ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 443

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 63
21 ta' Diċembru 2020


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2020/C 443/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2020/C 443/02

Kawża C-759/18: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Rădăuţi – ir-Rumanija) – OF vs PG (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (KE) Nru 2201/2003 – Ġurisdizzjoni għall-konjizzjoni ta’ talba għal divorzju – Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà parentali u tal-obbligu ta’ manteniment fir-rigward tal-wild minuri tal-koppja – Kawża mressqa quddiem qorti tal-Istat tan-nazzjonalità tal-partijiet – Artikolu 3(1)(b) – Residenza tal-wild minuri u tal-ġenituri fi Stat Membru ieħor – Artikolu 12(1)(b) – Estensjoni tal-ġurisdizzjoni – Artikolu 17 – Verifika tal-ġurisdizzjoni – Kunċett ta’ responsabbiltà parentali)

2

2020/C 443/03

Kawża C-251/19: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2019 – Comprojecto-Projectos e Construções, Lda, Paulo Eduardo Matos Gomes de Azevedo, Julião Maria Gomes de Azevedo, Isabel Maria Matos Gomes de Azevedo vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (Appell – Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja – Artikolu 169 tar-Regoli tal-Proċedura – Assenza ta’ talbiet – Nuqqas ta’ ċarezza tar-rikors – Inammissibbiltà manifesta)

3

2020/C 443/04

Kawża C-378/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (l-Awstrija) fil-11 ta’ Awwissu 2020 – Stadtapotheke E

3

2020/C 443/05

Kawża C-407/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2020 – Österreichische Apothekerkammer vs HA

4

2020/C 443/06

Kawża C-422/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Settembru 2020 – RK vs CR

4

2020/C 443/07

Kawża C-425/20 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2020 minn Welmax + sp. z o. o. sp.k. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-8 ta’ Lulju 2020 fil-Kawża T-305/19, Welmax + vs EUIPO – Valmex Medical Imaging (welmax)

5

2020/C 443/08

Kawża C-440/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Settembru 2020 – S. vs AD GmbH

6

2020/C 443/09

Kawża C-447/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-22 ta’ Settembru 2020 – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) vs LM

8

2020/C 443/10

Kawża C-448/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribuanl Administrativo (il-Portugall) fit-22 ta’ Settembru 2020 – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) vs BD, Autoridade Tributária e Aduaneira

9

2020/C 443/11

Kawża C-459/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Utrecht (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Settembru 2020 – X vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

10

2020/C 443/12

Kawża C-460/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Settembru 2020 – TU, RE vs Google LLC

11

2020/C 443/13

Kawża C-466/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Settembru 2020 – HEITEC AG vs HEITECH Promotion GmbH u RW

12

2020/C 443/14

Kawża C-498/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Settembru 2020 – ZK, bħala suċċessur ta’ JM, kuratur fil-falliment ta’ BMA Nederland BV vs BMA Braunschweigische Maschinenbauanstalt AG u Stichting Belangbehartiging Crediteuren BMA Nederland

13

2020/C 443/15

Kawża C-512/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Ottubru 2020 – P vs Swiss International Air Lines AG

14

2020/C 443/16

Kawża C-524/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Městský soud v Praze (ir-Repubblika Ċeka) fl-20 ta’ Ottubru 2020 – VÍTKOVICE STEEL, a.s. vs Ministerstvo životního prostředí

15

2020/C 443/17

Kawża C-530/20: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Satversmes tiesa (il-Latvja) fl-20 ta’ Ottubru 2020 – SIA EUROAPTIEKA vs Ministru kabinets

16

2020/C 443/18

Kawża C-621/20 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2020 mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fit-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-411/17, Landesbank Baden-Württemberg vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

17

2020/C 443/19

Kawża C-190/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – MG, NH vs Germanwings GmbH

18

2020/C 443/20

Kawża C-413/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

18

2020/C 443/21

Kawża C-671/19: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil du Contentieux des Étrangers – il-Belġju) – X vs l-Istat Belġjan

18

 

Il-Qorti Ġenerali

2020/C 443/22

Kawża T-151/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2020 – Ben Ali vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija – Miżuri meħuda kontra persuni responsabbli għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u kontra persuni u entitajiet assoċjati – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi – Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni – Bażi fattwali suffiċjenti – Termini għall-preżentata ta’ rikors – Għajnuna legali – Effett sospensiv – Ammissibbiltà – Kundizzjonijiet)

19

2020/C 443/23

Kawża T-307/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2020 – Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals vs Il-Kummissjoni (Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw miċ-Ċina – Impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv – Drittijiet tad-difiża – Kalkolu tal-marġni tad-dumping – Pajjiż analogu – Dannu – Rabta kawżali)

20

2020/C 443/24

Kawżi magħquda T-389/19 sa T-394/19, T-397/19, T-398/19, T-403/19, T-404/19, T-406/19, T-407/19, T-409/19 sa T-414/19, T-416/19 sa T-418/19, T-420/19 sa T-422/19, T-425/19 sa T-427/19, T-429/19 sa T-432/19, T-435/19, T-436/19, T-438/19 sa T-442/19, T-444/19 sa T-446/19, T-448/19, T-450/19 sa T-454/19, T-463/19 u T-465/19.: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2020 – Coppo Gavazzie. et vs Il-Parlament (Dritt istituzzjonali – Statut uniku tal-Membri tal-Parlament Ewropew – Membri tal-Parlament Ewropew eletti fil-kostitwenzi Taljani – Adozzjoni mill-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, fil-qasam tal-pensjonijiet – Bidla fl-ammont tal-pensjonijiet għall-membri parlamentari nazzjonali Taljani – Bidla korrispondenti, mill-Parlament Ewropew, tal-ammont tal-pensjonijiet ta’ ċerti eks membri Parlamentari Ewropej eletti fl-Italja – Kompetenza tal-awtur tal-att – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet miksuba – Ċertezza legali – Aspettattivi leġittimi – Dritt għall-proprjetà – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament)

20

2020/C 443/25

Kawża T-621/20: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2020 – EMCS vs EASO

21

2020/C 443/26

Kawża T-624/20: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2020 – MV vs Il-Kummissjoni

22

2020/C 443/27

Kawża T-627/20: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2020 – LAICO vs Il-Kunsill

23

2020/C 443/28

Kawża T-634/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2020 – UPTR vs Il-Parlament u Il-Kunsill

24

2020/C 443/29

Kawża T-635/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VYBRANCE)

25

2020/C 443/30

Kawża T-636/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VOLUMA)

26

2020/C 443/31

Kawża T-637/20: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VOLITE)

26

2020/C 443/32

Kawża T-648/20: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2020 – NB vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

27

2020/C 443/33

Kawża T-651/20: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2020 – KL vs BEI

28

2020/C 443/34

Kawża T-660/20: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2020 – Zhejiang Beyondsun Green Energy Technology vs Il-Kummissjoni

29

2020/C 443/35

Kawża T-665/20: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

30


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2020/C 443/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 433, 14.12.2020

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 423, 7.12.2020

ĠU C 414, 30.11.2020

ĠU C 399, 23.11.2020

ĠU C 390, 16.11.2020

ĠU C 378, 9.11.2020

ĠU C 371, 3.11.2020

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-3 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Rădăuţi – ir-Rumanija) – OF vs PG

(Kawża C-759/18) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Ġurisdizzjoni għall-konjizzjoni ta’ talba għal divorzju - Ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà parentali u tal-obbligu ta’ manteniment fir-rigward tal-wild minuri tal-koppja - Kawża mressqa quddiem qorti tal-Istat tan-nazzjonalità tal-partijiet - Artikolu 3(1)(b) - Residenza tal-wild minuri u tal-ġenituri fi Stat Membru ieħor - Artikolu 12(1)(b) - Estensjoni tal-ġurisdizzjoni - Artikolu 17 - Verifika tal-ġurisdizzjoni - Kunċett ta’ “responsabbiltà parentali”)

(2020/C 443/02)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Rădăuţi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: OF

Konvenut: PG

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas-27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward ta’ talba għal divorzju, meta r-rikorrent jadixxi qorti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità komuni tal-konjuġi, filwaqt li r-residenza abitwali tagħhom tkun tinsab fi Stat Membru ieħor, din il-qorti jkollha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar din it-talba skont il-punt (b) ta’ din id-dispożizzjoni. Peress li ma huwiex meħtieġ kunsens tal-konvenut, ma huwiex neċessarju li jiġi eżaminat il-punt dwar jekk in-nuqqas ta’ invokazzjoni mill-konvenut ta’ eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni jikkostitwixxix kunsens taċitu dwar il-ġurisdizzjoni tal-qorti adita.

2)

L-Artikolu 3(1) u l-Artikolu 17 tar-Regolament Nru 2201/2003 għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-fatt li l-koppja li qiegħed jintalab ix-xoljiment taż-żwieġ tagħha jkollha wild minuri ma huwiex rilevanti għad-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar it-talba għal divorzju. Peress li l-qorti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità komuni tal-konjuġi, adita mir-rikorrent, ikollha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar din it-talba skont l-Artikolu 3(1)(b) ta’ dan ir-regolament, din il-qorti ma tistax, anki fl-assenza ta’ ftehim bejn il-partijiet dwar dan is-suġġett, tqajjem eċċezzjoni ta’ nuqqas ta’ ġurisdizzjoni internazzjonali.

3)

L-Artikolu 12(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta qorti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità komuni tal-konjuġi, adita mir-rikorrent, ikollha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fil-qasam tad-divorzju skont l-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 2201/2003, il-kundizzjoni relatata mal-aċċettazzjoni tal-ġurisdizzjoni, prevista f’dan l-Artikolu 12(1)(b), ma tistax titqies li hija ssodisfatta, peress li l-proċedura ma jkollhiex bħala għan ir-responsabbiltà parentali u peress li l-konvenut ma jkunx deher. F’din is-sitwazzjoni, il-qorti adita, li jkollha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar id-divorzju tal-konjuġi, ma jkollhiex ġurisdizzjoni, skont dan l-Artikolu 12(1)(b), u l-Artikolu 3(d) tar-Regolament Nru 4/2009, sabiex tiddeċiedi fuq kwistjonijiet li jirrigwardaw, rispettivament, ir-responsabbiltà parentali u l-obbligu ta’ manteniment fir-rigward tal-wild ikkonċernat.

4)

Il-kunċett ta’ “responsabbiltà parentali”, fis-sens tar-Regolament Nru 2201/2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri d-deċiżjonijiet relatati, b’mod partikolari, mad-dritt ta’ kustodja u mar-residenza tal-wild, iżda li ma jkoprix il-kontribuzzjoni tal-ġenituri għall-ispejjeż neċessarji għall-iżvilupp u għall-edukazzjoni tal-wild, li taqa’ taħt il-kunċett ta’ “obbligu ta’ manteniment” u fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 4/2009.


(1)  ĠU C 65, 18.02.2019.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Ottubru 2019 – Comprojecto-Projectos e Construções, Lda, Paulo Eduardo Matos Gomes de Azevedo, Julião Maria Gomes de Azevedo, Isabel Maria Matos Gomes de Azevedo vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-251/19) (1)

(Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 169 tar-Regoli tal-Proċedura - Assenza ta’ talbiet - Nuqqas ta’ ċarezza tar-rikors - Inammissibbiltà manifesta)

(2020/C 443/03)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Appellanti: Comprojecto-Projectos e Construções, Lda, Paulo Eduardo Matos Gomes de Azevedo, Julião Maria Gomes de Azevedo, Isabel Maria Matos Gomes de Azevedo (rappreżentant: M. Ribeiro, advogado)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: C. Hernández Saseta u P. Ferreira Jorge, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Comprojecto-Projectos e Construções Lda, Paulo Eduardo Matos Gomes de Azevedo, Julião Maria Gomes de Azevedo u Isabel Maria Matos Gomes de Azevedo huma kkundannati, minbarra għall-ispejjeż tagħhom, għal dawk sostnuti mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 182, 27.05.2019.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (l-Awstrija) fil-11 ta’ Awwissu 2020 – Stadtapotheke E

(Kawża C-378/20)

(2020/C 443/04)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Oberösterreich

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Stadtapotheke E

Konvenut: Bezirkshauptmannschaft Linz-Land

Parti oħra fil-kawża: AW

Domandi preliminari

1)

Regoli nazzjonali li, meta titressaq prova permezz ta’ perizja, neċessarja fil-kuntest ta’ proċedura għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni, jorbtu lil qorti tikseb rapport peritali minn organizzazzjoni professjonali awtonoma li l-organiżmi deċiżjonali tagħha huma fil-fatt fil-parti l-kbira tagħhom iddominati minn kategorija professjonali li l-interessi tagħha għandhom tendenza jikkunfliġġu ma’ dawk tal-kategorija professjonali tal-applikanti għal awtorizzazzjoni jew – fil-każ li dawn ir-regoli jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni – minn espert uffiċjali fis-servizz ta’ awtorità pubblika, huma kompatibbli mal-apparenza ta’ imparzjalità ta’ din il-qorti kif meħtieġ mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?

2)

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi garanzija prognostika ta’ klijenti potenzjali – speċifikament 5 500 persuna – li fil-fatt ma tistax tiġi vverifikata mill-qrati hija konformi mar-rekwiżiti tal-Artikoli 15 sa 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali sa fejn skont dawn id-dispożizzjonijiet dawn il-garanziji jistgħu jiġu ppreġudikati biss fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità?


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Wien (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Awwissu 2020 – Österreichische Apothekerkammer vs HA

(Kawża C-407/20)

(2020/C 443/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Österreichische Apothekerkammer

Konvenut: HA

Domanda preliminari

L-Artikolu 36 TFUE għandu jinftiehem fis-sens li jimplika li projbizzjoni stabbilita fid-dritt nazzjonali milli jinbiegħ bil-posta apparat ta’ dijanjosi in vitro ta’ screening tal-HIV li jista’ jintuża minn persuni lajċi f’ambjent domestiku skont l-użu previst mill-manifattur, jew konsegwentement miżura b’effett ekwivalenti fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE, tista’ tkun iġġustifikata minn għanijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni?


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Köln (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Settembru 2020 – RK vs CR

(Kawża C-422/20)

(2020/C 443/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: RK

Konvenut: CR

Domandi preliminari

1.

Sabiex ikun hemm rifjut tal-ġurisdizzjoni tal-qorti adita preċedentement, kif previst fl-Artikolu 7(a) tar-Regolament Nru 650/2012 (1), huwa neċessarju li din il-qorti tkun irrifjutat b’mod espliċitu l-ġurisdizzjoni jew inkella dikjarazzjoni mhux espliċita tista’ wkoll tkun suffiċjenti jekk jista’ dedott, mill-interpretazzjoni tagħha, li din il-qorti rrifjutat il-ġurisdizzjoni?

2.

Il-qorti tal-Istat Membru li l-ġurisdizzjoni tagħha hija intiża li tirriżulta minn rifjut tal-ġurisidizzjoni tal-qorti adita preċedentement tal-Istat Membru l-ieħor hija awtorizzata li tivverifika jekk il-kundizzjonijiet għal deċiżjoni mill-qorti adita preċedentement kinux issodisfatti, skont l-Artikolu 6(a) u skont l-Artikolu 7(a) tar-Regolament Nru 650/2012? Sa liema punt hija d-deċiżjoni tal-qorti adita preċedentement vinkolanti? B’mod partikolari:

a)

il-qorti tal-Istat Membru li l-ġurisdizzjoni tagħha hija intiża li tirriżulta minn rifjut tal-ġurisidizzjoni tal-qorti adita preċedentement tal-Istat Membru l-ieħor hija awtorizzata li tivverifika jekk id-deċedut kienx għażel validament il-liġi tal-Istat Membru skont l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 650/2012?

b)

il-qorti tal-Istat Membru li l-ġurisdizzjoni tagħha hija intiża li tirriżulta minn rifjut tal-ġurisidizzjoni tal-qorti li tressqet l-ewwel kawża quddiemha tal-Istat Membru l-ieħor hija awtorizzata li tivverifika jekk, quddiem il-qorti adita preċedentement, waħda mill-partijiet fil-proċedura, skont l-Artikolu 6(a) tar-Regolament Nru 650/2012, ressqitx talba sabiex din il-qorti tiddikjara n-nuqqas ta’ ġurisdizzjoni?

c)

il-qorti tal-Istat Membru li l-ġurisdizzjoni tagħha hija intiża li tirriżulta minn rifjut tal-ġurisidizzjoni tal-qorti li tressqet l-ewwel kawża quddiemha tal-Istat Membru l-ieħor hija awtorizzata li tivverifika jekk il-qorti adita inizjalment ippreżumietx, ġustament, li l-qrati tal-Istat Membru li l-liġi tiegħu kienet intgħażlet qegħdin fl-aħjar pożizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar is-suċċessjoni?

3.

L-Artikolu 6(a) u l-Artikolu 7(a) tar-Regolament Nru 650/2012, li jippreżupponu għażla tal-liġi applikabbli “skont l-Artikolu 22”, japplikaw ukoll meta, f’dispożizzjoni testamentarja stabbilita qabel is-17 ta’ Awwissu 2015, id-deċedut ma kienx għażel b’mod espliċitu jew b’mod impliċitu l-liġi applikabbli, iżda l-liġi applikabbli għas-suċċessjoni tista’ tirriżulta biss mill-Artikolu 83(4) tar-Regolament Nru 650/2012?


(1)  Regolament (UE) Nru 650/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar ta’ deċiżjonijiet u l-aċċettazzjoni u l-infurzar ta’ strumenti awtentiċi fil-qasam tas-suċċessjonijiet u dwar il-ħolqien ta’ Ċertifikat Ewropew tas-Suċċessjoni (ĠU 2012, L 201, p. 107, rettifiki fil-ĠU 2012, L 344, p. 3 u fil-ĠU 2013, L 60, p. 140).


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/5


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Settembru 2020 minn Welmax + sp. z o. o. sp.k. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali fit-8 ta’ Lulju 2020 fil-Kawża T-305/19, Welmax + vs EUIPO – Valmex Medical Imaging (welmax)

(Kawża C-425/20 P)

(2020/C 443/07)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Appellanti: Welmax + sp. z o. o. sp.k. (rappreżentant: M. Machyński, radca prawny)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ digriet tal-Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Ottubru 2020, l-appell ġie miċħud bħala inammissibbli.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Stuttgart (il-Ġermanja) fit-18 ta’ Settembru 2020 – S. vs AD GmbH

(Kawża C-440/20)

(2020/C 443/08)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Stuttgart

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: S.

Konvenuta: AD GmbH

Domandi preliminari

1.   Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “apparat ta’ manipulazzjoni”

1-1:

Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 (1) għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li l-kunċett ta’ “element tad-disinn” ikopri biss elementi mekkaniċi ta’ struttura fiżika?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel parti tal-ewwel domanda:

1-2:

Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tinkludi biss tagħmir għat-tindif tal-gass tal-egżost li jkun jinsab fi stadju sussegwenti għall-magna (pereżempju fil-forma ta’ katalizzaturi tal-ossidazzjoni tad-diżil, filtri tal-partikoli tad-diżil, katalizzaturi li jnaqqsu n-NOx)?

1-3:

Il-punt 10 tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet tinkludi kemm il-miżuri għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li jkunu interni għall-magna u kemm dawk li jkunu esterni għaliha?

2.   Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “użu normali”

2-1:

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li l-kunċett ta’ “użu normali” jirreferi biss għal kundizzjonijiet ta’ sewqan skont iċ-ċiklu ġdid tas-sewqan Ewropew?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel parti tat-tieni domanda:

2-2:

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 715/2007, moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 715/2007, għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li l-manifattur għandu jiggarantixxi li l-limiti ta’ emissjonijiet stabbiliti fl-Anness I ta’ dan ir-regolament ikunu osservati wkoll fl-użu ta’ kuljum?

Fil-każ li tingħata risposta fl-affermattiv għat-tieni parti tat-tieni domanda:

2-3:

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li l-kunċett ta’ “użu normali” jirreferi għal kundizzjonijiet effettivi ta’ sewqan fl-użu ta’ kuljum?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għat-tielet parti tat-tieni domanda:

2-4:

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li l-kunċett ta’ “użu normali” jirreferi għal kundizzjonijiet effettivi ta’ sewqan fl-użu ta’ kuljum fuq il-bażi ta’ veloċità medja ta’ 33,6 km/h u veloċità massima ta’ 120,00 km/h?

3.   L-ammissibbiltà ta’ strateġiji għat-tnaqqis tal-emissjonijiet li huma dipendenti fuq it-temperatura

3-1:

L-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li tagħmir ta’ vettura ma jkunx permess meta komponent li jkun jista’ jaffettwa l-emissjonijiet ikun iddiżinjat b’mod li r-rata tar-riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost tkun irregolata b’mod li tiggarantixxi mod ta’ funzjonament li jikkawża inqas tniġġis biss f’temperaturi ta’ bejn 20 u 30 grad Celsius, filwaqt li, barra minn din il-firxa ta’ temperaturi, din ir-rata titnaqqas b’mod progressiv?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel parti tat-tielet domanda:

3-2:

L-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li apparat ta’ manipulazzjoni xorta waħda ma huwiex permess meta jiffunzjona kontinwament f’temperatura li ma tkunx bejn 20 u 30 grad Celsius għal raġunijiet ta’ protezzjoni tal-magna u b’hekk inaqqas kunsiderevolment ir-riċirkolazzjoni tal-gassijiet tal-egżost?

4.   Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “bżonn” fis-sens tal-kundizzjonijiet għal deroga

4-1:

Il-punt (a) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li l-bżonn li jintuża apparat ta’ manipulazzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jista’ jiġi aċċettat biss meta l-protezzjoni tal-magna mill-ħsara jew inċidenti u t-tħaddim fis-sigurtà tal-vettura ma jkunux jistgħu jiġi ggarantiti, lanqas bl-użu tal-iktar teknoloġija avvanzata disponibbli fil-mument tal-approvazzjoni tat-tip għall-mudell ta’ vettura inkwistjoni?

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel parti tar-raba’ domanda:

4-2:

Il-punt (a) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li l-bżonn li jintuża apparat ta’ manipulazzjoni fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni ma għandux jiġi aċċettat meta l-parametri ssettjati fis-sistema tal-kontroll tal-magna jkunu magħżula b’mod li r-riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost ma tiġix attivata jew tiġi attivata biss b’mod limitat fuq il-bażi tad-dipendenza fuq it-temperatura programmata minn qabel tiegħu fid-dawl tat-temperaturi normalment mistennija matul il-parti l-kbira tas-sena?

5.   Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “ħsara” fis-sens tal-kundizzjonijiet għal deroga

5-1:

Il-punt (a) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li hija biss il-magna li għandha tiġi protetta mill-ħsara?

5-2:

Il-punt (a) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li l-kunċett ta’ ħsara ma għandux jiġi aċċettat meta jkunu involuti partijiet li jitkagħbru bl-użu (bħal pereżempju il-valv tar-riċirkolazzjoni tal-gass tal-egżost)?

5-3:

Il-punt (a) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat u applikat fis-sens li anki komponenti oħra tal-vettura, b’mod partikolari tagħmir li jkun jinsab fi stadju sussegwenti tas-sistema tal-egżost, għandhom jiġu protetti mill-ħsara jew inċidenti?

6.   Effetti legali u sanzjonijiet ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni

6-1:

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(1) u (2) kif ukoll l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 715/2007 għandhom jiġu interpretati u applikati fis-sens li jipproteġu wkoll, minn tal-inqas, l-assi tax-xerrej ta’ vettura li ma tkunx konformi mar-rekwiżiti tar-Regolament Nru 715/2007?

Fil-każ li tingħata risposta negattiva għall-ewwel parti tas-sitt domanda:

6-2:

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(1), it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(2), l-Artikolu 5(1) u (2) kif ukoll l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 715/2007 għandhom jiġu interpretati u applikati fis-sens li l-Istati Membri għandhom jipprevedu mekkaniżmu ta’ sanzjoni li jippermetti lix-xerrejja ta’ vetturi jippreżentaw rikors, fuq il-bażi tal-effett utli, għall-implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jirregola suq partikolari?

6-3:

(a)

Il-kunċett ta’ miżuri “effettivi, proporzjonati u dissważivi” previst fit-tieni sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dannu mġarrab b’effett ta’ liġi fis-seħħ mix-xerrej tal-vettura ma jistax jiġi paċut ma’ jew imnaqqas mill-possibbiltà effettiva li juża vettura li ma hijiex konformi mar-Regolament Nru 715/2007?

(b)

L-idea ta’ effett utli li hija speċifika għad-dritt tal-Unjoni tirrikjedi li fir-rigward tal-kunċett ta’ miżuri “effettivi, proporzjonati u dissważivi” previst fit-tieni sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2007 għandha ssir distinzjoni skont jekk il-ksur imsemmi fl-Artikolu 13(2) tar-Regolament Nru 715/2007 twettaqx b’mod volontarju jew jekk twettaqx b’mod sempliċement involontarju u li huwa biss fit-tieni każ li tkun iġġustifikata t-tpaċija tal-possibbiltà effettiva li tintuża l-vettura mixtrija?

(c)

Il-kunċett ta’ miżuri “effettivi, proporzjonati u dissważivi” previst fit-tieni sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li, anki fil-każ li jitqies li hemm vantaġġ, il-manifattur tal-vettura għandu jikkumpensa b’mod ekonomiku t-tgawdija tal-kapital li jkun irċieva, il-korrispettiv, billi jħallas interessi fuqu?

(d)

Il-kunċett ta’ miżuri “effettivi, proporzjonati u dissważivi” previst fit-tieni sentenza tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 715/2007 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-manifattur ta’ vettura mhux konformi mar-Regolament Nru 715/2007 għandu jkun prekluż, sa mhux iktar tard mill-ewwel talba serja għar-ritorn tal-vettura mressqa mix-xerrej, milli jinvoka tpaċija bejn il-possibbiltà effettiva li tintuża l-vettura u l-korrispettiv?

6-4:

L-Artikolu 18(1) u l-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2007/46 (2) għandhom jiġu interpretati u applikati fis-sens li manifattur jonqos milli jwettaq l-obbligu tiegħu li jipprovdi ċertifikat ta’ konformità validu fis-sens tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2007/46 meta fil-vettura jkun installa apparat ta’ manipulazzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 715/2007 u fis-sens li t-tqegħid fis-suq ta’ tali vettura jmur kontra l-projbizzjoni tal-bejgħ ta’ vettura mingħajr ċertifikat ta’ konformità validu prevista fl-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 2007/46?

6-5:

L-għan u l-intenzjoni tar-Regolament Nru 715/2007 kif ukoll tad-Direttiva 2007/46 huma li l-limiti ta’ emissjonijiet stabbiliti fl-Anness I tar-Regolament Nru 715/2007 kif ukoll iċ-ċertifikat ta’ konformità fis-sens tal-Artikolu 18(1) tad-Direttiva 2007/46 moqri flimkien mar-Regolament Nru 385/2009 (3) għandhom iservu ta’ bażi għal drittijiet li jipproteġu lix-xerrej, b’tali mod li ksur tal-limiti ta’ emissjonijiet stabbiliti fir-Regolament Nru 715/2007 fuq raġunijiet ta’ kwalità jew tar-regoli dwar ir-reġistrazzjoni jipprekludi, fid-dritt tal-Unjoni, li ssir tpaċija għall-vantaġġi miksuba mill-użu fil-kuntest tar-restituzzjoni tal-vettura lill-manifattur?


(1)  Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward ta’ l-emissjonijiet ta’ vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta’ vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi (ĠU 2007, L 171, p. 1).

(2)  Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU 2007, L 263, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 385/2009 tas-7 ta’ Mejju 2009 li jissostitwixxi l-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (“Direttiva Kwadru”) (ĠU 2009, L 118, p. 13, rettifika fil-ĠU 2009, L 128, p. 61).


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fit-22 ta’ Settembru 2020 – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) vs LM

(Kawża C-447/20)

(2020/C 443/09)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP)

Konvenuta: LM

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 (1) jipprekludi soluzzjoni tad-dritt intern fis-sens li l-oneru ta’ kontestazzjoni ġudizzjarja, quddiem qorti kompetenti, tal-att li jiddetermina r-rimbors tal-ammonti rċevuti indebitament wara li tkun ġiet ivverifikata irregolarità, jaqa’ fuq il-benefiċjarju tal-għajnuna, bir-riskju li […] n-nuqqas ta’ kontestazzjoni fil-ħin ta’ dan l-att (jiġifieri fil-każ li l-benefiċjarju ma jeżerċitax, fil-ħin, il-mezzi ta’ difiża mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu mid-dritt intern) jiddetermina li dan ma jistax jiġi kkontestat, u, konsegwentement, li jintalab ir-rimbors tal-ammont imħallas indebitament konformement mar-regoli u t-termini tad-dritt nazzjonali?

2)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 jipprekludi soluzzjoni tad-dritt intern fis-sens li l-benefiċjarju tal-għajnuna finanzjarja ma jistax jinvoka d-dekorriment tat-terminu ta’ 4 jew 8 snin fi proċedura ġudizzjarja ta’ ġbir forzat imressqa kontrih sabiex tkun tista’ ssir l-evalwazzjoni ta’ din il-kwistjoni f’azzjoni ta’ kontestazzjoni tal-att li jiddetermina r-rimbors tal-ammonti rċevuti indebitament minħabba li seħħet irregolarità?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal dawn id-domandi:

3)

It-terminu ta’ tliet snin previst fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jitqies bħala terminu ta’ preskrizzjoni tad-dejn li jiġi fis-seħħ bl-adozzjoni tal-att li jimponi l-ħlas lura tal-ammonti rċevuti indebitament fil-każ ta’ irregolaritajiet fil-finanzjament? Barra minn hekk, dan għandu jibda jiddekorri mid-data ta’ adozzjoni tal-att?

Finalment, ulterjorment hija meħtieġa kjarifika dwar jekk:

4)

L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 [jipprekludi] soluzzjoni tad-dritt intern fis-sens li t-terminu ta’ tliet snin għall-preskrizzjoni tad-dejn li jiġi fis-seħħ bl-adozzjoni tal-att li jimponi r-rimborstal-ammonti rċevuti indebitament fil-każ ta’ irregolaritajiet fil-finanzjament jibda jiddekorri mill-adozzjoni ta’ dan l-att u jiġi interrott bl-ordni għall-ġbir forzat ta’ dawn l-ammonti, fejn jibqa’ sospiż inkwantu ma tkunx ingħatat deċiżjoni definittiva jew li tkun saret res judicata, li ttemm il-proċedura, fil-każijiet ta’ lment, kontestazzjoni, rikors jew oppożizzjoni, meta dawn jirriżultaw fis-sospensjoni tal-ġbir tad-dejn?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribuanl Administrativo (il-Portugall) fit-22 ta’ Settembru 2020 – Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP) vs BD, Autoridade Tributária e Aduaneira

(Kawża C-448/20)

(2020/C 443/10)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribuanl Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas IP (IFAP)

Konvenuti: BD, Autoridade Tributária e Aduaneira

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 (1) jipprekludi soluzzjoni tad-dritt intern fis-sens li l-oneru ta’ kontestazzjoni ġudizzjarja, quddiem qorti kompetenti, tal-att li jiddetermina r-rimbors tal-ammonti rċevuti indebitament wara li tkun ġiet ivverifikata irregolarità, jaqa’ fuq il-benefiċjarju tal-għajnuna, bir-riskju li n-nuqqas ta’ kontestazzjoni fil-ħin ta’ dan l-att (jiġifieri fil-każ li l-benefiċjarju ma jeżerċitax, fil-ħin, il-mezzi ta’ difiża mqiegħda għad-dispożizzjoni tiegħu mid-dritt intern) jiddetermina li dan ma jistax jiġi kkontestat, u, konsegwentement, li jintalab ir-rimbors tal-ammont imħallas indebitament konformement mar-regoli u t-termini tad-dritt nazzjonali?

2)

L-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2988/95 jipprekludi soluzzjoni tad-dritt intern fis-sens li l-benefiċjarju tal-għajnuna finanzjarja ma jistax jinvoka d-dekorriment tat-terminu ta’ 4 jew 8 snin fi proċedura ġudizzjarja ta’ ġbir forzat imressqa kontrih sabiex tkun tista’ ssir l-evalwazzjoni ta’ din il-kwistjoni f’azzjoni ta’ kontestazzjoni tal-att li jiddetermina r-rimbors tal-ammonti rċevuti indebitament minħabba li seħħet irregolarità?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għal dawn id-domandi:

3)

It-terminu ta’ tliet snin previst fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament Nru 2988/95 għandu jitqies bħala terminu ta’ preskrizzjoni tad-dejn li jiġi fis-seħħ bl-adozzjoni tal-att li jimponi l-ħlas lura tal-ammonti rċevuti indebitament fil-każ ta’ irregolaritajiet fil-finanzjament? Barra minn hekk, dan għandu jibda jiddekorri mid-data ta’ adozzjoni tal-att?

Finalment, ulterjorment hija meħtieġa kjarifika dwar jekk:

4)

L-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 2988/95 [jipprekludi] soluzzjoni tad-dritt intern fis-sens li t-terminu ta’ tliet snin għall-preskrizzjoni tad-dejn li jiġi fis-seħħ bl-adozzjoni tal-att li jimponi r-rimbors tal-ammonti rċevuti indebitament fil-każ ta’ irregolaritajiet fil-finanzjament jibda jiddekorri mill-adozzjoni ta’ dan l-att u jiġi interrott bl-ordni għall-ġbir forzat ta’ dawn l-ammonti, fejn jibqa’ sospiż inkwantu ma tkunx ingħatat deċiżjoni definittiva jew li tkun saret res judicata, li ttemm il-proċedura, fil-każijiet ta’ lment, kontestazzjoni, rikors jew oppożizzjoni, meta dawn jirriżultaw fis-sospensjoni tal-ġbir tad-dejn?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat-18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Utrecht (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Settembru 2020 – X vs Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

(Kawża C-459/20)

(2020/C 443/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Den Haag, zittingsplaats Utrecht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X

Konvenut: Staatssecretaris van Justitie en Veiligheid

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jirrifjuta li jagħti lil dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, meta huwa jkollu wild minuri dipendenti, ċittadin tal-Unjoni, u meta dan il-minuri jkun jinsab f’relazzjoni effettiva ta’ dipendenza ma’ dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, id-dritt ta’ residenza fl-Istat Membru fejn il-minuri li huwa ċittadin tal-Unjoni jkollu n-nazzjonalità tiegħu, meta dan tal-aħħar jirrisjedi barra mit-territorju ta’ dan l-Istat Membru jew tal-Unjoni u/jew qatt ma rrisjeda fit-territorju tal-Unjoni, b’tali mod li l-minuri li huwa ċ-ċittadin tal-Unjoni jiġi de facto rrifjutat l-aċċess għat-territorju tal-Unjoni?

2)

(a)

Iċ-ċittadini tal-Unjoni (minuri) huma obbligati li jinvokaw l-eżistenza jew il-possibbiltà ta’ interess fl-eżerċizzju tad-drittijiet li huma jibbenefikaw minnhom skont din iċ-ċittadinanza?

(b)

F’dan ir-rigward, x’importanza għandha tingħata lill-fatt li minuri li huma ċittadini tal-Unjoni ma jistgħux ġeneralment jinvokaw id-drittijiet tagħhom huma stess u lanqas ma għandhom vuċi f’dak li jikkonċerna l-post ta’ residenza tagħhom, iżda fuq dan il-punt jiddependu fuq il-ġenitur(i) tiegħu/tagħhom, u li dan ikun jista’ jimplika li talba tkun tista’ ssir f’isem minuri li huwa ċittadin tal-Unjoni għall-eżerċizzju tad-drittijiet tiegħu bħala ċittadin tal-Unjoni, filwaqt li jista’ jkun li dan imur kontra l-interessi l-oħra tiegħu fis-sens, fost oħrajn, tas-sentenza Chavez-Vilchez (1)?

(c)

Dawn id-drittijiet huma assoluti, fis-sens li ma jistgħu jkunu suġġetti għal ebda ostakolu jew l-Istat Membru li l-minuri li huwa ċittadin tal-Unjoni għandu n-nazzjonalità tiegħu għandu saħansitra obbligu pożittiv li jagħmel possibbli l-eżerċizzju ta’ dawn id-drittijiet?

3)

(a)

Fil-kuntest tal-evalwazzjoni ta’ relazzjoni ta’ dipendenza bħal dik prevista fl-ewwel domanda, għandha tingħata importanza determinanti, minn naħa, lill-kwistjoni dwar jekk il-ġenitur, ċittadin ta’ pajjiż terz, qabel l-applikazzjoni għad-dritt ta’ residenza jew qabel id-deċiżjoni li permezz tagħha dan id-dritt ġie miċħud, jew qabel il-mument li fih qorti (nazzjonali) għandha tiddeċiedi fi proċeduri ġudizzjarji li tressqu minħabba dak ir-rifjut, huwiex responsabbli jew le għall-kura ta’ kuljum tal-minuri li huwa ċittadin tal-Unjoni, u, min-naħa l-oħra, jekk kienx hemm persuni oħra li kienu responsabbli għall-kura ta’ kuljum fil-passat u/jew jistgħu (jibqgħu) jkunu responsabbli għaliha?

(b)

F’dan ir-rigward, jista’ jkun mistenni minn minuri li huwa ċittadin tal-Unjoni, sabiex jeżerċita konkretament id-drittijiet mogħtija lilu mid-dritt tal-Unjoni, li huwa jistabbilixxi ruħu fit-territorju tal-Unjoni mal-ġenitur l-ieħor tiegħu, ċittadin tal-Unjoni, minkejja li dan il-ġenitur possibbilment ma għadx għandu l-kustodja ta’ dan il-minuri?

(c)

Fl-affermattiv, jagħmel għalhekk differenza jekk il-ġenitur ħax ħsieb jew le u/jew ħax responsabbiltà tal-kustodja u/jew ir-responsabbiltà legali, finanzjarja u affettiva tal-minuri u jekk effettivament huwiex lest jew le li jieħu din ir-responsabbiltà u/jew il-kura tal-minuri?

(d)

Jekk kellu jiġi stabbilit li l-ġenitur, li huwa ċittadin ta’ pajjiż terz, għandu l-kustodja esklużiva tal-minuri li huwa ċittadin tal-Unjoni, dan ifisser li għandha tingħata inqas importanza lill-kwistjoni dwar ir-responsabbiltà legali, finanzjarja u/jew affettiva?


(1)  C-133/15, EU:C:2017:354


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Settembru 2020 – TU, RE vs Google LLC

(Kawża C-460/20)

(2020/C 443/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TU, RE.

Konvenuta: Google LLC

Domandi preliminari

1)

Fil-kuntest tal-ibbilanċjar tad-drittijiet u tal-interessi kunfliġġenti li jirriżultaw mill-Artikoli 7, 8, 11 u 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”), b’mod konformi mal-Artikolu 17(3)(a) tar-Regolament (UE) 2016/679 (1) li għandu jsir waqt l-eżami ta’ talba għat-tneħħija ta’ referenza mressqa mill-persuna kkonċernata kontra l-persuna responsabbli għal servizz ta’ riċerka fuq l-internet, huwa kompatibbli mad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata (Artikolu 7 tal-Karta) u mad-dritt għall-protezzjoni tad-data personali (Artikolu 8 tal-Karta) ta’ din il-persuna li, meta l-link li t-tneħħija tagħha hija mitluba twassal għal kontenut li jinkludi allegazzjonijiet ta’ fatt u ġudizzji ta’ valur ibbażati fuq dawn l-allegazzjonijiet ta’ fatt li l-veraċità tagħhom hija kkontestata mill-persuna kkonċernata, u meta l-legalità ta’ dan il-kontenut tiddependi fuq jekk l-allegazzjonijiet ta’ fatt inklużi fih humiex veri, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll jekk il-persuna kkonċernata tistax b’mod raġonevoli tikseb protezzjoni ġudizzjarja – pereżempju permezz ta’ digriet għal miżuri provviżorji – kontra l-fornitur ta’ kontenut u, għalhekk dan jista’ jwassal għall-kjarifikazzjoni tal-inqas provviżorja dwar il-kwistjoni tal-veraċità tal-kontenut muri mill-persuna responsabbli għall-mutur ta’ tfittxija?

2)

Fil-każ ta’ talba għat-tneħħija ta’ referenza mressqa kontra l-persuna responsabbli għal servizz ta’ tfittxija fuq l-internet li, f’każ ta’ tfittxija skont l-isem, tfittxija ta’ ritratti ta’ persuni fiżiċi li terzi kienu qiegħdu fuq l-internet flimkien mal-isem tal-persuna, u li, fil-lista ta’ riżultati tagħha, turi bħala immaġnijiet żgħar (“thumbnails”) ir-ritratti li hija tkun sabet, fil-kuntest tal-ibbilanċjar tad-drittijiet u tal-interessi kunfliġġenti li jirriżultaw mill-Artikoli 7, 8, 11 u 16 tal-Karta li għandu jsir skont l-Artikolu 12(b) u tal-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 95/46/KE (2) jew tal-Artikolu 17(3)(a) tar-Regolament 2016/679, li jittieħed inkunsiderazzjoni b’mod determinanti l-kuntest tal-pubblikazzjoni inizjali minn terz, anki jekk il-paġna tal-internet tat-terz, waqt it-turija tal-immaġni żgħira permezz tal-mutur ta’ tfittxija, ċertament hija indikata fil-forma ta’ link, iżda ma hijiex konkretament imsemmija, u l-kuntest li jirriżulta minn dan ma jintweriex mis-servizz ta’ tfittxija fuq l-internet?


(1)  Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU 2016, L 119, p. 1, rettifika fil-ĠU 2018, L 127, p. 2).

(2)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Settembru 2020 – HEITEC AG vs HEITECH Promotion GmbH u RW

(Kawża C-466/20)

(2020/C 443/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: HEITEC AG

Konvenuti: HEITECH Promotion GmbH u RW

Domandi preliminari

1)

Huwa possibbli li tiġi eskluża t-tolleranza, fis-sens tal-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2008/95 (1) kif ukoll tal-Artikolu 54(1) u (2) u tal-Artikolu 111(2) tar-Regolament Nru 207/2009 (2), mhux biss permezz ta’ rimedju ġuridiku li għandu jiġi ppreżentat quddiem awtorità jew qorti, iżda wkoll permezz ta’ aġir li jseħħ mingħajr l-intervent ta’ awtorità jew qorti?

2)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda: ittra ta’ intimazzjoni, li permezz tagħha l-proprjetarju tas-sinjal preċedenti, qabel ma jibda proċedura ġudizzjarja, jeħtieġ mill-proprjetarju tas-sinjal sussegwenti li dan jimpenja ruħu li jastjeni milli juża s-sinjal inkwistjoni u li jissottoskrivi għal obbligu ta’ penali kuntrattwali fil-każ ta’ ksur, tikkostitwixxi aġir li jipprekludi tolleranza fis-sens tal-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2008/95 kif ukoll tal-Artikolu 54(1) u (2) u tal-Artikolu 111(2) tar-Regolament Nru 207/2009?

3)

Sabiex jiġi kkalkolat, fil-każ ta’ azzjoni ġudizzjarja, it-terminu ta’ dekadenza permezz ta’ tolleranza ta’ ħames snin previst fl-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2008/95 kif ukoll tal-Artikolu 54(1) u (2) u tal-Artikolu 111(2) tar-Regolament Nru 207/2009, għandu jkun ibbażat fuq id-data ta’ preżentata tar-rikors promotur quddiem il-qorti jew fuq id-data tar-riċezzjoni tiegħu mill-konvenut? Il-fatt li r-riċezzjoni mill-konvenut tiġi mdewma, minħabba n-nuqqas tal-proprjetarju tat-trade mark preċedenti, sa data sussegwenti għall-iskadenza tat-terminu ta’ ħames snin għandu importanza f’dan ir-rigward?

4)

Id-dekadenza skont l-Artikolu 9(1) u (2) tad-Direttiva 2008/95 kif ukoll tal-Artikolu 54(1) u (2) u tal-Artikolu 111(2) tar-Regolament Nru 207/2009 taffettwa, minbarra l-inibizzjoni, ukoll it-talbiet annessi bbażati fuq id-dritt tat-trade marks, b’mod partikolari l-azzjonijiet għal danni, informazzjoni jew qerda?


(1)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (Verżjoni kodifikata) (ĠU 2008, L 299, p. 25).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata) (ĠU 2009, L 78. p. 1).


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Midden-Nederland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-29 ta’ Settembru 2020 – ZK, bħala suċċessur ta’ JM, kuratur fil-falliment ta’ BMA Nederland BV vs BMA Braunschweigische Maschinenbauanstalt AG u Stichting Belangbehartiging Crediteuren BMA Nederland

(Kawża C-498/20)

(2020/C 443/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Midden-Nederland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZK, bħala suċċessur ta’ JM, kuratur fil-falliment ta’ BMA Nederland BV

Konvenuta: BMA Braunschweigische Maschinenbauanstalt AG

Intervenjenti: Stichting Belangbehartiging Crediteuren BMA Nederland

Domandi preliminari

1.

a)

Il-kunċett ta’ “post fejn l-avveniment dannuż jkun twettaq” li jinsab fil-parti introduttiva u punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (riformulazzjoni) (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Brussell Ia”) għandu jiġi interpretat fis-sens li “il-post fejn seħħ il-fatt li jagħti lok għad-dannu” (Handlungsort) huwa l-post ta’ stabbiliment tal-kumpannija li l-krediti tal-kredituri tagħha ma jistgħux jiġu rkuprati, jekk in-nuqqas ta’ possibbiltà ta’ rkupru huwa r-riżultat ta’ ksur ta’ dmir ta’ diliġenza mwettaq mill-kumpannija nanna ta’ din il-kumpannija fil-konfront ta’ dawn il-kredituri?

b)

Il-kunċett ta’ “post fejn l-avveniment dannuż jkun twettaq” li jinsab fil-parti introduttiva u punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Brussell Ia, għandu jiġi interpretat fis-sens li “l-post tal-materjalizzazzjoni tad-dannu” (Erfolgsort) huwa l-post ta’ stabbiliment tal-kumpannija li l-krediti tal-kredituri tagħha ma jistgħux jiġu rkuprati, jekk in-nuqqas ta’ possibbiltà ta’ rkupru huwa r-riżultat ta’ ksur ta’ dmir ta’ diliġenza mwettaq mill-kumpannija nanna ta’ din il-kumpannija fil-konfront ta’ dawn il-kredituri?

c)

Ċirkustanzi addizzjonali huma meħtieġa sabiex tiġi ġġustifikata l-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-post ta’ stabbiliment tal-kumpannija li l-krediti tal-kredituri tagħha ma jistgħux jiġu rkuprati u, fl-affermattiv, liema huma dawn iċ-ċirkustanzi?

d)

Iċ-ċirkustanza li l-kuratur Olandiż tal-kumpannija li l-krediti tal-kredituri tagħha ma jistgħux jiġu rkuprati jkun ressaq, fil-kuntest tal-missjoni legali tiegħu ta’ likwidazzjoni tal-assi, favur (iżda mhux f’isem) il-kredituri kollha, azzjoni għad-danni fil-materji ta’ delitt jew kważi delitt għandha effett fuq id-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni skont il-parti introduttiva u punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Brussell Ia? Tali azzjoni timplika li ma hemmx lok li tiġi eżaminata s-sitwazzjoni proprja ta’ kull wieħed mill-kredituri individwali u li t-terz li r-responsabbiltà tiegħu hija kkontestata ma jistax jinvoka kontra l-kuratur il-mezzi ta’ difiża kollha li huwa eventwalment seta’ juża fil-konfront ta’ ċerti kredituri individwali?

e)

Iċ-ċirkustanza li parti mill-kredituri li l-kuratur iressaq l-azzjoni favurihom ikollhom id-domiċilju tagħhom barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea għandha effett fuq id-determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni skont il-parti introduttiva u punt 2 tal-Artikolu 7 tar-Regolament Brussell Ia?

2)

Ir-risposta għall-ewwel domanda tkun differenti jekk din tkun azzjoni mressqa minn fondazzjoni li għandha bħala għan il-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-kredituri li ssubixxew dannu, kif imsemmi fl-ewwel domanda? Tali azzjoni kollettiva timplika li l-proċedura mhux ser tistabbilixxi (a) liema huma d-domiċilji tal-kredituri msemmija iktar ’il fuq (b) liema huma ċ-ċirkustanzi partikolari li jagħtu lok għal krediti tal-kredituri individwali fir-rigward tal-kumpannija u (c) jekk jeżistix fir-rigward tal-kredituri individwali dmir ta’ diliġenza, kif imsemmi iktar ’il fuq, u jekk dan inkisirx?

3)

Il-parti introduttiva u punt 2 tal-Artikolu 8 tar-Regolament Brussell Ia għandhom jiġu interpretati fis-sens li, jekk il-qorti adita bl-azzjoni oriġinali tmur lura fuq id-deċiżjoni tagħha li hija għandha, fir-rigward tal-azzjoni, ġurisdizzjoni, din il-qorti titlef, minħabba dan il-fatt, ipso jure, ukoll il-ġurisdizzjoni tagħha sabiex tiddeċiedi dwar azzjonijiet ippreżentati mill-intervenjenti?

4)

a)

L-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”) għandu jiġi interpretat fis-sens li “fejn iseħħ id-dannu” huwa l-post fejn hija stabbilita l-kumpannija li ma toffrix kumpens għad-dannu subit mill-kredituri tagħha minħabba l-ksur imsemmi iktar ’il fuq tad-dmir ta’ diliġenza?

b)

Iċ-ċirkustanza li l-azzjonijiet ġew ippreżentati minn kuratur skont il-missjoni legali tiegħu ta’ likwidazzjoni tal-assi kif ukoll minn persuna li tiżgura l-protezzjoni kollettiva ta’ interessi (“collectieve belangenbehartiger”) favur (iżda mhux f’isem) il-kredituri kollha għandha effett fuq id-determinazzjoni ta’ dan il-post?

c)

Iċ-ċirkustanza li parti mill-kredituri għandhom id-domiċilju tagħhom barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea għandha effett fuq id-determinazzjoni ta’ dan il-post?

d)

Iċ-ċirkustanza li bejn il-kumpannija Olandiża ddikjarata f’falliment u l-kumpannija nanna tagħha kienu jeżistu ftehimiet ta’ finanzjament b’għażla tal-ġurisdizzjoni quddiem il-qorti Ġermaniża u li ddikjaraw applikabbli l-liġi Ġermaniża hija ċirkustanza li tagħmel l-allegat delitt ta’ BMA AG manifestament iktar konness ma’ pajjiż ieħor barra l-Pajjiżi l-Baxxi, kif imsemmi fl-Artikolu 4(3) tar-Regolament Ruma II?


(1)  ĠU 2012, L 351, p. 1.

(2)  ĠU 2007, L 199, p. 40.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank Noord-Holland (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Ottubru 2020 – P vs Swiss International Air Lines AG

(Kawża C-512/20)

(2020/C 443/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank Noord-Holland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: P

Konvenuta: Swiss International Air Lines AG

Domanda preliminari

Fil-każ ta’ titjiriet konnessi direttament li matulhom, bejn it-tluq minn ajruport li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru u l-wasla f’ajurport li jinsab fit-territorju ta’ Stat terz, inżul intermedjarju ppjanat iseħħ fl-Isvizzera li matulu ssir bidla fl-inġenju tal-ajru, ir-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, huwa, fid-dawl tal-Artikolu 15 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tal-21 ta’ Ġunju 1999 (2) u tad-Deċiżjoni Nru 1/2006 (3) u tad-Deċiżjoni Nru 1/2017 (4) tal-Kumitat, applikabbli wkoll għal titjira konnessa direttament li titlaq mill-Isvizzera lejn pajjiż terzi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 41, p. 94.

(3)  Deċiżjoni Nru 1/2006 tal-Kumitat tal-Komunità/l-Iżvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tat-18 ta’ Ottubru 2006 li temenda l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (ĠU 2007, L 142M, p. 408).

(4)  Deċiżjoni Nru 1/2017 tal-Kumitat Konġunt dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżvizzera Stabbilit Permezz tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Zvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru tad-29 ta’ Novembru 2017 li tissostitwixxi l-Anness tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar it-Trasport bl-Ajru (ĠU 2017, L 348, p. 46).


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Městský soud v Praze (ir-Repubblika Ċeka) fl-20 ta’ Ottubru 2020 – VÍTKOVICE STEEL, a.s. vs Ministerstvo životního prostředí

(Kawża C-524/20)

(2020/C 443/16)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Městský soud v Praze

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VÍTKOVICE STEEL, a.s.

Konvenut: Ministerstvo životního prostředí

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 10(8) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE (1) tas-27 ta’ April 2011, moqri flimkien mal-Anness I ta’ din id-deċiżjoni, jirrikjedi l-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet għall-perijodu 2013-2020 lil installazzjoni li fiha jseħħ proċess li jagħmel użu minn konvertitur tal-ossiġenu, fejn ir-riżors introdott fil-proċess huwa ħadid likwidu saturat bil-karbonju fornit minn installazzjoni oħra li tappartjeni lil operatur differenti, jekk fl-istess waqt jiġi żgurat li mhux se jkun hemm kalkolu doppju jew allokazzjoni doppja tal-kwoti intiżi għall-prodott metall sħun?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 10(8) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278, moqri flimkien mal-Anness I ta’ din id-deċiżjoni, huwa invalidu fir-rigward tal-prodott tal-metall sħun għar-raġuni li jmur kontra l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2003/87/KE moqri flimkien mal-Anness I ta’ din id-direttiva, possibbilment minħabba n-natura inkomprensibbli tiegħu?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, fid-dawl tan-nuqqas ta’ sussistenza tal-bażi legali tiegħu, l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE (2) tal-5 ta’ Settembru 2013 ukoll huwa invalidu fir-rigward tal-installazzjoni bl-identifikatur CZ-existing-CZ-52-CZ-0102–05?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 1(1) u t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448 fir-rigward tal-installazzjoni bl-identifikatur CZ-existing-CZ-52-CZ-0102–05, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu l-allokazzjoni tal-kwoti intiżi għall-prodott metall sħun lil din l-installazzjoni fuq il-bażi ta’ applikazzjoni ġdida tar-Repubblika Ċeka, jekk jiġu esklużi l-kalkolu doppju jew l-allokazzjoni doppja ta’ dawn il-kwoti?

5)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għar-raba’ domanda, l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448 fir-rigward tal-installazzjoni bl-identifikatur CZ-existing CZ-52-CZ-0102–05 huwa invalidu għar-raġuni li jmur kontra l-Artikolu 10(8) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278 moqri flimkien mal-Anness I ta’ din id-deċiżjoni?

6)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet, għar-raba’ jew għall-ħames domanda, skont id-dritt tal-Unjoni kif għandha tipproċedi awtorità ta’ Stat Membru li, bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, ma allokatx mingħajr ħlas il-kwoti tal-emissjonijiet lill-operatur ta’ installazzjoni li fiha jseħħ proċess li jagħmel użu minn konvertitur tal-ossiġenu f’sitwazzjoni fejn din l-installazzjoni ma għadhiex tiġi operata u l-perijodu li għalih ġew allokati l-kwoti skada, biex din l-awtorità timxi konformement mad-dritt tal-Unjoni?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ April 2011 li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2011, L 130, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta’ Settembru 2011 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2013, L 240, p. 27).


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Satversmes tiesa (il-Latvja) fl-20 ta’ Ottubru 2020 – SIA “EUROAPTIEKA” vs Ministru kabinets

(Kawża C-530/20)

(2020/C 443/17)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Satversmes tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “EUROAPTIEK”

Konvenut: Ministru kabinets

Domandi preliminari

1)

L-attivitajiet previsti mir-regoli inklużi fid-dispożizzjoni kontenzjuża għandhom jitqiesu bħala reklamar għal prodotti mediċinali fis-sens tat-Titolu VIII tad-Direttiva 2001/83 (1), intitolat “Reklamar”?

2)

L-Artikolu 90 tad-Direttiva 2001/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li testendi l-lista tal-forom ta’ reklamar ipprojbiti u li timponi limitazzjonijiet iktar stretti li ma humiex previsti espressament minn din id-dispożizzjoni?

3)

Il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali għandha titqies bħala li tillimta r-reklamar magħmul fir-rigward tal-prodotti mediċinali bil-ħsieb li jiġi promoss l-użu razzjonali ta’ dawn tal-aħħar fis-sens tal-Artikolu 87(3) tad-Direttiva 2001/83?


(1)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/17


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2020 mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla Estiża) fit-23 ta’ Settembru 2020 fil-Kawża T-411/17, Landesbank Baden-Württemberg vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni

(Kawża C-621/20 P)

(2020/C 443/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (rappreżentanti: K.-Ph. Wojcik, H. Ehlers, P. A. Messina u J. Kerlin, aġenti, u H.-G. Kamann, F. Louis, P. Gey, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: Landesbank Baden-Württemberg, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni jitlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2020, Landesbank Baden-Württemberg vs Il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB) (T-411/17, EU:T:2020:435);

tiċħad ir-rikors għal annullament;

tikkundanna lill-partijiet l-oħra fil-proċedura għall-ispejjeż tal-kawża.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, fuq żnaturament tal-provi, u fuq ksur tad-dritt tas-SRB għal smiegħ xieraq.

L-ewwel, is-SRB isostni li l-Qorti Ġenerali interpretat u applikat l-Artikolu 85(3) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha b’mod żbaljat meta ddeċidiet li s-SRB naqas milli jawtentika debitament id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kontribuzzjonijiet ex ante għall-2017 lill-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB/ES/SRF/2017/05), u dan sa fejn il-provi prodotti mis-SRB matul is-seduta sabiex jistabbilixxi l-awtentikazzjoni debita ta’ din id-deċiżjoni tqiesu li huma inammissibbli. F’dan il-kuntest, is-SRB jargumenta, fl-ewwel lok, li huwa kellu ġustifikazzjoni sabiex jipproduċi prova matul is-seduta sabiex jistabbilixxi l-awtentikazzjoni debita ta’ din id-deċiżjoni sa fejn il-kwistjoni tal-assenza ta’ awtentikazzjoni ma kinitx kienet, preċedentement, is-suġġett tal-proċedura bil-miktub, u lanqas ma kienet tqieset mill-Qorti Ġenerali fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura jew tal-miżuri istruttorji. Fit-tieni lok, is-SRB isostni li, billi naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni din il-prova u billi ddikjarat li l-prova – jekk ammissibbli – ma kinitx issostanzjata, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-provi quddiemha. Is-SRB isostni wkoll li, billi kkonstatat li, fi kwalunkwe każ, il-prova ma kienet tistabbilixxi ebda rabta inseparabbli bejn l-iskeda tal-progress, iffirmata bl-idejn mill-President tas-SRB, u l-anness tad-deċiżjoni kontenzjuża, il-Qorti Ġenerali injorat in-numru ta’ referenza fuq l-iskeda tal-progress, li kien jorbot b’mod inseparabbli l-iskeda tal-progress mal-fajl elettroniku, li kien fih id-deċiżjoni kontenzjuża u l-anness tagħha. Fit-tielet lok, is-SRB isostni li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tiegħu għal smigħ xieraq billi naqset milli tindirizza l-kwistjoni tal-assenza ta’ awtentikazzjoni qabel is-seduta, billi rrifjutat il-proposta ta’ SRB li jipproduċi iktar provi u billi naqset milli tinforma lis-SRB, fi kwalunkwe mument, li l-prova fil-fehma tagħha ma kinitx sodisfaċenti.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

It-tieni, is-SRB isostni wkoll li l-Qorti Ġenerali esaġerat ir-rekwiżiti taħt l-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali meta kkonstatat li l-metodu ta’ kalkolu skont l-Artikoli 4 sa 7 u 9 tar-Regolament ta’ Delega (UE) 2015/63 (1) u l-Anness I tiegħu ma humiex trasparenti u li, għalhekk, id-deċiżjoni kontenzjuża neċessarjament ma setax ikollha motivazzjoni suffiċjenti, u dan għaliex il-Landesbank Baden-Württemberg ma setax jivverifika b’mod eżawrjenti in-natura preċiża tal-kalkolu. Fil-fehma tal-appellanti, il-Qorti Ġenerali naqset milli tagħmel dawn ir-rekwiżiti kompatibbli mal-obbligu ta’ segretezza taħt l-Artikolu 339 TFUE – li, barra minn hekk, ma ssemmiex fis-sentenza appellata – u ma’ prinċipji oħra tad-dritt tal-Unjoni Ewropea. Is-SRB isostni li r-Regolament ta’ Delega sab bilanċ proporzjonat bejn il-prinċipju ta’ trasparenza, l-obbligu li jitħares is-sigriet professjonali, u l-għanijiet l-oħra stabbiliti f’dan ir-regolament, b’mod partikolari l-għan li jintlaħaq livell partikolari ta’ kontribuzzjonijiet għall-iffinanzjar tal-Fond Uniku ta’ Riżoluzzjoni u li jinġabru kontribuzzjonijiet mingħand l-istituzzjonijiet rilevanti kollha b’mod ġust u proporzjonat. Skont is-SRB, huwa osserva dan il-qafas legali fil-motivazzjoni tad-deċiżjoni kontenzjuża.


(1)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) 2015/63 tal-21 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ex ante għall-arranġamenti ta’ finanzjament ta’ riżoluzzjoni (ĠU 2015, L 11, p. 44, rettifika fil-ĠU 2017, L 156, p. 38).


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-4 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Hamburg – il-Ġermanja) – MG, NH vs Germanwings GmbH

(Kawża C-190/19) (1)

(2020/C 443/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 213, 24.06.2019.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Ottubru 2019 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-413/19) (1)

(2020/C 443/20)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 246, 22.7.2019


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/18


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-24 ta’ Ottubru 2019 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil du Contentieux des Étrangers – il-Belġju) – X vs l-Istat Belġjan

(Kawża C-671/19) (1)

(2020/C 443/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 372, 04.11.2019.


Il-Qorti Ġenerali

21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ottubru 2020 – Ben Ali vs Il-Kunsill

(Kawża T-151/18) (1)

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija - Miżuri meħuda kontra persuni responsabbli għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi u kontra persuni u entitajiet assoċjati - Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi - Żamma ta’ isem ir-rikorrent fil-lista - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni - Bażi fattwali suffiċjenti - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Għajnuna legali - Effett sospensiv - Ammissibbiltà - Kundizzjonijiet”)

(2020/C 443/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Slim Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Ali (Verneuil-l’Étang, Franza) (rappreżentant: K. Lara, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Lejeune, A. Jaume u V. Piessevaux, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/141 tad-29 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2018, L 25, p. 38), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/135 tat-28 ta’ Jannar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2019, L 25, p. 23), u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/117 tas-27 ta’ Jannar 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU 2017, L 22, p. 31), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESC) 2018/141 tad-29 ta’ Jannar 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/135 tat-28 ta’ Jannar 2019 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija, huma annullati sa fejn dawn jikkonċernaw lil Slim Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Ali.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, l-ispejjeż sostnuti minn S. Ben Ali.


(1)  ĠU C 263, 5.8.2019.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2020 – Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-307/18) (1)

(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw miċ-Ċina - Impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv - Drittijiet tad-difiża - Kalkolu tal-marġni tad-dumping - Pajjiż analogu - Dannu - Rabta kawżali”)

(2020/C 443/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals Co. Ltd (Huzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: K. Adamantopoulos u P. Billiet, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Demeneix, M. França, N. Kuplewatzky u E. Schmidt, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża li tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/330 tal-5 ta’ Marzu 2018 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi tal-azzar li ma jissaddadx li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2018, L 63, p. 15, rettifika fil-ĠU 2020, L 342, p. 32), sa fejn jikkonċerna r-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Zhejiang Jiuli Hi-Tech Metals Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 240. 9.7.2018.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2020 – Coppo Gavazzie. et vs Il-Parlament

(Kawżi magħquda T-389/19 sa T-394/19, T-397/19, T-398/19, T-403/19, T-404/19, T-406/19, T-407/19, T-409/19 sa T-414/19, T-416/19 sa T-418/19, T-420/19 sa T-422/19, T-425/19 sa T-427/19, T-429/19 sa T-432/19, T-435/19, T-436/19, T-438/19 sa T-442/19, T-444/19 sa T-446/19, T-448/19, T-450/19 sa T-454/19, T-463/19 u T-465/19.) (1)

(Dritt istituzzjonali - Statut uniku tal-Membri tal-Parlament Ewropew - Membri tal-Parlament Ewropew eletti fil-kostitwenzi Taljani - Adozzjoni mill-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati, l-Italja) tad-Deċiżjoni Nru 14/2018, fil-qasam tal-pensjonijiet - Bidla fl-ammont tal-pensjonijiet għall-membri parlamentari nazzjonali Taljani - Bidla korrispondenti, mill-Parlament Ewropew, tal-ammont tal-pensjonijiet ta’ ċerti eks membri Parlamentari Ewropej eletti fl-Italja - Kompetenza tal-awtur tal-att - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet miksuba - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament)

(2020/C 443/24)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Maria Teresa Coppo Gavazzi (Milan, l-Italja) u les 48 autres requérants dont les noms figurent en annexe à l’arrêt (rappreżentant: M. Merola, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tan-noti tal-11 ta’ April 2019, kif ukoll, fir-rigward tar-rikorrent fil-Kawża T-465/19, ta’ dik tal-11 ta’ Ġunju 2019, stabbiliti, fil-każ ta’ kull wieħed mir-rikorrenti, mill-Parlament u li jikkonċernaw l-adattament tal-ammont tal-pensjonijiet li jibbenefikaw minnhom ir-rikorrenti wara d-dħul fis-seħħ, fl-1 ta’ Jannar 2019, tad-Deċiżjoni Nru 14/2018 tal-Ufficio di Presidenza della Camera dei deputati (l-Uffiċċju tal-Presidenza tal-Kamra tad-Deputati.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors fil-Kawża T-453/19, Panusa vs Il-Parlament, għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ir-rikorsi l-oħra huma miċħuda.

3)

Maria Teresa Coppo Gavazzi u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 270, 12.8.2019.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/21


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2020 – EMCS vs EASO

(Kawża T-621/20)

(2020/C 443/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EMCS ltd. (L-Imsida, Malta) (rappreżentanti: P. Kuypers u N. Groot, avukati)

Konvenuta: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO)

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-EASO, bid-data tat-23 ta’ Lulju 2020, b’riferiment “Proċedura ta’ akkwist EASO/2020/789, provvista ta’ ħaddiema temporanji permezz ta’ aġenzija għall-EASO f’Malta” mill-proċedura ta’ akkwist irregolata mir-Regolament (EU, Euratom) 2018/1046, (1) sa fejn ċaħdet l-offerta tar-rikorrenti mis-sejħa għal offerti bin-numru ta’ riferiment EASO/2020/789; u/jew

tannulla l-att(i) li bihom l-EASO ppermetta jew jippermetti parti li ma hijiex ir-rikorrenti sabiex tistabbilixxi kuntratt qafas wara s-sejħa għal offerti bin-numru ta’ riferiment EASO/2020/789;

tordna lil EASO jikkumpensa lir-rikorrenti għad-dannu li EASO kkawża billi pprevjena lir-rikorrenti milli teżegwixxi l-kuntratt qafas; u

tikkundanna lil EASO għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li EASO kiser il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-prinċipju ta’ trasparenza, billi d-dokumenti tas-sejħa għal offerta ma kinux ċari, preċiżi u inekwivoċi suffiċjentement u EASO seta’ u missu kkjarifika d-dokumenti tas-sejħa għal offerti. Għalkemm ir-rikorrenti saqsiet għal kjarifika f’diversi okkażjonijiet, EASO għażel li ma jikjarifikax id-dokumenti tiegħu tas-sejħa għal offerti. Għalhekk, EASO aċċetta volontarjament ksur kontinwu tal-prinċipju ta’ trasparenza.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li EASO kkalkola mill-ġdid b’mod illegali l-offerta finanzjarja tar-rikorrenti waħedha, u aġixxa bi ksur tal-ispeċifikazzjonijiet tiegħu stess tas-sejħa tal-offerti u tal-każistika ta’ kemm il-Qorti Ġenerali kif ukoll tal-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea. Sussegwentement, EASO bbaża l-evalwazzjoni tiegħu tal-offerta tar-rikorrenti fuq l-ammont modifikat. Għalhekk, EASO aġixxa kontra l-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u trasparenza. Bħala riżultat, EASO ma setax jasal għad-deċiżjoni tiegħu ta’ għoti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li EASO kiser l-Artikolu 170(3) tar-Regolament 2018/1046, billi ma ddikjarax il-vantaġġi relattivi tal-konsorzju vis-à-vis l-offerta tar-rikorrenti, anki wara li r-rikorrenti talbet speċifikament lil EASO li jagħmel dan. EASO ma żvelax għalfejn l-offerta tal-konsorzju ħadet iktar marki mill-offerta tar-rikorrenti, bir-riżultat li r-rikorrenti ma kinitx setgħet tidentifika s-saħħiet u d-dgħjufijiet tal-offerta tagħha stess imqabbla ma’ dik tal-konsorzju.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fir-rigward tat-talba għal kumpens, jiddikjara li r-rikorrenti sofriet dannu minħabba t-telf ta’ profitt li jirriżulta mit-telf tal-konklużjoni tal-kuntratt qafas.


(1)  Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU 2018, L 193, p. 1, bir-rettifika ĠU 2019, L 60, p. 36).


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/22


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2020 – MV vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-624/20)

(2020/C 443/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: MV (rappreżentanti: G. Pandey, D. Rovetta u V. Villante, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-30 ta’ Ġunju 2020 tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) li ċaħdet l-ilment tar-rikorrent taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2020, inkluż iċ-ċaħda tat-talba tar-rikorrenti għal EUR 50 000 bħala kumpens;

tannulla d-deċiżjoni tad-29 ta’ Ottubru 2019 tal-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)/Bord tal-Għażla li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal reviżjoni tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li ma jiġix ammess għall-fażi li jmiss tal-kompetizzjoni;

tannulla d-deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2019 fil-kont onlajn tal-EPSO li r-rikorrent ma jiġix inkluż fl-abbozz ta’ lista ta’ uffiċjali magħżula għall-kompetizzjoni taħt EPSO/AD/364/19 – 3-Uffiċjali tas-sigurtà;

tannulla l-avviż tal-kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/364/19 – 3-Uffiċjali tas-sigurtà, ippubblikat fl-24 ta’ Jannar 2019, u, fit-totalità tiegħu, l-abbozz ta’ lista riżultanti ta’ uffiċjali magħżula li jieħdu sehem fil-kompetizzjoni msemmija iktar ’il fuq;

barra minn hekk:

b’mod preliminari, fejn xieraq, tiddikjara l-Artikolu 90 tar-Regolamenti tal-Persunal invalidu u inapplikabbli f’dawn il-proċeduri taħt l-Artikolu 270 TFUE;

tordna l-miżuri istruttorji mitluba, kif imqajma f’dan ir-rikors;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas l-ispejjeż legali tagħha ta’ dawn il-proċeduri ġudizzjarji, kif ukoll dawk tar-rikorrent;

tikkundanna lill-konvenuta tħallas lir-rikorrent EUR 50 000 bħala kumpens għad-dannu sostnut minħabba d-deċiżjonijiet ikkontestati llegali msemmija iktar ’il fuq.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ evalwazzjoni manifestament żbaljata mill-EPSO/il-Bord tal-Għażla dwar l-evalwazzjoni tal-esperjenza ta’ xogħol tar-rikorrent – ksur tal-Anness II tal-avviż ta’ kompetizzjoni inkwistjoni li jispeċifika l-esperjenza ta’ xogħol meħtieġa.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-Artikoli 1, 2, 3 u 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 (1), flimkien ma’ ksur tal-Artikoli 1d u 28 tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 1(1)(f) tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u nondiskriminazzjoni, u wkoll l-allegazzjoni ta’ illegalità tal-avviż ta’ kompetizzjoni taħt l-Artikolu 277 TFUE.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ illegalità taħt l-Artikolu 277 TFUE tal-Evalwatur tal-Kapaċitajiet u l-punt 2.4 tar-Regoli Ġenerali applikabbli għall-Kompetizzjonijiet Miftuħa kif ukoll l-Artikolu 5 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, flimkien ma’ ksur tal-Artikoli 1(d), 4, 7 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ illegalità taħt l-Artikolu 277 TFUE tal-Anness II kollu għall-avviż ta’ kompetizzjoni inkwistjoni, flimkien ma’ ksur tal-Artikolu 1(d) tar-Regolamenti tal-Persunal.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1 tal-15 ta’ April 1958 li jistabbilixxi l-lingwi li għandhom jintużaw mill-Komunità Ekonomika Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 3), kif emendat.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/23


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ottubru 2020 – LAICO vs Il-Kunsill

(Kawża T-627/20)

(2020/C 443/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Libyan African Investment Co. (LAICO) (Tripli, il-Libja) (rappreżentanti: A. Bahrami u N. Korogiannakis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1137 tat-30 ta’ Lulju 2020 li timplimenta d-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), sa fejn din iżżomm isem ir-rikorrenti fuq il-lista ta’ entitajiet fl-Anness IV tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 tal-31 ta’ Lulju 2015 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK (2);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1130 tat-30 ta’ Lulju 2020 li jimplimenta l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (3) u li jemenda l-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta’ Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (4), sa fejn dan iżomm isem ir-rikorrenti fuq il-lista ta’ entitajiet fl-Anness III tar-Regolament (UE) 2016/44; u

tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż legali u oħra tar-rikorrenti sostnuti fir-rigward ta’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333 sa fejn il-kundizzjonijiet kumulattivi għall-elenkar ta’ entitajiet skont il-premessa 3 tad-Deċiżjoni 2015/1333 ma humiex issodisfatti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu tal-Kunsill li jeżamina mill-ġdid il-miżuri restrittivi kollha sabiex jiżgura li dawn ikomplu jikkontribbwixxu sabiex jintlaħqu l-għanijiet iddikjarati tagħhom.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. B’mod partikolari, ir-rikorrenti ssostni li:

LAICO hija kumpannija proprjetà tal-Istat, irregolata mil-Laqgħa Ġenerali tal-Azzjonisti tagħha u mill-Bord tad-Diretturi tagħha;

il-Bord tad-Diretturi ta’ LAICO huwa magħmul minn professjonisti kkwalifikati ħafna u b’esperjenza; u

il-kumpanniji omm ta’ LAICO ma humiex suġġetti għall-istess tip ta’ restrizzjonijiet.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296 TFUE u tad-dritt għal rimedju effettiv.


(1)  ĠU 2020, L 247, p. 40.

(2)  ĠU 2015, L 206, p. 34.

(3)  ĠU 2020, L 247, p. 14.

(4)  ĠU 2016, L 12, p. 1, rettifika fil-ĠU 2019, L 6, p. 10.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/24


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2020 – UPTR vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-634/20)

(2020/C 443/28)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Unie van Professionele Transporteurs en Logistieke Ondernemers (UPTR) (Herstal, Il-Belġju) (rappreżentant: F. Vanden Bogaerde, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tilqa’ r-rikors għal annullament bħala ammissibbli;

tannulla l-punt (4) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2020/1055 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2020 li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1071/2009, (KE) Nru 1072/2009 u (UE) Nru 1024/2012 bl-għan li jiġu adattati għall-iżviluppi fis-settur tat-trasport bit-triq;

tirriżerva l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 3(3) TUE u tal-prinċipju ta’ moviment liberu tas-servizzi.

Fil-qasam tat-trasport bit-triq u, iktar partikolarment, tal-kabotaġġ, l-għan għandu jkun ta’ liberalizzazzjoni progressiva. Id-dispożizzjoni kkontestata tar-Regolament 2020/1055 tnaqqas il-livell ta’ liberalizzazzjoni milħuq sal-lum, peress li din id-dispożizzjoni tikkostitwixxi restrizzjoni sinjifikattiva, li tiżvantaġġa partikolarment lit-trasportaturi li huma membri tar-rikorrenti. L-għan ta’ prevenzjoni tal-abbuż tal-kabotaġġ, li huwa l-bażi tad-deċiżjoni kkontestata, huwa diġà kopert minn miżuri leġiżlattivi oħra tal-Unjoni (Pakkett dwar il-“Mobilità”).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Qabel l-adozzjoni tar-regolament li jinkludi d-dispożizzjoni kkontestata, l-analiżi tal-impatt li kienet twettqet preċedentement fuq proposta tal-Kummissjoni għal dak ir-regolament ma kinitx ġiet aġġornata. Issa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għamlu modifiki sinjifikattivi fil-proposta tal-Kummissjoni, u għalhekk aġġornament ta’ din l-analiżi tal-impatt kien ikun xieraq u neċessarju.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/25


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VYBRANCE)

(Kawża T-635/20)

(2020/C 443/29)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dermavita Company SARL (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea JUVÉDERM VYBRANCE – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 541 594

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Awwissu 2020 fil-Każ R 1014/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

titlob lill-EUIPO tqis l-appell ippreżentat;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jbatu l-ispejjeż proprji tagħhom u jħallsu dawk tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 101(4), 104, 106 u 107 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/26


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VOLUMA)

(Kawża T-636/20)

(2020/C 443/30)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dermavita Company SARL (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropa JUVÉDERM VOLUMA – Trade mark tal-Unjoni Nru 6 547 301

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ August 2020 fil-Każ R 1016/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

titlob lill-EUIPO tqis l-appell ippreżentat;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra jbatu l-ispejjeż proprji tagħhom u dawk tar-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 101(4), 104, 106 u 107 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/26


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ottubru 2020 – Dermavita Company vs EUIPO – Allergan Holdings France (JUVÉDERM VOLITE)

(Kawża T-637/20)

(2020/C 443/31)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dermavita Company SARL (Bejrut, il-Libanu) (rappreżentant: D. Todorov, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Allergan Holdings France SAS (Courbevoie, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni JUVÉDERM VOLITE – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 13 413 406

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Awwissu 2020 fil-Każ R 1015/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

titlob lill-EUIPO tqis ir-rikors ippreżentat;

tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom u dawk tar-rikorrenti fil-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 101(4), 104, 106 u 107 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/27


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ottubru 2020 – NB vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

(Kawża T-648/20)

(2020/C 443/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: NB (rappreżentant: J.-N. Louis, avukat)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni li r-rikorrenti ma tiġix promossa għall-Grad AST10, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019;

sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjoni li [X] tiġi “kklassifikata mill-ġdid”/tiġi promossa għall-Grad AST10, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019;

b’mod kompletament sussidjarju, tannulla d-deċiżjonijiet kollha li l-kollegi tar-rikorrenti jiġu “kklassifikati mill-ġdid”/jiġu promossi għall-Grad AST10, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2019;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali tad-deċiżjoni kkontestata.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-illegalità tal-approċċ tal-amministrazzjoni rigward it-tranżizzjoni mill-Grad AST9 għall-Grad AST10.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-portata tal-Artikolu 31(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq in-nuqqas ta’ informazzjoni tal-persunal rigward ir-regoli applikabbli għat-tranżizzjoni mill-Grad AST9 għall-Grad AST10.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/28


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2020 – KL vs BEI

(Kawża T-651/20)

(2020/C 443/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: KL (rappreżentanti: L. Levi et A. Champetier, avukati)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentment, tannulla d-deċiżjoni tal-BEI tat-28 ta’ Frar 2020 li skontha l-assenzi tar-rikorrent għall-kontrolli mediċi tat-23 ta’ Diċembru 2019, tat-3 ta’ Frar u tat-28 ta’ Frar 2020 kienu mhux iġġustifikati fid-dawl tal-Artikolu 3.6 tal-Anness X tad-dispożizzjonijiet amministrattivi applikabbli għall-persunal;

safejn dan ikun meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-15 ta’ Lulju tar-rikors amministrattiv tar-rikorrent kontra d-deċiżjoni inizjali tat-28 ta’ Frar 2020;

tikkundanna lill-BEI għall-ħlas ta’ kumpens għad-danni morali tar-rikorrent;

tikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikoli 2.3 u 3.6 tal-Anness X tad-dispożizzjonijiet amministrattivi. F’dan ir-rigward, ir-rikorrent jikkonferma li huwa ma setax jattendi għall-kontrolli mediċi minħabba sitwazzjoni ta’ forza maġġuri u għalhekk jaqa’ taħt l-eċċezzjonijiet previsti mid-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dmir ta’ premura u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ir-rikorrent isostni b’mod partikolari li s-sistematiċità tal-kontrolli mediċi imposti mill-konvenut wara kull ċertifikat mediku ta’ inkapaċità hija ta’ natura li taggrava l-istat tas-saħħa tiegħu billi tobbligah li jimmultiplika r-rikorsi u tikser il-prinċipji msemmija iktar ’il fuq.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq eċċezzjoni ta’ illegalità. Skont ir-rikorrent, l-Artikolu 3.4 tal-Anness X jikser l-Artikoli 31 u 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, peress li l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu fil-prattika twassal għat-tħassir, minn naħa, tal-leave annwali tiegħu u, min-naħa l-oħra, tar-remunerazzjoni kollha sa mill-mument li fih huwa eżawrixxa l-leave annwali tiegħu.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/29


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Novembru 2020 – Zhejiang Beyondsun Green Energy Technology vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-660/20)

(2020/C 443/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zhejiang Beyondsun Green Energy Technology Co. Ltd (Huzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: Y. Melin u B. Vigneron, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1216 tal-24 ta’ Awwissu 2020 li jinvalida fatturi maħruġa minn Zhejiang Trunsun Solar Co Ltd. bi ksur tal-impenn imħassar bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1570;

tikkundanna lill-Kummissjoni, u lil kull intervenjent li jista’ jiġi awtorizzat jintervjeni insostenn lill-Kummissjoni matul il-proċedura, għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni tal-fatti tal-kawża, u l-ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea, u tal-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari tal-Artikolu 13(9), meta qieset li r-rikorrenti kisret il-kundizzjonijiet tal-impenn miftiehem bejn il-Kummissjoni u ċ-CCCME f’isem, inter alia, ir-rikorrenti. Ir-rikorrenti ma kisritx l-impenji tagħha magħmula taħt l-impenn meta ħarġet fatturi kummerċjali bi prezz rivedut skont il-PMI ta’ dazju varjabbli għall-importazzjonijiet li ġew irrilaxxati għal ċirkolazzjoni libera wara d-dħul fis-seħħ tar-regolament li jħassar l-impenn u li jintroduċi l-PMI ta’ dazju varjabbli, jiġifieri wara l-1 ta’ Ottubru 2017.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li, sussidjarjament, anki kieku r-rikorrenti kisret l-impenn, quod non, il-Kummissjoni aġixxiet b’mod illegali billi ddikjarat li l-fatturi rilevanti huma invalidi u billi ġabret dazji fuqhom peress li s-setgħat li hija toqgħod fuqhom sabiex tagħmel dan skadew u/jew ġew revokati. Dan huwa minħabba li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1238/2013 u Nru 1239/2013 skadew fis-7 ta’ Diċembru 2015 (skont l-Artikolu 5 taż-żewġ regolamenti). B’mod simili, ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u Nru 2017/366 skadew fit-3 ta’ Settembru 2018 (skont l-Artikolu 6 taż-żewġ regolamenti). Fi kwalunkwe każ, l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/367 u l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/366 diġà kienu tħassru permezz tal-Artikoli 1(4), 1(5), 3(3) u 3(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1570.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li, ukoll sussidjarjament, anki kieku r-rikorrenti kisret l-impenn u jekk il-Qorti Ġenerali ma taċċettax li s-setgħat użati mill-Kummissjoni kienu ġew imħassra u revokati meta ġie adotatt ir-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 8(1), (9) u (10) u l-Artikolu 10(5) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 13(1), (9) u (10) u l-Artikolu 16(5) tar-Regolament (UE) 2016/1037 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Unjoni Ewropea, meta invalidat fatturi tal-impenn u mbagħad ordnat lid-dwana tiġbor dazji retroattivament.


21.12.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 443/30


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2020 – Ryanair vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-665/20)

(2020/C 443/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair DAC (Swords, L-Irlanda) (rappreżentanti: E. Vahida, F. Laprévote, V. Blanc, S. Rating u I. Metaxas-Maranghidis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) tas-26 ta’ April 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.56867 COVID 19 – Il-Ġermanja Kumpens għall-ħsara kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 lil Condor Flugdienst GmbH (1); u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Ir-rikorrenti talbet ukoll li r-rikors tagħha jiġi suġġett għall-proċedura mħaffa prevista fl-Artikolu 23a tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur, min-naħa tal-Kummissjoni Ewropea, ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tat-TFUE u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ nondiskriminazzjoni, tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u tal-libertà ta’ stabbiliment li huma l-bażi tal-liberalizzazzjoni tas-suq tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni Ewropea. Il-liberalizzazzjoni tat-trasport bl-ajru ppermettiet it-tkattir ta’ linji tal-ajru bi prezzijiet baxxi li huma verament pan-Ewropej. Billi awtorizzat lill-Ġermanja tirriżerva għajnuna għal Condor, il-Kummissjoni Ewropea injorat il-ħsara kkawżata lil dawn il-linji tal-ajru pan-Ewropej mir-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar minħabba l-kriżi tal-COVID-19.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(2)(b) TFUE u wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-istħarriġ tagħha tal-proporzjonalità tal-għajnuna għall-ħsara kkawżata minħabba r-restrizzjonijiet tal-ivvjaġġar minħabba l-kriżi tal-COVID-19, b’mod partikolari billi qieset il-perijodu estiż ta’ insolvenza ta’ Condor bħala ħsara diretta li għandha tiġi koperta mill-għajnuna u billi qieset li Condor kienet ser tinbiegħ sa Ġunju 2020 u setgħet tuża d-dħul sabiex tħallas lura parti mill-għajnuna.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni Ewropea naqset milli tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali minkejja diffikultajiet serji u kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) tas-26 ta’ April 2020 dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.56867 COVID 19 – Il-Ġermanja Kumpens għall-ħsara kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 lil Condor Flugdienst GmbH (ĠU 2020, C 310, p. 5).