ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 63 |
Werrej |
Paġna |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
2020/C 444/01 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2020/C 444/02 |
||
2020/C 444/03 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH) ( ĠU C 396, 30.12.2006 ) ( 1 ) |
|
2020/C 444/04 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
2020/C 444/05 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE. |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Parlament Ewropew
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/1 |
DEĊIŻJONI TAL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW
tas-16 ta’ Diċembru 2020
li temenda l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew
(2020/C 444/01)
IL-BUREAU TAL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 223(2) tiegħu,
wara li kkunsidra l-Istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (1),
wara li kkunsidra l-Artikolu 25 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Bi qbil mal-Artikolu 69(1) tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (2) (“il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni”), l-ammonti tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar li jistgħu jiġu rimborżati, l-allowance għas-sussistenza ta’ kuljum u l-allowance għall-ispejjeż ġenerali jistgħu jiġu indiċizzati kull sena min-naħa tal-Bureau, sa żieda massima ugwali għar-rata ta’ inflazzjoni annwali fl-Unjoni Ewropea f’Ottubru tas-sena ta’ qabel, kif ippubblikat mill-Eurostat. |
(2) |
Ir-rata ta’ inflazzjoni fl-Unjoni Ewropea għall-perjodu minn Ottubru 2019 sa Ottubru 2020, kif ġiet innotifikata mill-Eurostat fit-18 ta’ Novembru 2020, hija 0,3 %. L-ammonti l-ġodda li jirriżultaw mill-aġġustament meħtieġ sabiex titqies ir-rata ta’ inflazzjoni għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2021 u l-Miżuri ta’ Implimentazzjoni għandhom jiġu emendati konsegwentement. |
(3) |
Skont l-Artikolu 69(2) tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni, l-ammont massimu tal-ispejjeż għall-assistenza parlamentari li jistgħu jitħallsu fir-rigward tal-membri tal-istaff personali msemmija fl-Artikolu 33(4) tal-Miżuri ta’ Implimentazzjoni, jekk ikun il-każ, għandu jiġu indiċizzat kull sena fuq il-bażi ta’ data stabbilita b’applikazzjoni tal-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea stabbiliti mir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 (3). |
(4) |
F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni stabbiliet li r-rata ta’ aġġustament għall-2020 hija 0,7 %. Għaldaqstant, l-ammont massimu li jista’ jitħallas fix-xahar għall-ispejjeż għall-assistenza parlamentari għandu jiżdied għal EUR 25 620 b’effett mill-1 ta’ Lulju 2020. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Miżuri ta’ Implimentazzjoni huma emendati kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 20, paragrafu 1, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
L-Artikolu 22 huwa emendat kif ġej:
|
(3) |
Fl-Artikolu 24, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Jekk l-attività uffiċjali ssir fit-territorju tal-Unjoni, Membru għandu jirċievi allowance ta’ EUR 324 li tingħata f’daqqa u ta’ darba.”; |
(4) |
Fl-Artikolu 26, il-paragrafu 2 huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. L-ammont tal-allowance ta’ kull xahar skont l-Artikolu 25 għandu jkun EUR 4 576.”; |
(5) |
Fl-Artikolu 33, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. L-ammont massimu kull xahar li jista’ jitħallas fir-rigward tal-istaff personali msemmi fl-Artikolu 34 għandu jkun EUR 25 620 b’effett mill-1 ta’ Lulju 2020.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2021, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(5), li għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2020.
(1) Id-Deċiżjoni 2005/684/KE, Euratom tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005 li tadotta l-istatut għall-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU L 262, 7.10.2005, p. 1).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-19 ta’ Mejju u tad-9 ta’ Lulju 2008 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew (ĠU C 159, 13.7.2009, p. 1).
Il-Kummissjoni Ewropea
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-21 ta' Diċembru 2020
(2020/C 444/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2173 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
126,04 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4401 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,91610 |
SEK |
Krona Żvediża |
10,1313 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0810 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
156,60 |
NOK |
Krona Norveġiża |
10,6518 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
26,275 |
HUF |
Forint Ungeriż |
360,93 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,5111 |
RON |
Leu Rumen |
4,8603 |
TRY |
Lira Turka |
9,3519 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,6200 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,5686 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,4378 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,7306 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6286 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 350,52 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
18,0849 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,9784 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,5375 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
17 351,52 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,9313 |
PHP |
Peso Filippin |
58,833 |
RUB |
Rouble Russu |
91,7285 |
THB |
Baht Tajlandiż |
36,653 |
BRL |
Real Brażiljan |
6,3144 |
MXN |
Peso Messikan |
24,8514 |
INR |
Rupi Indjan |
90,1338 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/4 |
Sommarju tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq għall-użu u/jew għall-użu tas-sustanzi elenkati fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH)
(ippubblikat skont l-Artikolu 64(9) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1))
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 444/03)
Deċiżjoni li tagħti awtorizzazzjoni
Referenza tad-Deċiżjoni (2) |
Data tad-Deċiżjoni |
Isem is-sustanza |
Detentur tal-awtorizzazzjoni |
Numru tal-awtorizzazzjoni |
Użu awtorizzat |
Data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ rieżami |
Raġunijiet għad-Deċiżjoni |
C(2020)8798 |
15 ta’ Diċembru 2020 |
Trijossidu tal-kromu Nru KE 215-607-8, Nru CAS 1333-82-0 |
Cromomed S.A., Polígono Ingruinsa C/Forjas 66 A, 46520 Puerto Sagunto, Valencia, Spanja; |
REACH/20/19/0 |
Użu fil-kisi funzjonali bil-kromu fejn kwalunkwe waħda mill-funzjonalitajiet jew proprjetajiet ewlenin li ġejjin hija meħtieġa għall-użu maħsub: ir-reżistenza għall-użu, l-ebusija, il-ħxuna tas-saff, ir-reżistenza għall-korrużjoni, il-koeffiċjent tal-frizzjoni u l-effett fuq il-morfoloġija tas-superfiċe |
Il-21 ta’ Settembru 2024 |
F’konformità mal-Artikolu 60(4) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, il-benefiċċji soċjoekonomiċi huma akbar mir-riskju għas-saħħa tal-bniedem mill-użi tas-sustanza u ma hemm l-ebda sustanza jew teknoloġija alternattiva adattata. |
Cronor S.A., Peña Redonda, Parcela R-15 – Polígono de Silvota, 33192 Llanera, Asturias, Spanja; |
REACH/20/19/1 |
||||||
Cromo Europa S.A., Andrés Larrazabal s/n, 48970 Basauri, Bizkaia, Spanja; |
REACH/20/19/2 |
||||||
Chromatlantique Industriel S.A., ZA des Rosais, 35550 Sixt sur Aff, Franza; |
REACH/20/19/3 |
||||||
Vila Electroquímica S.A., Viérnoles 32, 39315 Torrelavega, Cantabria, Spanja |
REACH/20/19/4 |
(1) ĠU L 396, 30.12.2006 , p. 1
(2) Id-deċiżjoni hija disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea: https://ec.europa.eu/growth/sectors/chemicals/reach/about_mt
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/5 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2020/C 444/04)
Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mil-Lussemburgu
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ: Il-Lussemburgu
Suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-100 sena mit-twelid tal-Gran Duka Jean
Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri fuq in-naħa tax-xellug ix-xbieha tal-Gran Duka Jean u fuq in-naħa tal-lemin ix-xbieha tal-Gran Duka Henri. Qrib kull xbieha, l-isem tal-Gran Duka rispettiv huwa speċifikat, kif ukoll is-sena tat-twelid “1921” tal-Gran Duka Jean. Taħt ix-xbieha hija rrappreżentata l-belt tal-Lussemburgu. Fuq ix-xellug, it-test “GROUSSHERZOGE VU LËTZEBUERG” bl-indikazzjoni wkoll tal-pajjiż emittenti li tintwera f’forma ċirkolari. Id-data tas-sena “2021” tidher fin-naħa ta’ isfel fuq il-lemin.
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 500 000
Data tal-ħruġ: Jannar 2021
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
22.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 444/6 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2020/C 444/05)
Wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida taż-EUR 2, maħsuba biex titqiegħed fiċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Portugall
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Biex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti ta’ 2 euro biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ 2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż tal-ħruġ: Il-Portugall
Suġġett tal-kommemorazzjoni: Il-Presidenza Portugiża tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Deskrizzjoni tad-disinn: Id-disinn juri rappreżentazzjoni tar-rabta bejn il-kapital tal-Portugall u l-kapitali Ewropej l-oħra u b’hekk hemm impinġija mappa fi ħdan l-ittri “PRESIDÊNCIA DO CONSELHO DA UNIÃO EUROPEIA PORTUGAL 2021” (bil-Malti – IL-PRESIDENZA TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA IL-PORTUGALL 2021)
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu: 510 000
Data tal-ħruġ: Jannar 2021
(1) Ara l-ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji-gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-ewro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).