9/15

Kawża C-505/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-8 ta’ Ottubru 2020 – RR u JG, partijiet fi proċedura kriminali nazzjonali

9

2021/C 9/16

Kawża C-556/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-23 ta’ Ottubru 2020 – Schneider Electric SA et vs Premier ministre, Ministre de l’Economie, des Finances et de la Relance

10

2021/C 9/17

Kawża C-586/20 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2020 minn P. Krücken Organic GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-565/18, P. Krücken Organic GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

11

 

Il-Qorti Ġenerali

2021/C 9/18

Kawża T-814/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2020 – Lietuvos geležinkeliai vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti – Suq tat-trasport ferrovjarju ta’ merkanzija – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE – Aċċess minn impriżi terzi għall-infrastrutturi amministrati mill-kumpannija nazzjonali ferrovjarja tal-Litwanja – Żmantellament ta’ kollegament ferrovjarju – Kunċett ta’ abbuż – Esklużjoni effettiva jew probabbli ta’ kompetitur – Kalkolu tal-ammont tal-multa – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Miżuri korrettivi – Proporzjonalità – Ġurisdizzjoni sħiħa)

13

2021/C 9/19

Kawża T-594/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2020 – Pharma Mar vs Il-Kummissjoni (Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem – Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali Aplidin – plitidepsina – Deċiżjoni ta’ rifjut tal-Kummissjoni – Regolament (KE) Nru 726/2004 – Evalwazzjoni xjentifika tar-riskji u tal-benefiċċji ta’ prodott mediċinali – Kumitat tal-mediċini għall-użu mill-bniedem – Imparzjalità oġġettiva)

13

2021/C 9/20

Kawża T-25/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2020 – AD vs ECHA (Servizz pubbliku – Membru tal-persunal temporanju – Kuntratt għal żmien determinat – Deċiżjoni li l-kuntratt ma jiġġeddidx – Dmir ta’ premura – Ugwaljanza fit-trattament – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Użu ħażin ta’ poter – Dritt għal smigħ – Obbligu ta’ motivazzjoni – Responsabbiltà)

14

2021/C 9/21

Kawża T-173/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2020 – AV u AW vs Il-Parlament (Servizz pubbliku – Uffiċjali – Rimbors ta’ spejjeż mediċi – Investigazzjoni tal-OLAF – Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal – Restituzzjoni tal-indebitu)

15

2021/C 9/22

Kawża T-273/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2020 – Target Ventures Group vs EUIPO – Target partners (TARGET VENTURES) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TARGET VENTURES – Raġuni assoluta ta’ invalidità – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

15

2021/C 9/23

Kawża T-583/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2020 – Electrolux Home Products vs EUIPO – D. Consult (FRIGIDAIRE) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FRIGIDAIRE – Użu ġenwin – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

16

2021/C 9/24

Kawża T-643/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2020 – Dermavita vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVEDERM ULTRA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali JUVEDERM ULTRA – Użu ġenwin tat-trade mark – Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark – Użu taħt il-forma li fiha ġiet irreġistrata t-trade mark – Użu bil-kunsens tal-proprjetarju – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

16

2021/C 9/25

Kawża T-664/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2020 – Allergan Holdings France vs EUIPO – Dermavita (JUVEDERM ULTRA) [Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali JUVEDERM ULTRA – Użu ġenwin tat-trade mark – Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark – Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001]]

17

2021/C 9/26

Kawża T-820/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2020 – Totalizator Sportowy vs EUIPO – Lottoland Holdings (Lottoland) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Lottoland – Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti LOTTO u Lotto – Trade mark verbali nazzjonali preċedenti lotto – Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ dannu lir-reputazzjoni – Assenza ta’ rabta bejn it-trade marks inkwistjoni – Artikolu 8(5) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)

18

2021/C 9/27

Kawża T-857/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2020 – Dehousse vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Aċċess għal dokumenti – Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea – Dokumenti miżmuma mill-istituzzjoni fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha – Artikolu 266 TFUE – Deċiżjoni adottata b’eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali – Miżuri li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament – Preżunzjoni ta’ ineżistenza jew ta’ nuqqas ta’ pussess ta’ dokumenti – Spjegazzjonijiet plawżibbli li jippermettu li jiġu ddeterminati r-raġunijiet tal-ineżistenza jew tan-nuqqas ta’ pussess – Obbligu ta’ motivazzjoni – Konservazzjoni tad-dokumentazzjoni – Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

18

2021/C 9/28

Kawża T-25/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2020 – Deutsche Post vs EUIPO – Pošta Slovenije (Rappreżentazzjoni ta’ kornu stilizzat) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta kornu stilizzat – Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta kornu tal-posta fuq sfond isfar – Raġuni relattiva għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Assenza ta’ karattru distintiv ta’ trade mark preċedenti – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001])

19

2021/C 9/29

Kawża T-629/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2020 – L. Oliva Torras vs EUIPO – Mecánica del Frío (Tagħmir ta’ gganċjar għall-vetturi) (Disinn Komunitarju – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta gganċjar għall-konnessjoni ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni jew ta’ arja kkondizzjonata ma’ vettura bil-mutur – Raġuni għal invalidità – Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni – Artikoli 4 sa 9 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 – Portata tal-eżami mwettaq mill-Bord tal-Appell – Motivi li jkopru r-raġunijiet ta’ deċiżjoni oħra – Rikors manifestament infondat fid-dritt)

20

2021/C 9/30

Kawża T-13/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2020 – Valiante vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Kompetizzjoni interna COM/1/AD 10/18 (AD 10) – Preżentata tal-att ta’ kandidatura permezz ta’ formula prevista għal dan il-għan u msemmija fl-Artikolu 2 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba ta’ aċċess għall-kompetizzjoni ppreżentata, fl-istess ħin u fuq karta sempliċi, lill-Awtorità tal-Ħatra – Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà – Deċiżjoni tal-bord li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent – Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrifjuta li tilqa’ t-talba tar-rikorrent li teskludi waħda mill-kundizzjonijiet previsti mill-avviż ta’ kompetizzjoni sabiex tħallih jikkompeti – Kontestazzjoni tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra u mhux ta’ dik tal-bord – Interess ġuridiku – Inammissibbiltà”)

20

2021/C 9/31

Kawża T-14/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2020 – Tratkowski vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Kompetizzjoni interna COM/2/AD 12/18 (AD 12) – Preżentata tal-att ta’ kandidatura permezz ta’ formula prevista għal dan il-għan u msemmija fl-Artikolu 2 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal – Talba ta’ aċċess għall-kompetizzjoni ppreżentata, fl-istess ħin u fuq karta sempliċi, lill-Awtorità tal-Ħatra – Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà – Deċiżjoni tal-bord li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent – Ċaħda mill-bord tat-talba għal eżami mill-ġdid tal-kandidat minħabba t-tardività tagħha – Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrifjuta li tilqa’ t-talba tar-rikorrent li teskludi waħda mill-kundizzjonijiet previsti mill-avviż ta’ kompetizzjoni sabiex tħallih jikkompeti – Kontestazzjoni tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra u mhux ta’ dik tal-bord – Interess ġuridiku – Inammissibbiltà)

21

2021/C 9/32

Kawża T-38/20: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2020 – Lotto24 vs EUIPO (LOTTO24) (Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Talba għal reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LOTTO24 – Raġuni assoluta għal rifjut – Natura deskrittiva – Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Artikolu 7(2) tar-Regolament 2017/1001 – Rikors manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt)

22

2021/C 9/33

Kawża T-377/20 R II: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2020 – KN vs KESE (Miżuri proviżorji – Servizz pubbliku – Membru tal-KESE – Fastidju – Investigazzjoni tal-OLAF – Deċiżjoni tal-uffiċċju tal-KESE – Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni – Talba ġdida – Fatti ġodda – Nuqqas ta’ urġenza)

22

2021/C 9/34

Kawża T-165/20: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2020 – JC vs EUCAP Somalia

23

2021/C 9/35

Kawża T-630/20: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2020 – MW vs Il-Parlament

24

2021/C 9/36

Kawża T-633/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2020 – CNMSE et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

24

2021/C 9/37

Kawża T-640/20: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2020 – Validity vs Il-Kummissjoni

25

2021/C 9/38

Kawża T-645/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2020 – NC et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

26

2021/C 9/39

Kawża T-647/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Verelst vs Il-Kunsill

27

2021/C 9/40

Kawża T-662/20: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2020 – Muratbey Gida vs EUIPO – M. J. Dairies (Ġobna elikali)

28

2021/C 9/41

Kawża T-663/20: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2020 – One Voice vs ECHA

28

2021/C 9/42

Kawża T-664/20: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2020 – One Voice vs ECHA

29

2021/C 9/43

Kawża T-671/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2020 – OA vs CESE

30

2021/C 9/44

Kawża T-672/20: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2020 – Kerstens vs Il-Kummissjoni

31

2021/C 9/45

Kawża T-677/20: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2020 – Ryanair u Laudamotion vs Il-Kummissjoni

31

2021/C 9/46

Kawża T-689/20: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2020 – HB vs EIB

32

2021/C 9/47

Kawża T-325/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2020 – Cipriani vs EUIPO – Hotel Cipriani (ARRIGO CIPRIANI)

33

2021/C 9/48

Kawżi magħquda T-389/19 sa T-394/19, T-397/19, T-398/19, T-403/19, T-404/19, T-406/19, T-407/19, T-409/19 sa T-418/19, T-420/19 sa T-422/19, T-425/19 sa T-427/19, T-429/29 sa T-432/19, T-435/19, T-436/19, T-438/19 sa T-442/19, T-444/19 sa T-446/19, T-448/19 sa T-454/19, T-463/19 u T-465/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2020 – Coppo Gavazzi et vs Il-Parlament

33

2021/C 9/49

Kawża T-573/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ottubru 2020 – DS et vs Il-Kummissjoni u SEAE

34

2021/C 9/50

Kawża T-576/19: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ottubru 2020 – DV et vs Il-Kummissjoni

34


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2021/C 9/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 443, 21.12.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 433, 14.12.2020

ĠU C 423, 7.12.2020

ĠU C 414, 30.11.2020

ĠU C 399, 23.11.2020

ĠU C 390, 16.11.2020

ĠU C 378, 9.11.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tal-10 ta’ Novembru 2020 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-644/18) (1)

(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2008/50/KE - Kwalità tal-arja ambjentali - Artikolu 13(1) u Anness XI - Qbiż sistematiku u persistenti tal-valuri limitu stabbiliti għall-mikropartiċelli (PM10) f’ċerti żoni u agglomerazzjonijiet Taljani - Artikolu 23(1) - Anness XV - Perijodu “l-iqsar possibbli” li fih jinqabżu l-valuri limitu - Miżuri xierqa)

(2021/C 9/02)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn G. Gattinara u minn K. Petersen, sussegwentement minn G. Gattinara u E. Manhaeve, aġenti)

Konvenut: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn F. De Luca u P. Gentili, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika Taljana, billi qabżet, b’mod sistematiku u persistenti, il-valuri limitu applikabbli għall-konċentrazzjoni ta’ partiċelli PM10, u billi kompliet taqbeż dawn il-valuri,

għal dak li jikkonċerna l-valur limitu ta’ kuljum,

mis-sena 2008 u sas-sena 2017 inkluża, fiż-żoni li ġejjin: IT 1212 (Valle del Sacco); IT 1507 (ex żona IT 1501, żona ta’ riabilitazzjoni – Napoli u Caserta); IT 0892 (Emilia-Romagna, Pianura Ovest (pjanura tal-Punent)); IT 0893 (Emilia-Romagna, Pianura Est (pjanura tal-Lvant)); IT 0306 (agglomerazzjoni ta’ Milano); IT 0307 (agglomerazzjoni ta’ Bergamo); IT 0308 (agglomerazzjoni ta’ Brescia); IT 0309 (Lombardia, pjanura b’livell għoli ta’ urbanizzazzjoni A); IT 0310 (Lombardia, pjanura b’livell għoli ta’ urbanizzazzjoni B); IT 0312 (Lombardia, qiegħ il-wied D); IT 0119 (Piemonte, pjanura); IT 0120 (Piemonte, għoljiet);

mis-sena 2008 u sas-sena 2016 inkluża, fiż-żona IT 1215 (agglomerazzjoni ta’ Ruma);

mis-sena 2009 u sas-sena 2017 inkluża, fiż-żoni li ġejjin: IT 0508 u IT 0509 (ex żona IT 0501, agglomerazzjoni ta’ Venezia-Treviso); IT 0510 (ex żona IT 0502, agglomerazzjoni ta’ Padova); IT 0511 (ex żona IT 0503, agglomerazzjoni ta’ Vicenza), IT 0512 (ex żona IT 0504, agglomerazzjoni ta’ Verona); IT 0513 u IT 0514 (ex żona IT 0505; żona A1 – provinċja tal-Veneto);

mis-sena 2008 sas-sena 2013, u mbagħad mill-ġdid mis-sena 2015 sas-sena 2017, fiż-żona IT 0907 (żona ta’ Prato-Pistoia);

mis-sena 2008 sas-sena 2012, u mbagħad mill-ġdid mis-sena 2014 sas-sena 2017, fiż-żoni IT 0909 (żona Valdarno Pisano u Piana Lucchese) u IT 0118 (agglomerazzjoni ta’ Torino);

mis-sena 2008 sas-sena 2009, u mis-sena 2011 sas-sena 2017, fiż-żoni IT 1008 (żona tal-Conca Ternana (konka ta’ Terni)) u IT 1508 (ex żona IT 1504, żona kostali bl-għoljiet ta’ Benevento);

matul is-sena 2008, u s-sena 2011 sas-sena 2017, fiż-żona IT 1613 (Puglia — żona industrijali) kif ukoll mis-sena 2008 sas-sena 2012 u matul is-snin 2014 u 2016, fiż-żona IT 1911 (agglomerazzjoni ta’ Palermo); kif ukoll

għal dak li jikkonċerna l-valur limitu annwali fiż-żoni: IT 1212 (Valle del Sacco) mis-sena 2008 sas-sena 2016 inkluża; IT 0508 u IT 0509 (ex żona IT 0501, agglomerazzjoni ta’ Venezia-Treviso) matul is-snin 2009, 2011 u 2015; IT 0511 (ex żona IT 0503, agglomerazzjoni ta’ Vicenza), matul is-snin 2011, 2012 u 2015; IT 0306 (agglomerazzjoni ta’ Milano), mis-sena 2008 sas-sena 2013 u matul is-sena 2015; IT 0308 (agglomerazzjoni ta’ Brescia), IT 0309 (Lombardia, pjanura b’livell għoli ta’ urbanizzazzjoni A) u IT 0310 (Lombardia, pjanura b’livell għoli ta’ urbanizzazzjoni B) mis-sena 2008 sas-sena 2013, u matul is-snin 2015 u 2017; IT 0118 (agglomerazzjoni ta’ Torino) mis-sena 2008 sas-sena 2012, u matul is-snin 2015 u 2017,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 13 u tal-Anness XI tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità ta’ l-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa,

u

billi ma adottax, mill-11 ta’ Ġunju 2010, miżuri xierqa sabiex tiggarantixxi l-osservanza tal-valuri limitu stabbiliti għall-konċentrazzjonijiet ta’ partiċelli PM10 f’dawn iż-żoni kollha, naqset milli twettaq l-obbligi imposti mill-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50, moqri waħdu u flimkien mat-Taqsima A tal-Anness XV ta’ din id-direttiva, u, b’mod partikolari, mill-obbligu previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tal-imsemmija direttiva, li jiġi żgurat li l-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja jipprevedu miżuri xierqa sabiex il-perijodu li fih jinqabżu l-valuri limitu jkun l-iqsar possibbli.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 427, 26.11.2018.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/3


Appell ippreżentat fis-7 ta’ April 2020 minn Jean Whitehead u David Evans mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Għaxar Awla) fid-29 ta’ Jannar 2020 fil-Kawża T-541/19, Shindler et vs Il-Kunsill

(Kawża C-158/20 P)

(2021/C 9/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Jean Whitehead, David Evans (rappreżentant: J. Fouchet, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Harry Shindler, Douglas Edward Watson, David Maxwell Anstead, Ross Adrian Bailey

Permezz ta’ digriet tal-1 ta’ Ottubru 2020 il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) ċaħdet l-appell bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Constanţa (ir-Rumanija) fit-23 ta’ April 2020 – SC Novart Engineering SRL vs Unitatea Administrativ Teritorială Municipiul Tulcea

(Kawża C-170/20)

(2021/C 9/04)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Constanţa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Novart Engineering SRL

Konvenuta: Unitatea Administrativ Teritorială Municipiul Tulcea

Permezz ta’ digriet tat-12 ta’ Novembru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) iddikjarat it-talba għal deċiżjoni preliminari manifestament inammissibbli.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/4


Appell ippreżentat fil-5 ta’ Ġunju 2020 minn ViaSat, Inc. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-26 ta’ Marzu 2020 fil-Kawża T-734/17, ViaSat vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-235/20 P)

(2021/C 9/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ViaSat, Inc. (rappreżentanti: P. de Bandt, avukat, M. R. Gherghinaru, avukat, J. Ruiz Calzado, abogado, L. Marco Perpiñà,)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Inmarsat Ventures Ltd

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tiddikjara r-rikors odjern ammissibbli u fondat u, konsegwentment,

tannulla s-sentenza appellata u tagħti deċiżjoni definittiva f’din il-kawża billi tordna lill-Kummissjoni tipprovdi aċċess għad-dokumenti mitluba,

tannulla d-deċiżjoni tas-segretarju ġenerali tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2018,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li jikkonċerna l-applikazzjoni ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità għad-dokumenti mitluba u fuq ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) marbut mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali u mal-obbligu ta’ motivazzjoni.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi li jikkonċerna l-eżistenza ta’ interessi pubbliċi ikbar fl-iżvelar u fuq ksur tal-aħħar parti tas-sentenza tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/4


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2020 minn Kerry Luxembourg Sàrl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-29 ta’ April 2020 fil-Kawża T-108/190, Kerry Luxembourg vs EUIPO

(Kawża C-304/20 P)

(2021/C 9/06)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Kerry Luxembourg Sàrrl (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, H. Hartwig, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tad-29 ta’ Ottubru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma kienx ammissibbli u li Kerry Luxembourg Sàrl għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/5


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2020 minn Kerry Luxembourg Sàrl mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fid-29 ta’ April 2020 fil-Kawża T-109/19 – Kerry Luxembourg vs EUIPO

(Kawża C-305/20)

(2021/C 9/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Kerry Luxembourg Sàrl (rappreżentanti: A. von Mühlendahl, H. Hartwig, Rechtsanwälte)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

B’digriet tad-29 ta’ Ottubru 2020, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammess u li Kerry Luxembourg Sàrl għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Awwissu 2020 – SP vs KLM Royal Dutch Airlines, Direktion für Deutschland

(Kawża C-367/20)

(2021/C 9/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: SP

Konvenuta: KLM Royal Dutch Airlines, Direktion für Deutschland

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1)(ċ) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 261/2004 (1), ikkunsidrati flimkien mal-Artikolu 3(5) tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ titjira b’konnessjoni, komposta minn żewġ titjiriet u li tat lok għal riżervazzjoni waħda, bi tluq minn ajruport li jinsab barra mit-territorju ta’ kull Stat Membru (f’pajjiż terz) u b’destinazzjoni lejn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru permezz ta’ ajruport [ta’ Stat Membru] ieħor, passiġġier li jkun vittma ta’ dewmien sabiex jasal fid-destinazzjoni finali tiegħu ta’ tliet sigħat jew iktar li oriġina mill-ewwel titjira, żgurata, fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kondiviżjoni ta’ kodiċi, minn trasportatur stabbilit f’pajjiż terz, jista ifittex permezz ta’ rikors għad-danni abbażi ta’ dan ir-regolament lit-trasportatur bl-ajru Komunitarju li miegħu rriżerva t-titjira kollha kemm hija u li wettaq biss it-tieni titjira?

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Id-Disa’ Awla) iddeċidiet kif ġej b’digriet tat-12 ta’ Novembru 2020:

L-Artikolu 5(1)(ċ) u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, moqrija flimkien mal-Artikolu 3(1)(b) u (5) tiegħu, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fil-kuntest ta’ titjira b’konnessjoni, komposta minn żewġ titjiriet u li tat lok għal riżervazzjoni waħda, bi tluq minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ pajjiż terz u b’destinazzjoni lejn ajruport li jinsab fi Stat Membru permezz tal-ajruport ta’ Stat Membru ieħor, passiġġier li jkun vittma ta’ dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar lejn id-destinazzjoni finali tiegħu, li oriġina mill-ewwel titjira, żgurata, fil-kuntest ta’ ftehim ta’ kondiviżjoni ta’ kodiċi, minn trasportatur stabbilit f’pajjiż terz, jista’ ifittex permezz ta’ rikors għad-danni abbażi ta’ dan ir-regolament lit-trasportatur bl-ajru Komunitarju li wettaq it-tieni titjira.


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/6


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Settembru 2020 minn Katjes Fassin GmbH & Co. KG mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fl-10 ta’ Lulju 2020 fil-Kawża T-616/19 – Katjes Fassin GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

(Kawża C-446/20 P)

(2021/C 9/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (rappreżentant: S. Stolzenburg-Wiemer, Rechtsanwältin)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea, Haribo The Netherlands & Belgium B.V.

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) ddeċidiet, permezz tad-digriet tat-12 ta’ Novembru 2020, li tiċħad it-talba għal ammissjoni tal-appell, u li l-appellanti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fl-24 ta’ Settembru 2020 – Namur-Est Environnement ASBL vs Région wallonne

(Kawża C-463/20)

(2021/C 9/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Namur-Est Environnement ASBL

Konvenut: Région wallonne

Domandi preliminari

1)

Deċiżjoni “li tawtorizza d-disturb tal-annimali u d-deterjorazzjoni taż-żoni ta’ habitat ta’ dawn l-ispeċi għall-operat ta’ barriera” u d-deċiżjoni li tawtorizza jew li tirrifjuta dan l-operat (permess uniku) jaqgħu taħt l-istess kunsens għall-iżvilupp (fis-sens tal-Artikolu 1(2)(c) tad-Direttiva 2011/92/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (1)) relatat mal-istess proġett (fis-sens tal-Artikolu 1(2)(a) tal-istess direttiva) fil-każ li, minn naħa, dan l-operat ma jistax isir mingħajr l-ewwel awtorizzazzjoni u fejn, min-naħa l-oħra, l-awtorità inkarigata mill-ħruġ ta’ permessi uniċi żżomm il-possibbiltà ta’ stima iktar stretta tal-effetti ambjentali ta’ dan l-operat fir-rigward tal-parametri ddeterminati mill-awtur tal-ewwel deċiżjoni?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, ir-rekwiżiti previsti minn din id-direttiva, b’mod partikolari l-Artikoli 2, 5, 6, 7 u 8, huma osservati b’mod suffiċjenti meta sseħħ il-fażi tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni “li tawtorizza d-disturb tal-annimali u d-deterjorazzjoni taż-żoni ta’ habitat ta’ dawn l-ispeċi għall-operat ta’ barriera” iżda qabel dik tad-deċiżjoni ewlenija li tagħti d-dritt ta’ operat tal-barriera lill-iżviluppatur?


(1)  ĠU 2012, L 26, p. 1, rettifika fil-ĠU 2015, L 174, p. 44.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Nürnberg (il-Ġermanja) fid-29 ta’ Settembru 2020 – RightNow GmbH vs Wizz Air

(Kawża C-469/20)

(2021/C 9/11)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Nürnberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RightNow GmbH

Konvenuta: Wizz Air

Domanda preliminari

L-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola inkluża fil-klawżoli standard ta’ trasportatur bl-ajru, li ma kinitx is-suġġett ta’ negozjati individwali u li tipprovdi li kuntratt konkluż b’mod elettroniku ma’ konsumatur li għandu jiġi ttrasportat għandu jiġi suġġett għad-dritt tal-Istat Membru li fih it-trasportatur bl-ajru għandu l-uffiċċju rreġistrat tiegħu, li ma huwiex id-dritt tal-post fejn għandu r-residenza abitwali tiegħu l-konsumatur li għandu jiġi ttrasportat, hija klawżola inġusta sa fejn tqarraq bil-konsumatur billi tonqos milli tinformah li l-għażla ta’ dritt differenti skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (2) hija possibbli biss b’mod limitat u ma huwiex possibbli li jintgħażel kwalunkwe dritt, iżda huma biss l-ordinamenti ġuridiċi previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Ruma I li jistgħu jintgħażlu?

Permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-12 ta’ Novembru 2020, din il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU 2008, L 177, p. 6, rettifika fil-ĠU 2009, L 309, p. 87.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Mons (il-Belġju) fit-28 ta’ Settembru 2020 – Centre d’Enseignement Secondaire Saint-Vincent de Soignies ASBL vs FS

(Kawża C-471/20)

(2021/C 9/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Centre d’Enseignement Secondaire Saint-Vincent de Soignies ASBL

Konvenuta: FS

Domandi preliminari

1)

L-attività ta’ għalliem f’istitut li joffri faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni, li jaħdem b’mod partikolari bil-lejl, tista’ taqa’ taħt id-derogi previsti fl-Artikolu 17(3)(b) tad-Direttiva 2003/88/KE (1)?

2)

Mingħajr ma titneħħa l-effettività tad-drittijiet mogħtija bid-Direttiva 2003/88 jista’ jiġi kkunsidrat li fil-kuntest tal-Artikolu 18 tad-Direttiva 2003/88/KE, fir-rigward ta’ perijodu ta’ referenza ta’ tnax-il xahar, il-mistrieħ obligatorju jista’ ma jingħatax espressament u, jekk ikun il-każ, jingħata awtomatikament favur ħaddiem fis-settur skolastiku, bħal għalliem f’istitut li joffri faċilitajiet ta’ akkomodazzjoni, li jaħdem b’mod partikolari bil-lejl, bl-intendiment li l-vaganzi tal-iskola, b’mod partikolari dawk matul is-sajf, imbagħad jippermettu li jiġi kkumpensat kull xogħol addizzjonali, anke l-iktar estensiv, imwettaq mill-imsemmi ħaddiem?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ l-4 ta' Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-29 ta’ Settembru 2020 – XXXX vs Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

(Kawża C-483/20)

(2021/C 9/13)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: XXXX

Konvenut: Commissaire général aux réfugiés et aux apatrides

Domanda preliminari

Id-dritt tal-Unjoni Ewropea, essenzjalment l-Artikoli 18 u 24 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 2, 20, 23 u 31 tad-Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (1) u l-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (2), jipprekludi li, fl-implementazzjoni tal-awtorità mogħtija mill-Artikolu 33(2)(a) tad-Direttiva 2013/32/UE, Stat Membru jiċħad applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali bħala inammissibbli minħabba protezzjoni diġà mogħtija minn Stat Membru ieħor, meta l-applikant huwa l-missier ta’ wild minuri mhux akkumpanjat li kien kiseb protezzjoni fl-ewwel Stat Membru, huwa l-uniku ġenitur tal-familja nukleari preżenti viċin il-wild, huwa joqgħod miegħu u meta l-imsemmi Stat Membru rrikonoxxa l-awtorità parentali tal-imsemmi applikant fuq il-wild? Il-prinċipji ta’ unità tal-familja u li jippreskrivi l-osservanza tal-interess superjuri tal-wild jeħtieġu, għall-kuntrarju, li protezzjoni tingħata lil dan il-ġenitur mill-Istat fejn il-wild tiegħu kiseb protezzjoni?


(1)  ĠU L 337, p. 9.

(2)  ĠU L 180, p. 60.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-29 ta’ Settembru 2020 – XXXX vs HR Rail SA

(Kawża C-485/20)

(2021/C 9/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: XXXX

Konvenuta: HR Rail SA

Domanda preliminari

L-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE tas-27 ta’ Novembru 2000 li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-persuna li timpjega għandha l-obbligu, fir-rigward ta’ persuna li, minħabba d-diżabbiltà tagħha, ma tkunx iktar kapaċi taqdi l-funzjonijiet essenzjali tal-pożizzjoni li għaliha tkun ġiet assenjata, li tassenjaha f’pożizzjoni oħra li għaliha jkollha l-kompetenzi, il-kapaċitajiet u d-disponibbiltà meħtieġa meta tali miżura ma timponix piż sproporzjonat fuq il-persuna li timpjega?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-iSpetsializiran nakazatelen sad (il-Bulgarija) fit-8 ta’ Ottubru 2020 – RR u JG, partijiet fi proċedura kriminali nazzjonali

(Kawża C-505/20)

(2021/C 9/15)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Spetsializiran nakazatelen sad

Partijiet fil-proċeduri kriminali nazzjonali

RR u JG

Domandi preliminari

L-Artikolu 8 tad-Direttiva 2014/42/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ April 2014 dwar l-iffriżar u l-konfiska ta’ mezzi strumentali u r-rikavat minn attività kriminali fl-Unjoni Ewropea (1) jippermetti leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, wara l-iffriżar ta’ proprjetà, issekwestrata bħala eventwali mezz strumentali jew rikavat minn attività kriminali, fil-fażi ġudizzjarja tal-proċess, il-persuna kkonċernata ma għandhiex id-dritt titlob lill-qorti li tingħata lura din il-proprjetà?

Hija kompatibbli mal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/42, moqri flimkien mal-punt 3 tal-Artikolu 2 tagħha, u mal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-konfiska ta’ “mezz strumentali” ma hijiex permessa fir-rigward ta’ oġġett li huwa proprjetà ta’ terz li ma jkunx ħa sehem fl-attività kriminali iżda li jkun qiegħed dan l-oġġett għad-dispożizzjoni permanenti tal-persuna mressqa quddiem qorti ta’ ġudikatura kriminali, b’tali mod li, fir-relazzjoni interna ta’ bejniethom, hija din il-persuna tal-aħħar li teżerċita drittijiet bħala proprjetarja?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv: it-tieni sentenza tal-Artikolu 8(6) u l-Artikolu 8(7) tad-Direttiva 2014/42 jistabbilixxu l-obbligu li l-leġiżlazzjoni nazzjonali tiġi interpretata fis-sens li dan it-terz, li l-proprjetà tiegħu ġiet iffriżata u tista’ tkun ikkonfiskata bħala mezz strumentali, għandu jitħalla jipparteċipa fil-proċedura li tista’ twassal għall-konfiska u għandu jitħalla jikkontesta d-deċiżjoni ta’ tali konfiska quddiem qorti?


(1)  ĠU 2014, L 127, p. 39, rettifika fil-ĠU 2014, L 138, p. 114.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-23 ta’ Ottubru 2020 – Schneider Electric SA et vs Premier ministre, Ministre de l’Economie, des Finances et de la Relance

(Kawża C-556/20)

(2021/C 9/16)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Schneider Electric SA, Axa SA, BNP Paribas SA, Engie SA, Orange SA, L’Air liquide, société anonyme pour l’étude et l’exploitation des procédés Georges Claude

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’Economie, des Finances et de la Relance

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (1), fid-dawl b’mod partikolari tal-Artikolu 7(2) tagħha, jipprekludu dispożizzjoni, bħal dik tal-Artikolu 223 sexies tal-code général des impots (il-Kodiċi Ġenerali tat-Taxxi), li, għall-implementazzjoni korretta ta’ dispożittiv intiż sabiex jelimina t-tassazzjoni doppja ekonomika tad-dividendi, tistabbilixxi ħlas meta kumpannija omm tqassam mill-ġdid profitti li tqassmulha minn sussidjarji stabbiliti minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/11


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2020 minn P. Krücken Organic GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fid-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-565/18, P. Krücken Organic GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-586/20 P)

(2021/C 9/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: P. Krücken Organic GmbH (rappreżentant: H. Schmidt, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-565/18;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas is-somma ta’ EUR 216 740,02, flimkien mal-interessi moratorji mid-data tan-notifika tar-rikors bir-rata annwali ta’ 8 % iktar mir-rata bażika tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE);

tordna lill-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-appellanti, sabiex tkun tista’ tikkonsultahom, id-dokumenti mfassla fil-kuntest tal-attività ta’ ECOCERT eżerċitata bħala kontroll organiku tal-impriża li pproduċiet il-prodott inkwistjoni, u b’mod partikolari r-rapporti tal-ispezzjoni u n-noti korrispondenti ta’ evalwazzjoni għas-snin 2016, 2017 u 2018, li jikkonċernaw il-konstatazzjonijiet, l-evalwazzjonijiet u d-deċiżjonijiet ta’ ECOCERT, li kienu servew bħala bażi għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ spezzjoni tal-prodott inkwistjoni u għall-irtirar sussegwenti ta’ dan iċ-ċertifikat ta’ spezzjoni min-naħa ta’ ECOCERT;

tobbliga lill-Kummissjoni sabiex min-naħa tagħha tobbliga lill-korpi ta’ kontroll organiku, fdati mill-Kummissjoni bil-kompitu li jiżguraw it-twettiq f’pajjiżi terzi tar-rekwiżiti marbuta mas-sistema ta’ kontroll tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-agrikoltura organika, sabiex jinnotifikaw lill-importatur ikkonċernat bid-deċiżjoni tagħhom dwar l-irtirar, ir-revoka jew l-invalidazzjoni taċ-ċertifikati ta’ spezzjoni maħruġa, kif ukoll sabiex jirċievu l-oġġezzjonijiet ta’ dan l-importatur u jagħtu deċiżjoni dwarhom; kif ukoll tobbliga lill-Kummissjoni tagħmel pressjoni fuq il-korpi ta’ kontroll organiku fil-pajjiżi terzi sabiex iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-importaturi d-dokumenti tal-proċedura ta’ kontroll organiku, b’mod partikolari r-rapporti ta’ spezzjoni u n-noti ta’ evalwazzjoni li fuqhom ikunu bbażati tali deċiżjonijiet, filwaqt li jaħbu l-partijiet li huma suġġetti għall-protezzjoni tad-data ta’ terzi u, sussidjarjament, tillimita dan l-obbligu tal-Kummissjoni fir-rigward tal-appellanti biss.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li kien hemm ksur tad-drittijiet fundamentali tagħha għal-libertà ta’ intrapriża u għall-protezzjoni tal-proprjetà tagħha. Il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar il-prodotti organiċi għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-Qorti Ġenerali bl-ebda mod ma ħadet dan l-aspett inkunsiderazzjoni fis-sentenza tagħha. B’hekk, l-impriżi li importaw prodotti organiċi minn pajjiżi li ma humiex Stati Membri tal-Unjoni ġew imċaħħda kompletament mill-protezzjoni marbuta mad-drittijiet fundamentali.

Skont l-appellanti, is-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija bbażata fuq evalwazzjoni legalment żbaljata tal-portata tal-obbligi u għalhekk tar-responsabbiltà tal-Kummissjoni Ewropea fir-rigward tal-aġir u tad-deċiżjonijiet tal-korpi ta’ kontroll organiku. Fis-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali assumiet, b’mod żbaljat, l-ineżistenza ta’ “dispożizzjoni speċifika” li minnha jirriżulta li aġir negliġenti min-naħa ta’ ECOCERT permezz tas-sussidjarja tagħha fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina jista’ jiġi attribwit lill-Unjoni jew lill-Kummissjoni. Il-Qorti Ġenerali tqis li, sabiex ikun hemm tali attribuzzjoni huwa meħtieġ li l-Kummissjoni stess tiġi fdata bil-kontroll organiku bħala funzjoni tal-awtorità pubblika f’pajjiżi li ma humiex Stati Membri tal-Unjoni. Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 (1) u tar-Regolament (KE) Nru 1235/2008 (2) jagħtu indikazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar il-modalitajiet li fihom jitwettqu l-kontrolli organiċi fil-pajjiżi li ma humiex Stati Membri tal-Unjoni, u dan b’mod partikolari permezz tan-nomina tal-korpi ta’ kontroll organiku bħala aġenti tal-Unjoni.

Barra minn hekk, dejjem skont l-appellanti, il-kunsiderazzjoni tal-Qorti Ġenerali fis-sens li l-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 834/2007, kif ukoll il-qafas ta’ kontroll għar-responsabbiltà pubblika għandhom l-effett li jagħtu lill-Kummissjoni “marġni ta’ diskrezzjoni wiesa’”, kemm fir-rigward tad-determinazzjoni u tal-evalwazzjoni tar-riskju u kemm fir-rigward tal-miżuri ta’ sorveljanza marbuta ma’ riskju kkonfermat, ma tirriflettix l-importanza li għandha tingħata lill-pożizzjoni ta’ protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Marġni ta’ diskrezzjoni daqstant wiesa’ jwassal sabiex jiġi eskluż kwalunkwe stħarriġ ġudizzjarju tal-aġir tal-Kummissjoni.

Fl-aħħar nett, skont l-appellanti, il-motivazzjoni adottata mill-Qorti Ġenerali sabiex tiċħad it-talba intiża li l-Kummissjoni tiġi ordnata tiżgura t-trasparenza tad-deċiżjonijiet adottati mill-korpi ta’ kontroll organiku, ma hijiex kompatibbli mal-importanza li għandha tingħata lid-drittijiet fundamentali u mal-importanza li tiġi żgurata protezzjoni ġudizzjarja effettiva tad-drittijiet fundamentali.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 2029/91 (ĠU 2007, L 189, p. 1, rettifiki fil-ĠU 2013, L 68, p. 61 u fil-ĠU 2014, L 300, p. 72).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU 2008, L 134, p. 25).


Il-Qorti Ġenerali

11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2020 – Lietuvos geležinkeliai vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-814/17) (1)

(“Kompetizzjoni - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq tat-trasport ferrovjarju ta’ merkanzija - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 102 TFUE - Aċċess minn impriżi terzi għall-infrastrutturi amministrati mill-kumpannija nazzjonali ferrovjarja tal-Litwanja - Żmantellament ta’ kollegament ferrovjarju - Kunċett ta’ abbuż - Esklużjoni effettiva jew probabbli ta’ kompetitur - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Miżuri korrettivi - Proporzjonalità - Ġurisdizzjoni sħiħa”)

(2021/C 9/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lietuvos geležinkeliai AB (Vilnjus, il-Litwanja) (rappreżentant(i): W. Deselaers, K. Apel u P. Kirst, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Cleenewerck de Crayencour, A. Dawes, H. Leupold u G. Meessen, agenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Orlen Lietuva AB (Mažeikiai, il-Litwanja) (rappreżentanti: C. Thomas u C. Conte, avukati)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża, prinċipalment, għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2017) 6544 final, tat-2 ta’ Ottubru 2017, dwar proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE (Każ AT.39813 – Baltic Rail), u, sussidjarjament, għal tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-multa imposta fuq Lietuvos geležinkeliai AB skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2017) 6544 final, tat-2 ta’ Ottubru 2017, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 102 TFUE (Każ AT.39813 – Baltic Rail) huwa ta’ EUR 20 068 650.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Lietuvos geležinkeliai u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

4)

Orlen Lietuva AB għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 52, 12.2.2018.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2020 – Pharma Mar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-594/18) (1)

(Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali Aplidin – plitidepsina - Deċiżjoni ta’ rifjut tal-Kummissjoni - Regolament (KE) Nru 726/2004 - Evalwazzjoni xjentifika tar-riskji u tal-benefiċċji ta’ prodott mediċinali - Kumitat tal-mediċini għall-użu mill-bniedem - Imparzjalità oġġettiva)

(2021/C 9/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Pharma Mar, SA (Colmenar Viejo, Spanja) (rappreżentanti: M. Merola u V. Salvatore, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Haasbeek u A. Sipos, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni C(2018) 4831 final tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2018 li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni, b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229), tat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem Aplidin – plitidepsina.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni C(2018) 4831 final tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Lulju 2018 li tirrifjuta l-awtorizzazzjoni, b’applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229), tat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem Aplidin – plitidepsina hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 445, 10.12.2018.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2020 – AD vs ECHA

(Kawża T-25/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni li l-kuntratt ma jiġġeddidx - Dmir ta’ premura - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Użu ħażin ta’ poter - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà”)

(2021/C 9/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: AD (rappreżentanti: N. Flandin u L. Levi, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: C.-M. Bergerat u T. Zbihlej, aġenti, assistiti minn A. Duron, avukat)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament, essenzjalment, l-ewwel nett, tad-deċiżjoni tal-ECHA tat-28 ta’ Marzu 2018 li l-kuntratt għal żmien determinat tar-rikorrenti ma jiġġeddidx u, it-tieni nett, tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti sabiex tiġi stabbilita lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ membri tal-persunal bil-kuntratt għall-grupp ta’ funzjonijiet II ippubblikat fid-9 ta’ Marzu 2018 u, min-naħa l-oħra, il-kumpens tad-danni materjali u morali li r-rikorrenti allegatament ġarrbet wara d-deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2018 u l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti tad-9 ta’ Marzu 2018.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

AD hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 103, 18.3.2019.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2020 – AV u AW vs Il-Parlament

(Kawża T-173/19) (1)

(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rimbors ta’ spejjeż mediċi - Investigazzjoni tal-OLAF - Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal - Restituzzjoni tal-indebitu”)

(2021/C 9/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: AV u AW (rappreżentanti: L. Levi, S. Rodrigues u J. Martins, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: T. Lazian u I. Lázaro Betancor, aġenti)

Suġġett

Talba abbażi tal-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament tat-23 ta’ Lulju u tal-1 ta’ Awwissu 2018 li jordnaw l-irkupru ta’ somma ta’ EUR 5 289 mingħand ir-rikorrenti u ta’ somma ta’ EUR 3 880 mingħand ir-rikorrent minħabba l-ħlas indebitu lilhom tar-rimbors ta’ spejjeż mediċi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 172, 20.05.2019.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2020 – Target Ventures Group vs EUIPO – Target partners (TARGET VENTURES)

(Kawża T-273/19) (1)

(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TARGET VENTURES - Raġuni assoluta ta’ invalidità - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001))

(2021/C 9/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Target Ventures Group Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentanti: T. Dolde u P. Homann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Sipos u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Target Partners GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Klett u C. Mikyska, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Frar 2019 (Każ R 1684/2017-2), fir-rigward ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Target Ventures Group u Target Partners.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-4 ta’ Frar 2019 (Każ R 1684/2017-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti minn Target Ventures Group Ltd, inklużi dawk li din tal-aħħar sostniet quddiem il-Bord tal-Appell.

3)

Target Partners GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 220, 1.7.2019.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2020 – Electrolux Home Products vs EUIPO – D. Consult (FRIGIDAIRE)

(Kawża T-583/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali FRIGIDAIRE - Użu ġenwin - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2021/C 9/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Electrolux Home Products, Inc. (Charlotte, North Carolina, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: D. Consult (Wattignies, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Ġunju 2019 (Każ R 166/2018-5), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn D. Consult u Electrolux Home Products.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Electrolux Home Products, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 348, 14.10.2019.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2020 – Dermavita vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVEDERM ULTRA)

(Kawża T-643/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali JUVEDERM ULTRA - Użu ġenwin tat-trade mark - Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark - Użu taħt il-forma li fiha ġiet irreġistrata t-trade mark - Użu bil-kunsens tal-proprjetarju - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2021/C 9/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Dermavita Co. Ltd (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, V. Ruzek u K. Zajfert, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Allergan Holdings France (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: J. Day, solicitor, u T. de Haan, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Lulju 2019 (Każijiet magħquda R 1655/2018-4 u R 1723/2018-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Dermavita Co. u Allergan Holdings France.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dermavita Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha, kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

3)

Allergan Holdings France għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 383, 11.11.2019


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2020 – Allergan Holdings France vs EUIPO – Dermavita (JUVEDERM ULTRA)

(Kawża T-664/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali JUVEDERM ULTRA - Użu ġenwin tat-trade mark - Użu għall-prodotti li għalihom hija rreġistrata t-trade mark - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2021/C 9/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Allergan Holdings France (Courbevoie, Franza) (rappreżentanti: J. Day, solicitor, u T. de Haan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, V. Ruzek u K. Zajfert, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dermavita Co. Ltd (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Lulju 2019 (Każijiet magħquda R 1655/2018-4 u R 1723/2018-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Dermavita Co. u Allergan Holdings France.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Allergan Holdings France hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 383, 11.11.2019


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2020 – Totalizator Sportowy vs EUIPO – Lottoland Holdings (Lottoland)

(Kawża T-820/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Lottoland - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti LOTTO u Lotto - Trade mark verbali nazzjonali preċedenti lotto - Dikjarazzjoni ta’ invalidità parzjali - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ dannu lir-reputazzjoni - Assenza ta’ rabta bejn it-trade marks inkwistjoni - Artikolu 8(5) u l-Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 9/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Totalizator Sportowy sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: B. Matusiewicz-Kulig, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Sipos u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lottoland Holdings Ltd (Ocean Village, Gibraltar) (rappreżentant: A. Gérard, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 97/2019 4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Totalizator Sportowy u Lottoland Holdings.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Totalizator Sportowy sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 45, 10.2.2020.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2020 – Dehousse vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-857/19) (1)

(“Aċċess għal dokumenti - Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea - Dokumenti miżmuma mill-istituzzjoni fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet amministrattivi tagħha - Artikolu 266 TFUE - Deċiżjoni adottata b’eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali - Miżuri li jinvolvu l-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament - Preżunzjoni ta’ ineżistenza jew ta’ nuqqas ta’ pussess ta’ dokumenti - Spjegazzjonijiet plawżibbli li jippermettu li jiġu ddeterminati r-raġunijiet tal-ineżistenza jew tan-nuqqas ta’ pussess - Obbligu ta’ motivazzjoni - Konservazzjoni tad-dokumentazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”)

(2021/C 9/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Franklin Dehousse (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u S. Rodrigues, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram u Á. Almendros Manzano, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tar-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-14 ta’ Ottubru 2019 għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tal-20 ta’ Settembru 2019, Dehousse vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (T-433/17, EU:T:2019:632).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

F. Dehousse huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 61, 24.2.2020.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2020 – Deutsche Post vs EUIPO – Pošta Slovenije (Rappreżentazzjoni ta’ kornu stilizzat)

(Kawża T-25/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta kornu stilizzat - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea preċedenti li tirrappreżenta kornu tal-posta fuq sfond isfar - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Assenza ta’ karattru distintiv ta’ trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”)

(2021/C 9/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Post AG (Bonn, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Viefhues, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant(i): J. Crespo Carrillo u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pošta Slovenije d.o.o. (Maribor, is-Slovenja) (rappreżentanti: M. Kavčič u R. Jerovšek, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Novembru 2019 (Każ R 994/2019-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Deutsche Post u Pošta Slovenije.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Post AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 68, 2.3.2020.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2020 – L. Oliva Torras vs EUIPO – Mecánica del Frío (Tagħmir ta’ gganċjar għall-vetturi)

(Kawża T-629/19) (1)

(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta gganċjar għall-konnessjoni ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni jew ta’ arja kkondizzjonata ma’ vettura bil-mutur - Raġuni għal invalidità - Nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet ta’ protezzjoni - Artikoli 4 sa 9 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Portata tal-eżami mwettaq mill-Bord tal-Appell - Motivi li jkopru r-raġunijiet ta’ deċiżjoni oħra - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

(2021/C 9/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: L. Oliva Torras, SA (Manresa, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mecánica del Frío, SL (Cornellá de Llobregat, Spanja) (rappreżentant: J. Torras Toll, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Lulju 2019 (Każ R 1399/2017-3) dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn L. Oliva Torras u Mecánica del Frío.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L. Oliva Torras, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dwar sostnuti mill-EUIPO u minn Mecánica del Frío, SL.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2020 – Valiante vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-13/20) (1)

(Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni interna COM/1/AD 10/18 (AD 10) - Preżentata tal-att ta’ kandidatura permezz ta’ formula prevista għal dan il-għan u msemmija fl-Artikolu 2 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba ta’ aċċess għall-kompetizzjoni ppreżentata, fl-istess ħin u fuq karta sempliċi, lill-Awtorità tal-Ħatra - Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà - Deċiżjoni tal-bord li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrifjuta li tilqa’ t-talba tar-rikorrent li teskludi waħda mill-kundizzjonijiet previsti mill-avviż ta’ kompetizzjoni sabiex tħallih jikkompeti - Kontestazzjoni tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra u mhux ta’ dik tal-bord - Interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)

(2021/C 9/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Diego Valiante (Anvers-Berchem, il-Belġju) (rappreżentant: R. Wardyn, Radca Prawny)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Milanowska u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2019 li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ta’ din l-istituzzjoni ċaħdet it-talba tar-rikorrent li jitħalla jipparteċipa għall-kompetizzjoni interna COM/1/AD 10/18 (AD 10) minħabba li ma kienx jissoddisfa l-kundizzjoni, prevista fl-avviż tal-kompetizzjoni relatat magħha, marbuta maż-żamma tal-grad AD 8.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli

2)

Diego Valiante huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 23.3.2020.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2020 – Tratkowski vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-14/20) (1)

(“Rikors għal annullament - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Kompetizzjoni interna COM/2/AD 12/18 (AD 12) - Preżentata tal-att ta’ kandidatura permezz ta’ formula prevista għal dan il-għan u msemmija fl-Artikolu 2 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba ta’ aċċess għall-kompetizzjoni ppreżentata, fl-istess ħin u fuq karta sempliċi, lill-Awtorità tal-Ħatra - Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà - Deċiżjoni tal-bord li tiċħad il-kandidatura tar-rikorrent - Ċaħda mill-bord tat-talba għal eżami mill-ġdid tal-kandidat minħabba t-tardività tagħha - Deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li tirrifjuta li tilqa’ t-talba tar-rikorrent li teskludi waħda mill-kundizzjonijiet previsti mill-avviż ta’ kompetizzjoni sabiex tħallih jikkompeti - Kontestazzjoni tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra u mhux ta’ dik tal-bord - Interess ġuridiku - Inammissibbiltà”)

(2021/C 9/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Michal Tratkowski (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: R. Wardyn, Radca Prawny)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Milanowska u L. Vernier, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Marzu 2019 li permezz tagħha l-Awtorità tal-Ħatra ta’ din l-istituzzjoni ċaħdet it-talba tar-rikorrent li jitħalla jipparteċipa għall-kompetizzjoni interna COM/2/AD 12/18 (AD 12) minħabba li ma kienx jissoddisfa l-kundizzjoni, prevista fl-avviż tal-kompetizzjoni relatat magħha, marbuta maż-żamma tal-grad AD 10.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Michal Tratkowski huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 95, 23.3.2020


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2020 – Lotto24 vs EUIPO (LOTTO24)

(Kawża T-38/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Talba għal reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea LOTTO24 - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (UE) 2017/1001 - Artikolu 7(2) tar-Regolament 2017/1001 - Rikors manifestament nieqes minn kull bażi fid-dritt”)

(2021/C 9/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lotto24 AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Brexl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Manea u A. Söder, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ Novembru 2019 (Każ R 1216/2019-2), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv LOTTO24 bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lotto24 AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 77, 09.03.2020.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/22


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ottubru 2020 – KN vs KESE

(Kawża T-377/20 R II)

(“Miżuri proviżorji - Servizz pubbliku - Membru tal-KESE - Fastidju - Investigazzjoni tal-OLAF - Deċiżjoni tal-uffiċċju tal-KESE - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Talba ġdida - Fatti ġodda - Nuqqas ta’ urġenza”)

(2021/C 9/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: KN (rappreżentanti: M. Casado García-Hirschfeld u M. Aboudi, avukati)

Konvenut: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (rappreżentanti: M. Pascua Mateo, K. Gambino, X. Chamodraka, I. Pouli u A. Carvajal García-Valdecasas, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE u intiża li tissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-KESE tad-9 ta’ Ġunju 2020 li permezz tagħha r-rikorrent b’mod partikolari jinħeles minn kwalunkwe attività ta’ superviżjoni u ta’ ġestjoni tal-persunal.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/23


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2020 – JC vs EUCAP Somalia

(Kawża T-165/20)

(2021/C 9/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: JC (rappreżentant: A. Van Himst, avukat)

Konvenuta: EUCAP Somalia (Mogadixu, is-Somalja)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-4 ta’ Novembru 2019, li ntbagħtet minn EUCAP SOMALIA, li permezz tagħha tintemm ir-relazzjoni tal-impjieg bejn ir-rikorrent u EUCAP SOMALIA;

tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Diċembru 2019, li ntbagħtet minn EUCAP SOMALIA, li ttemm ir-relazzjoni tal-impjieg bejn ir-rikorrent u EUCAP SOMALIA;

sa fejn neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Jannar 2020 li tiċħad l-appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni ta’ tmiem;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas b’mod retroattiv tar-remunerazzjoni tar-rikorrent sad-data ta’ tmiem definittiv, regolari u legali tar-relazzjoni kuntrattwali;

tikkundanna lill-konvenuta żżid l-ammonti b’interessi bir-rata stabbilita mill-BĊE għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid miżjuda b’3,5 punti perċentwali;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-ewwel notifika ntbagħtet lir-rikorrent biss mad-deċiżjoni ta’ ċaħda tar-rikors tiegħu u huwa bbażat fuq:

l-assenza ta’ effetti u, tal-inqas, ta’ retroattività tan-notifika tal-4 ta’ Novembru 2019;

in-nuqqas ta’ osservanza tal-implimentazzjoni tal-proċedura prekontenzjuża formali u ksur tal-Artikolu 21 tal-kuntratt sa fejn ir-rikorrent ma nstemax mid-Deputat Kap tal-Missjoni qabel ma ttieħdet deċiżjoni dwar iċ-ċaħda tar-rikors intern tiegħu.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 18 tal-kuntratt ta’ xogħol kif ukoll tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn il-konvenuta ma pprovdietx raġunijiet għad-deċiżjoni (deċiżjonijiet) tagħha ta’ tkeċċija.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 18 tal-kuntratt ta’ xogħol u fuq żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 17.2 tal-kuntratt ta’ xogħol, sa fejn il-konvenuta kellha tagħti preavviż b’tul minimu ta’ xahar.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Liġi tat-3 ta’ Lulju 1978 dwar il-kuntratt ta’ xogħol fid-dritt Belġjan invokata mill-konvenuta bħala applikabbli għall-kuntratt.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/24


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2020 – MW vs Il-Parlament

(Kawża T-630/20)

(2021/C 9/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: MW (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

għaldaqstant,

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-11 ta’ Diċembru 2019 li permezz tagħha l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju għal żmien indeterminat tar-rikorrenti huwa xolt u l-attivitajiet tagħha huma sospiżi;

tordna l-kumpens għad-dannu materjali li jammonta għal EUR 10 000 flimkien mal-ammonti li għandhom jiġu kkalkolati għall-ispejjeż skolastiċi u, il-kumpens għad-dannu morali, stmat għal EUR 30 000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 80 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea li wassal għal żball ta’ evalwazzjoni u għal użu ħażin ta’ poter. Ir-rikorrenti b’mod partikolari ssostni li l-konvenut ma ħax inkunsiderazzjoni l-elementi kollha li jistgħu jiddeterminaw id-deċiżjoni tiegħu.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u xierqa, fuq użu ħażin ta’ poter u fuq ksur tal-projbizzjoni ta’ kull forma ta’ fastidju psikoloġiku prevista fl-Artikoli 12 u 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/24


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2020 – CNMSE et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-633/20)

(2021/C 9/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Coordination nationale médicale santé – environnement (CNMSE) (Pariġi, Franza) u), u ħames rikorrenti oħra (rappreżentant: G. Tumerelle, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara n-nullità tar-Regolament Ewropew Nru 2020/1043.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq il-konsegwenzi u r-riskji tar-regolament ikkontestat (1). L-applikanti jikkunsidraw f'dan ir-rigward li l-eliminazzjoni ta’ kwalunkwe miżuri ta’ evalwazzjoni tar-riskju relatati ma’ organiżmi ġenetikament modifikati ma kienitx iġġustifikata. Huma jikkritikaw ukoll in-nuqqas ta’ konsultazzjoni pubblika, in-nuqqas ta’ informazzjoni u tikkettar u n-nuqqas ta’ motivazzjoni xjentifika

2.

It-tieni motiv, huwa bbażat fuq difetti li jaffettwaw il-legalità esterna tal-att ikkontestat. Ir-rikorrenti jikkritikaw il-proċedura segwita għan-nuqqas ta’ konsultazzjoni tal-pubbliku, in-nuqqas ta’ konformità mal-proċeduri differenti stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2001/18 (2) u l-ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali. Huma jinvokaw ukoll in-nuqqas ta’ bażi legali suffiċjenti u l-iżball ta’ evalwazzjoni.

3.

It-tielet motiv, huwa bbażat fuq difetti li jaffettwaw il-legalità interna tal-att ikkontestat. Ir-rikorrenti jsostnu f’dan ir-rigward in-nuqqas ta’ rispett tal-prinċipju ta’ prekawzjoni, in-nuqqas ta’ rispett tal-prinċipju fundamentali tal-Unjoni tad-dritt għal aspettattivi leġittimi u d-dritt miksub għall-protezzjoni tas-saħħa u tal-ambjent. L-applikanti jallegaw ukoll ksur tal-prinċipji ta’ sussidjarjetà u proporzjonalità kif ukoll żball manifest ta’ evalwazzjoni.


(1)  Regolament (UE) 2020/1043tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 dwar it-twettiq ta’ provi kliniċi ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li fihom jew li jikkonsistu f’organiżmi ġenetikament modifikati maħsuba biex jittrattaw jew jipprevjenu l-marda tal-coronavirus (COVID-19) u l-provvista ta’ dawn il-prodotti (ĠU 2020, L 231, p. 12).

(2)  Direttiva 2001/18/KE tal-Parlament Ewropew U Tal-Kunsill tat-12 ta' Marzu 2001 dwar ir-rilaxx intenzjonat fl-ambjent ta' organiżmi modifikati ġenetikament u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/220/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 77).


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/25


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Ottubru 2020 – Validity vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-640/20)

(2021/C 9/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Validity Foundation – Mental Disability Advocacy Centre (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: B. Van Vooren, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 5540 final tas-6 ta’ Awwissu 2020 indirizzata lid-Direttur Ko-Eżekuttiv tal-Validity Foundation, skont ir-Regolament 1049/2001; (1)

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt għall-parteċipazzjoni fil-ħajja pubblika, flimkien mad-dritt għal għajxien indipendenti u integrazzjoni ta’ persuni b’diżabbiltà (Artikolu 26 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mal-Artikoli 29 u 19 tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament 1049/2001, kif moqri fid-dawl tal-Artikolu 15(3) TFUE u l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/26


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2020 – NC et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-645/20)

(2021/C 9/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NC, ND, NE, NF, Uniunea Naţională a Transportatorilor Rutieri din România (UNTRR) (Bukarest, ir-Rumanija) (rappreżentant: R. Martens, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla, parzjalment, l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 2, 4(2) u 9 TUE, tal-Artikoli 18 u 95 TFUE, tal-Artikolu 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u nondiskriminazzjoni bħala prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, moqrija flimkien mal-Artikolu 5(4) TUE u l-prinċipju ta’ proporzjonalità bħala prinċipju ġenerali tal-Unjoni Ewropea, minħabba diskriminazzjoni reali u indiretta.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 26, 49 u 56 TFUE, tal-Artikoli 16 u 52(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mal-Artikolu 5(4) TUE u l-prinċipju ta’ proporzjonalità bħala prinċipju ġenerali tal-Unjoni Ewropea minħabba restrizzjoni illegali tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u tal-libertà ta’ intrapriża.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 3(3) TUE, tal-Artikoli 11 u 191 TFUE u tal-Artikolu 37 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea inkwantu l-preżervazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent huma ppreġudikati.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296(2) TFUE, tal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 2 TFUE, tal-Ftehim Interistituzzjonali dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet, kif ukoll tal-obbligu ta’ motivazzjoni, inkwantu ma ġietx ipprovduta motivazzjoni u ma sarux analizi tal-impatt.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 91 u 94 TFUE, moqrija flimkien mal-Artikolu 5(4) TUE kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, inkwantu l-livell tal-għajxien, l-impjieg u s-sitwazzjoni ekonomika huma serjament afftetwati.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/27


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Verelst vs Il-Kunsill

(Kawża T-647/20)

(2021/C 9/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Jean-Michel Verelst (Eghezée, Il-Belġju) (rappreżentant: C. Molitor, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-att ikkontestat;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1117 tas-27 ta’ Lulju 2020 li taħtar il-Prosekuturi Ewropej tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, sa fejn taħtar lil Yves Van Den Berge prosekutur Ewropew tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bħala membru tal-persunal temporanju bil-grad AD 13 għal perijodu li ma jiġġedditx ta’ sitt snin b’effett mid-29 ta’ Lulju 2020 (ĠU 2020, L 244, p. 18), ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tar-regoli applikabbli għall-ħatra ta’ prosekuturi Ewropej. Dawn huma l-Artikoli 288, 289, 291 u 296 TFUE, l-Artikoli 20, 21 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem, il-“Karta”), il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertezza legali, ta’ aspettattivi leġittimi, ta’ legalità, u ta’ nondiskriminazzjoni, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta’ Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU 2017, L 283, p. 1), u b’mod partikolari l-Artikoli 14(3) u 16(1), (2), (3) tiegħu, l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2018/1696 tat-13 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli ta’ ħidma tal-bord tal-għażla previsti fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) 2017/1939 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (ĠU 2018, L 282, p. 8), regoli ta’ ħidma tal-bord tal-għażla stabbiliti mill-imsemmija deċiżjoni ta’ implimentazzjoni, b’mod partikolari l-Artikoli VI.2 u VII.2, u forom sostanzjali. Permezz ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent jikkritika l-att ikkontestat, sa fejn jaħtar għall-pożizzjoni ta’ prosekutur Ewropew wieħed mill-kandidati maħtura mill-Belġju:

fl-ewwel lok (l-ewwel parti), talli ġie adottat la abbażi u lanqas f’teħid inkonsiderazzjoni tal-konklużjonijiet misluta mill-Bord tal-Ġħażla wara l-eżitu tal-eżami tal-kandidaturi u tas-smigħ tal-kandidati u fformalizzati fl-opinjoni motivata tiegħu, iżda għall-kuntrarju, b’mod partikolari, billi bbaża ruħu fuq evalwazzjoni oħra tal-merti ta’ dawn il-kandidati, imwettqa fi ħdan il-korpi preparatorji rilevanti tal-Kunsill, u

fit-tieni lok (it-tieni parti), talli ttratta b’mod differenti l-grupp ikkostitwit mill-kandidati maħtura mir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u l-Finlandja, minn naħa, u l-grupp ikkostitwit mill-kandidati maħtura mill-Belġju, mill-Bulgarija u mill-Portugall, min-naħa l-oħra, billi bbaża ruħu għal tal-ewwel fuq l-opinjoni tal-Bord tal-Għażla, kif previst mir-regolament, u billi applika għal dawk tat-tieni grupp proċedura oħra ta’ evalwazzjoni tal-merti tal-kandidati, mhux previst mir-regolament, immexxija minn korp mhux awtorizzat għal dan l-effett.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni, fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. B’mod partikolari, dan il-motiv huwa mislut minn ksur tal-Artikolu 296 TFUE, minn ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta, minn ksur tar-Regolament (UE) 2017/1939 iċċitat qabel u b’mod partikolari mill-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1696 iċċitata qabel u minn ksur tar-regoli ta’ funzjonament tal-Bord tal-Għażla stabbiliti permezz tad-deċiżjoni ta’ implimentazzjoni msemmija, b’mod partikolari l-Artikoli VI.2 u VII.2, mill-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u mid-dmir tal-premura, mill-ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali, u mill-iżball manifest ta’ evalwazzjoni.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrent jikkritika lill-att ikkontestat li jiddiċiedi li jaħtar għall-funzjoni ta’ Prosekutur Ewropew, għal dak li jirrigwarda il-Belġju, il-kandidat maħtur billi jagħtih b’hekk preferenza meta mqabbel ma’ kandidati oħrajn, u b’mod partikolari, meta mqabbel mar-rikorrent, u dan, abbażi ta’ analiżi tal-esperjenza tal-kandidat maħtur fil-qasam tal-kriminalità finanzjarja u ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja internazzjonali, u li jikkonkludi li l-kwalifiki u l-esperjenza professjonali ta’ dan il-kandidat kienu jikkonvjenu aħjar għall-pożizzjoni ta’ Prosekutur Ewropew.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/28


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Novembru 2020 – Muratbey Gida vs EUIPO – M. J. Dairies (Ġobna elikali)

(Kawża T-662/20)

(2021/C 9/40)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Muratbey Gida Sanayí Ve Tícaret AŞ (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: M. Schork, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: M. J. Dairies EOOD (Sofija, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tad-disinn Nru DM/080641-0002 (Triple helicoid cheese in colour yellow)

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Awwissu 2020 fil-Każ R 1925/2019-3

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba tal-parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell għal dikjarazzjoni ta’ invalidità fir-rigward tar-reġistrazzjoni internazzjonali kkontestata Nru DM/080641-0002 li tindika l-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002;

Ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 6/2002.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/28


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2020 – One Voice vs ECHA

(Kawża T-663/20)

(2021/C 9/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: One Voice (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Ghersi, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddeċiedi li l-Bord tal-Appell tal-ECHA wettaq żball ta’ evalwazzjoni tar-relazzjoni bejn ir-Regolament dwar il-Prodotti Kożmetiċi u r-Regolament REACH;

tiddeċiedi li l-Bord tal-Appell tal-ECHA kiser id-dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ECHA tat-18 ta’ Awwissu 2020 Nru A-009-2018;

tikkundanna lill-konvenuta għal-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni tar-relazzjoni bejn ir-Regolament dwar il-Prodotti Kożmetiċi (1) u r-Regolament REACH (2). Skont ir-rikorrenti, il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ evalwazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-Prodotti Kożmetiċi fil-kuntest tal-applikazzjoni tar-Regolament REACH u kiser l-għan li jrid jintlaħaq mir-Regolament dwar il-Prodotti Kożmetiċi fil-qasam tal-ittestjar fuq l-annimali. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tqis li l-ECHA ma għandhiex kompetenza sabiex tagħti interpretazzjoni vinkolanti tar-relazzjoni bejn ir-ir-Regolament dwar il-Prodotti Kożmetiċi u r-Regolament REACH.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li r-Regolament REACH jimponi l-prinċipju ta’ projbizzjoni tal-ittestjar fuq l-annimali, ħlief jekk ma jkun hemm ebda soluzzjoni oħra. Issa, ebda tali eċċezzjoni ma ġiet identifikata mill-Bord tal-Appell fid-deċiżjoni kkontestata.


(1)  Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU 2009, L 342, p. 59, rettifika fil-ĠU 2017, L 191, p. 12).

(2)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1 u rettifiki fil-ĠU 2008, L 141, p. 22 u fil-ĠU 2009, L 36, p. 84).


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/29


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ottubru 2020 – One Voice vs ECHA

(Kawża T-664/20)

(2021/C 9/42)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: One Voice (Strasbourg, Franza) (rappreżentant: A. Ghersi, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

taqta’ u tiddeċiedi li l-Bord tal-Appell tal-ECHA wettaq żball ta’ evalwazzjoni tar-rabta bejn ir-Regolament dwar il-prodotti kożmetiċi u r-Regolament REACH;

taqta’ u tiddeċiedi li l-Bord tal-Appell tal-ECHA kiser id-dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH;

konsegwentement,

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-ECHA tat-18 ta’ Awwissu 2020 Nru A-010-2018;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni tar-rabta bejn ir-Regolament dwar il-prodotti kożmetiċi (1) u r-Regolament REACH (2). Skont ir-rikorrenti, il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ evalwazzjoni tal-Artikolu 18 tar-Regolament dwar il-prodotti kożmetiċi fil-kuntest tal-applikazzjoni tar-Regolament REACH u kiser l-għan imfittex mir-Regolament dwar il-prodotti kożmetiċi fil-qasam tal-esperimentazzjoni fuq l-annimali. Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tqis li l-ECHA ma għandhiex kompetenza sabiex tagħti interpretazzjoni vinkolanti tar-rabta bejn ir-Regolament dwar il-prodotti kożmetiċi u r-Regolament REACH.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament REACH. Ir-rikorrenti targumenta b’mod partikolari f’dan ir-rigward li r-Regolament REACH iqajjem il-prinċipju tal-projbizzjoni tal-esperimentazzjoni fuq l-annimali, ħlief jekk ma tkun teżisti ebda soluzzjoni oħra. Madankollu, il-Bord tal-Appell ma kkaratterizzax tali eċċezzjoni fid-deċiżjoni kkontestata.


(1)  Ir-Regolament (KE) 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-prodotti kożmetiċi (ĠU 2009, L 342, p. 59), u rettifika fil-ĠU 2017, L 191, p. 12.

(2)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1) u rettifiki fil-ĠU 2008, L 141, p. 22, u fil-ĠU 2009, L 36, p. 84.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/30


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Novembru 2020 – OA vs CESE

(Kawża T-671/20)

(2021/C 9/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: OA (rappreżentanti: M. Casado García-Hirschfeld u M. Aboudi, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors odjern ammissibbli;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-5 ta’ Diċembru 2019 li ġiet ikkonfermata bid-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment tar-rikorrent tal-5 ta’ Marzu 2020;

tordna l-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali li jammonta għas-somma ta’ EUR 30 000 u għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni materjali, stmati li jammontaw għas-somma ta’ EUR 25 000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-garanziji proċedurali previsti fil-qasam tal-investigazzjonijiet amministrattivi u tad-dixxiplina kif ukoll fuq ksur tal-prinċipji ta’ imparzjalità u ta’ amministrazzjoni tajba. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent jiddikjara li l-investigazzjoni amministrattiva li huwa suġġett għaliha hija vizzjata minn numru ta’ irregolaritajiet formali u proċedurali.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, kif ukoll fuq l-eżistenza ta’ użu ħazin ta’ poter.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/31


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2020 – Kerstens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-672/20)

(2021/C 9/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Petrus Kerstens (La Forclaz, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-20 ta’ Jannar 2020 li tiċħad it-talba għal assistenza D/517/19 ta’ Petrus Kerstens tas-17 ta’ Settembru 2019 imsressqa skont l-Artikoli 24 u 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-31 ta’ Jannar 2020 li tiċħad it-talba għal assistenza D/516/19 ta’ Petrus Kerstens tas-17 ta’ Settembru 2019 imsressqa skont l-Artikoli 24 u 12a tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċedura, b’applikazzjoni tal-Artikolu 134 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv uniku, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, inkluż ksur tad-drittijiet tad-difiża u b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ li jirriżulta mill-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn ir-rikorrent ma nstemax mill-Kummissjoni qabel ma ttieħdu d-deċiżjonijiet dwar it-talbiet għal assistenza tiegħu.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/31


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Novembru 2020 – Ryanair u Laudamotion vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-677/20)

(2021/C 9/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, l-Irlanda) u Laudamotion GmbH (Schwechat, l-Awstrija) (rappreżentanti: E. Vahida, F. Laprévote, V. Blanc, S. Rating u I. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) tas-6 ta’ Lulju 2020 dwar għajnuna mill-Istat SA.57539 (2020/N) – l-Awstrija – COVID-19 – Għajnuna lil Austrian Airlines (1); u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Ir-rikorrenti talbu wkoll li l-azzjoni tagħhom tiġi ttrattata taħt il-proċedura mħaffa skont l-Artikolu 23a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ reviżjoni, min-naħa tal-Kummissjoni, ta’ għajnuna possibbli lil jew minn Lufthansa.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-Kummissjoni, ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni dwar il-projbizzjoni minn diskriminazzjoni, il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u l-libertà ta’ stabbiliment li huma l-bażi tal-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni. Il-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru ppermettiet it-tkattir ta’ linji tal-ajru low cost li huma verament pan-Ewropej. Billi awtorizzat lill-Awstrija tirriżerva l-għajnuna lil Austrian Airlines, il-Kummissjoni Ewropea injorat il-ħsara kkawżata lil tali linji tal-ajru pan-Ewropej bir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar dovuti għall-kriżi tal-COVID-19.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-Artikolu 107(2)(b) TFUE, u fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni min-naħa tagħha tar-reviżjoni tagħha tal-proporzjonalità tal-għajnuna mal-ħsara kkawżata mir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar dovuti għall-kriżi tal-COVID-19, b’mod partikolari peress li l-ħsara kollha kkawżata mill-kriżi tal-COVID-19 lil AUA kienet direttament dovuta għal restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar u peress li ma vverifikatx jekk Austrian Airlines kinitx immitigat l-ispejjeż kollha li setgħu jiġu evitati.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bidu ta’ proċedura ta’ investigazzjoni formali, min-naħa tal-Kummissjoni, minkejja li kien hemm diffikultajiet serji u billi din kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) tas-6 ta’ Lulju 2020 dwar għajnuna mill-Istat SA.57539 (2020/N) – l-Awstrija – COVID 19 – Għajnuna lil Austrian Airlines (ĠU 2020 C 346, p. 2).


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/32


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2020 – HB vs EIB

(Kawża T-689/20)

(2021/C 9/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: HB (rappreżentant: C. Bernard-Glanz, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tad-Deputat Segretarju Ġenerali tal-BEI tas-27 ta’ April 2020, li tittermina l-kuntratt tal-impjieg tagħha u, sa fejn ikun hemm bżonn, tannulla d-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal reviżjoni tagħha, u;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega żball manifest ta’ evalwazzjoni, ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u ksur tal-prinċipju ta’ kura tal-benessri tal-persunal, sa fejn:

it-terminazzjoni tal-kuntratt tar-rikorrenti abbażi ta’ restrizzjonijiet baġitarji kien manifestament żbaljat, u kontra l-Ftehim ta’ Sussidju Speċifiku JASPERS 2020 u d-deċiżjoni tal-Kumitat Amministrattiv tal-BEI tal-2019;

it-terminazzjoni tal-kuntratt tar-rikorrenti fuq il-bażi li l-piż tax-xogħol tad-Diviżjoni dwar l-Iżvilupp Intelliġenti ta’ JASPERS, fejn kienet ikkollokata r-rikorrenti, kien inqas minn dak ta’ diviżjonijiet oħra ta’ JASPERS u li, b’riżultat ta’ dan, ma kienx hemm bżonn kummerċjali li r-rikorrenti tinżamm fil-pożizzjoni tagħha kienet manifestament żbaljata; u

it-terminazzjoni tal-kuntratt tar-rikorrenti kienet manifestament tmur kontra l-interess tas-servizz, kemm minn perspettiva amministrattiva, finanzjarja jew ta’ piż tax-xogħol, u tikser il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u l-obbligu ta’ kura tal-benessri tal-persunal.

2.

It-tieni motiv, li jallega arbitrarjetà u ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, sa fejn, f’kuntest fejn il-konvenut jargumenta li għandu jkeċċi ftit mill-persunal tiegħu minħabba restrizzjonijiet baġitarji, imur kontra l-amministrazzjoni tajba u huwa arbitrarju li ma jiġix stabbilit pjan ta’ tnaqqis tal-persunal, inkluża kwantifikazzjoni tan-numru ta’ pożizzjonijiet li għandhom jitneħħew, u l-kriterji oġġettivi biex dawn jintgħażlu, li abbażi tagħhom jistgħu jittieħdu deċiżjonijiet fir-rigward ta’ membri tal-persunal individwali, qabel ma jiġu adottati deċiżjonijiet ta’ terminazzjoni ta’ kuntratti ta’ impjieg, bħal dik ikkontestata mir-rikorrenti.

3.

It-tielet motiv, li jallega nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att, sa fejn l-awtur tad-deċiżjoni kkontestata, id-Deputat Segretarju Ġenerali tal-BEI, ma kellux is-setgħa li jadottaha.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2020 – Cipriani vs EUIPO – Hotel Cipriani (ARRIGO CIPRIANI)

(Kawża T-325/19) (1)

(2021/C 9/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2020 – Coppo Gavazzi et vs Il-Parlament

(Kawżi magħquda T-389/19 sa T-394/19, T-397/19, T-398/19, T-403/19, T-404/19, T-406/19, T-407/19, T-409/19 sa T-418/19, T-420/19 sa T-422/19, T-425/19 sa T-427/19, T-429/29 sa T-432/19, T-435/19, T-436/19, T-438/19 sa T-442/19, T-444/19 sa T-446/19, T-448/19 sa T-454/19, T-463/19 u T-465/19) (1)

(2021/C 9/48)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tat-Tmien Awla Estiża ordna t-tħassir tal-Kawża T-449/19.


(1)  ĠU C 270, 12.8.2019.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ottubru 2020 – DS et vs Il-Kummissjoni u SEAE

(Kawża T-573/19) (1)

(2021/C 9/49)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 357, 21.10.2019.


11.1.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 9/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ottubru 2020 – DV et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-576/19) (1)

(2021/C 9/50)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 357, 21.10.2019.