|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
|
Werrej |
Paġna |
|
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2020/C 444 A/01 |
||
|
2020/C 444 A/02 |
||
|
2020/C 444 A/03 |
||
|
2020/C 444 A/04 |
||
|
2020/C 444 A/05 |
||
|
2020/C 444 A/06 |
||
|
2020/C 444 A/07 |
||
|
2020/C 444 A/08 |
||
|
2020/C 444 A/09 |
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
|
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 444/1 |
Addendum għall-Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali
Amministraturi (AD 5/AD 7) li jispeċjalizzaw fir-riċerka legali
EPSO/AD/365/19 — Avukati – Dritt Ċiprijott (CY)
EPSO/AD/366/19 — Avukati – Dritt Grieg (EL)
EPSO/AD/367/19 — Avukati – Dritt Ungeriż (HU)
EPSO/AD/368/19 — Avukati – Dritt Taljan (IT)
EPSO/AD/369/19 — Avukati – Dritt Latvjan (LV)
EPSO/AD/370/19 — Avukati – Dritt Pollakk (PL)
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 85 A tas-7 ta’ Marzu 2019)
(2020/C 444 A/01)
|
1. |
Minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, mis-6 ta’ Marzu 2020 ’l quddiem, l-EPSO kellu jinterrompi u jissospendi l-attivitajiet tiegħu relatati mal-kompetizzjonijiet li għaddejjin, sabiex jiżgura l-miżuri ta’ prekawzjoni xierqa kollha f’konformità mal-istruzzjonijiet u l-linji gwida pprovduti mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-awtoritajiet nazzjonali. B’mod partikolari, dan affettwa l-organizzazzjoni tat-testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO. L-EPSO inizjalment kien qed jippjana li jerġa’ jibda l-ittestjar minn nofs Settembru 2020. Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni attwali tal-COVID-19, li fiha l-awtoritajiet nazzjonali introduċew miżuri li jipprojbixxu laqgħat kbar ta’ nies u jillimitaw l-ivvjaġġar għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, mhux se jkun possibbli li jiġu organizzati testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO fil-futur prevedibbli. |
|
2. |
Biex jikkonkludi l-kompetizzjonijiet ġenerali f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-EPSO se jiddetermina l-aħjar mod ta’ ttestjar għal kull kompetizzjoni u jinforma lill-kandidati fi żmien xieraq. Għalhekk it-testijiet kollha relatati mal-kompetizzjonijiet msemmija hawn fuq issa se jsiru jew mill-bogħod jew f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO.
L-ittestjar online mill-bogħod jippermetti lill-kandidati jagħmlu t-testijiet id-dar, fl-uffiċċju eċċ. mingħajr ma jkollhom bżonn jivvjaġġaw lejn ċentru tal-ittestjar tal-EPSO. Tali ttestjar isir minn issa ’l quddiem permezz ta’ videoconferencing online. Id-dettalji tekniċi kollha jiġu pprovduti fi żmien xieraq, inklużi struzzjonijiet dwar kif għandha tiġi ttestjata l-konnessjoni qabel il-jum attwali tal-ittestjar. Il-kandidati jridu jiċċekkjaw il-profil tal-EPSO tagħhom mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa. |
|
3. |
Fil-każ tal-ittestjar fiċ-ċentri akkreditati tal-EPSO, il-kandidati jkunu jistgħu jagħżlu minn fost għadd kbir ta’ dawk iċ-ċentri tal-ittestjar kemm madwar l-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. Jittieħdu l-miżuri sanitarji kollha li huma meħtieġa għall-iskop li jsir it-test f’dawn iċ-ċentri tat-testijiet. |
|
4. |
L-istediniet għat-testijiet jiġu ppubblikati fil-kontijiet EPSO tal-kandidati. |
|
5. |
Għal dawn il-kompetizzjonijiet, ġie ppjanat eżerċizzju ta’ grupp fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni. Minflok, il-kandidati kollha se jiġu mistiedna jagħmlu intervista bbażata fuq il-kompetenza tas-sitwazzjoni (SCBI), li għandha tiġi organizzata mill-bogħod bl-użu ta’ vidjokonferenzjar online. It-tul ta’ żmien tal-SCBI se jkun bejn 30 u 40 minuta. Din il-bidla fit-testijiet hija minħabba li mhuwiex possibbli li jitwettaq l-eżerċizzju tal-grupp mill-bogħod b’mod sodisfaċenti. Jekk jitfaċċaw problemi tekniċi, id-dinamika tal-grupp tista’ tiġi kompromessa u l-kandidati parteċipanti jkollhom impatt negattiv.
L-SCBI se tittestja l-istess kompetenzi ġenerali bħall-eżerċizzju tal-grupp billi tistaqsi lill-kandidati kif se jirreaġixxu f’sitwazzjoni speċifika. Dan jikkonsisti f’laqgħa online individwali ma’ intervistatur imħarreġ li jipprovdi informazzjoni addizzjonali matul l-intervista, skont kitba semistrutturata. Bejn wieħed u ieħor ġimagħtejn sa tliet ġimgħat qabel il-bidu tal-perjodu tal-ittestjar SCBI, il-kandidati jirċievu inkarigu bil-miktub u informazzjoni ta’ sfond biex jgħinuhom iħejju ruħhom. Fl-inkarigu, il-kandidati jintalbu jieħdu post kollega u jassumu r-responsabbiltà għal diversi kompiti u sitwazzjonijiet li jridu jiġu diskussi matul l-intervista. Jiġu inklużi wkoll sitwazzjonijiet addizzjonali, mhux ibbażati fuq l-inkarigu. Matul l-intervista, il-kandidati jitħallew jikkonsultaw l-inkarigu bil-miktub u l-informazzjoni ta’ sfond. Il-kandidati jiġu intervistati minn membru tal-persunal tal-UE. Żewġ Membri tal-Bord tas-Selezzjoni josservaw u jivvalutaw il-prestazzjoni ta’ kull kandidat u jagħtu l-punteġġ tal-kompetenzi koperti mit-test. L-intervistatur ma jkunx involut fil-valutazzjoni tal-kandidat. |
|
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 444/3 |
Addendum għall-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/373/19 — Amministraturi (AD 5)
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 177 A tat-23 ta’ Mejju 2019)
(2020/C 444 A/02)
|
1. |
Minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, mis-6 ta’ Marzu 2020 ’l quddiem, l-EPSO kellu jinterrompi u jissospendi l-attivitajiet tiegħu relatati mal-kompetizzjonijiet li għaddejjin, sabiex jiżgura l-miżuri ta’ prekawzjoni xierqa kollha f’konformità mal-istruzzjonijiet u l-linji gwida pprovduti mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-awtoritajiet nazzjonali. B’mod partikolari, dan affettwa l-organizzazzjoni tat-testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO. L-EPSO inizjalment kien qed jippjana li jerġa’ jibda l-ittestjar minn nofs Settembru 2020. Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni attwali tal-COVID-19, li fiha l-awtoritajiet nazzjonali introduċew miżuri li jipprojbixxu laqgħat kbar ta’ nies u jillimitaw l-ivvjaġġar għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, mhux se jkun possibbli li jiġu organizzati testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO fil-futur prevedibbli. |
|
2. |
Biex jikkonkludi l-kompetizzjonijiet ġenerali f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-EPSO se jiddetermina l-aħjar mod ta’ ttestjar għal kull kompetizzjoni u jinforma lill-kandidati fi żmien xieraq. Għalhekk it-testijiet kollha relatati mal-kompetizzjoni msemmija hawn fuq issa se jsiru jew mill-bogħod jew f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO.
L-ittestjar online mill-bogħod jippermetti lill-kandidati jagħmlu t-testijiet id-dar, fl-uffiċċju eċċ. mingħajr ma jkollhom bżonn jivvjaġġaw lejn ċentru tal-ittestjar tal-EPSO. Tali ttestjar isir minn issa ‘l quddiem permezz ta’ videoconferencing online. Id-dettalji tekniċi kollha jiġu pprovduti fi żmien xieraq, inklużi struzzjonijiet dwar kif għandha tiġi ttestjata l-konnessjoni qabel il-jum attwali tal-ittestjar. Il-kandidati jridu jiċċekkjaw il-profil tal-EPSO tagħhom mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa. |
|
3. |
Fil-każ tal-ittestjar fiċ-ċentri akkreditati tal-EPSO, il-kandidati jkunu jistgħu jagħżlu minn fost għadd kbir ta’ dawk iċ-ċentri tal-ittestjar kemm madwar l-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. Jittieħdu l-miżuri sanitarji kollha li huma meħtieġa għall-iskop li jsir it-test f’dawn iċ-ċentri tat-testijiet. |
|
4. |
L-istediniet għat-testijiet jiġu ppubblikati fil-kontijiet EPSO tal-kandidati. |
|
5. |
Għal din il-kompetizzjoni, ġie ppjanat eżerċizzju ta’ grupp fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni. Minflok, il-kandidati kollha se jiġu mistiedna jagħmlu intervista bbażata fuq il-kompetenza tas-sitwazzjoni (SCBI), li għandha tiġi organizzata mill-bogħod bl-użu ta’ vidjokonferenzjar online. It-tul ta’ żmien tal-SCBI se jkun bejn 30 u 40 minuta. Din il-bidla fit-testijiet hija minħabba li mhuwiex possibbli li jitwettaq l-eżerċizzju tal-grupp mill-bogħod b’mod sodisfaċenti. Jekk jitfaċċaw problemi tekniċi, id-dinamika tal-grupp tista’ tiġi kompromessa u l-kandidati parteċipanti jkollhom impatt negattiv.
L-SCBI se tittestja l-istess kompetenzi ġenerali bħall-eżerċizzju tal-grupp billi tistaqsi lill-kandidati kif se jirreaġixxu f’sitwazzjoni speċifika. Dan jikkonsisti f’laqgħa online individwali ma’ intervistatur imħarreġ li jipprovdi informazzjoni addizzjonali matul l-intervista, skont kitba semistrutturata. Bejn wieħed u ieħor ġimagħtejn sa tliet ġimgħat qabel il-bidu tal-perjodu tal-ittestjar SCBI, il-kandidati jirċievu inkarigu bil-miktub u informazzjoni ta’ sfond biex jgħinuhom iħejju ruħhom. Fl-inkarigu, il-kandidati jintalbu jieħdu post kollega u jassumu r-responsabbiltà għal diversi kompiti u sitwazzjonijiet li jridu jiġu diskussi matul l-intervista. Jiġu inklużi wkoll sitwazzjonijiet addizzjonali, mhux ibbażati fuq l-inkarigu. Matul l-intervista, il-kandidati jitħallew jikkonsultaw l-inkarigu bil-miktub u l-informazzjoni ta’ sfond. Il-kandidati jiġu intervistati minn membru tal-persunal tal-UE. Żewġ Membri tal-Bord tas-Selezzjoni josservaw u jivvalutaw il-prestazzjoni ta’ kull kandidat u jagħtu l-punteġġ tal-kompetenzi koperti mit-test. L-intervistatur ma jkunx involut fil-valutazzjoni tal-kandidat. |
|
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 444/4 |
Addendum għall-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST-SC/08/19 — Uxxiera Parlamentari (SC 1/SC 2)
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 233 A tal-11 ta’ Lulju 2019)
(2020/C 444 A/03)
|
1. |
Minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, mis-6 ta’ Marzu 2020 ’l quddiem, l-EPSO kellu jinterrompi u jissospendi l-attivitajiet tiegħu relatati mal-kompetizzjonijiet li għaddejjin, sabiex jiżgura l-miżuri ta’ prekawzjoni xierqa kollha f’konformità mal-istruzzjonijiet u l-linji gwida pprovduti mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-awtoritajiet nazzjonali. B’mod partikolari, dan affettwa l-organizzazzjoni tat-testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO. L-EPSO inizjalment kien qed jippjana li jerġa’ jibda l-ittestjar minn nofs Settembru 2020. Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni attwali tal-COVID-19, li fiha l-awtoritajiet nazzjonali introduċew miżuri li jipprojbixxu laqgħat kbar ta’ nies u jillimitaw l-ivvjaġġar għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, mhux se jkun possibbli li jiġu organizzati testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO fil-futur prevedibbli. |
|
2. |
Biex jikkonkludi l-kompetizzjonijiet ġenerali f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-EPSO se jiddetermina l-aħjar mod ta’ ttestjar għal kull kompetizzjoni u jinforma lill-kandidati fi żmien xieraq. Għalhekk it-testijiet kollha relatati mal-kompetizzjoni msemmija hawn fuq issa se jsiru jew mill-bogħod jew f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO.
L-ittestjar online mill-bogħod jippermetti lill-kandidati jagħmlu t-testijiet id-dar, fl-uffiċċju eċċ. mingħajr ma jkollhom bżonn jivvjaġġaw lejn ċentru tal-ittestjar tal-EPSO. Tali ttestjar isir minn issa ‘l quddiem permezz ta’ videoconference online. Id-dettalji tekniċi kollha jiġu pprovduti fi żmien xieraq, inklużi struzzjonijiet dwar kif għandha tiġi ttestjata l-konnessjoni qabel il-jum attwali tal-ittestjar. Il-kandidati jridu jiċċekkjaw il-profil tal-EPSO tagħhom mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa. |
|
3. |
Fil-każ tal-ittestjar fiċ-ċentri akkreditati tal-EPSO, il-kandidati jkunu jistgħu jagħżlu minn fost għadd kbir ta’ dawk iċ-ċentri tal-ittestjar kemm madwar l-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. Jittieħdu l-miżuri sanitarji kollha li huma meħtieġa għall-iskop li jsir it-test f’dawn iċ-ċentri tat-testijiet. |
|
4. |
L-istediniet għat-testijiet jiġu ppubblikati fil-kontijiet EPSO tal-kandidati. |
|
5. |
Għal din il-kompetizzjoni, it-testijiet ta’ valutazzjoni issa se jiġu organizzati jew mill-bogħod jew f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO. |
|
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 444/5 |
Addendum għall-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST-SC/09/19 — Operaturi tal-konferenza (SC 2)
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 378 A tas-7 ta’ Novembru 2019)
(2020/C 444 A/04)
|
1. |
Minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, mis-6 ta’ Marzu 2020 ’l quddiem, l-EPSO kellu jinterrompi u jissospendi l-attivitajiet tiegħu relatati mal-kompetizzjonijiet li għaddejjin, sabiex jiżgura l-miżuri ta’ prekawzjoni xierqa kollha f’konformità mal-istruzzjonijiet u l-linji gwida pprovduti mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-awtoritajiet nazzjonali. B’mod partikolari, dan affettwa l-organizzazzjoni tat-testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO. L-EPSO inizjalment kien qed jippjana li jerġa’ jibda l-ittestjar minn nofs Settembru 2020. Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni attwali tal-COVID-19, li fiha l-awtoritajiet nazzjonali introduċew miżuri li jipprojbixxu laqgħat kbar ta’ nies u jillimitaw l-ivvjaġġar għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, mhux se jkun possibbli li jiġu organizzati testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO fil-futur prevedibbli. |
|
2. |
Biex jikkonkludi l-kompetizzjonijiet ġenerali f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-EPSO se jiddetermina l-aħjar mod ta’ ttestjar għal kull kompetizzjoni u jinforma lill-kandidati fi żmien xieraq. Għalhekk it-testijiet kollha relatati mal-kompetizzjoni msemmija hawn fuq issa se jsiru jew mill-bogħod jew f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO.
L-ittestjar online mill-bogħod jippermetti lill-kandidati jagħmlu t-testijiet id-dar, fl-uffiċċju eċċ. mingħajr ma jkollhom bżonn jivvjaġġaw lejn ċentru tal-ittestjar tal-EPSO. Tali ttestjar isir minn issa ‘l quddiem permezz ta’ videoconferencing online. Id-dettalji tekniċi kollha jiġu pprovduti fi żmien xieraq, inklużi struzzjonijiet dwar kif għandha tiġi ttestjata l-konnessjoni qabel il-jum attwali tal-ittestjar. Il-kandidati jridu jiċċekkjaw il-profil tal-EPSO tagħhom mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa. |
|
3. |
Fil-każ tal-ittestjar fiċ-ċentri akkreditati tal-EPSO, il-kandidati jkunu jistgħu jagħżlu minn fost għadd kbir ta’ dawk iċ-ċentri tal-ittestjar kemm madwar l-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. Jittieħdu l-miżuri sanitarji kollha li huma meħtieġa għall-iskop li jsir it-test f’dawn iċ-ċentri tat-testijiet. |
|
4. |
L-istediniet għat-testijiet jiġu ppubblikati fil-kontijiet EPSO tal-kandidati. |
|
5. |
Għal din il-kompetizzjoni, it-testijiet ta’ valutazzjoni issa se jiġu organizzati jew mill-bogħod jew f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO. |
|
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 444/6 |
Addendum għall-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/380/19 — Amministraturi (AD 7/AD 9) fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali u l-ġestjoni tal-għajnuna għal pajjiżi li mhux fl-UE
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 409 A tal-5 ta’ Diċembru 2019)
(2020/C 444 A/05)
|
1. |
Minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, mis-6 ta’ Marzu 2020 ’l quddiem, l-EPSO kellu jinterrompi u jissospendi l-attivitajiet tiegħu relatati mal-kompetizzjonijiet li għaddejjin, sabiex jiżgura l-miżuri ta’ prekawzjoni xierqa kollha f’konformità mal-istruzzjonijiet u l-linji gwida pprovduti mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-awtoritajiet nazzjonali. B’mod partikolari, dan affettwa l-organizzazzjoni tat-testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO. L-EPSO inizjalment kien qed jippjana li jerġa’ jibda l-ittestjar minn nofs Settembru 2020. Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni attwali tal-COVID-19, li fiha l-awtoritajiet nazzjonali introduċew miżuri li jipprojbixxu laqgħat kbar ta’ nies u jillimitaw l-ivvjaġġar għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, mhux se jkun possibbli li jiġu organizzati testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO fil-futur prevedibbli. |
|
2. |
Biex jikkonkludi l-kompetizzjonijiet ġenerali f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-EPSO se jiddetermina l-aħjar mod ta’ ttestjar għal kull kompetizzjoni u jinforma lill-kandidati fi żmien xieraq. Għalhekk it-testijiet kollha relatati mal-kompetizzjoni msemmija hawn fuq issa se jsiru jew mill-bogħod jew f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO.
L-ittestjar online mill-bogħod jippermetti lill-kandidati jagħmlu t-testijiet id-dar, fl-uffiċċju eċċ. mingħajr ma jkollhom bżonn jivvjaġġaw lejn ċentru tal-ittestjar tal-EPSO. Tali ttestjar isir minn issa ’l quddiem permezz ta’ videoconferencing online. Id-dettalji tekniċi kollha jiġu pprovduti fi żmien xieraq, inklużi struzzjonijiet dwar kif għandha tiġi ttestjata l-konnessjoni qabel il-jum attwali tal-ittestjar. Il-kandidati jridu jiċċekkjaw il-profil tal-EPSO tagħhom mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa. |
|
3. |
Fil-każ tal-ittestjar fiċ-ċentri akkreditati tal-EPSO, il-kandidati jkunu jistgħu jagħżlu minn fost għadd kbir ta’ dawk iċ-ċentri tal-ittestjar kemm madwar l-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. Jittieħdu l-miżuri sanitarji kollha li huma meħtieġa għall-iskop li jsir it-test f’dawn iċ-ċentri tat-testijiet. |
|
4. |
L-istediniet għat-testijiet jiġu ppubblikati fil-kontijiet EPSO tal-kandidati. |
|
5. |
Għal din il-kompetizzjoni, ġie ppjanat eżerċizzju ta’ grupp fiċ-ċentru ta’ valutazzjoni. Minflok, il-kandidati kollha se jiġu mistiedna jagħmlu intervista bbażata fuq il-kompetenza tas-sitwazzjoni (SCBI), li għandha tiġi organizzata mill-bogħod bl-użu ta’ vidjokonferenzjar online. It-tul ta’ żmien tal-SCBI se jkun bejn 30 u 40 minuta. Din il-bidla fit-testijiet hija minħabba li mhuwiex possibbli li jitwettaq l-eżerċizzju tal-grupp mill-bogħod b’mod sodisfaċenti. Jekk jitfaċċaw problemi tekniċi, id-dinamika tal-grupp tista’ tiġi kompromessa u l-kandidati parteċipanti jkollhom impatt negattiv.
L-SCBI se tittestja l-istess kompetenzi ġenerali bħall-eżerċizzju tal-grupp billi tistaqsi lill-kandidati kif se jirreaġixxu f’sitwazzjoni speċifika. Dan jikkonsisti f’laqgħa online individwali ma’ intervistatur imħarreġ li jipprovdi informazzjoni addizzjonali matul l-intervista, skont kitba semistrutturata. Bejn wieħed u ieħor ġimagħtejn sa tliet ġimgħat qabel il-bidu tal-perjodu tal-ittestjar SCBI, il-kandidati jirċievu inkarigu bil-miktub u informazzjoni ta’ sfond biex jgħinuhom iħejju ruħhom. Fl-inkarigu, il-kandidati jintalbu jieħdu post kollega u jassumu r-responsabbiltà għal diversi kompiti u sitwazzjonijiet li jridu jiġu diskussi matul l-intervista. Jiġu inklużi wkoll sitwazzjonijiet addizzjonali, mhux ibbażati fuq l-inkarigu. Matul l-intervista, il-kandidati jitħallew jikkonsultaw l-inkarigu bil-miktub u l-informazzjoni ta’ sfond. Il-kandidati jiġu intervistati minn membru tal-persunal tal-UE. Żewġ Membri tal-Bord tas-Selezzjoni josservaw u jivvalutaw il-prestazzjoni ta’ kull kandidat u jagħtu l-punteġġ tal-kompetenzi koperti mit-test. L-intervistatur ma jkunx involut fil-valutazzjoni tal-kandidat. |
|
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 444/7 |
Addendum għall-Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali
EPSO/AD/375/20 — Ġuristi Lingwisti (AD 7) tal-Lingwa Daniża (DA)
EPSO/AD/376/20 — Ġuristi Lingwisti (AD 7) fil-Lingwa Griega (EL)
EPSO/AD/377/20 — Ġuristi Lingwisti (AD 7) tal-Lingwa Franċiża (FR)
EPSO/AD/378/20 — Ġuristi Lingwisti (AD 7) tal-Lingwa Kroata (HR)
EPSO/AD/379/20 — Ġuristi Lingwisti (AD 7) fil-Lingwa Pollakka (PL)
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 72 A tal-5 ta’ Marzu 2020)
(2020/C 444 A/06)
|
1. |
Minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, mis-6 ta’ Marzu 2020 ’l quddiem, l-EPSO kellu jinterrompi u jissospendi l-attivitajiet tiegħu relatati mal-kompetizzjonijiet li għaddejjin, sabiex jiżgura l-miżuri ta’ prekawzjoni xierqa kollha f’konformità mal-istruzzjonijiet u l-linji gwida pprovduti mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-awtoritajiet nazzjonali. B’mod partikolari, dan affettwa l-organizzazzjoni tat-testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO. L-EPSO inizjalment kien qed jippjana li jerġa’ jibda l-ittestjar minn nofs Settembru 2020. Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni attwali tal-COVID-19, li fiha l-awtoritajiet nazzjonali introduċew miżuri li jipprojbixxu laqgħat kbar ta’ nies u jillimitaw l-ivvjaġġar għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, mhux se jkun possibbli li jiġu organizzati testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO fil-futur prevedibbli. |
|
2. |
Biex jikkonkludi l-kompetizzjonijiet ġenerali f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-EPSO se jiddetermina l-aħjar mod ta’ ttestjar għal kull kompetizzjoni u jinforma lill-kandidati fi żmien xieraq. Għalhekk it-testijiet kollha relatati mal-kompetizzjonijiet msemmija hawn fuq issa se jsiru jew mill-bogħod jew f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO.
L-ittestjar online mill-bogħod jippermetti lill-kandidati jagħmlu t-testijiet id-dar, fl-uffiċċju eċċ. mingħajr ma jkollhom bżonn jivvjaġġaw lejn ċentru tal-ittestjar tal-EPSO. Tali ttestjar isir minn issa ’l quddiem permezz ta’ videoconferencing online. Id-dettalji tekniċi kollha jiġu pprovduti fi żmien xieraq, inklużi struzzjonijiet dwar kif għandha tiġi ttestjata l-konnessjoni qabel il-jum attwali tal-ittestjar. Il-kandidati jridu jiċċekkjaw il-profil tal-EPSO tagħhom mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa. |
|
3. |
Fil-każ tal-ittestjar fiċ-ċentri akkreditati tal-EPSO, il-kandidati jkunu jistgħu jagħżlu minn fost għadd kbir ta’ dawk iċ-ċentri tal-ittestjar kemm madwar l-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. Jittieħdu l-miżuri sanitarji kollha li huma meħtieġa għall-iskop li jsir it-test f’dawn iċ-ċentri tat-testijiet. |
|
4. |
L-istediniet għat-testijiet jiġu ppubblikati fil-kontijiet EPSO tal-kandidati. |
|
5. |
Għal dawn il-kompetizzjonijiet, it-testijiet preliminari: it-traduzzjonijiet issa se jiġu organizzati jew mill-bogħod jew f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO |
|
6. |
Għal dawn il-kompetizzjonijiet, ġie ppjanat eżerċizzju ta’ grupp fil-fażi ta’ valutazzjoni. Minflok, il-kandidati kollha se jiġu mistiedna jagħmlu intervista bbażata fuq il-kompetenza tas-sitwazzjoni (SCBI), li għandha tiġi organizzata mill-bogħod bl-użu ta’ vidjokonferenzjar online. It-tul ta’ żmien tal-SCBI se jkun bejn 30 u 40 minuta. Din il-bidla fit-testijiet hija minħabba li mhuwiex possibbli li jitwettaq l-eżerċizzju tal-grupp mill-bogħod b’mod sodisfaċenti. Jekk jitfaċċaw problemi tekniċi, id-dinamika tal-grupp tista’ tiġi kompromessa u l-kandidati parteċipanti jkollhom impatt negattiv.
L-SCBI se tittestja l-istess kompetenzi ġenerali bħall-eżerċizzju tal-grupp billi tistaqsi lill-kandidati kif se jirreaġixxu f’sitwazzjoni speċifika. Dan jikkonsisti f’laqgħa online individwali ma’ intervistatur imħarreġ li jipprovdi informazzjoni addizzjonali matul l-intervista, skont kitba semistrutturata. Bejn wieħed u ieħor ġimagħtejn sa tliet ġimgħat qabel il-bidu tal-perjodu tal-ittestjar SCBI, il-kandidati jirċievu inkarigu bil-miktub u informazzjoni ta’ sfond biex jgħinuhom iħejju ruħhom. Fl-inkarigu, il-kandidati jintalbu jieħdu post kollega u jassumu r-responsabbiltà għal diversi kompiti u sitwazzjonijiet li jridu jiġu diskussi matul l-intervista. Jiġu inklużi wkoll sitwazzjonijiet addizzjonali, mhux ibbażati fuq l-inkarigu. Matul l-intervista, il-kandidati jitħallew jikkonsultaw l-inkarigu bil-miktub u l-informazzjoni ta’ sfond. Il-kandidati jiġu intervistati minn membru tal-persunal tal-UE. Żewġ Membri tal-Bord tas-Selezzjoni josservaw u jivvalutaw il-prestazzjoni ta’ kull kandidat u jagħtu l-punteġġ tal-kompetenzi koperti mit-test. L-intervistatur ma jkunx involut fil-valutazzjoni tal-kandidat. |
|
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 444/8 |
Addendum għall-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST-SC/10/20 — Segretarji (SC 1/SC 2)
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 211 A tal-25 ta’ Ġunju 2020)
(2020/C 444 A/07)
|
1. |
Minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, mis-6 ta’ Marzu 2020 ’l quddiem, l-EPSO kellu jinterrompi u jissospendi l-attivitajiet tiegħu relatati mal-kompetizzjonijiet li għaddejjin, sabiex jiżgura l-miżuri ta’ prekawzjoni xierqa kollha f’konformità mal-istruzzjonijiet u l-linji gwida pprovduti mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-awtoritajiet nazzjonali. B’mod partikolari, dan affettwa l-organizzazzjoni tat-testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO. L-EPSO inizjalment kien qed jippjana li jerġa’ jibda l-ittestjar minn nofs Settembru 2020. Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni attwali tal-COVID-19, li fiha l-awtoritajiet nazzjonali introduċew miżuri li jipprojbixxu laqgħat kbar ta’ nies u jillimitaw l-ivvjaġġar għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, mhux se jkun possibbli li jiġu organizzati testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO fil-futur prevedibbli. |
|
2. |
Biex jikkonkludi l-kompetizzjonijiet ġenerali f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-EPSO se jiddetermina l-aħjar mod ta’ ttestjar għal kull kompetizzjoni u jinforma lill-kandidati fi żmien xieraq. Għalhekk it-testijiet kollha relatati mal-kompetizzjoni msemmija hawn fuq issa se jsiru jew mill-bogħod jew f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO.
L-ittestjar online mill-bogħod jippermetti lill-kandidati jagħmlu t-testijiet id-dar, fl-uffiċċju eċċ. mingħajr ma jkollhom bżonn jivvjaġġaw lejn ċentru tal-ittestjar tal-EPSO. Tali ttestjar isir minn issa ’l quddiem permezz ta’ videoconferencing online. Id-dettalji tekniċi kollha jiġu pprovduti fi żmien xieraq, inklużi struzzjonijiet dwar kif għandha tiġi ttestjata l-konnessjoni qabel il-jum attwali tal-ittestjar. Il-kandidati jridu jiċċekkjaw il-profil tal-EPSO tagħhom mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa. |
|
3. |
Fil-każ tal-ittestjar fiċ-ċentri akkreditati tal-EPSO, il-kandidati jkunu jistgħu jagħżlu minn fost għadd kbir ta’ dawk iċ-ċentri tal-ittestjar kemm madwar l-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. Jittieħdu l-miżuri sanitarji kollha li huma meħtieġa għall-iskop li jsir it-test f’dawn iċ-ċentri tat-testijiet. |
|
4. |
L-istediniet għat-testijiet jiġu ppubblikati fil-kontijiet EPSO tal-kandidati. |
|
5. |
Għal din il-kompetizzjoni, it-test tal-ħiliet tal-Microsoft Office Word b’Mistoqsijiet b’Għażla Multipla (MCQ) issa se jiġi organizzat jew mill-bogħod jew f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO. |
|
6. |
Għal din il-kompetizzjoni, it-testijiet ta’ valutazzjoni issa se jiġu organizzati jew mill-bogħod jew f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO. |
|
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 444/9 |
Addendum għall-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/381/20 — Amministraturi (AD 5) fil-qasam tal-liġi Ewropea
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 250 A tat-30 ta’ Lulju 2020)
(2020/C 444 A/08)
|
1. |
Minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19, mis-6 ta’ Marzu 2020 ’l quddiem, l-EPSO kellu jinterrompi u jissospendi l-attivitajiet tiegħu relatati mal-kompetizzjonijiet li għaddejjin, sabiex jiżgura l-miżuri ta’ prekawzjoni xierqa kollha f’konformità mal-istruzzjonijiet u l-linji gwida pprovduti mill-istituzzjonijiet tal-UE u mill-awtoritajiet nazzjonali. B’mod partikolari, dan affettwa l-organizzazzjoni tat-testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO jew f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO. L-EPSO inizjalment kien qed jippjana li jerġa’ jibda l-ittestjar minn nofs Settembru 2020. Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni attwali tal-COVID-19, li fiha l-awtoritajiet nazzjonali introduċew miżuri li jipprojbixxu laqgħat kbar ta’ nies u jillimitaw l-ivvjaġġar għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika, mhux se jkun possibbli li jiġu organizzati testijiet bi preżenza fiżika fil-bini tal-EPSO fil-futur prevedibbli. |
|
2. |
Biex jikkonkludi l-kompetizzjonijiet ġenerali f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, l-EPSO se jiddetermina l-aħjar mod ta’ ttestjar għal kull kompetizzjoni u jinforma lill-kandidati fi żmien xieraq. Għalhekk it-testijiet kollha relatati mal-kompetizzjoni msemmija hawn fuq issa se jsiru jew mill-bogħod jew f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO.
L-ittestjar online mill-bogħod jippermetti lill-kandidati jagħmlu t-testijiet id-dar, fl-uffiċċju eċċ. mingħajr ma jkollhom bżonn jivvjaġġaw lejn ċentru tal-ittestjar tal-EPSO. Tali ttestjar isir minn issa ’l quddiem permezz ta’ videoconferencing online. Id-dettalji tekniċi kollha jiġu pprovduti fi żmien xieraq, inklużi struzzjonijiet dwar kif għandha tiġi ttestjata l-konnessjoni qabel il-jum attwali tal-ittestjar. Il-kandidati jridu jiċċekkjaw il-profil tal-EPSO tagħhom mill-inqas darbtejn fil-ġimgħa. |
|
3. |
Fil-każ tal-ittestjar fiċ-ċentri akkreditati tal-EPSO, il-kandidati jkunu jistgħu jagħżlu minn fost għadd kbir ta’ dawk iċ-ċentri tal-ittestjar kemm madwar l-Ewropa kif ukoll madwar id-dinja. Jittieħdu l-miżuri sanitarji kollha li huma meħtieġa għall-iskop li jsir it-test f’dawn iċ-ċentri tat-testijiet. |
|
4. |
L-istediniet għat-testijiet jiġu ppubblikati fil-kontijiet EPSO tal-kandidati. |
|
5. |
Għal din il-kompetizzjoni, it-testijiet ta’ Mistoqsijiet b’Għażla Multipla (MCQ) bil-kompjuter issa se jiġu organizzati jew mill-bogħod jew f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO. |
|
6. |
Għal din il-kompetizzjoni, it-testijiet ta’ valutazzjoni issa se jiġu organizzati jew mill-bogħod jew f’wieħed miċ-ċentri tat-testijiet akkreditati tal-EPSO. |
|
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 444/10 |
Addendum għall-Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/382/20 — Amministraturi (AD 5/AD 7) fil-qasam tar-relazzjonijiet esterni
(Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 300 A tal-10 ta’ Settembru 2020)
(2020/C 444 A/09)